ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.058.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 58

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
9 ta' Marzu 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 193/2010 tat-8 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 194/2010 tat-8 ta’ Marzu 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

3

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/15/UE tat-8 ta’ Marzu 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż il-fluopicolide bħala sustanza attiva ( 1 )

5

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/145/PESK tat-8 ta' Marzu 2010 li ġġedded miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY)

8

 

 

2010/146/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2010 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni pprovduta mill-Att tal-Gżejjer Faroe dwar l-Ipproċessar ta’ Dejta Personali (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1130)  ( 1 )

17

 

 

2010/147/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Marzu 2010 dwar l-abbozz ta’ Digriet mill-Greċja dwar il-wiri ta’ informazzjoni ta’ kull tip ta’ prodotti tal-ħalib li tindika l-pajjiż ta’ oriġini tal-materja prima (ħalib) li tintuża għall-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti bħal dawn lill-konsumatur finali, u l-obbligi tal-bejjiegħa bl-imnut dwar kif juru l-prodotti tal-ħalib fil-punti tal-bejgħ fil-ħwienet tagħhom (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1195)  ( 1 )

20

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika Ftehim Interim dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, ir Repubblika tas-Serbja fuq in-naħa l-oħra ( ĠU L 28, 30.1.2010 )

22

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1194/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatati jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom ( ĠU L 321, 8.12.2009 )

23

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

9.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 193/2010

tat-8 ta’ Marzu 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Marzu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

168,5

JO

59,4

MA

130,3

TN

164,5

TR

97,2

ZZ

124,0

0707 00 05

EG

211,5

JO

138,7

MK

134,1

TR

115,2

ZZ

149,9

0709 90 70

JO

80,1

MA

151,0

TR

103,4

ZZ

111,5

0709 90 80

EG

38,0

ZZ

38,0

0805 10 20

CL

52,4

EG

48,2

IL

56,8

MA

52,1

TN

46,7

TR

50,1

ZZ

51,1

0805 50 10

EG

69,1

IL

65,7

MA

65,7

TR

65,4

ZZ

66,5

0808 10 80

CA

96,6

CN

70,3

MK

24,7

US

123,3

ZZ

78,7

0808 20 50

AR

73,9

CL

180,9

CN

62,1

US

95,6

ZA

99,7

ZZ

102,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


9.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 194/2010

tat-8 ta’ Marzu 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 190/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Marzu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)   ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)   ĠU L 56, 6.3.2010, p. 4.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mid-9 ta’ Marzu 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

38,91

0,00

1701 11 90  (1)

38,91

3,23

1701 12 10  (1)

38,91

0,00

1701 12 90  (1)

38,91

2,93

1701 91 00  (2)

44,88

4,01

1701 99 10  (2)

44,88

0,87

1701 99 90  (2)

44,88

0,87

1702 90 95  (3)

0,45

0,24


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DIRETTIVI

9.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/5


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/15/UE

tat-8 ta’ Marzu 2010

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż il-fluopicolide bħala sustanza attiva

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6 (1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fis-7 ta' Mejju 2004 r-Renju Unit irċieva applikazzjoni minn Bayer CropScience għall-inklużjoni tas-sustanza attiva fluopicolide fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/778/KE (2) kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tat-tagħrif tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(2)

Għal dik is-sustanza attiva, l-effetti fuq is-saħħa umana u l-ambjent ġew evalwati, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 (2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Ir-relatur maħtur mill-Istat Membru ssottometta abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni fit-12 ta' Diċembru 2005.

(3)

Ir-rapport ta' valutazzjoni ġie rivedut inter pares mill-Istati Membri u l-EFSA u ppreżentat lill-Kummissjoni fil-format tar-Rapport Xjentifiku tal-EFSA għall-fluopicolide fl-4 ta' Ġunju 2009 (3). Dan ir-rapport ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fis-27 ta’ Novembru 2009 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-fluopicolide.

(4)

Mid-diversi eżamijiet li saru deher li l-prodotti li jipproteġu l-pjanti li għandhom il-fluopicolide jistgħu jissodisfaw, b’mod ġenerali, dak li hemm mitlub fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment dwar l-użi tagħhom li kienu eżaminati u li ngħataw dettalji dwarhom fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li l-fluopicolide jiġi inkluż fl-Anness I ta' dik id-Direttiva, sabiex jiġi assigurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jinkludu din is-sustanza attiva jkunu jistgħu jingħataw b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(5)

Bla ħsara għal din il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb iktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tkun suġġetta għal xi kundizzjonijiet. Jixraq li, fir-rigward tal-fluopicolide, ikun meħtieġ li n-notifikatur jissottometti iktar informazzjoni dwar ir-rilevanza tal-metabolita M15 għall-ilma ta’ taħt l-art.

(6)

Bla ħsara għall-obbligi definiti mid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta' sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-inklużjoni sabiex jiġu riveduti l-awtorizzazzjonijiet provviżorji eżistenti tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jinkludu l-fluopicolide sabiex jiġi assigurat li r-rekwiżiti stabbiliti mid-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness I, jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom jittrasformaw l-awtorizzazzjonijiet provviżorji eżistenti f'awtorizzazzjonijiet sħaħ, jemendawhom jew jirtirawhom f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. Permezz ta' deroga mil-limitu ta' żmien imsemmi hawn fuq, għandu jiġi pprovdut żmien itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-fajl sħiħ tal-Anness III ta' kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub f'konformità mal-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(7)

Għaldaqstant huwa xieraq li d-Diretttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva jinsabu f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ma' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2010 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Dawn għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Diċembru 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom f’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-fluopicolide bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Novembru 2010. Sa din id-data, huma għandhom jivverifikaw b’mod partikolari li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ din id-Direttiva relatati mal-fluopicolide jintlaħqu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tikkonċerna s-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu, jew għandu aċċess għal, fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ din id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(2) ta’ din id-Direttiva.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-fluopicolide bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li jkunu lkoll elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2010, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li tikkonċerna l-fluopicolide. Fuq il-bażi ta’ din l-evalwazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li ssir din id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodott li jkun fih il-fluopicolide bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2011; jew

(b)

fil-każ ta' prodott li jkun fih il-fluopicolide bħala wieħed minn numru ta' sustanzi attivi, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni, meta meħtieġ, sat-30 ta' Novembru 2011 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew dan l-iritrar fid-Direttiva jew id-Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, liema minnhom tkun l-aħħar.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2010.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)   ĠU L 293, 9.11.2005, p. 26.

(3)  Ir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2009) 299, 1-158, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni esperta tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva fluopicolide (iffinalizzat: 4 ta' Ġunju 2009).


ANNESS

Fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE l-annotazzjoni li ġejja hija miżjuda fi tmiem il-lista:

Nru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Id-dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“303

Fluopicolide

CAS No

239110-15-7

CIPAC No 787

2,6-dichloro-N-[3-chloro-5-(trifluoromethyl)-2-pyridylmethyl]benzamide

≥ 970 g/kg

L-impurità bit-toluene ma tistax teċċedi t-3 g/kg fil-materjal tekniku.

1 ta' Ġunju 2010

31 ta’ Mejju 2020

PARTI A

L-użu bħala funġiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ valutazzjoni dwar il-fluopicolide, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-27 ta’ Novembru 2009 għandhom jiġu kkunsidrati.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-:

il-ħarsien ta' organiżmi akkwatiċi,

għall-protezzjoni tal-ilma taħt l-art meta s-sustanza attiva tkun applikata f’reġjuni b'ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli,

għar-riskju tal-operaturi matul l-applikazzjoni,

il-potenzjal għat-trasport bl-ajru fuq distanza kbira.

Il-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta’ trażżin tar-riskju u t-tnedija ta’ programmi ta’ monitoraġġ għall-verifika tal-potenzjal ta’ akkumulu u esponiment f'żoni vulnerabbli, fejn dan huwa xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li n-notifikatur jissottometti lill-Kummissjoni iktar informazzjoni dwar ir-rilevanza tal-metabolita M15 għall-ilma ta’ taħt l-art sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2012.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni ta' sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta' reviżjoni.


DEĊIŻJONIJIET

9.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/145/PESK

tat-8 ta' Marzu 2010

li ġġedded miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-16 ta' April 2003, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/280/CFSP b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tal-ICTY (1).

(2)

Fit-30 ta' Marzu 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK li ġġedded il-miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY) (2).

(3)

Il-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK kienet estiża għall-aħħar darba bil-Pożizzjoni Komuni 2009/164/PESK tas-26 ta’ Frar 2009 li ġġedded miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY) (3) sas-16 ta' Marzu 2010.

(4)

Persuni indikati mill-ICTY għadhom liberi, u hemm provi li qed jiġu megħjuna fl-isforzi tagħhom biex ikomplu jaħarbu mill-ġustizzja.

(5)

Il-miżuri previsti fil-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK għandhom jiġġeddu għal 12-il xahar oħra,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu li jidħlu fit-territorji tagħhom jew li jgħaddu minnu l-persuni elenkati fl-Anness, li huma ingaġġati f'attivitajiet li jgħinu lil persuni li għadhom liberi biex jaħarbu mill-ġustizzja għall-krimini li l-ICTY wera li wettqu jew li qegħdin jaġixxu b’mod li jista’ jfixkel l-implimentazzjoni effettiva tal-ICTY tal-mandat tiegħu.

2.   Il-paragrafu 1 ma jobbligax Stat Membru li jċaħħad liċ-ċittadini tiegħu li jidħlu fit-territorju tiegħu.

3.   Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal każi fejn Stat Membru jkun obbligat b'obbligu ta' liġi internazzjonali, jiġifieri:

(a)

bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni interogovernattiva internazzjonali;

(b)

bħala pajjiż li jospita konferenza internazzjonali mlaqqgħa minn, jew taħt l-awspiċi ta', in-Nazzjonijiet Uniti;

(c)

taħt xi ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew

(d)

taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

4.   Il-paragrafu 3 għandu jiġi kkunsidrat bħala li japplika wkoll f'każi fejn Stat Membru jkun pajjiż li jospita l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

5.   Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafu 3 jew 4.

6.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar huwa ġustifikat għar-raġunijiet ta' ħtieġa urġenti umanitarju, jew għar-raġunijiet ta’ attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni Ewropea, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza tal-kariga tal-OSKE, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi direttament jassisti lill-ICTY fl-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu.

7.   Stat Membru li jixtieq jagħti eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jgħarraf il-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni titqies li tkun ingħatat kemm-il darba wieħed jew aktar mill-Membri tal-Kunsill iqajjem oġġezzjoni bil-miktub fi żmien 48 siegħa minn meta jirċievi n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew aktar mill-membri tal-Kunsill iqajjem oġġezzjoni, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

8.   Fil-każi fejn skont il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza lill-persuni elenkati fl-Anness biex jidħlu fit-territorju tiegħu jew jgħaddu minnu, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-fini li għaliha tkun ingħatat u lill-persuni konċernati minnha.

Artikolu 2

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jew Stat Membru, għandu jadotta modifiki għal-lista li tinsab fl-Anness kif meħtieġ.

Artikolu 3

Sabiex timmassimizza kemm jista' jkun l-impatt tal-miżuri msemmija hawn fuq, l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi lill-Istati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk li jinsabu f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

1.   Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Din għandha tiskadi fis-16 ta' Marzu 2011.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta kontinwament. Din għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif ikun opportun, jekk il-Kunsill iqis li l-finijiet tagħha ma jkunux intlaħqu.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

C. CORBACHO


(1)   ĠU L 101, 23.4.2003, p. 22.

(2)   ĠU L 94, 31.3.2004, p. 65.

(3)   ĠU L 55, 27.2.2009, p. 44.


ANNESS

1.   BILBIJA, Milorad

Iben Svetko BILBIJA

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 13.8.1956, Sanski Most, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 3715730

Nru tal-Karta tal-Identità: 03GCD9986

Nru Personali tal-Identità: 1308956163305

Psewdonimi:

Indirizz: Brace Pantica 7, Banja Luka, Bosnja-Ħerzegovina

2.   BJELICA, Milovan

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 19.10.1958, Rogatica, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 0000148, maħruġ fis-26.7.1998 f'Srpsko Sarajevo (annullat)

Nru tal-Karta tal-Identità: 03ETA0150

Nru Personali tal-Identità: 1910958130007

Psewdonimi: Cicko

Indirizz: Kumpannija CENTREK, Pale, Bosnja-Ħerzegovina

3.   ECIM (EĆIM), Ljuban

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 6.1.1964, Sviljanac, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 0144290, maħruġ fil-21.11.1998 f'Banja Luka (annullat)

Nru tal-Karta tal-Identità: 03GCE3530

Nru Personali tal-Identità: 0601964100083

Psewdonimi:

Indirizz: Ulica Stevana Mokranjca 26, Banja Luka, Bosnja-Ħerzegovina

4.   HADZIC (HADŽIĆ), Goranka

Bint Branko u Milena HADZIC (HADŽIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 18.6.1962, Muniċipalità ta' Vinkovci, Kroazja

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità: 1806962308218 (JMBG), Numru tal-Karta tal-Identità: 569934/03

Psewdonimi:

Indirizz: Nru 9, Triq Aranj Janosa, Novi Sad, Serbja

Relazzjoni ma' persuni akkużati b'reati tal-gwerra: oħt Goran HADZIC (HADŽIĆ)

5.   HADZIC (HADŽIĆ), Ivana

Bint Goran u Zivka HADZIC (HADŽIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 25.2.1983, Vukovar, Kroazja

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità:

Psewdonimi:

Indirizz: Nru 9, Triq Aranj Janosa, Novi Sad, Serbja

Relazzjoni ma' persuni akkużati b'reati tal-gwerra: bint Goran HADZIC (HADŽIĆ)

6.   HADZIC (HADŽIĆ), Srecko (Srećko)

Iben Goran u Zivka HADZIC (HADŽIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 8.10.1987, Vukovar, Kroazja

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità:

Psewdonimi:

Indirizz: Nru 9, Triq Aranj Janosa, Novi Sad, Serbja

Relazzjoni ma' persuni akkużati b'reati tal-gwerra: iben Goran HADZIC (HADŽIĆ)

7.   HADZIC (HADŽIĆ), Zivka (Živka)

Bint Branislav NUDIC (NUDIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 9.6.1957, Vinkovci, Kroazja

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità:

Psewdonimi:

Indirizz: Nru 9, Triq Aranj Janosa, Novi Sad, Serbja

Relazzjoni ma' persuni akkużati b'reati tal-gwerra: mart Goran HADZIC (HADŽIĆ)

8.   JOVICIC (JOVIČIĆ), Predrag

Iben Desmir JOVICIC (JOVIČIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 1.3.1963, Pale, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4363551

Nru tal-Karta tal-Identità: 03DYA0852

Nru Personali tal-Identità: 0103963173133

Psewdonimi:

Indirizz: Milana Simovica 23, Pale, Bosnja-Ħerzegovina

9.   KESEROVIC (KESEROVIĆ), Dragomir

Iben Slavko

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 8.6.1957, Piskavica/Banja Luka, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4191306

Nru tal-Karta tal-Identità: 04GCH5156

Nru Personali tal-Identità: 0806957100028

Psewdonimi:

Indirizz:

10.   KIJAC, Dragan

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 6.10.1955, Sarajevo, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità:

Nru Personali tal-Identità:

Psewdonimi:

Indirizz:

11.   KOJIC (KOJIĆ), Radomir

Iben Milanko u Zlatana

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 23.11.1950, Bijela Voda, Sokolac, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4742002, maħruġ fl-2002 f'Sarajevo (skada fl-2007)

Nru tal-Karta tal-Identità: 03DYA1935, maħruġ fis-7.7.2003 f'Sarajevo

Nru Personali tal-Identità: 2311950173133

Psewdonimi: Mineur jew Ratko

Indirizz: Trifka Grabeza 115, Pale jew Hotel KRISTAL, Jahorina, Bosnja-Ħerzegovina

12.   KOVAC (KOVAČ), Tomislav

Iben Vaso

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 4.12.1959, Sarajevo, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità:

Nru Personali tal-Identità: 0412959171315

Psewdonimi: Tomo

Indirizz: Bijela, Montenegro; u Pale, Bosnja-Ħerzegovina

13.   KUJUNDZIC (KUJUNDŽIĆ), Predrag

Iben Vasilija

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 30.1.1961, Suho Pole, Doboj, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità: 03GFB1318

Nru Personali tal-Identità: 3001961120044

Psewdonimi: Predo

Indirizz: Doboj, Bosnja-Ħerzegovina

14.   LUKOVIC (LUKOVIĆ), Milorad Ulemek

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 15.5.1968, Belgrad, Serbja

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità:

Nru Personali tal-Identità:

Psewdonimi: Legija (karta tal-identità falsifikata bħal IVANIC, Zeljko (IVANIĆ, Željko))

Indirizz: il-ħabs (Il-ħabs tad-distrett ta' Belgrad, Bacvanska 14, Belgrad)

15.   MALIS (MALIŠ), Milomir

Iben Dejan Malis (MALIŠ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 3.8.1966, Bjelice

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità:

Nru Personali tal-Identità: 0308966131572

Psewdonimi:

Indirizz: Vojvode Putnika, Foca, Bosnja-Ħerzegovina

16.   MANDIC (MANDIĆ), Momcilo (Momčilo)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 1.5.1954, Kalinovik, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 0121391, maħruġ fit-12.5.1999 f'Srpsko Sarajevo, Bosnja-Ħerzegovina (annullat)

Nru tal-Karta tal-Identità:

Nru Personali tal-Identità: 0105954171511

Psewdonimi: Momo

Indirizz: il-ħabs

17.   MARIC (MARIĆ), Milorad

Iben Vinko MARIC (MARIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 9.9.1957, Visoko, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4587936

Nru tal-Karta tal-Identità: 04GKB5268

Nru Personali tal-Identità: 0909957171778

Psewdonimi:

Indirizz: Vuka Karadzica 148, Zvornik, Bosnja-Ħerzegovina

18.   MICEVIC (MIČEVIĆ), Jelenko

Iben Luka u Desanka, kunjom ta' xebba: SIMIC (SIMIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 8.8.1947, Borci ħdejn Konjic, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4166874

Nru tal-Karta tal-Identità: 03BIA3452

Nru Personali tal-Identità: 0808947710266

Psewdonimi: Filaret

Indirizz: Monasteru ta' Milesevo, Serbja

19.   MLADIC (MLADIĆ), Biljana (kunjom ta' xebba: STOJCEVSKA (STOJČEVSKA))

Bint Strahilo STOJCEVSKI (STOJČEVSKI) u Svetlinka STOJCEVSKA (STOJČEVSKA)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 30.5.1972, Skopje, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità: 3005972455086 (JMBG)

Psewdonimi:

Indirizz: irreġistrata f'Blagoja Parovica 117a, Belgrad, iżda toqgħod f'Vidikovacki venac 83, Belgrad, Serbja

Relazzjoni ma' persuni akkużati b'reati tal-gwerra: ħtint Ratko MLADIC (MLADIĆ)

20.   MLADIC (MLADIĆ), Bosiljka (kunjom ta' xebba: JEGDIC (JEGDIĆ))

Bint Petar JEGDIC (JEGDIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 20.7.1947, Okrugljaca, Muniċipalità ta' Virovitica, Kroazja

Nru tal-Karta tal-Identità: 2007947455100 (JMBG)

Karta tal-identità personali: T77619, maħruġa fil-31.5.1992 minn SUP Belgrad

Indirizz: Blagoja Parovica 117a, Belgrad, Serbja

Relazzjoni ma' persuni akkużati b'reati tal-gwerra: mart Ratko MLADIC (MLADIĆ)

21.   MLADIC (MLADIĆ), Darko

Iben Ratko u Bosiljka MLADIC (MLADIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 19.8.1969, Skopje, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal- Maċedonja

Nru tal-Passaport: passaport SCG Nru 003220335, maħruġ fis-26.2.2002

Nru tal-Karta tal-Identità: 1908969450106 (JMBG); Karta tal-identità personali B112059, maħruġa fit-8.4.1994 minn SUP Belgrad

Psewdonimi:

Indirizz: Vidikovacki venac Belgrade 83, Belgrad, Serbja

Relazzjoni ma' persuni akkużati b'reati tal-gwerra: iben Ratko MLADIC (MLADIĆ)

22.   NINKOVIC (NINKOVIĆ), Milan

Iben Simo

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 15.6.1943, Doboj, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 3944452

Nru tal-Karta tal-Identità: 04GFE3783

Nru Personali tal-Identità: 1506943120018

Psewdonimi:

Indirizz:

23.   OSTOJIC (OSTOJIĆ), Velibor

Iben Jozo

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 8.8.1945, Celebici, Foca, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità:

Nru Personali tal-Identità:

Psewdonimi:

Indirizz:

24.   OSTOJIC (OSTOJIĆ), Zoran

Iben Mico OSTOJIC (OSTOJIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 29.3.1961, Sarajevo, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità: 04BSF6085

Nru Personali tal-Identità: 2903961172656

Psewdonimi:

Indirizz: Malta 25, Sarajevo, Bosnja-Ħerzegovina

25.   PAVLOVIC (PAVLOVIĆ), Petko

Iben Milovan PAVLOVIC (PAVLOVIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 6.6.1957, Ratkovici, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4588517

Nru tal-Karta tal-Identità: 03GKA9274

Nru Personali tal-Identità: 0606957183137

Psewdonimi:

Indirizz: Vuka Karadzica 148, Zvornik, Bosnja-Ħerzegovina

26.   POPOVIC (POPOVIĆ), Cedomir (Čedomir)

Iben Radomir POPOVIC (POPOVIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 24.3.1950, Petrovici

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità: 04FAA3580

Nru Personali tal-Identità: 2403950151018

Psewdonimi:

Indirizz: Crnogorska 36, Bileca, Bosnja-Ħerzegovina

27.   PUHALO, Branislav

Iben Djuro

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 30.8.1963, Foca, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità:

Nru Personali tal-Identità: 3008963171929

Psewdonimi:

Indirizz:

28.   RADOVIC (RADOVIĆ), Nade

Iben Milorad RADOVIC (RADOVIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 26.1.1951, Foca, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: passaport qadim Nru 0123256 (annullat)

Nru tal-Karta tal-Identità: 03GJA2918

Nru Personali tal-Identità: 2601951131548

Psewdonimi:

Indirizz: Stepe Stepanovica 12, Foca/Srbinje, Bosnja-Ħerzegovina

29.   RATIC (RATIĆ), Branko

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 26.11.1957, MIHALJEVCI SLAVONSKA POZEGA, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 0442022, maħruġ fis-17.9.1999 f'Banja Luka.

Nru tal-Karta tal-Identità: 03GCA8959

Nru Personali tal-Identità: 2611957173132

Psewdonimi:

Indirizz: Ulica Krfska 42, Banja Luka, Bosnja-Ħerzegovina

30.   ROGULJIC (ROGULJIĆ), Slavko

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 15.5.1952, SRPSKA CRNJA HETIN, Serbja

Passaport mhux validu Nru 3747158, maħruġ fit-12.4.2002 f'Banja Luka, skada fit-12.4.2007, u Nru 0020222, maħruġ fil-25.8.1988 f'Banja Luka, skada fil-25.8.2003

Nru tal-Karta tal-Identità: 04EFA1053

Nru Personali tal-Identità: 1505952103022

Psewdonimi:

Indirizz: 21 Vojvode Misica, Laktasi, Bosnja-Ħerzegovina

31.   SAROVIC (ŠAROVIĆ), Mirko

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 16.9.1956, Rusanovici-Rogatica, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4363471, maħruġ f'Istocno Sarajevo, bid-data ta' skadenza 8.10.2008

Nru tal-Karta tal-Identità: 04PEA4585

Nru Personali tal-Identità: 1609956172657

Psewdonimi:

Indirizz: Bjelopoljska 42, 71216 Srpsko Sarajevo, Bosnja-Ħerzegovina

32.   SKOCAJIC (SKOČAJIĆ), Mrksa (Mrkša)

Iben Dejan SKOCAJIC (SKOČAJIĆ)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 5.8.1953, Blagaj, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 3681597

Nru tal-Karta tal-Identità: 04GDB9950

Nru Personali tal-Identità: 0508953150038

Psewdonimi:

Indirizz: Trebinjskih Brigade, Trebinje, Bosnja-Ħerzegovina

33.   VRACAR (VRAČAR), Milenko

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 15.5.1956, Nisavici, Prijedor, Bosnja-Ħerzegovina

Passaporti mhux validi Nru 3865548, maħruġ fid-29.8.2002 f'Banja Luka, skada fid-29.8.2007, u Nru 0280280, maħruġ fl-4.12.1999 f'Banja Luka, skada fl-4.12.2004, u Nru 0062130, maħruġ fis-16.9.1998 f' Banja Luka, Bosnja-Ħerzegovina

Nru tal-Karta tal-Identità: 03GCE6934

Nru Personali tal-Identità: 1505956160012

Psewdonimi:

Indirizz: 14 Save Ljuboje, Banja Luka, Bosnja-Ħerzegovina

34.   ZOGOVIC (ZOGOVIĆ), Milan

Iben Jovan

Data tat-twelid/Post tat-twelid: Dobrusa, 7 ta' Ottubru 1939

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta tal-Identità:

Nru Personali tal-Identità:

Psewdonimi:

Indirizz:


9.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Marzu 2010

skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni pprovduta mill-Att tal-Gżejjer Faroe dwar l-Ipproċessar ta’ Dejta Personali

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1130)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/146/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(6) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fejn jidħol l-ipproċessar tad-dejta personali (2),

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 95/46/KE, l-Istati Membri huma meħtieġa jipprovdu li t-trasferiment ta’ dejta personali lejn pajjiż terz isir biss jekk il-pajjiż terz ikkonċernat jassigura livell adegwat ta’ protezzjoni u kif ukoll jekk ikun hemm konformità mal-liġijiet tal-Istati Membri li jimplimentaw dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva qabel ma jsir it-trasferiment.

(2)

Il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li pajjiż terz jassigura livell adegwat ta’ protezzjoni. F’dak il-każ, tista’ tiġi trasferita dejta personali mill-Istati Membri mingħajr ma jkunu meħtieġa garanziji addizzjonali.

(3)

Skont id-Direttiva 95/46/KE il-livell ta’ protezzjoni tad-dejta għandu jkun evalwat fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha li jikkonċernaw operazzjoni ta’ trasferiment ta’ dejta jew grupp ta’ operazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ dejta filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għal ċerti elementi importanti għat-trasferiment u elenkati fl-Artikolu 25(2) tagħha.

(4)

Minħabba d-diversi approċċi li pajjiżi terzi għandhom fir-rigward tat-trasferiment tad-dejta, l-evalwazzjoni tal-adegwatezza għandha titwettaq, u kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE għandha ssir u tkun infurzata b’mod li ma toħloqx diskriminazzjoni arbitrarja jew mingħajr ġustifikazzjoni kontra jew bejn pajjiżi terzi li fihom ikun hemm kundizzjonijiet simili, u lanqas ma sservi ta’ ostaklu moħbi għall-kummerċ, filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni għall-impenji internazzjonali preżenti tal-Komunità.

(5)

Il-Gżejjer Faroe huma komunità awtogovernata fi ħdan ir-Renju tad-Danimarka. Meta d-Danimarka ngħaqdet mal-Komunità Ewropea fl-1973, il-Gżejjer Faroe m’għamlux dan. Huma għalhekk għandhom jitqiesu bħala pajjiż terz skont it-tifsira tad-Direttiva 95/46/KE.

(6)

L-Att dwar il-Governanza Interna tal-Gżejjer Faroe tifred l-oqsma kollha tal-politika f’żewġ gruppi prinċipali fejn l-Affarijiet Speċjali tal-Gżejjer Faroe huma r-responsabbiltà tal-amministrazzjoni tal-Gvern tal-Gżejjer Faroe u l-leġiżlazzjoni u Kwistjonijiet Konġunti huma r-responsabbiltà tar-Renju tad-Danimarka. Din id-Deċiżjoni tkopri biss it-trasferiment tad-dejta personali mill-Komunità lil destinatarji fil-Gżejjer Faroe li huma suġġetti għall-Att dwar l-Ipproċessar tad-Dejta Personali (3) (“L-Att tal-Gżejjer Faroe”). L-Att tal-Gżejjer Faroe ma japplikax għall-ipproċessar tad-dejta personali fit-twettiq ta’ attività magħmula minn awtoritajiet tar-Renju tad-Danimarka, jiġifieri, il-Kummissarju Għoli tal-Gżejjer Faroe (Rigsombudsmanden), il-Qorti tal-Gżejjer Faroe (Sorenskriveren), il-Kummissarju tal-Gżejjer Faroe (Politimesteren på Færøerne), is-Servizz tal-Ħabs u tal-Probation tal-Gżejjer Faroe (Kriminalforsorgens afdeling), il-Kmand tal-Gżejjer Faroe (Færøernes Kommando) u l-Uffiċjal Mediku Ewlieni tal-Gżejjer Faroe (Landslægen).

(7)

L-Att tal-Gżejjer Faroe huwa bbażat fuq standards stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE u għalhekk ikopri l-prinċipji bażiċi kollha neċessarji għal livell adegwat ta’ protezzjoni tad-dritt ta’ persuni naturali għall-privatezza fl-ipproċessar tad-dejta personali. L-applikazzjoni ta’ dawn l-istandards hija garantita b’rimedji ġudizzjarji u b’superviżjoni indipendenti magħmula mill-awtorità superviżorja, il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Dejta, li għandu poteri li jinvestiga u jintervjeni.

(8)

Fl-interess tat-trasparenza u sabiex tiġi mħarsa l-abilità tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li jiżguraw il-protezzjoni tal-individwi fejn jidħol l-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom, huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet eċċezzjonali fejn tkun ġustifikata s-sospensjoni ta’ trażmissjoni speċifika ta’ dejta, minkejja li jinstab li jkun hemm protezzjoni adegwata.

(9)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 95/46/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ Artikolu 25(2) tad-Direttiva 95/46/KE, il-Gżejjer Faroe huma meqjusa li jipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni għad-dejta personali ttrasferita mill-Unjoni Ewropea lid-destinatarji suġġetti għall-Att dwar l-Ipproċessar tad-Dejta Personali (‘l-Att tal-Gżejjer Faroe’).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tirrigwarda biss l-adegwatezza tal-protezzjoni pprovduta fil-Gżejjer Faroe bl-Att tal-Gżejjer Faroe bil-ħsieb li tissodisfa l-ħtiġiet ta’ Artikolu 25(1) tad-Direttiva 95/46/KE u ma taffettwax il-kondizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet l-oħra li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dik id-Direttiva li għandhom x’jaqsmu mal-ipproċessar ta’ dejta personali ġewwa l-Istati Membri.

Artikolu 3

1.   Bla ħsara għall-poteri tagħhom li jieħdu azzjoni sabiex jassiguraw konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont dispożizzjonijiet oħra għajr l-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw il-poteri eżistenti tagħhom li jissospendu t-trasferimenti ta’ dejta lil riċevent fil-Gżejjer Faroe sabiex jiġu protetti l-individwi fejn jidħol l-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom fil-każijiet segwenti:

(a)

Fejn awtorità kompetenti tal-Gżejjer Faroe tkun ikkonkludiet li riċevent ikun fi ksur tal-istandards applikabbli ta’ protezzjoni; jew

(b)

Fejn hemm il-probabbiltà sostanzjali li l-istandards tal-protezzjoni qed jiġu miksura, hemm motivi raġonevoli biex wieħed jaħseb illi l-awtoritajiet kompetenti tal-Gżejjer Faroe mhux qed jieħdu, jew mhumiex se jieħdu l-passi xierqa u fil-ħin sabiex isolvu l-każ ikkonċernat, it-tkomplija tat-trasferiment toħloq periklu imminenti ta’ ħsara kbira lis-suġġetti tad-dejta u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għamlu dak kollu li hu xieraq fiċ-ċirkustanzi sabiex jinnotifikaw lill-parti responsabbli għall-ipproċessar li tkun stabbilita fil-Gżejjer Faroe u tawha ċans bizzejjed għal risposta.

2.   Is-sospensjoni għandha tieqaf hekk kif l-istandards ta’ protezzjoni jkunu assigurati u l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati tkun notifikata b’dan.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandom jinfurmaw il-Kummissjoni mingħajr l-ebda dewmien meta jittieħdu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(1).

2.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-każijiet fejn l-azzjoni tal-korpi responsabbli li jiżguraw il-konformità mal-istandards ta’ protezzjoni tal-Gżejjer Faroe tonqos milli tiżgura din il-konformità.

3.   Jekk l-informazzjoni miġbura taħt l-Artikolu 3 u taħt il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu tipprovdi xhieda lil xi awtorità responsabbli li tiżgura l-konformità mal-istandards tal-protezzjoni fil-Gżejer Faroe mhix qed tagħmel dan b’mod effettiv, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti fil-Gżejjer Faroe u kif ukoll, jekk ikun neċessarju, tippreżenta abbozz ta’ miżuri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2) tad-Direttiva 95/46/KE, bil-għan li tiġi rrevokata, jew sospiża din id-Deċiżjoni, jew li tiġi limitata l-applikabilità tagħha.

Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha ssegwi t-tħaddim ta’ din id-Deċiżjoni u tirrapporta kwalunkwe informazzjoni relevanti lill-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 31 tad-Direttiva 95/46/KE inkluż kull evidenza li tista’ taffettwa l-konklużjoni fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, illi l-protezzjoni fil-Gżejjer Faroe hija adegwata skont it-tifsira tal-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE u kwalunkwe evidenza illi din id-Deċiżjoni qed tkun implimentata b’mod diskriminatorju.

Artikolu 6

L-Istati Membru għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni l-iktar tard sa tmiem perjodu ta’ 90 jum mid-dejta tan-notifika tagħha lill-Istati Membri.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-15 ta’ Ġunju 2010.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Viċi President


(1)   ĠU L 281, 23.11.1995. p. 31.

(2)  L-Opinjoni 9/2007 dwar il-livell ta’ protezzjoni tad-dejta personali f’Jersey, adottata mill-Grupp ta’ Ħidma nhar id-9 ta’ Ottubru 2007, li tinsab hawn: http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/workinggroup/wpdocs/2007_en.htm

(3)  Att Nru 73 tat-8 ta’ Mejju 2001 dwar l-Ipproċessar tad-Dejta Personali, li jinsab fuq http://www.datueftirlitid.fo/Default.asp?sida=2878


9.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Marzu 2010

dwar l-abbozz ta’ Digriet mill-Greċja dwar il-wiri ta’ informazzjoni ta’ kull tip ta’ prodotti tal-ħalib li tindika l-pajjiż ta’ oriġini tal-materja prima (ħalib) li tintuża għall-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti bħal dawn lill-konsumatur finali, u l-obbligi tal-bejjiegħa bl-imnut dwar kif juru l-prodotti tal-ħalib fil-punti tal-bejgħ fil-ħwienet tagħhom

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1195)

(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/147/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-ittikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Skont il-proċedura prevista fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 200/13/KE, l-awtoritajiet Griegi nnotifikaw lill-Kummissjoni fl-1 ta’ Ġunju 2009 dwar l-abbozz ta’ Digriet dwar il-wiri ta’ informazzjoni ta’ kull tip ta’ prodotti tal-ħalib li tindika l-pajjiż ta’ oriġini tal-materja prima (ħalib) li tintuża għall-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti bħal dawn lill-konsumatur finali, u l-obbligi tal-bejjiegħa bl-imnut dwar kif juru l-prodotti tal-ħalib fil-punti tal-bejgħ fil-ħwienet tagħhom

(2)

Skont l-Artikolu 1(1) tad-Digriet innotifikat, dan japplika għall-ħalib, il-ħalib taċ-ċikkulata, il-jogurt, kull tip ta’ deżerta b’bażi ta’ ħalib, kremi, pudini tar-ross u l-krema li jridu jinbigħu lill-konsumatur finali fil-pakketti ssiġillati.

(3)

L-Artikolu 1(2) tal-abbozz innotifikat jirrikjedi li meta l-prodotti msemmija hawn fuq ikunu magħmula fil-Greċja, l-ippakkettjar ssiġġillat ta’ dawk il-prodotti għandu jkollu wkoll informazzjoni li tindika l-oriġini tal-materja prima (ħalib) li minnha jkunu saru dawn il-prodotti. Informazzjoni bħal din għandha tikkonsisti minn kontenut minimu deskritt fl-ittri a) u b) tal-Artikolu 1(2) tal-abbozz tad-Digriet.

(4)

L-Artikolu 1(3) tad-digriet innotifikat jipprevedi li, meta l-prodotti msemmija hawn fuq ikunu ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea ħlief mill-Greċja jew huma mpurtati minn pajjiżi li mhumiex pajjiżi tal-UE, il-pakketti ssiġġillati għandhom jinkludu informazzjoni li tindika mqar il-pajjiż speċifiku ta’ produzzjoni ta’ dawk il-prodotti jew tikketta “Magħmul fl-UE”.

(5)

L-Artikolu 1(6) tal-abbozz innotifikat jistipula regoli dwar il-mod kif iridu jiġu ppreżentati dawk l-indikazzjonijiet: dawn għandhom jintwerew għallinqas fuq naħa waħda tal-pakkett, u b’mod partikolari fuq in-naħa li titqies bħala n-naħa ta’ quddiem, taħt l-isem tad-ditta tal-prodott f’ittri ċari u li ma jistgħux jitħassru, u għandhom isiru bil-Grieg.

(6)

Id-Direttiva 2000/13/KE tarmonizza r-regoli li jirregolaw l-ittikkettjar tal-prodotti tal-ikel billi tipprevedi, min-naħa, l-armonizzazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet nazzjonali u, min-naħa l-oħra, l-arranġamenti għal dispożizzjonijiet nazzjonali mhux armonizzati. L-ambitu tal-armonizzazzjoni huwa mfisser fl-Artikolu 3(1) ta’ dik id-Direttiva, li jelenka l-partikularitajiet li huma obbligatorji fuq l-ittikkettjar tal-prodotti tal-ikel, “skont l-Artikoli 4 sa 17 u soġġetti għall-eċċezzjonijiet li jinsabu fihom”. Barra minn hekk, l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2000/13/KE jistipula li xi partikularitajiet oħra flimkien ma’ dawk elenkati fl-Artikolu 3(1) ta’ dik id-Direttiva jistgħu jkunu meħtieġa, fil-każ ta’ prodotti tal-ikel speċifikati, minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni jew, fin-nuqqas tagħhom, minn miżuri nazzjonali.

(7)

L-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2000/13/KE jippermetti l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali mhux armonizzati jekk ikunu ġġustifikati skont waħda mir-raġunijiet elenkati fih, inklużi inter alia l-prevenzjoni ta’ frodi u l-ħarsien tas-saħħa pubblika, u sakemm ma jkunux ta’ natura tali li jwaqqfu l-applikazzjoni tad-definizzjonijiet u r-regoli stabbiliti mid-Direttiva 2000/13/KE; Għaldaqstant meta fi Stat Membru jkun ġie propost abbozz ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali tal-ittikkettjar, jinħtieġ li tiġi eżaminata l-kompatibilità tagħhom mar-rekwiżiti msemmija hawn fuq u mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

(8)

L-awtoritajiet Griegi jisħqu li l-miżura nnotifikata hija meħtieġa biex tipproteġi l-konsumaturi u tipprovdihom b’informazzjoni kompluta sabiex ikunu jafu liema huwa l-pajjiż tal-oriġini tal-materja prima li hemm fil-prodotti kkonċernati. Huma jiddikjaraw ukoll li l-abbozz tad-Digriet huwa meħtieġ biex jissalvagwardja l-interessi tal-bdiewa tal-ħalib Griegi.

(9)

Skont l-Artikolu 3(1), il-punt 8, tad-Direttiva 2000/13/KE, l-indikazzjoni tal-post ta’ oriġini jew provenjenza hija obbligatorja “fejn in-nuqqas ta’ dawn il-partikularitajiet jista’ jqarraq lill-konsumatur sa ċertu grad materjali rigward l-oriġini jew il-provenjenza awtentika tal-prodott tal-ikel”. Id-dispożizzjoni tistabbilixxi mekkaniżmu xieraq biex jagħmel tajjeb għar-riskju li l-konsumaturi jitqarrqu f’każijiet fejn xi elementi jimplikaw li xi ikel partikolari jkun ġej minn provenjenza differenti minn dik vera. Fil-każ ta’ prodotti tal-ħalib elenkati fl-Artikolu 1(1) tad-Digriet innotifikat, l-awtoritajiet Griegi ma pprovdew l-ebda ġustifikazzjoni li tippermetti li wieħed jasal għall-konklużjoni li l-introduzzjoni, bħala regola ġenerali, tal-obbligu li jiġi indikat il-pajjiż tal-oriġini tal-materja prima (ħalib) jew il-pajjiż speċifiku ta’ produzzjoni jew it-tikketta “Magħmul fl-UE’ hija meħtieġa biex ikun jista” jinkiseb wieħed mill-għanijiet elenkati fl-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2000/13/KE.

(10)

Fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet, il-Kummissjoni ressqet opinjoni negattiva skont l-Artikolu 19, it-tielet paragrafu tad-Direttiva 2000/13/KE.

(11)

L-awtoritajiet Griegi għandhom, għaldaqstant, jintalbu li ma jadottawx l-abbozzi ta’ Regolamenti kkonċernati.

(12)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Greċja ma għandhiex tadotta l-Artikolu 1(2), (3) u (6) tal-abbozz tad-Digriet fuq il-wiri ta’ informazzjoni ta’ kull tip ta’ prodotti tal-ħalib li tindika l-pajjiż tal-oriġini tal-materja prima (ħalib) użat għall-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti bħal dawn lil-konsumatur finali, u l-obbligi tal-bejjiegħa bl-imnut dwar kif għandhom jintwerew il-prodotti tal-ħalib fil-punti tal-bejgħ fil-ħwienet tagħhom.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.


Rettifika

9.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/22


Rettifika Ftehim Interim dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, ir Repubblika tas-Serbja fuq in-naħa l-oħra

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 28, 30 ta’ Jannar 2010 )

Il-paġna 16 għandha taqra kif ġej:

“За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

За Европску заједницу

Image 1

Image 2

За Република Сърбия

Por la República de Serbia

Za Republiku Srbsko

For Republikken Serbien

Für die Republik Serbien

Serbia Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία της Σερβίας

For the Republic of Serbia

Pour la République de Serbie

Per la Repubblica di Serbia

Serbijas Republikas vārdā

Serbijos Respublikos vardu

A Szerb Köztársaság részéről

Għar-Repubblika tas-Serbja

Voor de Republiek Servië

W imieniu Republiki Serbskiej

Pela República da Sérvia

Pentru Republica Serbia

Za Srbskú republiku

Za Republiko Srbijo

Serbian tasavallan puolesta

För Republiken Serbien

За Републику Србију”

Image 3


9.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/23


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1194/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatati jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 321, 8 ta’ Diċembru 2009 )

1.

Fil-paġna 26, il-punt 45, minflok Appendiċi IV, aqra: “Appendiċi V”;

2.

Fil-paġna 28, il-punt 46, minflok Appendiċi V, aqra: “Appendiċi VI”;

3.

Fil-paġna 30, il-punt 47, minflok Appendiċi VII, aqra: “Appendiċi VIII”;

4.

Fil-paġna 33, il-punt 48, minflok Appendiċi IX, aqra: “Appendiċi X”;

5.

Fil-paġna 35, il-punt 49, minflok Appendiċi X, aqra: “Appendiċi XI”.