ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.059.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 59 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
Werrej |
|
IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom |
Paġna |
|
|
2010/137/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Awwissu 2009 Għajnuna mill-Istat C 6/09 (ex N 663/08) – Awstrija Austrian Airlines – Pjan għall-istrutturar mill-ġdid (notifikata bid-dokument numru C(2009) 6686) ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom
9.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 59/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Awwissu 2009
Għajnuna mill-Istat C 6/09 (ex N 663/08) – Awstrija Austrian Airlines – Pjan għall-istrutturar mill-ġdid
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 6686)
(It-test bl-ilsien Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/137/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li l-partijiet interessati ġew mistiedna jressqu l-kummenti tagħhom skont dawn l-Artikoli (1),
Billi:
1. IL-PROĊEDURI
(1) |
Permezz ta’ ittra li ġġib id-data tal-11 ta’ Frar 2009, il-Kummissjoni infurmat lir-Repubblika Awstrijaka bid-deċiżjoni tagħha, li tibda l-proċeduri relatati mal-bejgħ tal-ishma tal-Istat Awstrijak fil-grupp ta’ intrapriżi Austrian Airlines skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE. |
(2) |
Fil-11 ta’ Marzu 2009, l-Awstrija għaddiet lill-Kummissjoni l-kummenti tagħha dwar il-ftuħ tal-proċedura. |
(3) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-ftuħ tal-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati, biex fi żmien xahar minn wara din il-pubblikazzjoni jressqu l-kummenti tagħhom dwar dawn il-miżuri. |
(4) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-partijiet interessati. Hija għaddiet dawn il-kummenti lill-Awstrija permezz tal-posta elettronika fil-15 ta’ April 2009. L-Awstrija ngħatat l-opportunità li tesprimi l-pożizzjoni tagħha dwar dawn il-kummenti. Il-kummenti tal-Awstrija waslu għand il-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika fit-8 ta’ Mejju 2009. |
(5) |
Fuq talba tal-Awstrija, fis-7 ta’ Mejju 2009 u fit-18 ta’ Mejju 2009 saru xi laqgħat. B’konnessjoni ma’ dawn il-laqgħat, fit-22 ta’ Mejju 2009 kif ukoll fit-18 ta’ Ġunju 2009, informazzjoni addizzjonali meħtieġa ġiet mgħoddija mill-Kummissjoni. |
2. IL-FATTI
2.1. Sfond tal-investigazzjoni
(6) |
Il-grupp ta’ intrapriżi Austrian Airlines (minn issa ‘l quddiem “Austrian Airlines”) huwa magħmul minn tliet intrapriżi: Austrian Airlines Österreichische Luftverkehrs AG, trasportatur bl-ajru orjentat għal netwerks li ġie mwaqqaf fl-1957, Tiroler Luftfahrt GesmbH (minn issa ‘l quddiem “Tiroler Luftfahrt”), kumpanija sussidjarja reġjonali mwaqqfa fl-1978, kif ukoll Lauda Air Luftfahrt GmbH (minn issa ‘l quddiem “Lauda Air”), kumpanija għall-kiri ta’ ajruplani mwaqqfa fl-1979. L-Austrian Airlines għandha d-domiċilju tagħha fi Vjenna u topera trasport bl-ajru bil-punti ċentrali tal-attività tagħha fl-ajruport internazzjonali ta’ Vjenna u fl-ajruport ta’ Innsbruck. L- Austrian Airlines hija membru tal-iStar Alliance. |
(7) |
L-Istat tal-Awstrija permezz tal-kumpanija possedenti, l-Österreichische Industrieholding AG (minn issa ‘l quddiem “ÖIAG”) għandu 41,56 % tal-ishma tal-Austrian Airlines. L-ÖIAG hija l-akbar azzjonista. |
(8) |
B’kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja problematika — u li sejra għall-agħar - li jinsab fiha sa minn diversi snin il-grupp ta’ intrapriżi Austrian Airlines (ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Jannar 2009 dwar l-għajnuna mill-Istat NN 72/2008, Austrian Airlines — Għajnuna għas-salvataġġ (3), fit-12 ta’ Awwissu 2008 l-Gvern Federali Awstrijak ħareġ mandat ta’ privatizzazzjoni, li permezz tiegħu awtorizza lill-ÖIAG sabiex tbigħ l-ishma kollha tagħha fl-Austrian Airlines. Fid-29 ta’ Ottubru 2008, il-mandat ġie estiż sal-31 ta’ Diċembru 2008. |
(9) |
Fit-13 ta’ Awwissu 2008 l-ÖIAG ippubblikat notifikazzjonijiet fl-istampa Awstrijaka u fl-istampa internazzjonali (4), li fihom stiednet lill-investituri potenzjali sabiex juru l-interess tagħhom fl-akkwist tal-ishma tal-ÖIAG fl-Austrian Airlines. Dawk li jitfgħu offerti setgħu jikkomunikaw l-interess tagħhom sat-24 ta’ Awwissu 2008. B’kollox tnax-il investitur iddikjaraw l-interess tagħhom. |
(10) |
Fit-28 ta’ Awwissu 2008 l-investituri potenzjali ġew infurmati, li sat-12 ta’ Settembru 2008 għandu jiġi sottomess pjan għall-akkwist tal-ishma. Il-pjan kellu jinkludi fih informazzjoni dwar minn qed jitfa’ l-offerta, pjan strateġiku għall-futur tal-Austrian Airlines, suġġeriment għall-istruttura tan-negozjati, informazzjoni dwar finanzjament ippjanat kif ukoll informazzjoni addizzjonali dwar il-kontenut tal-kuntratt (garanziji). Ġew sottomessi biss tliet pjanijiet għall-akkwist (5). |
(11) |
Fis-16 ta’ Settembru 2008 t-tliet partijiet lesti li jitfgħu offerta li kien fadal ġew mistiedna, sabiex jissottomettu l-offerta definittiva tagħhom mingħajr ma jispeċifikaw il-prezz tax-xiri sal-21 ta’ Ottubru 2008 u l-offerta definittiva tagħhom bi speċifikazzjoni tal-prezz tax-xiri sal-24 ta’ Ottubru 2008. |
(12) |
Fil-21 ta’ Ottubru 2008 d-Deutsche Lufthansa AG (minn issa ‘l quddiem “Lufthansa”) issottometiet offerta bħala l-unika parti li qed titfa’ offerta, li tinkludi kuntratt u pjan strateġiku mingħajr dikjarazzjoni tal-prezz, kif kien ġie mitlub. Fl-24 ta’ Ottubru 2008 l-Lufthansa ssottometiet offerta li torbot bi speċifikazzjoni tal-prezz, li hija kienet lesta li tħallas għall-ishma tal-ÖIAG fl-Austrian Airlines. |
(13) |
Fl-24 ta’ Ottubru 2008 l-S7 issottometiet offerta wkoll […] (*) l-Air France/KLM ma għamlet l-ebda offerta (6). |
(14) |
Fit-3 ta’ Diċembru 2008 n-negozjati ġew approvati mill-Bord tad-Diretturi tad-Deutschen Lufthansa AG u fil-5 ta’ Diċembru 2008 mill-Bord tad-Diretturi tal-ÖIAG. |
(15) |
Għalhekk fl-aħħar tal-proċedura tal-privatizzazzjoni l-Lufthansa, bħala l-parti li tefgħet offerta magħżula tat offerta għall-ishma tal-ÖIAG fl-Austrian Airlines, li ġiet aċċettata mill-Bord tad-Diretturi tal-ÖIAG. |
(16) |
In-negozjati konklużi bejn l-ÖIAG u l-Lufthansa jistipulaw dan li ġej:
|
(17) |
Fin-notifika tal-miżuri tal-21 ta’ Diċembru 2008, li saret għal raġunijet ta’ sigurtà legali, ir-Repubblika Awstrijaka esprimiet l-opinjoni li n-negozjati għall-bejgħ mhumiex marbuta mal-għoti ta’ għajnuna mill-Istat għax il-prezz li ser jitħallas għall-Austrian Airlines huwa konformi mal-prezz tas-suq. |
(18) |
Għalhekk il-prezz li għandha tħallas il-Lufthansa għall-ishma tal-Istat fl-Austrian Airlines bl-ebda mod mhu għajnuna mill-Istat għax kull xenarju alternattiv kien joħloq aktar spejjeż għall-ÖIAG. |
(19) |
Barra minn dan, u irrispettivament mill-argument ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet Awstrijaċi ddikjaraw, li huma — jekk il-Kummissjoni ma tasalx ukoll għall-konklużjoni li l-miżuri inkwistjoni ma jirrigwardjawx għajnuna mill-Istat — ukoll kienu ser jissottomettu pjan għall-istrutturar mill-ġdid tal-Austrian Airlines, sabiex l-għajnuna tkun konformi mal-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE. |
(20) |
Fir-rigward ta’ għajnuna għas-salvataġġ, fid-19 ta’ Diċembru 2008, ir-Repubblika Awstrijaka nnotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha, li tagħti għajnuna għas-salvataġġ fil-forma ta’ garanzija sħiħa ta’ 100 % lill-grupp ta’ intrapriżi Austrian Airlines, sabiex tippermetti lill-intrapriża tieħu finanzjament permezz ta’ self ta’ aktar minn EUR 200 miljun. L-għajnuna għas-salvataġġ ġiet awtorizzata fid-19 ta’ Jannar 2009. |
(21) |
B’konformità mad-deċiżjoni dwar l-għajnuna għas-salvataġġ, l-għajnuna għas-salvataġġ (fil-forma ta’ garanzija mill-Istat għal ftehim qafas dwar kreditu) tintemm, jekk il-Kummissjoni tasal biex tieħu pożizzjoni legali definittiva dwar l-għajnuna (deċiżjoni konklużiva) fir-rigward tal-proċedura għall-bejgħ/il-pjan tal-istrutturar mill-ġdid sottomessi mill-awtoritajiet Awstrijaċi (8). |
2.2. Il-miżuri investigati
(22) |
Fid-deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali (‘il quddiem imsejħa wkoll “deċiżjoni għall-bidu tal-proċedura”) ġew trattati l-mistoqsijiet,
|
2.2.1. Prezz tas-suq tal-ishma tal-ÖIAG għall-Austrian Airlines
(23) |
Il-Kummissjoni esprimet id-dubji tagħha, jekk fir-rigward tal-kundizzjonijiet marbuta mal-bejgħ, il-prezz li l-Lufthansa trid tħallas għall-ishma akkwistati huwiex konfromi mal-prezz tas-suq. Il-mandat ta’ privatizzazzjoni maħruġ mill-ÖIAG jistipula dan li ġej: “L-ÖIAG hija awtorizzata, li tipprivatizza l-Austrian Airlines AG filwaqt li żżomm struttura ta’ azzjonisti Awstrijaċi ta’ 25 % u sehem 1. L-għan huwa
|
(24) |
Il-prezz li għandu jitħallas lill-Istat Awstrijak ġie emendat permezz ta’ klawsola għall-possibilità ta’ ħlas lura, li skont din il-klawsola l-Istat Awstrijak għandu jirċievi ħlasijiet minn qliegħ possibbli aktar ‘il quddiem. Il-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tifhem b’mod ċar dan il-mekkaniżmu u l-valur tiegħu. |
(25) |
Fil-ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni esprimiet dubju, jekk il-bejgħ tal-Austrian Airlines sarx b’kundizzjonijiet adattati. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll, li fl-aħħar mill-aħħar hi ma setgħetx tiddeċiedi, jekk il-kundizzjonijiet marbuta mal-bejgħ kinux tat-tip li jaffettwaw il-prezz imħallas. |
(26) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-prezz imħallas mil-Lufthansa, il-Kummissjoni ddikjarat, li fl-aħħar mill-aħħar hi ma setgħetx tiddetermina jekk iċ-ċertifikat ta’ debitur ta’ aktar minn EUR 162 miljun jikkumpensax biżżejjed l-Istat Awstrijak għall-prezz aktar baxx ta’ kull sehem, li huwa lest li jaċċetta fil-konklużjoni tal-bejgħ, jew jekk l-Istat permezz tal-aċċettazzjoni ta’ prezz tal-ishma, li huwa ħafna aktar baxx mill-prezz tal-ishma, li ser jitħallas lill-azzjonisti kollha, huwiex fil-fatt qed jagħti għajnuna mill-Istat lil-Lufthansa u għalhekk lill-Austrian Airlines. |
(27) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-prezz negattiv li ser tħallas il-Lufthansa, kif diġà ħareġ mill-ilmenti tal-Air France/KLM, mhuwiex ċar jekk dawk kollha li tefgħu offerta kellhomx l-istess opportunità, li jitfgħu offerti fuq l-istess prinċipju. Ma kienx ċar ukoll, jekk dawk kollha li tefgħu offerti kellhomx biżżejjed żmien u informazzjoni għall-evalwazzjoni tal-investimenti għall-bejgħ. Il-Kummissjoni nnutat ukoll, li l-prezz li ser tħallas il-Lufthansa għall-ishma, li hija ser takkwista mill-Istat, huwa differenti mill-prezz li għandu jitħallas mill-azzjonisti l-oħra f’suq ħieles (jiġifieri huwa inqas). |
2.2.2. L-ÖIAG aġixxiet bħala investitur li jinnegozja f’suq ħieles għax kull xenarju ieħor kien jikkawża aktar spejjeż
(28) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi rrimarkaw li l-ÖIAG kien ikollha tiffaċċja tliet xenarji possibbli, li kienu jikkawżaw aktar spejjeż, li kieku hi ma bigħetx l-ishma tagħha.
|
(29) |
Fil-ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni esprimiet dubju, jekk l-għażla li għamel l-Istat hijiex konformi man-negozjati ta’ investitur li jinnegozja f’suq ħieles. Hija ma kellhiex għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed informazzjoni, la dwar l-ispejjeż tal-likwidazzjoni li kien ikollha ġġorr hija f’każ ta’ għeluq tal-intrapriża, u anqas dwar l-ispejjeż u telf li kien ikollha l-ÖIAG f’każ ta’ falliment. Bl-istess mod hija ma kellhiex għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed informazzjoni għall-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni jekk il-kumpanija żżomm l-awtonomija tagħha. |
(30) |
Il-Kummissjoni tirreferi għall-fatt li hija b’mod ġenerali ma taċċettax li propjetarju ta’ ishma huwa awtomatikament obbligat li jġorr spejjeż ikkawżati mill-falliment jew il-likwidazzjoni ta’ intrapriża. Il-ħsibijiet dwar konsegwenzi soċjali u ekonomiċi riżultat tan-nuqqas ta’ appoġġ lill-Austrian Airlines mill-ÖIAG jidhru li huma riżultat tal-fatt, li l-ÖIAG hija kumpanija statali għaż-żamma ta’ ishma. Barra minn dan, il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-argumenti tal-awtoritajiet Awstrijaċi huma bbażati fuq il-fatt li l-prezz imħallas minn dawk magħżula minn min tefa’ offerta huwa l-ogħla prezz possibbli. |
2.2.3. Il-pjan sottomess għall-istrutturar mill-ġdid tal-Austrian Airlines
(31) |
Peress li l-Kummissjoni kienet waslet għall-konklużjoni li l-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat ma tistax tiġi eskluża, hija kellha tinvestiga skont il-liġi applikabbli, jiġifieri skont il-Linji Gwida tal-Komunità dwar għajnuniet għas-salvataġġ u għall-istrutturar mill-ġdid ta’ intrapriżi f’diffikultajiet (10) (minn issa ‘l quddiem “Linji Gwida tal-2004”) kif ukoll skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KE kif ukoll tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar għajnuniet statali fil-qasam tat-trasport bl-ajru (11) (minn issa ‘l quddiem “Linji Gwida dwar it-Trasport bl-Ajru tal-1994”). |
(32) |
F’dawn il-Linji Gwida hemm elenkati diversi rekwiżiti għall-għoti ta’ għajnuniet għall-istrutturar mill-ġdid. Fil-ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni esprimiet dubju, jekk ir-rekwiżiti relatati mal-kapaċità tal-intrapirża li tkompli bin-negozju, mal-irkupru tal-effiċjenza tagħha li tagħmel profitt għal żmien twil, mal-ammont ta’ għajnuna, mal-miżuri ta’ kumpens u mal-ammont tal-kontribuzzjoni personali ġewx issodisfati. |
3. KUMMENTI TAL-AWSTRIJA
(33) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi bdew il-kummenti tagħhom b’informazzjoni dwar il-proċedura tal-privatizzazzjoni u d-deskrizzjoni tagħha. B’konformità mal-Liġi tal-Komunità, il-proċedura tal-privatizzazzjoni kienet pubblika u ġiet ippubblikata kollha kemm hija u dawk kollha li tefgħu offerti ġew trattati bl-istess mod fil-fażijiet kollha tal-proċedura tal-privatizzazzjoni. Fl-opinjoni tal-awtoritajiet Awstrijaċi, għalkemm il-proċedura tal-privatizzazzjoni ġiet implimentata f’perjodu ta’ żmien qasir, dawk kollha li tefgħu l-offerti xorta waħda kellhom żmien biżżejjed sabiex jiġbru l-informazzjoni kollha meħtieġa u jkunu fil-pożizzjoni li jiffinalizzaw offerta fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni. |
3.1. Kundizzjonijiet imposti għall-privatizzazzjoni
(34) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet imposti permezz tal-mandat ta’ privatizzazzjoni l-awtoritajiet Awstrijaċi għamlu differenza bejn “Għanijiet tal-best-effort”
u “għanijiet li jorbtu”
|
(35) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi jiddikjaraw ukoll, li fl-ebda ħin ma kien hemm entitajiet li tefgħu offerta li nnegaw li dawn l-għanijiet jistgħu jiġu implimentati, jew li argumentaw li dawn il-“kundizzjonijiet” jidhru li jaffettwaw il-prezz tax-xiri. |
(36) |
Fid-deċiżjoni tagħha dwar il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni b’konformità mal-prattika tagħha fit-teħid tad-deċiżjonijiet (12) iddikjarat li f’dak li għandu x’jaqsam mal-għanijiet i) “iż-żamma ta’ netwerk ta’ rotot adattat għall-Awstrija” u iii) “iż-żamma tal-marka kummerċjali ‘Austrian’” jista’ jiġi konkluż, li dawn il-kundizzjonijiet ma għandhom l-ebda effett negattiv fuq il-prezz tax-xiri. |
3.1.1. Iż-żamma tal-postijiet tax-xogħol bl-aqwa mod possibbli
(37) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi jżidu li din il-kundizzjoni ma għandha twassal għall-ebda oġġezzjoni. Id-dokumenti tal-kuntratt preżentati mill-ÖIAG lil dawk li tefgħu offerta ma jinkludu l-ebda obbligi f’dan ir-rigward. Huma qed jagħmlu referenza għall-fatt, li l-Kummissjoni fil-prattika tagħha għat-teħid ta’ deċiżjonijiet irrimarkat, li kundizzjonijiet mhux diskriminatorji, li permezz tagħhom x-xerejja jiġu inkorraġuti, li jżommu l-postijiet tax-xogħol, huma permessi (13). Kull tip ta’ effett fuq il-prezz tax-xiri huwa eskluż, għax din hija biss klawsola “best-effort” mhux diskriminatorja u ma torbotx legalment (14). |
3.1.2. Iż-żamma ta’ ċentru għat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-Awstrija
(38) |
Wieħed mill-għanijiet li għalih saru provvedimenti fil-mandat tal-privatizzazzjoni huwa ż-żamma taċ-ċentru għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Austrian Airlines fl-Awstrija. L-awtoritajiet Awstrijaċi jargumentaw li għaż-żamma ta’ permessi tal-operat huwa meħtieġ li d-domiċilju reġistrat ikun jinsab fl-Istat Membru li fih ikunu ħarġu l-permessi tal-operat (15). Jekk iċ-ċentru jew id-domiċilju reġistrat tal-Austrian Airlines jiġi trasferit ‘il barra mill-Awstrija, dan ikollu bħala konsegwenza t-telf tal-permessi tal-operat. Skont ir-regolamenti legali tal-Komunità (ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008) u l-Liġi Awstrijaka (il-Liġi dwar l-Avjazzjoni), konsegwentement l-Austrian Airlines ma tibqax f’pożizzjoni, li tkompli topera fil-qasam tat-trasport bl-ajru (16). |
(39) |
Iż-żamma taċ-ċentru għat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-Awstrija hija wkoll meħtieġa f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ftehimiet bilaterali dwar it-trasport bl-ajru: Il-validità tal-ftehimiet hija marbuta ma’ permessi tal-operat validi. Għalhekk, sabiex l-Austrian Airlines tkun tista’ tkompli bin-negozju tagħha teħtieġ li ċ-ċentru għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Austrian Airlines jitħalla fl-Awstrija. |
(40) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi jiddikjaraw li f’każijiet ta’ amalgamazzjonijiet ta’ kumpaniji li saru qabel fis-settur tal-avjazzjoni — SWISS/Sabena u Air France/KLM — ġew magħżula mudelli komparabbli, sabiex jinżammu l-permessi tal-operat. Għalhekk, il-mudell huwa struttura magħrufa u aċċettata f’dan is-settur. Fir-rigward tar-regolamenti legali inġenerali, l-ebda wieħed minn dawk li tefgħu offerti għall-Austrian Airlines ma wera dubju fuq il-fatt li ċ-ċentru għat-teħid tad-deċiżjonijiet għandu jinżamm fl-Awstrija, b’tali mod li fil-kunċetti dwar l-akkwist ta’ intrapriżi saru provvedimenti relatati ma’ dan il-fatt u għalhekk huwa ma jaffettwax il-prezz tax-xiri. |
3.1.3. Iż-żamma ta’ struttura ta’ azzjonisti Awstrijaċi ta’ 25 % u sehem 1
(41) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi jirreferu għall-fatt li din il-kundizzjoni hija bbażata fuq ir-rekwiżiti ta’ ftehimiet bilaterali dwar it-trasport bl-ajru skont il-Liġi Awstrijaka. |
(42) |
Iż-żamma ta’ drittijiet relatati mat-tlugħ, l-inżul ta’ ajruplani u r-rotot skont ftehimiet bilaterali dwar it-trasport bl-ajru f’ħafna każijiet hija marbuta sostanzjalment mal-prattika ta’ drittijiet tal-proprjetà u mal-kontroll effettiv permezz ta’ persuni ta’ nazzjonalità partikolari. Fil-każ ta’ trasportatur bl-ajru reġistrat fl-Awstrija, proprjetà sostanzjali tfisser li ċ-ċittadini Awstrijaċi jew l-intrapriżi Awstrijaċi għandhom ikunu l-maġġoranza tal-proprjetarji tat-trasportatur bl-ajru sabiex il-ftehimiet bilaterali dwar it-trasport bl-ajru jibqgħu validi. Jekk il-maġġoranza tal-proprjetarji ma tkunx Awstrijaka, il-pajjiż terz jista’ jirrevoka d-drittijiet relatati mat-tlugħ, l-inżul u rotot tal-ajruplani. |
(43) |
Skont l-Artikolu 9(2) tal-Liġi tal-ÖIAG fil-kwadru tal-ġestjoni tal-ishma tagħha, l-ÖIAG għandha żżomm dik l-influwenza, li tippermettilha li tikkodetermina riżoluzzjonijiet minn laqgħat ġenerali jew fuq il-bażi taż-żamma ta’ 25 % tal-investiment u sehem 1 fil-kapital nominali li huwa intitolat għal voti jew fuq il-bażi ta’ drittijiet jew kuntratti ma’ partijiet terzi li jirrikjedu mill-anqas 75 % tal-ishma skont il-Liġi Korporattiva. |
(44) |
Fuq il-bażi tal-mandat ta’ privatizzazzjoni, l-ÖIAG kellha l-għażla jew li tnaqqas is-sehem tagħha fl-Austrian Airlines għal 25 % u sehem 1 jew li taċċetta struttura tan-negozjati, li tiggarantixxi struttura ta’ azzjonisti Awstrijaċi ta’ 25 % u sehem 1. Għal din ir-raġuni waqt id-diskussjonijiet li saru magħhom dawk li tefgħu offerta ġew mistiedna jipproponu din it-tip ta’ struttura tan-negozjati. Prinċipalment l-ebda wieħed minn dawk li tefgħu offerta ma oġġezzjona għal din l-istruttura. |
(45) |
L-akkwist tal-Austrian Airlines minn partijiet mhux Awstrijaċi, skont l-Awstrija jwassal għall-abrogazzjoni ta’ ftehimiet bilaterali partikolari u għalhekk għat-telf ta’ drittijiet relatati mat-tlugħ u l-inżul ta’ ajruplani kif ukoll ta’ drittijiet tal-ajru għal rotot tal-Austrian Airlines, li huma stipulati f’dan il-ftehim ċivili. Minħabba l-mudell tan-negozju tal-Austrian Airlines, li huwa bbażat fuq rotot lejn pajjiż li mhumiex fil-Komunità u jinsabu fl-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant, pajjiżi fil-Lvant Nofsani u fl-Asja Ċentrali, dawn it-tip ta’ ftehimiet bilaterali huma ta’ importanza ekonomika sinifikanti. |
(46) |
Iżda peress li l-mandat ta’ privatizzazzjoni jagħmel provvedimenti għall-bejgħ tal-ishma kollha tal-ÖIAG, l-ÖIAG tbigħ biss l-ishma tagħha fl-Austrian Airlines fuq il-bażi tal-istruttura tan-negozjati proposta minn dawk kollha li tefgħu offerta (fondazzjoni privata rreġistrata fl-Awstrija) u fl-istess ħin iżżomm id-drittijiet relatati mat-traffiku konċernati sinifikanti għat-trasportatur bl-ajru u l-privatizzazzjoni sħiħa tkun tista’ ssir. Fl-opinjoni tal-awtoritajiet Awstrijaċi, il-kundizzjoni ta’ struttura ta’ azzjonisti Awstrijaċi kienet indispensabbli, sabiex jinżammu drittijiet sinifikanti u ma għandha l-ebda effett fuq il-prezz immirat. Is-soluzzjoni misjuba għas-soluzzjoni ta’ din il-problema hija bl-istess mod newtrali fejn jidħol l-ammont ta’ spejjeż. |
3.1.4. Il-formazzjoni ta’ kumitat biex jiġu mħarsal-interessi lokali Awstrijaċi
(47) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi jżidu li dan il-kumitat, li mhux involut fil-proċessi għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Austrian Airlines, huwa kumitat li wieħed jiltaqa’ miegħu spiss f’dan is-settur li l-Kummissjoni qatt ma kellha oġġezzjoni għalih f’każijiet simili (17). Effetti fuq il-prezz tax-xiri mhumiex possibbli, għax il-kumitat konċernat huwa biss ta’ natura konsultattiva u ma għandu l-ebda influwenza legali jew effettiva fuq l-intrapriża. Il-kumitat b’mod partikolari ma għandu l-ebda drittijiet ta’ veto jew kodeterminazzjoni. Barra minn hekk, il-ħtieġa ta’ dan it-tip ta’ kumitat waqt il-proċessi tal-privatizzazzjoni ma ġietx meqjusa mill-ebda wieħed minn dawk li tefgħu offerta bħala problematika. |
3.2. Il-prezz tax-xiri huwa konformi mal-prezz tas-suq
(48) |
Fl-opinjoni tal-Awstrija, il-prezz tax-xiri huwa riżultat tal-proċess ta’ privatizzazzjoni, li sar b’konformità mar-rekwiżiti skont il-XXIII. Twettaq rapport dwar il-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni (18) kif ukoll skont il-Linji Gwida tal-1994. L-ishma tal-ÖIAG fl-Austrian Airlines fl-aħħar ta’ proċess kompetittiv ġew mibjugħa li dak li offra l-aktar. |
(49) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi jargumentaw li fis-sitwazzjoni ekonomika preżenti seta’ jiġi mmirat biss prezz negattiv. |
(50) |
Apparti l-ishma li hija ser takkwista mill-Istat, il-Lufthansa tixtieq takkwista wkoll l-ishma ta’ azzjonisti oħra, sabiex takkwista l-kontroll fuq l-intrapriża sħiħa. F’każ ta’ offerti għall-akkwist ta’ intrapriżi ta’ dan it-tip, il-prezz tal-ishma ta’ azzjonisti oħra jiġi determinat b’mod legali skont il-Liġi Awstrijaka dwar l-Akkwist ta’ Intrapriżi. |
(51) |
Fl-opinjoni tal-awtoritajiet Awstrijaċi, wieħed għandu jħares lejn l-istima tal-ishma tal-Istat fid-dawl tal-prezz tax-xiri tan-negozjati sħaħ, liema prezz huwa riżultat tal-prezz tax-xiri mmirat mill-ÖIAG waqt il-proċess għall-offerti u l-ispejjeż tal-akkwist tal-ishma ta’ diversi azzjonisti skont regolamenti legali. Skont il-Liġi tal-Awstrija dwar l-Akkwist ta’ Intrapriżi l-prezz tal-akkwist għandu mill-inqas ikun il-medja tal-prezz tal-ishma fuq il-Borża kkalkulat skont il-volum tal-kummerċ rispettiv waqt l-aħħar sitt xhur qabel il-ġurnata, li fiha ġiet iddikjarata l-intenzjoni li jinħarġu offerti (19). Il-prezz tal-akkwist offrut mil-Lufthansa lill-azzjonisti għall-ishma ta’ diversi azzjonisti jammonta għal EUR 4.49 u għalhekk huwa konformi mal-Liġi Awstrijaka dwar l-Akkwist ta’ Intrapriżi. |
(52) |
Fl-opinjoni tal-awtoritajiet Awstrijaċi, il-prezz tal-akkwist għall-offerta għall-akkwist iwassal għal distorsjoni u ma jirriflettix il-valur kummerċjali propju tal-Austrian Airlines, iżda huwa riżultat tar-regolamenti tal-Liġi Awstrijaka dwar l-Akkwist ta’ Intrapriżi (20). Dan jidher ċar mill-iżvilupp fis-suq tal-ishma tal-Austrian Airlines sa mill-bidu tal-2008. Qabel il-ħruġ tal-mandat ta’ privatizzazzjoni fit-12 ta’ Awwissu 2008, il-prezz tal-ishma kien anqas minn EUR 3.00 u kien biss fil-bidu ta’ Settembru li dan tela’ għal EUR 7.00. Wara, il-prezz tal-ishma tal-Austrian Airlines reġa’ waqa’ drastikament u issa ilu ġimgħat wisq inqas mill-prezz tal-akkwist tal-Lufthansa li jammonta għal EUR 4.49 għal kull sehem. Dawn il-varjazzjonijiet kbar fil-prezz tal-ishma tal-Austrian Airlines huma riżultat ta’ spekulazzjonijiet u bl-ebda mod mhuma marbut mal-valur proprju tal-intrapriża. |
(53) |
Raġuni oħra għax il-Lufthansa kellha toffri offerta attraenti lill-azzjonisti l-oħra, hija l-fatt, li l-Lufthansa kellha l-intenzjoni li takkwista l-kontroll assolut fuq l-Austrian Airlines. Il-Lufthansa kellha l-intenzjoni, li takkwista 90 % tal-Austrian Airlines għax jekk hija tilħaq dan l-ammont, ikun hemm il-possibilità ta’ “squeeze out” u għalhekk tal-akkwist ta’ 100 % tal-ishma tan-negozju. Bħala l-uniku azzjonista jkun aktar faċli li l-Lufthansa twettaq il-pjanijiet tagħha għax it-teħid tad-deċiżjonijiet ikun aktar faċli. Barra minn hekk, il-Lufthansa jkollha l-vantaġġi kollha tal-investimenti pjanati għall-benefiċċju tagħha. |
(54) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi jirreferu għall-fatt li bejgħ għall-prezz negattiv huwa permess bil-Liġi tal-Komunità. F’diversi deċiżjonijiet (21) il-Kummissjoni kkonfermat, li prezz tal-bejgħ “simboliku” jew “negattiv”, huwa riżultat ta’ proċeduri tal-privatizzazzjoni, li huma konformi mar-rekwiżiti tal-XXIII. Rapport dwar il-Kompetizzjoni jew huma bbażati fuq stima li mhijiex meqjusa għajnuna mill-Istat. |
(55) |
Fl-opinjoni tal-awtoritajiet Awstrijaċi, il-prezz offrut mil-Lufthansa huwa l-ogħla prezz li jista’ jintlaħaq fuq is-suq. Huwa ta’ tħassib li kemm il-Lufthansa kif ukoll l-Austrian Airlines huma membri tal-iStar Alliance. Għalhekk, min tefa’ offerta u ma jagħmilx parti mill-iStar Alliance (Air France/KLM u S7), kien ikollu jdaħħal spejjeż addizzjonali fil-prezz tal-offerta tiegħu relatati mat-tibdil tal-assoċjazzjoni. L-awtoritajiet Awstrijaċi jżidu, li dawn l-ispejjeż setgħu jammontaw għal EUR […]. |
(56) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi jkomplu jargumentaw li l-offerta sottomessa mill-S7 (anke jekk ma torbotx) kienet tagħmel provvidiment għall- […] prezz, u jenfasizzaw li skont il-prattika għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (22) l-offerta ta’ kompetituri tagħti indikazzjoni tajba għall-kalkolu tal-valur ta’ intrapriża fis-suq. |
(57) |
Fir-rigward taċ-ċertifikat ta’ debitur, l-awtoritajiet jispjegaw li l-ħlas massimu ta’ ċertifikat ta’ debitur jammonta għal EUR 164.1 miljun u huwa mill-[…] (23). |
3.3. Atteġġjament tal-ÖIAG bħala investitur li jinnegozja f’suq ħieles
(58) |
Fl-opinjoni tal-awtoritajiet Awstrijaċi, investitur privat kien jieħu l-istess deċiżjoni tal-ÖIAG, li jbigħ lill-Austrian Airlines għal prezz tax-xiri negattiv (24), liema prezz kien jiġi kopert mill-profitti prevvisti għal tul ta’ żmien, għax il-prezz tax-xiri negattiv joħloq inqas spejjeż mix-xenarji alternattivi. Il-falliment tal-Austrian Airlines kien iwassal għal telf sostanzjali fil-valur ta’ ishma oħra tar-Repubblika Awstrijaka. Barra minn hekk l-ÖIAG kien ikollha ġġorr l-ispejjeż ta’ pjan soċjali. Ix-xenarji alternattivi l-oħra immaġinabbli, likwdiazzjoni kkontrollata tal-Austrian Airlines jew it-tkomplija tan-negozju biż-żamma tal-awtonomija xorta waħda kienu jwasslu għal spejjeż, li huma aktar minn dawk relatati ma’ prezz tax-xiri negattiv. |
3.3.1. Spejjeż relatati ma’ falliment tal-Austrian Airlines
(59) |
Fl-opinjoni tal-awtoritajiet Awstrijaċi, l-ispejjeż għall-ÖIAG li kienu jirriżultaw minn falliment tal-Austrian Airlines kienu jkunu ħafna aktar minn dawk li rriżultaw minn prezz tax-xiri negattiv: Il-falliment seta’ jwassal għal telf kbir fil-valur ta’ ishma oħra tal-Istat. L-awtoritajiet Awstrijaċi jikkwotaw analiżi li saret mill-Merrill Lynch, li skont din l-analiżi l-falliment tal-Austrian Airlines seta’ jwassal għal tnaqqis fil-kredibbiltà ta’ “intrapriżi affiljati” oħra tal-Istat, li kien ikollu impatt u jirriżulta f’aktar spejjeż għall-finanzjament mill-ġdid u f’telf fil-prezz tal-ishma. It-tnaqqis mistenni fil-kredibbiltà jaffettwa lill-“intrapriżi affiljati”, indipendentament mill-fatt li l-ÖIAG għandha biss sehem minuri fl-Austrian Airlines (25). |
(60) |
Dan it-tip ta’ telf fil-prezz tal-ishma ma kienx ikun riżultat ta’ obbligi trasferiti bil-liġi jew volontarjament, iżda huwa effett dirett ta’ falliment tal-Austrian Airlines. Għalhekk, l-awtoritajiet Awstrijaċi huma tal-opinjoni li anke investitur privat kien jipprovdi kapital għal kumpanija sussidjarja, jekk l-ammont ta’ telf mistenni fil-prezz tal-ishma jaqbeż l-ispejjeż li kienu jinqalgħu sabiex jiġi evitat falliment tal-kumpanija sussidjarja. |
(61) |
Skont l-analiżi li saret mill-Merrill Lynch, it-telf fil-valur tal-ishma tal-ÖIAG waħdu (OMV AG, Post AG, Telekom Austria AG) kien jammonta għal madwar EUR […]. […] F’dan ir-rigward huwa probabbli li t-telf sħiħ fil-prezz tal-ishma tal-proprjetarju kummerċjali, jiġifieri r-Repubblika Awstrijaka (li jammonta għal EUR […]) kien jaqbeż wisq aktar il-prezz tax-xiri negattiv. |
(62) |
Skont l-ispjegazzjonijiet tal-awtoritajiet Awstrijaċi, l-aġenziji għall-assenjar f’kategoriji enfasizzaw fuq il-fatt, li l-kredibbiltà tal-kumpanija sussidjarja jkollha vantaġġ mill-appoġġ tal-proprjetarji tal-kumpanija privata għaż-żamma tal-ishma tagħha. L-eżempju mogħti minnhom huwa ż-żieda tal-kredibbiltà tal-Hypovereinsbank bi tliet gradi, li tirrifletti l-pussess ta’ 100 % permezz tal-UniCredit. Barra minn hekk, huma jagħtu aktar eżempji, li fihom tnaqqis fil-kredibbiltà tal-kumpanija prinċipali wassal għall-istess tnaqqis fil-kumpanija sussidjarja (ara t-tabella li ġejja). Tabella 1 Eżempji ta’ tnaqqis fil-kredibbiltà ta’ kumpanija sussidjarja wara tnaqqis fil-kredibbiltà tal-kumpanija prinċipali
|
(63) |
[…] |
(64) |
Peress li l-ÖIAG u l-kumpaniji assoċjati magħha — bħal Telekom Austria AG, Österreichische Post AG u OMV AG — huma magħrufa sew fl-Awstrija, kull ħsara lill-paċi tal-intrapriża u l-impressjoni ġenerali tal-marka kummerċjali jkollha konsegwenzi kbar. Għalhekk investitur privat fis-sitwazzjoni tal-ÖIAG, fil-każ ta’ falliment tal-Austrian Airlines kien jidħol għal spejjeż relatati ma’ pjan soċjali, anke jekk ma kienx ikun obbligat li jagħmel dan bil-liġi. |
(65) |
Fl-opinjoni tal-awtoritajiet Awstrijaċi, l-ispejjeż ta’ pjan soċjali ipotetiku kienu jammontaw għall-ammont imniżżel taħt dan it-titlu f’każ ta’ likwidazzjoni. Għalhekk, il-ħaddiema ma jsibux ruħhom f’sitwazzjoni agħar milli dik f’każ ta’ likwidazzjoni kkontrollata bi pjan soċjali. |
(66) |
L-awtoritajet Awstrijaċi jistmaw li dawn l-ispejjeż soċjali volontarji jammontaw għal EUR […] għall-grupp Austrian Airlines (Austrian Airlines EUR […] u Tyrolean EUR […]) wara t-tnaqqis tal-ħlasijiet tal-fond Awstrijak għal kumpensi f’każ ta’ falliment (ara t-tabella li ġejja). Tabella 2 Obbligi li trid tidħol għalihom l-ÖIAG relatati mal-ħaddiema fil-każ ta’ falliment tal-grupp Austrian Airlines
|
3.3.2. Spejjeż marbuta ma’ likwidazzjoni kkontrollata tal-Austrian Airlines
(67) |
F’dan ir-rigward l-awtoritajiet Awstrijaċi jistmaw li l-ispejjeż kollha relatati ma’ likwidazzjoni jammontaw għal EUR […], li minnhom madwar EUR […] (stima bbażata fuq il-medja ta’ obbligi relatati ma’ ħaddiema) huma relatati mal-pjan soċjali għall-ħaddiema ta’ qabel. Spejjeż oħra jirriżultaw mix-xoljiment ta’ ftehimiet, li minnhom […] huma marbuta ma’ […]. Ftehimiet fir-rigward ta’ […] kien ikollhom ukoll jiġu xolti qabel iż-żmien. |
3.3.3. Spejjeż li jkollha ġġorr l-ÖIAG għal strutturar mill-ġdid biż-żamma tal-awtonomija
(68) |
Għall-każ, fejn l-Austrian Airlines kien ikollha tkompli titmexxa b’mod awtonomu, skont stima tal-Gvern Awstrijak, fl-2009 kien ikun mistenni […] telf għall-intrapriża relatat mal-operat, prinċipalment minħabba t-tnaqqis fid-domanda bħala konsegwenza tal-kriżi ekonomika. |
(69) |
Problema diretta tal-intrapriża kienet tkun in-nuqqas ta’ likwidità; addizzjonalment għar-riservi minimi għal-likwidità ta’ EUR […] li jkopru […], l-Austrian Airlines teħtieġ aktar likwidità għal miżuri għall-istrutturar mill-ġdid kif ukoll għal […]. Barra dan, ta’ min jinnota li fl-aħħar tal-2008 l-likwidità miżmuma mill-Austrian Airlines iċċaqalqet biss […]. |
(70) |
Il-kunċett stand-alone huwa bbażat fuq […], li permezz tiegħu jinżammu biss tnejn jew tliet destinazzjonijiet. Minħabba f’hekk […]. Dan kien iwassal għal dikjarazzjonijiet ta’ telf ta’ darba li jammontaw għal EUR […]. Barra minn hekk, l-impjiegi kienu jitnaqqsu għal […] impjiegi full-time. L-ispejjeż għal darba tal-pjan soċjali jistgħu jiġu stmati għal EUR […]. |
(71) |
Ir-riżultat ikun telf fil-bejgħ ta’ madwar EUR […] fl-2009, li kien ikollu effett negattiv fuq id-dħul u l-ħruġ tal-flus. Kif stmat mill-awtoritajiet Awstrijaċi, il-kunċett stand-alone jista’ jwassal għal spazju fil-likwidità ta’ EUR […] fil-perjodu bejn l-2009 u l-2011 (26). |
3.3.4. Konklużjoni
(72) |
Għall-awtoritajiet Awstrijaċi, il-bejgħ tal-ishma fl-Austrian Airlines bi prezz tax-xiri negattiv kien l-alternattiva li ġġib l-inqas spejjeż magħha. Peress li l-Awstrija għażlet l-alternattiva li ġġib l-inqas spejjeż magħha, hija aġixxiet bħala investitur privat li jinnegozja f’suq ħieles. |
3.4. Il-pjan għall-istrutturar mill-ġdid tal-Austrian Airlines
3.4.1. L-Austrian Airlines hija intrapriża f’diffikultajiet
(73) |
Fl-opinjoni tal-awtoritajiet Awstrijaċi, l-Austrian Airlines hija intrapriża f’diffikultajiet skont il-Linji Gwida tal-2004, għax mingħajr l-għoti ta’ għajnuna għas-salvataġġ fl-aħħar ta’ Diċembru 2008 kienet tiddikjara falliment. L-għajnuna għas-salvataġġ iggarantiet il-vijabbilità tal-Austrian Airlines għas-sitt xhur ta’ wara. Iżda sabiex tiġi garantita l-istabbilità għal żmien twil u l-organizzazzjoni mill-ġdid b’mod effettiv tal-intrapriża, l-istrutturar mill-ġdid tagħha huwa indispensabbli. Jekk il-pjan għall-istrutturar mill-ġdid ma jiġix approvat, l-Austrian Airlines tkun f’periklu dirett ta’ falliment. |
(74) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi jkomplu li l-Austrian Airlines hija intrapriża indipendenti, li d-diffikultajiet tagħha ġejjin mill-intrapriża stess u mis-sitwazzjoni partikolari tas-settur tal-avjazzjoni. Id-deċiżjonijiet tal-Gvern dwar is-sussidju u l-ftehim milħuq bejn l-ÖIAG u l-Lufthansa jiddeterminaw, li s-sussidju huwa ta’ benefiċċju għall-Austrian Airlines u mhux għal-Lufthansa. Għalhekk is-sussidju ngħata lill-Austrian Airlines. Il-Lufthansa tkun ġiet megħjuna legalment fil-każ tal-akkwist tal-Austrian Airlines iżda mhijiex riċevitur tal-għajnuna mill-Istat. |
(75) |
Huma jżidu li l-Austrian Airlines qabel il-konklużjoni tal-bejgħ ma tagħmilx parti mill-grupp ta’ kumpaniji Lufthansa, b’tali mod li n-numru 13 tal-Linji Gwida tal-2004 ma japplikax. Għalhekk ma jistax jiġi mistoqsi jekk il-Lufthansa setgħetx tistruttura finanzjarjament mill-ġdid l-Austrian Airlines permezz tal-mezzi tagħha. Barra minn hekk, ma tista’ tiġi implikata l-ebda relazzjoni ta’ grupp bejn il-Lufthansa u l-Austrian Airlines, li tista’ pereżempju tiġi bbażata fuq il-koperazzjoni eżistenti fir-rigward tal-iStar Alliance. Fl-iStar Alliance kienu jikkoperaw flimkien 24 trasportatur bl-ajru u ma tinkludix fiha relazzjonijiet bejn il-membri tal-grupp. |
(76) |
Skont stima tal-awtoritajiet Awstrijaċi, in-negozjati ma jwassslux għal restrizzjonijiet perċettibbli tal-kompetizzjoni. Dan jirriżulta prinċipalment mill-fatt li l-Lufthansa u l-Austrian Airlines diġà ħadmu flimkien b’mod sostanzjali. Minbarra l-koperazzjoni fl-iStar Alliance, it-traffiku bejn il-Ġermanja u l-Awstrija jopera bħala joint-venture fejn jiġi mmirat titjib f’dawn ir-rotot u l-ispejjeż u d-dħul jinqasmu. |
3.4.2. Tnaqqis fl-ispejjeż u sinerġiji bbażati fuq il-pjan ta’ strutturar mill-ġdid
(77) |
Għalkemm il-Lufthansa u l-Austrian Airlines diġà jaħdmu flimkien fi ħdan l-iStar Alliance u joperaw negozju bi sħab, fl-opinjoni tal-awtoritajiet Awstrijaċi jista’ jiġi mmirat aktar tnaqqis fl-ispejjeż u żieda fil-bejgħ. Dan huwa bbażat fuq il-fatt, li f’każ ta’ kontribuzzjoni għall-kapital, fejn jidħlu kumpaniji, l-integrazzjoni ta’ intrapriżi fis-settur tal-avjazzjoni tkun ħafna aktar b’saħħitha kemm mil-lat kummerċjali kif ukoll mil-lat legali, li tista’ twassal għal tnaqqis ħafna akbar fl-ispejjeż milli f’każijiet ta’ msieħba fin-negozju mingħajr kontribuzzjoni għall-kapital, liema msieħba jillimitaw ruħhom għall-koordinazzjoni ta’ aspetti kummerċjali partikolari jew għal attivitajiet ta’ negozju bi sħab. L-awtoritajiet jirreferu għal studji minn istituzzjonijiet kompetenti, li skont huma għal negozji bi sħubija ta’ natura purament koordinattiva jiġi mmirat tnaqqis fl-ispejjeż ta’ madwar 1,9 %, filwaqt li attivitajiet tal-operat komuni jwasslu għal tnaqqis ta’ madwar 5,6 % tal-ispejjeż kollha. Min-naħa l-oħra, koperazzjoni mwettqa permezz ta’ kontribuzzjoni għall-kapital twassal għal tnaqqis fl-ispejjeż ta’ madwar 11,4 % (27). |
(78) |
L-akkwist tal-Austrian Airlines mil-Lufthansa jagħmel ukoll possibbli tnaqqis fl-ispejjeż permezz ta’[…]. Tnaqqis ieħor sinifikanti fl-ispejjeż jirriżulta minn potenzjali għat-tnaqqis […]. |
(79) |
Is-sinerġiji tal-ispejjeż lil hinn mill-koperazzjoni eżistenti huma stmati mil-Lufthansa li jammontaw għal madwar EUR […] fis-sena. Magħhom jiżdiedu sinerġiji fuq dħul ta’ madwar EUR […] fis-sena li jirriżultaw b’mod partikolari minn […]. B’kollox is-sinerġiji addizzjonali jammontaw għal madwar EUR […] fis-sena. |
3.4.3. Suffiċjenza tal-għajnuna
(80) |
Fl-opinjoni tal-awtoritajiet Awstrijaċi, l-ammont ta’ EUR 500 miljun juri l-ammont minimu meħtieġ sabiex tiġi rkuprata l-effiċjenza tal-Austrian Airlines li tagħmel profitt għal żmien twil. Mingħajr is-sussidju li ntuża għat-tnaqqis tal-obbligi tal-Austrian Airlines, kien […]. |
3.4.4. Miżuri ta’ kumpens
(81) |
Fl-opinjoni tal-awtoritajiet Awstrijaċi m’hemm l-ebda ħtieġa ta’ miżuri ta’ kumpens skont il-Linji Gwida dwar is-salvataġġ u l-istrutturar mill-ġdid. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Awstrijaċi jirreferu għan-numru 38(3) tal-Linji Gwida tal-1994, li skont huma programm għall-istrutturar mill-ġdid għandu jinkludi fih it-tnaqqis ta’ kapaċitajiet, jekk dan huwa meħtieġ għall-irkupru tal-vijabbilità ekonomika u/jew huwa meħtieġ mis-sitwazzjoni tas-suq. Peress li f’dak li għandu x’jaqsam mas-settur tat-trasport bl-ajru, il-Linji Gwida tal-1994 huma lex specialis, huma għandhom jippreċiedu r-rekwiżiti tal-Linji Gwida tal-2004. Fil-każ preżenti, l-awtoritajiet Awstrijaċi jargumentaw li la l-irkupru tal-vijabbiltà ekonomika finanzjarja u lanqas is-sitwazzjoni tas-suq ma jitolbu l-ħtieġa ta’ miżuri ta’ kumpens, li jmorru lil hinn mill-istadji diġà ppjanati waqt il-proċess tal-istrutturar mill-ġdid. |
(82) |
Madanakollu, it-tnaqqis fil-kapaċitajiet li ġew introdotti fir-rigward tal-programm “Go4Profit” introdott fl-2006, diġà huma miżuri ta’ kumpens sinifikanti. Barra minnn hekk, il-pjan għall-istrutturar mill-ġdid jagħmel provvedimenti għal aktar miżuri, li huma miżuri ta’ kumpens sinfikanti, kif ġie ddikjarat fil-bidu tal-proċeduri. L-awtoritajiet Awstrijaċi huma tal-opinjoni li l-miżuri ta’ kumpens diġà implimentati mill-Austrian Airlines kif ukoll il-miżuri ta’ kumpens ippjanati fil-futur huma pakkett ta’ kumpensi, li diġà tqiegħed fl-ambitu ta’ hawn fuq tagħhom, xi ħaġa li l-Kummissjoni talbet għal sitwazzjonijiet ta’ strutturar mill-ġdid fil-passat. Dan huwa partikolarment validu fuq l-isfond, li l-Austrian Airlines hija intrapriża tal-avjazzjoni ta’ daqs medju u skont in-numru 40 tal-Linji Gwida tal-2004 l-miżuri ta’ kumpens għandhom ikunu proporzjonali għad-daqs tal-intrapriża. |
3.4.5. Kontribuzzjoni personali
(83) |
F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Awstrijaċi jirreferu għall-fatt li l-ispejjeż għall-istrutturar mill-ġdid tal-Austrian Airlines (mingħajr l-għajnuna għas-salvataġġ ta’ EUR 200 miljun, li wara l-konklużjoni tal-akkwist għandhom jitħallsu lura) ammontaw għal madwar EUR […]; dawn ġew miġbura fil-qosor fit-tabella li ġejja. Tabella 3 Spejjeż għall-istrutturar mill-ġdid tal-Austrian Airlines skont l-awtoritajiet Awstrijaċi
|
(84) |
Id-dejn tal-Austrian Airlines (EUR […] fl-2008) huwa ħafna aktar minn dak tal-Lufthansa […]. L-ispejjeż relatati miegħu jiġu stmati għal EUR […]. |
(85) |
Inqalgħu wkoll spejjeż addizzjonali ta’ EUR […] għall-miżuri għall-istrutturar mill-ġdid sabiex l-effetti annwali ta’ sinerġiji, li saru provvedimenti għalihom fil-pjan għall-istrutturar mill-ġdid, jintlaħqu. Qed jiġi argumentat li l-ispejjeż tal-programm “Go4Profit” ta’ EUR […] għall-miżuri għall-istrutturar mill-ġdid li diġà ttieħdu mill-Austrian Airlines għandhom jitnaqqsu għax dan huwa proċess li għadu għaddej. |
(86) |
Ma’ dawn għandhom jiżdiedu spejjeż relatati man-negozjati ta’ EUR […] u spejjeż aktar għolja għall-finanzjament mill-ġdid minħabba l-kriżi finanzjarja ta’ EUR […]. |
4. KUMMENTI TA’ PARTIJIET TERZI
4.1. Austrian Airlines
(87) |
Il-kummenti tal-Austrian Airlines ġew ikkomunikati permezz ta’ ittra li ġġib id-data tat-13 ta’ April 2009 u kollha kemm huma jaqblu mal-kummenti tal-awtoritajiet Awstrijaċi. |
(88) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-ħlas volontarju tal-ispejjeż soċjali f’każ ta’ falliment, l-Austrian Airlines tenfasizza li t-tali ħlasijiet mill-proprjetarju li għandu l-maġġoranza tal-ishma jistgħu jkunu indispensabbli għal raġunijiet ta’ reputazzjoni u biex jiġu evitati disturbi f’“kumpaniji affiljati”. L-Austrian Airlines tispjega wkoll li forma speċifika ta’ sħubija soċjali bejn min iħaddem u rappreżentanti tal-ħaddiema hija tipika għall-Awstrija. Is-sħubija soċjali tobbliga lil min iħaddem li jiffinanzja pjanijiet soċjali u li volontarjament iħallas aktar spejjeż soċjali, anke f’sitwazzjonijiet fejn min iħaddem mhuwiex obbligat bil-liġi biex jagħmel dan. Barra minn hekk, l-Austrian Airlines targumenta li l-ispejjeż stmati tal-pjan soċjali ta’ EUR […] għal 7 914 ħaddiem huma inqas minn spejjeż komparabbli: Fil-każ tal-Austria Tabak fl-2005 l-ispejjeż ammontaw għal EUR […] għal kull ħaddiem u fl-2009 anke għal EUR […] għal kull ħaddiem. L-Austrian Airlines tagħti aktar eżempji għal spejjeż relatati ma’ pjanijiet soċajli meħuda f’idejn intrapriżi b’mod volontarju fil-każ tal-għeluq/likwidazzjoni ta’ kumpaniji sussidjarji u/jew impjanti tal-produzzjoni fl-Awstrija. Tabella 4 Eżempji għal spejjeż relatati ma’ pjanijiet soċjali meħuda f’idejn intrapriżi b’mod volontarju fil-każ tal-għeluq/likwidazzjoni ta’ kumpaniji sussidjarji u/jew impjanti tal-produzzjoni fl-Awstrija
|
(89) |
Peress li l-kumpaniji privati għaż-żamma ta’ ishma ta’ kumpaniji oħra jieħdu f’idejhom b’mod volontarju spejjeż soċjali ta’ livell partikolari, meta huma jagħlqu fergħat tan-negozju jew fabbriki tagħhom, l-Austrian Airlines hija tal-opinjoni, li l-ÖIAG f’każ ta’ falliment għandha tidħol b’mod volontarju għal spejjeż soċjali ta’ livell, li huwa konformi mal-ispejjeż soċjali f’każ ta’ likwidazzjoni strutturata. Tabella 5 Spejjeż soċjali medji stmati għall-Austrian Airlines AG (mingħajr Tyrolean)
|
(90) |
L-Austrian Airlines tispjega li l-ħlasijiet relatati mas-sensja (EUR […]) relatati mal-obbligi legali u dawk riżultat tal-ftehim kollettiv tat-30 ta’ Ġunju 2009 jinkludu ammont stmat ta’ EUR […] għall-ħaddiema barra mill-Awstrija. Id-differenza kbira bejn l-ammont minimu (EUR […]) u l-ammont massimu (EUR […]) tal-ispejjeż soċjali li daħlet għalihom l-intrapriża fi ħdan is-sistema tal-pensjonijiet hija riżultat ta’ […]. L-inqas valur stmat ta’ EUR […] għall-ispejjeż għal pensjonijiet huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni, li […] għandu jiġi ffinanzjat. L-ogħla valur stmat ta’ EUR […] huwa marbut mal-każ (mhux probabbli), li l-ħaddiema […] jitolbu. |
(91) |
Għalkemm l-Austrian Airlines tammetti li l-ispejjeż soċjali stmati jagħmlu parti mill-[…] qasam tal-għoti ta’ kumpensi permezz ta’ pjan soċjali komuni fl-Awstrija, hija tkompli li hemm fatturi li jiġġustifikaw dan l-ammont. L-ewwel nett il-perjodu taż-żmien li l-persunal dam mal-intrapriża Austrian Airlines huwa twil, medja ta’ […] snin għall-piloti u […] snin għall-persunal merkantili u tekniku u persunal li jattendi waqt tijiriet. It-tieni, il-ħlasijiet kollha fir-rigward tal-pjan soċjali għal din l-intrapriża kienu influwenzati mill-[…] pagi medji tal-piloti u ta’ ħaddiema oħra meta mqabbla ma’ ħaddiema f’setturi oħra. Il-paga medja fix-xahar tal-persunal li jaħdem fil-kabina tal-pilota tal-Austrian Airlines tammonta għal EUR […] (is-sitwazzjoni fl-2009), filwaqt li l-paga tal-personal merkantili u tekniku u tal-personal li jattendi waqt titjiriet hija bejn EUR […] u […] fix-xahar. Barra minn hekk, l-Austrian Airlines tqis lilha nfisha bħala waħda mill-aktar intrapriżi sinifikanti fl-Awstrija, li l-falliment tagħha jkun marbut ma’ interess qawwi min-naħa tal-midja. |
(92) |
F’xenarju ta’ likwidazzjoni, l-ispejjeż għal-likwidazzjoni tal-Austrian Airlines ikun mistenni li jkunu bejn EUR […] u EUR […]. Tabella 6 Xenarju tal-likwidazzjoni tal-Austrian Airlines
|
4.2. Lufthansa
(93) |
Fil-bidu tal-kummenti tagħha tad-9 ta’ April 2009, il-Lufthansa ssemmi li l-parametri kummerċjali tan-negozjati minn Ottubru tal-2008 ‘l hawn, meta hija ssottomettiet l-offerta tagħha għall-akkwist tal-Austrian Airlines, inbidlu b’mod sostanzjali. Dawn it-tibdiliet jirriflettu l-problemi strutturali tal-Austrian Airlines kif ukoll it-tibdiliet fl-ambjent ekonomiku, li minn dak iż-żmien mar lura b’mod drammatiku. Il-kriżi Subprime żviluppat fl-agħar kriżi finanzjarja f’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin u wasslet għal reċessjoni kbira fl-ekonomija reali. |
(94) |
Il-Lufthansa qed tistenna reċessjoni fis-swieq Ewropej fl-2009, possibilment anke fl-2010 u eventwalment anke aktar minn hekk, li għalhekk ser taffettwa n-negozju u l-istrutturar mill-ġdid ppjanat tal-Austrian Airlines. Madankollu, il-Lufthansa hija tal-opinjoni li l-effiċjenza tal-Austrian Airlines li tagħmel profitt għal żmien twil tista’ tiġi rkuprata permezz tal-istrutturar mill-ġdid intenzjonat, fejn jintlaħaq stat li fih la jsir qligħ u lanqas telf jiddependi b’mod partikolari mit-tul u l-intensità tar-reċessjoni. Kif inhi s-sitwazzjoni preżenti tal-affarijiet, huwa evidenti li fil-[…] li ġejjin l-Austrian Airlines ser issofri. |
(95) |
Fir-rigward tal-prezz li għandu jitħallas, il-Lufthansa żżid li l-kundizzjonijiet stipulati fil-mandat ta’ privatizzazzjoni ma għandhom l-ebda effett fuq il-prezz li l-Lufthansa hija lesta li tħallas għall-Austrian Airlines. Barra minn hekk, dawn il-kundizzjonijiet ma żammew l-ebda organizzazzjoni li tefgħet offerta milli tieħu sehem fit-tfigħ ta’ offerti meta mqabbel ma’ bejgħ privat. |
(96) |
Il-Lufthansa argumentat ukoll li d-differenza bejn il-prezz li ġie offrut lill-azzjonisti l-oħra u dak li ser jitħallas lill-ÖIAG ma tinkludi l-ebda għajnuna mill-Istat. Il-prezz li ser jitħallas lill-ÖIAG huwa magħmul minn prezz fiss ta’ EUR 366 268,75 u ċertifikat ta’ debitur, li l-valur tiegħu jiddependi mit-tnaqqis fl-operat tal-Austrian Airlines u l-iżvilupp tal-prezz tal-ishma tal-Lufthansa għal kull sehem. L-ogħla ħlas possibbli għal ċertifikat ta’ debitur jammonta għal EUR 4,48 kull sehem. Il-prezz li ser jitħallas lill-azzjonisti l-oħra jiġi stipulat b’konformità mal-Artikolu 26 tal-Liġi Awstrijaka dwar l-Akkwist ta’ Intrapriżi. Il-prezz jammonta għal EUR 4.49 għal kull sehem li jiġi akkwistat. |
(97) |
Il-Lufthansa argumentat li ma jagħmel l-ebda sens ekonomiku li wieħed jobbliga lil min jagħmel l-ogħla offerta li joffri prezz li huwa l-istess bħall-prezz tal-ishma. Li kieku l-Istat iddeċieda li joffri l-ishma kollha li għandu fil-Borża, il-prezz tal-ishma kien jinżel b’mod drammatiku. L-anqas prezz offrut għall-akkwist huwa bbażat fuq il-prezz medju tal-ishma fil-passat (ara aktar ‘il fuq). Għalhekk huwa mhux neċessarjament juri l-valur reali tal-ishma, la fiż-żmien li saret l-offerta għall-akkwist u lanqas fil-perjodu tal-privatizzazzjoni. |
(98) |
Għalhekk, l-ogħla prezz għal kull sehem, li ser jitħallas lill-ÖIAG (prezz fiss flimkien mal-ammont minimu miċ-ċertifikat ta’ debitur) huwa l-prezz għal kull sehem li kien jitħallas lill-azzjonisti l-oħra fi ħdan l-offerta għall-akkwist. Anke jekk l-ÖIAG possibbilment takkwista prezz għal kull sehem li għandha fl-Austrian Airlines aktar baxx, dan xorta waħda mhuwiex għajnuna mill-Istat għax il-prezz li għandu jitħallas lill-ÖIAG huwa konformi mal-valur fis-suq. Il-Lufthansa tirreferi għall-fatt li hija kienet l-unika intrapriża fil-proċess tal-bejgħ li ssottometiet offerta finali li torbot. Għalhekk, naturalment il-Lufthansa hija dik li tefgħet l-ogħla offerta. Ir-riżultat ta’ proċess tal-bejgħ miftuħ u kompetittiv għandu jgħodd bħala l-prezz tas-suq. |
(99) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-pjan għall-istrutturar mill-ġdid, il-Lufthansa targumenta li kemm il-Linji Gwida dwar it-Trasport bl-Ajru tal-1994 kif ukoll il-Linji Gwida tal-2004 għandhom jiġu applikati b’mod parallel. Waqt il-kalkoli relatati mal-pjan tan-negozju ġie kkunsidrat it-tnaqqis prevedibbli fis-sitwazzjoni ekonomika u fis-sitwazzjoni tas-swieq tat-trasport bl-ajru. […] Madanakollu, l-effiċjenza tal-Austrian Airlines li tagħmel profitt għal tul ta’ żmien tista’ tiġi biss irkuprata jekk il-pjan għall-istrutturar mill-ġdid emendat — kif ukoll aktar miżuri li għad iridu jiġu nnegozjati għal tnaqqis fl-ispejjeż — ikun jista’ jiġi implimentat kif stipulat u permezz tiegħu jkun jista’ jintlaħaq it-tnaqqis fl-ispejjeż meħtieġ. |
(100) |
Il-Lufthansa żżid li l-ammont ta’ għajnuna għall-istrutturar mill-ġdid (EUR 500 miljun) huwa l-minimu assolut meħtieġ sabiex tiġi rkuprata l-effiċjenza tal-Austrian Airlines li tagħmel profitt għal tul ta’ żmien. Aktar tnaqqis fis-suq tat-trasport bl-ajru Awstrijak u dak globali […]. |
(101) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-miżuri ta’ kumpens, il-Lufthansa tenfasizza li f’dawn l-aħħar snin l-Austrian Airlines kienet diġà naqqset b’mod sinifikanti l-kapaċità tagħha. […]. |
(102) |
Fir-rigward tal-kundizzjoni ta’ kontribuzzjoni personali sostanzjali skont in-numru 43 ff. tal-Linji Gwida tal-2004, il-Lufthansa ssemmi li din mhijiex riflessa fil-Linji Gwida dwar it-Trasport bl-Ajru tal-1994. Għalhekk, il-Lufthansa għandha dubju jekk dan il-kriterju huwiex kundizzjoni legali għall-istrutturar mill-ġdid fis-settur tat-trasport bl-ajru. Il-Lufthansa targumenta li l-Austrian Airlines u l-Lufthansa xorta waħda ser jidħlu għal parti sostanzjali tal-ispejjeż għall-istrutturar mill-ġdid, li jinkludu EUR […] minn total ta’ EUR […] għall-ispejjeż għall-istrutturar mill-ġdid jew madwar 68 % ta’ dawn l-ispejjeż. |
4.3. Ryanair
(103) |
Ir-Ryanair topera 11—il rotta bejn erba’ ajruporti Awstrijaċi (Salzburg, Linz, Graz u Klagenfurt) u destinazzjonijiet f’pajjiżi oħra tal-UE, fosthom il-Ġermanja. Ir-Ryanair għalhekk tiddikjara li hija tinsab f’kompetizzjoni kemm mal-Austrian Airlines kif ukoll mal-Lufthansa. |
(104) |
Għalhekk ir-Ryanair introduċiet il-kummenti tagħha tad-9 ta’ April 2009 bid-dikjarazzjoni, li fl-opinjoni tagħha, il-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali hija ġustifikata, iżda fl-istedina tal-Kummissjoni għall-kummenti ma ġietx mogħtija biżżejjed dejta. Il-fatt li l-informazzjoni li fl-opinjoni tal-Awstrija hija kunfidenzjali ma ġietx ippubblikata huwa nuqqas fil-proċedura. |
(105) |
Dwar il-każ, ir-Ryanair esprimiet l-opinjoni li l-awtoritajiet Awstrijaċi ma ppruvawx, li b’konnessjoni mas-sussidju ta’ EUR 500 miljun, min-naħa ta’ investitur li jinnegozja f’suq ħieles, il-bejgħ tal-Austrian Airlines kien jiġi preferut minn likwidazzjoni tal-intrapriża. Fl-opinjoni tar-Ryanair, investitur li jinnegozja f’suq ħieles kien jippreferi l-likwidazzjoni volontarja jew il-likwidazzjoni ġudizzjarja tal-Austrian Airlines jew negozju sempliċi bl-ishma mingħajr kundizzjonijiet relatati ma’ sussidju kbir għal-likwidità milli s-soluzzjoni magħżula mill-Gvern Awstrijak. Dan jiġi verifikat permezz tal-fatt li azzjonisti privati tal-Austrian Airlines ma kinux lesti li jipparteċipaw (skont l-ammont tal-ishma tagħhom) fiż-żieda fil-kapital. |
(106) |
F’dak li għandu x’jaqsam mar-raġunijiet li ġew miġjuba mill-awtortajiet Awstrijaċi għala ma ntgħażlitx il-likwidazzjoni, jekk dawn ir-raġunijiet mhumiex relatati ma’ tħassib marbut mar-reputazzjoni u l-impressjoni ġenerali tal-ÖIAG, li hija proprjetà statali, ir-Ryanair għandha dubji li dawn it-tip ta’ raġunijiet jistgħu jkunu l-motivazzjoni prinċipali jew l-unika waħda għal deċiżjonijiet importanti relatati man-negozju ta’ investitur ta’ dan it-tip. |
(107) |
Ir-Ryanair għandha dubji wkoll jekk il-prezz offrut mil-Lufthansa huwiex konformi mal-prezz tas-suq. Fl-opinjoni tar-Ryanair, il-proċedura li wasslet għall-għażla tal-Lufthansa bħala x-xerrej ma kinitx proċedura kompetittiva, il-perjodu għat-tfigħ ta’ offerti kien qasir ħafna (mit-13 sal-24 ta’ Awwissu 2008), u l-għarfien li kellha minn qabel il-Lufthansa dwar l-operat tal-Austrian Airlines f’dak li għandu x’jaqsam mas-sehem tagħha fl-iStar Alliance u f’negozji bi sħab kien ta’ vantaġġ għaliha fil-konfront ta’ xerrejja oħra. Billi imponew kundizzjonijiet għall-bejgħ, l-awtoritajiet Awstrijaċi ħalltu l-irwol tagħhom bħala Stat u l-irwol tagħhom bħala parteċipanti fl-ekonomija. |
(108) |
Anke jekk dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jitqiesu bħala “flessibbli”, madanakollu investitur li jinnegozja f’suq ħieles ma kienx ser jimponihom għax huma jikkawżaw l-ispejjeż. Organizzazzjonijiet li potenzjalment ser jitfgħu offerti kienu jeħduhom bis-serjetà u jew iżommu lura milli jitfgħu offerta jew inkella jniżżlu l-prezz tagħhom inqas mill-prezz tas-suq sabiex jiġu kkunsidrati l-ispejjeż meħtieġa biex jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet. |
(109) |
Ir-Ryanair tiddikjara, li l-espansjoni tagħha fl-Awstrija ġiet imfixkla mill-preżenza tal-Austrian Airlines fis-suq li kienet qed tagħmel telf, u mill-kapaċità tagħha, li żżomm għal perjodu twil ta’ żmien prezzijiet li ma jkoprux l-ispejjeż. Għajnuniet mill-Istat għall-benefiċċju tal-Austrian Airlines ineħħu numru ta’ possibilitajiet għall-espansjoni tar-Ryanair u l-piż tal-adattament strutturali tal-Austrian Airlines jiġi trasferit fuq parteċipanti fis-suq kompettitivi bħar-Ryanair. Hekk kif l-Austrian Airlines tiġi integrata fin-netwerk tal-Lufthansa, hija ser tibda bl-introduzzjoni ta’ traffiku lejn iċ-ċentri tal-Lufthansa fi Frankfurt u Munich li ser toloq periklu ta’ esklużjoni mis-suq għall-inqas fuq ir-rotot bejn l-Awstrija u l-Ġermanja. |
4.4. Air France/KLM
(110) |
L-Air France/KLM introduċiet il-kummenti tagħha tal-14 ta’ April 2009 billi lmentat li l-Kummissjoni ma għamlet l-ebda evalwazzjoni dettaljata tal-istruttura tal-proċess tal-bejgħ. L-Air France/KLM iżżid li l-proċedura fil-bidu ta’ Awwissu tal-2008 kienet relatata biss mal-privatizzazzjoni, mingħajr il-fatt li l-Austrian Airlines kienet teħtieġ strutturar mill-ġdid. |
(111) |
[…] |
(112) |
L-Air France/KLM hija tal-opinjoni li l-istrutturar mill-ġdid ssuġġerit mil-Lufthansa ma għandux pjan adattat u għalhekk l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat ma tistax tiġi ġġustifikata. Barra minn hekk, il-kapaċità tal-grupp Lufthansa li jwettaq dawn l-istess miżuri għall-istrutturar mill-ġdid minn mezzi tiegħu għandha tiġi kkunsidrata. |
(113) |
L-Air France/KLM targumenta li l-mod kif sar il-proċess tat-tfigħ ta’ offerti mhuwiex konformi mal-Linji Gwida dwar it-Trasport bl-Ajru tal-1994. Il-proċess ta’ privatizzazzjoni introdott fit-13 ta’ Awwissu 2008 ma sarx b’mod trasparenti u mingħajr diskriminazzjoni. |
(114) |
L-Air France/KLM ħadet sehem fil-proċess ta’ privatizzazzjoni u […] |
(115) |
Fit-tfigħ tal-offerta, dawk li tefgħu offerta ġew mitluba li jagħmlu offerta tal-istess valur lill-azzjonisti kollha bil-prezz li dak li qed jitfa’ l-offerta lest li jħallas fi flus għal kull sehem tal-Austrian Airlines lill-azzjonisti kollha, u li jixtri l-ishma għal ammont konformi mal-Liġi rilevanti Awstrijaka. |
(116) |
[…] Billi l-Lufthansa ma ssottomettietx offerta bla ebda kundizzjoni kif kienet mitluba tagħmel, hija marret kontra l-kundizzjonijiet imposti fil-bidu tal-proċedura u l-fatt li l-ÖIAG aċċetat din l-offerta hija evidenza li l-proċedura għandha numru ta’ nuqqasijiet. |
(117) |
[…] |
(118) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet imposti fil-mandat ta’ privatizzazzjoni, fir-rigward tal-kundizzjoni “iż-żamma ta’ struttura ta’ azzjonisti Awstrijaċi”, l-Air France/KLM iżżid li fil-passat strutturi simili kienu rregolati iżda minn dak iż-żmien ‘l hawn il-qasam regolatorju nbidel. L-Air France/KLM tirreferi għall-fatt li l-Kummissjoni ġiet fdata mill-Kunsill bil-mandat li tmexxi n-negozjati mal-istati terzi kollha sabiex il-ftehimiet bilaterali dwar it-trasport bl-ajru konklużi ma’ dawn l-Istati jkunu konformi mal-Liġi tal-Komunità. L-Air France/KLM taċċetta li l-każ speċjali tal-Austrian Airlines għandu jiġi investigat fid-dettall iżda hija titlob lill-Kummissjoni sabiex tittratta din il-mistoqsija b’mod flessibbli għax uħud minn dawn in-negozjati ma’ stati terzi damu għaddejjin għal tul ta’ żmien. |
(119) |
L-Air France/KLM mhijiex konvinta wkoll mill-argument li l-Istat Awstrijak aġixxa bħala investitur li jinnegozja f’suq ħieles. Il-fatt li huwa aċċetta l-prezz tal-bejgħ li kien riżultat ta’ proċedura b’nuqqasijiet ifisser li huwa ma biegħx l-ishma tiegħu fl-Austrian Airlines bl-aqwa kundizzjonijiet possibbli. |
(120) |
Wara li ġiet iddikjarata d-deċiżjoni tal-Gvern Awstrijak li jagħti għajnuna finanzjarja li tammonta għal EUR 500 miljun, l-Air France/KLM innotifikat lill-ÖIAG li […]. |
(121) |
L-Air France/KLM tistaqsi jekk il-Kummissjoni għandhiex tinvestiga wkoll jekk l-Austrian Airlines kinitx diġà parti mill-grupp Lufthansa, indipendentement mill-kundizzjonijiet relatati mal-akkwist. |
(122) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-pjan għall-istrutturar mill-ġdid l-Air, France/KLM għandha dubju jekk din l-għajnuna finanzjarja għandhiex fuq kollox tiġi deskritta bħala għajnuna għall-istrutturar mill-ġdid. L-Air France/KLM ma għandha l-ebda dubju dwar id-diffikultajiet finanzjarji li qed tiffaċċja l-Austrian Airlines, iżda hija tinsisti li l-miżuri huma wisq dgħajfa biex jippermettu strutturar mill-ġdid tal-intrapriża. Il-miżuri ssuġġeriti mil-Lufthansa huma tip ta’ miżuri li jsiru b’konnessjoni ma’ akkwist ta’ intrapriża u li b’mod artifiċjali jiġu ddikjarati bħala “pjan għall-istrutturar mill-ġdid”. Il-miżuri ma jirriżultaw fl-ebda pjan ([…]) u bl-ebda mod ma jiġġustifikaw l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, ma ġiex verifikat li l-Lufthansa ma kinitx f’pożizzjoni li timplimenta dawn l-istess miżuri għall-istrutturar mill-ġdid bil-mezzi tagħha. |
(123) |
L-Air France/KLM tirreferi għall-fatt li fis-sitwazzjoni ekonomika preżenti, is-settur kollu tat-trasport bl-ajru jinsab taħt pressjoni qawwija u għalhekk il-Kummissjoni għandha tevalwa b’attenzjoni speċjali l-konformità tal-għajnuna ppjanata mill-Awstrija sabiex tassigura li permezz tal-għajnuna, il-kompetizzjoni ma tiġix imbagħbsa. |
4.5. NIKI
(124) |
Fil-bidu tal-kummenti tagħha tal-31 ta’ Marzu 2009, in-NIKI esprimiet l-opinjoni tagħha, li l-ÖIAG ma aġġixietx bħala investitur li jinnegozja f’suq ħieles għax hija aċċettat prezz negattiv għall-ishma tagħha fl-Austrian Airlines. Barra minn hekk, il-prezz tal-bejgħ ma jirriflettix il-prezz fis-suq tal-Austrian Airlines. Il-bejgħ kien marbut ma’ kundizzjonijiet, bħal perżempju prezz tax-xiri negattiv u kodeterminazzjoni tal-bejjiegħ fl-intrapriża akkwistata, xi ħaġa li hija inaċċettabbli għal investitur li jinnegozja f’suq ħieles. |
(125) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-prezz tax-xiri negattiv, in-NIKI targumenta li fil-verità l-Lufthansa ħallset prezz pożittiv ta’ EUR 366 269 u ċertifikat ta’ debitur, li għall-ÖIAG għandu valur ta’ EUR 162 miljun u li s-sussidju ta’ EUR 500 miljun huwa wieħed mill-kundizzjonijiet magħmula mil-Lufthansa u mhuwiex prezz tax-xiri negattiv. |
(126) |
Skont in-NIKI, f’każ ta’ prezz negattiv għall-ishma tal-ÖIAG (41,56 %), dan it-tip ta’ prezz kien jirriżulta f’valur ta’ EUR 1,2 biljun għall-kapital sħiħ fil-forma ta’ ishma (100 %). Madanakollu, wieħed ma jistax jifhem kif prezz tax-xiri negattiv ta’ dan it-tip seta’ joħroġ mir-rapporti finanzjarji tal-Austrian Airlines. In-NIKI iżżid li l-prezz ikkwotat fuq il-Borża tal-ishma ta’ azzjonisti oħra jirrifletti valur tal-intrapriża pożittiv (l-aktar prezz baxx kien EUR 2,22 f’Lulju tal-2008 u l-medja għal sitt xhur kienet ta’ EUR 4,49). |
(127) |
F’dak li għandu x’jaqsam max-xenarji alternattivi, in-NIKI tikkritika d-dikjarazzjoni tal-ÖIAG li hija qed tinnegozja daqslikieku hija kienet l-unika azzjonista tal-Austrian Airlines. Skont in-NIKI, likwidazzjoni strutturata kienet tkun biss possibbli b’maġġoranza ta’ 75 %. Iżda l-ÖIAG għandha biss 41,56 % tal-Austrian Airlines. In-NIKI tkompli targumenta li anke f’każ ta’ falliment, l-Austrian Airlines kienet tkompli l-operat tagħha. Pjanijiet soċjali huma ħlasijiet volontarji li għandhom jiġu diskussi mar-rappreżentanti tal-ħaddiema. Fil-każ ta’ likwidazzjoni, in-NIKI tistma li l-ispejjeż għall-pjan soċjali jammontaw għal EUR 5 miljun. F’dak li għandu x’jaqsam mal-ammont stmat ta’ spejjeż soċjali, in-NIKI żżid li l-Awstrija ħalltet l-irwol tagħha bħala azzjonista mal-irwol tagħha bħala Stat. |
(128) |
Wieħed ma jistax jifhem kif il-falliment tal-Austrian Airlines seta’ jkollu effetti fuq il-prezz tal-ishma u l-kredibbiltà tat-Telekom Austria AG, tal-OMV AG u tal-Österreichischer Post AG. Fl-opinjoni tagħha, dawn l-intrapriżi mhumiex meqjusa mill-pubbliku bħala grupp ta’ intrapriżi. L-intrapriżi huma attivi f’setturi differenti, b’tali mod li l-falliment tal-Austrian Airlines ma jistax jinfluwenzahom b’mod negattiv. |
(129) |
In-NIKI turi l-ħsieb tagħha jekk soluzzjoni simili għal dik fil-każ tal-Alitalia, li bħala konsegwenza kien ikollha l-privatizzazzjoni tal-Austrian Airlines, li hija iżgħar iżda aktar b’saħħitha, kinitx twassal għal riżultat pożittiv għall-ÖIAG u kienx ikollha effetti aktar pożittivi fuq il-kompetizzjoni. |
(130) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-privatizzazzjoni, in-NIKI hija tal-opinjoni li l-kundizzjonijiet marbuta mal-formazzjoni ta’ kumitat biex jiġu mħarsal-interessi lokali Awstrijaċi, il-kundizzjoni taż-żamma ta’ struttura ta’ azzjonisti Awstrijaċi u l-kundizzjoni tal-Lufthansa li tirċievi żieda fil-kapital ta’ EUR 500 miljun għall-Austrian Airlines affettwaw il-prezz b’mod negattiv. Fl-opinjoni tagħha l-Istat ma għandux jinterfieri fil-ġestjoni ta’ intrapriża. |
(131) |
Skont in-NIKI, il-vantaġġ selettiv għall-benefiċċju tal-Austrian Airlines u tal-Lufthansa ser ifixkel il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-Lufthansa mhijiex benefiċjarju li jista’ jirċievi għajnuniet mill-Istat għax hija għandha għad-disponnibilità tagħha biżżejjed riżorsi kapitali. Barra minn hekk, in-NIKI hija tal-opinjoni li l-pjan għall-istrutturar mill-ġdid mhuwiex konformi mar-rekwiżiti tal-Linji Gwida tal-2004. Hija tikkritika wkoll il-fatt li m’hemm l-ebda miżuri ta’ kumpens li jikkontrobattu l-effetti tal-għajnuna li joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-Suq Komuni. Hija ma tqisx it-tnaqqis tal-konnessjonijiet ta’ rotot twal bħala kumpens adegwat. |
(132) |
Barra dan, in-NIKI mhijiex konvinta li fil-passat (f’dawn l-aħħar għaxar snin) l-Austrian Airlines ma rċeviet l-ebda għajnuna mill-Istat u li ġie miżmum il-prinċipju li għajnuna tingħata darba biss. Hija ssemmi serje ta’ miżuri li fl-opinjoni tagħha jistgħu jinkludu għajnuna mill-Istat: a) l-għoti esklussiv u bla ħlas ta’ drittijiet relatati mat-traffiku, b) il-koordinazzjoni ta’ slots tal-islots fl-Awstrija ssir minn intrapriża li l-Austrian Airlines għandha sehem fiha, c) kera aktar baxxa għall-ispazju fl-ajruport ta’ Vjenna, d) trasferiment ta’ riskji fuq istituzzjonijiet pubbliċi waqt bejgħ ta’ proprjetà immobbli, e) aċċettazzjoni ta’ entitajiet fiskali għal skopijiet speċjali tal-Austrian Airlines f’Guernsey, fiċ-Channel Islands, f) żieda fil-kapital tal-azzjonista pubbliku f’Diċembru tal-2006 għal EUR 146 miljun u g) għajnuna għas-salvataġġ ta’ EUR 200 miljun. |
(133) |
Barra minn hekk, hija żżid li l-Austrian Airlines introduċiet xogħol b’sigħat imnaqqsa u d-differenza bejn il-ħinijiet tax-xogħol normali u dawk imqassra qed titħallas mill-Istat. Hija tikkritika wkoll il-fatt li skont il-Liġi Awstrijaka dwar ix-xogħol, l-Austrian Airlines ma tistax tagħti s-sensja lil dawk il-ħaddiema tagħha li aċċettaw dawn il-ħinijiet tax-xogħol imnaqqsa. |
4.6. Air Berlin
(134) |
Il-kummenti tal-Air Berlin tat-8 ta’ April 2009 huma kollha kemm huma l-istess bħal dawk tan-NIKI. |
4.7. Robin Hood Aviation
(135) |
Fil-kummenti tagħha tat-8 ta’ April 2009, ir-Robin Hood Aviation esprimiet l-opinjoni tagħha li l-prezz negattiv huwa għajnuna mill-Istat u din l-għajnuna mill-Istat ser taffettwa b’mod negattiv lill-kompetizzjoni; barra minn hekk hija ser issaħħaħ il-pożizzjoni dominanti tal-Austrian Airlines u tal-Lufthansa fis-Suq Komuni, għalhekk din it-tip ta’ għajnuna mill-Istat ma għandhiex tiġi ddikjarata bħala konformi mas-Suq Komuni. Skont Robin Hood Aviation, bħalissal-Austrian Airlines għall-kuntrarju tal-pjan għall-istrutturar mill-ġdid sottomess mill-awtoritajiet Awstrijaċi qiegħda żżid il-kapaċità tagħha. Fl-2009, l-Austrian Airlines ser tieħu f’idha rotot addizzjonali tal-Lufthansa, pereżempju r-rotta Graz—Stuttgart, li qed topera fiha wkoll Robin Hood Aviation. Skont Robin Hood Aviation, l-Austrian Airlines toffri prezzijiet baxxi ħafna u kompetittivi għar-rotot tagħha, li huma possibbli biss minħabba l-għajnuna pprovduta mill-Istat. |
4.8. WKO — Die Luftfahrt
(136) |
Fil-kummenti tagħha tat-8 ta’ April 2009, il-WKO — Die Luftfahrt enfassizat l-importanza tal-Austrian Airlines għall-Awstrija bħala lok ekonomiku u l-kontribuzzjoni tagħha biex tassigura madwar 18 000 post tax-xogħol fl-ajruport internazzjonali ta’ Vjenna. Hija enfassizat, kemm netwerk li jiffunzja tajjeb huwa importanti għat-turiżmu u għall-ekonomija lokali. |
4.9. Wien — konkret
(137) |
Fil-kummenti tagħha tal-21 ta’ Marzu 2009, il-Wien — konkret Medien GmbH (minn issa ‘l quddiem: “Wien — konkret”) iddikjarat li fil-11 ta’ Novembru 2008 hija tat offerta li torbot għall-Austrian Airlines ta’ aktar minn EUR 10, li kienet ogħla mill-offerta tal-Lufthansa. Fit-30 ta’ Jannar 2009 din l-offerta żdiedet għal 11—il Euro. Il-Wien — konkret ma pparteċipatx fil-proċedura tat-tfigħ ta’ offerti. |
(138) |
Wien — konkret hija wkoll tal-opinjoni li l-ÖIAG ma nnegozjatx bħala investitur privat prudenti. Hija targumenta li fl-opinjoni tagħha t-tliet xenarji alternattivi tal-ÖIAG — a) il-bejgħ tal-ishma fuq il-Borża għall-prezz ta’ EUR 3,90 bi dħul ta’ EUR 142 miljun, b) l-offerta ta’ Wien — konkret ta’ aktar minn EUR 10 u c) falliment EUR 0 — kienu jikkawżaw inqas spejjeż. Hija targumenta wkoll li l-kundizzjonijiet fil-mandat ta’ privatizzazzjoni (struttura ta’ azzjonisti Awstrijaċi) ma ġewx issodisfati għax il-Lufthansa hija intrapriża Ġermaniża. |
(139) |
Il-Wien — konkret iżżid li l-prezz negattiv ser jaffettwa b’mod negattiv lill-kompetizzjoni u jagħti l-possibbiltà lill-Austrian Airlines li toffri prezzijiet kompetittivi ħafna fis-suq. Barra minn hekk, hija tenfasizza li l-Austrian Airlines ma implimentat l-ebda miżuri għall-istrutturar mill-ġdid bħal tnaqqis fil-kapaċità, tnaqqis fil-persunal u tnaqqis tal-ispejjeż relatati mal-persunal. Hija wkoll tal-opinjoni li għajnuniet mill-Istat għas-settur tat-trasport bl-ajru għandhom effetti negattivi fuq l-ambjent (emissjonijiet ta’ CO2, storbju ta’ titjiriet). |
4.10. Kummenti ta’ persuni privati individwali
(140) |
Il-kummenti tat-32 persuna privata individwali li jġibu d-data mill-11 ta’ Frar 2009 sal-10 ta’ April 2009 huma b’mod estentiv bħal dawk ta’ Wien — konkret. |
5. IL-KUMMENTI TAL-AWSTRIJA DWAR IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET TERZI
(141) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi introduċew il-kummenti tagħhom bid-dikjarazzjoni li l-proċedura għall-privatizzazzjoni kienet waħda miftuħa u trasparenti u mhux marbuta ma’ kundizzjonijiet. Għalkemm minħabba l-validità limitata tal-mandat ta’ privatizzazzjoni l-proċedura kellha perjodu qasir, meta mqabbla ma’ proċeduri simili hija mhijiex iqsar minn dawk tas-soltu. |
(142) |
Ma kien hemm l-ebda trattament differenti ta’ dawk li pparteċipaw fil-proċedura għat-tfigħ ta’ offerti. Il-kundizzjonijiet relatati mal-proċedura kienu l-istess għall-parteċipanti kollha. Fl-opinjoni tagħha, ir-raġuni għala ġiet sottomessa offerta waħda biss li torbot għandha aktar x’taqsam mat-tnaqqis drammatiku fis-sitwazzjoni ekonomika fis-settur tat-trasport bl-ajru Ewropew waqt il-proċedura tal-privatizzazzjoni, mas-sehem tal-Air France/KLM u British Airways f’negozjati oħra u l-ispejjeż għoljin għat-tibdil tal-assoċjazzjoni għal dawk li tefgħu offerta minbarra l-Lufthansa. |
5.1. Konvenjenza tal-proċedura
(143) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi esprimew ruħhom sorpriżi li l-Air France/KLM ma kinitx taf li s-sottomissjoni tal-offerta kienet biss aċċettata bi prezz tax-xiri negattiv. Skont il-kundizzjonijiet tal-proċedura, is-sottomissjoni tal-offerta kienet f’kull ħin possibbli biss bi prezz tax-xiri negattiv. F’każ li fir-realtà l-Air France/KLM ma kinitx ċerta jekk is-sottomissjoni ta’ offerta kinitx aċċettata biss bi prezz negattiv, kien hemm ħafna possibilitajiet biex din il-mistoqsija tiġi ċċarata jew mill-banek għall-investiment jew permezz ta’ mistoqsija lill-ÖIAG. Iżda dan qatt ma seħħ. |
(144) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi jikkonfermaw li l-Air France/KLM kellha l-possibbiltà bħat-tnejn li tefgħu offerta li kien fadal fit-tieni stadju tal-proċedura tal-privatizzazzjoni, li tissottometti offerta bi prezz tax-xiri negattiv. |
(145) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi jżidu li ftit wara li għalaq iż-żmien għas-sottomissjoni ta’ offerti […]. |
(146) |
[…] |
(147) |
[…] |
(148) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi jinnegaw id-dikjarazzjoni tal-Air France/KLM li kien ikun aħjar li l-ÖIAG l-ewwel tagħti lill-Austrian Airlines sussidju ta’ EUR 500 miljun u wara tippermetti li l-intrapriża tiġi privatizzata. Barra minn hekk, sussidju qabel il-privatizzazzjoni kien ikollu wkoll jiġi investigat skont il-Liġi dwar Għajnuniet. |
5.2. Prezz tax-xiri negattiv
(149) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi jinnegaw l-argument miġjub min-NIKI fil-kummenti tagħha li l-prezz ma kienx prezz negattiv iżda kundizzjoni. Waqt evalwazzjoni ta’ xiri ta’ ishma dak li ser jitfa’ offerta jibbaża d-deċiżjoni fuq it-total tal-ħlasijiet kollha meħtieġa għax-xiri. Il-Lufthansa ma ħaditx deċiżjoni li tiddependi fuq kundizzjoni mhux monetarja, iżda sempliċiment offriet prezz tax-xiri negattiv. |
5.3. Valur tas-suq negattiv
(150) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi jqisu l-argument fl-ilment tan-NIKI, li hemm ammont ta’ assi netti (kummerċjali) pożittiv, fejn għandu jiġi kkunsidrat l-ammont ta’ assi netti kif jidhru fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tal-Austrian Airlines fil-31 ta’ Diċembru 2008, bħala irrilevanti għax fuq il-bażi tal-prinċipji dwar il-kontabbiltà tal-IFRS u l-Linji Gwida dwar l-interpretazzjoni, il-figuri kkalkulati għandhom jiġu mqabbla mal-valur tas-suq ta’ intrapriża bil-kundizzjoni li l-attività tal-intrapriża tkun għadha għaddejja. |
(151) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi jirreferu għall-kalkolu tan-NIKI, fejn l-Austrian Airlines wara li tirċievi s-sussidju ta’ EUR 500 miljun setgħat tibqa’ attiva għal […] snin mingħajr miżuri għall-istrutturar mill-ġdid, anke jekk hemm dħul u ħruġ ta flus negattiv ta’ EUR […], u jżidu, li dan jikkontradixxi r-realtà ekonomika, għax l-Austrian Airlines ikollha f’kull ħin tkun fis-sitwazzjoni li tissodisfa l-obbligi ta’ ħlasijiet li għandhom jitħallsu. Għalhekk l-argument tan-NIKI li l-valur tal-intrapriża tal-Austrian Airlines huwa negattiv, ma japplikax. |
5.4. Xenarji alternattivi
(152) |
In-NIKI argumentat li anke f’każ ta’ falliment, l-Austrian Airlines setgħet tkompli bl-operat tagħha. L-awtoritajiet Awstrijaċi jinnegaw dan u jżidu li dan imur kontra r-raġunijiet legali. Skont l-Artikolu 109 b’konnessjoni mal-Artikolu 106 tal-Liġi Awstrijaka dwar l-Avjazzjoni, il-permessi tal-operat ta’ intrapriża fis-settur tal-avjazzjoni, f’każ ta’ falliment għandhom jiġu rrevokati. Wieħed ma jistax jimmaġna li l-operat ta’ intrapriża fis-settur tal-avjazzjoni jista’ jitkompla permezz ta’ likwidatur mingħajr il-permessi tal-operat. |
(153) |
In-NIKI argumentat ukoll li l-valur tal-assi tal-Austrian Airlines huwa biżżejjed sabiex ikopri l-ħlasijiet kollha f’każ ta’ likwidazzjoni, b’tali mod li l-ÖIAG ma kien ikollha ġġorr l-ebda spejjeż marbuta mal-likwidazzjoni. Skont l-awtoritajiet Awstrijaċi, dan l-argument huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-valur tal-assi tal-Austrian Airlines jaqbeż il-valur tal-ħlasijiet li għandha tagħmel b’EUR […]. Din is-supożizzjoni tirreferi espliċitament għall-ammont ta’ assi netti muri fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tal-31 ta’ Diċembru 2008. Fl-opinjoni tal-awtoritajiet Awstrijaċi, dan il-valur ma jistax jiġi kkonsultat, sabiex wieħed jasal għal konklużjonijiet relatati mal-ispejjeż għal-likwidazzjoni. |
(154) |
In-NIKI argumentat ukoll li l-ÖIAG bħala azzjonista minuri ma ġġorx l-ispejjeż ta’ likwidazzjoni kollha waħedha. Skont l-awtoritajiet Awstrijaċi dan ma japplikax. L-ÖIAG hija l-aktar azzjonista dominanti u l-akbar azzjonista tal-Austrian Airlines u bħala l-unika waħda hija tiġi milquta mir-riskji ekonomiċi kollha relatati mal-ishma l-oħra tagħha, li huma marbuta ma’ likwidazzjoni mingħajr pjanijiet soċjali. Azzjonisti żgħar u investituri istituzzjonali li għad-dinja ta’ barra mhumiex “viżibbli” mhumiex soġġetti għal riskji ta’ dan it-tip. Għalhekk, l-ÖIAG kien ikollha ġġorr l-ispejjeż tal-pjanijiet soċjali kollha waħedha. |
5.5. Il-pjan għall-istruttrar mill-ġdid
(155) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi jinnegaw l-argumenti miġjuba min-NIKI u l-Air France/KLM li l-Lufthansa tista’ tkun benefiċjarju tal-kontribuzzjoni għall-kapital ta’ EUR 500 miljun. Dan mhuwiex il-każ. L-idea li l-Lufthansa ser tibbenefika miż-żieda fil-kapital tal-kumpanija sussidjarja futura tagħha wara l-konklużjoni tan-negozjati u għalhekk tkun hija stess benefiċjarju tal-(allegata) għajnuna għall-istrutturar mill-ġdid, hija insostenibbli. Għalhekk, fl-opinjoni tal-awtoritajiet Awstrijaċi l-interpretazzjoni tal-Air France/KLM f’dan ir-rigward ma tapplikax. |
(156) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi jinnegaw l-argument ta’ partijiet terzi partikolari, li l-istrutturar mill-ġdid ma jagħmel l-ebda provvedimenti għal miżuri strutturali u għalhekk adattamenti strutturali jkunu ta’ piż fuq il-kompetituri. Adattamenti fil-forma ta’ tnaqqis fil-kapaċitajiet sabiex isiru provvedimenti għal tendenzi prevedibbli fid-domanda huma elementi ċentrali tal-pjan għall-istrutturar mill-ġdid. Fis-Sajf tal-2008, l-Austrian Airlines kienet diġà naqqset il-105 ajruplan tagħha għal 98 u ċekknet il-kapaċità fil-qasam ta’ rotot twal għal […]. Is-suppożizzjoni li l-Austrian Airlines qed issegwi strateġija ta’ espansjoni bbażata fuq rotot qosra u medji hija bla bażi. |
(157) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi jinnegaw ukoll l-argument tan-NIKI li fil-passat l-Austrian Airlines kienet diġà rċeviet għajnuniet mill-Istat f’diversi modi. L-għajnuniet allegati mhumiex suġġett tal-proċedura ta’ investigazzjoni, kif ġie ddikjarat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-bidu tal-proċedura. Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet f’dan ir-rigward mhumiex korretti u huma irrilevanti. F’kull każ l-awtoritajiet Awstrijaċi jirrifjutaw b’mod deċisiv l-argument f’dan ir-rigward li fil-passat l-Austrian Airlines diġà rċeviet għajnuniet mill-Istat. Il-miżuri msemmija mhumiex konformi mad-definizzjoni ta’ għajnuniet skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. Uħud minn dawn il-miżuri ttieħdu qabel id-dħul tal-Awstrija fiż-ŻEE u fl-UE. Oħrajn mhumiex miżuri mill-Istat għax perżempju l-ajruport ta’ Vjenna huwa prinċipalment f’idejn il-privat. |
(158) |
Fir-rigward taż-żieda fil-kapital li saret fl-2006, l-awtoritajiet Awstrijaċi jirreferu għall-fatt li investituri privati kienu jieħdu sehem fiha bl-istess kundizzjonijiet li għamlet l-ÖIAG. Il-ħruġ tal-ishma għaż-żieda fil-kapital kien iżjed milli kien hemm kapital x’jinxtara u t-tqassim fost investituri privati seta’ kien akbar. Sabiex jiġi evitat tnaqqis fis-saħħa tal-ishma tal-ÖIAG, is-sehem tagħha għaż-żieda fil-kapital kien eżatt daqs l-ishma tagħha fl-Austrian Airlines. Dan kollu mhu l-ebda għajnuna. Fir-rigward tad-dikjarazzjoni li l-Austrian Airlines introduċiet sigħat tax-xogħol imnaqqsa u li d-differenza bejn is-sigħat tax-xogħol normali u dawk imnaqqsa qed titħallas mill-Istat, din il-miżura hija applikata b’mod ġenerali. Bl-istess mod, kull protezzjoni li tingħata permezz tal-Liġi Awstrijaka dwar ix-Xogħol għall-ħaddiema li jaħdmu b’sigħat imnaqqsa tapplika b’mod ġenerali. |
(159) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi jinnegaw l-argument tan-NIKI li l-għoti ta’ drittijiet relatati mat-traffiku lill-Austrian Airlines huwa għajnuna mill-Istat. Id-drittijiet relatati mat-traffiku oriġinarjament huma riżultat ta’ ftehim bilaterali dwar it-trasport bl-ajru. L-Istati li ffirmaw il-kuntratt taw lit-trasportaturi bl-ajru id-dritt li jeżerċitaw drittijiet relatati mat-traffiku korrispendenti fil-kwadru tal-ftehim bilaterali dwar it-trasport bl-ajru. Għalhekk, dan mhuwiex marbut ma’ spejjeż għall-Istat li ffirma l-kuntratt. Barra minn hekk m’hemm l-ebda suq relatat mal-użu ta’ drittijiet relatati mat-traffiku. Id-Drittijiet relatati mat-traffiku la jistgħu jiġu mibjugħa u lanqas irkantati. |
5.6. Tweġibiet għal argumenti oħra msemmija fil-kummenti tal-partijiet terzi
(160) |
Il-fatt li l-Austrian Airlines hija parti mill-SCA Schedule Coordination Austria GmbH (minn issa ‘l quddiem “SCA GmbH”), fil-kummenti tal-partijiet terzi ġie deskritt bħala problematiku. L-awtoritajiet Awstrijaċi jżidu li skont ir-Regolament (KE) Nru 793/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 għall-emenda tar-Regolament (KEE) Nru 95/93 tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (28) l-SCA GmbH hija l-medjatur ta’ skedi ta’ titjiriet jew il-koordniatur ta’ skedi ta’ titjiriet fl-ajruport ta’ Vjenna. L-attivitajiet tal-SCA GmbH permezz tar-Regolament (KE) Nru 793/2004 huma determinati b’tali mod li azzjonisti individwali ma jista’ jkollhom l-ebda influwenza fuq l-allokazzjoni ta’ slots. |
(161) |
Ir-Robin Hood Aviation irrimarkat li l-għajnuna għas-salvataġġ ġiet użata, sabiex jiġi ffinanzjat tnaqqis tal-kompetizzjoni fir-rotta Graz-Stuttgart. L-awtoritajiet Awstrijaċi jinnegaw dan. |
(162) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi jinnegaw ukoll l-argument tar-Ryanair li l-Austrian Airlines b’kompetizzjoni ma’ fornituri ta’ titjiriet bl-irħis, fil-futur ser toffri titjiriet li bihom ma tkoprix l-ispejjeż. Dawn l-argumenti ma għandhom l-ebda bażi. Mill-bqija, fl-opinjoni tal-awtoritajiet Awstrijaċi dawn l-ilmenti jistgħu jiġu prinċipalment investigati mill-Kummissjoni permezz ta’ proċedura għall-kontroll ta’ amalgamazzjonijiet ta’ intrapriżi. |
(163) |
Permezz ta’ ittra li ġġib id-data tat-22 ta’ Mejju 2009, l-awtoritajiet Awstrijaċi għaddew aktar informazzjoni lill-Kummissjoni dwar serje ta’ punti. |
(164) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-fatt li l-ÖIAG hija meqjusa bħala l-azzjonista dominanti tal-Austrian Airlines, l-awtoritajiet Awstrijaċi jirreferu għall-fatt li direttament l-ÖIAG għandha 41,56 % tal-ishma tal-Austrian Airlines u ffurmat konsorzju ma’ investituri oħra instituzzjonali li għandhom 7,05 % tal-ishma fl-Austrian Airlines. Il-ftehim għall-konsorzju jistipula votazzjoni unitarja fil-laqgħat ġenerali annwali tal-Austrian Airlines. 3,45 % tal-ishma fl-Austrian Airlines (li ma għandhomx vot) inżammu mill-Austrian Airlines. Il-47,94 % tal-ishma li jifdal huma ta’ azzjonisti oħra. |
(165) |
L-ÖIAG u l-membri tal-konsorzju għandhom flimkien 48,61 % tal-ishma fl-Austrian Airlines u għandhom għad-disponibbilità tagħhom aktar mill-50,34 % tad-drittijiet tal-vot għax l-ishma li għandha l-Austrian Airlines ma għandhomx dritt tal-vot. |
(166) |
L-awtoritajiet ikomplu jispjegaw li l-azzjonisti l-oħra mhumiex obbligati li jipparteċipaw f’bejgħ għal prezz tax-xiri negattiv għax skont il-Liġi Awstrijaka dwar Fallimenti, l-azzjonisti ma għandhomx sehem fl-ispejjeż relatati ma’ fallimenti. It-telf tagħhom huwa limitat għat-telf fuq il-kontribuzzjonijiet għall-kapital tagħhom jew fuq il-prezz tax-xiri offrut minnhom għall-ishma. L-azzjonisti l-oħra għalhekk f’każ ta’ falliment jew likwidazzjoni ma jġorru l-ebda spejjeż u mhumiex obbligati li jikkunsidraw ix-xenarji alternattivi. |
(167) |
Barra minn hekk l-azzjonisti l-oħra ma għandhomx bilfors jaċċettaw prezz tax-xiri negattiv. Għall-kuntrarju ta’ dan, il-Liġi Awstrijaka dwar l-Akkwist ta’ Intrapriżi tistipula li għal negozjati li jikkonċernaw bidla fil-kontroll fuq l-intrapriża, il-prezz tal-akkwist għandu jkun skont il-prezz tal-Borża mkejjel skont l-influwenza tal-volum kummerċjali f’dawn l-aħħar sitt xhur, li m’għandux neċessarjament ikun proporzjonali għall-valur kummerċjali tal-ishma tagħha. Il-prezz tal-ishma jista’ jkun ibbażat bħal fl-eżempju tal-Austrian Airlines fuq spekulazzjonijiet relatati mal-akkwist, b’tali mod li huwa rari jkun jirrifletti l-valur fundamentali tal-intrapriża. |
(168) |
L-azzjonisti l-oħra mhumiex obbligati li jipparteċipaw fl-ispejjeż relatati mal-likwidazzjoni jew falliment u għalhekk ma jikkontribwixxux fi prezz tax-xiri negattiv. Dan il-“fenomenu ta’ free rider” huwa riżultat tal-protezzjoni li jgawdu l-azzjonisti skont il-Liġi Awstrijaka dwar Kumpaniji u Fallimenti u skont il-Liġi Qafas għal Intrapriżi skont il-Liġi Ewropea. |
(169) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi jżidu li l-ħlas ta’ prezz tax-xiri negattiv lill-ÖIAG huwa konsegwenza direttament marbuta mal-valur negattiv tal-assi netti tal-Austrian Airlines u speċjalment tal-obbligu legali ta’ min jitfa’ offerti, li jixtri l-ishma tal-azzjonisti l-oħra sabiex jakkwista l-100 % tal-proprjetà, u għalhekk iwassal għal prezz li ma jirriflettix il-valur kummerċjali tal-intrapriża tal-avjazzjoni. |
(170) |
Fl-opinjoni tal-awtoritajiet Awstrijaċi, l-ÖIAG aġġixxiet bħala investitur privat li jinnegozja b’mod razzjonali f’suq ħieles għax hi ħadet f’idha l-prezz tax-xiri negattiv sħiħ, li kien marbut 100 % mal-valur negattiv tal-assi netti tal-Austrian Airlines u mal-prezz tal-offerta pożittiv stipulat bil-liġi għall-azzjonisti l-oħra, sabiex tipprivatizza kompletament l-Austrian Airlines. |
(171) |
Barra dan, l-awtoritajiet Awstrijaċi jżidu li waqt il-proċess tal-privatizzazzjoni, l-azzjonisti l-oħra ma rċevew l-ebda għajnuna mill-Istat għax l-ewwel nett, l-offerta għall-akkwist ma kinitx tinkludi mezzi pubbliċi iżda tiġi mħallsa min dak li tefa’ offerta b’suċċess; f’dan il-każ il-Lufthansa. It-tieni nett, il-prezz li għandu jitħallas lill-azzjonisti l-oħra ma ġiex iddeterminat mill-Istat iżda ġie iddeterminat fuq il-bażi tal-ispeċifikazzjonijiet obbligatorji għall-kalkolu tal-prezz tal-akkwist f’każ ta’ bidla tal-kontroll fuq l-intrapriża skont il-Liġi Awstrijaka dwar l-Akkwist ta’ Intrapriżi. |
(172) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi spjegaw li skont il-Liġi Awstrijaka l-ebda azzjonista mhu obbligat li f’każ ta’ falliment iġorr l-ispejjeż soċjali. Huma jirreferu għall-fatt li l-fond Awstrijak għal kumpensi f’każ ta’ fallimenti, li twaqqaf skont il-Liġi dwar is-Sigurtà ta’ Kumpensi f’każ ta’ falliment, ikopri l-ispejjeż li ġejjin:
|
(173) |
Il-fond ma jkopri l-ebda ħlasijiet relatati ma’ sensji u pagi ta’ kull xahar li jaqbżu dan il-limitu. Barra minn hekk, kumpensi bħala riżultat minn ftehimiet kollettivi jew pjanijiet soċjali mhumiex koperti minn dan il-fond. |
(174) |
[…] F’dan ir-rigward huma kwotaw stima oħra tal-ispejjeż soċjali mħejjija mill-Ernst & Young fit-12 ta’ Marzu 2009. Din l-istima l-ġdida turi spejjeż soċjali 1) tal-grupp ta’ intrapriżi Austrian Airlines u 2) tal-Austrian Airlines AG u tat-Tyrolean Airways. […] |
(175) |
Barra minn hekk l-awtoritajiet Awstrijaċi ssottomettew aktar informazzjoni dwar jekk kumpanija possedenti f’sitwazzjoni simili għal dik tal-ÖIAG kinitx tagħmel provvedimenti għal telf fil-prezz ikkawżat minn tnaqqis fil-kredibbiltà u telf simili. |
6. KAŻ TA’ GĦAJNUNA
6.1. Bażi legali għall-analiżi tal-għajnuna
(176) |
Skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE “għajnuniet mill-Istat jew għajnuniet mogħtija minn mezzi tal-Istat ta’ kwalunkwe tip huma dawk, li permezz ta’ trattament preferenzjali ta’ intrapriża partikolari jew ta’ fergħat fil-qasam tal-produzzjoni jwasslu għal distorsjoni tal-kompetittività jew li jistgħu jwasslu għal distorsjoni tal-kompetittività, jekk huma jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri”. |
(177) |
Il-frażi għajnuna mill-Istat tinkludi fiha kull vantaġġ mogħti direttament jew indirettament, li jiġi ffinanzjat minn mezzi tal-Istat jew mill-Istat stess jew minn istituzzjoni intermedjarja f’isem l-Istat. |
(178) |
Il-kriterji stipulati fl-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE huma kumulattivi. Sabiex jiġi determinat jekk il-miżuri notifikati humiex għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE għandu jiġi investigat jekk il-kundizzjonijiet kollha msemmija ġewx issodisfati: Is-sostenn finanzjarju
|
(179) |
Il-Kummissjoni mexxiet analiżi preċiża u sistematika tal-kummenti li ġew issuġġeriti fil-bidu tal-proċedura, kif ukoll tal-kummenti tal-Awstrija. Il-Kummissjoni ħatret ukoll espert (Moore Stephens), sabiex imexxi investigazzjoni tad-dejta finanzjarja u suppożizzjonijiet, li fuqhom huma bbażati n-negozjati tal-bejgħ. |
(180) |
Moore Stephens għamlu l-investigazzjoni tagħhom fi Vjenna bejn it-23 ta’ Marzu 2009 u s-16 ta’ April 2009. Waqt it-tmexxija tal-investigatazzjoni, l-espert kien appoġġjat mill-awtoritajiet Awstrijaċi u kellu aċċess għad-dokumenti kollha meħtieġa u anke għall-arkivju. |
(181) |
F’dan il-każ l-awtoritajiet Awstrijaċi argumentaw li l-miżuri notifikati mhumiex għajnuna mill-Istat għax l-ewwel nett il-prezz li ġie mmirat bħala riżultat ta’ proċedura tal-bejgħ miftuħa, trasparenti u mingħajr diskriminazzjoni huwa l-prezz tas-suq. Alternattivament huma argumentaw li l-miżuri notifikati mhumiex għajnuna mill-Istat għax l-ÖIAG aġġixxiet bl-istess mod li kien jagħmel investitur li jinnegozja f’suq ħieles f’sitwazzjoni simili, sakemm ix-xenarji alternattivi, li ppreżentat l-ÖIAG, kollha kemm huma kienu marbuta ma’ spejjeż akbar u l-ÖIAG kienet tagħmel l-għażla li tinkludi l-inqas spejjeż. |
(182) |
Sabiex il-Kummissjoni tassigura li l-bejgħ ma jinkludi l-ebda għajnuna mill-Istat, hija għandha tinvestiga jekk il-bejgħ tal-Austrian Airlines sarx bil-prezz tas-suq. Dwar dan, il-Kummissjoni żviluppat prinċipji partikolari għall-privatizzazzjoni ta’ intrapriżi li huma proprjetà tal-Istat, li huma riżultat tal-prattika ta’ deċiżjonijiet fuq il-bażi tal-investigazzjoni ta’ każijiet individwali (29). Skont iċ-ċirkostanzi, għajnuna mill-Istat tista’ tingħata jew lix-xerrej jew lill-intrapriża li għandha tiġi privatizzata. |
6.1.1. Evalwazzjoni tal-prezz tal-bejgħ tal-Austrian Airlines
(183) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni tiddikjara li l-Awstrija tat mandat ta’ privatizzazzjoni lill-ÖIAG, li skont dan il-mandat l-ÖIAG kellha timplimenta proċedura għall-bejgħ trasparenti u mingħajr diskriminazzjoni, iżda li fih ġew imposti wkoll serje ta’ kundizzjonijiet. Għalhekk mal-ewwel ħarsa, is-suppożizzjoni li n-negozjati jinkludu għajnuna mill-Istat ma tistax tiġi eskluża. |
(184) |
Dwar dan, il-Kummissjoni tiddikjara li jekk l-Istat bħala bejjiegħ jimponi ċerti kundizzjonijiet fuq ix-xerrej, huwa jkun qed ibaxxi l-prezz tal-bejgħ potenzjali u b’dan il-mod iwarrab mezzi addizzjonali. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet jistgħu mill-bidu nett iżommu lura investituri potenzjali interessati milli jagħmlu offerta, b’tali mod li l-qasam kompetittiv tal-proċedura għall-bejgħ jiġi disturbat u anke l-ogħla offerta milħuqa fl-aħħar mill-aħħar mhux neċessarjament tirrapreżenta l-valur proprju fis-suq. |
(185) |
Jekk l-Istat jimponi dawn it-tip ta’ kundizzjonijiet u jaċċetta li huwa mhux ser jirċievi l-aħjar prezz għall-ishma jew assi fil-proprjetà tiegħu, l-Istat ma jkunx qed jaġixxi bħala parti interessata li qed tinnegozja f’suq ħieles, li tipprova tilħaq l-ogħla prezz possibbli. Minflok, l-Istat jiddeċiedi għall-bejgħ tal-intrapriża għall-prezz li huwa inqas mill-valur fis-suq. Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni, li parti interessata li tinnegozja f’suq ħieles ma għandu jkollha l-ebda interess kummerċjali fl-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet komparabbli, iżda tbigħ l-intrapriża lil dak li jagħmel l-ogħla offerta, li wara jkun jista’ jiddeċiedi b’mod liberu dwar il-futur tal-intrapriża akkwistata jew tal-assi akkwistati. |
(186) |
F’każ bħal dan għandu jiġi investigat, jekk xi intrapriża kellhiex vantaġġ ekonomiku minn dawn in-negozjati, kif stipulat fit-tielet subparagrafu tan-numru 43 tal-Linji Gwida dwar it-Trasport bl-Ajru tal-1994, li l-intrapriża “[għandha] tiġi stmata minn espert indipendenti, li jiddetermina l-valur fuq il-kotba (valur parzjali aktar baxx) tal-intrapriża taħt kundizzjonijiet normali[…]”. |
(187) |
Fid-deċiżjoni tagħha dwar l-iStardust Marine, il-Qorti ddikjarat “li għall-investigazzjoni tal-mistoqsija, jekk l-Istat aġġixxiex bħala investitur prudenti li jinnegozja f’suq ħieles, wieħed għandu jmur lura fil-kuntest taż-żmien li fih ittieħdu l-miżuri għal sostenn finanzjarju, sabiex wieħed ikun jista’ jiddeċiedi jekk l-atteġament tal-Istat kienx ekonomikament raġonevoli, u li wieħed għandu jastjeni minn kull deċiżjoni relatata ma’ sitwazzjonijiet aktar tard” (30). F’dan il-każ iż-żmien deċisiv kienet il-ġurnata (il-5 ta’ Diċembru 2008), li fiha l-bejgħ tal-ishma tal-ÖIAG fl-Austrian Airlines li jammontaw għal 41,56 % ġie miftiehem mal-Lufthansa permezz ta’ kuntratt. |
(188) |
Kif diġà ġie ddikjarat, fil-5 ta’ Diċembru 2008 l-Awstrija ssottomettiet evalwazzjoni tal-valur tal-assi netti tal-Austrian Airlines meta topera fuq bażi għaliha waħedha, liema evalwazzjoni ġiet imħejjija mid-Deloitte bis-suppożizzjoni li l-attività tal-intrapriża ser tkompli u bl-użu tal-metodu tal-ammont tad-dħul u l-ħruġ ta’ flus imnaqqas (discounted cash flow, minn issa ‘l quddiem “DCF”). Fuq il-bażi ta’ din l-evalwazzjoni, inkluża dejta dwar l-ippjanar tan-negozju, il-Kummissjoni bl-għajnuna tal-espert indipendenti tagħha kienet fil-pożizzjoni li tinvestiga jekk il-prezz imħallas mil-Lufthansa huwiex konformi mal-prezz fis-suq. |
(189) |
Id-Deloitte għamlet l-evalwazzjoni tad-DCF b’konformità mal-istandards professjonali Awstrijaċi għal evalwazzjonijiet u għaliha użat il-pjan tan-negozju tal-amministrazzjoni tal-Austrian Airlines, li ġie adattat b’kunsiderazzjoni tal-klima ekonomika li qed tinbidel u tat-tnaqqis fl-ispejjeż miftiehem mill-amministrazzjoni. Il-pjan tan-negozju disponibbli fil-5 ta’ Diċembru 2008 kien ibbażat fuq iż-żamma tal-awtonomija (“l-operat ta’ intrapriża fuq bażi għaliha”) u ma jikkunsidra l-ebda sinerġiji potenzjali, li jistgħu jintlaħqu ma’ sieħeb strateġiku. Il-pjan tan-negozju jinkludi miżuri għal titjib (bħal […]) li b’kollox jammontaw għal EUR […]. Barra minn hekk, wieħed qed jaġixxi fuq is-suppożizzjoni li […]. |
(190) |
Sabiex tinvestiga l-effetti ta’ dawn il-miżuri fuq id-dħul u l-ħruġ tal-flus tal-Austrian Airlines, fl-evalwazzjoni tagħha d-Deloitte użat it-tliet fażijiet li ġejjin għall-valur nett preżenti (Net present value, minn issa ‘l quddiem “NPV”):
|
(191) |
Il-Kummissjoni tiddikjara li s-suppożizzjonijiet li fuqhom huwa bbażat ix-xenarju bażiku f’dan il-każ speċifiku huma ġġustifikati, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mal- […]. Barra minn hekk, l-età medja tal-flotta tal-Austrian Airlines tammonta għal madwar […] snin, li meta mqabbla ma’ dik tal-kompetituri hija […]. L-inkonsistenza tat-tip u l-età tal-flotta tal-Austrian Airlines hija parzjalment riżultat tal-akkwist tagħha ta’ żewġ kompetituri (Lauda u Tyrolean), barra minn hekk il-flotta fiha diversità kbira meta mqabbla ma’ kompetituri tal-istess daqs. Il-Kummissjoni tiddikjara li […] minn dawn iż-żewġ fatturi għandhom jiġu kkunsidrati fix-xenarju bażiku, anke jekk l-intrapriża tinsab f’diffikultajiet finanzjarji u meta wieħed jikkunsidra l-importanza tat-tfaddil fiż-żmien li tkun qed tiġi rkuprata l-effiċjenza tal-intrapriża li terġa’ tagħmel profitt f’dan is-settur. |
(192) |
It-tabella li ġejja tagħti ħarsa lejn ir-riżultati tal-kalkolu tal-valur tal-assi netti. Il-kalkolu huwa bbażat fuq ix-xenarju tan-negozju ppreżentat mill-Awstrija, li fih fost l-oħrajn wieħed qed jassumi, spiża mejda tal-kapital ippeżata (Weighted average cost of capital, minn issa ’l quddiem “WACC”) ta’ […] % fil-fażi I u II kif ukoll ta’ […] % (31) fil-fażi III. Tabella 7 Kalkolu tal-valur tal-intrapriża Austrian Airlines — Xenarju bażiku
|
(193) |
L-NPV kumulattiv tad-dħul u l-ħruġ ħieles ta’ flus tal-fażijiet I, II (32) u III, il-valur tad-defiċit akkumulat u l-valur tas-suq tal-assi li mhumiex hemm għal skopijiet ta’ operat iwasslu għal valur tas-suq tal-kapital sħiħ (“Entity Value”) tal-Austrian Airlines ta’ EUR […]. Il-valur tas-suq tad-djun fil-5 ta’ Diċembru 2008 ta’ EUR […] għandu jitnaqqas mill-valur tas-suq tal-kapital sħiħ, b’tali mod li dan jirriżulta f’valur tal-assi netti negattiv ta’ EUR […]. |
(194) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li għar-rata tal-WACC, li tintuża bħala r-rata ta’ tnaqqis għall-kalkolu tal-NPV tad-dħul u l-ħruġ ħieles tal-flus, wieħed qed jassumi li hemm primjum għal riskji relatati ma’ djun ta’ […] punti bażiċi għad-djun tal-Austrian Airlines. Dan jirriżulta mill-primjum għal riskji li ġie applikat mill-banek għas-self għas-salvataġġ mogħti fil-bidu tal-2009. Il-Kummissjoni tgħid li f’Diċembru tal-2009 huwa meħtieġ primjum ta’ […] punti bażiċi għal riskji għal Credit Default Swap (33) tal-Lufthansa. Għalhekk primjum għal riskji ta’ […] punti bażiċi jidher għal kollox baxx u ma jirriflettix kompletament is-sitwazzjoni ta’ riskju tal-Austrian Airlines. |
(195) |
Għalhekk l-espert tal-Kummissjoni reġa’ għamel il-kalkolu tad-Deloitte b’rata tal-WACC ta’ […] % u […] %. Il-Kummissjoni tgħid li r-rata tal-WACC użata — sabiex tirrifletti l-primjum għal riskji, li l-azzjonisti u l-kredituri tal-Austrian Airlines jistgħu jitolbu — tgħolli b’mod sinifikanti l-valur negattiv tal-assi netti tal-Austrian Airlines (ara t-tabella li ġejja). Tabella 8 Analiżi tas-sensittività tar-rata tal-WACC għall-valur tal-assi netti tal-Austrian Airlines
|
(196) |
L-espert tal-Kummissjoni evalwa wkoll kumbinazzjoni magħmula mill-kumbinazzjoni pessimista u ottimista ta’ avvenimenti u l-effetti tagħha fuq il-valur tal-assi netti tal-Austrian Airlines. L-espert għamel evalwazzjoni fuq il-bażi tal-pjan tan-negozju tal-Austrian Airlines u tal-mudell tal-evalwazzjoni tad-Deloitte u investiga x-xenarji “l-aħjar każ” u l-“agħar każ” bl-applikazzjoni ta’ primjum għal riskji relatati ma’ djun, li s-suq jista’ japplika skont l-istima tiegħu. Ir-riżultati ta’ din l-analiżi tas-sensittività huma mqassra fit-tabella li ġejja. Tabella 9 Analiżi tas-sensittività għall-assi netti tal-Austrian Airlines
|
(197) |
Għax-xenarju “l-aħjar każ” (xenarju ottimist) l-espert jaqbel mal-Kummissjoni li l-pjan għall-istrutturar mill-ġdid huwa aktar ta’ suċċess minn kif assumiet l-amministrazzjoni u l-ispejjeż relatati mal-persunal jistgħu jinżammu għal rata perċentwali kostanti ta’ […] % tad-dħul mill-2009 sal-2012. Ir-rata tal-WACC tammonta għal […] %. Dawn is-suppożizzjonijiet iwasslu għall-valur tal-assi netti ta’ EUR […] miljun, li huwa aktar pożittiv b’EUR […] miljun jew […] % mix-xenarju bażiku kkalkulat mid-Deloitte. |
(198) |
Għax-xenarju “l-agħar każ” l-espert jassumi li t-tkabbir fil-bejgħ huwa żgħir, liema tkabbir huwa konformi mal-istimi BIP tas-swieq fil-mira tal-Austrian Airlines (jiġifieri tkabbir ta’ […] % fl-2011 minflok […] % u […] % fl-2012 minflok […] %), u jassumi li l-amministrazzjoni ser tkun biss fis-sitwazzjoni li żżomm l-ispejjeż relatati mal-materjali u mal-personal b’rata perċentwali kostanti minflok tintroduċi miżuri għal tnaqqis ta’ spejjeż fil-perjodu bejn l-2011 u l-2012. Dan iwassal għall-valur tal-assi netti ta’ EUR […] miljun, li huwa b’EUR […] miljun jew […] % aktar negattiv mix-xenarju bażiku. |
(199) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-valur tal-assi netti tal-Austrian Airlines, bis-suppożizzjoni li l-intrapriża tkompli l-attività tagħha (“il-valur tan-negozju avvjat”) saż-żmien tal-bejgħ ikun fil-marġni bejn EUR […] miljun u EUR […] miljun, u għalhekk ta’ medja ta’ EUR […] miljun. |
(200) |
Il-Kummissjoni tiddikjara li dan il-valur tal-assi nett huwa l-100 % tal-ishma fl-Austrian Airlines. L-ÖIAG għandha biss 41,56 % ta’ dawn l-ishma. Skont l-Artikolu 22(2) tal-Liġi Awstrijaka dwar l-Akkwist ta’ Intrapriżi, il-parteċipazzjoni kkontrollata direttament madanakollu hija parteċipazzjoni diretta f’kumpanija, liema parteċipazzjoni tagħti lill-proprjetarju aktar minn 30 % tad-drittijiet tal-vot li huma relatati mal-ishma li permanentament huma intitolati għal vot. Għalhekk f’dan il-każ, l-ÖIAG tista’ titqies bħala l-azzjonista li għandha l-kontroll. M’hemm l-ebda azzjonist ieħor li jista’ jitqies bħala l-azzjonista li għandu l-kontroll jew għall-inqas bħala azzjonista minuri b’minorità li twaqqaf deċiżjonijiet (25 % u sehem 1). |
(201) |
Il-Kummissjoni tiddikjara li normalment jiġi impost primjum relatat mal-kontroll, li jirrifletti t-tkabbir tal-valur, li huwa determinat permezz tal-vantaġġ tal-possibilità tal-kontroll jekk l-indikazzjoni oriġinali tal-valur ma tirriflettix din il-kapaċità. F’dan il-każ, dan jiġi kkonfermat mill-fatt li l-Lufthansa permezz tal-akkwist tal-parteċipazzjoni fl-Austrian Airlines li tippermetti l-kontroll, tieħu f’idha r-responsabbilità kollha għall-istruttrar mill-ġdid tal-intrapriża u l-vantaġġ li hija għandha l-kontroll sħiħ mhuwiex vantaġġ għax-xerrej iżda pjuttost piż. Il-Kummissjoni taqbel ukoll mal-awtoritajiet Awstrijaċi li r-rata perċentwali ta’ 58,44 % tfisser primjum negattiv relatat mal-kontroll li l-ÖIAG għandha tieħu f’idha bħala l-azzjonista li għandha l-kontroll, jekk hi tbigħ l-ishma tagħha. Dan jispjega għaliex il-Lufthansa ser tħallas prezz aktar negattiv milli 41,56 % tal-prezz tal-valur tan-negozju avvjat. |
(202) |
Barra dan, għandu jsir ukoll “skont fuq blokok” tal-ishma tal-ÖIAG. Dan l-iskont jista’ jsir sabiex jirrifletti l-effetti negattivi fuq il-prezz tal-ishma, jekk blokka akbar ta’ ishma tiġi offruta għall-bejgħ fl-istess perjodu, is-suq ifur b’ordnijiet ta’ bejgħ u d-domanda ma tkunx biżżejjed għall-offerta. F’dan il-każ, l-ishma tal-ÖIAG fl-Austrian Airlines jammontaw għal 36 626 875 minn total ta’ 88 134 724 sehem. Għandhom isiru provvedimenti għall-fatt, li 47,94 % biss tal-kapital fil-forma ta’ ishma tal-Austrian Airlines qed jiġi nnegozjat fuq il-Borża. Għalhekk huwa loġiku, li l-ÖIAG taċċetta prezz inqas sabiex tkun tista’ tbigħ l-ishma tagħha “en bloc”. |
(203) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-prezz għall-ishma tal-ÖIAG li jammonta għal 41,56 % jfisser 100 % tal-valur tal-assi nett. |
(204) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni, irrispettivament mill-argumenti miġjuba u mill-konklużjoni meħuda aktar ‘il fuq tiddikjara li l-valur għal 41,56 % mingħajr kunsiderazzjoni tal-primjum relatat mal-kontroll u tal-iskont fuq blokok huwa bejn EUR […] u EUR […], għalhekk huwa ta’ valur medju ta’ EUR […]. |
(205) |
Kif diġà spjegat, il-prezz imħallas mil-Lufthansa jinkludi tliet elementi: a) EUR 366 268,75 (EUR 0,01 kull sehem), b) ċertifikat ta’ debitur u c) kontribuzzjoni mill-ÖIAG ta’ EUR 500 miljun. |
(206) |
L-espert tal-Kummissjoni investiga l-ħlas possibbli li jirriżulta miċ-ċertifikat tad-debitur. Huwa jiddikjara li ċ-ċertifikat tad-debitur jasal biex jitħallas wara l-iffirmar tad-dokumenti tal-kontabbiltà tal-Austrian Airlines għas-sena tan-negozju li tispiċċa fl-2011. Skont il-kundizzjonijiet taċ-ċertifikat tad-debitur, l-ogħla ħlas addizzjonali possibbli ma jaqbiżx l-ammont għal kull sehem, li skont il-Liġi Awstrijaka dwar l-Akkwist ta’ Intrapriżi għandu jitħallas lill-azzjonisti f’minorità, jekk il-Lufthansa ma tgħollix l-offerta tagħha lill-azzjonisti f’minorità. Għalhekk, l-akbar ammont li tista’ tirċievi l-ÖIAG jammonta għal EUR 164,1 miljun. |
(207) |
Iċ-ċertifikat tad-debitur jinkludi żewġ komponenti: […] (34) |
(208) |
[…] |
(209) |
L-espert tal-Kummissjoni investiga r-rapport imħejji mill-konsulent tal-ÖIAG, il-Merrill Lynch, li fih ġie analizzat il-ħlas possibbli miċ-ċertifikat tad-debitur. Moore Stephens waslu għall-konklużjoni li l-mod bażiku kif il-Merrill Lynch stmat il-ħlas miċ-ċertifikat tad-debitur kien ibbażat fuq supożizzjonijiet raġonevoli u ġew użati tekniki rikonoxxuti u stabbiliti għall-evalwazzjoni tas-suq kapitali. |
(210) |
Irrispettivament minn dan, l-espert tal-Kummissjoni għamel analiżi tas-sensittività sabiex jiġi investigat il-ħlas b’konnessjoni ma’ diversi […]. Ir-riżultati ġew riprodotti fit-tabella li ġejja. Tabella 10 Analiżi tas-sensittività tal- […]
|
(211) |
Fir-rigward tal-[…], li qed jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ […], il-Kummissjoni tiddikjara li minħabba li s-sitwazzjoni tas-suq Ewropew għall-ġarr ta’ passiġġieri u merkanzija bl-ajru mar għall-agħar, hemm ir-riskju li […]. |
(212) |
Fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet ta’ hawn fuq li […]. F’dak li għandu x’jaqsam magħhom, il-Kummissjoni tista’ tasal għall-konklużjoni li l-prezz imħallas mil-Lufthansa huwa ta’ bejn EUR […] miljun u EUR […] miljun, li jiddependi mill-ħlas taċ-ċertifikat tad-debitur (ara t-tabella 11). Tabella 11 Ħarsa lejn il-prezz imħallas mil-Lufthansa
|
(213) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-fatt li l-Lufthansa ser tħallas prezz differenti għall-ishma tal-azzjonisti l-oħra minn dak għall-ishma tal-ÖIAG, il-Kummissjoni tiddikjara li akkwisti pubbliċi ta’ intrapriżi kkwotati fil-Borża tal-Awstrija huma sottomessi għal-Liġi dwar l-Akkwist ta’ Intrapriżi, li l-applikazzjoni tagħha ssir permezz tal-Kummissjoni dwar l-Akkwist ta’ Intrapriżi. Il-Kummissjoni dwar l-Akkwist ta’ Intarpriżi tiggarantixxi li l-azzjonisti f’minorità għandhom jiġu protetti u l-proċess tal-akkwist għandu jsir fl-interess tal-kumpanija li qed tiġi akkwistata u tas-swieq tat-titoli. |
(214) |
Il-liġi dwar l-Akkwist ta’ Intrapriżi tobbliga li dak li qed jakkwista aktar minn 30 % tal-ishma tal-kumpanija li qed tiġi akkwistata, għandu jinnotifika offerta obbligatorja għall-ishma kollha tal-kumpanija li qed tiġi akkwistata fi żmien 20 ġurnata minn wara li jinqabeż il-limitu (Artikolu 22 tal-Liġi dwar l-Akkwist ta’ Intrapriżi). |
(215) |
Skont l-Artikolu 26 tal-Liġi dwar l-Akkwist ta’ Intrapriżi, il-prezz ta’ offerta obbligatorja jew ta’ offerta volontarja għall-akkwist tal-kontroll ma jistax ikun inqas mill-ogħla prezz ikkunsidrat minn dak li tefa’ l-offerta għall-ishma tal-kumpanija li qed tiġi akkwistata mogħti fi flus jew miftiehem fi żmien l-aħħar tnax—il xahar qabel in-notifika tal-offerta; barra minn hekk, dan il-prezz għandu mill-inqas ikun il-medja tal-prezz tal-Borża mkejjel skont l-influwenza tal-volum kummerċjali tal-ishma rispettivi fl-aħħar sitt xhur qabel il-ġurnata li fiha ġiet innotifikata l-offerta. Għalhekk, il-Lufthansa bħala l-kumpanija li ser takkwista l-ishma tal-ÖIAG li permezz tagħhom ikollha l-kontroll, hija obbligata li tagħmel offerta lil-azzjonisti kollha liema offerta għandha tkun il-medja peżata tal-prezz tas-suq. Il-Kummissjoni tinnota li f’dak li għandu x’jaqsam mal-għoli ta’ dan il-prezz dak li tefa’ offerta m’għandu l-ebda marġni. |
(216) |
Addizzjonalment għal dan, in-negozjati fuq il-bażi tal-proċess pubbliku għat-tfigħ ta’ offerti għall-ishma tal-ÖIAG ġibdu l-interess tal-midja fuqhom, għal liema raġuni l-prezz tal-ishma ġie influwenzat mill-attività fis-suq u minn spekulazzjonijiet. Id-differenza fil-prezz tista’ tiġi spjegata wkoll fuq il-bażi tan-nuqqas tal-kontroll relatat mal-ishma f’minorità. Għall-kuntrarju tal-primjum għall-kontroll, il-valur tal-ishma f’ minorità ma jirriflettix il-valur marbut mal-ishma li jikkontrollaw. |
(217) |
Filwaqt li l-prezz sħiħ imħallas lill-ÖIAG huwa negattiv u kif spjegat qabel huwa riżultat ta’ proċedura ta’ negozjati, il-prezz imħallas għall-ishma tal-azzjonisti l-oħra jiġi stipulat bil-liġi, fil-fatt huwa magħruf mill-partijiet kollha minn qabel u f’dan il-każ jammonta għal madwar EUR 220 miljun. |
(218) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-prezz għall-ishma f’minorità huwa bbażat biss fuq l-obbligi legali li l-Lufthansa għandha tissodisfa u li għalhekk f’dan il-każ wieħed ma jista’ jasal għall-ebda konklużjonijiet dwar il-prezz imħallas lill-azzjonisti f’minorità b’konnessjoni mal-prezz imħallas lill-ÖIAG. |
(219) |
Mid-dikjarazzjonijiet ta’ hawn fuq jirriżulta li l-prezz imħallas mil-Lufthansa għall-ishma tal-ÖIAG jinsab fil-marġni bejn EUR […] u EUR […]. Dan jikkuntrasta mal-“valur tan-negozju avvjat” tal-Austrian Airlines, li jinsab fil-marġni bejn EUR […] u EUR […], għalhekk medja ta’ EUR […]. Għalhekk, il-prezz imħallas huwa aktar baxx mill-“valur tan-negozju avvjat”. Il-Kummissjoni tinnota li anke jekk il-prezz imħallas jikkorrispondi biss għal 41,56 % tal-valur tal-intrapriża, dan il-prezz huwa qrib ħafna tal-marġni stipulata mill-esperti. Għalhekk, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-prezz imħallas mil-Lufthansa huwa fil-marġni tal-prezz tas-suq għall-ishma fl-Austrian Airlines mibjugħa mill-ÖIAG. Għalhekk, il-kundizzjonijiet ma kellhom l-ebda effett fuq il-prezz tal-bejgħ. |
(220) |
Din il-konklużjoni ġiet ikkonfermata permezz ta’ evalwazzjoni kwalitattiva tal-kundizzjonijiet imsemmija. Kif spjegat qabel, l-awtoritajiet Awstrijaċi ġibdu l-attenzjoni li l-kundizzjonijiet tal-ÖIAG imposti permezz tal-mandat ta’ privatizzazzjoni ma kinux dawk it-tip ta’ kundizzjonijiet li setgħu jaffettwaw b’mod negattiv jew jaffettwaw għal kollox il-prezz li x-xerrejja kienu lesti li jħallsu. |
(221) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-għan taż-“żamma tal-postijiet tax-xogħol bl-aqwa mod possibbli”, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li din il-ħtieġa hija għan li sabiex jintlaħaq għandu jsir l-akbar sforz (għan “best-effort”). Il-Kummissjoni tiddikjara li din il-kundizzjoni ġiet ifformulata b’tali mod, li permezz tagħha ma jiġi impost l-ebda obbligu ta’ piż jew li jorbot fuq xerrejja potenzjali. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li din il-kundizzjoni peress li mhijiex ta’ piż u li dan kien ċar għax-xerrejja potenzjali kollha fuq il-bażi tal-formulazzjoni tad-dokumenti għat-tfigħ ta’ offerti, ma wasslet għall-ebda tnaqqis fil-prezz tax-xiri u ma gietx adattata sabiex iżżomm investituri potenzjali lura milli jitfgħu offerta, u li għalhekk mhijiex marbuta ma’ telf mill-mezzi tal-Istat. Din il-konklużjoni hija bbażata fuq il-fatt li l-offerti kollha sottomessi minn min tefa’ offerti ġew ifformulati b’mod limitat u korrett, liema formulazzjoni tathom il-flessibilità li jassiguraw li l-ambizzjonijiet kummerċjali u orjentati lejn profitti tagħhom ġew issodisfati (35). |
(222) |
Fuq l-istess linja, fir-rigward tal-“formazzjoni ta’ kumitat biex jiġu mħarsal-interessi lokali Awstrijaċi”, il-Kummissjoni tiddikjara li dan it-tip ta’ kumitat huwa biss konsultattiv u ma għandu l-ebda awtorità li jieħu deċiżjonijiet. Barra minn hekk, l-ebda wieħed minn dawk li tefgħu offerta […] ma ġie skoraġġut minn din it-tip ta’ kundizzjoni għax […]. Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ tasal għall-konklużjoni li din il-kundizzjoni, peress li mhijiex ta’ piż ma wasslet għall-ebda tnaqqis fil-prezz tax-xiri u ma gietx adattata sabiex iżżomm investituri potenzjali lura milli jitfgħu offerta. Għalhekk hija ma tinkludi l-ebda għajnuna mill-Istat. |
(223) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-għan “taż-żamma taċ-ċentru għat-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-Awstrija”, il-Kummissjoni tiddikjara li dawk kollha li tefgħu offerta […] urew l-intenzjoni tagħhom li jżommu ċ-ċentru għat-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-Awstrija. Peress li din il-kundizzjoni hija bbażata fuq il-loġika tal-ħtieġa ta’ “azzjonista ċentrali” u hija biss irfinar tal-ħtieġa, il-Kummissjoni qed tittratta dawn iż-żewġ rekwiżiti flimkien. |
(224) |
Fil-mistoqsija dwar l-istruttura ta’ azzjonisti Awstrijaċi, il-Kummissjoni tiddikjara li din il-kundizzjoni kienet viġenti għal dawk kollha li tefgħu offerta u li dawk kollha li tefgħu offerta […] kienu konxji mis-suq speċjali tal-Austrian Airlines f’reġjuni partikolari u kienu interessati fih u kellhom interess fiż-żamma ta’ drittijiet bilaterali partikolari relatati mat-traffiku. […]F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tiddikjara li dawk li tefgħu l-offerta kellhom l-intenzjoni li jakkwistaw l-Austrian Airlines bħala intrapriża li għadha topera u mhux bħala assi. Minħabba partikolaritajiet regolattivi u partikolaritajiet oħra fis-settur tat-trasport bl-ajru, il-valur ta’ linja tal-ajru jiġi determinat b’mod estensiv minn oġġetti immaterjali bħal pereżempju slots u drittijiet relatati mat-trasport bl-ajru. Għalhekk, iż-żamma ta’ dawn id-drittijiet hija kkunsidrata element pożittiv kemm għall-bejjiegħ kif ukoll għax-xerrejja, sabiex il-valur tal-intrapriża jinżamm inerenti. |
(225) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li din il-kundizzjoni u l-kundizzjoni, li ċ-ċentru għat-teħid ta’ deċiżjonijiet jinżamm fl-Awstrija minflok kienu ta’ piż, kienu prinċipalment kundizzjonijiet kummerċjali, li fil-fatt ġew imposti sabiex jinżammu d-drittijiet bilaterali relatati ma’ traffiku ma’ Stati terzi u għalhekk sabiex l-ewwel nett jiġi żgurat id-dħul tal-intrapriża u l-valur tal-Austrian Airlines għax-xerrej potenzjali, milli f’dan ir-rigward jiġi stipulat pereżempju livell ta’ riżultati jew investimenti. Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li madanakollu dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jwasslu għal problemi f’dak li għandu x’jaqsam mal-konformità mal-Liġi tal-Komunità, iżda li r-rilevanza tagħhom kienet ċara u importanti għal dawk li potenzjalment jitfgħu offerti, għax iż-żamma ta’ drittijiet relatati mat-traffiku hija indispensabbli. Fil-kuntest tas-sitwazzjoni preżenti tal-iżvilupp tas-suq internazzjonali tat-trasport bl-ajru u tal-ftehim bilaterali ma’ Stati terzi, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li dawn it-tip ta’ kundizzjonijiet mhumiex rari f’dan is-settur. |
(226) |
Il-Kummissjoni tiddikjara wkoll li dawn il-kundizzjonijiet mhux talli ma ġewx ikkontestati mill-ebda xerrej potenzjali, iżda dawk kollha li tefgħu offerta pruvaw jissodisfawhom b’diversi modi, […]. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li la l-kundizzjoni li ċ-ċentru għat-teħid ta’ deċiżjonijiet jinżamm fl-Awstrija u lanqas il-kundizzjoni li tinżamm struttura ta’ azzjonisti prinċipali Awstrijaċi ma kienu tat-tip li jbaxxu l-prezz tax-xiri u li investituri potenzjali ma nżammux milli jagħmlu offerta, b’tali mod li magħhom m’hemm marbut l-ebda telf minn mezzi tal-Istat. |
(227) |
Filwaqt li dawn it-tip ta’ kundizzjonijiet fi proċedura għat-tfigħ ta’ offerti huma normalment meqjusa li jistgħu jirriżultaw f’telf potenzjali minn mezzi tal-Istat, l-evalwazzjoni kwalitattiva ta’ hawn fuq f’dan il-każ tikkonferma li dawn il-kundizzjonijiet fid-dawl tan-natura speċifika tal-industrija tal-avjazzjoni ma kellhom l-ebda effett fuq il-prezz, għall-kuntrarju ta’ dan, dawn ikkontribwew sabiex jinżamm il-valur sħiħ tal-Austrian Airlines. |
(228) |
F’dan ir-rigward il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-prezz li l-Lufthansa ħallset għall-ishma tal-ÖIAG fl-Austrian Airlines ma jinkludi l-ebda għajnuna mill-Istat għal-Lufthansa. |
(229) |
Peress li l-Kummissjoni ddikjarat li l-bejgħ sar għall-prezz tas-suq, hija ma għandhiex għalfejn tinvestiga aktar is-sens ta’ ġustizzja u t-trasparenza tal-proċess tal-privatizzazzjoni fil-kwadru ta’ din l-investigazzjoni ta’ għajnuna. |
6.1.2. Applikazzjoni ta’ testijiet għall-investigazzjoni relatati ma’ investituri li jinnegozjaw f’suq ħieles
(230) |
Il-konklużjoni, li l-prezz imħallas mil-Lufthansa għall-ishma tal-ÖIAG fl-Austrian Airlines huwa l-prezz tas-suq, ma teskludix il-possibilità li ngħatat għajnuna lill-Austrian Airlines. Il-fatt, li għal intrapriża ta’ dan it-tip tħallas il-prezz tas-suq, jista’ possibilment jiggarantixxi li lix-xerrej ma ngħatatlu l-ebda għajnuna, iżda x-xerrej ma għandux jiġi konfuż mal-intrapriża li qed tinbiegħ għal prezz negattiv. Skont il-ġuriżdizzjoni attwali tal-Qorti, jekk intrapriża li tkun irċeviet għajnuna li tmur kontra l-liġi, tiġi akkwistata bil-prezz tas-suq, jiġifieri bl-ogħla prezz li investitur privat kien lest li jħallas taħt kundizzjonijiet kompettitivi normali għall-kumpanija fis-sitwazzjoni — speċjalment wara li tkun irċeviet għajnuna mill-Istat - li hija tkun tinsab, l-element ta’ għajnuna jiġi kkalkulat mal-prezz tas-suq u inkluż fil-prezz tax-xiri (36). |
(231) |
Għalhekk, meta intrapriża tal-Istat tiġi mibjugħa għal prezz negattiv, il-bejgħ għall-prezz tas-suq mhuwiex kriterju biżżejjed, sabiex jiġi ddikjarat, li l-Istat aġġixxa bħala investitur li jinnegozja f’suq ħieles u ma ngħatat l-ebda għajnuna mill-Istat. Investitur li jinnegozja f’suq ħieles kien ukoll iqabbel il-prezz tal-bejgħ negattiv mal-ispejjeż, li jkun hemm relatati ma’ għażliet alternattivi, bħal f’dan il-każ il-falliment tal-intrapriża (“Xenarju ta’ falliment”). L-awtoritajiet Awstrijaċi argumentaw, li d-deċiżjoni għall-bejgħ tal-ishma tagħha fl-Austrian Airlines lil-Lufthansa għal prezzz negattiv kienet l-għażla li ġġib l-inqas spejjeż minn diversi għażliet oħra li huma kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom. L-għażliet l-oħra kienu l-likwidazzjoni strutturata, ix-xenarju “stand-alone” u x-xenarju ta’ falliment. |
(232) |
F’dan ir-rigward il-Kummissjoni tinnota li xenarji alternattivi għandhom jiġu evalwati fid-detall f’din id-deċiżjoni għax kollha kemm huma kienu jwasslu għal aktar spejjeż milli l-falliment. |
(233) |
Fil-każ ta’ falliment, l-obbligi li jinqalgħu fil-konfront tal-kredituri assigurati u mhux assigurati mid-dħul mill-bejgħ tal-assi li mhumiex soġġetti għar-riservazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetarju għandhom jiġu ssodisfati. Skont il-Liġi Awstrijaka l-ebda kreditur ma għandu prijorità, iżda l-ispejjeż tal-likwiditaur għandhom jiġu mħallsa qabel il-kredituri kollha mhux assigurati. Ħlasijiet li l-ħaddiema huma intitolati għalihom lanqas ma jingħataw prijorità, b’tali mod li huma jingħataw skont ir-rata li tapplika għall-kredituri kollha. F’każ ta’ falliment, l-azzjonisti probabbilment ma jistgħux iserrħu rashom minn ħlas. Bħala kumpens, l-azzjonisti mhumiex responsabbli għal telf mill-ishma tagħhom. |
(234) |
F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Awstrijaċi jargumentaw li falliment tal-Austrian Airlines kien iwassal għal tnaqqis fil-kredibbiltà tal-ishma l-oħra tal-ÖIAG (bħal OMV AG, Österreichische Post, Telekom Austria eċċ.) kif ukoll għal tnaqqis fil-kredibbiltà tal-ishma l-oħra tal-Istat Awstrijak ([…]). Barra minn hekk, huma jargumentaw li dan it-tip ta’ tnaqqis jinfluwenza b’mod negattiv il-prezz tal-ishma ta’ din l-intrapriża u bħala konsegwenza jkollu telf kbir mill-ishma tal-ÖIAG kif ukoll tar-Repubblika Awstrijaka. |
(235) |
It-tnaqqis fil-kredibbiltà fl-opinjoni tagħhom kien ikun riżultat tan-nuqqas ta’ sostenn mill-kumpanija possedenti. Huma wkoll tal-opinjoni, li s-sostenn mill-kumpanija possedenti huwa wieħed mill-fatturi prinċipali għall-kredibbiltà. Huma taw eżempji ta’ intrapriżi privati, bħall-kredibbiltà tal-Bank Austria u tal-Hypovereinsbank, li bbenefikaw mis-sostenn tal-kumpanija possedenti tagħhom il-Unicredit. |
(236) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tiddikjara li l-grad ta’ kredibbiltà ta’ intrapriża huwa indipendenti mill-fatt jekk hijiex kollha kemm hi proprjetà privata jew proprjetà pubblika, li huwa ma jiddipendix biss mis-sostenn tal-kumpanija possedenti, iżda minn fatturi oħra. Fatturi kruċjali għall-kredibbiltà huma l-karatteristiċi tal-produzzjoni tal-intrapriża, ir-riskju relatat ma’ investimenti mill-ġdid u l-effiċjenza tal-operat u tal-kapital kif ukoll fatturi sussegwenti bħad-dipendenza fuq il-klijenti, id-diversità, is-sitwazzjoni finanzjarja u l-profil tal-likwidità inġenerali. |
(237) |
Barra minn hekk l-eżempji elenkati fit-tabella 1 huma relatati ma’ tnaqqis fil-kredibbiltà ta’ kumpanija possedenti, li wassal għal tnaqqis fil-kredibbiltà tal-kumpanija sussidjarja tagħha. Fuq il-bażi tal-metodi għall-evalwazzjoni tal-kredibbiltà, il-kredibbiltà ta’ kumpanija sussidjarja ma tistax tkun aħjar minn dik tal-kumpanija possedenti. F’dan il-każ l-ÖIAG m’għandha l-ebda grad ta’ kredibbiltà. |
(238) |
Barra minn hekk il-Liġi dwar l-ÖIAG tas-26 ta’ April 2000 tipprojbixxi espliċitament il-provvista ta’ fondi tal-ÖIAG permezz tal-ishma tagħha u barra minn hekk tkopri l-obbligi tagħha permezz ta’ garanzija mill-Istat. Mit-tip tagħha l-irwol tal-ÖIAG jidher li huwa aktar ta’ fond għall-ġestjoni ta’ assi milli ta’ kumpanija għaż-żamma tal-ishma ta’ grupp ta’ kumpaniji diversifikat. Il-Kummissjoni tiddikjara wkoll li numru kbir tal-ishma tagħha (OMV AG, Österreichische Post, Telekom Austria) huma kwotati separatment fuq il-Borża ta’ Vjenna minflok ma huma magħquda fi ħdan struttura ta’ grupp ta’ kumpaniji wieħed, u li l-maġġoranza ta’ dawn l-intrapriżi huma fil-proprjetà ta’ azzjonisti oħra u mhux tal-ÖIAG. Il-Kummissjoni tiddikjara wkoll li waqt l-investigazzjoni tad-dejta fundamentali dwar in-negozju ta’ intrapriżi bħall-OMV AG, l-Österreichische Post jew it-Telekom Austria li saret minn analisti ma ġiex ikkunsidrat l-iżvilupp ta’ intrapriżi oħra, li l-ÖIAG għandha sehem fihom. (37). |
(239) |
F’dan ir-rigward il-Kummissjoni ma tistax taqbel mal-argument li l-falliment tal-Austrian Airlines kien ikollu effetti fuq il-grad ta’ kredibbiltà tal-ishma l-oħra u kien iwassal għal telf fil-valur tal-ishma tal-ÖIAG. Bl-istess argument, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta li l-falliment tal-Austrian Airlines kien jinfluwenza wkoll il-grad ta’ kredibbiltà u l-valur ta’ intrapriżi oħra fil-proprjetà tar-Repubblika Awstrijaka. |
(240) |
[…] |
(241) |
[…] |
(242) |
[…] |
(243) |
L-awtortajiet Awstrijaċi u l-Austrian Airlines għaddew informazzjoni dwar każijiet oħra, li fihom intrapriżi privati volontarjament daħlu għal spejjeż relatati ma’ pjanijiet soċjali, meta huma għalqu fergħat tan-negozju jew negozji tagħhom li kienu fl-Awstrija. |
(244) |
Fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni jidher li fl-Awstrija huwa komuni li kumpanija possedenti jew grupp ta’ kumpaniji jidħlu għal spejjeż soċjali meta huma jagħlqu kumpanija sussidjarja jew meta jwaqqfu kapaċitajiet tal-produzzjoni għat-trasferiment tal-produzzjoni f’pajjiż barrani. L-awtoritajiet Awstrijaċi argumentaw li l-istess japplika meta kumpanija possedenti jew grupp ta’ kumpaniji jippermetti li kumpanija sussidjarja tagħhom tfalli. |
(245) |
Dwar dan il-Kummissjoni tiddikjara li fil-każijiet mogħtija bħala eżempju, il-kumpanija possedenti kompliet toffri prodotti bil-marka kummerċjali tal-kumpanija sussidjarja likwidata fl-Awstrija, anke jekk il-produzzjoni jew partijiet tagħha ġew trasferiti f’pajjiż barrani. Fuq dan l-isfond, il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni li f’każ ta’ likwidazzjoni strutturata ta’ kumpanija sussidjarja, huwa biss ekonomikament raġonevoli, li l-intrapriża possedenti tieħu f’idha l-obbligi tal-kumpanija sussidjara fil-konfront tal-ħaddiema tagħha skont il-Liġi dwar ix-Xogħol applikabbli, jekk il-kumpanija possedenti tibqa’ preżenti fis-suq konċernat. Iżda f’dan il-każ fix-xenarju ipotetiku ta’ falliment, l-ÖIAG tirtira kompletament mis-suq tat-trasport bl-ajru fl-Awstrija. Għalhekk, l-argument li investitur privat (bħal kumpanija finanzjarja purament għaż-żamma ta’ ishma) f’sitwazzjoni simili bħal dik tal-ÖIAG jidħol għal spejjeż soċjali għal raġunijiet marbuta mal-impressjoni ġenerali tal-marka kummerċjali “Austrian Airlines” (ditta, li huwa mhux ser jibqa’ marbut magħha), ma jidhirx li huwa konvinċenti. |
(246) |
Il-Kummissjoni tiddikjara wkoll li l-ammont ta’ spejjeż soċjali tal-Austrian Airlines (ara t-tabella 2), li fil-każ ipotetiku ta’ falliment tidħol għalihom l-ÖIAG, għall-istess raġunijiet ma jistgħux jiġu mqabbla ma’ eżempji ta’ trasferiment volontarju ta’ spejjeż soċjali. Barra dan, il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni li l-ispejjeż soċjali tal-Austrian Airlines meta mqabbla mal-ispejjeż soċjali trasferiti volontarjament fuq intrapriżi oħra (ara t-tabella 4) kemm mil-lat tal-ħlasijiet individwali medji kif ukoll bħala ammont sħiħ, huma għolja ħafna. |
(247) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi jargumentaw li apparentament hemm serje ta’ fatturi li jinfluwenzaw l-ispejjeż ta’ dan it-tip ta’ pjan soċjali. L-aktar fatturi importanti huma t-tul ta’ żmien li l-ħaddiema ilhom impjegati mal-intrapriża u l-livell tal-paga tagħhom. F’dan il-każ, il-Kummissjoni tiddikjara li f’każ ta’ falliment ta’ intrapriża u l-għeluq tal-untitajiet tal-produzzjoni, l-ispejjeż ta’ pjan soċjali jistgħu jkunu differenti minn dawk f’każ ta’ twaqqif tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni, f’liema każ l-intrapriża xorta waħda tibqa’ attiva fis-suq. |
(248) |
Dwar dan, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-awtoritajiet Awstrijaċi ma tawx prova li l-falliment kien ikollu effett negattiv biżżejjed fuq l-impressjoni ġenerali tal-marka kummerċjali tal-kumpanija għaż-żamma ta’ ishma l-ÖIAG, b’tali mod li din tal-aħħar tqis lilha nfisha obbligata, li tieħu f’idha spejjeż soċjali ta’ dan id-daqs. |
(249) |
Fir-rigward tal-argument, li l-ÖIAG fil-fatt isservi ta’ kumpanija possedenti għall-Austrian Airlines, il-Kummissjoni tgħid li l-Liġi Awstrijaka, li tirregola t-twaqqif u l-attività tal-ÖIAG (Artikolu 11(2) tal-Liġi dwar l-ÖIAG), tipprojbixxi l-formazzjoni ta’ grupp ta’ kumpaniji bejn l-ÖIAG u l-intrapriżi li hija għandha ishma fihom. Barra minn hekk, l-ÖIAG għal skopijiet ta’ kontabbiltà ma tistax tikkonsolida r-riżultati tal-intrapriżi li hija għandha ishma fihom, fil-karta tal-bilanċ tagħha, bħalma jkun mistenni minn kumpanija privata għaż-żamma ta’ ishma. Dan jiġi kkonfermat mill-fatt li (i) għall-iskopijiet tal-Liġi Ewropea dwar il-Kompetittività, l-ÖIAG u l-intrapriżi li hija għandha ishma fihom ma jistgħux jidhru bħala unjoni ekonomika u (ii) li skont ir-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet ta’ intrapriżi (“Ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”) (38) il-Kummissjoni għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-limiti ta’ bejgħ ma tqisx lill-ÖIAG bħala grupp ta’ intrapriżi. |
(250) |
Irrispettivament mill-impatt soċjali u politiku, li kieku r-riżultat ta’ deċiżjoni kien li jiġi permess il-falliment tal-Austrian Airlines, il-Kummissjoni tibqa’ tal-opinjoni li fil-bidu tal-proċedura hija esprimiet il-fatt li deċiżjoni tal-ÖIAG li tidħol volontarjament għal spejjeż marbuta ma’ pjan soċjali, f’każ li l-Austrian Airlines tfalli, jidher li huwa riżultat tal-fatt li l-ÖIAG hija kumpanija possedenti statali u investitur privat li jopera kumpanija possedenti, f’ċirkustanzi simili ma kienx jidħol għal dawn l-ispejjeż. |
(251) |
Għalhekk, għandu jiġi ddikjarat li fil-każ ta’ falliment tal-Austrian Airlines m’hemm l-ebda spejjeż relatati ma’ dan għall-ÖIAG. |
6.1.3. Konklużjoni
(252) |
Fil-fatt, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li permezz tal-proċedura tal-bejgħ ġie milħuq l-aħjar prezz possibbli għall-Austrian Airlines, iżda hija baqgħet tal-opinjoni li l-falliment tal-intrapriża tal-avjazzjoni kienet tkun għażla b’inqas spejjeż għall-Istat. Għalhekk, il-Kummissjoni baqgħet tal-opinjoni li l-ammont li bih il-prezz negattiv jaqbeż l-ispejjeż relatati ma’ falliment għall-Istat u għall-ÖIAG għandu jitqies bħala mezzi tal-Istat mogħtija lill-Austrian Airlines. Peress li għall-azzjonisti m’hemm l-ebda spejjeż relatati ma’ falliment, l-ammont tal-għajnuna mill-Istat huwa l-ammont sħiħ tal-prezz negattiv, li jinsab fil-marġni bejn EUR […] u EUR […] — bl-ammont massimu tal-għajnuna ta’ EUR […]. |
(253) |
Il-prezz tax-xiri negattiv jinkludi mezzi tal-Istat għax huma ngħataw direttament minn istituzzjoni (ÖIAG) li hija kollha kemm hi proprjetà tal-Istat u tiġi kkontrollata minnu. Huwa jirriżulta minn mandat ta’ privatizzazzjoni, li permezz tiegħu l-Gvern Awstrijak awtorizza lill-ÖIAG biex tbigħ l-ishma kollha li għandha fl-Austrian Airlines u għalhekk huwa attribwit lill-Istat. Huwa kien indirizzat lil intrapriża (Austrian Airlines) li minn mindu seħħet il-liberalizzazzjoni tat-traffiku bl-ajru tinsab f’kompetizzjoni b’mod partikolari ma’ trasportaturi bl-ajru oħra tal-Komunità. Huwa jaffettwa l-kummerċ fi ħdan il-Komunità għax jikkonċerna intrapriża li hija attiva fil-qasam tat-trasport bejn l-Istati Membri u għalhekk joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni. |
(254) |
Għalhekk, il-prezz tax-xiri negattiv għandu jitqies bħala għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87 (1) tat-Trattat tal-KE. |
7. KONFORMITÀ TAL-GĦAJNUNA MAS-SUQ KOMUNI
(255) |
Wara li l-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-prezz tax-xiri negattiv huwa għajnuna mill-Istat, issal-Kummissjoni għandha tinvestiga l-konformità ta’ din l-għajnuna mas-Suq Komuni. |
(256) |
Konsegwentement, il-konformità tal-għajnuna mas-Suq Komuni għandha tiġi investigata fid-dawl tal-Artikolu 87(2) u (3) tat-Trattat tal-KE, li fih hemm spjegati l-eċċezzjonijiet għar-regolamenti ġenerali stipulati fl-Artikolu 87(1) dwar il-Konformità mas-Suq Komuni. |
(257) |
F’dan il-każ għandhom jiġu kkunsidrati biss l-eċċezzjonijiet li saru provvedimenti għalihom fl-Artikolu 87(3)(c). Skont l-Artikolu 87(3)(c) għajnuniet jistgħu jitqiesu permessi meta huma jservu għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ fergħat jew oqsma speċifiċi fl-ekonomija, sakemm huma ma jibdlux il-kundizzjonijiet tal-kummerċ b’tali mod li dan imur kontra l-interess komuni. |
(258) |
F’dan ir-rigward, il-Qafas tal-Komunità viġenti għad-deċiżjoni dwar il-konformità mas-Suq Komuni jinkludi l-Linji Gwida tal-2004 kif ukoll il-Linji Gwida dwar it-Trasport bl-Ajru tal-1994. |
7.1. Konformità mas-Suq Komuni u vjolazzjoni tar-regolament tas-Suq Intern
(259) |
Fil-bidu tal-proċedura, il-Kummissjoni ddikjarat li l-Awstrija tat mandat ta’ privatizzazzjoni lill-ÖIAG, li fih ġew imposti serje ta’ kundizzjonijiet. Waqt il-proċedura, il-Kummissjoni ddikjarat li fiċ-ċirkustanzi partikolari ta’ dan il-każ, dawn il-kundizzjonijiet ma kinux tat-tip li kellhom effett negattiv jew kwalunkwe effett fuq il-prezz, li x-xerrej kien lest li jħallas. |
(260) |
Iżda mal-ewwel ħarsa, il-kundizzjonijiet relatati mal-bejgħ, li skont huma għandu jiġu ffurmat kumitat għall-ħarsien tal-interessi lokali Awstrijaċi u li kellha tinżamm struttura ta’ azzjonisti prinċipali Awstrijaċi, kif ukoll il-kundizzjoni taż-żamma taċ-ċentru għat-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-Awstrija setgħu jwasslu għal tħassib f’dak li għandu x’jaqsam mal-Artikolu 43, 49 u 56 tat-Trattat tak-KE dwar il-libertà tal-postijiet tan-negozju, il-libertà tal-forniment ta’ servizzi u l-moviment ħieles tal-kapital. |
(261) |
Għalhekk, minn dan kollu toħroġ il-mistoqsija, sa liema punt vjolazzjoni possibbli tar-regoli tas-Suq Intern għandha tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni, waqt li tkun qed tieħu deċiżjoni dwar il-konformità tal-għajnuna mill-Istat mas-Suq Komuni (39). |
(262) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni kienet iddikjarat li permezz tal-kundizzjonijiet imposti mill-mandat ta’ privatizzazzjoni, id-distorsjoni ma ġiet imkabbra bl-ebda mod minħabba l-prezz negattiv, għax il-kundizzjonijiet ma kellhom l-ebda effett materjali fuq il-prezz imħallas. F’dan il-każ, il-kundizzjonijiet relatati mal-azzjonisti u maċ-ċentru għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-intrapriża huma marbuta ma’ ftehim bilaterali dwar it-trasport bl-ajru u f’din il-forma l-applikazzjoni tagħhom ma twassal għall-ebda diskriminazzjoni bejn ix-xerrejja potenzjali, għax kull wieħed kellu l-istess interess fit-tkomplija tan-negozju, sabiex b’hekk jipproteġi l-attivitajiet possibbli tiegħu. Għalhekk, il-kundizzjonijiet imposti mill-mandat ta’ privatizzazzjoni ma imponew l-ebda restrizzjonijiet addizzjonali għal dawk li diġà jinsabu fil-ftehim bilaterali dwar it-trasport bl-ajru. Għalhekk, m’hemm l-ebda raġuni, għaliex vjolazzjoni possibbli kontra r-regoli tas-Suq Intern għandha tiġi kkunsidrata waqt l-evalwazzjoni tal-konformità tal-għajnuna. |
(263) |
Għalhekk, il-Kummissjoni trid tevalwa jekk il-pjan għall-istrutturar mill-ġdid huwiex konformi mar-regolamenti tal-Linji Gwida fis-seħħ. Skont il-prinċipju bażiku (numru 31 tal-Linji Gwida tal-2004) “għajnuniet għall-istrutturar mill-ġdid bażikament” għandhom “jiġu biss permessi, jekk ikun jista’ jiġi ppruvat li dawn ma jmorrux kontra l-interessi tal-Komunità. Dan huwa biss possibbli, jekk l-għajnuniet jissodisfaw rekwiżiti stretti u l-Kummissjoni tkun ċerta li kull distorsjoni tal-kompetizzjoni li jista’ jkun hemm tiġi kkumpesata permezz tal-vantaġġi marbuta mat-tkomplija tal-attività tal-intrapriża … u prinċipalment jekk jiġi offrut kumpens adegwat lill-kompetituri”. |
(264) |
Wara dan qed jiġu spjegati diversi kundizzjonijiet tal-Linji Gwida, li taħthom jistgħu jingħataw għajnuniet għall-istrutturar mill-ġdid. |
7.1.1. L-identità u l-kapaċità tal-intrapriża li tavvanza
(265) |
Skont in-numru 13 tal-Linji Gwida “intrapriża, li tagħmel parti minn grupp ta’ intrapriżi akbar, jew li dalwaqt ser tiġi akkwistata minn grupp ta’ intrapriżi,... tiġi biss bażikament ikkunsidrata għal għajnuna għall-istrutturar mill-ġdid, jekk hemm diffikultajiet li jistgħu jiġu vverifikati għall-intrapriża konċernata u dawn ma jistgħux jiġu attribwiti għal distribuzzjoni tal-ispejjeż mingħajr diskriminazzjoni fi ħdan il-grupp u barra minn hekk huma serji ħafna, b’tali mod li ma jistgħux jiġu ġestiti mill-grupp stess”. |
(266) |
Fil-bidu tal-proċedura, il-Kummissjoni ddikjarat li wħud minn dawk li għamlu lmenti argumentaw li b’konnessjoni mal-akkwist tal-Austrian Airlines mil-Lufthansa, l-Austrian Airlines mhix kapaċi tkompli tavvanza. |
(267) |
Dwar dan il-Kummissjoni tgħid li l-miżura nnotifikata bla dubju tistipula li l-Lufthansa takkwista l-Austrian Airlines iżda li d-diffikultajiet li qed taffronta l-Austrian Airlines mhumiex marbuta mal-akkwist pjanat. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Awstrijaċi ddikjaraw li t-tnaqqis fil-livell ta’ dejn tal-Austrian Airlines (“strutturar finanzjarju mill-ġdid”) huwa l-prezz, li l-Lufthansa wara proċedura trasparenti u miftuħa għat-tfigħ ta’ offerti hija lesta li taċċetta għall-akkwist u li l-bejgħ ma kienx iseħħ mingħajr din il-miżura. |
(268) |
Il-Kummissjoni tiddikjara li d-deċiżjonijiet tal-Istat Awstrijak dwar l-għoti ta’ mezzi u l-ftehim iffirmat mill-ÖIAG u l-Lufthansa jistipulaw, li r-riċevitur tal-mezzi mogħtija huwa l-Austrian Airlines u mhux il-Lufthansa u l-Austrian Airlines irċeviet il-mezzi mogħtija fil-forma ta’ żieda fil-kapital. L-effett prinċipali tal-għoti tal-mezzi huwa s-sopravivenza tal-Austrian Airlines strutturata mill-ġdid. Il-Kummissjoni tiddikjara wkoll li l-Austrian Airlines sal-konklużjoni tal-bejgħ ma kinitx parti mill-grupp Lufthansa, għalhekk il-mistoqsija jekk il-Lufthansa setgħetx tagħmel strutturar mill-ġdid tal-Austrian Airlines bil-mezzi finanzjarji tagħha stess, hija irrilevanti. M’hemm ukoll l-ebda relazzjoni affiljata bejn il-Lufthansa u l-Austrian Airlines li tibbaża fuq il-kollaborazzjoni diġà eżistenti. Għalhekk, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-Austrian Airlines mhijiex parti mill-Grupp Lufthansa. |
(269) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ tasal għall-konklużjoni li r-riċevitur tal-għajnuna huwa l-Austrian Airlines. |
(270) |
Issa jmiss li l-Kummissjoni tiċċara jekk l-Austrian Airlines, skont il-Linji Gwida tal- 2004, għandhiex tiġi kkunsidrata għal strutturar mill-ġdid. Fid-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-għajnuna għas-salvataġġ (40) u fid-deċiżjoni għall-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni kienet diġà waslet għal din il-konklużjoni. Waqt il-proċedura ta’ investigazzjoni hija ma sabet l-ebda elementi li joħolqu raġunijiet għal tibdil f’din l-evalwazzjoni. |
(271) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-Austrian Airlines hija intrapriża f’diffikultajiet skont il-Linji Gwida tal-2004. |
7.1.2. Irkupru tal-effiċjenza tal-intrapriża li tagħmel qligħ għal żmien twil
(272) |
It-tieni kundizzjoni (kif spjegat fin-numru 35 tal-Linji Gwida tal-2004) tgħid, li “l-pjan għall-istrutturar mill-ġdid, li l-perjodu tiegħu għandu jkun qasir kemm jista’ jkun,... [għandu] jippermetti l-irkupru tal-effiċjenza tal-intrapriża li tagħmel profitt għal żmien twil fi żmien adegwat fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet realistiċi relatati mal-kundizzjonijiet tat-tħaddim tiegħu fil-futur”. |
(273) |
Fil-Linji Gwida tal-2004 (numru 37) hemm ukoll, li “l-pjan għall-istrutturar mill-ġdid... [għandu] jistipula tibdil fl-intrapriża, b’tali mod, li wara l-konklużjoni tal-istrutturar mill-ġdid hija tkun tista’ tkopri l-ispejjeż kollha tagħha, inklużi tnaqqis fil-valur ta’ assi u spejjeż għall-finanzjament. Id-dħul mill-kapital mistenni tal-intrapriża li ġiet strutturata mill-ġdid għandu jkun biżżejjed sabiex hija stess tkun kapaċi tibqa’ kompetittiva”. |
(274) |
Fil-bidu tal-proċedura, il-Kummissjoni saqsiet dwar is-supożizzjonijiet li fuqhom kien ibbażat il-pjan għall-istrutturar mill-ġdid. Hija saqsiet dwar tnaqqis fl-ispejjeż u sinerġiji li kien hemm referenza għalihom fil-pjan, f’dak li għandu x’jaqsam mal-fatt li l-Austrian Airlines u l-Lufthansa diġà jikkollaboraw ħafna flimkien. |
(275) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-fatt li l-Lufthansa u l-Austrian Airlines diġà jaħdmu flimkien fi ħdan l-iStar Alliance, u dwar in-negozju bi sħab tagħhom, l-Awstrija għaddiet informazzjoni lill-Kummissjoni li huma qrib ħafna, li f’każ ta’ kontribuzzjoni għall-kapital l-integrazzjoni ta’ intrapriżi fis-settur tat-traffiku bl-ajru mil-lat kummerċjali tkun akbar, li twassal għal iżjed tnaqqis fl-ispejjeż millikieku dan isir bejn imsieħba mingħajr kontribuzzjoni għall-kapital. L-Awstrija tirreferi għal studji ta’ esperti li skont huma tnaqqis fi spejjeż ta’ madwar 1,9 % jista’ jintlaħaq għal sħubiji li jikkordinaw flimkien biss, filwaqt, li spejjeż ġenerali komuni jwasslu għal tnaqqis ta’ madwar 5,6 %. Koperazzjoni sostnuta minn kontribuzzjoni għall-kapital twassal għal tnaqqis fl-ispejjeż ta’ madwar 11,4 % (41). |
(276) |
Il-Kummissjoni tgħid li l-pjan għall-istrutturar mill-ġdid huwa bbażat fuq il-konsolidazzjoni tal-vantaġġi li jirriżultaw minn tnaqqis fl-ispejjeż u mis-sinerġiji li huma riżultat tal-integrazzjoni tal-intrapriża tal-avjazzjoni fil-grupp. Huwa jagħmel provvedimenti għal tnaqqis u dimensjonar mill-ġdid tal-flotta, titjib fil-prodott, miżuri għal tnaqqis fl-ispejjeż u sinerġiji potenzjali. |
(277) |
[…] Il-Kummissjoni tiddikjara li l-pjan tan-negozju tal-Lufthansa għal aktar tard, sa fejn possibbli jikkunsidra s-sitwazzjoni ħażina tas-suq globali tat-trasport bl-ajru u b’mod partikolari dik tas-swieq tal-Austrian Airlines fl-Ewropa Ċentrali u fl-Ewropa tal-Lvant. Il-Lufthansa tgħid li meta mqabbla mal-pjan ta’ Ottubru tal-2008, minħabba l-kriżi ekonomika, il-perspettivi ġew imnaqqsa. |
(278) |
Il-Lufthansa tiddikjara li l-pjan ta’ finanzjament ta’ ħames snin (2009 – 2013) juri li l-intrapriża kemm fil-każ tax-“xenarju bażiku”, dak tax-“xenarju realistiku” u dak tax-“xenarju pessimist” huma fi żmien qasir sa żmien medju […]. Hija tistenna […], li l-Austrian Airlines tkun fil-pożizzjoni li tkopri l-ħlas ta’ djun, l-ispejjeż għall-kiri ta’ ajruplani u spejjeż relatati ma’ interessi mill-[…] sal-[…]. |
(279) |
Il-Lufthansa tgħid li wħud mill-miżuri bażiċi […]. Madanakollu fl-opinjoni tal-Lufthansa, l-effiċjenza tal-Austrian Airlines li tagħmel profitt għal żmien twil tista’ tiġi biss irkuprata, jekk il-pjan għall-istrutturar mill-ġdid emendat — kif ukoll aktar miżuri li għad iridu jiġu nnegozjati għal tnaqqis fl-ispejjeż - ikunu jistgħu jiġu implimentati kif previst u permezz ta’ hekk ikun jista’ jintlaħaq it-tnaqqis fl-ispejjeż meħtieġ. |
(280) |
Il-pjan tan-negozju għall-2009-2013 huwa bbażat fuq rata tal-kambju medja tad-dollaru Amerika/Euro ta’ madwar […] u prezz medju taż-żejt mhux maħdum ta’ […] kull tank. Barra minn hekk, fih wieħed qed jassumi li […]. |
(281) |
Id-dħul mit-trasport bl-ajru fl-2009 jkun madwar […]. Sussegwentement, il-pjan jistipula […] kull sena, fid-dimensjoni ta’ kif is-swieq tal-Austrian Airlines jirkupraw u s-sinerġiji għad-dħul iħallu l-frott. F’dak li għandu x’jaqsam mad-dħul mit-trasport bl-ajru[…] l-intrapriża għandha terġa’ tilħaq il-livell ta’ […]. |
(282) |
[…] Għalhekk, il-fattur tat-tagħbija fis-snin mill-2008 sal-2010 huwa kkalkulat […] li għandu jitjieb biss mill-[…]. Huwa previst ukoll li d-dħul medju għal kull kilometru li jagħmlu l-passiġġieri fl-2009 ikun madwar […]. |
(283) |
[…] (42). |
(284) |
Fuq il-bażi ta’ kooperazzjoni bejn l-Austrian Airlines u l-Lufthansa, il-pjan jinkludi sinerġiji għad-dħul ta’ EUR […] u sinerġiji relatati ma’ spejjeż ta’ EUR […], li għandhom jintlaħqu sal-[…]. |
(285) |
Is-sinerġiji għad-dħul ser ikunu terz […] terz minn […] u l-aħħar terz minn […]. |
(286) |
[…] |
(287) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-persunal, huwa prevvist […]. Bħalissal-organizzazzjoni tal-bejgħ u l-marketing tal-Austrian Airlines tinkludi […] ħaddiem, […] minnhom fl-Awstrija. Il-Lufthansa tipprevedi […]. Dan ifisser li […]. Barra minn hekk, il-pjan għall-istrutturar mill-ġdid jagħmel provvedimenti għal adattament […] sabiex dawn il-kapaċitajiet ikunu integrati fil-grupp Lufthansa. Dan l-adattament iwassal għal […] ([…]). Barra minn hekk huma ppjanati tibdiliet żgħar f’setturi oħra tan-negozju, bħal fil-[…]. Bejn l-aħħar tal-2008 u l-2013 dawn il-miżuri jonqsu għal […]. |
(288) |
It-total tal-ispejjeż straordinarji ta’ EUR […] miljun li huma ppjanati għall-Austrian Airlines għall-perjodu 2009-2013 jinkludu spejjeż […]. Tabella 12 Id-dħul qabel interessi u taxxi qabel l-entrati ta’ spejjeż straodrinarji, 2008 – 2013, skont suppożizzjonijiet tal-Lufthansa
|
(289) |
Id-dħul qabel interessi u taxxi tal-intrapriża (stat operattiv li fih la jsir qligħ u lanqas telf) qabel l-entrati ta’ spejjeż straordinarji skont il-kalkoli huwa […]. |
(290) |
Iżda l-Lufthansa tirreferi għall-fatt li l-Austrian Airlines għandha spejjeż annwali relatati ma’ interessi ta’ madwar EUR […] minħabba obbligi finanzjarji sinifikanti li fuqhom hemm interessi u minħabba obbligi ta’ pensjonijiet. L-istat li fih la jsir qligħ u lanqas telf nett jintlaħaq […]. |
(291) |
Il-Kummissjoni trid tanalizza jekk l-Austrian Airlines hijiex fil-pożizzjoni li tikkonkludi b’suċċess l-istrutturar mill-ġdid fi żmien il-perjodu stipulat. […] |
(292) |
Fuq il-bażi tal-pjan rivedut, l-Austrian Airlines għandha tkun fil-pożizzjoni li tnaqqas l-ispejjeż tagħha b’mod sinifikanti. It-tnaqqis kbir fil-bażi tal-ispejjeż għandu jagħti lill-intrapriża b’konnessjoni mal-[…] il-flessibilità meħtieġa u l-adattabilità sabiex tagħmel progress biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha. |
(293) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Austrian Airlines għandha tkun fil-pożizzjoni li twettaq b’suċċess l-istrutturar mill-ġdid tagħha sal-2015. Iżda f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni mhijiex tal-opinjoni li d-data tal-implimentazzjoni tal-programm “Go4Profit” għandha titqies bħala l-bidu tal-istrutturar mill-ġdid. L-ewwel nett jidher li l-miżuri meħuda fi ħdan il-programm “Go4Profit” — anke jekk huma wasslu għal tnaqqis fil-piż tal-ispejjeż tal-Austrian Airlines — ma kinux biżżejjed, sabiex l-intrapriża tiġi ristrutturata mill-ġdid u ġew imħejjija b’konnessjoni mas-soluzzjoni “stand-alone”. |
(294) |
Il-Kummissjoni għandha wkoll tinvestiga jekk is-suppożizzjonijiet li fuqhom huwa bbażat il-pjan għall-istrutturar mill-ġdid humiex adattati f’dawn iċ-ċirkostanzi u jekk il-previżjonijiet u t-tbassir humiex konformi mal-Linji Gwida. Dwar dan, fil-Linji Gwida tal-2004 (numru 35) hemm: “Dan il-pjan għandu jiġi sottomess lill-Kummissjoni bit-tagħrif kollu meħtieġ fost l-oħrajn bi studju tas-suq. It-titjib fl-effiċjenza tal-intrapriża li tagħmel profitt għandu jsir fuq kollox permezz ta’ miżuri intraprenditorjali, li jiġu stipulati fil-pjan għall-istrutturar mill-ġdid. Fatturi esterni bħal varjazzjonjiet fil-prezz jew fid-domanda, li fuqhom l-intrapriża ma għandha kważi l-ebda influwenza, jistgħu biss jiġu kkunsidrati jekk it-tbassir konċernat tas-suq ikun rikonnoxxut b’mod ġenerali.” |
(295) |
Dwar dan, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-pjan tan-negozju sottomess f’April tal-2009 jinkludi tbassir negattiv realistiku. Is-suppożizzjonijiet relatati mal-prezz tal-karburant, mar-rata tal-kambju, mal-volum tat-traffiku u mal-iżvilupp tas-suq li ġew sottomessi lill-Kummissjoni mil-Lufthansa huma plawsibbli u għalhekk il-previżjonijiet tal-pjan għall-istrutturar mill-ġdid f’dak li għandu x’jaqsam ma’ progress għal riżultat sħiħ tal-Austrian Airlines b’kunsiderazzjoni tal-kriżi ekonomika fis-settur tat-trasport bl-ajru jidhru li jistgħu jkunu emmnuti. Il-Kummissjoni tiddikjara li hemm possibbiltà kbira li intrapriża, taħt il-kontroll ta’ sid ġdid privat tagħmel profitt għal żmien twil, b’tali mod li minn dan il-lat il-bejgħ huwa effettivament aspett prinċipali tal-istrutturar mill-ġdid tal-Austrian Airlines. |
(296) |
Fid-dawl tal-fatturi msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Austrian Airlines ser tkun f’pożizzjoni li tirkupra mill-ġdid l-effiċjenza tagħha li tagħmel profitt għal żmien twil kif previst fil-pjan tan-negozju 2009-2015 mis-sena 2015 ’il quddiem. Għalhekk, l-effiċjenza tal-intrapriża li terġa’ tagħmel profitt tiġi rkuprata f’perjodu għall-istrutturar mill-ġdid ta’ madwar sitt snin, li l-Kummissjoni tara bħala perjodu adegwat. |
7.1.3. Ammont tal-kontribuzzjoni personali
(297) |
Fir-rigward tal-ammont tal-kontribuzzjoni personali, il-Linji Gwida tal-2004 (numru 43) jistipulaw li “r-riċevitur tal-għajnuna [għandu] jagħti kontribuzzjoni sinifikanti għall-pjan tal-istrutturar mill-mezzi tiegħu, anke jekk dan isir permezz tal-bejgħ ta’ investimenti, jekk dawn mhumiex essenzjali għat-tkomplija tal-intrapriża jew permezz ta’ finanzjament barrani taħt il-kundizzjonijiet tas-suq. Fir-rigward ta’ din il-kontribuzzjoni jrid ikun ċar li s-swieq huma konvinti li l-effiċjenza tal-intrapriża li tagħmel profitt mill-ġdid tista’ tiġi rkuprata. Hija għandha tkun kontribuzzjoni konkreta jiġifieri reali mingħajr profitti mistennija bħal dħul ta’ flus kontanti. Hija għandha tkun għolja kemm jista’ jkun.” Fil-Linji Gwida hemm liema ammont ta’ kontribuzzjoni personali hija normalment meqjusa bħala adegwata. Għal intrapriża tad-daqs tal-Austrian Airlines, din il-kontribuzzjoni għandha tammonta għal 50 %. Dwar dan, il-Kummissjoni tiddikjara li skont il-Linji Gwida tal-2004 (numru 18), il-Linji Gwida ma jaffettwawx regolamenti settorjali għal intrapriżi f’diffikultajiet, inklużi dawk ir-regolament għas-settur tat-trasport bl-ajru. |
(298) |
F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Awstrijaċi jargumentaw li l-Linji Gwida dwar it-trasport bl-Ajru tal-1994, li għandhom lex specialis fir-rigward ta’ għajnuniet mill-Istat għal intrapriżi fil-qasam tal-avjazzjoni, ma jistipulaw l-ebda ammont partikolari għal kontribuzzjonijiet personali finanzjarji. Iżda sussegwentement huma esprimew l-opinjoni li din il-kundizzjoni xorta waħda ġiet issodisfata u li l-kontribuzzjoni personali finanzjarja taqbeż il-50 % tal-ispejjeż meħtieġa għall-istrutturar mill-ġdid. |
(299) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi jargumentaw li t-total tal-ispejjeż għall-istrutturar mill-ġdid ammonta għal EUR […], u peress li l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Awstrija tammonta għal EUR 500 miljun, il-kontribuzzjoni personali finanzjarja tal-Austrian Airlines u tal-Lufthansa tammonta għal madwar EUR […] miljun, għalhekk 55,5 % tas-somma totali. |
(300) |
L-informazzjoni sottomessa mil-Lufthansa tvarja ftit minn hekk. Il-Lufthansa targumenta li t-total tal-ispejjeż għall-istrutturar mill-ġdid ammonta għal EUR […] miljun. Peress li l-mezzi mogħtija mill-Awstrija skont hija jammontaw għal EUR 500 miljun, il-kontribuzzjoni personali finanzjarja tal-Austrian Airlines u tal-Lufthansa tammonta għal madwar EUR […] miljun, għalhekk għal 67 % tas-somma sħiħa. |
(301) |
Kemm l-Awstrija kif ukoll il-Lufthansa argumentaw li l-Lufthansa jkollha tnaqqas id-djun, sabiex iżżomm il-kwota tal-assi netti fil-grupp kollu fuq l-istess livell li kienet qabel, peress li l-proporzjon ta’ djun tal-Austrian Airlines huwa akbar minn dak tal-Lufthansa. L-ammont sħiħ nett tal-obbligi tal-Austrian Airlines (mingħajr l-għajnuna għas-salvataġġ ta’ EUR 200 miljun, li għandha titħallas lura wara l-konklużjoni tal-akkwist) jammonta għal madwar EUR […]. Wara l-ħlas parzjali bl-għajnuna tas-sussidju ta’ EUR 500 miljun jkun jifdal ammont nett ta’ obbligi ta’ EUR […] miljun. L-Austrian Airlines tiġi akkwistata mil-Lufthansa b’dawn l-obbligi. Dan ifisser […]. Id-differenza għall-proporzjon ta’ djun tal-Lufthansa, li […], tammonta għal EUR […]. Iżda bħalissa għadu mhux ċar, kif u meta ser isir il-ħlas tad-djun tal-Austrian Airlines. |
(302) |
F’każ li dan l-ammont jiġi effettivament imħallas fil-forma ta’ kontribuzzjoni għall-kapital mil-Lufthansa għall-Austrian Airlines, il-Kummissjoni tista’ taċċetta li dan l-ammont huwa kontribuzzjoni personali. Iżda akkwist sħiħ tal-piż tad-djun tal-Austrian Airlines u tal-effetti tiegħu fuq il-kontabbiltà kkonsolidata tal-Lufthansa minnhom infushom mhumiex kontribuzzjoni personali. Il-Kummissjoni tiddikjara li jekk dan l-element ma jiġix ikkunsidrat bħala spejjeż għall-istrutturar mill-ġdid u bħala kontribuzzjoni personali, dan jirriżulta fl-ammonti rispettivi ta’ […]. |
(303) |
F’dak li għandu x’jaqsam mat-telf operattiv akkumulat tal-Austrian Airlines għall-perjodu 2009-2013 li huwa elenkat fit-tabella 12, is-somma sħiħa ta’ EUR […] ġiet imnaqqsa b’rata ta’ tnaqqis ta’ 9,7 % fuq il-valur nett preżenti ta’ EUR […]. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta li dan l-ammont ikkontribwit mil-Lufthansa fi flus huwa kontribuzzjoni personali għall-pjan għall-istrutturar mill-ġdid. |
(304) |
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ spejjeż oħra partikolari, bħal spejjeż għall-integrazzjoni sabiex jintlaħqu l-effetti annwali ta’ sinerġiji (EUR […]), spejjeż addizjonali kontinwi relatati mal-istrutturar mill-ġdid sa mill-bejgħ f’Diċembru tal-2008 (EUR […]) u spejjeż relatata man-negozjati (EUR […]), il-Kummissjoni taċċetta li dawn huma parti mill-ispejjeż għall-istrutturar mill-ġdid. Huma qed jinġarru mil-Lufthansa. |
(305) |
Iżda fir-rigward tal-ispejjeż tal-programm “Go4Profit” ta’ EUR […], il-Kummissjoni mhix lesta li tikkunsidra dawn l-ispejjeż bħala spejjeż permessi għax huma saru qabel il-bidu tal-implimentazzjoni tal-pjan għall-istrutturar mill-ġdid. L-istess jgħodd għall-ispejjeż għolja għall-finanzjament mill-ġdid ta’ EUR […] minħabba l-kriżi finanzjarja, li ġew imsejħa mill-awtoritajiert Awstrijaċi bħala entrati ta’ spejjeż għall-istrutturar mill-ġdid għal-Lufthansa; il-Kummissjoni tiddikjara li dawn l-ispejjeż tal-Lufthansa ma ġewx imsemmija u li huma spejjeż operattivi normali. |
(306) |
L-evalwazzjoni tad-diversi entrati ta’ spejjeż għall-istrutturar mill-ġdid ġiet imqassra mill-Kummissjoni fit-tabella li ġejja. Tabella 13 Spejjeż għall-istrutturar mill-ġdid tal-Austrian Airlines
|
(307) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li t-total tal-ispejjeż għall-istrutturar mill-ġdid ser jammonta għal madwar EUR […] miljun (jew EUR […] f’każ li l-Lufthansa ma tnaqqasx il-livell ta’ djun tal-Austrian Airlines għal EUR […]), fejn il-kontribuzzjoni personali (li tingħata b’mod komuni jew individwali mill-Austrian Airlines u/jew il-Lufthansa) tammonta għal EUR […] (jew EUR […]). Dan ifisser 64 % (jew 52 %) tal-ispejjeż għall-istrutturar mill-ġdid. Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-kundizzjoni ta’ kontribuzzjoni personali sodisfaċenti għall-ispejjeż għall-istrutturar mill-ġdid f’dan il-każ ġiet issodisfata. |
7.1.4. L-għajnuna għandha tkun limitata għall-minimu meħtieġ
(308) |
In-numru 43 tal-Linji Gwida tal-2004 jgħid: “L-ammont u l-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż minimi meħtieġa bilfors għall-istrutturar mill-ġdid bi proporzjoni skont il-mezzi finanzjarji disponibbli tal-intrapriża, tal-azzjonisti tagħha jew tal-grupp ta’ intrapriżi li hija tappartjeni. Għajnuniet għas-salvataġġ mogħtija qabel għandhom jiġu kkunsidrati”. Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li din il-kundizzjoni ġiet issodisfata. |
(309) |
Kif spjegat hawn fuq, l-ispejjeż għall-istrutturar mill-ġdid jammontaw għal EUR […], filwaqt li l-ammont ta’ għajnuna huwa limitat għal EUR 500 miljun. Kemm l-Awstrija kif ukoll il-Lufthansa iddikjaraw li l-ammont ta’ EUR 500 miljun huwa l-ammont minimu meħtieġ sabiex tiġi rkuprata l-effiċjenza tal-Austrian Airlines li tagħmel profitt għal żmien twil. Mingħajr is-sussidju, li ntuża sabiex jitnaqqsu l-obbligi tal-Austrian Airlines, l-akkwist tal-intrapriża mil-Lufthansa mhuwiex ekonomikament sostenibbli. |
(310) |
Dwar dan, il-Kummissjoni tiddikjara li l-ammont ta’ EUR 500 miljun bħala l-prezz minimu negattiv li l-Lufthansa kienet lesta li taċċetta huwa riżultat ta’ proċess ta’ tfigħ ta’ offerti miftuħ. Il-Kummissjoni tiddikjara wkoll li l-ammont inkwistjoni ġie esklussivament użat sabiex jitnaqqas id-dejn għoli tal-Austrian Airlines u għalhekk mhu ser iwassal għall-ebda likwidità eċċessiva għall-Austrian Airlines. |
(311) |
Il-Kummissjoni tqis dan l-ammont bħala aċċettabbli u tasal għall-konklużjoni li meta mqabbla mal-ispejjeż rilevanti, l-għajnuna li qed tingħata mhijiex eċċessiva. Il-parti l-kbira tal-mezzi għall-istrutturar mill-ġdid ser tiġi koperta mill-Austrian Airlines u/jew mil-Lufthansa mill-mezzi personali tagħhom. |
7.1.5. Miżuri ta’ kumpens
(312) |
Il-Linji Gwida tal-2004 (numru 38) jistipulaw ukoll: “Sabiex effetti negattivi tal-għajnuna fuq il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu mnaqqsa kemm jista’ jkun, b’tali mod li l-effetti pożittivi jegħlbu lil dawk negattivi, għandhom jittieħdu miżuri ta’ kumpens. Inkella jkollu jiġi konkluż li l-għajnuna tmur kontra l-interessi komuni u għalhekk mhix konformi mas-Suq Komuni”. |
(313) |
Huma jgħidu wkoll (numru 39): “Għandhom jiġi kkunsidrati l-bejgħ ta’ assi, tnaqqis fil-kapaċità, limitazzjoni tal-preżenza fuq is-suq jew tnaqqis tal-limiti ta’ aċċess għas-swieq konċernati. Jekk il-Kummissjoni tinvestiga jekk il-miżuri ta’ kumpens humiex adattati, waqt li tagħmel dan hija għandha tikkunsidra l-istruttura tas-suq u l-qasam tal-kompetittività sabiex tiżgura li dawn il-miżuri ma jikkawżaw …. l-ebda tnaqqis fl-istruttura tas-suq”. |
(314) |
Fir-rigward tal-kundizzjoni relatata ma’ miżuri ta’ kumpens adattati skont il-Linji Gwida tal-2004 u l-Linji Gwida dwar it-Trasport bl-Ajru tal-1994 kemm l-Awstrija kif ukoll il-Lufthansa argumentaw li l-bażi tal-evalwazzjoni ta’ miżuri sabiex tiġi evitata distorsjoni tal-kompetittività hija n-numru 38(3) tal-Linji Gwida dwar it-Trasport bl-Ajru tal-1994, li skont dan in-numru programm għall-istrutturar mill-ġdid għandu jinkludi tnaqqis fil-kapaċitajiet, jekk dawn huma meħieġa għall-irkupru tal-vijabbilità finanzjarja u/jew huma meħtieġa mis-sitwazzjoni tas-suq. |
(315) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi u l-Lufthansa argumentaw li peress li l-Linji Gwida dwar it-Trasport bl-Ajru tal-1994 għandhom lex specialis meta mqabbla mal-Linji Gwida tal-2004, dawn jiġu l-ewwel. Dan joħroġ min-numru 18 tal-Linji Gwida tal-2004, li skont dan regolamenti settorjali għal intrapriżi f’diffikultajiet ma jiġux affettwati mil-Linji Gwida tal-2004. La l-irkupru tal-vijabbilità finanzjarja u lanqas is-sitwazzzjoni tas-suq ma jitolbu miżuri ta’ kumpens, li jmorru lil hinn mill-istadji diġà ppjanati waqt l-istrutturar mill-ġdid. |
(316) |
Fir-rigward ta’ dan l-argument, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li f’dan il-każ is-sitwazzjoni tas-suq fil-fatt teħtieġ tnaqqis addizzjonali fil-kapaċitajiet. Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-argument li l-uniċi indikaturi ta’ kapaċità żejda kkunsidrati minnha mhumiex fatturi ta’ tagħbija suffiċjenti u/jew li huma l-irtirar spiss ta’ parteċipanti mis-suq u nuqqas ta’ inizzjattivi għal dħul ġdid fis-suq. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tgħid ki sa mill-2006 l-Austrian Airlines implimentat miżuri għal tnaqqis fl-ispejjeż u għall-istrutturar mill-ġdid fil-qafas tal-programm “Go4Profit” u dan il-programm ma ppermettiex l-irkupru tal-effiċjenza tal-intrapriża li tagħmel profitt. Fil-passat l-Austrian Airlines għamlet telf, għadha tagħmel telf issa u ser tagħmel telf għal perjodu medju ta’ żmien, b’tali mod li hija għandha tnaqqas il-bażi tal-ispejjeż tagħha u twaqqaf jew tnaqqas kapaċitajiet f’setturi li ma jrendux profitti fis-swieq użati minnha. |
(317) |
In-numru 40 tal-Linji Gwida tal-2004 jistipula: “L-ammont ta’ tnaqqis fil-kapaċitajiet jew il-limitazzjoni tal-preżenza fis-suq jiddependu miċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari. Il-Kummissjoni tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq l-istudju tas-suq anness mal-pjan għall-istrutturar mill-ġdid u jekk adattata fuq kull informazzjoni oħra anke dik mogħtija minn partijiet terzi interessati.” |
(318) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi ddikjaraw li sa mill-2006 l-Austrian Airlines introduċiet il-programm għall-istrutturar mill-ġdid “Go4Profit”, li permezz tiegħu hija ċekknet id-daqs tal-flotta tagħha u waqfet serje ta’ rotot twal. Il-kapaċità relatata ma’ rotot twal ġiet imnaqqsa għal madwar […]. Il-persunal tnaqqas għal […] post jew madwar […] u l-flotta ta’ […] ajruplani ċċekknet. |
(319) |
Dwar dan, il-Kummissjoni tiddikjara li l-programm “Go4Profit” ġie introdott fl-2006 u baqa’ sejjer fl-2007. Għalhekk, fir-realtà ma jistax jitqies bħala pjan integrat u marbut mal-miżuri emendati nnotifikati f’Diċembru tal-2008 u f’April tal-2009. Sussegwentement u minħabba r-raġunijiet spjegati fil-punt 293, il-Kummissjoni ser tqis biss it-tnaqqis fil-kapaċità bħala miżura ta’ kumpens imwettqa sa mill-2008. |
(320) |
Fis-sena 2008, il-kapaċità tas-servizzi regolari tnaqqset għal madwar […] u dik għal titjiriet b’ajruplani mikrija tnaqqset għal madwar […], li b’kollox ifisser tnaqqis fil-kapaċità fil-kilometri ta’ trasport offruti ta’ […] meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. |
(321) |
Fil-pjan għall-istrutturar mill-ġdid innotifikat f’Diċembru tal-2008, il-Lufthansa għamlet provvedimenti, […] |
(322) |
Barra minn hekk, fil-bidu tal-2009 ttieħdu aktar miżuri għall-istrutturar mill-ġdid, li wasslu għal tnaqqis addizzjonali fil-kapaċità tas-servizzi regolari (kemm permezz ta’ twaqqif ta’ rotot kif ukoll permezz ta’ tqassir tal-konnessjonijiet) għal […] u fit-trasport b’ajruplani mikrija għal […]. Dan ġab miegħu tnaqqis fil-kapaċità fil-kilometri ta’ trasport offruti mill-2008 sa 2009 għal total ta’ […]. Iżda ta’ min jinnota li l-pjan għall-istrutturar mill-ġdid huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li fis-sena 2010 l-iżvilupp tas-suq jerġa’ jmur lura għal li kien u jkun hemm żidiet fil-kapaċitajiet. |
(323) |
Bħala miżura ta’ kumpens, l-awtoritajiet Awstrijaċi offrew li l-Austrian Airlines (inkluża l-kumpanija sussidjarja tagħha) tnaqqas l-ammont sħiħ ta’ kilometri ta’ trasport għal 15 % u dan jibda mill-bidu tas-sena 2008 sal-31 ta’ Diċmebru 2010 (il-bażi għat-tqabbil hija l-ammont sħiħ ta’ kilometri tat-trasport offrut fis-sena tan-negozju 2007). Dan jinkludi tnaqqis sinifikanti fl-operat b’ajruplani mikrija, li fih il-kilometri ta’ trasport offruti sal-aħħar tas-sena […] ser jonqsu għal […] meta mqabbla ma’ […]. |
(324) |
Barra minn hekk — u b’konformità mar-rekwiżiti tal-Kummissjoni — it-tkabbir tal-kilometri ta’ trasport offruti wara l-2010 ser ikun limitat għar-rata medja ta’ tkabbir determinata għall-intrapriżi tal-avjazzjoni membri tal-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej; din il-limitazzjoni tibqa’ fis-seħħ jew sal-aħħar tas-sena 2015 jew jekk dan ikun il-każ qabel l-2015 sal-perjodu li fih l-Austrian Airlines tilħaq dħul stabbli qabel l-interessi u t-taxxi. |
(325) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tissorvelja dan il-limitu għal tkabbir fil-kapaċità, kull sena għandhom jiġu sottomessi rapporti lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Marzu tas-sena ta’ wara s-sena tar-rapport. |
(326) |
Il-Kummissjoni tgħid li fil-bidu tas-sena 2009, is-suq tat-trasport bl-ajru esperjenza tnaqqis ċar, iżda t-tnaqqis fil-kapaċità u l-limiti ta’ tkabbir fuq il-perjodu sħiħ li huma validi għandhom jiġu evalwati, fejn il-potenzjal ta’ rkupru fis-suq fl-2010 għandu jiġi kkunsidrat, liema rkupru jidher permezz ta’ aktar akkwist tal-parti tas-suq tal-intrapriża għat-trasport bl-ajru. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tgħid li fil-perjodu tal-istrutturar mill-ġdid ippjanat il-flotta ta’ 98 ajruplan fis-sena 2008 ser tiċċekken għal […] ajruplan fis-sena 2011. Dwar dan il-Kummissjoni tiddikjara li […]. |
(327) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li fir-rigward tar-rabta kbira bejn l-għajnuna mill-Istat marbuta mal-bejgħ tal-ishma fil-grupp ta’ intrapriżi l-Austrian Airlines mill-Istat Awstrijak u l-integrazzjoni tal-Lufthansa u l-Austrian Airlines, il-miżuri ta’ kumpens b’rabta mal-għajnuna mill-Istat ikkunsidrati fid-dawl tal-miżuri ta’ kumpens issuġġeriti b’rabta mal-proċedura għall-kontroll ta’ amalgamazzjoni ta’ intrapriżi (43) għandhom jiġu evalwati. |
(328) |
Il-Lufthansa u l-Austrian Airlines offrew miżuri ta’ kumpens partikolari b’rabta mad-deċiżjoni parallela dwar il-kontroll ta’ amalgamazzjoni ta’ intrapriżi, bħal pereżempju aktar għoti ta’ slots lil diversi ajruporti użati b’konnessjoni mal-kapaċitajiet tagħhom, sabiex jippermettu l-operat ta’ konnessjoni ta’ trasport bl-ajru ġdida jew addizzjonali kompetittiva lil parteċipant ġdid fis-suq jew lil aktar parteċipanti ġodda fis-suq. Għal din ir-raġuni, il-Lufthansa, l-Austrian Airlines, kif ukoll il-kumpaniji sussidjarji rispettivi tagħhom ikkommettew ruħhom li skont proċedura speċjali jagħtu slots (44) fl-ajruporti ta’ Vjenna, Stuttgart, Cologne, Munich, Frankfurt u Brussell għar-rotot li għalihom il-Kummissjoni għamlet oġġezzjonijiet relatati mal-liġi dwar il-kompetittività (45) (minn issa ’l quddiem: “il-konnessjonijiet bejn bliet identifikati”). |
(329) |
In-numru ta’ slots li ser jingħataw għandhom jippermettu li intrapriża ġdida tal-avjazzjoni (46) tagħmel titjiriet għal konnessjonijiet bejn bliet identifikati bil-frekwenza li ġejja:
|
(330) |
Dawn il-miżuri ta’ kumpens ser jippermettu d-dħul fil-waqt u probabbli jew l-espansjoni ta’ intrapriżi kompetittivi b’rabta mar-rotot konċernati u għalhekk jinfluwenza b’mod negattiv il-pożizzjoni fis-suq tal-intrapriża affiljata. |
(331) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-ispjegazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li fiċ-ċirkostanzi partikolari ta’ dan il-każ, f’dak li għandu x’jaqsam mal-miżuri ta’ kumpens issuġġeriti fid-deċiżjoni dwar il-kontroll ta’ amalgamazzjoni ta’ intrapriżi, jiġifieri t-tnaqqis fil-kapaċità ssuġġerit flimkien mal-limitazzjoni ta’ tkabbir wara l-2010, meta kkunsidrati flimkien huma biżżejjed bħala miżuri ta’ kumpens li jikkontrobattu d-distorsjonijiet fis-suq li jikkontrobottaw mal-istrutturar mill-ġdid. |
7.1.6. Kundizzjonijiet u wegħdiet addizzjonali
(332) |
Skont in-numru 46 tal-Linji Gwida tal-2004 u n-numru 40 (it-tieni klawsola) tal-Linji Gwida dwar it-Trasport bl-Ajru tal-1994, addizzjonalment għall-miżuri ta’ kumpens, il-Kummissjoni tista’ tistipula speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet sabiex ma jkun hemm l-ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni permezz tal-għajnuna li b’xi mod tmur kontra l-interess komuni. |
(333) |
Kif diġà spjegat, il-Kummissjoni tgħid li r-Repubblika Awstrijaka għandha ftehim bilaterali dwar it-trasport bl-ajru ma’ Stati Terzi partikolari li fihom in-nomenklatura tal-Komunità mhix rikonoxxuta. |
(334) |
Il-maġġoranza l-kbira ta’ ftehimiet bilaterali dwar it-trasport bl-ajru ma’ stati terzi diġà jinkludu l-klawsola dwar in-nomenklatura tal-Komunità, jew fuq il-bażi ta’ negozjati bilaterali jew permezz ta’ ftehim orizzontali. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Awstrijaċi b’kunsiderazzjoni tal-obbligi legali tagħhom lejn il-Komunità qablu li jħassru l-ftehimiet jew skont l-ispeċifikazzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 847/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet dwar it-trasport bl-ajru bejn Stati Membri u pajjiżi terzi (47) jerġgħu jinnegozjawhom mill-ġdid. |
(335) |
Waqt il-proċedura ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni ġiet avżata li l-Austrian Airlines għandha 51 % tal-ishma fix-Schedule Coordination Austria GmbH (SCA). |
(336) |
Fl-opinjoni tal-Kummissjoni din ir-relazzjoni tista’ tikkawża diffikultajiet għax ir-Regolament (KE) Nru 793/2004 (48) (ir-“Regolament dwar slots fl-UE”) jistipula dan li ġej (Artikolu 4): “L-Istat Membru responsabbli għal ajruport medjatur tal-iskedi ta’ titjiriet jew għal ajruport li jikkoordina jassigura li a) il-medjatur ta’ skedi ta’ titjiriet f’ajruport medjatur tal-iskedi ta’ titjiriet b’rabta ma’ dan ir-Regolament għandu jaġixxi b’mod indipendenti, newtrali, mingħajr diskriminazzjoni u trasparenti; b) l-indipendenza tal-koordinatur fl-ajruport li jikkoordina tkun preżenti permezz tas-separazzjoni funzjonali tiegħu minn kull parti individwali interessata. Il-finanzjament tal-attivitajiet tal-koordinatur huma rregolati b’tali mod li tiġi garantita l-pożizzjoni indipendenti tal-koordinatur; c) il-koordinatur b’rabta ma’ dan ir-Regolament għandu jaġġixxi b’mod newtrali, mingħajr diskriminazzjoni u trasparenti.” |
(337) |
Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni, li separazzjoni funzjonali, fost l-oħrajn, tfisser li fl-atteġġjament tiegħu l-koordinatur ikollu awtonomija mill-amministrazzjoni tal-ajruport, minn fornituri ta’ servizzi jew minn intrapriża tal-avjazzjoni li topera fl-ajruport, ma jirċievi l-ebda ordnijiet minn dawn u ma jkun obbligat għall-ebda responsabbilità fil-konfront tiegħu. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-opinjoni li s-sistema għall-finanzjament tal-attvitajiet tal-koordinatur għandha tiġi organizzata b’tali mod li l-koordinatur ikollu awtonomija finazjarja minn kull parti partikolari li hija direttament milquta mill-attività tiegħu jew li għandha interess fl-attività tiegħu. Għalhekk, il-koordinatur għandu jkollu kotba u baġits separati u għall-finanzjament tal-attività tiegħu ma jistrieħx esklussivament fuq l-amministrazzjoni tal-ajruport, fuq fornitur ta’ servizzi jew fuq intrapriżi tal-avjazzjoni partikolari. |
(338) |
F’dan ir-rigward il-Kummissjoni tiddikjara, li l-awtoritajiet Awstrijaċi qablu, li l-Austrian Airlines ser tintroduċi proċedura, sabiex tnaqqas l-ishma tagħha fl-SCA għal 25 % u li l-Ajruport Vjenna AG- li bħalissa għandu 40 % tal-ishma fl-SCA — wara l-proċess għall-istrutturar mill-ġdid ma jkollux aktar maġġoranza fl-SCA. Is-sehem imnaqqas tal-Austrian Airlines fl-SCA ma jkunx ifisser minorità sostanzjali bil-veto skont il-Liġi Awstrijaka dwar Kumpaniji. It-tnaqqis għandu jiġi konkluż sal-aħħar tal-perjodu tal-iskedi ta’ titjiriet tas-Sajf tal-IATA tal-2009. Il-Kummissjoni tgħid, li sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tal-koordinatur tal-islots, l-ishma għandhom ikunu f’idejn parti terza li hija indipendenti kemm mill-Austrian Airlines kif ukoll mill-Ajruport ta’ Vjenna AG. |
7.1.7. Il-prinċipju ta’ għajnuna li tingħata darba
(339) |
Fil-bidu tal-proċedura, il-Kummissjoni ddikjarat li l-Austrian Airlines irċeviet għajuna għas-salvataġġ approvata mill-Kummissjoni. Hija ddikjarat ukoll li la l-Austrian Airlines u l-ebda intrapriża oħra fi ħdan il-grupp ta’ intrapriżi qatt qabel ma rċeviet għajnuna għall-istrutturar mill-ġdid. |
(340) |
Il-Kummissjoni tfakkar li skont id-deċiżjoni dwar l-għajnuna għas-salvataġġ tad-19 ta’ Jannar 2009, l-għajnuna għas-salvataġġ (li ngħatat fil-forma ta’ garanzija ta’ 100 % għal self ta’ aktar minn EUR 200 miljun) tiġi regolata jekk il-Kummissjoni kienet ħadet pożizzjoni definittiva (fis-sens tal-aċċettazzjoni ta’ din id-deċiżjoni) dwar il-proċeduri għall-bejgħ/il-pjan għall-istrutturar mill-ġdid innotifikati mill-awtoritajiet Awstrijaċi (49). |
(341) |
Barra minn hekk, ir-Repubblika Awstrijaka qablet li l-ebda għajnuniet oħra għas-salvataġġ jew għall-istrutturar mill-ġdid ma għandhom jingħataw lill-Austrian Airlines jew lil parti tal-grupp ta’ intrapriżi Austrian Airlines fi żmien għaxar snin minn wara l-perjodu li fih tkun ingħatat l-għajnuna għas-salvataġġ jew minn wara li jispiċċa l-perjodu għall-istrutturar mill-ġdid. |
ĦADET DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna għall-istrutturar mill-ġdid li ngħatat mill-Awstrija għall-benefiċċju tal-Austrian Airlines soġġetta għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 skont l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE hija konformi mas-Suq Komuni, jekk il-pjan għall-istrutturar mill-ġdid innotifikat lill-Kummissjoni jiġi implimentat kollu kemm hu.
Artikolu 2
1. L-Awstrija tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex qabel l-aħħar tas-sena 2010, l-Austrian Airlines tnaqqas il-kapaċità sħiħa tagħha fil-kilometri ta’ trasport offruti għal 15 % tal-livell ta’ Jannar tal-2008. B’konnessjoni ma’ dan, it-tkabbir fil-kapaċità tal- Austrian Airlines għall-medja tar-rata ta’ tkabbir determinata għal intrapriżi tal-avjazzjoni membri tal-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej jiġi limitat. Din il-limitazzjoni tibqa’ fis-seħħ sal-aħħar tas-sena 2015 jew jekk dan ikun il-każ qabel din id-data sakemm l-Austrian Airlines tilħaq dħul stabbli qabel l-interessi u t-taxxi (stat li fih la jsir qligħ u lanqas telf).
2. L-Awstrija tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex sat-30 ta’ Settembru 2009, l-Austrian Airlines tnaqqas l-ishma tagħha fix-Schedule Coordination Austria GmbH għal 25 % u li la l-Ajruport ta’ Vjenna AG u lanqas kwalunkwe parti oħra li hija kkontrollata mill-Austrian Airlines jew mill-Ajruport ta’ Vjenna AG ma jkollha l-maġġoranza tal-ishma fix-Schedule Coordination Austria wara dan il-proċess għall-istrutturar mill-ġdid.
3. L-Awstrija tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex il-kundizzjonijiet mid-Deċiżjoni dwar l-amalgamazzjoni ta’ intrapriżi COMP/M.5440 — Lufthansa/Austrian Airlines jiġu ssodisfati.
4. L-Awstrija tħassar ftehimiet bilaterali dwar trasport bl-ajru li ma fihomx il-klawsola dwar in-nomenklatura tal-Komunità, jew tinnegozja mill-ġdid magħhom skont ir-Regolamenti (KE) Nru 847/2004. L-Awstrija tinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li hija ħadet sabiex tiggarantixxi l-konformità ta’ dawn it-tip ta’ ftehimiet mal-Liġi tal-Komunità f’dak li għandu x’jaqsam mar-rikonoxximent tan-nomenklatura tal-Komunità.
5. Sal-31 ta’ Diċembru 2009, l-Awstrija tissottometti rapport lill-Kummissjoni dwar il-progress u l-ġestjoni tal-pjan għall-istrutturar mill-ġdid kif ukoll dwar il-miżuri meħuda, li permezz tagħhom l-ishma tal-Austrian Airlines fix-Schedule Coordination Austria GmbH jiġu mnaqqsa. Sal-31 ta’ April 2010, l-Awstrija tikkomunika l-progress li sar għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 2(4). Kull sena l-Awstrija tissottometti rapporti lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjan għall-istrutturar mill-ġdid kif ukoll dwar ir-rati ta’ tkabbir fil-kapaċità għal kull sena sal-2015.
Artikolu 3
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Awstrijaka.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Awwissu 2009.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President
(1) ĠU. C 57, 11.3.2009, p. 8.
(2) Ara n-Nota 1 ta’ qiegħ il-paġna.
(3) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(4) Il-Ġurnal Uffiċjali għall-Gazzetta ta’ Vjenna u għall-Financial Times (ħarġa Ewropea).
(5) Mill-Air France/KLM, Deutsche Lufthansa u S7 (trasportatur bl-ajru Russu).
(*) Informazzjoni kunfidenzjali.
(6) Għall-premessa diskuss tal-Air France/KLM fir-rigward tal-proċedura tal-privatizzazzjoni, ara l-paragrafu 4.4.
(7) Tliet snin wara l-għeluq jew mhux aktar tard minn wara s-sottomissjoni tar-rapporti finanzjarji tal-perjodu li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2011, l-ÖIAG tirċievi ħlas addizzjonali li jammonta sa EUR 162 miljun. L-ammont li għandu jiġi mħallas jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja, […].
(8) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Jannar 2009, Għajnuna mill-Istat NN 72/08, l-Awstrija — Austrian Airlines — Għajnuna għas-salvataġġ, premessa 71.
(9) Prezzijiet negattivi li ser jingħataw fil-parentesi.
(10) ĠU. C 244, 1.10.2004, p. 2.
(11) ĠU. C 350, 10.12.1994, p. 5.
(12) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2008, Għajnuniet mill-Istat N 321/08, N 322/08 u N 323/08, il-Greċja — Bejgħ ta’ assi partikolari tal-Olympic Airlines/Olympic Airways Services, għadhom mhux ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, premessi 59, 184 u 185, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2008, Għajnuna mill-Istat N 510/08, l-Italja — Alitalia, ĠU C 46, 25.2.2009, p. 6, premessi 29, 123 u 124.
(13) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/628/KE tal-11 ta’ April 2000, l-għajnuna mogħtija mill-Italja liċ-Centrale del Latte di Roma, ĠU L 265, 19.10.2000, p. 15, premessa 91; u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/798/KE tat-13 ta’ Diċembru 2000 dwar l-Għajnuna Statali implimentata mill-Ġermanja għal SKET Walzwerktechnik GmbH (għajnuna C 70/97 (ex NN 123/97)), ĠU L 301, 17.11.2001, p. 37.
(14) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/767/KE tat-2 ta’ April 2008, Għajnuna mill-Istat C 41/07 (ex NN 49(07) li r-Rumanija kienet implimentat għal Tractorul, ĠU L 263, 2.10.2008, p. 5, premessa 44.
(15) L-Artikolu 4 l-ittra a b’konnessjoni mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni), ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.
(16) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2008, Għajnuna mill-Istat N 510/08, l-Italja — Alitalia, ĠU C 46, 25.2.2009, p. 6, premessa 125.
(17) Fil-kwadru tal-fondazzjoni mwaqqfa waqt l-amalgamazzjoni tal-intrapriża Swissair/Sabena (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/404/KE) ġie mwaqqaf kunsill amministrattiv, li ngħatalu kompetenzi amministrattivi.
(18) Ara l-XXIII Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 1993 (ISBN 92-826-8372-9), premessi 402 u 403.
(19) L-Artikolu 26(1) tal-Liġi Awstrijaka dwar l-Akkwist ta’ Intrapriżi.
(20) Eċċezzjoni għall-offerta għall-akkwist mandatarja ma kinitx tkun aċċettabbli għax din tfisser biss li fil-mument ma hemm l-ebda ħtieġa li tiġi sottomessa offerta mandatarja, iżda li din it-tip ta’ offerta għall-akkwist ta’ mill-inqas 90 % tal-Austrian Airlines kien ikollha tiġi sottomessa aktar tard. Tnaqqis tal-prezz tal-akkwist kien jagħmel l-akkwist tal-Austrian Airlines mil-Lufthansa aktar diffiċli għax il-prezz tal-akkwist imnaqqas kien ikun ħafna inqas mill-prezz fuq il-Borża u l-ammont ta’ azzjonisti li jaċċettaw l-offerta għall-akkwist kien ikun żgħir ħafna.
(21) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/631/KE tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar għajnuna allegatament moghtija mill-Ġermanja lil RAG AG b’konnessjoni mal-privatizzazzjoni tas-Saarbergwerke AG, ĠU L 203, 1.8.2002, p. 52, premessa 60; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/200/KE tat-3 ta’ Ġunju 2001 dwar l-Għajnuna Statali li Spanja implimentat u qed tippjana li timplimenta għar-ristrutturar ta’ Badcock Wilcox Espana SA [titolu mhux uffiċjali] ĠU L 67, 9.3.2002, p. 50, premessa 61.
(22) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/366/KE tat-30 ta’ Jannar 2008, Għajnuna mill-Istat C 35/2006 (ex NN 37/06) implimentata mill-Isvezja għal Konsum Jämtland Ekonomisk Förening, ĠU L 126, 14.5.2008, p. 3, premessi 50, 58.
(23) […].
(24) Ara d-Deċiżjoni tal-Qorti tal-21 ta’ Marzu 1991, Rs. C-305/89, l-Italja/il-Kummissjoni (“Alfa Romeo”), Slg. 1991, I-1603; id-Deċiżjoni tal-Qorti tal-14 ta’ Settembru 1994, verb. Rs. C-278/92, C-279/92 u C-280/92, Spanja/il-Kummissjoni (“Hytasa”), Slg. 1994, I-4103.
(25) Fl-analiżi li saret mill-Merrill Lynch, it-telf fil-valur jiġi assenjat lill-ÖIAG kif ukoll lir-Repubblika Awstrijaka skont l-ammont ta’ ishma tagħhom.
(26) Dan jikkonsisti minn […].
(27) Sors: Negozju tal-Linji tal-Ajru 11/1999, p. 83.
(28) ĠU L 138, 30.4.2004, p. 50.
(29) Ara XXIII. Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 1993 (ISBN 92-826-8372-9), premessi 402 u 403.
(30) Id-Deċiżjoni tal-Qorti tas-16 ta’ Mejju 2002, Rs. C-482/99, Franza/il-Kummissjoni (“Stardust Marine”), Slg. 2002, I-4397, premessa 71.
(31) Il-fattur tat-tnaqqis għall-kalkolu tal-valur finali (terminal value, minn issa ‘l quddiem “TV”) jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn ir-rata tal-WACC applikata u r-rata stmata ta’ tkabbir stabbli għal tul ta’ żmien (f’dan il-każ […]).
(**) Differenzi minħabba rounding.
(***) Fattur tat-tnaqqis (ara n-nota nru 31 fil-qiegħ tal-paġna)
(****) Somom meħuda f'daqqa (ara n-nota nru 32 fil-qiegħ tal-paġna)
Fażi II |
Il-baġit tal- 2013 |
Il-baġit tal- 2014 |
Il-baġit tal- 2015 |
Il-baġit tal- 2016 |
Il-baġit tal- 2017 |
Il-baġit tal- 2018 |
Il-baġit tal- 2019 |
Il-baġit tal- 2020 |
Il-baġit tal- 2021 |
Total |
FCF |
[…] |
[…] |
[…] |
[…] |
[…] |
[…] |
[…] |
[…] |
[…] |
[…] |
WACC |
[…] |
[…] |
[…] |
[…] |
[…] |
[…] |
[…] |
[…] |
[…] |
|
NPV |
[…] |
[…] |
[…] |
[…] |
[…] |
[…] |
[…] |
[…] |
[…] |
[…] |
(33) Credit Default Swap huwa derivattiv tal-kreditu li permezz tiegħu x-xerrej tal-iswap ikollu jagħti serje ta’ ħlasijiet lill-bejjiegħ u bi tpattija, ix-xerrej jirċievi ħlas ta’ kumpens, f’każ li self jew djun jiġi kontumaċja (ma jistax jiġi ssodisfat).
(34) Ara n-nota Nru 23 ta’ qiegħ il-paġna.
(35) Dwar dan ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/767/KE.
(36) Id-Deċiżjoni tal-Qorti tal-21 ta’ Marzu 1991, Rs. C-305/89, l-Italja/il-Kummissjoni (“Alfa Romeo”), Slg. 1991, I-6103, premessa 40; id-Deċiżjoni tal-Qorti tal-20 ta’ Settembru 2004, Rs. C-390/98, H.J. Banks, Slg. 2001, I-6117, premessa 77; u d-Deċiżjoni tal-Qorti tad-29 ta’ April 2004, Rs. C-277/00, Ġermanja/Kummissjoni (“SMI”), Slg. 2004, I-3925, premessa 80.
(37) Ara pereżempju r-riċerka ta’ Erste Group, http://produkte.erstegroup.com/CorporateClients/de/ResearchCenter/Overview/index.phtml, jew ir-riċerka dwar l-ekwità tar-Raiffeisen Centrobank http://www.rcb.at/_sterreich.aktienoesterreich.0.html
(39) Skont il-ġuriżdizzjoni, jekk dan ikun il-każ, “meta l-modalitajiet ta’ għajnuna li jinkludu fihom kwalunkwe vjolazzjoni kontra kundizzjonijiet oħra tat-Trattat bl-eċċezzjoni ta’ dawk li jinsabu fl-Artikoli 92 u 93, jistgħu jkunu tat-tip li ma jistgħux jiġu mifruda mill-iskop tal-għajnuna, dawn ma jistgħux jiġu evalwati waħedhom” (ara d-Deċiżjoni tal-Qorti tat-22 ta’ Marzu 1977, Rs. 74/76, Ianelli&Volpi/Meroni, Slg. 1977,557, u d-Deċiżjoni tal-Qorti tal-15 ta’ Ġunju 1993, Rs. C-225/91, Matra/Kummissjoni, Slg. 1993, I-3203, premessa 41).
(40) Ara n-nota Nru 8 ta’ qiegħ il-paġna.
(41) Ara n-nota Nru 27 ta’ qiegħ il-paġna.
(42) […]
(43) Każ COMP/M.5440 — Lufthansa/Austrian Airlines
(44) Jiġifieri l-permess li jingħata lit-trasportatur bl-ajru, sabiex juża l-infrastruttura tal-ajruport ta’ ajruport partikolari f’ġurnata partikolari u f’ħinijiet partikolari għat-tlugħ u l-inżul.
(45) Dawn jikkonsistu f’rotot bejn l-ibliet li ġejjin: Vjenna-Stuttgart, Vjenna-Cologne, Vjenna-Munich, Vjenna-Frankfurt u Vjenna-Brussell.
(46) Definita bħala “kull kumpanija tal-ajru jew kumpaniji tal-ajru, li huma membri tal-istess assoċjazzjoni (bl-eċċezzjoni taż-żewġ partijiet integrati inklużi l-kumpaniji tal-ajru kollha, li qed jiġu kkontrollati minnhom), li waħedhom jew flimkien permezz ta’ codesharing joffru servizzi ġodda ta’ trasport bl-ajru jew servizzi addizzjonali tat-trasport bl-ajru li diġà huma preżenti fil-kompetizzjoni”.
(47) ĠU L 157, 30.4.2004, p. 7.
(48) Ara n-nota 28 ta’ qiegħ il-paġna.
(49) Ara l-premessa 15.