ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.032.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 32

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
4 ta' Frar 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni rigward id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-WIPO dwar id-Drittijiet tal-Awtur u tat-Trattat tal-WIPO dwar il-Prestazzjonijiet u l-Fonogrammi

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 94/2010 tat-3 ta' Frar 2010 li jiffissa limitu kwantitattiv addizzjonali għall-esportazzjonijiet taz-zokkor barra mill-kwota fir-rigward tas-sena tas-suq 2009/2010

2

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 95/2010 tat-3 ta’ Frar 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

4

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/56/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2010 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta' ċerti aġenziji tal-ħlas tal-Belġju, il-Ġermanja, Malta, l-Portugall u r-Rumanija li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2008 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 465)

6

 

 

2010/57/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Frar 2010 li tistabbilixxi garanziji tas-saħħa għat-tranżitu tal-equidae (razza taż-żwiemel) li jkunu qegħdin jiġu ttrasportati mit-territorji elenkati fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 509)  ( 1 )

9

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

4.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/1


Informazzjoni rigward id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-WIPO dwar id-Drittijiet tal-Awtur u tat-Trattat tal-WIPO dwar il-Prestazzjonijiet u l-Fonogrammi

It-Trattat tal-WIPO dwar id-Drittijiet tal-Awtur u t-Trattat tal-WIPO dwar il-Prestazzjonijiet u l-Fonogrammi, adottati f'Ġinevra fl-20 ta’ Diċembru 1996, ser jidħlu fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni Ewropea fl-14 ta’ Marzu 2010.


REGOLAMENTI

4.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 94/2010

tat-3 ta' Frar 2010

li jiffissa limitu kwantitattiv addizzjonali għall-esportazzjonijiet taz-zokkor barra mill-kwota fir-rigward tas-sena tas-suq 2009/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 61(1)(d) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 61(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, iz-zokkor jew l-isoglukożju li jiġi prodott lil hinn mill-kwota msemmija fl-Artikolu 56 ta’ dak ir-Regolament jista’ jiġi esportat biss skont il-limitu kwantitattiv li għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni li jirrispetta l-impenji li jirriżultaw mill-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni.

(2)

Regoli dettaljati tal-implimentazzjoni għall-esportazzjonijiet barra mill-kwota, b’mod partikolari li jikkonċernaw il-ħruġ ta’ liċenzji tal-esportazzjoni, huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 (2). Madankollu, il-limitu kwantitattiv għandu jiġi ffissat għal kull sena tas-suq, fid-dawl tal-opportunitajiet possibbli fis-swieq tal-esportazzjoni.

(3)

Għas-sena tas-suq 2009/2010, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 274/2009 (3) ffissa l-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor barra mill-kwota għal 1 350 000 tunnellata. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni malajr qabżu dak il-limitu. Għalhekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1106/2009 (4) stipula perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni, u ssospenda t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor ’il barra mill-kwota. Fi żmien li fih ġie ffissat il-limitu ta' 1 350 000 tunnellata, il-kundizzjonijiet ekonomiċi kienu tali li ma kienx possibbli li wieħed jeskludi li l-esportazzjonijiet taz-zokkor barra mill-kwota setgħu ġew ikkunsidrati li kienu qed jiġu ssussidjati għax l-ispiża medja tal-produzzjoni taz-zokkor fl-Unjoni setgħet qabżet il-prezz tal-bejgħ taz-zokkor barra mill-kwota fis-suq tal-esportazzjoni. Għalhekk, taħt dawn il-kundizzjonijiet ma kienx possibbli li jiżdiedu l-kwantitajiet taz-zokkor barra mill-kwota li jiġu esportati lil hinn mil-limiti li jirriżultaw mill-impenji internazzjonali tal-Unjoni msemmija hawn fuq.

(4)

Mill-bidu tal-2009, il-kundizzjonijiet ekonomiċi globali nbidlu b'mod sinifikanti fis-settur taz-zokkor. Kmieni f'Jannar 2010, il-prezzijiet tas-suq dinji għaz-zokkor abjad żdiedu b'iktar mid-doppju u laħqu madwar 500 euro t-tunnellata fis-suq tal-futures tal-prodotti bażiċi f'Londra. Fl-istess ħin, il-prezzijiet fis-suq taz-zokkor fl-Unjoni naqsu f'konformità mal-prezz istituzzjonali ta' referenza.

(5)

Taħt il-kundizzjonijiet ekonomiċi attwali, l-ispiża medja tal-produzzjoni tal-pitrava zokkrija fl-Unjoni hija taħt il-prezz tal-bejgħ tal-pitrava zokkrija barra mill-kwota. Barra minn hekk, il-prezz tal-bejgħ taz-zokkor barra mill-kwota fis-suq dinji huwa ogħla mill-ispiża medja tal-produzzjoni taz-zokkor fl-Unjoni. Għalhekk, sakemm dawn il-kundizzjonijiet ikunu validi, l-esportazzjoni taz-zokkor barra mill-kwota ma tistax tiġi kkunsidrata li qed tiġi ssussidjata. Konsegwentament, esportazzjonijiet lil hinn mill-impenji sussidjarji tal-esportazzjoni tal-Unjoni jistgħu jsiru mingħajr ma jinkisru l-obbligi li jirriżultaw mis-sħubija tal-Unjoni fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

(6)

Skont l-iktar tagħrif riċenti, huwa ċert li minħabba kundizzjonijiet tat-temp eċċezzjonalment tajbin fl-2009, fl-Unjoni se jiġu prodotti kwantitajiet kbar ta' zokkor barra mill-kwota. Attwalment, din il-kwantità hija stmata madwar 4 100 000 tunnellata. Meta wieħed jikkunsidra l-possibiltajiet kollha fejn jista' jinbiegħ dan iz-zokkor, b'mod partikolari d-domanda tal-industrija tal-kimika għaz-zokkor industrijali, huwa stmat li mill-inqas 500 000 tunnellata xorta se tkun disponibbli għall-esportazzjoni.

(7)

Fid-dawl tal-provvista żejda prevista fl-Unjoni matul is-sena tas-suq 2009/2010 u l-prezzijiet għoljin b'mod eċċezzjonali tas-suq dinji kkawżati minn sitwazzjoni ta' forniment diffiċli ħafna f'daż-żmien, ikun aħjar li jiġi esportat iz-zokkor żejjed li jibqa' fl-Unjoni minflok ma jiġi trasferit għas-sena tas-suq li jmiss. L-iffissar ta' limitu kwantitattiv addizzjonali fir-rigward tas-sena tas-suq 2009/2010 jippermetti lill-produtturi taz-zokkor u lil dawk li jkabbru l-pitrava zokkrija fl-Unjoni biex jibbenefikaw mill-possibiltajiet attwali ta' esportazzjoni favorevoli. Għalhekk, għandu jiġi ffissat limitu kwantitattiv addizzjonali.

(8)

Issa huwa stmat li l-prezzijiet taz-zokkor fis-suq dinji jistgħu jibdew jonqsu mit-tieni nofs tal-2010. Sabiex ikun żgurat li l-esportazzjonijiet addizzjonali taz-zokkor barra mill-kwota ma jinterferixxux mal-impenji ta' sussidju tal-Unjoni, huwa xieraq li l-applikazzjoni għal-liċenzji tal-esportazzjoni tiġi limitata sat-30 ta' Ġunju 2010 u li l-validità tal-liċenzji tal-esportazzjoni titnaqqas għal xahar.

(9)

L-esportazzjonijiet taz-zokkor mill-Unjoni lejn ċerti destinazzjonijiet fil-qrib u lejn pajjiżi terzi li jagħtu lill-prodotti tal-UE trattament preferenzjali tal-importazzjoni, attwalment jinsabu f'pożizzjoni kompetittiva partikolarment favorevoli. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ strumenti xierqa ta’ assistenza reċiproka fil-ġlieda kontra l-irregolaritajiet u sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-frodi u biex jiġi evitat kwalunkwe abbuż assoċjat mal-importazzjoni mill-ġdid jew mad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta’ zokkor barra mill-kwota, ċerti destinazzjoniiet fil-qrib għandhom jiġu eskluzi mid-destinazzjonijiet eliġibbli.

(10)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ta l-ebda opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Iffissar ta' limitu kwantitattiv addizzjonali għall-esportazzjonijiet ta’ zokkor barra mill-kwota

1.   Mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (KE) Nru 274/2009 u (KE) Nru 1106/2009, tista' tiġi esportata kwantità addizzjonali ta' 500 000 tunnellata ta' zokkor abjad barra mill-kwota li jaqa' fi ħdan il-kodiċi NM 1701 99 mingħajr rifużjoni fir-rigward tas-sena tas-suq 2009/2010.

2.   L-esportazzjonijiet fi ħdan il-limitu kwantitattiv iffissat fil-paragrafu 1 għandhom ikunu permessi għad-destinazzjonijiet kollha, minbarra:

(a)

pajjiżi terzi: Andorra, il-Liechtenstein, is-Santa Sede (l-Istat tal-Vatikan), San Marino, il-Kroazja, il-Bożnja-Ħerzegovina, is-Serbja (5), il-Montenegro, l-Albanija u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

(b)

it-territorji tal-Istati Membri li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Unjoni: il-Gżejjer Faeroe, Greenland, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-lokalitajiet ta’ Livigno u ta’ Campione d’Italia, u ż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv;

(c)

it-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet esterni tagħhom huwa responsabbli Stat Membru li ma jiffurmax parti mit-territorju doganali tal-Unjoni: Ġibiltà.

Artikolu 2

Il-validità tal-liċenzji tal-esportazzjoni

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, il-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa fir-rigward tal-limitu kwantitattiv addizzjonali msemmi fl-Artikolu 1(1) għandhom ikunu validi għal 30 jum.

Artikolu 3

Is-sospensjoni tal-ħruġ tal-liċenzji tal-esportazzjoni

L-Artikoli 7e u 9 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 għandhom japplikaw kif xieraq.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)   ĠU L 91, 3.4.2009, p. 16.

(4)   ĠU L 304, 19.11.2009, p. 3.

(5)  Kif ukoll il-Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999.


4.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 95/2010

tat-3 ta’ Frar 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Frar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

106,9

JO

75,8

MA

64,7

TN

112,2

TR

100,3

ZZ

92,0

0707 00 05

JO

101,4

MA

74,1

TR

133,1

ZZ

102,9

0709 90 70

MA

134,6

TR

147,2

ZZ

140,9

0709 90 80

EG

85,3

ZZ

85,3

0805 10 20

EG

52,8

IL

53,3

MA

52,4

TN

48,7

TR

54,7

ZZ

52,4

0805 20 10

IL

154,9

MA

85,1

TR

62,0

ZZ

100,7

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

56,0

EG

55,8

IL

75,3

JM

92,7

MA

86,1

PK

45,1

TR

63,8

ZZ

67,8

0805 50 10

EG

88,6

IL

81,9

TR

71,4

ZZ

80,6

0808 10 80

CA

76,7

CL

60,1

CN

66,5

MK

27,2

US

118,3

ZZ

69,8

0808 20 50

CN

58,8

TR

84,8

US

101,8

ZA

99,9

ZZ

86,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

4.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Frar 2010

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta' ċerti aġenziji tal-ħlas tal-Belġju, il-Ġermanja, Malta, l-Portugall u r-Rumanija li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2008

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 465)

(It-testi bl-Olandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Malti, bil-Portugiż u bir-Rumen biss huma awtentiċi)

(2010/56/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 30 u 32(8) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2009/367/KE (2) approvat, għas-sena finanzjarja 2008, il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas kollha ħlief l-aġenzija tal-ħlas tal-Belġjana “ALV”, l-aġenzija tal-ħlas Ġermaniża “Baden-Württemberg”, l-aġenzija tal-ħlas Griega “OPEKEPE”, l-aġenzija tal-ħlas Taljana “ARBEA”, l-aġenzija tal-ħlas Maltija “MRRA”, l-aġenzija tal-ħlas Portugiża “IFAP” u l-aċenzija tal-ħlas Rumena “PIAA”.

(2)

Wara t-trażmissjoni ta' informazzjoni ġdida u wara verifiki addizzjonali, il-Kummissjoni tista' issa tieħu deċiżjoni dwar l-intergrità, il-preċiżjoni u veraċità tal-kontijiet sottomessi mill-aġenzija tal-ħlas Belġjana “ALV”, l-aġenzija tal-ħlas Ġermaniża “Baden-Württemberg”, l-aġenzija tal-ħlas Maltija “MRRA”, l-aġenzija tal-ħlas Portugiża “IFAP” u l-aġenzija tal-ħlas Rumena “PIAA”.

(3)

L-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/95 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 fir-rigward tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji ta’ ħlas u korpi oħra u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-EAFRD (3) li jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand, jew imħallsa lil, kull Stat Membru, skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament imsemmi, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqas is-self imħallas matul is-sena finanzjarja konċernata, jiġifieri l-2008, mill-infiq rikonoxxut għal dik is-sena skont il-paragrafu 1. Dawn l-ammonti għandhom jitnaqqsu minn, jew jiżdiedu mas-self skont in-nefqa mit-tieni xahar wara dak li fih tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet.

(4)

Skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji ta' nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet għandu jagħmel tajjeb għalihom l-Istat Membru konċernat u 50 % jitħallsu mill-baġit Komunitarju, jekk l-irkupru ta' dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar fi żmien erba' snin mid-deċiżjoni primarja amministrattiva jew ġudizzjarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 32(3) tar-Regolament imsemmi jobbliga lill-Istati Membri biex iressqu quddiem il-Kummissjoni, rapport fil-qosor dwar il-proċeduri tal-irkupru li ġew segwiti b'reazzjoni għall-irregolaritajiet, flimkien mal-kontijiet annwali. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament Nru 885/2006. L-Anness III tal-imsemmi Regolament jipprovdi t-tabella mudell li kellha tiġi pprovduta mill-Istati Membri fl-2009. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta' nuqqas ta' rkupru ta' irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba' snin jew tmien snin, rispettivament. Din id-deċiżjoni hija bla ħsara għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(5)

Skont l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista' tittieħed biss jekk l-ispejjeż li saru diġà u dawk li aktarx isiru flimkien jaqbżu l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru mhux possibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta taħt il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba' snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, il-baġit Komunitarju għandu jagħmel tajjeb għal 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li għalihom l-Istat Membru ddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. Dawn l-ammonti ma għandhomx ikunu ddebitati lill-Istati Membri konċernati u konsegwentement għandhom jitħallsu mill-baġit Komunitarju. Din id-deċiżjoni hija bla ħsara għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament imsemmi.

(6)

Hija u tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas ikkonċernati, il-Kummissjoni għandha tqis l-ammonti li diġà huma miżmuma mill-Istati Membri konċernati abbażi tad-Deċiżjoni 2009/367/KE.

(7)

Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Komunità nefqa li ma ġietx effettwata skont ir-regoli Komunitarji,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B'dan huma approvati l-kontijiet tal-aġenzija tal-ħlas Belġjana “ALV”, l-aġenzija tal-ħlas Ġermaniża “Baden-Württemberg”, l-aġenzija tal-ħlas Maltija “MRRA”, l-aġenzija tal-ħlas Portugiża “IFAP” u l-aġenzija tal-ħlas Rumena “PIAA” li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2008.

L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew li għandhom jitħallsu lil, kull Stat Membru kkonċernat skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Repubblika Portugiża u r-Rumanija.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)   ĠU L 111, 5.5.2009, p. 44.

(3)   ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.


ANNESS

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TA' ĦLAS

SENA FINANZJARJA 2008

AMMONT LI GĦANDU JIĠI RKUPRAT JEW IMĦALLAS LILL-ISTAT MEMBRU

NB: Nomenklatura 2010 : 05 07 01 06, 05 02 16 02, 67 01, 67 02, 68 03

SM

 

2008 — Nefqa / Dħul Asenjat għall-Aġenziji ta' Ħlas li għalihom il-kontijiet huma

Total a + b

Tnaqqis u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja sħiħa (1)

Tnaqqis skont l-Artikolu 32 tar-Reg. 1290/2005

Total li jinkludi t-tnaqqis u s-sospensjonijiet

Pagamenti magħmula lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

Ammont li għandu jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas lill- (+) Istat Membru (2)

approvati

mhux approvati

= nefqa / dħul assenjat iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali

= total tan-nefqa / dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar

 

 

a

b

c = a + b

d

e

f = c + d + e

g

h = f – g

BE

EUR

706 129 444,37

0,00

706 129 444,37

– 593,30

–61 021,93

706 067 829,14

706 201 150,75

– 133 321,61

DE

EUR

5 100 883 643,72

0,00

5 100 883 643,72

–37 390,29

2 896 241,51

5 097 950 011,92

5 101 133 812,30

–3 183 800,38

MT

EUR

2 470 040,90

0,00

2 470 040,90

– 177,28

0,00

2 469 863,62

2 472 341,64

–2 478,02

PT

EUR

720 183 268,38

0,00

720 183 268,38

– 148 413,94

– 217 121,39

719 817 733,05

720 094 153,57

– 276 420,52

RO

EUR

462 680 727,14

0,00

462 680 727,14

–8 629 639,25

0,00

454 051 087,89

461 870 850,36

–7 819 762,47


SM

 

Ammont irkuprat minn (–) jew imħallas lill- (+) Istat Maembru skont id-deċiżjoni 2009/367/KE

Ammont li għandu jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas lill- (+) Istat Membri (2)

Nefqa (3)

Dħul assenjat (3)

Fond taz-Zokkor

Artikolu 32 (=e)

Total (=h)

Nefqa (4)

Dħul assenjat (4)

05 07 01 06

67 01

05 02 16 02

68 03

67 02

i

j = h – i

i

j

k

l

m

n = i + j + k + l + m

BE

EUR

– 129 316,43

–4 005,18

2 506,07

0,00

0,00

0,00

–6 511,25

–4 005,18

DE

EUR

–3 158 445,95

–25 354,43

–3 644,61

–4,69

0,00

0,00

–21 705,13

–25 354,43

MT

EUR

0,00

–2 478,02

0,00

–2 478,02

0,00

0,00

0,00

–2 478,02

PT

EUR

0,00

– 276 420,52

–59 299,13

0,00

0,00

0,00

– 217 121,39

– 276 420,52

RO

EUR

0,00

–7 819 762,47

–7 819 762,47

0,00

0,00

0,00

0,00

–7 819 762,47


(1)  It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk li qed jiġu kkunsidrati fis-sistema ta' ħlas, li b'mod partikolari magħhom qed jiżdiedu l-korrezzjonijiet Għan-nuqqas ta' rispett lejn l-iskadenzi għall-ħlasijiet stabbiliti f'Awwissu, Settembru u Ottubru 2008.

(2)  Għall-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat minn jew imħallas lill-Stat Membru l-ammont li għandu jiġi kkunsidrat hu, it-total tad-dikjarazzjoni annwali tan-nefqa approvata (kolonna a), jew it-total tad-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar għan-nefqa mhux approvata (kolonna b). Rata ta' kambju applikabbli: Artikolu 7(2) tar-Regolament (KR) Nru 883/2006.

(3)  Jekk il-parti tad-dħul Asssenjat għandha tkun għal vantaġġ tal-Istat Membru, għandha tiġi ddikjarata taħt 05 07 01 06.

(4)  Jekk il-parti tad-dħul Assenjat għall-Fond taz-Zokkor, għandha tkun għal vantaġġ tal-Istat Membru, din għandha tkun iddikjarata taħt 05 02 16 02.

NB: Nomenklatura 2010 : 05 07 01 06, 05 02 16 02, 67 01, 67 02, 68 03


4.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Frar 2010

li tistabbilixxi garanziji tas-saħħa għat-tranżitu tal-equidae (razza taż-żwiemel) li jkunu qegħdin jiġu ttrasportati mit-territorji elenkati fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 509)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/57/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u partikolarment l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/496/KEE jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsenji ta' annimali minn pajjiżi terzi huma suġġetti għal kontrolli dokumentati u ta' identità fil-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera sabiex tiġi vverifikata d-destinazzjoni sussegwenti tagħhom, partikolarment fil-każ ta' annimali fit-tranżitu. Dawk il-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera huma msemmija fl-Anness II tad-Direttiva 97/78/KE tat-18 Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2).

(2)

L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 91/496/KEE jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tranżitu ta' annimali minn pajjiż terz għal pajjiż terz ieħor jew għall-istess pajjiż terz, u dan għandu jkun suġġett għal ċerti kondizzjonijiet. B'mod partikolari, il-punt (c) ta' dak l-Artikolu jipprovdi li l-verifiki msemmija fl-Artikolu 4 tiegħu juru li l-annimali għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet tad-Direttiva 91/496/KEE jew, fil-każ ta' annimali koperti mid-Direttivi msemmija fl-Anness A tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE (3), għandhom joffru garanziji tas-saħħa li huma mill-inqas ekwivalenti għal dawk ir-rekwiżiti.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (razza taż-żwiemel) (4) kif imsemmija fl-Anness A tad-Direttiva 90/425/KEE. Il-Kapitolu III tad-Direttiva 90/426/KEE jistabbilixxi l-garanziji ekwivalenti tas-saħħa għall-equidae.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE tal-10 ta’ April 1992 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għal dħul temporanju ta’ żwiemel (5) irreġistrati tistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għad-dħul temporanju ta' żwiemel reġistrati fl-Unjoni li jieħu inkonsiderazzjoni s-sitwazzjonijiet differenti tas-saħħa fil-pajjiżi terzi. Dawk iċ-ċertifikati jipprovdu garanziji sanitarji meħtieġa għat-trasport ta' equidae minn pajjiż jew territorju terz jew parti minnu għal pajjiż jew territorju terz ieħor jew parti oħra tal-istess pajjiż jew territorju terz. Il-garanziji tas-saħħa f'dawk iċ-ċertifikati għandhom jitqiesu bħala l-kundizzjonijiet ta' referenza għat-tranżitu ta' equidae fl-Unjoni.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina (6) tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-ammissjoni temporanja u l-importazzjoni ta' żwiemel reġistrati mill-pajjiżi terzi ta' partijiet ta' dawk il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I tagħha. Hija wkoll tassenja il-gruppi sanitarji ta' pajjiżi terzi skont is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali tagħhom. Dawk il-gruppi sanitarji għandhom jiġu kkunsidrati għat-tranżitu ta' equidae fl-Unjoni.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/907/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 li tistabbilixxi garanziji ta’ saħħa għat-trasport ta’ ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor skont l-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 91/496/KEE (7) tipprovdi li l-equidae fi triqithom minn pajjiż terz għal pajjiż terz ieħor iridu jkunu ġejjin minn xi wieħed mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 92/260/KEE. Hija tipprovdi wkoll li dawn l-equidae għandhom ikunu akkumpanjati b'ċertifikat intitolat “Ċertifikat ta' tranżitu għat-trasport ta' equidae minn pajjiż terz għal ieħor”. Dak iċ-ċertifikat jieħu inkonsiderazzjoni l-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa stipulat fid-Deċiżjoni 92/260/KEE.

(7)

Minħabba li l-garanziji tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta' equidae huma għall-inqas stretti daqs dawk għal dħul temporanju ta' żwiemel reġistrati, huwa xieraq li jiġi awtorizzat it-tranżitu ta' equidae li jkunu qed jiġu trasportati mit-territorji elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 97/78/KE mhux biss minn dawk il-pajjiżi jew territorji terzi jew partijiet minnhom li minnhom l-ammissjoni temporanja ta' żwiemel reġistrati hija awtorizzata skont id-Deċiżjoni 2004/211/KE, iżda wkoll minn dawk il-pajjiżi jew territorji terzi jew partijiet minnhom li minnhom l-importazzjonijiet permanenti huma awtorizzati skont dik id-Deċiżjoni.

(8)

Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, id-Deċiżjoni 2008/907/KE għandha tkun revokata.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tranżitu ta' equidae li jkunu qed jiġu trasportati mit-territorji elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 97/78/KE minn pajjiż jew territorju terz jew parti minnu għal ieħor, jew għall-istess, pajjiż jew territorju terz, jew parti minnu sakemm l-equidae:

(a)

ikunu ġejjin minn pajjiż jew territorju terz jew parti minnu minn fejn l-ammissjoni temporanja jew importazzjonijiet ta' żwiemel reġistrati hija awtorizzata rispettivament kif indikat fil-kolonni 6 jew 8 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

(b)

huma akkumpanjati minn ċertifikat individwali intitolat “Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għat-tranżitu ta' equidae” kif previst fil-paragrafu 2.

2.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa għat-tranżitu tal-equidae għandu jinkludi:

(a)

Taqsimiet I, II u III tal-kampjun taċ-ċertifikat tas-saħħa xierqa tal-annimali stipulat fl-Anness II tad-Deċiżjoni 92/260/KEE, minbarra r-rekwiżiti għall-arterite virali ekwina fil-punt (e)(v) tat-Taqsima III, li jikkorrispondu għall-grupp sanitarju li lilu l-pajjiż jew territorju terz tad-dispaċċ jew parti minnu huwa assenjat skont l-indikazzjoni fil-kolonna 5 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE; u

(b)

b'żieda mal-ħtiġijiet tal-punt (a), it-Taqsimiet IV u V li ġejjin:

“IV.

Equidae ġejjin minn: …

(Daħħal l-isem tal-pajjiż jew territorju terz tad-dispaċċ)

u sejrin lejn: …

(Daħħal l-isem tal-pajjiż jew territorju terz tad-destinazzjoni)

V.

Timbru u firma tal-veterinarju uffiċjali: …”

3.   Fil-każ ta' żwiemel reġistrati, permezz ta' deroga mill-punt 2(a), il-lista ta' pajjiżi terzi fit-tielet inċiż tal-punt (d) tat-Taqsima III taċ-ċertifikati kampjun tas-saħħa tal-annimali minn A sa E stipulati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 92/260/KEE għandha tiġi sostitwita mil-lista ta' pajjiżi jew territorji terzi jew partijiet minnhom assenjati lil gruppi sanitarji minn A sa E fil-kolonna 5 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2008/907/KE hija revokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(2)   ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(3)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(4)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42.

(5)   ĠU L 130, 15.5.1992, p. 67.

(6)   ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1.

(7)   ĠU L 327, 5.12.2008, p. 22.