ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.038.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 38

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
11 ta' Frar 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 121/2010 tad-9 ta’ Frar 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Provolone del Monaco (DPO)]

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 122/2010 tal-10 ta’ Frar 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 123/2010 tal-10 ta’ Frar 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

5

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/80/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta’ Frar 2010 dwar il-ħatra tal-Kummissjoni Ewropea

7

 

 

2010/81/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2010 li tistabbilixxi l-klassijiet tar-reazzjonijiet għan-nar ta’ ċerti prodotti għall-bini fir-rigward ta’ kolla għall-madum taċ-ċeramika (notifikata bid-dokument numru C(2010) 382)  ( 1 )

9

 

 

2010/82/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2010 li tistabbilixxi l-klassijiet tal-prestazzjoni tar-reazzjonijiet għan-nirien ta’ ċerti prodotti għall-bini fir-rigward ta’ kisi dekorattiv tal-ħajt f’romblu u pannell (notifikata bid-dokument numru C(2010) 397)  ( 1 )

11

 

 

2010/83/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2010 li tistabbilixxi l-klassijiet tal-kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar ta’ ċerti prodotti għall-bini fir-rigward ta’ komposti għat-tgħaqqid li jinxfu bl-arja (notifikata bid-dokument numru C(2010) 399)  ( 1 )

13

 

 

2010/84/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2010 li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għas-sottomissjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skont il-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2010) 764)  ( 1 )

15

 

 

2010/85/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2010 li tistabbilixxi l-klassijiet ta’ prestazzjoni tar-reazzjonijiet għan-nirien ta’ ċerti prodotti għall-bini fir-rigward tal-kontrabjut tas-siment, kontrabjut tas-sulfat tal-kalċju u kontrabjut tal-art tar-reżina sintetika (notifikata bid-dokument numru C(2010) 772)  ( 1 )

17

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

11.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 121/2010

tad-9 ta’ Frar 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Provolone del Monaco (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2), u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa mill-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Provolone di Monaco” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-president

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 140, 20.6.2009, p. 4.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobon

L-ITALJA

Provolone del Monaco (DPO)


11.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 122/2010

tal-10 ta’ Frar 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

176,4

JO

87,5

MA

77,2

TN

115,0

TR

103,3

ZZ

111,9

0707 00 05

JO

147,9

MA

75,9

TR

144,8

ZZ

122,9

0709 90 70

IL

247,1

MA

123,4

TR

169,5

ZZ

180,0

0709 90 80

EG

69,8

MA

131,9

ZZ

100,9

0805 10 20

EG

50,2

IL

58,0

MA

52,3

TN

46,4

TR

52,2

ZZ

51,8

0805 20 10

IL

151,5

MA

87,8

ZZ

119,7

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

57,9

EG

57,3

IL

85,9

JM

109,6

MA

71,0

PK

45,0

TR

67,2

ZZ

70,6

0805 50 10

EG

88,6

IL

76,3

TR

72,3

ZZ

79,1

0808 10 80

CA

95,3

CL

60,1

CN

66,1

MK

24,7

US

119,0

ZZ

73,0

0808 20 50

CN

44,9

US

95,2

ZA

105,4

ZZ

81,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


11.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 123/2010

tal-10 ta’ Frar 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 112/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 36, 9.2.2010, p. 19.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-11 ta’ Frar 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

45,24

0,00

1701 11 90  (1)

45,24

1,33

1701 12 10  (1)

45,24

0,00

1701 12 90  (1)

45,24

1,04

1701 91 00  (2)

54,50

1,12

1701 99 10  (2)

54,50

0,00

1701 99 90  (2)

54,50

0,00

1702 90 95  (3)

0,55

0,19


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

11.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW

tad-9 ta’ Frar 2010

dwar il-ħatra tal-Kummissjoni Ewropea

(2010/80/UE)

IL-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3), (4) u (7), it-tielet subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Iċ-ċirkostanzi relatati mal-proċess ta' ratifika tat-Trattat ta' Lisbona wasslu biex il-Kummissjoni maħtura fit-22 ta' Novembru 2004 baqgħet fil-funzjoni wara l-31 ta' Ottubru 2009, sakemm jitwettaq il-proċess tal-ħatra tal-Kummissjoni l-ġdida, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendati bit-Trattat ta' Lisbona.

(2)

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, fl-1 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill Ewropew, permezz tad-Deċiżjoni 2009/880/UE (1), ħatar, bl-approvazzjoni tal-President tal-Kummissjoni, lil Catherine ASHTON bħala Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, mill-1 ta' Diċembru 2009 sat-tmiem tal-mandat tal-Kummissjoni preżenti.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 17(4), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, Kummissjoni ġdida, li tikkonsisti minn ċittadin wieħed ta' kull Stat Membru, inklużi l-President tagħha u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li huwa wieħed mill-Viċi Presidenti, trid tinħatar għall-perijodu taż-żmien mit-tmiem tal-mandat tal-Kummissjoni preżenti fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona sal-31 ta' Ottubru 2014.

(4)

Il-Kunsill Ewropew innomina lil José Manuel DURÃO BARROSO bħala l-persuna proposta lill-Parlament Ewropew bħala President tal-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew eleġġa l-kandidat hekk propost.

(5)

Il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni 2009/903/UE (2), adotta, bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, il-lista ta' persuni oħra li huwa jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni. Fl-istess jum, permezz tad-Deċiżjoni 2009/950/UE, (3) il-Kunsill Ewropew ħatar, bl-approvazzjoni tal-President tal-Kummissjoni, lil Catherine ASHTON bħala Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għall-perijodu mit-tmiem tal-mandat tal-Kummissjoni preżenti sal-31 ta' Ottubru 2014.

(6)

Permezz tad-Deċiżjoni 2010/41/UE, Euratom (4), li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2009/903/UE, il-Kunsill adotta, bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, lista ġdida ta' persuni oħra li huwa jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni.

(7)

Permezz tal-votazzjoni li saret fid-9 ta' Frar 2010, il-Parlament Ewropew ta l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra tal-President, tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-membri l-oħrajn tal-Kummissjoni bħala kulleġġ.

(8)

Għaldaqstant huwa xieraq li jitkompla l-proċess tal-ħatra tal-Kummissjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’dan qed jinħatru għall-Kummissjoni Ewropea, għall-perijodu mill-10 ta' Frar 2010 sal-31 ta' Ottubru 2014:

bħala President:

José Manuel DURÃO BARROSO

bħala membru, Viċi-President, skont l-Artikolu 18(4), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea:

Catherine ASHTON, Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

bħala Membri:

Joaquín ALMUNIA AMANN

László ANDOR

Michel BARNIER

Dacian CIOLOȘ

John DALLI

Maria DAMANAKI

Karel DE GUCHT

Štefan FÜLE

Máire GEOGHEGAN-QUINN

Kristalina GEORGIEVA

Johannes HAHN

Connie HEDEGAARD

Siim KALLAS

Neelie KROES

Janusz LEWANDOWSKI

Cecilia MALMSTRÖM

Günther H. OETTINGER

Andris PIEBALGS

Janez POTOČNIK

Viviane REDING

Olli REHN

Maroš ŠEFČOVIČ

Algirdas Gediminas ŠEMETA

Antonio TAJANI

Androulla VASSILIOU

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fl-10 ta' Frar 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kunsill Ewropew

Il-President

H. VAN ROMPUY


(1)  ĠU L 315, 2.12.2009, p. 49.

(2)  ĠU L 321, 8.12.2009, p. 51.

(3)  ĠU L 328, 15.12.2009, p. 69.

(4)  ĠU L 20, 26.1.2010, p. 5.


11.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Frar 2010

li tistabbilixxi l-klassijiet tar-reazzjonijiet għan-nar ta’ ċerti prodotti għall-bini fir-rigward ta’ kolla għall-madum taċ-ċeramika

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 382)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/81/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 20(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 89/106/KEE tipprevedi li biex jiġu kkunsidrati l-livelli differenti ta’ ħarsien għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, jista’ jkun meħtieġ li fid-dokumenti interpretattivi jiġu stabbiliti klassijiet li jikkorrispondu mar-reazzjonijiet tal-prodotti fir-rigward ta’ kull rekwiżit essenzjali. Dawn id-dokumenti ġew ippubblikati bħala l-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dokumenti interpretattivi tad-Direttiva 89/106/KEE (2).”

(2)

Fir-rigward tar-rekwiżit essenzjali għas-sikurezza f’każ ta’ nar, id-dokument interpretattiv Nru 2 jelenka għadd ta’ miżuri interrelatati li flimkien jagħtu definizzjoni tal-istrateġija tas-sikurezza kontra n-nar li se tiġi żviluppata b’modi differenti fl-Istati Membri.

(3)

Id-Dokument Interpretattiv Nru 2 jidentifika waħda minn dawk il-miżuri bħala l-limitazzjoni tal-bidu u l-firxa tan-nar u d-duħħan f’ żona partikolari billi jiġi limitat il-potenzjal tal-prodotti tal-bibi li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sħiħ tan-nirien.

(4)

Il-livell ta’ din il-limitazzjoni jista’ jiġi espress biss f’ termini tal-livelli differenti ta’ reazzjoni għan-nar tal-prodotti fl-applikazzjoni aħħarija tagħhom.

(5)

Għal soluzzjoni armonizzata, ġiet adottata sistema ta’ klassijiet bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE tat-8 ta’ Frar 2000 li timplementa d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-klassifikazzjoni tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti tal-bini (3).

(6)

Fil-każ tal-kolla għall-madum taċ-ċeramika, jinħtieġ tintuża l-klassifikazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni 2000/147/KE.

(7)

Ir-reazzjoni għan-nar ta’ ħafna mill-prodotti u/jew materjali tal-bini, fil-klassifikazzjoni prevista fid-Deċiżjoni 2000/147/KE, hija stabbilita sewwa u magħrufa biżżejjed mir-regolaturi tan-nirien fl-Istati Membri, tant li ma jeħtieġu l-ebda test għal din il-karatteristika partikolari.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-prodotti u/jew il-materjali tal-bini li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-karatteristika “reazzjoni għan-nar” mingħajr ħtieġa ta’ aktar testijiet huma elenkati fl-Anness.

Artikolu 2

Il-klassijiet speċifiċi li għandhom jiġu applikati lil prodotti u/jew materjali differenti tal-bini, fil-klassifikazzjoni tar-reazzjonijiet għan-nar adottata fid-Deċiżjoni 2000/147/KE, huma stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati f’rabta mal-applikazzjoni tal-użu aħħari tagħhom, fejn rilevanti.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.

(2)  ĠU C 62, 28.2.1994, p. 1.

(3)  ĠU L 50, 23.2.2000, p. 14.


ANNESS

It-tabella f’dan l-Anness telenka prodotti u/jew materjali għall-bini li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-karatteristika “reazzjoni għan-nar” mingħajr ħtieġa ta’ testijiet.

Tabella:

klassijiet ta’“reazzjoni għan-nar” għall-kolla għall-madum taċ-ċeramika

Prodott (1)

Kontenut organiku

(% skont il-piż)

Ħxuna massima tas-saff

(mm)

Klassi (2)

Kolla bis-siment konformi ma’ EN 12004

< 20

20

E

Kolla tad-dispersjoni konformi ma’ EN 12004

< 40

5

Kolla bir-reżina reattiva konformi ma’ EN 12004

< 50

5


(1)  Immuntat fuq kull sottostrat ta’ mill-inqas il-klassi D-s2,d0 u b’densità ta’ ≥ 680 kg/m3.

(2)  Il-klassi kif prevista fit-Tabella 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2000/147/KE.


11.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Frar 2010

li tistabbilixxi l-klassijiet tal-prestazzjoni tar-reazzjonijiet għan-nirien ta’ ċerti prodotti għall-bini fir-rigward ta’ kisi dekorattiv tal-ħajt f’romblu u pannell

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 397)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/82/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 20(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tipprevedi li biex jiġu kkunsidrati livelli differenti ta’ ħarsien għax-xogħlijiet ta’ bini fuq livelli nazzjonali, reġjonali jew lokali, jista’ jkun meħtieġ li fid-dokumenti interpretattivi jiġu stabbiliti klassijiet li jikkorrispondu mal-prestazzjoni tal-prodotti fir-rigward ta’ kull rekwiżit essenzjali. Dawn id-dokumenti ġew ippubblikati bħala l-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dokumenti interpretattivi tad-Direttiva 89/106/KEE (2).”

(2)

Fir-rigward tar-rekwiżit essenzjali ta’ sikurezza f’każ ta’ nirien, id-dokument interpretattiv Nru 2 jelenka numru ta’ miżuri inter-relatati li flimkien jagħtu definizzjoni tal-istrateġija ta’ sikurezza kontra n-nirien li se tiġi żviluppata b’modi differenti fl-Istati Membri.

(3)

Id-dokument interpretattiv Nru 2 jidentifika waħda minn dawn il-miżuri bħala l-limitazzjoni tal-ġenerazzjoni u t-tifrix ta’ nirien u duħħan f’żona partikolari billi jillimita l-potenzjal tal-prodotti għall-bini milli jikkontribwixxi għall-iżvilupp sħiħ ta’ nirien.

(4)

Il-livell ta’ din il-limitazzjoni jista’ jiġi espress biss f’termini tal-livelli differenti tal-prestazzjoni tar-reazzjonijiet għan-nirien tal-prodotti fl-applikazzjoni aħħarija tagħhom.

(5)

Bħala soluzzjoni armonizzata, ġiet adottata sistema ta’ klassijiet fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE tat-8 ta’ Frar 2000 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tar-reazzjonijiet għan-nirien tal-prodotti għall-bini (3).

(6)

Fil-każ ta’ kisi dekorattiv tal-ħajt f’roll u pannell huwa meħtieġ li tkun użata l-klassifikazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni 2000/147/KE.

(7)

Il-prestazzjoni tar-reazzjonijiet għan-nirien ta’ ħafna mill-prodotti u/jew materjali għall-bini, skont il-klassifikazzjoni stipulata fid-Deċiżjoni 2000/147/KE, hija stabbilita sewwa u magħrufa biżżejjed mir-regolaturi tan-nirien fl-Istati Membri, tant li ma jeħtieġu l-ebda testijiet għal din il-karatteristika partikolari ta’ prestazzjoni.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-prodotti u/jew il-materjali għall-bini li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-karatteristika tal-prestazzjoni ta’ “reazzjonijiet għan-nirien” mingħajr ħtieġa ta’ aktar testijiet huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Il-klassijiet speċifiċi li għandhom jiġu applikati għal prodotti u/jew materjali differenti għall-bini, skont il-klassifikazzjoni tar-reazzjonijiet għan-nirien adottata fid-Deċiżjoni 2000/147/KE, huma stipulati fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati f’rabta mal-applikazzjoni tal-użu aħħari tagħhom, fejn rilevanti.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.

(2)  ĠU C 62, 28.2.1994, p. 1.

(3)  ĠU L 50, 23.2.2000, p. 14.


ANNESS

It-tabella stipulata f’dan l-Anness, telenka prodotti u/jew materjali għall-bini li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-karatteristika tal-prestazzjoni ta’ reazzjonijiet għan-nirien mingħajr ħtieġa ta’ testijiet.

Tabella

Klassijiet tal-prestazzjoni tar-reazzjonijiet għan-nirien għal kisi dekorattiv tal-ħajt f’romblu u pannell

Prodott (1)

Massa massima għal kull unità ta’ żona

(g/m2)

Ħxuna massima

(mm)

Klassi (2)

Kisi tal-ħajt fuq bażi ta’ fibra ċelluloża

190

0,9

D-s3, d2

Kisi tal-ħajt fuq bażi ta’ fibra ċelluloża u miksi jew ipprintjat bil-polimer

470

0,7

Kisi tal-ħajt fuq taħlita ta’ bażi ta’ fibra ċelluloża bil-poliester

160

0,3

Kisi tal-ħajt fuq taħlita ta’ bażi ta’ fibra ċelluloża bil-poliester u miksi jew ipprintjat bil-polimer

410

0,5

Kisi tal-ħajt fuq bażi ta’ fibra miksija bil-polimer

510

0,7

Kisi tal-ħajt ta’ tessut minsuġ bil-parti ta’ wara li tikkonsisti f’fibra ċelluloża jew fibra ċelluloża bil-poliester

450

0,8

Kisi tal-ħajt ta’ PVC bil-fowm bil-parti ta’ wara li tikkonsisti f’fibra ċelluloża jew fibra ċelluloża bil-poliester

310

1,8


(1)  Prodotti skont EN 15102 immuntati fuq sottostrat ta’ mill-inqas klassi A2-s1,d0 bi ħxuna minima ta’ 12-il mm u b’densità minima ta’ 800 kg/m3 li jużaw lamtu, jew lamtu/PVA, jew ċelluloża/PVA li teħel applikati b’massimu ta’ 200 g/m2.

(2)  Il-Klassi kif stipulata fit-Tabella 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE.


11.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Frar 2010

li tistabbilixxi l-klassijiet tal-kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar ta’ ċerti prodotti għall-bini fir-rigward ta’ komposti għat-tgħaqqid li jinxfu bl-arja

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 399)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/83/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 20(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 89/106/KEE tipprevedi li biex jiġu kkunsidrati livelli differenti ta’ ħarsien għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, jista’ jkun meħtieġ li jiġu stabbiliti fid-dokumenti interpretattivi, klassijiet li jikkorrispondu mar-reazzjonijiet tal-prodotti fir-rigward ta’ kull rekwiżit essenzjali. Dawn id-dokumenti ġew ippubblikati bħala l-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dokumenti interpretattivi tad-Direttiva 89/106/KEE (2)”.

(2)

Fir-rigward tar-rekwiżit essenzjali għas-sikurezza f’każ ta’ nar, id-dokument interpretattiv Nru 2 jelenka għadd ta’ miżuri interrelatati li flimkien jagħtu definizzjoni tal-istrateġija tas-sikurezza kontra l-ħruq li se tiġi żviluppata b’modi differenti fl-Istati Membri.

(3)

Id-Dokument Interpretattiv Nru 2 jidentifika waħda minn dawk il-miżuri bħala l-limitazzjoni tal-bidu u l-firxa tan-nar u d-duħħan f’żona partikolari billi jiġi limitat il-potenzjal tal-prodotti tal-kostruzzjoni li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sħiħ tan-nirien.

(4)

Il-livell ta’ din il-limitazzjoni jista’ jiġi espress biss f’termini tal-livelli differenti ta’ reazzjonijiet għan-nar tal-prodotti fl-applikazzjoni aħħarija tagħhom.

(5)

Għal soluzzjoni armonizzata, ġiet adottata sistema ta’ klassijiet fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE tat-8 ta’ Frar 2000 li timplementa d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward il-klassifikazzjoni tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti għall-bini (3).

(6)

Fil-każ ta’ komposti għat-tgħaqqid li jinxfu bl-arja, jeħtieġ li tintuża l-klassifikazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni 2000/147/KE.

(7)

Il-kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar ta’ ħafna mill-prodotti u/jew materjali tal-kostruzzjoni, skont il-klassifikazzjoni prevista fid-Deċiżjoni 2000/147/KE, hija stabbilita sewwa u magħrufa biżżejjed mir-regolaturi tan-nirien fl-Istati Membri, tant li ma jeħtieġu l-ebda testijiet għal din il-karatteristika partikolari ta’ reżistenza.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kostruzzjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-prodotti u/jew il-materjali tal-kostruzzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-karatteristika tar-“reazzjoni għan-nar” mingħajr ħtieġa ta’ aktar testijiet huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Il-klassijiet speċifiċi li għandhom jiġu applikati għal prodotti u/jew materjali differenti tal-kostruzzjoni, skont il-klassifikazzjoni tar-reazzjonijiet għan-nar adottata fid-Deċiżjoni 2000/147/KE, huma stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati f’rabta mal-applikazzjoni tal-użu aħħari tagħhom, fejn rilevanti.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.

(2)  ĠU C 62, 28.2.1994, p. 1.

(3)  ĠU L 50, 23.2.2000, p. 14.


ANNESS

It-tabella murija f’dan l-anness telenka l-prodotti u/jew il-materjali għall-bini li jissodisfaw il-ħtiġijiet kollha tal-karatteristika tal-imġieba “reazzjoni għan-nar” mingħajr ħtieġa ta’ testijiet.

Tabella

Klassijiet tal-kapaċità ta’ reazzjoni għan-nar ta’ komposti għat-tgħaqqid li jinxfu bl-arja

Prodott (1)

Karatteristiċi tal-prodotti għas-sistema ta’ tgħaqqid

Kontenut massimu organiku

(% fil-piż)

Klassi (2)

Komposti għat-tgħaqqid li jinxfu bl-arja għat-twavel tal-ġipsum użati flimkien ma’ tejp tal-karta għat-tgħaqqid. Pejst lest għall-użu, jew trab li jitħallat bl-ilma, fuq kull sustrat ta’ mill-inqas klassi A2-s1,d0 bi ħxuna ta’ mill-inqas 6 mm u b’densità ta’ mill-inqas 700 kg/m3 (minbarra l-uċuħ tal-art)

Komposti għat-tgħaqqid li jinxfu bl-arja tat-tipi 1 A, 2 A u 3 A u tejp tal-karta għat-tgħaqqid (3) skont l-EN 13963

7,0

A2-s1,d0


(1)  Id-densità tal-kompost għat-tgħaqqid imxarrab mill-inqas 1,1 kg/litru (1 100 kg/m3).

(2)  Il-Klassi kif prevista fit-Tabella 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE.

(3)  Il-wisa’ massimu tat-tejp tal-karta għat-tgħaqqid: 55 mm; Il-massa massima tat-tejp tal-karta għat-tgħaqqid għal kull unità ta’ erja: 135 g/m2.


11.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Frar 2010

li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għas-sottomissjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skont il-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 764)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/84/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 rigward it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE (2).

(2)

Għal għadd ta’ taħlitiet ta’ tipi ta’ sustanzi/prodotti inklużi f’dik il-lista, jew il-parteċipanti kollha waqqfu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm ta’ analiżi, jew ma wasal l-ebda dossier komplet fil-perjodu ta’ żmien speċifikat fl-Artikolu 9 u Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007 għand l-Istat Membru maħtur bħala r-Rapporteur għall-evalwazzjoni.

(3)

Konsegwentement, u skont l-Artikoli 11(2), 12(1) u 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri skont dan. Fit-13 ta’ Jannar 2009, il-11 ta’ Frar 2009 u l-11 ta’ Marzu 2009 dak it-tagħrif ġie ppubblikat ukoll permezz ta’ mezzi elettroniċi.

(4)

Fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni elettronika ta’ dak it-tagħrif, bosta kumpaniji indikaw l-interess tagħhom li jieħdu r-rwol ta’ parteċipant għal xi wħud mis-sustanzi u mit-tipi ta’ prodotti konċernati, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(5)

Għalhekk għandha tiġi ffissata skadenza ġdida għas-sottomissjoni tad-dossiers għal dawn is-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(3) ta’ dak ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-data ta’ skadenza l-ġdida għas-sottomissjoni ta’ dossiers għas-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti stipulati f’dan l-Anness hija t-28 ta’ Frar 2011.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.


ANNESS

Sustanzi u tipi ta’ prodotti li d-data ta’ skadenza l-ġdida għas-sottomissjoni tad-dossiers tagħhom hija t-28 ta’ Frar 2011

Isem

Numru tal-KE

Numru tas-CAS

Tip ta’ prodott

SMR

Bromur tal-ammonju

235-183-8

12124-97-9

11

SE

Aċidu boriku

233-139-2

10043-35-3

22

NL

Chloralose

240-016-7

15879-93-3

15

PT

Chloralose

240-016-7

15879-93-3

23

PT

Ram

231-159-6

7440-50-8

2

FR

Ram

231-159-6

7440-50-8

4

FR

Ram

231-159-6

7440-50-8

5

FR

N′-tert-butyl-N-cyclopropyl-6-(methylthio)-1,3,5-triazine-2,4-diamine

248-872-3

28159-98-0

7

NL

N′-tert-butyl-N-cyclopropyl-6-(methylthio)-1,3,5-triazine-2,4-diamine

248-872-3

28159-98-0

10

NL

Oligo(2-(2-ethoxy)ethoxyethylguanidinium chloride)

Polimer

374572-91-5

2

FR

Oligo(2-(2-ethoxy)ethoxyethylguanidinium chloride)

Polimer

374572-91-5

3

FR

Oligo(2-(2-ethoxy)ethoxyethylguanidinium chloride)

Polimer

374572-91-5

4

FR

Oligo(2-(2-ethoxy)ethoxyethylguanidinium chloride)

Polimer

374572-91-5

7

FR

Oligo(2-(2-ethoxy)ethoxyethylguanidinium chloride)

Polimer

374572-91-5

9

FR

Oligo(2-(2-ethoxy)ethoxyethylguanidinium chloride)

Polimer

374572-91-5

10

FR

Oligo(2-(2-ethoxy)ethoxyethylguanidinium chloride)

Polimer

374572-91-5

11

FR

Oligo(2-(2-ethoxy)ethoxyethylguanidinium chloride)

Polimer

374572-91-5

12

FR

Oligo(2-(2-ethoxy)ethoxyethylguanidinium chloride)

Polimer

374572-91-5

20

FR

Estratt tal-arżnu (Pine ext.)

304-455-9

94266-48-5

10

LV

Poly(hexamethylendiamine guanidinium chloride)

Polimer

57028-96-3

2

FR

Poly(hexamethylendiamine guanidinium chloride)

Polimer

57028-96-3

3

FR

Poly(hexamethylendiamine guanidinium chloride)

Polimer

57028-96-3

4

FR

Poly(hexamethylendiamine guanidinium chloride)

Polimer

57028-96-3

7

FR

Poly(hexamethylendiamine guanidinium chloride)

Polimer

57028-96-3

9

FR

Poly(hexamethylendiamine guanidinium chloride)

Polimer

57028-96-3

10

FR

Poly(hexamethylendiamine guanidinium chloride)

Polimer

57028-96-3

11

FR

Poly(hexamethylendiamine guanidinium chloride)

Polimer

57028-96-3

12

FR

Poly(hexamethylendiamine guanidinium chloride)

Polimer

57028-96-3

20

FR

Tosylchloramide sodium

204-854-7

127-65-1

11

ES


11.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Frar 2010

li tistabbilixxi l-klassijiet ta’ prestazzjoni tar-reazzjonijiet għan-nirien ta’ ċerti prodotti għall-bini fir-rigward tal-kontrabjut tas-siment, kontrabjut tas-sulfat tal-kalċju u kontrabjut tal-art tar-reżina sintetika

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 772)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/85/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 20(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tipprevedi li biex jiġu kkunsidrati livelli differenti ta’ ħarsien għax-xogħlijiet ta’ bini fuq livelli nazzjonali, reġjonali jew lokali, jista’ jkun meħtieġ li jiġu stabbiliti fid-dokumenti interpretattivi, klassijiet li jikkorrispondu mal-prestazzjoni tal-prodotti fir-rigward ta’ kull rekwiżit essenzjali. Dawn id-dokumenti ġew ippubblikati bħala l-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dokumenti interpretattivi tad-Direttiva 89/106/KEE (2).”

(2)

Fir-rigward tar-rekwiżit essenzjali għas-sikurezza f’każ ta’ nirien, id-dokument interpretattiv Nru 2 jelenka għadd ta’ miżuri interrelatati li flimkien jagħtu definizzjoni tal-istrateġija tas-sikurezza kontra n-nirien li għandha tiġi żviluppata b’modi differenti fl-Istati Membri.

(3)

Id-dokument interpretattiv Nru 2 jidentifika waħda minn dawk il-miżuri bħala l-limitazzjoni tal-bidu u tal-firxa tan-nar u d-duħħan f’żona partikolari billi jiġi limitat il-potenzjal tal-prodotti tal-bini li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sħiħ tan-nirien.

(4)

Il-livell ta’ din il-limitazzjoni jista’ jiġi espress biss f’termini tal-livelli differenti ta’ prestazzjoni tar-reazzjonijiet għan-nirien tal-prodotti fl-applikazzjoni aħħarija tagħhom.

(5)

Bħala soluzzjoni armonizzata, ġiet adottata sistema ta’ klassijiet fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE tat-8 ta’ Frar 2000 li timplementa d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward il-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tar-reazzjonijiet għan-nirien tal-prodotti għall-bini (3).

(6)

Fil-każ ta’ kontrabjut tas-siment, kontrabjut tas-sulfat tal-kalċju, kontrabejt tar-reżina sintetika, kontrabjut tal-materjal u tal-art huwa neċessarju li tintuża l-klassifikazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni 2000/147/KE.

(7)

Il-kapaċità tal-prestazzjoni tar-reazzjonijiet għan-nirien ta’ ħafna mill-prodotti u/jew materjali għall-bini, skont il-klassifikazzjoni stipulata fid-Deċiżjoni 2000/147/KE, hija stabbilita sewwa u magħrufa biżżejjed mir-regolaturi tan-nirien fl-Istati Membri, tant li ma jeħtieġu l-ebda testijiet għal din il-karatteristika partikolari ta’ prestazzjoni.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-prodotti u/jew il-materjali għall-bini li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-karatteristika tal-karatteristiċi ta’ prestazzjoni “reazzjonijiet għan-nirien” mingħajr ħtieġa ta’ aktar testijiet huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Il-klassijiet speċifiċi li għandhom jiġu applikati għal prodotti u/jew materjali differenti għall-bini, skont il-klassifikazzjoni tar-reazzjonijiet għan-nirien adottata fid-Deċiżjoni 2000/147/KE, huma stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati f’rabta mal-applikazzjoni tal-użu aħħari tagħhom, fejn rilevanti.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.

(2)  ĠU C 62, 28.2.1994, p. 1.

(3)  ĠU L 50, 23.2.2000, p. 14.


ANNESS

It-tabelli stabbiliti f’dan l-Anness, jelenkaw prodotti u/jew materjali għall-bini li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-karatteristika tal-prestazzjoni ta’ reazzjonijiet għan-nirien mingħajr ħtieġa ta’ testijiet.

Tabella 1

Klassijiet ta’ reazzjonijiet għan-nirien għal kontrabjut tas-siment u kontrabjut tas-sulfat tal-kalċju

Prodott (1)

Ħxuna massima ta’ saff

(mm)

Kontenut organiku

(% f’piż)

Klassi (2)

Kontrabjut tas-siment skont EN 13813

30

< 20

E

Kontrabjut tas-sulfat tal-kalċju skont EN 13813


Tabella 2

Klassijiet ta’ reazzjonijiet għan-nirien għal kontrabjut tal-art tar-reżina sintetika

Prodott (3)

Ħxuna massima ta’ saff

(mm)

Kontenut organiku

(% f’piż)

Klassii (4)

Kontrabjut tal-art tar-reżina sintetika mhux mimlija b’ b’materjal li jgħaqqad magħmul mir-reżina tal-Epossi jew reżina tal-Polyurethane jew reżina tal-Polymethylmethacrylates jew reżina tal-Vinylester b’konformità ma’ EN 13813

4

100

E jew Efl

Kontrabjut tal-art tar-reżina sintetika mimlija b’materjal li jgħaqqad magħmul mir-reżina tal-Epossi jew ir-reżina tal-Polyurethane jew ir-reżina tal-Polyurethane jew ir-reżina tal-Vinylester u mimlija b’aggregati minerali b’konformità ma’ EN 13813

10

< 75

Kontrabjut tal-art tar-reżina sintetika mimlija b’materjal li jgħaqqad imferrex bir-ramel tas-silika u b’materjal li jgħaqqad magħmul mir-reżina tal-Epossi jew reżina tal-Polyurethane jew reżina tal-Polymethylmethacrylates jew reżina tal-Vinylester u mimlija b’aggregati minerali b’konformità ma’ EN 13813

10

< 75


(1)  Immuntati fuq sottostrat ta’ mill-inqas klassi D-s2,d0 bi ħxuna minima ta’ 12 mm u b’densità minima ta’ 680 kg/m3.

(2)  Il-Klassi E kif prevista fit-Tabella 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE meta l-kontrabejt ikun użat bħala saff ta’ bażi.

(3)  Immuntati fuq sottostrat ta’ mill-inqas klassi A2-s1,d0 bi ħxuna minima ta’ 6 mm u b’densità minima ta’ 1 800 kg/m3.

(4)  Il-Klassi E kif prevista fit-Tabella 1 tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE meta l-kontrabejt ikun użat bħala saff ta’ bażi, jew Klassi Efl kif ipprovdut fit-Tabella 1 tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE meta l-kontrabejt ikun użat bħala saff ta’ kopertura.