ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.007.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 7 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġislattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
|
DIRETTIVI |
|
|
* |
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
2010/14/UE |
|
|
* |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
REGOLAMENTI
12.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 7/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 17/2010
tat-8 ta’ Jannar 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 690/2008 fir-rigward tar-rikonoxximent tal-provinċja Taljana ta’ Venezja bħala żona protetta fir-rigward l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u l-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1)(h) tagħha,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 tal-4 ta’ Lulju 2008 li jirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità (2), ċerti Stati Membri jew ċerti żoni fi Stati Membri ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta’ ċerti organiżmi dannużi. |
(2) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 690/2008 ċerti partijiet tar-reġjun tal-Veneto fl-Italja ġew rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward tal-organiżmu dannuż Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. sal-31 ta’ Marzu 2010. |
(3) |
Wara osservazzjonijiet dwar il-preżenza ta’ dak l-organiżmu dannuż f’ċerti partijiet tar-reġjun tal-Veneto li saru mill-Kummissjoni waqt spezzjoni fl-Italja mill-31 ta’ Awwissu sal-11 ta’ Settembru 2009, l-Italja infurmat lill-Kummissjon fit-23 ta’ Ottubru 2009 dwar ir-riżultati tal-aħħar stħarriġ li twettaq fir-reġjun tal-Veneto fir-rigward tal-preżenza ta’ dak l-organiżmu dannuż f’Settembru u Ottubru 2009. Ir-riżultati ta’ dan l-aħħar stħarriġ juru li fil-provinċja ta’ Venezja hemm 14-il post fejn dak l-organiżmu dannuż feġġ tal-anqas għall-perjodu ta’ dawn l-aħħar tliet snin konsekuttivi minkejja l-miżuri ta’ eradikazzjoni li ttieħdu mill-awtoritajiet Taljani. Għaldaqstant, dawk il-miżuri wrew li kienu ineffettivi. |
(4) |
Ir-riżultati tal-aktar stħarriġ riċenti ġew diskussi matul il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fid-19-20 ta’ Ottubru 2009. Ġie konkluż li l-Erwinia amylovora (Burr.) Wins. et al. għandha titqies bħala stabbilita fil-provinċja ta’ Venezja. Għalhekk, dik il-provinċja m’għandhiex tibqa’ tiġi rrikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward ta’ dak l-organiżmu dannuż. |
(5) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 690/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fit-tieni kolonna tal-punt 2 tal-intestatura (b) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 690/2008, it-tieni inċiż jinbidel b’dan li ġej:
“— |
u, sal-31 ta’ Marzu 2010, l-Irlanda, l-Italja (Pulja, Emilja-Romanja (il-provinċji ta’ Parma u Pjaċenza), il-Lombardija (għajr il-provinċja ta’ Mantova), il-Veneto (għajr il-provinċji ta’ Rovigo u Venezja, il-komuni ta’ Castelbaldo, Barbona, Pjaċenza d’Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani u Masi fil-provinċja ta’ Padova u ż-żona li tinsab fin-Nofsinhar tal-awtostrada A4 fil-provinċja ta’ Verona), il-Litwanja, is-Slovenja (għajr ir-reġjuni ta’ Gorenjska, Koroška, Maribor u Notranjska), is-Slovakkja (għajr il-komuni ta’ Blahová, Horné Mýto u Okoč (il-Kontea ta’ Dunajská Streda), Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta’ Levice), Málinec (il-Kontea ta’ Poltár), Hrhov (il-Kontea ta’ Rožňava), Veľké Ripňany (il-Kontea ta’ Topoľčany), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta’ Trebišov)”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, it-8 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) ĠU L 193, 22.7.2008, p. 1.
12.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 7/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI(UE) Nru 18/2010
tat-8 ta’ Jannar 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam ma’ speċifikazzjonijiet għall-programmi nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u partikolarment l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ programm nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità minn kull Stat Membru huwa essenzjali sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-programm nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili ta’ kull Stat skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008. |
(2) |
L-ispeċifikazzjonijiet għall-programmi nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità li se jiġu implimentati mill-Istati Membri għandhom jiżguraw strateġija armonizzata f’dan ir-rigward. |
(3) |
Sabiex ikunu effikaċi, l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità xierqa għandhom jitwettqu regolarment. Ma għandhomx jiġu ristretti għas-suġġett, l-istadju jew il-mument li fih ikunu twettqu. Għandhom jieħdu l-aktar forom adattati sabiex jiżguraw l-effikaċja tagħhom. |
(4) |
Għandha tingħata prijorità lill-iżvilupp ta’ metodoloġija komuni għal attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità. |
(5) |
Jeħtieġ li jiġi żviluppat mod armonizzat ta’ rappurtar dwar il-miżuri meħuda biex jiġu sodisfatti l-obbligi skont dan ir-Regolament u dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni fit-territorji tal-Istati Membri. |
(6) |
Il-programmi nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità għandhom jibbażaw fuq l-aħjar prattiki. Dawn l-aħjar prattiki għandhom jinqasmu mal-Kummissjoni u jiġu kkomunikati lill-Istati Membri kollha. |
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili, |
ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 300/2008
Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
It-titlu “Anness” għandu jinbidel b’ “Anness I”, |
(2) |
It-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness II. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-data speċifikata fir-regoli tal-implimentazzjoni adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, iżda mhux aktar tard mid-29 ta’ April 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
ANNESS
ANNESS II
Speċifikazzjonijiet komuni għall-programm nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità li għandu jiġu implimentat minn kull Stat Membru fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili
1. DEFINIZZJONIJIET
1.1. |
Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
2. SETGĦAT TAL-AWTORITÀ XIERQA
2.1. |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awtorità xierqa bis-setgħat neċessarji għall-monitoraġġ u l-infurzar tar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament u l-atti implimentattivi tiegħu, inkluża s-setgħa li timponi penali skont l-Artikolu 21. |
2.2. |
L-awtorità xierqa għandha twettaq attivitajiet ta’ monitoraġġ ta’ konformità u għandha jkollha s-setgħat neċessarji biex tesiġi li jissewwa nuqqas identifikat f’perjodu ta’ żmien stabbilit. |
2.3. |
Għandha tiġi stabbilita strateġija gradwali u proporzjonata rigward l-attivitajiet ta’ korrezzjoni ta’ nuqqas u l-miżuri ta’ infurzar. Din l-istrateġija għandha tikkonsisti minn passi progressivi li għandhom jiġu segwiti sakemm tinkiseb il-korrezzjoni, fosthom:
L-awtorità xierqa tista’ tneħħi wieħed jew aktar minn dawn il-passi, speċjalment jekk in-nuqqas ikun serju u rikorrenti. |
3. OBJETTIVI U KONTENUT TAL-PROGRAMM NAZZJONALI TA’ KONTROLL TAL- KWALITÀ
3.1. |
L-objettivi tal-programm nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità huma li jivverifikaw li l-miżuri tas-sigurtà tal-avjazzjoni huma implimentati b’mod effettiv u kif suppost u li jiddeterminaw il-livell ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u l-programm nazzjonali ta’ sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, permezz ta’ attivitajiet ta’ monitoraġġ ta’ konformità. |
3.2. |
Il-programm nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:
|
4. MONITORAĠĠ TAL-KONFORMITÀ
4.1. |
L-ajruporti, l-operaturi u l-entitajiet l-oħra kollha b’responsabbiltajiet għas-sigurtà tal-avjazzjoni għandhom jiġu mmonitorjati regolarment biex jiġi żgurat li n-nuqqasijiet jiġu osservati u korreġuti fil-pront. |
4.2. |
Il-monitoraġġ għandu jitwettaq skont il-programm nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità, u għandu jqis il-livell tat-theddida, it-tip u n-natura tal-operazzjonijiet, l-istandard tal-implimentazzjoni, ir-riżultati tal-kontroll intern tal-kwalità tal-ajruporti, l-operaturi u l-entitajiet u fatturi u valutazzjonijiet oħra li jaffetwaw il-frekwenza tal-monitoraġġ. |
4.3. |
Il-monitoraġġ għandu jinkludi l-implimentazzjoni u l-effikaċja tal-miżuri interni ta’ kontroll tal-kwalità tal-ajruporti, l-operaturi u entitajiet oħra. |
4.4. |
Il-monitoraġġ f’kull ajruport individwali għandu jkun magħmul minn taħlita xierqa ta’ attivitajiet ta’ monitoraġġ ta’ konformità u jipprovdi stampa komprensiva tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà fil-qasam. |
4.5. |
Il-ġestjoni, it-tfassil tal-prijoritajiet u l-organizzazzjoni tal-programm ta’ kontroll tal-kwalità għandhom jitwettqu indipendentement mill-implimentazzjoni operattiva tal-miżuri li ttieħdu skont il-programm nazzjonali għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili. |
4.6. |
L-attivitajiet ta’ monitoraġġ ta’ konformità għandhom jinkludu verifiki ta’ sigurtà, spezzjonijiet u testijiet. |
5. METODOLOĠIJA
5.1. |
Il-metodoloġija biex jitwettqu attivitajiet ta’ monitoraġġ għandha tikkonforma ma’ strateġija standardizzata, li tinkludi t-tqassim tal-kompiti, l-ippjanar, il-preparazzjoni, l-attivita’ fil-post, il-klassifikazzjoni tas-sejbiet, it-tlestija tar-rapport u l-proċess ta’ korrezzjoni. |
5.2. |
L-attivitajiet ta’ monitoraġġ ta’ konformità għandhom isiru abbażi ta’ ġbir sistematiku ta’ tagħrif permezz ta’ osservazzjonijiet, intervisti, eżami ta’ dokumenti u verifiki. |
5.3. |
Il-monitoraġġ ta’ konformità għandu jinkludi kemm l-attivitajiet innotifikati kif ukoll dawk li ma kienux innotifikati. |
6. VERIFIKI TA’ SIGURTÀ
6.1. |
Verifika ta’ sigurtà għandha tkopri:
|
6.2. |
Il-metodoloġija biex titwettaq verifika ta’ sigurtà għandha tqis l-elementi li ġejjin:
|
6.3. |
Sabiex issir konferma tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà, it-twettiq ta’ verifika ta’ sigurtà għandha ssir abbażi ta’ ġabra sistematika ta’ tagħrif minn waħda jew aktar mit-tekniki li ġejjin:
|
6.4. |
L-ajruporti b’volum ta’ traffiku annwali akbar minn 10 miljun passiġġier għandhom jiġu soġġetti għall-verifika ta’ sigurtà li tkopri l-istandards kollha ta’ sigurtà tal-avjazzjoni tal-anqas kull 4 snin. L-eżami għandu jinkludi kampjun rappreżentattiv tat-tagħrif. |
7. SPEZZJONIJIET
7.1. |
L-ambitu ta’ spezzjoni għandu jkopri tal-anqas sett wieħed ta’ miżuri ta’ sigurtà marbutin direttament tal-Anness I għal dan ir-Regolament u l-monitoraġġ tal-atti implimentattivi li jikkorrispondu bħala attività waħda jew f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, normalment mhux aktar minn tliet xhur. L-eżami għandu jinkludi kampjun rappreżentattiv tat-tagħrif. |
7.2. |
Sett ta’ miżuri ta’ sigurtà marbutin direttament huwa sett ta’ żewġ rekwiżiti jew aktar kif imsemmi fl-Anness I għal dan ir-Regolament u tal-atti implimentattivi li jikkorrispondu li għandhom impatt fuq xulxin tant mill-qrib li ma tistax issir valutazzjoni xierqa tal-kisba tal-objettiv sakemm mhumiex meqjusa flimkien. Dawn is-settijiet għandhom jinkludu dawk imniżżla fl-Appendiċi I għal dan l-Anness. |
7.3. |
Spezzjonijiet ma għandhomx jitħabbru bil-quddiem. Meta l-awtorità xierqa tqis li dan mhuwiex prattiku, l-ispezzjonijiet jistgħu jitħabbru minn qabel. Il-metodoloġija biex titwettaq spezzjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin:
|
7.4. |
Sabiex issir konferma li l-miżuri ta’ sigurtà huma effikaċi, it-twettiq tal-ispezzjoni għandha ssir abbażi ta’ ġbir sistematiku ta’ tagħrif b’waħda jew aktar mit-tekniki li ġejjin:
|
7.5. |
Fl-ajruporti b’volum ta’ traffiku annwali aktar minn 2 miljun passiġġier, il-frekwenza minima ta’ spezzjonijiet tas-settijiet kollha ta’ miżuri ta’ sigurtà marbutin direttament stabbiliti fil-Kapitoli 1 sa 6 tal-Anness I għal dan ir-Regolament għandha tkun tal-anqas kull 12-il xahar, sakemm ma tkunx twettqet verifika fl-ajruport matul dak iż-żmien. Il-frekwenza biex jiġu spezzjonati l-miżuri ta’ sigurtà kollha koperti mill-Kapitolu 7 sa 12 tal-Anness I għandha tiġi determinata mill-awtorità xierqa abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju. |
7.6. |
Jekk Stat Membru ma jkollux ajruport b’volum ta’ traffiku annwali akbar minn 2 miljun passiġġier, ir-rekwiżiti ta’ punt 7.5 ma għandhomx japplikaw għall-ajruport fuq it-territorju tiegħu bl-akbar volum ta’ traffiku annwali. |
8. TESTIJIET
8.1. |
It-testijiet għandhom jitwettqu biex jeżaminaw l-effikaċja tal-implimentazzjoni għall-inqas tal-miżuri ta’ sigurta li ġejjin:
|
8.2. |
Għandu jiġi żviluppat protokoll ta’ test li jinkludi l-metodoloġija waqt li jitqiesu r-rekwiżiti legali, ir-rekwiżiti ta’ sigurtà u dawk operattivi. Il-metodoloġija għandha tindirizza l-elementi li ġejjin:
|
9. STĦARRIĠ
9.1. |
L-istħarriġ għandu jitwettaq kull meta l-awtorità xierqa tħoss il-ħtieġa li tivvaluta mill-ġdid l-operazzjonijiet sabiex jiġu identifikati u indirizzati kwalunkwe vulnerabbiltà. Meta tiġi identifikata vulnerabbiltà, l-awtorità xierqa għandha teħtieġ l-implimentazzjoni tal-miżuri protettivi proporzjonati mat-theddida. |
10. RAPPURTAR
10.1. |
L-attivitajiet ta’ monitoraġġ ta’ konformità għandhom jiġu rrapurtati jew irreġistrati f’format standardizzat li jippermetti għal analiżi kontinwa tax-xejriet. |
10.2. |
Dawn l-elementi għandhom jiġu inklużi:
|
10.3. |
Meta jiġu identifikati xi nuqqasijiet, l-awtorità xierqa għandha tirraporta s-sejbiet rilevanti lill-ajruport, operaturi jew entitajiet soġġetti għal monitoraġġ. |
11. KLASSIFIKAZZJONI KOMUNI TAL-KONFORMITÀ
11.1. |
L-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità għandhom jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali ta’ sigurtà tal-avjazzjoni ċivili permezz tas-sistema armonizzata ta’ klassifikazzjoni tal-konformità stipulata fl-Appendiċi II. |
12. KORREZZJONI TAN-NUQQASIJIET
12.1. |
Il-korrezzjoni tan-nuqqasijiet identifikati għandha tiġi implimentata fil-pront. Meta l-korrezzjoni ma tkunx tista’ titwettaq fil-pront, għandhom jiġu implimentati miżuri ta’ kumpens. |
12.2. |
L-awtorità xierqa għandha titlob lill-ajruporti, operaturi jew entitajiet soġġetti għall-attivitajiet ta’ monitoraġġ ta’ konformità biex iressqu għall-qbil pjan ta’ azzjoni li jindirizza kwalunkwe nuqqas imniżżel fir-rapporti flimkien ma’ perjodu ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi u biex jipprovdu konferma meta jitlesta l-proċess ta’ korrezzjoni. |
13. ATTIVITAJIET TA’ SEGWITU RELATATI MAL-VERIFIKA TAL-KORREZZJONI
13.1. |
Wara l-konferma li tkun ittieħdet kull azzjoni korrettiva meħtieġa mill-ajruport, operatur jew entità soġġetti għall monitoraġġ, l-awtorità xierqa għanda tivverifika l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi |
13.2. |
Attivitajiet ta’ segwitu għandhom jużaw il-metodu ta’ monitoraġġ rilevanti. |
14. DISPONIBBILTÀ TAL-AWDITURI
14.1. |
Kull Stat Membru għandu jiżgura li hemm għadd biżżejjed ta’ awdituri disponibbli għall-awtorità xierqa direttament jew taħt is-superviżjoni tagħha biex jitwettqu l-attivitajiet ta’ kontroll ta’ konformità kollha. |
15. KRITERJI TA’ KWALIFIKA GĦALL-AWDITURI
15.1. |
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awdituri li jwettqu l-funzjonijiet f’isem l-awtorità xierqa:
L-awdituri għandhom ikunu soġġetti għal ċertifikazzjoni, jew approvazzjoni oħra ekwivalenti maħruġa mill-awtorità xierqa. |
15.2. |
L-awdituri għandu jkollhom il-kompetenzi li ġejjin:
|
15.3. |
L-awdituri għandhom jgħaddu minn taħriġ rikorrenti bi frekwenza suffiċjenti biex jiġi żgurat li jżommu l-kompetenzi eżistenti u jakkwistaw kompetenzi ġodda sabiex iqisu l-iżviluppi fil-qasam tas-sigurtà. |
16. SETGĦAT TAL-AWDITURI
16.1. |
L-awdituri li jwettqu attivitajiet ta’ monitoraġġ għandhom jiġu pprovduti b’awtorità suffiċjenti biex ikollhom aċċess għat-tagħrif meħtieġ biex iwettqu l-ħidmiet tagħhom. |
16.2. |
L-awdituri għandhom iġorru dokument tal-identità li jawtorizzahom li jwettqu l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-konformità f’isem l-awtorità xierqa u li jippermetti l-aċċess għaż-żoni kollha meħtieġa. |
16.3. |
L-awdituri għandhom ikunu intitolati li:
|
16.4. |
Bħala konsegwenza tas-setgħat mogħtija lill-awdituri, l-awtorità xierqa għandha taġixxi skont il-punt 2.3 fil-każijiet li ġejjin:
|
17. L-AĦJAR PRATTIKI
17.1. |
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-aħjar prattiki fir-rigward tal-programmi ta’ kontroll tal-kwalità, tal-metodoloġiji ta’ verifiki u tal-awdituri. Il-Kummissjoni għandha taqsam dan it-tagħrif mal-Istati Membri. |
18. RAPPURTAR LILL-KUMMISSJONI
18.1. |
Kull sena l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li ttieħdu sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament u dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-ajruporti li jinstabu fit-territorju tagħhom. Il-perjodu ta’ referenza għar-rapport għandu jkun mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru. Ir-rapport għandu jingħata tliet xhur wara li jkun għadda l-perjodu ta’ referenza. |
18.2. |
Il-kontenut tar-rapport għandu jkun skont l-Appendiċi III permezz ta’ mudell fornut mill-Kummissjoni. |
18.3. |
Il-Kummissjoni għandha taqsam il-konklużjonijiet ewlenin li ħarġu minn dawn ir-rapporti mal-Istati Membri. |
Appendiċi I
Elementi għall-inklużjoni fis-sett ta’ miżuri ta’ sigurtà marbutin direttament
Is-settijiet ta’ miżuri ta’ sigurtà marbutin direttament kif imsemmija fil-punt 7.1 tal-Anness II għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin tal-Anness I għal dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-atti implimentattivi tiegħu:
Għall-punt 1 – Sigurtà tal-ajruport:
(i) |
punt 1.1; jew |
(ii) |
punt 1.2 (ħlief dispożizzjonijiet relatati mad-dokumenti tal-identifikazzjoni u mal-permess tal-vetturi); jew |
(iii) |
punt 1.2 (dispożizzjonijiet relatati mad-dokumenti tal-identifikazzjoni); jew |
(iv) |
punt 1.2 (dispożizzjonijiet relatati mal-permess tal-vetturi); jew |
(v) |
punt 1.3 u l-elementi rilevanti għall-punt 12; jew |
(vi) |
punt 1.4; jew |
(vii) |
punt 1.5. |
Għall-punt 2 – Żoni demarkati tal-ajruporti:
il-punt kollu
Għall-punt 3 – Sigurtà tal-ajruport:
(i) |
punt 3.1; jew |
(ii) |
punt 3.2. |
Għall-punt 4 – Bagalji tal-passiġġieri u bagalji li jiddaħħlu fil-kabina:
(i) |
punt 4.1 u l-elementi rilevanti ta’ punt 12; jew |
(ii) |
punt 4.2. jew |
(iii) |
punt 4.3. |
Għall-punt 5 – Bagalji tal-istiva:
(i) |
punt 5.1 u l-elementi rilevanti ta’ punt 12; jew |
(ii) |
punt 5.2; jew |
(iii) |
punt 5.3. |
Għall-punt 6 – Merkanzija u posta:
(i) |
id-dispożizzjonijiet kollha relatati ma’ kontrolli ta’ tgħarbil u ta’ sigurtà applikati minn aġent regolat, ħlief fejn hemm imniżżel fil-punti (ii) sa (v) hawn isfel; jew |
(ii) |
id-dispożizzjonijiet kollha relatati ma’ kontrolli ta’ sigurtà applikati minn konsenjaturi magħrufa; jew |
(iii) |
id-dispożizzjonijiet kollha relatati ma’ konsenjaturi tal-kont; jew |
(iv) |
id-dispożizzjonijiet kollha relatati mat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u posta; jew |
(v) |
id-dispożizzjonijiet kollha relatati mal-protezzjoni ta’ merkanzija u posta fl-ajruporti. |
Għall-punt 7 – Posta u materjali tat-trasportaturi bl-ajru:
il-punt kollu
Għall-punt 8 – Provvisti għat-titjira:
il-punt kollu
Għall-punt 9 – Provvisti għall-ajruport:
il-punt kollu
Għall-punt 10 – Miżuri ta’ sigurtà għal matul it-titjira:
il-punt kollu
Għall-punt 11 – Reklutaġġ u taħriġ tal-persunal:
(i) |
id-dispożizzjonijiet kollha relatati mar-reklutaġġ tal-persunal għal ajruport, trasportatur tal-ajru jew entità; jew |
(ii) |
id-dispożizzjonijiet kollha relatati mat-taħriġ tal-persunal f’ajruport, trasportatur tal-ajru jew entità; |
Appendiċi II
Sistema ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-konformità
Il-klassifikazzjoni tal-konformità li ġejja għandha tapplika sabiex biex issir valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili.
|
Verifika ta’ sigurtà |
Spezzjoni |
Test |
Konformi totalment |
|
|
|
Konformi, iżda hu mixtieq xi titjib |
|
|
|
Mhux konformi |
|
|
|
Mhux konformi, b’nuqqasijiet serji |
|
|
|
Mhux applikabbli |
|
|
|
Mhux ikkonfermat |
|
|
|
Appendiċi III
KONTENUT TAR-RAPPORT LILL-KUMMISSJONI
1. Struttura ta’ organizzazzjoni, responsabbiltajiet u riżorsi
(a) |
Struttura ta’ organizzazzjoni tal-kontroll ta’ kwalità, responsabbiltajiet u riżorsi, inklużi l-emendi ppjanati għall-ġejjieni (ara punt 3.2 a) |
(b) |
Għadd ta’ awdituri - attwali u ppjanati (ara punt 14) |
(c) |
Taħriġ imwettaq mill-awdituri (ara punt 15.2). |
2. Attivitajiet ta’ monitoraġġ operattiv
L-attivitajiet kollha ta’ monitoraġġ imwettqa, fejn hemm speċifikat:
(a) |
tip (verifika ta’ sigurtà, spezzjoni inizjali, spezzjoni ta’ segwitu, test, oħrajn); |
(b) |
ajruporti, operaturi jew entitajiet immonitorjati; |
(c) |
ambitu; |
(d) |
frekwenza; u |
(e) |
total ta’ jiem ta’ xogħol minn persuna fil-qasam. |
3. Attivitajiet ta’ korrezzjoni ta’ nuqqasijiet
(a) |
Status tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ korrezzjoni ta’ nuqqasijiet. |
(b) |
Attivitajiet ewlenin imwettqa jew ippjanati (eż. ħolqien ta’ karigi ġodda, tagħmir mixtri, ħidma ta’ kostruzzjoni) u l-progress miksub għall-korrezzjoni. |
(c) |
Miżuri ta’ infurzar użati (ara l-punt 3.2 (f)). |
4. Dejta u xejriet ġenerali
(a) |
L-għadd nazzjonali annwali tat-traffiku ta’ passiġġieri u merkanzija u l-għadd ta’ moviment tal-ajruplani. |
(b) |
Il-lista tal-ajruporti skont il-kategorija. |
(c) |
L-għadd ta’ trasportaturi tal-ajru li joperaw mit-territorju skont il-kategorija (nazzjonali, UE, pajjiż terz). |
(d) |
L-għadd ta’ aġenti regolati. |
(e) |
L-għadd ta’ kumpaniji tal-kejtering. |
(f) |
L-għadd ta’ kumpaniji tat-tindif. |
(g) |
L-għadd approssimattiv ta’ etitajiet oħra b’responabbiltajiet ta’ sigurtà tal-avjazzjoni (konsenjaturi, kumpaniji għas-servizzi fuq l-art magħrufa). |
5. Sitwazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-ajruporti
Kuntest ġenerali tas-sitwazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Istat Membru.
12.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 7/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 19/2010
tal-11 ta’ Jannar 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
49,6 |
TN |
104,3 |
|
TR |
92,9 |
|
ZZ |
82,3 |
|
0707 00 05 |
EG |
174,9 |
JO |
115,2 |
|
MA |
76,9 |
|
TR |
117,1 |
|
ZZ |
121,0 |
|
0709 90 70 |
MA |
110,7 |
TR |
107,5 |
|
ZZ |
109,1 |
|
0805 10 20 |
EG |
46,2 |
IL |
56,2 |
|
MA |
41,9 |
|
TR |
54,3 |
|
ZZ |
49,7 |
|
0805 20 10 |
MA |
75,6 |
TR |
64,0 |
|
ZZ |
69,8 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
54,4 |
IL |
68,6 |
|
JM |
118,7 |
|
MA |
83,8 |
|
TR |
67,7 |
|
ZZ |
78,6 |
|
0805 50 10 |
EG |
74,9 |
MA |
65,5 |
|
TR |
66,4 |
|
ZZ |
68,9 |
|
0808 10 80 |
CA |
84,4 |
CN |
90,0 |
|
MK |
25,2 |
|
US |
114,4 |
|
ZZ |
78,5 |
|
0808 20 50 |
CN |
36,4 |
US |
102,1 |
|
ZZ |
69,3 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
DIRETTIVI
12.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 7/17 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/1/UE
tat-8 ta’ Jannar 2010
li temenda l-Annessi I, III u IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-punti (c) u (d) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 14 tagħha,
Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2009/29/KE tipprevedi li ċerti żoni għandhom jiġu rikonoxxuti bħala żoni protetti. |
(2) |
Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 tal-4 ta’ Lulju 2008 li jirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità (2) ċerti partijiet tar-reġjun tal-Veneto fl-Italja ġew rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward tal-organiżmu ta’ ħsara Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. sal-31 ta’ Marzu 2010. |
(3) |
Wara osservazzjonijiet dwar il-preżenza tal-organiżmu tal-ħsara f’ċerti partijiet tar-reġjun tal-Veneto li saru mill-Kummissjoni waqt spezzjoni fl-Italja mill-31 ta’ Awwissu sal-11 ta’ Settembru 2009, l-Italja infurmat lill-Kummissjoni fit-23 ta’ Ottubru 2009 bir-riżultati tal-aħħar stħarriġ li sar fir-reġjun tal-Veneto għall-preżenza ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara f’Settembru u Ottubru 2009. Ir-riżultati ta’ dan l-aħħar stħarriġ juru li fil-provinċja ta’ Venezja hemm 14-il post fejn dak l-organiżmu ta’ ħsara kien preżenti għal perjodu ta’ mill-inqas l-aħħar tliet snin suċċessivi minkejja l-miżuri ta’ eradikazzjoni meħuda mill-awtoritajiet Taljani. Konsegwentement, dawk il-miżuri ma kinux effettivi. |
(4) |
L-aħħar riżultati tal-istħarriġ ġew diskussi matul il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fid-19 u l-20 ta’ Ottubru 2009. Ġie konkluż li Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. għandha titqies bħala stabbilita fil-provinċja ta’ Venezja. Għalhekk, dik il-provinċja ma għandhiex tibqa’ inkluża fil-listi tal-Annessi II, III u IV tad-Direttiva 2000/29/KE bħala żona protetta fir-rigward ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara. |
(5) |
Mil-leġiżlazzjoni Żvizzera dwar il-ħarsien tal-pjanti, jidher li l-Cantons ta’ Fribourg u Vaud mhux se jibqgħu jiġu rikonoxxuti bħala żona protetta għall-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. fl-Iżvizzera mill-15 ta’ Novembru 2009. Id-deroga li tippermetti ċerti importazzjonijiet minn dawk ir-reġjuni lejn ċerti żoni protetti skont rekwiżiti speċjali għandha għalhekk titħassar u l-Parti B tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(6) |
L-Annessi II, III u IV tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Annessi II, III, u IV tad-Direttiva 2000/29/KEE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
Traspożizzjoni
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel it-28 ta’ Frar 2010. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Marzu 2010.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussel, it-8 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) ĠU L 193, 22.7.2008, p. 1.
ANNESS
L-Annessi II, III u IV tad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati kif ġej:
(1) |
Fil-punt 2 tal-intestatura (b) tal-Parti B tal-Anness II, it-test fit-tielet kolonna, żona/i protetta/i, qed jinbidel b’dan li ġej: “E, EE, F (Corsica), IRL, I (Abruzzo, Puglia, Basilicata, Calabria, Campania, Emilia-Romagna (il-provinċji ta’ Parma u Piacenza); Friuli-Venezia Giulia, Lazio, Liguria, Lombardija (ħlief il-provinċja ta’ Mantua), Marche, Molise, Piemonte, Sardinja, Sqallija, Toskana, Umbria, Valle d’Aosta, Veneto (ħlief il-provinċji ta’ Rovigo u Venezja, il-lokalitajiet ta’ Castelbaldo, Barbona, Boara Pisani, Masi, Piacenza d’Adige, S. Urbano, Vescovana fil-provinċja ta’ Padova u ż-żona li tinsab fin-Nofsinhar tal-awtostrada A4 fil-provinċja ta’ Verona)), LV, LT, P, SI (ħlief ir-reġjuni ta’ Gorenjska, Koroška, Maribor u Notranjska), SK (ħlief il-lokalitajiet ta’ Blahová, Horné Mýto u Okoč (il-Kontea ta’ Dunajská Streda), Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta’ Levice), Málinec (il-Kontea ta’ Poltár), Hrhov (il-Kontea ta’ Rožňava), Veľké Ripňany (il-Kontea ta’ Topoľčany), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta’ Trebišov)), FI, UK (l-Irlanda ta’ Fuq, Isle of Man u ċ-Channel Islands).” |
(2) |
Il-Parti B tal-Anness III qed tiġi emendata kif ġej:
|
(3) |
Il-Parti B tal-Anness IV qed tiġi emendata kif ġej:
|
DEĊIŻJONIJIET
12.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 7/21 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-10 ta’ Diċembru 2009
dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2010
(BĊE/2009/25)
(2010/14/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, partikolarment l-Artikolu 128(2),
Billi:
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklużiv mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa ‘l quddiem “l-Istati Membri parteċipanti”). |
(2) |
L-Istati Membri parteċipanti ppreżentaw għall-approvazzjoni tal-BĊE l-estimi tagħhom tal-volum ta’ muniti euro li għandhom jinħarġu fl-2010, flimkien ma’ noti ta’ spjega dwar il-metodoloġija ta’ tbassir, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti euro li għandhom jinħarġu fl-2010
Il-BĊE japprova l-volum ta’ muniti euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri parteċipanti fl-2010 kif deskritt fit-tabella li ġejja:
(miljuni f’EUR) |
|
|
Ħruġ ta’ muniti ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni u ħruġ ta’ muniti ta’ kollezzjoni (mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2010 |
Il-Belġju |
105,2 |
Il-Ġermanja |
668,0 |
L-Irlanda |
43,0 |
Il-Greċja |
55,0 |
Spanja |
210,0 |
Franza |
290,0 |
L-Italja |
283,0 |
Ċipru |
18,1 |
Il-Lussemburgu |
40,0 |
Malta |
10,5 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
54,0 |
L-Awstrija |
306,0 |
Il-Portugall |
50,0 |
Is-Slovenja |
30,0 |
Is-Slovakkja |
62,0 |
Il-Finlandja |
60,0 |
Artikolu 2
Disposizzjoni finali
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri parteċipanti.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
Rettifika
12.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 7/22 |
Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea
(verżjoni kodifikata)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 343, tat-22 ta’ Diċembru 2009 )
1. |
Paġna 51, premessa (4): |
Flok:
“… l-Ftehim tal-GATT jistabilixxi …”
Aqra:
“… l-GATT jistabbilixxi …”;
2. |
Il-paġni 51-52, premessi (7), (8) u (9) għandhom jitħassru u fil-paġni 52-53, il-premessi (10) sa (34) għandhom isiru l-premessi (7) sa (31); |
3. |
Paġna 53, premessa ġdida (19): |
Flok:
“… referenza lill-Kumitat Kontra Dumping tal-Ö WTO Õ, …”
Aqra:
“… referenza lill-Kumitat Kontra Dumping tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), …”;
4. |
Paġna 53, premessa ġdida (20): |
Flok:
“… jistgħu diġà qed jingħataw lil importaturi jistgħu ukoll jingħataw lil …”
Aqra:
“… jistgħu diġà qed jingħataw lil importaturi taħt dan ir-Regolament jistgħu ukoll jingħataw lil …”;
5. |
Paġna 55, nota ta' qiegħ il-paġna 1 għall-Artikolu 2(7)(a): |
Flok:
“(1) |
Li jinkludu l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Korea ta’ Fuq, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Użbekistan.” |
Aqra:
“(1) |
Li jinkludu l-Albanija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Georġja, il-Korea ta’ Fuq, il-Kirgistan, il-Moldova, il-Mongolja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Użbekistan.”; |
6. |
Paġna 55, Artikolu 2(7)(b): |
Flok:
“… importazzjonijiet ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Ukrajna, il-Vjetnam u l-Każakistan u kull pajjiż li ma jħaddanx l-ekonomija tas-suq …”
Aqra:
“… importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Vjetnam u l-Każakistan u kull pajjiż li ma jħaddanx l-ekonomija tas-suq …”;
7. |
Paġna 65, it-titolu tal-Artikolu 12: |
Flok:
“Investigazzjoni mill-ġdid”
Aqra:
“Assorbiment”;
8. |
Il-paġna 65, Artikolu 12(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafu għandhom jingħaqdu f'paragrafu wieħed; |
9. |
Paġna 73, Anness II, tabella ta' korrelazzjoni: It-tabella ta' korrelazzjoni għandha taqra kif ġej: |
“(…) |
(…) |
— |
Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 4(3) u (4) |
Artikolu 4(3) u (4) |
Artikoli 5 sa 17 |
Artikoli 5 sa 17 |
Artikolu 18(1) sa (4) |
Artikolu 18(1) sa (4) |
Artikolu 18(5) l-ewwel sentenza |
Artikolu 18(5) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 18(5) it-tieni sentenza |
Artikolu 18(5) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 18(6) |
Artikolu 18(6) |
Artikoli 19 sa 22 |
Artikoli 19 sa 22 |
Artikolu 23 |
— |
— |
(…) |
(…) |
(…)” |