ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.330.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 330

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
16 ta' Diċembru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1226/2002 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2010

1

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2009/142/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 rigward tagħmir li juża l-gass ( 1 )

10

 

*

Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol ( 1 )

28

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2009/954/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tat-Termini ta’ Referenza għas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (IPEEC) u tal-Memorandum dwar l-ospitar tas-Segretarjat tas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija

37

 

 

V   Atti adottati mill-1 ta' Diċembru 2009 taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat Euratom

 

 

ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM HIJA OBBLIGATORJA

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1227/2009 tal-15 ta’ Diċembru 2009 li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1859/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Uzbekistan

48

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1228/2009 tal-15 ta’ Diċembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

49

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1229/2009 tal-15 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

61

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2009 tal-15 ta’ Diċembru 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

63

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1231/2009 tal-15 ta’ Diċembru 2009 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Diċembru 2009

65

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1232/2009 tal-15 ta’ Diċembru 2009 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Wiśnia nadwiślanka (DPO)]

68

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1233/2009 tal-15 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi miżura speċifika ta’ appoġġ għas-suq fis-settur tal-ħalib

70

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1234/2009 tal-15 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi kwoti tariffarji Komunitarji għas-sena 2010, għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż

73

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/955/PESK tal-15 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani

76

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/956/PESK tal-15 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2009/131/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-kriżi fil-Ġeorgja

77

 

 

2009/957/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUPOL COPPS/2/2009 tal-15 ta’ Diċembru 2009 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani

78

 

 

2009/958/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUPM/1/2009 tal-15 ta' Diċembru 2009 dwar l-estensjoni tal-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina (BiH)

79

 

 

ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM MHIJIEX OBBLIGATORJA

 

 

2009/959/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/230/KE dwar formola li tikkonċerna l-leġiżlazzjoni soċjali marbuta mal-attivitajiet tat-trasport bit-triq (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9895)  ( 1 )

80

 

 

2009/960/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2004/407/KE dwar l-awtorizzazzjoni tal-importazzjonijiet tal-ġelatina fotografika fir-Repubblika Ċeka (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9899)

82

 

 

2009/961/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2009 dwar għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għas-sena 2010 għal ċerti laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa tal-annimali u tal-annimali ħajjin (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9965)

88

 

 

2009/962/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9976)  ( 1 )

93

 

 

2009/963/UE

 

*

Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2009 li temenda il-Linja Gwida BĊE/2008/18 dwar bidliet temporanji fir-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-garanziji (BĊE/2009/24)

95

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1226/2002

tal-20 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2010

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/1996 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (3), u b’mod partikolari l-Artikoli 5 u 8(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jeħtieġ li l-Kunsill jadotta l-miżuri meħtieġa biex jiġu żgurati l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-iżvolġiment sostenibbli ta’ attivitajiet ta’ sajd b’kont meħud tal-pariri xjentifiċi disponibbli u, b’mod partikolari, ir-rapport imħejji mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, kif ukoll fid-dawl ta’ kwalunkwe parir li jasal mill-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-Baħar Baltiku.

(2)

Taħt l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, huwa l-obbligu tal-Kunsill li jistabbilixxi limiti tal-opportunitajiet tas-sajd abbażi taż-żona tas-sajd jew ta’ gruppi ta’ żoni tas-sajd u l-allokazzjoni ta’ dawn l-opportunitajiet lill-Istati Membri.

(3)

Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effettiva tal-opportunitajiet tas-sajd, għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet speċifiċi li fihom jitwettqu l-operazzjonijiet tas-sajd.

(4)

Jeħtieġ li l-prinċipji u ċerti proċeduri għall-ġestjoni tas-sajd jiġu stabbiliti f’livell Komunitarju, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżguraw il-ġestjoni tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom.

(5)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jistabbilixxi d-definizzjonijiet li huma rilevanti għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

(6)

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/1996, għandhom jiġu identifikati l-istokkijiet li huma suġġetti għall-miżuri varji msemmijin fih.

(7)

L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jintużaw skont il-leġislazzjoni Komunitarja, u b’mod partikolari skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta’ Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-qabdiet ta’ ħut tal-Istati Membri (4), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86 tat-22 ta’ Settembru 1986 li jiddefinixxi l-karatteristiċi tad-dgħajjes tas-sajd (5), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1381/87 tal-20 ta’ Mejju 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-immarkar u dokumentazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd (6), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3880/91 tas-17 ta’ Diċembru 1991 dwar is-sottomissjoni ta’ statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu fil-Grigal tal-Atlantiku (7), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (8), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi disposizzjonijiet dettaljati dwar is-sistemi ta’ sorveljanza tal-vapuri bbażata fuq satellita (9), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound (10), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad- 29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat (11).

(8)

Sabiex jiġi żgurat li l-opportunitajiet annwali tas-sajd jiġu stabbiliti f’livell li jikkorrispondi għall-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi f’termini ambjentali, ekonomiċi u soċjali, ittieħed kont tal-prinċipji ta’ gwida għall-istabbiliment tal-qabdiet totali permissibbli (TACs) kif deskritt fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Konsultazzjoni dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-2010.

(9)

Sabiex jitnaqqas ir-rimi, ikun adatt li tiġi stabbilita projbizzjoni tar-rimi selettiv għaż-żieda fil-valur tal-qbid (high-grading) għal kwalunkwe speċi suġġetta għal kwota, li jimplika projbizzjoni tar-rimi ta’ speċijiet suġġetti għal kwota li jistgħu jinbiegħu u jinħattu legalment skont il-leġislazzjoni Komunitarja dwar is-sajd.

(10)

Bil-għan li jiġu kkonservati l-istokkijiet tal-ħut, fl-2010 għandhom jiġu implimentati ċerti miżuri supplimentari dwar kondizzjonijiet tekniċi tas-sajd.

(11)

Sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Komunità, huwa importanti li dawn iż-żoni tas-sajd jinfetħu fl-1 ta’ Jannar 2010. Minħabba l-urġenza ta’ din il-kwistjoni, huwa meħtieġ li tingħata eċċezzjoni għall-perijodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-punt I.3 tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2010 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut fil-Baħar Baltiku u l-kondizzjonijiet assoċjati li taħthom jistgħu jintużaw dawn l-opportunitajiet ta’ sajd.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għal bastimenti tas-sajd Komunitarji (bastimenti Komunitarji) li joperaw fil-Baħar Baltiku.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

B’żieda mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

iż-żoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2187/2005;

(b)

“Baħar Baltiku” tfisser is-Subdiviżjonijiet tal-ICES 22-32;

(c)

“qabda totali permissibli” (TAC) tfisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull stokk kull sena;

(d)

“kwota” tfisser proporzjon tat-TAC allokat lill-Komunità, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz;

(e)

“jum nieqes mill-port” tfisser kwalunkwe perijodu kontinwu ta’ 24 siegħa jew parti minnu li matulu il-bastiment ikun nieqes mill-port.

KAPITOLU II

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD U KONDIZZJONIJIET ASSOĊJATI

Artikolu 4

Limiti tal-qbid u allokazzjonijiet

Il-limiti tal-qbid, l-allokazzjoni ta’ dawn il-limiti fost l-Istati Membri, u kondizzjonijiet assoċjati stabbiliti konformement mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 huma stabbiliti fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet

1.   L-allokazzjoni ta’ limiti tal-qbid fost l-Istati Membri kif stipulati fl-Anness I għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(a)

skambji magħmula konformement mal-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(b)

allokazzjonijiet mill-ġdid magħmulin konformement mal-Artikoli 21(4), 23(1) u 32(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93;

(c)

ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(d)

kwantitajiet miżmuma konformement mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(e)

tnaqqis magħmul konformement mal-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 u l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 338/2008.

2.   Għall-għanijiet taż-żamma tal-kwoti li jkunu ser jiġu ttrasferiti għall-2011, l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jista’ japplika, permezz ta’ deroga minn dak ir-Regolament, għall-istokkijiet kollha suġġetti għal TAC analitiku.

Artikolu 6

Kondizzjonijiet għall-qabdiet u għall-qabdiet sekondarji

1.   Il-ħut minn stokkijiet li għalihom il-limiti ta’ qbid huma stabbiliti għandu jinżamm abbord jew jitħatt l-art biss jekk:

(a)

il-qabdiet ittieħdu minn bastimenti ta’ Stat Membru bi kwota u dik il-kwota ma ntużatx kollha; jew

(b)

speċijiet minbarra aringi u sardin ikunu mħallta ma’ speċijiet oħra, u mhumiex magħżula la abbord u lanqas mal-ħatt l-art u l-qabdiet ikunu ttieħdu bi xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi jew tagħmir simili b’malji ta’ inqas minn 32 mm.

2.   Il-ħatt l-art kollu għandu jgħodd fil-konfront tal-kwota jew, jekk is-sehem Komunitarju ma jkunx ġie allokat fost l-Istati Membri permezz tal-kwoti, fil-konfront tas-sehem Komunitarju, ħlief għall-qabdiet magħmulin skont il-paragrafu 1(b).

3.   Meta l-kwota għall-aringi allokata lil Stat Membru tiġi eżawrita kompletament, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru, rreġistrati fil-Komunità, u li joperaw fiż-żoni tas-sajd li għalihom tapplika l-kwota rilevanti ma għandhomx iħottu l-art qabdiet li mhumiex magħżulin u li fihom l-aringi.

4.   Meta l-kwota għas-sardin allokata lil Stat Membru tiġi eżawrita, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru, irreġistrati fil-Komunità, u li joperaw fiż-żoni tas-sajd li għalihom tapplika l-kwota rilevanti ma għandhomx iħottu l-art qabdiet li mhumiex magħżulin u li fihom is-sardin.

Artikolu 7

Projbizzjoni tar-rimi selettiv għaż-żieda fil-valur tal-qbid

Kwalunkwe speċi suġġetta għal kwota, li tinqabad matul l-operazzjonijiet tas-sajd, għandha tittella’ abbord il-bastiment u sussegwentement tinħatt l-art sakemm dan ma jmurx kontra l-obbligi previsti fil-leġislazzjoni Komunitarja dwar is-sajd li tistabbilixxi miżuri tekniċi, ta’ kontroll u ta’ konservazzjoni, u b’mod partikolari f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (KE) Nru 2187/2005, ir-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u r-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

Artikolu 8

Limiti fuq l-isforz tas-sajd

1.   Il-limiti fuq l-isforz tas-sajd jinsabu fl-Anness II.

2.   Il-limiti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għas-Subdiviżjonijiet tal-ICES 27 u 28.2 sakemm il-Kummissjoni tkun għadha ma ħaditx deċiżjoni konformement mal-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 biex teskludi dawk is-Subdiviżjonijiet mir-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) u l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament.

3.   Il-limiti msemmijin fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għas-Subdiviżjoni tal-ICES 28.1 sakemm il-Kummissjoni għadha ma ħaditx deċiżjoni konformement mal-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 li r-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 għandhom japplikaw għal dik is-Subdiviżjoni.

Artikolu 9

Miżuri tekniċi transitorji

Il-miżuri tekniċi transitorji jinsabu fl-Anness III.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 10

Trasmissjoni tad-data

Meta l-Istati Membri jibgħatu data lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art ta’ kwantitajiet ta’ stokkijiet maqbudin, skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet li jinsabu fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

(3)  ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.

(4)  ĠU L 276, 10.10.1983, p. 1.

(5)  ĠU L 274, 25.9.1986, p. 1.

(6)  ĠU L 132, 21.5.1987, p. 9.

(7)  ĠU L 365, 31.12.1991, p. 1.

(8)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(9)  ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.

(10)  ĠU L 16, 20.1.2005, p. 184.

(11)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.


ANNESS I

LIMITI TAL-QBID U KONDIZZJONIJIET ASSOĊJATI GĦALL-ĠESTJONI, MINN SENA GĦAL SENA, TAL-LIMITI TAL-QBID APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI KOMUNITARJI F’ŻONI FEJN JEŻISTU LIMITI TAL-QBID ABBAŻI TAL-ISPEĊI U TAŻ-ŻONA

It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, minbarra fejn speċifikat mod ieħor) abbażi tal-istokk, tal-allokazzjoni lill-Istati Membri u kondizzjonijiet assoċjati għall-ġestjoni tal-kwoti minn sena għal sena.

F’kull żona, l-istokkijiet tal-ħut huma msemmijin fl-ordni alfabetiku li ġej tal-ismijiet tal-ispeċijiet bil-Latin. Għall-għanijiet ta’ dawn it-tabell, il-kodiċijiet użati għall-ispeċijiet differenti huma kif ġej:

Isem xjentifiku

Kodiċi Alpha-3

Isem komuni

Clupea harengus

HER

Aringa

Gadus morhua

COD

Merluzz

Platichthys flesus

FLX

Barbun tal-għajn

Pleuronectes platessa

PLE

Barbun tat-tbajja’

Psetta maxima

TUR

Barbun imperjali

Salmo salar

SAL

Salamun tal-Atlantiku

Sprattus sprattus

SPR

Laċċa kaħla


Speċi

:

Aringa

Clupea harengus

Żona

:

Subdiviżjonijiet 30-31

HER/3D30.; HER/3D31.

Finlandja

84 721

TAC Analitiku.
Japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Żvezja

18 615

KE

103 336

TAC

103 336


Speċi

:

Aringa

Clupea harengus

Żona

:

Subdiviżjonijiet 22-24

HER/3B23.; HER/3C22.; HER/3D24.

Danimarka

3 181

TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ġermanja

12 519

Finlandja

2

Polonja

2 953

Żvezja

4 037

KE

22 692

TAC

22 692


Speċi

:

Aringa

Clupea harengus

Żona

:

Subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32

HER/3D25.; HER/3D26.; HER/3D27.; HER/3D28.; HER/3D29.; HER/3D32.

Danimarka

2 780

TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ġermanja

737

Estonja

14 198

Finlandja

27 714

Latvja

3 504

Litwanja

3 689

Polonja

31 486

Żvezja

42 268

KE

126 376

TAC

Mhux rilevanti


Speċi

:

Aringa

Clupea harengus

Żona

:

Subdiviżjoni 28,1

HER/03D.RG

Estonja

16 809

TAC Analitiku.
Japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Latvja

19 591

KE

36 400

TAC

36 400


Speċi

:

Merluzz

Gadus morhua

Żona

:

Ilmijiet tal-KE tas-Subdiviżjonijiet 25-32

COD/3D25.; COD/3D26.; COD/3D27.; COD/3D28.; COD/3D29.; COD/3D30.; COD/3D31.; COD/3D32.

Danimarka

11 777

TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ġermanja

4 685

Estonja

1 148

Finlandja

901

Latvja

4 379

Litwanja

2 885

Polonja

13 561

Żvezja

11 932

KE

51 267

TAC

Mhux rilevanti


Speċi

:

Merluzz

Gadus morhua

Żona

:

Ilmijiet tal-KE tas-Subdiviżjonijiet 22-24

COD/3B23.; COD/3C22.; COD/3D24.

Danimarka

7 726

TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ġermanja

3 777

Estonja

171

Finlandja

152

Latvja

639

Litwanja

415

Polonja

2 067

Żvezja

2 753

KE

17 700

TAC

17 700


Speċi

:

Barbun tat-tbajja’

Pleuronectes platessa

Żona

:

Ilmijiet tal-KE tas-Subdiviżjonijiet 22-32

PLE/3B23.; PLE/3C22.; PLE/3D24.; PLE/3D25.; PLE/3D26.; PLE/3D27.; PLE/3D28.; PLE/3D29.; PLE/3D30.; PLE/3D31.; PLE/3D32.

Danimarka

2 179

TAC ta’ prekawzjoni.
Japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ġermanja

242

Polonja

456

Żvezja

164

KE

3 041

TAC

3 041


Speċi

:

Salamun tal-Atlantiku

Salmo salar

Żona

:

Ilmijiet tal-KE tas-Subdiviżjonijiet 22-31

SAL/3B23.; SAL/3C22.; SAL/3D24.; SAL/3D25.; SAL/3D26.; SAL/3D27.; SAL/3D28.; SAL/3D29.; SAL/3D30.; SAL/3D31.

Danimarka

60 975  (1)

TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ġermanja

6 784  (1)

Estonja

6 197  (1)

Finlandja

76 031  (1)

Latvja

38 783  (1)

Litwanja

5 594  (1)

Polonja

18 497  (1)

Żvezja

82 420  (1)

KE

294 246  (1)

TAC

Mhux rilevanti


Speċi

:

Salamun tal-Atlantiku

Salmo salar

Żona

:

Ilmijiet tal-KE tas-Subdiviżjoni 32

SAL/3D32.

Estonja

1 581  (2)

TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Finlandja

13 838  (2)

KE

15 419  (2)

TAC

Mhux rilevanti


Speċi

:

Laċċa kaħla

Sprattus sprattus

Żona

:

Ilmijiet tal-KE tas-Subdiviżjonijiet 22-32

SPR/3B23.; SPR/3C22.; SPR/3D24.; SPR/3D25.; SPR/3D26.; SPR/3D27.; SPR/3D28.; SPR/3D29.; SPR/3D30.; SPR/3D31.; SPR/3D32.

Danimarka

37 480

TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ġermanja

23 745

Estonja

43 522

Finlandja

19 620

Latvja

52 565

Litwanja

19 015

Polonja

111 552

Żvezja

72 456

KE

379 955

TAC

Mhux rilevanti


(1)  Espress f’numru ta’ ħut individwali

(2)  Espress f’numru ta’ ħut individwali


ANNESS II

Limiti tal-isforz tas-sajd

1.

Għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sajd bix-xbieki tat-tkarkir, b’tartaruni Daniżi jew b’irkaptu simili b’malji ta’ 90 mm jew akbar, b’għeżula, għeżula tat-tħabbil jew pariti li għandhom malji ta’ 90 mm jew akbar, jew li jistadu bil-konzijiet tal-qiegħ, konzijiet ħlief konzijiet mitluqa, xolfa tal-idejn u rkaptu tat-trejjix għandhom ikunu permessi għal għadd massimu ta’:

(a)

181 jum neqsin mill-port fis-subdiviżjonijiet 22-24 bl-eċċezzjoni tal-perijodu mill-1 sat-30 ta’ April meta japplika l-Artikolu 8(1) (a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007, u

(b)

160 jum neqsin mill-port fis-subdiviżjonijiet 25-28 bl-eċċezzjoni tal-perijodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu meta japplika l-Artikolu 8(1) (b) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007.

2.

In-numru massimu ta’ jiem assenti mill-port kull sena li fihom bastiment jista’ jkun preżenti fiż-żewġ żoni definiti fil-punt 1 (a) u (b) u jistad bl-irkapti msemmijin fil-punt 1 ma jistax ikun aktar min-numru massimu ta’ jiem allokati għal żona waħda mit-tnejn.


ANNESS III

MIŻURI TEKNIĊI TRANSITORJI

A.   Restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-barbun u għall-barbun imperjali

1.

Iż-żamma abbord tal-ispeċi ta’ ħut li ġejjin li jinqabdu fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perijodi msemmijin hawn taħt għandu jkun ipprojbit:

Speċi

Żona ġeografika

Perijodu

Barbun (Platichthys flesus)

Subdiviżjonijiet 26, 27, 28 u 29, fin-Nofsinhar ta’ 59°30′N

Subdiviżjoni 32

15 ta’ Frar sal-31 ta’ Mejju

15 ta’ Frar sal-31 ta’ Mejju

Barbun Imperjali (Psetta maxima)

Subdiviżjonijiet 25, 26 u 28 fin-Nofsinhar ta’ 56°50′N

1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

2.

B’deroga mill-punt 1, meta jkun qed isir sajd bix-xbieki tat-tkarkir, b’tartaruni Daniżi jew b’irkaptu simili b’malji ta’ 105 mm jew akbar inkella b’għeżula tat-tisqif, għeżula tat-tħabbil u pariti b’malji ta’ 100 mm jew akbar, qabdiet inċidentali ta’ barbun u barbun imperjali jistgħu jinżammu abbord jew jinħattu l-art f’limitu ta’ 10 % tal-piż ħaj tal-qabda sħiħa miżmuma abbord u jinħattu l-art matul il-perijodi ta’ projbizzjoni msemmijin fil-punt 1.

B.   Speċifikazzjonijiet tal-ixkora tat-tieqa ta’ fuq tat-tip BACOMA

1.

B’deroga mill-punt 1(e)(i) tal-Appendiċi 1 għall-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 2187/2005, il-malji għandu jkollhom ftuħ minimu tal-malja ta’ 120 mm mill-1 ta’ Jannar fis-subdiviżjonijiet 22-24 u mill-1 ta’ Marzu fis-subdiviżjonijiet 25-32.

2.

B’deroga mill-punt 1(d)(ii) tal-Appendiċi 1 għall-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 2187/2005, it-tul tat-tieqa għandu jkun mill-inqas 5,5 m mill-1 ta’ Jannar fis-subdiviżjonijiet 22-24 u mill-1 ta’ Marzu fis-subdiviżjonijiet 25-32.

3.

B’deroga mill-punt 2 it-tul tat-tieqa għandu jkun mill-inqas 6 m jekk mat-tieqa jitwaħħal sensur għall-kejl tal-volum tal-qabdiet mill-1 ta’ Jannar fis-subdiviżjonijiet 22-24 u mill-1 ta’ Marzu fis-subdiviżjonijiet 25-32.

C.   Speċifikazzjonijiet tax-xibka tat-tkarkir T90

B’deroga mill-punt (b) tal-Appendiċi 2 għall-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 2187/2005, id-daqs tal-malja għall-malji għandu jkun mill-inqas 120 mm mill-1 ta’ Jannar fis-subdiviżjonijiet 22-24 u mill-1 ta’ Marzu fis-subdiviżjonijiet 25-32.


DIRETTIVI

16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/10


DIRETTIVA 2009/142/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Novembru 2009

rigward tagħmir li juża l-gass

(verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 90/396/KEE tal-Parlament Ewropew U tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward appliances li jużaw il-gass (3) ġiet emendata (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2)

L-Istati Membri huma responsabbli biex jiżguraw is-saħħa u s-sigurtà tal-poplu tagħhom fit-territorju tagħhom u, fejn jixraq, ta’ l-annimali domestiċi u l-prodotti marbuta mal-perikli li jinħolqu mill-użu ta’ tagħmir li juża l-gass.

(3)

F’ċerti Stati Membri, dispożizzjonijiet obbligatorji jistabbilixxu b’mod partikulari l-livell ta’ sigurtà meħtieġ mit-tagħmir li juża l-gass billi jispeċifikaw id-disinn, il-karatteristiċi ta’ kif jaħdmu u l-proċeduri ta’ spezzjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet obbligatorji mhux bilfors iwasslu għal livelli differenti ta’ sigurtà minn Stat Membru għall-ieħor iżda minħabba d-differenzi tagħhom, ifixklu l-kummerċ fil-Komunità.

(4)

Kundizzjonijiet differenti rigward it-tipi ta’ gass u l-pressjonijiet tal-provvista huma fis-seħħ fl-Istati Membri. Dawn il-kundizzjonijiet mhumiex armonizzati għaliex is-sitwazzjoni tal-provvista u d-distribuzzjoni ta’ enerġija hija partikulari f’kull Stat Membru.

(5)

Il-liġi tal-Komunità taħseb biex – permezz ta’ deroga minn waħda mir-regoli fundamentali tal-Komunità, speċjalment il-moviment liberu tal-merkanzija - ix-xkiel għall-moviment fil-Komunità minħabba d-differenzi fil-leġislazzjoni nazzjonali marbuta mal-bejgħ tal-prodotti għandu jkun aċċettat sakemm dak ix-xkiel ikun meqjus li hu meħtieġ biex jissodisfa l-ħtiġijiet obbligatorji. Għalhekk, l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni fil-każ preżenti għandha tkun limitata għad-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jissodisfaw kemm il-ħtiġijiet obbligatorji kif ukoll dawk essenzjali rigward is-sigurtà, is-saħħa u l-konservazzjoni ta’ l-enerġija marbuta ma’ tagħmir tal-gass. Dawn il-ħtiġijiet għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet nazzjonali f’dan il-każ minħabba li huma ħtiġijiet essenzjali.

(6)

Iż-żamma jew it-titjib fil-livell ta’ sigurtà milħuq fl-Istati Membri huma wieħed mill-għanijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva u tas-sigurtà kif imfisser mill-ħtiġijiet essenzjali.

(7)

Il-ħtiġijiet essenzjali ta’ sigurtà u saħħa għandhom ikunu osservati biex ikun żgurat li tagħmir li juża l-gass ma jkunx fih periklu. Il-konservazzjoni ta’ l-enerġija hi meqjusa essenzjali. Dawn il-ħtiġijiet għandhom ikunu applikati bil-galbu biex iqisu l-aħħar teknoloġija fil-mument tal-kostruzzjoni.

(8)

Din id-Direttiva għalhekk għandu biss ikun fiha ħtiġijiet essenzjali. Biex tiffaċilita prova ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali, jeħtieġ li jkun hemm normi armonizzati fuq livell Komunitarju, b’mod partikulari, fil-qasam tat-tiswir, it-tħaddim u l-istallazzjoni ta’ tagħmir li juża l-gass biex il-prodotti li jaqblu magħhom jistgħu jitqiesu li jaqblu mal-ħtiġijiet essenzjali. Dawn in-normi armonizzati f’livell Komunitarju huma mfasslin minn korpi privati u jibqgħu testi mhux obbligatorji. Għal dak il-għan il-Kumitat Ewropew ta’ Standardizzazzjoni (CEN), l-Kumitat Ewropew għal Standardizzazzjoni ElettroTeknika (CENELEC) u l-Istititut Ewropew għall-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) huma meqjusa bħala l-korpi kompetenti għall-adozzjoni ta’ normi armonizzati skond il-linji gwida ġenerali għal koperazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) u dawk it-tliet korpi ffirmati fit-28 ta’ Marzu 2003 (5). “Norma armonizzata” tfisser speċifikazzjoni teknika (dokument dwar armonizzazzjoni jew normi Ewropej) adottata mis-CEN, is-CENELEC jew l-ETSI jew minn tnejn jew tlieta minn dawk il-korpi wara li jkun inkarigat mill-Kummissjoni skond id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjeta’ Informatika (6) u l-linji gwida ġenerali għal kooperazzjoni msemmija hawn fuq.

(9)

Il-Kunsill diġà adotta serje ta’ Direttivi maħsubin sabiex ineħħu l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ skond il-prinċipji stabbiliti fir-Risoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 1985 dwar approċċ ġdid għal armonizzazzjoni u standards tekniċi (7); kull waħda minn dawn id-Direttivi tipprovdi għat-twaħħil tal-marka CE. Il-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha tal-15 ta’ Ġunju 1989 dwar approċċ globali lejn iċ-ċertifikazzjoni u l-ittestjar (8), ipproponiet li jitfasslu regoli komuni dwar l-immarkar CE b’disinn uniku. Fir-Risoluzzjoni tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar approċċ globali lejn l-evalwazzjoni tal-konformità (9), il-Kunsill approva l-adozzjoni tat-tali approċċ konsistenti bħala prinċipju ta’ gwida fir-rigward ta’ l-użu ta’ l-immarkar “CE”. Iz-zewġ elementi bażiċi ta’ dan l-approċċ il-ġdid li għandhom jiġu applikati huma l-ħtiġijiet essenzjali u l-proċeduri ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità.

(10)

Verifika dwar il-qbil mal-ħtiġijiet tekniċi relevanti hi meħtieġa biex ikun hemm protezzjoni għal min juża t-tagħmir u għal ħaddieħor. Il-proċeduri eżistenti ta’ ċertifikazzjoni jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor. Biex ma jkunx hemm ħafna spezzjonijiet, li fil-fatt huma ta’ xkiel għal-moviment liberu ta’ tagħmir li juża l-gass, għandhom jsiru arranġamenti għall-għarfien reċiproku tal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni mill-Istati Membri. Biex ikun faċilitat għarfien reċiproku ta’ proċeduri ta’ ċertifikazzjoni, għandhom ikunu stabbiliti proċeduri armonizzati tal-Komunità u għandhom jiġu stabbilitil-kriterji biex jinħatru l-korpi responsabbli biex iwettqu dawn il-proċeduri.

(11)

Ir-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri fit-territorju tagħhom fejn tidħol sigurtà, saħħa u konservazzjoni ta’ l-enerġija koperta bil-ħtiġijiet essenzjali għandha tkun meqjusa fil-klawsola ta’ prevenzjoni li taħseb għal proċedura suffiċjenti tal-Komunità.

(12)

Dawk li għalihom tkun xi deċiżjoni meħuda skond din id-Direttiva għandhom ikunu jafu r-raġunijiet għal deċiżjoni bħal din u r-rimedji legali li jista’ jkollhom.

(13)

Din id-Direttiva hija bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness VI, Parti B.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU 1

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET, TQEGĦID FIS-SUQ U MOVIMENT LIBERU

Artikolu 1

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal tagħmir u muntaturi:

Tagħmir iddisinjat apposta għal użu fi proċessi industrijali li jsiru f’postijiet industrijali huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.

2.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“tagħmir” tfisser tagħmir li juża l-gass użat għal tisjir, tisħin, produzzjoni ta’ ilma sħun, tkessiħ, dawl jew ħasil u li jkollu, fejn jgħodd, temperatura normali ta’ l-ilma li ma taqbiżx il-105 °C. Burners li joħolqu kurrent b’saħħtu u apparat li jsaħħan li jkun mgħammar b’burners bħal dawn għandhom ikunu wkoll meqjusa bħala tagħmir;

(b)

“muntaturi” tfisser apparat tas-sigurtà, apparat li jikkontrolla jew apparat li jirregola u s-sottomuntaturi, barra mill-burners li joħolqu kurrent bis-saħħa u apparat li jsaħħan li jkun mgħammar b’burners bħal dawn, mibjugħa separatament għall-użu ta’ negozju u maħsuba biex ikunu mdaħħla f’tagħmir li jaħdem bil-gass jew magħmula biex jiffurmaw tagħmir bħal dan;

(c)

“karburanti tal-gass” tfisser kull fuel li jinsab fi stat ta’ gass f’temperatura ta’ 15 °C taħt pressjoni ta’ 1 bar.

3.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, tagħmir jingħad li hu “użat b’mod normali” meta jkun:

(a)

imwaħħal sew u li l-ħidma tajba tiegħu hija verifikata regolarment bi qbil ma’ l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

(b)

użat b’varjazzjoni normali fil-kwalità tal-gass u bidla normali fil-pressjoni tal-provvista, u

(c)

użat bi qbil mal-għan maħsub jew li hu previst b’mod raġonevoli.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li t-tagħmir jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jiddaħħlu fis-servizz biss jekk, meta jkunu użati b’mod normali, ma jikkompromettux is-sigurtà tal-persuni, ta’ l-annimali domestiċi u tal-proprjetà.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu malajr kemm jista’ jkun lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar it-tibdiliet kollha għat-tipi ta’ gass u l-pressjonijiet ta’ provvista korrispondenti użati fit-territorju tagħhom li jkunu ġew ikkomunikati skont l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 90/396/KEE.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din l-informazzjoni tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Tagħmir u muntaturi għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet essenzjali li jgħoddu għalihom imniżżla fl-Anness I.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirristrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta’ tagħmir li jikkonforma ma’ din id-Direttiva, u li għandu l-immarkar CE previst fl-Artikolu 10.

2.   L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-suq ta’ muntaturi li jkollhom ċertifikat previst fl-Artikolu 8(4).

Artikolu 5

1.   L-Istati Membri għandhom jippreżumu l-konformità mal-ħtiġijiet essenzjali stabbiliti fl-Anness I ta’ tagħmir u muntaturi meta dawn ikunu jikkonformaw:

(a)

man-normi nazzjonali applikabbli għalihom li jħaddmu n-normi armonizzati li n-numri ta’ riferenza tagħhom kienu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea;

(b)

in-normi nazzjonali applikabbli għalihom sakemm, fl-oqsma koperti b’dawk in-normi, ma jkunux jeżistu normi armonizzati.

2.   L-Istati Membri għandhom jippubblikaw in-numri tar-riferenza tan-normi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1(a).

Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar it-test tan-normi nazzjonali tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1(b) li huma jqisu li jikkonformaw mal-ħtiġijiet essenzjali stabbiliti fl-Anness I.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawn in-normi nazzjonali lill-Istati Membri l-oħra. Skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 6(2), hija għandha tgħarraf lill-Istati Membri b’dawk in-normi nazzjonali li huma preżunti li jikkonformaw mal-ħtiġijiet essenzjali stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 6

1.   F’każ li xi Stat Membru jew il-Kummissjoni tqis li n-normi msemmija fl-Artikolu 5(1) ma jissodisfawx għal kollox il-ħtiġijiet essenzjali stabbiliti f’Anness I il-Kummissjoni jew l-Istat Membru konċernat għandu jressaq il-każ lill-kumitat permanenti stabbilit skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KEE, minn hawn ’il quddiem magħruf bħala “il-kumitat”, u jagħti r-raġunijiet tiegħu għal dan.

Il-kumitat għandu jagħti opinjoni mingħajr dewmien.

Fil-kuntest ta’ l-opinjoni tal-kumitat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri dwar jekk huwiex meħtieġ jew le li dawn in-normi jiġu irtirati mill-pubblikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5 (2).

2.   Meta tirċievi n-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2), il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-kumitat.

Meta tirċievi l-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha, fi żmien xahar, tgħarraf lill-Istati Membri jekk in-norma jew normi nazzjonali msemmija għandhomx jibbenefikaw mill-preżunzjoni ta’ konformità. Jekk dan ikun il-każ, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw in-numri ta’ riferenza ta’ dawk in-normi.

Il-Kummissjoni għandha tippubblikhom ukoll fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 7

1.   F’każ li Stat Membru jikkonsidra li tagħmir li huwa użat b’mod normali li jkollu l- immarkar CE jista’ jikkomprometti s-sigurtà tal-persuni, ta’ l-annimali domestiċi jew tal-proprjetà, huwa għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirtira dak it-tagħmir mis-suq u jipprojbih jew jirristrinġih milli jitqiegħed fis-suq.

L-Istat Membru konċernat għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b’kull miżura bħal din, jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu, u, b’mod partikulari, jekk in-nuqqas ta’ konformità kienx ġej minn:

(a)

nuqqas li jintlaħqu l-ħtiġijiet essenzjali stabbiliti fl-Anness I, f’każ li t-tagħmir ma jikkorrispondix man-normi msemmija fl-Artikolu 5(1);

(b)

użu mhux korrett tan-normi li għalihom jirreferi l-Artikolu 5(1);

(ċ)

difetti fin-normi nfushom msemmija fl-Artikolu 5(1).

2.   Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet konċernati kemm jista’ jkun malajr. F’każ li, wara dik il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni ssib li xi miżura li għaliha jirreferi l-paragrafu 1 hi ġustifikata, hija għandha mill-ewwel tgħarraf lill-Istat Membru li jkun ħa l-miżura u lill-Istati Membri l-oħra.

F’każ li d-deċiżjoni li għaliha jirreferi l-paragrafu 1 tkun attribwibbli għal difetti fin-normi, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-partijiet konċernati, għandha tressaq il-każ quddiem il-Kumitat fi żmien xahrejn jekk l-Istat Membru li jkun ħa l-miżuri jkun beħsiebu jżommhom, u għandu jibda l-proċeduri msemmiija fl-Artikolu 6.

3.   F’każ li t-tagħmir li ma jikkonformax ikollu l-immarkar CE, l-Istat Membru kompetenti għandu jieħu azzjoni xierqa kontra kull min waħħal l-immarkar CE u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jkunu infurmati dwar il-progress u r-riżultat ta’ din il-proċedura.

KAPITOLU 2

MEZZI TA’ ĊERTIFIKAZZJONI TA’ KONFORMITÀ

Artikolu 8

1.   Il-mezz ta’ ċertifikazzjoni ta’ konformità ta’ tagħmir fabbrikat f’sensiela għandu jkun:

(a)

l-eżami tat-tip KE msemmi taqsima f’punt 1 ta’ l-Anness II, u

(b)

qabel ma jitqegħdu fis-suq, fuq għażla tal-fabbrikant:

(i)

id-dikjarazzjoni tal-konformità mat-tip KE msemmija t-taqsima fil-punt 2 ta’ l-Anness II, jew

(ii)

id-dikjarazzjoni tal-konformità mat-tip KE (garanzija ta’ produzzjoni ta’ kwalità) taqsima msemmija fil-punt 3 ta’ l-Anness II, jew

(iii)

id-dikjarazzjoni tal-konformità mat-tip KE (garanzija ta’ produzzjoni ta’ kwalità) taqsima msemmija fil-punt 4 ta’ l-Anness II, jew

(iv)

verifika tal-KE kif imsemmija fil-punt 5 ta’ l-Anness II.

2.   Fil-każ ta’ produzzjoni ta’ tagħmir bħala unità waħdanija jew fi kwantitajiet żgħar, il-verifika tal-KE permezz ta’ unità waħdanija, kif imsemmija fil-punt 6 ta’ l-Anness II, tista’ tintgħażel mill-manifattur.

3.   Wara li jintemmu l-proċeduri li għalihom jirreferu l-paragrafi 1 (b) u 2, l- immarkar CE għandha titwaħħal ma’ tagħmir konformi bi qbil ma’ l-Artikolu 10.

4.   Il-mezz ta’ ċertifikazzjoni ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi applikat fil-każ ta’ muntaturi ħlief għat-twaħħil ta’ l-immarkar CE u, fejn jixraq, it-tfassil tad-dikjarazzjoni ta’ konformità.

Għandu jinħareġ ċertifikat li jiddikjara l-konformità tal-muntaturi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalihom u li jindika l-karatteristiċi tagħhom u kif għandhom jiddaħħlu fit-tagħmir jew jiġu mibnija biex ikun hemm konformità mal-ħtiġijiet essenzjali li japplikaw għal tagħmir lest stabbiliti fl-Anness I.

Iċ-ċertifikat għandu jingħata mal-muntatura.

5.   Fejn it-tagħmir ikun kopert minn Direttivi oħra li jieħdu ħsieb aspetti oħra u li jispeċifikaw it-twaħħil ta’ l-immarkar CE, dan ta’ l-aħħar għandu jindika li at-tagħmir ikun preżunt ukoll li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi.

Iżda, fejn waħda jew aktar minn dawn id-Direttivi tippermetti lill-manifattur, waqt perjodu ta’ transizzjoni, li jagħżel liema arranġamenti japplika, l-immarkar CE għandu jindika konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi applikati mill-manifattur biss. F’dan il-każ, id-dettalji tad-Direttivi applikati, kif pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom jingħataw fid-dokumenti, notifiki jew struzzjonijiet meħtieġa mid-Direttivi u li jakkumpanjaw lil dan it-tagħmir.

6.   Ir-reġistri u l-korrispondenza marbuta mal-mezzi ta’ ċertifikazzjoni ta’ konformità għandhom jinħarġu bl-ilsien/ilsna uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-korp responsabbli biex jagħmel dawn il-proċeduri jew b’ilsien aċċettat minnu.

Artikolu 9

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi li huma nnominaw sabiex iwettqu l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 8 flimkien mal-kompiti speċifiċi li dawn il-korpi ġew nominati sabiex iwettqu u n-numri ta’ identifikazzjoni assenjati lilhom minn qabel mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha, għall-informazzjoni, tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, lista ta’ dawk il-korpi u n-numru ta’ identfikazzjoni assenjati lilhom, u għandha tiżgura li dik il-lista tinżamm aġġornata.

2.   L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji mniżżla fl-Anness V għal evalwazzjoni tal-korpi li għandhom ikunu notifikati.

Korpi li jissodisfaw il-kriterji ta’ evalwazzjoni stabbiliti fin-normi armonizzati applikabbli għandhom jitqiesu li jkunu ssodisfaw il-kriterji mniżżla f’dak l-Anness.

3.   Stat Membru li jkun innotifika korp għandu jirtira l-approvazzjoni jekk isib li dak il-korp ma baqax jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness V. Huwa għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra minnufih dwarhom.

KAPITOLU 3

IMMARKAR CE

Artikolu 10

1.   L-immarkar CE u l-iskrizzjonijiet imniżżla fl-Anness III għandhom jitwaħħlu b’mod viżibbli, jinqraw malajr u f’forma li ma titħassarx mat-tagħmir jew ma’ plakka ta’ informazzjoni mwaħħla miegħu. Il-plakka ta’ informazzjoni għandha tkun magħmula b’tali mod li ma tkunx tista’ terġa’ tintuża.

2.   It-twaħħil ta’ mmarkar fuq it-tagħmir li jaf iqarraq b’terzi persuni fejn jidħol it-tifsir u l-forma ta’ l-immarkar CE għandu jiġi projbit. Tista’ titwaħħal kull marka oħra mat-tagħmir jew mal-pjanċa tad-data sakemm il-visibilità u l-leġibilità ta’ l-immarkar CE ma jkunux b’hekk imnaqqsa.

Artikolu 11

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7:

(a)

fejn Stat Membru jistabbilixxi li l-marka CE ġiet imwaħħla bla raġuni, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jkun obbligat li jagħmel il-prodott konformi fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-immarkar CE u li jwaqqaf il-ksur skond il-kondizzjonijiet imposti minn dak l-Istat Membru;

(b)

fejn in-nuqqas ta’ konformità jissokta, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex jirristrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tat-tagħmir konċernat jew li jiżgura li jitneħħa mis-suq skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7.

KAPITOLU 4

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 12

Kull deċiżjoni meħuda skond din id-Direttiva li tinkludi restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fis-servizz ta’ xi tagħmir għandu jiddikjara r-raġunijiet eżatti li fuqhom hi bbażata. Għandu jkun mgħarraf mingħajr dewmien lill-parti konċernata, li fl-istess ħin għandha tkun taf ukoll x’inhuma r-rimedji legali li jagħtuh il-liġijiet li hemm fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat u ż-żmien stipulat għal dawk ir-rimedji.

Artikolu 13

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar it-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 14

Id-Direttiva 90/396/KEE, kif emendata mid-Direttiva mniżżla fl-Anness VI, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness VI, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII.

Artikolu 15

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 16

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell it-30 ta’ Novembru 2009

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  ĠU C 151, 17.6.2008, p. 12.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2009 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2009 ...

(3)  ĠU L 196, 26.7.1990, p. 15.

(4)  Ara l-Anness VI, Parti A.

(5)  ĠU C 91, 16.4.2003, p. 7.

(6)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(7)  ĠU C 136. 4.6.1985, p. 1.

(8)  ĠU C 231, 8.9.1989, p. 3 u ĠU C 267, 19.10.1989, p. 3.

(9)  ĠU C 10, 16.1.1990, p. 1.


ANNESS I

ĦTIĠIJIET ESSENZJALI

RIMARKA PRELIMINARI

L-obbligi li jiġu mill-ħtiġijiet essenzjali għal tagħmir f’dan l-Anness jgħoddu wkoll għal muntaturi fejn jeżisti r-riskju korrispondenti.

1.   KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI

1.1.   It-tagħmir għandu jkun iddisinjat u magħmul b’tali mod li jaħdem b’mod sigur u ma joħloqx perikolu għall-persuni, l-annimali domestiċi jew proprjetà meta użat b’mod normali kif imfisser fl-Artikolu 1(3) ta’ din id-Direttiva.

1.2.   Meta jitqiegħed fis-suq, it-tagħmir kollu għandu:

jkun akkumpanjat minn istruzzjonijiet tekniċi għal min iwaħħlu,

jkun akkumpanjat minn istruzzjonijiet dwar l-użu u dwar kif jiġi mantnut, maħsuba għal min jużah,

jġorr l-avviżi xierqa ta’ twissija, li għandhom jidhru wkoll fuq l-imballaġġ.

L-istruzzjonijiet u l-avviżi ta’ twissija għandhom ikunu bl-ilsien jew ilsna uffiċjali ta’ l-Istati Membri destinatarji.

1.2.1.

L-istruzzjonijiet tekniċi maħsuba għal min iwaħħlu għandu jkollhom l-istruzzjonijiet kollha għall-istallazzjoni, l-aġġustar u l-manutenzjoni meħtieġa biex ikun żgurat li dawk il-ħidmiet jitwettqu sew u li t-tagħmir ikun użat b’mod sigur. B’mod partikulari, l-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw:

it-tip ta’ gass użat,

il-pressjoni tal-provvista tal-gass użat,

l-ammont ta’ arja friska meħtieġa:

għall-provvista tal-kombustjoni ta’ l-arja,

biex tkun evitata l-formazzjoni ta’ taħlitiet ta’ gass perikoluż mhux maħruq għal tagħmir li ma jkollux l-apparat li għalih jirreferi l-punt 3.2.3,

il-kundizzjonijiet biex jitferrxu l-prodotti ta’ kombustjoni,

għal burners li joħolqu kurrent bis-saħħa u apparat li jsaħħan maħsub li jkun armat b’burners bħal dawn, il-karatteristiċi tagħhom, il-ħtiġijiet biex ikunu armati, biex jgħinu fil-qbil mal-ħtiġijiet essenzjali li jgħoddu għal tagħmir lest u, fejn jixraq, il-lista tat-taħlitiet rakkomandati mill-manifattur.

1.2.2.

L-istruzzjonijiet dwar l-użu u l-manutenzjoni maħsuba għal min jużah għandu jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jintuża b’sigurtà, u għandhom b’mod partikulari jiġbdu l-attenzjoni ta’ min jużah dwar xi restrizzjonijiet fl-użu.

1.2.3.

L-avviżi ta' twissija dwar it-tagħmir u dwar l-imballaġġ tiegħu għandhom b’mod ċar juru t-tip ta’ gass użat, il-pressjoni tal-provvista tal-gass u xi restrizzjonijiet dwar l-użu, b’mod partikulari restrizzjoni li biha t-tagħmir jista’ jitwaħħal biss f’żoni fejn hemm ventilazzjoni biżżejjed.

1.3.   Muntaturi maħsuba biex ikunu parti minn tagħmir għandhom ikunu ddisinjati u magħmula b’tali mod li jaqdu sew l-għan tagħhom meta jkunu mdaħħla skont l-istruzzjonijiet dwar l-istallazzjoni.

L-istruzzjonijiet dwar l-istallazzjoni, l-aġġustar, il-ħidma u l-manutenzjoni għandhom ikunu mehmuża mal-muntaturi kkonċernati.

2.   MATERJAL

2.1.

Il-materjal għandu jkun addattat għall-għan maħsub u għandu jkun jiflaħ il-kundizzjonijiet tekniċi, kimiċi u termali li se jkun probabbli espost għalihom.

2.2.

Il-komponenti tal-materjal li huma importanti għas-sigurtà għandhom ikunu garantiti mill-manifattur jew minn min jissupplixxi t-tagħmir.

3.   DISINN U KOSTRUZZJONI

3.1.   Ġenerali

3.1.1.

It-tagħmir għandu jkun magħmul b’tali mod li, meta użat b’mod normali, ma jkunx hemm instabbilità, tibdil, ksur jew użu li jista’ jtellef is-sigurtà.

3.1.2.

Il-kondensazzjoni li tinħoloq meta jinxtegħel u/jew waqt l-użu m’għandhiex taffettwa s-sigurtà ta’ tagħmir.

3.1.3.

It-tagħmir għandu jkun iddisinjat u magħmul b’tali mod li jnaqqas ir-riskju ta’ splużjoni f’każ ta’ ħruq ta’ oriġini esterna.

3.1.4.

It-tagħmir għandu jkun magħmul b’tali mod li l-ilma u l-penetrazzjoni mhux mixtieqa ta’ l-arja fiċ-ċirkwit tal-gass ma sseħħx.

3.1.5.

Fil-każ ta’ bidla normali fl-enerġija awżiljarja, it-tagħmir għandu jibqa' jaħdem b’mod sigur.

3.1.6.

Bidla mhux normali jew nuqqas ta’ enerġija awżiljari jew il-ġbir tagħha m’għandux iwassal għal sitwazzjoni mhux sigura.

3.1.7.

It-tagħmir għandu jkun iddisinjat u magħmul b’tali mod li jbiegħed il-perikli kkawżati mill-elettriku. Fil-qasam fejn japplika, il-konformità mal-miri ta’ sigurtà fil-każ ta’ perikli tad-dawl stabbiliti fid-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tkun ekwivalenti għas-sodisfazzjon ta’ din il-ħtieġa.

3.1.8.

Il-partijiet kollha taħt pressjoni tat-tagħmir għandhom jifilħu għal strapazz mekkaniku u termali li jkunu esposti għalihom mingħajr ma ssir deformità li taffettwa s-sigurtà.

3.1.9.

It-tagħmir għandu jkun iddisinjat u magħmul b’tali mod li meta apparat ta’ sigurtà, kontroll jew regolatorju ma jaħdimx sewwa, dan ma jwassalx għal sitwazzjoni mhux sigura.

3.1.10.

Jekk tagħmir ikollu apparat ta’ sigurtà u kontroll, il-ħidma ta’ l-apparat ta’ sigurtà ma tridx tkun imxejna minn dak ta’ l-apparat li jikkontrolla.

3.1.11.

Għandhom ikunu protetti b’mod xieraq il-partijiet kollha tat-tagħmir li huma ssettjati jew aġġustati fl-istadju tal-manifattura u li m’għandhomx jitbagħbsu minn min jużahom jew minn min jinstallahom.

3.1.12.

Lievi u apparat ieħor li jikkontrolla u jissettja għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar u mogħtija struzzjonijiet kif suppost biex ma jkunux imħaddma ħażin. Id-disinn tagħhom għandu jsir b’tali mod li tkun eskluża manipulazzjoni aċċidentali.

3.2.   Ħruġ ta’ gass mhux maħruq

3.2.1.

It-tagħmir għandu jkun magħmul b’tali mod li r-rata tal-ħruġ tal-gass ma tkunx perikoluża.

3.2.2.

It-tagħmirgħandu jkun magħmul b’tali mod li l-ħruġ tal-gass meta jinxtegħel u meta jinxtegħel mill-ġdid u wara li tintefa l-fjamma jkun limitat ħalli tkun evitata l-akkumulazzjoni perikoluża ta’ gass mhux maħruq fit-tagħmir.

3.2.3.

It-tagħmir maħsub biex jintuża ġewwa u fi kmamar għandu jkollhom imwaħħal magħhom apparat speċjali li jevita l-akkumulazzjoni perikoluża ta’ gass mhux maħruq f’dawk il-postijiet jew kmamar.

It-tagħmirli ma jkollux dak l-apparat għandu jintuża biss f’żoni fejn hemm biżżejjed ventilazzjoni biex ma jkunx hemm akkumulazzjoni perikoluża ta’ gass mhux maħruq.

L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw fit-territorju tagħhom kundizzjonijiet ta’ spazju biżżejjed għall-ventilazzjoni għall-istallazzjoni tat-tagħmirbħal dan, billi jitqiesu l-karatteristiċi marbuta miegħu.

It-tagħmirgħal kċejjen kbar u t-tagħmir imħaddem bil-gass li jkun fih komponenti tossiċi għandu jkollu l-apparat imsemmi qabel.

3.3.   Meta jinxtegħel

It-tagħmir għandu jkun magħmul b’tali mod, li meta użat b’mod normali:

jinxtegħel u jerġa' jinxtegħel malajr,

ikun żgurat li jinxtegħlu kollha.

3.4.   Kombustjoni

3.4.1.

It-tagħmir għandu jkun magħmul b’tali mod, li meta użat b’mod normali, l-istabbilità tal-fjamma tkun żgurata u l-prodotti ta’ kombustjoni ma jkunx fihom konċentrazzjonijiet mhux aċċettati li huma ta’ ħsara għas-saħħa.

3.4.2.

It-tagħmir għandu jkun magħmul b’tali mod li, meta jintuża b’mod normali, ma jkunx hemm ħruġ aċċidentali tal-prodotti ta’ kombustjoni.

3.4.3.

It-tagħmir ikkonnettjat ma’ pajp biex toħroġ il-kombustjoni ta’ prodotti għandu jkun magħmul b’tali mod li f’kundizzjonijiet ta’ kurrent mhux normali ma jkunx hemm ħruġ tal-prodotti ta’ kombustjoni f’ammont perikoluż fil-kamra konċernata.

3.4.4.

It-tagħmir domestiku indipendenti li jsaħħan li m’għandux pajp għad-duħħan u heaters ta’ l-ilma li jsaħħnu mill-ewwel li m’għandhomx pajp ma jridux joħolqu, fil-kamra jew fl-ispazju fejn ikunu, konċentrazzjoni ta’ monosssidu tal-karbonju li tista’ toħloq perikolu għal saħħet in-nies li jkunu esposti, billi jitqies it-tul prevedibbli ta’ kemm idumu esposti.

3.5.   Użu bis-sens ta’ l-enerġija

It-tagħmirgħandu jkun magħmul b’tali mod li jiżgura l-użu bis-sens ta’ l-enerġija, u jirrifletti l-kwalità u jqisu l-aspetti ta’ sigurtà.

3.6.   Temperaturi

3.6.1.

Partijiet ta’ tagħmir li huma maħsuba biex jitqiegħdu qrib l-art jew xi wċuh ma jridux jilħqu temperaturi li jkunu ta’ perikolu fiż-żona tal-madwar.

3.6.2.

It-temperatura tal-wiċċ tal-pumijiet u tal-lievi tat-tagħmir maħsuba biex jintmessu ma jridux ikunu ta’ perikolu għal min jużahom.

3.6.3.

It-temperaturi tal-wiċċ tal-partijiet esterni tat-tagħmir maħsuba għall-użu domestiku, ħlief għall-uċuh jew il-partijiet li huma assoċjati mat-tfigħ ta’ sħana, meta jaħdmu ma jridux ikunu ta’ perikolu għal min jużahom u b’mod partikulari għat-tfal, li għalihom għandu jitqies iż-żmien ta’ reazzjoni.

3.7.   Oġġetti ta’ l-ikel u ilma użati għal finijiet sanitarji

Bla ħsara għar-regoli tal-Komunità f'dan il-qasam, materjal u komponenti użati fil-bini ta’ tagħmir, li jistgħu jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel jew ilma użati għal finijiet sanitarji, m’għandhomx itellfu l-kwalità tagħhom.


(1)  ĠU L 374, 27.12.2006, p. 10.


ANNESS II

IL-PROĊEDURA GĦAL ĊERTIFIKAZZJONI TA’ KONFORMITÀ

1.   L-EŻAMI TAT-TIP TAL-KE

1.1.   L-eżami tat-tip tal-KE huwa dik il-parti tal-proċedura li biha l-korp notifikat jivverifika u jiċċertifika li tagħmir, rappreżentattiv tal-produzzjoni maħsuba, jilħaq id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jgħoddu għalih.

1.2.   L-applikazzjoni għall-eżami tat-tip għandha ssir mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità b’korp wieħed notifikat.

1.2.1.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni ssir mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu,

dikjarazzjoni miktuba li l-applikazzjoni ma saritx ma’ xi korp ieħor notifikat,

id-dokumentazzjoni tad-disinn, kif deskritt fl-Anness IV.

1.2.2.

Il-manifattur għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-korp notifikat it-tagħmir, rappreżentattiv tal-produzzjoni maħsuba, minn hawn ‘il quddiem magħrufa bħala “tip”. Il-korp notifikat jista’ jitlob iktar kampjuni tat-tip jekk ikun meħtieġ għall-programm tat-test.

It-tip jista’ wkoll ikopri varjazzjonijiet tal-prodott dejjem jekk dawk il-varjazzjonijiet ma jkollhomx karatteristiċi differenti fejn jidħlu t-tipi ta’ riskju.

1.3.   Il-korp notifikat għandu:

1.3.1.

jeżamina d-dokumentazzjoni ta’ disinn u jivverifika li t-tip kien manifatturat f’konformità mad-dokumentazzjoni tad-disinn u jidentifika l-elementi li kienu ddisinjati fi qbil mad-dispożizzjonijiet applikabbli tan-normi li għalihom jirreferi l-Artikolu 5 u l-ħtiġijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva;

1.3.2.

jagħmel, jew ikun għamel, l-eżamijiet xierqa u/jew it-testijiet biex ikun verifikat jekk is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur jissodisfawx il-ħtiġijiet essenzjali fejn in-normi li għalihom jirreferi l-Artikolu 5 ma jkunux ġew applikati;

1.3.3.

jagħmel, jew ikun għamel, l-eżamijiet xierqa u/jew it-testijiet biex ikun verifikat jekk in-normi applikabbli kienux applikati b’mod effettiv meta l-manifattur ikun għażel li jagħmel hekk, b’hekk jiżgura konformità mal-ħtiġijiet essenzjali.

1.4.   F’każ li t-tip jissodisfa d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip lill-applikant. Iċ-ċertifikat għandu jkun fih ir-riżultat ta’ l-eżami, il-kundizzjonijiet, jekk hemm, għall-validità tiegħu u l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tip approvat u, jekk relevanti, deskrizzjonijiet tal-ħidma tiegħu. Elementi tekniċi relevanti bħal tpinġijiet u disinji għandhom ikunu annessi maċ-ċertifikat.

1.5   Il-korp notifikat għandu jgħarraf lill-korpi l-oħra notifikati mill-ewwel bil-ħruġ taċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tipu xi żidiet mat-tip imsemmi kif għalih jirreferi l-punt 1.7. Huma jistgħu jiksbu kopja taċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip u/jew iż-żidiet tiegħu u wara talba raġjonevoli jistgħu jiksbu kopja ta’ l-Annessi taċ-ċertifikat u r-rapporti dwar l-eżamijiet u t-testijiet li saru.

1.6.   Korp notifikat li ma jaċċettax li joħroġ jew jirtira ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip għandu jgħarraf lill-Istat Membru li notifikah u lill-korpi l-oħra notifikati b’dan, u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

1.7.   L-applikant għandu jgħarraf lill-korp notifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip dwar il-modifiki kollha li saru lit-tip approvat li jistgħu jaffettwaw il-konformità mal-ħtiġijiet essenzjali.

Modifiki għat-tip approvat għandu jkollhom approvazzjoni addizzjonali mill-korp notifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip fejn bidliet bħal dawn jaffettwaw konformità mal-ħtiġijiet essenzjali jew il-kundizzjonijiet preskritti għall-użu tat-tagħmir. Din l-approvazzjoni miżjuda għandha tingħata fil-forma ta’ żieda maċ-ċertifikat oriġinali tal-KE ta’ l-eżami tat-tip.

2.   DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MAT-TIP KE

2.1.

Id-dikjarazzjoni tal-konformità mat-tip hi dik il-parti tal-proċedura li biha l-manifattur jiddikjara li t-tagħmir ikkonċernat huwa f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip u jissodisfa l-ħtiġijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva li jgħoddu għalih. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jwaħħal l-immarkar CE fuq kull tagħmir u għandu jifformola dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tista’ tkopri waħda jew aktar mit-tagħmir u għandha tinżamm mill-manifattur. L-immarkar CE għandu jiġi akkumpanjat min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp responsabbli għall-investigazzjonijiet b’mod każwali stabbiliti fil-punt 2.3.

2.2.

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-proċess ta’ manifattur, inklużi l-ispezzjoni u l-ittestjar tal-prodott finali, iwassal għall-omoġenjità tal-produzzjoni u konformità tat-tagħmir mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip u mal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva li tgħodd għalihom. Korp notifikat, magħżul mill-manifattur, għandu jagħmel spezzjonijiet kif ġie ġie fuq it-tagħmir imfisser fil-punt 2.3.

2.3.

Spezzjonijiet ta’ tagħmir fil-post għandhom isiru fuq bażi każwali mill-korp notifikat f’intervalli ta’ sena jew inqas. Għadd biżżejjed ta’ tagħmir għandu jiġi eżaminat u għandhom jsiru testijiet xierqa kif imfisser fin-normi applikabbli li għalihom jirreferi l-Artikolu 5 jew għandhom jsiru testijiet ekwivalenti biex jiżguraw konformità mal-ħtiġijiet essenzjali korrispondenti ta’ din id-Direttiva. Il-korp notifikat għandu f’kull każ jiddeċiedi jekk dawn it-testijiet jeħtiġux isiru kollha jew parti minnhom. Meta waħda jew aktar mit-tagħmir ma jkunux aċċettati, il-korp notifikat għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex ma jsirx bejgħ tagħhom.

3.   DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MAT-TIP KE (garanzija tal-kwalità tal-produzzjoni)

3.1.

Id-dikjarazzjoni tal-konformità mat-tip (garanzija tal-produzzjoni ta’ kwalità) hi dik il-proċedura li biha manifattur li jissodisfa l-obbligi tiegħu fil-punt 3.2 jiddikjara li t-tagħmir ikkonċernat huwa f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip u jissodisfa l-ħtiġijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalih. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jwaħħal l-immarkar CE fuq kull prodott u jagħmel dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub. Din id-dikjarazzjoni ta’ konformità tista’ tkopri waħda jew aktar mit-tagħmir u għandha tinżamm mill-manifattur. L-immarkar CE għandu jiġi akkumpanjat min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għas-sorveljanza tal-KE.

3.2.

Il-manifattur għandu japplika sistema ta’ kwalità li tiżgura konformità tat-tagħmir mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip u mal-ħtiġijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva li jgħoddu għalih. Il-manifattur ikun soġġett għal sorveljanza KE kif speċifikat fil-punt 3.4.

3.3.   Sistema ta’ kwalità

3.3.1.

Il-manifattur għandu jitfa’ applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sistema tiegħu ta’ kwalità għand il-korp notifikat tal-għażla tiegħu għat-tagħmir imsemmi.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

rabta biex iwettaq l-obbligi li joħorġu mis-sistema ta’ kwalità kif approvata,

rabta biex iżomm is-sistema ta’ kwalità approvata biex jiżgura li tibqa’ tixraq u tkun effettiva,

dokumentazzjoni marbuta mat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip.

3.3.2.

L-elementi kollha, il-ħtiġijiet u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u loġiku fil-forma ta’ miżuri, proċeduri u struzzjonijiet miktuba. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tagħti lok għal interpretazzjoni uniformi tal-programmi ta’ kwalità, pjanijiet, manwali u reġistri. Hija għandu jkun fiha, b’mod partikulari, deskrizzjoni adegwata ta’:

il-miri kwalitattivi, l-istruttura organizzattiva u r-responsabbiltajiet ta’ tmexxija u tal-poteri tagħhom rigward il-kwalità tat-tagħmir,

il-proċessi ta’ manifattura, kontroll tal-kwalità u tekniċi ta’ garanzija ta’ kwalità u azzjonijiet sistematiċi li ser jintużaw,

l-eżamijiet u t-testijiet li se jsiru qabel, matul u wara l-manifattura u l-frekwenza li biha se jsiru,

il-metodu ta’ kif tintlaħaq is-sorveljanza tal-kwalità meħtieġa tat-tagħmir u t-tħaddim effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

3.3.3.

Il-korp notifikat għandu jeżamina u jevalwa s-sistema ta’ kwalità biex jiddeċiedi jekk tissodisfax il-ħtiġijiet li għaliha jirreferi l-punt 3.3.2. Huwa se jippresumi konformità ma’ dawn il-ħtiġijiet fejn jidħlu sistemi ta’ kwalità li jimplimentaw in-norma armonizzata korrispondenti.

Hu għandu jgħarraf id-deċiżjoni tiegħu lill-manifattur u jinforma lill-korpi l-oħra notifikati dwarha. In-notifika lill-manifattur għandu jkun fiha r-riżultati ta’ l-eżami, l-isem u l-indirizz tal-korp notifikat u d-deċiżjoni raġjonevoli ta’ evalwazzjoni fil-każ tat-tagħmir ikkonċernat.

3.3.4.

Il-manifattur għandu jżomm mgħarraf lill-korp notifikat li approva s-sistema ta’ kwalità dwar l-aġġornament tas-sistema ta’ kwalità fejn jidħlu bidliet miġjuba minn, per eżempju, teknoloġiji ġodda u kunċetti ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jeżamina l-modifiki proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità modifikata taqbilx mad-dispożizzjonijiet relevanti jew jekk hemmx bżonn li terġa’ tkun evalwata. Hu għandu jgħarraf lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandu jkun fiha r-riżultati ta’ l-ispezzjoni u d-deċiżjoni ta’ evalwazzjoni raġjonata.

3.3.5.

Korp notifikat li jirtira l-approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandu jgħarraf lill-korpi l-oħra notifikati, u jagħti raġunijiet għad-deċiżjoni.

3.4.   Sorveljanza KE

3.4.1.

L-iskop tas-sorveljanza KE huwa biex ikun żgurat li l-manifattur jaqdi sew l-obbligi li ġġib magħha s-sistema ta’ kwalità approvata.

3.4.2.

Il-manifattur għandu jippermetti lill-korp notifikat biex jagħmel spezzjonijiet fil-post tal-manifattura, spezzjonar, ittestjar u ħażna u għandu jagħtih l-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikulari:

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

ir-reġistri ta’ kwalità, bħal rapporti ta’ spezzjonijiet u nformazzjoni dwar testijiet, informazzjoni kalibrata, rapporti dwar kwalifiki ta’ l-impjegati konċernati.

3.4.3.

Il-korp notifikat għandu jagħmel spezzjoni ta’ l-inqas darba kull sentejn biex jiżgura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema approvata ta’ kwalità u għandu jagħti rapport ta’ l-ispezzjoni lill-manifattur.

3.4.4.

Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mingħajr avviż għand il-manifattur. Waqt dawn iż-żjarat, il-korp notifikat jista’ jagħmel it-testijiet fuq tagħmir jew iġiegħelhom isiru. Hu għandu jagħti lill-manifattur rapport ta’ l-ispezzjoni u, jekk jixraq, rapport tat-test.

3.4.5.

Il-manifattur jista’ jekk jintalab, jagħti r-rapport tal-korp notifikat.

4.   DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAT-TIP KE (garanzija ta’ kwalità tal-prodott)

4.1.   Id-dikjarazzjoni tal-konformità tat-tip KE (garanzija tal-kwalità tal-prodott) hi dik il-parti tal-proċedura li biha l-manifattur li jissodisfa l-obbligi tiegħu fil-punt 4.2 jiddikjara li t-tagħmir ikkonċernat huwa f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip u jissodisfa l-ħtiġijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva li jgħoddu għalih. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jwaħħal l-immarkar CE fuq kull prodott u għandu jifformola dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub. Din id-dikjarazzjoni tista’ tkopri waħda jew aktar mit-tagħmir u għandha tinżamm mill-manifattur. L-immarkar CE għandu jkun akkumpanjat min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għas-sorveljanza tal-KE.

4.2.   Il-manifattur għandu japplika sistema ta’ kwalità approvata għall-ispezzjoni finali tat-tagħmir u t-testijiet, kif speċifikat fil-punt 4.3, u jkun soġġett għal sorveljanza KE kif speċifikat fil-punt 4.4.

4.3.   Sistema ta’ kwalità

4.3.1.

Skond din il-proċedura, il-manifattur għandu jitfa’ applikazzjoni għal approvazzjoni tas-sistema tiegħu ta’ kwalità għand il-korp notifikat tal-għażla tiegħu għat-tagħmir imsemmi.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

rabta biex iwettaq l-obbligi li joħorġu mis-sistema ta’ kwalità kif approvata,

rabta biex iżomm is-sistema ta’ kwalità approvata biex jiżgura li tibqa’ tixraq u tkun effettiva,

id-dokumentazzjoni marbuta mat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip.

4.3.2.

Bħala parti mis-sistema ta’ kwalità, kull tagħmir għandu jkun eżaminat u għandhom jitwettqu testijiet xierqa kif stabbiliti fin-norma (normi) applikabbli msemmija fl-Artikolu 5 jew testijiet ekwivalenti biex jivverifikaw il-konformità tiegħu mal-ħtiġijiet essenzjali marbuta miegħu msemmija f’din id-Direttiva.

L-elementi kollha, il-ħtiġijiet u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u loġiku fil-forma ta’ miżuri, proċeduri u struzzjonijiet miktuba. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tagħti lok għal interpretazzjoni uniformi tal-programmi ta’ kwalità, pjanijiet, manwali u reġistri.

Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandu jkun fiha, b’mod partikulari, deskrizzjoni adegwata ta’:

il-miri kwalitattivi, l-istruttura organizzattiva u r-responsabbiltajiet tat-tmexxija u tal-poteri tiegħu rigward il-kwalità tat-tagħmir,

l-ispezzjonijiet u t-testijiet għandhom jsiru wara l-manifattura,

il-metodu ta’ kif tkun ivverifikata l-ħidma effettiva tas-sistema ta’ kwalità.

4.3.3.

Il-korp notifikat għandu jeżamina u jevalwa s-sistema ta’ kwalità biex jiddeċiedi jekk tissodisfax il-ħtiġijiet li għalihom jirreferi l-punt 4.3.2. Huwa se jippresumi konformità ma’ dawn il-ħtiġijiet fejn jidħlu sistemi ta’ kwalità li jimplimentaw n-norma armonizzata korrispondenti. Hu għandu jgħarraf id-deċiżjoni tiegħu lill-manifattur u jinforma lill-korpi l-oħra notifikati dwarha. In-notifika lill-manifattur għandu jkun fiha r-riżultati ta’ l-eżami, l-isem u l-indirizz tal-korp notifikat u d-deċiżjoni ta’ evalwazzjoni raġjonata fil-każ tat-tagħmir ikkonċernat.

4.3.4.

Il-manifattur għandu jżomm mgħarraf lill-korp notifikat li approva s-sistema ta’ kwalità dwar xi tibdil fis-sistema ta’ kwalità miġjub minn, per eżempju, teknoloġiji ġodda u kunċetti ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jeżamina l-bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità emendata tissodisfax id-dispożizzjonijiet relevanti jew jekk hemmx bżonn li terġa’ tkun evalwata. Hu għandu jgħarraf lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandu jkun fiha r-riżultati ta’ l-ispezzjoni u d-deċiżjoni ta’ evalwazzjoni raġjonata.

4.3.5.

Korp notifikat li jirtira l-approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandu jgħarraf lill-korpi l-oħra notifikati li għamel hekk, u jagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

4.4.   Sorveljanza KE

4.4.1.

L-iskop tas-sorveljanza KE huwa biex ikun żgurat li l-manifattur jissodisfa sew l-obbligi li ġġib magħha s-sistema ta’ kwalità approvata.

4.4.2.

Il-manifattur għandu jagħti aċċess lill-korp notifikat biex jagħmel spezzjonijiet fil-post ta’ l-ispezzjoni, ittestjar u ħażna u għandu jagħtih l-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikulari:

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

il-files tal-kwalità bħal rapporti ta’ spezzjonijiet u informazzjoni dwar testijiet, informazzjoni kalibrata, rapporti dwar il-kwalifiki ta’ l-impjegati konċernati.

4.4.3.

Il-korp notifikat għandu jagħmel spezzjoni ta’ l-inqas darba kull sentejn biex jiżgura li l-manifattur qed iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità approvata u għandu jagħti rapport ta’ l-ispezzjoni lill-manifattur.

4.4.4.

Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mingħajr avviż għand il-manifattur. Waqt dawn iż-żjarat, il-korp notifikat jista’ jagħmel testijiet fuq it-tagħmir jew iġiegħelhom isiru. Hu għandu jagħti lill-manifattur rapport ta’ l-ispezzjoni u, jekk jixraq, rapport tat-test.

4.4.5.

Il-manifattur jista’, jekk jintalab, jagħti r-rapport tal-korp notifikat.

5.   VERIFIKA TAL-KE

5.1.   Il-verifika tal-KE hija l-proċedura li biha manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità jiżgura u jiddikjara li t-tagħmir soġġett għad-disposizzjonijeit tal-punt 3 huwa f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip KE u jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih.

5.2.   Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta’ manifattura jiżgura l-konformità tat-tagħmir mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip KE u mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalih. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jwaħħal l-immarkar CE fuq kull prodott u għandu jifformola dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub. Id-dikjarazzjoni tista’ tkopri tagħmir wieħed jew akar identifikat u għandha tinżamm mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fi ħdan il-Komunità.

5.3.   Il-korp notifikat għandu jwettaq l-eżamijiet u t-testijiet xierqa sabiex jikkontrolla l-konformità tat-tagħmir mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva permezz ta’ eżami u ttestjar ta’ kull tagħmir, kif speċifikat fil-punt 5.4 jew permezz ta’ eżami u ttestjar tat-tagħmir fuq bażi ta’ statistika, kif speċifikat fil-punt 5.5, skond l-għażla tal-manifattur.

5.4.   Verifika permezz ta’ kontroll u ttestjar ta’ kull tagħmir

5.4.1.

It-tagħmir kollu għandu jiġi eżaminat individwalment u għandhom isiru testijiet xierqa, kif stabbilit fl-istandard(s) relevanti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5, jew testijiet ekwivalenti, sabiex tiġi vverifikata l-konformità tiegħu mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE u l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalih.

5.4.2.

Il-korp notifikat għandu jwaħħal, jew jikkawża t-twaħħil ta’, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu fuq kull prodott u għandu jifformola ċertifikat ta’ konformità bil-miktub dwar it-testijiet imwettqa. Iċ-ċertifikat ta’ konformità jista’ jkopri tagħmir wieħed jew aktar.

5.4.3.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jiżgura li jkun jista’ jissupplixxi ċ-ċertifikati ta’ konformità tal-korp notifikat meta mitluba.

5.5.   Verifika statistika

5.5.1.

Il-manifatturi għandhom jippreżentaw it-tagħmir immanifatturat fil-forma ta’ lottijiet uniformi u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex il-proċess ta’ manifattura jiżgura l-uniformità ta’ kull lott prodott.

5.5.2.

Il-kontroll statistiku huwa kif ġej:

It-tagħmir huwa soġġett għal kontroll statistiku skond l-attribwiti. Għandhom jiġu miġbura f’lottijiet li jingħarfu li jikkonsistu f’unitajiet ta’ mudell wieħed immanifatturat taħt l-istess kondizzjonijiet. Lott jiġi eżaminat f’intervalli każwali. It-tagħmir li jikkostitwixxi kampjun jiġi eżaminat individwalment u għandhom jiġu mwettqa testijiet xierqa jew testijiet ekwivalenti, kif stabbilit fl-istandard(s) rispettivi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5, sabiex jiġi determinat jekk il-lott għandux jiġi aċċettat jew imwarrab.

Għandha tiġi applikata sistema ta’ teħid ta’ kampjuni bil-karatteristiċi li ġejjin:

livell ta’ kwalità li jikkorrispondi għal probabilità ta’ aċċettazzjoni ta’ 95 %, b’persentaġġ ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ bejn 0,5 u 1,5 %,

limitu ta’ kwalità li jikkorrespondi għal probabilità ta’ aċċettazzjoni ta’ 5 %, b’persentaġġ ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ bejn 5 u 10 %,

5.5.3.

Fejn jiġu aċċettati lottijiet, il-korp notifikat għandu jwaħħal, jew jikkawża t-twaħħil ta’, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu fuq kull prodott u għandu jifformola ċertifikat ta’ konformità bil-miktub li jirrelata mat-testijiet imwettqa. It-tagħmir kollu fil-lott jista' jitqiegħed fis-suq għajr dawk il-prodotti mill-kampjun li nstabu li ma kinux f’konformità.

Fejn lott jiġi rifjutat, il-korp notifikat għandu jieħu miżuri xierqa sabiex jimpedixxi t-tqegħid fuq is-suq ta’ dak il-lott. Fl-eventwalita ta’ rifjut frekwenti ta’ lottijiet il-korp notifikat jista’ jissospendi l-verifika statistika.

Il-manifattur jista’, taħt ir-responsabbilità tal-korp notifikat, iwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan ta’ l-aħħar waqt il-proċess ta’ manifattura.

5.5.4.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jiżgura li jkun jistà jissupplixxi ċ-ċertifikati ta’ konformità tal-korp notifikat fuq talba.

6.   VERIFIKA TA’ L-UNITÀ TAL-KE

6.1.

Il-verifika ta’ l-unità tal-KE hija l-proċedura li biha l-manifattur jew r-rappreżenant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità jiżgura u jiddikkjara li t-tagħmir ikonċernat, li ġie fornut biċ-ċertifikat li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2 jikkonforma mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalih. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jwaħħal l-immarkar CE mat-tagħmir u għandu jifformola dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub li huwa għandu jżomm.

6.2.

Il-korp notifikat għandu jeżamina t-tagħmir u jesegwixxi t-testijiet xierqa, jinnota d-dokumentazzjoni tad-disinn sabiex jiżgura l-konformità tiegħu mal-ħtiġiet essenzjali ta’ din id-Direttiva.

Il-korp notifikat għandu jwaħħal, jew jikkawża t-twaħħil ta’, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu mat-tagħmir approvat u għandu jifformola ċertifikat ta’ konformità bil-miktub konċernat mat-testijiet imwettqa.

6.3.

L-għan tad-dokumentazzjoni teknika relatata mad-disinn tat-tagħmir, kif hemm referenza għalih fl-Anness IV, huwa li jippermetti li tiġi stmata l-konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u sabiex jiġu mifhuma d-disinn, manifattura u operazzjoni tat-tagħmir.

Id-dokumentazzjoni tad-disinn li hemm referenza għaliha fl-Anness IV għandha tkun disponibbli lill-korp notifikat.

6.4.

Jekk il-korp notifikat iħoss li huma meħtieġa, l-eżamijiet u t-testijiet jistgħu jsiru wara l-istallazzjoni tat-tagħmir.

6.5.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jiżgura li jkun jista’ jissupplixxi ċ-ċertifikati ta’ konformità tal-korp notifikat meta mitluba.


ANNESS III

IMMARKAR CE U ISKRIZZJONIJIET

1.

L-immarkar CE huwa magħmul mill-inizjali “CE” kif muri hawn taħt:

Image

L-immarkar KE għandu jiġi segwit min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni.

2.

It-tagħmir jew il-pjanċa tad-data tiegħu għandu jkollu l-immarkar CE flimkien ma’ l-iskrizzjonijiet li ġejjin:

l-isem tal-manifattur jew is-simbolu ta’ identifikazzjoni,

l-isem tad-ditta tat-tagħmir,

it-tip ta’ provvista ta’ l-elettriku użat, jekk applikabbli,

il-kategorija tat-tagħmir,

l-aħħar żewġ figuri tas-sena li fiha twaħħal l-immarkar CE.

L-informazzjoni meħtieġa għall-għanijiet ta’ installazzjoni tista’ tiġi miżjuda skond in-natura tat-tagħmir.

3.

Jekk il-marka CE tiġi mċekkna jew imkabbra, il-proporzjonijiet mogħtija fid-disinn gradwat ta’ hawn fuq għandhom jiġu rispettati.

Il-komponenti varji ta’ l-immarkar CE għandu jkollhom sostanzjalment l-istess dimensjoni vertikali li ma tistax tkun anqas minn 5 mm.


ANNESS IV

DOKUMENTAZZJONI TAD-DISINN

Id-dokumentazzjoni tad-disinn għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja, sakemm ikun meħtieġ mill-korp notifikat għal evalwazzjoni:

deskrizzjoni ġenerali tat-tagħmir,

disinni ta’ kunċett u tpinġijiet ta’ manifattura u disinji ta’ komponenti, sub-assemblies, ċirkwiti,

deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex jinftiehem dan ta’ hawn fuq, inkluż it-tħaddim tat-tagħmir,

lista tan-normi li għalihom jirreferi l-Artikolu 5, applikati kollha jew parti minnhom, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jintlaħqu l-ħtiġijiet essenzjali fejn in-normi li għalihom jirreferi l-Artikolu 5 ma jkunux ġew applikati,

rapporti tat-test,

manwali għall-istallazzjoni u għall-użu.

Fejn jixraq, id-dokumentazzjoni tad-disinn għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:

attestati marbuta ma’ l-apparat inkorporat fit-tagħmir,

attestati u ċertifikati marbuta mal-metodi ta’ manifattura u/jew spezzjoni u/jew sorveljanza tat-tagħmir,

xi dokument ieħor li jgħin lill-korp notifikat biex itejjeb l-evalwazzjoni tiegħu.


ANNESS V

KRITERJI MINIMI GĦALL-EVALWAZZJONI TA’ KORPI NOTIFIKATI

Il-korpi notifikati nnominati mill-Istati Membri għandhom jilħqu l-kundizzjonijiet minimi li ġejjin:

disponibbiltà ta’ persuni u tal-mezzi u l-apparat meħtieġ;

kompetenza teknika u integrità professjonali tal-persuni;

indipendenza, biex isiru t-testijiet, jitħejjew rapporti, jinħarġu ċertifikati u ssir is-sorveljanza li għaliha hemm dispożizzjoni f’din id-Direttiva, ta’ uffiċjali tat-tmexxija u tekniċi fir-rigward taċ-ċrieki kollha, il-gruppi jew in-nies direttament jew indirettament marbuta mal-qasam tat-tagħmir,

żamma tas-sigriet professjonali mill-impjegati,

pussess tal-liċenzja ta’ responsabbiltà ċivili sakemm dik ir-responsabbiltà ma tkunx koperta mill-Istat skond il-liġi nazzjonali.

It-twettiq tal-kundizzjonijiet fl-ewwel żewġ inċiżi għandu jkun perjodikament verifikat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jew tal-korpi nominati mill-Istati Membri.


ANNESS VI

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emenda tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 14)

Direttiva tal-Kunsill 90/396/KEE

(ĠU L 196, 26.7.1990, p. 15)

 

Direttiva tal-Kunsill 93/68/KEE

(ĠU L 220, 30.8.1993, p. 1)

Artikolu 10 biss

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 14)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

90/396/KEE

30 ta’ Ġunju 1991

1 ta’ Jannar 1992

93/68/KEE

30 ta’ Ġunju 1994

1 ta’ Jannar 1995


ANNESS VII

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 90/396/EEC

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1), kliem introduttorju

Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1(1), l-ewwel u t-tieni inċiżi

Artikolu 1(2)(a) u (b)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(2)(d)

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(3)

Artikolus 2(1)

Artikolus 2(1)

Artikolu 2(2), l-ewwel u t-tieni sentenzi

Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(2), it-tielet sentenza

Artikolu 2(2), it-tieni subpargrafu

Artikoli 3 u 4

Artikoli 3 u 4

Artikolu 5(1)(a), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(1)(a)

Artiklu 5(1)(a), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(1)(b)

Artikolu 5(1)(b)

Artikolu 5(2), l-ewwel sentenza

Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(2), it-tielet sentenza

Artikolu 5 (2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 6(2), l-ewwel sentenza

Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(2), it-tieni sentenza

Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6(2), it-tielet sentenza

Artikolu 6(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8(1)(a)

Artikolu 8(1)(a)

Artikolu 8(1)(b), kliem tal-bidu

Artikolu 8(1)(b), kliem tal-bidu

Artikolu 8(1)(b), l-ewwel sar-raba' inċiż

Artikolu 8(1)(b)(i) sa (iv)

Artikolu 8(2) u (3)

Artikolu 8(2) u (3)

Artikolu 8(4), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 8(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(4), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 8(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(4), it-tielet subparagrafu

Artikolu 8(5)(a)

Artikolu 8(5), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(5)(b)

Artikolu 8(5), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(6)

Artikolu 8(6)

Artikoli 9 sa 12

Artikoli 9 sa 12

Artikolu 13

Artikolu 14(1) u (2)

Artikolu 14(3)

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Annessi I sa V

Annessi I sa V

Anness VI

Anness VII


16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/28


DIRETTIVA 2009/148/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol

(verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 137(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 83/477/KEE tal-Kunsill tad-19 ta’ Settembru 1983 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 80/1107/KEE) (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalital-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2)

L-asbestos huwa sustanza partikolarment perikoluża li tista’ tikkawża mard gravi u li jinsab f’numru kbir ta’ ċirkustanzi fuq ix-xogħol. Għalhekk huma ħafna l-ħaddiema esposti għal riskju potenzjali għal saħħithom. Il-kroċidolite huwa kkunsidrat tip ta’ asbestos li huwa partikolarment perikoluż.

(3)

Għalkemm it-tagħrif xjentifiku kurrenti mhux tali li jista’ jiġi stabbilit livell li taħtu ma jibqgħux jeżistu r-riskji għas-saħħa, tnaqqis fl-esposizzjoni għall-asbestos għandu madanakollu jnaqqas ir-riskju li wieħed jiżviluppa mard konness mal-asbestos. Huwa għalhekk neċessarju li jitwaqqfu proċeduri speċifiċi armonizzati li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tal-ħaddiema mill-asbestos. Din id-Direttiva tinkludi kondizzjonijiet minimi li ser jiġu eżaminati mill-ġdid fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba u l-iżviluppi fit-teknoloġija f’dan il-qasam.

(4)

Il-mikroskopija ottika, għalkemm ma tippermettix l-għadd tal-iżgħar fibri li jagħmlu ħsara lis-saħħa, hija l-metodu li bħalissa qed jiġi aktar użat għat-tkejjil normali tal-asbestos.

(5)

Miżuri preventivi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema li huma esposti għall-asbestos u l-impenn maħsub mill-Istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħarsien tas-saħħa huma importanti.

(6)

Sabiex tiġi assigurata kjarezza fid-definizzjoni tal-fibri, dawn għandhom ikunu definiti jew f’termini mineraloġiċi jew fir-rigward tan-numru tas-Servizz Kimiku Astratt (CAS) tagħhom.

(7)

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Komunità li jikkonċernaw il-marketing u l-użu tal-asbestos, l-illimitar tal-attivitajiet li jinvolvu espożizzjoni għall-asbestos għandu jkollu rwol importanti ħafna fil-prevenzjoni ta’ mard assoċjat ma’ dik l-espożizzjoni.

(8)

Is-sistema ta’ notifika tal-attivitajiet li jinvolvu espożizzjoni għall-asbestos għandha tiġi adattata għal sitwazzjonijiet ġodda tax-xogħol.

(9)

Il-projbizzjoni tal-applikazzjoni tal-asbestos bi proċess ta’ traxxix m’huwiex bizzejjed biex jimpedixxi r-rilaxx tal-fibri tal-asbestos fl-atmosfera. Jeħtieġ ukoll li jkunu pprojbiti attivitajiet li jesponu l-ħaddiema għall-fibri tal-asbestos matul l-estrazzjoni tal-asbestos jew il-manifattura u l-ipproċessar ta’ prodotti tal-asbestos jew il-manifattura u l-ipproċessar ta’ prodotti li jkun fihom fibri tal-asbestos miżjuda apposta, minħabba l-livell għoli tagħhom u li ma jistgħax jiġi prevvist ta’ espożizzjoni.

(10)

Waqt li jittieħed kont tal-kapaċità teknika l-aktar reċenti, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata l-metodoloġija tal-kampjunament użata biex tkejjel il-livell ta’ asbestos fl-arja u l-metodu ta’ kif jingħaddu l-fibri.

(11)

Għalkemm s’issa għadu ma kienx possibbli li jiġi identifikat il-livell ta’ espożizzjoni li taħtu l-asbestos ma jinvolvix ir-riskju tal-kanċer, għandu jitnaqqas kemm jista’ jkun il-livell ta’ espożizzjoni tal-ħaddiema għall-asbestos fuq ix-xogħol.

(12)

L-impjegati għandhom ikunu meħtieġa li jirrekordjaw, qabel il-bidu ta’ xi proġett ta’ tneħħija ta’ asbestos, il-presenza jew il-presenza preżunta ta’ asbestos f’bini jew installazzjonijiet u jikkomunikaw din l-informazzjoni lil persuni oħra li jistgħu jkunu esposti għall-asbestos bħala riżultat tal-użu tiegħu, tal-manutenzjoni jew ta’ attivitajiet oħrajn fi jew fuq il-bini.

(13)

Għandu jiġi assigurat li t-twaqqigħ jew ix-xogħol ta’ tneħħija tal-asbestos jitwettaq minn impriżi li huma familjari mal-prekawzjonijiet kollha li għandhom jittieħdu biex jiġu protetti l-ħaddiema.

(14)

Taħriġ speċjali għall-ħaddiema esposti jew li x’aktarx ikunu esposti għall-asbestos għandu jiġi provdut sabiex jikkontribwixxi b’mod sinifikattiv għat-tnaqqis tar-riskji relatati ma’ dik l-espożizzjoni.

(15)

Jeħtieġ li jkunu previsti rakkomandazzjonijiet prattiċi dwar is-sorveljanza klinika ta’ ħaddiema esposti fid-dawl tal-għarfien mediku l-aktar reċenti bil-ħsieb ta’ kxif kmieni ta’ patoloġiji marbuta mal-asbestos.

(16)

L-objettiv tal-azzjoni proposta, jiġifieri t-titjib fil-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni ta’ asbestos fuq ix-xogħol, ma jistgħax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif preskritt fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif preskritt f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv.

(17)

Id-dispożizzjonijiet li jinsabu f’din id-Direttiva jikkostitwixxu kontribuzzjoni konkreta lejn il-ħolqien ta’ dimensjoni soċjali fis-suq intern. Dawn id-dispożizzjonijiet huma limitati għall-minimu sabiex ma jimponux piż żejjed fuq il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

(18)

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri li jikkonċernaw il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali tad-direttivi msemmija fl-Anness II, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1.   Din id-Direttiva, għandha bħala l-għan tagħha l-protezzjoni tal-ħaddiema kontra r-riskji għal saħħithom, inkluża l-prevenzjoni ta’ riskji ta’ din ix-xorta, li jiġu jew aktarx jiġu mill-fatt li jkunu esposti għall-asbestos fuq ix-xogħol.

Hija tistabbilixxi l-limitu ta’ din l-espożizzjoni kif ukoll kondizzjonijiet oħra speċifiċi.

2.   Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li japplikaw jew idaħħlu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jagħtu protezzjoni ikbar għall-ħaddiema, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-bdil tal-asbestos b’sostituti anqas perikolużi.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “asbestos” tfisser is-silikati fibrużi li ġejjin:

(a)

Asbestos actinolite, CAS Nru 77536–66–4 (5);

(b)

Asbestos gruenerite (amosite) CAS Nru 12172–73–5 (5);

(c)

Asbestos anthophyllite, CAS Nru 77536–67–5 (5);

(d)

Chrysotile, CAS Nru 12001–29–5 (5);

(e)

Crocidolite, CAS Nru 12001–28–4 (5);

(f)

Asbestos tremolite, CAS Nru 77536–68–6 (5).

Artikolu 3

1.   Din id-Direttiva tapplika għall-attivitajiet li fihom il-ħaddiema huma jew jistgħu jkunu esposti waqt xogħolhom għat-trab li jiġi mill-asbestos jew materjali li fihom l-asbestos.

2.   Fil-każ ta’ kull attività li x’aktarx tinvolvi xi riskju li jiġu esposti għat-trab li jiġi mill-asbestos jew xi materjali li jkun fihom l-asbestos, dan ir-riskju għandu jiġi stmat b’mod li tiġi stabbilita n-natura jew il-grad tal-espożizzjoni għat-trab li ġej mill-asbestos jew minn materjali li fihom l-asbestos.

3.   Sakemm l-espożizzjoni tal-ħaddiema tkun sporadika u ta’ intensità baxxa, u meta jkun ċar mir-riżultati tal-istima tar-riskju msemmija fil-paragrafu 2 li l-limitu tal-espożizzjoni għall-asbestos m’għandux jinqabeż fl-arja taż-żona tax-xogħol, l-Artikoli 4, 18 u 19 jistgħu ma jiġux applikati meta x-xogħol jinvolvi:

(a)

attivitajiet ta’ manutenzjoni qosra, mhux kontinwi li fihom jintmissu biss materjali li li ma jinkisrux malajr;

(b)

it-tneħħija mingħajr deterjorazzjoni ta’ materjali mhux degradati li fihom il-fibri tal-asbestos huma mqabbda sew mal-matriċi;

(c)

enkapsulazzjoni jew issiġillar ta’ materjali li jkun fihom l-asbestos li huma f’kondizzjoni tajba;

(d)

monitoraġġ u kontroll tal-arja, u l-kampjunament biex jiġi aċċertat jekk materjal speċifiku jkunx fih l-asbestos.

4.   L-Istati Membri għandhom, wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, skont il-liġi u l-prattika nazzjonali jippreskrivu linji gwida prattiċi għall-istabbiliment ta’ espożizzjoni sporadika u ta’ intensità baxxa, hekk kif provdut fil-paragrafu 3.

5.   L-istima msemmiija fil-paragrafu 2 għandha tkun suġġetta għal konsultazzjoni mal-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom fl-impriża jew fl-istabbiliment u għandhom jerġgħu jiġu eżaminati meta jkun hemm raġuni li wieħed jaħseb li mhijiex korretta jew hemm xi bdil materjali fix-xogħol.

Artikolu 4

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 3(3), għandhom jittieħdu miżuri previsti fil-paragrafi 2 sa 5.

2.   L-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) għandhom jiġu rregolati b’sistema ta’ notifika amministrata mill-awtorità responsabbli tal-Istat Membru.

3.   In-notifika skont il-paragrafu 2 għandha tintbagħat minn min iħaddem lill-awtorità responsabbli tal-Istat Membru, qabel ma jinbeda x-xogħol, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali.

Din in-notifika għandha tinkludi tal-anqas deskrizzjoni qasira ta’:

(a)

fejn jinsab s-sit tax-xogħol;

(b)

it-tip u l-kwantitajiet ta’ asbestos użati jew immaniġġjati;

(c)

l-attivitajiet u l-proċessi involuti;

(d)

in-numru ta’ ħaddiema involuti;

(e)

id-data tal-bidu tax-xogħol u t-tul ta’ żmien;

(f)

miżuri meħuda biex jillimitaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għall-asbestos.

4.   Il-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom fl-impriżi jew fl-istabbilimenti għandhom ikollhom aċċess għad-dokumenti li jaqgħu taħt in-notifika msemmija fit-tieni paragrafu li għandhom x’jaqsmu mal-impriża jew l-istabbiliment tagħhom stess b’mod konformi mal-liġijiet nazzjonali.

5.   Kull darba li bidla fil-kondizzjonijiet tax-xogħol x’aktarx li tirriżulta f’żieda sinifikanti f’espożizzjoni għat-trab tal-asbestos jew materjali li jkun fihom l-asbestos, għandha tintbagħat notifika ġdida.

Artikolu 5

L-applikazzjoni tal-asbestos bi proċess ta’ traxxix u proċeduri ta’ xogħol li jinvolvu l-użu ta’ materjali iżolanti jew li jwaqqfu l-ħoss ta’ densità baxxa (anqas minn 1 g/ċm3) li jkun jinsab fihom l-asbestos huma pprojbiti.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità dwar il-marketing u l-użu tal-asbestos, attivitajiet li jesponu lill-ħaddiema għall-fibri tal-asbestos matul l-estrazzjoni ta’ asbestos jew il-manifattura u l-ipproċessar ta’ prodotti tal-asbestos jew il-manifattura u l-ipproċessar ta’ prodotti li jkun fihom asbestos miżjud apposta għandhom ikunu projbiti, bl-eċċezzjoni tat-trattament u d-disponiment ta’ prodotti li jirriżultaw mit-twaqqigħ u t-tneħħija tal-asbestos.

Artikolu 6

Għall-attivitajiet kollha msemmija fl-Artikolu 3(1), l-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal trab li joħroġ mill-asbestos jew materjali li jkun fihom l-asbestos fuq il-post tax-xogħol għandha titnaqqas għal minimu u f’kull każ taħt il-limitu tal-valur preskritt fl-Artikolu 8, b’mod partikolari permezz tal-miżuri li ġejjin:

(a)

in-numru ta’ ħaddiema esposti jew x’aktarx li jkunu esposti għat-trab li joħroġ mill-asbestos jew materjali li jkun fihom l-asbestos għandu jkun limitat għall-figura l-aktar baxxa possibbli;

(b)

il-proċessi tax-xogħol għandhom ikunu disinjati biex ma jipproduċux trab tal-asbestos jew, jekk dan ikun impossibbli, li jiġi evitat ir-rilaxx ta’ trab tal-asbestos fl-arja;

(c)

il-postijiet kollha u l-apparat involut fit-trattament ta’ asbestos għandu jkun kapaċi li jiġi regolarment u effettivament imnaddaf u mantnut;

(d)

l-asbestos jew materjal li fih l-asbestos li jiġġenera t-trab għandu jiġi maħżun u trasportat f’pakketti ssiġillati kif imiss;

(e)

l-iskart għandu jinġabar u jitneħħa mill-post tax-xogħol kemm jista’ jkun malajr f’pakketti ssiġillati kif imiss b’tabelli li jindikaw li jkun fihom l-asbestos; din il-miżura ma tapplikax għal attivitajiet tal-minjieri; dak ir-rimi għandu mbagħad jiġi ttrattat skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar skart perikoluż (6).

Artikolu 7

1.   Skond ir-riżultati tal-stima inizjali tar-riskju, u sabiex tiġi assigurata konformità mal-limitu preskritt fl-Artikolu 8, il-kejl tal-fibri tal-asbestos fl-arja fil-post tax-xogħol għandu jitwettaq regolarment.

2.   Il-kampjunament għandu jkun rappreżentattiv tal-espożizzjoni personali tal-ħaddiema għal trab li joħroġ mill-asbestos jew materjali li jkun fihom l-asbestos.

3.   Il-kampjunament għandu jitwettaq wara konsultazzjoni mal-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom fl-impriża jew stabbiliment.

4.   Il-kampjunament għandu jitwettaq minn persunal kwalifikat kif imiss. Il-kampjuni meħuda għandhom sussegwentement ikunu analizzati, skont il-paragrafu 6, f’laboratorji mgħammra biex jingħaddu l-fibri.

5.   It-tul ta’ żmien tal-kampjunament għandu jkun tali li espożizzjoni rappreżentattiva tista’ tiġi stabbilita għal perjodu ta’ referenza ta’ tmien sigħat (xift wieħed) permezz ta’ kejl jew kalkolazzjonijiet peżati skont il-ħin.

6.   L-għadd tal-fibri għandu jitwettaq kull fejn possibbli permezz ta’ phase-contrast microscope (PCM) skont il-metodu rakkomandat tal-1997 mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) (7) jew xi metodu ieħor li jagħti riżultati ekwivalenti.

Għall-għanijiet tal-kejl tal-asbestos fl-arja, kif imsemmija fl-ewwel paragrafu, għandhom jiġu kkunsidrati biss dawk il-fibri biss b’tul ta’ aktar minn 5 mikrometri u wisa’ ta’ inqas minn 3 mikrometri u proporzjon ta’ tul/wisa’ akbar minn 3:1.

Artikolu 8

Min iħaddem għandu jassigura li ebda ħaddiem ma jiġi espost għall-konċentrazzjoni ta’ asbestos fl-arja li teċċedi ż-0,1 fibri kull cm3 fuq medja ta’ perjodu ta’ tmien sigħat peżat skont il-ħin (TWA).

Artikolu 9

L-emendi meħtieġa sabiex jaddattaw l-Anness I ta’ din id-Direttiva għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri li jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (8).

Artikolu 10

1.   Fejn il-limitu preskritt fl-Artikolu 8 jinqabeż, ir-raġunijiet għaliex il-limitu jkun inqabeż għandhom jiġu identifikati u miżuri adattati biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni għandom jittieħdu mill-aktar fis possibbli.

Ma jistax jibqa’ jsir xogħol fiż-żona affetwata sakemm ma jkunux ittieħdu l-miżuri xierqa għall-protezzjoni tal-ħaddiema interessati.

2.   Biex jiġi kkontrollat kemm huma effettivi l-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, għandhom jiġu stabbiliti għal darb’oħra u minnufih il-konċentrazzjonijiet tal-asbestos fl-arja.

3.   Fejn l-espożizzjoni ma tistgħax titnaqqas b’mezzi oħra u fejn il-konformità mal-limitu teħtieġ l-ilbies ta’ apparat tan-nifs individwali protettiv, dan m’għandux ikun permanenti u għandu jinżamm għall-minimu strett meħtieġ għal kull ħaddiem. Matul perjodi ta’ xogħol li jeħtieġu l-użu ta’ dak l-apparat tan-nifs, għandha ssir dispożizzjoni għal perjodi ta’ mistrieħ adattati għall-kondizzjonijiet fiżiċi u klimatoloġiċi u, fejn relevanti, b’konsultazzjoni mal-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom fl-impriża jew stabbiliment, skont il-liġijiet u l-prattika nazzjonali.

Artikolu 11

Qabel ma jinbeda xogħol ta’ twaqqigħ jew manutenzjoni, min iħaddem għandu jieħu, fejn xieraq, billi jikseb informazzjoni mis-sidien tal-post, il-passi kollha meħtieġa biex jidentifika materjali li huwa maħsub li fihom l-asbestos.

Jekk ikun hemm xi dubju dwar il-preżenza ta’ asbestos f’materjal jew kostruzzjoni, id-dispożizzjonijiet applikabbli ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu osservati.

Artikolu 12

Fil-każ ta’ ċerti attivitajiet bħal xogħolijiet ta’ twaqqigħ, tneħħija, tiswija u manutenzjoni li fir-rigward tagħhom ikun prevvist li l-limitu tal-valur stipulat fl-Artikolu 8 jinqabeż minkejja l-użu ta’ miżuri tekniċi preventivi għall-illimitar ta’ konċentrazzjoni ta’ asbestos fl-arja, min iħaddem għandu jistabbilixxi l-miżuri maħsuba biex tiġi assigurata l-protezzjoni tal-ħaddiema waqt li jkunu qed jaħdmu f’dawk l-attivitajiet, b’mod partikolari dan li ġej:

(a)

il-ħaddiema għandu jinħarġilhom apparat respiratorju adattat u apparat ieħor personali protettiv, li għandu jintlibes,

(b)

għandhom jitqiegħdu sinjali ta’ twissija li juru li huwa prevvist li l-limitu preskritt fl-Artikolu 8 sejjer jinqabeż, u

(c)

it-tixrid ta’ trab li joħroġ mill-asbestos jew materjali li fihom l-asbestos barra l-post jew is-sit tal-azzjoni għandu jkun evitat.

Il-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom fl-impriża jew fl-istabbiliment għandhom jiġu kkonsultati dwar dawn il-miżuri qabel ma jsiru l-attivitajiet ikkonċernati.

Artikolu 13

1.   Għandu jitfassal pjan ta’ xogħol qabel ma jinbeda xi xogħol ta’ twaqqigħ jew xogħol ta’ tneħħija tal-asbestos u/jew ta’ prodotti li jkun fihom l-asbestos minn bini, strutturi, impjanti jew installazzjonijiet jew minn vapuri.

2.   Il-pjan imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jippreskrivi l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.

Il-pjan għandu b’mod partikolari jispeċifika li:

(a)

asbestos u/jew prodotti li fihom l-asbestos għandhom jitneħħew qabel ma tiġi applikata t-teknika tat-twaqqigħ, ħlief fejn dan joħloq riskju akbar għall-ħaddiema milli jekk l-asbestos jew il-prodotti li fihom l-asbestos jitħallew fil-post;

(b)

l-apparat personali protettiv imsemmi fl-Artikolu 12(1)(a) għandu jkun provdut, fejn meħtieġ;

(c)

meta x-xogħol tat-twaqqigħ jew tneħħija tal-asbestos ikun tlesta, l-assenza ta’ riskji ta’ espożizzjoni għall-asbestos fil-post tax-xogħol għandha tiġi verifikata b’konformità mal-leġislazzjoni u l-prattika nazzjonali.

Fuq it-talba tal-awtoritajiet kompetenti, il-pjan għandu jinkludi informazzjoni dwar dan li ġej:

(a)

in-natura tax-xogħol u kemm x’aktarx li jdum sejjer;

(b)

il-post fejn isir ix-xogħol;

(c)

il-metodi li jiġu applikati meta x-xogħol jinvolvi l-immaniġġar tal-asbestos jew ta’ materjali li jkun fihom l-asbestos;

(d)

il-karatteristiċi tal-apparat użat għal:

(i)

protezzjoni u d-dekontaminazzjoni ta’ dawk li qed jagħmlu x-xogħol,

(ii)

protezzjoni tal-persuni l-oħra preżenti jew qrib tal-post tax-xogħol.

3.   Fuq it-talba tal-awtoritajiet kompetenti, il-pjan imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi nnotifikat lilhom qabel il-bidu tax-xogħol proġettat.

Artikolu 14

1.   Min iħaddem għandu jipprovdi taħriġ adattat għall-ħaddiema kollha li huma, jew li x’aktarx ikunu, esposti għal trab li joriġina mill-asbestos jew materjali li jkun fihom l-asbestos. Dak it-taħriġ għandu jkun provdut f’intervalli regolari u bla ebda spiża għall-ħaddiema.

2.   Il-kontenut tat-taħriġ għandu jkun jiftiehem faċilment mill-ħaddiema. Għandu jippermettilhom li jiksbu l-għerf u l-kapaċitajiet meħtieġa f’termini ta’ prevenzjoni u sigurtà, partikolarment fir-rigward ta’:

(a)

il-proprjetajiet tal-asbestos u l-effetti tiegħu fuq is-saħħa, inkluż l-effett sinerġiku tat-tipjip;

(b)

it-tipi ta’ prodotti u materjali li x’aktarx ikun fihom l-asbestos;

(c)

l-operazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw f’espożizzjoni għall-asbestos u l-importanza ta’ kontrolli preventivi biex tiġi minimizzata l-espożizzjoni;

(d)

prattika ta’ xogħol bla perikolu, kontrolli u apparat protettiv;

(e)

ir-rwol xieraq, l-għażla, l-għażla, is-selezzjoni, il-limitazzjonijiet u l-użu kif imiss ta’ apparat respiratorju;

(f)

proċeduri ta’ emerġenza;

(g)

proċeduri ta’ dekontaminazzjoni;

(h)

rimi tal-iskart;

(i)

ħtiġiet ta’ eżami mediku.

3.   Linji gwida prattiċi għat-taħriġ ta’ ħaddiema li jneħħu l-asbestos għandhom ikunu żviluppati fil-livell tal-Komunità.

Artikolu 15

Qabel ma jitwettaq xogħol ta’ twaqqigħ jew tneħħija ta’ asbestos, id-ditti għandhom jipprovdu evidenza tal-abbiltà tagħhom f’dan il-qasam. L-evidenza għandha tiġi stabbilita skont il-liġijiet u/jew prattika nazzjonali.

Artikolu 16

1.   Fir-rigward tal-attivitajiet kollha msemmija fl-Artikolu 3(1), u bla ħsara għall-Artikolu 3(3), għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li:

(a)

il-postijiet fejn isiru l-attivitajiet msemmija aktar ‘il fuq għandhom:

(i)

ikunu mmarkati b’mod ċar u indikati b’sinjali ta’ twissija;

(ii)

ma jkunux aċċessibbli għall-ħaddiema ħlief għal dawk li għandhom bżonn jidħlu fihom minħabba x-xogħol jew id-dmirijiet tagħhom;

(iii)

ikunu żoni fejn ma jkunx permess tipjip;

(b)

jitwarrbu żoni fejn il-ħaddiema jistgħu jieklu u jixorbu mingħajr ir-riskju ta’ tniġġis mit-trab tal-asbestos;

(c)

il-ħaddiema jiġu pprovduti b’ilbies tax-xogħol xieraq jew protettiv; dan l-ilbies tax-xogħol jew protettiv jibqa’ ġewwa l-impriża; iżda, jista’ jinħasel fi stabbilimenti barra l-impriza li huma mgħammra għal dan it-tip ta’ xogħol kemm-il darba l-impriża stess ma tagħmilx it-tindif; f’dak il-każ l-ilbies għandu jinġarr f’kontenituri magħluqa;

(d)

jiġu pprovduti postijiet separati għaż-żamma tal-ilbies tax-xogħol jew protettiv u l-ilbies ta’ barra;

(e)

il-ħaddiema jiġu pprovduti b’faċilitajiet xierqa għall-ħasil u twaletta, inklużi doċoċ fil-każ ta’ ħidmiet fit-trab;

(f)

l-apparat protettiv jitqiegħed f’post definit tajjeb u jiġi kkontrollat u mnaddaf wara kull darba li jintuża u għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa biex jissewwa jew jinbidel apparat difettuż qabel ma jerġa’ jintuża.

2.   Il-ħaddiema ma jistgħux jiġu mġiegħla jħallsu għan-nefqa tal-miżuri meħuda skont il-paragrafu 1.

Artikolu 17

1.   Fil-każ tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom fl-impriża jew fl-istabbiliment jirċievu informazzjoni xierqa dwar:

(a)

ir-riskji potenzjali għas-saħħa meta jiġu esposti għat-trab li jiġi mill-asbestos jew minn materjali li jkun fihom l-asbestos;

(b)

l-eżistenza ta’ limiti statutorji u l-ħtieġa li l-arja tkun immonitorjata;

(c)

il-kondizzjonijiet ta’ iġjene mitluba, inkluża l-ħtieġa li ma jsirx tipjip;

(d)

il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu f’dak li għandu x’jaqsam mal-ilbies u l-użu ta’ apparat u ilbies protettivi;

(e)

il-prekawzjonijiet speċjali maħsuba biex inaqqsu kemm jista’ jkun il-livell ta’ espożizzjoni għall-asbestos.

2.   Barra mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, u bla ħsara għall-Artikolu 3(3), għandhom jittieħdu miżuri xierqa li jiżguraw li:

(a)

il-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom fl-impriża jew fl-istabbiliment ikollhom aċċess għar-riżultati tat-tkejjil tal-konċentrazzjoni tal-asbestos fl-arja u jistgħu jingħataw tifsiriet ta’ xi jfissru dawk ir-riżultati;

(b)

jekk ir-riżultati jeċċedu l-limitu preskritt fl-Artikolu 8 il-ħaddiema konċernati u r-rappreżentanti tagħhom fl-impriża jew stabbiliment ikunu informati kemm jista’ jkun malajr bil-fatt u bir-raġunijiet għal dan u l-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom fl-impriża jew stabbiliment ikunu konsultati dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu jew, f’emerġenza, jiġi infurmati bil-miżuri li jkunu ttieħdu.

Artikolu 18

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 3(3) għandhom jittieħdu l-miżuri mniżżla fil-paragrafi 2 sa 5:

2.   Għandha tkun disponibbli stima tal-istat tas-saħħa ta’ kull ħaddiem qabel ma jibdew ikunu esposti għall-asbestos jew għall-materjali li jkun fihom l-asbestos fuq il-post tax-xogħol.

Din l-istima għandha tinkludi eżami speċifiku tas-sider. L-Anness I jagħti rakkomandazzjonijiet prattiċi li l-Istati Membri jistgħu jirriferu għalihom għas-sorveljanza klinika tal-ħaddiema; dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu adattati għall-progress tekniku skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 89/391/KEE.

Stima ġdida għandha tkun disponibbli mill-inqas darba kull tliet snin sakemm tkompli l-espożizzjoni.

Għandu jitwaqqaf rekord individwali tas-saħħa, skont il-liġijiet u/jew il-prattika nazzjonali għal kull ħaddiem.

3.   Wara s-sorveljanza klinika msemmija fit-tieni sentenza tal-paragrafu 2, it-tabib jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza medika tal-ħaddiema għandhom, skont il-liġijiet nazzjonali, jagħtu parir dwar il-miżuri individwali protettivi jew preventivi li għandhom eventwalment jittieħdu jew jistabbilixxu dawn il-miżuri.

Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu, fejn huwa xieraq, it-tneħħija tal-ħaddiem ikkonċernat minn kwalunkwe espożizzjoni għat-trab ġej mill-asbestos jew mill-materjali li jkollhom l-asbestos.

4.   Għandhom jingħataw lill-ħaddiema informazzjoni u pariri fir-rigward ta’ kull stima tas-saħħa tagħhom li jistgħu jgħaddu minnha wara t-tmiem tal-espożizzjoni.

It-tabib jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza medika ta’ ħaddiema jistgħu jindikaw li s-sorveljanza medika għandha tkompli wara t-tmiem tal-espożizzjoni sakemm huma jqisu li dan ikun meħtieġ biex tiġi salvagwardjata s-saħħa tal-persuna kkonċernata.

Dik is-sorveljanza li tkompli għandha titwettaq skont il-liġijiet u/jew il-prattika nazzjonali.

5.   Il-ħaddiem ikkonċernat jew min iħaddmu jista’ jitlob li l-istima msemmija fil-paragrafu 3 tiġi riveduta b’mod konformi mal-liġijiet nazzjonali.

Artikolu 19

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 3(3) għandhom jittieħdu l-miżuri msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4:

2.   Min iħaddem irid idaħħal lill-ħaddiema li jkunu responsabbli li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) f’reġistru, li jindika n-natura u d-dewmien tal-attività u l-livell tal-espożizzjoni tagħhom. It-tabib u/jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza medika għandhom ikollhom aċċess għal dan ir-reġistru. Kull ħaddiem ikkonċernat għandu jkollu aċċess għar-riżultati fir-reġistru li għandhom x’jaqsmu miegħu personalment. Il-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti fl-impriża jew l-istabbiliment tagħhom għandhom jkollhom aċċess għall-informazzjoni anonima u kollettiva li jkun hemm fir-reġistru.

3.   Ir-reġistru msemmi fil-paragrafu 2 u rekords mediċi msemmija fl-Artikolu 18 (2), ir-raba’ sentenza, għandhom jinżammu għal tal-anqas erbgħin sena wara t-tmiem tal-espożizzjoni, skont il-liġijiet u/jew il-prattika nazzjonali.

4.   Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtorità responsabbli fil-każi fejn l-impriża ma tibqax bl-attivita’ tagħha, skont il-liġijiet u/jew il-prattika nazzjonali.

Artikolu 20

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal sanzjonijiet adegwati li jkunu applikabbli fil-każ ta’ ksur tal-liġijiet nazzjonali adottata bis-saħħa ta’ din id-Direttiva. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.

Artikolu 21

L-Istati Membri jridu jżommu reġistru tal-każijiet kollha magħrufa ta’ asbestożi u tal-mesoteljoma.

Artikolu 22

Kull ħames snin, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-forma ta’ Kapitolu speċifiku tar-rapport uniku previst fl-Artiklu 17(a)(1), (2) u (3) tad-Direttiva 89/391/KEE, li għandu jservi bħala bażi tal-evalwazzjoni li għandha ssir mill-Kummissjoni skont l-istess Artikolu 17(a)(4).

Artikolu 23

L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam li jaqa’ taħt din id-Direttiva.

Artikolu 24

Id-Direttiva 83/477/KEE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fl-Anness II, hija b’dan imħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi elenkati fil-Parti B tal-Anness II.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 25

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 26

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  Opinjoni tal-10 ta’ Ġunju 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2009

(3)  ĠU L 263, 24.9.1983, p. 25.

(4)  Ara l-Anness II, parti A.

(5)  Numru fir-reġistru tas-Servizz Kimiku Astratt (CAS).

(6)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20.

(7)  Stabbiliment ta’ konċentrazzjonijiet ta’ fibri li jinġarru fl-arja. Metodu rakkomandat, permezz ta’ phase-contrast optical microscopy (metodu membrane filter), WHO, Geneva 1997, ISBN 92-4-154496-1.

(8)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.


ANNESS I

Rakkomandazzjonijiet prattiċi għall-monitoraġġ kliniku tal-ħaddiema previsti fl-Artikolu 18 (2), it-tieni sentenza

1.

It-tagħrif kurrenti jindika li l-fatt li l-espożizzjoni għall-fibri ħielsa tal-asbestos jista’ jġib il-mard li ġej:

asbestożi,

mesoteljoma,

karċinoma fil-bronki,

karċinoma gastro-intestinali.

2.

It-tabib u/jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza medika tal-ħaddiema esposti għall-asbestos għandhom ikunu familjari mal-kondizzjonijiet jew ċirkostanzi li għalihom ikun espost kull ħaddiem.

3.

L-eżami tas-saħħa tal-ħaddiema għandu jitwettaq skont il-prinċipji u l-prattika ta’ mediċina okkupazzjonali. Għandu jinkludi tal-anqas il-miżuri li ġejjin:

iż-żamma ta’ records tal-istorja medika u okkupazzjonali tal-ħaddiem,

intervista personali,

eżami kliniku ġenerali, b’referenza partikolari għas-sider,

testijiet tal-funzjoni tal-pulmun (volumi u rati tal-kurrent respiratorju).

It-tabib u/jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa għandu jiddeċiedi dwar aktar eżamijiet, bħal testijiet ta’ sputum cytology jew X-ray tas-sider jew tomodensitometry, fid-dawl tal-għerf dwar is-saħħa okkupazzjonali l-aktar reċenti disponibbli.


ANNESS II

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 24)

Direttiva tal-Kunsill 83/477/KEE

(ĠU L 263, 24.9.1983. p. 25)

 

Direttiva tal-Kunsill 91/382/KEE

(ĠU L 206, 29.7.1991, p. 16)

 

Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE

(ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11)

l-Artikolu 13(2) tiegħu biss

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/18/KE

(ĠU L 97, 15.4.2003, p. 48)

 

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2007/30/KE

(ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21)

l-Artikolu 2(1)tiegħu biss

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 24)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

83/477/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1986 (1)

91/382/KEE

fl-1 ta’ Jannar 1993 (2)

98/24/KE

fil-5 ta’ Mejju 2001.

2003/18/KE

fl-14 ta’ April 2006.

2007/30/KE

fil-31 ta’ Diċembru 2012.


(1)  Din id-data hija mibdula bid-data tal-31 ta’ Diċembru 1989 għal dak li għandu x’jaqsam ma’ attivitajiet ta’ tħaffir għall-asbestos.

(2)  Għal dak li għandu x’jaqsam mar-Repubblika Ellenika d-data ta’ limitu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva hija l-1 ta’ Jannar 1996. Iżda, id-data tat-trapożizzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar tħaffir għall-asbestos hija l-1 ta’ Jannar 1996 għall-Istati Membri kollha u l-1 ta’ Jannar 1999 għar-Repubblika Ellenika.


ANNESS III

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 83/477/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2, l-ewwel sas-sitt inċiż

Artikolu 2(a) sa (f)

Artikolu 3(1) sa (3)

Artikolu 3(1) sa (3)

Artikolu 3(3)(a)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(5)

Artikolu 4, kliem tal-bidu

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(5)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6, punti (1) sa (5)

Artikolu 6, punti (a) sa (e)

Artikoli 7 u 8

Artikoli 7 u 8

Artikolu 9(2)

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 10(a)

Artikolu 11

Artikolu 11(1) u (2)

Artikolu 12, l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 12(1)

Artikolu 13(1)

Artikolu 12(2), l-ewwel sentenza

Artikolu 13(2), l-ewwel sentenza

Artikolu 12(2), it-tieni sentenza, l-ewwel inċiż

Artikolu 13(2), it-tieni sentenza, punt (a)

Artikolu 12(2), it-tieni sentenza, it-tieni inċiż

Artikolu 13(2), it-tieni sentenza, punt (b)

Artikolu 12(2), it-tieni sentenza, it-tielet inċiż

Artikolu 13(2), it-tieni sentenza, punt (c)

Artikolu 12(2), it-tielet sentenza, l-ewwel inċiż

Artikolu 13(2), it-tielet sentenza, punt (a)

Artikolu 12(2), it-tielet sentenza, it-tieni inċiż

Artikolu 13(2), it-tielet sentenza, punt (b)

Artikolu 12(2), it-tielet sentenza, it-tielet inċiż

Artikolu 13(2), it-tielet sentenza, punt (c)

Artikolu 12(2), it-tielet sentenza, ir-raba’ inċiż

Artikolu 13(2), it-tielet sentenza, punt (d)

Artikolu 12(2), it-tielet sentenza, ir-raba’ inċiż, l-ewwel sub inċiż

Artikolu 13(2), it-tielet sentenza, punt (d)(i)

Artikolu 12(2), it-tielet sentenza, ir-raba’ inċiż, it-tieni sub inċiż

Artikolu 13(2), it-tielet sentenza, punt (d)(ii)

Artikolu 12(3)

Artikolu 13(3)

Artikolu 12a

Artikolu 14

Artikolu 12b

Artikolu 15

Artikolu 13(1)(a)

Artikolu 16(1)(a)

Artikolu 13(1)(b)

Artikolu 16(1)(b)

Artikolu 13(1)(c)(i) u (ii)

Artikolu 16(1)(c)

Artikolu 13(1)(c)(iii)

Artikolu 16(1)(d)

Artikolu 13(1)(c)(iv)

Artikolu 16(1)(e)

Artikolu 13(1)(c)(v)

Artikolu 16(1)(f)

Artikolu 13(2)

Artikolu 16(2)

Artikolu 14(1), kliem tal-bidu

Artikolu 17(1), kliem tal-bidu

Artikolu 14(1), l-ewwel sal-ħames inċiżi

Artikolu 17(1)(a) sa (e)

Artikolu 14(2)

Artikolu 17(2)

Artikolu 15, kliem tal-bidu

Artikolu 18(1)

Artikolu 15, punti (1) sa (4)

Artikolu 18 (2) sa (5)

Artikolu 16, kliem tal-bidu

Artikolu 19(1)

Artikolu 16, punti (1) sa (3)

Artikolu 19(2) sa (4)

Artikolu 16a

Artikolu 20

Artikolu 17

Artikolu 21

Artikolu 17a

Artikolu 22

Artikolu 18(1)

Artikolu 18(2)

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 19

Artikolu 26

Anness II

Anness I

Anness II

Anness III


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tat-Termini ta’ Referenza għas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (IPEEC) u tal-“Memorandum dwar l-ospitar tas-Segretarjat tas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija”

(2009/954/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175, il-paragrafu 1 u l-Artikolu 300 l-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, u l-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Parlament Ewropew (1),

Billi

(1)

Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea, f’Ġunju 2008, membri tal-G8, iċ-Ċina, l-Indja u l-Korea ta’ Isfel u l-Kummissjoni ddeċidew li jistabbilixxu Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (IPEEC) li għandha tiffaċilita l-azzjonijiet li jirriżultaw f’żidiet kbar fl-użu effiċjenti tal-enerġija. L-IPEEC ser tipprovdi forum għal diskussjoni, konsultazzjoni u skambju ta’ informazzjoni. L-IPEEC hija miftuħa għal pajjiżi u organizzazzjonijiet intergovernattivi oħrajn.

(2)

Fl-24 ta’ Mejju, it-Termini ta’ Referenza għas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (it-Termini ta’ Referenza) ġew iffirmati f’Ruma minn tnax-il Stat, inklużi erba’ Stati Membri tal-Komunità Ewropea.

(3)

It-Termini ta’ Referenza jiddeskrivu l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni tal-IPEEC, jistabbilixxu l-organizzazzjoni tagħha, jiddefinixxu l-kriterji għal membri ġodda potenzjali u fihom dispożizzjonijiet ġenerali rigward fost affarijiet oħra l-finanzjament tas-Sħubija u drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

(4)

L-Artikolu 4.2 tat-Termini ta’ Referenza jipprevedi li l-IPEEC hija miftuħa għal organizzazzjonijiet intergovernattivi u li s-sħubija tagħhom tiddependi mill-iffirmar tat-Termini ta’ Referenza.

(5)

Il-funzjonijiet amministrattivi tal-IPEEC ikunu ġestiti l-aħjar permezz tal-istabbiliment ta’ segretarjat. Fl-24 ta’ Mejju u t-22 ta’ Ġunju rispettivament, Memorandum dwar l-ospitar tas-Segretarjat tal-IPEEC mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (il-Memorandum) ġie ffirmat f’Ruma minn tnax-il Stat, inklużi erba’ Stati Membri tal-Komunità Ewropea. L-AIE ffirmat fit-18 ta’ Ġunju 2009.

(6)

Il-Memorandum jiddeskrivi l-prinċipji ġenerali rigward l-organizzazzjoni tas-Segretarjat, u fih dispożizzjonijiet rigward il-persunal tas-Segretarjat u r-reklutaġġ tiegħu, kif ukoll rigward il-kwistjonijiet tal-finanzjament u l-proċeduri tal-baġit.

(7)

Il-Punt 16 tal-Memorandum jipprevedi li kwalunkwe organizzazzjoni intergovernattiva li tixtieq issir membru tal-IPEEC ser tintalab tiffirma l-Memorandum.

(8)

Huwa adatt li l-Komunità Ewropea tiffirma t-Terimini ta’ Referenza u l-Memorandum.

(9)

Il-Komuntià Ewropea għandha tħallas kontribuzzjoni lill-IPEEC għall-ispejjeż amministrattivi tagħha.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

1.   It-Termini ta’ Referenza għas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (IPEEC), annessi ma’ din id-Deċiżjoni bħala Anness I, huma b’dan approvati f’isem il-Komunità Ewropea.

2.   Il-Memorandum dwar l-ospitar tas-Segretarjat tas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, anness ma’ din id-Deċiżjoni bħala Anness II, huma b’dan approvat f’isem il-Komunità Ewropea.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw f’isem il-Komunità Ewropea sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Komunità li tintrabat bi:

it-Termini ta’ Referenza għas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (IPEEC), u

il-Memorandum dwar l-ospitar tas-Segretarjat tas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009

Għall-Kunsill

Il-President

S. O. LITTORIN


(1)  L-opinjoni tal-PE tas-26 ta’ Novembru 2009, mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali


ANNESS I

TERMINI TA’ REFERENZA GĦAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

L-entitajiet governattivi nazzjonali hawn taħt iffirmati (kollettivament il-“Membri”) jistabbilixxu t-termini ta’ referenza segwenti tas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (IPEEC), qafas għall-kooperazzjoni internazzjonali fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija biex isostni kooperazzjoni internazzjonali aġili u produttiva fil-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u fl-iffrankar tal-enerġija. L-IPEEC ser tiskambja opinjonijiet u tfittex kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali oħra, biex tikseb sinerġiji u tevita d-duplikazzjoni tal-isforzi.

1.   Għan tal-IPEEC

L-għan tal-IPEEC huwa li tiffaċilita dawk l-azzjonijiet li jirriżultaw f’żidiet kbar fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Il-Membri jistgħu jagħżlu li jieħdu tali azzjoni fuq bażi volontarja fejn jaraw valur miżjud għalihom infushom b’kont meħud taċ-ċirkustanzi ekonomiċi, teknoloġiċi u oħrajn tagħhom. L-IPEEC tippromwovi l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija madwar id-dinja kollha billi tipprovdi forum ta’ livell għoli għad-diskussjoni, konsultazzjoni u skambju ta’ informazzjoni. Hija ma tiżviluppax u ma tadottax standards jew miri dwar l-effiċjenza għall-Membri tagħha.

2.   Attivitajiet ta’ Kooperazzjoni tal-IPEEC

2.1.

L-IPEEC tista’ twettaq attivitajiet ta’ kooperazzjoni fost il-Membri fl-oqsma li ġejjin:

2.1.1.

appoġġ għax-xogħol li jkun għaddej tal-Membri biex jippromwovu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, inklużi l-iżvilupp ta’ indikaturi stabbiliti fil-livell nazzjonali dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, il-kompilazzjoni tal-aħjar prattiki, u t-tisħiħ tal-isforzi nazzjonali għall-ġbir tad-data;

2.1.2.

l-iskambju ta’ informazzjoni dwar miżuri li jistgħu jtejbu b’mod sinifikanti l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fuq bażi settorjali u transsettorjali bħal, iżda mhux limitati għal: standards/kodiċijiet/normi u tikketti għall-bini, prodotti u servizzi li jużaw l-enerġija bil-ħsieb li tiġi aċċellerata l-penetrazzjoni fis-suq tal-aħjar prattiki b’kont meħud taċ-ċirkostanzi tal-Membri individwali; metodoloġiji għall-kejl tal-enerġija, proċeduri ta’ awditjar u verifika, protokolli ta’ ċertifikazzjoni u strumenti oħra sabiex tinkiseb prestazzjoni ottimali fl-użu effiċjenti tal-enerġija tul il-perijodu tal-użu ta’ bini, proċessi industrijali, prodotti rilevanti, apparat u tagħmir; faċilitar tal-ambjent u l-istrumenti għall-iffinanzjar ta’ miżuri għall-użu effiċjenti tal-enerġija, u l-istabbiliment ta’ prinċipji biex jiġu mħeġġa l-investimenti fl-użu effiċjenti tal-enerġija; linji politiċi dwar l-akkwisti pubbliċi biex jitħeġġeġ l-użu ta’ prodotti, servizzi u teknoloġiji li jużaw l-enerġija b’mod effiċjenti; programmi li jgħinu lill-istituzzjonijiet pubbliċi jsiru iżjed effiċjenti fix-xiri u t-tħaddim ta’ bini, vetturi, prodotti u servizzi; attivitajiet li jżidu l-għarfien tal-konsumaturi u tal-partijiet interessati permezz tat-tixrid ta’ informazzjoni ċara, kredibbli u aċċessibbli dwar l-użu effiċjenti tal-enerġija bil-ħsieb li jkunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet infurmati sewwa; linji gwida għall-aħjar prattiki biex tiġi evalwata l-effikaċja tal-linji politiċi u l-miżuri għall-użu effiċjenti tal-enerġija; kooperazzjoni pubblika-privata biex jiġi avvanzat l-iżvilupp fir-riċerka, kummerċjalizzazzjoni u implimentazzjoni ta’ teknoloġija li tagħmel użu effiċjenti tal-enerġija biex jiġu aċċellerati l-implimentazzjoni, id-diffużjoni u t-trasferiment ta’ dawn it-teknoloġiji; u azzjonijiet biex jiġu aċċellerati d-disseminazzjoni u t-trasferiment tal-aħjar prattiki u t-teknoloġiji effiċjenti u l-bini tal-kapaċità f’pajjiżi li qed jiżviluppaw;

2.1.3.

żvilupp ta’ sħubijiet pubbliċi-privati għat-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija f’kull settur prinċipali li jikkonsma l-enerġija, mibni fuq inizjattivi rilevanti;

2.1.4.

faċilitar ta’ riċerka u żvilupp konġunti f’teknoloġiji prinċipali li jużaw l-enerġija b’mod effiċjenti, speċjalment biex jiġu applikati mill-Membri;

2.1.5.

faċilitar tad-disseminazzjoni ta’ prodotti u servizzi relatati mal-enerġija li jikkontribwixxu għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija; u

2.1.6.

attivitajiet oħrajn li javvanzaw l-ilħuq tal-għan tal-IPEEC kif stabbilit reċiprokament mill-Membri.

3.   Organizzazzjoni tal-IPEEC

3.1.

Il-Membri b’dan jistabbilixxu Kumitat għall-Politika, magħmul minn rappreżentant ta’ livell għoli ta’ kull Membru, u Kumitat Eżekuttiv, magħmul minn rappreżentant ta’ livell intermedju ta’ kull Membru.

3.2.

Il-Kumitat għall-Politika għandu jirregola l-qafas ġenerali u l-linji politiċi tal-IPEEC inklużi l-arranġamenti finanzjarji, jirrieżamina l-progress tal-Gruppi ta’ Ħidma kif ukoll il-ħidma tal-Kumitat Eżekuttiv u s-Segretarjat, u jipprovdi direzzjoni lill-Kumitat Eżekuttiv. Il-Kumitat għall-Politika għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena, f’ħinijiet u f’postijiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Membri tiegħu.

3.3.

Il-Kumitat Eżekuttiv għandu jissorvelja l-organizzazzjoni tal-laqgħat annwali tal-Kumitat għall-Politika, jeżamina u jadotta l-programm ta’ ħidma u l-baġit għal kull sena, jeżamina t-talbiet għas-sħubija, jipprovdi gwida u jissorvelja l-ħidma tas-Segretarjat, u jiżviluppa proposti għall-ħidma tal-Gruppi ta’ Ħidma u jirrieżaminaha. Il-Kumitat Eżekuttiv għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena, f’ħinijiet u f’postijiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kumitat Eżekuttiv.

3.4.

Il-Kumitat għall-Politika u l-Kumitat Eżekuttiv għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet fuq il-bażi ta’ kunsens, ħlief jekk ikun ipprovdut mod ieħor.

3.5.

Il-Kumitat Eżekuttiv jista’ japprova l-ħolqien ta’ Gruppi ta’ Ħidma, magħmulin minn rappreżentanti ta’ xi wħud minn jew mill-Istati Membri kollha, biex jaħdmu fuq proġetti individwali, skont il-ħtieġa.

3.6.

Rappreżentant minn kull Grupp ta’ Ħidma, kif magħżul mill-grupp, għandu jirrapporta bil-miktub jew personalment, dwar il-progress tal-proġett lill-Kumitat Eżekuttiv meta jintalab biex jagħmel dan. Il-Gruppi ta’ Ħidma għandhom jiltaqgħu kull kemm ikun hemm bżonn biex jirrieżaminaw il-progress tal-attivitajiet rispettivi tagħhom, jidentifikaw direzzjonijiet promettenti għall-ħidma futura tagħhom, u jagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat Eżekuttiv u lill-Kumitat għall-Politika dwar l-azzjonijiet meħtieġa.

3.7.

Kemm il-Kumitat għall-Politika kif ukoll il-Kumitat Eżekuttiv għandhom jeleġġu, minn fost il-Membri, President u Viċi President wieħed jew aktar għal perijodu ta’ sentejn.

3.8.

L-IPEEC tista’ tagħmel laqgħat Ministerjali meta jkun meħtieġ. Il-laqgħat Ministerjali għandhom jirrieżaminaw il-progress tal-kollaborazzjoni mal-IPEEC u għandhom jipprovdu direzzjoni ġenerali dwar il-prijoritajiet għall-ħidma futura.

3.9.

Il-koordinatur prinċipali tal-komunikazzjonijiet u l-attivitajiet tal-IPEEC huwa s-Segretarjat tal-IPEEC. Il-funzjonijiet tas-Segretarjat huma li: (1) jorganizza l-laqgħat tal-Kumitat għall-Politika u tal-Kumitat Eżekuttiv; (2) jorganizza attivitajiet speċjali bħal telekonferenzi u workshops; (3) jirċievi u jibgħat talbiet ġodda għas-sħubija lill-Kumitat Eżekuttiv; (4) jikkoordina l-komunikazzjonijiet fir-rigward tal-attivitajiet tal-IPEEC u l-istatus tagħhom, inklużi l-istabbiliment u l-manutenzjoni ta’ websajt tal-IPEEC; (5) jaġixxi bħala entità li tiġbor u tqassam l-informazzjoni għall-IPEEC; (6) iżomm rekords arkivjati għall-Kumitat għall-Politika u għall-Kumitat Eżekuttiv; (7) iħejji rapport annwali b’superviżjoni mill-Kumitat Eżekuttiv; u (8) iwettaq tali kompiti oħrajn hekk kif jordna l-Kumitat Eżekuttiv. Il-funzjonijiet tas-Segretarjat huma amministrattivi.

3.10.

Sabiex jiġu żgurati kemm is-sostenibbiltà kif ukoll il-konsistenza tal-attivitajiet tal-IPEEC, ser jiġi stabbilit segretarjat speċifiku. Is-Segretarjat tal-IPEEC ser ikun ospitat fl-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE), sabiex l-IPEEC tkun tista’ tagħmel użu sħiħ mill-għarfien, l-esperjenzi u l-kapaċità tal-AIE. Is-Segretarjat ser ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni għall-Membri kollha tal-IPEEC. Huwa ser jirrapporta lil, u jirċievi l-gwida tiegħu mingħand il-Kumitat Eżekuttiv. Is-Segretarjat ser ikun sostnut mill-kontribuzzjonijiet volontarji (finanzjarji jew in natura) tal-Membri kollha.

3.11.

Minbarra l-persunal impjegat mis-Segretarjat, is-Segretarjat jista’, kif deċiż mill-Kumitat Eżekuttiv, juża s-servizzi ta’ persunal impjegat mill-Membri u li jitpoġġew għad-dispożizzjoni tas-Segretarjat. Dan il-persunal għandu jitħallas minn min iħaddimhom u jibqgħu soġġetti għall-kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ min iħaddimhom.

3.12.

Kull Membru għandu jiddeċiedi b’mod individwali n-natura tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-attivitajiet tal-IPEEC.

4.   Sħubija

4.1.

Dawn it-Termini ta’ Referenza, li huma ta’ natura amministrattiva, ma joħolqu l-ebda obbligu legalment vinkolanti bejn jew fost il-Membri tagħha. Kull Membru għandu jwettaq l-attivitajiet ikkontemplati minn dawn it-Termini ta’ Referenza skont il-liġijiet u r-regolamenti li għalihom ikun suġġett u l-ftehimiet internazzjonali li għalihom hu jew il-gvern tiegħu jkunu parti, u fi ħdan l-approprjazzjonijiet baġitarji rispettivi.

4.2.

L-IPEEC hija miftuħa għal entitajiet governattivi nazzjonali u organizzazzjonijiet intergovernattivi oħrajn. Is-sħubija tagħhom tiġi stabbilita mill-Kumitat għall-Politika li jaġixxi b’kunsens. Is-sħubija fl-IPEEC tiddependi mill-iffirmar tat-Termini ta’ Referenza tal-IPEEC. Il-pajjiżi tal-Membru huma elenkati fl-Appendiċi A. L-Appendiċi A jista’ jiġi mmodifikat b’kunsens tal-Kumitat għall-Politika.

4.3.

Fuq stedina tal-Kumitat Eżekuttiv, esperti tekniċi u oħrajn minn fost u barra l-Membri jistgħu jipparteċipaw fil-Gruppi ta’ Ħidma.

5.   Finanzjament

5.1.

Soġġett għall-punt 3.11, kull Membru jista’ jikkontribwixxi fondi u riżorsi oħrajn għall-IPEEC soġġett għal-liġijiet, ir-regolamenti u l-linji politiċi applikabbli għall-Membru. Kull Grupp ta’ Ħidma huwa ffinanzjat mill-Membri li jipparteċipaw f’dak il-Grupp ta’ Ħidma skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-linji politiċi applikabbli għal kull Membru tiegħu.

5.2.

Kull Membru għandu jerfa’ l-ispejjeż li ġejjin li jsiru b’rabta mal-laqgħat tal-Kumitat għall-Politika, il-Kumitat Eżekuttiv u l-Gruppi ta’ Ħidma tiegħu:

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-għajxien tar-rappreżentanti tal-Membri tiegħu;

L-ispejjeż tal-akkomodazzjoni tar-rappreżentanti tal-Membri; u

Spejjeż oħrajn relatati.

5.3.

Qabel ma l-programm ta’ ħidma u l-baġit għal kull sena jiġu adottati, kull Membru huwa mħeġġeġ sabiex jindika l-kontribuzzjoni tiegħu għall-IPEEC.

5.4.

Dawn it-Termini ta’ Referenza ma joħolqu l-ebda dritt jew benefiċċju, sostantiv jew proċedurali, li jista’ jiġi infurzat bil-liġi jew ekwità kontra l-Membri, l-uffiċjali jew l-impjegati tagħhom, jew kwalunkwe persuna oħra. L-ebda Membru m’għandu jippreżenta talba għal kumpens lil Membru ieħor għal attivitajiet li jwettaq skont dawn it-Termini ta’ Referenza. Dawn it-Termini ta’ Referenza la jindirizzaw u lanqas japplikaw għal xi persuna barra l-Membri.

6.   Riċerka Miftuħa u Proprjetà Intellettwali

6.1.

Il-proprjetà intellettwali maħluqa mill-IPEEC, ħlief dik mill-Gruppi ta’ Ħidma, għandha tkun waħda miftuħa u disponibbli għal kulħadd kemm-il darba l-Kumitat Eżekuttiv ma jiddeċidix mod ieħor.

6.2.

Il-proprjetà intellettwali maħluqa jew mogħtija waqt l-implimentazzjoni ta’ proġetti taħt il-Gruppi ta’ Ħidma għandha tirċievi protezzjoni adegwata u effettiva. L-allokazzjoni ta’ drittijiet lil tali proprjetà intellettwali u t-trattament tal-informazzjoni proprjetarja għandhom jiġu definiti b’arranġamenti implimentattivi speċifiċi bejn u fost il-Membri kkonċernati.

7.   Bidu, Estensjoni, Modifika, Irtirar, u Waqfien

7.1.

Dawn it-Termini ta’ Referenza ser jibdew fl-24 ta’ Mejju 2009 u ser jissoktaw għal 10 snin kemm-il darba ma jiġux estiżi jew imwaqqfa mill-Membri.

7.2.

Dawn it-Termini ta’ Referenza jistgħu jiġu modifikati bil-miktub fi kwalunkwe ħin b’kunsens tal-Membri.

7.3.

Membru jista’ jirtira mill-IPEEC. Membru għandu jagħmel ħiltu sabiex jagħti avviż bil-miktub lill-Membri l-oħrajn mhux inqas minn 90 ġurnata qabel l-irtirar previst tiegħu.

Appendiċi A: Ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil, il-Kanada, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Messiku, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti tal-Amerika

TERMINI TA’ REFERENZA GĦAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

(iffirmati)

Edison LΟΒΑΟ

Il-Ministru tal-Minjieri u l-Enerġija tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil

Data: 24 ta’ Mejju 2009

TERMINI TA’ REFERENZA GĦAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

(iffirmati)

Cassie DOYLE

Deputat Ministru għar-Riżorsi Naturali tal-Kanada

Data: 24 ta’ Mejju 2009

TERMINI TA’ REFERENZA GĦAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

(iffirmati)

XIE Ji

Rappreżentant għall-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riformi tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Data: 24 ta’ Mejju 2009

TERMINI TA’ REFERENZA GĦAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

(iffirmati)

Jean-Louis BORLOO

Ministru tal-Istat, il-Ministru tal-Ekoloġija, l-Enerġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Ippjanar tal-Ibliet u l-Kampanja ta’ Franza

Data: 24 ta’ Mejju 2009

TERMINI TA’ REFERENZA GĦAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

(iffirmati)

Bernd PFAFFENBACH

Is-Segretarju tal-Istat tal-Ministru Federali tal-Ekonomija u t-Teknoloġija tal-Ġermanja

Data: 24 ta’ Mejju 2009

TERMINI TA’ REFERENZA GĦAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

(iffirmati)

Claudio SCAJOLA

Il-Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku tal-Italja

Data: 24 ta’ Mejju 2009

TERMINI TA’ REFERENZA GĦAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

(iffirmati)

Toshihiro NIKAI

Il-Ministru tal-Ekonomija, il-Kummerċ u l-Industrija tal-Ġappun

Data: 24 ta’ Mejju 2009

TERMINI TA’ REFERENZA GĦAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

(iffirmati)

Young Hak KIM

Rappreżentant għall-Ministeru tal-Ekonomija tal-Għarfien tal-Korea

Data: 24 ta’ Mejju 2009

TERMINI TA’ REFERENZA GĦAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

(iffirmati)

Georgina KESSEL MARTINEZ

Is-Segretarju għall-Enerġija tal-Messiku

Data: 24 ta’ Mejju 2009

TERMINI TA’ REFERENZA GĦAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

(iffirmati)

Sergey SHMATKO

Il-Ministru tal-Enerġija tal-Federazzjoni Russa

Data: 24 ta’ Mejju 2009

TERMINI TA’ REFERENZA GĦAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

(iffirmati)

Ed MILIBAND

Is-Segretarju tal-Istat għall-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Data: 24 ta’ Mejju 2009

TERMINI TA’ REFERENZA GĦAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

(iffirmati)

Steven CHU

Is-Segretarju għall-Enerġija tal-Istati Uniti tal-Amerika

Data: 24 ta’ Mejju 2009

TERMINI TA’ REFERENZA GĦAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

[Osservatur]

(iffirmati)

Andris PIEBALGS

Il-Kummissarju għall-Enerġija tal-Kummissjoni Ewropea

Data: 24 ta’ Mejju 2009


ANNESS II

MEMORANDUM DWAR L-OSPITAR TAS-SEGRETARJAT TAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA (IPEEC) MILL-AIE

Is-Segretarjat tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (l-“AIE”) u l-entitajiet governattivi nazzjonali u l-entitajiet intergovernattivi li ffirmaw dan il-Memorandum (kollettivament il-“Membri tal-IPEEC”); Waqt li jirrikonoxxu li l-Membri tal-IPEEC iffirmaw it-Termini ta’ Referenza għall-IPEEC fl-24 ta’ Mejju 2009 (it-“Termini ta’ Referenza”); Waqt li jinnotaw li l-IPEEC hija indipendenti f’termini ta’ finanzjament u l-programm ta’ ħidma tagħha; Waqt li jirrikonoxxu li l-funzjonijiet amministrattivi tal-IPEEC ikunu ġestiti l-aħjar permezz tal-istabbiliment ta’ segretarjat (is-“Segretarjat tal-IPEEC”) kif ukoll unitajiet iddedikati eventwali għal Gruppi ta’ Ħidma speċifiċi; Waqt li jikkunsidraw li l-objettivi kemm tal-IPEEC kif ukoll tal-AIE jistgħu jissaħħu bl-opportunitajiet għal netwerking ta’ benefiċċju reċiproku bejn l-AIE u s-Segretarjat tal-IPEEC; u Waqt li jikkunsidraw, f’dan il-kuntest, il-ħtieġa li jiġi definit eżatt kif is-Segretarjat tal-IPEEC ser jiġi ospitat mill-AIE;

Iddeċidew dan li ġej:

Prinċipji Ġenerali

1.

Is-Segretarjat tal-IPEEC ser jiffunzjona skont il-gwida sostantiva tal-Kumitat Eżekuttiv (kif inhu definit it-terminu fit-Termini ta’ Referenza). Il-programm ta’ ħidma tas-Segretarjat tal-IPEEC ser jiġi deċiż mill-Kumitat Eżekuttiv.

2.

Il-Membri tal-IPEEC jifhmu li l-AIE mhi ser tassumi l-ebda responsabbiltà finanzjarja fir-rigward tal-IPEEC u s-Segretarjat tal-IPEEC. Ħlief kif jiġi deċiż mod ieħor mill-Membri tal-IPEEC, l-ispejjeż kollha relatati mal-funzjonament u mal-persunal tas-Segretarjat tal-IPEEC, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-waqfien ta’ ħatriet, ser jiġġarrbu mill-kontribuzzjonijiet volontarji tal-Membri tal-IPEEC u/jew entitajiet oħra approvati mill-Kumitat Eżekuttiv.

3.

Soġġett għad-disponibilità ta’ kontribuzzjonijiet volontarji suffiċjenti, is-Segretarjat tal-IPEEC huwa intenzjonat li jwettaq il-funzjonijiet definiti għas-Segretarjat tal-IPEEC fit-Termini ta’ Referenza.

4.

Is-Segretarjat tal-IPEEC, jew unità fi ħdanu, jista’ jipprovdi wkoll funzjonijiet simili għal Grupp ta’ Ħidma partikolari (kif inhu definit dak it-terminu fit-Termini ta’ Referenza), soġġett għal kontribuzzjonijiet volontarji ddedikati suffiċjenti mill-Membri tal-IPEEC li jipparteċipaw f’dak il-Grupp ta’ Ħidma.

Reklutaġġ u Persunal tas-Segretarjat tal-IPEEC

5.

Fuq it-talba tal-Kumitat Eżekuttiv, u f’konsultazzjoni miegħu, l-AIE hi mistennija li twettaq ir-reklutaġġ tal-persunal għas-Segretarjat tal-IPEEC skont ir-regoli u l-proċeduri dak iż-żmien eżistenti tal-AIE, u b’mod li jittratta lill-kandidati mill-pajjiżi tal-Membri tal-IPEEC b’mod ugwali.

6.

Fuq it-talba tal-Kumitat Eżekuttiv, skont il-liġijiet tal-pajjiż ospitanti tal-AIE u r-regoli u l-proċeduri eżistenti dak iż-żmien tal-AIE, is-Segretarjat tal-IPEEC jista’ jaċċetta individwi b’self mill-Membri tal-IPEEC. Kull Membru tal-IPEEC li jislef individwu lis-Segretarjat tal-IPEEC għandu jibqa’ responsabbli għas-salarju u l-benefiċċji ta’ dak l-individwu, li jinkludu iżda li mhumiex neċessarjament limitati għall-ivvjaġġar u r-rilokazzjoni lejn u mill-AIE sabiex l-individwu jibda u jtemm ix-xogħol fis-Segretarjat tal-IPEEC. L-AIE u l-Membri l-oħrajn tal-IPEEC ma jerfgħu l-ebda responsabbiltà finanzjarja għal dawn l-ispejjeż.

7.

Il-persunal kollu tal-IPEEC u l-individwi b’self mill-Membri tal-IPEEC ser jaħdmu biss fi ħdan is-Segretarjat tal-IPEEC. Ma huma se jagħmlu l-ebda xogħol għall-AIE.

8.

Soġġett għat-termini ta’ dan il-Memorandum, l-AIE għandha tiżgura li s-Segretarjat tal-IPEEC ikun ipprovdut bi spazju għall-uffiċċji li jkun mgħammar skont l-istandards tal-AIE. Il-persunal tas-Segretarjat tal-IPEEC għandu jkollu aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ li l-AIE tipprovdi lill-persunal tal-AIE, li jinkludu iżda li mhumiex neċessarjament limitati għal servizzi legali, ta’ persunal u finanzi, pubblikazzjonijiet u midja, teknoloġija tal-informatika, sigurtà, tindif u manutenzjoni, ivvjaġġar fuq missjonijiet u l-użu ta’ spazju għal-laqgħat.

Finanzjament u Proċeduri Baġitarji

9.

Is-Segretarjat tal-IPEEC u l-ospitar tiegħu mill-AIE huma intenzjonati li jkunu ffinanzjati kompletament permezz ta’ kontribuzzjonijiet volontarji mill-Membri tal-IPEEC u/jew entitajiet oħrajn kif approvat mill-Kumitat Eżekuttiv. Il-livelli tal-persunal u l-baġit tas-Segretarjat tal-IPEEC għandhom jiġu adottati mill-Kumitat Eżekuttiv f’konsultazzjoni mas-Segretarjat tal-AIE.

10.

Il-Membri tal-IPEEC beħsiebhom jistabbilixxu bejniethom l-ammont u l-waqt tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji rispettivi tagħhom, jekk ikun hemm. Huma jinnotaw li l-kontribuzzjonijiet għas-sostenn tal-ospitar tas-Segretarjat tal-IPEEC mill-AIE għandhom isiru lill-AIE skont ir-regoli u l-proċeduri finanzjarji tal-AIE fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet volontarji. Il-Membri tal-IPEEC huma mħeġġa sabiex jużaw ittra mudell ipprovduta mill-AIE biex ikun iffaċilitat l-għoti tal-kontribuzzjonijiet volontarji.

11.

Safejn l-AIE tantiċipa li l-ispejjeż tal-IPEEC jistgħu jkunu ogħla mill-kontribuzzjonijiet tal-Membri tal-IPEEC għalihom, l-AIE għandha tiġbed l-attenzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv li l-kontribuzzjonijiet jidhru insuffiċjenti sabiex is-Segretarjat tal-IPEEC ikompli bl-operazzjonijiet ippjanati. Il-Kumitat Eżekuttiv għandu jipprovdi gwida lill-AIE biex tnaqqas l-infiq tas-Segretarjat tal-IPEEC u/jew jipprovdi fondi addizzjonali lill-AIE sabiex is-Segretarjat tal-IPEEC ikollu biżżejjed fondi biex ikompli l-operazzjonijiet fi ħdan l-AIE. Safejn il-gwida neċessarja u/jew il-fondi addizzjonali suffiċjenti ma jkunux se jiġu mill-Membri tal-IPEEC, jew l-AIE tqis li tali gwida mhix suffiċjenti, l-AIE tista’ tiddeċiedi li ma tibqax tospita lis-Segretarjat tal-IPEEC.

12.

Safejn xi kontribuzzjonijiet volontarji jibqgħu ma jintefqux mis-Segretarjat tal-IPEEC fil-31 ta’ Diċembru ta’ xi sena partikolari, huma għandhom jingħaddew awtomatikament għas-sena ta’ wara skont il-proċeduri standard tal-AIE bil-kondizzjoni, madankollu, li l-AIE tkompli tospita lis-Segretarjat tal-IPEEC fis-sena ta’ wara.

Data tal-bidu, tħaddim, modifika, tkomplija u tmiem

13.

L-attivitajiet skont dan il-Memorandum għandhom jibdew fi [data]. Minkejja dan, il-Membri tal-IPEEC jirrikonoxxu li s-Segretarjat tal-IPEEC mhuwiex mistenni li jibda l-funzjonijiet tiegħu qabel ma jkunu ġew assigurati kontribuzzjonijiet volontarji mill-Membri tal-IPEEC sabiex jiffinanzjaw is-Segretarjat tal-IPEEC sal-31 ta’ Diċembru 2010, li l-AIE stmat għal EUR 1,3 miljun.

14.

Is-Segretarjat tal-AIE u l-Kumitat Eżekuttiv għandhom jiltaqgħu kif meħtieġ biex jiddiskutu kwistjonijiet li jinvolvu l-implimentazzjoni prattika u t-tħaddim ta’ dan il-Memorandum.

15.

Il-Memorandum jista’ jiġi mmodifikat bil-miktub b’kunsens bejn l-AIE u l-Kumitat Eżekuttiv.

16.

Safejn, wara li jibdew l-attivitajiet, xi entità governattiva nazzjonali jew organizzazzjoni intergovernattiva tkun tixtieq issir Membru tal-IPEEC, hija ser tintalab tiffirma dan il-Memorandum u tiġi definita bħala Membru tal-IPEEC għall-finijiet ta’ dan il-Memorandum. Kwalunkwe Membru ġdid tal-IPEEC ser ikun eliġibbli li jkollu individwi li jservu fis-Segretarjat tal-IPEEC, soġġett għall-paragrafi 5 sa 8 ta’ hawn fuq.

17.

Dan il-Memorandum jista’ jintemm mill-AIE jew mill-Kumitat Eżekuttiv f’kull mument. F’din l-eventwalità huma għandhom jagħmlu ħilithom biex jagħtu avviż bil-miktub mhux inqas minn tnax-il xahar bil-quddiem lil xulxin.

18.

Meta Membru tal-IPEEC jirtira mill-IPEEC skont it-Termini ta’ Referenza, l-avviż tal-irtirar ipprovdut minn dak il-Membru tal-IPEEC jikkostitwixxi avviż tal-irtirar skont dan il-Memorandum. Minkejja dan, il-Membri tal-IPEEC għandhom jiżguraw li s-Segretarjat tal-IPEEC jinforma bil-miktub lill-AIE minnufih mal-avviż ta’ tali rtirar. Parteċipant fl-IPEEC li jirtira mill-IPEEC m’għandu jirċievi l-ebda rimborż mill-AIE għall-kontribuzzjonijiet volontarji li jkun għamel qabel.

19.

Safejn il-Kumitat Eżekuttiv u l-AIE ma jkunux iddeċidew li jtemmu l-attivitajiet skont dan il-Memorandum qabel it-30 ta’ Ġunju ta’ kwalunkwe sena partikolari, l-AIE, jekk ikun meħtieġ, tagħti bidu għal sejħa għall-fondi permezz tal-Kumitat Eżekuttiv lill-Membri kollha tal-IPEEC sabiex tgħin biex tiżgura li s-Segretarjat tal-IPEEC ikollu fondi biżżejjed għas-sena kalendarja suċċessiva. Safejn l-AIE ma tirċivix fondi biżżejjed sat-30 ta’ Settembru ta’ dik is-sena partikolari, l-AIE tista’ tiddeċiedi li ma tibqax tospita lis-Segretarjat tal-IPEEC.

20.

Jekk dan il-Memorandum jiġi mmodifikat jew mitmum b’mod li s-Segretarjat tal-IPEEC ma jkunx aktar ospitat mill-AIE, l-ispejjeż tas-separazzjoni tal-persunal imħallas tas-Segretarjat tal-IPEEC mill-AIE, kif ukoll l-ispejjeż diretti l-oħrajn kollha marbutin mal-istralċ f’ordni ta’ dan l-arranġament, għandhom jiġġarrbu kompletament mill-Membri tal-IPEEC u/jew entitajiet oħrajn kif approvat mill-Kumitat Eżekuttiv, u huma ser jipprovdu kontribuzzjonijiet volontarji għall-baġit tas-Segretarjat tal-IPEEC fl-ammont neċessarju għal dan il-għan kif stabbilit reċiprokament bejn l-AIE u l-Kumitat Eżekuttiv; tali kontribuzzjonijiet għandhom isiru skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Membri rispettivi tal-IPEEC. Safejn ikun hemm eċċess fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet volontarji fiż-żmien li s-Segretarjat tal-IPEEC ma jibqax aktar ospitat mill-AIE, kwalunkwe fondi mhux użati għandhom jiġu allokati mill-AIE lill-Membri tal-IPEEC approporzjon tal-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom għall-baġit attwali ta’ dak iż-żmien. Dan il-paragrafu għandu jissopravvivi t-tmiem ta’ dan il-Memorandum.

21.

Dan il-Memorandum la jimponi, u lanqas ma huwa intenzjonat li jimponi, xi impenji jew obbligi legalment vinkolanti fuq il-Membri tal-IPEEC jew lill-AIE.

MEMORANDUM DWAR L-OSPITAR TAS-SEGRETARJAT TAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA MILL-AIE

(iffirmat)

Ambaxxatur, Richard H. JONES

Rappreżentant għall-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija

Data: 18 ta’ Ġunju 2009

MEMORANDUM DWAR L-OSPITAR TAS-SEGRETARJAT TAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA MILL-AIE

(iffirmat)

Andre CORREA DO LAGO

Rappreżentant għall-Ministeru tar-Relazzjonijiet Esterni tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil

Data: 24 ta’ Mejju 2009

MEMORANDUM DWAR L-OSPITAR TAS-SEGRETARJAT TAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA MILL-AIE

(iffirmat)

Kevin STRINGER

Rappreżentant għar-Riżorsi Naturali tal-Kanada

Data: 24 ta’ Mejju 2009

MEMORANDUM DWAR L-OSPITAR TAS-SEGRETARJAT TAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA MILL-AIE

(iffirmat)

XIE Ji

Rappreżentant għall-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riformi tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Data: 24 ta’ Mejju 2009

MEMORANDUM DWAR L-OSPITAR TAS-SEGRETARJAT TAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA MILL-AIE

(iffirmat)

Pierre-Marie ABADIE

Rappreżentant għall-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Enerġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Ippjanar tal-Ibliet u l-Kampanja ta’ Franza

Data: 22 ta’ Ġunju 2009

MEMORANDUM DWAR L-OSPITAR TAS-SEGRETARJAT TAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA MILL-AIE

(iffirmat)

Detlef DAUKE

Rappreżentant għall-Ministeru Federali tal-Ekonomija u t-Teknoloġija tal-Ġermanja

Data: 24 ta’ Mejju 2009

MEMORANDUM DWAR L-OSPITAR TAS-SEGRETARJAT TAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA MILL-AIE

(iffirmat)

Daniele MANCINI

Rappreżentant għall-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku tal-Italja

Data: 24 ta’ Mejju 2009

MEMORANDUM DWAR L-OSPITAR TAS-SEGRETARJAT TAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA MILL-AIE

(iffirmat)

Тогu ISHIDA

Rappreżentant għall-Ministeru tal-Ekonomija, il-Kummerċ u l-Industrija tal-Ġappun

Data: 24 ta’ Mejju 2009

MEMORANDUM DWAR L-OSPITAR TAS-SEGRETARJAT TAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA MILL-AIE

(iffirmat)

Tae Hyun CHOI

Rappreżentant għall-Ministeru tal-Ekonomija tal-Għarfien tal-Korea

Data: 24 ta’ Mejju 2009

MEMORANDUM DWAR L-OSPITAR TAS-SEGRETARJAT TAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA MILL-AIE

(iffirmat)

Aldo FLORES

Rappreżentant għas-Segretarjat tal-Enerġija tal-Messiku

Data: 24 ta’ Mejju 2009

MEMORANDUM DWAR L-OSPITAR TAS-SEGRETARJAT TAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA MILL-AIE

(iffirmat)

Sergey MIKHAYLOV

Rappreżentant għall-Ministeru tal-Enerġija tal-Federazzjoni Russa

Data: 24 ta’ Mejju 2009

MEMORANDUM DWAR L-OSPITAR TAS-SEGRETARJAT TAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA MILL-AIE

(iffirmat)

Graham WHITE

Rappreżentant għad-Dipartiment tal-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Data: 24 ta’ Mejju 2009

MEMORANDUM DWAR L-OSPITAR TAS-SEGRETARJAT TAS-SĦUBIJA INTERNAZZJONALI GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA MILL-AIE

(iffirmat)

David SANDALOW

Rappreżentant għad-Dipartiment tal-Enerġija tal-Istati Uniti

Data: 24 ta’ Mejju 2009


V Atti adottati mill-1 ta' Diċembru 2009 taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat Euratom

ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM HIJA OBBLIGATORJA

16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/48


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1227/2009

tal-15 ta’ Diċembru 2009

li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1859/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Uzbekistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/734/PESK tas-13 ta’ Novembru 2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan (1) kif emendata u estiża mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/843/PESK (2),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1859/2005 tal-14 ta' Novembru 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Uzbekistan (3) jipprojbixxi l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni lejn l-Uzbekistan ta' tagħmir li jkun jista' jintuża għal ripressjoni interna u l-provvediment ta' ċertu finanzjament, assistenza finanzjarja jew assistenza teknika lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fl-Uzbekistan, jew għall-użu hemmhekk.

(2)

Fis-27 ta' Ottubru 2009, il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan kif previsti fil-Pożizzjoni Komuni 2007/734/PESK kif emendata u estiża bil-Pożizzjoni Komuni 2008/843/PESK, m'għandhomx jiġu estiżi wara d-data ta' skadenza fit-13 ta' Novembru 2009.

(3)

Għalhekk, huwa adatt li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 1859/2005 b'effett mid-data ta' skadenza tal-miżuri restrittivi kif stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni 2007/734/PESK,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1859/2005 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-14 ta’ Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-15 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU L 295, 14.11.2007, p. 34.

(2)  ĠU L 300, 11.11.2008, p.55.

(3)  ĠU L 299, 16.11.2005, p. 23.


16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/49


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1228/2009

tal-15 ta’ Diċembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(1) u (2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/140/PESK tas-27 ta’ Frar 2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (2) b’mod partikolari jipprojbixxi l-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment lill-Iran ta’ oġġetti u teknoloġija, minbarra dawk stabbiliti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, li jistgħu jikkontribwixxu għall-attivitajiet tal-Iran relatati mal-arrikkiment, mal-ipproċessar mill-ġdid jew mal-ilma tqil, għall-iżvilupp tas-sistemi li jwasslu l-armi nukleari jew għat-twettiq ta’ attivitajiet relatati ma’ oqsma oħra li dwarhom l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) esprimiet tħassib jew li identifikathom bħala pendenti.

(2)

Dawn l-oġġetti huma elenkati fl-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 423/2007. Jeħtieġ li ċerti referenzi f’dak l-Anness jiġu korretti.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 jirrestrinġi wkoll l-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti u teknoloġija oħrajn elenkati fl-Anness II tiegħu. Jeħtieġ li din il-lista tiġi riveduta biex tinżamm l-effettività tagħha.

(4)

Għal raġunijiet ta’ espedjenza, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa żżomm il-listi tal-oġġetti u t-teknoloġija pprojbiti u kkontrollati u li temendahom fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, jew mill-Istati Membri.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 3(1a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1a.   Fil-każ tal-esportazzjonijiet kollha li jeħtieġu awtorizzazzjoni taħt dan ir-Regolament, tali awtorizzazzjoni għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-esportatur u għandha tkun skont ir-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (*). L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fl-Unjoni kollha.

(*)  ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.”;"

(2)

l-Artikolu 15(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha:

(a)

temenda l-Anness I fuq il-bażi ta’ determinazzjonijiet magħmula jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;

(b)

temenda l-Anness IA u l-Anness II fuq il-bażi ta’ informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri;

(c)

temenda l-Anness III fuq il-bażi ta’ informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri;

(d)

temenda l-Anness IV fuq il-bażi ta’ determinazzjonijiet magħmula jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;

(e)

temenda l-Anness VI fuq il-bażi ta’ deċizjonijiet meħuda rigward l-Annessi III u IV għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/140/PESK.”;

(3)

l-Anness IA għandu jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament;

(4)

l-Anness II għandu jiġi sostitwit bit-test fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-15 ta’ Diċembru 2009

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU L 61, 28.2.2007, p. 49.

(2)  ĠU L 103, 20.4.2007, p. 1.


ANNESS I

L-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 423/2007 huwa emendat kif ġej:

1)

Id-deskrizzjoni fl-annotazzjoni IA.A1.009 hija sostitwita b’dan li ġej:

“‘Materjali fibrużi u filamentari’ jew prepregs, kif ġej:

a.

‘Materjali fibrużi jew filamentari’ tal-karbonju jew tal-aramid li għandhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

‘Modulu speċifiku’ iktar minn 10 × 106 m; jew

2.

‘Reżistenza speċifika għat-tensjoni’ iktar minn 17 × 104 m;

b.

‘Materjali fibrużi jew filamentari’ tal-ħġieġ li għandhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

‘Modulu speċifiku’ iktar minn 3,18 × 106 m; jew

2.

‘Reżistenza speċifika għat-tensjoni’ iktar minn 76,2 × 103 m;

c.

‘Ħjut’, ‘faxex ta' fibri’, ‘ħbula’ jew ‘tejp’ kontinwi li huma ssettjati bis-sħana u fihom ir-reżina b'wisa’ ta' 15-il mm jew inqas (ladarba prepregs), magħmula minn ‘materjali fibrużi jew filamentari’ tal-karbonju jew tal-ħġieġ barra minn dawk speċifikati f'IA.A1.010.a. jew b.

Nota: Din l-annotazzjoni ma tkoprix ‘materjali fibrużi jew filamentari’ definiti fl-annotazzjonijiet 1C010.a, 1C010.b, 1C210.a u 1C210.b.”

2)

Id-deskrizzjoni fl-annotazzjoni IA.A1.010 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Fibri li fihom ir-reżina jew il-qatran (prepregs), fibri tal-metall jew miksija bil-karbonju (preforms) jew ‘preforms tal-fibra tal-karbonju’, kif ġej:

a.

Magħmula minn ‘materjali fibrużi jew filamentari’ speċifikati f'IA.A1.009 hawn fuq;

b.

‘Materjali fibrużi jew filamentari’ tal-karbonju li fih ‘matriċi’ tar-reżina tal-epossi (prepregs), speċifikat f’1C010.a, 1C010.b jew 1C010.c, għat-tiswija tal-istrutturi tal-ajruplani jew għal-laminati, li d-daqs tal-folji inividwali tagħhom ma jaqbiżx il-50 ċm × 90 ċm;

c.

Prepregs speċifikati f’1C010.a, 1C010.b jew 1C010.c, meta jkun fihom reżini fenoliċi jew tal-epossi li jkollhom temperatura ta’ transizzjoni tal-ħġieġ (Tg) inqas minn 433 K (160 °Ċ) u temperatura ta' kura aktar baxxa mit-temperatura ta’ transizzjoni tal-ħġieġ.

Nota: Din l-annotazzzjoni ma tkoprix ‘materjali fibrużi jew filamentari’ definiti fl-annotazzjoni 1C010.e.”


ANNESS II

“ANNESS II

Oġġetti u teknoloġija msemmija fl-Artikolu 3

NOTI INTRODUTTORJI

1.

Sakemm ma jingħadx mod’ieħor, in-numri ta’ referenza użati fil-kolonna ta’ hawn taħt intitolata ‘Deskrizzjoni’ jirreferu għad-deskrizzjonijiet ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009.

2.

Numru ta’ referenza fil-kolonna ta’ hawn taħt intitolata ‘Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009’ tfisser li l-karatteristiċi tal-prodott deskritt fil-kolonna ‘Deskrizzjoni’ huma barra mill-parametri stabbiliti fid-deskrizzjoni tal-annotazzjoni dwar l-użu doppja li hemm referenza għaliha.

3.

Id-definizzjonijiet tat-termini bejn ‘virgoletti singoli’ huma mogħtija f'nota teknika għall-oġġett rilevanti.

4.

Id-definizzjonijiet tat-termini bejn ‘virgoletti doppji’ jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009.

NOTI ĠENERALI

1.

L-għan tal-kontrolli li jinsabu f'dan l-Anness m'għandux jixxejjen bl-esportazzjoni ta' xi oġġetti li mhumiex kontrollati (inklużi impjanti) li jkun fihom komponent wieħed jew diversi komponenti meta l-komponent ikkontrollat/komponenti kkontrollat(i) jkun(u) l-element prinċipali tal-oġġetti u jkun fattibbli li jitneħħa/jitneħħew jew jintuża(w) għal skopijiet oħrajn.

N.B.: Biex jiġi deċiż jekk il-komponent(i) kkontrollat(i) għandux/għandhomx jiġu kkunsidrati bħala l-element prinċipali, jeħtieġ li jitwieżnu l-fatturi ta’ kwantità, valur u konoxxenza teknoloġika involuti u ċirkostanzi speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxu jekk il-komponent ikkontrollat jew il-komponenti kkontrollati bħala l-element prinċipali tal-oġġetti akkwistati.

2.

L-oġġetti speċifikati f’dan l-Anness jinkludu oġġetti kemm ġodda kif ukoll użati.

NOTA ĠENERALI DWAR IT-TEKNOLOĠIJA (NĠT)

(Għandha tinqara flimkien mat-Taqsima II.B)

1.

Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ ‘teknoloġija’ li hija ‘meħtieġa’ għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta’ oġġetti li l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma kkontrollati fil-Parti A (Oġġetti) hawn taħt, huma kkontrollati skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima II.B.

2.

It-‘teknoloġija’‘meħtieġa’ għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta’ oġġetti taħt kontroll tibqa' taħt kontroll anki meta tkun applikabbli għal oġġetti mhux ikkontrollati.

3.

Il-kontrolli ma japplikawx għal dik it-‘teknoloġija’ li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, l-operazzjoni, il-manteniment (kontroll) u t-tiswija ta' dawk l-oġġetti li mhumiex ikkontrollati jew li l-esportazzjoni tagħhom ġie awtorizzat skont ir-Regolament (KE) Nru 423/2007.

4.

Il-kontrolli fuq it-trasferiment tat-‘teknoloġija’ ma japplikawx għal informazzjoni ‘fid-dominju pubbliku’, għal ‘riċerka xjentifika bażika’ jew għall-informazzjoni minima meħtieġa għall-applikazzjonijiet għal privattivi.

II.A.   OĠĠETTI

A0.   Materjali, Faċilitajiet u Tagħmir Nukleari

Nru

Deskrizzjoni

Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

II.A0.002

Iżolaturi Faraday fil-medda ta' tul ta' mewġ ta' bejn 500 nm – 650 nm

II.A0.003

Retikoli ottiċi fil-medda ta' tul ta' mewġ ta' bejn 500 nm – 650 nm

II.A0.004

Fibri ottiċi fil-medda ta' tul ta' mewġ ta' bejn 500 nm – 650 nm miksija b'saffi mhux riflettenti fil-medda ta' tul ta' mewġ ta' bejn 500 nm – 650 nm u b'dijametru ċentrali akbar minn 0,4 mm iżda mhux akbar minn 2 mm

II.A0.008

Mirja tal-lejżer, barra minn dawk speċifikati f’6A005.e, li jikkonsistu minn substrati b’koeffiċjent ta’ espansjoni termali ta' 10–6K–1 jew inqas għal 20 °C (eż. silika fuża jew żaffir).

Nota: Din l-annotazzjoni ma tkoprix sistemi ottiċi ddiżinjati speċjalment għal applikazzjonijiet ta’ astronomija, minbarra jekk il-mirja jkun fihom silika fuża.

0B001.g.5, 6A005.e

II.A0.009

Lentijiet tal-lejżer, barra minn dawk speċifikati f’6A005.e.2, li jikkonsistu minn substrati b’koeffiċjent ta’ espansjoni termali ta' 10–6K–1 jew inqas għal 20 °C (eż. silika fuża).

0B001.g, 6A005.e.2

II.A0.010

Pajpijiet, sistemi ta' pajpijiet, flanġijiet, aċċessorji magħmulin minn jew miksija bin-nikil jew b'liga tan-nikil li jkun fiha aktar minn 40 % nikil bil-piż, barra minn dawk speċifikati f'2B350.h.1.

2B350

II.A0.011

Pompi tal-vakwu, minbarra dawk speċifikati f’0B002.f.2., jew 2B231, kif ġej:

 

Pompi turbomolekulari b'rata ta' fluss ta', jew aktar minn 400 l/s,

 

Pompi roughing tal-vakwu tat-tip Roots b’rata ta' aspirazzjoni volumetrika ta' aktar minn 200 m3/h.

 

Kumpressuri tax-xott f'forma ta' spiral bil-minfaħ u pompi tal-vakwu, tax-xott, f'forma ta' spiral bil-minfaħ.

0B002.f.2, 2B231

II.A0.014

Kmamar tad-detonazzjoni b’kapaċità ta’ assorbiment ta' splużjoni ta’ aktar mill-ekwivalenti ta’ 2,5 kg TNT.

 


A1.   Materjali, Kimiċi, ‘Mikroorganiżmi’ u ‘Tossini’

Nru

Deskrizzjoni

Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

II.A1.003

Siġilli u gaskits f’forma ta’ ċrieki, b’dijametru intern ta’ 400mm u inqas, magħmula minn kwalunkwe wieħed mill-materjali li ġejjin:

a.

Kopolimeri ta' fluworur tal-vinilidin li għandhom 75 % jew aktar struttura kristallina beta mingħajr tiġbid;

b.

Polimidi fluworinati li għandhom piż ta' 10 % jew aktar ta' fluworu kkombinat;

c.

Elastomeri tal-fosfażin fluworinat li għandhom piż ta' 30 % jew aktar ta' fluworu kkombinat;

d.

Poliklorotrifloretilene (PCTFE, e.g. Kel-F ®);

e.

Fluworoelastomeri (eż., Viton ®, Tecnoflon ®);

f.

Politetrafluworoetilen (PTFE).

 

II.A1.004

Tagħmir għal użu personali għar-rilevament ta' radjazzjoni ta' oriġini nukleari, inklużi dożimetri personali.

Nota: Din l-annotazzjoni ma tkoprix sistemi għar-rilevament nukleari definiti fl-annotazzjoni 1A004.c.

1A004.c

II.A1.006

Katalizzaturi, minbarra dawk projbiti minn I.1A.003, li jkun fihom il-platinu, il-palladju jew ir-rodju, li jistgħu jintużaw għall-promozzjoni tar-reazzjoni ta' skambju iżotopiku tal-idroġenu bejn l-idroġenu u l-ilma għall-irkupru tat-tritju mill-ilma tqil jew għall-produzzjoni ta' ilma tqil.

1B231, 1A225

II.A1.007

Aluminju u l-ligi tiegħu, barra minn dawk speċifikati f'1C002.b.4 jew 1C202.a, f'forma mhux maħduma jew semi-fabbrikata b’waħda minn dawn il-karatteristiċi:

a.

Reżistenza massima għat-tensjoni ta' 460 MPa jew iktar b'293 K (20 oC); jew

b.

Reżistenza għat-tensjoni ta' 415 MPa jew iktar b’293 K (25 oC).

1C002.b.4, 1C202.a

II.A1.014

Trabijiet elementali tal-kobalt, neodymium jew samarium jew ligi jew taħlitiet tagħhom li jkun fihom minn tal-inqas 20 % bil-piż ta’ kobalt, neodymium jew samarium, bid-daqs tal-partiċella ta’ inqas minn 200 μm.

 

II.A1.015

Fosfat tat-tributyl pur (TBP) [CAS Nru 126-73-8] jew kwalunkwe taħlita b’kontenut ta’ TBP ta’ aktar minn 5 % bil-piż.

 

II.A1.016

Azzar maraging, minbarra dak projbit minn I.1A.030, I.1A.035 jew IA.A1.012

Nota Teknika:

L-azzar maraging huwa tipi ta’ ligi tal-ħadid ġeneralment ikkaratterizzati minn kontenut għoli ta' nikil, kontenut baxx ħafna tal-karbonju u l-użu ta’ elementi ta’ sostituzzjoni jew preċipitati biex jipproduċu tisħiħ u t-twebbis bl-età tal-liga.

 

II.A1.017

Metalli, trabijiet u materjal tal-metall kif ġej

a.

Tangstinn u ligi tat-tangstinn, minbarra dawk projbiti b’I.1A.031, fil-forma ta' partiċelli sferiċi jew partikoli atomizzati uniformi b'dijametru ta' 500 μm jew inqas b’kontenut ta’ tangstinn ta' 97 % bil-piż jew ikbar;

b.

Molibdenu u ligi tal-molibdenu, minbarra dawk projbiti b’I.1A.031, fil-forma ta' partiċelli sferiċi jew partikoli atomizzati uniformi b'dijametru ta' 500 μm jew inqas b’kontenut ta’ molibdenu ta' 97 % bil-piż jew ikbar;

c.

Materjali tat-tangstinn fil-forma solida, minbarra dawk projbiti minn I.1A.037, jew IA.A1.013 b’kompożizzjonijiet materjali kif ġej:

1.

Tangstinn u ligi b’97 % bil-piż jew aktar tangstinn;

2.

Tangstinn infiltrat bir-ram li fih 80 % bil-piż jew aktar tangstinn; jew

3.

Tangstinn infiltrat bil-fidda li fih 80 % bil-piż jew aktar tangstinn;

 

II.A1.018

Ligi manjetiċi rotob b’kompożizzjoni kimika kif ġej

a)

Kontenut ta’ ħadid bejn 30 % u 60 %, u

b)

Kontenut ta’ kobalt bejn 40 % u 60 %.

 

II.A1.019

‘Materjali fibrużi jew filamentari’ jew prepregs, mhux projbiti mill-Anness I jew mill-Anness IA (taħt IA.A1.009, IA.A1.010) ta’ dan ir-Regolament, jew mhux speċifikati mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009, kif ġej:

a)

‘Materjali fibrużi jew filamentari’ tal-karbonju;

Nota: II.A1.019a. ma tkoprix it-tessuti.

b)

‘Ħjut’, ‘faxex ta' fibri’, ‘ħbula’ jew ‘tejp’ kontinwi li huma ssettjati bis-sħana u fihom ir-reżina magħmula minn ‘materjali fibrużi jew filamentari’ tal-karbonju;

c)

‘Ħjut’, ‘faxex ta' fibri’, ‘ħbula’ jew ‘tejp’ kontinwi tal-polyacrylonitrile (PAN)

 


A2.   Proċessar tal-Materjali

Nru

Deskrizzjoni

Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

II.A2.002

Magni tal-għodda għad-dħin, ta' preċizjoni ta' ppożizzjonar bil-‘kumpens kollu disponibbli’ ugwali għal jew inqas (aħjar) minn 15 μm skont ISO 230/2 (1988) (1) jew ekwivalenzi nazzjonali matul xi wieħed mill-assi lineari.

Nota: Din l-annotazzjoni ma tkoprix magni tal-għodda għad-dħin definiti fl-annotazzjonijiet 2B201.b u 2B001.c.

2B201.b, 2B001.c

II.A2.002a

Komponenti u kontrolli numeriċi, iddisinjati apposta għall-magni tal-għodod speċifikati f’2B001, 2B201 jew II.A2.002 hawn fuq.

 

II.A2.003

Magni tal-ibbilanċjar u tagħmir relatat, kif ġej:

a.

Magni tal-ibbilanċjar, iddisinjati jew modifikati għal apparat dentali jew mediku ta' xorta oħra, li jkollhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Mhumiex kapaċi jibbilanċjaw skrejjen/assemblaġġi b’massa akbar minn 3 kg;

2.

Kapaċi jibbilanċjaw skrejjen/assemblaġġi b'veloċità ta' aktar minn 12 500 rpm;

3.

Kapaċi jikkoreġu żbilanċ f'żewġ pjani jew aktar; u

4.

Kapaċi jibbilanċjaw sa żbilanċ speċifiku residwu ta' 0,2 g x mm kull kg ta' massa tal-iskrun;

b.

Irjus indikaturi ddisinjati jew modifikati għall-użu mal-magni speċifikati f'a. hawn fuq.

Nota Teknika:

Xi drabi l-irjus indikaturi huma magħrufa bħala strumentazzjoni tal-bilanċ.

2B119

II.A2.005

Fran għat-trattament bis-sħana f'atmosfera kkontrollata, kif ġej:

Fran kapaċi li jaħdmu f'temperaturi ta' aktar minn 400 °C.

2B226, 2B227

II.A2.006

Fran tal-ossidazzjoni kapaċi li jaħdmu f'temperaturi ta' aktar minn 400 °C

Nota: Din l-annotazzjoni ma tkoprix tunnel kilns li jimxu fuq rollers jew permezz ta' karozza, tunnel kilns b'conveyor belt, kilns tat-tip li jiġu mbuttati jew shuttle kilns maħsuba apposta għall-produzzjoni tal-ħġieġ, ċeramika għall-mejda u ċeramika strutturali.

2B226, 2B227

II.A2.007

‘Apparat maħsub sabiex jibdel sinjal ta' pressjoni f'sinjal ellettriku’ (pressure transducers), għajr dak definit f'2B230, li hu kapaċi jkejjel pressjonijiet assoluti f'kull punt tal-iskala minn 0 sa 200 kPa u li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Elementi sensibbli għall-pressjoni magħmula jew protetti minn ‘Materjali reżistenti għat-tmermir mill-eżafluworidu tal-uranju (UF6) ’, kif ukoll

b.

Ikollu waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Skala sħiħa ta' inqas minn 200 kPa u ‘preċiżjoni’ aħjar minn ± 1 % tal-iskala sħiħa; jew

2.

Skala sħiħa ta’ 200 KPA jew aktar u ‘preċiżjoni’ aħjar minn 2 kPa.

Nota Teknika:

Għall-iskopijiet ta' 2B230, ‘preċiżjoni’ tinkludi n-non-linearità, l-isteresi u r-ripetibbiltà f'temperatura ambjentali.

2B230

II.A2.008

Kuntatturi likwidu-likwidu (mixxelaturi separaturi, kolonni pulsati u kuntatturi ċentrifugi); u distributuri ta' likwidi, distributuri ta' fwar jew oġġetti għall-ġbir ta' likwidu mfassla għal tagħmir bħal dan, fejn kull wiċċ li jiġi f’kuntatt dirett mal-kimika/kimiċi li tkun/ikunu pproċessata/pproċessati tkun magħmula minn xi materjal li ġej:

1.

Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż;

2.

Fluworopolimeri;

3.

Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enamel jew kisja tal-ħġieġ);

4.

Grafit jew ‘grafit tal-karbonju’;

5.

Nikil jew ligi b'aktar minn 40 % nikil bil-piż;

6.

Tantalu jew ligi tat-tantalu;

7.

Titanju jew ligi tat-titanju;

8.

Żirkonju jew ligi taż-żirkonju; jew

9.

Azzar li ma jsaddadx.

Nota Teknika:

‘Grafit tal-karbonju’ hu kompożizzjoni ta' karbonju u grafit amorfu, li fiha l-kontenut ta' grafit hu ta' 8 % jew aktar fil-piż.

2B350.e

II.A2.009

Tagħmir industrijali u l-komponenti tiegħu, minbarra dawk speċifikati fi 2B350.d, kif ġej:

Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi b'wiċċ għat-trasferiment tas-sħana akbar minn 0,05 m2 u inqas minn 30 m2; u tubi, folji, serpentini jew blokki (nuklei) ddisinjati għal dan it-tagħmir għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi, fejn l-uċuħ kollha f'kuntatt dirett mal-fluwidu/i jkunu magħmulin minn xi materjal minn dawn li ġejjin:

1.

Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż;

2.

Fluworopolimeri;

3.

Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enamel jew kisja tal-ħġieġ);

4.

Grafit jew ‘grafit tal-karbonju’;

5.

Nikil jew ligi b'aktar minn 40 % nikil bil-piż;

6.

Tantalu jew ligi tat-tantalu;

7.

Titanju jew ligi tat-titanju;

8.

Żirkonju jew ligi taż-żirkonju;

9.

Karbur tas-silikon;

10.

Karbur tat-titanju; jew

11.

Azzar li ma jsaddadx.

Nota: Din l-annotazzjoni ma tkoprix ir-radjaturi tal-vetturi.

Nota Teknika:

Il-materjali użati għal gaskits u siġilli u twettiq ieħor ta’ funzjonijiet ta’ ssiġillar ma jiddeterminawx l-istatus ta’ kontroll tat-tagħmir għat-trasferiment tas-sħana.

2B350.d

II.A2.010

Pompi b’siġilli multipli jew bla siġill, barra minn dawk speċifikati f'2B350.i, tajbin għal fluwidi li jnawru, b'rata ta' fluss massima indikata mill-manifattur ta' iktar minn 0,6 m3 fis-siegħa, jew pompi tal-vakwu b'rata ta’ fluss massima indikata mill-manifattur ta' iktar minn 5 m3/fis-siegħa [mkejla f'kundizzjonijiet standard ta' temperatura ta' (273 K jew 0 °C) u ta’ pressjoni ta' (101,3 kPa)]; u kaxex (korpi ta' pompi), kisi tal-kaxex preformati, impellers, skrejjen jew żennuni tal-pompi tal-ġett mfassla għal pompi bħal dawn, fejn kull wiċċ li jiġi f’kuntatt dirett mal-kimika/kimiċi li tkun/ikunu pproċessata/pproċessati tkun magħmula minn xi materjal li ġej:

1.

Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż;

2.

Ċeramiki;

3.

Ferrosilikon;

4.

Fluworopolimeri;

5.

Ħġieġ (inklużi kisjiet vitrifikati jew tal-enamel jew kisja tal-ħġieġ);

6.

Grafit jew ‘karbonju grafit’;

7.

Nikil jew ligi b'aktar minn 40 % nikil bil-piż;

8.

Tantalu jew ligi tat-tantalu;

9.

Titanju jew ligi tat-titanju;

10.

Żirkonju jew ligi taż-żirkonju;

11.

Nijobju (kolumbju) jew ligi tan-nijobju;

12.

Azzar li ma jsaddadx; jew

13.

Ligi tal-aluminju.

Nota Teknika:

Il-materjali użati għal gaskits u siġilli u twettiq ieħor ta’ funzjonijiet ta’ ssiġillar ma jiddeterminawx l-istatus ta’ kontroll tal-pompa.

2B350.d

II.A2.013

Magni spin-forming u magni flow-forming, barra minn dawk kontrollati minn 2B009, jew projbiti minn I.2A.009 jew I.2A.020, li jkollhom roller force ta’ aktar minn 60 kN u komponenti mfassla apposta għalihom.

Nota Teknika:

Għall-iskop ta’ II.A2.013, magni li jkunu jikkombinaw il-funzjonijiet ta’ spin-forming u flow-forming huma meqjusa bħala magni flow-forming.

 


A3.   Elettronika

Nru

Deskrizzjoni

Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

II.A3.003

Apparat li jbiddel il-frekwenza jew ġeneraturi, barra dawk indikati f’I.0A.002.b.13 jew I.3A.004, li jkollu dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u komponenti u software mfassla apposta għalihom:

a.

Produzzjoni tal-multiphase li kapaċi tipprovdi enerġija ta' 40 W jew akbar;

b.

Kapaċi jaħdem fuq il-medda ta' frekwenza bejn 600 u 2 000 Hz; u

c.

Kontroll tal-frekwenza aħjar (inqas) minn 0,1 %.

Nota Teknika:

L-apparati li jbiddlu l-frekwenza f’II.A3.003 huma magħrufa wkoll bħala konvertituri jew invertituri.

 

II.A3.004

Spettrometri u diffrattometri, mfassla għat-test indikattiv jew l-analiżi kwantitattiva tal-kompożizzjoni elementali tal-metalli jew il-ligi mingħajr dekompożizzjoni kimika tal-materjal.

 


A6.   Sensuri u Lejżers

Nru

Deskrizzjoni

Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

II.A6.002

Tagħmir u komponenti ottiċi, minbarra dawk speċifikati f’6A002, 6A004.b kif ġej:

Ottiċi tal-infraaħmar bit-tul ta' mewġ li jvarja bejn 9 000 nm u 17 000 nm, u komponenti tagħhom, inkluż il-komponenti tat-tellurur tal-kadmju (CdTe).

6A002, 6A004.b

II.A6.005

‘Lejżers’ semikondutturi u l-komponenti tagħhom, kif ġej:

a.

‘Lejżers’ individwali semikondutturi li jipproduċu qawwa ta' aktar minn 200 mW kull wieħed, fi kwantitajiet ta' aktar minn 100;

b.

Armaturi tal-‘lejżer’ semikondutturi li jipproduċu qawwa ta' aktar minn 20 W.

1.

Lejżerssemikondutturi huma komunement imsejħa dijodi tal-‘leżjer’.

2.

Din l-annotazzjoni ma tkoprix ‘lejżers’ definiti fl-annotazzjonijiet 0B001.g.5, 0B001.h.6 u 6A005.b

3.

Din l-annotazzjoni ma tkoprix dijodi tal-‘lejżerb’tul ta’ mewġ fil-limitu ta’ 1 200 nm – 2 000 nm.

6A005.b

II.A6.007

‘Lejżers’‘sinkronizzabbli’ fi stat solidu u elementi ddiżinjati apposta għalihom, kif ġej:

a.

Lejżers taż-żaffir-titanju,

b.

Lejżers bl-alessandrite.

Nota: Din l-annotazzjoni ma tkoprix lejżers taż-żaffir-titanju u bl-alessandrite definiti fl-annotazzjonijiet 0B001.g.5, 0B001.h.6 u 6A005.c.1.

6A005.c.1

II.A6.009

Komponenti akustiċi-ottiċi, kif ġej:

a.

Framing tubes u apparati għall-immaġini fl-istat solidu li jkollhom frekwenza ta’ rikorrenza ta' 1kHz jew aktar:

b.

Forniment għal frekwenza ta' rikorrenza;

c.

Ċelluli pockels.

6A203.b.4.c


A7.   Navigazzjoni u Avjonika

Nru

Deskrizzjoni

Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

II.A7.001

Sistemi ta' Navigazzjoni Inerzjali (INS) u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:

I.

Sistemi ta' navigazzjoni inerzjali ċċertifikati għall-użu fuq ‘inġenji tal-ajru ċivili’ mill-awtoritajiet ċivili ta' Stat parteċipant għall-ftehim ta' Wassenaar, u l-komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:

a.

Sistemi ta' navigazzjoni inerzjali (INS) (gimballed jew strapdown) u tagħmir inerzjali ddisinjat għall-‘inġenju tal-ajru’, ‘vettura tal-art’ jew ‘vettura tal-ispazju’ għall-attitudni, gwida jew kontroll, li jkollhom kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi li ġejjin, u l-komponenti ddisinjati apposta għalihom:

1.

Żball ta' navigazzjoni (inerzjali liberu) sussegwenti għall-alinjament normali ta' 0,8 mil nawtiku kull siegħa (nm/hr) ‘Żball Ċirkolari Probabbli’ (CEP) jew inqas (aħjar); jew

2.

Speċifikat sabiex jiffunzjona fuq livelli ta' aċċelerazzjoni lineari li teċċedi l-10g;

b.

Sistemi ta' Navigazzjoni Ibridi Inerzjali li jkunu integrati ma' Sistema ta' Satellita Globali ta' Navigazzjoni (GNSS) waħda jew aktar jew ma' Sistema/i ta’ ‘Navigazzjoni Referenzjata b’Bażi tad-Data’ (‘DBRN’) waħda jew aktar għall-orjentazzjoni, gwida jew kontroll, wara allinjament normali, bi preċiżjoni tal-pożizzjoni tan-navigazzjoni INS, wara t-telf ta' GNSS jew ‘DBRN’ għall-perijodu sa erbà minuti, ta' inqas minn (aħjar minn) 10 metri, ‘Żball Ċirkolari Probabbli’ (CEP);

c.

Tagħmir inerzjali għall-indikar tal-Ażimut, ir-Rotta jew it-Tramuntana, b'waħda mill-karatteristiċi li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalih:

1.

Maħsub għal preċiżjoni ta' indikazzjoni tal-Ażimut, ir-Rotta jew it-Tramuntana ugwali għal, jew inqas minn (aħjar minn) 6 ark/minuti RMS f'latitudni ta' 45 grad; jew

2.

Maħsub li jkollu livell ta' skoss mhux operattiv ta' mill-inqas 900 g għal tul ta’ mill-inqas millisekonda waħda.

Nota: Il-parametri ta' I.a. u I.b. huma applikabbli għal kull waħda mill-kondizzjonijiet ambjentali li ġejjin:

1.

Vibrazzjoni każwali tad-dħul b'kobor globali ta' 7,7 g rms fl-ewwel nofs siegħa u ħin totali tat-test ta' siegħa u nofs għal kull assi f'kull wieħed mit-tliet assi perpendikulari, meta l-vibrazzjoni każwali tilħaq dan li ġej:

a.

Valur ta’ densità ta' qawwa kostanti spettrali (PSD) ta' 0,04 g2/Hz fuq intervall ta' frekwenza ta' 15 sa 1 000 Hz; u

b.

Il-PSD tonqos bi frekwenza minn 0,04 g2/Hz għal 0,01 g2/Hz fuq intervall ta' frekwenza ta’ minn 1 000 sa 2 000 Hz;

2.

Rata ta' roll u yaw ugwali għal jew aktar minn + 2,62 radian/s (150 grad/s); jew

3.

Skont l-istandards nazzjonali, ekwivalenti għal 1. jew 2. hawn fuq.

1.

I.b tirreferi għal sistemi li fihom jinbnew INS u għajnuniet oħra ta' navigazzjoni indipendenti, f'unità waħda (integrata) sabiex tinkiseb prestazzjoni mtejba.

2.

‘Żball Ċirkolari Probabbli’ ( CEP) - F'distribuzzjoni normali ċirkolari, ir-radju taċ-ċirku li jkun ta' 50 fil-mija tal-kejl individwali li jkun ttieħed, jew ir-radju taċ-ċirku li fih ikun hemm 50 fil-mija ta' probabbiltà li jiġi lokalizzat.

II.

Sistemi ta' teodoliti li fihom ikun inkorporat tagħmir inerzjali, maħsub apposta għal sondaġġi ta' użu ċivili u maħsub li jkollu preċiżjoni ta' indikazzjoni tal-Azimut, ir-Rotta, jew it-Tramuntana ugwali għal jew inqas minn (aħjar minn) 6 ark/minuti RMS f'45 grad ta' latitudni, flimkien mal-komponenti ddisinjati apposta għalih.

III.

Tagħmir inerzjali jew tagħmir ieħor li juża l-aċċellerometri speċifikati f'7A001 jew 7A101, fejn dawn l-aċċellerometri jkunu ddisinjati apposta u żviluppati bħala sensuri MWD (Measurement While Drilling – Kejl Waqt it-Tħaffir) għal użu f'operazzjonijiet ta’ servizzi tal-bjar;

7A003, 7A103


A9.   Aerospazju u Propulsjoni

II.A9.001

Skorfini splussivi.

 

II.B.   TEKNOLOĠIJA

Nru

Deskrizzjoni

Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009

II.B.001

Teknoloġija meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu ta’ oġġetti fil-Parti II A. (Oġġetti) hawn fuq.

Nota Teknika:

Regolament (KE) Nru 423/2007, l-Artikolu 1(d) it-terminu ‘teknoloġija’ jinkludi software. ”

 


16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/61


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1229/2009

tal-15 ta’ Diċembru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Diċembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

48,0

MA

78,7

TN

111,3

TR

71,6

ZZ

77,4

0707 00 05

EG

155,5

MA

59,4

TR

94,2

ZZ

103,0

0709 90 70

MA

46,5

TR

119,6

ZZ

83,1

0709 90 80

EG

175,4

ZZ

175,4

0805 10 20

MA

52,0

TR

69,6

ZA

62,7

ZZ

61,4

0805 20 10

MA

78,3

TR

58,0

ZZ

68,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

38,7

IL

65,1

TR

85,2

ZZ

63,0

0805 50 10

TR

72,1

ZZ

72,1

0808 10 80

CA

76,2

CN

85,4

MK

24,5

US

91,4

ZZ

69,4

0808 20 50

CN

73,3

TR

97,0

US

163,3

ZZ

111,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/63


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1230/2009

tal-15 ta’ Diċembru 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Diċembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 327, 12.12.2009, p. 38.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-16 ta’ Diċembru 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

40,08

0,00

1701 11 90  (1)

40,08

2,88

1701 12 10  (1)

40,08

0,00

1701 12 90  (1)

40,08

2,58

1701 91 00  (2)

44,38

4,16

1701 99 10  (2)

44,38

1,02

1701 99 90  (2)

44,38

1,02

1702 90 95  (3)

0,44

0,25


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/65


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1231/2009

tal-15 ta’ Diċembru 2009

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Diċembru 2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mis-16 ta’ Diċembru 2009, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Diċembru 2009, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Diċembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Diċembru 2009

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

5,68

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

31,46

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

22,02

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

22,02

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

31,46


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

1.12.2009-14.12.2009

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

151,95

105,28

Prezz FOB USA

134,05

124,05

104,05

79,70

Tariffa fuq il-Golf

8,14

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

6,55

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

23,02  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

47,30  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/68


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1232/2009

tal-15 ta’ Diċembru 2009

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Wiśnia nadwiślanka (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa mill-Polonja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Wiśnia nadwiślanka” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 104, 6.5.2009, p. 21.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum tal-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali fl-istat naturali tagħhom jew ipproċessati

IL-POLONJA

Wiśnia nadwiślanka (DPO)


16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/70


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1233/2009

tal-15 ta’ Diċembru 2009

li jistabbilixxi miżura speċifika ta’ appoġġ għas-suq fis-settur tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1) u b’mod partikulari l-Artikoli 186 u 188(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-prezzijiet tas-suq dinji għall-prodotti tal-ħalib waqgħu speċjalment minħabba tnaqqis fid-domanda b’konnessjoni mal-kriżi finanzjarja u ekonomika. Il-prezzijiet tas-suq Komunitarju għall-prodotti tal-ħalib waqgħu wkoll b’mod sinifikanti minħabba l-kriżi u minħabba bidliet fil-provvista.

(2)

It-tnaqqis qawwi tal-prezzijiet tal-prodotti tal-ħalib fl-Unjoni Ewropea affettwa ħafna l-prezzijiet stabbiliti mill-azjenda agrikola. Hemm bżonn ta’ perjodu sinifikanti biex ikun hemm irkupru sostenibbli. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jingħataw pakkett finanzjarju biex jappoġġjaw lill-bdiewa produtturi tal-ħalib li ntlaqtu ħażin ħafna mill-kriżi tal-ħalib u li minħabba dawn iċ-ċirkustanzi, qed jaffaċċjaw problemi ta’ likwidità.

(3)

Il-pakkett finanzjarju ta’ kull Stat Membru għandu jkun ikkalkulat fuq il-produzzjoni tal-ħalib tal-2008/2009 fil-kuntest tal-kwoti nazzjonali. L-Istati Membri għandhom iqassmu dak l-ammont nazzjonali disponibbli fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u b’mod mhux diskriminatorju filwaqt li jevitaw kwalunkwe distorzjoni tas-suq u tal-kompetizzjoni.

(4)

L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha ssir b’kunsiderazzjoni għall-arranġamenti istituzzjonali ta’ kull Stat Membru.

(5)

L-appoġġ għall-bdiewa produtturi tal-ħalib għandu jingħata bħala miżura ta’ intervent biex ikunu rregolati s-swieq skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (2).

(6)

Minħabba raġunijiet ta’ baġit, il-Komunità se tiffinanzja n-nefqa mġarrba mill-Istati Membri b’relazzjoni mal-appoġġ finanzjarju tal-bdiewa produtturi tal-ħalib meta dawn il-pagamenti jsiru sa ċertu data ta’ skadenza.

(7)

Sabiex tkun żgurata t-trasparenza u l-monitoraġġ u l-amministrazzjoni tajba tal-pakketti nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-kriterji oġġettivi użati biex ikunu ddeterminati l-metodi biex jingħata l-appoġġ u l-azzjonijiet meħuda biex tkun evitata d-distorzjoni tas-suq.

(8)

Sabiex ikun żgurat li l-bdiewa produtturi tal-ħalib jirċievu l-appoġġ malajr kemm jista’ jkun, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jimplimentaw dan ir-Regolament malajr kemm jista’ jkun. Għalhekk, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ mingħajr dewmien.

(9)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jużaw l-ammonti stipulati fl-Anness biex jipprovdu appoġġ lill-bdiewa produtturi tal-ħalib li ntlaqtu ħażin ħafna mill-kriżi tal-ħalib fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u b’mod mhux diskriminatorju sakemm dawn il-pagamenti ma jikkawżawx distorzjoni tal-kompetizzjoni.

Artikolu 2

1.   Il-miżuri stipulati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala miżuri ta’ intervent biex jirregolaw is-swieq agrikoli skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-pagamenti b’relazzjoni mal-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 1, mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2010.

Artikolu 3

Rigward l-għajnuna stipulata fl-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni:

(a)

mingħajr dewmien u mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2010, deskrizzjoni tal-kriterji oġġettivi użati biex ikunu ddeterminati l-metodi għall-għoti tal-appoġġ u l-miżuri meħuda biex tkun evitata d-distorsjoni tas-suq;

(b)

mhux iktar tard mit-30 ta’ Awwissu 2010, l-ammonti totali tal-għajnuna mħallsa u l-għadd u t-tip tal-benefiċjarji.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, il-15 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.


ANNESS (1)

Miljun EUR

BE

7,212824

BG

1,842622

CZ

5,792943

DK

9,859564

DE

61,203560

EE

1,302069

IE

11,502500

EL

1,581891

ES

12,792178

FR

51,127334

IT

23,031475

CY

0,316812

LV

1,445181

LT

3,099461

LU

0,597066

HU

3,565265

MT

0,084511

NL

24,586045

AT

6,052604

PL

20,211209

PT

4,084693

RO

5,010401

SI

1,143094

SK

2,034727

FI

4,831752

SE

6,427521

UK

29,260698

EU-27

300,000000


(1)  Ibbażat fuq il-produzzjoni tal-ħalib għall-2008/2009 fil-kuntest tal-kwoti nazzjonali.


16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/73


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1234/2009

tal-15 ta’ Diċembru 2009

li jistabbilixxi kwoti tariffarji Komunitarji għas-sena 2010, għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 144(1) u 148 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Kwoti tariffarji Komunitarji għal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż għandhom jinfetħu għall-2010. Id-dazji u l-kwantitajiet għandhom ikunu ffissati skont il-ftehimiet internazzjonali rispettivi li jkunu fis-seħħ fis-sena 2010.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 tat-18 ta’ Frar 2003 li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tat-tariffi tal-Komunità stabbiliti fil-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minnnaħa, u r-Repubblika taċ-Ċile, min-naħa l-oħra (2) jistipula kwota tariffarja bilaterali addizzjonali ta’ 2 000 tunnellata b’żieda ta’ 10 % kull sena tal-kwantità oriġinali li għandha tinfetaħ għall-prodott li għandu kodiċi ta’ referenza 0204 mill-1 ta’ Frar 2003. Għaldaqstant, għandhom jiżdiedu 200 tunnellata oħra mal-kwota tal-GATT/WTO għaċ-Ċile u ż-żewġ kwoti għandhom ikomplu jintużaw bl-istess mod matul l-2010.

(3)

Ċerti kwoti huma definiti għal perjodu li jibda mill-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari u li jispiċċa fit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. Billi l-importazzjonjiet skont dan ir-Regolament għandhom ikunu mmexxija fuq bażi ta’ sena kalendarja, il-kwantitajiet rispettivi li se jkunu ffissati għas-sena kalendarja 2010 fir-rigward tal-kwoti kkonċernati, huma t-total ta’ nofs il-kwantità għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 u nofs il-kwantità għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011.

(4)

Jeħtieġ li jiġi ffissat ekwivalenti ta’ piż ta’ karkassi sabiex jiġi żgurat li jkun hemm tħaddim xieraq tal-kwoti tariffarji tal-Komunità.

(5)

Kwoti għal prodotti tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż, għandhom, permezz ta’ deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1439/95 tas-26 ta’ Ġunju 1995 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż (3), jitħaddmu f’konformità mal-Artikolu 144(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Dan għandu jsir skont l-Artikoli 308a, 308b, u 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (4).

(6)

Il-kwoti tariffarji skont dan ir-Regolament inizjalment iridu jitqiesu bħala mhux kritiċi fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 meta jitħaddmu minn sistema ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Għalhekk, l-awtoritajiet doganali għandhom ikunu awtorizzati li jirrevokawir-rekwiżit tas-sigurtà għal oġġetti li inizjalment ikunu ġew importati taħt dawk il-kwoti skont l-Artikoli 308c(1) u 248(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Minħabba l-partikolaritajiet tat-trasferiment minn sistema ta’ ġestjoni waħda għall-oħra, l-Artikolu 308c(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament m’għandux japplika.

(7)

Għandu jiġi ċċarat liema tip ta’ prova li tiċċertifika l-oriġini tal-prodotti għandha tiġi pprovduta mill-operaturi sabiex jibbenefikaw mill-kwoti tariffarji skont is-sistema ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.

(8)

Meta operaturi jippreżentaw prodotti tal-laħam tan-nagħaġ lill-awtoritajiet doganali għall-importazzjoni, ikun diffiċli għal dawk l-awtoritajiet biex jistabbilixxu jekk dawn joriġinawx minn nagħaġ domestiċi jew minn nagħaġ oħra, differenza li tiddetermina l-applikazzjoni ta’ rati ta’ dazju differenti. għalhekk, huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjoni li l-prova tal-oriġini tikkjarifika dan.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1150/2008 tad-19 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi kwoti tariffarji Komunitarji għas-sena 2009, għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż (5) ma jibqax jintuża wara tmiem is-sena 2009. Għal din ir-raġuni għandu jiġi rrevokat.

(10)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jiftaħ il-kwoti tariffarji Komunitarji tal-importazzjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ, u għal-laħam tal-mogħoż għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 2

Id-dazji doganali applikabbli għall-prodotti skont il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1, il-Kodiċi tan-NM, il-pajjiżi tal-oriġini, elenkati skont il-grupp tal-pajjiż, u n-numri tas-serje jintwerew fl-Anness.

Artikolu 3

1.   Il-kwantitajiet, espressi f’ekwivalenza għall-piż ta’ karkassi, għall-importazzjoni ta’ prodotti skont il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1, għandhom ikunu dawk stipulati fl-Anness.

2.   Għall-finijiet tal-kalkolu tal-kwantitajiet ta’ “ekwivalenti ta’ piż ta’ karkassi” imsemmi fil-paragrafu 1, il-piż nett ta’ prodotti tan-nagħaġ u l-mogħoż għandu jkun immultiplikat bil-koeffiċjenti li ġejjin:

(a)

għal annimali ħajjin: 0.47;

(b)

għall- ħaruf bla għadam u għal-laħam tal-gidi bla għadam: 1.67;

(c)

għal-laħam tal-muntun, tan-nagħaġ u tal-mogħoż bla għadam, għajr dak tal-gidi u taħlitiet ta’ kwalunkwe minn dawn: 1.81;

(d)

għal prodotti tal-laħam bl-għadam: 1,00.

“Gidi” għandha tfisser ferħ ta’ mogħża li ma għandux aktar minn sena.

Artikolu 4

B’deroga mit-Titolu II (A) u (B) tar-Regolament (KE) Nru 1439/95, il-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom ikunu ġestiti fuq bażi ta’ “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel” skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010. L-Artikolu 308c(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament ma għandux japplika. M’hemmx bżonn ta’ liċenzji tal-importazzjoni.

Artikolu 5

1.   Sabiex wieħed jibbenifika mill-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness, għandha titressaq lill-awtoritajiet doganali tal-Komunità prova valida tal-oriġini maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat kif ukoll dikjarazzjoni doganali għal rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-oġġetti kkonċernati.

L-oriġini ta’ prodotti li huma suġġetti għal kwoti tariffarji barra dawk li jirriżultaw minn ftehimiet dwar tariffa preferenzjali għandha tiġi ddeteminata skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Komunità.

2.   Il-prova tal-oriġini msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun kif ġej:

(a)

fil-każ ta’ kwota tariffarja li hija parti minn ftehim dwar tariffa preferenzjali, din għandha tkun il-prova tal-oriġini kif stipulata fil-ftehim;

(b)

Fil-każ ta’ kwoti tariffarji oħrajn, għandha tkun prova stabbilita skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u, flimkien mal-elementi pprovduti f’dak l-Artikolu, id-dejta li ġejja:

il-kodiċi NM (tal-anqas l-ewwel erba’ ċifri),

in-numru jew in-numri tas-serje tal-kwota tariffarja kkonċernata,

il-piż nett totali għal kull kategorija ta’ koeffiċjenti kif stipulat fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament.

(c)

fil-każ ta’ pajjiż li l-kwota tiegħu taqa’ taħt il-punti (a) u (b) u huma magħqudin, għandha tkun il-prova msemmija fil-punt (a).

Fejn il-prova tal-oriġini msemmija fil-punt (b) hija preżentata bħala dokument ta’ appoġġ għal dikjarazzjoni waħda biss għal rilaxx għalċirkolazzjoni ħielsa, jista’ jkun fiha diversi numri tas-serje. Fil-każijiet l-oħra kollha, għandu jkun fiha biss numru tas-serje wieħed.

Artikolu 6

Ir-Regolament (KE) Nru 1150/2008 huwa rrevokat.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni,

f’isem il-President,

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 46, 20.2.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 143, 27.6.1995, p. 7.

(4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(5)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 5.


ANNESS

LAĦAM TAN-NAGĦAĠ U LAĦAM TAL-MOGĦOŻ (f’tunnellati (t) ta’ ekwivalenti ta’ piż ta’ karkassi) KWOTI TARIFFARJI KOMUNITARJI GĦALL-2010

Nru tal-Grupp tal-Pajjiż

Kodiċijiet NM

Dazju “Ad valorem”

%

Dazju speċifiku

EUR/100 Kg

Numru tas-serje skont “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel”

Oriġini

Volum fis-sena f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ piż ta’ karkassi

Annimali ħajjin

(Koeffiċjent = 0,47)

Mingħajr Għadam ħaruf (1)

(Koeffiċjent = 1,67)

Laħam tal-muntun/tan-nagħaġ bla għadam (2)

(Koeffiċjent = 1,81)

Karkassa u laħam bl-għadam

(Koeffiċjent = 1,00)

1

0204

Żero

Żero

09.2101

09.2102

09.2011

L-Arġentina

23 000

09.2105

09.2106

09.2012

L-Awstralja

18 786

09.2109

09.2110

09.2013

New Zealand

227 854

09.2111

09.2112

09.2014

L-Urugwaj

5 800

09.2115

09.2116

09.1922

Iċ-Ċilì

6 400

09.2121

09.2122

09.0781

In-Norveġja

300

09.2125

09.2126

09.0693

Greenland

100

09.2129

09.2130

09.0690

Il-Gżejjer Faroe

20

09.2131

09.2132

09.0227

It-Turkija

200

09.2171

09.2175

09.2015

Oħrajn (3)

200

2

0204 , 0210 99 21 , 0210 99 29 , 0210 99 60

Żero

Żero

09.2119

09.2120

09.0790

L-Iżlanda

1 850

3

0104 10 30

0104 10 80

0104 20 90

10  %

Żero

09.2181

09.2019

Erga omnes  (4)

92


(1)  U laħam tal-gidi.

(2)  U laħam tal-mogħoż barra dak tal-gidi.

(3)  “Oħrajn” għandha tirreferi għall-oriġinijiet kollha, għajr il-pajjiżi l-oħra msemmija f’din it-tabella.

(4)  “Erga omnes” għandha tirreferi għall-oriġini kollha, inklużi l-pajjiżi msemmija f’din it-tabella.


16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/76


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/955/PESK

tal-15 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28 u 43(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-14 ta' Novembru 2005 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (1) (EUPOL COPPS) għal perijodu ta' tliet snin. Il-fażi operattiva tal-EUPOL COPPS bdiet fl-1 ta' Jannar 2006. L-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK ġiet estiża bl-Azzjoni Konġunta 2008/958/PESK (2) sal-31 ta' Diċembru 2010.

(2)

Huwa neċessarju li jiġi stabbilit l-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2010.

(3)

Huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet li taħthom l-EUPOL COPPS tista' tirrekluta persunal fuq bażi kuntrattwali.

(4)

Il-EUPOL COPPS għandu jkollha unità ta' proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' proġetti.

(5)

L-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, għandu jiżdied punt:

“(d)

Il-Missjoni għandu jkollha unità ta' proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' proġetti. Il-Missjoni għandha, kif meħtieġ, tikkoordina, tiffaċilita u tipprovdi pariri dwar proġetti implimentati mill-Istati Membri u l-Istati terzi taħt ir-responsabbiltà tagħhom, f'oqsma relatati mal-Missjoni u b'appoġġ tal-objettivi tagħha.”;

(2)

Fl-Artikolu 8,

(a)

il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Iċ-ċittadini tal-Istati Membri għandhom jiġu reklutati fuq bażi kuntrattwali mill-EUPOL COPPS kif meħtieġ, jekk il-funzjonijiet meħtieġa mhumiex previsti mill-persunal issekondat mill-Istati Membri.”;

(b)

paragrafu 4 ġdid għandu jiddaħħal kif ġej:

“4.   L-EUPOL COPPS għandha tirrekluta wkoll persunal lokali kif meħtieġ.”;

u l-paragrafi li jifdal għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid skont dan.

Artikolu 2

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2010 għandu jkun ta' EUR 6 650 000.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU L 300, 17.11.2005, p. 65.

(2)  ĠU L 338, 17.12.2008, p. 75.


16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/77


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/956/PESK

tal-15 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2009/131/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-kriżi fil-Ġeorgja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28, 31(2) u 33 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Settembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/760/PESK (1) li taħtar lis-Sur Pierre MOREL bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-kriżi fil-Ġeorġja sat-28 ta' Frar 2009.

(2)

Fis-16 ta' Frar 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/131/PESK (2), li testendi l-mandat tar-RSUE sal-31 ta' Awwissu 2009, u fis-27 ta' Lulju 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/571/PESK (3) li tkompli testendi l-mandat tar-RSUE sat-28 ta' Frar 2010.

(3)

Għandu jingħata ammont ġdid ta' referenza finanzjarja sabiex ikopri l-infiq relatat mal-mandat tar-RSUE sat-28 ta' Frar 2010.

(4)

Ir-RSUE se jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2009/131/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

L-Artikolu 5(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri l-infiq relatat mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta' Marzu 2009 sat-28 ta' Frar 2010 għandu jkun ta' EUR 517 000.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-15 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU L 259, 27.9.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 46, 17.2.2009, p. 47.

(3)  ĠU L 197, 29.7.2009, p. 109.


16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/78


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUPOL COPPS/2/2009

tal-15 ta’ Diċembru 2009

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani

(2009/957/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK tal-14 ta' Novembru 2005 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 11(1) tal-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà huwa awtorizzat, skont l-Artikolu 38 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u ta' tmexxija strateġika tal-missjoni EUPOL COPPS, inkluża b'mod partikolari d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sur Henrik MALMQUIST bħala l-Kap tal-missjoni EUPOL COPPS,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Henrik MALMQUIST huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi notifikata lis-Sur Henrik MALMQUIST

Hija għandha jkollha effett fil-jum tan-notifikazzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 300, 17.11.2005, p. 65.


16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/79


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUPM/1/2009

tal-15 ta' Diċembru 2009

dwar l-estensjoni tal-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina (BiH)

(2009/958/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/906/PESK tat-8 ta' Diċembru 2009 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina (BiH) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni 2009/906/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, konformement mal-Artikolu 38 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u ta' direzzjoni strateġika tal-EUPM, u b'mod partikolari biex jaħtar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fl-24 ta' Ottubru 2008, fuq proposta mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ), il-KPS ħatar bid-Deċiżjoni tiegħu 2008/835/PESK (2) lis-Sur Stefan FELLER bħala Kap tal-Missjoni tal-EUPM sal-31 ta' Diċembru 2009.

(3)

Fit-13 ta' Novembru 2009, is-SĠ/RGħ ippropona lill-KPS li jestendi l-mandat tas-Sur Stefan Feller bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUPM għal sena oħra , sal-31 ta' Diċembru 2010.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Stefan FELLER bħala l-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina huwa b'dan estiż sal-31 ta' Diċembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Din għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 322, 9.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 298, 7.11.2008, p. 30.


ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM MHIJIEX OBBLIGATORJA

16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/80


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Diċembru 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2007/230/KE dwar formola li tikkonċerna l-leġiżlazzjoni soċjali marbuta mal-attivitajiet tat-trasport bit-triq

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9895)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/959/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 13 tagħha,

Billi:

(1)

Is-sors primarju tal-informazzjoni fil-kontrolli tat-triq huwa r-reġistrazzjonijiet li jsiru fit-takografu. In-nuqqas ta’ reġistrazzjonijiet għandu jkun ġustifikat biss fejn ir-reġistrazzjonijiet tat-takografu, inkluż dawk imdaħħlin manwalment, ma kenux possibbli għal raġunijiet oġġettivi. F’dawn il-każijiet għandha tiġi stabbilita ċ-ċertifikazzjoni li tikkonferma dawn ir-raġunijiet.

(2)

Il-formola taċ-ċertifikazzjoni pprovduta fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/230/KE (2) ma kenitx suffiċjenti biex tkopri l-każijiet kollha fejn huwa teknikament impossibbli li jkun hemm reġistrazzjoni tal-attivitajiet ta’ sewwieq fuq it-tagħmir tar-reġistrazzjoni.

(3)

Sabiex tittejjeb l-effiċjenza u l-effettività tal-kontrolli mill-Istati Membri, tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (3), il-formola għandha tiġi modifikata billi jiddaħħlu elementi addizzjonali ma’ dawk indikati fl-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2006/22/KE.

(4)

Il-formola taċ-ċertifikazzjoni għandha tintuża biss jekk ir-reġistrazzjonijiet tat-takografiċi, għal raġunijiet tekniċi oġġettivi, mhumiex kapaċi juru li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 ġew rispettati.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (4),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/230/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35.

(2)  ĠU L 99, 14.4.2007, p. 14.

(3)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.


ANNESS

Image

Test ta 'immaġni

16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/82


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Diċembru 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2004/407/KE dwar l-awtorizzazzjoni tal-importazzjonijiet tal-ġelatina fotografika fir-Repubblika Ċeka

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9899)

(It-testi biċ-Ċek, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss huma awtentiċi)

(2009/960/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4) u Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprojbixxi l-importazzjoni u t-tranżitu tal-prodotti sekondarji u pproċessati tal-annimali fl-Unjoni sakemm ma jkunux ġew awtorizzati skont dak ir-Regolament.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/407/KE tas-26 ta’ April 2004 dwar regoli tranżitorji rigward is-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill l-dwar importazzjoni minn ċerti pajjiżi terzi ta’ ġelatina fotografika (2) tipprevedi, li l-Belġju, il-Lussemburgu, l-Olanda u r-Renju Unit għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ċerta ġelatina maħsuba b’mod esklużiv għall-industrija fotografika (ġelatina fotografika), b’konformità ma’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni 2004/407/KE tipprevedi li tiġi awtorizzata biss l-importazzjoni tal-ġelatina fotografika mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni, jiġifieri l-Ġappun u l-Istati Uniti tal-Amerika. Skont din id-Deċiżjoni, il-kunsinni importati għandhom jiġu trasportati sal-impjant destinatarju f’kundizzjonijiet stretti ta’ passaġġ, sabiex jiġu evitati riskji potenzjali għas-saħħla pubblika u dik tal-annimali.

(4)

Ir-Repubblika Ċeka ressqet talba għall-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni tal-ġelatina fotografika minn dawk il-pajjiżi terzi lejn stabbiliment fit-territorju tagħha. Ir-Repubblika Ċeka kkonfermat li l-kundizzjonijiet stretti ta’ passaġġ skont id-Deċiżjoni 2004/407/KE se jiġi applikati sabiex jiġu evitati r-riskji potenzjali għas-saħħa.

(5)

Skont dan, u bi stennija għar-reviżjoni tar-rekwiżiti tekniċi għall-importazzjoni tal-prodotti sekondarji mill-annimali skont ir-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-Annimali, (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), ir-Repubblika Ċeka tista’ titħalla tawtorizza l-importazzjoni tal-ġelatina fotografika suġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni 2004/407/KE. Madankollu, minħabba raġunijiet ġeografiċi, dawn l-importazzjonijiet jafu jgħaddu mill-Ġermanja.

(6)

Id-Deċiżjoni 2004/407/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2004/407/KE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Deroga li tikkonċerna l-importazzjoni tal-ġelatina fotografika

B’deroga mill-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Lussemburgu, l-Olanda u r-Renju Unit għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ġelatina prodotta minn materjali li fihom il-kolonna vertebrali bovina kklassifikata bħala materjal tal-Kategorija 1 skont dak ir-Regolament, maħsuba esklużivament għall-industrija fotografika (ġelatina fotografika), b’konformità ma’ din id-Deċiżjoni.”

2.

L-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.”

3.

L-Annessi I u III huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 151, 30.4.2004, p. 11.

(3)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.


ANNESS

L-Annessi I u III qed jiġu emendati kif ġej:

1.

L-Anness I jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS I

Il-Pajjiżi terzi u l-impjanti tal-oriġini, l-Istati membri destinatarji, l-istazzjonijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-ewwel dħul fl-unjoni u l-fabbriki fotografiċi approvati

Il-Pajjiż terz tal-oriġini

L-impjanti tal-oriġini

Stat Membru destinatarju

Stazzjon ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-ewwel dħul fl-Unjoni

Fabbriki fotografiċi approvati

Il-Ġappun

Nitta Gelatin Inc.

2-22 Futamata

Yao-City, Osaka

581 – 0024 Il-Ġappun

Jellie Co. ltd.

7-1, Wakabayashi 2-Chome,

Wakabayashi-ku,

Sendai-city, Miyagi,

982 Il-Ġappun

NIPPI Inc. Gelatin Division

1 Yumizawa-Cho

Fujinomiya City Shizuoka

418 – 0073 Il-Ġappun

L-Olanda

Rotterdam

FUJIFILM Europe B.V.,

Oudenstaart 1

5047 TK Tilburg,

L-Olanda

Nitta Gelatin Inc.

2-22 Futamata

Yao-City, Osaka

581 – 0024, Il-Ġappun

Ir-Renju Unit

Liverpool Felixstowe

Kodak Ltd Headstone Drive, Harrow, MIDDX

HA4 4TY,

Ir-Renju Unit

Ir-Repubblika Ċeka

Hamburg

FOMA BOHEMIA spol. s r.o.

Jana Krušinky 1604

501 04 Hradec Králove,

Ir-Repubblika Ċeka

L-Istati Uniti tal-Amerika

Eastman Gelatine Corporation,

227 Washington Street,

Peabody, MA, 01960 L-Istati Uniti tal-Amerika

Gelita North America,

2445 Port Neal Industrial Road Sergeant Bluff, Iowa, 51054 L-Istati Uniti tal-Amerika

Il-Lussemburgu

Antwerp

Zaventem

Il-Lussemburgu

DuPont Teijin

Luxembourg SA

PO Box 1681

L-1016

Il-Lussemburgu

Ir-Renju Unit

Liverpool

Felixstowe

Kodak Ltd

Headstone Drive,

Harrow, MIDDX HA4 4TY,

Ir-Renju Unit

Eastman Gelatine Corporation, 227 Washington Street,

Peabody, MA, 01960 L-Istati Uniti tal-Amerika

Ir-Repubblika Ċeka

Hamburg

FOMA BOHEMIA spol. s r.o.

Jana Krušinky 1604

501 04 Hradec Králove,

Ir-Repubblika Ċeka’”

(2)

L-Anness III għandu jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS III

MUDELLI TAĊ-ĊERTIFIKATI TAS-SAĦĦA GĦALL-IMPORTAZZJONI MINN PAJJIŻI TERZI TA’ ĠELATINA TEKNIKA GĦALL-UŻU MILL-INDUSTRIJA FOTOGRAFIKA

Noti

(a)

Ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni ta’ ġelatina teknika għall-użu mill-industrija fotografika għandhom jiġu prodotti mill-pajjiż li jesporta, ibbażati fuq il-mudell li jidher f’dan l-Anness III. Għandu jkun fihom l-attestazzjonijiet li huma meħtieġa għal kull pajjiż terz u, skont il-każ, dawk il-garanziji supplementari li huma meħtieġa għall-pajjiżi terzi li jesportaw jew parti minnhom.

(b)

L-oriġinali ta’ kull ċertifikat għandu jikkonsisti minn paġna waħda, iż-żewġ naħat, jew fejn tinħtieġ aktar kitba, għandu jkun f’tali forma li l-paġni kollha li hemm bżonn ikunu parti magħquda b’mod integrat u li ma jistax jinqasam.

(c)

Għandu jitfassal f’mill-inqas wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Istat Membru tal-UE li fih għandha titwettaq l-ispezzjoni fl-istazzjon ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tal-UE u tal-Istat Membru tal-UE destinatarju. Madankollu, dawn l-Istati Membri jistgħu jippermettu ilsna oħra, jekk meħtieġ, akkumpanjati minn traduzzjoni uffiċjali.

(d)

Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni tal-oġġetti tal-kunsinna, jinhemżu paġni supplimentari maċ-ċertifikat, dawn il-paġni għandhom jitqiesu wkoll parti miċ-ċertifikat oriġinali permezz tal-applikazzjoni tal-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali li qed jiċċertifika, fuq kull paġna.

(e)

Meta ċ-ċertifikat, inkluzi t-tabelli supplimentari msemmija f’d), jinkludi aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tingħata numru -(numru tal-paġna) minn (numru totali ta’ paġni)– fil-qiegħ u għandha jkollha n-numru tal-kodiċi taċ-ċertifikat, li jkun ġie magħżul mill-awtorità kompetenti, fil-parti ta’ fuq tagħha.

(f)

L-oriġinali taċ-ċertifikat irid jimtela u jiġi ffirmat mill-veterinarju uffiċjali. B’dan il-mod, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li jkun qed jesporta għandhom jiżguraw li jiġu segwiti l-prinċipji taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE.

(g)

Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tat-test stampat. L-istess regola tapplika għal timbri oħra għajr dawk ibbuzzati fil-karta jew marka tal-ilma.

(h)

Iċ-ċertifikat oriġinali għandu jakkumpanja l-kunsinna fl-istazzjon ta’ spezzjoni tal-UE fuq il-fruntiera sakemm tasal sal-fabbrika fotografika destinatarja.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/88


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Diċembru 2009

dwar għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għas-sena 2010 għal ċerti laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa tal-annimali u tal-annimali ħajjin

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9965)

(Il-verżjonijiet bid-Daniż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

(2009/961/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 31(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 31(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa tal-annimali u tal-annimali ħajjin jistgħu jingħataw għajnuna mill-Unjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1754/2006 tat-28ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja tal-Komunità lil-laboratorji tal-Komunità ta’ referenza għall-għalf u l-ikel tal-annimali u għas-settur tas-saħħa tal-annimali (3) jipprevedi li l-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata jekk il-programmi ta’ ħidma approvati huma mwettqa b’mod effiċjenti u li l-benefiċjarji jagħtu t-tagħrif kollu meħtieġ matul ċerti limiti ta’ żmien.

(3)

B’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006 ir-relazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità hija stipulata fi ftehim ta’ sħubija li huwa appoġġjat minn programm ta’ ħidma multiannwali.

(4)

Il-Kummissjoni evalwat il-programmi ta’ ħidma u l-estimi ta’ baġit korrispondenti ppreżentati mil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità għas-sena 2010.

(5)

Skont dan, l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata lil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità magħżula biex iwettqu l-funzjonijiet u d-doveri stipulati fl-atti li ġejjin:

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta’ April 1992 li tistabbilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel (4),

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE tal-14 ta’ Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda Newcastle (5),

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (6),

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1993 li tintroduċi miżuri minimi Komunitarji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-ħut (7),

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE tat-22 ta’ Diċembru 1995 li tintroduċi miżuri minimi komunitarji għall-kontroll ta’ xi mard li jaffettwa l-molluski bivalvi (8),

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta’ Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (9),

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (10),

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (11),

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (12),

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (13),

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/463/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 li tinnomina l-korp ta’ referenza responsabbli biex jikkollabora biex jagħmel l-istess il-metodi tal-ittestjar u l-evalwazzjoni tar-riżultati għal annimali ta’ razza pura tal-ispeċi tal-bovini (14),

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 għal bruċellosi,

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (15),

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (16),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 tat-28 ta’ Frar 2008 li jikkonċerna l-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għall-mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2008 tat-28 ta’ Lulju 2008 li jaħtar il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għall-mard tal-krustaċji, ir-rabja u t-tuberkolożi tal-ifrat, li jistipula responsabbiltajiet u ħidmiet supplementari għal-laboratorji ta’ referenza Komunitarja għar-rabja u t-tuberkolożi tal-ifrat u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18).

(6)

L-għajnuna finanzjarja għat-tħaddim u l-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma ta’ laboratorji ta’ referenza tal-Komunità wkoll għandhom ikunu konformi mar-regoli ta’ eliġibilità stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 jistipula regoli ta’ eliġibilità għal-laqgħat ta’ ħidma organizzati mil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità. Jillimita wkoll l-għajnuna finanzjarja għal massimu ta’ 32 parteċipant fil-laqgħat ta’ ħidma. Derogi lil dik il-limitazzjoni għandhom jingħataw skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006 lil xi laboratorji ta’ referenza tal-Komunità li jeħtieġu appoġġ għal attendenza ta’ aktar minn 32 parteċipant biex jinkiseb l-aqwa riżultat tal-laqgħat ta’ ħidma tiegħu. Derogi jistgħu jinkisbu f’każ li l-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità jassumi t-tmexxija u r-responsabbiltà li jorganizza laqgħa ta’ ħidma ma’ Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità ieħor.

(8)

Skont l-Artikolu 3(2)(a) u 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni, il-qerda tal-mard tal-annimali u l-programmi ta’ kontroll (miżuri veterinarji) għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG). Barra minn hekk, l-Artikolu 13, it-tieni paragrafu tar-regolament jipprevedi li f’każijiet eċċezzjonali ġġustifikati kif jixraq, għal miżuri u programmi koperti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KEE dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju, l-infiq marbut ma’ spejjeż amministrattivi u tal-istaff imġarrba mill-Istati Membri u l-benefiċjarji ta’ għajnuna mill-FAEG għandhom jitħallas mill-Fond. Għal skopijiet ta’ kontroll finanzjarju, japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-marda Afrikana taż-żwiemel, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio Central de Sanidad Animal de Algete, Algete (Madrid), fi Spanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 92/35/KEE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) 1754/2006 imġarrba minn dak il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 150 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010, li minnha massimu ta’ EUR 50 000 għandu jkun iddedikat għall-organizzazzjoni ta’ laqgħa ta’ ħidma dwar il-marda Afrikana taż-żwiemel.

Kif imsemmi fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006, il-laboratorju msemmi fl-ewwel paragrafu se jkun intitolat li jitlob l-għajnuna finanzjarja għall-attendenza minn massimu ta’ 50 parteċipant għal-laqgħa ta’ ħidma tiegħu msemmija fit-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu billi se jorganizza laqgħa ta’ ħidma konġunta.

Artikolu 2

Għall-marda ta’ Newcastle, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil Veterinary Laboratories Agency (VLA), New Haw, Weybridge, ir-Renju Unit, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness V tad-Direttiva 92/66/KEE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 88 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 3

Għall-marda vesikulari tal-ħnieżer, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFRC Institute for Animal Health, Pirbright Laboratory, Pirbright, ir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 92/119/KEE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 120 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 4

Għall-mard tal-ħut, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil Technical University of Denmark, National Veterinary Institute, Department of Poultry, Fish and Fur Animals, Århus, id-Danimarka, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness VI tad-Direttiva 2006/88/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 255 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 5

Għall-marda tal-molluski bivalvi, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-IFREMER, La Tremblade, Franza, biex twettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness VI tad-Direttiva 2006/88/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak l-istitut għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 105 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 6

Għas-seroloġija tal-idrofobija, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFSSA, Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages, Nancy, Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2000/258/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 140 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 7

Għall-bluetongue, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFRC Institute for Animal Health, Pirbright Laboratory, Pirbright, ir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness II(B) tad-Direttiva 2000/75/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 280 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 8

Għad-deni klassiku tal-ħnieżer, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule Hannover, Hannover, il-Ġermanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 2001/89/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak l-istitut għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 385 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010 li minnha massimu ta’ EUR 25 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ laqgħa ta’ ħidma teknika dwar il-marda tal-deni klassiku tal-ħnieżer.

Artikolu 9

Għad-deni Afrikana tal-ħnieżer, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lis-Centro de Investigación en Sanidad Animal, Valdeolmos, Madrid, Spanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness V tad-Direttiva 2002/60/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 mġarrba minn dak iċ-ċentru ta’ riċerka għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 140 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 10

Għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-Institute for Animal Health, Pirbright Laboratory, of the Biotechnology and Biological Sciences Research Council (BBSRC), Pirbright, ir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness XVI tad-Direttiva 2003/85/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 350 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 11

Biex tikkollabora ħalli ġġib l-istess il-metodi tal-ittestjar u l-evalwazzjoni tar-riżultati għal annimali ta’ razza pura tal-ispeċi tal-bovini, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-INTERBULL Centre, Department of Animal Breeding and Genetics, Swedish University of Agricultural Sciences, Uppsala, l-Iżvezja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni 96/463/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak iċ-ċentru għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 150 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 12

Għall-bruċellosi, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFSSA, Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, Maisons-Alfort, Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 240 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 13

Għall-influwenza tat-tjur, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil Veterinary Laboratories Agency (VLA), New Haw, Weybridge, ir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness VII tad-Direttiva 2005/94/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 380 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 14

Għall-mard tal-krustaċeji, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (Cefas), Weymouth Laboratory, ir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fil-Parti I Anness VI tad-Direttiva 2006/88/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 140 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010 li minnha massimu ta’ EUR 30 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar il-mard tal-krustaċji.

Artikolu 15

Għall-mard ekwin għajr għal Marda Afrikana taż-Żwiemel, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFSSA, Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses/Laboratoire d’études et de recherche en pathologie equine, Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 180/2008.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 530 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010 li minnha massimu ta’ EUR 30 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ laqgħa ta’ ħidma teknika dwar il-mard ekwin.

Artikolu 16

Għall-idrofobija, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFSSA, Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages, Nancy, Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 737/2008.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 275 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010, li minnha massimu ta’ EUR 25 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ laqgħa ta’ ħidma teknika dwar l-idrofobija.

Artikolu 17

Għat-tuberkulożi, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio de Vigilancia Veterinaria (VISAVET) of the Facultad de Veterinaria, Universidad Complutense de Madrid, Madrid, Spanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 737/2008.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 150 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 18

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:

Għall-mard Afrikan taż-żwiemel: Laboratorio Central de Sanidad Animal, Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación, Ctra. De Algete km. 8, Valdeolmos, 281100, Algete (Madrid), Spanja;

Għall-Marda Newcastle: Veterinary Laboratories Agency (VLA) Weybridge, New Haw Addlestone Surrey KT15 3NB, Ir-Renju Unit;

Għall-marda vesikulari tal-Ħnieżer: AFRC Institute for Animal Health, Pirbright Laboratory, Pirbright, Woking, Surrey GU24 ONF, ir-Renju Unit;

Għall-mard tal-ħut: it-Technical University of Denmark, National Veterinary Institute, Department of Poultry, Fish and Fur Animals, Hangøvej 2, 8200 Århus, id-Danimarka;

Għall-mard tal-molluski bivalvi: IFREMER, B.P. 133, 17390 La Tremblade, Franza;

Għas-seroloġija tal-idrofobija: AFSSA, Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages, site de Nancy, Domaine de Pixérécourt, BP 9, F-54220 Malzéville, Franza;

Għall-bluetongue: AFRC Institute for Animal Health, Pirbright Laboratory, Pirbright, Woking, Surrey GU24 ONF, ir-Renju Unit;

Għad-deni klassiku tal-ħnieżer: Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule, Bischofsholer Damm 15 D-3000, Hannover, il-Ġermanja;

Għad-deni Afrikan tal-ħnieżer: Centro de Investigación en Sanidad Animal, Ctra. De Algete a El Casar, Valdeolmos 28130, Madrid, Spanja;

Għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer: AFRC Institute for Animal Health, Pirbright Laboratory, Pirbright, Woking, Surrey GU24 ONF, ir-Renju Unit;

INTERBULL Centre, Departiment of Animal Beeding and Genetics SLU, Swedish University of Agricultural Sciences, Box: 7023; S-750 07 Uppsala, l-Iżvezja;

Għall-bruċellożi: AFSSA, Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, 23 avenue du Général de Gaulle 94706 Maisons-Alfort, Cedex Franza;

Għall-influwenza tat-Tjur: Veterinary Laboratories Agency, Weybridge, New Haw Addlestone Surrey KT15 3NB ir-Renju Unit;

Għall-mard tal-krustaċeji: Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (Cefas), Weymouth Laboratory, The Nothe, Barrack Road, Weymouth, Dorset DT4 8UB, ir-Renju Unit;

Għall-mard ekwin: AFSSA, Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, 23 avenue du Général de Gaulle, 94706 Maisons-Alfort, Cedex Franza;

Għall-idrofobija: AFSSA, Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages, site de Nancy, Domaine de Pixérécourt, BP 9, F-54220 Malzéville, Franza;

Għat-tuberkolożi: VISAVET - Laboratorio de vigilancia veterinaria, Facultad de Veterinaria, Universidad Complutense de Madrid, Avda. Puerta de Hierro, s/n. Ciudad Universitaria, 28040. Madrid, Spanja.;

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 331, 29.11.2006, p. 8.

(4)  ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19.

(5)  ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1.

(6)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69.

(7)  ĠU L 175, 19.7.1993, p. 23.

(8)  ĠU L 332, 30.12.1995, p. 33.

(9)  ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.

(10)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.

(11)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.

(12)  ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27.

(13)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.

(14)  ĠU L 192, 2.8.1996, p. 19.

(15)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(16)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(17)  ĠU L 56, 29.2.2008, p. 4.

(18)  ĠU L 201, 30.7.2008, p. 29.


16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/93


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9976)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/962/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu (f) tat-Taqsima B tal-Kapitolu 4 tal-Anness VI tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bulgarija ngħatat perjodi ta’ tranżizzjoni bl-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija biex ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1).

(2)

Il-Bulgarija pprovdiet garanziji li wieħed u għoxrin stabbiliment tal-ipproċessar tal-ħalib lestew il-proċess ta’ aġġornament tagħhom u issa huma konformi b’mod sħiħ mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Tlettax minn dawn l-istabbilimenti għandhom il-permess li jirċievu u jipproċessaw ħalib nej, konformi u mhux konformi, mingħajr separazzjoni. Wieħed minn dawk it-13-il stabbiliment kien diġà fuq il-lista tal-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI. Tnax-il stabbiliment għalhekk għandhom jiżdiedu mal-lista tal-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI.

(3)

L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.


ANNESS

Fil-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

Lokalità/Triq jew Raħal/Reġjun

“65.

BG 2412037

‘Stelimeks’ EOOD

s. Asen

66.

0912015

“Anmar” OOD

s.Padina

obsht.Ardino

67.

0912016

OOD “ Persenski”

s. Zhaltusha

obsht.Ardino

68.

1012014

ET “Georgi Gushterov DR”

s. Yahinovo

69.

1012018

“Evro miyt end milk” EOOD

gr.Kocherinovo

obsht. Kocherinovo

70.

1112017

ET ‘Rima-Rumen Borisov’

s.Vrabevo

71.

1312023

‘Inter-D’ OOD

s.Kozarsko

72.

1612049

‘Alpina -Milk’ EOOD

s. Zhelyazno

73.

1612064

OOD ‘Ikay’

s. Zhitnitsa

osht.Kaloyanovo

74.

2112008

MK ‘Rodopa milk’

s. Smilyan

obsht.Smolyan

75.

2412039

‘Penchev’ EOOD

gr.Chirpan

ul. ‘Septemvriytsi’ 58

76.

2512021

“Keya-Komers-03” EOOD

s. Svetlen”


16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/95


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-10 ta’ Diċembru 2009

li temenda il-Linja Gwida BĊE/2008/18 dwar bidliet temporanji fir-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-garanziji

(BĊE/2009/24)

(2009/963/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u partikolarment l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2),

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3, flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikolu 18.2 u l-ewwel paragrafu ta l-Artikolu 20,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li jestendi t-twessiegħ ta’ ċerti kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-garanziji stabbiliti fil-Linja Gwida BĊE/2008/18tal-21 ta’ Novembru 2008 dwar bidliet temporanji fir-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-garanziji (1).

(2)

Huwa għalhekk neċessarju li l-Linja Gwida BĊE/2008/18 tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Il-Linja Gwida BĊE/2008/18 hija emendata kif ġej:

L-Artikolu 10(2) qed jiġi mibdul b’li ġej:

‘Din il-Linja Gwida għandha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2010 jew sad-data tal-iskadenza tal-operazzjoni ta’ finanzjament mill-ġdid tal-aħħar 12-il xahar imnedija sal-31 ta’ Diċembru 2010, tkun liema tkun l-aħħar.’

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 3

Indirizzati u miżuri għall-implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri parteċipanti.

2.   Il-BĊNi għandhom jinnotikaw lill-BĊE dwar il-mod li permezz tiegħu be ħsiebhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 314, 25.11.2008, p. 14.