ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.033.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 33

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
4 ta' Frar 2010


Werrej

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

Paġna

 

 

2010/47/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni is-6 ta’ Novembru 2008 Dwar l-għajnuna mill-istat C 17/05 (ex N 194/05 u PL 34/04) mogħtija mill-Polonja lil Stocznia Gdynia (notifikata bid-dokument numru C(2008) 6771)  ( 1 )

1

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

4.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 33/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

is-6 ta’ Novembru 2008

Dwar l-għajnuna mill-istat C 17/05 (ex N 194/05 u PL 34/04) mogħtija mill-Polonja lil Stocznia Gdynia

(notifikata bid-dokument numru C(2008) 6771)

(It-test Pollakk biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/47/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom (1) skont id-dispożizzjonijiet li hemm referenza għalihom hawn fuq u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   PROĊEDURA

(1)

Skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 3 tal-Anness IV għat-Trattat tal-Adeżjoni li jirregola l-proċedura ta’ mekkaniżmu proviżorju, fid-29 ta’ April 2004 il-Polonja nnotifikat il-miżuri ta’ ristrutturazzjoni favur Stocznia Gdynia S.A. (minn hawn ’il quddiem “it-Tarzna ta’ Gdynia”). Il-każ ġie rreġistrat bħala PL 34/04.

(2)

B’ittra tad-19 ta’ Mejju 2004 il-Kummissjoni talbet lill-Polonja sabiex tissottometti ċerti dokumenti nieqsa. Dawn kienu pprovduti fis-16 ta’ Ġunju 2004. Il-Kummissjoni talbet iżjed informazzjoni b’ittri tat-30 ta’ Lulju 2004, it-8 ta’ Ottubru 2004, it-23 ta’ Novembru 2004 u l-4 ta’ Marzu 2005, li għalihom il-Polonja wieġbet, rispettivament, b’ittra tat-3 ta’ Settembru 2004, irreġistrata fis-7 ta’ Settembru 2004, tal-10 ta’ Novembru 2004, irreġistrata fil-15 ta’ Novembru 2004, tas-17 ta’ Frar 2005, irreġistrata fil-21 ta’ Frar 2005, tat-30 ta’ Marzu 2005, irreġistrata fl-1 ta’ April 2005 u tat-18 ta’ April 2005, irreġistrata fl-20 ta’ April 2005. B’ittra tat-22 ta’ April 2005 irreġistrata dakinhar stess, il-Polonja aċċettat li l-Kummissjoni tittratta PL 34/04 datata 29 ta’ April 2004 bħala notifika skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fir-rigward ta’ kwalunkwe miżuri li kienu misjuba li jikkostitwixxu għajnuna ġdida. Il-każ ingħata numru ġdid: N 194/05.

(3)

Fl-1 ta’ Ġunju 2005 il-Kummissjoni adottat deċiżjoni biex tiftaħ investigazzjoni formali, li kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali, (2) u stiednet lill-Polonja u lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu kummenti.

(4)

Billi kienet ingħatat estensjoni tad-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-kummenti (ittra datata 9 ta’ Awwissu 2005), il-Polonja ssottomettiet il-kummenti tagħha b’ittra tat-2 ta’ Settembru 2005, irreġistrata fil-5 ta’ Settembru 2005. Fit-tweġiba tagħha l-Polonja ssottomettiet lill-Kummissjoni Aġġornament għall-pjan ta’ ristrutturazzjoni tat-Tarzna ta’ Gdynia, datat 4 ta’ Marzu 2004 (minn hawn ’il quddiem “il-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2004”).

(5)

Il-Polonja ssottomettiet kummenti addizzjonali b’ittra tat-3 ta’ Novembru 2005, irreġistrata fis-7 ta’ Novembru 2005.

(6)

It-Tarzna ta’ Gdynia ssottomettiet kummenti b’ittra tal-10 ta’ Ottubru 2005, irreġistrata fl-14 ta’ Ottubru 2005. Kienu ppreżentati wkoll kummenti minn Ray Car Carriers (b’ittra tas-7 ta’ Ottubru 2005, irreġistrata fl-10 ta’ Ottubru 2005), mill-Uffiċċju tar-Rappreżentant Permanenti tad-Danimarka għall-Unjoni Ewropea (b’ittra tas-7 ta’ Ottubru 2005, irreġistrata fil-11 ta’ Ottubru 2005), mill-assoċjazzjoni tat-tarzni Daniżi Danish Maritime (b’ittra tas-7 ta’ Ottubru 2005, irreġistrata fl-istess ġurnata), mit-trejdjunjin Solidarność (b’ittra tas-7 ta’ Ottubru 2005, irreġistrata fl-10 ta’ Ottubru 2005) u mill-assoċjazzjoni Pollakka tat-tarzni (b’ittra tal-10 ta’ Ottubru 2005, irreġistrata fil-11 ta’ Ottubru 2005).

(7)

Il-Kummissjoni għaddiet dawn il-kummenti lill-Polonja b’ittri tas-26 ta’ Ottubru 2005 u tat-12 ta’ Diċembru 2005 (3). Il-Polonja wieġbet għall-kummenti pprovduti mit-Tarzna ta’ Gdynia b’ittra tas-16 ta’ Jannar 2006, irreġistrata fit-18 ta’ Jannar 2006. Il-Polonja ma pprovdiet ebda kumment dwar is-sottomissjonijiet ta’ partijiet terzi oħra.

(8)

Il-Kummissjoni fittxet l-assistenza ta’ konsulent barrani għall-evalwazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2004. Il-konsulent għadda r-rapport tiegħu lill-Kummissjoni f’Diċembru 2005.

(9)

B’ittra tat-13 ta’ Jannar 2006, il-Kummissjoni talbet lill-Polonja sabiex tipprovdi aġġornament dwar l-aħħar żviluppi fl-istrateġija tagħha għar-ristrutturazzjoni tat-Tarzna ta’ Gdynia. Il-Polonja wieġbet b’ittra datata 20 ta’ Frar 2006, irreġistrata fil-21 ta’ Frar 2006, u fit-22 ta’ Frar 2006 saret laqgħa bejn rappreżentanti tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Pollakki u t-Tarzna ta’ Gdynia. Il-Polonja ħabbret li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2004 kien skadut u li hija kienet adottat strateġija ġdida għar-ristrutturazzjoni tal-Grupp tat-Tarzna ta’ Gdynia li kienet tinvolvi l-iżvilupp mill-Grupp tat-Tarzna ta’ Gdańsk u l-privatizzazzjoni (parzjali) tat-Tarzna ta’ Gdynia. Il-Polonja ħabbret ukoll li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni emendat kellu jiġi sottomess lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2006 u li l-privatizzazzjoni tat-Tarzna ta’ Gdynia kellha tibda ma ddumx.

(10)

Bħala segwitu għal din il-laqgħa, il-Kummissjoni bagħtet ittra lill-Polonja fit-8 ta’ Marzu 2006, li l-Polonja wieġbet għaliha b’ittra tat-13 ta’ Marzu 2006, irreġistrata fl-istess ġurnata, fejn ħabbret skeda għall-privatizzazzjoni. Il-Polonja pprovdiet tagħrif addizzjonali dwar il-proċess ta’ privatizzazzjoni b’ittra datata 29 ta’ Marzu 2006, irreġistrata fit-30 ta’ Marzu 2006. Il-Kummissjoni talbet għal aktar informazzjoni b’ittra tat-30 ta’ Marzu 2006, li l-Polonja wieġbet għaliha b’ittra tad-19 ta’ April 2006, irreġistrata fl-20 ta’ April 2006.

(11)

B’ittra tas-6 ta’ April 2006, irreġistrata fl-10 ta’ April 2006, il-Polonja ssottomettiet l-ewwel abbozz tad-dokument “Strateġija għas-settur tal-bini tal-bastimenti (tarzni għall-kostruzzjoni marittima) fil-Polonja 2006-2010.” Il-Kummissjoni pprovdiet kummenti b’ittra tat-12 ta’ April 2006. Id-dokument kien finalment approvat mill-Kabinett Pollakk fil-31 ta’ Awwissu 2006 u ntbagħat lill-Kummissjoni b’ittra tal-1 ta’ Settembru 2006, irreġistrata dakinhar stess.

(12)

B’email tal-15 ta’ Mejju 2006, it-Tarzna ta’ Gdynia ippreżentat lill-Kummissjoni l-“memorandum ta’ informazzjoni dwar it-Tarzna ta’ Gdynia” datat Mejju 2006, li tpoġġa għad-dispożizzjoni tal-investituri potenzjali mill-10 ta’ Mejju 2006.

(13)

B’ittra tas-26 ta’ Mejju 2006, irreġistrata fit-30 ta’ Mejju 2006, il-Polonja ssottomettiet aktar informazzjoni dwar il-proċess li kien għaddej tal-privatizzazzjoni, fosthom il-lista tal-kumpaniji li l-Polonja, permezz tal-konsulent tagħha għall-privatizzazzjoni, kienet bagħtitilhom l-offerta sabiex jipparteċipaw fiż-żieda kapitali ġdida approvata mill-Assemblea Ġenerali tat-Tarzna ta’ Gdynia fid-19 ta’ April 2006. B’ittra tat-13 ta’ Lulju 2006, irreġistrata fis-17 ta’ Lulju 2006, il-Polonja ssottomettiet aktar informazzjoni dwar il-proċess li kien għaddej tal-privatizzazzjoni, li biha infurmat lill-Kummissjoni li żewġ kumpaniji kienu ssottomettew offerti preliminari biex jipparteċipaw fiż-żieda kapitali u pprovdiet analiżi komparattiva mill-konsulent għall-privatizzazzjoni dwar dawn l-offerti.

(14)

Fid-9 ta’ Ġunju t-Tarzna ta’ Gdynia ssottomettiet l-abbozz ta’ emendi inizjali għall-pjan ta’ ristrutturazzjoni. Rappreżentanti tal-Kummissjoni żaru t-tarzna fit-13 ta’ Ġunju 2006 u għamlu kummenti inizjali dwar il-pjan emendat tar-ristrutturazzjoni. Il-konsulent barrani tal-Kummissjoni ta l-kummenti tiegħu f’rapport datat Lulju 2006. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kkummentat dwar in-nuqqasijiet tal-abbozz ta’ emendi għall-pjan ta’ ristrutturazzjoni b’ittra tas-17 ta’ Lulju 2006.

(15)

Saru diversi laqgħat dwar il-proċess tal-privatizzazzjoni u t-tħejjija tal-pjan emendat tar-ristrutturazzjoni li għalihom attendew rappreżentanti tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet Pollakki: fi Brussell fil-31 ta’ Jannar, fit-22 ta’ Frar u fl-10 ta’ Mejju 2006 u fil-bini tat-Tarzna ta’ Gdynia fit-13 ta’ Ġunju 2006.

(16)

Il-Polonja wieġbet għall-ittra tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2006 b’ittra datata 31 ta’ Awwissu 2006, irreġistrata fl-1 ta’ Settembru 2006.

(17)

Il-Polonja tat avviż tal-emendi għall-“Pjan ta’ Ristrutturazzjoni tat-Tarzna ta’ Gdynia S.A.” datat 3 ta’ Settembru 2006 (minn hawn ’il quddiem “il-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2006”) u ta’ għajnuna mill-istat ġdida mogħtija lit-Tarzna ta’ Gdynia wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ investigazzjoni formali.

(18)

Il-Polonja pprovdiet aktar informazzjoni dwar il-proċess ta’ ristrutturazzjoni tal-Grupp tat-Tarzna ta’ Gdynia b’ittra tat-12 ta’ Settembru 2006, irreġistrata fit-13 ta’ Settembru 2006, li b’mod partikolari ddikjarat li l-kapital tat-Tarzna ta’ Gdańsk u tal-Grupp tat-Tarzna ta’ Gdynia kien ġie separat.

(19)

Iżjed informazzjoni dwar il-proċess tal-privatizzazzjoni tat-Tarzna ta’ Gdynia kienet sottomessa b’ittra datata 26 ta’ Settembru 2006, irreġistrata fis-27 ta’ Settembru 2006.

(20)

Il-Polonja tat avviż ta’ għajnuna addizzjonali ġdida lit-Tarzna ta’ Gdynia b’ittra datata 21 ta’ Novembru 2006, irreġistrata fis-27 ta’ Novembru 2006.

(21)

Fis-7 ta’ Diċembru 2006 saret laqgħa bejn il-Kummissarju Kroes u Piotr Woźniak, il-Ministru Pollakk għall-Ekonomija. Il-Ministru sostna li l-Polonja ħadet impenn li terġa’ tibda l-proċess ta’ privatizzazzjoni tat-Tarzna ta’ Gdynia permezz ta’ proċedura miftuħa u trasparenti li kellha titlesta sa Ġunju 2007. Il-Polonja kkonfermat din id-dikjarazzjoni b’ittra tas-27 ta’ Diċembru 2006, irreġistrata fl-4 ta’ Jannar 2007, li rreferiet għad-deċiżjoni tal-Kabinett tad-19 ta’ Diċembru 2006 sabiex jiġi approvat dokument bit-titlu “L-istat tal-industrija tal-bini tal-bastimenti”. Il-Polonja talbet lill-Kummissjoni għal taħditiet dwar miżuri protettivi.

(22)

Rappreżentanti tal-Kummissjoni żaru t-tarzna fid-19 ta’ Diċembru 2006 mal-konsulent barrani bil-għan li jiġbru l-fatti u l-informazzjoni neċessarja sabiex ikunu evalwati l-miżuri protettivi. Il-konsulent barrani tal-Kummissjoni ssottometta rapport dwar il-kapaċità tat-tarzna fis-16 ta’ Jannar 2007.

(23)

Il-Kummissjoni wieġbet għall-ittra tas-27 ta’ Diċembru 2006 b’ittra tad-29 ta’ Jannar 2007 li fih talbet lill-Polonja tissottometti proposta għal miżuri protettivi għat-Tarzna ta’ Gdynia sal-aħħar ta’ Frar 2007.

(24)

B’ittra datata t-28 ta’ Frar 2007, irreġistrata fl-istess ġurnata, il-Polonja ssottomettiet spjegazzjonijiet dwar il-privatizzazzjoni tat-Tarzna ta’ Gdynia u proposta għal miżuri protettivi.

(25)

Fuq dik il-bażi, fil-15 ta’ Marzu 2007 saret laqgħa teknika bejn il-Kummissjoni, l-awtoritajiet Pollakki u rappreżentanti tat-tarzna, li ffukat primarjament fuq il-miżuri protettivi iżda wkoll fuq il-proċess li kien għaddej tal-privatizzazzjoni. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Pollakki qablu li l-Kummissjoni kellha tidħol f’diskussjonijiet tekniċi direttament mat-Tarzna ta’ Gdynia bil-għan li tiġbor l-informazzjoni kollha neċessarja għall-valutazzjoni tagħha tal-miżuri protettivi li pproponiet il-Polonja. It-Tarzna ta’ Gdynia bagħtet xi informazzjoni inizjali dwar il-kapaċità tat-tarzna b’email datata t-12 ta’ Marzu 2007, irreġistrata fis-27 ta’ April 2007.

(26)

Il-Kummissjoni talbet iżjed informazzjoni dwar il-miżuri protettivi b’ittri tad-29 ta’ Marzu 2007, tas-27 ta’ April 2007 u tal-25 ta’ Mejju 2007, li għalihom it-Tarzna ta’ Gdynia wieġbet b’ittri tal-20 ta’ April 2007, irreġistrata fit-23 ta’ April 2007, tad-9 ta’ Mejju 2007, irreġistrata fl-10 ta’ Mejju 2007 u tat-30 ta’ Mejju 2007, irreġistrata fil-31 ta’ Mejju 2007 rispettivament. It-Tarzna ta’ Gdynia ssottomettiet iżjed informazzjoni f’laqgħa mar-rappreżentanti tal-Kummissjoni fis-6 ta’ Ġunju 2007 u suċċessivament b’ittra datata t-18 ta’ Ġunju 2007, irreġistrata fil-21 ta’ Ġunju 2007. Il-Kummissjoni staqsiet mistoqsijiet addizzjonali b’email tal-20 ta’ Ġunju 2007 li t-Tarzna ta’ Gdynia wieġbet għalihom b’ittra tal-25 ta’ Ġunju 2007, irreġistrata fl-istess ġurnata.

(27)

B’ittra tal-31 ta’ Lulju 2007 il-Kummissjoni infurmat lill-Polonja li l-analiżi preliminari tagħha tal-miżuri protettivi proposti mill-Polonja għat-Tarzna ta’ Gdynia kienet tissuġġerixxi li l-miżuri kienu aċċettabbli, bil-kundizzjoni li jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet. Il-Polonja wieġbet b’ittra tal-24 ta’ Awwissu 2007, irreġistrata fis-27 ta’ Awwissu 2007, li fiha kkummentat dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-implimentazzjoni tal-miżura protettiva għat-Tarzna ta’ Gdynia. Il-Kummissjoni għalqet il-kwistjoni tal-miżuri protettivi b’ittra datata t-3 ta’ Ottubru 2007.

(28)

F’konverżazzjoni bit-telefon fl-24 ta’ Mejju 2007, l-awtoritajiet pubbliċi infurmaw lill-Kummissjoni li l-Polonja kienet bi ħsiebha terġa’ tibda l-proċess tal-privatizzazzjoni tat-Tarzna ta’ Gdynia permezz ta’ sejħa pubblika għall-offerti. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni komprensiva dwar l-aħħar żviluppi fil-proċess tal-privatizzazzjoni b’ittra datata d-29 ta’ Mejju 2007, u reġgħet sostniet it-talba tagħha b’ittra tas-6 ta’ Ġunju 2007. Il-Polonja wieġbet b’ittra tat-22 ta’ Ġunju 2007, irreġistrata fil-25 ta’ Ġunju 2007 u, wara talba oħra għall-informazzjoni datata t-28 ta’ Ġunju 2007, lestiet is-sottomissjoni tagħha b’ittra tal-11 ta’ Lulju 2007, irreġistrata fl-istess ġurnata. B’din l-ittra l-Polonja ssottomettiet ukoll lill-Kummissjoni l-memorandum ta’ informazzjoni dwar it-Tarzna ta’ Gdynia datat l-4 ta’ Lulju 2007 (minn hawn ’il quddiem “il-memorandum ta’ informazzjoni”). B’ittra tal-31 ta’ Lulju 2007 il-Kummissjoni indikat li l-proċess ta’ privatizzazzjoni ma setax jiġi ttardjat aktar.

(29)

Il-Kummissjoni tat il-kummenti tagħha dwar il-memorandum ta’ informazzjoni b’ittra tat-30 ta’ Lulju 2007.Il-Polonja wieġbet b’ittra datata l-21 ta’ Awwissu 2007, irreġistrata fis-27 ta’ Awwissu 2007.B’ittra tad-29 ta’ Awwissu 2007, irreġistrata fl-istess ġurnata, il-Polonja ssottomettiet abbozz ta’ dokument bit-titlu “Kjarifiki supplimentari dwar il-memorandum ta’ informazzjoni dwar it-Tarzna ta’ Gdynia” datat id-29 ta’ Awwissu 2007, sabiex ikun anness mal-memorandum ta’ informazzjoni tal-4 ta’ Lulju 2007 (minn hawn ’il quddiem “l-Anness għall-memorandum ta’ informazzjoni”). Il-Kummissjoni ppreżentat il-kummenti tagħha dwar l-Anness għall-memorandum ta’ informazzjoni b’ittra tal-4 ta’ Settembru 2007, li l-Polonja wieġbet għaliha b’ittra tas-7 ta’ Settembru 2007 li fiha hija ssottomettiet verżjoni emendata tal-Anness għall-memorandum ta’ informazzjoni. Il-Kummissjoni ppreżentat il-kummenti finali tagħha b’ittra datata 14 ta’ Settembru 2007.

(30)

Il-Polonja ssottomettiet informazzjoni dwar l-aħħar żviluppi fil-proċess ta’ privatizzazzjoni b’ittri tas-7 ta’ Settembru 2007, irreġistrata fl-istess ġurnata, tat-23 ta’ Ottubru 2007, irreġistrata fl-24 ta’ Ottubru 2007, u tal-25 ta’ Ottubru 2007, irreġistrata fl-istess ġurnata.

(31)

Bi tweġiba għal ittra mill-Kummissjoni datata t-30 ta’ Novembru 2007, il-Polonja pprovdiet aktar informazzjoni dwar il-proċess ta’ privatizzazzjoni b’ittri datati t-13, id-19 u l-21 ta’ Diċembru 2007, irreġistrati fl-14, l-20 u l-21 ta’ Diċembru 2007 rispettivament. Fl-ittra tal-aħħar, il-Polonja għarrfet lill-Kummissjoni li hija kienet irċeviet tliet offerti vinkolanti għax-xiri tat-Tarzna ta’ Gdynia. Dawn l-offerti kienu sottomessi lill-Kummissjoni b’ittra tat-8 ta’ Frar 2008, irreġistrata fil-11 ta’ Frar 2008.

(32)

Fl-10 ta’ Jannar 2008 saret laqgħa bejn rappreżentanti tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet Pollakki ġewwa Brussell, li l-konklużjonijiet tagħha kienu mtennija mill-Kummissjoni f’ittri tas-17 u tat-30 ta’ Jannar 2008.

(33)

B’ittra tat-30 ta’ Jannar 2008, il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li żewġ offerenti kienu ġew mistiedna sabiex jagħmlu negozjati mat-Teżor. B’ittra tal-14 ta’ Frar 2008, irreġistrata fid-19 ta’ Frar 2008, il-Polonja ħabbret li l-proċess ta’ privatizzazzjoni tat-Tarzna ta’ Gdynia kellu jitlesta sas-sajf 2008. Il-Kummissjoni wieġbet b’ittra datata 28 ta’ Frar 2008.

(34)

B’ittra datata d-29 ta’ Frar 2008, irreġistrata fit-3 ta’ Marzu 2008, il-Polonja ssottomettiet l-ewwel abbozz ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni ġdid ippreparat minn wieħed mill-offerenti, Amber Sp. z o.o. Il-kumpanija ngħatat esklussività temporanja tan-negozjar fl-20 ta’ Marzu 2008 u pprovdiet aġġornament għall-abbozz ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni b’email tad-9 ta’ April 2008, irreġistrata fl-24 ta’ April 2008. Dan l-offerent ipprovda aktar informazzjoni fid-“Indikazzjonijiet prinċipali għar-ristrutturazzjoni”, dokument ippreżentat f’laqgħa fl-10 ta’ April 2008 u rreġistrat fit-18 ta’ April 2008. L-informazzjoni ppreparata mit-tieni offerent kienet ippreżentata iżjed tard, b’ittra tas-7 ta’ April 2008, irreġistrata fit-18 ta’ April 2008, wara tfakkira datata 18 ta’ Marzu 2008.

(35)

Il-Polonja ssottomettiet informazzjoni dwar l-iżviluppi fin-negozjati ma’ Amber Sp. z o.o., bħala l-offerent esklussiv, b’ittra tat-28 ta’ Marzu 2008, irreġistrata fl-istess ġurnata, tas-7 ta’ April 2008, irreġistrata fit-18 ta’ April 2008, tat-23 ta’ April 2008, irreġistrata fl-istess ġurnata, u tal-25 ta’ April 2008, irreġistrata fl-istess ġurnata. Fl-10 ta’ April 2008 ġewwa Varsavja saret laqgħa bejn rappreżentanti tal-Kummissjoni, it-Tarzna ta’ Gdynia, l-Amber Sp. z o.o. u l-awtoritajiet Pollakki. Il-Polonja ssottomettiet ir-rapport tagħha tal-laqgħa lill-Kummissjoni b’ittra datata s-7 ta’ Mejju 2008, irreġistrata fit-13 ta’ Mejju 2008.

(36)

Il-Kummissjoni pprovdiet kummenti dwar il-progress tal-proċess tal-privatizzazzjoni b’ittri tal-21 u tat-30 ta’ April 2008.

(37)

B’ittra datata t-12 ta’ Mejju 2008, irreġistrata fl-istess ġurnata, il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li Amber Sp. z o.o. kienet irtirat mill-proċess tal-privatizzazzjoni. Fl-aħħar nett, b’ittra tas-26 ta’ Mejju 2008, irreġistrata fis-27 ta’ Mejju 2008, l-awtoritajiet Pollakki infurmaw lill-Kummissjoni li, fil-15 ta’ Mejju 2008, il-Ministru għat-Teżor kien iddeċieda li jtemm il-proċess tal-privatizzazzjoni fil-qafas tal-istedina pubblika sabiex jinbdew negozjati mal-offerenti li l-offerti tagħhom kienu ġew ammessi fil-proċedura mnedija fl-2007.

(38)

L-awtoritajiet Pollakki infurmaw ukoll lill-Kummissjoni li huma kienu qegħdin jieħdu azzjoni sabiex jerġgħu jniedu l-proċess ta’ privatizzazzjoni bil-għan li jiġu ffirmati ftehimiet ta’ privatizzazzjoni f’Novembru 2008. Mit-3 ta’ Ġunju 2008, il-Polonja ssottomettiet rapporti kuljum lill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda mid-diversi partijiet interessati fil-proċess imniedi mill-ġdid tal-privatizzazzjoni. B’ittra tas-6 ta’ Ġunju 2008, irreġistrata fl-istess ġurnata, il-Polonja ssottomettiet il-“memorandum ta’ informazzjoni dwar it-Tarzna ta’ Gdynia” tat-2 ta’ Ġunju 2008 (minn hawn ’il quddiem “il-memorandum ta’ informazzjoni tal-2008”) lill-Kummissjoni.

(39)

Fuq talba tal-awtoritajiet Pollakki, fl-10 ta’ Ġunju 2008 saret laqgħa bejn rappreżentanti tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Pollakki u ISD Polska, li ġie introdott lill-Kummissjoni bħala xerrej potenzjali tat-Tarzna ta’ Gdynia. Fit-13 ta’ Ġunju 2008 saret laqgħa oħra bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Pollakki.

(40)

B’ittra tas-26 ta’ Ġunju 2008, irreġistrata fl-istess ġurnata, il-Polonja ssottomettiet abbozz ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni għat-Tarzna ta’ Gdynia u għat-Tarzna ta’ Gdańsk imħejji minn ISD Polska (il-proprjetarju tat-Tarzna ta’ Gdańsk) u abbozz ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni għat-Tarzna ta’ Gdynia mħejji mill-Kumpanija Pollakka tal-Bini tal-Bastimenti (minn hawn ’il quddiem “il-PSC”).

(41)

B’ittra datata l-4 ta’ Lulju 2008, il-Kummissjoni talbet kjarifiki dwar ċerti kwistjonijiet relatati mal-abbozz ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni mħejji minn ISD Polska. Il-Polonja wieġbet b’ittri tas-7 u t-8 ta’ Lulju 2008, irreġistrati f’dawk l-istess ġranet. Fit-8 ta’ Lulju 2008 saret laqgħa bejn rappreżentanti tal-awtoritajiet Pollakki, ISD Polska u l-Kummissjoni.

(42)

B’ittra datata 1-14 ta’ Lulju 2008 il-Polonja wiegħdet li tipprovdi lill-Kummissjoni pjan sħiħ ta’ ristrutturazzjoni sat-12 ta’ Settembru ta’ dik is-sena.

(43)

Fis-16 ta’ Lulju 2008 il-Kummissjoni approvat, fuq bażi preliminari, il-valutazzjoni u l-konklużjonijiet ippreżentati f’abbozz ta’ deċiżjoni biex tiġi konkluża l-investigazzjoni formali li ddikjarat li l-għajnuna mogħtija lit-Tarzna ta’ Gdynia ma kinitx kompatibbli mas-suq komuni u riedet tiġi rkuprata. Madankollu, fid-dawl tal-ittra mill-awtoritajiet Pollakki datata l-14 ta’ Lulju 2008, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipposponi l-adozzjoni tad-deċiżjoni sabiex tivvaluta jekk il-pjan ġdid ta’ ristrutturazzjoni li kellu jiġi sottomess mill-awtoritajiet Pollakki sat-12 ta’ Settembru 2008 kienx se jtejjeb b’mod sinifikanti s-sitwazzjoni u jippermetti li l-għajnuna titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni.

(44)

Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-Polonja pprovdiet lill-Kummissjoni b’aġġornamenti kull ġimgħa dwar il-proċess tal-privatizzazzjoni (ittri datati t-28 ta’ Lulju, l-4 ta’ Awwissu, it-12 ta’ Awwissu, il-21 ta’ Awwissu, il-25 ta’ Awwissu, l-1 ta’ Settembru, it-8 ta’ Settembru, is-16 ta’ Settembru u t-23 ta’ Settembru, irreġistrati f’dawk l-istess ġranet).

(45)

B’ittra tat-18 ta’ Lulju, irreġistrata fil-21 ta’ Lulju, il-Polonja talbet tliet sessjonijiet ta’ konsultazzjoni mal-Kummissjoni dwar l-abbozz ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni bil-għan li tipprepara verżjoni finali li tinkorpora fiha l-kummenti tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni qablet mal-iskeda b’ittra tal-31 ta’ Lulju.

(46)

Madankollu, l-ewwel laqgħa mhux uffiċjali bejn l-awtoritajiet Pollakki u l-Kummissjoni ma saritx qabel il-21 ta’ Awwissu 2008. Laqgħa oħra mal-awtoritajiet Pollakki, fil-preżenza ta’ ISD Polska, saret fit-2 ta’ Settembru 2008. Il-Polonja ssottomettiet b’mod informali l-abbozz ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ ISD fit-28 ta’ Awwissu 2008 u verżjoni emendata ta’ dan l-abbozz fit-8 ta’ Settembru 2008.

(47)

B’ittra tat-12 ta’ Settembru 2008, irreġistrata fl-istess ġurnata, il-Polonja ssottomettiet il-pjan finali tar-ristrutturazzjoni ta’ ISD Polska għat-Tarzna ta’ Gdynia u għat-Tarzna ta’ Gdańsk.

(48)

B’ittra tas-16 ta’ Settembru 2008, irreġistrata fis-17 ta’ Settembru 2008, il-Polonja ssottomettiet abbozz tal-ftehim ta’ privatizzazzjoni bejn ISD Polska u t-Teżor Pollakk.

(49)

Fit-30 ta’ Settembru 2008 kienet organizzata laqgħa bejn l-awtoritajiet Pollakki u l-Kummissjoni. F’din il-laqgħa pparteċipaw rappreżentanti ta’ ISD Polska.

(50)

B’ittra datata s-27 ta’ Ottubru 2008, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Pollakki dwar il-kundizzjonijiet qafas sabiex tiġi implimentata din id-deċiżjoni. B’ittra tat-3 ta’ Novembru 2008, irreġistrata fl-4 ta’ Novembru 2008, il-Polonja wiegħdet li tikkonforma b’mod sħiħ ma’ dawn il-kundizzjonijiet. Il-Kummissjoni aċċettat dan l-impenn b’ittra datata s-6 ta’ Novembru 2008.

(51)

B’ittra tal-14 ta’ Ġunju 2007 il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Pollakki sabiex jissottomettu rendikont fil-qosor tal-għajnuna mill-istat kollha mogħtija lit-tarzna mid-dħul tal-Polonja fl-UE fl-1 ta’ Mejju 2004. Il-Kummissjoni talbet aktar kjarifiki b’ittra datata t-13 ta’ Novembru 2007, li l-Polonja wieġbet għaliha b’ittra tad-9 ta’ Jannar 2008, irreġistrata fl-istess ġurnata. Il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni dwar għajnuna addizzjonali mogħtija lit-Tarzna ta’ Gdynia b’ittra tas-6 ta’ Diċembru 2007, irreġistrata fl-istess ġurnata, b’ittra tat-12 ta’ Frar 2008, irreġistrata fit-13 ta’ Frar 2008 u b’ittra tas-6 ta’ Ġunju 2008, irreġistrata fl-istess ġurnata.

II.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA

1.   L-IMPRIŻA RILEVANTI

(52)

Il-benefiċjarju tal-għajnuna hija t-Tarzna ta’ Gdynia. Din il-kumpanija hija bbażata fir-reġjun ta’ Gdańsk-Gdynia-Sopot fit-Tramuntana tal-Polonja.

(53)

Il-Kummissjoni tinnota li, taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-istat, il-kumpaniji fir-reġjun huma eliġibbli għal għajnuna mill-Fondi Strutturali taħt l-objettiv tal-Konverġenza (4) u mill-Fond ta’ Koeżjoni (5). B’mod partikolari, il-kumpaniji li jinsabu fir-reġjun huma potenzjalment eliġibbli għal appoġġ mill-Programm Operattiv Reġjonali taħt l-assi ta’ prijorità mfassla sabiex isostnu l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, miżuri għat-trasferiment tal-innovazzjoni u t-teknoloġija (orjentati lejn il-ħolqien tax-xogħol fuq il-perjodu fit-tul) u biex tiġi żviluppata l-infrastruttura soċjali u edukattiva għall-iskopijiet tat-taħriġ vokazzjonali u tul il-ħajja. Il-kumpaniji fir-reġjun huma eliġibbli wkoll għall-programmi operattivi dwar l-Ekonomija Innovattiva u r-Riżorsi Umani, b’dawn tal-aħħar ikunu speċifikament imfassla sabiex jgħinu lill-kumpaniji u lis-suq tax-xogħol jadattaw għall-bidliet fl-ekonomija, fosthom il-proċessi tar-ristrutturazzjoni.

(54)

It-Tarzna ta’ Gdynia hija attiva fil-bini ta’ bastimenti, produzzjoni ta’ bwieq, kostruzzjoni ta’ pontijiet tal-azzar, servizzi fis-settur tal-bini tal-bastimenti u f'setturi oħra.

(55)

L-akbar azzjonisti (6) tat-Tarzna ta’ Gdynia jinkludu t-Teżor, li jippossiedi 32 % tal-ishma, li jikkorrispondu għal 35 % tad-drittijiet tal-vot, Ray Car Carriers Ltd (16 % u 22 %), Korporacja Polskie Stocznie S.A. (10 % u 6 %), l-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali (Agencja Rozwoju Przemysli S.A.) (9 % u 13 %) u Stoczniowy Fundusz Inwestycyjny S.A. (7 % u 5 %). L-ebda wieħed mill-azzjonisti l-oħra ma kellu sehem ta’ aktar minn 4 %.

(56)

It-Tarzna ta’ Gdynia hija l-kumpanija prinċipali tal-Grupp tat-Tarzna ta’ Gdynia, li jinkludi tnax-il sussidjarju. Sa ftit ilu, Stocznia Gdańsk S.A. kienet waħda mis-sussidjarji iżda, bil-ftehim ta’ Ottubru 2007, it-Tarzna ta’ Gdynia biegħet l-ishma li kien baqgħalha fit-tarzna ta’ Gdańsk lis-sid maġġoritarju ġdid ta’ Stocznia Gdańsk S.A. Madankollu, mill-1998 sal-ħarifa tal-2006, it-Tarzna ta’ Gdynia kellha l-maġġoranza tal-ishma fi Stocznia Gdańsk S.A. (li qabel kien jisimha Stocznia Gdańsk – Grupa Stoczni Gdynia) u għalhekk ir-ristrutturazzjoni taż-żewġ tarzni saret b’mod parallel.

(57)

Il-prodotti prinċipali ta’ bini tal-bastimenti tat-Tarzna ta’ Gdynia huma bastimenti għall-kontejners minn 1 100 sa 5 000 TEU u trasportaturi tal-karozzi Ro/Ro b’kapaċità ta’ tagħbija li tvarja minn 2 100 sa 6 000 karozza. Prodotti oħra jinkludu bastimenti li jintużaw għal diversi għanijiet, trasportaturi ta’ prodotti u sustanzi kimiċi, bastimenti kbar għall-ġarr tal-merkanzija u trasportaturi tal-gass tal-petroleum likwifikat.

(58)

Fis-settur tal-bastimenti għall-kontejners sa 3 000 TEU, il-kompetituri prinċipali huma t-tarzni Ewropej ta’ Aker Ostsee u Volkswerft Stralsund fil-Ġermanja u t-tarzni Koreani u Ċiniżi. It-tarzna timmanifattura l-akbar trasportaturi tal-karozzi fid-dinja (f’termini ta’ DWT) u s-sehem tagħha mill-ktieb dinji tal-ordnijiet għal dawn il-prodotti huwa ta’ 11 % (7). L-ebda tarzna oħra fl-UE ma tipproduċi trasportaturi tal-karozzi ta’ dan id-daqs, u l-uniku kompetitur Ewropew hija t-tarzna ta’ Uljanik fil-Kroazja. Il-kompetituri l-oħra ta’ Gdynia huma t-tarzni Koreani u Ġappuniżi.

(59)

Bejn l-2002 u l-2006 it-Tarzna ta’ Gdynia pproduċiet 48 bastiment. Fl-2004 Gdynia kklassifikat bħala t-tlettax l-akbar tarzna fid-dinja f’termini tal-ktieb tal-ordnijiet tagħha (imkejjel f’CGT). Fl-2005 hija kklassifikat fil-21 post iżda xorta kienet għadha l-akbar tarzna fl-Ewropa.

(60)

Attwalment (f’April 2008), (8) il-ktieb tal-ordnijiet tagħha jinkludi 16-il kuntratt (12-il trasportatur tal-karozzi u 4 bastimenti għall-kontejners) b’volum totali ta’ 581 000 CGT biex jiġu kkonsenjati fl-2008 u fl-2009.

(61)

Il-faċilitajiet prinċipali tal-produzzjoni tat-Tarzna ta’ Gdynia jinkludu żewġ baċiri, SD I u SD II.

(62)

F’Awwissu 2007, it-Tarzna ta’ Gdynia kienet timpjega 4 611-il persuna, li 68 % minnhom kienu marbuta direttament mal-proċess tal-produzzjoni (9). Dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ 26 % fuq Diċembru 2004, meta t-tarzna kienet timpjega 6 249 persuna (10).

(63)

Il-Grupp tat-Tarzna ta’ Gdynia esperjenza l-ewwel darba diffikultajiet fl-2002. Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2004 jispjega li l-fatturi li kkontribwew għas-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli kienu esterni, bħall-kompetizzjoni mill-Ażja, it-titjib fiż-żloti kontra d-dollaru, il-prezzijiet jogħlew tal-azzar u problemi ta’ aċċess għall-finanzjament wara l-falliment ta’ Stocznia Szczecin Porta Holding S.A. u l-waqgħa ta’ krejn tal-irfid fit-tarzna ta’ Gdynia waqt maltempata qawwija fl-1999. Bħala parti mill-isforzi tagħha biex timla l-ktieb tagħha tal-ordnijiet, speċjalment wara li l-akkwist tat-Tarzna ta’ Gdańsk fl-1998 żied il-potenzjal tal-produzzjoni tagħha, it-Tarzna ta’ Gdynia ħadet għadd ta’ deċiżjonijiet amministrattivi li rriżultaw li kienu problematiċi. It-tarzna assumiet riskji ta’ disinn, teknoloġiċi, finanzjarji u kummerċjali (prodotti ġodda, prototipi u bini ta’ bastimenti li għamlu telf li kienu ġodda għat-tarzna, bħal bastimenti għall-ġarr tal-merkanżija żgħar, trasportaturi ta’ sustanzi kimiċi, bastimenti Ro/Ro, tankers tal-gass, bastimenti kbar għall-ġarr tal-kontenjers u bastimenti ġenerali tal-merkanzija). Ir-rata li biha t-Tarzna ta’ Gdynia naqqset l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha wkoll ma kinitx sodisfaċenti.

(64)

Dawn id-diffikultajiet issoktaw tul il-proċess kollu tar-ristrutturazzjoni. Skont il-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2006, ir-raġunijiet għal dawn id-diffikultajiet persistenti kienu t-tisħiħ tal-iżloti kontra d-dollaru u ż-żieda mingħajr preċedent fil-prezzijiet tal-azzar, li ma kinux riflessi fil-kuntratti konklużi mit-tarzna. Raġuni oħra kienet in-nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji għall-operazzjonijiet estensivi tar-ristrutturazzjoni.

(65)

Id-diffikultajiet finanzjarji tal-Grupp wasslu għal arretrati fid-djun pubbliċi u kummerċjali u fil-pagi, skarsezzi tal-materjali, tnaqqis fil-produzzjoni, żieda fl-ispejjeż (konsum tax-xogħol, multi) u dewmien sinifikanti fit-twettiq tal-kuntratti.

(66)

Is-sitwazzjoni finanzjarja tat-Tarzna ta’ Gdynia marret għall-agħar b’mod gradwali.

Tabella 1

L-Operat tat-Tarzna ta’ Gdynia

(PLN miljuni)

 

2002

2003

2004

2005

2006

2007

Fatturat

1 724

891

1 327

1 599

1 259

1 040

Riżultat

– 477

– 190

–77

– 114

– 292

– 311

Ekwità

 

 

– 288

– 285

– 576

– 928

Sors: Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2006 u l-memorandum ta’ informazzjoni.

(67)

It-tarzna tistenna li tagħmel telf sostanzjali ulterjuri fl-2008 u fl-2009 fuq il-ktieb tal-ordnijiet kurrenti tagħha (11).

2.   ID-DEĊIŻJONI LI JINBDEW PROĊEDURI SKONT L-ARTIKOLU 88(2) TAT-TRATTAT TAL-KE

(68)

Fid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni indikat li xi wħud mill-miżuri li bihom kienet ġiet innotifikata taħt l-Anness IV, punt 3 tat-Trattat tal-Adeżjoni kienu jikkostitwixxu għajnuna ġdida minħabba li kienu ngħataw wara d-dħul tal-Polonja fl-UE fl-1 ta’ Mejju 2004 jew kienu għadhom ma ngħatawx fiż-żmien tad-deċiżjoni. Il-Kummissjoni elenkat dawn il-miżuri fl-Anness I, parti B tad-deċiżjoni.

(69)

Il-Kummissjoni ddeċidiet ukoll li għadd ta’ miżuri indikati fl-Anness I, parti A tad-deċiżjoni kienu ngħataw lit-Tarzna ta’ Gdynia qabel l-1 ta’ Mejju 2004 u ma kinux applikabbli wara l-adeżjoni fit-tifsira tal-Anness IV, punt 3 tat-Trattat tal-Adeżjoni u, għalhekk, ma kinux se jiġu eżaminati skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE. Dawn il-miżuri għalhekk mhumiex maqbuda minn din id-deċiżjoni. Madankollu, huma kellhom jiġu inklużi fil-valutazzjoni tal-kompatibilità mas-suq komuni tal-miżuri mogħtija wara l-adeżjoni.

(70)

Fir-realtà, il-Kummissjoni argumentat li qabel l-adeżjoni ma kinitx ittieħdet deċiżjoni legalment vinkolanti dwar id-deċiżjonijiet elenkati fl-Anness I, parti B tad-deċiżjoni, għalkemm hija rrikonoxxiet li kienu ttieħdu xi passi preliminari lejn tali deċiżjoni legalment vinkolanti.

(71)

Rigward ir-ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku skont il-proċedura ta’ Kapitolu 5a bbażata fuq l-Att tat-30 ta’ Ottubru 2002 dwar l-Għajnuna mill-Istat (Intrapriżi ta’ Importanza Speċjali għas-Suq tax-Xogħol), kif emendat, (12) il-Kummissjoni kkonkludiet li d-deċiżjoni ta’ ristrutturazzjoni maħruġa miċ-Chairperson tal-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali, l-aġenzija governattiva responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proċedura tal-Kapitolu 5a, kienet legalment vinkolanti. F’dan il-każ, madankollu, ma kienet inħarġet l-ebda deċiżjoni ta’ ristrutturazzjoni bħal din qabel l-adeżjoni (13). Dan minħabba li d-deċiżjoni maħruġa miċ-Chairperson tal-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali fid-19 ta’ April 2004 sabiex tapprova l-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2004 ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti proċedurali u sostantivi biex tikkwalifika bħala deċiżjoni ta’ ristrutturazzjoni.

(72)

Il-Kummissjoni aċċettat l-ispjegazzjoni tal-Polonja li l-imgħax akkumulat fuq dawn id-djun taħt il-liġi pubblika se jiġi awtomatikament ikkanċellat flimkien mal-kapital minħabba n-natura anċillari tiegħu, mingħajr il-ħtieġa li tinħareġ deċiżjoni separata.

(73)

Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza ta’ deċiżjonijiet legalment vinkolanti għal sensiela ta’ miżuri, fosthom garanziji ta’ produzzjoni u injezzjoni ta’ kapital, ħruġ ta’ bonds u bdil ta’ dejn ma’ ekwità, elenkati bħala l-miżuri 28-34 tal-Anness I, parti B tad-deċiżjoni. Il-Kummissjoni wieġbet b’mod partikolari għall-argument prinċipali tal-Polonja, jiġifieri li dawn il-miżuri kienu ġew inklużi fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2004 għat-Tarzna ta’ Gdynia, li kien ġie approvat mill-Bord Superviżorju tat-tarzna, bir-rappreżentanti tat-Teżor jobbligaw lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jimplimentaw il-miżuri billi jivvutaw favur il-pjan.

(74)

Il-Kummissjoni b’mod partikolari sabet li, billi l-azzjonisti ma kinux ħadu l-passi meħtieġa għal dak il-għan, il-Bord Superviżorju ma kienx ingħata s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet li kellhom riperkussjonijiet finanzjarji għall-azzjonisti. Il-Kummissjoni sabet ukoll li, anki jekk wieħed jassumi li l-Bord Superviżorju kien intitolat li jieħu tali deċiżjonijiet f’isem l-azzjonisti, xorta ma kienx ċar jekk deċiżjoni bħal din kinitx toħloq obbligu pożittiv min-naħa tat-Teżor sabiex jagħti għajnuna mill-istat, billi normalment mhuwiex possibbli li azzjonijiet meħuda mill-istat bħala attur tas-suq jiġu assimilati ma’ azzjonijiet meħuda mill-istat fit-twettiq ta’ diversi miri pubbliċi.

(75)

Rigward il-miżura 32 tal-Anness I, parti B tad-deċiżjoni (injezzjoni ta' kapitali ta’ PLN 40 miljun), il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk id-deċiżjoni li kienet tobbliga lit-Teżor jaffettwa żieda kapitali qabel l-adeżjoni tal-Polonja kinitx valida fil-liġi, minħabba li r-rekwiżit li kwalunkwe żieda kapitali tiġi rreġistrata mal-qorti kompetenti fi żmien sitt xhur ma kienx ġie mħares.

(76)

Billi sabet li għadd ta’ miżuri għat-Tarzna ta’ Gdynia kienu jikkostitwixxu għajnuna ġdida, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha li kienet ġiet osservata xi waħda mill-kundizzjonijiet sabiex l-għajnuna tiġi approvata bħala għajnuna għar-ristrutturazzjoni.

3.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

(a)    Kummenti mit-Tarzna ta’ Gdynia

(77)

Il-benefiċjarju ppreżenta żewġ tipi ta’ argumenti: dwar il-kompetenza tal-Kummissjoni fir-rigward tal-miżuri elenkati fl-Anness I, parti B tad-deċiżjoni u dwar id-dubji tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kompatibilità ta’ din l-għajnuna, billi tqieset li tikkostitwixxi għajnuna ġdida, mas-suq komuni.

(78)

Rigward ir-ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku skont il-Kapitolu 5a, il-benefiċjarju argumenta li l-fatt li tingħata l-għajnuna kien jikkostitwixxi deċiżjoni ta’ ristrutturazzjoni min-naħa taċ-Chairperson tal-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali. Il-benefiċjarju, madankollu sostna, kif għamlet il-Polonja fil-fażi inizjali tal-investigazzjoni mill-Kummissjoni, li d-deċiżjoni rilevanti kienet adottata miċ-Chairperson tal-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali qabel l-adeżjoni, fid-19 ta’ April 2004.

(79)

Il-benefiċjarju argumenta li kien il-qbil tal-kredituri pubbliċi individwali kollha mar-ristrutturazzjoni skont il-Kapitolu 5a li kkostitwixxa l-għoti tal-għajnuna, qabel l-adeżjoni (14).

(80)

Kuntrarju għal dak li ddikjarat il-Polonja fl-ewwel fażi tal-investigazzjoni mill-Kummissjoni, il-benefiċjarju argumenta li ma kien akkumula l-ebda imgħaxijiet wara t-30 ta’ Ġunju 2003 fuq id-djun taħt il-liġi pubblika ristrutturati skont il-Kapitolu 5a.

(81)

Il-benefiċjarju argumenta li l-espożizzjoni preċiża tal-Istat fir-rigward tal-miżura 32 (injezzjoni ta’ kapital) kien intwera qabel l-adeżjoni u għalhekk l-għajnuna għandha titqies bħala li ngħatat qabel l-adeżjoni.

(82)

Il-benefiċjarju kkummenta wkoll dwar aspetti oħra tad-deċiżjoni. B’mod partikolari, huwa ddikjara li l-garanziji ta’ produzzjoni mogħtija lit-tarzna mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-istat. Il-benefiċjarju argumenta li l-iskema ta’ garanziji tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni hija sistema ta’ awtofinanzjament li fiha, fuq perjodu fit-tul, il-primjums miġbura jaqbżu r-riskji koperti u l-ammonti attwalment imħallsa. Il-benefiċjarju ddeskriva l-kundizzjonijiet li fihom il-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni toħroġ dawn il-garanziji (il-primjums u t-tip ta’ garanzija meħtieġa).

(83)

Fir-rigward tar-rekwiżit li l-għajnuna tkun limitata għall-minimu neċessarju, il-benefiċjarju argumenta li l-ammont tal-għajnuna kien ġie limitat għall-minimu strett, u li jkun ġustifikat li tingħata iżjed għajnuna, jekk tkun disponibbli. Il-benefiċjarju ssuġġerixxa wkoll li anki kieku l-Kummissjoni ddefiniet l-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni b’mod strett (jiġifieri li ma jinkludux l-ispejjeż operattivi tat-tarzna), il-komponent tal-iffinanzjar ta’ dawn l-ispejjeż mingħajr l-għajnuna mill-istat xorta jkun madwar 30 %, u għalhekk jissodisfa l-Linji Gwida tal-1999 dwar ir-Ristrutturazzjoni (15).

(84)

Il-benefiċjarju argumenta wkoll li l-għajnuna mill-istat lit-Tarzna ta’ Gdynia ma tfixkilx il-kompetizzjoni fl-Ewropa, fejn sostna li t-theddida kompetittiva reali għat-tarzni Ewropej ġejja mil-Lvant Imbiegħed. Il-benefiċjarju rrikonoxxa li l-bastimenti għall-kontejners kienu jinbnew ukoll f’tarzni oħra Ewropej, b’mod partikolari fil-Ġermanja, iżda sostna li l-bastimenti għall-kontejners mibnija fil-Ġermanja kienu differenti f’dak li għandu x’jaqsam mad-disinn u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Il-benefiċjarju afferma li l-ebda tarzna oħra fl-UE ma kienet tibni trasportaturi tal-karozzi u għalhekk it-Tarzna ta’ Gdynia ma kienet qiegħda tikkompeti f’dan is-settur mal-ebda tarzna oħra fl-UE.

(85)

Fl-aħħar nett, il-benefiċjarju ddikjara li r-ristrutturazzjoni tiegħu kellha definittivament titlesta sal-aħħar tal-2007.

(b)    Kummenti minn partijiet oħra interessati

(86)

Id-Danimarka u Danish Maritime appoġġjaw l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex tassigura li l-għajnuna mill-istat ngħatat b’mod konformi mar-regoli applikabbli. Huma rrimarkaw li, b’riżultat tas-sitwazzjoni kompetittiva fis-suq dinji tal-bini tal-bastimenti, numru ta’ tarzni Daniżi kienu għalqu jew iffaċċjaw falliment mingħajr ma ngħatat ebda għajnuna mill-istat. Huma kkonfermaw ukoll li l-firxa tal-prodotti tat-tarzni Daniżi kienet simili għal dik tat-tarzni Pollakki, bir-riżultat li t-tarzni Daniżi setgħu jiġu affettwati minn kwalunkwe kompetizzjoni inġusta. Id-Danimarka ħeġġet ukoll lill-Kummissjoni sabiex titlob lit-Tarzna ta’ Gdynia tnaqqas il-kapaċità tagħha sabiex l-għajnuna mill-istat ma tintużax biex iżżid il-kapaċità eċċessiva madwar id-dinja kollha.

(87)

Ray Car Carriers, bħala l-akbar klijent tat-Tarzna ta’ Gdynia u azzjonist minoritarju fil-kumpanija, enfasizzat l-importanza tat-Tarzna ta’ Gdynia għall-operazzjonijiet tiegħu minħabba l-kuntratti li kellu mat-tarzna. Ray Car Carriers kien konvint li, bil-ħaddiema u l-amministrazzjoni kapaċi ħafna tiegħha, it-tarzna setgħet issir waħda mill-aħjar fl-Ewropa, kieku ġiet ristrutturata u rċeviet għajnuna mill-istat għal dak il-għan.

(88)

It-trejdjunjin Solidarność issottolinjat is-sitwazzjoni tat-tarzna li kienet sejra għall-agħar, fejn argumentat li kienet meħtieġa ristrutturazzjoni ta’ malajr. It-trejdjunjin iddeskriviet xi wħud mill-miżuri ta’ ristrutturazzjoni li diġà twettqu fit-tarzna u esprimiet il-konvinzjoni tagħha li, bit-teknoloġija u l-ħaddiema li kellha, hija setgħet tingħaqad mat-tarzni Ewropej li jagħmlu profitt. Għalhekk kienet meħtieġa għajnuna mill-istat sabiex jiġi implimentat il-pjan ta’ ristrutturazzjoni.

(89)

L-assoċjazzjoni Pollakka tat-tarzni Forum Okrętowe fissret ir-raġunijiet għad-diffikultajiet tat-tarzna u esprimiet l-appoġġ tagħha għall-proċess ta’ ristrutturazzjoni u għall-użu ta’ għajnuna mill-istat għal dak il-għan.

(c)    Kummenti mill-Polonja

(90)

L-istess bħall-benefiċjarju, il-Polonja kkummentat dwar aspetti kemm tal-kompetenza kif ukoll tal-kompatibilità.

(91)

Dwar ir-ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku skont il-Kapitolu 5a, il-Polonja ma ressqet l-ebda argument addizzjonali. Madankollu, fit-tweġiba tagħha għall-kummenti tal-benefiċjarju, il-Polonja esprimiet nuqqas ta’ qbil mal-interpretazzjoni tal-liġi Pollakka minn dan tal-aħħar.

(92)

Rigward il-miżuri 28-34 tal-Anness I, parti B tad-deċiżjoni, il-Polonja ma ċaħditx il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni indikati fid-deċiżjoni sabiex tinfetaħ investigazzjoni formali. Madankollu, il-Polonja ressqet argument ġdid fejn infurmat li d-dikjarazzjonijiet mir-rappreżentanti ta’ diversi awtoritajiet statali fit-Tim tal-Industrija tal-Bini tal-Bastimenti dwar pjanijiet sabiex jiġu estiżi dawn il-miżuri għandhom jitqiesu bħala impenji uffiċjali. Dawn id-dikjarazzjonijiet saru qabel l-adeżjoni.

(93)

Dwar il-miżura 32 (injezzjoni ta’ kapital), il-Polonja argumentat li, billi fil-laqgħat tal-azzjonisti t-Teżor kien aġixxa bħala s-sid tat-Tarzna ta’ Gdynia, din l-azzjoni ma setgħetx tiġi separata mill-azzjonijiet tiegħu bħala awtorità li tagħti għajnuna pubblika.

(94)

Fl-istess ħin il-Polonja tirrikonoxxi li, filwaqt li l-azzjonijiet relatati mal-injezzjonijiet tal-kapital jappartjenu għall-isfera tas-sjieda (dominium) u huma suġġetti għal-liġi ċivili, meta jżid il-kapital tal-ishma tal-kumpaniji, il-Ministru (għat-Teżor) huwa obbligat li josserva regoli addizzjonali tal-liġi pubblika li ma japplikawx għall-atturi komuni tas-suq (imperium).

(95)

Il-Polonja mbagħad spjegat li r-regola tas-sitt xhur (l-iskadenza biex jiġu rreġistrati s-sottoskrizzjonijiet tal-ishma mal-qorti) kienet sempliċement rekwiżit formali li ma kellu ebda effett fuq il-mument li fih l-obbligu tal-azzjonist li jissottoskrivi għall-ishma daħal fis-seħħ. Il-Polonja sostniet li dan l-obbligu daħal fis-seħħ fl-2004, qabel l-adeżjoni, u li t-twettiq tiegħu kien jeħtieġ biss li tgħaddi riżoluzzjoni ġdida dwar żieda fil-kapital tal-ishma tat-tarzna, li saret fl-4 ta’ Marzu 2005. Is-sottoskrizzjoni mit-Teżor saret wara, fit-23 ta’ Ġunju 2005.

(96)

Dwar il-kompatibilità tal-għajnuna l-ġdida mas-suq komuni, il-Polonja ddikjarat li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2004 kien jikkostitwixxi bażi ekonomika b’saħħitha għall-proċess ta’ ristrutturazzjoni tat-tarzna. Il-Polonja rrikonoxxiet li l-proċess ta’ ristrutturazzjoni twettaq b’riżorsi finanzjarji limitati. L-awtoritajiet Pollakki mbagħad ipprovdew deskrizzjoni qasira tal-miżuri ta’ ristrutturazzjoni inklużi fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2004 sabiex juru li r-ristrutturazzjoni ma kinitx purament finanzjarja fl-iskop tagħha. Huma ddefendew il-miżuri protettivi proposti fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2004 u implimentati fi ħdan il-Grupp tat-Tarzna ta’ Gdynia. Rigward ir-rekwiżit li l-għajnuna tkun limitata għall-minimu neċessarju, il-Polonja sostniet li l-għajnuna ma ntużatx għal skopijiet għajr ir-ristrutturazzjoni u sostniet li l-intensità tal-għajnuna ammontat għal 31 %, jiġifieri għajnuna bħala perċentwali tal-ispejjeż totali tar-ristrutturazzjoni, inklużi l-ispejjeż operattivi. Il-Polonja argumentat li n-negozjar mill-ġdid tal-prezzijiet tal-kuntratti, flimkien mal-profitti akkumulati u l-likwidità pożittiva ġġenerata mit-tarzna fil-ġejjieni, għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu “kontribuzzjoni proprja”.

(97)

L-awtoritajiet Pollakki ddeskrivew fid-dettall l-iskema ta’ garanziji mħaddma mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni u sostnew li dawn il-garanziji ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-istat.

4.   DESKRIZZJONI KRONOLOĠIKA TAL-EPISODJI DEĊIŻIVI LI SEGWEW ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI LI TIFTAĦ INVESTIGAZZJONI FORMALI

(98)

L-investigazzjoni mill-Kummissjoni u l-ġrajjiet li seħħew matulha huma deskritti fil-qosor hawn isfel.

(99)

Bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ l-investigazzjoni formali, l-awtoritajiet Pollakki ssottomettew żewġ tipi ta’ spjegazzjonijiet fil-ħarifa 2005: l-ewwel nett, li jiddubitaw il-kompetenza tal-Kummissjoni li taġixxi fuq il-miżuri identifikati bħala għajnuna ġdida fid-deċiżjoni tagħha, u, it-tieni, li jargumentaw li anki kieku dawn il-miżuri kienu jikkostitwixxu għajnuna ġdida, huma kienu kompatibbli mas-suq komuni bħala għajnuna għar-ristrutturazzjoni. Ir-reazzjoni tat-Tarzna ta’ Gdynia għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni kienet ta’ natura simili. It-tnejn huma deskritti hawn fuq.

(100)

Sabiex issostni l-argument tagħha dwar il-kompatibilità tal-għajnuna, il-Polonja ssottomettiet lill-Kummissjoni l-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2004 għat-Tarzna ta’ Gdynia, li kien identiku għall-pjan ta’ ristrutturazzjoni li għaliha l-Kummissjoni kienet fetħet l-investigazzjoni formali minħabba dubji dwar il-kredibilità u r-robustezza tiegħu. Madankollu, il-Kummissjoni studjat bir-reqqa l-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2004 u fittxet l-assistenza minn konsulent barrani. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2004 ma kien jissodisfa l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni preskrita mil-linji gwida rilevanti. Fil-laqgħa tat-22 ta’ Frar 2006, il-Kummissjoni fissret id-dubji prinċipali tagħha lill-awtoritajiet Pollakki. Il-Kummissjoni ssottolinjat id-dgħufijiet prinċipali tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2004: investimenti baxxi, produttività baxxa ppjanata, spejjeż għolja tal-produzzjoni, b’mod partikolari l-ispejjeż operattivi u tisħiħ insuffiċjenti tal-bażi kapitali tat-tarzna stess. L-għajnuna pprovduta lit-tarzna kellha titqies bħala għajnuna operattiva biex issostni r-ristrutturazzjoni tad-dejn u l-issoktar tal-operat tat-tarzna.

(101)

F’Diċembru 2005, il-Kummissjoni saret taf minn sorsi pubbliċi (16) li Korporacja Polskie Stocznia (minn hawn ’il quddiem riferuta bħala “KPS”), grupp kapitali taħt sjieda pubblika, kien inħoloq bil-għan li jintegra t-tliet tarzni Pollakki prinċipali fi Gdynia, Gdańsk u Szczecin taħt kappa waħda (minn hawn ’il quddiem riferut bħala l-“pjan ta’ konsolidament”). Ir-rwol prinċipali tal-KPS kien li jiffinanzja l-produzzjoni tat-tarzni. Il-Polonja ma infurmat lill-Kummissjoni dwar il-pjan ta’ konsolidament fl-ebda stadju tal-proċedura, qabel jew wara d-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

(102)

Fl-istess ħin, il-Kummissjoni saret taf mill-istampa dwar it-taħditiet li kienu għaddejjin dwar il-bejgħ tat-tarzni fi Gdynia u Gdańsk lil investituri strateġiċi u dwar is-separazzjoni taż-żewġ kumpaniji, li sa dakinhar kienu ħadmu bħala parti mill-istess grupp. B’ittra tat-13 ta’ Jannar 2006 il-Kummissjoni talbet lill-Gvern Pollakk sabiex jispjega x’kienet fil-fatt l-istrateġija tiegħu għat-Tarzna ta’ Gdynia.

(103)

B’ittra tal-20 ta’ Frar 2006 il-Polonja spjegat li preċedentement kien previst pjan ta’ konsolidament iżda li dan kien twarrab u fi żmien qasir kienet se tiġi adottata strateġija ta’ ristrutturazzjoni ġdida għas-settur tal-bini tal-bastimenti Pollakk.

(104)

Fil-laqgħa tat-22 ta’ Frar 2006 u b’ittra tat-13 ta’ Marzu 2006 l-awtoritajiet Pollakki infurmaw lill-Kummissjoni li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2004 kien skadut u kellu jiġi emendat. L-awtoritajiet Pollakki wiegħdu li jissottomettu l-pjan ta’ ristrutturazzjoni emendat sa Ġunju 2006. L-awtoritajiet Pollakki ppreżentaw ukoll l-elementi prinċipali tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni ġdid għas-settur tal-bini tal-bastimenti Pollakk. L-ewwel, it-Tarzna ta’ Gdańsk kellha tiġi separata mill-Grupp tat-Tarzna ta’ Gdynia kemm jista’ jkun malajr. It-tieni, il-Gvern kellu jippermetti injezzjoni ta’ kapital privat fit-tarzni ta’ Gdańsk u ta’ Gdynia bl-objettiv fit-tul tal-privatizzazzjoni sħiħa tat-tarzni.

(105)

L-Assemblea Ġenerali tat-Tarzna ta’ Gdynia tad-19 ta’ April 2006 iddeċidiet fuq żieda kapitali sa PLN 300 miljun. Il-bord tat-tmexxija ngħata l-mandat sabiex ifittex investituri interessati li jipparteċipaw. Għal dak il-għan, il-memorandum ta’ informazzjoni ta’ Mejju 2006 tpoġġa għad-dispożizzjoni ta’ investituri potenzjali mill-10 ta’ Mejju 2006, u xi 80 investitur bħal dawn kienu avviċinati direttament mill-konsulent għall-privatizzazzjoni tat-Tarzna ta’ Gdynia. It-Tarzna ta’ Gdynia rċeviet żewġ offerti preliminari biex tipparteċipa fiż-żieda kapitali, mill-produttur Ukrajn tal-azzar Donbas u l-klijent prinċipali tat-tarzna, Ray Car Carriers. Dawn iż-żewġ kumpaniji eventwalment issottomettew offerti vinkolanti fit-28 ta’ Awwissu 2006 li, madankollu, kienu kundizzjonali fuq il-kopertura u l-kanċellazzjoni tad-dejn mill-bejjiegħ – l-Istat. Skont l-iskeda mħabbra mill-Polonja (ittra tas-26 ta’ Settembru 2006), in-negozjati maż-żewġ offerenti kellhom jitlestew sa nofs Ottubru 2006 u s-sottoskrizzjoni tal-ishma ġodda kellha tiġi finalizzata sal-15 ta’ Diċembru 2006.

(106)

Il-Kummissjoni rċeviet l-ewwel abbozz tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2006 fid-9 ta’ Ġunju 2006. Wara li żaret it-tarzna u rċeviet l-opinjoni ta’ konsulent estern, il-Kummissjoni esprimiet tħassib serju dwar dan l-abbozz waqt iż-żjara fuq il-post fit-13 ta’ Ġunju 2006 u bil-miktub fis-17 ta’ Lulju, fejn irrimarkat li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni ma deherx suffiċjentement komprensiv biex jirrestawra l-vijabilità fuq perjodu fit-tul tat-tarzna, li ma kien sar ebda provvediment biex tiġi ffinanzjata r-ristrutturazzjoni, li ma kien hemm ebda prospett reali li r-ristrutturazzjoni tiġi ffinanzjata minn riżorsi ħielsa minn għajnuna mill-istat u, fl-aħħar nett, li ma kienu ġew proposti l-ebda miżuri protettivi. B’referenza għad-dipendenza kontinwa fuq il-garanziji għall-finanzjament tal-bastimenti pprovduti mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni, li hija aġenzija tal-Gvern, il-Kummissjoni wissiet lit-tarzna u lill-awtoritajiet Pollakki li dawn il-garanziji kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-istat.

(107)

Minkejja dawn it-twissijiet, il-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2006 li eventwalment ġie sottomess mill-Polonja f’Settembru 2006, b’dewmien ta’ xahrejn, ma kienx differenti b’mod sostanzjali mill-ewwel abbozz. Il-kritika prinċipali tal-Kummissjoni għall-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2006 hija deskritta hawn isfel.

(108)

F’laqgħa fis-7 ta’ Diċembru 2006 u b’ittra tad-29 ta’ Jannar 2007, il-Kummissjoni indikat lill-awtoritajiet Pollakki li eżami preliminari kien ikkonkluda li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2006 ma kien jikkonforma mal-ebda waħda mill-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni taħt il-linji gwida preżenti.

(109)

F’dik il-laqgħa l-awtoritajiet Pollakki ħabbru li kien bi ħsiebhom jerġgħu jvaraw il-privatizzazzjoni tat-Tarzna ta’ Gdynia permezz ta’ proċedura miftuħa u trasparenti bil-għan li jattiraw investitur privat li jieħu kontroll sħiħ tat-tarzna. Il-Polonja indikat li l-proċess ta’ privatizzazzjoni kellu jiġi finalizzat sa Ġunju 2007. Sakemm jiġu ppreparati d-dokumenti tal-privatizzazzjoni, il-Polonja talbet lill-Kummissjoni sabiex toħroġ dikjarazzjoni dwar il-miżuri protettivi neċessarji għat-Tarzna ta’ Gdynia sabiex l-investituri potenzjali jkunu jistgħu jiġu pprovduti bl-informazzjoni korretta.

(110)

Fix-xhur ta’ wara, it-Tarzna ta’ Gdynia kompliet it-taħditiet maż-żewġ investituri, Donbas u Ray Car Carriers, li ppreżentaw l-offerti tagħhom f’Awwissu 2006. Fl-istess ħin, il-Gvern ħejja diversi dokumenti dwar il-privatizzazzjoni bil-għan li jerġa’ jniedi l-proċess tal-privatizzazzjoni f’każ li n-negozjati li kienu għaddejjin ifallu. F’Mejju 2007 il-Gvern Pollakk ħabbar li l-negozjati kienu fallew u li l-proċess tal-privatizzazzjoni kien se jerġa’ jinfetaħ. B’ittra datata t-22 ta’ Ġunju 2007 il-Polonja ssottomettiet skeda ġdida għall-proċess tal-privatizzazzjoni, li indikat Diċembru 2007 bħala l-iskadenza tentattiva għat-tlestija tiegħu, jiġifieri nofs sena wara l-iskadenza inizjali li l-Polonja kienet intrabtet magħha f’Jannar 2007. B’ittra tal-31 ta’ Lulju 2007 il-Kummissjoni indikat li l-proċess tal-privatizzazzjoni ma setax jiġi ttardjat aktar. Il-Kummissjoni wissiet ukoll lill-Polonja li, f’dak il-punt, il-kundizzjonijiet li l-vijabilità fuq perjodu fit-tul tat-tarzna kellha tiġi restawrata u li r-ristrutturazzjoni kellha tiġi ffinanzjata parzjalment minn riżorsi ħielsa minn għajnuna mill-istat ma jidhrux li ġew sodisfatti.

(111)

Fl-istess ħin, wara ftehim milħuq bejn il-Kummissarju Kroes u l-Ministru Woźniak f’Diċembru 2006, il-Kummissjoni kienet involuta f’diskussjonijiet intensivi mal-awtoritajiet Pollakki u t-Tarzna ta’ Gdynia bil-għan li tistabbilixxi l-miżuri protettivi neċessarji. B’ittra tat-28 ta’ Frar 2007 il-Polonja wiegħdet li tagħlaq il-baċir SD I fit-Tarzna ta’ Gdynia wara li l-ordnijiet pendenti jkunu ġew ipproċessati u jkunu tlestew l-investimenti meħtieġa fil-baċir SD II, jiġifieri minn Jannar 2010.

(112)

Sabiex tivverifika jekk din il-proposta kinitx tikkostitwixxi miżura protettiva ġenwina, il-Kummissjoni talbet lit-Tarzna ta’ Gdynia sabiex tipprovdilha informazzjoni dwar numru ta’ kwistjonijiet. Eventwalment, b’ittra tal-31 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni infurmat lill-Polonja li hija kienet lesta, fuq bażi preliminari, li tikkunsidra l-għeluq tal-baċir SD I bħala miżura protettiva suffiċjenti bil-kundizzjoni li l-għeluq ikun ifisser it-tneħħija tal-faċilità b’mod li l-attivitajiet ta’ assemblaġġ u varar tal-bastimenti jkunu diżattivati b’mod irriversibbli u li l-għeluq jiġi implimentat mill-1 ta’ Settembru 2009, jew qabel jekk il-bastiment 8185/04, l-aħħar wieħed fuq il-ktieb tal-ordnijiet tat-tarzna fit-8 ta’ Marzu 2007, jiġi varat qabel dik id-data. Barra minn hekk, fl-2009, il-baċir SD I seta’ jintuża biss biex jiġu assemblati ż-żewġ bastimenti attwalment skedati għall-assemblaġġ f’dak il-baċir fl-2009 u li ma setgħux jiġu trasferiti għall-baċir SD II (trasportaturi LPG 8185/03 u 8185/04). Il-bażi għall-konklużjoni tal-Kummissjoni hija deskritta hawn taħt.

(113)

Il-proċedura ġdida ta’ privatizzazzjoni bbażata fuq l-Att dwar il-Privatizzazzjoni tat-30 ta’ Awwissu 1996 bdiet f’Lulju 2007. Fil-5 ta’ Lulju 2007, l-Assemblea Ġenerali tat-Tarzna ta’ Gdynia adottat riżoluzzjoni dwar żieda kapitali ta’ PLN 515-il miljun, bl-ishma li kellhom jiġu sottoskritti mit-Teżor jekk il-privatizzazzjoni tiġi konkluża b’suċċess. Ġie mħejji memorandum ta’ informazzjoni datat l-4 ta’ Lulju 2007. Dan tpoġġa għad-dispożizzjoni ta’ investituri potenzjali mill-10 ta’ Lulju 2007, jiġifieri fid-data tal-pubblikazzjoni tal-istedina għat-tfigħ tal-offerti fl-istampa internazzjonali u Pollakka. Kif deskritt fil-proċedura ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni għaddiet kummenti dwar il-memorandum ta’ informazzjoni li l-Polonja ħadet nota tagħhom.

(114)

Billi nnotat dewmien ulterjuri fil-proċess tal-privatizzazzjoni, b’ittra tat-3 ta’ Ottubru 2007 il-Kummissjoni ħeġġet lill-Polonja sabiex tlesti l-privatizzazzjoni mingħajr dewmien. B’ittra tat-23 ta’ Ottubru 2007 il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li l-privatizzazzjoni ma kinitx se titlesta kif ippjanat, jiġifieri sal-aħħar tal-2007. Minflok, il-Polonja wiegħdet li tibda negozjati ma’ investituri magħżula minn Jannar 2008. Il-Kummissjoni reġgħet tenniet it-tħassib tagħha rigward id-dewmien b’ittra datata t-30 ta’ Novembru 2008 u indikat li kienet tistenna li l-proprjetarju l-ġdid tat-Tarzna ta’ Gdynia jissottometti l-ewwel abbozz ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni ġdid sa nofs Frar 2008. Din it-talba kienet sussegwentement ripetuta mill-Kummissjoni f’diversi okkażjonijiet. Il-Kummissjoni ta’ spiss saħqet dwar l-osservanza stretta tal-iskeda tal-privatizzazzjoni, fejn sostniet li ma kien jidher li hemm ebda ġustifikazzjoni biex il-Polonja terġa’ tibda mill-ġdid il-proċess tal-privatizzazzjoni.

(115)

Il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li ħdax-il kumpanija kienu talbu l-memorandum ta’ informazzjoni tat-Tarzna ta’ Gdynia u li erba’ kumpaniji kienu ssottomettew offerti inizjali sal-iskadenza tal-1 ta’ Ottubru 2007. L-erba’ kumpaniji kienu aċċettati għal eżami tad-diliġenza dovuta. Eventwalment, sal-iskadenza tal-20 ta’ Diċembru 2007 kienu sottomessi tliet offerti vinkolanti. Fl-aħħar ta’ Jannar 2008, il-Polonja ddeċidiet li tidħol f’negozjati ma’ tnejn minn dawn l-investituri. F’nofs Frar 2008, il-Polonja ħabbret li l-proċess ta’ privatizzazzjoni tat-Tarzna ta’ Gdynia kellu jitlesta sas-sajf tal-2008, jiġifieri sena aktar tard milli inizjalment imwiegħed mill-Polonja f’Jannar 2007.

(116)

Fl-20 ta’ Marzu 2008, wieħed minn dawn l-investituri, Amber Sp. z o.o. (minn hawn ’il quddiem “Amber”), sussidjarju ta’ Złomrex, kumpanija Pollakka li tinnegozja l-azzar, ingħatat drittijiet esklużivi ta’ negozjar, li sussegwentement ġew estiżi diversi drabi, li finalment għalqu fit-12 ta’ Mejju 2008.

(117)

Il-Polonja bagħtet abbozz ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni għat-Tarzna ta’ Gdynia mħejji minn Amber lill-Kummissjoni fid-29 ta’ Frar 2008 (17). Amber issottometta projezzjonijiet finanzjarji aġġornati b’email datata d-9 ta’ April 2008. Il-Kummissjoni pprovdiet kummenti verbali dwar dan l-abbozz f’laqgħa ma’ rappreżentanti tal-awtoritajiet Pollakki, Amber u t-Tarzna ta’ Gdynia li saret ġewwa Varsavja fl-10 ta’ April 2008, u kummenti bil-miktub b’ittra tal-21 ta’ April 2008.

(118)

F’laqgħa mal-awtoritajiet Pollakki fit-12 ta’ Mejju 2008, Amber ħabbar li kien irtira mill-proċess ta’ privatizzazzjoni tat-Tarzna ta’ Gdynia. Il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni dwar dan l-iżvilupp dakinhar stess. Fil-ġustifikazzjoni għad-deċiżjoni tiegħu mibgħuta lit-Teżor, Amber semma bħala r-raġuni prinċipali għall-irtirar tiegħu l-fatt li, wara eżami dettaljat tad-diliġenza dovuta tas-sitwazzjoni tat-tarzna, huwa kien ikkonkluda li t-tarzna ma kinitx se ssir profittabbli anki wara li jkunu ġew implimentati l-miżuri ta’ ristrutturazzjoni, fosthom investimenti sinifikanti.

(119)

Fil-15 ta’ Mejju 2008 l-awtoritajiet Pollakki ddeċidew li jagħlqu l-proċess ta’ privatizzazzjoni fil-forma ta’ stedina pubblika għal negozjati ma’ offerenti li l-offerti tagħhom kienu ġew ammessi fil-proċedura mibdija fl-2007.

(120)

Fis-26 ta’ Mejju 2008, il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li l-proċess ta’ privatizzazzjoni kien reġa’ nbeda. Fir-rapporti suċċessivi ta’ kuljum, l-awtoritajiet Pollakki infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet li kienu ħadu sabiex isibu xerrej għat-Tarzna ta’ Gdynia. Il-Polonja bagħtet diversi ittri lill-Kummissjoni li fihom investituri potenzjali esprimew interess li jinżammu infurmati dwar il-proċess ta’ privatizzazzjoni li kien għaddej u li jirċievu l-memorandum ta’ informazzjoni meta jkun disponibbli.

(121)

Fil-laqgħa tal-10 ta’ Ġunju 2008 ħareġ li l-awtoritajiet Pollakki kien qed ikollhom taħditiet intensivi ma’ ISD Polska, is-sid attwali tat-Tarzna ta’ Gdańsk, dwar ix-xiri possibbli tat-Tarzna ta’ Gdynia u l-amalgamazzjoni taż-żewġ tarzni. Il-Polonja pproponiet miżuri protettivi ġodda u indikat li l-investitur il-ġdid kien talab għajnuna mill-istat addizzjonali bħala kundizzjoni biex jieħu parti fil-privatizzazzjoni. Il-Polonja infurmat ukoll lill-Kummissjoni li ISD Polska kienet qiegħda tipprepara pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt għaż-żewġ tarzni li kellu jiġi sottomess lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Ġunju 2008, b’mod konformi mal-inġunzjoni tal-informazzjoni adottata mill-Kummissjoni fir-rigward tal-kawża dwar l-għajnuna mill-istat C 18/05 (18).

(122)

Fuq talba tal-awtoritajiet Pollakki, il-Kummissjoni infurmat lill-Polonja u lil ISD Polska fil-laqgħa tal-10 ta’ Ġunju 2008 u mill-ġdid fil-laqgħa tat-13 ta’ Ġunju 2008 li kellhom jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet qafas jekk ISD Polska ried jixtri t-Tarzna ta’ Gdynia bil-ħsieb li joperaha b’mod konġunt ma’ dik fi Gdańsk. Dawn il-kundizzjonijiet qafas kienu li ISD Polska ried jippreżenta pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt għaż-żewġ tarzni sas-26 ta’ Ġunju 2008, jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni u jadotta miżuri protettivi siewja skont il-linji gwida rilevanti. Il-Kummissjoni sostniet li l-kontribuzzjoni proposta ta’ ISD Polska għall-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni ma kinitx suffiċjenti, meta wieħed jikkunsidra l-ammont ta’ għajnuna mill-istat li t-tarzna kienet irċeviet fl-imgħoddi u l-għajnuna addizzjonali li ISD Polska kien applika għaliha b’rabta mal-privatizzazzjoni.

(123)

B’ittra tas-6 ta’ Ġunju 2008, il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li fit-3 ta’ Ġunju 2008 il-Gvern kien adotta deċiżjoni sabiex jikkontribwixxi kapital ta’ PLN 515-il miljun għat-Tarzna ta’ Gdynia, parzjalment sabiex ikopri t-telf mistenni fuq il-kuntratti eżistenti tal-bini ta’ bastimenti.

(124)

Fis-26 ta’ Ġunju 2008 il-Kummissjoni rċeviet abbozz ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni datat Ġunju 2008 u mħejji minn ISD Polska bit-titlu “Pjan għar-Ristrutturazzjoni tat-Tarzna Ġdida ta’ Gdańsk-Gdynia”, li jippreżenta strateġija konġunta dwar ir-ristrutturazzjoni għat-tarzni fi Gdańsk u Gdynia (minn hawn ’il quddiem il- “pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt (ta’ ISD)”). Il-Kummissjoni rċeviet ukoll abbozz ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni datat Ġunju 2008 u mħejji mill-Kumpanija Pollakka tal-Bini tal-Bastimenti bit-titlu “Pjan ta’ Ristrutturazzjoni tat-Tarzna ta’ Gdynia għall-2008-2012” (minn hawn ’il quddiem “il-Pjan ta’ Ristrutturazzjoni ta’ PSC”). Deskrizzjoni qasira taż-żewġ pjanijiet hija mogħtija hawn isfel.

(125)

B’ittra tal-14 ta’ Lulju 2008, il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li l-privatizzazzjoni tat-Tarzna ta’ Gdynia kienet se tkompli u talbet aktar żmien għall-investituri potenzjali sabiex jiffinalizzaw il-pjan ta’ ristrutturazzjoni. Il-Polonja wiegħdet li tissottometti pjan ta’ ristrutturazzjoni definittiv għat-Tarzna ta’ Gdynia sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Settembru 2008.

(126)

Il-Kummissjoni qablet li tistenna sakemm tkun ittieħdet deċiżjoni sabiex jiġi sottomess pjan ta’ ristrutturazzjoni definittiv.

(127)

Fit-12 ta’ Settembru 2008, il-Polonja ssottomettiet il-pjan ta’ ristrutturazzjoni finali mħejji minn ISD Polska bit-titlu “Pjan għar-Ristrutturazzjoni tat-Tarzna Ġdida ta” Gdańsk-Gdynia (minn hawn ’il quddiem “il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt tat-12 ta’ Settembru”), li bażikament huwa verżjoni aġġornata tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt tas-26 ta’ Ġunju 2008.

5.   IL-PJAN TA’ RISTRUTTURAZZJONI 2006

(128)

Skont il-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2006, l-emendi fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2004 kienu neċessarji minħabba bidla fil-klima makroekonomika, jiġifieri t-tisħiħ fiż-żloti kontra d-dollaru Amerikan minn PLN 4.1 għal PLN 3.0 għal kull USD u ż-żieda fil-prezz tal-azzar minn USD 300/t għal USD 700/t, li kienet affettwat ħażin il-qagħda ekonomika tat-tarzna, imsieħba ma’ għajnuna mill-istat insuffiċjenti, li minħabba fihom il-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2004 ma setax jiġi implimentat b’mod sħiħ.

(129)

Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni 2006 imfassal mit-tarzna bl-għajnuna ta’ Ernst & Young ikopri l-perjodu mill-2006 sal-2012. Madankollu, ħafna mill-miżuri jridu jiġu implimentati sal-aħħar tal-2009. Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2004 kien ikopri l-perjodu mill-2003 sal-2008.

(130)

L-għanijiet tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni 2006 huma li effettivament jillimita l-ispejjeż operattivi, itejjeb l-effiċjenza fit-tarzna u jassigura li l-bini tal-bastimenti jkun profittabbli. Għal dak il-għan, it-tarzna l-ewwel nett kellha l-ħsieb li terġa’ tinnegozja l-kuntratti eżistenti, biex hekk telimina t-telf previst fuq il-bastimenti skedati sabiex jitlestew fl-2006 u fl-2007. Barra minn hekk, programm ta’ tnaqqis tal-ispejjeż kien se jimmira li jnaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni.

(a)    Strateġija dwar il-bejgħ

(131)

L-istrateġija ppjanata dwar il-bejgħ kellha tikkonċentra fuq bastimenti standard, li kienu jinkludu bastimenti li jġorru l-kontejners u trasportaturi tal-karozzi. It-tarzna ppjanat ukoll li żżomm kapaċità għal swieq niċċa jekk jinqalgħu offerti profittabbli.

(b)    Ristrutturazzjoni industrijali u operattiva

(132)

Il-miżuri prinċipali huma:

Żieda fl-effiċjenza permezz tal-investimenti ta’ EUR 61 miljun tul il-perjodu 2007-2009. L-investimenti huma mfassla sabiex jeliminaw ostakli fil-proċess tal-produzzjoni (b’mod partikolari fil-fabbrikazzjoni minn qabel tal-azzar) u żieda fl-effiċjenza. Huma ppjanati wkoll investimenti fl-IT b’valur ta’ EUR 6,6 miljuni;

Ristrutturazzjoni tal-impjiegi, jiġifieri l-eliminazzjoni tal-kuntratti dejjem aktar komuni ta’ impjieg għal perjodu fiss u miżuri mfassla sabiex jinkisbu l-livelli ta’ impjiegi fil-mira. L-introduzzjoni ta’ skema ta’ inċentivi. It-tarzna tippjana wkoll li żżid il-pagi tal-ħaddiema direttament involuti fil-produzzjoni b’10 % fl-2006 u b’4 % fis-sena mill-2008 sal-2010. Ir-rata għolja ta’ assenteiżmu u n-nuqqas ta’ ħaddiema kwalifikati huma attwalment il-problemi prinċipali li qiegħda tiffaċċja t-tarzna;

Il-pjan issottolinja l-importanza li t-tarzna tiġi protetta kontra r-riskju tal-munita. Għal dak il-għan; 70 % tad-dħul tat-tarzna għandu jiġi protett kontra r-riskju tal-munita mill-2007 sal-2012 permezz ta’ tranżazzjonijiet tal-kambju barranin;

Se jkun hemm aktar ħruġ ta’ sussidjarji (bħal Zakładowa Służba Ratownicza, Wydział Technicznej Obsługi Urządzeń Dźwignicowych etc.) u bejgħ ta’ assi;

Titjib fil-proċess tad-disinn (standardizzazzjoni tas-soluzzjonijiet tad-disinn). Dan jinkludi wkoll l-opzjoni ta’ żvilupp tal-Uffiċċju tad-Disinn li kellha tiġi deċiża fl-2007;

Miżuri oħra bħan-negozjar mill-ġdid tal-kuntratti, l-applikazzjoni ta’ klawsoli ta’ indiċjar fil-kuntratti sabiex jilqgħu kontra r-riskji tal-kambju, skema ta’ inċentivi għall-impjegati, titjib tal-proċessi u bejgħ ta’ assi finanzjarji.

(c)    Miżuri ta’ ristrutturazzjoni finanzjarja

(133)

It-tarzna għandha twettaq ristrutturazzjoni finanzjarja. Fl-aħħar tal-2005 l-ekwità kienet tammonta għal – PLN 285,4 miljuni. Fl-2006-2007 kien ippjanat titjib fis-sitwazzjoni tal-ekwità tat-tarzna permezz ta’ injezzjoni ta' kapital totali ta’ PLN 1 015-il miljun: żieda kapitali ta’ PLN 500 miljun fl-2006 kellha tiġi ffinanzjata minn investituri privati u żieda kapitali ta’ PLN 515-il miljun fl-2007 minn investitur privat jew pubbliku.

(d)    Figuri fil-mira fit-tmiem tar-ristrutturazzjoni – ritorn għall-vijabilità fuq perjodu fit-tul

(134)

Fit-tmiem tal-perjodu ta’ ristrutturazzjoni fl-2009, il-produzzjoni tat-tarzna hija mistennija li tkun 298 610 CGT, kontra 279 258 CGT fl-2006. In-numru ta’ bastimenti mibnija se jitnaqqas minn 13 fl-2006 (8 bastimenti tal-kontejners u 5 trasportaturi tal-karozzi) għal 11 (5 bastimenti tal-kontejners u 6 trasportaturi tal-karozzi). Il-produzzjoni hija mistennija li tiżdied aktar għal 324 110 CGT fl-2012 (12-il bastiment).

(135)

L-impjieg medju għandu jitnaqqas minn 5 208 f’Mejju 2006 għal livell fil-mira ta’ 4 530 fl-aħħar tal-2007.

(136)

Il-produttività (proporzjon tal-konsum max-xogħol) hija mistennija li titjieb minn 44,8 siegħa xogħol minn kull persuna/CGT fl-2007 għal 37,0 siegħa xogħol minn kull persuna/CGT fl-2012. Skont il-konsulent tal-Kummissjoni, il-produttività tal-iżjed tarzni effiċjenti komparabbli fl-Ewropa hija inqas minn 20 siegħa xogħol minn kull persuna/CGT.

(137)

Il-fatturat huwa mistenni li jiżdied minn PLN 1,599 miljun fl-2005 għal PLN 1,869 fl-2012. Il-qligħ operattiv huwa mistenni li jitjieb minn PLN 7,35 miljuni fl-2005 u PLN 233,5 miljun fl-2006 għal PLN 67,68 miljun fl-2012, bl-ewwel sena profittabbli tkun l-2009.

(e)    Analiżi tas-sensittività

(138)

Il-pjan jinkludi analiżi tas-sensittività dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

It-tisħiħ fil-PLN kontra l-USD b’PLN 0,05 u 0,1 kull sena kontra rata tal-kambju kostanti ta’ PLN/USDv 3,00 bħal fix-xenarju tal-linja bażi;

Iż-żamma tal-produzzjoni tal-bastimenti fil-livell ta’ 10 bastimenti fl-2009-2010, filwaqt li fix-xenarju tal-linja bażi għandhom jiġu prodotti 11-il vapur fl-2009-2010 u 12 fl-2011-2012;

Tkabbir aktar mgħaġġel f’diversi rati ta’ qbil (ħlas għax-xogħol u rati għal kooperazzjoni varjabbli u mhux varjabbli) fl-2008-2012 milli fix-xenarju tal-linja bażi;

Waqgħa fil-prezzijiet għall-bastimenti ta’ 5 % u 10 % fl-2009-2012;

Żieda fil-prezzijiet għall-materjali kombinata ma’ żieda fil-prezzijiet għall-bastimenti mill-2007 ’il quddiem.

(f)    Il-miżuri protettivi

(139)

Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni 2006 ippropona li l-produzzjoni tiġi limitata għal 340 000 CGT fis-sena bħala miżura protettiva, billi assuma li l-kapaċità teknika tat-tarzna kienet ta’ 540 000 CGT. Kif spjegat fid-dettall hawn isfel, fi Frar 2007 il-Polonja pproponiet l-għeluq irriversibbli tal-baċir SD I. It-tarzna pprovdiet informazzjoni li turi li l-kapaċità teknika preżenti hija inqas ħafna minn 540 000 CGT. Eventwalment il-Kummissjoni tat l-approvazzjoni preliminari tagħha għat-tnaqqis propost fil-kapaċità, li ssostitwixxa l-miżuri protettivi indikati fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni 2006.

6.   PJAN TA’ RISTRUTTURAZZJONI KONĠUNT IMĦEJJI MINN ISD

(140)

ISD Polska, bħala s-sid maġġoritarju tat-Tarzna ta’ Gdańsk, daħal fil-proċess tal-privatizzazzjoni wara l-irtirar ta’ Amber mis-sessjoni ta’ privatizzazzjoni varata fl-2007. Kif indikat hawn fuq, ISD Polska rrevediet il-pjan ta’ ristrutturazzjoni li kienet issottomettiet lill-Kummissjoni fis-26 ta’ Ġunju 2008, fejn issottomettiet verżjoni aġġornata fit-12 ta’ Settembru 2008. Id-deskrizzjoni li ġejja, fejn applikabbli, tispjega l-emendi li saru fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ Settembru.

(141)

Ir-raġunament għall-istrateġija konġunta tan-negozju ppreparata minn ISD Polska hija li għandhom jintużaw sinerġiji bejn iż-żewġ tarzni u l-aħjar assi tal-produzzjoni fiż-żewġ faċilitajiet għandhom jingħaqdu (19). Il-faċilitajiet prinċipali tal-ħażna għall-materjali se jkunu qegħdin fit-Tarzna ta’ Gdynia, fejn se ssir ukoll il-fabbrikazzjoni minn qabel tal-pjanċi u l-profili. Il-pjanċi u l-profili mbagħad se jiġu trasportati bil-baħar lejn it-Tarzna ta’ Gdańsk, fejn jiġu prodotti s-sezzjonijiet u l-blokok. L-assemblaġġ se jsir fil-baċiri fit-Tarzna ta’ Gdynia u l-tagħmir finali se jsir f’mollijiet fiż-żewġ tarzni.

(142)

Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt jirreferi għall-falliment tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2006 biex tiġi restawrata l-vijabilità tat-tarzna u jidentifika l-kawżi tad-diffikultajiet finanzjarji preżenti taż-żewġ tarzni. B’mod partikolari dawn jinkludu l-falliment li tiġi privatizzata t-tarzna u l-falliment relatat li jiżdied il-kapital tat-tarzna għal livelli li jippermettu r-ristrutturazzjoni, u l-fatt li t-tarzna ma rċevietx ammonti suffiċjenti ta’ għajnuna mill-istat. Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt jidentifika wkoll fatturi makroekonomiċi bħat-tisħiħ tal-iżloti Pollakk kontra d-dollaru Amerikan, il-prezzijiet jogħlew tal-azzar u fatturi interni bħat-tluq ta’ ħaddiema kwalifikati mit-tarzna, produttività baxxa u l-konklużjoni ta’ kuntratti mingħajr il-protezzjoni meħtieġa kontra l-bidliet fir-rati tal-kambju u l-prezz tal-materjali, li jirriżultaw f’telf għat-tarzna.

(143)

L-għan tal-pjan konġunt ta’ ristrutturazzjoni huwa li jreġġa’ lura liż-żewġ kumpaniji ristrutturati, it-Tarznari ta’ Gdynia u ta’ Gdańsk, għall-vijabilità: Għalkemm id-deċiżjoni preżenti tirrigwarda biss it-Tarzna ta’ Gdynia, id-deskrizzjoni u l-valutazzjoni segwenti tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt trid naturalment tikkunsidra l-eżistenza tat-Tarzna ta’ Gdańsk, l-isforzi tagħha ta’ ristrutturazzjoni fl-imgħoddi u l-għajnuna mill-istat li hija rċeviet u se tirċievi fil-ġejjieni.

(a)    Strateġija dwar il-bejgħ

(144)

Skont il-pjan konġunt ta’ ristrutturazzjoni, it-tarzni amalgamati għandhom jinvolvu ruħhom f’żewġ attivitajiet: bini tal-bastimenti u setturi oħra.

(145)

Rigward in-negozju tal-bini tal-bastimenti, fil-perjodu qasir ISD Polska se timmira segmenti tas-suq bħall-bastimenti tal-kontejners (ta’ daqs żgħir għal medju, 500–3 000 TEU), bastimenti għal merkanzija ġenerali (bastimenti “klassiċi” għat-trasport ta’ merkanzija xotta, bastimenti li jintużaw għal diversi skopijiet u rfigħ tqil) u trasportaturi tal-karozzi (trasportaturi kbar purament għall-karozzi, daqs C6600) u se tiżviluppa wkoll attivitajiet fis-settur tal-bastimenti off-shore (eż. bastiment ta’ forniment tal-irmonk li jtellgħu l-ankri, bastimenti ta’ forniment għall-pjattaformi, dgħajjes tal-ekwipaġġ), li għandhom isiru dominanti fil-perjodu medju.

(146)

L-analiżi tas-suq hija bbażata fuq tqabbil mal-produzzjoni ta’ tarzni oħra Ewropej u l-esperjenza tat-tarzni amalgamati. Il-pjan irrikonoxxa li l-għerf meħtieġ għall-produzzjoni ta’ bastimenti off-shore jrid jiġi żviluppat u li fl-ewwel snin il-produzzjoni trid issir ma’ sottokuntratturi. Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ Settembru jiddeskrivi l-esperjenza preċedenti tat-Tarzna ta’ Gdańsk fil-bini ta’ bwieq ta’ bastimenti off-shore u jispjega li t-tarzna għandha bastimenti ta’ dan it-tip fuq il-ktieb tal-ordnijiet tagħha. Il-pjan wera wkoll li t-Tarzna ta’ Gdańsk ftit qabel kienet iffirmat ittra ta’ intenzjoni għal kooperazzjoni ta’ ħames snin ma’ bennej magħruf ta’ bastimenti off-shore li kien se jissottokuntratta bwieq b’livell akbar ta’ kumplessità lit-Tarzna ta’ Gdańsk. Il-pjan kien jipprevedi bidla gradwali mix-xogħol ta’ dan is-sottokuntrattur għall-bini ta’ bastimenti off-shore mgħammra b’mod sħiħ u rrikonoxxa l-ħtieġa li bil-mod il-mod tinkiseb il-kapaċità sabiex jinbnew bastimenti mgħammra b’mod sħiħ u jinħoloq netwerk ta’ fornituri.

(147)

Il-portafoll ippjanat tal-produzzjoni jassumi li l-produzzjoni tal-bastimenti tal-kontejners għall-ewwel tinżamm iżda titnaqqas bil-mod il-mod sal-2011 u mbagħad titwaqqaf. Il-pjan imbagħad jipprevedi portafoll li jinkludi bastimenti off-shore u trasportaturi C6600 kbar tal-karozzi. Skont il-pjan konġunt ta’ ristrutturazzjoni, wara Ġunju, it-tarzni amalgamati kellhom jikkonkludu kuntratti għal 13-il bastiment fl-2008 (3 bastimenti tal-kontejners, 5 bastimenti off-shore u 5 trasportaturi tal-karozzi), 16-il bastiment fl-2009 (2 bastimenti tal-kontejners, 8 bastimenti off-shore u 6 trasportaturi tal-karozzi), 15-il bastiment fl-2010 u fl-2011 (bastiment 1 tal-kontejners, 7 bastimenti off-shore u 7 trasportaturi tal-karozzi) u 17-il bastiment fl-2012 (10 bastimenti off-shore u 7 trasportaturi tal-karozzi) u 18-il bastiment fl-2013 u fl-2014 (14-il bastiment off-shore u 4 trasportaturi tal-karozzi). Il-pjan tal-produzzjoni ġie emendat fil-Pjan Konġunt ta’ Settembru: bejn l-2009 u l-2011 kellhom jinbnew 12-13-il bastiment fis-sena (5-7 trasportaturi tal-karozzi u 6 bastimenti off-shore; ma kien hemm ebda bastimenti tal-kontejners fuq il-ktieb tal-ordnijiet wara l-2008).

(148)

Rigward in-negozju li m’għandux x’jaqsam mal-bini tal-bastimenti, ISD Polska bi ħsiebha tibda l-produzzjoni ta’ mtieħen tar-riħ u strutturi tal-azzar fit-tarzni amalgamati. Il-pjan jipprevedi li l-produzzjoni tal-imtieħen tar-riħ se tibda fl-2011 (75 oġġett), li jitilgħu għal 350 fl-2014 (tul ippjanat 80 metru).

(149)

Il-pjan ta’ Lulju kien jipprevedi l-produzzjoni ta’ diversi strutturi tal-azzar (eż. flokkijiet, strutturi għall-ħażna, strutturi tal-azzar għall-industrija tal-bini, u partijiet tal-bastimenti), li jiżdiedu minn 2 174 tunnellata fl-2008 għal 13 500 tunnellata fl-2011 (20).

(150)

Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ Settembru jipprovdi dettalji tal-għarfien ta’ ISD Polska (jew kumpaniji oħra tal-Grupp Donbas) fil-qasam tal-istrutturi tal-azzar. Huwa ppjanat li xi produzzjoni tiġi trasferita minn Huta Częstochowa għat-tarzni amalgamati. Il-pjan jippreżenta fil-qosor ir-riżultati ta’ studju tas-suq minn konsulent indipendenti (Roland Berger) li sar bi tħejjija għall-iżvilupp tas-segment tal-istrutturi tal-azzar fit-Tarzna ta’ Gdańsk wara li ISD Polska akkwistat l-impriża tagħha fil-bidu tal-2007. Skont il-pjan, dan l-istudju jipprevedi tkabbir fis-segment tal-istrutturi tal-azzar b’mod partikolari fl-Ewropa u fil-Polonja (eż. żvilupp tal-infrastruttura bil-għajnuna tal-Fondi Strutturali). Dan l-istudju ma ġiex sottomess lill-Kummissjoni.

(151)

Il-pjan ta’ Settembru fih previżjonijiet differenti għall-volum ta’ produzzjoni tal-istrutturi tal-azzar, kif jidher fit-Tabella 1a segwenti.

Tabella 1a

Produzzjoni ppjanata ta’ strutturi tal-azzar f’tunnellata (pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ Settembru 2008)

Prodotti

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

Flokkijiet

274

2 000

2 000

2 000

2 000

2 000

2 000

Liftijiet

0

1 100

1 500

1 500

1 500

1 500

1 500

Strutturi għall-ħażna

1 500

6 000

16 000

22 400

36 000

36 000

36 000

Strutturi tal-azzar għall-bini

0

1 100

3 000

4 000

4 000

4 000

4 000

Partijiet tal-bastimenti

0

1 000

1 450

5 000

13 000

13 000

13 000

Total

1 774

11 200

23 950

34 900

56 500

56 500

56 500

(b)    Ristrutturazzjoni industrijali u operattiva

(152)

Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt jindika li l-assi tal-produzzjoni taż-żewġ tarzni ddeterjoraw b’mod sinifikanti u huma fuq l-istess livell bħal dawk tat-tarzni Ewropej fil-bidu tas-snin disgħin. L-investimenti ppjanati jammontaw għal EUR 111-il miljun għall-bini tal-bastimenti u PLN 193 miljun għas-settur l-oħra (PLN 175 miljun għall-imtieħen tar-riħ u PLN 18-il miljun għall-istrutturi tal-azzar).

(153)

L-investimenti fil-bini tal-bastimenti se jiġu implimentati f’żewġ fażijiet b’perjodi komuni bejn l-2009 u l-2011. L-aktar investimenti importanti (21) huma fil-qtugħ tal-pjanċi, il-produzzjoni ta’ pannelli ċatti, sezzjoni ġdida tal-pajpijiet u sala ġdida għas-sezzjoni tal-volum. Dawn l-investimenti, flimkien ma’ bidliet amministrattivi, għandhom iwasslu għal titjib fil-produttività mill-45 siegħa ta’ xogħol kull persuna/CGT preżenti għall-mira ta’ 20 siegħa ta’ xogħol kull persuna/CGT (22).

(154)

Il-ħtiġijiet organizzattivi prinċipali jirrigwardaw: il-bejgħ (kuntratti), ix-xiri ta’ materjali u servizzi, il-kapaċitajiet tad-disinn, il-produzzjoni, ir-riżorsi umani u t-teknoloġiji tal-informazzjoni.

(155)

Il-Programm ta’ Ristrutturazzjoni Konġunt jipprovdi għall-ħolqien ta’ Ċentru għall-Ippjanar li għandu jkun responsabbli għall-ippjanar tal-produzzjoni b’mod effiċjenti fuq kull livell organizzattiv tat-tarzni amalgamati. L-iskop tal-istabbiliment ta’ dan iċ-Ċentru huwa li jiġu solvuti kwalunkwe nuqqasijiet fl-ippjanar, l-iskedar, l-ibbaġitjar u l-iċċekkjar tal-proċess tal-produzzjoni.

(156)

Rigward il-kuntrattar, ISD Polska bi ħsiebha tintroduċi klawsoli ta’ indiċjar biex tipproteġi lit-tarzna miż-żidiet fil-prezzijiet tal-materjali u l-pagi billi tgħaddi r-riskju lil sid il-bastiment. It-tarzna għandha tintroduċi wkoll kuntratt mudell ġdid. Siltiet minn xi kuntratti eżistenti għall-bini ta’ bastimenti kienu mehmuża mal-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ Settembru sabiex jintwera li t-tarzna kienet kapaċi tinnegozja klawsoli ta’ indiċjar biex tilqa’ kontra l-varjazzjonijiet fil-prezz tal-azzar.

(157)

Biex tipproteġi ruħha mir-riskju ta’ varjazzjonijiet fil-kambju, it-tarzna bi ħsiebha tintroduċi l-infrastruttura neċessarja wara li tidentifika l-ispejjeż u d-dħul li jiġġeneraw r-riskju relatat mal-kambju u tiddefinixxi livelli aċċettabbli ta’ espożizzjoni għal dak ir-riskju. Is-sistema ta’ ġestjoni tar-riskju pprovduta fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt hija bbażata fuq erba’ elementi prinċipali: il-konsiderazzjoni ta’ dan ir-riskju meta tiġi stabbilita l-istrateġija tat-tarzna (definizzjoni tat-tolleranza tar-riskju u tal-kontroll tar-riskju), l-aġġustar tal-istruttura organizzattiva, bl-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-adozzjoni ta’ diversi metodi biex jitnaqqas ir-riskju (ħarsien finanzjarju naturali, klawsoli ta’ indiċjar fil-kuntratti u xiri ta’ prodotti finanzjarji bħall-għażliet tal-kambju u l-forwards). Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ Settembru jiddeskrivi l-politika proposta dwar il-ħarsien finanzjarju tal-kambju f’aktar dettall. Huwa jidentifika tliet strumenti ta’ ħarsien finanzjarju li t-tarzna għandha tuża; huwa jikkwantifika l-espożizzjoni tal-ktieb tal-ordnijiet għar-riskji tal-kambju sal-2012 u jikkalkula l-ispejjeż ta’ dawn l-istrumenti ta’ ħarsien finanzjarju fuq dik il-bażi. B’mod konformi mal-pjan, ISD Polska kkuntattjat numru ta’ banek li, għall-iskop li jippreparaw offerti ta’ ħarsien finanzjarju, talbuha tissottometti strateġija adegwata dwar il-ħarsien finanzjarju. Skont il-pjan, din l-istrateġija għandha titfassal fl-ewwel sitt xhur tar-ristrutturazzjoni.

(158)

Fil-qasam tal-produzzjoni, l-objettiv huwa li tiġi indirizzata l-problema tal-loġistiċi ineffiċjenti fit-Tarzna ta’ Gdańsk u l-ostakli fit-Tarzna ta’ Gdynia. Il-pjan jipproponi qsim tax-xogħol bejn iż-żewġ faċilitajiet u dijagramma ġdida tal-fluss tal-materjali.

(159)

Rigward ix-xiri u l-ġestjoni tal-materjali, l-objettiv prinċipali huwa li jitnaqqsu l-ispejjeż. Il-miżuri tar-ristrutturazzjoni jinkludu, pereżempju, ix-xiri tal-materjali fuq il-bażi ta’ mill-anqas tliet offerti, kooperazzjoni fuq ix-xiri ma’ Huta Częstochowa, ġestjoni tal-istokk, eċċ.

(160)

It-tarzna bi ħsiebha timpjega u tħarreġ ħaddiema kkwalifikati u li testendi l-użu ta’, u timmodernizza t-teknoloġiji eżistenti tal-informazzjoni.

(161)

Fil-qasam tal-impjiegi, l-objettiv huwa li tiġi indirizzata r-rata għolja ta’ rotazzjoni u assenteiżmu. ISD Polska bi ħsiebha tikkoopera ma’ aġenzija lokali tar-reklutaġġ. Internament, il-pjan jipprevedi l-espansjoni ta’ sistemi għall-iżvilupp tat-trasportaturi, l-introduzzjoni ta’ ħlas relatat ma’ inċentivi (ġestjoni tas-sahra, valutazzjoni tal-impjegati, kontrolli fuq l-assenteiżmu u ħlas ibbażat fuq ix-xogħol imwettaq, il-puntwalità u l-kwalità tal-implimentazzjoni) u l-iżvilupp ta’ identità korporattiva. Il-pjan jinvoka l-ħtieġa li n-numru ta’ ħaddiema jitnaqqas mit-8 137 impjegat preżenti (2 651 fit-Tarzna ta’ Gdańsk, 4 238 fit-Tarzna ta’ Gdynia u 1 248 fis-sussidjarji ta’ Gdynia) għal bejn 5 000 u 5 395 impjegat. Skont il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ Settembru, it-tnaqqis fin-numru ta’ ħaddiema se jsir b’mod gradwali mill-2009 sal-2012. Il-pjan aġġornat jinkludi kalkolu tal-ispejjeż u l-effetti tar-ristrutturazzjoni tal-impjiegi.

(162)

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-attivitajiet ta’ disinn, il-pjan jipprovdi sabiex il-ħidma tal-Uffiċċju tad-Disinn tkun razzjonalizzata u marbuta aktar mill-qrib mal-proċess tal-produzzjoni.

(163)

Il-pjan jinkludi deskrizzjoni ġenerali fil-qosor tal-effetti mixtieqa minn dawn il-miżuri ta’ ristrutturazzjoni organizzattiva, li huwa jikkwantifika bid-dikjarazzjoni li t-titjib li jirriżulta fil-produzzjoni se jkun ta’ madwar 12-il siegħa xogħol/CGT (23).

(c)    Ir-ristrutturazzjoni finanzjarja

(164)

Rigward ir-ristrutturazzjoni finanzjarja, il-pjan jipprevedi li l-għajnuna mill-istat li l-Kummissjoni ġiet mgħarrfa biha matul l-investigazzjoni formali tagħha (ara parti 9 hawn isfel) se tiġi implimentata. Huwa jipprevedi wkoll injezzjoni ta' kapitali ta’ PLN 385 miljun mill-Istat sabiex tkopri l-obbligi taħt id-dritt pubbliku u jantiċipa li xi obbligi taħt id-dritt pubbliku (b’mod partikolari flus dovuti lil ZUS b’rabta mas-sigurtà soċjali) se jkunu pagabbli f’rati u mħallsa lura sal-2018 (obbligi taħt il-liġi pubblika b’valur nominali ta’ PLN 418.8-il miljun), (24) li l-Istat se jinjetta kapital ta’ PLN 250 miljun biex ikopri t-telf mistenni għall-2008 u, permezz tal-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali, PLN 200 miljun oħra biex jiffinanzja l-kapital operattiv u, fl-aħħar nett, li huwa se jassumi obbligu potenzjali ta’ PLN 308 miljun relatat mal-litigazzjoni li għaddejja dwar l-arretrati tat-taxxa tat-Tarzna ta’ Gdańsk.

(165)

Il-pjan jipprovdi għal xi PLN 712-il miljun ta’ spejjeż tar-ristrutturazzjoni li għandhom jiġu ffinanzjati mil-likwidità futura tal-kumpanija.

(d)    L-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni u l-kontribuzzjoni proprja

(166)

Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt jikkwantifika l-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni li għamlet it-Tarzna ta’ Gdynia sal-lum għal PLN 936 702 419, fosthom spejjeż ta’ investimenti ta’ PLN 98 miljun u ristrutturazzjoni tad-dejn ta’ PLN 365 miljun (25). Skont il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt, ir-ristrutturazzjoni fi Gdańsk swiet PLN 311 533 500, li jinkludu pereżempju spejjeż fuq investimenti ta’ PLN 23 miljun u ristrutturazzjoni tad-dejn ta’ PLN 48 miljun (26). Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ Settembru ma jemendax l-ispejjeż li saru fl-imgħoddi, iżda jemenda l-ispiża tar-ristrutturazzjoni prevista għat-tarzni amalgamati. Jistgħu jiġu identifikati l-ispejjeż li ġejjin: spejjeż fuq investimenti ta’ PLN 552 miljun, ħlas lura ta’ arretrati taħt il-liġi pubblika ta’ PLN 892 miljun, (27) ħlas lura ta’ arretrati kummerċjali ta’ PLN 889 miljun, kopertura tat-telf mistenni għall-2008 ta’ PLN 250 miljun, (28) ħlas lura ta’ obbligazzjonijiet potenzjali ta’ PLN 308 miljuni b’rabta mal-litigazzjoni li għaddejja dwar l-arretrati tat-taxxa mhux imħallsa tat-Tarzna ta’ Gdańsk, spejjeż sabiex jinqerdu l-assi żejda tal-produzzjoni (skali) ta’ PLN 42.8 miljun u spejjeż għar-ristrutturazzjoni tal-impjiegi ta’ PLN 69 miljun. B’kollox, l-ispejjeż mistennija huma PLN 3 biljuni.

(167)

Fil-laqgħa tat-30 ta’ Settembru, l-awtoritajiet Pollakki pproponew li tiġi injorata l-għajnuna operattiva de facto mogħtija fl-imgħoddi lit-tarzni meta tiġi valutata l-kontribuzzjoni tagħhom sabiex ikopru l-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni. L-awtoritajiet Pollakki pproponew li fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni li saru fil-mument meta l-investitur ħa l-kontroll tat-tarzna. ISD Polska saret l-azzjonist maġġoritarju fit-Tarzna ta’ Gdańsk fit-28 ta’ Novembru 2008 u l-awtoritajiet Pollakki jsostnu li l-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni li saru fit-tarzna minn dak iż-żmien ’il quddiem jammontaw għal PLN 62,5 miljun. Minħabba li ISD Polska għad m’għandhiex azzjonijiet fit-Tarzna ta’ Gdynia, kwalunkwe spejjeż ta’ ristrutturazzjoni li saru fl-imgħoddi għal dik it-tarzna għandhom jiġu injorati. Minħabba f’hekk, l-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni kif proposti mill-Polonja fil-laqgħa tat-30 ta’ Settembru jkunu jammontaw għal PLN 3,065 biljuni.

(168)

ISD Polska ssostni li l-kontribuzzjoni proprja tat-tarzna u tal-azzjonisti tagħha għall-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni hija kif deskritta fit-Tabella 1b ta’ hawn isfel, li tirrifletti l-proposti mressqa fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ Settembru.

Tabella 1b

Kontribuzzjoni proprja għall-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni skont il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt

(PLN)

Allegata kontribuzzjoni proprja preċedenti

1.

Bejgħ ta’ assi mit-Tarzna ta’ Gdynia

3 783 515

2.

Skambju tad-dejn għall-ekwità mwettaq mill-impjegati u kredituri privati

70 740 000

3.

Bejgħ ta’ assi finanzjarji mit-Tarzna ta’ Gdynia bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u l-24 ta’ Ġunju 2008

72 797 423

4.

Kiri ta’ assi tal-produzzjoni – Gdynia

8 335 000

5.

Nefqa għall-investiment 2004-2007- Gdynia

98 044 000

6.

Xiri ta’ ishma minn ISD

35 875 059

7.

Nefqa għall-investiment 2004-2007- Gdańsk

22 238 900

8.

Kiri ta’ assi tal-produzzjoni - Gdańsk

14 700 000

9.

Self għar-ristrutturazzjoni mill-Bank Nord/LB

20 000 000

10.

Self minn ISD

2 000 000

Allegata kontribuzzjoni proprja fil-ġejjieni

11.

Żieda kapitali minn ISD

305 000 000

12.

Żieda kapitali minn ISD

100 000 000

13.

Bejgħ ta’ assi

240 000 000

14.

Self ta’ kapital operattiv

280 000 000

15.

Self għall-investiment għall-produzzjoni mhux ta’ bini tal-bastimenti

185 000 000

16.

Self ta’ kapital operattiv għall-produzzjoni mhux ta’ bini tal-bastimenti

45 000 000

17.

Xiri ta’ ishma mill-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali (29)

69 560 400

(169)

Skont l-ispjegazzjonijiet dwar il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt mogħtija mill-Polonja fis-7 ta’ Lulju 2008 u l-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ Settembru, is-sorsi esterni ta’ finanzjament elenkati taħt il-partiti 14-16 attwalment mhumiex magħrufa.

(170)

ISD Polska tipprevedi l-ksib ta’ self kapitali ta’ ħidma ta’ PLN 280 miljun fl-2012 u jqis din l-ipoteżi bħala realistika fid-dawl tal-proporzjon allegatament favorevoli bejn id-dejn/EBIDTA antiċipat fl-2012.

(171)

Rigward is-self għall-produzzjoni ta' setturi oħra (produzzjoni tal-imtieħen tar-riħ, partiti 15-16), ISD Polska bi ħsiebha toħloq sussidjarju b’għan speċjali tat-tarzni amalgamati sabiex tmexxi l-produzzjoni tal-imtieħen tar-riħ, u tistenna li dan in-negozju jattira kapital barrani. Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ Settembru pprovda informazzjoni addizzjonali dwar is-self għall-investiment għall-proġett tal-imtieħen tar-riħ (partita 15). Huwa jinkludi sommarju tal-proġett tal-imtieħen tar-riħ li kellu jiġi ppreżentat lil diversi banek għall-konsiderazzjoni. Żewġ ittri ta’ interess li jagħmlu referenza għal dan il-proġett, minn Kredyt Bank (KBC) u Fortis Bank datati l-4 ta’ Awwissu u l-4 ta’ Settembru 2008 rispettivament, kienu mehmuża mal-pjan ta’ ristrutturazzjoni. Fortis Bank jgħid li huwa estensivament magħruf li huwa interessat fi proġetti dwar l-enerġija rinnovabbli. Huwa jsostni li l-proġett tal-imtieħen tar-riħ ta’ ISD jidher li huwa interessanti ħafna u li huwa jilqa’ aktar taħditiet dwar kwistjonijiet speċifiċi. Kredyt Bank jikkonferma li huwa interessat li jiffinanzja proġetti tal-enerġija rinnovabbli. Il-bank jelenka l-analiżi li jridu jitwettqu qabel ma huwa jikkunsidra applikazzjoni għal self: evalwazzjoni tal-pjan tan-negozju u l-mudell finanzjarju bbażat fuq suppożizzjonijiet reali li jirriflettu l-liġijiet tas-suq, evalwazzjoni tal-profittabilità tal-proġett u s-sensittività tiegħu għal fatturi bħalma huma l-prezzijiet tal-materjali u r-rata tal-kambju, evalwazzjoni tal-kuntratti eżistenti dwar il-forniment u l-eżitu tal-proċeduri amministrattivi li għaddejjin dwar l-istatus legali tal-art li fuqha għandu jitwettaq il-proġett.

(172)

B’ittra tat-8 ta’ Lulju 2008, il-Polonja pprovdiet lista ta’ assi finanzjarji u tal-produzzjoni li ISD Polska kienet bi ħsiebha tbigħ sabiex tiġbor dħul finanzjarju ta’ PLN 189 miljun. Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ Settembru jikkoreġi l-figura għal PLN 240 miljun, bid-differenza prinċipali tinsab fl-evalwazzjoni tal-komponent prinċipali ta’ dawn it-tneħħijiet - il-bejgħ tal-art okkupata attwalment minn tliet skali fit-Tarzna ta’ Gdańsk. Filwaqt li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ Ġunju indika d-dħul nett stmat mill-bejgħ (il-prezz tal-bejgħ wara li jitnaqqas il-prezz biex tiġi ppreparata l-art għall-bejgħ), il-pjan ta’ Settembru jindika l-valur nominali tad-dħul mill-bejgħ u jinkludi l-ispejjeż tal-preparazzjoni tal-art fil-kalkolu tiegħu tal-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni. Mal-pjan ta’ Settembru ġiet mehmuża valutazzjoni indipendenti tal-art. Din il-valutazzjoni ma tindikax il-valur tas-suq preżenti tal-art, iżda tistma l-valur tiegħu għal investitur li jixtriha għal skopijiet ta’ żvilupp (appartamenti, bini għall-uffiċċji).

(173)

Il-Polonja spjegat li l-iskali fit-Tarzna ta’ Gdańsk u l-art li tmiss magħhom bħalissa hija proprjetà ta’ kumpanija jisimha Synergia 99. It-Tarzna ta’ Gdynia hija waħda mill-azzjonisti ta’ Synergia u, skont ftehim tal-azzjonisti, għandha d-dritt li takkwista l-iskali u l-art kontigwa jekk Synergia tiġi likwidata. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Polonja, il-qsim tal-assi ta’ Synergia bejn l-azzjonisti tagħha jiddependi fuq il-progess fil-proċeduri amministrattivi li għaddejjin biex jiġu stabbiliti l-konfini tal-port ta’ Gdańsk.

(174)

Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ Settembru jispjega li l-proċeduri amministrattivi li għaddejjin ma jirrigwardawx l-art li tmiss mal-iskali u jinkludi konferma minn Synergia datata t-28 ta’ Awwissu 2008 li hija se tressaq applikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti sabiex teskludi l-art li fuqha qegħdin l-iskali miż-żona tal-port.

(175)

Il-pjan ta’ Settembru kkjarifika wkoll l-arranġamenti għal-likwidazzjoni ta’ Synergia 9 kif maqbula mill-azzjonisti tagħha. Dan se jseħħ f’żewġ fażijiet: l-ewwel, Synergia 99 se tiġi maqsuma f’żewġ kumpaniji, li kull waħda minnhom se tieħu assi allokati minn Synergia 99, u t-tieni, it-Tarzna ta’ Gdynia se ssir is-sid uniku tal-kumpanija li kienet akkwistat l-art li fuqhom jinsabu l-iskali. Skont il-pjan, l-ewwel fażi tal-proċess ta’ likwidazzjoni għandha sseħħ f’laqgħa tal-azzjonisti ta’ Synergia fil-15 ta’ Ottubru 2008. Madankollu, it-tqassim ippjanat huwa kundizzjonali fuq il-bidliet li jsiru fil-konfini tal-port. Il-ftehim bejn l-azzjonisti dwar l-arranġamenti għal-likwidazzjoni ta’ Synergia 99 huwa limitat fiż-żmien.

(176)

Skont il-karta tal-bilanċ tat-Tarzna ta’ Gdynia, is-sehem tat-tarzna f’Synergia 99 jammonta għal 40 miljun. Skont il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ Settembru, (30) f’Awwissu 2007 il-Bord ta’ Synergia 99 ikkonferma, bil-għan li jikkonkludi ftehim bejn l-azzjonisti dwar il-qsim tal-assi ta’ Synergia f’każ li tiġi likwidata, li l-valur nominali tal-assi ta’ Synergia 99 kien PLN […] (*1) miljuni, li, skont il-Bord, kien jirrifletti l-valur tagħhom fis-suq. Kompetenza esperta indipendenti mibgħuta mill-Bord lill-azzjonisti f’dak iż-żmien ikkonfermat li l-valur tas-suq tal-art li fuqha jinsabu l-iskali kien ta’ PLN […] miljuni.

(e)    Projezzjonijiet finanzjarji

(177)

Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ Settembru jinkludi projezzjonijiet finanzjarji emendati. Dawn huma bbażati fuq ċerti suppożizzjonijiet rigward l-inflazzjoni (WIBOR 3m), ir-rata tal-kambju USD/PLN u l-prezz tal-materjali, li min-naħa tagħhom huma bbażati fuq stimi minn esperti barranin. Ir-rata tal-kambju PLN/USD adottata f’Ġunju kienet 2,254 għall-2008 u 2,32 għall-2009, filwaqt li l-pjan ta’ Settembru, fuq il-bażi ta’ rapport estern, (31) adotta rata tal-kambju PLN/USD ta’ 2,32 għall-perjodu kollu tar-ristrutturazzjoni. Il-prezz tal-azzar adottat f’Ġunju għall-2008 kien ta’ USD 1 381/t, li niżel għal USD 1 211/t għall-2011 u reġa’ tela’ għal USD 1 359/t għall-2014. Il-pjan ta’ Settembru huwa bbażat fuq prezzijiet ogħla tal-azzar (USD 1 539/t fl-2009, USD 1 350/t fl-2011 u USD 1 516/t fl-2014). Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ Ġunju ppreveda x-xejriet ta’ tkabbir li ġejjin fil-pagi: 7,6 % fl-2009, 7 % fl-2010, 6 % fl-2011 u madwar 5 % wara l-2012. Il-pjan ta’ Settembru jipprevedi rata aktar baxxa ta’ tkabbir: 5,8 % fl-2009, 5 % fl-2010, 4 % fl-2011 u fl-2012 u 3 % fis-snin wara l-2012 (32). Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ Ġunju jbassar inflazzjoni ta’ madwar 2,2 %. Il-pjan ta’ Settembru jbassar inflazzjoni ogħla, li tibda bi 3,4 % fl-2009 (33) u tonqos b’mod gradwali (għal 2,5-2,6 % wara l-2012) (34).

(178)

Il-bidla prinċipali fil-projezzjonijiet finanzjarji fil-pjan ta’ Settembru meta mqabbel mal-pjan ta’ Ġunju tirrigwarda d-dħul mill-bejgħ ta’ bastimenti u minn attivitajiet fis-setturi l-oħra. B’mod partikolari, il-pjan ta’ Settembru jbassar prezzijiet sostanzjalment ogħla għat-trasportaturi tal-karozzi, wieħed miż-żewġ prodotti prinċipali, suppożizzjoni mibdula li tinfluwenza bil-kbir il-previżjonijiet fil-kont tal-qligħ u t-telf.

(179)

It-tbassir għall-kont konsolidat tal-qligħ u t-telf għall-attivitajiet tal-bini tal-bastimenti u għall-attivitajiet fis-setturi l-oħra fil-pjan ta’ Settembru juru marġini pożittivi ta’ profitt mill-2009: (4,1 % fl-2009, 3,1 % fl-2010, 7,4 % fl-2011 u 6,4 % fit-tmiem tal-perjodu ta’ ristrutturazzjoni fl-2012). Il-marġini ta’ profitt ser jonqsu għal 4,3 % fl-2014 (reċessjoni fis-suq) u mbagħad jiżdiedu gradwalment għal 7,7 % fl-2017.

(180)

Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ Ġunju inkluda verżjoni qasira ta’ analiżi tas-sensittività li eżaminat l-effetti ta’ ċerti bidliet fis-suppożizzjonijiet sottostanti prinċipali fuq l-EBIDTA fuq 10 snin u l-profitti akkumulati fuq għaxar snin. B’mod partikolari, huwa janalizza l-effetti ta’ żieda ulterjuri ta’ 5 groszy fil-PLN u żieda oħra ta’ 5 % fil-prezzijiet tal-azzar u l-pagi. Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ Settembru jinkludi analiżi ġdida u aktar dettaljata tas-sensittività, li turi, b’mod partikolari, l-impatt ta’ tisħiħ ta’ 5 % fil-PLN kontra l-USD. Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ Settembru jassumi li l-Polonja se tadotta l-euro fl-2013 u li minn hemm ’il quddiem l-operazzjonijiet tat-tarzna mhux se jkunu affettwati minn varjazzjonijiet fir-rata tal-kambju PLN/USD. L-analiżi ġdida tas-sensittività turi l-impatt ta’ deprezzament ta’ 5 % fl-USD kontra l-euro fl-2013-2017 (jiġifieri wara li l-Polonja presumibilment tadotta l-euro).

(181)

Skont il-projezzjonijiet finanzjarji fil-pjan ta’ Ġunju, ir-refużjoni mhux skontata (fejn ma jitqiesx il-valur tal-flus li jinbidel maż-żmien) mhux se jinkiseb qabel il-11-il sena tal-operazzjonijiet, jiġifieri fl-2019. Dan il-kalkolu qies biss l-espożizzjoni finanzjarja tal-investitur (PN 440 miljun), li jfisser li l-likwidità akkumulata għall-perjodu taħt eżami hija mqabbla biss mal-injezzjonijiet ta' kapitali mill-investitur u tinjora l-fatt li l-istat huwa mistenni li jagħmel injezzjoni ta' kapitali sostanzjali l-ewwel wieħed hu. Il-pjan jassumi li l-ispejjeż ta’ ristrutturazzjoni ta’ bejn wieħed u ieħor PLN 712-il miljun se jiġu ffinanzjati mil-likwidità futura tal-kumpanija.

(182)

Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ Settembru jinkludi kalkolu mnaqqsa tal-perjodu sabiex jinġiebu l-ispejjeż, li jammonta għal 10 snin. Il-pjan jassumi wkoll li parti kbira mill-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni (PLN 712-il miljun) (35) se jkunu koperti minn likwidità futura.

7.   IL-PJAN TA’ RISTRUTTURAZZJONI TA’ PSC

(183)

PSC ġiet stabbilita fil-Polonja fl-2007 bl-iskop li takkwista t-Tarzna ta’ Gdynia. Hija tappartjeni lil żewġ kumpaniji, Marine Co u Maritim Shipyard, ikkontrollati min-negozjant Pollakk, is-Sur Janusz Baran. Mill-1990s, iż-żewġ kumpaniji operaw fi Gdynia, Gdańsk u Szczecin, billi pproduċew bastimenti u dgħajjes u ħadmu bħala sottokuntrattur għal tarzni akbar, l-aktar fil-Ġermanja, in-Norveġja, l-Olanda u Franza, bnew blokok u sezzjonijiet u pprovdew servizzi. B’kollox il-grupp jimpjega 1 500 persuna.

(a)    L-istrateġija dwar il-bejgħ

(184)

Rigward l-istrateġija tas-suq, il-pjan jassumi li l-kumpanija se tikkonċentra fuq bastimenti tal-kontejners, trasportaturi tal-karozzi u tankers tal-gass u li se jiġu prodotti sa għaxar bastimenti ta’ forniment għall-pjattaformi fis-sena. Huwa preżunt ukoll li fil-ġejjieni t-tarzna se tipproduċi tnax-il bastiment fis-sena, billi din tkun il-kapaċità tat-tarzna wara l-għeluq tal-baċir iż-żgħir. Is-sezzjoni dwar il-produzzjoni fil-ġejjieni tassumi li se jiġi prodott numru dejjem akbar ta’ bastimenti (li jiżdied minn 6 fl-2008 għal 12 fl-2009, 17 fl-2010 u 21 fl-2012). Il-mudell finanzjarju kif sottomess, li l-projezzjonijiet finanzjarji ġew apparentement ippreparati fuq il-bażi tiegħu, jassumi wkoll li l-produzzjoni se tiżdied għal 21 bastiment fl-2012.

(185)

Barra minn hekk, il-pjan jipprevedi li jiġu diversifikati l-attivitajiet u li jiġi stabbilit terminal għall-kontejners fl-arja preżenti tat-tarzna. Skont il-pjan, wara t-tnaqqis fil-kapaċità tat-tarzna, it-tarzna se jkollha strixxa kostali żejda li fuqha jista’ jinbena terminal għall-kontejners b’kapaċità ta’ 150 000 TEU fis-sena.

(b)    Ristrutturazzjoni industrijali u operattiva

(186)

Il-miżuri prinċipali proposti għar-ristrutturazzjoni huma ristrutturazzjoni industrijali billi jiġi implimentat programm ta’ investiment imfassal sabiex iżid il-produttività, inaqqas l-ispejjeż u jqassar iċ-ċiklu tal-produzzjoni. Il-prezz stmat tal-programm ta’ investiment għall-bini tal-bastimenti huwa EUR 80 625 000. Sar ukoll provvediment għal investimenti ta’ PLN 50 miljun (madwar EUR 15-il miljun) għall-iżvilupp ta’ terminal għall-kontejners. Dan ifisser spejjeż totali ta’ investiment ta’ EUR 95.6 miljun. Madankollu, parti oħra tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni tistma l-investimenti totali għal EUR 131 miljun (PLN 443 miljun). Id-differenza bejn iż-żewġ figuri mhijiex spjegata fil-pjan. Skont il-pjan, l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri għandha tnaqqas l-ispejjeż għal kull bastiment b’25 % tul il-perjodu ta’ ħames snin.

(187)

Il-pjan jipprevedi wkoll l-implimentazzjoni ta’ sistema integrata tal-IT li timmaniġġja l-oqsma kollha tal-attività tat-tarzna, jiġifieri d-disinn, il-provvisti, l-istokks, l-ipproċessar tal-azzar, l-ippjanar, is-sorveljanza tal-produzzjoni u l-kontabilità.

(188)

Il-pjan jipprevedi jew iż-żamma tan-numru attwali ta’ ħaddiema jew li dawn jitnaqqsu b’650. Mhux ċar liema fatturi se jinfluwenzaw l-għażla ta’ kull waħda minn dawn iż-żewġ opzjonijiet. Il-pjan jipprevedi li tiġi implimentata sistema ta’ ħlas ibbażata fuq inċentivi.

(189)

Dwar waħda mill-problemi prinċipali tat-tarzna, jiġifieri l-espożizzjoni għall-varjazzjonijiet fir-rata tal-kambju u l-prezzijiet jogħlew tal-azzar, il-pjan jipproponi l-inkorporazzjoni ta’ klawsoli ta’ indiċjar fil-kuntratti u ħarsien finanzjarju naturali (l-ispejjeż isiru fil-munita tad-dħul).

(190)

Il-pjan jassumi wkoll li l-finanzjament tal-bastimenti se jkun assigurat permezz ta’ ħlasijiet bil-quddiem iggarantiti mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni bi primjum vantaġġjuż meta mqabbel mal-prattika normali tagħha għal kumpaniji b’saħħithom, u self intermedjarju assigurati mit-Teżor.

(c)    Ir-ristrutturazzjoni finanzjarja

(191)

Rigward ir-ristrutturazzjoni finanzjarja, il-pjan jassumi li l-kuntratti eżistenti se jerġgħu jiġu nnegozjati sabiex jitnaqqas it-telf mistenni. Skont il-pjan, ir-ristrutturazzjoni għandha żżid il-prezzijiet bi 30 % (għal-livell prevalenti fis-suq) u tiġġenera dħul addizzjonali ta’ USD 100 miljun.

(192)

L-implimentazzjoni tal-pjan tiddependi fuq li l-Istat jagħti għajnuna addizzjonali fil-forma ta’ injezzjoni ta' kapitali ta’ PLN 515-il miljun, jikkanċella u jiskeda mill-ġdid id-dejn taħt il-liġi pubblika għal ammont totali ta’ PLN 497 miljun u jkopri kwalunkwe obbligazzjonijiet akkumulati u potenzjali oħra tat-tarzna (bħal pereżempju telf futur fuq kuntratti eżistenti jew litigazzjoni). Fl-aħħar nett, l-investitur jitlob lill-Istat sabiex jassigura li l-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni tassigura l-produzzjoni tul il-perjodu tar-ristrutturazzjoni bi primjum vantaġġjuż meta mqabbel mal-prattika normali tagħha għal kumpaniji b’saħħithom u li t-Teżor jipprovdi garanziji għal kapital operattiv sa ammont ta’ PLN 297 miljun.

(d)    Il-kontribuzzjoni proprja

(193)

Dwar il-kontribuzzjoni proprja, il-pjan jipprovdi għal injezzjoni ta' kapitali ta’ PLN 500 miljun mill-investitur sabiex tiffinanzja l-investimenti u tkopri t-telf mistenni fuq il-kuntratti eżistenti. Il-pjan jissuġġerixxi wkoll li l-kontribuzzjoni proprja għall-proċess ta’ ristrutturazzjoni jinkludi wkoll dħul ta’ PLN 50 miljun mill-bejgħ ippjanat tal-assi u dħul mill-bejgħ ta’ assi li seħħ wara l-adeżjoni (PLN 124.5 miljun). Jista’ jiġi argumentat li dan iżid il-kontribuzzjoni proprja għal PLN 675 miljun. Madankollu, fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni, l-investitur jiddikjara kontribuzzjoni proprja ta’ PLN 475 miljun biss.

(e)    Il-projezzjonijiet finanzjarji

(194)

Il-projezzjonijiet finanzjarji huma bbażati fuq rata tal-kambju stabbli ta’ PLN 3,46 għal kull euro u PLN 2,2 għal kull USD. Il-previżjonijiet huma bbażati fuq suppożizzjoni li n-numru ta’ bastimenti mibnija se jiżdied għal 21 fl-2012 u li l-investitur fil-fatt għandu l-ħsieb li jespandi l-bini tal-bastimenti fit-tarzna: il-bejgħ huwa mistenni li jammonta għal PLN 1,2 biljun fl-2008 u huwa preżunt li dan ser jiżded b’mod kostanti, biex jilħaq PLN 2,6 biljuni sal-2012 (żieda ta’ 116 % fuq l-2008).

8.   IL-MIŻURI PROTETTIVI

(195)

F’kooperazzjoni mal-konsulent barrani tagħha u t-tarzna, il-Kummissjoni adottat il-metodoloġija li ġejja sabiex tivvaluta t-tnaqqis fil-kapaċità propost bħala miżura protettiva mill-Polonja.

(196)

Sabiex il-miżuri protettivi ikunu effettivi, it-tnaqqis fil-kapaċità jrid ikun suffiċjenti biex jassigura li l-kapaċità futura tat-tarzna wara r-ristrutturazzjoni tkun inqas milli hija fil-preżent.

(197)

Il-Kummissjoni l-ewwel ivvalutat il-kapaċità teknika attwali tat-tarzna u ddikjarat li l-assemblaġġ tal-bastimenti fil-baċiri kien wieħed mill-ostakli fil-proċess tal-produzzjoni tat-tarzna li ma setax jiġi solvut faċilment bl-għoti ta’ dan ix-xogħol lil ħaddieħor. Bil-metodoloġija użata mill-Kummissjoni, li mhijiex ikkontestata mill-awtoritajiet Pollakki jew it-tarzna, il-kapaċità hija kkalkulata b’referenza għat-tul ta’ ħin tal-assemblaġġ fil-baċir u portafoll tipiku ta’ bastimenti (billi l-assemblaġġ ta’ bastimenti b’valuri CGT differenti jista’ jieħu l-istess ammont ta’ ħin).

(198)

Il-kapaċità preżenti tikkunsidra l-ħin li fil-fatt huwa meħtieġ għall-assemblaġġ ta’ (ċerti tipi) ta’ bastiment fil-baċiri. Dan il-ħin għandu jirrifletti n-nuqqasijiet kollha preżenti fil-proċess tal-produzzjoni, jiġifieri produttività baxxa, ostakli, assi antikwati, flussi ta’ produzzjoni mhux effiċjenti, u problemi bil-ħaddiema. Il-limitazzjonijiet finanzjarji li qegħdin jaffettwaw lit-tarzna b’riżultat tal-qagħda finanzjarja diffiċli tagħha huma l-uniku fattur li bih jista’ jiġi aġġustat il-ħin tal-assemblaġġ. In-nuqqas ta’ aċċess jew l-aċċess irregolari għal kapital operattiv jista’ jfixkel serjament il-proċess tal-produzzjoni. Billi dan huwa fattur estern inerenti għall-kumpaniji kollha f’diffikultà u mhux marbut ma’ ineffiċjenza min-naħa tal-kumpanija nnifisha, il-Kummissjoni qieset li l-andament preżenti tat-tarzna jista’ jiġi aġġustat billi tassumi aċċess faċli għall-kapital operattiv.

(199)

Il-kapaċità stmata fil-ġejjieni tqis il-ħin li probabbilment ikun meħtieġ għall-assemblaġġ ta’ (ċertu tip ta’) bastiment fil-baċir, fuq is-suppożizzjoni li l-produttività tat-tarzna hija komparabbli ma’ standard iffissat minn tarzni kompetittivi oħra Ewropej. Fi kliem ieħor, għandhom jiġu kkunsidrati l-effetti tal-modernizzazzjoni meħtieġa fil-faċilitajiet u l-introduzzjoni ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol ottimali (organizzazzjoni, provvisti, ħaddiema).

(200)

Il-modernizzazzjoni hija inevitabbli jekk it-tarzna tixtieq tirrestawra l-vijabilità fuq perjodu fit-tul. Iż-żieda relatata fil-produttività se tfisser li t-tarzna tnaqqas l-input u taċċellera l-produzzjoni. Hekk kif diversi aspetti tal-produzzjoni jitjiebu, il-kapaċità, mifhuma bħala l-abilità li jinbena ċertu numru ta’ bastimenti, se tiżdied. Għalhekk għandu jiġi nnotat li l-għeluq ta’ ċerti faċilitajiet, bħall-għeluq propost tal-baċir SD I fit-Tarzna ta’ Gdynia, jista’ għal kollox jitpatta biż-żieda fil-kapaċità tal-baċir li jifdal. Biex il-miżuri protettivi jaqdu l-għan tagħhom, it-tnaqqis fil-kapaċità jrid ikun tali li l-kapaċità tat-tarzna fit-tmiem tar-ristrutturazzjoni, jiġifieri wara l-investimenti u ż-żieda fil-produttività, tkun inqas milli hija fil-preżent. B’dan il-mod biss jistgħu ż-żewġ miri tal-vijabilità fuq perjodu fit-tul, li teħtieġ żieda fil-produttività, u li kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni tiġi llimitata għall-minimu, ikunu rikonċiljati.

(201)

Sabiex ikun żgurat li l-metodu ta’ kalkolu għall-kapaċità preżenti u futura jkun konsistenti, għandha tintuża l-istess taħlita ta’ prodotti, jiġifieri l-istess tipi ta’ bastimenti. B’mod alternattiv, jista’ jintuża “bastiment medju” (jiġifieri b’CGT medju fuq il-bażi tal-ktieb tal-ordnijiet tat-tarzna).

(202)

Fil-bidu, it-Tarzna ta’ Gdynia indikat li l-kapaċità teknika tagħha kienet tammonta għal 540 000 CGT. Wara li l-metodoloġija ta’ hawn fuq kienet ġiet ikkjarifikata u maqbula mill-Kummissjoni u t-Tarzna ta’ Gdynia, it-tarzna indikat li s-suppożizzjonijiet tekniċi biex tiġi kkalkulata l-kapaċità tagħha preżenti, safejn kienet ħielsa minn limitazzjonijiet finanzjarji, kienu ċiklu ta’ rmiġġ ta’ tliet xhur bl-assemblaġġ parallel ta’ sa tliet bastimenti fi stadji differenti ta’ tlestija (użu parzjali tal-metodu semi-tandem fuq il-baċir il-kbir SD II), li jirriżulta fil-bini ta’ sa erbatax-il bastiment fis-sena. Il-portafoll ipotetiku kien tipiku għat-tarzna, li kien ikkonfermat mill-ktieb tal-ordnijiet eżistenti u mill-istrateġija dwar il-bejgħ ippreżentata fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2006. B’CGT medju ta’ 27 000 għal kull bastiment, il-kapaċità preżenti mingħajr limitazzjonijiet finanzjarji kienet stmata għal 378 000 CGT.

(203)

Sabiex teżamina l-impatt tal-limitazzjonijiet finanzjarji eżistenti fuq il-proċess tal-produzzjoni (jiġifieri b’kemm ġimgħat/xhur jiġi estiż iċ-ċiklu tal-produzzjoni b’riżultat tad-dewmien fil-fornimenti minħabba n-nuqqas ta’ kapital operattiv) u biex tivvaluta jekk is-serjetà ta’ dawn il-limitazzjonijiet hijiex stmata żżejjed jew inqas, il-Kummissjoni qabblet din il-figura mal-aħjar riżultat fi snin riċenti (12-il bastiment b’CGT totali ta’ 272 000 fl-2002). L-ewwel nett, il-Kummissjoni nnotat li d-diskrepanza bejn l-aħjar riżultat fl-2002 u l-kapaċità teknika preżenti kienet parzjalment dovuta għal differenzi fil-kotba tal-ordnijiet. It-tarzna attwalment ipproduċiet bastimenti b’valur ta’ CGT aktar għoli. Kieku fl-2002 it-tarzna pproduċiet bastimenti b’CGT ta’ 27 000, il-produzzjoni totali tagħha kienet tkun 324 000 CGT. Id-differenza li tifdal tista’ tiġi attribwita għall-impatt tal-limitazzjonijiet finanzjarji fuq il-proċess tal-produzzjoni u tikkorrispondi għal madwar żewġ bastimenti b’CGT medju, jiġifieri 14 %, li l-Kummissjoni qieset bħala ipoteżi raġonevoli.

(204)

Dwar il-kapaċità futura tagħha, fuq is-suppożizzjoni li ntużaw iż-żewġ baċiri, it-tarzna spjegat li l-baċir il-kbir SD II seta’ jintuża għal bini parallel u għall-metodu ta’ bini semi-tandem, sabiex setgħu jinbnew b’mod parallel sa erbat ibwieq f’diversi stadji ta’ tlestija. B’dan il-mod, it-tarzna tkun kapaċi tibni 18-il bastiment, jekk wieħed jassumi ċiklu ta’ rmiġġ ta’ 3 xhur (36). Jekk wieħed jassumi CGT medju għal kull bastiment ta’ 27 000, il-kapaċità futura tat-tarzna biż-żewġ baċiri tkun ta’ 486 000 CGT. Il-kapaċità futura tat-tarzna wara l-għeluq tal-baċir iż-żgħir SD I tkun ta’ 12-il bastiment jew 324 000 CGT, jekk wieħed jassumi CGT medju għal kull bastiment ta’ 27 000 CGT.

(205)

Fuq il-bażi ta’ dawn il-figuri, il-Kummissjoni sabet li t-tnaqqis fil-kapaċità wara l-għeluq tal-baċir iż-żgħir SD I ikun jikkorrispondi għal 14 %. Jekk wieħed jikkunsidra li t-tarzna jibqgħalha biss faċilità ta’ varar waħda, il-baċir SD II, u li hija kienet uriet permezz ta’ analiżi newtrali dettaljata u kredibbli li kwalunkwe tnaqqis fil-kapaċità tal-baċir SD II, flimkien mal-għeluq tal-baċir SD I, jipperikola l-vijabilità fuq perjodu fit-tul tat-tarzna, il-Kummissjoni kkonkludiet fuq bażi preliminari li l-għeluq tal-baċir SD I propost mill-Polonja jkun miżura protettiva suffiċjenti.

(206)

Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ ISD Polska ppropona sett alternattiv ta’ miżuri protettivi minħabba l-istrateġija tan-negozju adottata. Il-pjan jipprevedi l-miżuri protettivi li ġejjin fil-kuntest tal-investigazzjoni tal-għajnuna mill-istat tat-Tarzna ta’ Gdańsk u tat-Tarzna ta’ Gdynia: l-għeluq ta’ tliet skali fit-Tarzna ta’ Gdańsk sal-31 ta’ Diċembru 2008 safejn ikun possibbli li tiġi ttrasferita l-produzzjoni eżistenti fit-Tarzna ta’ Gdańsk għall-baċir iż-żgħir fi Gdynia fid-dawl tal-ostakli tekniċi, organizzattivi u legali. Fil-laqgħa tat-8 ta’ Lulju 2008, ISD Polska ddikjarat li hija assumiet li x-xogħol li tgħammar il-baċir iż-żgħir fi Gdynia ma kienx ser jippermetti li l-iskali jingħalqu qabel it-tieni nofs tal-2009. Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ Settembru jipproponi li l-għeluq ta’ żewġ skali jiġi pospost sa Ġunju 2009 u tat-tielet skal sa Ottubru 2009 (37). Barra minn hekk, il-kapaċità tat-tarzna se tkun limitata għal 400 000 CGT fis-sena għal għaxar snin mid-dħul tal-Polonja fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri sal-2014.

(207)

Fil-laqgħa fit-30 ta’ Settembru, ISD Polska infurmat lill-Kummissjoni li, bħala miżura protettiva addizzjonali, hija setgħet tnaqqas ulterjorment il-produzzjoni tagħha għal 360 000 CGT fis-sena għal perjodu ta’ għaxar snin mill-punt li fih jingħalqu l-iskali. ISD Polska indikat ukoll li hija setgħet tagħlaq l-iskali aktar kmieni milli previst fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni tat-12 ta’ Settembru, jiġifieri hija setgħet tagħlaq l-iskali B3 u B5 sal-aħħar ta’ April 2009 u l-iskal B1 sal-aħħar ta’ Awwissu 2009.

(208)

Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ PSC jipprevedi l-bejgħ tal-baċir iż-żgħir fil-bidu tal-2009. Id-dħul previst ta’ PLN 170 miljun għandu jżid il-kapital operattiv tat-tarzna.

9.   L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT MOGĦTIJA LIT-TARZNA TA’ GDYNIA (IS-SITWAZZJONI F’ĠUNJU 2008)

(209)

Skont l-awtoritajiet Pollakki, mill-1 ta’ Mejju 2004 it-Tarzna ta’ Gdynia rċeviet l-għajnuna mill-istat elenkata fit-Tabelli 1-4.

(210)

Tabella 1 tippreżenta l-għajnuna mogħtija bejn l-1 ta’ Mejju 2004, id-data tal-adeżjoni tal-Polonja fl-UE, u t-30 ta’ Ġunju 2007. Il-Polonja nnotifikat dawn il-miżuri b’ittra tat-13 ta’ Lulju 2007. Il-lista tinkludi xi wħud mill-miżuri deskritti fl-Anness I, parti B tad-deċiżjoni sabiex tinfetaħ investigazzjoni formali.

(211)

Il-Polonja pprovdiet spjegazzjonijiet addizzjonali fir-rigward tar-ristrutturazzjoni tal-obbligazzjonijiet taħt il-Kapitolu 5a. L-awtoritajiet Pollakki spjegaw li t-tarzna ttrasferiet lill-Operatur (38) assi għall-valur ta’ mill-anqas 45 % tal-valur tal-obbligazzjonijiet trasferiti (39). Skont il-Polonja, l-element ta’ għajnuna għalhekk huwa ekwivalenti għal 55 % tal-valur nominali tal-obbligazzjonijiet trasferiti lill-Operatur. Dan il-valur nominali huwa stabbilit fit-Tabella 1 hawn isfel.

(212)

Is-self li bbenefika mill-garanziji tat-Teżor elenkati f’Tabella 1 ingħata b’rata ta’ imgħax ugwali għal LIBOR 1M + 100 punt bażi, filwaqt li r-riskju ta’ nuqqas ta’ ħlas meta nħarġu l-garanziji kien stmat mill-awtoritajiet Pollakki f’60-70 %. Il-garanziji tat-Teżor ingħataw kontra assigurazzjoni fil-forma ta’ nota promissorja vojta maħruġa mit-tarzna u kuntratt notarili li fih it-tarzna qablet mal-infurzar tal-assi tagħha sa 120 % tal-valur tal-garanzija. It-Teżor iċċarġja primjum ekwivalenti għal 0.4 % tal-ammont iggarantit.

(213)

It-Tabella 1 tinkludi wkoll self mogħti minn Korporacja Polskie Stocznie (“KPS”) li ntuża biex jiffinanzja l-ħtiġijiet ta’ kapital operattiv tat-tarzna. Fis-sottomissjonijiet tagħha tal-11 ta’ Lulju 2007 u tad-9 ta’ Jannar 2008, il-Polonja ssostni li dan is-self ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-istat minħabba li l-imgħax miżmum kien jikkorrispondi mal-valutazzjoni tar-riskju tal-proġett partikolari li għalih ġie mfittex is-self.

(214)

Għas-self mogħti fl-2005-2007, KPS żammet imgħax li jvarja minn 9,6 % għal 13,46 %, b’rata tal-imgħax fissa medja ta’ 10,64 %. Hija żammet ukoll ħlas ta’ darba li jvarja minn 0,1 % għal 0,4 %. Skont l-awtoritajiet Pollakki, KPS ħtieġet garanzija fil-forma ta’ aċċettazzjoni tal-infurzar, ftehim dwar iċ-ċessjoni tar-riċevibbli, ordni ta’ ħlas bla kundizzjoni, nota promissorja vojta jew kapparra fuq l-assi (40).

(215)

KPS inħolqot fl-2004 bħala sussidjarja proprjetà sħiħa tal-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali biex topera bħala fond tal-kapital ta’ riskju għall-Aġenzija. Ir-rwol inizjali tagħha kien li sservi bħala vettura għall-konsolidament tal-akbar tliet tarzni fil-Polonja, proġett li kien abbandunat fl-2006. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Polonja fl-2006, (41) KPS kellha tiġi ffinanzjata b’injezzjoni ta' kapitali mill-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali, b’kontribuzzjoni in natura (ishma f’kumpaniji terzi) pprovduti mill-Aġenzija u b’self bankarju li jiġġedded iggarantit mill-Aġenzija, li kien indikat speċifikament bħala għajnuna finanzjarja għat-tarzni. Skont il-websajt tal-Gvern Pollakk, KPS kellha ssostni wkoll l-operazzjonijiet ta’ bini tal-bastimenti fil-Polonja billi toħroġ bonds iggarantiti b’mod sħiħ mill-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali. Fil-fatt, id-dokument bit-titlu “Strateġija għas-settur tal-bini tal-bastimenti (tarzni għall-kostruzzjoni marittima) fil-Polonja 2006-2010” (42) jikkonferma li KPS għandha tiġġenera fondi billi toħroġ strumenti tad-dejn li jammontaw għal madwar USD 100 miljun, assigurati fuq l-assi indikati għar-ristrutturazzjoni tal-industrija tal-bini tal-bastimenti fil-forma ta’ fondi trasferiti mit-Teżor lill-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali.

(216)

It-Tabella 2 tindika l-miżuri li l-Kummissjoni ġiet infurmata bihom wara t-13 ta’ Lulju 2007 b’ittri tas-6 ta’ Diċembru 2007 u tat-12 ta’ Frar 2008: żewġ selfiet mill-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali biex jiffinanzjaw kapital operattiv (pagi u obbligazzjonijet kummerċjali). Tabella 2 tindika wkoll self mogħti minn KPS b’referenza għad-deċiżjoni tagħha Nru 02/11/2007, li l-Kummissjoni ġiet infurmata biha b’ittra datata 9 ta’ Jannar 2008; (43) madankollu, il-Kummissjoni ma għandha ebda informazzjoni dettaljata dwar l-ammont u t-tul ta’ żmien ta’ dan is-self. KPS żammet imgħax ta’ 10,5 % u ħlas ta’ darba ta’ 0,1 %.

(217)

Minħabba l-qagħda finanzjarja prekarja tat-tarzna, il-Kummissjoni ma tistax teskludi li t-Tarzna ta’ Gdynia ngħatat aktar għajnuna mill-istat ta’ natura simili.

(218)

It-Tabella 3 telenka l-obbligazzjonijiet pendenti tat-Tarzna ta’ Gdynia taħt il-liġi pubblika fit-30 ta’ Settembru 2007. Din l-informazzjoni ġiet ipprovduta mill-Polonja fid-9 ta’ Jannar 2008. F’dik l-ittra l-Polonja kkonfermat li t-Tarzna ta’ Gdynia ma kinitx qiegħda tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha taħt il-liġi pubblika b’mod regolari. It-tarzna kienet qiegħda tħallas id-djun tagħha lill-uffiċċju tas-sigurtà soċjali (ZUS) safejn dan kien possibbli fid-dawl tal-qagħda finanzjarja tagħha meta dawn l-obbligazzjonijiet kellhom jitħallsu.

(219)

Skont l-Anness 1 għall-ittra mill-Polonja tad-9 ta’ Jannar 2008, l-obbligazzjonijiet mhux imħallsa lill-korpi pubbliċi rilevanti fl-1 ta’ Mejju 2004 kienu jammontaw għal madwar PLN 254 miljun. Bejn l-1 ta’ Mejju 2005 u t-30 ta’ Settembru 2007, akkumulaw obbligazzjonijiet ġodda ta’ xi PLN 362 miljun. Matul dak iż-żmien, it-Tarzna ta’ Gdynia fil-fatt ħallset lura madwar PLN 194 miljun (44). Fit-30 ta’ Settembru 2007, l-obbligazzjonijiet mhux imħallsa kienu jammontaw għal madwar PLN 423 miljun.

(220)

It-Tarzna ta’ Gdynia kienet qiegħda tippjana li tħallas tal-anqas parti mill-obbligazzjonijiet pendenti mid-dħul tal-injezzjoni ta' kapitali ta’ PLN 515-il miljun mit-Teżor, li hija nnifisha kienet kondizzjonali fuq injezzjoni ta' kapitali minn investitur privat magħżul permezz tal-proċess ta’ privatizzazzjoni deskritt aktar ’il fuq.

(221)

Fl-aħħar nett, wara l-adeżjoni tal-Polonja fl-UE, it-Tarzna ta’ Gdynia rċeviet xi għajnuna li l-Polonja tqis li “ngħatat għal skopijiet differenti mir-ristrutturazzjoni” (Tabella 4 hawn taħt). Din kienet għajnuna mill-istat għar-R&Ż u t-taħriġ li ammontat għal PLN 412 000.

(222)

It-Tarzna ta’ Gdynia rċeviet ukoll għajnuna minbarra l-għajnuna elenkata fit-Tabelli 1-4 ta’ hawn isfel.

(223)

L-ewwel nett, fl-ittra tagħha tal-11 ta’ Lulju 2007 (45), il-Polonja nnotifikat sett ta’ miżuri indikati bħala “miżuri li għandhom jingħataw […] bejn l-1 ta’ Lulju 2007 u t-tmiem tal-proċess ta’ ristrutturazzjoni.”

(224)

Il-Kummissjoni fuq kollox tinnota li dawn il-miżuri jinkludu ħfir possibbli tal-imgħax akkumulat bejn l-1 ta’ Lulju 2003 u l-15 ta’ Marzu 2005 fuq l-obbligazzjonijiet taħt il-liġi pubblika ristrutturati skont il-Kapitolu 5a ta’ ammont totali ta’ PLN 6 905 304. Skont il-Polonja, il-kwistjoni ta’ jekk dan l-imgħax għandux jinħafer jew le hija oġġett ta’ tilwima bejn it-Tarzna ta’ Gdynia u l-awtoritajiet kompetenti Pollakki fil-qrati nazzjonali. Billi dan l-imgħax huwa anċillari għal-obbligazzjonijiet prinċipali ristrutturati skont il-Kapitolu 5a u elenkati fit-Tabella 1 hawn isfel, il-Kummissjoni tqis li l-kanċellazzjoni tal-imgħax tikkostitwixxi wkoll għajnuna mill-istat sal-ammont sħiħ (46) u hija maqbuda minn din id-deċiżjoni.

(225)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li din it-tabella tinkludi diversi miżuri li jikkonsistu minn posponiment tal-ħlas jew ħfir ta’ obbligazzjonijiet taħt il-liġi pubblika. Mhux ċar safejn dawn il-miżuri għandhom elementi komuni mal-obbligazzjonijiet taħt il-liġi pubblika elenkati fl-Anness 1 għall-ittra mill-Polonja tad-9 ta’ Jannar 2008 (u miġbura fil-qosor fit-Tabella 3 hawn isfel).

(226)

Fuq kollox, it-Tarzna ta’ Gdynia bbenefikat minn garanziji fuq il-produzzjoni mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni (minn hawn ’il quddiem msejħa “garanziji ta’ ħlas bil-quddiem” jew bħala “garanziji tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni”). Tista’ tgħid li l-bini kollu ta’ bastimenti mill-1 ta’ Mejju 2004 kien iffinanzjat bis-saħħa ta’ dawn il-garanziji. B’kollox, bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u t-12 ta’ Ġunju 2008, it-Tarzna ta’ Gdynia rċeviet 108 garanzija għal valur totali ta’ PLN 3 095 529 638 għal bastimenti mibnija fi Gdynia (u mhux fit-Tarzna ta’ Gdańsk, li qabel kienet sussidjarja tat-Tarzna ta’ Gdynia) (47). Fis-sottomissjoni tagħha tal-11 ta’ Lulju 2007, il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li l-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni kienet se tkompli toħroġ garanziji lit-Tarzna ta’ Gdynia sal-aħħar tal-2008.

(227)

Karatteristika komuni tal-industrija hija li t-tarzni ġeneralment mhumiex kapaċi jiġbru kapital operattiv suffiċjenti għall-bini tal-bastimenti b’mod intern u jiddependu fuq finanzjament estern, sew jekk permezz ta’ self (hekk imsejjaħ self għall-produzzjoni) jew ħlasijiet bil-quddiem mis-sidien tal-bastimenti sabiex jiffinanzjaw bil-quddiem il-produzzjoni. Is-sidien tal-bastimenti ġeneralment iħallsu 80 % tal-prezz bil-quddiem f’rati, li jaħbtu ma’ ċerti fażijiet deċiżivi fit-tlestija tal-bastiment, bl-20 % li jifdal jitħallsu mal-konsenja. L-involviment tas-sidien tal-bastimenti fl-iffinanzjar tal-bini tal-bastimenti għalhekk huwa kruċjali. Il-garanziji tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni ngħataw lit-Tarzna ta’ Gdynia sabiex jassiguraw il-ħlasijiet bil-quddiem tas-sidien tal-bastimenti kontra r-riskju li t-tarzna tfalli mill-obbligu tagħha li tikkonsenja l-bastiment.

(228)

Diversi sottomissjonijiet mill-Polonja dwar l-operat tas-sistema tal-garanziji tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni (48) jindikaw li dawn il-garanziji ngħataw lit-Tarzna ta’ Gdynia kif ġej. L-ewwel, jiġi ffirmat kuntratt ma’ sid il-vapur, li ġeneralment kien kundizzjonali fuq li t-tarzna tagħti prova sa ċertu żmien li l-finanzjament tal-produzzjoni kien se jiġi ggarantit mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni. Il-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni ħarġet riżoluzzjoni fejn wiegħdet li tassigura l-finanzjament tal-vapur kollu kemm hu billi tiggarantixxi l-ħlasijiet bil-quddiem. Fi ftehimiet individwali suċċessivi, il-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni attivat il-garanzija għal kull ħlas bil-quddiem individwali (tipikament erbgħa). Ġeneralment, l-espożizzjoni totali tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni għar-riskju li t-tarzna tfalli mill-obbligu tagħha li tikkonsenja l-bastiment kien ta’ 80 % tal-prezz tax-xiri, jiġifieri l-ammont totali tal-ħlasijiet bil-quddiem magħmula minn sid il-vapur qabel il-konsenja. Dan l-espożizzjoni globali kien magħruf meta l-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni ħarġet ir-riżoluzzjoni li biha assigurat l-iffinanzjar tal-vapur minn sid il-vapur. Din il-garanzija skadiet mal-konsenja tal-bastiment.

(229)

L-operazzjonijiet tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni huma varjati (49) u huma essenzjalment maqsuma bejn attivitajiet kummerċjali u attivitajiet magħmula f’isem, u ggarantiti, mit-Teżor. Għall-iskop tat-tieni tip ta’ attivitajiet jinżamm kont bankarju separat fl-isem ta’ “Interes Narodowy”. Il-garanziji mogħtija lit-Tarzna ta’ Gdynia huma parti min-negozju ggarantit mill-ġdid mit-Teżor.

(230)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Polonja, il-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni tat garanziji ta’ ħlas bil-quddiem lit-Tarzna ta’ Gdynia kontra ħlas li kien jiddependi fuq l-ammont tal-garanzija. Il-ħlas jammonta għal 2 % fis-sena fil-każ ta’ garanziji li ma jaqbżux PLN 35 miljun u 1 % fis-sena fil-każ ta’ garanziji li jaqbżu PLN 35 miljun. Il-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni titlob bħala garanzija t-trasferiment tas-sjieda tal-vapur, il-vapur li jkun qiegħed jinbena u l-materjali tal-kostruzzjoni. L-istess kundizzjonijiet għandhom japplikaw għall-garanziji tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni mogħtija qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ristrutturazzjoni, jiġifieri qabel l-2012.

(231)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li fit-3 ta’ Ġunju 2008, il-Polonja adottat deċiżjoni sabiex tagħti lit-Tarzna ta’ Gdynia injezzjoni ta' kapitali addizzjonali ta’ PLN 515-il miljun.

(232)

It-Tabelli 1-4 u l-informazzjoni ta’ hawn fuq juru li t-Tarzna ta’ Gdynia bbenefikat minn għajnuna b’valur nominali totali ta’ PLN 5 018 862 443 (madwar EUR 1 434 miljun) mill-1 ta’ Mejju 2004.

Tabella 1:

għajnuna mill-istat mogħtija lit-Tarzna ta’ Gdynia bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u t-30 ta’ Ġunju 2007, skont l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Pollakki (f’PLN)

Oġġett Nru

Awtorità konċedenti

Strument ta’ għajnuna

Bażi legali

Numru tad-deċiżjoni jew tal-ftehim

Data meta ngħatat l-għajnuna

Dħul fis-seħħ

Perjodu li għalih ingħatat l-għajnuna

Valur nominali tal-għajnuna

(PLN)

1

2

3

4

5

6

7

8

9

1.

It-Teżor

Garanzija – bastiment Nru 8276/1

Att tat-8 ta’ Mejju 1997 dwar garanziji u assigurazzjonijiet maħruġa mit-Teżor u xi Persuni Legali (Ġurnal tal-Liġijiet 2003/174, partita 1689, kif emendata)

Digriet tal-Kabinett Nru 198/2004 tal- 24.8.2004

24.8.2004

3.9.2004

Sat-30.3.2006

75 000 000,00

2.

It-Teżor

Garanzija – bastiment Nru 8276/2

Digriet tal-Kabinett Nru 198/2004 tal- 24.8.2004

24.8.2004

3.9.2004

Sal-11.12.2006

75 000 000,00

3.

It-Teżor

Garanzija – bastimenti Nri 8245/1-4

Digriet tal-Kabinett Nru 213/2004 tas- 7.9.2004

7.9.2004

17.9.2004

Sas-27.2.2007

82 531 200,00

4.

It-Teżor

Garanzija – bastimenti Nri 8148/11 u 8184/14-17

Digriet tal-Kabinett Nru 222/2004 tal- 21.9.2004

21.9.2004

1.10.2004

Sal-15.1.2008

147 662 619,46

5.

Il-Marixxall tal-Provinċja ta’ Pomerania

Kanċellazzjoni

Att tat-30.10.2002

Deċiżjoni Nru UPP/11/3/2005 taċ-Chairperson tal-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali tal-15.3.2005

4.1.2005

15.3.2005

Kanċellazzjoni waħda

600 568,04  (*2)

6.

Fond Statali għar-Riabilitazzjoni ta’ Persuni b’Diżabilità

Kanċellazzjoni

Deċiżjoni Nru UPP/11/3/2005 taċ-Chairperson tal-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali tal-15.3.2005

4.1.2005

15.3.2005

Kanċellazzjoni waħda

5 331 071,54  (*2)

7.

Provinċja ta’ Pomerania

Kanċellazzjoni

Deċiżjoni Nru UPP/11/3/2005 taċ-Chairperson tal-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali tal-15.3.2005

4.1.2005

15.3.2005

Kanċellazzjoni waħda

2 414 962,11  (*2)

8.

ZUS

Kanċellazzjoni

Deċiżjoni Nru UPP/11/3/2005 taċ-Chairperson tal-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali tal-15.3.2005

4.1.2005

15.3.2005

Kanċellazzjoni waħda

23 048 186,93  (*2)

9.

L-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali

Injezzjoni ta' kapitali

Artikolu 56, Att dwar il-Privatizzazzjoni (Ġurnal tal-Liġijiet 2002/171, partita 1397, kif emendata)

Ftehim (Kuntratt notarili Rep. A Nru 3255/2005)

23.6.2005

27.6.2005

Injezzjoni ta' kapitali waħda

40 000 000,00

10.

L-Assoċjazzjoni tal-muniċipalitajiet

Arranġament għall-ħlas lura f’rati

Att tat-30.10.2002

Nru 200364/1/ZR – Ftehim dwar ir-ristrutturazzjoni tat-22.11.2004

22.11.2004

Pagamenti kull xahar imħallsa mill-31.12.2004 sat- 28.2.2006

Transazzjoni waħda

419 543,25

11.

It-Teżor

Garanzija fuq il-kostruzzjoni għall-bastimenti 8184/21-25

Att tat-8 ta’ Mejju 1997 dwar garanziji u assigurazzjonijiet maħruġa mit-Teżor u xi Persuni Legali (Ġurnal tal-Liġijiet 2003/174, partita 1689, kif emendata)

Digriet tal-Kabinett Nru 93/2005

12.4.2005

12.9.2007

Sal-31.12.2007

97 098 200,00

12.

KPS

self

Attività tal-KPS skont l-artikoli ta’ assoċjazzjoni

Ftehim ta’ self Nru 1/2/2005

10.2.2005

10.2.2005

8.3.2005

7 500 000,00

13.

KPS

self

Attività tal-KPS skont l-artikoli ta’ assoċjazzjoni

Ftehim ta’ self Nru 2/4/2005

12.4.2005

20.4.2005

5.5.2005

7 500 000,00

14.

KPS

self

Attività tal-KPS skont l-artikoli ta’ assoċjazzjoni

Ftehim ta’ self Nru 4/9/2005

21.9.2005

31.10.2005

4.1.2006

14 500 000,00

15.

KPS

self

Attività tal-KPS skont l-artikoli ta’ assoċjazzjoni

Ftehim ta’ self Nru 2/7/2006

24.7.2006

3.8.2006

29.11.2006

10 000 000,00

16.

KPS

self

Attività tal-KPS skont l-artikoli ta’ assoċjazzjoni

Ftehim ta’ self Nru 1/4/2006

21.4.2006

26.4.2006

30.7.2007

4 000 000,00

17.

KPS

self

Attività tal-KPS skont l-artikoli ta’ assoċjazzjoni

Ftehim ta’ self Nru 1/12/2006

5.12.2006

5.12.2006

7.2.2006

5 500 000,00

11.12.2006

2 300 000,00

18.

KPS

self

Attività tal-KPS skont l-artikoli ta’ assoċjazzjoni

Ftehim ta’ self Nru 1/3/2007

20.3.2007

20.3.2007

20.9.2007

6 200 000,00

29.3.2007

2 000 000,00

23.4.2007

5 800 000,00

19.

ZUS

Arranġament għall-ħlas lura f’rati

Applikazzjoni mid-debitur

Formalment għadu ma ngħatax iżda qed jiġi implimentat fil-prattika

 

F’rati sal-aħħar tal-2008

F’rati sal-aħħar tal-2008

34 272 360,17

Total

648 678 711,50

Tabella 2:

Għajnuna mill-istat addizzjonali mogħtija lit-Tarzna ta’ Gdynia bejn l-1 ta’ Ġunju 2007 u l-15 ta’ Lulju 2008, skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Pollakki (f’PLN)

Nru

Awtorità konċedenti

Strument ta’ għajnuna

Bażi legali

Numru tad-deċiżjoni jew tal-ftehim

Data meta ngħatat l-għajnuna

Dħul fis-seħħ

Perjodu li għalih ingħatat l-għajnuna

Valur nominali tal-għajnuna

(PLN)

20.

L-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali

Self

Artikolu 56, Att dwar il-Privatizzazzjoni (Ġurnal tal-Liġijiet 2002/171, partita 1397, kif emendata)

Ftehim ta’ self Nru OPP/11/7

4.12.2007

f’żewġ pagamenti:

5.12.2007

4.1.2008

Mhux aktar tard mill-31.5.2008

40 000 000

21.

L-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali

Self

 

 

5.2.2008

 

 

54 000 000

22.

KPS

Self

Attività tal-KPS skont l-artikoli ta’ assoċjazzjoni

Ftehim ta’ self Nru 2.11.2007

 

 

 

?

Tabella 3:

Obbligazzjonijiet mhux imħallsa taħt il-liġi pubblika fit-30 ta’ Settembru 2007 skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Pollakki (f’PLN)

 

Awtorità konċedenti

Obbligazzjonijiet ikkonċernati

Ammont pendenti fit-30 ta’ Settembru 2007

(PLN)

23.

ZUS

Posponiment tal-primjums, ħlas f’rati

Mejju 2004 - Settembru 2007

356 708 912

24.

Fond Statali għar-Riabilitazzjoni ta’ Persuni b’Diżabilità

Posponiment tal-primjums, ħlas f’rati

Mejju 2004 - Settembru 2007

12 192 821

25.

Il-Belt ta’ Gdańsk

Posponiment tat-taxxa fuq il-beni immobbli, ħlas f’rati

Mejju 2004 - Settembru 2007

50 872 523

26.

Il-Belt ta’ Gdańsk

Posponiment tat-tariffa għall-użu tal-art, ħlas f’rati

2005-2007

2 859 684

27.

Il-Marixxall tal-Provinċja ta’ Pomerania

Posponiment tat-tariffa ambjentali, ħlas f’rati

Mejju 2004 - Settembru 2007

361 781

Total

422 995 722

Tabella 4:

għajnuna mill-istat lit-Tarzna ta’ Gdynia għal skopijiet oħra mhux ta’ ristrutturazzjoni, skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Pollakki (f’PLN)

Nru

Awtorità konċedenti

Strument ta’ għajnuna

Għan

Bażi legali

Numru tad-deċiżjoni jew tal-ftehim

Data meta ngħatat l-għajnuna

Dħul fis-seħħ

Perjodu li għalih ingħatat l-għajnuna

Valur nominali tal-għajnuna

(PLN)

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

28.

L-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali

Għotja

R&D

Proġett li jagħmel parti minn INTERREG IIIC – 2005 Att dwar il-Baġit tat-22.12.2004, Ġurnal tal-Liġijiet Nru 278 tad-29.12.2004, partita 2755

Nota ta’ ħlas Nru 5/ERR/2006

30.5.2006

30.5.2006

Sussidju ta’ darba

1 322,19

29.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u r-Riċerka

Għotja

Digriet taċ-Chairperson tal-Kumitat Statali għar-Riċerka Xjentifika tat- 30.11.2001 (Ġurnal tal-Liġijiet Nru 146, partita 1642, kif emendata)

Proġett tal-UE, G3RD-CT-2002-00822-FASTPOD

26.6.2006

26.6.2006

Sussidju ta’ darba

49 571,98

30.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u r-Riċerka

Għotja

 

Deċiżjoni Nru 03797/C.ZR6-6/2005

12.12.2005

20.11.2006

Proġett li għandu jiġi implimentat sal-31.1.2009

279 825,51

31.

Il-Ministru għax-Xjenza u l-Edukazzjoni Ogħla

Għotja

L-Att dwar il-Finanzjament tax-Xjenza tat-8.10.2004 (Ġurnal tal-Liġijiet Nru 238, partita 2390, kif emendata)

Deċiżjoni Nru 03858/C.ZR8-6/2006

1.9.2006

20.11.2006

Proġett li għandu jiġi implimentat sal-31.3.2009

36 509,45

32.

Il-Ministru għax-Xjenza u l-Edukazzjoni Ogħla

Għotja

R&D

L-Att dwar il-Kumitat Statali għar-Riċerka Xjentifika tat-12.1.1991 (Ġurnal tal-Liġijiet Nru 33 tal-2001, partita 389)

Deċiżjoni Nru 960/E-594/SPB/5.PR UE/DZ 29/2003-2005

31.1.2003

30.6.2005

30.6.2005

37 906,00

33.

L-Aġenzija Pollakka għall-Iżvilupp tal-Intrapriża

Għotja

Id-Digriet tal-Ministru għall-Ekonomija u x-Xogħol tas-16.9.2004 dwar l-għoti mill-Polonja (Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali) ta’ għajnuna finanzjarja bħala parti mill-Programm Operattiv Settorali dwar ir-Riżorsi Umani 2004-2006 (Ġurnal tal-Liġijiet 2007, partita 2115)

Ftehim Nru 30/2006/efs/gdy taħriġ iffinanzjat mill-ESF tal- 20.1.2006

2.2.2006

25.5.2006

Sussidju ta’ darba

4 253,02

34.

L-Aġenzija Pollakka għall-Iżvilupp tal-Intrapriża

Għotja

Id-Digriet tal-Ministru għall-Ekonomija u x-Xogħol tas-16.9.2004 dwar l-għoti mill-Polonja (Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali) ta’ għajnuna finanzjarja bħala parti mill-Programm Operattiv Settorali dwar ir-Riżorsi Umani 2004-2006 (Ġurnal tal-Liġijiet 2007, partita 2115)

Ftehim Nr WSAiB/039

1.2.2007

13.3.2007

Sussidju ta’ darba

2 209,94

Total

411 598,09

III.   EVALWAZZJONI

1.   KOMPETENZI TAL-KUMMISSJONI

(233)

L-Anness IV, il-punt 3 tat-Trattat tal-Adeżjoni jiddeskrivi l-proċedura ta’ mekkaniżmu proviżorju. Dan jikkostitwixxi qafas legali għall-valutazzjoni tal-iskemi ta’ għajnuna u tal-miżuri individwali ta’ għajnuna li jitpoġġew fis-seħħ fi Stat Membru ġdid qabel id-data tal-adeżjoni tiegħu fl-UE u jkunu għadhom japplikaw wara l-adeżjoni.

(234)

Miżuri li jkunu tpoġġew fis-seħħ qabel l-adeżjoni u ma jkunux għadhom japplikaw wara l-adeżjoni ma jistgħux jiġu eżaminati mill-Kummissjoni la skont il-proċedura ta’ mekkaniżmu proviżorju u lanqas skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE.

(235)

Madankollu, il-miżuri li ma kinux tpoġġew fis-seħħ qabel l-adeżjoni se jiġu vvalutati mill-Kummissjoni bħala għajnuna nnotifikata jew bħala għajnuna illegali skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE.

(236)

Il-kriterju użat sabiex jiġi stabbilit il-mument meta miżura partikolari ddaħħlet fis-seħħ huwa l-att legalment vinkolanti li bih l-awtorità nazzjonali kompetenti wiegħdet li tagħti l-għajnuna (50). Jekk att amministrattiv huwiex legalment vinkolanti jew le hija kwistjoni tal-liġi nazzjonali. Il-Kummissjoni, madankollu, trid tkun kapaċi tivvaluta, speċjalment f’każijiet dubjużi, dawn l-atti amministrattivi u, billi tiġġudika dwar il-forma u l-kontenut tagħhom, tivvaluta jekk dawn setgħux wasslu għal aspettattivi leġittimi tal-benefiċjarji li jistgħu jiġu infurzati quddiem qorti Pollakka. Din il-kapaċità li teżamina l-atti amministrattivi nazzjonali hija indispensabbli għall-eżerċizzju tal-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni sabiex tapprova derogi mill-projbizzjoni ġenerali ta’ għajnuna mill-istat fir-rigward ta’ miżuri mdaħħla fis-seħħ fil-Polonja wara l-1 ta’ Mejju 2004.

(237)

Miżura mdaħħla fis-seħħ qabel l-adeżjoni tkun applikabbli jekk tkun għadha tista’ twassal għall-għoti ta’ għajnuna addizzjonali jew għal żieda fl-ammont ta’ għajnuna diġà mogħtija, jiġifieri jekk l-espożizzjoni ekonomiku preċiż tal-Istat ma jkunx magħruf fid-data li fiha ddaħħlet fis-seħħ il-miżura u jibqa’ mhux magħruf fid-data tal-adeżjoni.

(238)

Fid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ l-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni kkonkludiet, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Polonja, li sensiela ta’ miżuri li kienet ġiet innotifikata dwarhom fid-29 ta’ April 2004 fil-fatt kienu jikkostitwixxu għajnuna ġdida, jew illegali jew innotifikata, minħabba li kienet ingħatat wara l-1 ta’ Mejju 2004, id-data tal-adeżjoni tal-Polonja fl-UE. Il-kummenti pprovduti mill-Polonja u minn partijiet terzi wara li nfetħet l-investigazzjoni ma wasslux lill-Kummissjoni sabiex tibdel il-konklużjoni tagħha. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ssostni li hija kompetenti sabiex tivvaluta jekk il-miżuri indikati fl-Anness I, parti B tad-deċiżjoni li tiftaħ l-investigazzjoni formali humiex kompatibbli mas-suq komuni. Il-Kummissjoni madankollu tinnota li xi wħud minn dawn il-miżuri ġew abbandunati (il-miżuri 33 u 34 tal-Anness I, parti B tad-deċiżjoni sabiex tinfetaħ l-investigazzjoni formali).

(239)

Hawn isfel il-Kummissjoni tindika għaliex ma tistax taċċetta l-argumenti mressqa mill-Polonja u l-partijiet interessati.

(a)    Ristrutturazzjoni tad-dejn taħt il-liġi pubblika skont il-Kapitolu 5a

(240)

Il-Kummissjoni taqbel mal-benefiċjarju li l-avveniment li wassal għall-kanċellazzjoni parzjali tal-obbligazzjonijiet taħt il-liġi pubblika skont il-Kapitolu 5a kienet l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ ristrutturazzjoni miċ-Chairperson tal-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali. Il-Kummissjoni, madankollu, ma tistax taċċetta s-sottomissjoni li din id-deċiżjoni kienet adottata fid-19 ta’ April 2004, jiġifieri qabel l-adeżjoni. Il-Kummissjoni fissret ir-raġunijiet għall-pożizzjoni tagħha fid-deċiżjoni li tiftaħ l-investigazzjoni formali, u la l-Polonja u lanqas il-benefiċjarju ma ssottomettew xi argumenti oħra. Il-Kummissjoni terġa’ ssostni li d-deċiżjoni tad-19 ta’ April sempliċement approvat il-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2004, u ma rristrutturatx l-obbligazzjonijiet taħt il-liġi pubblika skont il-Kapitolu 5a. Iċ-Chairperson tal-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali ma setax joħroġ id-deċiżjoni ta’ ristrutturazzjoni qabel l-adeżjoni minħabba li ma kellux, kif mitlub mill-Kapitolu 5a, il-qbil tal-kredituri kollha taħt il-liġi pubblika involuti fir-ristrutturazzjoni u tal-Operatur, il-kumpanija li timmaniġġja l-operazzjoni tar-ristrutturazzjoni (51). Il-Kummissjoni tinnota li ċ-Chairperson tal-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali rrikonoxxa dan il-fatt meta fid-deċiżjoni tiegħu tad-19 ta’ April 2004 huwa semma li kienet se tkun meħtieġa deċiżjoni oħra sabiex titlesta r-ristrutturazzjoni skont il-Kapitolu 5a u meta eventwalment ħareġ id-deċiżjonijiet ta’ ristrutturazzjoni fl-4 ta’ Jannar 2005, jiġifieri wara l-adeżjoni.

(241)

Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-argument tal-benefiċjarju li l-qbil tal-kredituri kollha involuti taħt il-liġi pubblika sabiex jirristrutturaw ir-riċevibbli tagħhom mit-Tarzna ta’ Gdynia skont il-Kapitolu 5a kien jikkostitwixxi l-att legalment vinkolanti mitlub mis-sentenza ta’ Fleuren Compost. Il-benefiċjarju bażikament argumenta li l-Kapitolu 5a ma kienx lex specialis meta mqabbel ma’ liġijiet oħra li jippermettu r-ristrutturazzjoni ta’ obbligazzjonijiet taħt il-liġi pubblika u li l-funzjoni taċ-Chairperson tal-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali kienet li jamministra u jiffaċilita l-proċess tar-ristrutturazzjoni, u mhux li jissostitwixxi lill-awtoritajiet involuti u kompetenti għal obbligazzjonijiet speċifiċi. Il-Kummissjoni tinnota li din l-interpretazzjoni tal-liġi Pollakka ma taqbilx mas-sottomissjonijiet kollha mill-Polonja sal-lum u mat-test u l-loġika tal-Kapitolu 5a nnifsu. Bla ebda dubju, kif argumenta l-benefiċjarju, l-Att tat-30 ta’ Ottubru 2002“ma jipprojbix lill-awtoritajiet tar-ristrutturazzjoni milli joħorġu deċiżjonijiet ta’ kanċellazzjoni sakemm huma jkunu permessi li jagħmlu dan minn dispożizzjonijiet ġenerali”. Madankollu, kieku għamlu dan, dawk l-obbligazzjonijiet ma kinux jaqgħu aktar taħt il-Kapitolu 5a bil-vantaġġi kollha assoċjati miegħu u li l-benefiċjarju nnifsu elenka kif ġej: eliġibilità għal self mill-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali, sospensjoni tal-proċeduri li għaddejjin għall-infurzar, eżenzjoni mill-falliment u non-akkumulazzjoni ta’ imgħax fuq l-ammonti dovuti.

(242)

Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-argument tal-benefiċjarju li ma akkumula l-ebda imgħax wara t-30 ta’ Ġunju 2006 fuq l-obbligazzjonijiet ristrutturati skont il-Kapitolu 5a. Din l-interpretazzjoni tal-liġi Pollakka ġiet imwarrba mill-Polonja. Barra minn hekk, il-Polonja nnotifikat bħala għajnuna ġdida l-kanċellazzjoni (parzjali) ppjanata tal-imgħax akkumulat wara t-30 ta’ Ġunju 2006, għalhekk huwa ovvju li dan l-imgħax fil-fatt kien akkumula.

(b)    Il-miżuri 28-34 tal-Anness I, parti B tad-deċiżjoni sabiex tinfetaħ l-investigazzjoni formali

(243)

Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-argument tal-Polonja li din l-għajnuna ngħatat de facto minħabba l-fatt li l-awtoritajiet rilevanti kollha tal-għoti għamlu stqarrijiet verbali f’laqgħa tal-grupp ta’ ħidma tal-Gvern dwar ir-ristrutturazzjoni tat-tarzni fil-Polonja (it-tim dwar l-industrija tal-bini tal-bastimenti). Dikjarazzjonijiet bħal dawn, jekk kien hemm, kienu purament verbali u kienu naturalment meħtieġa miżuri implimentattivi oħra sabiex joħolqu aspettattivi leġittimi taħt il-liġi Pollakka.

(c)    Injezzjoni ta' kapitali mill-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali

(244)

L-argument tal-benefiċjarju li l-għajnuna ġiet mogħtija qabel l-adeżjoni minħabba li l-espożizzjoni ekonomiku preċiż kien magħruf qabel dik id-data joħroġ minn ftehim żbaljat tal-Anness IV, il-punt 3 tat-Trattat tal-Adeżjoni. Biex tikkwalifika bħala għajnuna preċedenti, miżura trid tissodisfa żewġ rekwiżiti: hija trid tkun ingħatat qabel l-adeżjoni (li hija ekwivalenti għal deċiżjoni legalment vinkolanti mill-awtorità kompetenti tal-għotja) u “ma tridx tkun tapplika wara l-adeżjoni”. Dawn huma żewġ kundizzjonijiet separati u kumulattivi. L-argument tal-benefiċjarju li l-espożizzjoni ekonomiku tal-Istat kien magħruf qabel l-adeżjoni jirreferi għat-tieni minn dawn ir-rekwiżiti u mhux għaż-żmien li fih ingħatat l-għajnuna.

(245)

Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-argument tal-Polonja li r-rekwiżit li s-sottoskrizzjoni tal-ishma ġodda tiġi rreġistrata fi żmien 6 xhur kien purament formali. Il-Kummissjoni tinnota li, fir-realtà, kienu meħtieġa żewġ deċiżjonijiet ġodda distinti wara li skada l-perjodu ta’ 6 xhur: riżoluzzjoni ġdida tal-Assemblea Ġenerali dwar iż-żieda kapitali u s-sottoskrizzjoni nnifisha. Jidher li huwa l-każ li, taħt il-liġi kummerċjali Pollakka, id-dritt ta’ kumpanija għal injezzjoni ta’ kapital isir effettiv fil-ġurnata meta tiġi adottata r-riżoluzzjoni sabiex jiżdied il-kapital (jiġifieri l-ewwel riżoluzzjoni tas-17 ta’ Frar 2004). Ir-reġistrazzjoni hija ta’ importanza għall-kuntatti esterni tal-kumpanija, mhux għar-relazzjonijiet mal-azzjonisti tagħha. Madankollu, in-nuqqas ta’ reġistrazzjoni għandu wkoll effetti legali fuq ir-relazzjoni bejn il-kumpanija u l-azzjonisti tagħha: jekk din ma ssirx fi żmien sitt xhur, ir-riżoluzzjoni sabiex jiżdied il-kapital tal-kumpanija tiskadi u l-injezzjoni ta’ kapital ma tkunx tista’ sseħħ. F’dawn iċ-ċirkustanzi, tkun meħtieġa riżoluzzjoni ġdida mill-azzjonisti sabiex jiżdied il-kapital tal-kumpanija. Riżoluzzjoni bħal din ġiet fil-fatt adottata mill-Assemblea Ġenerali fl-4 ta’ Marzu 2005. Madankollu, il-fatt li r-riżoluzzjoni ma ġietx adottata b’mod unanimu (tliet azzjonisti kbar oġġezzjonaw) juri li din ir-riżoluzzjoni ma tistax titqies bħala rekwiżit purament formali. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-kapital eventwalment ġie sottoskritt mill-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali, mhux mit-Teżor. Ir-riżoluzzjoni tas-17 ta’ Frar 2004 għalhekk ma tistax titqies bħala deċiżjoni vinkolanti finali sabiex tingħata għajnuna fil-forma ta’ injezzjoni ta' kapitali elenkata bħala l-miżura 32 tal-anness I, parti B tad-deċiżjoni sabiex tinfetaħ l-investigazzjoni formali.

(246)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li la l-Polonja u lanqas il-benefiċjarju ma kkontestaw il-konklużjoni tagħha li l-miżuri 19-27 tal-Anness I, parti B għad-deċiżjoni sabiex tinfetaħ l-investigazzjoni formali kienu jikkostitwixxu għajnuna ġdida u għalhekk jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 88 tat-Trattat tal-KE.

2.   GĦAJNUNA MILL-ISTAT FIT-TIFSIRA TAL-ARTIKOLU 87(1) TAT-TRATTAT TAL-KE

2.1.   L-EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(247)

L-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE jiddikjara li kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkomaptibbli mas-suq komuni.

(248)

Il-Kummissjoni ssib li l-għajnuna kollha deskritta fil-premessi 209-232 ingħatat mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi Statali u, billi kienet diretta lejn impriża partikolari waħda, kienet selettiva.

(249)

It-Tarzna ta’ Gdynia hija waħda mill-akbar tarzni tal-Ewropa u tikkompeti attivament fis-suq tal-bastimenti tal-kontejners ma’ tarzni b’mod partikolari fil-Ġermanja u fid-Danimarka, kif irrikonoxxew il-Polonja u l-benefiċjarju, u kif ġie nnotat mid-Danimarka u mill-assoċjazzjoni Daniża tal-bini tal-bastimenti fil-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ l-investigazzjoni formali. Il-bastimenti tal-kontejners kienu responsabbli għal 26% tal-kotba tal-ordnijiet tat-tarzni Ewropej fl-aħħar tal-2006 (52).

(250)

Jidher li huwa l-każ li t-Tarzna ta’ Gdynia hija l-unika tarzna fl-UE li kienet tipproduċi ċertu tip ta’ bastiment ro-ro: trasportaturi kbar tal-karozzi. Din l-ispeċjalizzazzjoni, madankollu, ma tfissirx li t-Tarzna ta’ Gdynia mhijiex f’kompetizzjoni, tal-anqas b’mod potenzjali, ma’ tarzni oħra fl-UE. Il-Kummissjoni tinnota li jeżisti livell sinifikanti ta’ sostitwibbilità min-naħa tal-provvista, tal-anqas fis-settur tal-bastimenti tal-merkanzija, (53) minkejja li, meta wieħed iqis l-istruttura tad-domanda għal diversi kategoriji ta’ bastimenti tal-merkanzija, dawn il-bastimenti ma jagħmlux parti mis-suq waħdieni.

(251)

Dan ifisser li tarzni oħra fl-UE jistgħu ma jsibux ostakli sinifikanti biex iniedu l-produzzjoni ta’ trasportaturi tal-karozzi, għall-inqas mhux ta’ natura teknoloġika (faċilitajiet tal-produzzjoni, għarfien, eċċ.). Madankollu, is-sussidjar kontinwu tat-Tarzna ta’ Gdynia, li ppermettielha li tikkonkludi kuntratti mingħajr rikonoxximent u rinumerazzjoni sħiħa tar-riskji kollha involuti, seta’ kkostitwixxa barriera sinifikanti għal tarzni oħra biex jidħlu fis-suq tat-trasportaturi tal-karozzi.

(252)

Il-Kummissjoni tinnota li t-Tarzna ta’ Gdynia topera wkoll f’segmenti oħra ta’ bastimenti tal-merkanzija billi toffri prodotti bħal bastimenti li jintużaw għal diversi għanijiet, trasportaturi tal-gass tal-petroleum likwifikat, tankers ta’ prodotti u sustanzi kimiċi u bastimenti kbar għall-ġarr ta-merkanzija. Pereżempju, it-tankers tal-prodotti u s-sustanzi kimiċi kienu jikkostitwixxu madwar 8 % tal-ktieb tal-ordnijiet tat-tarzni Ewropej fl-aħħar tal-2006 (54). It-tarzni fil-Ġermanja u fir-Rumanija huma partikolarment attivi f’dawn is-setturi.

(253)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mill-istat mogħtija lit-Tarzna ta’ Gdynia affettwat il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(254)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni trid tistabbilixxi jekk il-miżuri mogħtija lit-Tarzna ta’ Gdynia tawhiex vantaġġ mhux dovut u b’hekk għawġu jew heddew li jgħawġu l-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Pollakki ma kkontestawx il-klassifikazzjoni tal-miżuri koperti bid-deċiżjoni preżenti bħala għajnuna mill-istat, bl-eċċezzjoni tas-self mogħti minn KPS u l-garanziji pprovduti mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni li, fil-fehma tal-awtoritajiet Pollakki, huma konformi mal-prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq.

(255)

Hawn taħt il-Kummissjoni l-ewwel tispjega għaliex ħadet il-pożizzjoni li n-nuqqas ta’ infurzar kontinwu tad-dejn taħt il-liġi pubblika ma għaddiex mit-test tal-kreditur f’ekonomija tas-suq. Il-Kummissjoni mbagħad tivvaluta l-miżuri kkontestati mill-Polonja. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tikkunsidra ċ-ċirkustanzi li fihom ingħatat l-għajnuna koperta minn din id-deċiżjoni u l-impatt tagħha fuq il-kompetizzjoni.

(a)    Nuqqas ta’ infurzar kontinwu tad-dejn taħt il-liġi pubblika

(256)

Il-prinċipju li n-nuqqas ta’ infurzar kontinwu tad-dejn taħt il-liġi pubblika jista’ fih innifsu jikkostitwixxi għajnuna mill-istat huwa stabbilit fil-każistika (55). L-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Pollakki (56) tindika b’mod ċar li t-Tarzna ta’ Gdynia għandha arretrati taħt il-liġi pubblika li jmorru lura anki sal-2004. It-tarzna kienet qiegħda tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha taħt il-liġi pubblika b’mod irregolari u d-dejn pendenti tagħha ġie kontinwament differit, b’kull probabilità mingħajr ebda deċiżjoni formali min-naħa tal-kredituri pubbliċi rilevanti, jew kienet soġġetta għal skedi ta’ ħlas. Il-Polonja spjegat li l-benefiċjarju kien bi ħsiebu jħallas lura l-obbligazzjonijiet pubbliċi mhux imħallsa fit-30 ta’ Settembru 2007 (total ta’ PLN 443 miljun) billi juża l-injezzjoni ta' kapitali mit-Teżor wara l-privatizzazzjoni tat-tarzna. Billi dan kien avveniment inċert b’inċertezza dwar meta jista’ jseħħ, l-intenzjoni tat-tarzna tissuġġerixxi li fil-prattika l-obbligazzjonijiet taħt il-liġi pubblika kienu differiti għal perjodu illimitat jew mhux speċifikat u kienu jitħallsu lura biss b’mod okkażjonali skont kif kienet tippermetti l-likwidità tat-tarzna. Il-Kummissjoni tqis li l-ebda kreditur f’ekonomija tas-suq ma kien jaċċetta tali differiment illimitat tal-obbligazzjonijiet tiegħu, li jkun kontinġenti fuq l-avveniment inċert tal-privatizzazzjoni u r-rikapitalizzazzjoni mill-Istat (din tikkostitwixxi għajnuna mill-istat ta’ legalità u kompatibilità dubjuża mas-suq waħdieni). Barra minn hekk, m’hemm assolutament l-ebda indikazzjoni li l-kredituri pubbliċi rilevanti ħadu xi azzjoni sabiex jinfurzaw ir-riċevibbli tagħhom taħt il-liġi pubblika mingħand it-Tarzna ta’ Gdynia, b’mod partikolari permezz ta’ rkupru furzat jew il-liġi dwar il-fallimenti. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li n-nuqqas ta’ infurzar kontinwu tal-obbligazzjonijiet taħt il-liġi pubblika jirrappreżenta vantaġġ li l-benefiċjarju ma kienx jikseb mingħand kreditur f’ekonomija tas-suq u għalhekk jikkostitwixxi għajnuna mill-istat simili għal self (bla imgħax).

(b)    Miżuri li l-Polonja tqis bħala li jgħaddu mit-test tal-investitur privat

Self mill-KPS

(257)

Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-argument tal-Polonja li l-għajnuna fil-forma ta’ self ta’ kapital operattiv kienet ħielsa minn għajnuna mill-istat. Il-Kummissjoni tosserva li r-rata tal-imgħax miżmum minn KPS kienet madwar 400 punt bażi ogħla mir-rata ta’ referenza. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li t-Tarzna ta’ Gdynia kienet f’qagħda finanzjarja prekarja għal bosta snin, bl-obbligazzjonijiet tagħha jaqbżu b’mod konsiderevoli l-assi tagħha. It-Tarzna ta’ Gdynia ma kinitx kapaċi tikseb fondi għall-produzzjoni tagħha minn xi sors barrani ieħor. Il-kapital operattiv tagħha kien iffinanzjat bi ħlasijiet bil-quddiem koperti b’mod sħiħ minn garanziji mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni, b’self kopert b’mod sħiħ minn garanziji mit-Teżor u b’self mill-KPS. Ir-rata tal-imgħax miżmum minn KPS għalhekk ma tidhirx li tirrifletti korrettament ir-riskju preżenti. Għalkemm KPS talbet garanzija, il-valur tagħha jibqa’ dubjuż: ta’ min ifakkar li l-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni u t-Teżor talbu garanzija simili u, meta wieħed iqis il-proporzjon tal-assi/obbligazzjonijiet tat-Tarzna ta’ Gdynia, jidher probabbli li KPS ma kinitx kapaċi tikseb garanzija tal-ewwel grad fuq l-assi tat-tarzna. Fi kwalunkwe każ, il-Polonja ma pprovdietx informazzjoni dettaljata li tippermetti lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-valur reali tal-garanzija meħtieġa.

(258)

Barra minn hekk, ma hemm ebda differenza bejn is-self mogħti minn KPS u s-self mogħti mill-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali, li tippossjedi lil KPS. Diffiċli jiġi sostnut fl-istess ħin, kif tagħmel il-Polonja, li s-self mogħti mill-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali jikkostitwixxi għajnuna mill-istat filwaqt li s-self mogħti mis-sussidjarju tagħha, KPS, jissodisfa l-prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq.

(259)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li KPS ġie stabbilit bħala fond ikkontrollat mill-gvern b’għanijiet ta’ politika pubblika, li l-finanzjament tiegħu ġie pprovdut b’mod sħiħ, jew iggarantit mill-Istat permezz tal-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali. Skont id-dokument “Strateġija għas-settur tal-bini tal-bastimenti (tarzni għall-kostruzzjoni marittima) fil-Polonja 2006-2010”, KPS “ġie mwaqqaf sabiex jorganizza l-finanzjament tal-produzzjoni tat-tarzni sakemm jieħdu kontroll l-investituri privati”. Din l-istrateġija, li hija mfassla sabiex tikseb miri mhux biss ekonomiċi iżda wkoll soċjali u makroekonomiċi, (57) tagħti lil KPS diversi poteri, flimkien mal-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali, it-Teżor u korpi pubbliċi oħra kompetenti. Ir-rabtiet finanzjarji ta’ KPS mal-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali u t-Teżor huma ċari u KPS jaġixxi pjuttost bħala strument għat-trasferiment ta’ assi allokati mill-baġit tal-Istat għat-tarzni fil-Polonja, fosthom dik ta' Gdynia.

(260)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li KPS ma aġixxiex bħala investitur f’ekonomija tas-suq meta ta self ta’ kapital operattiv lit-Tarzna ta’ Gdynia. Dan is-self, elenkat fil-premessa 158, Tabelli 1 u 2, għalhekk jikkostitwixxi għajnuna mill-istat.

Garanziji mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni

(261)

Fil-kummenti tagħha wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni sabiex tinfetaħ l-investigazzjoni formali, il-Polonja argumentat li l-garanziji mogħtija mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni lit-Tarzna ta’ Gdynia ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-istat. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta din id-dikjarazzjoni.

(262)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tirrimarka li l-garanziji ta’ ħlas bil-quddiem mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni huma ggarantiti mit-Teżor u li t-tranżazzjonijiet relatati huma mdaħħla f’kont bankarju separat fl-isem ta’ “Interes Narodowy”. Jekk ma jkunx hemm fondi disponibbli f’dak il-kont, il-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni tista’ jew tiġbed self parzjali mit-Teżor jew tibbenefika minn garanziji ta’ self mit-Teżor.

(263)

It-tieni, il-Kummissjoni tfakkar id-deċiżjoni tagħha tat-18 ta’ Lulju fil-Kawża Nru 105/2007 (58) fejn hija approvat bħala ħielsa minn għajnuna mill-istat l-iskema li biha l-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni kienet topera l-programm tagħha ta’ assigurazzjoni għall-esportazzjoni ggarantita mit-Teżor. Din l-iskema attwalment tkopri t-tip ta’ garanziji fuq il-produzzjoni li t-Tarzna ta’ Gdynia ilha tirċievi għal dawn l-aħħar ftit snin. Il-Kummissjoni tinnota li l-iskema teskludi b’mod espliċitu (59) kumpaniji f’diffikultà finanzjarja fit-tifsira tal-Linji gwida dwar għajnuna mill-istat biex jiġu salvati u ristrutturati kumpaniji f’diffikultà. Il-karatteristika prinċipali tal-iskema hija li l-primjums tal-garanziji jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju. Pereżempju, il-primjum ta’ garanzija għal kumpanija li tappartjeni għall-ogħla kategorija ta’ riskju jikkorrispondi għal […] % fis-sena għal garanziji ta’ inqas minn sentejn u […] % għal garanziji ta’ aktar minn sentejn. Il-primjum bażi huwa ugwali għal […] % fis-sena. B’mod ta’ tqabbil, il-garanziji lit-Tarzna ta’ Gdynia ġew mogħtija mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni kontra primjum ta’ 2 % fis-sena jekk il-garanzija kienet taqbeż PLN 35 miljun u kontra primjum ta’ 1 % fis-sena jekk il-garanzija kienet taqbeż dak l-ammont.

(264)

Għalhekk huwa evidenti li t-Tarzna ta’ Gdynia mhijiex eliġibbli għal garanziji koperti mill-iskema deskritta hawn fuq u approvata mill-Kummissjoni bħala ħielsa mill-għajnuna. Għalhekk, il-garanziji mogħtija lit-Tarzna ta’ Gdynia mhumiex ħielsa mill-għajnuna.

(265)

Barra minn hekk, huwa ovvju li l-primjum ta’ garanzija miżmuma lit-Tarzna ta’ Gdynia huwa ferm inqas mill-primjum bażi li jintuża għall-garanziji lil kumpaniji b’saħħithom u diversi drabi aktar baxx mill-primjum miżmum lil kumpaniji b’riskju għoli li, madankollu, huma xorta eliġibbli taħt l-iskema deskritta hawn fuq. Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-primjum ta’ garanzija applikat għat-Tarzna ta’ Gdynia ma jikkorrispondix għal primjum tas-suq u li għalhekk dawn il-garanziji jikkostitwixxu għajnuna mill-istat.

(266)

It-tielet, skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal għajnuna mill-istat fil-forma ta’ garanziji, (60) sabiex garanzija Statali individwali ma tikkostitwix għajnuna mill-istat, min jissellef ma jridx ikun f’diffikultà finanzjarja. Dan huwa ċar li mhuwiex il-każ hawnhekk. Skont l-istess Avviż, meta min jissellef ikun f’diffikultà finanzjarja, l-element ta’ għajnuna tal-garanzija jista’ jkun għoli daqs l-ammont kopert minn dik il-garanzija.

(267)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnotat li t-Tarzna ta’ Gdynia kienet tiddependi esklussivament fuq il-garanziji pprovduti mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni u t-Teżor u ma rnexxielha tikseb l-ebda garanzija mis-suq.

(268)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni ma aġixxietx bħala investitur f’ekonomija tas-suq meta tat garanziji lit-Tarzna ta’ Gdynia.

(c)    Distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-għajnuna mill-istat lit-Tarzna ta’ Gdynia

(269)

Il-Kummissjoni tieħu l-pożizzjoni li d-dipendenza sħiħa fuq l-għajnuna mill-istat ppermettiet lit-Tarzna ta’ Gdynia li tinvolvi ruħha fi prattika anti-kompetittiva bħall-ipprezzar taħt l-ispejjeż tal-produzzjoni mingħajr ma ssofri l-konsegwenzi li prattiċi bħal dawn normalment iġibu magħhom, jiġifieri l-eliminazzjoni mis-suq.

(270)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li waħda mill-problemi prinċipali fuq perjodu fit-tul tat-Tarzna ta’ Gdynia kienet il-konklużjoni ta’ kuntratti li rriżultaw li jagħmlu t-telf hekk kif iż-żloti ssaħħet kontra d-dollaru, il-munita prinċipali fin-negozju tal-bini tal-bastimenti, u ż-żieda fil-prezz tal-pjanċi tal-azzar madwar id-dinja kollha. Dawn il-fatturi esterni kienu diġà identifikati bħala t-theddidiet prinċipali għat-tkomplija tal-operazzjonijiet tat-tarzna fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2002, u mbagħad suċċessivament fil-verżjoni emendata tal-2004, fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni ġdid tal-2006 u, fl-aħħar nett, matul il-privatizzazzjoni fl-2008.

(271)

Minkejja l-fatt li t-tmexxija tat-tarzna kienet taf b’dawn it-theddidiet, it-tarzna kompliet tikkonkludi kuntratti mingħajr ma tieħu ebda miżuri biex tnaqqas ir-riskju. Din il-prattika tan-negozju ssoktat matul l-isplużjoni bla preċedenti fis-suq tal-bini tal-bastimenti bejn l-2004 u l-2008 meta l-prezzijiet tal-bini tal-bastimenti għolew għal livelli rekord. B’riżultat ta’ din il-prattika, it-tarzna rnexxielha żżomm l-attività u l-impjiegi, iżda b’telf kbir fuq il-produzzjoni regolari tal-bini tal-bastimenti. Skont ir-rapport tad-diliġenza dovuta prodott minn Amber fl-ewwel nofs tal-2008, il-ktieb kurrenti tal-ordnijiet b’konsenji skedati għall-2008 u l-2009 huwa mgħobbi wkoll b’riskju ta’ telf sinifikanti minħabba kuntratti li jagħmlu t-telf konklużi mingħajr ebda miżura li ttaffi r-riskju; dan ġie kkonfermat mill-Polonja.

(272)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna kollha mogħtija lit-Tarzna ta’ Gdynia deskritta fil-Parti II, punt 7 kienet tali li toħloq distorsjoni jew thedded fil-kompetizzjoni fis-suq tal-bini tal-bastimenti.

Konklużjoni

(273)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri kollha mogħtija lit-Tarzna ta’ Gdynia huma għajnuna mill-istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

2.2.   Possibilità għall-Polonja u partijiet terzi sabiex jissottomettu kummenti

(274)

Bid-deċiżjoni tagħha tal-1 ta’ Ġunju 2005, il-Kummissjoni fetħet investigazzjoni formali dwar sensiela ta’ miżuri, fosthom ristrutturazzjoni tad-dejn (kanċellazzjonijiet, posponimenti, tibdil fl-iskeda tal-ħlas) ibbażati fuq diversi bażijiet legali u li jirrigwardaw ċertu numru ta’ kredituri pubbliċi, injezzjonijiet ta’ kapital, garanziji fuq il-produzzjoni mit-Teżor u miżuri għaż-żieda tal-kapital (ħruġ ta’ bonds u skambju tad-dejn għall-ekwità).

(275)

Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll b’mod ċar li l-argument tal-Polonja li l-ħlasijiet bil-quddiem mis-sidien tal-bastimenti għandhom jitqiesu bħala kontribuzzjoni proprja ma setax jiġi aċċettat. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-garanziji ta’ ħlas bil-quddiem mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-istat u ħabbret li kienet se tinvestiga n-natura ta’ dawk il-ħlasijiet bil-quddiem.

(276)

Kemm il-Polonja kif ukoll il-benefiċjarju ssottomettew kummenti: madankollu, filwaqt li huma kkontestaw il-kompetenza tal-Kummissjoni li tivvaluta l-kompatibilità ta’ xi wħud mill-miżuri kkonċernati, huma ma kkontestawx il-konklużjoni tal-Kummissjoni li, billi dawn il-miżuri ngħataw wara l-adeżjoni tal-Polonja fl-UE, huma kienu jikkostitwixxu għajnuna ġdida fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. L-unika eċċezzjoni kienet in-natura tal-garanziji pprovduti mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni, li ġie allegat li kienu ħielsa minn għajnuna. Il-Polonja suċċessivament argumentat ukoll li s-self mogħti minn KPS ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-istat. Il-Kummissjoni indirizzat l-argumenti mressqa mill-Polonja u l-benefiċjarju aktar ’il fuq.

(277)

Matul l-investigazzjoni tal-Kummissjoni, saru bidliet sinifikanti f’diversi okkażjonijiet fl-istrateġija tal-Gvern Pollakk bħala s-sid maġġoritarju tat-Tarzna ta’ Gdynia, kif turi d-deskrizzjoni ta’ hawn fuq tal-avvenimenti. L-istrateġija għall-konsolidament tas-settur tal-bini tal-bastimenti nbidlet fi strateġija għas-separazzjoni tat-tarzni ta’ Gdynia u ta’ Gdańsk u f’deċiżjoni għall-privatizzazzjoni parzjali tat-Tarzna ta’ Gdynia, li aktar tard inbidlet fi strateġija għal privatizzazzjoni sħiħa. Din il-pożizzjoni għal din l-istrateġija hija wkoll dibattibbli minħabba n-nuqqas ta’ interess min-naħa tal-operaturi tas-suq fix-xiri tat-tarzna.

(278)

Kif indikat hawn fuq, il-Kummissjoni żammet kuntatti regolari mal-awtoritajiet Pollakki bħala s-sid tat-Tarzna ta’ Gdynia u mat-Tarzna ta’ Gdynia nnifisha. Il-Kummissjoni indikat regolarment kemm lill-Polonja kif ukoll lit-tarzna li l-miżuri kollha mogħtija lit-tarzna minn riżorsi Statali probabbilment kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, meta wieħed jikkunsidra l-qagħda finanzjarja prekarja tat-tarzna u n-nuqqas ta’ kwalunkwe finanzjament estern ħieles minn għajnuna mill-istat. Il-Kummissjoni wissiet ukoll li din l-għajnuna mill-istat kienet ingħatat bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE u ma kinitx kompatibbli mas-suq komuni. Il-Kummissjoni rrimarkat ukoll f’diversi okkażjonijiet li l-garanziji mogħtija lit-Tarzna ta’ Gdynia mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-istat.

(279)

Matul l-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni ġabret ukoll dettalji dwar l-operazzjonijiet ta’ KPS u n-natura tas-self ta’ kapital operattiv li hija tat lit-tarzna. Il-Kummissjoni indikat lill-Polonja li b’kull probabbiltà dan is-self kien jikkostitwixxi għajnuna mill-istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

(280)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnotat fil-kors tal-investigazzjoni tagħha li t-Tarzna ta’ Gdynia kienet għadha qiegħda takkumula obbligazzjonijiet taħt il-liġi pubblika. Il-Kummissjoni ġabret informazzjoni dwar is-suġġett u infurmat lill-Polonja (fil-kapaċità tagħha bħala s-sid u l-kreditur tat-tarzna) li n-nuqqas ta’ infurzar tad-dejn taħt il-liġi pubblika jew ir-ristrutturazzjoni tiegħu jista’ jikkostitwixxi għajnuna mill-istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

3.   IL-KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA MAS-SUQ WAĦDIENI – DEROGA SKONT L-ARTIKOLU 87(3) TAT-TRATTAT TAL-KE

(281)

L-għan primarju tal-miżuri huwa li jassistu kumpanija f’diffikultà finanzjarja u li jżommuha għaddejja. F’każijiet bħal dawn, l-eżenzjoni maħsuba fl-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE, li tawtorizza għajnuna mill-istat mogħtija sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi fejn tali għajnuna ma taffettwax ħażin il-kundizzjonijiet tan-negozju f’miżura li tmur kontra l-interess pubbliku, tista’ tiġi applikata jekk jiġu osservati l-kundizzjonijiet rilevanti.

(282)

L-għajnuna ta’ salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni lil kumpaniji f’diffikultà bħalissa hija regolata mil-Linji Gwida Komunitarji dwar għajnuna mill-istat biex jiġu salvati u ristrutturati kumpaniji f’diffikultà (61) (minn hawnhekk ’il quddiem msejħa “il-Linji gwida”), li ssostitwiet it-test preċedenti adottat fl-1999 (62) (minn hawnhekk msejħa “il-Linji gwida tal-1999”).

(283)

Id-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Linji gwida jistipulaw li n-notifiki rreġistrati qabel l-10 ta’ Ottubru 2004 jiġu eżaminati fid-dawl tal-kriterji applikabbli fiż-żmien tan-notifika (punt 103). Fil-każ preżenti, il-Kummissjoni ġiet innotifikata dwar xi wħud mill-miżuri fid-29 ta’ April 2004 taħt il-mekkaniżmu proviżorju skont l-Anness IV, punt 3 tat-Trattat tal-Adeżjoni, meta kienu fis-seħħ il-Linji gwida tal-1999. Madankollu, il-Linji gwida jistipulaw li huma se japplikaw għall-valutazzjoni ta’ kwalunkwe għajnuna ta’ salvataġġ jew ristrutturazzjoni mogħtija mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni (għajnuna illegali) jekk xi parti mill-għajnuna jew l-għajnuna sħiħa ngħatat wara l-1 ta’ Ottubru 2004 (il-punt 104, l-ewwel sottoparagrafu). Minħabba li kważi l-miżuri kollha deskritti fil-premessi 209-232 ngħataw b’mod illegali wara dik id-data, il-Kummissjoni tikkonkludi li japplikaw il-Linji gwida tal-2004.

(284)

Il-Linji gwida japplikaw għal kumpaniji fis-setturi kollha, apparti mill-eċċezzjonijiet elenkati fil-punt 18 tal-Linji gwida. Il-Qafas dwar l-għajnuna mill-istat għall-bini tal-bastimenti, (63) li huwa l-qafas legali għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-istat lil dan is-settur, jirreferi għall-punt 12 tal-Linji gwida bħala l-bażi legali rilevanti biex tiġi valutata l-għajnuna ta’ salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni.

A.   GĦAJNUNA TA’ SALVATAĠĠ

(285)

Il-Linji gwida jipprovdu għal għajnuna ta’ salvataġġ li għandha tingħata bħala assistenza temporanja lil kumpaniji f’diffikultà finanzjarja sakemm jitfassal pjan ta’ ristrutturazzjoni jew pjan ta’ likwidazzjoni jew biex tiġi indirizzata kriżi akuta ta’ likwidità.

(286)

Il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna mill-istat mogħtija lit-Tarzna ta’ Gdynia la tissodisfa l-kundizzjoni tat-temporalità, billi l-miżuri kollha ta’ għajnuna ngħataw għal perjodi li jmorru lil hinn mill-perjodu preskritt ta’ 6 xhur, u lanqas il-kundizzjoni tar-riversibilità, billi kienu awtorizzati miżuri irriversibbli bħalma huma injezzjonijiet ta’ kapital u kanċellazzjonijiet ta’ djun komparabbli ma’ għotjiet.

(287)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-miżuri elenkati fil-premessi 209-232 mhumiex kompatibbli mas-suq komuni bħala għajnuna ta’ salvataġġ.

B.   GĦAJNUNA GĦAR-RISTRUTTURAZZJONI

(288)

Id-definizzjoni li tinsab fil-punt 17 tal-Linji gwida tindika li l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni hija bbażata fuq pjan vijabbli, koerenti u estensiv sabiex tiġi rrestawrata l-vijabilità fuq perjodu fit-tul tal-kumpanija f’qafas ta’ żmien raġonevoli. Ir-ristrutturazzjoni ġeneralment tinvolvi l-elementi li ġejjin: ristrutturazzjoni ta’ kull aspett tal-attivitajiet tal-kumpanija, riorganizzazzjoni u razzjonalizzazzjoni tan-negozju tagħha, fosthom l-irtirar minn attivitajiet li jagħmlu t-telf, u ristrutturazzjoni finanzjarja. L-operazzjonijiet ta’ ristrutturazzjoni, jekk jibbenefikaw minn għajnuna mill-istat, ma jistgħux madankollu jkunu limitati għal għajnuna finanzjarja mfassla sabiex tagħmel tajjeb għat-telf fl-imgħoddi mingħajr ma tindirizza r-raġunijiet għal dak it-telf, jiġifieri mingħajr ma titwettaq ristrutturazzjoni ġenwina. Barra minn hekk, ir-ristrutturazzjoni trid tkun iffinanzjata tal-anqas parzjalment mir-riżorsi proprji tal-kumpanija jew minn sorsi esterni ħielsa minn għajnuna mill-istat, u l-għajnuna mill-istat trid tkun limitata għall-minimu neċessarju sabiex titreġġa’ lura l-vijabilità. Fl-aħħar nett, iridu jiġu adottati miżuri protettivi sabiex itaffu l-effett distortiv tal-għajnuna.

(289)

Minħabba n-natura distortiva ħafna tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna lil kumpaniji f’diffikultà tista’ tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi mingħajr ma taffettwa ħażin il-kummerċ f’livell kuntrarju għall-interess tal-Komunità biss jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-Linji gwida.

(290)

Hawn taħt il-Kummissjoni tanalizza jekk dawn il-kundizzjonijiet ġewx milħuqa.

(a)    Eliġibilità

(291)

Biex tkun eliġibbli għal għajnuna ta’ salvataġġ jew għar-ristrutturazzjoni, il-kumpanija trid tikkwalifika bħala kumpanija f’diffikultà fit-tifsira tal-Linji gwida. Il-Kummissjoni temmen li s-sitwazzjoni finanzjarja tat-Tarzna ta’ Gdynia, tal-anqas mill-2002 ’il quddiem, kienet ikkaratterizzata minn illikwidità jew insolvenza kontinwa, li żiedu t-telf u l-valur negattiv tal-assi. It-Tarzna ta’ Gdynia hija għalhekk kumpanija f’diffikultà fit-tifsira tal-Linji gwida.

(b)    Restawr tal-vijabilità fuq perjodu fit-tul

(292)

Skont il-punt 34 tal-Linji gwida, l-għoti tal-għajnuna jrid ikun kundizzjonali fuq l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni, li jrid jippermetti lill-kumpanija terġa’ lura għall-vijabilità f’qafas ta’ żmien raġonevoli. Ir-restawr tal-vijabilità jfisser li l-kumpanija, wara li tlesti r-ristrutturazzjoni, tkun kapaċi tirkupra l-ispejjeż kollha tagħha u tiġġenera qligħ suffiċjenti fuq il-kapital biex tikkompeti bil-merti tagħha stess. Ir-ristrutturazzjoni trid titwettaq malajr kemm jista’ jkun.

(293)

Il-Kummissjoni tinnota li, matul din l-investigazzjoni, hija eżaminat żewġ pjani ta’ ristrutturazzjoni (2004 u 2006) ppreparati mit-tmexxija tat-tarzna u approvati mis-sid maġġoritarju, l-Istat. Il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tħassib serju tagħha dwar jekk iż-żewġ pjani kinux se jreġġgħu lura l-vijabilità tat-tarzna ma kienx tnaqqas. Billi l-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2006 ħa post il-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2004, il-Kummissjoni tispjega hawn taħt ir-raġunijiet għat-tħassib serju tagħha rigward il-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2006. Il-Kummissjoni, madankollu, tinnota li dan il-pjan jixbah f’ħafna aspetti l-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2004 u d-dubji espressi mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ investigazzjoni formali fir-rigward tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2004 japplikaw ukoll b’mod sħiħ għall-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2006.

(294)

Il-Kummissjoni tfakkar l-affermazzjoni tal-Polonja, wara li kienet ittieħdet id-deċiżjoni sabiex tinfetaħ l-investigazzjoni formali, li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2004 kien jikkostitwixxi bażi ekonomika soda għar-ristrutturazzjoni tat-tarzna. Ir-realtà wriet li l-pjan tal-2004 ma kienx suffiċjenti sabiex titreġġa’ lura l-vijabilità tat-tarzna u kien jeħtieġlu li jiġi emendat sa mill-2006.

(295)

Il-Kummissjoni tinnota li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2006 iffoka prinċipalment fuq ir-ristrutturazzjoni finanzjarja u li aspetti industrijali ma ġewx indirizzati b’mod konvinċenti. Ma ħarġet l-ebda strateġija industrijali estensiva konvinċenti mill-pjan.

(296)

Dan jidher b’mod partikolari mill-istrateġija proposta għall-investiment, li tista’ tiġi kkaratterizzata bħala ġabra ta’ proġetti żgħar ta’ titjib mingħajr il-viżjoni globali li tidher meħtieġa biex jiġu modernizzati faċilitajiet li ħafna minnhom imorru lura għas-snin sebgħin. Il-pjan ma janalizzax fid-dettall l-istat attwali tal-faċilitajiet tal-produzzjoni jew in-nuqqasijiet tagħhom u ma jidentifikax l-ostakli tat-tarzna. Skont il-konsulent estern tal-Kummissjoni, l-ammonti allokati għall-investimenti (PLN 240 miljun; EUR 69 miljun) huma ftit wisq biex jassiguraw modernizzazzjoni ġenwina.

(297)

Sabiex l-investimenti ppjanati jitpoġġew f’perspettiva, tajjeb ukoll li jiġu kkunsidrati l-previżjonijiet għad-deprezzament annwali tal-assi tat-tarzna u x-xejriet fil-valur tal-assi fissi, kif stmati mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2006. Id-deprezzament matul l-2007-09, jiġifieri l-perjodu ta’ investiment, huwa stmat għal PLN 100 miljun. Minn dan joħroġ li mill-anqas 40 % tal-investimenti ppjanati ta’ PLN 240 miljun huma sempliċement meħtieġa biex l-assi jinżammu fil-livell tekniku attwali tagħhom u s-60 % l-oħra jkunu l-massimu disponibbli għal modernizzazzjoni vera. It-tbassir fil-karta tal-bilanċ juri żieda konsistenti fl-assi fissi minn PLN 246 miljun fl-2006 għal PLN 361 miljun fl-2010; madankollu, dik it-tendenza għandha tiġi invertita fl-2010, bil-valur tal-assi fissi jerġa’ jinżel għal livell ta’ PLN 284 miljun fl-2012 (l-aħħar sena inkluża fit-tbassir).

(298)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ma tħossx li l-istrateġija ta’ investiment hija estensiva biżżejjed biex tassigura modernizzazzjoni ġenwina u vijabilità fuq perjodu fit-tul.

(299)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-mira tal-produttività għall-2012 ta’ 37 siegħa ta’ xogħol/CGT, filwaqt li turi titjib meta mqabbla mas-sitwazzjoni preżenti, xorta hija modesta meta mqabbla mat-tarzni effiċjenti Ewropej li kisbu produttività ta’ madwar 20 siegħa ta’ xogħol/CGT.

(300)

Il-pjan isostni li waħda mill-problemi prinċipali tat-tarzna hija r-rata għolja ta’ assenteizmu u n-nuqqas ta’ ħaddiema kwalifikati, li qegħdin jitilqu għal pagi aħjar f’tarzni oħra Ewropej. Il-Kummissjoni tħoss li ż-żieda ppjanata ta’ 10 % fil-pagi fl-2006 u 4 % kull sena mill-2008 ’il quddiem mhix se tkun biżżejjed biex tindirizza din il-problema.

(301)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tħoss li r-ristrutturazzjoni industrijali u organizzattiva li hemm ippjanata mhix se tkun biżżejjed biex tirrestawra l-vijabilità fuq perjodu fit-tul tat-tarzni.

(302)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li r-riżultati finanzjarji mbassra mit-tarzna ma kinux jaqblu mal-analiżi tagħha tas-sensittività, ibbażata fuq xenarju li jinvolvi d-deprezzament tad-dollaru Amerikan, it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bastimenti u ż-żidiet fil-prezzijiet għall-materjali u l-pagi. L-analiżi tas-sensittività turi li deprezzament tad-dollaru Amerikan b’PLN 0.10 fis-sena jkun ifisser li l-vijabilità ma tiġix restawrata fuq il-bażi tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2006. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2006 mhuwiex suffiċjentement robust (64).

(303)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnotat li l-miżuri ta’ ristrutturazzjoni previsti fil-pjan ma setgħux jiġu implimentati fin-nuqqas ta’ investitur u li l-kapital ġdid li kien meħtieġ sabiex tiġi implimentata dik li kienet tidher ristrutturazzjoni pjuttost modesta kien sinifikanti, prinċipalment minħabba l-ħtieġa li titwettaq ristrutturazzjoni finanzjarja li tiswa ħafna flus (PLN 1,015-il biljun) (65). Il-Kummissjoni kellha d-dubji tagħha jekk il-pjan kienx ibbażat fuq suppożizzjonijiet realistiċi rigward il-kapaċità tat-tarzna li tattira kapital ġdid.

(304)

Dawn id-dubji kienu kkonfermati minn żviluppi proprji fil-proċess tal-privatizzazzjoni tat-Tarzna ta’ Gdynia. Kif indikat aktar ’il fuq, l-Istat bħala s-sid tat-Tarzna ta’ Gdynia pprova darbtejn isib investitur privat lest li jieħu t-tarzna. L-ebda tentattiv ta’ privatizzazzjoni (sew jekk kienet il-privatizzazzjoni parzjali fl-2006 jew il-bejgħ tal-ishma kollha ta’ proprjetà pubblika fl-2007) ma rnexxa. Il-Kummissjoni tinnota li t-tentattivi ta’ privatizzazzjoni saru fi żmien meta s-suq tal-bini tal-bastimenti kien ikkaratterizzat minn splużjoni mingħajr preċedent u għalhekk ipprovda kundizzjonijiet ottimali għall-bejgħ tat-tarzna. L-eżitu negattiv tal-proċess ta’ privatizzazzjoni jista’ jiġi interpretat biss bħala li jirrifletti n-nuqqas ta’ fiduċja tal-atturi tas-suq fil-kapaċità tat-tarzna li tirrestawra l-vijabilità tagħha fuq perjodu fit-tul. L-irtirar ta’ Amber mill-proċess tal-privatizzazzjoni wara eżami dettaljat tad-diliġenza dovuta jikkonferma biss dan il-fatt (66).

(305)

Il-Kummissjoni ħadet nota tal-isforzi mġedda min-naħa tal-awtoritajiet Pollakki sabiex isibu investitur privat għat-Tarzna ta’ Gdynia wara l-irtirar ta’ Amber. Madankollu, sakemm inħarġet id-deċiżjoni, l-ebda evidenza ma kkonvinċiet lill-Kummissjoni li l-isforz imniedi mill-ġdid għall-privatizzazzjoni seta’ jiġi konkluż b’suċċess fi żmien qasir u skont il-Linji gwida. Kif spjegat hawn taħt, il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ ISD Polska u l-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ PSD huma t-tnejn ibbażati fuq l-aspettattiva li se jingħataw ammonti sinifikanti ta’ għajnuna mill-istat addizzjonali lit-tarzna u li se jkun possibbli li t-tarzna titreġġa’ lura għall-vijabilità jekk din tinħeles ml-obbligazzjonijiet pendenti u t-telf mistenni fuq il-kuntratti eżistenti.

Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt imħejji minn ISD

(306)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ma wriex li l-vijabilità tat-Tarzna ta’ Gdynia se tiġi restawrata wara l-amalgamazzjoni mat-Tarzna ta’ Gdańsk. B’mod partikolari, il-Kummissjoni mhix konvinta mill-projezzjonijiet finanzjarji jew ir-robustezza tal-pjan. Hija tqis li l-miżuri ta’ ristrutturazzjoni previsti fil-pjan mhumiex estensivi biżżejjed. Għalkemm il-pjan ta’ ristrutturazjoni konġunt rivedut ġab xi titjib, il-Kummissjoni tikkonkludi li huwa mhux se jreġġa’ lura l-vijabilità tat-tarzni amalgamati. Hawn taħt il-Kummissjoni tivvaluta l-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ Settembru li ssotitwixxa l-abbozz ta’ pjan ta’ Ġunju u tissottolinja d-differenzi biss fejn dawn huma rilevanti għall-valutazzjoni tiegħu.

(307)

Is-suppożizzjonijiet fil-pjan ta’ Ġunju li l-profitt fuq l-ekwità se jinkiseb biss fl-2029 u l-profitt fuq l-investiment se jinkiseb biss fl-2016 aktarx li jwasslu lill-Kummissjoni għall-konklużjoni li l-proġett mhuwiex vijabbli. Aktar minn hekk, dawn ir-riżultati huma bbażati fuq ammonti mhux skontati, kieku l-ammonti ġew skontati, il-profitt fuq l-ekwità u l-investiment kien jinkiseb saħansitra wara. Il-pjan ta’ Settembru jġib titjib f’dak ir-rigward minħabba li jindika previżjonijiet skontati. Madankollu, il-pjan assuma li l-profitt skontat fuq l-ekwità kien se jinkiseb fl-2018, jiġifieri 10 snin wara d-dħul tal-investitur il-ġdid fl-2009, li xorta huwa perjodu twil ħafna u juri r-riskju tal-proġett. Il-Kummissjoni għalhekk issostni li l-pjan ma jurix li l-proġett huwa vijabbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li t-titjib fil-projezzjonijiet finanzjarji mhuwiex ibbażat fuq l-adozzjoni ta’ miżuri aktar estensivi ta’ ristrutturazzjoni (bħalma huma t-titjib fil-produttività jew it-tnaqqis fl-ispejjeż) iżda fuq emendi għas-suppożizzjonijiet finanzjarji sottostanti li ma ġewx iġġustifikati b’mod suffiċjenti, kif se jiġi spjegat hawn isfel.

(308)

Il-projezzjonijiet finanzjarji jassumi li parti kbira mill-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni jistgħu jiġu koperti mil-likwidità futura tal-kumpanija. Il-Kummissjoni tqis dan bħala mhux realistiku għal kumpanija li ġġenerat telf kbir fl-imgħoddi u li teħtieġ ristrutturazzjoni sostanzjali. Skont il-pjan ta’ Settembru, il-likwidità se tiġi affettwata ml-obbligazzjonijiet tal-imgħoddi, li żdiedu minn PLN 592 miljun għal PLN 712-il miljun. Barra minn hekk, parti kbira mill-obbligazzjonijiet taħt il-liġi pubblika (iżjed minn PLN 400 miljun) trid titħallas lura bejn l-2012 u l-2018, jiġifieri ferm wara l-perjodu previst għar-ristrutturazzjoni (67). Il-Kummissjoni tinnota li l-investitur ammetta li l-livell ta’ riżultati mistennija huwa fil-limitu profittabbli, iżda huwa jsostni wkoll li hemm raġuni oħra għaliex ISD Polska hija interessata f’dan il-proġett. L-investitur isostni li t-tarzna se toħloq domanda sinifikanti għal kumpanija oħra tal-grupp, il-fabbrika tal-azzar Huta Częstochowa, u għalhekk l-investiment fit-Tarzna ta’ Gdynia jagħmel sens għall-grupp kollu ta’ ISD Polska.

(309)

Il-Kummissjoni tinnota li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-għajnuna mill-istat ngħatat fil-kuntest tal-privatizzazzjoni biex tibbilanċja l-karta tal-bilanċ tat-tarzna u tkopri t-telf mistenni. Il-pjan huwa bbażat ukoll fuq l-ipoteżi li l-attivitajiet tat-tarzna se jkomplu jiġu ffinanzjati b’garanziji mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni b’termini vantaġġjużi meta mqabbel mal-prattika normali tagħha għal kumpaniji b’saħħithom. Il-projezzjonijiet finanzjarji jqisu din l-għajnuna mill-istat mistennija. Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ Settembru ma naqqasx dan l-espożizzjoni għal għajnuna mill-istat addizzjonali. Għall-kuntrarju, l-investitur identifika dovut ieħor potenzjali ta’ PLN 308 miljun marbut ma’ kwistjoni fuq it-taxxa bejn it-Tarzna ta’ Gdańsk u l-Istat. L-investitur jistenna li t-Teżor jiggarantixxi l-ħlas ta' dan id-dovut jekk dan jimmaterjalizza ruħu.

(310)

Il-Kummissjoni tinnota li la l-pjan ta’ Ġunju u lanqas l-aġġornament ta’ Settembru ma jinkludi pjan tan-negozju komplet għall-produzzjoni tal-istrutturi tal-azzar. Dan huwa nuqqas serju, billi dan in-negozju għandu jiġġenera fatturat ta’ PLN 300 miljun fit-tmiem tal-perjodu ta’ ristrutturazzjoni, jibbenefika mill-kapaċità konsiderevoli tat-tarzna l-ġdida għall-ipproċessar tal-azzar (li tiżdied minn 4 % fl-2009 għal 20 % fl-2012) u għandu jirrappreżenta madwar 10 % tal-bejgħ tat-tarzna l-ġdida.

(311)

Il-pjan ta’ Settembru jirreferi għal studju tas-suq indipendenti li donnu juri li d-domanda għall-istrutturi tal-azzar fil-Polonja u fl-Ewropa kollha kemm hi se tiżdied matul il-ftit snin li ġejjin. Madankollu, l-istudju ma janalizzax kif dan it-tkabbir jista’ jiġi sfruttat mit-tarzna amalgamata. Il-pjan ta’ Settembru, għalkemm iżjed dettaljat dwar in-negozju tal-istrutturi tal-azzar, ma janalizzax jekk il-volum ta’ produzzjoni mbassar għat-tarzna l-ġdida huwiex realistiku. Għall-kuntrarju, huwa jinkludi aktar indikazzjonijiet li dawn il-previżjonijiet jistgħu ma jkunux realistiċi.

(312)

Il-produzzjoni attwali tal-istrutturi tal-azzar hija ta’ 2 000 tunnellata, filwaqt li l-produzzjoni fil-mira hija ta’ 56 000 tunnellata. Imqabbel mal-pjan ta’ Ġunju, il-pjan ta’ Settembru jipprevedi li l-produzzjoni tirdoppja sa mill-2010 (24 000 tunnellata kontra 12 000 tunnellata fil-pjan ta’ Ġunju) u l-produzzjoni tiżdied b’erba’ darbiet fl-2012 (56 000 tunnellata kontra 13 000 tunnellata fil-pjan ta’ Ġunju). Huta Częstochowa, waħda mill-akbar produtturi tal-azzar fil-Polonja, għandha produzzjoni ta’ 100 000 tunnellata ta’ strutturi tal-azzar.

(313)

ISD Polska telenka l-kuntratti eżistenti tat-Tarzna ta’ Gdańsk għal strutturi tal-azzar, fosthom kuntratt għal faċilitajiet ta’ ħażna taż-żejt għal madwar 5 000 tunnellata fis-sena fl-2008 u fl-2009. Skont il-pjan, il-produzzjoni ta’ dan il-prodott partikolari se tkun ta’ 16 000 tunnellata sal-2010, li titla’ għal 36 000 tunnellata fl-2012.

(314)

Ma ġiet sottomessa l-ebda analiżi tas-suq jew rapport ta’ previżjoni li jistgħu jispjegaw il-previżjonijiet tal-profitti għall-istrutturi tal-azzar (9,5 % fl-2010 u madwar 8 % minn hemmhekk ’il quddiem). Il-Kummissjoni tinnota li, skont l-Uffiċċju Pollakk tal-Istatistika, il-profittabilità tas-settur tal-istrutturi tal-azzar fil-Polonja telgħet għal 6 % fl-2006 u baqgħet f’dak il-livell fl-2007.

(315)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tikkonkludi li n-negozju tal-kostruzzjoni bl-azzar, li għandu jifforma parti integrali u sinifikanti mill-operat tat-tarzna l-ġdida, mhuwiex ibbażat fuq analiżi kredibbli tal-qagħda kompetittiva tat-tarzna l-ġdida. L-analiżi tas-suq ma turix li t-tbassir tal-produzzjoni mit-tarzna l-ġdida huwa probabbli li jiġi assorbit mid-domanda fis-suq. Il-pjan ma weriex li huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet realistiċi għas-settur tal-istrutturi tal-azzar.

(316)

Dwar ir-ristrutturazzjoni tal-kuntratti, il-pjan jindirizza tnejn mill-aktar kawżi esterni sinifikanti għad-diffikultajiet preżenti tat-tarzna (iż-żidiet fil-prezzijiet tal-materjali u t-tisħiħ taż-żloti) billi jipprovdi għas-sensiela ta’ miżuri deskritti aktar ’il fuq. Il-pjan huwa bbażat prinċipalment fuq l-ipoteżi li se jkun possibbli li jiġu inkorporati klawsoli ta’ indiċjar fil-kuntratti għall-bini tal-bastimenti, li jgħaddu tal-anqas parzjalment ir-riskji assoċjati mal-varjazzjonijiet fil-kambju u l-ispejjeż tal-materjali lil sid il-vapur. Il-pjan, madankollu, ma weriex li tali klawsoli ta’ indiċjar ġew aċċettati jew se jkunu aċċettati mis-sidien tal-bastimenti. Il-pjan ta’ Settembru pprovda xi informazzjoni addizzjonali dwar dak is-suġġett, b’mod partikolari siltiet minn kuntratti eżistenti taż-żewġ tarzni li jinkludu klawsoli ta’ indiċjar ta’ dak it-tip.

(317)

Il-Kummissjoni eżaminat din l-evidenza u tinnota li l-kuntratti ppreżentati fil-pjan għall-ewwel kienu jinkludu klawsoli ta’ indiċjar li bihom kwalunkwe żieda fil-prezzijiet tal-azzar kienet se tiġi koperta mix-xerrej, iżda dawn il-klawsoli ġew ikkanċellati b’addendum suċċessiv, u sostitwiti b’arranġament li bih it-tarzna u x-xerrej jixtru flimkien il-materjali u, mat-tlestija tax-xiri, jaqblu fuq aġġustament fil-prezz. L-arranġamenti għal dan l-aġġustament fil-prezz se jiġu miftiehma f’addendum aktar tard. Madankollu, dan l-addendum ma ġiex sottomess lill-Kummissjoni.

(318)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li dawn il-kuntratti kienu konklużi u nnegozjati mill-ġdid f’perjodu tal-aqwa domanda (2005 u wara) fejn il-flessibilità min-naħa tas-sidien tal-bastimenti kienet risposta għal-limitazzjonijiet min-naħa tal-provvista. Filwaqt li l-Kummissjoni taf li l-prattika tal-indiċjar tal-prezz tal-azzar dan l-aħħar żviluppat fl-industrija tal-bini tal-bastimenti, għandu jiġi nnotat li qabel dawn il-klawsoli ma kinux aċċettati, b’mod partikolari fi żminijiet diffiċli.

(319)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni ma tħossx li l-pjan juri li t-tarzna se tkun kapaċi tikkonkludi kuntratti bi klawsoli ta’ indiċjar. L-esperjenza tat-Tarzna ta’ Gdynia f’dan ir-rigward, kif deskritta fil-pjan, mhijiex konklużiva fil-fehma tal-Kummissjoni.

(320)

Il-pjan ta’ Settembru, meta mqabbel mal-abbozz ta’ Ġunju, jinkludi informazzjoni iżjed dettaljata dwar l-istrateġija maħsuba tal-ħarsien finanzjarju sabiex jittaffew ir-riskji relatati mal-kambju. Madankollu, il-pjan ma jurix li xi waħda miż-żewġ tarzni użat dawn l-istrumenti (inkluż ħarsien finanzjarju naturali mingħajr spejjeż), tal-anqas f’dawn l-aħħar snin (68). Għalkemm il-pjan ta’ Settembru jikkwantifika l-ispejjeż u l-effetti tal-politika proposta dwar il-ħarsien finanzjarju, dan ma jurix li t-tarzna l-ġdida se tkun kapaċi tikseb ħarsien finanzjarju bħal dan fis-suq. Mill-banda l-oħra, huwa ovvju li l-banek jeħtieġu li l-investituri jfasslu strateġija kompleta dwar il-ħarsien finanzjarju qabel ma jiddeċiedu jekk joffrux ħarsien finanzjarju.

(321)

Meta wieħed iqis ir-rilevanza ta’ dan il-fattur għall-attivitajiet tat-tarzna, il-pjan ma jindirizzax din il-kwistjoni b’mod konvinċenti. Fil-fatt, l-analiżi tas-sensittività tissuġġerixxi li, minkejja l-introduzzjoni ta’ dawn il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, allegatament inklużi fil-projezzjonijiet finanzjarji, dawn tal-aħħar jibqgħu sensittivi għall-bidliet żgħar fir-rata tal-kambju, kif se jiġi deskritt hawn isfel. Il-Kummissjoni għalhekk ma ġietx konvinta li l-politika intenzjonata tal-ħarsien finanzjarju kienet komprensiva biżżejjed biex tassigura l-vijabilità fuq perjodu fit-tul tat-tarzna.

(322)

Rigward ir-ristrutturar tal-impjiegi, il-pjan ma fih ebda analiżi tal-ħtiġijiet ta’ razzjonalizzazzjoni iżda jiddikjara sempliċement li n-numru ta’ ħaddiema se jitnaqqas. Il-pjan isemmi, iżda għal darba oħra mingħajr ġustifikazzjoni ulterjuri, li dan it-tnaqqis se jinvolvi spejjeż ta’ madwar PLN 69 miljun. Il-pjan ta’ Settembru jikkwantifika l-ispejjeż u l-effetti tar-ristrutturar tal-impjiegi iżda la jispjega u lanqas jiġġustifika l-bażi li fuqhom kienu stmati dawn l-ispejjeż u l-effetti. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li l-pjan jidentifika fid-dettall ir-raġunijiet għat-tnaqqis tal-impjiegi u l-effetti tiegħu u li l-kwantifikazzjoni tal-ispejjeż u l-effetti hija bbażata fuq ipoteżijiet affidabbli.

(323)

Dwar il-projezzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni tinnota b’mod partikolari d-dgħufijiet li ġejjin fix-xenarju bażi li bih jaħdem il-mudell finanzjarju mħejji minn ISD Polska, li jqajjem dubji dwar il-kredibilità ta’ dawn il-projezzjonijiet.

(324)

L-ewwel nett, il-pjan ta’ Settembru, meta mqabbel mal-abbozz ta’ pjan ta’ Ġunju, jassumi prezzijiet tal-bejgħ konsiderevolment ogħla għat-trasportaturi tal-karozzi, wieħed miż-żewġ prodotti prinċipali tat-tarzna l-ġdida. Il-pjan jibbaża l-projezzjonijiet għall-ewwel ftit snin fuq kuntratti eżistenti konklużi mit-Tarzna ta’ Gdynia. Madankollu, huwa ma jiġġustifikax il-projezzjonijiet għas-snin ta’ wara u ma jipprovdi l-ebda previżjonijiet esterni f’dak ir-rigward (69).

(325)

It-tieni, l-ipoteżi li l-pagi se jiżdiedu b’xi 4-6 % fis-sena matul il-perjodu tar-ristrutturazzjoni tidher li hija stima baxxa fid-dawl tan-nuqqas serju ta’ ħaddiema kkwalifikati, ir-rotazzjoni u l-assenteiżmu u l-kompetizzjoni fil-pagi li ż-żewġ tarzni ffaċċjaw minn tarzni kemm f’pajjiżi oħra kif ukoll fil-Polonja. Il-pjan ta’ Settembru jipprevedi livelli saħansitra aktar baxxi ta’ tkabbir fil-pagi milli fil-pjan ta’ Ġunju. Il-Kummissjoni tinnota li, minn Jannar 2007 sa Jannar 2008, is-salarju gross medju fil-Polonja żdied bi 11,5 %, (70) u huma mistennija aktar żidiet. Diversi sorsi, fosthom dawk imsemmija fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ Settembru (bħall-Bank Nazzjonali tal-Polonja, l-OECD, it-Tbassir Ekonomiku tal-KE tar-Rebbiegħa 2008, Goldman Sachs) jbassru żieda sinifikanti fil-pagi fil-Polonja fil-perjodu medju u nuqqas dejjem akbar ta’ ħaddiema. Hu x’inhu, dan huwa fattur li kien imissu ġie kkunsidrat fl-analiżi tas-sensittività.

(326)

It-tielet, ix-xenarju bażi jassumi spejjeż tal-garanziji tal-kapital operattiv ta’ 1,5 %. Din l-istima hija bbażata fuq l-ipoteżi li se jingħataw garanziji sħaħ ta’ ħlas bil-quddiem mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni u li dawn il-garanziji se jingħataw b’termini aktar favorevoli mill-garanziji tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni lil kumpaniji oħra (b’saħħithom). Kieku t-tarzni amalgamati kellhom jiksbu garanziji simili mis-suq, kif sostniet il-Polonja fil-kjarifiki tagħha tas-7 ta’ Lulju 2008, il-prezz tal-kapital kien ikun konsiderevolment ogħla milli maħsub fix-xenarju bażi, (71) b’konsegwenzi negattivi diretti għall-projezzjonijiet finanzjarji.

(327)

Meta wieħed iqis dawn is-suppożizzjonijiet, il-pjan ma jipprovdix assigurazzjonijiet suffiċjenti li x-xenarju bażi tal-projezzjonijiet finanzjarji huwa realistiku u jista’ jintlaħaq.

(328)

Barra minn hekk, l-analiżi tas-sensittività ma jurix li l-pjan huwa b’saħħtu biżżejjed biex jirreżisti xi wħud mill-fatturi prinċipali ta’ riskju assoċjati mal-operat tat-tarzna. Ir-reviżjoni tal-pjan li saret f’Settembru ma turix titjib konvinċenti.

(329)

L-analiżi tas-sensittività turi li deprezzament ta’ 5 % fid-dollaru Amerikan kontra ż-żloti jikkawża tnaqqis ta’ 35 % fil-profitt nett akkumulat fuq 10 snin anki kieku x-xenarju bażi kkunsidra l-miżuri ta’ ristrutturazzjoni sabiex jittaffa r-riskju marbut mar-rata tal-kambju.

(330)

Analiżi separata mehmuża mal-pjan ta’ Settembru turi li tisħiħ ta’ 5 % fl-euro kontra d-dollaru Amerikan mill-2013 sal-2017 (jiġifieri wara li l-Polonja hija skedata li tadotta l-euro) jikkawża tnaqqis ta’ 44 % fil-profitt nett akkumulat fuq 10 snin meta mqabbel max-xenarju bażi.

(331)

Il-Kummissjoni tinnota li f’każ ta’ tisħiħ ta’ 5 % fiż-żewġ muniti (tisħiħ ta’ darba fiż-żloti fl-2009 u tisħiħ ta’ darba fl-euro fl-2013) kontra d-dollaru Amerikan meta mqabbel max-xenarju bażi, il-profitt akkumulat fuq għaxar snin jitnaqqas bi 80 % meta mqabbel max-xenarju bażi.

(332)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-analiżi tas-sensittività turi li l-projezzjonijiet finanzjarji huma sensittivi għal bidliet żgħar fis-suppożizzjonijiet sottostanti, b’mod partikolari fir-rigward tar-rata tal-kambju, li skont il-pjan innifsu hija waħda mill-fatturi li wasslu għad-diffikultajiet finanzjarji preżenti tat-tarzna. Fuq dik il-bażi l-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt huwa b’saħħtu biżżejjed biex jassigura r-ritorn għall-vijabilità fuq perjodu fit-tul tat-tarzni amalgamati.

Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ PSC

(333)

F’bosta aspetti l-pjan fih nuqqasijiet serji, li wasslu lill-Kummissjoni biex tikkonkludi li huwa ma jurix li l-vijabilità se tiġi restawrata f’qafas ta’ żmien raġonevoli. Inkonsistenzi serji fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni jqajmu dubji sinifikanti dwar il-vijabilità u r-robustezza tiegħu. Fih suppożizzjonijiet kontradittorji rigward l-istrateġija tas-suq u l-produzzjoni u l-kapaċità futura tat-tarzna. Fuq kollox, m’hemm l-ebda analiżi tas-suq biex tiġġustifika l-istrateġija magħżula u turi li l-portafoll ipotetiku se jagħti profitti.

(334)

Rigward ir-ristrutturazzjoni finanzjarja, is-suppożizzjonijiet dwar il-prezz tal-kapital, l-arranġamenti għall-iffinanzjar tal-produzzjoni u r-rata tal-kambju juru d-dgħufijiet serji li ġejjin. Il-pjan jassumi li r-rati tal-kambju se jkunu stabbli tul il-perjodu kollu tar-ristrutturazzjoni f’livell aktar ottimistiku milli attwalment huwa l-każ (PLN 3,46/EUR u PLN 2,23/USD, kontra r-rati preżenti ta’ PLN 3,32/EUR u PLN 2,12/USD). Barra minn hekk, is-suppożizzjoni li t-tarzna se jirnexxilha żżid id-dħul bi 30 %, u hekk tikseb USD 100 miljun addizzjonali, billi terġa’ tinnegozja l-kuntratti eżistenti trid titqies fid-dawl tal-fatt li t-tarzna diġà għamlet sforzi sinifikanti biex terġa’ tinnegozja l-kuntratti eżistenti u li, b’riżultat ta’ dan, ħafna minn dawn il-kuntratti ġew ikkanċellati. Il-pjan ma jissostanzjax l-ipoteżi li se jkun possibbli negozjar mill-ġdid ulterjuri u għalhekk il-Kummissjoni tikkunsidraha bħala mhux realistika.

(335)

Dwar ir-ristrutturazzjoni tal-impjiegi, il-fatt stess li l-investitur jipproponi żewġ opzjonijiet (jew li n-numru ta’ ħaddiema jinżamm fil-livell preżenti jew li jitnaqqas b’650) jista’ jissuġġerixxi li m’għandux strateġija ċara biex jirrestawra l-vijabilità għat-tarzna. Dawn is-suppożizzjonijiet alternattivi jqajmu wkoll dubji dwar il-projezzjonijiet finanzjarji, billi mhuwiex spjegat liema livell ta’ impjieg serva bħala l-bażi għall-previżjonijiet.

(336)

Il-pjan ma jispjegax fid-dettall kif diversi miżuri ta’ ristrutturazzjoni, fosthom investimenti u diversi miżuri għat-tnaqqis tal-ispejjeż, se jinfluwenzaw il-projezzjonijiet finanzjarji. Fi kliem ieħor, mhux ċar x’inhi r-rabta bejn il-miżuri previsti tar-ristrutturazzjoni u l-projezzjonijiet finanzjarji, b’mod partikolari fir-rigward tal-produzzjoni u l-ispejjeż operattivi. Pereżempju, il-pjan ma jurix kif jista’ jinkiseb it-tnaqqis previst ta’ 25 % fuq perjodu ta’ ħames snin fl-ispejjeż għall-produzzjoni tal-bastimenti. Il-kredibilità tal-projezzjoni hija mnaqqsa wkoll minn kontradizzjonijiet rigward il-livell ippjanat tal-investimenti. Il-Kummissjoni għalhekk mhijiex konvinta li x-xenarju bażi għall-projezzjonijiet finanzjarji huwa kredibbli u bbażat fuq suppożizzjonijiet realistiċi.

(337)

M’hemm ebda analiżi li tittestja s-sensittività ta’ dawn il-projezzjonijiet għal fatturi ta’ riskju bħalma huma x-xejriet tas-suq u t-tibdil fil-prezzijiet, il-prezzijiet tal-materjali, ir-rati tal-kambju, il-pagi, eċċ. Fin-nuqqas ta’ deskrizzjoni u ġustifikazzjoni dettaljata tas-suppożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-projezzjonijiet finanzjarji, il-mudell finanzjarju użat għal dawn il-projezzjonijiet u l-analiżi tas-sensittività, il-Kummissjoni tqis li l-kredibilità ta’ dawn il-projezzjonijiet u r-robustezza tal-pjan ma ġewx murija.

(338)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-investitur jagħmel l-implimentazzjoni b’suċċess tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni kundizzjonali fuq l-għoti ta’ għajnuna mill-istat addizzjonali.

(339)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-abilità tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2008 imħejji minn PSC sabiex jirrestawra l-vijabilità tat-tarzna ma ġietx murija.

Konklużjoni

(340)

Fin-nuqqas ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni realistiku u komprensiv, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mogħtija lit-Tarzna ta’ Gdynia u deskritta fil-premessi 209-232 hija purament għajnuna operattiva li mhijiex kompatibbli mas-suq komuni bħala għajnuna għar-ristrutturazzjoni.

(c)    Għajnuna limitata għall-minimu assolut

(341)

Skont il-punt 43 tal-Linji gwida, l-għajnuna trid tkun limitata għall-minimu assolut, jiġifieri l-ispejjeż neċessarji sabiex titwettaq ir-ristrutturazzjoni. Il-benefiċjarju huwa mistenni li jagħmel kontribuzzjoni sinifikanti għall-iffinanzjar tar-ristrutturazzjoni billi juża riżorsi tiegħu stess jew finanzjament estern bir-rati tas-suq. Din il-kontribuzzjoni turi l-konvinzjoni tas-suq li l-vijabilità tal-kumpanija tista’ terġa’ tiġi restawrata u tassigura li l-għajnuna mill-istat tkun limitata għall-minimu neċessarju. Fil-każ ta’ impriżi kbar, bħat-Tarzna ta’ Gdynia, din il-kontribuzzjoni għandha tammonta għal mill-anqas 50 % tal-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni. Il-kontribuzzjoni proprja trid tkun reali, li teskludi l-profitti u l-likwidità mistennija (il-punt 43 tal-Linji gwida).

(342)

Il-Kummissjoni vvalutat jekk il-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2006 laħaqx dan il-kriterju u kkonkludiet li ma għamilx dan, għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, il-pjan kien ibbażat fuq finanzjament statali kontinwu fil-forma ta’ garanziji, injezzjonijiet ta’ kapital u rinunzji tad-dejn u ma weriex li dan il-livell ta’ għajnuna mill-istat kien neċessarju sabiex ireġġa’ lura t-tarzna għall-vijabilità (b’mod partikolari li ma setgħux jiġu segwiti strateġiji alternattivi ta’ ristrutturazzjoni li kienu jeħtieġu livell aktar baxx ta’ intervent mill-Istat). It-tieni, il-kontribuzzjoni proprja kienet limitata ħafna u d-dħul ta’ investitur li seta’ jipprovdi finanzjament estern kien sempliċement avveniment futur potenzjali. Il-kontribuzzjoni proprja setgħet inkludiet miżuri bħall-parteċipazzjoni f’żieda kapitali tal-ishma mill-maniġment, skambju ta’ dejn mal-ekwità minn kredituri privati u l-bejgħ ta’ assi. Flimkien dawn il-miżuri kkontribwew xi PLN 127 miljun għar-ristrutturazzjoni tal-kumpanija. Madankollu, minħabba l-involviment konsiderevoli tal-Istat, anki kieku dawn il-miżuri ġew kwalifikati bħala kontribuzzjoni proprja fit-tifsira tal-Linji gwida, din il-kontribuzzjoni ma kinitx tkun sinifikanti.

(343)

Il-Kummissjoni ħarset ukoll lejn is-sitwazzjoni fit-tarzna matul l-aħħar ftit snin f’iżolament mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-2006, li, wara kollox, ma kienx ġie implimentat.

(344)

L-ewwel nett, id-deskrizzjoni ta’ hawn fuq tas-sitwazzjoni fit-Tarzna ta’ Gdynia turi li t-tarzna ma kienet kapaċi tattira tista’ tgħid l-ebda finanzjament barrani għar-ristrutturazzjoni tagħha. Ftit hemm sinjali ta’ parteċipazzjoni barranija bil-kundizzjonijiet tas-suq fl-attivitajiet tat-tarzna.

(345)

It-tarzna rnexxielha tinnegozja xi ristrutturazzjoni tal-obbligazzjonijiet kummerċjali tagħha, b’mod partikolari fil-ftehim ta’ ristrutturazzjoni konkluż f’Lulju 2003, (72) li jikkonċerna obbligazzjonijiet ta’ xi PLN 424 miljun u l-bdil ta’ dejn ma’ ekwità minn kredituri kummerċjali ta’ xi PLN 70 miljun. Fl-istess ħin, madankollu, it-Tarzna ta’ Gydnia qiegħda tiffaċċja diversi proċeduri ta’ infurzar u litigazzjonijiet. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-valur tal-obbligazzjonijiet taħt il-liġi pubblika akkumulati sat-30 ta’ Settembru 2007 kien ta’ PLN 423 miljun. Il-Kummissjoni tqis li l-ftehim ta’ ristrutturazzjoni tal-2003 seta’ jitqies bħala kontribuzzjoni proprja biss kieku l-kredituri involuti aċċettaw skadenza itwal milli normali għall-ħlas lura; f’dak il-każ il-kumpanija setgħet tingħata riżorsi addizzjonali għar-ristrutturazzjoni u l-estensjoni tal-iskadenza għall-ħlas lura kienet tikkostitwixxi sinjal li s-suq kien iqisha fattibbli li t-tarzna terġa’ lura għall-vijabilità. L-istess jgħodd għall-bdil tad-dejn mal-ekwità. Madankollu, anki kieku l-ftehim ta’ ristrutturazzjoni kellu jitqies bħala li jikkostitwixxi kontribuzzjoni proprja, il-Kummissjoni tosserva li huwa ċar li din il-kontribuzzjoni ma kinitx tkun suffiċjenti fit-tifsira tal-Linji gwida. Il-livell tal-obbligazzjonijiet kummerċjali ristrutturati huwa ugwali għal dak tal-obbligazzjonijiet taħt il-liġi pubblika mhux infurzati. Evidentement, it-tarzna jkollha ġġorr spejjeż ta’ ristrutturazzjoni oħra apparti mill-ispejjeż għar-ristrutturazzjoni tad-dejn.

(346)

Wara li nfetħet l-investigazzjoni formali, il-Polonja u l-benefiċjarju argumentaw li l-ħlasijiet bil-quddiem mis-sidien tal-bastimenti għandhom jiġu ttrattati bħala kontribuzzjonijiet proprji. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta dan l-argument. Il-Linji gwida jsostnu li l-kontribuzzjoni proprja ma jrid ikun fiha l-ebda għajnuna, li mhuwiex il-każ, pereżempju, fejn self ikun appoġġjat minn garanziji mill-gvern li jkun fihom elementi ta’ għajnuna (nota tal-qiegħ 1 għall-punt 44 tal-Linji gwida). Il-ħlasijiet bil-quddiem kienu appoġġjati b’mod sħiħ minn garanziji mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni li, kif spjegat hawn fuq, il-Kummissjoni tqis bħala li jikkostitwixxu għajnuna mill-istat. Il-ħlasijiet bil-quddiem mis-sidien tal-bastimenti għalhekk ma jistgħux jitqiesu bħala finanzjament estern bir-rati tas-suq. Minn dan joħroġ li l-argument inizjali tal-Polonja li l-intensità tal-għajnuna kienet ugwali għal 31 %, ibbażat fuq is-suppożizzjoni li l-ħlasijiet bil-quddiem koperti minn garanziji mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni kienu jikkostitwixxu kontribuzzjoni proprja, ma jistax jiġi aċċettat.

(347)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li Ray Car Carriers daħlet fl-istruttura tal-ishma tat-Tarzna ta’ Gdynia permezz ta’ bdil ta’ dejn ma’ ekwità u għalhekk ma kkontribwietx għall-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni.

Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt imħejji minn ISD

(348)

Meta tikkunsidra l-ispejjeż mistennija ta’ PLN 3 biljuni għar-ristrutturazzjoni u tqabbilhom mas-sorsi mistennija ta’ finanzjament, il-Kummissjoni tinnota differenza ta’ finanzjament fil-pjan kif jidher fit-Tabella 5 hawn isfel. Naturalment, is-self ta’ kapital operattiv ta’ PLN 280 (il-partita 14 tat-Tabella 1b) u PLN 45 miljun (il-partita 16 tat-Tabella 1b), kif ukoll self ta’ kapital operattiv mill-Istat ta’ PLN 250-350 miljun mhumiex inklużi hawnhekk minħabba li huma indikati biex jiffinanzjaw kapital operattiv, li ma ġiex inkluż fl-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni. L-istess japplika għall-injezzjoni ta' kapitali mill-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali (PLN 200 miljun). Il-ħlas pendenti għall-ishma tal-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali fit-Tarzna ta’ Gdańsk (il-partita 17 tat-Tabella 1b) ma jistax jitqies bħala sors ta’ finanzjament għar-ristrutturazzjoni tat-tarzna l-ġdida billi dan huwa ħlas lill-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali, u mhux lit-tarzna.

Tabella 5

Sorsi mistennija ta’ ffinanzjar għall-ispejjeż previsti tar-ristrutturazzjoni

(PLN miljun)

Injezzjoni ta' kapitali minn ISD Polska

405

Self għall-investiment

185

Bejgħ ta’ assi

240

Injezzjoni ta' kapitali mill-Istat

515

Injezzjoni ta' kapitali mill-Istat

385

Injezzjoni ta' kapitali mill-Istat

250

Kanċellazzjoni ta’ obbligazzjonijiet tat-taxxa

308

Total

2 288

Spejjeż totali mistennija għar-ristrutturazzjoni

3 000

Differenza ta’ finanzjament

712

(349)

Fid-dawl ta’ din id-differenza ta’ finanzjament, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni ma jassigurax il-finanzjament tar-ristrutturazzjoni. Fi kliem ieħor, il-pjan ma jurix kif ir-ristrutturazzjoni ppjanata setgħet effettivament tiġi implimentata, anki kieku ngħatat għajnuna mill-istat addizzjonali sostanzjali lit-tarzna.

(350)

Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ Settembru jidentifika ċerti partiti ta’ dħul fl-imgħoddi bħala kontribuzzjonijiet proprji tat-Tarzna ta’ Gdynia u tat-Tarzna ta’ Gdańsk għar-ristrutturazzjoni tagħhom (it-Tabella 1b “Allegata kontribuzzjoni proprja mwettqa fl-imgħoddi”). Għalkemm biċċa minn dan id-dħul (eż. xi bejgħ ta’ assi) seta’ jiġi kkwalifikat bħala kontribuzzjonijiet proprji fit-tifsira tal-Linji gwida (reali, attwali u ħieles minn għajnuna mill-istat), il-Kummissjoni tqis, fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja prekarja taż-żewġ tarzni, li dan id-dħul addizzjonali ntuża sabiex jitnaqqas it-telf u ma setax intuża għal ristrutturazzjoni ġenwina. Anki kieku t-tarzna kienet kapaċi timplimenta xi miżuri ta’ ristrutturazzjoni (bħal investimenti żgħar), pereżempju bis-saħħa ta’ tneħħija tal-assi, il-Kummissjoni tħoss li kwalunkwe dħul bħal dan ma kienx jikkwalifika bħala ħieles minn għajnuna mill-istat, minħabba li r-ristrutturazzjoni u l-funzjonament tat-tarzni kien possibbli biss bis-saħħa tal-akkumulazzjoni kontinwa ta’ dejn taħt il-liġi pubblika, il-possibilità li jissoktaw attivitajiet ekonomiċi li jagħmlu t-telf u appoġġ kontinwu mill-Istat.

(351)

Fi kwalunkwe każ, minħabba l-qagħda finanzjarja tat-tarzna, huwa evidenti li kwalunkwe dħul fl-imgħoddi mir-riżorsi tat-tarzna nnifisha jew sorsi esterni ntuża biex jiffinanzja l-operazzjonijiet tat-tarzna fl-imgħoddi.

(352)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-partiti li ġejjin tal-allegata kontribuzzjoni proprja ppjanata.

(353)

L-ewwel nett, kif issemma aktar ’il fuq, is-self ta’ kapital operattiv ta’ PLN 280 miljun (il-partita 14 tat-Tabella 1b) ma kienx allokat sabiex ikopri xi spejjeż tar-ristrutturazzjoni deskritti hawn fuq iżda kien maħsub speċifikament biex jiffinanzja kapital operattiv għall-produzzjoni li kienet għaddejja. Barra minn hekk, dan is-self ma jistax jitqies bħala reali u attwali, iżda pjuttost bħala potenzjali u remot fiż-żmien. L-istess japplika għas-self ta’ kapital operattiv ta’ PLN 45 miljun għal produzzjoni mhux marbuta mal-bini ta’ bastimenti (il-partita 16 tat-Tabella 1b).

(354)

It-tieni, is-self għall-investiment ta’ PLN 185 miljun għal produzzjoni mhux marbuta mal-bini ta’ bastimenti (il-partita 15 tat-Tabella 1b) f’dan l-istadju ma jistax jitqies bħala reali u aċċessibbli. Fil-kjarifiki tagħha tas-7 ta’ Lulju 2008 il-Polonja spjegat li ISD Polska kienet f’taħditiet ma’ diversi banek bil-għan li tikseb dan is-self. Il-Kummissjoni eżaminat żewġ espressjonijiet ta’ interess ippreżentati mal-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ Settembru.

(355)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li l-pjan wera li s-self għall-investiment huwa reali u attwali. Il-pjan wera biss li ISD Polska kien qed ikollha taħditiet ma’ żewġ banek, li wieħed minnhom deher li kien interessat li janalizza l-proġett. Il-fatt li ISD Polska bdiet taħdem fuq dan il-proġett fil-bidu tal-2007, meta hija kisbet sehem fit-Tarzna ta’ Gdańsk, u sa issa naqset milli tassigura finanzjament għal dak il-għan huwa indikazzjoni sinifikanti.

(356)

It-tielet, il-Kummissjoni tinnota li l-pjan ta’ Settembru jindika l-komponenti tal-bejgħ tal-assi bil-ħsieb li tiġi ġġenerata kontribuzzjoni proprja ta’ PLN 240 miljun (il-partita 13 tat-Tabella 1b).

(357)

Barra minn hekk, la ISD Polska u lanqas it-Tarzna ta’ Gdynia attwalment ma għandhom id-dritt li jneħħu l-komponent prinċipali ta’ dawn l-assi (l-art li fuqha jinsabu l-iskali fit-Tarzna ta’ Gdańsk). Fil-preżent hemm ostakli ċari ta’ natura legali (il-ħtieġa li t-Tarzna ta’ Gdynia takkwista d-drittijiet tas-sjieda għal din l-art, li hija marbuta b’mod fundamentali mal-likwidazzjoni ta’ Synergia 99, li fiha t-Tarzna ta’ Gdynia hija biss waħda mill-azzjonisti; il-proċeduri amministrattivi dwar il-konfini tal-port ta’ Gdańsk) u ta’ natura prattika (l-art tista’ tinbiegħ biss wara li t-tliet skali jkunu ġew żarmati u probabbilment biss wara li s-sit ikun tnaddaf) li jimpedixxu lit-Tarzna ta’ Gdynia u lil ISD Polska milli jbigħu dawn l-assi. Barra minn hekk, kif spjegat mill-investitur, id-dħul għoli stmat mill-bejgħ tal-art jista’ jinkiseb biss wara li tkun assigurata bidla fil-kundizzjonijiet għall-permess tal-ippjanar (73). Il-pjan ta’ Settembru juri li Synergia 99 bħala s-sid preżenti ta’ dan il-plott għadha ma ħaditx azzjoni amministrattiva sabiex teskludi din l-art miż-żona tal-port. Għalkemm il-pjan ta’ Settembru jispjega fid-dettall il-komponenti tal-proġett ta’ Synergia 99, l-implimentazzjoni attwali tiegħu tibqa’ kundizzjonali fuq diversi avvenimenti li mhumiex fil-kontroll tat-Tarzna ta’ Gdynia jew ta’ ISD Polska, b’mod partikolari fuq il-bidliet fil-konfini taż-żona tal-port. Il-Kummissjoni għalhekk ma tistax tikkunsidra din l-allegata kontribuzzjoni proprja bħala reali u attwali.

(358)

ISD ipprovdiet stima indipendenti tal-art li fuqha jinsabu t-tliet skali (PLN […] miljuni).

(359)

Il-Kummissjoni tinnota li l-assi ta’ Synergia 99 ġew stmati għal PLN […] miljuni mill-Bord ta’ dik il-kumpanija. Billi l-Bord ħareġ dikjarazzjoni f’dak is-sens għall-iskop li jikkonkludi ftehim bejn l-azzjonisti dwar l-arranġamenti għall-qsim tal-assi f’każ li Synergia 99 tiġi llikwidata, wieħed jista’ jassumi li l-Bord ma stmax inqas milli dovut il-valur ta’ dawk l-assi. Kompetenza esperta indipendenti kkummissjonata mill-Bord f’dak iż-żmien stmat il-valur tal-art inkwistjoni għal PLN […] miljuni.

(360)

Minħabba d-differenzi kbar bejn iż-żewġ stimi, li jirriflettu ipoteżijiet differenti dwar l-użu futur tal-art, il-Kummissjoni tqis l-ipoteżi li l-art se tintuża għal żvilupp esklużiv bħala ottimista u, fin-nuqqas ta’ xi offerti speċifiċi sabiex tinxtara l-art jew indikazzjoni iżjed tanġibbli ta’ pjanijiet sabiex tiġi riġenerata ż-żona, pjuttost mhux realistika. Il-Kummissjoni tqis li d-dħul potenzjali mill-bejgħ tal-art għal użu industrijali jew ta’ żvilupp għandu jiġi stmat ukoll, safejn huwa realistiku kull wieħed minn dawn ix-xenarji.

(361)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-valur ta’ investiment ikkalkulat tal-art li fuqha jinsabu l-iskali (PLN […] miljuni) ma kienx rifless fil-prezz imħallas minn ISD għall-ishma fit-Tarzna ta’ Gdynia. Skont il-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ Settembru, il-valur nett tal-assi tat-Tarzna ta’ Gdynia fl-aħħar tal-2007 kien jammonta għal PLN ([…] valur negattiv sinifikanti) miljuni. Minn dak iż-żmien ’l hawn, it-Teżor implimenta injezzjonijiet ta' kapitali ta’ PLN 515-il miljun u PLN 385 miljun; hemm ippjanata kapitalizzazzjoni oħra ta’ PLN 200 miljun. Jekk il-partiti l-oħra kollha fil-karta tal-bilanċ jibqgħu mhux mibdula, (74) il-valur nett tal-assi wara dawn l-injezzjonijiet ta’ kapital se jammonta għal PLN ([…] valur pożittiv) miljuni, filwaqt li ISD Polska se tħallas prezz simboliku għall-ishma fit-Tarzna ta’ Gdynia. Kieku l-valur kummerċjali tal-art li fuqha jinsabu l-iskali kien rifless kif għandu jkun fil-karta tal-bilanċ, il-valur nett tal-assi kien ikun saħansitra ogħla. Fi kliem ieħor, ISD Polska kienet tixtri l-ishma fit-Tarzna ta’ Gdynia bi prezz aktar baxx mill-valur kummerċjali tagħhom, u b’hekk tirċievi għajnuna mill-istat. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li dawn l-assi huma “kontaminati” b’għajnuna mill-istat mogħtija matul il-proċess tal-privatizzazzjoni u li l-bejgħ tagħhom ma jistax jitqies bħala kontribuzzjoni proprja ħielsa minn għajnuna mill-istat.

(362)

Rigward l-assi l-oħra indikati għall-bejgħ li bħalissa qegħdin fuq il-karta tal-bilanċ tat-Tarzna ta’ Gdynia jew tat-Tarzna ta’ Gdańsk, il-Kummissjoni taċċetta, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, il-bejgħ jew kiri ta’ xi assi bħala kontribuzzjoni proprja attwali u reali, kieku ġiet ipprovduta u ssostanzjata stima u l-bejgħ jew kiri jkun ibbażat fuq ftehimiet eżistenti (il-bejgħ ta’ ishma f’Euromedicus, il-bejgħ ta’ ishma f’Polskie Linie Lotnicze, il-ftehimiet ta’ kiri ma’ Eurocynk u ma’ CRIST). Dawn il-ftehimiet jirrappreżentaw ammont ta’ madwar PLN […] miljuni.

(363)

Fl-aħħar nett, b’mod konformi mal-prattika stabbilita, (75) il-Kummissjoni tqis li l-likwidità futura ma tistax titqies bħala kontribuzzjoni proprja fit-tifsira tal-Linji gwida minħabba li din ma tirrappreżentax kontribuzzjoni reali u attwali mill-kumpanija jew mill-azzjonisti tagħha għall-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni.

(364)

Minn dan jirriżulta li l-uniċi partiti li jistgħu jitqiesu bħala kontribuzzjonijiet proprji huma l-injezzjonijiet ta' kapitali li għandhom isiru minn ISD Polska għal total ta’ PLN 405 miljun u d-dħul mill-bejgħ u l-kiri ta’ xi assi (PLN 14-il miljun). Il-kontribuzzjoni proprja tikkorrispondi għal 14 % (76) tal-ispejjeż mistennija ta’ ristrutturazzjoni ta’ PLN 3 biljuni. Kieku l-Kummissjoni kellha taċċetta l-proposta tal-awtoritajiet Pollakki ppreżentata fil-laqgħa tat-30 ta’ Settembru 2008 sabiex il-livell tal-kontribuzzjoni proprja jiġi valutat permezz ta’ tqabbil mal-ispejjeż ta’ ristrutturazzjoni li għamlu t-tarzni mill-mument li fih l-investituri assumew il-kontroll tat-tarzni, ir-riżultat ikun l-istess (spejjeż ta’ ristrutturazzjoni ta’ PLN 3,065 miljun b’kontribuzzjoni proprja attwali u reali ta’ PLN 419-il miljun, jiġifieri 14 %).

(365)

Dan għandu jiġi kkunsidrat fid-dawl tal-għoti mistenni ta’ għajnuna mill-istat addizzjonali, li hija l-ipoteżi bażika tal-pjan: injezzjoni ta' kapitali addizzjonali mill-Istat ta’ PLN 1,6 biljun (PLN 1,14 biljun implimentat f’Ġunju 2008 u PLN 418-il miljun pendenti) u skedar mill-ġdid ieħor ta’ obbligazzjonijiet akkumulati taħt il-liġi pubblika b’valur nominali ta’ PLN 496,6 miljun għall-2009-2017. Għandu jiġi nnotat li l-pjan jassumi li l-operazzjonijiet tal-bini tal-bastimenti se jkomplu jkunu dipendenti fuq finanzjament permezz ta’ garanziji ta’ ħlas bil-quddiem ipprovduti mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni b’termini vantaġġjużi, billi dan ġie inkorporat fil-mudell finanzjarju tat-tarzni amalgamati. It-tarzni amalgamati jistennew li jirċievu garanziji ġodda sal-aħħar tal-2008. Fis-snin ta’ wara wkoll, tal-anqas sal-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturazzjoni fl-2012, il-garanziji tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni għandhom ikopru l-proċess tal-bini tal-bastimenti tista’ tgħid b’mod sħiħ.

(366)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni trid tikkunsidra l-perjodu sħiħ tar-ristrutturazzjoni, li jibda mill-2002. Meta titqies l-għajnuna mill-istat konsiderevoli li t-tarzna bbenefikat minnha f’dan il-perjodu, il-kontribuzzjoni proprja bħala perċentwali tal-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni tkun saħansitra aktar baxxa. Għalhekk huwa ovvju li l-kontribuzzjoni proprja ma tilħaqx lanqas b'mod remot il-limitu ta’ 50 % tal-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni kif mitlub mil-Linji gwida.

Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ PSC

(367)

Għalkemm l-investitur jipprevedi injezzjoni ta' kapitali ta’ PLN 500 miljun biex tiffinanzja parzjalment il-programm ta’ investiment, huwa talab ukoll injezzjoni ta' kapitali addizzjonali mill-Istat li tlaħħaq PLN 515-il miljun, skedar mill-ġdid tad-dejn taħt il-liġi pubblika f’ammont ta’ PLN 560 miljun u kopertura ta’ kwalunkwe obbligazzjonijiet potenzjali futuri tat-tarzna, stmati għal PLN 555 miljun (telf futur, penali għall-kanċellazzjoni ta’ kuntratti, litigazzjoni). Barra minn hekk, il-pjan jelenka l-obbligazzjonijiet l-oħra kollha tat-tarzna f’ammont totali ta’ PLN 948 miljun (obbligazzjonijet kummerċjali fil-konfront ta’ fornituri, sidien tal-bastimenti, eċċ) u jassumi li dawn se jiġu koperti mill-Istat. Fl-aħħar nett, l-investitur jitlob garanziji addizzjonali mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni bi primjum vantaġġjuż meta mqabbel mal-prattika normali tagħha għal kumpaniji b’saħħithom sabiex jiffinanzjaw kapital operattiv u garanziji mit-Teżor għal self intermedjarju f’ammont ta’ PLN 397 miljun.

(368)

L-ispejjeż ta’ ristrutturazzjoni li jistgħu jiġu identifikati fuq il-bażi tal-informazzjoni limitata kontenuta fil-pjan ikopru, bħala minimu, l-obbligazzjonijiet akkumulati (obbligazzjonijiet akkumulati u self li jammonta għal PLN 1 508 miljun), it-telf mistenni fuq il-kuntratti eżistenti għall-bini tal-bastimenti u litigazzjonijiet (PLN 555 miljun) u l-ħtiġijiet ta’ investiment previsti għall-perjodu 2008-2018 (PLN 443 miljun).

(369)

Ħafna minn dawn l-ispejjeż għandhom jiġu koperti minn għajnuna mill-istat. Il-kontribuzzjoni proprja proposta hija injezzjoni ta' kapitali ta’ PLN 500 miljun mill-investitur. Il-Kummissjoni tinnota li ma ġiet sottomessa l-ebda informazzjoni dwar il-kapaċità tal-investitur li jipprovdi injezzjoni ta' kapitali bħal din. Skont l-offerta preliminari minn PSC, il-fondi biex tiġi ffinanzjata l-injezzjoni suppost li kellhom jiġu miksuba mingħand terza parti, investitur finanzjarju. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe prova li l-investitur huwa kapaċi jipprovdi kapital ta’ PLN 500 miljun, il-Kummissjoni tħoss li din il-miżura ma tistax titqies bħala attwali u reali. Barra minn hekk, il-pjan jassumi li d-dħul mill-bejgħ ta’ assi ġġenerati fil-perjodu qabel l-adeżjoni u d-dħul mill-bejgħ ippjanat ta’ assi għal ammont totali ta’ PLN 174.5 miljun għandu jitqies ukoll bħala kontribuzzjoni proprja fit-tifsira tal-Linji gwida. Għal darba oħra, ma ntweriex li t-tranżazzjonijiet tal-imgħoddi kienu ħielsa minn għajnuna mill-istat u li s-suppożizzjonijiet dwar id-dħul ippjanat huma realistiċi. Din il-kontradizzjoni rigward il-kontribuzzjoni proprja ddikjarata mill-investitur tqajjem aktar dubji dwar il-kredibilità tas-suppożizzjonijiet f’dan ir-rigward. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-pjan ma jurix li l-kontribuzzjoni proprja proposta hija sinifikanti, attwali, reali u ħielsa minn għajnuna mill-istat.

(370)

Il-Kummissjoni tinnota li anki kieku l-miżuri proposti (injezzjoni ta' kapitali ta’ PLN 500 miljun u l-bejgħ imgħoddi u ġejjieni ta’ assi) tqiesu bħala li jikkostitwixxu kontribuzzjonijiet proprji, dawn kienu jikkorrispondu għal 27 % tal-ispejjeż ta’ ristrutturazzjoni kif muri aktar ’il fuq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni trid tqis il-perjodu sħiħ tar-ristrutturazzjoni, li jibda mill-2002. Meta titqies l-għajnuna mill-istat konsiderevoli li t-tarzna bbenefikat minnha f’dan il-perjodu, il-kontribuzzjoni proprja bħala perċentwali tal-ispejjeż totali tar-ristrutturazzjoni hija saħansitra aktar baxxa. Għalhekk huwa ovvju li l-kontribuzzjoni proprja ma tilħaqx lanqas remotament il-limitu ta’ 50 % tal-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni kif mitlub mil-Linji gwida.

(371)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni tqis li t-tarzna fl-imgħoddi ma kisbet tista’ tgħid l-ebda kontribuzzjoni proprja fit-tifsira tal-Linji gwida, u, safejn għamlet dan, li l-kontribuzzjoni mhijiex sinifikanti. Barra minn hekk, il-pjan ta’ ristrutturazzjoni ppreżentat mill-Kumpanija Pollakka tal-Bini tal-Bastimenti ma jiżgurax livell suffiċjenti ta’ kontribuzzjoni proprja. Billi l-għan ta’ kontribuzzjoni proprja huwa li żżomm l-għajnuna mill-istat f’livell minimu, fin-nuqqas ta’ kontribuzzjoni proprja l-Kummissjoni jkollha tikkonkludi li r-rekwiżit li l-għajnuna tkun limitata għall-minimu neċessarju ma ġiex sodisfatt. Mill-banda l-oħra, il-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ PSC huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li se tingħata għajnuna mill-istat addizzjonali, u jikkonkludi li l-implimentazzjoni tiddependi fuq din l-għajnuna mill-istat addizzjonali.

Konklużjoni

(372)

Fuq il-bażi ta’ dan kollu, il-Kummissjoni tikkonkludi li fl-imgħoddi t-tarzna ma kisbet tista’ tgħid l-ebda kontribuzzjoni proprja fit-tifsira tal-Linji gwida, jiġifieri li hija reali, attwali u ħielsa minn għajnuna mill-istat. Lanqas il-pjan konġunt ta’ ristrutturazzjoni u l-pjan ippreżentat minn PSC ma jassiguraw livell suffiċjenti ta’ kontribuzzjoni proprja. Billi l-għan ta’ kontribuzzjoni proprja huwa li żżomm l-għajnuna mill-istat f’livell minimu, fin-nuqqas ta’ kontribuzzjoni proprja l-Kummissjoni jkollha tikkonkludi li r-rekwiżit li l-għajnuna tiġi limitata għall-minimu neċessarju ma ġiex sodisfatt. Madankollu, iż-żewġ pjanijiet ta’ ristrutturazzjoni huma bbażati fuq is-suppożizzjoni li se tingħata għajnuna mill-istat addizzjonali. B’mod ġenerali, hemm finanzjament sproporzjonat tar-ristrutturazzjoni b’għajnuna mill-istat, li jwassal għal distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni.

(373)

Skont il-Linji gwida, l-għajnuna m’għandhiex tipprovdi lill-kumpanija b’likwidità żejda, li tista’ tintuża għal attivitajiet aggressivi, li joħolqu distorsjoni fis-suq, mhux marbuta mal-proċess tar-ristrutturazzjoni. Filwaqt li t-tarzna ma ġietx ipprovduta b’likwidità żejda, bis-saħħa tal-garanziji Statali hija bbenefikat minn aċċess għal kapital operattiv li ma kienx disponibbli għaliha fis-suq. Minħabba f’hekk, it-tarzna kienet kapaċi mhux biss tkompli topera u timla l-kotba tagħha tal-ordnijiet iżda tikkonkludi wkoll kuntratti mingħajr ma jkollha ġġorr l-ispejjeż sabiex jitnaqqsu r-riskji assoċjati mal-prezzijiet jinbidlu għall-materjali u l-varjazzjonijiet fir-rati tal-kambju. Fi kliem ieħor, it-tarzna kienet kapaċi tuża għajnuna mill-istat għal attivitajiet li joħolqu distorsjoni fis-suq, mhux marbuta mal-proċess tar-ristrutturazzjoni, billi taċċetta ordnijiet li ma kinux ikopru l-ispejjeż li saru. Dan isaħħaħ l-opinjoni tal-Kummissjoni li l-għajnuna mill-istat ma kinitx limitata għall-minimu neċessarju għas-sopravivenza tat-tarzna.

(374)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li l-għajnuna mill-istat lil kumpaniji f’diffikultà għandha tintuża biex tiffinanzja r-ristrutturazzjoni. Għajnuna operattiva tista’ tiġi permessa biss sakemm din tkun neċessarja sabiex iżżomm il-kumpanija għaddejja sakemm tiġi implimentata ristrutturazzjoni aktar estensiva. F’dan il-każ, madankollu, l-isforzi ġenwini ta’ ristrutturazzjoni li jġibu effetti fuq perjodu fit-tul kienu limitati. L-għajnuna mill-istat assigurat prinċipalment li t-tarzna tibqa’ topera u għalhekk kienet tikkostitwixxi biss għajnuna operattiva. Bħala tali, din l-għajnuna ma tistax titqies li kienet limitata għall-minimu strettament neċessarju biex jippermetti li ssir ir-ristrutturazzjoni.

(375)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-rekwiżit li l-għajnuna tkun limitata għall-minimu u tkun akkumpanjata minn kontribuzzjoni reali u sinifikanti ħielsa minn għajnuna mill-istat, ma ġiex sodisfatt.

(d)    Evitar ta’ distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni

(376)

Il-Kummissjoni tfakkar fil-ftehim preliminari mal-Polonja dwar l-għeluq tal-baċir SD I. Madankollu, fid-dawl ta’ żviluppi ulterjuri wara dan il-ftehim u l-konklużjonijiet ta’ hawn fuq dwar l-ewwel żewġ kundizzjonijiet tal-Linji gwida, m’hemmx bżonn li jiġi vvalutat jekk il-miżuri protettivi proposti mill-Polonja kinux suffiċjenti.

(e)    Konklużjoni

(377)

Billi l-kriterji stipulati fil-Linji gwida sabiex l-għajnuna tinstab kompatibbli mas-suq komuni ma ġewx sodisfatti, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri elenkati fil-premessi 209-232 mhumiex kompatibbli mas-suq komuni bħala għajnuna għar-ristrutturazzjoni.

C.   GĦAJNUNA OĦRA

(378)

Fis-sottomissjoni tagħha tal-11 ta’ Lulju 2007, il-Polonja sostniet li t-Tarzna ta’ Gdynia kienet irċeviet għajnuna “li ma kinitx għajnuna għar-ristrutturazzjoni”. Din l-għajnuna hija elenkata fit-Tabella 4.

(379)

Il-Kummissjoni tfakkar li, minħabba li l-eżistenza stess tagħha hija fil-periklu, kumpanija f’diffikultà ma tistax titqies bħala strument xieraq biex jiġu promossi l-objettivi tal-politika pubblika sakemm tkun assigurata l-vijabilità tagħha (il-punt 20 tal-Linji gwida). Kull għajnuna mogħtija lil impriża f’diffikultà matul il-perjodu ta’ ristrutturazzjoni, sakemm ma tkunx koperta bir-regolamenti dwar l-eżenzjonijiet, trid tiġi nnotifikata bħala għajnuna għar-ristrutturazzjoni (il-punt 69 tal-Linji gwida).

(380)

Il-Polonja ma pprovdiet l-ebda evidenza li l-għajnuna msemmija fit-Tabella 4 hija koperta bir-regolamenti dwar l-eżenzjonijiet.

(381)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li dawn il-miżuri, ukoll, huma koperti mid-deċiżjoni preżenti u jikkostitwixxu għajnuna illegali u inkompatibbli għar-ristrutturazzjoni.

IV.   KONKLUŻJONI

(382)

Il-Kummissjoni ssib li l-Polonja tat b’mod illegali l-għajnuna mill-istat deskritta fil-premessi 209-232 favur it-Tarzna ta’ Gdynia bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE. Din l-għajnuna mhijiex kompatibbli mas-suq komuni taħt xi deroga stipulata fit-Trattat tal-KE.

(383)

Sabiex jitreġġa’ lura l-istatus ex ante, l-għajnuna mill-istat trid tiġi rkuprata.

V.   IMPLIMENTAZZJONI

(384)

Il-komponent ta’ għajnuna tal-miżuri ppreżentati fil-premessi 209-158 tad-deċiżjoni mogħtija lit-Tarzna ta’ Gdynia jrid jiġi rkuprat. B’mod ġenerali, il-komponent tal-għajnuna jrid jiġi rkuprat, jiġifieri l-vantaġġ riċevut mill-benefiċjarju, huwa ugwali għad-differenza bejn it-termini li l-benefiċjarji kienu jiksbu mis-suq u t-termini tal-miżura mogħtija.

(385)

Ir-rati ta’ referenza u ta’ skont imħabbra mill-Kummissjoni huma applikati bħala alternattiva għar-rata tas-suq sabiex jitkejjel il-komponent tal-għajnuna, b’mod partikolari meta l-għajnuna tinħareġ f’diversi rati, u biex jiġi kkalkulat il-komponent tal-għajnuna li jirriżulta mill-iskemi ta’ sussidju fuq l-imgħax (77). Fil-każ ta’ kumpaniji f’diffikultà, bħat-Tarzna ta’ Gdynia, il-Kummissjoni tħoss li r-rata ta’ referenza għandha tiżdied tal-anqas b’400 punt bażi sabiex tirrifletti r-riskju għoli involut fit-tranżazzjoni u, barra minn hekk, b’200 punt bażi sabiex jirriflettu n-nuqqas ta’, jew garanzija inadegwata, ipprovduta mill-benefiċjarju. Kif spjegat hawn fuq, il-valur tal-garanzija pprovduta mit-tarzna huwa dibattibbli fid-dawl tar-relazzjoni bejn id-dejn u l-assi tal-kumpanija. Meta kumpanija f’diffikultà ma tkunx tista’ tikseb finanzjament mis-suq, il-komponent ta’ għajnuna jista’ jkun ekwivalenti sa 100 % tal-valur nominali tal-fondi riċevuti (78).

(386)

Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, fil-perjodu li fih it-Tarzna ta’ Gdynia rċeviet l-għajnuna msemmija fil-premessi 209-232, hija kienet f’diffikultajiet finanzjarji serji (kif deskritt fil-premessi 62-66) u ma kinitx kapaċi tikseb xi finanzjament mis-suq. It-tarzna kellha ekwità negattiva, kompliet tagħmel it-telf u tista’ tgħid li ma kisbet l-ebda finanzjament matul il-perjodu taħt eżami. F’ċirkustanzi bħal dawn, operatur f’ekonomija tas-suq ma jkun lest li jipprovdi lit-tarzna b’ebda finanzjament minħabba r-riskju inerenti għoli. Konsegwentement, il-Kummissjoni tħoss li l-ebda bank ma kien jaqbel li jsellef lit-tarzna, anki b’rati tal-imgħax għoljin, u l-ebda bank ma kien jaqbel li jagħti garanzija, anki bi ħlas għoli.

Kalkolu tal-komponent ta’ għajnuna għal kategoriji individwali ta’ miżuri

Self

(387)

Billi t-Tarzna ta’ Gdynia ma setgħetx tikseb self jew garanzija mis-suq, kwalunkwe self jew garanzija mogħtija lilha matul il-perjodu taħt eżami awtomatikament jikkostitwixxi għajnuna. Għalhekk, kwalunkwe garanzija li għadha pendenti trid tiġi mwaqqfa immedjatament, u kwalunkwe self irid jitħallas lura minnufih.

(388)

Madankollu, il-ħlas lura ta’ kwalunkwe self mogħti lit-tarzna mhuwiex suffiċjenti sabiex ireġġa’ lura s-sitwazzjoni inizjali billi, sad-data tal-ħlas lura, it-tarzna kellha finanzjament għad-dispożizzjoni tagħha li normalment ma kinitx tkun tista’ tikseb mis-suq. Sabiex titreġġa’ lura s-sitwazzjoni inizjali, għandu jiġi rkuprat ukoll ammont li jkun ekwivalenti għall-valur ta’ dan il-vantaġġ, li d-daqs tiegħu jista’ jiġi kkalkulat biss fuq il-bażi tar-rata tal-imgħax miżmum fuq self riskjuż ħafna. Għaldaqstant il-Kummissjoni trid tordna l-irkupru tad-differenza bejn ir-rata tal-imgħax li fil-fatt ħallset it-Tarzna ta’ Gdynia u rata tal-imgħax teoretikament adegwata għal self b’riskju għoli ħafna mill-punt li fih ingħata s-self lit-tarzna sal-ħlas lura mit-tarzna. B’rabta mal-ħtieġa li tiġi stabbilita r-rata tal-imgħax għal self riskjuż ħafna, l-avviż tal-Kummissjoni dwar il-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont jindika li l-primjum tar-riskju jista’ jkun aktar minn 400 punt bażi ’l fuq mir-rata ta’ referenza “jekk l-ebda bank privat ma jkun qabel li jagħti s-self rilevanti”, li hija s-sitwazzjoni f’dan il-każ. Il-Kummissjoni f’diversi deċiżjonijiet qieset li primjum ta’ 600 punt bażi ’l fuq mir-rata ta’ referenza kien minimu adegwat biex jirrifletti sitwazzjoni ta’ riskju għoli (79). Il-Kummissjoni tħoss li dan huwa l-minimu għas-self fis-sitwazzjoni preżenti.

Sigurtajiet

(389)

Il-Kummissjoni se tieħu l-istess approċċ għall-garanziji: hija trid tordna l-irkupru tal-ekwivalenti ta’ għajnuna mogħtija li tinsab fil-garanzija mill-mument tal-ħruġ tas-self iggarantit sat-twaqqif tal-garanzija.

(390)

Kif spjegat fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal għajnuna mill-istat fil-forma ta’ garanziji, (80) l-opinjoni tal-Kummissjoni hija li l-ekwivalenti tal-għajnuna mogħtija hija ugwali jew għas-sussidju fuq l-imgħax miksub permezz tal-garanzija (meta l-garanzija tkun tkopri self mogħti b’rata aktar baxxa mir-rata kummerċjali) jew għall-ammont li jirriżulta mill-fattur ta’ riskju fuq is-somma garantita, wara li jitnaqqas il-primjum imħallas għall-garanzija.

(391)

F’każ li ma jkunx possibbli li jiġi kkalkulat il-komponent ta’ għajnuna bl-użu ta’ dawn ir-regoli, il-Kummissjoni tikkunsidraha f’waqtha li tikkalkula d-differenza bejn il-primjum ta’ garanzija li jiġi miżmum fis-suq u l-primjum imħallas mill-benefiċjarju. Il-Kummissjoni tħoss li d-differenza kkalkulata b’dan il-mod tikkostitwixxi l-komponent ta’ għajnuna tal-garanzija. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, il-primjum miżmum għall-iskema ħielsa minn għajnuna mill-istat li fuq il-bażi tagħha l-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni tmexxi l-programm tagħha ta’ assigurazzjoni għall-Esportazzjoni garantita mit-Teżor, approvata bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2007, tista’ sservi bħala l-primjum ta’ referenza għall-kalkolu msemmi qabel. Għal darba oħra, dan il-primjum ikun irid jiżdied b’mill-anqas 400 punt bażi sabiex jirrifletti l-fatt li t-tarzna ma kinitx eliġibbli għal garanziji taħt l-iskema. Bħala tali, il-garanziji mogħtija lit-tarzna kienu jinvolvu riskju konsiderevolment ogħla.

(392)

Kif spjegat hawn fuq, minħabba li t-tarzna ma kinitx tkun kapaċi tikseb garanziji mis-suq minħabba l-qagħda finanzjarja prekarja tagħha, sabiex titwaqqaf id-distorsjoni tal-kompetizzjoni maħluqa mill-għajnuna, il-garanziji pendenti jridu jiġu mwaqqfa immedjatament.

Garanziji għall-ħlasijiet bil-quddiem

(393)

Fil-każ tal-garanziji għall-ħlasijiet bil-quddiem, il-Kummissjoni tinnota li l-ħlasijiet bil-quddiem iggarantiti mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni huma tip ta’ kuntratt ta’ bejgħ, mhux kuntratt ta’ self, u li ebda imgħax mhuwa miżmum fuq il-ħlasijiet bil-quddiem. Għaldaqstant il-Kummissjoni tqis li, sabiex jiġi kkalkulat il-komponent ta’ għajnuna riċevut mill-benefiċjarju, għandu jkun previst tqabbil bejn il-primjum imħallas mit-tarzna u l-primjum li normalment jiġi miżmum fis-suq. Għal darba oħra, l-iskema ħielsa mill-għajnuna mill-istat użata mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni tista’ sservi bħala referenza li tirrifletti l-ħlasijiet miżmuma fis-suq, u dawn il-ħlasijiet ta’ referenza għandhom jiġu miżjuda sabiex jirriflettu r-riskju addizzjonali li jkun involut meta tingħata għajnuna lil kumpanija f’diffikultà finanzjarja.

(394)

Bħal fil-każ tal-garanziji l-oħra riċevuti mit-tarzna u għall-istess raġunijiet, il-Kummissjoni tinnota li kwalunkwe garanziji eżistenti tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni għandhom jiġu mwaqqfa immedjatament.

Nuqqas ta’ infurzar tad-djun

(395)

In-nuqqas ta’ infurzar kontinwu tad-djun mill-awtoritajiet pubbliċi wkoll jikkostitwixxi għajnuna mill-istat u jrid jiġi kkunsidrat (81). Dan huwa simili għal self li jiġġedded mogħti b’kundizzjonijiet preferenzjali u għalhekk il-komponent ta’ għajnuna jikkorrispondi għad-differenza bejn l-imgħax li jiġi miżmum mis-suq (għal kumpanija bi klassifikazzjoni simili f’qagħda finanzjarja u ekonomika simili u b’garanzija simili) u l-imgħax miżmum mill-awtorità konċedenti.

(396)

Minħabba l-qagħda finanzjarja prekarja kontinwa tat-tarzna, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li kreditur f’ekonomija tas-suq kien jinforza r-riċevibbli tiegħu immedjatament meta dawn ikollhom jitħallsu. Il-fatt għalhekk li l-awtoritajiet Pollakki ma ħadux miżuri ta’ infurzar mill-ewwel kien jikkostitwixxi għajnuna u għalhekk id-data tal-maturità ta’ kwalunkwe obbligazzjoni mhux imħallsa lura tkun id-data li fiha l-għajnuna tpoġġiet disponibbli. Il-komponent tal-għajnuna huwa ugwali għad-differenza bejn l-imgħax li kien jiġi miżmum fis-suq (għal kumpanija bi klassifikazzjoni simili f’qagħda finanzjarja u ekonomika simili u b’garanzija simili) u l-imgħax miżmum mill-awtorità konċedenti.

(397)

Billi kwalunkwe operatur f’ekonomija tas-suq kieku kien jitlob ħlas lura immedjat tad-djun mit-tarzna, mhux biss irid jitħallas lura l-komponent ta’ għajnuna li jirriżulta mill-imgħax insuffiċjenti miżmum iżda, barra minn hekk, iridu jitħallsu lura immedjatament l-obbligazzjonijiet akkumulati.

Kanċellazzjoni tad-dejn

(398)

Kwalunkwe kanċellazzjoni tad-dejn hija ekwivalenti għal għotja li ma tridx titħallas lura u għalhekk dik il-parti sħiħa tad-dejn li ġiet ikkanċellata tikkostitwixxi għajnuna.

Djun taħt il-liġi pubblika ristrutturati skont il-Kapitolu 5a

(399)

Skont l-Att tat-30 ta’ Ottubru 2002, l-obbligazzjonijiet pubbliċi ristrutturati skont il-Kapitolu 5a huma ttrasferiti lill-Operatur, kumpanija proprjetà sħiħa tal-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali, flimkien ma’ komponenti ta’ assi li jridu jkunu jiswew mill-anqas 25 % tal-obbligazzjonijiet ristrutturati. L-Operatur imbagħad għandu jbigħ dawn l-assi u juża d-dħul miksub b’dan il-mod sabiex iħallas lura parti mill-obbligazzjonijiet taħt il-liġi pubblika. Il-bqija ta’ dawn l-obbligazzjonijiet mbagħad jiġu kkanċellati mill-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-komponent ta’ għajnuna mill-istat ta’ din it-tranżazzjoni huwa ugwali għall-valur tal-obbligazzjonijiet taħt il-liġi pubblika ttrasferiti lill-Operatur, wara li jitnaqqas il-valur tal-assi ttrasferiti. Skont l-Att tat-30 ta’ Ottubru 2002, dan ifisser li l-komponent tal-għajnuna huwa ekwivalenti għal mhux aktar minn 75 % tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti. Madankollu jekk il-valur tal-assi jkun ogħla jew inqas mill-25 % meħtieġa bil-liġi, il-komponent tal-għajnuna jrid jiġi kkalkulat kif meħtieġ.

Injezzjoni ta’ kapital

(400)

Il-Kummissjoni tinnota li injezzjonijiet ta' kapitali mill-Istat jew minn organi kkontrollati mill-Istat bħall-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali u KPS lill-kumpaniji f’diffikultà, fejn ma jista’ jkun mistenni l-ebda profitt huma meqjusa bħala għotjiet li mhux se jitħallsu lura (82). Biex tneħħi d-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-injezzjoni ta’ kapital, it-tarzna trid tħallas lura l-ammont sħiħ tal-kapital injettat.

Arranġamenti għall-implimentazzjoni

(401)

B’ittra tat-3 ta’ Novembru 2008, il-Polonja wiegħdet li timplimenta din id-deċiżjoni permezz ta’ bejgħ tal-assi bil-prezz tas-suq permezz ta’ sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti, mingħajr kundizzjoni u mhux diskriminatorja (imwettqa skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati l-ewwel darba fl-ittra tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2008), u l-likwidazzjoni suċċessiva tat-Tarzna ta’ Gdynia. It-talbiet kollha ta’ rkupru li jirriżultaw mid-deċiżjoni preżenti jridu jiġu rreġistrati mingħajr dewmien mill-Polonja fil-qafas tal-likwidazzjoni tat-Tarzna ta’ Gdynia. B’ittra tas-6 ta’ Novembru 2008 il-Kummissjoni infurmat lill-Polonja li, sakemm dawn il-kundizzjonijiet jiġu sodisfatti, il-bejgħ tal-assi ma kienx se jinvolvi għajnuna ġdida lix-xerrej(ja) u l-assi setgħu jiġu ttrasferiti lix-xerrej(ja) ħielsa minn kull obbligazzjoni li tirriżulta mill-ħlas lura tal-għajnuna mill-istat illegali u inkompatibbli mogħtija lit-tarzni fl-imgħoddi skont ir-rekwiżit li tiġi evitata kontinwità ekonomika bejn il-benefiċjarji tal-għajnuna u l-attività tax-xerrej (83). Il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-ittra tagħha tas-27 ta’ Ottubru 2008 u aċċettati mill-awtoritajiet Pollakki ġewx osservati sabiex tistabbilixxi jekk din id-deċiżjoni kinitx implimentata sewwa.

(402)

Dawn il-kundizzjonijiet, li l-Polonja wiegħdet espliċitament li tirrispetta, huma deskritti fil-qosor kif ġej.

(403)

L-assi (mingħajr obbligazzjonijiet) se jiġu privatizzati b’sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti, mhux diskriminatorja u mingħajr kundizzjoni. It-Tarzna ta’ Gdynia, flimkien ma’ kwalunkwe assi u obbligazzjonijiet li jifdal, se jiġu llikwidati.

(404)

L-assi jridu jinbiegħu bil-prezz tas-suq (lill-ogħla offerent). Il-komponenti tal-assi jridu jitpoġġew għall-bejgħ separatament jew f’numru kbir ta’ pakketti żgħar definiti bil-għan li jimmassimizzaw il-bejgħ. Dawn il-pakketti ma jridux jikkonsistu minn partijiet organizzati ta’ kumpanija jew negozju. Madankollu, din id-definizzjoni tal-pakketti m’għandhiex timpedixxi xerrejja potenzjali milli jippreżentaw offerta konġunta għal diversi komponenti/pakketti.

(405)

Is-sejħa għall-offerti ma tridx tkun diskriminatorja, jiġifieri trid tiżgura li l-bejgħ ikun miftuħ għal kull profil ta’ xerrej potenzjali, mingħajr l-ebda diskriminazzjoni rigward l-iskop tal-investiment tagħhom.

(406)

Ma jistgħu jiġu mehmuża l-ebda kundizzjonijiet mas-sejħa għall-offerti (bħaż-żamma tal-impjiegi jew tal-attività, jew it-teħid ta’ kuntratti eżistenti). (L-uniku kriterju għall-għażla tal-offerta rebbieħa għandu jkun li jiġi massimizzat id-dħul għall-benefiċċju tal-kredituri tat-tarzna).

(407)

Il-kredituri tat-tarzna, pubbliċi u privati, fosthom il-klijenti tat-tarzna, għandhom ikollhom l-istess pożizzjoni u drittijiet fir-rigward tad-dħul mill-bejgħ tal-assi li kieku jkollhom fi proċedura dwar falliment.

(408)

Ma tingħata l-ebda għajnuna mill-istat ġdida fil-kuntest tal-bejgħ, sew jekk tkun fil-forma ta’ kanċellazzjoni, ħlas lura ta’ obbligazzjonijiet taħt il-liġi pubblika ffinanzjat mill-Istat jew ħlas lura ta’ kredituri privati, injezzjonijiet ta’ kapital, self, garanziji jew miżuri oħra. Kwalunkwe obbligazzjoni ġdida taħt il-liġi pubblika akkumulata matul il-perjodu neċessarju sabiex titlesta l-proċedura tal-bejgħ għandhom jintalbu lura mill-massa tal-likwidazzjoni.

(409)

Il-bejgħ jitmexxa minn amministratur indipendenti, bi drittijiet u obbligi simili għal riċevitur ta’ falliment. Trid tinħoloq struttura li tippermetti lill-kredituri jissorveljaw il-bejgħ u jiżguraw li dan isir bil-kundizzjonijiet tas-suq u li l-pożizzjoni u d-drittijiet tagħhom fir-rigward tad-dħul jiġu rrispettati. Barra minn hekk, il-Polonja u l-Kummissjoni għandhom jaħtru flimkien fedekommissarju ta’ sorveljanza bil-kompitu speċifiku li jgħin lill-Kummissjoni tivverifika li l-proċess tal-bejgħ u l-irkupru tal-għajnuna jsiru f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti stipulati hawn fuq. Għal dak il-għan, il-fedekommissarju ta’ sorveljanza għandu jissottometti rapporti regolari, dettaljati lill-Kummissjoni dwar il-fażijiet differenti tal-proċedura.

(410)

Il-Polonja indikat li se jkollha bżonn tieħu azzjoni leġiżlattiva biex timplimenta d-deċiżjoni preżenti. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li għalhekk huwa meħtieġ perjodu ta’ implimentazzjoni itwal mis-soltu, anki minħabba n-numru ta’ miżuri individwali ta’ għajnuna milquta minn din id-deċiżjoni u d-diversità fir-rigward tal-forma u t-tul tagħhom. Il-Kummissjoni għalhekk titlob lill-Polonja sabiex timplimenta d-deċiżjoni preżenti fi żmien seba’ xhur min meta tirċeviha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-istat deskritta fil-premessi 209-232 ta’ din id-deċiżjoni u mogħtija mill-Polonja bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE favur it-Tarzna ta’ Gdynia mhijiex kompatibbli mas-suq komuni.

Barra minn hekk, kwalunkwe garanzija ta’ ħlas bil-quddiem mogħtija mill-Polonja bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE favur it-Tarzna ta’ Gdynia mill-1 ta’ Lulju 2007 sad-data ta’ din id-deċiżjoni, mhijiex kompatibbli mas-suq komuni.

Artikolu 2

Fir-rigward tas-self miksub minn diversi korpi pubbliċi li saret referenza għalihom fil-premessi 209-232 ta’ din id-deċiżjoni, il-Polonja għandha tirkupra għajnuna f’ammont ekwivalenti għad-differenza bejn ir-rata tal-imgħax li fil-fatt ħallset it-Tarzna ta’ Gdynia u r-rata tal-imgħax li biha l-benefiċjarju seta’ kiseb is-self mis-suq għall-perjodu bejn il-mument li fih ingħata l-imsemmi self u l-mument li fih tħallas lura. Barra minn hekk, jekk ikun għad hemm xi self mhux imħallas sal-mument ta’ din id-deċiżjoni, dan għandu jitħallas lura immedjatament.

Artikolu 3

Rigward il-garanziji miksuba mit-Teżor li huma deskritti fil-premessi 209-232 ta’ din id-deċiżjoni, il-Polonja għandha tirkupra għajnuna ekwivalenti għad-differenza, għall-perjodu bejn iż-żmien li fih ingħatat l-għajnuna u ż-żmien li fih skadiet il-garanzija, bejn ir-rata tal-imgħax li fil-fatt ħallset it-Tarzna ta’ Gdynia għas-self assigurat bis-saħħa tal-garanzija Statali u r-rata tal-imgħax li biha l-benefiċjarju seta’ kiseb dan is-self mis-suq, li huwa ugwali għall-ammont iggarantit immultiplikat bil-fattur ta’ riskju (probabbiltà ta’ nuqqas ta’ ħlas), wara li jitnaqqas il-primjum ta’ garanzija mħallas jew ugwali għad-differenza bejn il-primjum ta’ garanzija mħallas mill-benefiċjarju u l-primjum ta’ garanzija li bih il-benefiċjarju seta’ kiseb il-garanzija mis-suq. Barra minn hekk, jekk xi waħda minn dawn il-garanziji tkun miftuħa fil-mument li fih tittieħed din id-deċiżjoni, din għandha tiġi tterminata immedjatament.

Artikolu 4

Rigward il-garanziji ta’ ħlas bil-quddiem mogħtija mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni deskritti fil-premessi 209-232 ta’ din id-deċiżjoni, il-Polonja għandha tirkupra għajnuna ugwali għad-differenza, għall-perjodu bejn iż-żmien li fih ingħatat l-għajnuna u ż-żmien ta’ meta skadiet il-garanzija, bejn il-primjum ta’ garanzija mħallas mill-benefiċjarju u l-primjum ta’ garanzija li bih il-benefiċjarju seta’ kiseb il-garanzija mis-suq. Barra minn hekk, jekk xi waħda minn dawn il-garanziji tkun miftuħa fil-mument li fih tittieħed din id-deċiżjoni, din għandha tiġi tterminata immedjatament.

Artikolu 5

L-Artikoli 3 u 4 japplikaw ukoll mutatis mutandis għal kwalunkwe garanzija ta’ ħlas bil-quddiem mogħtija mill-Polonja bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE favur it-Tarzna ta’ Gdynia mill-1 ta’ Lulju 2007 sad-data ta’ din id-deċiżjoni.

Artikolu 6

Rigward l-obbligazzjonijiet mhux infurzati fir-rigward ta’ diversi korpi pubbliċi kif deskritt fil-premessi 209-232 ta’ din id-deċiżjoni, il-Polonja għandha tirkupra għajnuna ugwali għad-differenza, għall-perjodu bejn iż-żmien li fih ingħatat l-għajnuna u ż-żmien li fih tħallas lura d-dovut taħt il-liġi pubblika, bejn ir-rata tal-imgħax li fil-fatt ħallset it-Tarzna ta’ Gdynia u r-rata tal-imgħax li biha l-benefiċjarju seta’ kiseb posponiment tal-maturità tal-obbligazzjonijiet tiegħu mingħand kreditur f’ekonomija tas-suq. Barra minn hekk, kwalunkwe obbligazzjonijiet pendenti taħt il-liġi pubblika għandhom jitħallsu lura immedjatament.

Artikolu 7

Fir-rigward tal-kanċellazzjonijiet tad-dejn fil-konfront ta’ korpi pubbliċi kif deskritt fil-premessi 209-232 ta’ din id-deċiżjoni, il-Polonja għandha tirkupra għajnuna ugwali għall-ammont tal-kanċellazzjoni.

Artikolu 8

Rigward l-obbligazzjonijiet taħt il-liġi pubblika ristrutturati skont l-Att tat-30 ta’ Ottubru 2002 dwar għajnuna mill-istat lil impriżi ta’ importanzi speċjali għas-suq tax-xogħol, kif emendat, kif deskritt fil-premessi 209-232 ta’ din id-deċiżjoni, il-Polonja għandha tirkupra għajnuna ugwali għall-ammont tal-obbligazzjoni taħt il-liġi pubblika ttrasferit lill-Operatur, wara li jitnaqqas il-valur attwali tal-assi tal-benefiċjarju ttrasferiti lill-Operatur.

Artikolu 9

Rigward l-injezzjonijiet ta' kapitali minn diversi korpi pubbliċi kif deskritt fil-premessi 209-232 ta’ din id-deċiżjoni, il-Polonja għandha tirkupra ammont ugwali għall-ammont sħiħ tal-kapital injettat.

Artikolu 10

Rigward l-għotjiet diretti kif deskritti fit-Tabella 4, il-premessi 209-232 ta’ din id-deċiżjoni, il-Polonja għandha tirkupra għajnuna ugwali għall-ammont sħiħ tal-għotjiet.

Artikolu 11

1.   Il-Polonja għandha tirkupra l-għajnuna definita fl-artikoli preċedenti mingħand il-benefiċjarju. L-irkupru għandu jitwettaq skont il-linji gwida stipulati fil-premessi 384-401 ta’ din id-deċiżjoni.

2.   L-ammonti li jridu jiġu rkuprati għandhom ikunu bl-imgħax mill-ġurnata li fiha tpoġġew għad-dispożizzjoni tat-Tarzna ta’ Gdynia sal-irkupru attwali tagħhom.

3.   L-imgħax għandu jiġi kkalkulat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (84) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 (85) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004.

4.   Il-Polonja għandha tikkanċella kwalunkwe ħlasijiet pendenti tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 b’effett mid-data li fiha tiġi adottata din id-Deċiżjoni.

Artikolu 12

1.   L-irkupru tal-għajnuna li saret referenza għaliha fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.

2.   Il-Polonja għandha tassigura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien seba’ xhur mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 13

1.   Fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, il-Polonja għandha tissottometti l-informazzjoni segwenti lill-Kummissjoni:

a)

l-ammont totali (prinċipali u l-imgħax) li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju;

b)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u li huma ppjanati sabiex tiġi osservata din id-Deċiżjoni;

c)

dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna;

d)

dokumenti li juru li l-garanziji kollha għall-ħlasijiet bil-quddiem ġew imwaqqfa.

2.   Il-Polonja għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress fil-miżuri nazzjonali li jittieħdu sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm l-għajnuna kollha li saret referenza għaliha fl-Artikolu 1 tkun ġiet irkuprata. Hija għandha tissottometti immedjatament, meta tintalab mill-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u ġew ippjanati sabiex tiġi mwettqa din id-Deċiżjoni. Hija għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta’ għajnuna u l-imgħax li diġà rkuprat mingħand il-benefiċjarju.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Polonja.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU C 220, 8.9.2005, p. 7.

(2)   ĠU C 220, 8.9.2005, p. 7.

(3)  B’ittra tas-17 ta’ Novembru 2005, irreġistrata fit-18 ta’ Novembru 2005, l-awtoritajiet Pollakki talbu sabiex siltiet magħżula bl-Ingliż mis-sottomissjonijiet tal-partijiet terzi lill-Kummissjoni jiġu tradotti fil-Pollakk. Il-Kummissjoni għaddiet dawn it-traduzzjonijiet b’ittra tat-12 ta’ Diċembru 2005.

(4)  L-Artikol 5(1) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25). L-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/595/KE tal-4 ta’ Awwissu 2006 li tfassal lista tar-reġjuni li huma eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fondi Strutturali skont l-objettiv tal-Konverġenza għall-perijodu 2007-2013 (ĠU L 243 6.9.2006, p. 44).

(5)  L-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2006/596/KE tal-4 ta’ Awwissu 2006 li tfassal lista tal-Istati Membri eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-perijodu 2007-2013 (ĠU L 243, 6.9.2006, p. 47).

(6)  Qagħda fil-31 ta’ Marzu 2007. Sors: il-memorandum ta’ informazzjoni tal-4 ta’ Lulju 2007.

(7)   Sors: il-memorandum ta’ informazzjoni tal-4 ta’ Lulju 2007.

(8)   Sors: L-ipoteżi li fuqhom huma bbażati l-projezzjonijiet finanzjarji għal Stocznia Gdynia S.A. imħejjija minn Amber fil-kuntest tal-eżami tad-diliġenza dovuta tat-Tarzna ta’ Gdynia, sottomessi lill-Kummissjoni fid-9 ta’ April 2008, irreġistrati fl-istess ġurnata.

(9)   Sors: Pjan tan-negozju ta’ Stocznia Gdynia għall-2008-2012 imħejji minn Amber f’Diċembru 2007 u ppreżentat lill-Kummissjoni fid-29 ta’ Frar 2008, irreġistrat fit-3 ta’ Marzu 2008.

(10)   Ibidem.

(11)  Il-pjan konġunt ta’ ristrutturazzjoni mħejji minn ISD Polska kif deskritt hawn taħt jikkalkula t-telf fl-2008 għal PLN 280 miljun.

(12)  Il-bażi legali hija deskritta fid-dettall fid-deċiżjoni li tinfetaħ investigazzjoni formali, parti 3.2.

(13)  Il-Kummissjoni saret taf mill-kummenti tat-Tarzna ta’ Gdynia dwar id-deċiżjoni li tinfetaħ investigazzjoni formali li d-deċiżjoni dwar ir-ristrutturazzjoni fil-fatt kienet ħarġet fl-4 ta’ Jannar 2005.

(14)  Għad-dettalji ara l-punt 67 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni sabiex tinfetaħ investigazzjoni formali.

(15)  Il-benefiċjarju jafferma li l-linji gwida Komunitarji tal-1999 dwar l-Għajnuna mill-Istat biex jiġu salvati u ristrutturati kumpaniji f’diffikultà, (ĠU C 288, 9.10.1999, p. 2), japplikaw.

(16)  Minuti tal-Kabinett tal-25 ta’ Jannar 2005 u tal-5 ta’ Ottubru 2005, ippubblikati fuq il-websajt.

(17)   Sors: Pjan tan-negozju tat-Tarzna ta’ Gdynia għall-2008-2012 imħejji minn Amber f’Diċembru 2007 u sottomess lill-Kummissjoni fid-29 ta’ Frar 2008, irreġistrat fit-3 ta’ Marzu 2008.

(18)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Mejju 2008 (C(2008) 2277).

(19)  L-għajnuna mill-istat lit-Tarzna ta’ Gdańsk hija suġġetta wkoll għal proċedura ta’ investigazzjoni formali, mibdija bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ġunju 2005 fil-kawża dwar għajnuna mill-istat C 17/2005 u C 18/05 Għajnuna għar-ristrutturazzjoni lit-Tarzna ta’ Gdynia; Għajnuna għar-ristrutturazzjoni lit-Tarzna ta’ Gdańsk, ĠU C 220, 8.9.2005, p.7.

(20)  Il-produzzjoni tal-oġġetti li ġejjin kienet mistennija li tiżdied: flokkijiet, minn 474 tunnellata fl-2008 għal 1 700 tunnellata fl-2009; strutturi għall-ħażna, minn 1 700 tunnellata fl-2008 għal 6 000 tunnellata fl-2009; strutturi tal-azzar għall-bini, minn 0 għal 3 900 tunnellata fl-2011; partijiet tal-bastimenti għal produtturi oħra, minn 0 għal 1 900 tunnellata fl-2011.

(21)  Ara t-Tabella 42, p. 138 u l-graff 37, p. 140 tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ ISD għal lista dettaljata tal-investimenti.

(22)  Graff numru 38, p. 141 tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ ISD.

(23)  Graff numru 38, p. 141 tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ ISD.

(24)  Tabella 109 mehmuża mal-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ Settembru.

(25)  Tabella 13, p. 243 tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt.

(26)  Tabella 12, p. 242 tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt.

(27)  Fosthom obbligi taħt il-liġi pubblika li għandom jiġu differiti u mħallsa f’rati.

(28)  Il-valur nett tal-assi huwa previst li jiżdied b’PLN 250 miljun fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ Settembru: dan se jiġi kopert b’injezzjoni ta' kapitali mill-Istat.

(29)  Taħt ftehim bejn l-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali u ISD Polska datat 31 ta’ Ottubru 2007, u emendat fit-8 ta’ Lulju 2008, l-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali poġġiet opzjoni li tintitolaha l-ishma li jibqgħalha fit-Tarzna ta’ Gdańsk wara l-31 ta’ Ottubru 2011.

(30)  Anness 56 għall-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ Settembru.

(*1)  Partijiet minn dan it-test ġew moħbija sabiex ma tixxandarx informazzjoni kunfidenzjali. Dawn ġew indikati b’linja maqtugħa f’parenteżi kwadri.

(31)  Ibbażat fuq l-analiżi FX globali ta’ kull xahar minn Goldman Sachs ta’ Ġunju 2008.

(32)  Global Insight.

(33)  Kummissjoni Ewropea, tbassir ekonomiku, rebbiegħa 2008.

(34)  Global Insight.

(35)  Pereżempju, PLN 400 miljun ta’ obbligazzjonijiet taħt il-liġi pubblika akkumulati sal-2008 se jitħallsu lura bil-likwidità addizzjonali ġġenerata fl-2012-2018.

(36)  It-tarzna kkonfermat li t-tul taċ-ċiklu fil-baċir ma kienx se jinbidel b’mod sostanzjali, billi l-investimenti probabbilment kellhom inaqqsu l-ispejjeż pjuttost milli jqassru ċ-ċiklu tal-produzzjoni.

(37)  L-Anness 32 għall-pjan ta’ ristrutturazzjoni konġunt ta’ Settembru.

(38)  Kumpanija proprjetà tal-istat li timplimenta r-ristrutturazzjoni ta’ obbligazzjonijiet taħt il-liġi pubblika skont il-Kapitolu 5a.

(39)  Għad-dettalji dwar il-proċedura ta’ ristrutturazzjoni skont il-Kapitolu 5a, ara l-parti 3.2 tad-deċiżjoni sabiex tinfetaħ investigazzjoni formali.

(40)  Ittra tad-9 ta’ Frar 2008, p. 15.

(41)  Ittra tas-17 ta’ Frar 2006, irreġistrata fit-22 ta’ Frar 2006.

(42)  Strateġija għas-settur tal-bini tal-vapuri (tarznari għall-kostruzzjoni marittima) fil-Polonja 2006-2010, adottata f’Awwissu 2006, paġna 30.

(43)  Tabella 3, paġna 14 tal-ittra.

(44)  Mhux ċar mis-sottomissjoni tal-Polonja jekk il-ħlasijiet kollha li fil-fatt saru kinux jinvolvu dewmien. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota s-sitwazzjoni ġenerali fit-tarzna, il-konferma tal-Polonja li t-tarzna kienet naqqset li tissodisfa l-obbligi tagħha taħt il-liġi pubblika u l-fatt li, fil-maġġoranza tal-każijiet fejn fil-fatt saru ħlasijiet, l-obbligazzjonijiet ma tħallsux lura b’mod sħiħ.

(45)  Anness 1, Tabella 3.

(46)  L-obbligi ristrutturati skont il-Kapitolu 5a kienu kkanċellati wara li t-talbiet tal-kredituri kienu tal-anqas parzjalment sodisfatti mill-bejgħ tal-assi tat-tarzna. Jekk l-imgħax mhux imħallas jiġi inkluż fil-pakkett tar-ristrutturazzjoni taħt il-Kapitolu 5a, dan probabbilment jiġi kkanċellat biss b’mod parzjali.

(47)  Il-Polonja pprovdiet lista ta’ dawn il-garanziji b’ittra tas-26.6.2008.

(48)  Tweġiba tal-Polonja tat-2 ta’ Settembru 2005 għad-deċiżjoni li tinbeda investigazzjoni formali.

(49)  Ara wkoll id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2007 fil-kawża N 105/2007, Skema ta’ garanzija għall-kuntratti tal-esportazzjoni, avviż fil-qosor fil-ĠU C 214, 13.9.2007. B’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni approvat bħala ħielsa minn għajnuna mill-istat l-iskema ta’ garanzija mmexxija mill-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni għal kumpaniji li ma jkunux f’diffikultà finanzjarja.

(*2)  Obbligazzjonijiet ristrutturati skont il-Kapitolu 5a. It-tabella tindika l-valur nominali tal-obbligazzjonijiet trasferiti lill-Operatur. Skont l-awtoritajiet Pollakki, kienu trasferiti wkoll lill-Operatur assi ta’ mill-anqas 45 % tal-valur nominali tal-obbligazzjonijiet.

(50)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-14 ta’ Jannar 2004 fil-kawża T-109/01 Fleuren Compost vs Il-Kummissjoni [2004] Ġabra II-00127, punt 74.

(51)  Għal deskrizzjoni dettaljata tal-proċedura skont il-Kapitolu 5a, ara l-kapitolu 3.2 tad-deċiżjoni sabiex tinfetaħ l-investigazzjoni formali.

(52)  Rapport Annwali 2006-2007 tal-CESA, il-Komunità tal-Assoċjazzjonijiet tat-Tarzni Ewropej.

(53)  Fil-każ tal-vapuri tal-passiġġieri, fosthom il-vapuri tal-kruċiera, hemm barrieri sinifikanti għad-dħul min-naħa tal-provvista.

(54)  Rapport Annwali 2006-2007 tal-CESA, il-Komunità tal-Assoċjazzjonijiet tat-Tarzni Ewropej.

(55)  Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs, Kawża C-256/97 DM Transport [1999] Ġabra I-3915, Kawża C-480/98 Spanja vs Il-Kummissjoni [2000] Ġabra I-8717.

(56)  B’mod partikolari l-Anness 3 għall-ittra tad-9 ta’ Jannar 2008.

(57)  Strateġija għas-settur tal-bini tal-vapuri (tarznari għall-kostruzzjoni marittima) fil-Polonja 2006-2010, adottata f’Awwissu 2006, p. 7.

(58)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2007 fil-Kawża N 105/07, Skema ta’ garanziji għal kuntratti tal-esportazzjoni, avviż fil-qosor fil-ĠU C 214, 13.9.2007.

(59)  L-Artikolu 3(1)1) tar-Riżoluzzjoni 111/2006 tal-Kumitat dwar il-Politika tal-Assigurazzjoni għall-Esportazzjoni tal-20 ta’ Diċembru 2006.

(60)   ĠU C 71, 11.3.2001, p. 14.

(61)   ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(62)   ĠU C 288, 9.10.1999, p. 2.

(63)   ĠU C 317, 30.12.2003, p. 11.

(64)  Il-Kummissjoni tinnota li x-xenarju bażi kien jinvolvi rata tal-kambju ta’ PLN 3,0/USD, iżda li r-rata tal-kambju attwali hija PLN 2,2/USD.

(65)  L-ekwità tat-tarzna fl-2006 kienet negattiva f’PLN 576 miljun.

(66)  Amber indikat li l-analiżi tagħha wriet li t-tarzna ma kinitx se ssir profittabbli wara r-ristrutturazzjoni li Amber kien bi ħsiebha timplimenta.

(67)  Pereżempju, fl-2014, il-profitt nett imbassar huwa PLN 93 miljun, li PLN 55 miljun minnhom iridu jintużaw biex jitħallsu obbligazzjonijiet qodma taħt il-liġi pubblika. L-aħħar sena mgħobbija bi spejjeż ta’ ristrutturazzjoni marbuta ma’ operazzjonijiet tal-imgħoddi (obbligazzjonijiet akkumulati taħt il-liġi pubblika) hija l-2018, meta jridu jiġu ġġenerati PLN 45 miljun ta’ likwidità żejda għal dak il-għan.

(68)  Il-pjan jindika li l-klawsoli dwar il-kambju ġew inklużi f’żewġ kuntratti, iżda ma ġewx sottomessi.

(69)  Il-pjan jagħmel referenza għal diversi rapporti esterni li jingħad li fihom previżjonijiet ta’ prezzijiet għal bastimenti ta’ dan it-tip. Il-Kummissjoni tinnota li r-rapporti li rċeviet ma fihomx previżjonijiet bħal dawn.

(70)  Pubblikazzjoni mill-Uffiċċju Ċentrali Pollakk tal-Istatistika tal-15 ta’ Frar 2008.

(71)  Il-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni tiċċarġja 4,2 % tal-ammont garantit lil kumpaniji b’riskju ogħla ta’ nuqqas ta’ ħlas għat-tip ta’ garanziji li għandhom jingħataw lit-tarzna magħquda bi primjum ta’ 1-2 %. Il-pjan ma jurix li t-tarzna se tkun kapaċi tikseb garanziji ta’ daqs simili u bl-istess kundizzjonijiet mis-suq.

(72)  Xi 470 kreditur, li probabbilment jinkludu utilitajiet pubbliċi, qablu li jikkanċellaw l-imgħax u spejjeż oħra u jerġgħu jiskedaw ir-riċevibbli tagħhom fuq perjodu li jvarja minn 2 għal 4 snin. Il-ftehim kien jirrigwarda obbligazzjonijiet ta’ xi PLN 424 miljun.

(73)  Il-.laqgħa ma' ISD Polska fit-8 ta' Lulju 2008.

(74)  F’każ ta’ tnaqqis ulterjuri fil-valur nett tal-assi fl-2008 b’riżultat ta’ telf (meta mqabbel ma’ PLN 927 miljun fl-aħħar tal-2007), il-pjan jipprevedi li dan se jiġi kopert mit-Teżor (injezzjoni ta' kapitali sa PLN 250 miljun).

(75)  Ara l-punt 43 tal-Linji gwida.

(76)  Il-Kummissjoni tinnota li anki kieku kellha tikkunsidra l-kontribuzzjoni proprja mill-imgħoddi (li tista’ tiġi kkunsidrata bħala kontribuzzjoni proprja fit-tifsira tal-Linji gwida) u l-ispejjeż rispettivi tar-ristrutturazzjoni mill-imgħoddi, il-livell tal-kontribuzzjoni proprja jkun ekwivalenti biss għal 16.5 %.

(77)  Avviż tal-Kummissjoni dwar il-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont, ĠU C 273, 9.9.1997, p. 3.

(78)  Ara pereżempju l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal għajnuna mill-istat fil-forma ta’ garanziji (2000/C 71/07) (ĠU C 71, 11.3.2000, p.14). Fil-punt 3.2, l-avviż jgħid li, jekk fiż-żmien li fih jingħata s-self, ikun hemm probabbiltà kbira li min jissellef ma jkunx se jħallas lura d-dejn, pereżempju minħabba li jkun f’diffikultà finanzjarja, il-valur tal-garanzija jista’ jkun għoli daqs l-ammont li fil-fatt ikun kopert mill-garanzija.

(79)  Il-Premessa 68 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ġunju 2004 dwar il-miżuri implimentati minn Spanja għal Siderúrgica Añón SA (ĠU L 311, 26.11.2005, p. 22); il-Premessa 42 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2002 dwar l-għajnuna mill-istat implimentata minn Spanja għal Sniace SA (ĠU L 108, 30.4.2003, p. 35).

(80)   Ibidem.

(81)  Ara pereżempju d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar l-għajnuna mill-istat C 23/06 li l-Polonja implimentat għall-produttur tal-azzar, Technologie Buczek Group (għadha ma ġietx ippubblikata).

(82)  Ara pereżempju d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ottubru 2004 dwar l-għajnuna mill-istat C 38/03 implimentata minn Spanja (iżjed għajnuna ta’ ristrutturazzjoni lit-tarznari pubbliċi Spanjoli) (ĠU L 240, 16.9.2005, p. 45).

(83)  Ara l-Kawża C-277/00 Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni [2004] Ġabra I-3925 u l-Kawża C-328/99 u C-399/00 L-Italja u SMI 2 Multimedia Spa vs Il-Kummissjoni [2003] Ġabra I-4035.

(84)   ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.

(85)   ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1.


ANNESS I

INFORMAZZJONI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI

1.   Kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat

1.1

Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji li ġejjin dwar l-ammont ta’ għajnuna mill-istat illegali li ngħatat lill-benefiċjarju:

Data(i) (*1)

Ammont ta’ għajnuna (*2)

Munita

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kummenti:

1.2.

Jekk jogħġbok spjega fid-dettall kif se jiġi kkalkulat l-imgħax li għandu jitħallas fuq l-ammont ta’ għajnuna li jrid jiġi rkuprat.

2.   Miżuri ppjanati u diġà meħuda biex tiġi rkuprata l-għajnuna

2.1.

Jekk jogħġbok iddeskrivi fid-dettall x’miżuri huma ppjanati u x’miżuri diġà ttieħdu biex jiġu żgurat rkupru immedjat u effettiv tal-għajnuna. Jekk jogħġbok indika wkoll, fejn rilevanti, il-bażi legali għall-miżuri meħuda/ippjanati.

2.2.

X’inhi l-iskeda taż-żmien għall-proċess tal-irkupru? Meta se jkun lest l-irkupru tal-għajnuna?

3.   Għajnuna diġà rkuprata

3.1.

Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji li ġejjin dwar l-ammonti ta’ għajnuna li ġew irkuprati mingħand il-benefiċjarju:

Data(i) (*3)

Ammont ta’ għajnuna mħallsa lura

Munita

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.2.

Jekk jogħġbok ehmeż prova tal-ħlas lura tal-ammonti ta’ għajnuna speċifikati fit-tabella taħt il-punt 3.1 hawn fuq.

(*1)  Data(i) li fihom (pagamenti individwali ta’) l-għajnuna ngħatat lill-benefiċjarju.

(*2)  L-ammont ta’ għajnuna li ngħata l-benefiċjarju (ekwivalenti tal-għajnuna grossa).

(*3)  Data(i) li fihom l-għajnuna ġiet imħallsa lura.