|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.056.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġislattivi |
Paġna |
|
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
2010/142/UE |
|
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 li teżenta ċertu servizzi fis-settur postali fl-Awstrija mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1120) ( 1 ) |
|
|
|
|
2010/143/UE |
|
|
|
* |
|
|
|
IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2010/144/KE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
6.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/1 |
Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar it-tneħħija ta’ viżi għal soġġorn qasir
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar it-tneħħija ta’ viżi għal soġġorn qasir daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010, ladarba l-proċedura prevista fl-Artikolu 8 tal-Ftehim tlestiet fit-30 ta’ Novembru 2009.
|
6.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/1 |
Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Baħamas dwar it-tneħħija ta’ viżi għal soġġorn qasir
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Baħamas dwar it-tneħħija ta’ viżi għal soġġorn qasir ser jidħol fis-seħħ fil-1 ta’ April 2010, ladarba l-proċedura prevista fl-Artikolu 8 tal-Ftehim tkun tlestiet fl-4 ta’ Frar 2010.
|
6.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/1 |
Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Barbados dwar it-tneħħija ta’ viżi għal soġġorn qasir
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Barbados dwar it-tneħħija ta’ viżi għal soġġorn qasir ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2010, ladarba l-proċedura prevista fl-Artikolu 8 tal-Ftehim tlestiet fis-7 ta’ Jannar 2010.
|
6.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/1 |
Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar it-tneħħija ta’ viżi għal soġġorn qasir
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar it-tneħħija ta’ viżi għal soġġorn qasir ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2010, ladarba l-proċedura prevista fl-Artikolu 8 tal-Ftehim tlesliet fit-28 ta’ Jannar 2010.
REGOLAMENTI
|
6.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/2 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 189/2010
tal-5 ta’ Marzu 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Marzu 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
IL |
155,3 |
|
JO |
61,0 |
|
|
MA |
130,1 |
|
|
TN |
152,1 |
|
|
TR |
101,8 |
|
|
ZZ |
120,1 |
|
|
0707 00 05 |
EG |
211,5 |
|
JO |
143,3 |
|
|
MK |
134,1 |
|
|
TR |
154,5 |
|
|
ZZ |
160,9 |
|
|
0709 90 70 |
MA |
144,4 |
|
TR |
80,0 |
|
|
ZZ |
112,2 |
|
|
0709 90 80 |
EG |
40,8 |
|
ZZ |
40,8 |
|
|
0805 10 20 |
CL |
52,4 |
|
EG |
47,3 |
|
|
IL |
55,1 |
|
|
MA |
49,6 |
|
|
TN |
52,9 |
|
|
TR |
54,4 |
|
|
ZZ |
52,0 |
|
|
0805 50 10 |
EG |
76,3 |
|
IL |
76,3 |
|
|
MA |
65,7 |
|
|
TR |
60,2 |
|
|
ZZ |
69,6 |
|
|
0808 10 80 |
CA |
96,6 |
|
CN |
67,7 |
|
|
MK |
24,7 |
|
|
US |
106,2 |
|
|
ZZ |
73,8 |
|
|
0808 20 50 |
AR |
74,7 |
|
CL |
158,9 |
|
|
CN |
65,8 |
|
|
US |
95,6 |
|
|
ZA |
82,5 |
|
|
ZZ |
95,5 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
6.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 190/2010
tal-5 ta’ Marzu 2010
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2010 (4). |
|
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Marzu 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-6 ta’ Marzu 2010
|
(EUR) |
||
|
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
|
1701 11 10 (1) |
38,91 |
0,00 |
|
1701 11 90 (1) |
38,91 |
3,23 |
|
1701 12 10 (1) |
38,91 |
0,00 |
|
1701 12 90 (1) |
38,91 |
2,93 |
|
1701 91 00 (2) |
43,35 |
4,46 |
|
1701 99 10 (2) |
43,35 |
1,33 |
|
1701 99 90 (2) |
43,35 |
1,33 |
|
1702 90 95 (3) |
0,43 |
0,26 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
|
6.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 191/2010
tal-5 ta’ Marzu 2010
li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni applikabbli għal ċerti tipi ta' ross bla ħliefa mis-6 ta’ Marzu 2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 137 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Abbażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni jirriżultalha li l-liċenzji ta' importazzjoni għar-ross bla ħliefa tal-Kodiċi NM 1006 20 , għajr il-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross Basmati, inħarġu għal kwantità ta' 168 643 tunnellata għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2009 sat-28 ta’ Frar 2010. Id-dazju tal-importazzjoni tar-ross bla ħliefa kopert bil-Kodiċi NM 1006 20 għajr ir-ross Basmati għalhekk għandu jinbidel. |
|
(2) |
Id-dazju applikabbli għandu jiġi ffissat fi żmien għaxart ijiem minn tmiem il-perjodu msemmi hawn fuq. Jeħtieġ għalhekk li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-dazju tal-importazzjoni applikabbli għar-ross bla ħliefa kopert bil-kodiċi NM 1006 20 huwa EUR 30 it-tunnellata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
|
6.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 192/2010
tal-5 ta’ Marzu 2010
li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni għar-ross parzjalment imnaddaf jew imnaddaf mis-6 ta’ Marzu 2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat fuq il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 139 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni li bagħtulha l-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni jirriżultalha li ngħataw liċenzji għall-importazzjoni tar-ross parzjalment imnaddaf jew imnaddaf li jaqa' taħt il-kodiċi NM 1006 30 , għal kwantità ta' 207 074 tunnellati għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2009 sat-28 ta’ Frar 2010. Għaldaqstant jeħtieġ li jinbidel id-dazju tal-importazzjoni għar-ross parzjalment imnaddaf jew imnaddaf kopert bil-kodiċi NM 1006 30 . |
|
(2) |
Id-dazju applikabbli għandu jkun iffissat fi żmien għaxart ijiem minn tmiem il-perjodu msemmi hawn fuq, u għaldaqstant jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-dazju tal-importazzjoni applikabbli għar-ross parzjalment imnaddaf jew imnaddaf kopert bil-kodiċi NM 1006 30 huwa EUR 175 it-tunnellata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
DEĊIŻJONIJIET
|
6.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta’ Marzu 2010
li teżenta ċertu servizzi fis-settur postali fl-Awstrija mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1120)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/142/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(5) u (6) tagħha,
Wara li kkunsidrat it-talba mressqa mill-Österreichische Post AG (minn issa ‘l quddiem imsejħa l-“Post”) b’ittra elettronika li waslet fl-10 ta’ Settembru 2009,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi,
Billi:
I. IL-FATTI
|
(1) |
Fl-10 ta’ Settembru 2009, il-“Post” ittrażmettiet talba skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2004/17/KE lill-Kummissjoni b’ittra elettronika. Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(5), il-Kummissjoni għarrfet lill-awtoritajiet Awstrijaċi dwar dan b’ittra tal-15 ta’ Settembru 2009, li l-awtoritajiet Awstrijaċi wieġbu għaliha b’ittra elettronika tad-9 ta’ Ottubru 2009. B’ittra elettronika tat-22 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni talbet ukoll informazzjoni addizzjonali tal-“Post” li, wara estensjoni tal-iskadenza ntbagħtet mill-“Post” b’ittra elettronika tat-13 ta’ Novermbru 2009. |
|
(2) |
It-talba mressqa mill-“Post” tikkonċerna ċerti servizzi postali kif ukoll ċerti servizzi li mhumiex servizzi postali fl-Awstrija. Is-servizzi konċernati huma deskritti fit-talba kif ġej:
|
II. IL-QAFAS LEGALI
|
(3) |
L-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE jipprovdi li l-kuntratti maħsuba biex jippermettu t-twettiq ta’ waħda mill-attivitajiet li għalihom tapplika d-Direttiva 2004/17/KE, ma għandhomx ikunu soġġetti għal dik id-Direttiva jekk, fl-Istat Membru fejn titwettaq, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex ristrett. L-esponiment dirett għall-kompetizzjoni huwa vvalutat abbażi ta’ kriterji oġġettivi, li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur konċernat. L-aċċess ma jitqiesx limitat jekk l-Istat Membru jkun implimenta u applika l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE li tiftaħ settur partikolari jew parti minnu. Din il-leġiżlazzjoni hija elenkata fl-Anness XI għad-Direttiva 2004/17/KE, li, għas-servizzi postali, tirreferi għad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (2) kif emendata bid-Direttiva 2002/39/KE (3). |
|
(4) |
L-Awstrija implimentat u applikat id-Direttiva 97/67/KE kif emendata bid-Direttiva 2002/39/KE, billi tuża l-possibbiltà skont l-Artikolu 7 tagħha li tirriserva tirriżerva ċerti ittri indirizzati b’piż sa 50 g għall-fornitur tas-servizz universali magħżul, il-“Post” (4). L-ebda wieħed mis-servizzi konċernati minn din it-talba ma hu riżervat. Minħabba li l-Awstrija laħqet il-livell tal-ftuħ tas-suq ipprovdut skont il-leġiżlazzjoni elenkata fl-Anness XI għad-Direttiva 2004/17/KE, l-aċċess għas-suq ma jitqiesx limitat skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(3) tagħha. L-esponiment dirett għall-kompetizzjoni f’suq partikolari għandu jiġi evalwat abbażi ta’ diversi kriterji, li l-ebda minnhom mhu deċiżiv minnu nnifsu. |
|
(5) |
Fir-rigward tas-swieq konċernati b’din id-deċiżjoni, is-sehem fis-suq tal-parteċipanti ewlenin f’suq partikolari huwa kriterju li għandu jitqies. Kriterju ieħor huwa l-livell ta’ konċentrazzjoni f’dawk is-swieq. Billi l-kondizzjonijiet ivarjaw għall-attivitajiet differenti li huma kkonċernati minn din id-Deċiżjoni, l-eżami tas-sitwazzjoni kompetittiva għandu jikkunsidra s-sitwazzjonijiet differenti fi swieq differenti. |
|
(6) |
Għalkemm f’ċerti każijiet jistgħu jiġu kkontemplati definizzjonijiet ta’ swieq aktar dojoq, id-definizzjoni preċiża tas-suq rilevanti tista’ titħalla miftuħa għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni safejn huma kkonċernati għadd ta’ servizzi elenkati fit-talba mressqa mill-“Post”, sal-grad li r-riżultat tal-analiżi jibqa’ l-istess sew jekk tkun ibbażata fuq definizzjoni dejqa u sew jekk fuq definizzjoni usa’. |
|
(7) |
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni. |
III. IL-VALUTAZZJONI
Servizzi li għalihom ma japplikax l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE
Servizz tal-pakketti standard tal-konsumaturi (C2C u C2B), domestiċi u internazzjonali
|
(8) |
Is-servizzi tal-pakketti standard tal-konsumatur għandhom jitqiesu apparti, minħabba li jissodisfaw ħtiġijiet differenti ta’ domanda (servizz postali universali) meta mqabbla ma’ pakketti kummerċjali, fejn il-proċess teknoloġiku li jipprovdi dan is-servizz ġeneralment ivarja b’mod sinfikanti. Fir-rigward ta’ dawn is-servizzi, il-pożizzjoni tas-suq tal-“Post” hija ferm soda b’sehem stmat fis-suq li baqa’ stabbli matul il-perjodu 2006-2008 fl-ordni ta’ volum ta’ 91-93 % (5). Filwaqt li dan jista’ jinbidel fis-snin li ġejjin, wara ż-żieda fis-servizzi pprovduti minn wieħed mill-kompetituri tal-“Post”, li hija mħabbra għall-2010, għandu jiġi konkluż li l-kategorija tas-servizzi eżaminati hawnhekk mhijiex esposta direttament għall-kompetizzjoni fl-Awstrija. Għalhekk, l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE ma japplikax għall-kuntratti maħsuba li jippermettu t-twettiq ta’ dawk l-attivitajiet fl-Awstrija. |
Servizzi li għalihom japplika l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE
Is-servizzi tal-pakketti standard B2B, domestiċi u internazzjonali
|
(9) |
Fir-rigward tas-servizzi tal-pakketti standard B2B, is-sehem fis-suq tal-“Post” laħaq 9 % fil-volum fl-2008, komparat ma’ sehem aggregat fis-suq għall-ikbar żewġ kompetituri ta’ dak is-sena li ammonta għal 52 %-62 %. Dawn il-fatturi għalhekk għandhom jittieħdu bħala indikazzjoni ta’ esponiment dirett għall-kompetizzjoni ta’ servizzi tal-pakketti standard B2B. |
Is-servizzi tal-pakketti standard B2C, domestiċi u internazzjonali
|
(10) |
Fis-suq internazzjonali (‘il barra (6)) għall-pakketti B2C, is-sehem fis-suq tal-“Post” waqa’ minn volum ta’ 83 % fl-2006 għal volum ta’ 79 % fl-2008. Wieħed għandu jżomm f’moħħu li l-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li tistabbilixxi jekk is-servizzi konċernati mit-talba humiex esposti għal livell ta’ kompetizzjoni tali (fis-swieq li l-aċċess għalihom huwa b’xejn) li jiżgura li anke fin-nuqqas tad-dixxiplina miġjuba mir-regoli dettaljati tal-akkwist stabbiliti fid-Direttiva 2004/17/KE, l-akkwist għat-twettiq tal-attivitajiet konċernati hawnhekk se jsir b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju fuq kriterji li jippermettu x-xiri sabiex tiġi identifikata l-iktar soluzzjoni vantaġġuża b’mod kumplessiv. F’dan il-kuntest, wieħed ma għandux jara s-suq internazzjonali waħdu imma fil-qafas tas-suq kumplessiv tas-servizzi tal-pakketti B2C, ladarba s-suq internazzjonali għas-servizzi tal-pakketti B2C jifforma biss volum ta’ 3 % mis-suq totali għas-servizzi tal-pakketti B2C. Fis-suq imsemmi l-aħħar, is-sehem fis-suq tal-“Post” waqa’ minn volum ta’ 79 % fl-2006 għal volum ta’ 57 % fl-2008. Madankollu, b’volum ta’ 23 %-33 % fl-2008, is-sehem aggregat fis-suq tal-ikbar żewġ kompetituri jammonta għal madwar nofs dak tal-“Post” u f’dak il-livell jista’ jiġi kkunsidrat li se jkunu jistgħu jeżerċitaw pressjoni kompetittiva b’mod sinifikanti fuq il-“Post”, b’kunsiderazzjoni wkoll li l-ikbar miż-żewġ kompetituri biħsiebu jsaħħaħ in-netwerk tiegħu. Għalhekk, dawn il-fatturi għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni ta’ esponiment dirett għall-kompetizzjoni. |
Servizzi tal-pakketti express, domestiċi
|
(11) |
Is-sehem fis-suq tal-“Post” għas-servizzi tal-pakketti express domestiċi (inklużi s-servizzi tal-pakketti express ‘il ġewwa (7) waqa’ b’mod kostanti matul il-perjodu mill-2006 sal-2008, minn madwar 47 % fil-valur (8) fl-2006, madwar 46 % fl-2007 għal madwar 43 % fl-2008 (9). Is-sehem aggregat fis-suq tal-ikbar żewġ kompetituri ammonta għal ftit iktar minn 28 % fl-2008, jiġifieri kważi żewġ terzi ta’ sehem il-“Post” fis-suq, livell li fih huma jkunu jistgħu joħolqu pressjoni kompetittiva b’mod sinifikanti fuq il-“Post” (10). Għalhekk, dawn il-fatturi għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni ta’ esponiment dirett għall-kompetizzjoni. |
Servizzi magħquda tal-ġarr tal-merkanzija
|
(12) |
Il-“Post” bdiet toffri s-servizzi magħquda tal-ġarr tal-merkanzija kif spjegati fil-Premessa (2)(e) ta’ hawn fuq, biss lejn tmiem l-2007. Hi u tħabbat wiċċha ma’ kompetizzjoni minn kumpaniji kbar tal-loġistika, bħal DACHSER Austria GmbH, Kühne & Nagel Ges.m.b.H., LOGWIN-Gruppe, Schachinger Paketdienst Gesellschaft m.b.H., Schenker & Co AG u Gebrüder Weiss GmbH, Post, sa issal-“Post” ma rnexxilhiex tikseb iktar minn sehem negliġibbli fis-suq, li hija tistmah bħala “konsiderevolment inqas minn 1 %”. Għalhekk, dawn il-fatturi għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni ta’ esponiment dirett għall-kompetizzjoni. |
Il-loġistika tal-kuntratti
|
(13) |
Il-“Post” bdiet toffri s-servizzi tal-loġistika tal-kuntratti kif spjegati fil-Premessa (2)(f) ta’ hawn fuq, fl-2008. F’dan is-suq, hija affaċċjata b’kompetizzjoni mhux biss mill-kumpaniji l-kbar tal-loġistika, bħal b’mod partikolari Gebrüder Weiss GmbH, Schachinger Paketdienst Gesellschaft m.b.H., Lagermax Internationale Spedition Ges.m.b.H./Lagermax Paketdienst GmbH & Co KG, CEVA Logistics Austria GmbH, LOGWIN-Gruppe, imma wkoll mill-Ferroviji Federali Awstrijaċi (11) u mill-portijiet ta’ Linz u ta’ Vjenna (12). Hawnhekk ukoll, is-sehem fis-suq miksub mill-“Post” sa issa għadu negliġibbli ferm (huwa stmat bħala “konsiderevolment inqas minn 0,1 %”). Għalhekk, dawn il-fatturi għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni ta’ esponiment dirett għall-kompetizzjoni. |
IV. IL-KONKLUŻJONIJIET
|
(14) |
Minħabba l-fatturi eżaminati fil-premessi (2) sa (13), il-kundizzjoni ta’ esponiment dirett għall-kompetizzjoni stabbilita fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE għandha titqies li hija milħuqa fl-Awstrija fir-rigward tas-servizzi li ġejjin:
|
|
(15) |
Minħabba li l-kundizzjoni ta’ aċċess mhux ristrett għas-suq titqies li ntlaħqet, id-Direttiva 2004/17/KE ma għandhiex tapplika fejn l-entitajiet kontraenti jagħtu kuntratti bl-intenzjoni li jippermettu li fl-Awstrija jitwettqu s-servizzi elenkati fil-punti (a) sa (e) tal-premessa (14), u lanqas meta jiġu organizzati konkorsi ta’ disinn għat-twettiq ta’ attività bħal din fl-Awstrija. |
|
(16) |
Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq is-sitwazzjoni legali u fattwali minn Mejju sa Novembru 2009, kif jidher mill-informazzjoni mressqa mill-“Post” u mir-Repubblika tal-Awstrija. Din tista’ tiġi riveduta, jekk bidliet sinifikanti fis-sitwazzjoni legali jew dik ibbażata fuq il-fatti jfissru li l-kundizzjonijiet għall-applikabbiltà tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE ma għadhomx jintlaħqu, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2004/17/KE ma għandhiex tapplika għal kuntratti mogħtija minn entitajiet kontraenti u bl-intenzjoni li jippermettu li s-servizzi li ġejjin isiru fl-Awstrija:
|
(a) |
Servizzi tal-pakketti standard bejn in-negozji, kemm domestiċi kif ukoll internazzjonali; |
|
(b) |
Servizzi tal-pakketti standard min-negozju għall-konsumatur, kemm domestiċi kif ukoll internazzjonali; |
|
(c) |
Servizzi tal-pakketti express domestiċi; |
|
(d) |
Servizzi magħquda tal-ġarr tal-merkanzija; u |
|
(e) |
Loġistika tal-kuntratti. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Awstrija.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Michel BARNIER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14.
(3) ĠU L 176, 5.7.2002, p. 21.
(4) Reċentament, l-Awstrija adottat ukoll leġiżlazzjoni biex timplimenta d-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji, (ĠU L 52, 27.2.2008, p. 3). Mill-1 ta’ Jannar 2011, dan se jabolixxi r-riżervazzjonijiet imsemmija hawn fuq.
(5) Tista’ tkun prevista distinzjoni bejn is-servizzi ta’ pakketti C2C u C2B; madankollu, minħabba din is-sostitwibbiltà viċina min-naħa tal-provvista, huwa xieraq li dawn is-servizzi jiġu ttrattati bħala servizz wieħed ta’ C2X. Dan huwa konsistenti wkoll mal-analiżi adottata għall-Finlandja u l-Iżvezja fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2007/564/KE u 2009/46/KE rispettivament.
(6) Kif definit mill-“Post”, jinkludi “l-ġarr tal-pakketti meta l-pakketti jinġabru mill-konsumaturi fl-Awstrija biex jerġgħu jintbagħtu ‘l barra mill-pajjiż.”
(7) Kif definit mill-“Post”, jinkludi “l-ġarr tal-pakketti meta l-pakkett jinġabar mill-konsumatur barra mill-pajjiż jew meta l-pakkett jinġabar minn fornituri tas-servizzi tal-pakketti barranin sabiex jitqassmu fl-Awstrija – eż. abbażi ta’ ftehimiet bilaterali u/jew skont il-Konvenzjoni tal-Unjoni Postali Universali”.
(8) Meta mkejjel bil-volum, fl-2006 sehem il-“Post” fis-suq kien fl-ordni ta’ madwar 23 %.
(9) Il-figuri għall-2007 u l-2008 huma wkoll perċentwali fil-valur.
(10) Dan huwa, mutatis mutandis, ir-raġunament applikat fid-Deċiżjonijiet preċedenti, ara pereżempju l-Premessa 17 tad-Deċiżjoni 2009/46/KE tad-19 ta’ Diċembru 2008 li teżenta ċerti servizzi fis-settur postali fl-Isvezja mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU L 19, 23.1.2009, p. 50).
(11) Österreichische Bundesbahnen.
(12) Linz AG u Wiener Hafen GmbH & Co KG/Wien Holding GmbH rispettivament.
|
6.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-5 ta’ Marzu 2010
dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-marda vesikulari tal-ħnieżer fl-Italja fl-2009
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1192)
(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)
(2010/143/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 3(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Skont l-Artikolu 3(2) ta’ dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jiksbu kontribuzzjoni finanzjarja bil-kundizzjoni li l-miżuri huma applikati biex tinqered il-marda vesikulari tal-ħnieżer. |
|
(2) |
Il-marda vesikulari tal-ħnieżer hija marda virali tal-ħnieżer li tittieħed li klinikament ma tintgħarafx mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer u li għalhekk tikkawża xkiel għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u l-esportazzjoni għall-pajjiżi terzi. |
|
(3) |
Seħħew tifqigħat tal-marda vesikulari tal-ħnieżer fl-Italja fl-2009. Il-preżenza mill-ġdid ta’ din il-marda tirrappreżenta riskju serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Unjoni. L-Italja ħadet miżuri, skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (2), biex jiġu miġġielda dawk it-tifqigħat. |
|
(4) |
Fil-każ li tfaqqa’ l-marda vesikulari tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinfirex f’irziezet oħra tal-ħnieżer f’dak l-Istat Membru, iżda wkoll fi Stati Membri oħra u f’pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ fil-ħnieżer ħajjin jew il-prodotti tagħhom. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/779/KE tat-8 ta’ Novembru 2005 dwar miżuri ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-annimali kontra l-marda vesikulari tal-ħnieżer fl-Italja (3) tistipula regoli tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda vesikulari tal-ħnieżer għal reġjuni tal-Italja li huma stabbiliti bħala ħielsa mill-marda vesikulari tal-ħnieżer u dawk li mhumiex rikonoxxuti bħala ħielsa minn dik il-marda. L-awtoritajiet Taljani kkonformaw mar-rekwiżiti tal-informazzjoni prevista fl-Artikolu 11 ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(6) |
L-Artikolu 3(6), l-ewwel inċiż tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jistabbilixxi regoli dwar il-perċentwali ta’ ċerti spejjeż li jeħel l-Istat Membru li jista’ jkun kopert mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. |
|
(7) |
Il-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza għall-qerda tal-marda vesikulari tal-ħnieżer huwa soġġett għar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (4). |
|
(8) |
L-Italja kkonformat għal kollox mal-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħha kif stipulati fl-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. |
|
(9) |
Fil-21 ta’ Mejju 2009 u fl-10 ta’ Ġunju 2009, l-Italja ppreżentat stima tal-ispejjeż li għamlet fit-teħid tal-miżuri għall-qerda tal-marda vesikulari tal-ħnieżer. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lill-Italja
Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni tista’ tingħata lill-Italja għal ċerti spejjeż li weħel dak l-Istat Membru fit-teħid tal-miżuri skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, fil-ġlieda kontra l-marda vesikulari tal-ħnieżer fl-2009.
Artikolu 2
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.
IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom
|
6.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/14 |
Informazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet mir-Repubblika ta' Ċipru u r-Rumanija dwar l-aċċettazzjoni tagħhom tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biex tagħti sentenzi preliminari dwar l-atti msemmijin fl-Artikolu 35 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Ir-Repubblika ta' Ċipru u r-Rumanija ddikjaraw li huma jaċċettaw il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 35(2) u (3)(b) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Għaldaqstant, l-istat tad-dikjarazzjonijiet dwar l-aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biex tagħti sentenzi preliminari dwar il-validità u l-interpretazzjoni tal-atti msemmijin fl-Artikolu 35 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea huwa kif ġej:
|
— |
ir-Renju ta' Spanja ddikjara li huwa jaċċetta l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 35(2) u (3)(a) (1), |
|
— |
ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiza, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja ddikjaraw li huma jaċċettaw il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 35(2) u (3)(b) (2), |
|
— |
meta għamlu d-dikjarazzjonijiet imsemmijin hawn fuq, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiza, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Rumanija u r-Repubblika tas-Slovenja rriżervaw id-dritt li jagħmlu dispożizzjoni fil-liġi nazzjonali tagħhom li meta tqum kwistjoni dwar il-validità jew l-interpretazzjoni ta' att imsemmi fl-Artikolu 35(1) f'każ li jkun qiegħed quddiem qorti jew tribunal nazzjonali li kontra d-deċiżjonijiet tagħhom m'hemmx rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali, dik il-qorti jew dak it-tribunal huma obbligati li jressqu l-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
(1) Notifika tad-dikjarazzjoni mir-Renju ta' Spanja ġiet ippublikata fil-ĠU L 114, 1.5.1999, p. 56 u ĠU C 120, 1.5.1999, p. 24.
(2) Notifika tad-dikjarazzjoni mir-Repubblika Ċeka ġiet ippubblikata fil-ĠU L 236, 23.9.2003, p.980. Notifika tad-dikjarazzjoni mir-Repubblika Franċiża ġiet ippublikata fil-ĠU L 327, 14.12.2005, p. 19 u ĠU C 318, 14.12.2005, p. 1. Notifika tad-dikjarazzjoni mill-Istati Membri l-oħra msemmija, bl-eċċezzjoni tar-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja , ir-Repubblika tal-Ungerija u r-Repubblika tas-Slovenja, ġiet ippubblikata fil-ĠU L 114, 1.5.1999, p. 56 u l-ĠU C 120, 1.5.1999. p. 24. Notifika tad-dikjarazzjoni mir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija u r-Repubblika tas-Slovenja, ġiet ippubblikata fil-ĠU L 70, 14.3.2008, p. 23 u l-ĠU C 69, 14.3.2008, p. 1.
|
6.3.2010 |
MT EN |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-30 ta’ Marzu 2009
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
(2010/144/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi Ftehim Komunitarju. |
|
(2) |
F’isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru f’konformità mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi Ftehim Komunitarju. |
|
(3) |
Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar ‘il quddiem, dan il-Ftehim għandu jiġi ffirmat u applikat provviżorjament, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. L-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità, soġġett għall-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim, f’isem il-Komunità, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 3
Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data li fiha l-partijiet innotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.
Artikolu 4
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jipproċedi għan-notifika prevista fl-Artikolu 9(2) tal-Ftehim.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
P. BENDL
FTEHIM
bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
IL-KOMUNITÀ EWROPEA
minn naħa waħda, u
L-UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA TAL-AFRIKA TAL-PUNENT
min-naħa l-oħra,
minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘l-Partijiet’,
FILWAQT LI JINNUTAW li ftehimiet bilaterali dwar servizzi tal-ajru li ġew konklużi bejn diversi Stati Membri tal-Komunità Ewropea u tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent (WAEMU), rispettivament, li jinkludu dispożizzjonijiet kuntrarji għal-liġi tal-Komunità, kif innutat fid-Deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej f’Novembru 2002,
FILWAQT LI JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ diversi aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,
FILWAQT LI JINNUTAW li, skont il-leġislazzjoni tal-Komunità Ewropea u tal-WAEMU, it-trasportaturi tal-ajru Komunitarji stabbiliti f’xi wieħed mill-Istati Membri għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi li jiksbu dritt ta’ proprjetà ta’ trasportaturi tal-ajru mogħtija liċenzja f’konformità mal-leġislazzjoni tal-Komunità Ewropea,
FILWAQT LI JAGĦRFU li ċerti dispożizzjonijiet li jikkontrollaw l-għażla li jinsabu fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u tal-WAEMU, rispettivament, li mhumiex konformi mal-liġi Komunitarja, iridu jinġiebu totalment konformi ma’ din tal-aħħar b’mod li tista’ tiġi stabbilita bażi legali soda f’dak li jikkonċerna s-servizzi tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-WAEMU biex tinżamm il-kontinwità ta’ dawn is-servizzi,
FILWAQT LI JINNUTAW li, skont il-leġislazzjoni tal-Komunità Ewropea u tal-WAEMU, it-trasportaturi tal-ajru fil-prinċipju ma jistgħux jikkonkludu ftehimiet li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u tal-WAEMU, rispettivament, li jkollhom bħala l-għan jew l-effett tagħhom li jipprevjenu, jirrestrinġu jew jgħawġu l-kompetizzjoni,
FILWAQT LI JAGĦRFU li d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u tal-WAEMU, rispettivament, li:
|
(i) |
jirrikjedu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta’ akkordji bejn l-intrapriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ intrapriżi jew prattiki kkonċertati li jimpedixxu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti; jew |
|
(ii) |
isaħħaħ l-effetti ta’ kwalunkwe akkordju, deċiżjoni jew prattika kkonċertata ta’ dan it-tip; jew |
|
(iii) |
jiddelegaw lit-trasportaturi tal-ajru jew lil operaturi ekonomiċi privati oħra r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti, |
jistgħu jrendu mhux effettiva l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-intrapriżi,
FILWAQT I JIKKUNSIDRAW li mhuwiex wieħed mill-għanijiet tal-Partijiet, bħala parti minn dawn in-negozjati, li jiżdied il-volum totali tat-traffiku tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-WAEMU, li jiġi affettwat il-bilanċ bejn it-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità u t-trasportaturi tal-ajru tal-WAEMU jew li jiġu nnegozjati emendi għad-dispożizzjonjeit tal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru f’dak li jikkonċerna d-drittijiet ta’ traffiku,
FILWAQT LI JINNUTAW li r-relazzjonijiet tal-ajru tal-Istati Membri tal-WAEMU ma’ dawk tal-Komunità Ewropea jirrapreżentaw aktar minn 80 % tar-rotot tal-ajru internazzjonali tagħhom, relazzjonijiet li tradizzjonalment huma mmexxija minn ftehimiet tal-ajru bilaterali,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW id-Deċiżjoni Nru 08/2002/CM/WAEMU tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tadotta l-Programm Komuni tat-Trasport bl-Ajru tal-Istati Membri tal-WAEMU,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW id-Direttiva Nru 08/2006/CM/WAEMU tas-16 ta’ Diċembru 2006, li tagħti lill-Kummissjoni tal-WAEMU, assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-WAEMU, mandat li tiftaħ u tmexxi n-negozjati mal-Kummissjoni Ewropea bil-ħsieb tal-introduzzjoni ta’ klawsola Komunitarja ta’ għażla fil-ftehimiet tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tal-WAEMU,
FILWAQT LI JINNUTAW il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tuża l-opportunità li toffrilha l-leġislazzjoni Ewropea u d-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent biex isiru negozjati għal kull blokk dwar l-introduzzjoni ta’ klawżola Komunitarja ta’ għażla fil-ftehimiet tal-ajru ffirmati bejn l-Istati Membri tal-WAEMU u dawk tal-Komunità Ewropea,
FTIEHMU DWAR ID-DISPOŻIZZJONIJIET LI ĠEJJIN:
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet Ġenerali
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, it-termini u l-espressjonijiet ta’ hawn taħt għandhom ifissru kif ġej:
i. WAEMU: l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent,
ii. KE: il-Komunità Ewropea
2. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, ‘Stati Membri tal-KE’ għandha tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, ‘Stati Membri tal-WAEMU’ għandha tfisser l-Istati Membri tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent u ‘Stati Afrikani’ għandha tfisser l-Istati Membri tal-Unjoni Afrikana u l-Marokk.
3. F’kull wieħed mill-ftehim bilaterali elenkat fil-Parti A tal-Annessi għal dan il-Ftehim, ir-referenzi għaċ-ċittadini tal-Istat Membru tal-KE u ċ-ċittadini tal-Istat Membru tal-WAEMU għandhom jinftiehmu, rispettivament, bħala referenzi għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-KE jew tal-Istati Membri tal-WAEMU.
4. F’kull wieħed mill-ftehim bilaterali elenkat fil-Parti A tal-Annessi għal dan il-Ftehim, ir-referenzi għat-trasportaturi tal-ajru jew għal-linji tal-ajru tal-Istat Membru tal-KE jew tal-Istat Membru tal-WAEMU li huma parti għal dan il-Ftehim għandhom jinftiehmu bħala referenzi għat-trasportaturi jew il-linji tal-ajru magħżula minn dawn l-Istati.
Artikolu 2
Għażla u Awtorizzazzjoni
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jipprevalu fuq id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Artikoli elenkati fil-Parti B, punt (a) tal-Annessi għal dan il-Ftehim, fir-rigward tal-għażla ta’ trasportatur tal-ajru, il-liċenzji u l-permessi mogħtija lilu.
2. Mal-wasla tal-għażla minn Stat Membru ta’ waħda mill-Partijiet, l-Istat tal-Parti l-oħra għandu jagħti l-liċenzji u l-permessi adatti bl-anqas dewmien proċedurali possibbli, bil-kondizzjoni li:
|
(a) |
fil-każ ta’ trasportatur tal-ajru magħżul minn Stat Membru tal-KE:
|
|
(b) |
fil-każ ta’ trasportatur tal-ajru magħżul minn Stat Membru tal-WAEMU:
|
Artikolu 3
Ċaħda, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni
1. Id-dispożizzjonijiet imniżżla fil-Paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jipprevalu fuq id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu għall-Artikoli elenkati fil-Parti B, punt (b) tal-Annessi għal dan il-Ftehim, fir-rigward taċ-ċaħda, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-liċenzji jew il-permessi ta’ trasportatur tal-ajru.
2. Kull Stat Membru kkonċernat jista’ jiċħad, jirrevoka, jissospendi jew jillimita l-liċenzji jew il-permessi ta’ trasportatur tal-ajru magħżul minn Stat Membru tal-Parti l-oħra meta tkun sodisfatta waħda mill-kondizzjonjiet li ġejjin:
|
(a) |
Fil-każ ta’ trasportatur tal-ajru magħżul minn Stat Membru tal-KE:
|
|
(b) |
Fil-każ ta’ trasportatur tal-ajru magħżul minn Stat Membru tal-WAEMU:
|
3. Meta jeżerċita d-drittijiet tiegħu skont dan l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat m’għandux jagħmel diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità bejn it-trasportaturi tal-ajru tal-Parti l-oħra.
Artikolu 4
Drittijiet rigward il-kontroll regolatorju effettiv
1. Id-dispożizzjonijiet imniżżla fil-Paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw l-Artikoli elenkati fil-Parti B, punt (c) tal-annessi għal dan il-Ftehim.
2. Meta Stat Membru tal-KE jkun għażel trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju effettiv tiegħu jkun eżerċitat u miżmum minn Stat Membru tal-KE ieħor, id-drittijiet tal-Istat Membru tal-WAEMU kkonċernat fil-qafas tad-dispożizzjonijiet tas-sikurezza tal-ftehim bejn l-Istat Membru tal-KE li għażel t-trasportatur tal-ajru u l-Istat Membru tal-WAEMU kkonċernat għandhom japplikaw b’mod ugwali fir-rigward tal-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma tal-istandards tas-sikurezza minn dak l-Istat Membru tal-KE l-ieħor u fir-rigward tal-liċenzja operattiva ta’ dak it-trasportatur tal-ajru.
3. Meta Stat Membru tal-WAEMU jkun għażel trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju effettiv tiegħu jkun eżerċitat u żgurat minn Stat Membru tal-WAEMU ieħor, id-drittijiet tal-Istat Membru tal-KE kkonċernat fil-qafas tad-dispożizzjonijiet tas-sikurezza tal-ftehim bejn l-Istat Membru tal-WAEMU li għażel it-trasportatur tal-ajru u l-Istat Membru tal-KE kkonċernat għandhom japplikaw b’mod ugwali fir-rigward tal-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma tal-istandards tas-sikurezza minn dak l-Istat Membru tal-WAEMU l-ieħor u fir-rigward tal-Liċenzja Operattiva ta’ dak it-trasportatur tal-ajru.
4. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet jaqblu li l-kontroll regolatorju effettiv jimplika tal-anqas li l-Istat Membru li jkun ħareġ il-Liċenzja Operattiva jew l-approvazzjoni jiżgura b’mod effettiv u kontinwu l-programmi ta’ sorveljanza tas-sikurezza u tas-sigurtà tal-ajru billi, tal-anqas, japplika l-istandards tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), u jiżguraw li t-trasportatur tal-ajru jikkonforma mal-kriterji stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-operat tas-servizzi tal-ajru internazzjonali u jopera f’konformità mal-istandards applikabbli kollha tal-ICAO.
Artikolu 5
Tassazzjoni tal-karburant tal-ajruplani
1. Id-dispożizzjonijiet imniżżlin fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Artikoli elenkati fil-Parti B, punt (d) tal-Annessi għal dan il-Ftehim.
2. Minkejja kull dispożizzjoni oħra kuntrarju għal dan, xejn f’kull wieħed mill-ftehimiet bilaterali elenkati fil-Parti B, punt (d) tal-Annessi għal dan il-Ftehim m’għandu jwaqqaf lil Stat Membru tal-KE milli jimponi taxxi, imposti, dazji, miżati jew tariffi fuq il-karburant ipprovdut fuq it-territorju tiegħu għall-użu f’tagħmir ta’ trasportatur magħżul minn Stat Membru tal-WAEMU li jopera bejn xi punt fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru tal-KE u xi punt ieħor fit-territorju ta’ Stat Membru tal-KE ieħor.
3. Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra għall-kuntrarju, xejn f’kull wieħed mill-ftehimiet bilaterali elenkati fil-Parti B, punt (d) tal-Annessi għal dan il-Ftehim m’għandu jwaqqaf lil Stat Membru tal-WAEMU milli jimponi taxxi, imposti, dazji, miżati jew tariffi fuq il-karburant ipprovdut fuq it-territorju tiegħu għall-użu f’tagħmir ta’ trasportatur magħżul minn Stat Membru tal-UE li jopera bejn xi punt f’territorju ta’ dan l-Istat Membru tal-WAEMU u xi punt ieħor fit-territorju ta’ Stat Membru tal-WAEMU ieħor.
4. Jekk jitfassal pjan għall-introduzzjoni ta’ taxxa tal-karburant skont dan l-Artikolu, il-Partijiet jaqblu li jiltaqgħu mingħajr dewmien biex jiddiskutu din il-kwistjoni.
Artikolu 6
Kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni
1. Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra kuntrarju għal dan, xejn f’kull wieħed mill-ftehimiet bilaterali elenkati fil-Parti B tal-Annessi għal dan il-Ftehim m’għandu:
|
(i) |
jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ akkordji bejn l-impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki kkonċertati li jostakolaw, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni; |
|
(ii) |
isaħħaħ l-effetti ta’ kwalunkwe akkordju, deċiżjoni jew prattika kkonċertata bħal dan; jew |
|
(iii) |
jiddelega lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jostakolaw, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni. |
2. Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-ftehimiet bilaterali elenkati fil-Parti B tal-Annessi għal dan il-Ftehim li mhumiex kompatibbli mal-Paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, m’għandhomx jiġu applikati.
Artikolu 7
Annessi għal dan il-Ftehim
L-Annessi għal dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.
Artikolu 8
Emenda
1. Kull waħda mill-Partijiet tista’ fi kwalunkwe ħin, titlob konsultazzjonijiet mal-Parti l-oħra għall-finijiet li jiġi emendat dan il-Ftehim. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew fi żmien sittin (60) jum mill-jum li fiha tasal it-talba.
2. Kwalunkwe emenda li ssir b’dan il-mod għandha tidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu ġew ikkompletati.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data fi fiha jaslu l-aħħar żewġ notifiki mibgħuta mill-Partijiet biex jinfurmaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu ikunu ġew ikkompletati.
2. Minkejja l-Paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Ftehim b’mod provviżoru mill-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bl-ikkompletar tal-proċeduri meħtieġa.
3. Il-ftehimiet bilaterali u l-arranġamenti l-oħrajn bejn l-Istati Membri tal-KE u dawk tal-WAEMU li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ikunu għadhom ma daħlux fis-seħħ u li jkun għadhom mhux qed jiġu applikati b’mod provviżorju huma elenkati fil-Parti A, punt (b) tal-Annessi għal dan il-Ftehim. Dan il-Ftehim għandu japplika għal dawn il-Ftehimiet bilaterali u l-arranġamenti kollha mad-dħul fis-seħħ jew mal-applikazzjoni b’mod provviżorju tagħhom.
Artikolu 10
Terminazzjoni
1. F’każ li wieħed mill-ftehimiet bilaterali elenkati fil-Parti A tal-Annessi għal dan il-Ftehim jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li huma relatati mal-ftehim ikkonċernat elenkati fl-Anness I għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin.
2. F’każ li l-ftehimiet bilaterali kollha elenkati fil-Parti A tal-Annessi għal dan il-Ftehim jiġu tterminati, dan il-Ftehim għandu jiġi tterminat fl-istess ħin.
B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.
Magħmul duplikatament fi Brussell, fit-tletin jum ta’ Novembru 2009, bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża, bit-testi kollha jkunu awtentiċi. F’każ ta’ interpretazzjoni diverġenti, it-test Franċiż għandu jipprevali.
За Европейската общност
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenství
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā
Europos bendrijos vardu
az Európai Közösség részéről
Għall-Komunità Ewropea
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Comunidade Europeia
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvo
za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
För Europeiska gemenskapen
За Западноафриканския икономически и валутен съюз
Por la Unión Económica y Monetaria del África Occidental
Za Západoafrickou hospodářskou a měnovou unii
For den Vestafrikanske Økonomiske og Monetære Union
Für die Westafrikanische Wirtschafts- und Währungsunion
Lääne-Aafrika majandus- ja rahaliidu nimel
Για τη Δυτικοαφρικανική Οικονομική και Νομισματική Ένωση
For the West African Economic and Monetary Union
Pour l'Union économique et monétaire Ouest-africaine
Per l'Unione economica e monetaria dell'Africa occidentale
Rietumāfrikas Ekonomiskās un monetārās savienības vārdā
Vakarų Afrikos Ekonominės ir pinigų sajungos vardu
A Nyugat-afrikai Gazdasági és Monetáris Unió részéről
Għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent
Voor de West-Afrikaanse Economische en Montaire Unie
W imieniu Unii Gospodarczej i Walutowej Afryki Zachodniej
Pela União Económica e Monetária da África Ocidental
Pentru Uniunea Economică și Monetară a Africii de Vest
Za Západoafrickú hospodársku a menovú úniu
Za Ekonomsko in monetarno unijo Zahodne Afrike
Länsi-Afrikan talous- ja rahaliiton puolesta
För Västafrikanska ekonomiska och monetära unionen
ANNESS I
BENIN
PARTI A
Lista tal-ftehimiet imsemmijin fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim
|
(a) |
Ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn ir-Repubblika Popolari tal-Benin u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati b’mod provviżorju:
|
|
(b) |
Ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru u arranġamenti oħrajn inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika tal-Benin u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati b’mod provviżorju:
|
PARTI B
Lista tal-Artikoli tal-ftehimiet elenkati fil-Parti A u msemmijin fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim
|
(a) |
Għażla minn Stat Membru
|
|
(b) |
Ċaħda, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni tal-liċenzji u l-permessi
|
|
(c) |
Kontroll regolatorju
|
|
(d) |
Tassazzjoni tal-karburant tal-ajruplani
|
ANNESS II
BURKINA FASO
PARTI A
Lista tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim
|
(a) |
Ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn Burkina Faso u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati b’mod provviżorju:
|
|
(b) |
Ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru u arranġamenti oħrajn inizjalati jew iffirmati bejn Burkina Faso u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati b’mod provviżorju. |
PARTI B
Lista tal-Artikoli tal-ftehimiet elenkati fil-Parti A u msemmijin fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim
|
(a) |
Għażla minn Stat Membru
|
|
(b) |
Ċaħda, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ liċenzji jew permessi:
|
|
(c) |
Kontroll regolatorju
|
|
(d) |
Tassazzjoni tal-karburant tal-ajruplani
|
ANNEX III
GUINEA BISSAW
PARTI A
Lista tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim
|
(a) |
Ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn ir-Repubblika tal-Guinea Bissaw u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati b’mod provviżorju:
|
|
(b) |
Ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru u arranġamenti oħrajn inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika tal-Guinea Bissaw u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati b’mod provviżorju. |
PARTI B
Lista tal-artikoli tal-ftehimiet elenkati fil-Parti A u msemmijin fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim
|
(a) |
Għażla minn Stat Membru L-Artikolu 3 tal-Ftehim Guinea Bissaw - Portugall |
|
(b) |
Ċaħda, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ liċenzji jew permessi L-Artikolu 4 tal-Ftehim Guinea Bissaw - Portugall |
|
(c) |
Kontroll regolatorju L-Artikolu 15 tal-Ftehim Guinea Bissaw - Portugall |
|
(d) |
Tassazzjoni tal-karburant tal-ajruplani L-Artikolu 6 tal-Ftehim Guinea Bissaw - Portugall |
ANNESS IV
CÔTE D’IVOIRE
PARTI A
Lista tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim
|
(a) |
Ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati b’mod provviżorju.
|
|
(b) |
Ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati b’mod provviżorju:
|
PARTI B
Lista tal-Artikoli tal-ftehimiet elenkati fil-Parti A u msemmijin fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim
|
(a) |
Għażla minn Stat Membru
|
|
(b) |
Ċaħda, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ liċenzji jew permessi
|
|
(c) |
Kontroll regolatorju
|
|
(d) |
Tassazzjoni tal-karburant tal-ajruplani
|
ANNESS V
MALI
PARTI A
Lista tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim
|
(a) |
Ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn ir-Repubblika ta’ Mali u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati b’mod provviżorju.
|
|
(b) |
Ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru u arranġamenti oħrajn inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika ta’ Mali u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati b’mod provviżorju. |
PARTI B
Lista tal-Artikoli tal-ftehimiet elenkati fil-Parti A u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim
|
(a) |
Għażla minn Stat Membru
|
|
(b) |
Ċaħda, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ liċenzji jew permessi
|
|
(c) |
Kontroll regolatorju
|
|
(d) |
Tassazzjoni tal-karburant tal-ajruplani
|
ANNESS VI
NIĠER
PARTI A
Lista tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim
|
(a) |
Ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn ir-Repubblika tan-Niġer u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati b’mod provviżorju:
|
|
(b) |
Ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru u arranġamenti oħrajn inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika tan-Niġer u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati b’mod provviżorju. |
PARTI B
Lista tal-Artikoli tal-ftehimiet elenkati fil-Parti A u msemmijin fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim
|
(a) |
Għażla minn Stat Membru
|
|
(b) |
Ċaħda, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ liċenzji jew permessi
|
|
(c) |
Kontroll regolatorju
|
|
(d) |
Tassazzjoni tal-karburant tal-ajruplani
|
ANNESS VII
SENEGAL
PARTI A
Lista tal-ftehimiet msemmijin fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim
|
(a) |
Ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn ir-Repubblika tas-Senegal u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati b’mod provviżorju:
|
|
(b) |
Ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika tas-Senegal u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati b’mod provviżorju:
|
PARTI B
Lista tal-Artikoli tal-ftehimiet elenkati fil-Parti B u msemmijin fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim
|
(a) |
Għażla minn Stat Membru
|
|
(b) |
Ċaħda, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ liċenzji jew permessi
|
|
(c) |
Kontroll regolatorju
|
|
(d) |
Tassazzjoni tal-karburant tal-ajruplani
|
ANNESS VIII
TOGO
PARTI A
Lista tal-ftehimiet msemmijin fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim
|
(a) |
Ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn ir-Repubblika tat-Togo u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati b’mod provviżorju:
|
|
(b) |
Ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru u arranġamenti oħrajn inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika tat-Togo u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati b’mod provviżorju:
|
PARTI B
Lista tal-artikoli tal-ftehimiet elenkati fil-Parti A u msemmijin fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim
|
(a) |
Għażla minn Stat Membru
|
|
(b) |
Ċaħda, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ liċenzji jew permessi
|
|
(c) |
Kontroll regolatorju
|
|
(d) |
Tassazzjoni tal-karburant tal-ajruplani
|