ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.017.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 17

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
22ta' Jannar 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 54/2010 tad-19 ta’ Jannar 2010 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 55/2010 tal-21 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merlangu fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 56/2010 tal-21 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-rebekkin u r-raj fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Olanda

23

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 57/2010 tal-21 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

25

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 58/2010 tal-21 ta’ Jannar 2010 li ma jagħti l-ebda rifużjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

27

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 59/2010 tal-21 ta’ Jannar 2010 li jiffissa r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-bajd

28

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 60/2010 tal-21 ta’ Jannar 2010 li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat

30

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 61/2010 tal-21 ta’ Jannar 2010 li ma jalloka l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni għall-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

32

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 62/2010 tal-21 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga

33

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 63/2010 tal-21 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

37

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 64/2010 tal-21 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal

39

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2010 tal-21 ta’ Jannar 2010 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

41

 

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

 

 

2010/37/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2009 dwar is-Sena Ewropea tal-Attivitajiet ta’ Volontarjat għall-Promozzjoni taċ-Ċittadinanza Attiva (2011)

43

 

 

2010/38/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ottubru 2008 dwar l-Għajnuna mill-Istat 20/08 (ex N 62/08) li l-Italja qed tippjana li timplimenta permezz ta’ modifikazzjoni fl-iskema tal-għajnuna N 59/04 dwar mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini tal-bastimenti (notifikata bid-dokument numru C(2008) 6015)  ( 1 )

50

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

22.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 54/2010

tad-19 ta’ Jannar 2010

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(4) u 11(2) tar-Regolament (KE) 1225/2009,

Wara li kkunsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Fi Frar 1994, il-Kunsill impona, permezz tar-Regolament (KE) Nru 229/94 (3), dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-etanolamini (il-prodott ikkonċernat) li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika (“l-Istati Uniti”).

(2)

Fuq talba tal-Conseil européen des fédérations de l'industrie chimique (CEFIC), inbdiet reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku f’Lulju tal-2005. Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1583/2006 (4) il-Kunsill ikkonkluda dik ir-reviżjoni u impona miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti. Id-dazji kienu fil-forma ta’ dazju fiss speċifiku.

2.   Talba għal reviżjoni tal-iskadenza

(3)

Wara l-pubblikazzjoni f’Ottubru tal-2008 ta’ notifika dwar l-iskadenza imminenti tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet tal-etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti (5), il-Kummissjoni fil-25 ta’ Lulju 2008 rċiviet talba għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(4)

It-talba ġiet sottomessa minn BASF SE/AG, INEOS Oxide Ltd, Sasol Germany GmbH, u Akzo Nobel Functional Chemicals AB (“il-produtturi applikanti tal-Unjoni”) għan-nom tal-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ ta’ iżjed minn 50 %, tal-produzzjoni totali ta’ etanolamini fl-Unjoni.

(5)

It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li kienet se twassal f’kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(6)

Wara li stabbiliet, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm biżżejjed provi għall-bidu ta’ reviżjoni tal-iskadenza, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni permezz ta’ notifika tal-bidu (6) skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

3.   Investigazzjoni

(7)

Is-servizzi tal-Kummissjoni taw parir uffiċjali lill-produtturi tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi fl-Istati Uniti, importaturi/negozjanti, utenti fil-Komunità magħrufa li huma kkonċernati, kif ukoll l-awtoritajiet tal-Istati Uniti bil-bidu tar-reviżjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħmlu l-fehmiet tagħhom magħrufa bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika tal-bidu.

(8)

Is-servizzi tal-Kummissjoni bagħtu kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati u lil dawk li talbu kwestjonarju fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika tal-bidu.

(9)

Il-Kummissjoni tat ukoll lill-partijiet direttament ikkonċernati l-opportunità li jwasslu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika tal-bidu.

(10)

Ir-risposti għall-kwestjonarju ġew irċevuti minn żewġ produtturi esportaturi fl-Istati Uniti, importatur wieħed relatat fl-Unjoni, importatur wieħed relatat fl-Iżvizzera, il-produtturi applikanti tal-Unjoni, u utent industrijali wieħed fl-Unjoni. Produttur esportatur addizzjonali ieħor fl-Istati Uniti (Huntsman Petrochemical Corporation) issottometta dokument (“dokument ta’ pożizzjoni”) li fih iddikjara li l-miżuri għandhom jitħassru u li iżda, ma weġibx il-kwestjonarju.

(11)

Is-servizzi tal-Kummissjoni fittxew u vverifikaw l-informazzjoni kollha meħtieġa neċessarja għall-iskop tad-determinazzjoni tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping u d-dannu u għad-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika twettqu fil-postijiet tal-kumpaniji li ġejjin:

a.

Produtturi applikanti tal-Unjoni

BASF SE/AG, Ludwigshafen, il-Ġermanja

INEOS Oxide Ltd., Southampton, ir-Renju Unit

Sasol Germany GmbH, Hamburg, il-Ġermanja

Akzo Nobel Functional Chemicals AB, Stenungsund, l-Iżvezja

b.

Produtturi esportaturi fl-Istati Uniti

The Dow Chemical Company, Midland, Michigan and Seadrift, Texas, Istati Uniti

INEOS Oxide LLC, Houston, Texas and Plaquemine, Louisiana, Istati Uniti

c.

Importaturi relatati fl-Unjoni

INEOS Oxide Ltd., Zwijndrecht, il-Belġju

d.

Importatur relatat fl-Iżvizzera

Dow Europe GmbH, Horgen, l-Iżvizzera

e.

Utenti industrijali fl-Unjoni

Evonik Degussa GmbH, Essen, il-Ġermanja

4.   Reviżjoni tal-perjodu tal-investigazzjoni

(12)

L-investigazzjoni dwar il-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2007 u t-30 ta’ Settembru 2008 (ir-“RIP”).

(13)

L-eżaminazzjoni tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-aħħar tal-RIP (“il-perjodu kkunsidrat”). Barra minn hekk, it-tendenzi għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu ġew evalwati wkoll taħt l-ambitu tal-impatt tal-effetti tal-kriżi ekonomika dinjija fuq is-suq tal-etanolamina wara r-RIP.

B.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

1.   Prodott ikkonċernat

(14)

Il-prodott ikkonċernat hu l-istess bħal dak kopert mill-investigazzjonijiet preċedenti, i.e. etanolamini li preżentament għandhom il-kodiċijiet NM ex 2922 11 00, ex 2922 12 00 u 2922 13 10 li joriġinaw fl-Istati Uniti. L-etanolamini jinkisbu billi l-ossidu etileniku (EO), li hu stess hu riżultat ta’ reazzjoni tal-etilene u l-ossiġnu, jirreaġixxi mal-ammonja. Din is-sinteżi twassal għal tliet reazzjonijiet li jikkompetu u għal tliet tipi differenti ta’ etanolamini: monoetanolamina (MEA), dijetanolamina (DEA) and trietanolamina (TEA), skont kemm-il darba l-EO ikun marbut. In-numru massimu ta’ kombinazzjonijiet hu limitat min-numru ta’ elementi tal-idroġenu fl-ammonja, jiġifieri tlieta. Il-proporzjonijiet tat-tliet tipi fil-prodott totali huma determinati bid-disinn speċifiku tal-faċilitajiet tal-produzzjoni, iżda jistgħu, sa ċertu punt, ikunu kkontrollati bil-proporzjon tal-ammonja/EO (il-“proporzjon molari”).

(15)

Il-prodott ikkonċernat jintuża bħala intermedjarju u/jew addittiv għal sustanzi li jnaqqsu t-tensjoni fil-wiċċ użati f’deterġenti u prodotti tal-kura personali, kożmetiċi, fertilizzanti u aġenti tal-protezzjoni tal-uċuħ tar-raba’ (glifożat), inibituri tal-korrużjoni, żjut tal-lubrikazzjoni, awżiljarji tad-drapp u sustanzi għat-trattib tad-drapp (esterquats), kimiċi fotografiċi, xogħlijiet tal-karta u tal-metall, trattament tal-injam, bħala għajnuna tat-tħin u tal-irbit għal produzzjoni tas-siment u bħala għajnuna għall-assorbiment tal-ħmieġ fil-gass (it-tneħħija tal-aċidi mill-gass biex isir iżjed ħelu). Il-prodott jista’ jintuża wkoll mill-manifatturi stess jew mill-manifatturi marbuta magħhom fil-produzzjoni tal-etileneamini. Applikazzjonijiet ġodda tal-MEA jinkludu taurine u oġġetti elettroniċi, b’mod partikolari prodotti li jappartjenu għas-settur tal-LCD.

2.   Il-prodott simili

(16)

Bħal fl-investigazzjonijiet ta’ reviżjoni oriġinali u preċedenti, intwera li l-prodott ikkonċernat prodott fl-Istati Uniti u mibjugħ lill-Unjoni hu identiku f’termini ta’ karatteristiċi fiżiċi u tekniċi għall-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni u li m’hemmx differenza fl-użu bejn dawn il-prodotti. Instab ukoll li l-prodott ikkonċernat prodott fl-Istati Uniti u mibjugħ lill-Unjoni hu identiku għal dak mibjugħ fis-suq domestiku tal-Istati Uniti. Għaldaqstant, dawn il-prodotti kollha għadhom jitqiesu li huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TAD-DUMPING

(17)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk id-dumping kienx qiegħed preżentament iseħħ u, jekk iva, jekk l-iskadenza tal-miżuri kinitx se twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping.

1.   Rimarki preliminari

(18)

Mill-erba’ produtturi esportaturi tal-Istati Uniti imsemmija fl-ilment, tnejn minnhom ikkooperaw fl-investigazzjoni, wieħed minnhom ma kkooperax iżda ssottometta biss dokument ta’ pożizzjoni filwaqt li l-ebda risposta jew kwalunkwe informazzjoni oħra ma ġew irċevuti mir-raba’ kumpanija fl-Istati Uniti msemmija fl-ilment.

(19)

Iż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw il-proporzjon ewlieni (i.e. iktar minn 90 %, il-figura preċiża ma tistax tiġi żvelata għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità) tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni matul ir-RIP, li kienu jammontaw għal 37 583 tunnellati u li huma 8,5 % inqas mill-importazzjonijiet matul il-perjodu tal-investigazzjoni preċedenti (l-1 ta’ Lulju 2004 sat-30 ta’ Ġunju 2005). L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat li joriġina fl-Istati Uniti kien jirrappreżenta 14 % tal-konsum fl-Unjoni matul ir-RIP.

2.   Dumping tal-importazzjonijiet matul ir-RIP

Valur normali

(20)

Fir-rigward taż-żewġ produtturi tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti li kkooperaw, il-valur normali ġie stabbilit għal kull tip tal-prodott ikkonċernat, ibbażat fuq il-prezz imħallas jew pagabbli fuq is-suq domestiku fl-Istati Uniti minn klijenti mhux milquta mir-relazzjoni skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, peress li dan il-bejgħ instab li sar fi kwantitajiet biżżejjed u fl-andament ordinarju tal-kummerċ.

Prezz tal-esportazzjoni

(21)

Bħal fl-investigazzjonijiet ta’ reviżjoni oriġinali u dik preċedenti, din l-investigazzjoni reġgħet uriet li ż-żewġ produtturi tal-esportazzjoni fl-Istati Uniti li kkooperaw, esportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta’ kumpaniji li huma relatati. Minħabba dan, u skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet li bihom il-prodott impurtat kien inbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. Ġew ikkunsidrati l-ispejjeż kollha li ntefqu bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inkluż il-bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi u l-profitt magħmul fl-Unjoni mill-kumpaniji tal-importazzjoni waqt ir-RIP. Fir-rigward tal-marġini tal-profitti, il-profitt attwali tan-negozjanti relatati ma setax jintuża peress li r-relazzjoni bejn il-produtturi esportaturi u n-negozjanti relatati wasslet biex dawn il-prezzijiet ma jkunux affidabbli. Il-marġini tal-profitt tagħhom għaldaqstant ġew stabbiliti f’rata raġonevoli, li ma taqbiżx il-marġini tal-profitt attwali miksuba min-negozjanti relatati u konformi mal-marġini tal-profitt użati għar-raġunijiet simili fir-reviżjoni preċedenti.

Tqabbil

(22)

Il-valur normali tqabbel mal-prezz medju tal-esportazzjoni għal kull tip ta’ prodott ikkonċernat, fuq bażi ta’ ex-works u fuq l-istess livell ta’ kummerċ. Skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, u għall-iskop li jiġi żgurat tqabbil ġust, id-differenzi f’fatturi li ġew allegati u murija li jolqtu l-prezz u t-tqabbil tal-prezzijiet ġew ikkunsidrati. Saru aġġustamenti għal trasport tal-merkanzija fuq l-art u bl-oċean, ribassi differiti, spejjeż tal-ġestjoni u tal-imballaġ, spejjeż tal-kreditu u dazji tal-importazzjoni, li kollha tnaqqsu mill-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid sabiex wieħed jasal għal bażi ta’ ex-works.

Marġini tad-dumping

(23)

Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping ġie stabbilit għal kull tip ta’ prodott fuq il-bażi ta’ paragun tal-valur normali medju differenzjat mal-prezzijiet medji differenzjati tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ negozju. Dan il-paragun wera l-eżistenza ta’ dumping matul ir-RIP, għalkemm f’livell iżjed baxx minn dak stabbilit fir-reviżjoni preċedenti. Il-marġini medju tad-dumping differenzjat espress bħala perċentwal tal-valur CIF fil-fruntiera tal-Unjoni kien ta’ 11,9 % għal INEOS Oxide LLC u 0 % għal Dow Chemical. Fir-rigward tal-produtturi l-oħra fl-Istati Uniti li ma kkooperawx mal-investigazzjoni u li kienu jkopru matul ir-RIP inqas minn 5 % (il-figura preċiża ma tistax tiġi żvelata għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità) tal-importazzjonijiet tal-Istati Uniti tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni, il-marġini tad-dumping kellu jiġi bbażat fuq fatti disponibbli skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Kif imsemmi hawn fuq l-investigazzjoni stabbilixxiet l-eżistenza tad-dumping. Għalhekk, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18(6) tar-Regolament bażiku, l-eżistenza tad-dumping fil-livell misjub għal INEOS Oxide LLC, jiġifieri 11,9 % hija attribwita wkoll għal dawk l-esportaturi li ma kkooperawx mal-investigazzjoni. Tabilħaqq, ma hemmx raġuni biex wieħed jemmen li parti li ma kkooperatx mal-investigazzjoni kienet qed tagħmel dumping f'ammont inqas minn kull parti li kkooperat u li din il-parti għandha tiġi ttratata aħjar mill-partijiet li kkooperaw. ta’ min jinnota li ma hemmx informazzjoni verifikabbli disponibbli għall-produtturi tal-Istati Uniti li ma kkooperawx filwaqt li t-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-produtturi esportaturi tal-Istati Uniti li kkooperaw meta mqabbla mar-regoli tal-istatistika ta’ Eurostat, telimina l-possibbiltà li l-kwantitajiet nieqsa kienu ġew esportati mill-produtturi esportaturi tal-Istati Uniti li kkooperaw.

3.   Żvilupp tal-importazzjonijiet jekk jitħassru l-miżuri

Rimarki preliminari

(24)

Minbarra l-analiżi tal-eżistenza tad-dumping waqt ir-RIP, il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tad-dumping ġiet eżaminata.

Livell ta’ dumping f’każ li l-miżuri jitħassru

(25)

It-tneħħija tal-miżuri tħalli l-esportaturi li jnaqqsu l-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom. Tnaqqis tal-prezzijiet tal-esportazzjoni jagħmel il-prodott tal-Istati Uniti iżjed attraenti fuq is-suq tal-Unjoni. Kieku l-prezzijiet tal-esportazzjoni kellhom jitnaqqsu b’mod proporzjonali mal-livell tad-dazji anti-dumping, il-marġini tad-dumping osservati matul ir-RIP kienu jkunu 12 % għal INEOS Oxide LLC u għall-parti li ma kkooperatx (skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku) filwaqt li xorta ma jkunx hemm dumping għal Dow Chemical. Id-differenza żgħira bejn il-marġini tad-dumping bid-dazju inkluż u dik mingħajr dazju hi dovuta minħabba l-fatt li, matul ir-RIP, il-livell tal-prezz ġenerali għall-etanolamini kien pjuttost għoli li kien ifisser li d-dazju anti-dumping impost fil-forma ta’ ammont fiss speċifikat kellu impatt minimu. Sussegwentament għar-RIP, il-prezzijiet tal-etanolamini b’mod ġenerali naqsu sa livell sinifikanti kif spjegat f’iżjed dettall hawn taħt.

Iżjed spazju għal esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni minħabba kapaċità tal-produzzjoni tal-Istati Uniti mhux użata matul ir-RIP

(26)

Il-kapaċità tal-produzzjoni żejda fl-Istati Uniti waqt ir-RIP hija sinifikanti. Hu stmat li hemm madwar 60 000 tunnellata ta’ kapaċità tal-produzzjoni mhux użata fl-Istati Uniti matul ir-RIP. Dan ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-volumi prodotti miż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw, il-fatt li r-rati tal-produzzjoni huma normalment mistennija jkunu madwar 90 % tal-kapaċità “nameplate”, is-suppożizzjoni li l-ammont reali tal-produzzjoni ta’ produtturi tal-Istati Uniti li ma kkooperawx ma kienx ikun f'rati ta’ produzzjoni reali inqas minn 80 % tal-kapaċità “nameplate”, kif ukoll l-informazzjoni minn ġurnali tas-suq ewlenin. Iċ-ċifra ta’ hawn fuq tista' togħla sa 85 000 tunnellati jekk jintlaħqu rati tal-produzzjoni iktar ambizzjużi. Meta mqabbel mal-kapaċità totali tan-“nameplate” stmat fl-Istati Uniti ta’ 732 000 tunnellata, id-domanda totali stmata inkluż il-konsum magħluq kienet tammonta għal 588 000 tunnellata. Ir-rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità baxxa kienet konsegwenza ta’ numru ta’ inċidenti li seħħew fis-snin riċenti jiġifieri x-shut-downs selettivi li l-produtturi tal-Istati Uniti għamlu biex iżommu l-inventarji tagħhom baxxi, l-implimentazzjoni tal-espansjonijiet tal-kapaċità tagħhom (l-aħħar espansjoni ta’ Dow Chemical b’45 000 tunnellata u l-aħħar espansjoni ta’ wieħed mill-produtturi tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti li ma kkooperawx bi 32 000 tunnellata) u l-impatt tal-uragani Gustav u Ike fuq ċerti faċilitajiet tal-produzzjoni jew fuq xi faċilitajiet tal-produzzjoni tal-materja prima rispettivament. Fejn huma kkonċernati l-uragani Ike u Gustav, dawn xorta kellhom ċertu impatt fuq ir-RIP iżda l-impatt tagħhom spiċċa wara r-RIP.

L-impatt skont l-istimi tal-2008 ta’ PCI Consulting Grupp (PCI) hu ta’ 39 000 tunnellata ta’ produzzjoni mitlufa (7). L-eżistenza tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni potenzjali mhux użati fl-Istati Uniti matul l-2007 u l-2008, i.e. matul il-perjodu kopert mir-RIP, hi kkonfermata wkoll minn pubblikazzjoni annwali ewlenija li tirrevedi s-suq tal-etanolamina (8). Din il-pubblikazzjoni stmat li fl-2007 kien hemm provvista żejda ta’ 65 000 tunnellata fis-suq tal-Istati Uniti. Il-kapaċità żejda ta’ madwar 60 000 tunnellata għandha titqabbel mal-volum tal-esportazzjonijiet mill-Istati Uniti lejn l-Unjoni matul ir-RIP (37 583 tunnellata) u l-konsum totali tal-Unjoni (268 000 tunnellata). Minn dan jirriżulta li hemm potenzjal li jiżdiedu l-esportazzjonijiet mill-Istati Uniti u li jieħdu parti mis-suq tal-Unjoni.

Iżjed spazju għal esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni minħabba prospetti dgħajfa fi swieq oħra tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti

(27)

B’rabta ma’ numru ta’ swieq importanti tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti, l-investigazzjoni wriet li l-produtturi tal-Istati Uniti se jsibu diffikultajiet li dejjem jiżdiedu biex ifornu lil dawn is-swieq għax dawn is-swieq riċentament saru jew dalwaqt isiru awtosuffiċjenti. Fil-fatt, hemm serje ta’ espansjonijiet fil-kapaċità fi swieq ta’ pajjiżi terzi li jew ġew konklużi riċentement jew preżentement jinsabu fil-proċess li jiġu implimentati u li huma fornuti mill-Istati Uniti. Dawn huma:

(i)

l-espansjoni tal-kapaċità riċenti fil-Brażil (li tvarja minn 55 000 għal 65 000 tunnellata, skond is-sorsi), suq tal-esportazzjoni importanti għall-produtturi tal-Istati Uniti;

(ii)

espansjoni aggregata ta’ 180 000 tunnellata fiċ-Ċina, suq li xi produtturi tal-Istati Uniti jesportaw lejh permezz ta’ negozju bi sħab stabbilit f’pajjiżi Ażjatiċi oħra; u

(iii)

l-espansjonijiet fit-Tajwan u t-Tajlandja (aggregati flimkien għal 90 000 tunnellata) li jagħmlu s-suq Ażjatiku żona karatterizzata minn kapaċità żejda, bi ftit spazju għal kwalunkwe parti barra ż-żona Ażjatika li tesporta lejn is-suq Ażjatiku. L-esportazzjonijiet totali tal-Istati Uniti lejn swieq oħra minbarra dawk tal-Unjoni fl-2008 kienu ammontaw għal 137 600 tunnellata, bis-suq Ażjatiku li jirċievi 61 600 tunnellata (9).Għaldaqstant kwantità importanti se jkollha tiġi trażmessa lejn swieq ġodda.

(28)

B’konklużjoni, kif stabbilit fil-premessa 26, hemm kapaċità żejda ta’ ċertu importanza disponibbli li tista’ tintuża għall-produzzjoni ta’ iżjed etanolamini u biex jinbiegħu fuq is-suq tal-Unjoni jekk jitħassru l-miżuri. Barra minn hekk, is-swieq tal-esportazzjoni importanti għal produtturi tal-Istati Uniti aktarx li se jkollhom provvista żejda b’żidiet fil-produzzjonijiet lokali tagħhom biex b’hekk is-suq tal-Unjoni jsir possibbiltà attraenti ħafna għall-esportazzjonijiet tal-Istati Uniti.

Iżjed spazju għal esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni minħabba l-komportament tal-produttur wieħed tal-Istati Uniti li ma kkooperax

(29)

Il-komportament tan-negozju possibbli tal-parti tal-Istati Uniti li ma kkooperatx ġie eżaminat ukoll fil-premessa 10. Qed jiġi mfakkar li l-unika informazzjoni li din il-parti ssottomettiet kienet dokument ta’ pożizzjoni li fih ikkonkludiet li m’hemmx dannu kkawżat minn importazzjonijiet ta’ etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti u l-ebda probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping dannuż. Il-kumpanija saħqet illi matul ir-RIP kellha ftit li xejn bejgħ tal-prodott ikkonċernat lil żewġ partijiet mhux relatati u lil parti waħda relatata fl-Unjoni. Qalet ukoll li tixtieq li jkollha tendenza tal-bejgħ regolari u ġusta lejn l-Unjoni iżda ma provdietx dejta konkreta jew informazzjoni verifikabbli kemm dwar il-prestazzjoni tar-RIP tagħha fir-rigward tal-prodott ikkonċernat jew dwar il-komportament intiż tagħha fil-futur fin-negozju tal-etanolamina fis-suq tal-Unjoni. Għaldaqstant, is-sejbiet fir-rigward ta’ dan il-produttur tal-Istati Uniti li ma kkooperax kellhom jiġu bbażati, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-fatti disponibbli. F’dan ir-rigward, inkisbet informazzjoni disponibbli għall-pubbliku mill-websajt korporattiva ta’ din il-kumpanija kif ukoll dejta rilevanti pubblikata minn CEH Product Review on Ethanolamines (SRI Consulting), ġurnal ewlieni dwar is-suq. Fuq din il-bażi, ġie konkluż li dan il-produttur fl-Istati Uniti li ma kkooperax kien jammonta għal 29 % tal-kapaċità tal-produzzjoni fl-Istati Uniti matul ir-RIP bil-prodott ikkonċernat meqjus bħala settur tan-negozju li jappartjeni għad-diviżjonijiet tal-prodott tal-kumpanija li kellhom l-aħjar prestazzjoni.

L-importanza ġenerali tas-suq tal-Unjoni ġiet ikkonfermata wkoll bil-fatt li l-bejgħ lejn l-Unjoni kien jirrappreżenta madwar 33 % tal-bejgħ totali ta’ din il-kumpanija. Meta wieħed iqis id-daqs ta’ dan il-produttur fis-suq tal-Istati Uniti, il-kapaċità tal-produzzjoni tiegħu, l-importanza ġenerali tal-Unjoni fl-attivitajiet tan-negozju tiegħu u l-importanza tas-suq tal-Unjoni fis-suq dinji tal-etanolamina, hu raġonevoli li wieħed jassumi li dan il-produttur tal-Istati Uniti li ma kkooperax ikompli jżid l-attivitajiet tal-esportazzjoni tiegħu lejn l-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Ikun hemm inċentiv li dan isir fuq il-bażi tad-dejta prevalenti matul ir-RIP, b’mod speċjali minħabba l-livell tal-prezzijiet għolja tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni.

Miżuri tad-difiża tal-kummerċ fi swieq tal-esportazzjoni ta’ pajjiżi terzi

(30)

Minn Novembru 2004, iċ-Ċina imponiet dazji anti-dumping fuq l-MEA u d-DEA li joriġinaw fil-Ġappun, l-Istati Uniti, l-Iran, il-Malażja, it-Tajwan u l-Messiku. L-etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti huma soġġetti għal dazji li jvarjaw minn 20 % għal 74 %. Fl-2008, 11 % tal-esportazzjonijiet totali tal-Istati Uniti marru lejn iċ-Ċina (10), suq b’domanda li qed tiżdied għall-prodott ikkonċernat u li fl-2007 kien qed jipproduċi madwar 24 % tal-konsum totali intern tiegħu tal-etanolamini. Għandu jiġi osservat li Dow Chemical iffurmat negozju bi sħab ma’ Petronas, imsejjħa Optimal, u installat kapaċità ta’ 75 000 tunnellata fil-Malażja, dedikati mill-2002 sabiex iservu s-suq Ażjatiku tal-etanolamina. Iżda jibqa’ l-fatt li l-esportazzjonijiet ġenwini tal-Istati Uniti lejn iċ-Ċina huma soġġetti għal miżuri u għaldaqstant jiġi limitat għall-iskopijiet prattiċi kollha l-potenzjal li jassorbixxu l-kapaċitajiet żejda fi kwalunkwe mod sinifikanti.

(31)

Barra minn hekk, jidher li l-potenzjal tal-esportazzjoni tal-etanolamina tal-Istati Uniti lejn iċ-Ċina hu affetwat ukoll mill-fatt li r-reġim tad-dazju Ċiniż fuq l-etanolamini impurtati mill-pajjiżi ASEAN tbiddel (dazju tal-importazzjoni mnaqqas minn 5 % sa 0 %) biex b’hekk jiġi provdut vantaġġ ieħor għall-produtturi tal-etanolamini fil-pajjiżi ASEAN li jesportaw lejn iċ-Ċina (11).

Żvilupp tad-domanda fl-Istati Uniti sar-RIP

(32)

Is-suq tal-etanolamina ġie karatterizzat minn tkabbir b’saħħtu fid-domanda għal DEA, imwassal mill-użu ta’ DEA fil-produzzjoni tal-erbiċidji tal-glifosfat. Id-domanda għal TEA hi speċifikament immexxija bl-użu fis-settur tas-siment u mill-produtturi tas-sustanzi li jrattbu d-drappijiet. Is-suq ewlieni għal MEA hu s-sinteżi tal-komposti organiċi (l-iżjed etileneamini). Regolament tal-Istati Uniti, effettiv mill-1 ta’ Jannar 2005, li jipprojbixxi l-użu ta’ prodotti alternattivi bbażati fuq il-metall għat-trattament tal-injam, ikkawża żieda fid-domanda għal MEA. Madankollu, informazzjoni minn ġurnali ewlenin tissuġġerixxi li l-impatt tal-inizjattiva leġiżlattiva tal-Istati Uniti tal-2005 fuq id-domanda mhux se tibqa’ tagħti lok għal żidiet kbar fil-perċentwal tal-konsum fil-futur. Filfatt l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku tikkonferma li l-konsum tal-MEA destinat għal sustanzi preventivi tal-injam żdied minn 3 000 tunnellata fl-2001 għal 107 000 tunnellata fl-2007. Madankollu mill-2006, ir-rati tat-tkabbir annwali kienu modesti (i.e. 3 %) u mhumiex mistennija li jinbidlu b’mod sinifikanti fil-futur. Dan minħabba l-fatt li dan is-settur tas-suq stabbilizza ruħu u minħabba li hemm kompetizzjoni fis-suq tal-preservanti tal-injam minn prodotti oħra li ma jużawx l-MEA (bħal preservanti tal-injam ibbażati fuq il-borat, speċji tal-injam li b’mod naturali jirreżistu l-organiżmi ta’ ħsara u azzar riċiklat). Fil-qosor, sar-RIP kien hemm domanda li qed tiżviluppa b’mod pożittiv li, madankollu, hi mistennija li tistabbilizza.

Żvilupp possibbli tad-domanda fl-Istati Uniti u fi swieq oħra

(33)

L-informazzjoni disponibbli relatata ma’ żviluppi possibbli fid-domanda fl-Istati Uniti u l-bqija tad-dinja għall-perjodu sal-2013 ġiet riveduta wkoll. Il-figuri kollha fil-premessi li ġejjin huma bbażati fuq l-informazzjoni miksuba mingħand dawk li għamlu lment, Dow Chemical, INEOS Oxide LLC u l-pubblikazzjonijiet ta’ referenza ewlenin fl-industrija kimika maħruġa minn SRI Consulting, PCI u Tecnon OrbiChem Ltd. Id-dejta għadha ma tirriflettix l-impatt tal-kriżi ekonomika attwali.

(34)

Skont dik l-informazzjoni, ir-rata tat-tkabbir medja tad-domanda tal-Istati Uniti hi mistennija li tilħaq 3,1 %. Ir-rati tat-tkabbir fi swieq oħra huma ogħla. Ir-rata tat-tkabbir medja annwali prevista fl-Unjoni mhix se tilħaq 4 %, meta mqabbla ma’ 4,6 % fiċ-Ċina, 5 % fl-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel u 13,4 % fil-Lvant Nofsani. Din is-sitwazzjoni tikkonferma li l-produtturi tal-Istati Uniti se jkollhom ifittxu swieq tal-esportazzjoni u jagħmlu ħilithom biex iżidu kemm jistgħu l-preżenza u l-qligħ tagħhom f’żoni tad-dinja li huma mistennija li jmorru aħjar f’termini ta’ tkabbir u fejn jeżistu l-opportunitajiet għal sehem ikbar mis-suq.

(35)

Jekk l-iżvilupp fid-domanda jiġi mqabbel mal-kapaċità tal-produzzjoni disponibbli, toħroġ l-istampa li ġejja, għal darb’oħra fuq il-bażi ta’ dejta ta’ qabel il-kriżi: fl-Istati Uniti, matul ir-RIP fejn il-produzzjoni attwali kienet xi 65 000 tunnellata ogħla mill-konsum effettiv tal-prodott ikkombinat mal-kapaċità żejda, se jgħaddi ftit żmien qabel ma tiġi assorbita l-kapaċità tal-produzzjoni addizzjonali li riċentament saret operattiva. L-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku tissuġġerixxi li l-kapaċità żejda fl-Istati Uniti mhijiex mistennija li tgħib qabel l-2013. Għaldaqstant, mhuwiex probabbli li se jkun hemm xi inċentiv imnaqqas għall-produtturi tal-Istati Uniti biex jesportaw fil-futur qrib.

(36)

B’kuntrast, fl-2007, id-domanda fis-suq Ewropew kienet ftit ogħla (12) mill-kapaċità tal-produzzjoni tal-Unjoni. Madankollu, fuq il-bażi tad-dejta ta’ qabel il-kriżi, aktarx li din is-sitwazzjoni se tinbidel. Filfatt, jekk ir-rati tat-tkabbir previsti jitqabblu mal-espansjonijiet tal-kapaċità mħabbra, tkun mistennija xi kapaċità eċċessiva jekk l-pjanijiet tal-investiment fl-Unjoni ta’ INEOS Oxide Ltd jiġu implimentati. Din l-espansjoni tal-kapaċità mhijiex mistennija li ssir operattiva qabel it-tmiem tal-2010. Għaldaqstant, is-suq tal-Unjoni jsir vulnerabbli ħafna għal kwalunkwe pressjoni li toriġina mill-bżonn tal-produtturi tal-Istati Uniti li jiżguraw is-swieq għall-produzzjoni eċċessiva tagħhom.

(37)

B’mod ġenerali, il-kapaċità tal-produzzjoni dinjija aktarx li tiżdied minn madwar 1 764 000 tunnellata għal 2 423 000 tunnellata (kapaċità “nameplate”) sal-2013. Dan jinkludi kapaċità ġdida installata fl-Unjoni (+ 119 000), ir-Russja (+50 000), l-Arabja Sawdita (+ 100 000) u l-Ażja (+ 394 000) (13). Fiċ-Ċina, żidiet fil-kapaċità tal-etanolamina ta’ 344 000 tunnellata huma mistennija li jseħħu fil-perjodu 2009-2011. Meta wieħed iqis il-fatt li produttur wieħed tal-Istati Uniti jbiegħ il-prodott ikkonċernat liċ-Ċina permezz ta’ operazzjoni ta’ negozju bi sħab fil-Malażja, hu ovvju li jistenna li kwalunkwe żieda fl-awtosuffiċjenza fiċ-Ċina se tnaqqas b’mod serju l-possibbiltajiet tal-esportazzjoni tal-produttur fl-Istati Uniti. Fir-rigward tal-bqija tas-swieq Ażjatiċi, l-informazzjoni disponibbli tikkonferma li dawn ukoll qed isiru awtosuffiċjenti, u b’hekk ipoġġu iżjed pressjoni fuq il-produtturi tal-Istati Uniti biex isibu swieq ġodda.

(38)

Id-domanda dinjija, ibbażata fuq ir-rata tat-tkabbir prevista ta’ 3,5-4 %, se tiżdied għal 1 836 000 tunnellata sal-2013. Meta wieħed iqis li xi eċċessi fil-kapaċità jiġu dejjem assorbiti minn twaqqif għall-manutenzjoni u li għaldaqstant ċertu protezzjoni hi meħtieġa, il-previżjoni għall-2013 turi biss ekwilibriju fl-Istati Uniti u kapaċità eċċessiva f’postijiet oħra. Fi kliem ieħor, l-espansjonijiet tal-kapaċità varji u l-previżjonijiet tas-sitwazzjoni tas-suq li jwasslu sal-2013 jindikaw il-probabbiltà li l-produtturi esportaturi tal-Istati Uniti jagħmlu dumping fis-suq tal-Unjoni peress li t-tqabbil tal-provvista mad-domanda fis-suq tal-Istati Uniti aktarx li mhux se jintlaħaq qabel l-2013.

Bidla mill-produzzjoni tal-glikol tal-monoetilina għall-produzzjoni tal-etanolamini

(39)

Għandu jiġi osservat li l-etanolamini jiffurmaw parti mis-settur tan-negozju tad-derivati tal-EO. Il-glikol tal-monoetilina (MEG) jappartjeni wkoll għal dan is-settur. Hemm indikazzjonijiet li ħafna mill-produtturi tad-derivati tal-EO fl-Ażja qed jippruvaw jikkonċentraw fuq in-negozju tad-derivati tal-ossidu tal-etiline iżjed milli fuq il-MEG minħabba swieq tal-glikol batuti ħafna, u dan qed iġib iżjed etanolamini fis-suq. Fil-fatt, minħabba prezzijiet baxxi ħafna tal-MEG fl-2008, dawk il-produtturi Ażjatiċi li jistgħu jipproduċu l-MEG u l-etanolamini għażlu li jiffavorixxu l-produzzjoni tal-etanolamini sabiex itejbu l-profittabbiltà ġenerali tagħhom (14). Dan aktarx li jirristrinġi s-suq tal-etanalomini fl-Ażja, li fl-2008 kien jirrappreżenta 18 % (15) tal-esportazzjonijiet totali tal-Istati Uniti. Fuq il-bażi ta’ informazzjoni mill-bidu tal-kriżi ekonomika attwali, kien hemm xi previżjonijiet li kien se jkun hemm xorta waħda nuqqasijiet sostanzjali fl-Ażja fil-perjodu taż-żmien qasir ħafna (16) iżda dan kollu mistenni li jieqaf fil-perjodu taż-żmien medju meta wieħed iqis iż-żieda sostanzjali tal-kapaċità tal-etanolamina fl-Ażja kif spjegat fil-premessa 27.

(40)

L-informazzjoni disponibbli wara r-RIP tikkonferma li minħabba l-prezzijiet batuti ħafna tal-MEG, il-produtturi li jipproduċu kemm l-MEG u kif ukoll l-etanolamini jiffavorixxu l-produzzjoni tal-etanolamini sabiex itejbu l-profittabbiltà ġenerali tagħhom. Fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-kapaċitajiet tal-MEG fid-dinja, l-informazzjoni (17) tissuġġerixxi li l-kapaċitajiet tal-MEG żdiedu b’madwar 19 % matul il-perjodu kkunsidrat. Minbarra l-Ażja, dan ġie attribwit b’mod speċjali għal żidiet fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani (l-Iran, il-Kuwajt u l-Arabja Sawdita), fejn l-espansjonijiet tal-MEG se jibqgħu jiżdiedu sal-2015. Fil-Messiku seħħet żieda fil-kapaċità ta’ 40 000 tunnellata għall-produzzjoni tal-etanolamina matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li l-informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li bidla minn produzzjoni tal-MEG għal produzzjoni tal-etanolamini għandha tkun mistennija. Din is-sitwazzjoni tikkonferma li s-suq dinji qed jaffaċja problema serja ta’ provvista żejda fil-produzzjoni tal-MEG u tispjega għaliex il-prezzijiet tal-MEG qed jonqsu.

(41)

Peress li l-Istati Uniti hu l-iżjed suq importanti tal-etanolamina fid-dinja, hu mistenni li se jkun l-ewwel suq li se jintlaqat mill-konsegwenzi tal-kapaċità żejda tal-MEG, i.e. tnaqqis fil-prezzijiet tal-MEG u bidla tal-materja prima rilevanti (EO) mill-produzzjoni tal-MEG għall-produzzjoni tal-etanolamini. Hu ovvju li l-kapaċità żejda tal-MEG u l-konsegwenzi li jirriżultaw flimkien mal-eċċess tal-etanolamina diġà identifikat fis-suq tal-Istati Uniti se jikkawżaw pressjoni fuq il-prezzijiet tal-etanolamina.

Relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti u l-prezzijiet tal-Unjoni

(42)

B’mod ġenerali, il-bejgħ fis-suq tal-Unjoni spiss ma jsirx b'kuntratti ta’ terminu fiss kif isir fis-suq tal-Istati Uniti iżda l-kuntratti kollha vverifikati kien fihom klawżoli li jippermettu adattament komparattivament malajr tal-prezzijiet (normalment fi żmien ftit ġimgħat) minħabba kull ċaqliq fil-prezzijiet. B’konsegwenza ta’ dan, l-eżistenza ta’ kuntratt tal-bejgħ ma titlobx li l-prezzijiet tal-bejgħ jiġu stabbiliti għal perjodu itwal u għaldaqstant huma stabbli. Il-prezzijiet tal-unità jiddependu ħafna mill-prezzijiet fis-suq dinji.

(43)

L-utenti industrijali fl-Istati Uniti u fl-Unjoni normalment jiksbu kundizzjonijiet simili fiż-żewġ swieq għax spiss ikunu kumpaniji multinazzjonali li jinnegozjaw l-akkwisti tagħhom fuq bażi dinjija u jagħżlu produtturi li huma kapaċi li jagħmlu kunsinni fuq skala simili. Il-bejgħ lil negozjanti u distributuri miż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw jirrappreżenta biss bejn 10 % u 20 % tal-volumi mibjugħa fis-suq domestiku tal-Istati Uniti u bejn 25 % u 35 % tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni. Skont id-dejta verifikata, il-prezzijiet domestiċi tal-Istati Uniti lin-negozjanti kienu bħala medja 7 % inqas mill-prezzijiet tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-bejgħ fl-Istati Uniti lil utenti industrijali domestiċi kienu bħala medja madwar 30 % inqas milli lill-utenti tal-Unjoni. Din id-dejta tikkonferma li matul ir-RIP kien hemm differenza komparattivament sinifikanti bejn iż-żewġ swieq fejn il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni li kienu ogħla mill-prezzijiet tal-Istati Uniti. Għaldaqstant, meta wieħed iqis is-saturazzjoni fis-swieq tal-esportazzjoni l-oħra tal-Istati Uniti u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni, it-terminazzjoni tal-miżuri tikkostitwixxi inċentiv sinifikanti għaż-żieda tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni jekk id-differenza fil-prezzijiet kienet se tkompli fil-futur qrib.

F’dan ir-rigward, qed jiġi osservat li, kif hu spjegat fil-premessa 48, id-dejta rilevanti wara r-RIP tissuġġerixxi li minħabba l-kriżi ekonomika dinjija, il-prezzijiet tal-Istati Uniti eċċedew il-prezzijiet tal-Komunità fil-perjodu ta’ wara r-RIP.

(44)

Fuq il-bażi tad-dejta marbuta mar-RIP u meta wieħed iqis id-differenza fil-prezz pjuttost sinifikanti bejn il-prezzijiet tal-Istati Uniti u dawk tal-Unjoni għal utenti industrijali, li jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-klijenti, it-terminazzjoni tal-miżuri tikkostitwixxi inċentiv sinifikanti biex il-bejgħ tal-Istati Uniti jinqaleb lejn l-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, din is-sitwazzjoni nbidlet wara r-RIP u għal ħafna tipi ta’ prodotti, l-esportazzjonijiet tal-Istati Uniti ikollhom biss prezzijiet kompetittivi jekk isiru f’livelli dumped (ara l-premessa 48).

Relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti lil terzi pajjiżi u l-Unjoni

(45)

L-investigazzjoni wriet li s-swieq tal-esportazzjoni ewlenin għall-Istati Uniti matul ir-RIP kienu l-Kanada, il-Messiku, il-Brażil u l-Unjoni. Fir-rigward tal-prezzijiet tal-bejgħ, il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti lejn terzi pajjiżi huma ġeneralment ogħla milli fis-suq domestiku tal-Istati Uniti u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti lejn il-KE huma ġeneralment ogħla minn dawk lejn il-kumplament tad-dinja. Għalkemm dan jista’ jiġi parzjalment attribwit għall-volumi tal-esportazzjoni iżjed baxxi (i.e. volumi iżjed baxxi tipikament jirriżultaw fi prezzijiet ogħla), jikkonferma wkoll l-importanza tas-swieq tal-esportazzjoni għall-produtturi tal-Istati Uniti li jistgħu dejjem jistennew prezzijiet ogħla u għaldaqstant iqisu dawn is-swieq bħala attraenti ħafna fil-każ ta’ problemi bħal provvista żejda/kapaċità żejda jew tnaqqis fid-domanda fis-suq domestiku tal-Istati Uniti.

(46)

L-ipprezzar ġenerali tal-etanolamina naqas lejn l-aħħar tal-2008 minn għoli rekord fit-tielet kwart u fil-bidu tar-raba’ kwart tal-2008. Sussegwentament, il-prezzijiet battew minħabba d-domanda batuta u spejjeż ħafna iżjed baxxi tal-etilene (18). Dan it-tnaqqis seħħ ukoll fi swieq tal-esportazzjoni tradizzjonali tal-Istati Uniti bħall-Kanada, il-Messiku jew il-Brażil (19) u dan jindika li l-prezzijiet wara r-RIP fis-swieq tal-esportazzjoni tradizzjonali tal-Istati Uniti huma inqas milli fl-UE.

(47)

B’konklużjoni, għaż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw, is-suq tal-Istati Uniti għadu bħala prinċipju s-suq tal-bejgħ l-iżjed importanti. L-Unjoni u l-Kanada (din tal-aħħar mingħajr ebda produzzjoni tal-etanolamina) jassorbixxu ħafna mill-esportazzjonijiet tal-Istati Uniti tal-prodott ikkonċernat, segwiti mill-Brażil u l-Messiku. Madwar 20 % tal-produzzjoni fl-Istati Uniti ġiet esportata matul ir-RIP bil-livelli tal-prezzijiet li kienu ġeneralment ogħla minn dawk mitluba fis-suq domestiku tal-Istati Uniti. Għaldaqstant, matul ir-RIP, il-bejgħ lejn l-Unjoni u lejn il-kumplament tad-dinja kellu rwol importanti fl-użu ġenerali u l-profittabbiltà tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni installati. Filwaqt li l-prezzijiet inbidlu b’mod sinifikanti wara r-RIP, m’hemmx dubju dwar l-importanza kontinwa tas-swieq tal-esportazzjoni għall-profittabbiltà u l-użu tal-kapaċità. M’hemm xejn li jissuġġerixxi li dan kollu ma japplikax għall-produtturi tal-Istati Uniti li ma kkooperawx.

Effett tal-kriżi ekonomika attwali

(48)

Element li mistenni li jkollu rwol kruċjali fl-iżvilupp tal-kapaċità dinjija u d-domanda fil-futur qrib hu l-impatt tal-kriżi ekonomika dinjija riċenti. DOW Chemical allegat li l-kriżi mhux se jkollha impatt sinifikanti fuq in-negozju tal-etanolamina, li l-kriżi attwali qed tasal fi tmiemha u li l-prezzijiet huma mistennija li jerġgħu jitilgħu matul it-tieni nofs tal-2009. L-industrija tal-Unjoni mill-banda l-oħra qalet li d-domanda niżlet bi 30 %, li l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha naqsu drastikament u li dan it-tnaqqis kien ogħla mit-tnaqqis tal-prezz tal-materja prima rilevanti użata għall-produzzjoni tal-etanolamini, jiġifieri l-ossidu tal-EO u l-ammonja.

L-allegazzjonijiet ta’ DOW Chemical ma nstabux li kienu konvinċenti. Storikament, id-domanda għal ċertu setturi tal-użu aħħari tal-prodott ikkonċernat, bħal prodotti tal-kura personali, ġiet milquta b’mod negattiv mit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Kif diġà intqal hawn fuq, l-impatt li l-leġiżlazzjoni dwar it-trattament tal-injam fl-Istati Uniti kellha fuq it-talba fl-Istati Uniti huwa mistenni li jinqata f’qasir żmien filwaqt li d-diffikultajiet magħrufa tas-setturi tal-kostruzzjoni u tal-karozzi kemm fl-Ewropa kif ukoll fl-Istati Uniti ma jidhrux li se jgħinu la lis-settur tas-siment jew lid-domanda tal-fluwidi awtomotivi għall-prodott ikkonċernat, mill-inqas fil-futur prevedibbli. Barra minn hekk, l-applikazzjonijiet tessili fl-Istati Uniti osservaw ukoll tendenza ‘l isfel matul iż-żmien u mbagħad inżammet l-istess pożizzjoni fl-2007. Kollox ma’ kollox, l-allegazzjonijiet ta’ Dow Chemical dwar il-kriżi ekonomika u l-iżvilupp futur fil-prezzijiet ma ġewx ikkonfermati bi kwalunkwe informazzjoni disponibbli għall-pubbliku sottomessa matul l-investigazzjoni preżenti. L-informazzjoni disponibbli minn ġurnali speċjalizzati ewlenin ikkonfermat ir-rappreżentazzjoni tal-industrija tal-Unjoni li d-domanda kienet naqset b’mod sinifikanti, f’xi setturi anke b’40 %.

Id-dejta disponibbli wara r-RIP tissuġġerixxi li d-dumping żdied meta mqabbel mas-sitwazzjoni prevalenti matul ir-RIP. Kif diġà intqal, matul ir-RIP, kien hemm differenza sinifikanti b’mod paragunabbli bejn is-swieq tal-UE u tal-Istati Uniti bil-prezzijiet tal-UE li spiss ikunu ogħla mill-prezzijiet tal-Istati Uniti. Għaldaqstant, instab li kien hemm dumping ta’ żewġ esportaturi tal-Istati Uniti iżda mhux tat-tielet wieħed. Lejn l-aħħar tal-PI u f’Ottubru 2008, kien hemm b’mod ċar overheating tas-suq. B’mod partikolari, il-prezzijiet tal-Istati Uniti żdiedu b’mod sinifikanti u qabżu l-prezzijiet tal-UE fi tnejn minn tliet tipi ta’ prodotti (MEA u DEA li kienu jikkostitwixxu 41 % tal-esportazzjonijiet tal-Istati Uniti) filwaqt li d-differenza mat-TEA naqqset b’mod sinifikanti. Avolja l-prezzijiet naqsu b’mod sinifikanti minn Ottubru 2008, l-iżjed dejta riċenti disponibbli tissuġġerixxi li l-prezzijiet fl-Istati Uniti għadhom ogħla minn dawk fl-Ewropa, b’mod speċjali l-prezzijiet tal-MEA u d-DEA. Fi kliem ieħor, kwalunkwe esportazzjonijiet mill-Istati Uniti lejn l-Ewropa se jkollhom jidħlu bi prezzijiet tad-dumping biex ikunu jistgħu jikkompetu mal-prodotti Ewropej fuq il-bażi tal-prezz.

Konklużjoni dwar il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping

(49)

Qed jiġi mfakkar li d-dumping matul ir-RIP instab li kien jeżisti għal wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi, madankollu f’livell inqas milli fl-investigazzjoni tar-reviżjoni preċedenti. Kien hemm ukoll dumping fir-rigward tal-produtturi tal-esportazzjoni li, madankollu, ma kinux qed jikkooperaw.

(50)

Bi tqabbil mal-investigazzjoni tar-reviżjoni preċedenti, is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet tal-Istati Uniti naqas minn 16,7 % għal 14 %. Xorta għad hemm kapaċità żejda sinifikanti fl-Istati Uniti, f’madwar 60 000 tunnellata, għalkemm f’livell imnaqqas meta mqabbel mar-reviżjoni preċedenti. Għandu jiġi osservat li r-rata tal-użu baxxa matul ir-RIP kienet konsegwenza ta’ avvenimenti temporanji, u li l-użu ta’ stima ta’ 29 % tal-kapaċità installata fl-Istati Uniti ma setax jiġi investigat minħabba nuqqas ta’ kooperazzjoni. Fl-istess ħin, id-domanda fis-suq tal-Istati Uniti hi mistennija li tikber b’pass ftit iżjed baxx milli fl-Unjoni u l-kapaċità żejda fl-Istati Uniti hi mistennija li tiġi assorbita mhux qabel l-2013. Barra minn hekk, il-produtturi tal-Istati Uniti għandhom inċentiv li jżidu l-bejgħ tagħhom fis-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħassru, peress li f’numru ta’ drabi l-prezzijiet fl-Unjoni nstabu li kienu ogħla mill-prezzijiet mitluba fis-suq domestiku tal-Istati Uniti jew fi kwalunkwe suq ieħor tal-esportazzjoni servit mill-produtturi tal-Istati Uniti matul ir-RIP. Il-punti msemmija juru li hemm inċentiv għall-kumpaniji tal-Istati Uniti li jżidu l-preżenza tagħhom fis-suq tal-Unjoni. Dan iwassal għal provvista żejda u t-tnaqqis konsegwenti fil-prezzijiet, i.e. volum saħansitra ogħla ta’ importazzjonijiet dumped milli waqt ir-RIP. Il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni/żieda fl-importazzjonijiet dumped ibbażati fuq id-dejta tar-RIP tkompli tikber jekk jiġu kkunsidrati l-iżviluppi ta’ wara r-RIP. Wara r-RIP u b’konsegwenza tal-kriżi ekonomika dinjija, il-prezzijiet tal-Istati Uniti kienu ogħla mill-prezzijiet tal-UE għal parti sinifikanti tal-prodott ikkonċernat filwaqt li l-livell tal-prezzijiet fil-bqija tad-dinja huwa ġeneralment inqas. L-iżvilupp ta’ wara r-RIP jindika b’mod ċar li jekk il-produtturi tal-Istati Uniti kellhom jikkompetu mal-industrija tal-Unjoni, il-prodotti tagħhom ikollhom jidħlu bi prezzijiet dumped fi skala ikbar milli waqt ir-RIP.

(51)

Bħala konklużjoni, hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u riskju ta’ żieda tal-volum tal-importazzjonijiet li possibbilment iwasslu għal pressjoni ‘l isfel fuq il-prezzijiet fl-Unjoni, tal-anqas fil-perjodu li jwassal għall-2013, li kieku l-miżuri kellhom jitħassru.

D.   DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(52)

L-ilment ġie sottomess għan-nom ta’ erba’ produtturi tal-etanolamina tal-UE, li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni tal-produzzjoni totali magħrufa fl-Unjoni tal-prodott simili, i.e. f’dan il-każ iżjed minn 95 %.

(53)

L-erba’ produtturi applikanti tal-Unjoni kkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni. Kumpanija oħra tal-Unjoni, LUKOIL Neftochim Bourgas AD, appoġġjat l-ilment bħala produttur tal-Unjoni iżda ma weġbitx il-kwestjonarju u ma pprovdiet l-ebda informazzjoni jew dejta oħra. Il-produtturi applikanti tal-Unjoni għandhom impjanti tal-produzzjoni fi Franza, il-Ġermanja, l-Iżvezja u l-Belġju.

(54)

Għandu jiġi osservat li produttur wieħed tal-Unjoni, INEOS Oxide Ltd, għandu wkoll interessi tal-prodott fl-Istati Uniti. Matul l-investigazzjoni dak il-produttur partikolari ddikjara li jqis lilu nnifsu bħala produttur impenjat tal-Unjoni. Matul ir-RIP, il-kumpanija impurtat il-prodott ikkonċernat mill-produttur relatat magħha tal-Istati Uniti iżda l-proporzjon tal-importazzjonijiet b’rabta mal-produzzjoni tal-Unjoni tagħha hu inqas minn 10 %. Barra minn hekk, skont l-informazzjoni disponibbli, dan il-produttur għandu pjanijiet li jespandi l-kapaċità fl-Unjoni sal-aħħar tal-2010. B’konformità ma’ dan, din il-kumpanija tista’ titqies bħala produttur ġenwin tal-Unjoni peress li l-importazzjonijiet mhumiex il-parti ewlenija tal-attività tan-negozju tagħha. Għaldaqstant, ma ġiex meqjus xieraq li dan il-produttur jiġi eskluż mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni b’konformità mal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament bażiku.

(55)

Fuq din il-bażi, l-erba’ produtturi tal-Unjoni huma BASF SE/AG, INEOS Oxide Ltd, Sasol Germany GmbH u Akzo Nobel Functional Chemicals AB u dawn jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. Minn hawn ‘il quddiem se jissejħu “l-industrija tal-Unjoni”.

(56)

L-investigazzjoni wriet li, bħal fl-investigazzjoni tar-reviżjoni preċedenti, parti mill-produzzjoni tal-etanolamini fl-Unjoni hi intiża għal użu intern, jew magħluq. Tlieta mill-erba’ kumpaniji li jappartjenu għall-industrija tal-Unjoni jipproduċu għal użu magħluq. L-investigazzjoni kkonfermat li l-industrija tal-Unjoni ma tixtrix il-prodott ikkonċernat għal użu magħluq minn partijiet indipendenti, kemm ġewwa jew barra l-Unjoni, u li l-produzzjoni magħluqa tintuża għall-produzzjoni ta’ prodotti oħra downstream. L-etanolamini għal użu magħluq għaldaqstant ma jitqisux li huma f’kompetizzjoni mal-etanolamini disponibbli fis-suq tal-Unjoni (“is-suq ħieles”).

E.   SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI

1.   Konsum fl-Unjoni

(57)

Il-konsum fl-Unjoni kien ibbażat fuq il-kombinazzjoni tal-volum tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni stess destinati għal bejgħ fis-suq ħieles tal-Unjoni u għal użu magħluq minn dawn il-produtturi u l-volumi tal-importazzjonijiet minn terzi pajjiżi lejn is-suq tal-Unjoni bin-nuqqas tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni. L-istimi għall-produttur li ma kkooperax, li jirrappreżenta parti żgħira ħafna tal-Unjoni, ġew miżjuda wkoll.

(58)

Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Konsum

(f’tunnellati)

2005

2006

2007

RIP

Total

439 521

438 872

479 361

475 269

Indiċi

100

100

109

108

Ta’ ħakma

248 994

246 857

243 995

206 982

Indiċi

100

99

98

83

Suq ħieles

190 505

192 010

235 461

268 386

Indiċi

100

101

124

141

Sors: Risposti għall-kwestjonarju u Eurostat.

(59)

Il-konsum fis-suq ħieles żdied b’41 % matul il-perjodu kkunsidrat bl-iżjed parti sinifikanti taż-żieda li sseħħ bejn l-2007 u r-RIP. Fir-rigward tas-suq magħluq, il-konsum naqas bi 17 %.

2.   Importazzjonijiet mill-Istati Uniti

Volum, prezz u sehem tas-suq tal-importazzjonijiet dumped mill-pajjiż ikkonċernat

(60)

Il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ġewwa l-Unjoni mill-Istati Uniti naqas b’16 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, ġiet osservata żieda żgħira fl-importazzjonijiet mill-2007 sar-RIP. B’kollox, il-produtturi tal-Istati Uniti ma żidux l-esportazzjonijiet tagħhom lejn il-UE minħabba (i) problemi operattivi (l-impatt materjali tal-uragani fuq il-produzzjoni u l-esportazzjonijiet tal-Istati Uniti) u l-bżonn konsegwenti li jiġi sodisfatt is-suq domestiku tal-Istati Uniti u (ii) it-tnaqqis fil-provvista/domanda globali strumentata minn nuqqasijiet fil-produzzjoni f’partijiet oħra tad-dinja u opportunitajiet tan-negozju mtejba għall-qlib tal-materja prima użata għall-etanolamini għall-produzzjoni tal-MEG. Barra minn hekk, matul il-perjodu kkunsidrat, produttur wieħed tal-Istati Uniti kważi waqqaf l-esportazzjonijiet tiegħu lejn il-UE biex b’hekk ikkontribwixxa għat-tnaqqis osservat. ta’ min jinnota wkoll li parti konsiderevoli tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti waqt ir-RIP ma kinux oġġett ta’ dumping.

Importazzjonijiet

(f’tunnellati)

2005

2006

2007

RIP

Prodott ikkonċernat

44 912

39 641

35 892

37 583

Indiċi

100

88

80

84

Sors: Risposti għall-kwestjonarju u Eurostat.

(61)

Il-prezz medju tal-importazzjoni żdied b’mod stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod ġenerali, il-prezz medju tal-importazzjoni mill-Istati Uniti kien dejjem inqas mill-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni.

Prezz medju tal-importazzjoni għal kull tunnellata

(f’EUR)

2005

2006

2007

RIP

Prodott ikkonċernat

825

974

1 000

1 114

Indiċi

100

118

121

135

Sors: Risposti għall-kwestjonarju u Eurostat.

(62)

Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti naqas b’9,6 punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Dan ġie attribwit għal darb’oħra għall-problemi deskritti fil-premessa 60.

Sehem tas-suq tal-KE

2005

2006

2007

RIP

Prodott ikkonċernat

23,6  %

20,6  %

15,2  %

14  %

Indiċi

100

88

65

59

Sors: Risposti għall-kwestjonarju u Eurostat.

Tnaqqis fil-prezzijiet

(63)

Għall-iskop tal-analiżi tat-tnaqqis fil-prezzijiet, il-prezzijiet tal-importazzjoni taż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw iċċarġjati lil klijenti indipendenti tqabblu mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, fuq il-bażi tal-medji differenzjati għal tipi tal-prodott komparabbli matul ir-RIP. Il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni ġew aġġustati għal livell ta’ ex-works, u mqabbla mal-prezzijiet tal-importazzjoni fil-fruntiera tas-CIF tal-Unjoni li kienu jinkludu kull tip ta’ dazju doganali. Dan it-tqabbil fil-prezzijiet sar għal tranżazzjonijiet fl-istess livell tal-kummerċ, aġġustati kif dovut meta meħtieġ, u wara tnaqqis ta’ ribassi u skonti.

(64)

Fuq il-bażi tal-metodoloġija ta’ hawn fuq, ma nstab l-ebda tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ fl-industrija tal-Unjoni.

3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(65)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żdiedu b’mod stabbli matul il-perjodu kkunsidrat bil-massimu tagħhom ikun fl-2007 u wrew tendenza ta’ tnaqqis bejn l-2007 u r-RIP. Madankollu, matul il-perjodu kkunsidrat, dejjem baqgħu inqas ferm minn dawk tal-Istati Uniti. Il-pajjiżi esportaturi ewlenin l-oħra huma r-Russja, il-Messiku, l-Iran u t-Tajwan. Minbarra r-Russja, li għandha żieda stabbli ta’ esportazzjonijiet, il-pajjiżi l-oħra kollha jippreżentaw evoluzzjoni inkoerenti tal-esportazzjonijiet b'żidiet u tnaqqis fil-kwantitajiet minn sena għall-oħra.

Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

2005

2006

2007

RIP

Tunnellati

7 862

16 021

23 086

19 644

Indiċi

100

204

294

250

Sehem tas-suq

4,1  %

8,3  %

9,8  %

7,3  %

Indiċi

100

202

238

177

Prezz tal-importazzjoni EUR/tunnellata

1 215

1 177

1 402

1 459

Indiċi

100

97

115

120

Sors: Eurostat.

4.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(66)

Qed jiġi mfakkar li l-industrija tipproduċi wkoll għal użu magħluq. L-indikaturi li ġejjin ġew stabbiliti fuq il-bażi kemm ta’ bejgħ tas-suq ħieles u użu magħluq: stokks, produzzjoni, kapaċità, użu tal-kapaċità, investiment, ritorn fuq l-investiment, ċirkolazzjoni tal-flus, abbilità li jiġi ġġenerat il-kapital, impjiegi, produttività u pagi. L-indikaturi l-oħra, notevolment il-bejgħ u l-profitti, jirreferu għal bejgħ fis-suq ħieles. Meta wieħed iqis l-iżvilupp tas-suq magħluq, i.e. li l-konsum magħluq jkun b’mod ġenerali konformi mal-iżvilupp tal-bejgħ tas-suq ħieles, is-sejbiet dwar is-suq magħluq jistgħu jiġu estrapolati.

Produzzjoni, kapaċità u użu tal-kapaċità

(67)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni u l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni żdiedu gradwalment bi 13 %. L-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli f’livell għoli ftit inqas minn 90 %. Skont l-informazzjoni disponibbli, dan il-livell tal-użu tal-kapaċità hu viċin il-livell massimu għall-industrija kkonċernata. Iż-żieda parallela fil-produzzjoni u l-kapaċità, li fi kwalunkwe każ baqgħet inqas mill-konsum tal-Unjoni li qed jiżdied, tikkonferma li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tapprofitta mill-miżuri eżistenti u li tibbenefika miż-żieda fid-domanda tal-prodott ikkonċernat (attribwiti għad-domanda li qed tikber fid-diversi industriji downstream bl-użu tal-etanolamini).

 

2005

2006

2007

RIP

Produzzjoni (tunnellati)

375 119

371 688

407 744

424 526

Indiċi

100

99

109

113

Kapaċità (tunnellati)

424 000

432 000

458 000

477 000

Indiċi

100

102

108

113

Użu tal-kapaċità

88  %

86  %

89  %

89  %

Indiċi

100

97

101

101

Sors: Risposti għall-kwestjonarju.

Stokks

(68)

L-istokks tal-industrija tal-Unjoni żdiedu wkoll b’konformità maż-żieda ġenerali fil-konsum tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, dan mhuwiex meqjus bħala indikatur sinifikanti ħafna peress li l-produzzjoni tal-etanolamina hi speċifika għall-klijent u hi bbażata l-iżjed fuq kuntratti ta’ perjodu twil li normalment jiġu konklużi lejn l-aħħar tas-sena kalendarja.

 

2005

2006

2007

RIP

Stokks (tunnellati)

8 906

10 113

9 250

11 097

Indiċi

100

114

104

125

Sors: Risposti għall-kwestjonarju.

Volum tal-bejgħ, prezz tal-begħ u sehem tas-suq

(69)

Il-bejgħ fl-industrija tal-Unjoni żdied b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat (sa massimu ta’ 54 %). Madankollu, meta wieħed iqis iż-żieda importanti paralleli fil-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni, iż-żieda fis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni kienet relattivament modesta (żieda ta’ 6,4 punti perċentwali) matul il-perjodu kkunsidrati. Dawn it-tendenzi jikkonfermaw li l-industrija tal-Unjoni kienet f’pożizzjoni li tibbenefika mill-miżuri fis-seħħ. Il-prezz medju tal-unità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b’31 % fil-perjodu kkunsidrat. Din is-sitwazzjoni tirrifletti ż-żieda sostanzjali fil-prezzijiet tal-materja prima użata fil-manifattura tal-etanolamini iżda wkoll iżjed profittabbiltà, b’mod partikolari fir-RIP.

(70)

Iż-żieda osservata fil-prezzijiet tal-bejgħ fl-industrija tal-Unjoni hi konformi wkoll maż-żieda dinjija tal-prezzijiet fis-suq dinji tal-etanolamini. Dan il-fenomenu hu attribwit għal serje ta’ avvenimenti straordinarji u temporanji li seħħew matul il-perjodu kkunsidrat u b’mod partikolari mill-2007 sal-PIR. Min-naħa waħda, l-ispejjeż għall-materja prima (l-EO, primarjament derivattiv ibbażat fuq il-petrol u l-ammonja) żdiedu b’mod sinifikanti matul dan il-perjodu. Min-naħa l-oħra, is-suq dinji esperjenza tnaqqis sinifikanti fil-bilanċ bejn il-provvista/domanda globali matul l-istess perjodu. Dan kien ir-riżultat ta’ fatturi differenti bħal: problemi fil-produzzjoni tal-Istati Uniti u esportazzjonijiet ikkawżati mill-uragani, diffikultajiet fil-produzzjoni fl-Ażja, żieda qawwija fid-domanda għal prodotti downstream (agrokimiċi u b’mod iżjed preċiż il-glifosat) li jużaw l-etanolamini bħala materja prima, u problemi fil-manifattura tal-prodotti (b’mod partikolari l-MEG) li jużaw l-istess materja prima bħal fil-produzzjoni tal-etanolamini li wasslu biex il-produtturi jimmanifatturaw kemm l-MEG u kif ukoll l-etanolamini biex ikun hemm xaqliba temporanja għal dawk imsemmija l-ewwel.

Bejgħ fl-Unjoni tal-prodott simili fil-konsum tas-suq ħieles

2005

2006

2007

RIP

Volum (tunnellati)

132 003

130 575

169 403

203 090

Indiċi

100

99

128

154

Prezz medju tal-bejgħ (EUR/tunnellata)

1 044

1 141

1 189

1 366

Indiċi

100

109

114

131

Sehem tas-suq

69  %

68  %

72,9  %

76,6  %

Indiċi

100

98

106

111

Sors: Risposti għall-kwestjonarju.

Profitabbiltà

(71)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni żiedet b’mod sinifikanti l-profittabbiltà tagħha. Dan it-titjib għandu jitqies fil-kuntest ta’: żieda dinjija fil-prezzijiet tal-etanolamini, id-deċiżjoni ta’ produttur wieħed tal-Istati Uniti biex kważi jwaqqaf għal kollox l-esportazzjonijiet tiegħu lejn il-UE, li kkontribwixxiet għal tnaqqis tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti, u domanda li qed tikber ta’ etanolamini kemm fl-Unjoni u kif ukoll dinjija. Dan tal-aħħar kellu konsgwenza fiż-żieda tal-volumi tal-bejgħ kif ukoll żieda fil-livelli tal-prezz tal-bejgħ li kienu, sal-aħħar tar-RIP, iżjed prominenti miż-żidiet li jikkorrispondu fl-ispejjeż tal-produzzjoni.

 

2005

2006

2007

RIP

Profitabbiltà: Industrija tal-Unjoni

10,1  %

16  %

15,8  %

21,9  %

Indiċi

100

159

157

217

Sors: Risposti għall-kwestjonarju.

Investiment, ritorn fuq l-investiment, ċirkolazzjoni tal-flus u l-abbiltà għall-ġenerazzjoni tal-kapital

(72)

Il-livell tal-investimenti juri evoluzzjoni mhux lineari matul il-perjodu kkunsidrat. L-investimenti kienu, minn naħa waħda, meħtieġa għall-manutenzjoni tal-impjanti tas-siti tal-manifattura tagħhom u, min-naħa l-oħra, għal żidiet moderati fil-kapaċità sabiex wieħed jieħu vantaġġ miż-żieda fil-konsum u jissodisfa l-bżonnijiet tal-esportazzjoni. Ir-ritorn tal-investiment, espress f’termini ta’ profitti netti tal-industrija tal-Unjoni u l-valur nett tal-investimenti tiegħu, juri tendenza ta’ titjib sinifikanti fil-perjodu kkunsidrat. Iċ-ċirkolazzjoni tal-flus tal-industrija tal-Unjoni turi wkoll titjib sostanzjali fil-perjodu kkunsidrat.

 

2005

2006

2007

RIP

Investimenti (EUR)

980 213

6 396 684

1 505 707

2 454 173

Indiċi

100

654

154

250

Ritorn fuq l-assi netti

45  %

54  %

55  %

87  %

Indiċi

100

121

123

195

Ċirkolazzjoni tal-flus (EUR)

22 831 675

34 807 468

36 971 471

55 859 958

Indiċi

100

152

162

245

Sors: Risposti għall-kwestjonarju.

Impjiegi, produttività u pagi

(73)

In-numru ta’ impjegati fl-industrija tal-Unjoni involuti fil-produzzjoni tal-prodott simili żdied b’mod modest matul il-perjodu kkunsidrat. L-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tikkontrolla l-evoluzzjoni tal-ispiża medja tal-ħaddiema għal kull impjegat matul il-perjodu kkunsidrat. Il-produttività, espressa f’termini tal-produzzjoni għal kull ħaddiem, tjiebet bi ftit fl-istess perjodu. L-evoluzzjoni fl-ispejjeż tal-ħaddiema u l-produttività kellha impatt pożittiv biex inżamm kontroll sod fuq l-ispiża tal-produzzjoni u għenet fit-titjib tar-riżultati tal-profitti.

 

2005

2006

2007

RIP

Impjieg

100

104

104

110

Indiċi

100

103

104

110

Produttività (f’tunnellati għal kull ħaddiem)

3 749

3 591

3 916

3 858

Indiċi

100

96

104

103

Spiża medja tax-xogħol għal kull ħaddiem (f’EUR)

2 389

2 629

2 449

2 262

Indiċi

100

110

103

95

Sors: Risposti għall-kwestjonarju.

Kobor tad-dumping

(74)

Id-dumping baqa’ għaddej matul ir-RIP, anke jekk f’livelli iżjed baxxi minn dawk stabbiliti fl-investigazzjoni tar-reviżjoni preċedenti.

Irkupru minn dumping fl-imgħoddi

(75)

Kif muri hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni kellha l-opportunità li tirkupra minn dumping tal-imgħoddi b’mod partikolari f’termini ta’ profitabbiltà, bejgħ u sehem tas-suq.

(76)

Il-volumi tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni lejn terzi pajjiżi żdiedu b’21 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-titjib sinifikanti beda mill-2007 u baqa’ sejjer sar-RIP u kien attribwit l-iżjed għaż-żieda fid-domanda għall-etanolamini fis-swieq Ażjatiċi minħabba diffikultajiet fil-produzzjoni li seħħew f’dawn is-swieq partikolari matul l-istess perjodu. Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-esportazzjoni segwew xejra simili bħall-prezzijiet Komunitarji. Din is-sitwazzjoni hi attribwibbli għal darb’oħra għall-fatt li l-perjodu bejn l-2007 u r-RIP kien karatterizzat bi tnaqqis konsiderevoli fil-bilanċ tal-provvista/domanda globali.

 

2005

2006

2007

RIP

Volum tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni (f’tunnellati)

18 308

14 055

22 746

22 228

Indiċi

100

77

124

121

Prezz tal-bejgħ tal-esportazzjoni

1 223

1 293

1 241

1 689

Indiċi

100

106

101

138

Sors: Risposti għall-kwestjonarju.

5.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni fis-suq tal-Unjoni

(77)

Il-volum tal-etanolamini kkunsmati fis-suq tal-Unjoni żdied b'41 % filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti naqsu b’16 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-istess ħin, l-industrija tal-Unjoni żiedet il-volum tal-bejgħ tagħha u s-sehem tas-suq korrispondenti tagħha.

(78)

Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni tjiebet matul il-perjodu kkunsidrat. L-indikaturi tad-dannu rilevanti jiddeskrivu stat tajjeb ta’ attività f’termini tal-prestazzjoni tan-negozju. L-industrija tal-Unjoni kienet qed taħdem b’kapaċità għolja, u b’hekk inkisbu marġini tal-profitti sinifikanti, biex b’hekk inżammet ċirkolazzjoni tal-flus stabbli, kien hemm żieda fl-investimenti u nżammu taħt kontroll l-ispejjeż tal-ħaddiema. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi li tibbenefika minn serje ta’ avvenimenti eċċezzjonali li seħħew matul il-perjodu bejn l-2007 u r-RIP li wasslu għaż-żieda fil-prezzijiet u li kellhom influwenza pożittiva fuq il-prestazzjoni tan-negozju tagħha.

(79)

B’konklużjoni, minħabba l-iżvilupp pożittiv tal-indikaturi li jappartjenu għall-industrija tal-Unjoni, ma setax jiġi stabbilit jekk id-dannu materjali kompliex. Għaldaqstant, ġie eżaminat jekk kienx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

F.   PROBABBILTÀ TAR-RIKORRENZA TAD-DANNU

Sommarju tal-analiżi tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tad-dumping u r-rikorrenza tad-dumping dannuż

(80)

Qed jiġi mfakkar li l-kontinwazzjoni tad-dumping matul ir-RIP ġiet stabbilita għal żewġ produtturi esportaturi tal-Istati Uniti. Wieħed miż-żewġ esportaturi tad-dumping ma kkooperax. Minħabba l-fatt li dan hu soġġett għall-ogħla miżuri anti-dumping filwaqt li fl-istess ħin hu produttur ewlieni fis-suq tal-Istati Uniti, ikollu l-ogħla inċentiv li jirritorna għas-suq tal-Unjoni, jekk jiġu terminati l-miżuri.

Analiżi tal-probabbiltà b’rabta mal-fatti stabbiliti għar-RIP

(81)

Kif stabbilit f’iżjed dettall fit-taqsima C, l-investigazzjoni stabbilixxiet numru ta’ fatturi li jindikaw il-probabbiltà ta’ żieda sostanzjali tal-importazzjonijiet dumped mill-Istati Uniti jekk jitħassru l-miżuri. Dawn il-fatturi huma notevolment:

il-kapaċità żejda tal-produtturi tal-Istati Uniti ta’ 60 000 tunnellata, li mhijiex mistennija li tiġi assorbita fil-futur qrib;

l-awtosuffiċjenza mistennija tas-swieq tal-esportazzjoni tradizzjonali tal-Istati Uniti, li jġagħlu l-produtturi tal-Istati Uniti li jċaqalqu l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Dan hu notevolment veru għas-swieq tal-esportazzjoni fl-Amerika Latina u l-Ażja (20). Qed jiġi mfakkar li s-swieq Ażjatiċi għandhom rwol importanti fl-abbiltà tal-produtturi tal-Istati Uniti li jiddisponu mill-eċċessi tal-etanolamini tagħhom;

dazji anti-dumping Ċiniżi imposti fuq tnejn mit-tliet tipi ta’ prodotti kontra numru ta’ pajjiżi, inkluż l-Istati Uniti;

pressjoni ta’ produzzjoni miżjuda minħabba ċaqliq minn produzzjoni MEG għall-etanolamina. Il-kapaċità żejda u l-prezzijiet baxxi fin-negozju MEG se jagħtu spinta lill-produtturi biex jiffavorixxu l-etanolamina iżjed milli l-produzzjoni MEG, biex b’hekk jinħolqu kapaċitajiet ġodda tal-etanolamina u titpoġġa pressjoni fuq il-prezzijiet;

l-iżvilupp tad-domanda tal-etanolamina fl-Istati Uniti hu previst li se jkun inqas milli f’partijiet oħra tad-dinja, inkluża l-Komunità;

ir-rata medja tat-tkabbir fid-domanda fl-Unjoni hi mistennija li tkun ogħla minn dik fl-Istati Uniti biex b’hekk tipprovdi iżjed inċentiv għall-produtturi tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti biex jimmiraw l-esportazzjonijiet tagħhom lejn il-Unjoni;

l-informazzjoni disponibbli dwar l-uniku produttur tal-Istati Uniti li ma kkooperax twassal għall-konklużjoni li anke kumpaniji li ma kkooperawx mal-investigazzjoni u li naqqsu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni xorta waħda għadhom interessati ħafna li jibqgħu fis-suq tal-UE u li jtejbu l-attivitajiet tal-esportazzjoni tagħhom.

(82)

Meta wieħed iqis dan kollu, il-produtturi tal-Istati Uniti se jkollhom isibu iżjed klijenti u l-iżjed għażla fattibbli għalihom se tkun li jirrikorru għas-suq tal-Unjoni.

(83)

Matul ir-RIP, l-industrija tal-Unjoni kienet sejra tajjeb. Ir-raġuni għal dan setgħet kienet li d-domanda b’saħħitha għall-prodott ikkonċernat kienet iżjed mill-offerta. Madankollu, kwalunkwe żieda fl-importazzjoni tal-etanolamini li diġà ġew dumped u li oriġinaw fl-Istati Uniti tpoġġi pressjoni konsiderevoli fuq l-industrija tal-Unjoni u xxekkel il-prestazzjoni tagħha.

(84)

Qed jiġi osservat ukoll li l-etanolamini huma kommodità, i.e. id-diversi tipi ta’ prodotti huma prodotti sa ċertu standards tekniċi u prodotti minn sors jistgħu faċilment jiġu sostitwiti bi prodotti minn sors ieħor. Għaldaqsant, f’suq karatterizzat bi provvista żejda, il-kompetizzjoni se tkun l-iżjed fuq il-bażi tal-prezz.

(85)

F’dan l-isfond, il-kombinazzjoni ta’ fatturi deskritti hawn fuq jistgħu fi żmien relattivament qasir jipperikolaw id-domanda b’saħħitha fl-etanolamini u jistgħu jwasslu għal sitwazzjoni ta’ provvista żejda fis-suq tal-Unjoni. Żieda fl-importazzjonijiet dumped għandha twassal għal pressjoni ‘l isfel fuq il-livell tal-prezzijiet tal-bejgħ u dan, imbagħad, jaffettwa b’mod negattiv l-indikaturi relatati mal-prestazzjoni fl-industrija tal-Unjoni, notevolment il-profitabbiltà. F’każ li jseħħ dumping miżjud, jiġi stabbilit tnaqqis fil-prezzijiet.

Effett tal-kriżi ekonomika attwali

(86)

Il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu kif deskritt fit-taqsima preċedenti hi miżjuda mill-fatt li s-suq tal-etanolamina nbidel wara l-kriżi ekonomika li laħqet livell prominenti fil-Ħarifa tal-2008. Ħafna parametri ewlenin inbidlu konsiderevolment, kemm fejn dawn jikkonċernaw l-esportazzjonijiet u fejn hi kkonċernata s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Kif spjegat hawn fuq, l-informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li hemm akkumulazzjoni qawwija ta’ importazzjonijiet dumped wara r-RIP minħabba l-fatt li l-livelli tal-prezzijiet tal-Istati Uniti għal żewġ tipi ta’ prodotti huma ‘l fuq mil-livell tal-prezzijiet Ewropej filwaqt li d-divrenzjar tal-prezz għat-tielet tip qed jgħib malajr. B’dan il-mod, id-dejta tal-Eurostat turi li matul it-tieni kwart tal-2009, l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti (i.e. 15 052 tunnellata) waslu fl-Unjoni 20 % irħas minn matul ir-RIP.

(87)

Mingħajr il-miżuri, dawn l-importazzjonijiet dumped miżjuda kienu jikkonfrontaw industrija tal-Unjoni li hi konsiderevolment indebolita. Tabilħaqq, l-informazzjoni pubblika miġbura waqt l-investigazzjoni tindika domanda, bejgħ u ekonomiji tal-iskala mnaqqsa, kapaċità tal-produzzjoni mhux utilizzata, rendiment finanzjarju inqas, eċċ (21). Minħabba l-kriżi ekonomika attwali, is-suq tal-Unjoni tal-etanolamina ffaċċja domanda żgħira. Il-produtturi tal-industrija fl-Unjoni għaldaqstant ġew imġiegħla jnaqqsu l-produzzjoni tagħhom.

(88)

L-industrija tal-Unjoni preżentament qed topera f’livell tal-użu tal-kapaċità ta’ 70 %, i.e. ħafna inqas mil-livell tal-perjodu tar-RIP ta’ kważi kapaċità sħiħa. Barra minn hekk, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’madwar 30 % filwaqt li fl-istess ħin il-prezzijiet naqsu wara r-RIP b’35-40 %. Fl-istess ħin, l-evoluzzjoni ta’ wara r-RIP tal-ispiża tal-produzzjoni u l-profitabbiltà żvelaw li jidher li hemm żbilanċ serju bejn l-ispiża tal-materja prima u l-prezzijiet tal-etanolamini biex dan ikompli jagħmel ħsara l-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. Filfatt, l-ispiża taż-żewġ materji primi ewlenin użati fil-produzzjoni tal-etanolamini (etilene u ammonja), matul il-perjodu ta’ wara r-RIP naqsu materjalment inqas mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-etanolamina. Dan wassal għal telf serju fil-marġini tal-profitti tal-industrija tal-Unjoni li qiegħda preżentament tosserva jew telf jew marġini tal-profitt b’ċifra waħda.

(89)

Fi kliem ieħor, l-industrija tal-Unjoni m’għadhiex f’sitwazzjoni li tidher li hi robusta, iżda f’sitwazzjoni fejn il-pressjoni minn importazzjonijiet dumped aktarx li se twassal għal tnaqqis perikoluż li se jkun ferm iżjed minn dak probabbli fuq il-bażi tad-dejta tar-RIP.

(90)

Is-sitwazzjoni ekonomika ta’ hawn fuq naqqset il-possibbiltajiet tan-negozju tal-industrija tal-Unjoni. Minn naħa waħda, l-industrija tal-Unjoni ma tkunx f’pożizzjoni li tespandi l-bażi tal-klijenti tagħha fl-UE meta wieħed iqis il-fatt li ma teżisti l-ebda indikazzjoni li l-kompetituri ewlenin tagħha fis-suq tal-Unjoni (i.e. il-produtturi tal-Istati Uniti) waqqfu jesportaw lejn l-UE. Min-naħa l-oħra, jidher ukoll li mhuwiex possibbli li titnaqqas il-pressjoni fuq l-industrija tal-Unjoni b’żidiet fil-produzzjoni fl-użu magħluq peress li ma teżisti l-ebda indikazzjoni li l-prospetti ekonomiċi tal-prodotti downstream (bħal etileneamini, erbiċidji u katalisti) jistgħu jegħlbu l-pressjoni fuq is-suq tal-etanolamini.

Konklużjoni fuq il-probabbiltà tar-rikorrenza tad-dannu

(91)

Fil-każ li l-miżuri jitħassru, teżisti probabbiltà kbira li jkun hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet dumped tal-Istati Uniti lejn l-Unjoni li tista’ twassal biss għal rikorrenza tad-dannu. Il-produtturi tal-Istati Uniti qed jitilfu s-swieq tradizzjonali filwaqt li l-provvista żejda tal-MEG twassal għal żieda fil-produzzjoni tal-etanolamina li jkollha tinbiegħ fi swieq oħra minbarra l-Istati Uniti. Barra minn hekk, il-kriżi ekonomika affettwat l-industrija tal-Unjoni li qed taffaċċja pressjoni mill-importazzjonijiet dumped tal-Istati Uniti eżistenti mingħajr ma għandha soluzzjoni oħra vijabbli sabiex tindirizza d-dumping dannuż ħlief permezz tal-kontinwazzjoni tad-dazji anti-dumping. Ma nstabet l-ebda indikazzjoni li tista’ twassal għall-konklużjoni li din is-sitwazzjoni mhux se tkompli tikber, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

G.   INTERESS TAL-UNJONI

1.   Rimarka preliminari

(92)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping preżentament fis-seħħ tkunx kontra l-interess tal-Unjoni fit-totalità tagħha. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti, i.e. dawk tal-industrija tal-Unjoni, importaturi, negozjanti, bejjiegħa bl-ingrossa u utenti industrijali tal-prodott ikkonċernat.

(93)

Għandu jiġi mfakkar li fl-investigazzjonijiet preċedenti, l-impożizzjonijiet tal-miżuri ma tqisitx li tmur kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-investigazzjoni preżenti hi reviżjoni tal-iskadenza, li b’hekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri anti-dumping ikunu fis-seħħ.

(94)

Fuq din il-bażi, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping u l-probabbiltà tar-rikorrenza tad-dannu, kienx hemm raġunijiet konvinċenti biżżejjed li jwasslu għall-konklużjoni, f’dan il-każ partikolari, li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu dawn il-miżuri.

2.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(95)

Qed jiġi mfakkar li d-dumping matul ir-RIP kien għadu preżenti u li teżisti probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġina fl-Istati Uniti u ta’ rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(96)

L-industrija tal-Unjoni tat prova li hi industrija vijabbli u kompetittiva, u dan ġie kkonfermat bl-iżvilupp pożittiv ta’ ħafna indikaturi ekonomiċi. Il-miżuri anti-dumping imposti qabel ikkontribwixxew biex tiġi restawrata l-profitabbiltà u ppermettew biżżejjed ritorn fuq l-investiment. Dan jista’ jkun ta’ benefiċċju għal investimenti ġodda fl-2010. Għaldaqstant, hu fl-interess tal-industrija tal-Unjoni li jinżammu miżuri kontra importazzjonijiet dumped mill-Istati Uniti.

3.   Interess tal-importaturi u negozjanti/bejjiegħa bl-ingrossa

(97)

Meta wieħed iqis in-nuqqas ta’ kooperazzjoni ta’ kwalunkwe negozjant u bejjiegħ bl-ingrossa, ġie konkluż li n-nuqqas jew il-kontinwazzjoni tal-miżuri ma kinux jaffetwaw ħafna lil dawn il-partijiet. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma wrietx l-eżistenza ta’ xi importatur mhux relatat peress li l-importazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fl-Istati Uniti jsiru permezz ta’ importaturi relatati mal-produtturi esportaturi tal-Istati Uniti.

(98)

Il-kontinwazzjoni tal-miżuri mhux se tibdel is-sitwazzjoni preżenti tal-importaturi relatati, li nstabu li kienu għamlu profitti matul ir-RIP f’marġini konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq. Fi kwalunkwe każ, tal-anqas f’każ bħal dan, l-interessi tal-importaturi relatati jifformaw parti integrali tal-interessi tal-produtturi esportaturi għax dawn tal-aħħar jistgħu jiddeterminaw il-politika tal-importaturi relatati. Qed jiġi mfakkar li l-interessi tal-produtturi esportaturi mhumiex parti mill-analiżi tal-interess tal-Unjoni.

4.   Interess tal-utenti industrijali

(99)

Fuq il-bażi tal-fatt li l-kontinwazzjoni tal-miżuri tirrappreżenta t-tielet tiġdid tal-miżuri anti-dumping, ingħatat attenzjoni partikolari għall-interess tal-utenti industrijali.

(100)

Utent wieħed biss li jappartjeni għan-negozju tal-esterquat għal sustanzi li jrattbu d-drappijiet ippreżenta ruħu f’din l-investigazzjoni. L-esterquats huma prodotti fuq il-bażi tat-TEA u jintużaw bħala sustanzi għat-trattib tad-drappijiet kummerċjalizzati minn kumpaniji bħal Unilever, Henkel, Colgate Palmolive, Procter & Gamble u Benckiser/Reckitt. L-utent industrijali in kwistjoni kien akkwista l-etanolamini matul ir-RIP kemm mill-Istati Uniti u kif ukoll mill-industrija tal-Unjoni. L-importazzjonijiet minn dan l-utent industrijali kienu jirrappreżentaw sehem żgħir tal-importazzjonijiet totali tal-Istati Uniti (li jvarjaw bejn 15 % u 25 % - il-figura preċiża ma tistax tiġi żvelata għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità).

(101)

L-uniku utent industrijali li kkoopera saħaq li l-utenti tal-Unjoni qed isofru mill-miżuri anti-dumping għax jiddependu fuq l-importazzjonijiet tal-etanolamina bħala sors addizzjonali biex ikopru d-domanda tal-KE tagħhom. Iddikjara wkoll li l-utenti tal-Unjoni joperaw fi swieq kompetittivi ħafna u sensittivi ħafna għall-prezzijiet bi pressjoni mill-produtturi downstream. Iridu jixtru wkoll materja prima bl-inqas prezzijiet possibbli sabiex inaqqsu l-ispejjeż. Għaldaqstant, skont dan l-utent industrijali, kwalunkwe żieda fil-prezz tal-etanolamina tpoġġi l-attivitajiet tan-negozju tiegħu fil-periklu u taffettwalu ħażin il-profittabbiltà tiegħu. Għaldaqstant, din il-parti kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri mhijiex fl-interess tal-Unjoni għax is-sitwazzjoni msemmija tista’ tittaffa jekk il-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu.

(102)

Instab li, matul ir-RIP, it-TEA kien jirrappreżenta parti importanti (li jvarja minn 20 % sa 30 %) tal-ispiża totali tal-produzzjoni tal-esterquats għall-uniku utent industrijali individwali li kkoopera. Hu ċar li l-eliminazzjoni tal-miżuri anti-dumping, mill-inqas fil-perjodu taż-żmien qasir, ittaffi l-piż impoġġi fuq din il-kumpanija bl-ispiża tat-TEA bħala materja prima. Madankollu, meta wieħed iqis il-fatt li din il-kumpanija qed takkwista ammonti sinifikanti ħafna ta’ TEA mill-industrija tal-Unjoni, l-impatt finali ta’ kwalunkwe bidla fil-miżuri anti-dumping mhux mistenni li jkun sinifikanti għal dan l-utent industrijali partikolari. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat l-impatt tal-miżuri anti-dumping attwali fuq id-dħul tal-kumpanija fir-rigward tan-negozju tal-esterquat li juża l-etanolamini impurtati mill-Istati Uniti. Id-dejta disponibbli tissuġġerixxi li l-impatt ġenerali tad-dazju anti-dumping hu moderat (ivarja bejn 1 % u 5 %) fuq id-dħul rilevanti tal-kumpanija. Dan jispjega għaliex il-kumpanija kienet kapaċi tkompli l-attivitajiet tan-negozju tagħha f’dan is-settur minkejja żieda sinifikanti fil-prezzijiet tal-etanolamini sar-RIP u minkejja l-eżistenza tal-miżuri anti-dumping. Għandu jiġi osservat ukoll li l-esterquats jirrappreżentaw biss parti moderata tal-attivitajiet totali ta’ dan l-utent industrijali.

(103)

L-evoluzzjoni ta’ wara r-RIP tal-prezzijiet TEA u l-impatt tagħhom fuq l-ispiża tal-produzzjoni tal-uniku utent industrijali li kkoopera ġiet eżaminata wkoll. F’dan ir-rigward, qed jiġi mfakkar li l-prezzijiet tal-etanolamini naqsu b’mod sinifikanti wara r-RIP. Meta wieħed iqis l-evoluzzjoni osservata tal-prezz tat-TEA u l-istruttura tal-ispejjeż tan-negozju tal-esterquats, qed jiġi meqjus li l-inċidenza tat-TEA fl-ispiża totali tal-prodott lest naqset wara r-RIP. Fuq il-bażi tad-dejta disponibbli, jidher li, għal dan l-utent industrijali partikolari, it-tnaqqis fil-prezzijiet tat-TEA, jista’ jwassal għal tnaqqis fl-ispiża tat-TEA fil-firxa ta’ 20 % sa 25 %. L-effett korrispondenti fl-ispiża totali tal-produzzjoni tal-oġġetti lesti jkun tnaqqis fil-firxa ta’ 15 % sa 20 %.

(104)

L-impatt ta’ kwalunkwe kontinwazzjoni tal-miżuri anti-dumping fuq l-uniku utent industrijali li kkoopera ġie analizzat ukoll bl-eżaminazzjoni tal-prestazzjoni ekonomika tiegħu fil-passat, b’mod partikolari b’rabta mal-profitabbiltà u l-bejgħ tiegħu. Fir-rigward tal-profitabbiltà instab li, matul il-perjodu kkunsidrat, minkejja l-miżura fis-seħħ, l-uniku utent industrijali li kkoopera kiseb profitabbiltà marġinali għal prodotti li jinkorporaw l-etanolamini. Fir-rigward tal-bejgħ instab li l-uniku utent industrijali li kkoopera b’mod sinifikanti żied il-bejgħ tal-esportazzjoni tiegħu għal prodotti li jinkorporaw l-etanolamini filwaqt li l-bejgħ tiegħu fl-Unjoni naqas ftit. It-tendenzi msemmija kienu japplikaw bl-istess mod għal prodotti manifatturati bl-etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti jew li joriġinaw fl-UE. Din is-sitwazzjoni turi li l-fatt li l-eżistenza ta’ miżuri anti-dumping ma kellha l-ebda impatt fuq il-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni tal-kumpanija fir-rigward tal-bejgħ, biex b’hekk tikkonferma li l-kumpanija kienet kapaċi tagħmel suċċess mingħajr l-ebda problemi notevoli fil-bejgħ u l-profitabbiltà tagħha. Ma nstab l-ebda fatt konvinċenti li juri li s-sitwazzjoni msemmija kienet se tinbidel jekk jittawlu l-miżuri anti-dumping.

(105)

Finalment, ma nstabet l-ebda evidenza konvinċenti li tissostanzja l-allegazzjoni li s-suq strett għal utenti industrijali hu attribwibbli b’mod dirett għal nuqqasijiet fil-provvista tal-etanolamini mill-industrija tal-Unjoni.

(106)

Fil-qosor, matul ir-RIP, l-effett tad-dazju anti-dumping fuq l-ispiża tal-produzzjoni tal-utent industrijali li kkoopera tal-prodotti lesti hu pjuttost limitat u t-tħassir tal-miżuri anti-dumping kien se jipprovdi biss allevjazzjoni marġinali. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni ta’ wara r-RIP fir-rigward tal-prezzijiet TEA diġà għandha impatt pożittiv fuq l-istruttura tal-ispejjeż tal-kumpanija. Għaldaqstant, ġie deċiż li kontinwazzjoni tal-miżuri ma kinitx se taffettwa b’mod sinifikanti l-uniku utent industrijali li kkoopera. Meta wieħed iqis il-fatt li l-ebda utent ieħor ma kkoopera mal-investigazzjoni u li l-ebda informazzjoni rilevanti oħra ma ġiet sottomessa minn kwalunkwe parti dwar dan is-suġġett partikolari, ġie konkluż li l-analiżi msemmija għandha tapplika bl-istess mod għall-utenti industrijali kollha li jistgħu jkunu kkonċernati mis-suq tal-etanolamina.

5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(107)

L-investigazzjoni wriet li l-miżuri anti-dumping eżistenti kkontribwixxew għall-irkupru tal-industrija tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni tibbenefika minn kontinwazzjoni tal-miżuri billi żżomm il-livelli kurrenti tal-prezzijiet profitabbli, li jippermettu investiment addizzjonali. Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, dan ikun ta’ periklu għal dan il-proċess tal-irkupru, kif deskritt fid-dettall taħt it-taqsima F hawn fuq. Għaldaqstant, il-kontinwazzjoni tal-miżuri hi fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

(108)

Ma jidhirx li jeżistu importaturi mhux relatati u ma ppreżentawx ruħhom negozjanti/bejjiegħa bl-ingrossa mhux relatati. L-importazzjonijiet kollha li joriġinaw fl-Istati Uniti jsiru permezz ta’ negozjanti relatati, li, waqt li l-miżuri kienu fis-seħħ, instabu li kienu kisbu marġini tal-profitti waqt ir-RIP li huma konformi mar-rati tas-suq normali.

(109)

Barra minn hekk, fil-passat, il-miżuri eżistenti dehru li ma kellhomx effett negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-utenti. Fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni kurrenti, kwalunkwe żieda fil-prezz, jekk ikun hemm, li tirriżulta mill-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping, ma tidhirx li hi sproporzjonata meta mqabbla mal-benefiċċju tal-industrija tal-Unjoni miksub bit-tneħħija tad-distorzjoni tal-kummerċ ikkawżat mill-importazzjonijiet dumped.

(110)

Fir-rigward tal-interess tal-Unjoni, għaldaqstant qed jiġi konkluż li m’hemmx raġunijiet konvinċenti biex ma jibqgħux jiġu imposti l-miżuri anti-dumping preżentament fis-seħħ kontra l-importazzjonijiet tal-etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti.

(111)

Għaldaqstant jitqies li hu xieraq li jinżammu l-miżuri preżenti tal-anti-dumping kontra l-importazzjonijiet tal-etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti.

H.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(112)

Il-partijiet kollha ġew infurmati dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien intiż li jiġi rakkomandat li l-miżuri eżistenti jinżammu. Dawn ingħataw ukoll perjodu li fih kellhom jissottomettu l-kummenti u l-allegazzjonijiet tagħhom wara l-iżvelar. Ir-rappreżentazzjonijiet rilevanti sottomessi ġew analizzati iżda ma wasslux għal tibdil tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien ġie deċiż li jinżammu l-miżuri attwali tal-anti-dumping.

(113)

L-investigazzjoni wriet li kien hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping (inkluża żieda probabbli tal-volum tal-esportazzjonijiet dumped) kif ukoll probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu.

(114)

Anke meta wieħed iqis li wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw ma kienx qed jagħmel dumping u (għaldaqstant) meta wieħed jassumi għall-futur li l-parti tiegħu tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti mhux se jkunu dumped, il-kundizzjonijiet għall-kontinwazzjoni tad-dazju fuq il-bażi ta’ 11(2) xorta jiġu osservati.

(115)

Minn dan isegwi li, kif provdut fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti imposti bir-Regolament (KE) Nru 1583/2006, għandhom jinżammu.

(116)

Qed jiġi meqjus ukoll li l-miżuri għandhom jinżammu għal perjodu addizzjonali ta’ sentejn biss. Dan hu bbażat fuq numru ta’ raġunijiet bħal: l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping dannuż ibbażat fuq il-fatti li (i) id-dumping minn produtturi esportaturi tal-Istati Uniti kompla, minkejja l-miżuri fis-seħħ, u (ii) stennija ta’ importazzjonijiet miżjuda ġewwa l-Unjoni minħabba l-eċċess eżistenti fil-kapaċità tal-produzzjoni ta’ 60 000 tunnellata fl-Istati Uniti u n-nuqqas ta’ domanda domestika korrispondenti li kapaċi tassorbixxi din il-kapaċità eċċessiva fl-Istati Uniti. Barra minn hekk, wieħed mill-produtturi tal-Istati Uniti li ma kkooperawx jinsab preżentament soġġett għall-ogħla dazju anti-dumping u għaldaqstant għandu l-akbar inċentiv li jirritorna lejn is-suq tal-Unjoni jekk jiskadu l-miżuri. Għandu wkoll in-netwerk tad-distribuzzjoni neċessarju għad-dispożizzjoni tiegħu għax ibigħ prodotti kimiċi oħra fis-suq tal-Unjoni u ta indikazzjonijiet li jqis il-KE bħala suq tal-esportazzjoni importanti.

(117)

Barra minn hekk, il-kapaċità eċċessiva fl-Istati Uniti hi mistennija li tgħib gradwalment lejn l-2013 u hemm pjanijiet tal-espansjonijiet tal-kapaċità fl-Unjoni sal-aħħar tal-2010. Il-kunsiderazzjonijiet tal-aħħar, ikkombinati mal-inċertezza tal-impatt tal-kriżi ekonomika dinjija fil-preżent fuq is-suq tal-etanolamina (kemm fuq livell dinji iżda b’mod iżjed importanti fil-livell tal-Unjoni), jimmeritaw il-limitazzjoni taż-żamma tal-miżuri għal sentejn,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv qed jiġi b'dan impost fuq l-importazzjonijiet tal-etanolamini li preżentament għandhom il-kodiċijiet NM ex 2922 11 00 (monoetanolamini) (Kodiċi TARIC 2922110010), ex 2922 12 00 (dijetanolamina) (Kodiċi TARIC 2922120010) u 2922 13 10 (trijetanolamina), li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji hawn taħt għandha tkun din li ġejja:

Kumpanija

Dazju anti-dumping

(EUR għal kull tunnellata)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Dow Chemical

Corporation

2030 Dow Center

Midland, Michigan 48674

USA

59,25

A115

INEOS Americas LLC

7770 Rangeline Road

Theodore, Alabama 36582

USA

69,40

A145

Huntsman Chemical

Corporation

3040 Post Oak Boulevard

PO Box 27707

Houston, Texas 77056

111,25

A116

Il-kumpaniji l-oħra kollha

111,25

A999

3.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

4.   F’każijiet fejn l-oġġetti tkun saritilhom ħsara qabel id-dħul fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u, għaldaqstant, il-prezz li fil-fatt jitħallas jew li jkun pagabbli jitqassam għad-determinazzjoni tal-valur tad-dwana skont l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (22), l-ammont tad-dazju antidumping, ikkalkulat fuq il-bażi tal-ammonti stabbiliti hawn fuq, għandu jitnaqqas b’perċentwal li jikkorrispondi mat-tqassim tal-prezz li fil-fatt tħallas jew li hu pagabbli.

Artikolu 2

Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jkun fis-seħħ għal perjodu ta’ sentejn.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SALGADO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 28, 2.2.1994, p. 40.

(4)  ĠU L 294, 25.10.2006, p. 2.

(5)  ĠU C 71, 18.3.2008, p. 13.

(6)  ĠU C 270, 25.10.2008, p. 26.

(7)  Ħarsa ġenerali lejn is-Suq tal-Ossidu tal-Etilene & tal-Glikol minn PCI Xylenes & Polyesters Ltd (minn hawn ‘il quddiem PCI), edizzjoni ta’ Ottubru tal-2008.

(8)  Gwida Ekonomika għar-Reviżjoni tal-Prodott Kimiku-Etanolamini-SRI Consulting, Jannar 2009, 642.5000 A, p. 14-15.

(9)  PCI, edizzjoni ta’ Jannar tal-2009.

(10)  PCI, edizzjoni ta’ April 2009.

(11)  Pubblikazzjoni Tecnon OrbiChem, is-17 ta’ Marzu 2009.

(12)  Pubblikazzjoni SRI, Jannar 2009.

(13)  Pubblikazzjoni Tecnon OrbiChem, is-17 ta’ Marzu 2009.

(14)  Pubblikazzjoni Tecnon OrbiChem, is-17 ta’ Diċembru 2008.

(15)  PCI, edizzjoni ta’ April 2009.

(16)  Ibbażat fuq id-dejta tal-konsum u l-pjanijiet tal-espansjoni tal-pubblikazzjoni SRI, Jannar tal-2009.

(17)  PCI, edizzjoni ta’ April tal-2009; Pubblikazzjonijiet Tecnon OrbiChem tas-17 ta’ Diċembru 2008 u s-17 ta’ Marzu 2009.

(18)  Edizzjoni PCI ta’ April 2009.

(19)  Pubblikazzjonijiet Tecnon OrbiChem tas-17 ta’ Marzu 2009 u l-14 ta’ Awwissu 2009.

(20)  Pubblikazzjoni Tecnon OrbiChem, is-17 ta’ Marzu 2009.

(21)  Pubblikazzjoni Tecnon OrbiChem tal-14 ta’ Awwissu 2009; pubblikazzjoni ICIS, 15 ta’ April u 19 ta’ April 2009; PCI, edizzjonijiet ta’ Novembru 2008 sa Lulju 2009.

(22)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


22.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 55/2010

tal-21 ta’ Jannar 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merlangu fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [politika komuni tas-sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tal-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2009.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2009.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li s-sajd għal dak l-istokk, kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-ħażna msemmija hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandu jkun ipprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.


ANNESS

Nru

E2/BE/NS/001

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

WHG/2AC4.

Speċi

WHG – Merlangu (Merlangius merlangus)

Żona

L-ilmijiet IV u tal-KE ta' IIa

Data

14 ta’ Novembru 2009


22.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 56/2010

tal-21 ta’ Jannar 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-rebekkin u r-raj fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Olanda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi li jistadu skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) [il-Politika Komuni tas-Sajd], u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2) [il-Politika Komuni tas-Sajd], u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2009.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2009.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li s-sajd għal dak l-istokk, kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-ħażna msemmija hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandu jkun ipprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.


ANNESS

Nru

E2/NL/NS/003

Stat Membru

L-Olanda

Stokk

SRX/2AC4-C

Speċi

Rebekkin u Raj (Rajidae)

Żona

L-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV

Data

14 ta’ Novembru 2009


22.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 57/2010

tal-21 ta’ Jannar 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

64,0

MA

62,1

TN

116,6

TR

96,8

ZZ

84,9

0707 00 05

EG

174,9

JO

101,4

MA

78,1

TR

111,2

ZZ

116,4

0709 90 70

MA

119,2

TR

128,4

ZZ

123,8

0805 10 20

EG

53,1

IL

58,8

MA

52,8

TN

57,1

TR

54,0

ZZ

55,2

0805 20 10

IL

166,5

MA

78,8

ZZ

122,7

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

52,8

EG

74,4

IL

76,0

JM

97,6

MA

93,3

PK

41,0

TR

82,9

ZZ

74,0

0805 50 10

EG

63,3

IL

88,6

TR

74,3

ZZ

75,4

0808 10 80

CA

77,0

CL

60,1

CN

77,3

MK

24,7

US

133,7

ZZ

74,6

0808 20 50

CN

53,6

US

114,9

ZZ

84,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


22.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 58/2010

tal-21 ta’ Jannar 2010

li ma jagħti l-ebda rifużjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi stedina permanenti għall-offerti.

(2)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tingħata l-ebda rifużjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fid-19 ta’ Jannar 2010.

(3)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu ta' tressiq li jintemm fid-19 ta’ Jannar 2010, ma ngħatat l-ebda rifużjoni għall-prodott u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(c) u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.

(3)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.


22.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 59/2010

tal-21 ta’ Jannar 2010

li jiffissa r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u partikolarment l-aħħar inċiż tal-Artikolu 164(2) u l-Artikolu 170 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fil-parti XIX tal-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet fil-Komunità tista' tkun koperta minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali fis-suq tal-laħam tat-tjur, jeħtieġ li jiġu ffissati rifużjonijiet għall-esportazzjoni f'konformità mar-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162 sa 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba fis-sitwazzjoni tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat.

(4)

Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (2), dawk tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3), kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' mmarkar definiti bil-punt A tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jibbenefikaw mir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2).

2.   Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont l-Artikolu 1(1) jeħtiġilhom ikunu jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u partikolarment jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbiliment approvat u jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' mmarkar tal-identifikazzjoni stabbiliti fl-Anness II, is-Sezzjoni I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, kif ukoll dawk definiti fil-punt A tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.


ANNESS

Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-bajd, applikabbli sa mit-22 ta’ Jannar 2010

Kodiċi tal-prodott

Destinazzjoni

Unità tal-kejl

Ammont tar-rifużjonijiet

0407 00 11 9000

A02

EUR/100 biċċa

0,39

0407 00 19 9000

A02

EUR/100 biċċa

0,20

0407 00 30 9000

E09

EUR/100 kg

0,00

E10

EUR/100 kg

20,00

E19

EUR/100 kg

0,00

0408 11 80 9100

A03

EUR/100 kg

84,72

0408 19 81 9100

A03

EUR/100 kg

42,53

0408 19 89 9100

A03

EUR/100 kg

42,53

0408 91 80 9100

A03

EUR/100 kg

53,67

0408 99 80 9100

A03

EUR/100 kg

9,00

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma ddefiniti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Id-destinazzjonijiet l-oħra huma ddefiniti kif ġej:

E09

:

Il-Kuwajt, il-Baħrejn, l-Oman, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Jemen, Ħong Kong, ir-Russja, it-Turkija.

E10

:

Il-Korea t’Isfel, il-Ġappun, il-Malażja, it-Tajlandja, it-Tajwan, il-Filippini.

E19

:

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr l-Iżvizzera, u l-gruppi E09 , E10 .


22.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 60/2010

tal-21 ta’ Jannar 2010

li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l- OKS) (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 164(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li d-differenza bejn il-prezzijiet fin-negozju internazzjonali għall-prodotti li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 1(1)(s) u elenkati fil-Parti XIX tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament u l-prezzijiet fil-Komunità jistgħu jaqgħu taħt rifużjoni fuq l-esportazzjoni fejn dawk l-oġġetti huma esportati fil-forma ta’ oġġetti elenkati fil-Parti V tal-Anness XX ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 ta' Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema tal-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji għat-twaqqif ta’ ammont ta’ tali rifużjonijiet (2), jispeċifika l-prodotti li għalihom rata ta’ rifużjoni għandha tiġi stabbilita u li għandha tiġi applikata meta dawn il-prodotti huma esportati fil-forma ta’ oġġetti mniżżla fil-forma ta’ oġġetti elenkati fil-Parti V tal-Annexss XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Skont l-Artikolu 14(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi inkwistjoni tkun stabbilita għal perjodu ta’ żmien tal-istess tul bħal dawk li għalihom rifużjonijiet huma stabbiliti għall-istess prodotti li huma esportati fi stat mhux ipproċessat.

(4)

L-Artikolu 11 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluża taħt l-Uruguay Round jistipula li r-rifużjoni fuq l-esportazzjoni għal prodott li jinstab f’oġġett ma jistax jaqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr ipproċessar ulterjuri.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati tar-rifużjoni applikabbli għall-prodotti bażiċi mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 fl-Artikolu 1(1)(s) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u esportati fil-forma ta’ oġġetti mniżżla fil-Parti V tal-Anness XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom ikunu stabbiliti kif stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24.


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mit-22 ta’ Jannar 2010 tal-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness ta’ dan it-Trattat

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Destinazzjoni (1)

Rata tar-rifużjoni

0407 00

Bajd ta’ l-għasafar, fil-qoxra, frisk, ippreservat jew imsajjar:

 

 

– Tat-tjur:

 

 

0407 00 30

– – Oħra:

 

 

(a)

Fuq esportazzjoni ta’ ovalbumin tal-kodiċi NM 3502 11 90 u 3502 19 90

02

0,00

03

20,00

04

0,00

(b)

Fuq esportazzjoni ta’ oġġetti oħra

01

0,00

0408

Bajd ta’ l-għasafar, mhux fil-qoxra u l-isfar tal-bajd, friski, imnixxfa, imsajra permezz tal-fwar jew mgħollija fl-ilma, magħmula f’forma, iffriżati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk ikun fihom zokkor miżjud jew sustanza oħra li tagħti ħlewwa u kemm jekk le:

 

 

– L-isfar tal-bajd:

 

 

0408 11

– – Imnixxef:

 

 

ex 0408 11 80

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

84,72

0408 19

– – Oħra:

 

 

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

ex 0408 19 81

– – – – Likwidu:

 

 

Mhux miżjud bi ħlewwa

01

42,53

ex 0408 19 89

– – – – Iffriżat:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

42,53

– Oħra:

 

 

0408 91

– – Imnixxef:

 

 

ex 0408 91 80

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

53,67

0408 99

– – Oħra:

 

 

ex 0408 99 80

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

9,00


(1)  Id-destinazzjonijiet huma dawn li ġejjin:

01

Pajjiżi terzi. Għall-Iżvizzera u l-Lichtenstein dawn ir-rati m’humiex applikabbli għall-prodotti imniżżla fit-tabelli I u II tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972,

02

Il-Kuwajt, il-Baħrejn, l-Oman, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Jemen, it-Turkija, Ħong Kong SAR, u r-Russja,

03

Il-Korea ta’ Isfel, il-Ġappun, il-Malażja, it-Tajlandja, it-Tajwan u l-Filippini,

04

kull destinazzjoni ħlief l-Iżvizzera u dawk ta’ 02 u 03.


22.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 61/2010

tal-21 ta’ Jannar 2010

li ma jalloka l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni għall-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas- 27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi proċedura għal sejħa permanenti għall-offerti.

(2)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tingħata l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fid-19 ta’ Jannar 2010.

(3)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm fid-19 ta’ Jannar 2010, l-ebda rifużjoni tal-esportazzjoni mhi allokata għall-prodotti u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1, punti (a) u (b), u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.

(3)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.


22.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 62/2010

tal-21 ta’ Jannar 2010

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2), l-aħħar subparagrafu, u l-Artikolu 170 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fit-Taqsima XV tal-Anness I tar-Regolament imsemmi u bejn il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni tal-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-laħam taċ-ċanga, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rifużjonijiet tal-esportazzjoni skond ir-regoli u l-kriterji msemmija fl-Artikoli 162 sa 164 u 167 sa 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Skont l-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-ammont tar-rifużjoni jista' jvarja skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba l-qagħda tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti swieq, jew l-obbligi li jitnisslu minn ftehimiet iffirmati skont l-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE.

(4)

Ir-rifużjonijiet għandhom jingħataw biss għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità, u li jkollhom it-timbru sanitarju msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 854/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4).

(5)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2007/1359 tal-21 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali tal-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat tal-laħam dissussat tal-annimali bovini (5), jipprevedu tnaqqis fir-rifużjoni partikulari fil-każ li l-kwantità tal-laħam dissussat għall-esportazzjoni tkun inqas minn 95 % mill-kwantità totali f'piż tal-qatgħat ġejjin mid-dissussar, iżda mingħajr ma tkun inqas minn 85 % mill-istess kwantità.

(6)

Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 993/2009 jitħassar (6) u li jeħodlu postu Regolament ġdid.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonjiet tal-esportazzjoni previsti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif ukoll l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet, huma ddefiniti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, bir-riżerva tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-prodotti li jistgħu jgawdu minn rifużjoni skont il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b'mod partikolari, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tat-timbru sanitarju stipulati fl-Anness I, is-Sezzjoni I, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

Artikolu 2

Fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1359/2007, ir-rata tar-rifużjoni għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tal-prodott 0201 30 00 9100 titnaqqas b'7 EUR/100 kg.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 993/2009 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(5)  ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21.

(6)  ĠU L 278, 23.10.2009, p. 9.


ANNESS

Rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga, applikabbli mit-22 ta’ Jannar 2010

Il-kodiċi tal-prodotti

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjonijiet

0102 10 10 9140

B00

EUR/100 kg ta’ piż ħaj

25,9

0102 10 30 9140

B00

EUR/100 kg ta’ piż ħaj

25,9

0201 10 00 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

36,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

21,5

0201 10 00 9130  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

48,8

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

28,7

0201 20 20 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

48,8

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

28,7

0201 20 30 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

36,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

21,5

0201 20 50 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

61,0

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

35,9

0201 20 50 9130  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

36,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

21,5

0201 30 00 9050

US  (3)

EUR/100 kg ta’ piż nett

6,5

CA  (4)

EUR/100 kg ta’ piż nett

6,5

0201 30 00 9060  (6)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

22,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

7,5

0201 30 00 9100  (2)  (6)

B04

EUR/100 kg ta’ piż nett

84,7

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

49,8

EG

EUR/100 kg ta’ piż nett

103,4

0201 30 00 9120  (2)  (6)

B04

EUR/100 kg ta’ piż nett

50,8

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

29,9

EG

EUR/100 kg ta’ piż nett

62,0

0202 10 00 9100

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

16,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

5,4

0202 20 30 9000

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

16,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

5,4

0202 20 50 9900

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

16,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

5,4

0202 20 90 9100

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

16,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

5,4

0202 30 90 9100

US  (3)

EUR/100 kg ta’ piż nett

6,5

CA  (4)

EUR/100 kg ta’ piż nett

6,5

0202 30 90 9200  (6)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

22,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

7,5

1602 50 31 9125  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

23,3

1602 50 31 9325  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

20,7

1602 50 95 9125  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

23,3

1602 50 95 9325  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

20,7

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1).

Il-kodicijiet alfanumeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19).

Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej:

B00

:

Id-destinazzjonijiet kollha (pajjiżi terzi, territorji oħrajn, provvisti u destinazzjonijiet meqjusa bħala post ta’ esportazzjoni barra mill-Komunità).

B02

:

B04 u destinazzjoni EG .

B03

:

L-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja, il-Kosovo (), il-Montenegro, l-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, ħażniet u provvisti (id-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 33 u 42, u, fejn japplika, fl-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1)).

B04

:

It-Turkija, l-Ukraina, il-Belarus, il-Moldova, ir-Russja, il-Ġeorġja, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Każakstan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan, it-Taġikistan, il-Kirgistan, il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja, il-Libanu, is-Sirja, l-Iraq, l-Iran, l-Iżrael, ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, il-Ġordan, l-Għarabja Sawdita, il-Kuwajt, il-Baħrejn, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Oman, il-Jemen, il-Pakistan, Sri Lanka, il-Mjanmar (Burma), it-Tajlandja, il-Vjetnam, l-Indoneżja, il-Filippini, iċ-Ċina, il-Korea ta’ Fuq, Ħong Kong, is-Sudan, il-Mawritanja, il-Mali, il-Burkina Faso, in-Niġer, iċ-Ċad, il-Kap Verde, is-Senegal, il-Gambja, il-Ginea-Bissaw, il-Ginea, is-Sjerra Leone, il-Liberja, il-Côte d’Ivoire, il-Gana, it-Togo, il-Benin, in-Niġerja, il-Kamerun, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali, il-Ginea Ekwatorjali, Sao Tomè u Prinċipe, il-Gabon, il-Kongo, il-Kongo (ir-Repubblika Demokratika), ir-Rwanda, il-Burundi, Santa Liena u d-dipendenzi tagħha, l-Angola, l-Etjopja, l-Eritrea, Ġibuti, is-Somalja, l-Uganda, it-Tanzanja, is-Seychelles u d-dipendenzi tagħhom, It-Territorju Britanniku ta’ l-Oċean Indjan, il-Możambik, il-Mawrizju, il-Komoros, Mayotte, iż-Żambja, il-Malawi, l-Afrika t’Isfel, il-Lesoto.


(*)  Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  L-inklużjoni f’din is-subintestatura hija soġġetta għall-preżentazzjoni taċ-ċertifikat ta’ prova li jidher fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 433/2007 (ĠU L 104, 21.4.2007, p. 3).

(2)  L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21) u, jekk japplika, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1741/2006 (ĠU L 329, 25.11.2006, p 7).

(3)  Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1643/2006 (ĠU L 308, 8.11.2006, p. 7).

(4)  Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1041/2008 (ĠU L 281, 24.10.2008, p. 3).

(5)  L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1731/2006 (ĠU L 325, 24.11.2006, p. 12).

(6)  Il-kontenut f’dgħif tal-laħam taċ-ċanga għajr ix-xaħam huwa ddeterminat skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2429/86 (ĠU L 210, 1.8.1986, p. 39).

It-terminu “kontenut medju” jirreferi għall-kwantità tal-kampjun kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 765/2002 (ĠU L 117, 4.5.2002, p. 6). Il-kampjun jittieħed mill-parti tal-lott ikkonċernat li tippreżenta l-akbar riskju.


22.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/37


REGOLAMENTTAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 63/2010

tal-21 ta’ Jannar 2010

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u partikolarment l-aħħar inċiż tal-Artikolu 164(2) u l-Artikolu 170 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fil-parti XX tal-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet fil-Komunità tista' tkun koperta minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali fis-suq tal-laħam tat-tjur, jeħtieġ li jiġu ffissati rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni f'konformità mar-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162 sa 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li r-restituzzjonijiet jistgħu jvarjaw skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba fis-sitwazzjoni tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat.

(4)

Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità, u li jkollhom fuqhom il-marka tal-identifikazzjoni pprovduta fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3).

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jibbenefikaw mir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2).

2.   Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont fl-Artikolu 1(1) jeħtiġilhom jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolamenti (KE) Nru 852/204 u (KE) Nru 853/2004, u partikolarment jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbiliment approvat u jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' mmarkar tal-identifikazzjoni stabbiliti fl-Anness II, is-Sezzjoni I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur applikabbli mit-22 ta’ Jannar 2010

Il-kodiċi tal-prodotti

Id-destinazzjoni

L-unità ta’ kejl

L-ammont tar-rifużjonijiet

0105 11 11 9000

A02

EUR/100 pcs

0,24

0105 11 19 9000

A02

EUR/100 pcs

0,24

0105 11 91 9000

A02

EUR/100 pcs

0,24

0105 11 99 9000

A02

EUR/100 pcs

0,24

0105 12 00 9000

A02

EUR/100 pcs

0,47

0105 19 20 9000

A02

EUR/100 pcs

0,47

0207 12 10 9900

V03

EUR/100 kg

40,00

0207 12 90 9190

V03

EUR/100 kg

40,00

0207 12 90 9990

V03

EUR/100 kg

40,00

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma definiti kif ġej:

V03 :

A24 , l-Angola, l-Għarabja Sawdita, il-Kuwajt, il-Baħrejn, il-Qatar, Oman, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Ġordan, il-Jemen, il-Libanu, l-Iraq, l-Iran.


22.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/39


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 64/2010

tal-21 ta’ Jannar 2010

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 170 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fit-taqsima XVII tal-Anness I tar-Regolament imsemmi u bejn il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità tista’ tiġi koperta minn rifużjoni tal-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-laħam tal-majjal, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rifużjonijiet tal-esportazzjoni skond ir-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162 sa 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Skont l-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ir-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjoni, speċjalment fejn il-qagħda attwali tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti swieq, jew l-obbligi li jitnisslu mill-ftehimiet iffirmati skont l-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE hekk jitolbu.

(4)

Ir-rifużjonijiet għandhom jingħataw biss għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità, u li jkollhom it-timbru sanitarju msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 854/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4).

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonjiet tal-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif ukoll l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet, huma speċifikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-prodotti li jistgħu jgawdu minn rifużjoni skont il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tat-timbru sanitarju stipulati fl-Anness I, is-Sezzjoni I, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Id-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.


ANNESS

Rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal, applikabbli mit-22 ta’ Jannar 2010

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

0210 11 31 9110

A00

EUR/100 kg

54,20

0210 11 31 9910

A00

EUR/100 kg

54,20

0210 19 81 9100

A00

EUR/100 kg

54,20

0210 19 81 9300

A00

EUR/100 kg

54,20

1601 00 91 9120

A00

EUR/100 kg

19,50

1601 00 99 9110

A00

EUR/100 kg

15,20

1602 41 10 9110

A00

EUR/100 kg

29,00

1602 41 10 9130

A00

EUR/100 kg

17,10

1602 42 10 9110

A00

EUR/100 kg

22,80

1602 42 10 9130

A00

EUR/100 kg

17,10

1602 49 19 9130

A00

EUR/100 kg

17,10

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje «A » huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.


22.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/41


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 65/2010

tal-21 ta’ Jannar 2010

li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (2), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ppublikati prezzijiet rappreżentattivi.

(3)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li din l-emenda tiġi applikata malajr kemm jista’ jkun.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.

(3)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Jannar 2010 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

“ANNESS I

Kodiċi NM

Deżinjazzjoni tal-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

86,6

1

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

116,5

0

BR

113,8

1

AR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta’ sreidak jew ta' tiġieġ, iffriżati

208,4

28

BR

190,0

35

AR

284,5

5

CL

0207 14 50

Sdieri tat-tiġieġ, iffriżati

201,1

3

BR

0207 14 60

Koxox tat-tiġieġ, iffriżati

98,9

13

BR

94,5

15

AR

0207 25 10

Karkassi tad-dundjani preżentazzjoni 80 %, iffriżati

172,0

0

BR

0207 27 10

Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

241,0

17

BR

291,3

2

CL

0408 11 80

Isfra tal-bajd

341,4

0

AR

0408 91 80

Bajd imnixxef bla qoxra

332,5

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ

227,4

18

BR

162,0

43

AR

3502 11 90

Albumini mnixxfa tal-bajd

594,0

0

AR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”


IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

22.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/43


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Novembru 2009

dwar is-Sena Ewropea tal-Attivitajiet ta’ Volontarjat għall-Promozzjoni taċ-Ċittadinanza Attiva (2011)

(2010/37/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew, (1)

Billi:

(1)

It-Trattat jistabbilixxi ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea (UE), li tikkomplimenta ċ-ċittadinanza nazzjonali tal-Istati Membri rispettivi u hija element importanti fit-tisħiħ u s-salvagwardjar tal-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea.

(2)

L-inkoraġġiment ta’ ċittadinanza attiva huwa element ewlieni fit-tisħiħ tal-koeżjoni u l-iżvilupp tad-demokrazija.

(3)

Is-Sena Ewropea tal-Attivitajiet ta’ Volontarjat għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza attiva ser tikkontribwixxi biex jintwera li l-volontarjat huwa wieħed mid-dimensjonijiet ewlenin ta’ ċittadinanza attiva u ta’ demokrazija, li jpoġġi valuri Ewropej bħas-solidarjetà u n-nondiskriminazzjoni f’azzjoni u bħala tali jikkontribwixxi għall-iżvilupp armonjuż tas-soċjetajiet Ewropej.

(4)

L-attivitajiet ta’ volontarjat huma esperjenza rikka ta’ tagħlim, li tippermetti l-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi soċjali u tikkontribwixxi għas-solidarjetà. L-azzjonijiet imwettqa mill-voluntiera ta’ kull età huma kruċjali għall-iżvilupp tad-demokrazija, waħda mill-prinċipji fundamentali tal-UE. L-attivitajiet ta’ volontarjat għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għall-benesseri tal-individwi u għall-iżvilupp armonjuż tas-soċjetajiet Ewropej.

(5)

B’kont debitu meħud tal-partikolaritajiet tas-sitwazzjoni f’kull Stat Membru u l-forom kollha tal-volontarjat, it-terminu “attivitajiet ta’ volontarjat” jirreferi għal kull xorta ta’ attività ta’ volontarjat, sew jekk formali, non-formali jew informali li persuna twettaq minn rajha, b’għażla jew motivazzjoni tagħha stess, u mingħajr ħsieb ta’ gwadann finanzjarju. Dawn jibbenefikaw lill-voluntier individwali, lill-komunitajiet u lis-soċjetà b’mod ġenerali. Huma wkoll mezz għal individwi u assoċjazzjonijiet biex jindirizzaw il-ħtiġijiet u t-tħassib umani, soċjali, interġenerazzjonali jew ambjentali, u spiss jitwettqu b’appoġġ għal organizzazzjoni bla skop ta’ qligħ jew inizjattiva bbażata fuq il-komunità. L-attivitajiet ta’ volontarjat ma jissostitwixxux opportunitajiet ta’ mpjieg professjonali bi ħlas iżda jżidu valur għas-soċjetà.

(6)

F’soċjetajiet li jinbidlu b’rata mgħaġġla teżisti l-ħtieġa li jiġu żgurati miżuri ta’ appoġġ għall-attivitajiet ta’ volontarjat li jippermettu lil aktar persuni jimpenjaw ruħhom f’attivitajiet ta’ volontarjat. Huwa għalhekk importanti li jiġi appoġġat it-tagħlim bejn il-pari u l-iskambju u l-iżvilupp tal-aħjar prattika fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Komunitarji.

(7)

Il-Konferenza Intergovernattiva tal-1997 adottat id-Dikjarazzjoni 38 dwar attivitajiet ta’ volontarjat, li kienet mehmuża mal-Att Finali tat-Trattat ta’ Amsterdam u tirrikonoxxi l-kontribut importanti magħmul mill-attivitajiet ta’ servizz tal-volontarjat għall-iżvilupp tas-solidarjetà soċjali.

(8)

Fil-Komunikazzjoni tagħha ta’ Ġunju 1997 dwar il-promozzjoni tar-rwol tal-organizzazzjonijiet u fondazzjonijiet tal-volontarjat fl-Ewropa, il-Kummissjoni enfasizzat tliet aspetti tal-organizzazzjonijiet u fondazzjonijiet tal-volontarjat; l-aspett ekonomiku tal-ħolqien tal-impjiegi, l-aspett soċjali ta’ għajnuna għad-definizzjoni ta’ politiki soċjali u permezz ta’ hekk kontribut għall-progress soċjali u l-aspett politiku, it-trawwim tad-demokrazija, taċ-ċittadinanza u tal-parteċipazzjoni ċivika.

(9)

Fir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 u tas-16 ta’ Novembru 2007 u fir-Rakkomandazzjoni tal-20 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill u l-Istati Membri rrikonoxxew l-attivitajiet ta’ volontarjat bħala aspett ċentrali fil-qasam taż-żgħażagħ u qablu dwar objettivi komuni għall-attivitajiet ta’ volontarjat taż-żgħażagħ kif ukoll dwar il-mobbiltà taż-żgħażagħ madwar l-UE.

(10)

Fl-Opinjoni tagħha tat-13 ta’ Diċembru 2006“Attività ta’ Volontarjat: l-irwol tagħha fis-soċjetà Ewropea u l-impatt tagħha” (2), il-Kumitat Ekonimiku u Soċjali Ewropew talab lill-Kummissjoni biex tħabbar Sena tal-Volontarji, u tippubblika White Paper dwar attività ta’ volontarjat u ċittadinanza attiva fl-Ewropa mal-ewwel opportunità li jkollha.

(11)

F’Marzu 2008, il-Parlament Ewropew adotta rapport dwar “Ir-rwol tal-attivitajiet ta’ volontarjat fil-kontribut għall-koeżjoni ekonomika u soċjali” li ħeġġeġ lill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jagħrfu l-valur tal-attivitajiet ta’ volontarjat fil-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u ekonomika.

(12)

F’Lulju 2008 il-Parlament Ewropew adotta Dikjarazzjoni bil-miktub li tappella għal Sena Ewropea tal-Volontarjat fl-2011.

(13)

L-attivitajiet ta’ volontarjat huma fil-mira ta’ diversi programmi u netwerks komunitarji li jiffokaw, inter alia, fuq il-mobbiltà fl-attivitajiet ta’ volontarjat għall-persuni ta’ kull età, bħalma huwa l-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja (3), il-Programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” (4) u s-Servizz ta’ Volontarjat Ewropew tal-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni (5).

(14)

Teżisti firxa kbira ta’ attivitajiet ta’ volontarjat fl-Ewropa kollha li għandha tiġi ppreservata u żviluppata aktar.

(15)

Il-potenzjal tal-attivitajiet ta’ volontarjat għadu ma ntlaħaqx kompletament. Sena Ewropea tal-Attivitajiet ta’ Volontarjat għall-promozzjoni ta’ ċittadinanza attiva ser tipprovdi l-opportunità biex jintwera f’kuntest Ewropew li l-attivitajiet ta’ volontarjat iżidu l-parteċipazzjoni ċivika u jistgħu jgħinu biex jitrawwem sens ta’ appartenenza u ta’ impenn taċ-ċittadini għas-soċjetà tagħhom fil-livelli kollha — lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej.

(16)

Is-Sena tal-Attivitajiet ta’ Volontarjat għall-promozzjoni ta’ ċittadinanza attiva tista’ wkoll tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi bejn is-sessi fis-settur tal-volontarjat, pereżempju fir-rigward tas-setturi u l-attivitajiet fejn in-nisa u l-irġiel jipparteċipaw jew fir-rigward tar-rappreżentanza f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija fil-volontarjat.

(17)

Is-Sena 2011 ser tkun l-għaxar Anniversarju tas-Sena Internazzjonali tal-Volontarjat 2001 tan-Nazzjonijiet Uniti.

(18)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi pakkett finanzjarju, li għandu jikkostitwixxi r-referenza prinċipali għall-awtorità baġitarja fis-sens tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda (6).

(19)

L-objettivi tas-Sena Ewropea proposta ma jistgħux jinkisbu interament fil-livell tal-Istati Membri minħabba l-bżonn ta’ skambju transnazzjonali ta’ informazzjoni u disseminazzjoni tal-aħjar prattika madwar il-Komunità, u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala tal-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-objettivi,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Is-sena 2011 għandha tingħażel bħala is-Sena Ewropea tal-attivitajiet ta’ Volontarjat li tippromwovi ċittadinanza attiva (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “is-Sena Ewropea”).

Artikolu 2

Objettivi

L-iskop globali tas-Sena Ewropea ser ikun li jitħeġġu u jiġu appoġġati notevolment permezz tal-iskambju tal-esperjenza u l-aħjar prattika l-isforzi tal-Komunità, l-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ħolqien tal-kondizzjonijiet għas-soċjetà ċivili li jwasslu għall-volontarjat fl-Unjoni Ewropea (UE) u għaż-żieda tal-viżibbiltà tal-attivitajiet ta’ volontarjat fl-UE.

L-objettivi tas-Sena Ewropea għandhom ikunu biex:

1.

issir ħidma għal ambjent li jiffaċilita l-volontarjat fl-UE sabiex il-volontarjat jiġi stabbilit bħala parti mill-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ċivili u l-attivitajiet interpersonali fil-kuntest tal-UE u fl-indirizzar ta’ ostakoli eżistenti għall-attivitajiet ta’ volontarjat, fejn adatt u meħtieġ;

2.

l-organizzaturi tal-attivitajiet ta’ volontarjat jingħataw is-setgħa biex itejbu l-kwalità tal-attivatijiet ta’ volontarjat sabiex jiġu ffaċilitati l-attivitajiet ta’ volontarjat u tingħata għajnuna lill-organizzaturi biex jimplimentaw attivitajiet ġodda ta’ volontarjat u biex iħeġġu n-netwerking, il-mobbiltà, il-kooperazzjoni u s-sinerġiji fis-soċjetà ċivili u setturi oħrajn fil-kuntest tal-UE;

3.

ikunu rikonoxxuti l-attivitajiet ta’ volontarjat sabiex jitħeġġu inċentivi adatti għall-individwi, il-kumpanniji u l-organizzazzjonijiet tal-iżvilupp tal-volontarjat u biex jinkiseb għarfien għall-volontarjat fil-livell tal-UE u fl-Istati Membri minn min ifassal il-politika, mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, mill-istituzzjonijiet pubbliċi, mis-settur tal-edukazzjoni formali u nonformali u minn min iħaddem għal ħiliet u kompetenzi żviluppati permezz tal-volontarjat;

4.

tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-valur u l-importanza tal-volontarjat sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza tal-volontarjat bħala espressjoni tal-parteċipazzjoni ċivika li tikkontribwixxi għal kwistjonijiet li huma ta’ tħassib komuni għall-Istati Membri kollha, bħall-iżvilupp armonjuż tas-soċjetà u l-koeżjoni soċjali.

Artikolu 3

Inizjattivi involuti

1.   Il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2 jistgħu jinkludu l-inizjattivi li ġejjin organizzati f’livell Komunitarju, nazzjonali, reġjonali jew lokali marbuta mal-objettivi tas-Sena Ewropea:

(a)

skambju ta’ esperjenza u l-aħjar prattika;

(b)

twettiq ta’ studji u riċerka kif ukoll id-disseminazzjoni tar-riżultati tagħhom;

(ċ)

konferenzi u avvenimenti biex jiġi promoss id-dibattitu u n-nies isiru konxji tal-importanza u l-valur tal-attivitajiet ta’ volontarjat li jistimolaw l-impenn taċ-ċittadini u biex jiċċelebraw l-isforzi tal-voluntiera u l-organizzazzjonijiet tagħhom;

(d)

inizjattivi konkreti fl-Istati Membri immirati lejn il-promossjoni tal-objettivi tas-Sena Ewropea; mill-anqas 25 % tal-baġit totali tas-sena jiġi użat għal dan il-għan;

(e)

informazzjoni u kampanji ta’ promozzjoni biex jiġu disseminati l-messaġġi ewlenin.

Id-dettalji atl-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu huma stabbiliti fl-Anness.

2.   Finanzjament Komunitarju għal proġetti jista’ jingħata esklussivament permezz ta’ programmi Komunitarji eżistenti.

Artikolu 4

Kooperazzjoni mal-Istati Membri

Sat-28 ta’ Frar 2010 kull Stat Membru għandu jinnomina korp responsabbli mill-organizzazzjoni tal-parteċipazzjoni tiegħu fis-Sena Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-korp nazzjonali ta’ koordinazzjoni”) u għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dik in-nomina.

Fit-twettiq tal-azzjonijiet tiegħu, b’mod partikolari fit-tfassil tal-programm nazzjonali, il-korp nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jikkonsulta mill-qrib u jikkoopera ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u fejn adatt l-aġenziji nazzjonali jew il-punti ta’ kuntatt ta’ programmi Komunitarji rilevanti.

Il-programm nazzjonali u l-prijoritajiet tas-Sena Ewropea għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-objettivi elenkati fl-Artikolu 2 u d-dettalji tal-miżuri stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 5

Koordinazzjoni fil-livell Komunitarju u implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat tal-korpi nazzjonali ta’ koordinazzjoni biex tikkoordina l-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea u biex isir skambju tal-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali.

Il-Kummissjoni għandha wkoll torganizza laqgħat ta’ rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet jew korpi Ewropej attivi fil-qasam tal-volontarjat u partijiet interessati biex jassistu lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea fil-Livell Komunitarju.

Il-Kummissjoni għandha timplimenta s-Sena Ewropea fil-livell Komunitarju.

L-Istati Membri, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jiġu assoċjati fl-attivitajiet.

Artikolu 6

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.   Il-miżuri li huma min-natura tagħhom mifruxa mal-Komunità kollha, imsemmija fil-Parti A tal-Anness, għandhom iwasslu għal sejħa għall-offerti jew għal għotjiet iffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

2.   Il-miżuri li huma min-natura tagħhom mifruxa mal-Komunità kollha, imsemmija fil-Parti B tal-Anness jistgħu jiġu ko-finanzjati mill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

3.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel għotja lil kull korp nazzjonali ta’ koordinazzjoni skont il-proċedura stabbilita fil-Parti C tal-Anness.

Artikolu 7

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 għandu jkun ta’ EUR 8 000 000.

2.   L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

Artikolu 8

Kooperazzjoni internazzjonali

Għall-finijiet tas-Sena Ewropea, il-Kummissjoni tista’ tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, b’mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tal-Ewropa, filwaqt li tiżgura l-viżibilità tal-parteċipazzjoni tal-UE.

Artikolu 9

Konsistenza u l-kumplimentarjetà

Il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri għandha tiżgura li l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jkunu konsistenti ma’ skemi u inizjattivi Komunitarji, nazzjonali, u reġjonali oħrajn li jgħinu biex jinkisbu l-objettivi tas-Sena Ewropea.

Artikolu 10

Ħarsien tal-interessi finanzjarji Komunitarji

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta l-azzjonijiet iffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni jkunu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Komunità jkunu protetti bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u bl-irkupru tal-ammonti mħallsa meta mhux dovuti u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, permezz ta’ pieni effettivi, proporzjonali u disważivi, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (7), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (8), u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (9).

2.   Fir-rigward tal-azzjonijiet Komunitarji li jkunu ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni, il- (10) kunċett ta’ irregolarità msemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandu jfisser kwalunkwe ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja jew kwalunkwe ksur ta’ obbligu kuntrattwali naxxenti minn att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku, li jkollu, jew jista’ jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali tal-Komunitajiet jew il-baġits amministrati minnhom, minħabba punt ta’ nefqa mhux iġġustifikat.

3.   Il-Kummissjoni għandha tnaqqas, tissospendi jew tirkupra l-ammont ta’ assistenza finanzjarja mogħtija għal azzjoni jekk hi ssib xi irregolaritajiet, b’mod partikolari nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni jew id-deċiżjoni individwali jew il-kuntratt li jagħti l-appoġġ finanzjarju rilevanti, jew fl-eventwalita’ li, mingħajr ma tkun intalbet l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, l-azzjoni kienet soġġetta għal tibdil sinifikanti li jikkonfliġġi man-natura tagħha jew mal-kondizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tagħha.

4.   Jekk l-iskadenzi ma jkunux ġew osservati jew jekk parti biss mill-assistenza finanzjarja allokata tkun ġustifikata mill-progress li jkun sar bl-implimentazzjoni ta’ azzjoni, il-Kummissjoni għandha titlob lill-benefiċjarju jippreżenta osservazzjonijiet f’perijodu speċifikat. Jekk il-benefiċjarju ma jagħtix tweġiba sodisfaċenti, il-Kummissjoni tista’ tikkanċella l-assistenza finanzjarja rimanenti u titlob il-ħlas lura tal-ammonti diġà mħallsa.

5.   Kwalunkwe ammont li ma kellux jitħallas ikollu jintradd lill-Kummissjoni. Għandu jiżdied l-imgħax ma’ kwalunkwe ammont li ma jitħallasx lura fi żmien debitu skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 11

Monitoraġġ u evalwazzjoni

Sal-31 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-valutazzjoni ġenerali tal-inizjattivi previsti f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

L. ADELSOHN LILJEROTH


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2009 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 325, 30.12.2006, p. 46.

(3)  Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45).

(4)  Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-programm Europe for Citizens għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 32).

(5)  Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perijodu 2007-2013 (ĠU L 327, 24.11.2006, p. 30).

(6)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(7)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(8)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(9)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(10)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.


ANNESS

Dettalji tal-miżuri msemmija fl-artikolu 3

Bħala prinċipju ta’ gwida, l-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea ser tibni fuq l-appartenenza, il-mobilizzazzjoni fuq skala kbira u l-involviment attiv tas-soċjetà ċivili u partijiet interessati oħra. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni ser titwettaq permezz tal-miżuri li ġejjin:

A.   INIZJATTIVI DIRETTI TAL-KOMUNITÀ

Il-finanzjament ġeneralment ser jieħu l-forma ta’ akkwist dirett tal-prodotti u s-servizzi skont il-kuntratti oqfsa attwali. Tista’ ukoll tieħu l-forma ta’ għotjiet.

1.   Kampanji ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li jinkludu:

avvenimenti u forums b’viżibilità għolja għall-iskambju ta’ esperjenzi u l-aħjar prattika;

kompetizzjonijiet bi premjijiet jew mingħajr;

kooperazzjoni mas-settur privat, ix-xandara u l-mezzi tax-xandir l-oħra bħala msieħba għad-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar attivitajiet volontarji u s-Sena Ewropea;

il-produzzjoni ta’ materjal jew għodda għall-mezzi tax-xandir disponibbli madwar l-UE biex jiġi stimulat l-interess pubbliku;

miżuri biex jiġu pubbliċizzati r-riżultati u jikber il-profil tal-programmi, l-iskemi u l-inizjattivi Komunitarji li jikkontribwixxu għall-objettivi tas-Sena Ewropea;

l-istabbiliment ta’ websajt informattiv fuq is-sit tal-Ewropa, inkluż portal għal min jippromwovi l-proġetti dwar il-volontarjat, biex jiggwidahom fid-diversi programmi u inizjattivi Komunitarji.

2.   Inizjattivi oħrajn:

stħarriġ u studji fil-livell Komunitarju biex isiru valutazzjoni u rappurtar dwar it-tħejjija, l-effettività, l-impatt u l-monitoraġġ fit-tul tas-Sena Ewropea.

B.   KO-FINANZJAMENT TA’ INIZJATTIVI TAL-KOMUNITÀ

Avvenimenti b’viżibbiltà kbira fuq skala Ewropea li għandhom l-għan li jagħmlu n-nies konxji dwar l-objettivi tas-Sena Ewropea, possibbilment organizzati f’kooperazzjoni mal-Presidenzi fil-kariga matul l-2011, jistgħu jirċievu għotja Komunitarja li ma taqbiżx it-80 % tal-ispiża totali eliġibbli.

C.   KO-FINANZJAMENT TA’ INIZJATTIVI NAZZJONALI

Kull korp nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jippreżenta applikazzjoni waħda għall-finanzjament Komunitarju. Dik l-applikazzjoni għall-għotja għandha tiddeskrivi l-programm ta’ ħidma tal-korp nazzjonali ta’ koordinazzjoni jew l-azzjoni li għandha tiġi finanzjata u tkun promossa s-Sena Ewropea. L-applikazzjoni għall-għotja għandha tkun akkumpanjata minn baġit dettaljat li jistipula l-ispejjeż totali tal-inizjattivi/il-programm ta’ ħidma proposti u l-ammont u s-sors ta’ kofinanzjament. L-għotja tal-Komunità tista’ tkopri sa 80 % tal- spiża totali eliġibbli.

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-ammonti indikattivi disponibbli għal għotjiet lil kull korp nazzjonali ta’ koordinazzjoni u l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet. Il-kriterji għandhom iqisu l-popolazzjoni, l-ispiża tal-għajxien u ammont fiss għal kull Stat Membru biex ikun garantit livell minimu ta’ attivitajiet.

L-ammonti finali mogħtija għandhom jiġu determinati fuq il-bażi tal-appilkazzjonijiet individwali tal-għotjiet imressqa mill-korp nazzjonali ta’ koordinazzjoni. Il-kofinanzjament Komunitarju massimu huwa stabbilit għal 80 % tal-ispiża totali eliġibbli.

Il-programmi ta’ ħidma/l-azzjonijiet jistgħu jinkludu:

laqgħat u avvenimenti marbuta mal-objettivi tas-Sena Ewropea, inklużi avvenimenti nazzjonali għal-varar u l-promozzjoni tas-Sena Ewropea, biex joħolqu effett katalista u jipprovdu spazji miftuħa għal dibattitu dwar inizjattivi konkreti;

konferenzi u seminars fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali li jippermettu tagħlim reċiproku u l-iskambju tal-aħjar prattika;

informazzjoni, attivitajiet ta’ riċerka u studji relatati, kampanji edukattivi u promozzjonali fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluża l-organizzazzjoni ta’ premjijiet u kompetizzjonijiet;

kooperazzjoni mal-mezzi tax-xandir.

D.   INIZJATTIVI LI MA JIBBENEFIKAW MINN EBDA ASSISTENZA FINANZJARJA KOMUNITARJA

Il-Komunità ser tagħti appoġġ mhux finanzjarju, inkluża l-awtorizzazzjoni bil-miktub għall-użu tal-logo, meta dan ikun lest, u materjali oħra assoċjati mas-Sena Ewropea, għal inizjattivi mwettqa minn organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati, sakemm dawn jagħtu garanzija lill-Kummissjoni li l-inizjattivi kkonċernati jitwettqu jew ser jitwettqu matul is-sena 2011 u huma probabbli li jagħmlu kontribut sinifikanti għall-kisba tal-objettivi tas-Sena Ewropea.


22.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Ottubru 2008

dwar l-Għajnuna mill-Istat 20/08 (ex N 62/08) li l-Italja qed tippjana li timplimenta permezz ta’ modifikazzjoni fl-iskema tal-għajnuna N 59/04 dwar mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini tal-bastimenti

(notifikata bid-dokument numru C(2008) 6015)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/38/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet ikkonċernati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet iċċitati aktar 'il fuq (1),

Billi:

I.   IL-PROĊEDURA

(1)

B’ittra tal-1 ta’ Frar 2008, irreġistrata mal-Kummissjoni dakinhar stess, l-Italja nnotifikat lill-Kummissjoni l-għajnuna C 20/08 (ex N 62/08). B’ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fit-18 ta’ Marzu 2008, l-Italja pprovdiet aktar informazzjoni lill-Kummissjoni.

(2)

B’ittra tat-30 ta’ April 2008, il-Kummissjoni informat lill-Italja bid-deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għall-proċedura skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE rigward l-għajnuna inkwistjoni. Din id-deċiżjoni ġiet innotifikata lill-Italja fis-7 ta’ Mejju 2008.

(3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti bidu għall-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet ikkonċernati biex iressqu l-kummenti tagħhom rigward il-miżura tal-għajnuna inkwistjoni.

(4)

Permezz ta’ e-Mail tal-4 ta’ Ġunju 2008, irreġistrata mal-Kummissjoni dakinhar stess (jiġifieri fil-perjodu ta’ żmien biex jintbagħtu l-kummenti min-naħa tal-Italja li kien iffissat fid-deċiżjoni li tat bidu għall-proċedura), l-Italja talbet li l-imsemmi perjodu ta’ żmien jiġi estiż b’xahar. B’ittra tad-9 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni estendiet il-perjodu ta’ żmien sas-7 ta’ Lulju 2008. Fl-aħħarnett, l-Italja bagħtet il-kummenti tagħha b’ittra tas-7 ta’ Lulju 2008, li kienet irreġistrata mal-Kummissjoni dakinhar stess (jiġifieri fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ żmien estiż).

(5)

B’ittra tat-12 ta’ Settembru 2008, li kienet irreġistrata mal-Kummissjoni fis-17 ta’ Settembru 2008, waslu kummenti min-naħa tal-Cantiere Navale De Poli S.p.A. (minn hawn 'il quddiem: “De Poli”), li sostna li huwa parti kkonċernata. De Poli huwa tarzna Taljana u jinsab f’Venezia-Pellestrina. Skont l-informazzjoni pprovduta fin-notifika, dan huwa wieħed miż-żewġ tarznari li potenzjalment jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna mill-Istat skont l-iskema msemmija aktar ‘il quddiem fil-punt 6, sakemm l-għajnuna nnotifikata tkun awtorizzata. Madankollu, il-perjodu ta’ żmien li fih il-partijiet ikkonċernati setgħu jressqu l-kummenti tagħhom kien skada xahar wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-deċiżjoni li jingħata bidu għall-proċedura skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE, jiġifieri fis-7 ta’ Lulju 2008. Il-kummenti ta’ De Poli tressqu wara li kien skada dak il-perjodu. F’dan ir-rigward, De Poli qed isostni li sar jaf tard bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tat bidu għall-proċeduri u bil-kummenti li għamlet l-Italja f’dan ir-rigward.

(6)

Skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet ikkonċernati biex iressqu l-kummenti tagħhom. Madankollu, dan ma jobbligax lill-Kummissjoni li tinforma individwalment lil kull parti kkonċernata, imma li tipprovdi sabiex il-persuni potenzjalment ikkonċernati kollha jkollhom il-possibbiltà li jressqu l-kummenti tagħhom. Il-pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali huwa metodu adegwat biex il-partijiet ikkonċernati kollha jiġu informati li qed jingħata bidu għal proċedura (3). Konsegwentement, għandu jitqies li l-Cantiere De Poli ġie informat b’mod xieraq bid-deċiżjoni li jingħata bidu għall-proċedura u bil-perjodu ta’ żmien stabbilit biex jitressqu l-kummenti permezz tal-pubblikazzjoni msemmija. Minkejja dan, De Poli ma rrispettax il-perjodu ta’ żmien stabbilit biex jitressqu l-kummenti pprovdut mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (4) (minn hawn ’il quddiem: ir-“Regolament ta’ proċedura”). Il-Kummissjoni tosserva li De Poli ma talabx estensjoni għall-perjodu ta’ żmien stabbilit biex iressaq il-kummenti tiegħu, u lanqas ma ta xi raġuni partikolari għaliex il-kummenti tiegħu kellhom jitqiesu, minkejja li tressqu wara li skada l-perjodu ta’ żmien. Għaldaqstant, il-Kummissjoni mhux se tqis il-kummenti ta’ De Poli li waslu tard.

II.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA

(7)

Permezz tal-ittra C(2004)1807 finali tad-19 ta’ Mejju 2004, il-Kummissjoni kienet iddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet rigward skema Taljana ta’ għajnuna mill-Istat dwar il-mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini tal-bastimenti (5) (minn hawn ‘il quddiem: l-“iskema”). Il-Kummissjoni kienet qieset l-iskema bħala kompatibbli mas-suq komuni peress li kienet konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1177/2002 tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jikkonċerna mekkaniżmu difensiv temporanju għall-bini ta’ bastimenti (6), emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 502/2004 (7) (minn hawn ‘il quddiem: ir-“Regolament MDT”).

(8)

L-imsemmija skema, hekk kif ġiet innotifikata lill-Kummissjoni u hekk kif ġiet approvata minnha, kellha baġit ta’ EUR 10 miljuni.

(9)

L-Italja nnotifikat lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħha li talloka EUR 10 miljuni oħra għall-baġit tal-iskema.

III.   DESKRIZZJONI TAR-RAĠUNIJIET LI WASSLU BIEX JINGĦATA BIDU GĦALL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI

(10)

Il-Kummissjoni tat bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE għaliex kellha xi dubji dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna nnotifikata mas-suq komuni, għar-raġunijiet li ġejjin.

(11)

Il-Kummissjoni, filwaqt li qieset l-Artikolu 1(c) tar-Regolament ta’ proċedura u l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (8) (minn hawn ‘il quddiem: ir-“Regolament ta’ implimentazzjoni”) qieset li ż-żieda nnotifikata tal-baġit kienet tikkostitwixxi modifika fl-iskema u għalhekk għajnuna ġdida li kellha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE. Il-Kummissjoni qieset ukoll li l-kompatibbiltà tal-għajnuna nnotifikata mas-suq komuni kellha tiġi vvalutata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet attwalment fis-seħħ. Ir-Regolament MDT skada fil-31 ta’ Marzu 2005 u għaldaqstant ma jikkostitwix bażi legali għall-approvazzjoni tal-għajnuna.

(12)

Il-Kummissjoni osservat ukoll li ma jidhirx li l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq komuni fuq il-bażi ta’ dispożizzjoni oħra fost dawk applikabbli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat.

IV.   IL-KUMMENTI TAL-AWTORITAJIET TALJANI

(13)

L-Italja kkontestat id-dubji tal-Kummissjoni u għamlet il-kummenti li ġejjin.

(14)

L-ewwel nett, l-Italja qed tikkontesta l-pożizzjoni li ħadet il-Kummissjoni, jiġifieri li l-miżura nnotifikata hija għajnuna ġdida. L-Italja qed issostni li, skont interpretazzjoni korretta tal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni, id-definizzjoni ta’ għajnuna ġdida għandha tkun riservata għaż-żidiet fil-baġit ta’ skemi ta’ għajnuna awtorizzati, akkumpanjati minn ftuħ mill-ġdid tat-termini ta’ aċċess tal-intrapriżi għall-benefiċċji relatati, b’tgħawwiġ konsegwenti tal-kompetizzjoni. L-Italja qed issostni li jidher biċ-ċar li f’dan il-każ din iċ-ċirkostanza mhix preżenti, peress li dan il-każ jikkonċerna t-tlestija ta’ inizjattivi li għalihom ġiet ippreżentata talba formali skont ir-Regolament MDT. F’dan ir-rigward, l-Italja qed issostni wkoll li l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni huwa dispożizzjoni proċedurali li jistabbilixxi l-metodi ta’ notifika ta’ bidliet partikolari f’għajnuna eżistenti, mingħajr ma jinterferixxi fid-deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà u għalhekk il-Kummissjoni ma tistax tinvoka l-Artikolu 4 biex tagħti deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà jew in-nuqqas ta’ kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat proposta.

(15)

L-Italja qed tagħmel ukoll xi kummenti dwar il-pożizzjoni li ħadet il-Kummissjoni, jiġifieri li r-Regolament MDT ma jikkostitwix bażi legali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna nnotifikata. L-ewwel nett, l-Italja qed issostni li dan l-argument mhux koerenti mal-pożizzjoni li ġiet adottat fir-Regolament MDT, li, minkejja li kien fis-seħħ biss sal-31 ta’ Marzu 2004 (perjodu ta’ żmien li sussegwentement ġie estiż sal-31 ta’ Marzu 2005), madankollu kellu bħala bażi legali r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1540/98 tad-29 ta’ Ġunju 1998 li jistabbilixxi regoli ġodda għall-bini tal-bastimenti (9) (minn hawn ‘il quddiem: ir-“Regolament dwar il-bini tal-bastimenti”), li l-applikazzjoni tiegħu kellha tintemma diġà fil-31 ta’ Diċembru 2003.

(16)

Barra minn hekk, l-Italja ma tistax tifhem għal-liema raġuni r-Regolament MDT ma jistax jiġġustifika l-aġġornament tal-allokazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna, li tikkostitwixxi sempliċi operazzjoni finanzjarja li għandha l-għan li tqiegħed fuq livell ta’ trattament ugwali mat-tarznari li diġà bbenefikaw mill-iskema lit-tarznari li ressqu talba skont it-termini tar-Regolament MDT u għadhom ma bbenefikawx mill-għajnuna minħabba n-nuqqas magħruf ta’ allokazzjonijiet (il-prinċipju ġenerali ta’ trattament ugwali). L-Italja qed issostni li l-attwalizzazzjoni (il-proċedura finanzjarja li tippermetti li jiġi stabbilit illum il-valur attwali ta’ kapital li jkollu skadenza naturali f’data futura) f’termini ta’ riżorsi tal-interventi pubbliċi li għandhom l-għan li jikkorreġu l-effetti taż-żmien jew tal-previżjonijiet tal-infiq li rriżulta li kienu insuffiċjenti, minkejja ż-żieda fl-ammont tas-sussidju inizjali, ma tikkostitwix għajnuna ġdida jew hija kompatibbli fl-ambitu tal-bażi legali li kienet tiġġustifika l-għajnuna oriġinali. Fi ftit kliem, l-Italja temmen li din hija kwistjoni li tikkonċerna r-regolarizzazzjoni tas-sitwazzjonijiet pendenti li għandhom x’jaqsmu ma’ talbiet għal għajnuna li jikkonċernaw kuntratti li ġew konklużi qabel il-31 ta’ Marzu 2005, mingħajr ma dan jista’ jitqies bħala estensjoni tal-iskema, estensjoni tal-isfera suġġettiva jew bidla fl-istruttura fundamentali. Biex issostni l-pożizzjoni li ħadet, l-Italja qed tinvoka l-prinċipji ġenerali tat-trattament ugwali, tal-ħtieġa li titqies b’mod xieraq l-aspettattiva leġittima tal-benefiċjarji kif ukoll il-każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-sentenzi mogħtija fil-kawżi 223/85 (10) u C-364/90 (11)).

(17)

Fl-aħħarnett, l-Italja qed issostni li l-għajnuna nnotifikata ma tmurx kontra deċiżjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) li tqis li r-Regolament MDT mhux konformi mar-regoli tad-WTO.

V.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

Definizzjoni ta’ għajnuna mill-Istat

(18)

Peress li l-miżura għandha natura purament finanzjarja, il-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni għandha tkun ivvaluta b’referenza għall-miżuri li biħsiebha tiffinanzja, jiġifieri l-għoti ta’ għajnuna fl-ambitu tal-iskema. Għar-raġunijiet imsemmija fl-ittra tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Mejju 2004, l-iskema tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE.

Għajnuna ġdida

(19)

Skont l-Artikolu 1(c) tar-Regolament ta’ proċedura u skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni, iż-żidiet fil-baġit għal skema ta’ għajnuna awtorizzata jikkostitwixxu għajnuna ġdida, jekk jaqbżu l-20 % tal-baġit oriġinali. F’dan il-każ, iż-żieda nnotifika hija ta’ 100 % tal-baġit oriġinali u konsegwentement għandha tiġi vvalutata bħala għajnuna ġdida fit-tifsira tal-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE.

(20)

L-oġġezzjonijiet imqajma mill-Italja f’dan ir-rigward ma jbiddlux il-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

(21)

Il-Kummissjoni tosserva li, b’relazzjoni għall-kunċett ta’ għajnuna ġdida, suġġett għall-obbligu ta’ notifika fit-tifsira tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni tapplika d-definizzjonijiet inklużi fl-Artikolu 1(c) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. L-Artikolu 1(c) ta’ dan ir-Regolament jiddefinixxi bħala għajnuna ġdida, fost l-oħrajn, “tibdil lill-għajnuna eżistenti”.

(22)

L-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni jkompli jispjega li “alterazzjoni għal għajnuna eżistenti tfisser xi bidla, minbarra modifikazzjonijiet ta’ natura purament formali jew amministrattiva li ma jistgħux jeffettwaw l-evalwazzjoni tal-kompatibilità tal-miżura tal-għajnuna mas-suq komuni”, inklużi ż-żidiet li jaqbżu l-20 % tal-baġit għal skema ta’ għajnuna awtorizzata. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni ma jikkostitwix il-bażi legali biex tiġi vvalutata l-kompatibbiltà tal-għajnuna l-ġdida, u l-Kummissjoni, bil-kontra ta’ dak li ssuġġeriet l-Italja (ara l-punt 13), lanqas ma bbażat ruħha fuq dan l-Artikolu għal dak il-għan; min-naħa l-oħra, dan l-Artikolu jiċċara kif il-Kummissjoni tapplika l-Artikolu 1(c) tar-Regolament ta’ proċedura rigward il-kunċett ta’ “għajnuna ġdida”. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li t-teżi tal-Italja, jiġifieri li l-miżura hija sempliċi attwalizzazzjoni tal-ispejjeż li kienu jkunu inadegwati mingħajr bidliet suffiċjenti fl-istruttura fundamentali tal-iskema, ma tneħħi xejn mill-fatt li din iż-żieda fil-baġit tiġi ddefinita bħala bidla fl-għajnuna eżistenti u għalhekk hija għajnuna ġdida, fit-tifsira tal-Artikolu 1(c) tar-Regolament ta’ proċedura u tal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni.

(23)

Bl-istess mod, il-Kummissjoni lanqas ma tista’ taċċetta t-teżi tal-Italja, jiġifieri li fuq il-bażi ta’ interpretazzjoni korretta tal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni, id-definizzjoni ta’ għajnuna ġdida għandha tkun riservata għaż-żidiet fil-volum tal-allokazzjoni tal-iskemi ta’ għajnuna awtorizzati, jekk ikunu akkumpanjati minn ftuħ mill-ġdid tat-termini ta’ aċċess tal-intrapriżi għall-benefiċċji relatati, b’tgħawwiġ konsegwenti tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni tosserva li ż-żidiet fil-baġit ta’ skema awtorizzata (b’differenza għal żidiet marġinali ta’ inqas minn 20 %) inevitabbilment ikollhom impatt fuq il-kompetizzjoni, peress li jippermettu li l-Istat Membri jagħti għajnuna akbar minn dik li kienet approvata oriġinarjament. Din il-bidla fl-effetti tal-iskema fuq il-kompetizzjoni wasslet lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni ġdida tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni. Jirriżulta li żieda fil-baġit bl-ammont innotifikat mill-Italja ma tistax titqies bħala ta’ natura purament formali jew amministrattiva jew tali li ma jkollhiex impatt fuq il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni.

(24)

Konsegwentement, fuq il-bażi ta’ dak li ngħad aktar ‘il fuq, il-Kummissjoni tikkonferma li l-miżura nnotifikata għandha tiġi vvalutata bħala għajnuna ġdida fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

Ir-Regolament MDT m’għadux jikkostitwixxi bażi legali valida

(25)

Rigward l-ewwel kumment tal-Italja f’dan ir-rigward, l-ewwel nett il-Kummissjoni tenfasizza li l-bażi legali għall-adozzjoni tar-Regolament MDT ma kinitx ir-Regolament dwar il-bini tal-bastimenti imma t-Trattat tal-KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 87(3)(e), l-Artikolu 93 u l-Artikolu 133. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tara l-ebda nuqqas ta’ koerenza bejn il-pożizzjoni li ħadet f’dan il-każ u l-fatt li parti mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament MDT jirreferu għar-Regolament dwar il-bini tal-bastimenti. Din kienet sempliċement kwistjoni ta’ teknika leġiżlattiva fejn, biex jiġu evitati ripetizzjonijiet, ir-Regolament MDT ma rripetix ċerti definizzjonijiet jew dispożizzjonijiet diġà inklużi fir-Regolament dwar il-bini tal-bastimenti, imma inkorpora sempliċement is-sustanza tagħhom permezz ta’ referenza. Konsegwentement, l-applikazzjoni tar-Regolament MDT fuq dawn il-punti ma kinitx tiddependi mill-validità mhux interrotta tar-Regolament dwar il-bini tal-bastimenti, imma minflok ħolqot dispożizzjonijiet ġodda u awtonomi fir-Regolament MDT, essenzjalment simili għad-dispożizzjonijiet inklużi fir-Regolament dwar il-bini tal-bastimenti li kienu jirreferu għalih. Dan bl-ebda mod ma jikkontradixxi l-pożizzjoni li ħadet il-Kummissjoni f’dan il-każ, jiġifieri li att tal-istituzzjonijiet Komunitarji, meta jiġi adottat, għandu jkun imsejjes fuq bażi legali valida.

(26)

Kif issemma fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2008 dwar il-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, ir-Regolament MDT m’għadux fis-seħħ u għalhekk ma jistax jagħmilha aktar ta’ bażi legali għall-valutazzjoni tal-għajnuna l-ġdida. Għar-raġunijiet li ssemmew fid-Deċiżjoni biex jingħata bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali (punti 9 u 10), l-għajnuna nnotifikata mhix kompatibbli mas-suq komuni skont il-leġiżlazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-bini tal-bastimenti (12), u lanqas ma jidher li hija kompatibbli mas-suq komuni fuq il-bażi ta’ kwalunkwe dispożizzjoni applikabbli ieħor fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-Italja ma ssuġġeriet l-ebda bażi legali alternattiva għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna, imma sostniet li mhix “għajnuna ġdida”, teżi, li kif diġà ġie spjegat fil-punti 18-22, il-Kummissjoni ma tistax taċċettaha.

(27)

Bl-istess mod, il-Kummissjoni lanqas ma tista’ tilqa’ l-argumenti mressqa mill-Italja dwar il-prinċipji legali ġenerali tal-aspettattiva leġittima u tat-trattament ugwali.

(28)

L-Italja qed issostni li l-bennejja tal-bastiment li ressqu talba għall-għajnuna skont l-iskema meta kien għadu fis-seħħ ir-Regolament MDT u li rrispettaw it-termini biex jibbenefikaw minn tali għajnuna, imma ma rnexxilhomx jiksbuha minħabba nuqqas ta’ fondi fil-baġit, għandhom aspettattiva leġittima li jirċievu l-għajnuna u barra minn hekk qed issostni li fuq il-bażi tal-prinċipju ġenerali tal-protezzjoni tal-aspettattiva leġittima (kif ukoll għal raġunjiet ta’ trattament ugwali ma’ dawk il-bennejja tal-bastimenti li tabilħaqq ingħataw l-għajnuna mill-fondi disponibbli) għandhom id-dritt li jirċievu l-għajnuna, irrispettivament mill-fatt jekk ir-Regolament MDT għadux fis-seħħ jew le.

(29)

Skont każistika stabbilita, id-dritt li jiġi invokat il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattiva leġittima jkopri kwalunkwe persuna li tinsab f’sitwazzjoni fejn jidher ċar li l-awtoritajiet Komunitarji, meta jagħtuha assigurazzjonijiet preċiżi, wassluha biex ikollha aspettattiva leġittima. Madankollu, persuna ma tistax tinvoka l-ksur ta’ dan il-prinċipju sakemm ma jkunux ingħatawlha assigurazzjonijiet preċiżi min-naħa tal-awtoritajiet (13).

(30)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni temmen li l-benefiċjarji potenzjali tal-iskema jistgħu jinvokaw aspettattiva leġittima dwar il-legalità ta’ kwalunkwe għajnuna mogħtija skont l-iskema kif ġiet approvata mill-Kummissjoni, inkluża r-restrizzjoni tal-baġit għal EUR 10 miljuni. Madankollu, dak li qed issostni l-Italja huwa ekwivalenti għal aspettattiva li wieħed jista’ jibbenefika minn għajnuna wara l-iskadenza tal-perjodi ta’ żmien tal-iskema, u b’mod partikolari, li wieħed jista’ jibbenefika minn sussidji li jaqbżu l-baġit approvat, jiġifieri aspettattiva li jirċievi għajnuna ġdida mill-Istat. Fil-prinċipju, intrapriża ma tistax tinvoka aspettattiva leġittima biex tirċievi għajnuna li ma kinitx approvata mill-Kummissjoni skont il-proċedura pprovduta mit-Trattat tal-KE (14). Għall-istess raġuni, ma tistax tinvoka prinċipju ġenerali ta’ trattament ugwali sabiex tkun ittrattata bħall-benefiċjarji ta’ għajnuna approvata.

(31)

Barra minn hekk, l-Italja qed tiċċita każistika stabbilita li, fil-fehma tagħha, tirrifletti l-applikazzjoni tal-iskema “accessorium sequitur principale” u tippermetti li wieħed jiddeduċi li l-attwalizzazzjoni f’termini ta’ riżorsi tal-interventi pubbliċi li għandhom l-għan li jikkorreġu l-effetti taż-żmien jew ta’ previżjonijiet ta’ nfiq li rriżulta li ma kinux suffiċjenti, anki jekk jinvolvu ż-żieda fl-ammont tas-sussidju inizjali, ma tikkostitwix għajnuna ġdida jew hija kompatibbli fl-ambitu tal-bażi legali li kienet tiġġustifika l-għajnuna oriġinali.

(32)

Madankollu, il-każistika ċċitata ma tikkoraborax it-teżi tal-Italja.

(33)

Fis-sentenza li ngħatat fil-kawża C 223/85, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li n-nuqqas ta’ intervent min-naħa tal-Kummissjoni f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, flimkien mal-fatt li l-għajnuna kienet maħsuba biex tkopri l-ispejjeż addizzjonali ta’ operazzjoni li kienet ibbenefikat minn għajnuna awtorizzata, bnew fil-benefiċjarju l-aspettattiva leġittima li ma kienx se jkun hemm oġġezzjonijiet għall-għajnuna. Madankollu, il-Kummissjoni ma tarax kif dan il-preċedenti jikkorrabora t-teżi tal-Italja, jiġifieri li l-aġġornament tal-baġit tal-iskema ma jikkostitwix għajnuna ġdida jew, inkella, li huwa kompatibbli skont il-bażi legali li ġġustifikat l-għajnuna oriġinali, jiġifieri r-Regolament MDT. Bil-kontra, il-Kummissjoni tosserva li fis-sentenza msemmija, il-Qorti tal-Ġustizzja bl-ebda mod ma kkontestat li “l-għajnuna maħsuba biex tilqa’ għaż-żieda fl-ispejjeż ta’ operazzjoni li kienet [……] ibbenefikat minn sussidju awtorizzat” kienet teħtieġ l-approvazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 87(1) (dak iż-żmien l-Artikolu 93) tat-Trattat tal-KE.

(34)

Barra minn hekk, l-Italja ma pprovatx li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni ma kinitx se tintervjeni f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Bil-kontra, hija pjuttost l-Italja li ma nnotifikatx iż-żieda fl-iskema waqt li kien għadu fis-seħħ ir-Regolament MDT.

(35)

Lanqas il-kawża C-364/90 ma tikkorrabora t-teżi li qed issostni l-Italja. Fil-parti tas-sentenza li l-Italja tirreferi għaliha, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata sempliċement li l-Kummissjoni ma rnexxilix timmotiva b’mod adegwat deċiżjoni negattiva dwar għajnuna mill-Istat, fejn imbagħad ippreċiżat li ċerti dokumenti mressqa fil-fażi prekontenzjuża kienu biżżejjed ċari għall-finijiet tal-ammissibbiltà tal-istess argumenti fil-proċedura ta’ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Il-Kummissjoni ma tistax tifhem kif dawn il-punti purament proċedurali jikkorraboraw it-teżi tal-Italja, jiġifieri li ż-żieda fil-baġit tal-iskema, peress li hija kwistjoni ta’ dritt sostantiv, għandha tkun approvata skont ir-Regolament MDT. Fl-aħħar nett, fejn għandu x’jaqsam il-kumment tal-Italja li l-għajnuna nnotifikata ma tmurx kontra deċiżjoni tad-WTO (l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ) li ddikjarat li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament MDT mhumiex konformi mar-regoli tad-WTO, il-Kummissjoni diġà osservat f’deċiżjonijiet preċedenti li skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dispożizzjonijiet Komunitarji għandhom jiġu interpretati, safejn ikun possibbli, fid-dawl tad-dritt internazzjonali, inklużi l-obbligi tal-KE fil-konfront tad-WTO (15). Konsegwentement, l-interpretazzjoni tar-Regolament MDT għandha titqies anki fid-dawl tal-obbligi internazzjonali tal-Komunità (16).

(36)

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Korea ma kkontestatx il-kompatibbiltà tar-Regolament MDT mar-regoli tad-WTO. Fit-22 ta’ April 2005, grupp ta’ esperti ppubblikaw rapport fejn ġie konkluż li r-Regolament MDT u diversi skemi MDT nazzjonali – li kienu jeżistu dak iż-żmien meta l-Korea tat bidu għat-tilwima mad-WTO – kienu jiksru l-Artikolu 23(1) tal-Ftehim fuq ir-Regoli u l-Proċeduri li jirregolaw is-Soluzzjoni tal-Kontroversji (17). Fl-20 ta’ Ġunju 2005, il-Korp għall-Ftehim dwar it-Tilwim tad-WTO (DSB) adotta r-rapport tal-grupp ta’ esperti, li kien jirrakkomanda li l-Komunità tagħmel lir-Regolament MDT u lill-iskemi MDT nazzjonali konformi mal-obbligi li għandha skont il-ftehimiet tad-WTO (18). Fl-20 ta’ Lulju 2005, il-Komunità informat lill-Korp għall-Ftehim dwar it-Tilwim li d-dispożizzjonijiet tagħha issa kienu konformi mad-deċiżjoni u mar-rakkomandazzjonijiet tal-Korp għall-Ftehim dwar it-Tilwim, peress li r-Regolament MDT kien skada fil-31 ta’ Marzu 2005 u l-Istati Membri ma setgħux aktar jagħtu għajnuna operattiva fuq il-bażi ta’ dan ir-Regolament.

(37)

Ir-rapport tal-grupp ta’ esperti u d-deċiżjoni tal-Korp għall-Ftehim dwar it-Tilwim li adotta l-imsemmija relazzjoni kkundannaw lir-Regolament MDT per se għaliex imur kontra r-regoli tad-WTO, u imponew lill-Komunità biex ma tapplikahx aktar. L-obbligu tal-Komunità li timplimenta d-deċiżjoni tal-Korp għall-Ftehim dwar it-Tilwim japplika anki għal deċiżjonijiet futuri biex tingħata għajnuna ġdida skont ir-Regolament MDT (19). Il-Komunità, meta informat lill-Korp għall-Ftehim dwar it-Tilwim li d-dispożizzjonijiet tagħha issa kienu konformi mad-deċiżjoni u mar-rakkomandazzjoni tal-Korp għall-Ftehim dwar it-Tilwim, peress li r-Regolament MDT kien skada fil-31 ta’ Marzu 2005 u għalhekk l-Istati Membri ma setgħux aktar jagħtu għajnuna operattiva fuq din il-bażi, impenjat ruħha li ma tapplikax aktar l-imsemmi Regolament biex tagħti għajnuna ġdida. Konsegwentement, l-approvazzjoni ta’ din l-għajnuna kieku tikkostitwixxi ksur tal-impenji internazzjonali li daħlet għalihom il-Komunità.

VI.   KONKLUŻJONI

(38)

Għar-raġunijiet imsemmija aktar ’il fuq, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna mill-Istat innotifikata mhix kompatibbli mas-suq komuni.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat li l-Italja qed tippjana li timplimenta permezz ta’ modifikazzjoni fl-iskema tal-għajnuna N 59/04 dwar mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini tal-bastimenti li tinvolvi żieda ta’ EUR 10 miljuni mal-baġit tal-iskema, mhix kompatibbli mas-suq komuni.

Għaldaqstant, din l-għajnuna m’għandiex tingħata.

Artikolu 2

Fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-deċiżjoni, l-Italja għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-passi li tkun ħadet biex tkun konformi magħha.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 140, 6.6.2008, p. 20.

(2)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.

(3)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Novembru 1984, SA Intermills vs Il-Kummissjoni, Ġabra, p. 3809, punt 17.

(4)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(5)  Għajnuna mill-Istat N 59/04 (ĠU C 100, 26.4.2005, p. 27). Id-deċiżjoni hija disponibbli fil-verżjoni lingwistika awtentika minn fuq http://ec.europa.eu/comm/competition/state_aid/register/ii/by_case_nr_n2004_0030.html#59

(6)  ĠU L 172, 2.7.2002, p. 1.

(7)  ĠU L 81, 19.3.2004, p. 6.

(8)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.

(9)  ĠU L 202, 18.7.1998, p. 1.

(10)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Novembru 1987, kawża 223/85, RSV vs Il-Kummissjoni, Ġabra 1987, p. 4617.

(11)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ April 1993, kawża C-364/90, L-Italja vs Il-Kummissjoni, Ġabra 1993, p. I-2097.

(12)  ĠU C 317, 30.12.2003, p. 11.

(13)  Ara, fost l-oħrajn, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-24 ta’ Settembru 2008 fil-kawża T-20/03, Kahla vs Thüringen Porzellan, għadha ma ġietx ippubblikata, punt 146.

(14)  Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Settembru 1990 fil-kawża C-5/89, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, Ġabra 1990, p. I-3437, punt 14.

(15)  Kawża C-53/96, Hermes, Ġabra 1998, p. I-3603, punt 28; kawża C-76/00 P. Petrotub, Ġabra 2003, p. I-79, punt 57.

(16)  Każijiet C 26/06 (ex N 110/06) (ĠU L 219, 24.8.2007, p. 25) u C 32/07 (ex N 389/06) (ĠU L 108, 18.4.2008, p. 23).

(17)  Ara EC – Measures affecting trade in commercial vessels, WT/DS301/R, punti 7.184 – 7.222 & 8.1(d).

(18)  Ara d-dokument tad-WTO WT/DS301/6.

(19)  Ara EC – Measures affecting trade in commercial vessels, WT/DS301/R, punt 7.21.