|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.010.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġislattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
DIRETTIVI |
|
|
|
* |
|
|
|
IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
REGOLAMENTI
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 29/2010
tal-14 ta’ Jannar 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Skilandis (STG)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 19(3) tar-Regolament imsemmi, it-talba mressqa mil-Litwanja biex id-denominazzjoni “Skilandis” tkun irreġistrata ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata. |
|
(3) |
Ma ntalbitx il-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, l-14 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
ANNESS
Prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE maħsuba għall-ikel uman:
Klassi 1.2. Prodotti magħmula mil-laħam (imsajrin, immellħin, iffumigati, eċċ.)
IL-LITWANJA
Skilandis (STG)
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 30/2010
tal-14 ta’ Jannar 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetta u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pesca di Verona (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Italja biex id-denominazzjoni “Pesca di Verona” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha għalhekk tkun irreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni li tidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2010.
Ghall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.6. Frott u ħaxix, ċereali fl-istat naturali tagħhom jew ipproċessati
L-ITALJA
Pesca di Verona (IĠP)
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 31/2010
tal-14 ta’ Jannar 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Idrijski žlikrofi (STG)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 19(3) tar-Regolament imsemmi, it-talba tas-Slovenja biex id-denominazzjoni “Idrijski žlikrofi” tkun irreġistrata ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata. |
|
(3) |
Fit-talba ntalab ukoll li tiġi applikata l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006. Din il-protezzjoni għandha tingħata lid-denominazzjoni “Idrijski žlikrofi” fis-sens li, ladarba ma kienx hemm oġġezzjoni, ma setax jintwera li l-isem kien użat b’mod legali, magħruf u ekonomikament sinifikanti għal prodotti agrikoli jew għal oġġetti tal-ikel simili, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.
Għandha tapplika l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, l-14 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
ANNESS
L-oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 509/2006:
Klassi 2.4. Għaġin, kemm imsajjar jew mimli, u kemm jekk le
IS-SLOVENJA
Idrijski žlikrofi (STG)
L-użu tad-denominazzjoni huwa rriżervat.
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 32/2010
tal-14 ta’ Jannar 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Jihočeská Zlatá Niva (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini ta' prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel [traduzzjoni mhux uffiċjali] (1), b'mod partikolari t-tielet u r-raba’ sottoparagrafi tal-Artikolu 7(5), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(2) u f’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tar-Repubblika Ċeka għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Jihočeská Zlatá Niva” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Is-Slovakkja ressqet oġġezzjoni kontra r-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. L-oġġezzjoni tqieset eliġibbli skont il-punti (b) u (c) tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Is-Slovakkja indikat fl-oġġezzjoni li r-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni involuta tkun f'konflitt mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u tipperikola l-eżistenza ta' trademarks irreġistrati fit-territorju tas-Slovakkja. |
|
(4) |
Bl-ittra tal-24 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri konċernati jilħqu qbil bejniethom skont il-proċeduri interni tagħhom. |
|
(5) |
Peress li l-ebda qbil ma ntlaħaq bejn is-Slovakkja u r-Repubblika Ċeka fiż-żmien stipulat, il-Kummissjoni jkollha tadotta deċiżjoni skont il-proċedura spjegata fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. |
|
(6) |
Fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mis-Slovakkja, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li r-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Jihočeská Zlatá Niva” tkun f'konflitt mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Filwaqt li l-oġġezzjonatur seta' wera evidenza li d-denominazzjoni “Jihočeská Zlatá Niva” tista' tkun assoċjata mad-denominazzjoni “Niva”, ma ngħatat l-ebda evidenza tal-livell ta' distinzjoni li t-trademark kisbet minħabba r-reputazzjoni, il-fama u t-tul ta' żmien li ilha tintuża. Għalhekk, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, ma ntweriex li r-reġistrazzjoni ta' “Jihočeská Zlatá Niva” tista' tqarraq bil-konsumaturi dwar il-vera identità tal-prodott. |
|
(7) |
Ma tressqet l-ebda evidenza li tippermetti lill-Kummissjoni tikkonkludi li meta tqis l-użu ġust u tradizzjonali u l-probabbiltà attwali ta' konfużjoni, ir-reġistrazzjoni tal-isem “Jihočeská Zlatá Niva” bħala indikazzjoni ġeografika protetta tkun tmur kontra d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7. Skont l-evidenza ppreżentata lill-Kummissjoni, it-terminu “Niva” kien użat b'mod ġeneriku għal tip ta' ġobon, fir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka sa minn deċennji ilu. Madankollu, ir-reġistrazzjoni ta' dan l-isem bħala indikazzjoni ġeografika protetta ma tkunx teħtieġ il-kanċellazzjoni jew l-invalidazzjoni tat-trademarks, peress li kienet saret applikazzjoni għalihom qabel id-data tat-tressiq tal-applikazzjoni ta' reġistrazzjoni lill-Kummissjoni, u lanqas ma għandha ttellef milli jkomplu jintużaw. Barra minn dan, skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, id-dritt esklussiv tal-proprjetarju ta' dawn it-trademarks ma jintitolaħx milli jwaqqaf lil xi parti terza milli tuża indikazzjoni dwar l-oriġini ġeografika skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (3). |
|
(8) |
Fil-dawl ta' dan kollu, l-isem “Jihočeská Zlatá Niva” għandu jiddaħħal fir-“reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”. |
|
(9) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti u d-Denominazzjonijiet Protetti tal-Oriġini, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, l-14 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Kategorija 1.3. Ġobon
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
Jihočeská Zlatá Niva (IĠP)
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 33/2010
tat-12 ta’ Jannar 2010
li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura statistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għall-klassifikazzjoni taż-żraben bil-wiċċ li jikkonsisti fi tnejn jew iktar materjali, fl-applikazzjoni tan-Nota 4 (a) flimkien man-nota Addizzjonali 1 għall-Kapitolu 64 tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, it-tieni sentenza tan-nota Addizzjonali 1 għall-Kapitolu 64 għandha tiġi kkjarifikata billi jiġi ddikjarat kif għandha ssir il-verifika dwar jekk il-materjali għandhomx il-karatteristiċi ta’ wiċċ. |
|
(2) |
Fis-sentenza tagħha dwar il-każ C-165/07, Skatteministeriet v Ecco Sko A/S (2), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea introduċiet “test tal-mixi” għall-iskop ta’ din il-verifika. It-test jeħtieġ verifika dwar jekk il-materjali tal-wiċċ jipprovdux biżżejjed appoġġ għas-sieq sabiex min jilbsu jkun jista' jimxi biż-żarbun. |
|
(3) |
Għalhekk huwa xieraq li jiġi speċifikat fin-nota Addizzjonali 1 għall-Kapitolu 64 li biex il-materjali jkollhom il-karatteristiċi ta’ wiċċ, għandhom jappoġġjaw is-sieq b’mod suffiċjenti sabiex min jilbsu jkun jista' jimxi biż-żarbun. |
|
(4) |
Fis-sentenza tagħha l-Qorti ma tispeċifikax jekk it-“test tal-mixi” għandhux isir bil-qafliet jew mingħajrhom. Il-Qorti tħalli d-deċiżjoni għall-qorti nazzjonali li tirreferi biex tagħmel il-kostatazzjonijiet meħtieġa. Il-fatt li tiddependi fuq il-mod li bih titneħħa l-ġilda, kemm jekk il-qafliet jibqgħu fil-post kif ukoll jekk le, jista' jwassal għal interpretazzjoni diverġenti tas-sentenza. |
|
(5) |
Sabiex issir interpretazzjoni uniformi fir-rigward tas-sistemi ta’ qfil, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat fini-nota Addizzjonali 1 għall-Kapitolu 64 li s-sistemi ta’ qfil għandhom ikunu fil-post matul it-test. Jekk le, f’każ li żarbun jeħtieġ sistema ta’ qfil, pereżempju lazzijiet, biex ikun jista’ jiffunzjona, it-test tal-mixi tfalli b’kwalunkwe materjal, minħabba li min jilbsu ma jkun qatt jista’ jimxi bih mingħajr is-sistema ta’ qfil. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fin-nota Addizzjonali 1 għall-Kapitolu 64 tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, it-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu hija sostitwita b’li ġej:
“Wara t-tneħħija tar-rinforzamenti, il-materjal viżibbli għandu jkollu l-karatteristiċi ta’ wiċċ u mhux ta’ inforra, li jappoġġja s-sieq biżżejjed biex min jilbsu, bis-sistemi ta’ qfil maqfula, ikun jista’ jimxi biż-żarbun.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kummissjoni,
f’issem il-President,
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(2) [2008] ECR, p. I-4037.
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 34/2010
tal-14 ta’ Jannar 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
IL |
122,3 |
|
MA |
71,6 |
|
|
TN |
110,6 |
|
|
TR |
84,4 |
|
|
ZZ |
97,2 |
|
|
0707 00 05 |
EG |
174,9 |
|
JO |
158,2 |
|
|
MA |
76,9 |
|
|
TR |
105,7 |
|
|
ZZ |
128,9 |
|
|
0709 90 70 |
MA |
166,7 |
|
TR |
93,1 |
|
|
ZZ |
129,9 |
|
|
0709 90 80 |
EG |
225,1 |
|
ZZ |
225,1 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
53,3 |
|
IL |
57,5 |
|
|
MA |
51,7 |
|
|
TN |
56,6 |
|
|
TR |
53,8 |
|
|
ZZ |
54,6 |
|
|
0805 20 10 |
MA |
97,3 |
|
ZZ |
97,3 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
51,6 |
|
EG |
67,7 |
|
|
HR |
59,0 |
|
|
IL |
70,6 |
|
|
JM |
115,8 |
|
|
MA |
83,8 |
|
|
TR |
65,5 |
|
|
ZZ |
73,4 |
|
|
0805 50 10 |
EG |
63,9 |
|
IL |
88,6 |
|
|
MA |
65,5 |
|
|
TR |
76,4 |
|
|
US |
87,7 |
|
|
ZZ |
76,4 |
|
|
0808 10 80 |
CN |
94,2 |
|
MK |
24,7 |
|
|
US |
110,6 |
|
|
ZZ |
76,5 |
|
|
0808 20 50 |
CN |
63,4 |
|
US |
113,8 |
|
|
ZZ |
88,6 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 35/2010
tal-14 ta’ Jannar 2010
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 23/2010 (4). |
|
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-15 ta’ Jannar 2010
|
(EUR) |
||
|
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
|
1701 11 10 (1) |
44,86 |
0,00 |
|
1701 11 90 (1) |
44,86 |
1,45 |
|
1701 12 10 (1) |
44,86 |
0,00 |
|
1701 12 90 (1) |
44,86 |
1,15 |
|
1701 91 00 (2) |
50,52 |
2,31 |
|
1701 99 10 (2) |
50,52 |
0,00 |
|
1701 99 90 (2) |
50,52 |
0,00 |
|
1702 90 95 (3) |
0,51 |
0,21 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
DIRETTIVI
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/14 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2009/162/UE
tat-22 ta’ Diċembru 2009
li temenda diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxi konformement ma' proċedura leġislattiva speċjali,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (3) għandha tiġi emendata sabiex jiġu inkorporati diversi emendi, primarjament ta' natura teknika. |
|
(2) |
Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-importazzjoni u l-post fejn huma ntaxxati l-provvisti tal-gass u tal-elettriku, jirriżulta minn qari litterali tat-test tad-Direttiva 2006/112/KE, li t-tifsira tiegħu hija li l-iskema speċjali stabbilita mid-Direttiva 2003/92/KE tas-7 ta' Ottubru 2003 li temenda d-Direttiva 77/388/KEE dwar ir-regoli fuq il-post ta' provvista tal-gass u l-elettriku (4) ma tapplikax għall-importazzjonijiet jew għall-provvisti tal-gass permezz ta' gasdotti li mhumiex parti mis-sistema tad-distribuzzjoni, u b'mod partikolari, ma tapplikax għall-gasdotti fis-sistema tad-distribuzzjoni li permezz tagħhom madankollu jitwettqu l-parti l-kbira mill-operazzjonijiet transkonfinali permezz ta' gasdotti. Madankollu, l-objettiv tad-Direttiva 2003/92/KE kien li din l-iskema speċjali tiġi applikata wkoll għal dawnkit-transazzjonijiet transkonfinali. Sabiex l-objettiv u s-sustanza tat-test jikkoinċidu, jeħtieġ li jiġi ppreċiżat li l-iskema speċjali tapplika għall-importazzjonijiet u għall-provvisti tal-gass permezz ta' kwalunkwe sistema ta' gass naturali li tkun tinsab fit-territorju tal-Komunità jew kwalunkwe netwerk konness ma' tali sistema. |
|
(3) |
Gass importat permezz ta' bastimenti huwa identiku fil-karatteristiċi tiegħu għal dak ta' gass importat permezz ta' gassdotti u li huwa maħsub, wara gassifikazzjoni mill-ġdid, li jiġi ttrasportat permezz ta' gassdotti. Għal raġunijiet ta' newtralità, l-eżenzjoni għandha għalhekk tapplika għal importazzjonijiet b'bastimenti fejn il-gass jiġi introdott f'sistema ta' gass naturali jew netwerk ta' gassdotti upstream. |
|
(4) |
L-ewwel netwerks transkonfinali tat-tisħin u tat-tkessiħ diġà huma operattivi. L-istess kwistjonijiet li japplikaw għall-provvista u l-importazzjoni tal-gass jew l-elettriku japplikaw ukoll għall-provvista u l-importazzjoni ta' sħana jew ta' kesħa. Skond ir-regoli attwali, il-VAT fuq il-gass naturali u l-elettriku hija imposta fil-post fejn fil-fatt dawn jiġu kkunsmati mill-klijent; ir-regoli għalhekk jevitaw kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri. Konsegwentement, l-istess skema li tapplika għall-gass naturali u l-elettriku għandha tiġi applikata għas-sħana u l-kesħa. |
|
(5) |
Fir-rigward tal-post fejn tiġi imposta l-VAT fuq is-servizzi, minn qari litterali tat-test tad-Direttiva 2006/112/KE, li t-tifsira tiegħu hija li l-iskema speċjali stabbilita mid-Direttiva 2003/92/KE tapplika biss għall-għoti ta' aċċess għas-sistemi ta' distribuzzjoni tal-gass naturali u tal-elettriku bl-esklużjoni, għalhekk, ta' fornimenti tal-istess tip relatati ma' sistema ta' trasport, jew anke ma' netwerk ta' gassdotti upstream. Madankollu, l-objettiv tad-Direttiva 2003/92/KE kien li din l-iskema speċjali tiġi applikata wkoll għal dawn is-servizzi. Sabiex l-objettiv u s-sustanza tat-test ikunu l-istess, jeħtieġ li jiġi ppreċiżat li din l-iskema speċjali tapplika għal servizzi kollha relatati mall-provvista ta' aċċess għas-sistemi kollha tal-elettriku u l-gass naturali, u għan-netwerks tat-tisħin u tat-tkessiħ. |
|
(6) |
L-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni reċenti tal-proċedura attwali, li biha l-Kummissjoni hija inkarigata biex tiddeċiedi jekk jeżistix riskju ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-applikazzjoni ta' rata mnaqqsa ta' VAT għall-gass naturali, għall-elettriku u għat-tisħin distrettwali, uriet li din il-proċedura hija obsoleta u superfluwa. Ir-regoli li jiddeterminaw il-post ta' tassazzjoni jiżguraw li l-VAT tiġi imposta fil-post fejn il-gass naturali, l-elettriku, is-sħana u l-kesħa huma fil-fatt kkunsmati mill-konsumatur; ir-regoli għalhekk jipprevjenu kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri. Madankollu, għadu importanti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra jkunu infurmati suffiċjentement kull meta Stat Membru jintroduċi taxxa mnaqqsa f'dan is-settur sensittiv ferm. Konsegwentement, hija meħtieġa proċedura ta' konsultazzjoni minn qabel li tinvolvi l-Kumitat tal-VAT. |
|
(7) |
Il-Protokoll tat-8 ta' April 1965 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej bħala bażi legali għall-eżenzjoni, permezz ta' rimessa jew rifużjoni ta' taxxi indiretti, mogħtija lill-Komunitajiet u lil ċerti aġenziji u korpi Komunitarji oħrajn fir-rigward ta' ċertu xiri magħmul għall-użu uffiċjali tagħhom, huwa speċifiku u għandha ssir distinzjoni mill-bażi legali għall-eżenzjoni mill-VAT fuq ċerti transazzjonijiet li jibbenefikaw minnhom korpi internazzjonali in ġenerali. Għalhekk jeħtieġ li l-formulazzjoni tad-Direttiva 2006/112/KE tiġi ċċarata aktar u li tiġi inkluża eżenzjoni partikolari, li tista' tiġi eżerċitata permezz ta' rifużjoni tat-taxxa, biex b'hekk jiġu evitati ċerti diffikultajiet fir-rigward tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni lill-korpi stabbiliti mill-Komunitajiet, b'mod partikolari ċerti impriżi konġunti stabbiliti skont l-Artikolu 187 tat-Trattat. |
|
(8) |
Fil-kuntest tal-adeżjoni tagħhom, il-Bulgarija u r-Rumanija ġew awtorizzati jagħtu eżenzjoni lill-impriżi żgħar u li jibqgħu japplikaw eżenzjoni fuq it-trasport internazzjonali tal-passiġġieri. Għall-finijiet taċ-ċarezza u l-konsistenza, dawn l-eżenzjonijiet għandhom jiġu integrati fid-Direttiva 2006/112/KE. |
|
(9) |
Rigward id-dritt tat-tnaqqis, ir-regola bażika hija li dan id-dritt jirriżulta biss fil-każ li l-merkanzija u s-servizzi jintużaw minn persuna taxxabbli għall-finijiet tal-attività professjonali tagħha. |
|
(10) |
Din ir-regola għandha tiġi ċċarata u msaħħa fir-rigward tal-provvista tal-proprjetà immobbli u l-infiq relatat magħha sabiex jiġi żgurat li l-persuni taxxabbli jkunu ttrattati bl-istess mod fil-każ li l-oġġetti immobbli li jużaw għall-attività professjonali tagħhom ma tintużax esklussivament għal finijiet relatati ma' dik l-attività. |
|
(11) |
Filwaqt li l-proprjetà immobbli u l-infiq relatat jirrappreżentaw l-aktar każijiet sinifikanti, fejn kjarifika u t-tisħiħ tar-regola huma adatti, minħabba l-valur u t-tul tal-ħajja ekonomika ta' proprjetà bħal din u l-fatt li l-użu mħallat ta' dan it-tip ta' proprjetà huwa prattika komuni, il-kwistjoni tirriżulta wkoll, għalkemm f'manjiera inqas sinifikanti u inqas uniformi, fir-rigward ta' oġġetti mobbli ta' natura durabbli. F'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-Istati Membri għandhom għalhekk jingħataw il-mezzi biex, fejn adatt, jieħdu l-istess miżuri fir-rigward ta' tali oġġetti mobbli li jiffurmaw parti mill-assi tan-negozju. |
|
(12) |
Bil-ħsieb li tiġi żgurata sistema ekwa tat-tnaqqis għall-persuni taxxabbli fil-kuntest tar-regoli l-ġodda, għandha tiġi pprovduta sistema ta' aġġustament f'konformità mar-regoli l-oħra dwar l-aġġustament ta' tnaqqis biex jitqiesu l-bidliet fl-użu kummerċjali u dak mhux kummerċjali tal-proprjetà kkonċernata. |
|
(13) |
Id-Direttiva 2006/112/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2006/112/KE hija b'dan emendata kif ġej:
|
1) |
l-Artikolu 2(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “3. ‘Prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa’ għandha tfisser prodotti tal-enerġija, alkoħol u xarbiet alkoħoliċi u tabakk manifatturat, kif definiti mil-leġislazzjoni Komunitarja preżenti, iżda mhux gass ipprovdut permezz ta' sistema ta' gass naturali li tkun tinsab fit-territorju tal-Komunità jew kwalunkwe netwerk konness ma' tali sistema.”; |
|
2) |
l-Artikolu 13(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “2. L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw attivitajiet, eżentati skont l-Artikoli 132, 135, 136 u 371, l-Artikoli 374 sa 377, l-Artikolu 378(2), l-Artikolu 379(2) jew l-Artikoli 380 sa 390b, li jitwettqu minn korpi rregolati mid-dritt pubbliku bħala attivitajiet li dawk il-korpi jwettqu bħala awtoritajiet pubbliċi.”; |
|
3) |
l-Artikolu 15(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “1. L-elettriku, il-gass, l-enerġija għat-tisħin jew għat-tkessiħ u affarijiet simili għandhom jiġu ttrattati bħala proprjetà tanġibbli.”; |
|
4) |
l-Artikolu 17(2)(d) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
5) |
It-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu V għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
Artikolu 38 1. Fil-każ tal-provvista ta' gass permezz ta' sistema ta' gass naturali li tkun tinsab fit-territorju tal-Komunità jew kwalunkwe netwerk konness ma' tali sistema, il-provvista ta' elettriku, jew il-provvista ta' sħana jew ta' kesħa permezz tan-netwerks ta' tisħin jew ta' tkessiħ lil negozjant taxxabbli, il-post tal-provvista għandu jitqies bħala l-post fejn in-negozjant taxxabbli jkun stabbilixxa n-negozju tiegħu jew għandu stabbiliment fiss minn fejn jissupplixxi l-merkanzija, jew, fl-assenza ta' tali post ta' negozju jew stabbiliment fiss, il-post fejn hu għandu l-indirizz permanenti jew fejn is-soltu joqgħod. 2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ‘negozjant taxxabbli’ għandha tfisser persuna taxxabbli li l-attività prinċipali tagħha, fir-rigward tax-xiri tal-gass, l-elettriku, is-sħana jew il-kesħa, tikkonsisti fil-bejgħ mill-ġdid ta' dawk il-prodotti u li l-konsum personali tagħha ta' dawk il-prodotti huwa negliġibbli. Artikolu 39 Fil-każ tal-provvista ta' gass permezz ta' sistema ta' gass naturali li tkun tinsab fit-territorju tal-Komunità jew kwalunkwe netwerk konness ma' tali sistema, il-provvista ta' elettriku jew il-provvista ta' sħana jew ta' kesħa permezz tan-netwerks tat-tisħin jew tat-tkessiħ, fejn tali provvista mhijiex koperta mill-Artikolu 38, il-post tal-provvista huwa meqjus li huwa l-post fejn ix-xerrej effettivament juża u jikkonsma l-merkanzija. Fejn it-totalità ta' jew parti mill-gass, tal-elettriku jew tas-sħana jew tal-kesħa mhix effettivament ikkunsmata mix-xerrej, dik il-merkanzija mhux ikkunsmata għandha titqies daqs li kieku ntużat u ġiet ikkunsmata fil-post fejn il-konsumatur ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu jew fejn ikollu stabbiliment fiss li għalih hija pprovduta l-merkanzija. Fin-nuqqas ta' dan il-post tan-negozju jew stabbiliment fiss, il-konsumatur għandu jitqies li uża u kkonsma l-merkanzija fil-post fejn għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn is-soltu joqgħod.”; |
|
6) |
l-Artikolu 59, punt (h), kif stabbilit bid-Direttiva 2008/8/KE tat-12 ta' Frar 2008 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-post tal-provvista tas-servizzi (5), għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
7) |
fl-Artikolu 80(1)(b), il-kliem “l-Artikoli 380 sa 390” għandhom jiġu sostitwiti bi “l-Artikoli 380 sa 390b”; |
|
8) |
l-Artikolu 102 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 102 Wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-VAT, kull Stat Membru jista' japplika rata mnaqqsa għall-provvista ta' gass naturali, elettriku jew tisħin distrettwali.”; |
|
9) |
fl-Artikolu 136(a), il-kliem “l-Artikoli 380 sa 390” għandhom jiġu sostitwiti bi “l-Artikoli 380 sa 390b”; |
|
10) |
l-Artikolu 143 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
11) |
l-Artikolu 151(1) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
12) |
l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal fil-Kapitolu 1 tat-Titolu X: “Artikolu 168a 1. Fil-każ ta' proprjetà immobbli li tifforma parti mill-assi kummerċjali ta' persuna taxxabbli u użata kemm għal finijiet tan-negozju tal-persuna taxxabbli kif ukoll għal finijiet privati tal-persuna jew tal-persunal tagħha, jew, b'mod aktar ġenerali, għal finijiet oħra apparti dawk tan-negozju tagħha, il-VAT fuq l-infiq relatat ma' din il-proprjetà għandu jkun deduċibbli f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 167, 168, 169 u 173 sal-proporzjon biss tal-użu tal-proprjetà għall-finijiet kummerċjali tal-persuna taxxabbli. B'deroga mill-Artikolu 26, bidliet fil-proporzjon tal-użu tal-proprjetà immobbli msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitqiesu f'konformità mal-prinċipji previsti fl-Artikoli 184 sa 192 kif applikati fl-Istat Membru rispettiv. 2. L-Istati Membri jistgħu japplikaw ukoll il-paragrafu 1 fir-rigward tal-VAT fuq l-infiq relatat ma' oġġetti oħrajn li jifformaw parti mill-assi kummerċjali, kif dawn jispeċifikaw.”; |
|
13) |
fl-Artikolu 221(2), il-kliem “l-Artikoli 380 sa 390” għandhom jiġu sostitwiti bi “l-Artikoli 380 sa 390b”; |
|
14) |
fl-Artikolu 287, għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
|
15) |
Fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu XIII, għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 390a Il-Bulgarija tista', skont il-kondizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fid-data tal-adeżjoni tiegħu, tkompli teżenta t-trasport internazzjonali tal-passiġġieri kif imsemmi fil-punt (10) tal-Anness X, Parti B, sakemm l-istess eżenzjoni tkun applikata f'xi wieħed mill-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità fil-31 ta' Diċembru 2006. Artikolu 390b Ir-Rumanija tista', skont il-kondizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fid-data tal-adeżjoni tiegħu, tkompli teżenta t-trasport internazzjonali tal-passiġġieri, kif imsemmi fil-punt (10) tal-Anness X, Parti B, sakemm l-istess eżenzjoni tkun applikata minn xi wieħed mill-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità fil-31 ta' Diċembru 2006.”; |
|
16) |
fl-Artikolu 391, il-kliem “l-Artikoli 380 sa 390” għandha tiġi sostitwita bi “l-Artikoli 380 sa 390b”; |
|
17) |
fl-Anness X, it-titolu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “LISTA TA' TRANSAZZJONIJIET KOPERTI MID-DEROGI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 370 U 371 U FL-ARTIKOLI 375 SA 390b.” |
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva b'effett mill-1 ta' Jannar 2011. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan.
Meta jiġu adottati mill-Istati Membri, dawk il-miżuri għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-motodi li bihom issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kunsill
A. CARLGREN
Il-President
(1) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 204, 9.8.2008, p. 119.
(3) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009 skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/19 |
BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT
DEĊIŻJONI TAL-BORD TAL-GVERNATURI
tat-30 ta’ Marzu 2009
dwar iż-żieda fil-kapital tal-Bank Ewropew tal-Investiment
IL-BORD TAL-GVERNATURI TAL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT,
WARA LI KKUNSIDRA l-Artikoli 4(3) u 5(2) tal-Istatut,
BILLI l-kompitu tal-Bank huwa stabbilit fl-Artikolu 267 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
BILLI skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Istatut tal-Bank, l-unità tal-kont għandha tkun iddefinita bħala li hija l-euro,
BILLI l-iżvilupp reċenti fl-attività tal-Bank u l-iżvilupp li aktarx ser ikun hemm fit-tislif, b’mod partikolari bil-għan li tingħata risposta għas-sejħiet tal-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-ECOFIN, jeħtieġ appoġġ akbar mill-BEI għal firxa ta’ attivitajiet, b’mod partikolari fil-perspettiva preżenti tas-sitwazzjoni ekonomika fl-UE matul is-snin li ġejjin,
BILLI skont id-deliberazzjonijiet tal-Bord tad-Diretturi dwar il-ħtiġijiet ta’ kapital tal-Bank fil-laqgħa tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2008, il-kapital sottoskritt tal-Bank għandu jiżdied għal EUR 232 392 989 000; il-porzjon li għandu jitħallas għandu jkun ta’ 5 fil-mija, iffinanzjat għal kollox mill-Bank mir-Riżervi Addizzjonali tiegħu, u l-Fond ta’ Riżerva għandu jerġa’ jinbena progressivament sar-rekwiżit statutorju tiegħu ta’ 10 fil-mija tal-kapital sottoskritt,
IDDEĊIEDA UNANIMAMENT fit-30 ta’ Marzu 2009, permezz tal-proċedura bil-miktub stipulata fl-Artikolu 5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank, fuq proposta mill-Bord tad-Diretturi, skont l-Artikolu 4(3) tal-Istatut tal-BEI li:
1.
Riżervi Addizzjonali tal-Bank fl-ammont ta’ EUR 5 379 241 000 għandhom jitqiesu bħala riżervi liberi;
2.
Mir-riżervi liberi, EUR 2 000 000 000 għandhom jiġu ttrasferiti lil riżerva apposta bħala appoġġ għall-SFF u impenji simili;
3.
B’effett mill-1 ta’ April 2009, il-kapital tal-Bank għandu jiżdied skont kif ġej:|
3.1. |
Il-kapital sottoskritt mill-Istati Membri għandu jiżdied pro rata, minn EUR 164 808 169 000 għal EUR 232 392 989 000, sabiex jintlaħqu dawn l-ammonti (EUR):
|
|
3.2. |
Mir-riżervi liberi, EUR 3 379 241 000 għandhom jiġu ttrasformati f’kapital imħallas permezz ta’ trasferiment mir-Riżervi Addizzjonali tal-Bank għall-kapital tiegħu; |
|
3.3. |
Dan il-kapital għandu jitqies li huwa parti mill-kapital sottoskritt u mħallas, biex b’hekk il-kapital imħallas tal-Bank jiżdied minn EUR 8 240 408 450 għal EUR 11 619 649 450; |
KONSEGWENTEMENT
|
3.4. |
L-Istatut tal-Bank għandu jiġi emendat. Sa mill-1 ta’ April 2009: l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Istatut tal-Bank għandu jkun ifformulat kif ġej:
“Il-kapital tal-Bank għandu jkun EUR 232 392 989 000 sottoskritt mill-Istati Membri skont kif ġej
|
|
4. |
Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Għall-Bord tal-Gvernaturi
Iċ-Chairman
C. STAVRAKIS
Is-Segretarju
A. QUEREJETA