ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.062.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 62

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
11 ta' Marzu 2010


Werrej

 

III   Atti oħrajn

Paġna

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 121/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 122/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

5

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 123/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

7

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 124/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

9

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

11

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 126/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

13

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 127/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

14

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 128/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

16

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 129/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 130/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

20

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 131/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

21

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

24

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 134/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 135/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

26

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE No 136/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

30

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 138/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

31

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 139/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

33

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 140/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

34

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 141/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness IX (is-Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

35

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 142/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

37

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 143/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 144/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

40

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

42

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 146/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XVII (Proprjetà Intellettwali) għall-Ftehim taż-ŻEE

43

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

45

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 148/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

47

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 149/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

49

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 150/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

51

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 151/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

52

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

55

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 153/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) u l-Protokoll 30 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistiċi mal-Ftehim taż-ŻEE

56

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 154/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

58

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 155/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

60

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim taż-ŻEE

61

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

63

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 158/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

64

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li jemenda l-Protokoll 31, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet, u l-Protokoll 37 tal-Ftehim taż-ŻEE

65

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 160/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

67

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 121/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 105/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 202/2009 tas-16 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 600/2005 fir-rigward tal-użu tal-preparazzjoni ta’ Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750 f’għalf kompost li fih il-lasalocid sodium (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 203/2009 tas-16 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1137/2007 fir-rigward tal-użu tal-addittiv Bacillus subtilis (035) fl-għalf li fih id-decoquinate u n-narasin/nicarbazin (3) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2009 tat-18 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1800/2004 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-addittiv għall-użu fl-għalf Cycostat 66G (4) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 232/2009 tad-19 ta’ Marzu 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc47 bħala addittiv fl-għalf għall-bufli tal-ħalib (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Société Industrielle Lesaffre) (5) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 270/2009 tat-2 ta’ April 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 6-phytase bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. Z o.o.) (6) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2009 tat-2 ta’ April 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ endo-1,4 beta-xylanase u endo-1,4-beta-glucanase bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma, tiġieġ għat-tismin, tiġieġ li jbid, dundjani għat-tismin u papri għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) (7), kif korrett permezz tal-ĠU L 94, 8.4.2009, p. 112, għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 322/2009 tal-20 ta’ April 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet permanenti u provviżjorji ta’ ċerti addittivi fl-għalf (8) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2009 tat-8 ta’ Mejju 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ preparazzjoni ta’ Bacillus cereus var. toyoi bħala addittiv tal-għalf għall-fenkiet għat-trobbija (detentur tal-awtorizzazzjoni Rubinum S.A.) (9) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 379/2009 tat-8 ta’ Mejju 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tas-6-phytase EC 3.1.3.26 bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ għat-tismin, dundjani għat-tismin, tiġieġ li jbid, papri għat-tismin, ħnienes (miftuma), ħnieżer għat-tismin u ħnieżer nisa (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition, entità legali Danisco (UK) Limited) (10) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(11)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2009 tat-12 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-twaqqif ta’ grupp funzjonali ġdid ta’ additivi tal-għalf (11) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(12)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 403/2009 tal-14 ta’ Mejju 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-valine bħala addittiv fl-għalf (12) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(13)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/8/KE tal-10 ta’ Frar 2009 li temenda l-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ koċċidijostati jew istomonostati mit-trażmissjoni inevitabbli ta’ dawn is-sustanzi fil-għalf mhux fil-mira (13) għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim

(14)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 1a (ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“ , kif emendat minn:

32009 R 0386: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2009 tat-12 ta’ Mejju 2009 (ĠU L 118, 13.5.2009, p. 66).”

(2)

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 1zzd (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2004):

“—

32009 R 0214: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2009 tat-18 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 73, 19.3.2009, p. 12).”

(3)

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 1zzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005):

“—

32009 R 0202: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 202/2009 tas-16 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 71, 17.3.2009, p. 8).”

(4)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 1zzzy (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1137/2007):

“ , kif emendat minn:

32009 R 0203: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 203/2009 tas-16 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 71, 17.3.2009, p. 11).”

(5)

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 33 (id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 L 0008: id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/8/KE tal-10 ta’ Frar 2009 (ĠU L 40, 11.2.2009, p. 19).”

(6)

Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla wara l-punt 1zzzzt (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 971/2008):

“1zzzzu.

32009 R 0232: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 232/2009 tad-19 ta’ Marzu 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ saccharomyces cerevisiae NCYC Sc47 bħala addittiv fl-għalf għall-bufli tal-ħalib (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Société Industrielle Lesaffre) (ĠU L 74, 20.3.2009, p. 14).

1zzzzv.

32009 R 0270: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 270/2009 tat-2 ta’ April 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 6-phytase bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. Z o.o.) (ĠU L 91, 3.4.2009, p. 3).

1zzzzw.

32009 R 0271: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2009 tat-2 ta’ April 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ endo-1,4 beta-xylanase u endo-1,4-beta-glucanase bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma, tiġieġ għat-tismin, tiġieġ li jbid, dundjani għat-tismin u papri għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE), (ĠU L 91, 3.4.2009, p. 5), kif korrett fil-ĠU L 94, 8.4.2009, p. 112.

1zzzzx.

32009 R 0322: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 322/2009 tal-20 ta’ April 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet permanenti u provviżjorji ta’ ċerti addittivi fl-għalf (ĠU L 101, 21.4.2009, p. 9).

1zzzzy.

32009 R 0378: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2009 tat-8 ta’ Mejju 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ preparazzjoni ta’ Bacillus cereus var. toyoi bħala addittiv tal-għalf għall-fenkiet għat-trobbija (detentur tal-awtorizzazzjoni Rubinum S.A.) (ĠU L 116, 9.5.2009, p. 3).

1zzzzz.

32009 R 0379: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 379/2009 tat-8 ta’ Mejju 2009 li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tas-6-phytase EC 3.1.3.26 bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ għat-tismin, dundjani għat-tismin, tiġieġ li jbid, papri għat-tismin, ħnienes (miftuma), ħnieżer għat-tismin u ħnieżer nisa (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition, entità legali Danisco (UK) Limited) (ĠU L 116, 9.5.2009, p. 6).

1zzzzza.

32009 R 0403: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 403/2009 tal-14 ta’ Mejju 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-valine bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 202/2009, 203/2009, 214/2009, 232/2009, 270/2009, 271/2009, 322/2009, 378/2009, 379/2009, 386/2009 u 403/2009 u d-Direttiva 2009/8/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 334, 17.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 71, 17.3.2009, p. 8.

(3)  ĠU L 71, 17.3.2009, p. 11.

(4)  ĠU L 73, 19.3.2009, p. 12.

(5)  ĠU L 74, 20.3.2009, p. 14.

(6)  ĠU L 91, 3.4.2009, p. 3.

(7)  ĠU L 91, 3.4.2009, p. 5.

(8)  ĠU L 101, 21.4.2009, p. 9.

(9)  ĠU L 116, 9.5.2009, p. 3.

(10)  ĠU L 116, 9.5.2009, p. 6.

(11)  ĠU L 118, 13.5.2009, p. 66.

(12)  ĠU L 120, 15.5.2009, p. 3.

(13)  ĠU L 40, 11.2.2009, p. 19.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 122/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 105/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (2).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2009 tat-23 ta’ Marzu 2009 li jemenda l-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-azoxystrobin u l-fludioxonil f’ċerti prodotti jew fuqhom (3), kif ikkoreġut mill-ĠU L 208, 12.8.2009, p. 39, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim:

“—

32009 R 0256: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2009 tat-23 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 81, 27.3.2009, p. 3), kif korrett bil-ĠU L 208, 12.8.2009, p. 39”.

Artikolu 2

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 2005/396 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim:

“—

32009 R 0256: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2009 tat-23 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 81, 27.3.2009, p. 3), kif korrett bil-ĠU L 208, 12.8.2009, p. 39”.

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 256/2009, kif ikkorreġuti bil-ĠU L 208, 12.8.2009, p. 39, fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 334, 17.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 27.

(3)  ĠU L 81, 27.3.2009, p. 3.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 123/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 77/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/109/KE tad-9 ta’ Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni ta’ esperiment temporanju li jipprovdi għal ċerti derogi għat-tqegħid fis-suq ta’ taħlitiet taż-żrieragħ intiżi għall-użu bħala pjanti tal-għalf skont id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE biex jiġi stabbilit jekk ċerti speċi li mhumiex imniżżla fid-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/55/KE jew 2002/57/KE jissodisfawx ir-rekwiżiti biex ikunu inklużi fl-Artikolu 2(1)(A) tad-Direttiva 66/401/KEE (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 53 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/124/KE) fil-Parti 2 tal-Kapitolu III tal-Anness I mal-Ftehim:

“54.

32009 D 0109: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/109/KE tad-9 ta’ Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni ta’ esperiment temporanju li jipprovdi għal ċerti derogi għat-tqegħid fis-suq ta’ taħlitiet taż-żrieragħ intiżi għall-użu bħala pjanti tal-għalf skont id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE biex jiġi stabbilit jekk ċerti speċi li mhumiex imniżżla fid-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/55/KE jew 2002/57/KE jissodisfawx ir-rekwiżiti biex ikunu inklużi fl-Artikolu 2(1)(A) tad-Direttiva 66/401/KEE (ĠU L 40, 11.2.2009, p. 26).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2009/109/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 25.

(2)  ĠU L 40, 11.2.2009, p. 26.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 124/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (1).

(2)

L-Anness IV tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 81/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (2).

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/591/KE tat-30 ta’ Ġunju 2008 Forum Konsultattiv dwar l-Eko-disinn (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 6 (id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim:

“7.

32008 D 0591: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/591/KE tat-30 ta’ Ġunju 2008 Forum Konsultattiv dwar l-Eko-disinn (ĠU L 190, 18.7.2008, p. 22).”

Artikolu 2

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 26 (id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IV għall-Ftehim:

“26a.

32008 D 0591: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/591/KE tat-30 ta’ Ġunju 2008 Forum Konsultattiv dwar l-Eko-disinn (ĠU L 190, 18.7.2008, p. 22).”

Artikolu 3

It-testi tad-Deċiżjoni 2008/591/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 32.

(3)  ĠU L 190, 18.7.2008, p. 22.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 125/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 28/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 (1).

(2)

Direttiva 2007/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem, id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE dwar mezzi mediċi u Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (2) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/ŻEE (3) ġiet inkorporata fil-Kapitolu IX u Kapitolu XXX tal-Anness II tal-Ftehim. Peress li d-Direttiva tikkonċerna strumenti mediċi, għandha ssir referenza għaliha biss fil-Kapitolu XXX. Ir-Referenza għad-Direttiva f’Kapitolu IX, għalhekk għandha titħassar.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE (4) tikkonċerna mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem u r-referenza għal din id-Direttiva għandha għalhekk titneħħa minn Kapitolu X u titqiegħed fl-Artikolu XXX tal-Anness II mal-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 27a (Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE) tal-Kapitolu IX għandu jitħassar.

2.

It-test tal-punt 7 (Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE) tal-Kapitolu X għandu jitħassar.

3.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 12n (Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV u fil-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE) tal-Kapitolu XXX:

“—

32007 L 0047: Id-Direttiva 2007/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 21).”

4.

Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 6 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/50/KE) tal-Kapitolu XXX:

“7.

390 L 0385: Id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem (ĠU L 189, tal-20.7.1990, p. 17), kif emendata b’:

393 L 0042: Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1),

393 L 0068: Direttiva tal-Kunsill 93/68/KEE tat-22 ta’ Lulju 1993 (ĠU L 220, 30.8.1993, p. 1),

32007 L 0047: Direttiva 2007/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 21)

Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi tal-Att ta’ Adeżjoni tas-16 ta’ April 2003 għall-Polonja (l-Anness XII, il-Kapitolu 1, il-Punt 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2007/47/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 130, 28.5.2009, p. 21.

(2)  ĠU L 247, 21.9.2007, p. 21.

(3)  ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 126/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 565/2008 tat-18 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jistabbilixxi livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel fir-rigward tal-iffissar ta’ livell massimu għal dijossini u PCBs fil-fwied tal-ħut (2) għandu jiġi inkorporat fil-ftehim.

(3)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 54zzzz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim:

“—

32008 R 0565: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 565/2008 tat-18 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 160, 19.6.2008, p. 20).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 565/2008 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 27.

(2)  ĠU L 160, 19.6.2008, p. 20.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 127/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 tal-5 ta’ Diċembru 2008 li jikkonċerna programm Komunitarju kkoordinat ta’ kontroll multiannwali għall-2009, 2010 u 2011 sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u biex tevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Wara l-punt 54zzzza (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim għandu jiddaħħal dan li ġej:

“54zzzzb.

32008 R 1213: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 tal-5 ta’ Diċembru 2008 li jikkonċerna programm Komunitarju kkoordinat ta’ kontroll multiannwali għall-2009, 2010 u 2011 sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u biex tevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 9).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattazzjonijiet li ġejjin:

(1)

L-Artikolu 1 għandu jinqara bl-adattament li ġej:

‘Matul l-2009, l-2010 u l-2011, l-Iżlanda tista’ tkompli tanalizza għall-istess 61 pestiċida kif monitorati fl-affarijiet tal-ikel fis-suq tagħha fl-2008.’

(2)

Fl-Anness II għandu jiżdied dan li ġej:

‘IS

12 (*)

15 (**)

NO

12 (*)

15 (**)’ ”

Artikolu 2

It-testi għar-Regolament (KE) Nru 1213/2008 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 27.

(2)  ĠU L 328, 6.12.2008, p. 9.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 128/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 62/2009 tas-29 ta’ Mejju 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (2), kif ikkoreġut bil-ĠU L 87, 31.3.2009, p. 174, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2008 tal-24 ta’ Novembru 2008 li jikkonċerna l-eżami ta’ varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji (3) għandu jiġi inkorporat fil-ftehim.

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/130/KE tal-11 ta’ Diċembru 2006 li timplimenta d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istabbiliment tal-kriterji għall-eżenzjoni ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji, għall-annimali li jipproduċu l-ikel mill-ħtieġa ta’ preskrizzjoni veterinarja (4) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2008 jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1084/2003 (5) u (KE) Nru 1085/2003 (6) li huma inkorporati fil-Ftehim u għalhekk għandhom jitħassru taħt il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XIII tal-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 15q (id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32007 R 1394: Ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121), kif rettifikat mill-ĠU L 87, 31.3.2009, p. 174.”

(2)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 15zb (ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat minn:

32007 R 1394: Ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121), kif rettifikat mill-ĠU L 87, 31.3.2009, p. 174.”

(3)

It-test tal-punti 15r (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1084/2003) u 15s (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1085/2003) għandhom jitħassru.

(4)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 15zf (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/28/KE):

“15zg.

32006 L 0130: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/130/KE tal-11 ta’ Diċembru 2006 li timplimenta d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istabbiliment tal-kriterji għall-eżenzjoni ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji, għall-annimali li jipproduċu l-ikel mill-ħtieġa ta’ preskrizzjoni veterinarja (ĠU L 349, 12.12.2006, p. 15).

15zh.

32007 R 1394: Ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121) kif rettifikat bil-ĠU L 87, 31.3.2009, p. 174.

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

L-istati tal-EFTA għandhom ikunu għal kollox assoċjati mal-ħidma tal-Kumitat għal terapija Avvanzata, iżda mingħajr id-dritt tal-vot.

15zi.

32008 R 1234: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2008 tal- 24 ta’ Novembru 2008 li jikkonċerna l-eżami ta’ varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 7).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1394/2007, kif korretti permezz tal-ĠU L 87, 31.3.2009, p. 174 u (KE) Nru 1234/2008, u Direttiva 2006/130/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għanda tidħol fis-seħħ fis-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikoli 103(1) tal-Ftehim, ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*) jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009, liema minn dawn jiġu fl-aktar stadju tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 232, 3.9.2009, p. 18.

(2)  ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121.

(3)  ĠU L 334, 12.12.2008, p. 7.

(4)  ĠU L 349, 12.12.2006, p. 15.

(5)  ĠU L 159, 27.6.2003, p. 1.

(6)  ĠU L 159, 27.6.2003, p. 24.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 129/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 62/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 658/2007 tal-14 ta’ Ġunju 2007 li jikkonċerna l-penalitajiet finanzjarji għall-ksur ta’ ċerti obbligi fir-rigward ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li ngħataw skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara l-punt 15zi (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2008) ta’ Kapitolu XIII tal-Anness II mal-Ftehim:

“15zj.

32007 R 0658: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 658/2007 tal-14 ta’ Ġunju 2007 li jikkonċerna l-penalitajiet finanzjarji għall-ksur ta’ ċerti obbligi fir-rigward ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li ingħataw skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 155, 15.6.2007, p. 10).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Id-dritt tal-impożizzjoni ta’ multi finanzjarji tad-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni skont l-Artikolu 84(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 għandu fil-każi fejn id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni huwa stabbilit fi Stat tal-EFTA jkun eżegwit minn dak l-Istat tal-EFTA abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni Ewropea.”

Artikolu 2

It-testi għar-Regolament (KE) Nru 658/2007 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*) jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009, liema minn dawn jiġu fl-aktar stadju tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 232, 3.9.2009, p. 18.

(2)  ĠU L 155, 15.6.2007, p. 10.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 130/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 28/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/58/KE tal-21 ta’ Awwissu 2008 li temenda, bil-għan li tadatta għall-progress tekniku, għat-30 darba d-Direttiva tal-Kunsill Nru 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkjettar tas-sustanzi perikolużi (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE) tal-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim:

“—

32008 L 0058: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/58/KE tal-21 ta’ Awwissu 2008 (ĠU L 246, 15.9.2008, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2008/385/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 130, 28.5.2009, p. 21.

(2)  ĠU L 246, 15.9.2008, p. 1.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 131/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 28/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/385/KE tal-24 ta’ Jannar 2008 li temenda, għar-raġunijiet ta’ adattament skont il-progress teknoloġiku, l-Anness tad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet għall-applikazzjoni taċ-ċomb u l-kadmju (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 12q (id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II mal-Ftehim:

“—

32008 D 0385: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/385/KE tal-24 ta’ Jannar 2008 (ĠU L 136, 24.5.2008, p. 9).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2008/385/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 130, 28.5.2009, p. 21.

(2)  ĠU L 136, 24.5.2008, p. 9.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 132/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 28/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (2) għandu jiddaħħal fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007 jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003 (3) li hu inkorporat fil-Ftehim u għalhekk għandu jiġi rrevokat taħt il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim se jiġi emedat kif ġej:

1.

L-inċiż (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003) tal-punt 12o (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1896/2000) għandu jitħassar.

2.

It-test tal-punt 12s (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003) għandu jitħassar.

3.

Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 12zd (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/794/KE):

“12ze.

32007 R 1451: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi għar-Regolament (KE) Nru 1451/2007 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 130, 23.5.2009, p. 21.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.

(3)  ĠU L 307, 24.11.2003, p. 1.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 133/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 28/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 tas-16 ta’ April 2008 dwar il-miżati u ħlasijiet pagabbli lill-Aġenzija Ewropea dwar il-Kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (2), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 12ze (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007) tal-Kapitolu XV tal-Anness II mal-Ftehim:

“12zf.

32008 R 0340: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 tas-16 ta’ April 2008 dwar il-miżati u ħlasijiet pagabbli lill-Aġenzija Ewropea dwar il-Kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), (ĠU L 107, 17.4.2008, p. 6).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 340/2008 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 130, 28.5.2009, p. 21.

(2)  ĠU L 107, 17.4.2008, p. 6.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 134/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 28/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/423/KE tat-8 ta’ Mejju 2008 li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skont il-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 12zf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008) tal-Kapitolu XV tal-Anness II mal-Ftehim:

“12zg.

32008 D 0423: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/423/KE tat-8 ta’ Mejju 2008 li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skont il-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 79).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2008/423/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 130, 28.5.2009, p. 21.

(2)  ĠU L 149, 7.6.2008, p. 79.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 135/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 28/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/85/KE tal-5 ta’ Settembru 2008 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l- thiabendazole bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/86/KE tal-5 ta’ Settembru 2008 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l- thiabendazole bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/763/KE tad-29 ta’ Settembru 2008 li tistabbilixxi, skont id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-bejgħ annwali ta’ batteriji u akkumulaturi portabbli lil konsumaturi finali (4) għandha tiġi inkorporata f’dan il-ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jinżdied fil-punt 12n (id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32008 L 0085: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/85/KE tal-5 ta’ Settembru 2008 (ĠU L 239, tas-6.9.2008, p. 6),

32008 L 0086: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/86/KE tal-5 ta’ Serttembru 2008 (ĠU L 239, 6.9.2008, p. 9).”

2.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 12zg (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/423/KE):

“12zh.

32008 D 0763: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/763/KE tad-29 ta’ Settembru 2008 li tistabbilixxi, skont id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-bejgħ annwali ta’ batteriji u akkumulaturi portabbli lil konsumaturi finali għandha tiġi inkorporata f’dan il-ftehim (ĠU L 262, 1.10.2008, p. 39).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2008/85/KE u 2008/86/KE u d-Deċiżjoni 2008/763/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 130, 28.5.2009, p. 21.

(2)  ĠU L 239, 6.9.2008, p. 6.

(3)  ĠU L 239, 6.9.2008, p. 9.

(4)  ĠU L 262, 1.10.2008, p. 39.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

No 136/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 28/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/809/KE tal-14 ta’ Ottubru 2008 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sustanzi f’Annessi I, IA jew IB fid-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/831/KE tal-31 ta’ Ottubru 2008 li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skont il-programm ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE (3) għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jidħlu wara l-punt 12zh (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/763/KE) tal-Kapitolu XV tal-Anness II mal-Ftehim:

“12zi.

32008 D 0809: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/809/KE tal-14 ta’ Ottubru 2008 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sustanzi f’Annessi I, IA jew IB fid-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (ĠU L 281, 24.10.2008, p. 16).

12zj.

32008 D 0831: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/831/KE tal-31 ta’ Ottubru 2008 li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skont il-programm ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE (ĠU L 295, 4.11.2008, p. 50).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2008/809/KE u 2008/831/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 130, 28.5.2009, p. 21.

(2)  ĠU L 281, 24.10.2008, p. 16.

(3)  ĠU L 295, 4.11.2008, p. 50.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 137/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 28/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/681/KE tat-28 ta’ Lulju 2008 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-guazatine triacetate f’Annessi I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 12zj (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/831/KE) tal-Kapitolu XV tal-Anness II mal-Ftehim:

“12zk.

32008 D 0681: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/681/KE tat-28 ta’ Lulju 2008 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-guazatine triacetate f’Annessi I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 222, 20.8.2008, p. 7).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2008/681/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 130, 28.5.2009, p. 21.

(2)  ĠU L 222, 20.8.2008, p. 7.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 138/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (1).

(2)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/264/KE tal-25 ta’ Marzu 2008 dwar rekwiżiti ta’ sikurezza kontra n-nar li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għas-sigaretti skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/357/KE tat-23 ta’ April 2008 dwar rekwiżiti ta’ sikurezza għat-tfal li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għal-lajters skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 3k (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/502/KE) fil-Kapitolu XIX tal-Anness II għall-Ftehim:

“3l.

32008 D 0264: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/264/KE tal-25 ta’ Marzu 2008 dwar rekwiżiti ta’ sikurezza kontra n-nar li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għas-sigaretti skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 26.3.2008, p. 35).

3m.

32008 D 0357: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/357/KE tat-23 ta’ April 2008 dwar rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza għat-tfal li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għal-lajters skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 120, 7.5.2008, p. 11).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2008/264/KE u 2008/357/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 83, 26.3.2008, p. 35.

(3)  ĠU L 120, 7.5.2008, p. 11.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 139/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 31/2006 tal-10 ta’ Marzu 2006 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/108/KE tat-3 ta’ Frar 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2002/364/KE fir-rigward ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi komuni f’apparat mediku djanjostiku in vitro  (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 3 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/364/KE) fil-Kapitolu XXX tal-Anness II għall-Ftehim:

“, kif emendat bid-:

32009 D 0108: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/108/KE tat-3 ta’ Frar 2009 (ĠU L 39, 10.2.2009, p. 34).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2009/108/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 147, 1.6.2006, p. 48.

(2)  ĠU L 39, 10.2.2009, p. 34.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 140/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 81/2009 tas-3 ta’ Lulju 2009 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/74/KE tal-21 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-valuri armonizzati ta’ referenza għall-effiċjenza għal produzzjoni separata ta’ elettriċità u ta’ sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 28 (Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IV għall-Ftehim:

“29.

32007 D 0074: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/74/KE tal-21 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-valuri armonizzati ta’ referenza għall-effiċjenza għal produzzjoni separata ta’ elettriċità u ta’ sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 32, 6.2.2007, p. 183).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2007/74/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 32.

(2)  ĠU L 32, 6.2.2007, p. 183.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 141/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness IX (is-Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IX tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 106/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1289/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ elementi relatati mal-prospetti u r-reklami (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 29ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004) tal-Anness IX mal-Ftehim:

“—

32008 R 1289: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1289/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 17).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1289/2008 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 334, 17.12.2009, p. 3.

(2)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 17.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti dwar id-Deciżjoni Nru 141/2009 li tinkorpora r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1289/2008 mal-Ftehim

“ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1289/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ elementi relatati mal-prospetti u r-reklami tagħti lill-emitenti ta’ pajjiżi terzi d-dritt li jippreżentaw it-tagħrif finanzjarju storiku tagħhom skont l-istandards tal-kontijiet definiti fih. L-inkorporazzjoni ta’ dan ir-Regolament mingħajr ħsara għall-ambitu tal-Ftehim taż-ŻEE rigward ir-relazzjonijiet tal-pajjiż terz.”


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 142/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 110/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/240/KE tal-4 ta’ Marzu 2009 li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 13c (id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII mal-Ftehim:

“, kif emendat minn:

32009 D 0240: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/240/KE tal-4 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 71, 17.3.2009, p. 23).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2009/240/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 334, 17.12.2009, p. 10.

(2)  ĠU L 71, 17.3.2009, p. 23.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 143/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 110/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2009 tat- 23 ta’ Jannar 2009 li jadatta għad-disa’ darba għall-progress tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (2), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/4/KE tat-23 ta’ Jannar 2009 dwar il-kontromiżuri għall-prevenzjoni u għall-identifikazzjoni tal-manipulazzjoni tar-rekords tat-takografi, filwaqt li temenda d-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/5/KE tat-30 ta’ Jannar 2009 li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq (4) kif korrett mill-ĠU L 256, 29.9.2009, p. 38, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim

(5)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/60/KE tat-23 ta’ Jannar 2009 dwar il-linji gwida għall-aħjar prattika tal-infurzar rigward kontrolli ta’ tagħmir ta’ reġistrazzjoni li għandhom isiru permezz ta’ kontrolli fit-triq u minn garaxxijiet awtorizzati (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 21 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85):

“—

32009 R 0068: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2009 tal-23 ta’ Jannar 2009 (ĠU L 21, 24.1.2009, p. 3).”

2.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 21a (id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat minn:

32009 L 0004: id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/4/KE tat-23 ta’ Jannar 2009 (ĠU L L 21, 24.1.2009 p. 39),

32009 L 0005: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/5/KE tas-30 ta’ Jannar 2009 (ĠU L 29, 31.1.2009, p. 45), kif korrett bil-ĠU L 256, 29.9.2009, p. 38,.”

3.

Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 95 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2004/358/KE):

“96.

32009 H 0060: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/60/KE tat-23 ta’ Jannar 2009 dwar il-linji gwidi għall-aħjar prattika tal-infurzar rigward kontrolli ta’ tagħmir ta’ reġistrazzjoni li għandhom isiru permezz ta’ kontrolli fit-triq u minn garaxxijiet awtorizzati (ĠU L 21, 24.1.2009, p. 87).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 68/2009, id-Direttivi 2009/4/KE u 2009/5/KE, kif korretti permezz tal-ĠU L 256, 29.9.2009, p. 38, u r-Rakkomandazzjoni 2009/60/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 334, 17.12.2009, p. 10.

(2)  ĠU L 21, 24.1.2009, p. 3.

(3)  ĠU L 21, 24.1.2009, p. 39.

(4)  ĠU L 29, 31.1.2009, p. 45.

(5)  ĠU L 21, 24.1.2009, p. 87.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 144/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 110/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili (2) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 99/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 (3) b’adattamenti speċifiċi għal kull pajjiż.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 483/2009 tad-9 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 820/2008 li jistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni ta’ standards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 66i (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 820/2008) fl-Anness XIII għall-Ftehim:

“, kif emendat minn:

32009 R 0483: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 483/2009 tad-9 ta’ Ġunju 2009 (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 23).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 483/2009 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 334, 17.12.2009, p. 10

(2)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 304, 19.11.2009, p. 14.

(4)  ĠU L 145, 10.6.2009, p. 23.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 145/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 110/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1356/2008 tat-23 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 593/2007 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni (2) għandu jiġi inkorporat f’dan il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 66s (ir-Regoalment tal-Kummissjoni (KE) Nru 593/2007) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“ , kif emendat minn:

32008 R 1356: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1356/2008 tat-23 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 46).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1356/2008 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 334, 17.12.2009, p. 10.

(2)  ĠU L 350, 30.12.2008, p. 46.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 146/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness XVII (Proprjetà Intellettwali) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XVII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 56/2007 tat-8 ta’ Ġunju 2007 (1).

(2)

Id-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2008/95/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li sussegwentement hija mħassra skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XVII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE) għandu jitħassar.

2.

Dan il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara l-punt 9 g (id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“9h.

32008 L 0095: Id-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 299, 8.11.2008, p. 25).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:

(a)

fl-Artikolu 3(2), it-terminu ‘liġi dwar it-trade mark’ għandu jinftiehem bħala l-liġi dwar it-trade mark applikabbli għal Parti Kontraenti;

(b)

fl-Artikoli 4(2)(a)(i), (2)(b) u (3), 9 u 14, id-dispożizzjonijiet dwar it-Trade Mark tal-Komunità m’għandhomx japplikaw għall-Istati tal-EFTA sakemm it-Trade Mark tal-Komunità ma tkunx estiża għalihom.”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2008/95/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 266, 11.10.2007, p. 17.

(2)  ĠU L 299, 8.11.2008, p. 25.

(3)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 1.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 147/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XVIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2009 tal-24 ta’ April 2009 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi (2) għandha tiġi inkorporata mall-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 21b (Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XVIII tal-Ftehim:

“21c.

32004 L 0113: Id-Direttiva 2004/113/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija, (ĠU L 373 21.12.2004, p. 37).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għar-raġunijiet ta’ dan il-ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Fl-Artikoli 5 u 17 ir-riferenzi għal ‘21 ta’ Diċembru 2007’ għandhom jinqraw ‘30 ta’ Ġunju 2010’.”

Artikolu 2

Ittesti tad-Direttiva 2004/113/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 162, 25.6.2009, p. 32.

(2)  ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti dwar id-Deciżjoni Nru 147/2009 li tinkorpora d-Direttiva 2004/113/KE fil-Ftehim

“Id-Direttiva 2004/113/KE hija bbażata fuq l-Artikolu 13 tat-Trattat KE li kien introdott mill-ġdid permezz tat-trattat ta’ Amsterdam u mhux rifless fil-Ftehim taż-ŻEE. L-inkorporazzjoni tad-Direttiva 2004/113/KE fil-Ftehim taż-ZEE hu bla ħsara għall-ambitu tal-Ftehim taż-ŻEE.”


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 148/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 101/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/73/KE tas-17 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2007/589/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta’ linji gwida għall-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-ossidu nitruż (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/339/KE tas-16 ta’ April 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/589/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta’ linji gwida dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet u data dwar it-tunnellati-kilometru mill-attivitajiet tal-avjazzjoni (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Il-pjani ta’ monitoraġġ ippreżentati minn operaturi ta’ ajruplani lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA u approvati minn dawn tal-aħħar skont l-obbligi stipulati fid-Deċiżjoni 2009/339/KE se jitqiesu bħala approvati skont id-dispożizzjonijiet ta’ Sezzjoni 6 tal-Anness XIV u s-Sezzjoni 3 tal-Anness XV tad-Deċiżjoni 2009/339/KE, u magħrufa bħala tali fl-implimentazzjoni tal-EU ETS għal attivitajiet tal-avjazzjoni.

(5)

L-inkorprazzjoni tad-Deċiżjoni 2009/339/KE qabel l-inkorporazzjoni tad-Direttiva 2008/101/KE hija bla ħsara għall-proċeduri simili ta’ inkorporazzjoni fil-futur u bla ħsara għal xi negozjati dwar adattamenti għad-Direttiva 2008/101/KE,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 21am (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE) fl-Anness XX mal-Ftehim:

“, kif emendat minn:

32009 D 0073: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/73/KE tas-17 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 24, 28.1.2009, p. 18),

32009 D 0339: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/339/KE tas-16 ta’ April 2009 (ĠU L 103, 23.4.2009, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2009/73/KE u 2009/339/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Diċembru 2009 jew fil-ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*), liema data tkun l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 304, 19.11.2009, p. 18.

(2)  ĠU L 24, 28.1.2009, p. 18.

(3)  ĠU L 103, 23.4.2009, p. 10.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 149/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 101/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 (1).

(2)

Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 21aqc (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007) tal-Anness XX tal-Ftehim:

“21ar.

32001 L 0081: Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22), kif emendata minn:

1 03 T: Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tal-Islovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija mwaqqfa l-Unjoni Ewropea, adottat fis-16 ta’ April 2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

32006 L 0105: Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/105/KE tal-20 ta’ Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 368).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:

(a)

Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 2:

“(f)

għan-Norveġja, l-emissonijiet fit-territorju ta’ Svalbard.”

(b)

Fejn jidħlu l-obbligi stipulati fl-Artikolu 4, il-limiti massimi nazzjonali li ġejjin, li għandhom jintlaħqu sas-sena 2010 mill-Istati EFTA għandhom jiżdiedu mal-Anness I:

“Il-pajjiż

SO2

Kilotunellati

NOx

Kilotunellati

VOC

Kilotunellati

NH3

Kilotunellati

L-Iżlanda

90

27

31

8

Il-Liechtenstein

0,11

0,37

0,86

0,15

In-Norveġja

22

156

195

23 ”

(c)

It-test tal-Artikolu 6 (1) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

“L-Istati EFTA għandhom, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2010, ifasslu programmi tal-emissjonijiet nazzjonali tal-inkwinanti msemmija fl-Artikolu 4 bil-għan li jkun hemm konformità mill-inqas mal-limiti nazzjonali tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness I sa mhux aktar tard mill-2010.”

(d)

It-test tal-Artikolu 6(3) m’għandux japplika.

(e)

Is-sentenza li ġejja għandha tiddaħħal fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2):

“Fejn jidħlu l-Istati EFTA, l-aħħar data li fiha huma għandhom jinfurmaw lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont il-paragrafu 4(a) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim taż-ŻEE, bil-programmi mfassla skont l-Artikolu 6(1) u (2) għandha tkun il-31 ta’ Marzu 2010.”

(f)

Is-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal fl-Artikolu 8(3):

“Meta l-Kummissjoni u l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA, f’konformità mal-paragrafu 4(a) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim taż-ŻEE, jiskambjaw informazzjoni dwar il-programmi nazzjonali li jkunu ġew irċevuti mill-Istati Membri tal-UE jew mill-Istati EFTA rispettivament, il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni li tkun irċeviet mill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA lill-Istati Membri tal-UE u l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tikkomunika l-informazzjoni li tkun rċeviet mill-Kummissjoni lill-Istati tal-EFTA, fi żmien xahar mindu din tkun waslet.” ”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2001/81/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 304, 19.11.2009, p. 18.

(2)  ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/51


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 150/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 101/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2009 tal-15 ta’ April 2009 li jemenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress speċifiku u tekniku, l-Annessi IIIA u VI għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjaġġi ta’ skart (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jinżied mal-punt 32c (ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX li jinsab mal-Ftehim:

“—

32009 R 0308: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2009 tal-15 ta’ April 2009 (ĠU L 97, 16.4.2009, p. 8).”

Artikolu 2

It-testi għar-Regolament (KE) Nru 308/2009 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 73/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008, skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 304, 19.11.2009, p. 18.

(2)  ĠU L 97, 16.4.2009, p. 8.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 151/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 250/2009 tal-11 ta’ Marzu 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-definizzjonijiet ta’ karatteristiċi, il-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta, ir-rekwiżiti tal-irrappurtar doppju għan-NACE Rev. 1.1 u n-NACE Rev.2 u d-derogi li għandhom jingħataw għall-istatistika strutturali tan-negozji (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 251/2009 tal-11 Marzu 2009 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-serje ta’ dejta li għandha tiġi prodotta għall-istatistiċi strutturali tal-kummerċ u l-adattamenti meħtieġa wara l-klassifikazzjoni ta’ statistika tal-prodotti assoċjati mal-attività (CPA) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2700/98 (4) u (KE) Nru 2702/98 (5), li huma inkorporati fil-Ftehim, huma mħassra mir-Regolament (KE) Nru 250/2009, filwaqt li d-dispożizzjonijiet tagħhom jibqgħu japplikaw rigward il-ġabra, il-kumpilazzjoni u t-trażmissjoni ta’ dejta għas-snin ta’ referenza sal-2007 b’din is-sena inkluża.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2701/98 (6), li hu inkorporat fil-Ftehim, hu mħassar mir-Regolament (KE) Nru 251/2009, filwaqt li d-dispożizzjonijiet tiegħu jibqa’ japplika rigward is-serje ta’ dejta li għandha tiġi trażmessa għas-snin ta’referenza sal-2007 b’din is-sena inkluża,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 1 (ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat minn:

32009 R 0251: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 251/2009 tat-11 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 86, 31.3.2009, p. 170).”

2.

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 1j (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1670/2003):

“1k.

32009 R 0250: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 250/2009 tal-11 ta’ Marzu 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-definizzjonijiet ta’ karatteristiċi, il-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta, ir-rekwiżiti tal-irrappurtar doppju għan-NACE Rev. 1.1 u n-NACE Rev.2 u d-derogi li għandhom jingħataw għall-istatistika strutturali tan-negozji (ĠU L 86, 31.3.2009, p. 1)

1 l.

32009 R 0251: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 251/2009 tal-11 ta’ Marzu 2009 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-serje ta’ dejta li għandha tiġi prodotta għall-istatistiċi strutturali tal-kummerċ u l-adattamenti meħtieġa wara l-klassifikazzjoni ta’ statistika tal-prodotti assoċjati mal-attività (CPA) (ĠU L 86, 31.3.2009, p. 170).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

il-Liechtenstein hu eżentat mill-ġbir tad-dejta tas-serje tad-9C u 9D skont l-Anness 1. Il-Liechtenstein għandu jforni dejta tal-livell ta’ tqassim tal-attività skont il-livell ta’ żewġ ċifri biss ta’ NACE Rev.2.”

3.

It-test ta’ adattament li ġej għandu jiżdied mal-punti 1a (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2700/98) u 1c (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2702/98):

“Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 250/2009, dan ir-Regolament huwa mħassar. Id-dispożizzjonijiet għandhom, madankollu, ikomplu japplikaw fir-rigward tal-ġbir, tal-kumpilazzjoni u tat-trażmissjoni ta’ dejta għas-snin ta’ referenza sal-2007 b’din is-sena inkluża.”

4.

It-test ta’ adattement li ġej għandu jiżdied fil-punt 1b (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2701/98):

“Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 251/2009, dan ir-Regolament huwa mħassar. Id-dispożizzjonijiet għandhom, madankollu, ikomplu japplikaw fir-rigward tas-serje ta’ dejta li għandha tiġi trażmessa għas-snin ta’ referenza sal-2007 b’din is-sena inkluża.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 250/2009 u 251/2009 fl-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 334, 17.12.2009, p. 15.

(2)  ĠU L 86, 31.3.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 86, 31.3.2009, p. 170.

(4)  ĠU L 344, 18.12.1998, p. 49.

(5)  ĠU L 344, 18.12.1998, p. 102.

(6)  ĠU L 344, 18.12.1998, p. 81.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 152/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (Tfassil mill-ġdid) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2009/42/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li b’hekk hi mħassra skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 7b (Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE) fl-Anness XXI għall-Ftehim għandu jiġi mibdul b’li ġej:

32009 L 0042: Id-Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 141, 6.6.2009, p. 29).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/42/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 334, 17.12.2009, p. 15.

(2)  ĠU L 141, 6.6.2009, p. 29.

(3)  ĠU L 320, 30.12.1995, p. 25.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 153/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) u l-Protokoll 30 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistiċi mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

Il-Protokoll 30 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (2).

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ dejta suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 (5), li huma inkorporati fil-Ftehim u li konsegwentement għandom jitħassaru taħt dan il-Ftehim.

(5)

Ir-referenzi kollha għall-Kumitat tal-Pogramm Statistiku (KPS) fil-Protokoll 30 għall-Ftehim għandu jidbiddel b’referenza għall-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (KSEI),

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-test tal-punt 17 (ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jidbiddel b’dan li ġej:

32009 R 0223: ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ dejta suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).”

(2)

It-test tal-punt 17a (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97) għandu jitħassar.

Artikolu 2

Il-Protokoll 30 għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-test tal-Artikolu 1(6) għandu jidbiddel b’dan li ġej:

“Il-ġestjoni tal-istatistika mill-Istati tal-EFTA għandhom jiġu rregolati mir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-istatistiċi Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).”

(2)

Il-kliem “Kumitat tal-Pogramm Statistiku (KPS)” fl-Artikolu 1(1) għandu jidbiddel bil-kliem “Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (KSEI)”.

(3)

Il-kliem “KPS/ŻEE” fl-Artikolu 1(1) u 1(7) għandu jidbiddel bil-kliem “KSEI/ŻEE”.

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 334, 17.12.2009, p. 15.

(2)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 43.

(3)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

(4)  ĠU L 304, 14.11.2008, p. 70.

(5)  ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/58


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 154/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 646/2009 tat-23 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2010 ta’ fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar il-qsim ta’ riżorsi intra-familjari (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 707/2009 tal-5 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u l-investiment dirett barrani, fir-rigward tal-aġġornament tar-rekwiżiti ta’ dejta (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/498/KE tat-23 ta’ Ġunju 2009 dwar metadejta ta’ referenza għas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara punt 18x (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 362/2008):

“18xa.

32009 R 0646: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 646/2009 tat-23 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2010 ta’ fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar il-qsim ta’ riżorsi intra-familjari (ĠU L 192, 24.7.2009, p. 3).”

2.

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 19s (ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 R 0707: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 707/2009 tal-5 ta’ Awwissu 2009 (ĠU L 204, 6.8.2009, p. 3).”

3.

Il-punt li jmiss se jiddaħħal wara l-punt 17c (Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/217/COM):

“17d.

32009 H 0498: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/498/KE tat-23 ta’ Ġunju 2009 dwar metadejta ta’ referenza għas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ĠU L 168, 30.6.2009, p. 50).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 646/2009 u (KE) Nru 707/2009 u r-Rakkomandazzjoni 2009/498/KE, fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 334, 17.12.2009, p. 15.

(2)  ĠU L 192, 24.7.2009, p. 3.

(3)  ĠU L 204, 6.8.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 168, 30.6.2009, p. 50.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/60


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 155/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 834/2009 tal-11 ta’ Settembru 2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività tal-affiljati barranin, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rapporti tal-kwalità (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 19xa (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2008) tal-Anness XXI mal-Ftehim:

“19xb.

32009 R 0834: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 834/2009 tal-11 ta’ Settembru 2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività tal-affiljati barranin, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rapporti tal-kwalità (ĠU L 241, 12.9.2009, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) 834/2009 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 334, 17.12.2009, p. 15.

(2)  ĠU L 241, 12.9.2009, p. 3.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/61


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 156/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 543/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istatistika tal-għelejjel u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 u (KEE) Nru 959/93 (2) għandu jiġi inkorporat fil-ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 543/2009 jħassar, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 (3) u (KEE) Nru 959/93 (4), li huma inkorporati fil-Ftehim u li għalhekk se jiġu konsegwentament imħassra taħt il-Ftehim b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Il-Punti 24 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90) u 24a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 959/93) għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid bħala l-punti 24a u 24aa rispettivament.

(2)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal qabel il-punt il-ġdid 24a:

“24.

32009 R 0543: ir-Regolament (KE) Nru 543/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istatistika tal-għelejjel u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 u (KEE) Nru 959/93 (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Il-Liechtenstein hija eżentata milli tiġbor id-dejta meħtieġa minn dan ir-Regolament;”

(3)

It-test tal-punti l-ġodda 24a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90) u 24a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 959/93) għandu jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 2

It-testi għar-Regolament (KE) Nru 543/2009 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 334, 17.12.2009, p. 15.

(2)  ĠU L 167, 29.6.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 88, 3.4.1990, p. 1.

(4)  ĠU L 98, 24.4.1993, p. 1.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/63


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 157/2009

tal-9 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXII ta’ mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 116/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE dwar ċerti rekwiżiti ta’ żvelar għal kumpaniji ta’ daqs medju u l-obbligu tal-preparazzjoni tal-kontijiet konsolidati (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 4 (Ir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE) u 6 (Is-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE) tal-Anness XXII għall-Ftehim:

“—

32009 L 0049: Id-Direttiva 2009/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 (ĠU L 164, 26.6.2009, p. 42).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/49/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 334, 17.12.2009, p. 15.

(2)  ĠU L 164, 26.6.2009, p. 42.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/64


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 158/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXII ta’ mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 116/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 636/2009 tat-22 Lulju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 15 tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet Internazzjonali dwar ir-Rapportar Finanzjarju (IFRIC) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 10ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008) tal-Anness XXII tal-Ftehim:

“ —

32009 R 0636: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 636/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 (ĠU L 191, 23.7.2009, p. 5).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 636/2009 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 334, 17.12.2009, p. 19.

(2)  ĠU L 191, 23.7.2009, p. 5.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/65


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 159/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li jemenda l-Protokoll 31, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet, u l-Protokoll 37 tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 u 101 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 94/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1).

(2)

Il-Protokoll 37 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 94/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (2).

(3)

Huwa xieraq li tkun estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim biex tiġi inkluża d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/334/KE tal-20 ta’ April 2009 li twaqqaf grupp ta’ esperti dwar is-sigurtà tas-sistemi GNSS Ewropej (3).

(4)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża sseħħ.

(5)

Sabiex il-Ftehim jaħdem sew, il-Protokoll 37 tal-Ftehim għandu jiġi estiż biex jinkludi l-grupp ta’ esperti dwar is-sigurtà tas-sistemi GNSS Ewropej mwaqqfa bid-Deċiżjoni 2009/334/KE, u l-Protokoll 31 għandu jiġi emendat sabiex jispeċifika l-proċeduri ta’ assoċjazzjoni ma’ dan il-Grupp,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-paragrafu 8a tal-Artikolu 1 (Riċerka u żvilupp tekniku) tal-Protokoll 31 għandi jiġi emendat kif ġej:

1.

L-addattamenti (d) u (e) għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid bħala addattamenti (e) u (f) rispettivament.

2.

Din l-adattazzjoni l-ġdida li ġejja (d) għandha tiddaħħal wara l-adattazzjoni (c):

“(d)

Il-modalitajiet għall-assoċjazzjoni tal-Istati EFTA skont l-Artikolu 101 tal-Ftehim:

 

Kull Stat EFTA jista’, skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/334/KE (*), jaħtar persuna biex tipparteċipa bħala membru sħiħ fil-laqgħat tal-grupp ta’ esperti dwar is-sigurtà tas-sistemi GNSS Ewropej (Il-Bord ta’ Sigurtà għas-Sistemi GNSS Ewropej).

 

Il-Kummissjoni Ewropea għandha, fi żmien xieraq, tgħarraf lill-parteċipanti bid-dati tal-laqgħat tal-grupp u tittrasmettilhom id-dokumentazzjoni relevanti.

(*)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/334/KE tal-20 ta’ April 2009 (ĠU L 101, 21.4.2009, p. 22).”"

Artikolu 2

Il-punt li ġej għandu jkun inserit fil-Protokoll 37 (li fih il-lista li jipprovdi għaliha l-Artikolu 101) mal-Ftehim:

“32.

Il-Bord ta’ Sigurtà għas-Sistemi GNSS Ewropej (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/334/KE).”

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim. (**)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 50.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 101, 21.4.2009, p. 22.

(**)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/67


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 160/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 92/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1).

(2)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim sabiex jiġi inkluż ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 li jistabilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol (2), kif emendat mir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nri 1643/95 (3), 1654/2003 (4), u 1112/2005 (5).

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din l-estensjoni ta’ kooperazzjoni tkun tista’ sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2010,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“11.

(a)

L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fl-l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq ix-Xogħol minn hawn ‘il quddiem imsejjħa “Aġenzija”, kif stipulat fl-att tal-Komunità li ġej:

31994 R 2062: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq ix-Xogħol (ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1), kif emendat bi:

31995 R 1643: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1643/95 tad-29 ta’ Ġunju 1995 (ĠU L 156, 7.7.1995, p. 1),

32003 R 1654: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1654/2003 tat-18 ta’ Ġunju 2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 38),

32005 R 1112: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1112/2005 tas-24 ta’ Ġunju 2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 5).

(b)

L-Istati tal-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-attivitajiet riferiti fil-(a) skont l-Artikolu 82(1)(a) u l-Protokoll 32 tal-Ftehim.

(c)

L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-Bord Amministrattiv u fi ħdanu għandu jkollhom l-istess drittijiet u obligazzjonijiet bħall-Istati Membri tal-UE ħlief għad-dritt għall-vot.

(d)

L-Istati tal-EFTA għandhom, fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 160/2009 tal-4 ta’ Diċembru, jinformaw lill-Aġenzija bl-elementi komponenti ewlenin tan-netwerks ta’ informazzjoni nazzjonali dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol kif provdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2062/94, kif sussegwentement emendat.

(e)

L-Istati tal-EFTA għandhom b’mod partikolari, fil-perjodu stipulat fil-punt (d), jinnominaw l-istituzzjonjiet għall-koordinament u/jew għat-trażmissjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi provduta fuq livell nazzjonali lill-Aġenzija.

(f)

L-Istati tal-EFTA għandhom ukoll jinfurmaw lill-Aġenzija bl-ismijiet tal-istituzzjonijiet stabbiliti fit-territorju nazzjonali tagħhom li jistgħu jikkooperaw magħhom fuq ċerti suġġetti ta’ interess partikolari, u għalhekk jaġixxu bħala ċentri tematiċi tan-netwerk.

(g)

Fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi l-informazzjoni msemmija f’(d), (e) u (f), il-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija għandu jagħmel reviżjoni tal-elementi ewlenin tan-netwerk sabiex iqis il-parteċipazzjoi tal-Istati tal-EFTA.

(h)

L-Aġenzija għandu jkollha personalità legali. Hija għandha tgawdi fil-Partijiet Kontraenti kollha l-kapaċità l-iktar wiesgħa mogħtija lill-persuni legali skont il-liġjiet tagħhom.

(i)

L-Istati tal-EFTA għandhom japplikaw lill-Aġenzija u lill-impjegati tagħha l-Protokoll dwar l-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Kominitajiet Ewropej.

(j)

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej kif stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (*), ċittadini tal-Istati tal-EFTA li qegħdin igawdu d-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiġu ingaġġati permezz ta’ kuntratt mid-Direttur tal-Aġenzija.

(k)

Bis-saħħa tal-Artikolu 79(3) tal-Ftehim, Taqsima VII (Dispożizzjonijiet Istituzzjonali) tal-Ftehim għandu japplika għal dan il-paragrafu.

(l)

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (**), għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2062/2004, għandu japplika wkoll għal kull dokument tal-Aġenzija rigward l-Istati tal-EFTA.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (***).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, ir-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L …

(2)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.

(3)  ĠU L 156, 7.7.1995, p. 1.

(4)  ĠU L 245, 29.9.2003, p. 38.

(5)  ĠU L 184, 15.7.2005, p. 5.

(***)  Hemm indikati rekwiżiti konstituzzjonali.