ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.324.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 324

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
10 ta' Diċembru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali

23

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

10.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/1


REGOLAMENT (KE) Nru 1185/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Novembru 2009

dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegћu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, fid-dawl tat-Test Konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fl-10 ta’ Novembru 2009 (2),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Komunità (3) gћarfet li l-impatt tal-pestiċidi fuq is-saћћa tal-bniedem u fuq l-ambjent, b’mod partikolari l-pestiċidi li jintużaw fl-agrikoltura, gћandu jitnaqqas iżjed. Din enfasizzat il-ћtieġa sabiex ikun hemm użu aktar sostenibbli tal-pestiċidi, waqt li sejћet gћal tnaqqis ġenerali sinifikanti tar-riskji u għall-użu ta’ pestiċidi li jkunu konsistenti mal-protezzjoni meћtieġa gћall-prodotti tar-raba’.

(2)

Fil-Komunikazzjoni tagћha lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li ġġib l-isem “Lejn Strateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi”, il-Kummissjoni gћarfet il-ћtieġa gћal statistika dettaljata, armonizzata u aġġornata dwar il-bejgћ u l-użu ta’ pestiċidi fuq livell Komunitarju. Tali statistika hija meћtieġa sabiex jiġu vvalutati linji politiċi tal-Unjoni Ewropea dwar l-iżvilupp sostenibbli u sabiex jiġu kkalkulati l-indikaturi rilevanti dwar ir-riskji gћas-saћћa u gћall-ambjent li huma relatati mal-użu tal-pestiċidi.

(3)

L-istatistika armonizzata u komparabbli tal-Komunità dwar il-bejgћ u l-użu tal-pestiċidi hija essenzjali gћall-iżvilupp u gћall-monitoraġġ tal-leġislazzjoni u tal-linji politiċi tal-Komunità fil-kuntest tal-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi.

(4)

Ladarba l-effetti tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (4) mhux se jsiru evidenti sakemm tkun ġiet iffinalizzata l-ewwel valutazzjoni dwar is-sustanzi attivi gћall-użu fi prodotti bijoċidali, la l-Kummissjoni u lanqas ћafna mill-Istati Membri m’gћandhom bћalissal-gћarfien u l-esperjenza biżżejjed sabiex jipproponu aktar miżuri dwar il-bijoċidi. L-ambitu ta’ dan ir-Regolament għandu gћalhekk ikun limitat gћall-pestiċidi li huma prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li huma koperti bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegћid fis-suq ta’ prodotti gћall-protezzjoni tal-pjanti (5), li fir-rigward tagħhom teżisti diġà esperjenza sostanzjali f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġbir tad-data.

(5)

Madankollu, huwa antiċipat li, b’kont meħud tar-riżultati tal-evalwazzjoni tad-Direttiva 98/8/KE u fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni dwar l-impatt, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament se jkun estiż biex ikopri l-prodotti bijoċidali.

(6)

Gћal ћafna snin l-esperjenza tal-Kummissjoni fil-ġbir ta’ data dwar il-bejgћ u l-użu ta’ pestiċidi uriet il-ћtieġa li jkun hemm metodoloġija armonizzata gћall-ġbir ta’ statistika fuq livell Komunitarju kemm mill-istadju ta’ tqegħid fis-suq kif ukoll mill-utenti. Barra minn hekk, minћabba l-gћan li jiġu kkalkulati indikaturi ta’ riskju preċiżi skont l-gћanijiet ta l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi, l-istatistika jeћtieġ li tkun dettaljata sal-livell tas-sustanzi attivi.

(7)

Fost l-gћażliet differenti tal-ġbir ta’ data li ġew evalwati fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi, il-ġbir mandatorju tad-data ġie rakkomandat bћala l-aћjar gћażla gћaliex dan ikun jippermetti, malajr u bl-inqas spiża possibbli, l-iżvilupp ta data preċiża u affidabbli dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ pestiċidi malajr u bi prezz effiċjenti.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (6) jikkostitwixxi r-referenza qafas għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jirrikjedu, b’mod partikolari, konformità mal-istandards ta’ indipendenza professjonali, imparzjalità, oġġettività, affidabbiltà, effikaċja b’kont meħud tal-prezz u kunfidenzjalità statistika.

(9)

It-trasmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità dwar l-istatistika hija rregolata mir-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Il-miżuri meħuda skont dawk ir-Regolamenti jiżguraw il-protezzjoni fiżika u loġika tad-data kunfidenzjali u jiżgura li l-ebda żvelar illegali jew użu mhux għal skop statistiku ma jsir meta tiġi pproċessata u mxerrda l-istatistika Komunitarja.

(10)

Il-pubblikazzjoni u t-tixrid tad-data li tinġabar skont dan ir-Regolament huwa regolat mir-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Il-miżuri, meħuda skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009, jiżguraw il-protezzjoni fiżika u loġika tad-data kunfidenzjali u jiżguraw li ma jsir ebda żvelar illegali jew użu mhux għal skop statistiku meta tiġi pproċessata u mxerrda l-istatistika Komunitarja.

(11)

Id-data dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ pestiċidi li għandha tiġi ppreżentata skont id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u ral-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabilixxi qafas għal azzjoni tal-Komunità sabiex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (7) u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandhom jiġu evalwati skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dik id-Direttiva u ta’ dak ir-Regolament.

(12)

Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali (8) għar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (9).

(13)

Sabiex jiġu żgurati riżultati komparabbli, statistika dwar il-pestiċidi gћandha tiġi ġġenerata skont tqassim speċifikat, forma xierqa u f’perijodu fiss ta’ żmien mit-tmiem tas-sena ta’ referenza, kif definit fl-Annessi gћal dan ir-Regolament.

(14)

Il-miżuri meћtieġa gћall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament gћandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta Ġunju 1999 li jistabbilixxu l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ setgħat implimentattivi kkonferiti fuq il-Kummissjoni (10).

(15)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tiddefinixxi ż-żona ttrattata u tadatta l-Anness III. Peress li dawn il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia jissupplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(16)

Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, notevolment l-istabbiliment ta’ qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika Komunitarja dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ pestiċidi, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u jista’għalhekk jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(17)

Il-Kumitat għall-Programmi Statistiċi stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (11), ġie kkonsultat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u għanijiet

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni gћall-produzzjoni sistematika ta’ statistika tal-Komunità dwar it-tqegћid fis-suq ta’ dawk il-pestiċidi li huma prodotti gћall-protezzjoni tal-pjanti, kif definit fil-punt (i) ta’ punt (a) tal-Artikolu 2.

2.   L-istatistika gћandha tapplika gћal:

l-ammonti annwali ta’ pestiċidi li jitqiegħdu fis-suq skont l-Anness I;

l-ammonti annwali ta’ pestiċidi użati skont l-Anness II.

3.   L-istatistika għandha, b’mod partikolari, flimkien ma’ data rilevanti oħra sservi l-finijiet tal-Artikoli 4 u 15 tad-Direttiva 2009/128/KE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Gћall-gћanijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin gћandhom japplikaw:

(a)

“pestiċidi” tfisser:

(i)

prodott gћall-protezzjoni tal-pjanti kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

(ii)

prodott bijoċidali kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 98/8/KE.

(b)

“sustanzi” tfisser sustanzi kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, inkluż sustanzi attivi, aġenti protettivi u sinerġisti;

(ċ)

“sustanzi attivi” tfisser sustanzi attivi kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

(d)

“aġenti protettivi” tfisser aġenti protettivi kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(3a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

(e)

“sinerġisti” tfisser sinerġisti kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(3b) tar-Regolament (KE) Nru1107/2009;

(f)

“tqegħid fis-suq” tfisser tqegħid fis-suq kif definit fil-punt 9 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

(g)

“detentur ta’ awtorizzazzjoni” tfisser detentur ta’ awtorizzazzjoni kif definit fil-punt 24 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

(h)

“użu agrikolu” tfisser kwalunkwe tip ta’ applikazzjoni ta’ prodott gћall-protezzjoni tal-pjanti assoċjat direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta’ prodotti tal-pjanti fil-kuntest tal-attività ekonomika ta’ impriża agrikola;

(i)

“utent professjonali” tfisser utent professjonali kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/128/KE;

(j)

“impriża agrikola” tfisser impriża agrikola kif definita fir-Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar stħarriġ ta’ strutturi ta’ impriżi agrikoli u l-istħarriġ dwar il-metodi ta’ produzzjoni agrikola (12).

Artikolu 3

Ġbir, trasmissjoni u pproċessar tad-data

1.   L-Istati Membri gћandhom jiġbru d-data meћtieġa gћall-ispeċifikazzjoni tal-karatteristiċi elenkati fl-Anness I fuq bażi annwali u għall-ispeċifikazzjoni tal-karatteristiċi elenkati fl-Anness II f’perjodi ta’ ħames snin permezz ta’:

l-istћarriġ,

informazzjoni dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ pestiċidi b’kont meħud, b’mod partikolari, tal-obbligi taħt l-Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009,

is-sorsi amministrattivi, jew

kombinazzjoni ta’ dawn il-mezzi, inkluż proċeduri ta’ stima statistika abbażi ta’ deċiżjonijiet jew mudelli esperti.

2.   L-Istati Membri gћandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) ir-riżultati tal-istatistika, inkluż id-data kunfidenzjali, skont l-iskedi u fil-limiti ta’ żmien speċifikati fl-Annessi I u II. Id-data gћandha tiġi ppreżentata skont il-klassifikazzjoni mogћtija fl-Anness III.

3.   L-Istati Membri gћandhom jittrasmettu d-data f’verżjoni elettronika, skont il-format tekniku xieraq li jrid jiġi adottat mill-Kummissjoni (Eurostat) skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2).

4.   Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tiġbor id-data qabel il-pubblikazzjoni skont il-klassijiet kimiċi jew kategoriji ta’ prodotti indikati fl-Anness III, b’kont debitu meħud tal-protezzjoni ta’ data kunfidenzjali fil-livell tal-Istat Membru individwali. Id-data kunfidenzjali għandha tintuża mill-awtoritajiet nazzjonali u mill-Kummissjoni (Eurostat) esklussivament għal finijiet ta’ statistika, konformement mal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-kwalità

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw il-kriterji tal-kwalità kif inhu stipulat fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) rapporti dwar il-kwalità tad-data trasmessa fl-Annessi I u II. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-data trasmessa.

Artikolu 5

Miżuri implimentattivi

1.   Il-format tekniku xieraq għat-trasmissjoni ta’ data għandu jiġi adottat skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 6(2).

Jekk ikun meħtieġ il-Kummissjoni tista’ timmodifika r-rekwiżiti relatati mal-għoti ta’ rapporti ta’ kwalità deskritti fit-Taqsima 6 tal-Annessi I u II. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawhom, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(3).

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta d-definizzjoni ta’ “żona ttrattata” kif imsemmija fit-Taqsima 2 tal-Anness II. Din il-miżura, imfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(3).

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-lista ta’ sustanzi li għandhom jiġu koperti u l-klassifikazzjoni tagħhom f’kategoriji ta’ prodotti u klassijiet kimiċi kif stipulat fl-Anness III fuq bażi regolari u mill-inqas kull ħames snin. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(3).

Artikolu 6

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni gћandha tkun assistita mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit mill-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

2.   Fejn issir referenza gћal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta l-Artikolu 8 tagћha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE gћandu jkun ta’ tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 7

Rapport

Il-Kummissjoni gћandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull ћames snin. Dan ir-rapport għandu jivvaluta b’mod partikolari l-kwalità tad-data trasmessa, kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-metodi tal-ġbir tad-data, il-piż fuq in-negozji, l-impriżi agrikoli u l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-utilità ta’ din l-istatistika fil-kuntest tal-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi, b’mod partikolari fir-rigward tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1. Huwa għandu jinkludi, jekk ikun xieraq, proposti mfassla biex tkompli titjieb il-kwalità tad-data kif ukoll il-metodi tal-ġbir tad-data biex b’hekk jittejbu l-kopertura u l-komparabbiltà tad-data, u jitnaqqas il-piż fuq in-negozji, l-impriżi agrikoli u l-amministrazzjonijiet nazzjonali.

L-ewwel rapport gћandu jiġi sottomess sal-31 ta’ Diċembru 2016.

Artikolu 8

Dћul fis-seћћ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, 25 ta’ Novembru 2009.

Gћall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Gћall-Kunsill

Il-President

Å. TORSTENSSON


(1)  ĠU C 256, 27.10.2007, p. 86.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2008 (ĠU C 66 E, 20.3.2009, p. 98) u Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2008 (ĠU C 38 E, 17.2.2009, p. 1) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2009 (għada mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2009 u Riżoluzzjoni Leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Novembru 2009.

(3)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(5)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(6)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

(7)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71.

(8)  ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.

(9)  ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13.

(10)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(11)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.

(12)  ĠU L 321, 1.12.2008, p. 14.


ANNESS I

STATISTIKA DWAR IT-TQEGЋID FIS-SUQ TA’ PESTIĊIDI

Taqsima 1

Kopertura

L-istatistika għandha tkopri sustanzi elenkati fl-Anness III li huma nklużi fil-pestiċidi fis-suq ta’ kull Stat Membru. Gћandha tingћata attenzjoni speċjali sabiex jiġi evitat l-gћadd doppju f’każ li l-prodott jiġi rikondizzjonat jew f’każ li jkun hemm trasferiment tal-awtorizzazzjoni bejn id-detenturi ta’ awtorizzazzjoni.

Taqsima 2

Varjabbli

Gћandha tiġi kkompilata l-kwantità ta’ kull sustanza elenkata fl-Anness III li hija inkluża fil-pestiċidi mqiegħda fis-suq f’kull Stat Membru.

Taqsima 3

Miżuri ta’ rappurtar

Id-data gћandha tiġi espressa f’kilogrammi ta’ sustanzi.

Taqsima 4

Perijodu ta’ referenza

Il-perijodu ta’ referenza gћandu jkun ta’ sena kalendarja.

Taqsima 5

L-ewwel perijodu ta’ referenza, il-perjodiċità u t-trasmissjoni tar-riżultati

1.

L-ewwel perijodu ta’ referenza huwa t-tieni sena kalendarja wara 30 ta’ Diċembru 2009.

2.

Wara l-ewwel perijodu ta’ referenza l-Istati Membri għandhom ifornu d-data għal kull sena kalendarja. Dawn għandhom jippubblikaw dik id-data, b’mod partikolari fuq l-Internet konformement mar-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità statistika kif stipulati fir-Regolament (KE) Nru 223/2009, bil-għan li li l-pubbliku jinżamm informat.

3.

Id-data gћandha tiġi trasmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien 12-il xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza.

Taqsima 6

Rapport dwar il-kwalità

L-Istati Membri gћandhom ifornu lill-Kummissjoni (Eurostat) b’rapport dwar il-kwalità, imsemmi fl-Artikolu 4, li jindika:

il-metodoloġija użata gћall-ġbir tad-data;

l-aspetti rilevanti tal-kwalità skont il-metodoloġija użata gћall-ġbir tad-data;

deskrizzjoni tal-istimi, tal-aggregazzjonijiet u tal-metodi ta’ esklużjoni li jiġu użati.

Dan ir-rapport gћandu jintbagћat lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien 15-il xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza.


ANNESS II

STATISTIKA DWAR L-UŻU AGRIKOLU TA’ PESTIĊIDI

Taqsima 1

Kopertura

1.

L-istatistika għandha tkopri sustanzi elenkati fl-Anness III li huma inklużi “pestiċidi fuq kull prodott tar-raba” magħżul f’kull Stat Membru.

2.

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-għażla ta’ wċuħ tar-raba’ li jridu jiġu koperti matul il-perijodu ta’ ħames snin definit fit-Taqsima 5. L-għażla għandha titfassal biex tkun rappreżentattiva tal-uċuħ tar-raba’ kkoltivati fl-Istat Membru u tas-sustanzi użati.

L-għażla tal-prodotti tar-raba’ għandha tieħu kont tal-iżjed prodotti tar-raba’ rilevanti għall-pjani nazzjonali ta’ azzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/128/KE.

Taqsima 2

Varjabbli

Għal kull prodott tar-raba’ magħżul, għandhom jiġu kkompilati l-varjabbli li ġejjin:

(a)

il-kwantità ta’ kull sustanza elenkata fl-Anness III li hija inkluża fil-pestiċidi użati fuq dan il-prodott tar-raba’, u

(b)

iż-żona ttrattata b’kull sustanza.

Taqsima 3

Miżuri ta’ rappurtar

1.

Il-kwantitatjiet ta’ sustanzi użati gћandhom jiġu espressi f’kilogrammi.

2.

Żoni ttrattati għandhom jiġu espressi f’ettari.

Taqsima 4

Perijodu ta’ referenza

1.

Il-perijodu ta’ referenza għandu, fil-prinċipju, ikun perijodu ta’ massimu ta’ 12-il xahar li jkopri it-trattamenti ta’ protezzjoni tal-pjanti assoċjatati direttament jew indirettament mal-wiċċ tar-raba’.

2.

Il-perijodu ta’ referenza għandu jkun irrappurtat bħala s-sena li fiha jkun beda l-ħsad.

Taqsima 5

L-ewwel perijodu ta’ referenza, il-perjodiċità u t-trasmissjoni tar-riżultati

1.

Gћal kull perijodu ta’ ћames snin, l-Istati Membri gћandhom jikkompilaw statistika dwar l-użu tal-pestiċidi gћal kull prodott tar-raba li jiġi magћżul f’perijodu ta’ referenza, kif definit fit-Taqsima 4.

2.

L-Istati Membri jistgћu jagћżlu l-perijodu ta’ referenza fi kwalunkwe żmien tal-perijodu ta’ ћames snin. L-gћażla gћal kull prodott tar-raba’ li jiġi magћżul tista’ ssir b’mod indipendenti.

3.

L-ewwel perijodu ta’ ћames snin gћandu jibda fl-ewwel sena kalendarja wara 30 ta’ Diċembru 2009.

4.

L-Istati Membri gћandhom ifornu d-data gћal kull perijodu ta’ ћames snin.

5.

Id-data gћandha tiġi trasmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien 12-il xahar mit-tmiem ta’ kull perijodu ta’ ћames snin u għandha tiġi ppubblikata, b’mod partikolari fl-Internet konformement mar-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità statistika kif stipulati fir-Regolament (KE) Nru 223/2009, bil-għan li l-pubbliku jinżamminformat.

Taqsima 6

Rapport dwar il-kwalità

Meta jitrasmettu r-riżultati tagħhom, l-Istati Membri għandhom ifornu lill-Kummissjoni (Eurostat) b’rapport dwar il-kwalità, imsemmi fl-Artikolu 4, li jindika:

it-tfassil tal-metodoloġija tat-teћid ta’ kampjuni;

il-metodoloġija użata gћall-ġbir tad-data;

stima dwar l-importanza relattiva tal-ћxejjex koperti fir-rigward tal-ammont ġenerali ta’ pestiċidi li jiġu użati;

l-aspetti rilevanti tal-kwalità skont il-metodoloġija użata gћall-ġbir tad-data;

paragun bejn id-data dwar il-pestiċidi li jiġu użati matul il-perijodu ta’ ћames snin u l-pestiċidi li jitpoġġew fis-suq matul il-ћames snin korrispondenti;

sommarju deskrittiv tal-użi kummerċjali mhux agrikoli tal-pestiċidi miksub fil-qafas tal-istudju pilota li għandu jitwettaq mill-Kummissjoni (Eurostat).


ANNESS III

KLASSIFIKAZZJONI ARMONIZZATA TA’ SUSTANZI

GRUPPI MAĠĠURI

Kodiċi

Klassi Kimika

ismijiet komuni tas-sustanzi

CAS RN (1)

CIPAC (2)

Kategoriji ta’ prodotti

 

 

Nomenklatura Komuni

 

 

Funguċidi u Batteriċidi

F0

 

 

 

 

Funguċidi inorganiċi

F1

 

 

 

 

 

F1.1

KOMPOSTI TAR-RAM

KOMPOSTI TAR-RAM KOLLHA

 

44

 

F1.1

 

TAĦLITA BORDEAUX

8011-63-0

44

 

F1.1

 

IDROSSIDU TAR-RAM

20427-59-2

44

 

F1.1

 

OSSIKLORIDU TAR-RAM

1332-40-7

44

 

F1.1

 

SULFAT TAR-RAM TRIBAŻIKU

1333-22-8

44

 

F1.1

 

OSSIDU TAR-RAM (I)

1319-39-1

44

 

F1.1

 

MELĦ IEĦOR TAR-RAM

 

44

 

F1.2

KUBRIT INORGANIKU

KUBRIT

7704-34-9

18

 

F1.3

FUNGUĊIDI INORGANIĊI OĦRA

FUNGUĊIDI INORGANIĊI OĦRA

 

 

Funguċidi bbażati fuq il-karbamati u fuq id-ditjokarbamati

F2

 

 

 

 

 

F2.1

FUNGUĊIDI TAL-KARBANILAT

DITOFENKARB

87130-20-9

513

 

F2.2

FUNGUĊIDI TAL-KARBAMAT

BENTAVALIKARB

413615-35-7

744

 

F2.2

 

IPROVALIKARB

140923-17-7

620

 

F2.2

 

PROPAMOKARB

24579-73-5

399

 

F2.3

FUNGUĊIDI TAD- DITJOKARBAMAT

MANKOŻEB

8018-01-7

34

 

F2.3

 

MANEB

12427-38-2

61

 

F2.3

 

METIRAM

9006-42-2

478

 

F2.3

 

PROPINEB

12071-83-9

177

 

F2.3

 

TIRAM

137-26-8

24

 

F2.3

 

ŻŻIRAM

137-30-4

31

Funguċidi bbażati fuq il-benżimidażoli

F3

 

 

 

 

 

F3.1

FUNGUĊIDI TAL-BENŻIMIDAŻOLI

KARBENDAŻIMU

10605-21-7

263

 

F3.1

 

FUBERIDAŻOLU

3878-19-1

525

 

F3.1

 

TIJABENDAŻOLU

148-79-8

323

 

F3.1

 

TIJOFANAT-METIL

23564-05-8

262

Funguċidi bbażati fuq l-imidażoli u fuq it-trijażoli

F4

 

 

 

 

 

F4.1

FUNGUĊIDI TAL-KONAŻOL

BITERTANOLU

55179-31-2

386

 

F4.1

 

BROMUKONAŻOLU

116255-48-2

680

 

F4.1

 

ĊIROKONAŻOLU

94361-06-5

600

 

F4.1

 

DIFENOKONAŻOLU

119446-68-3

687

 

F4.1

 

DINIKONAŻOLU

83657-24-3

690

 

F4.1

 

EPOSSIKONAŻOLU

106325-08-0

609

 

F4.1

 

ETRIDAŻOLU

2593-15-9

518

 

F4.1

 

FENBUKONAŻOLU

114369-43-6

694

 

F4.1

 

FLUKINKONAŻOLU

136426-54-5

474

 

F4.1

 

FLUSILAŻOLU

85509-19-9

435

 

F4.1

 

FLUTRAFOLU

76674-21-0

436

 

F4.1

 

HESSAKONAŻOLU

79983-71-4

465

 

F4.1

 

IMAŻALIL (ENILKONAŻOLU)

58594-72-2

335

 

F4.1

 

METKONAZOLU

125116-23-6

706

 

F4.1

 

MIKLOBUTANILU

88671-89-0

442

 

F4.1

 

PENKONAŻOLU

66246-88-6

446

 

F4.1

 

PROPIKONAŻOLU

60207-90-1

408

 

F4.1

 

PROTIKONAŻOLU

178928-70-6

745

 

F4.1

 

TEBUKONAŻOLU

107534-96-3

494

 

F4.1

 

TETRAKONAŻOLU

112281-77-3

726

 

F4.1

 

TRIDIMENOLU

55219-65-3

398

 

F4.1

 

TRIKĊILAŻOLU

41814-78-2

547

 

F4.1

 

TRIFLUMIŻOLU

99387-89-0

730

 

F4.1

 

TRITIKONAŻOLU

131983-72-7

652

 

F4.2

FUNGUĊIDI tal-IMIDAŻOL

ĊIŻOFAMIDU

120116-88-3

653

 

F4.2

 

FENAMIDONU

161326-34-7

650

 

F4.2

 

TRAŻOSSIDU

72459-58-6

729

Funguċidi bbażati fuq il-morfolini

F5

 

 

 

 

 

F5.1

FUNGUĊIDI TAL-MORFOLIN

DIMETOMORFU

110488-70-5

483

 

F5.1

 

DODEMORFRU

1593-77-7

300

 

F5.1

 

FENPROPIMORFRU

67564-91-4

427

Funguċidi oћra

F6

 

 

 

 

 

F6.1

FUNGUĊIDI TAN-NITROĠENU ALIFATIKU

ĊIMOSSANILU

57966-95-7

419

 

F6.1

 

DODINU

2439-10-3

101

 

F6.1

 

GWAŻATONU

108173-90-6

361

 

F6.2

FUNGUĊIDI tal-AMIDE

BENALASSILU

71626-11-4

416

 

F6.2

 

BOSKALIDU

188425-85-6

673

 

F6.2

 

FLUTOLANILU

66332-96-5

524

 

F6.2

 

MEPRONILU

55814-41-0

533

 

F6.2

 

METALASSILU

57837-19-1

365

 

F6.2

 

METALASSILU-M

70630-17-0

580

 

F6.2

 

PROKLORAŻU

67747-09-5

407

 

F6.2

 

SILTOFAMU

175217-20-6

635

 

F6.2

 

TOLIFLUANIDU

731-27-1

275

 

F6.2

 

ŻOSSAMIDU

156052-68-5

640

 

F6.3

FUNGUĊIDI tal-ANILIDE

KKRBOSSINU

5234-68-4

273

 

F6.3

 

FENESSAMIDU

126833-17-8

603

 

F6.4

FUNGUĊIDI-BATTERIĊIDI ANTIBIJOTIĊI

KASUGAMISSINU

6980-18-3

703

 

F6.4

 

POLIJOSSINI

11113-80-7

710

 

F6.4

 

STREPTOMIĊIN

57-92-1

312

 

F6.5

FUNGUĊIDI AROMATIĊI

KLOROTALONIL

1897-45-6

288

 

F6.5

 

DIKLORAN

99-30-9

150

 

F6.6

FUNGUĊIDI TAD-DIKARBOSSIDU

IPRODJONU

36734-19-7

278

 

F6.6

 

PROSSIMIDONU

32809-16-8

383

 

F6.7

FUNGUĊIDI TAD-DINITRONILIN

FLUAŻINAM

79622-59-6

521

 

F6.8

FUNGUĊIDI TAD- DINITROFENOL

DINOKAP

39300-45-3

98

 

F6.9

FUNGUĊIDI tal-ORGANOFOSFRU

FOSETIL

15845-66-6

384

 

F6.9

 

TOLKLOFOS-METIL

57018-04-9

479

 

F6.10

FUNGUĊIDI tal-OSSAŻOL

IMESSAŻOL

10004-44-1

528

 

F6.10

 

FAMOSSADONU

131807-57-3

594

 

F6.10

 

VINKLOŻOLINU

50471-44-8

280

 

F6.11

FUNGUĊIDI TAL-FENILPIROLU

FLUDIOSSONILU

131341-86-1

522

 

F6.12

FUNGUĊIDI TAL-FITALIMIDE

KAPTAN

133-06-2

40

 

F6.12

 

FOLPET

133-07-3

75

 

F6.13

FUNGUĊIDI TAL-PIRIMIDIN

BUPIRMAT

41483-43-6

261

 

F6.13

 

ĊIPRODINIL

121552-61-2

511

 

F6.13

 

FENARIMOL

60168-88-9

380

 

F6.13

 

MEPANIFIRIM

110235-47-7

611

 

F6.13

 

FIRIMETANIL

53112-28-0

714

 

F6.14

FUNGUĊIDI TAL-KINOLINA

KINOSSIFEN

124495-18-7

566

 

F6.14

 

8-SULFAT IDROSSKINOLONU

134-31-6

677

 

F6.15

FUNGUĊIDI TAL-KINON

DITJANON

3347-22-6

153

 

F6.16

FUNGUĊIDI tal-ISTROBILURIN

AŻOSSITROBIN

131860-33-8

571

 

F6.16

 

DIMOSSITROBIN

149961-52-4

739

 

F6.16

 

FLUSASTROBIN

361377-29-9

746

 

F6.16

 

KRESOSSIM-METIL

143390-89-0

568

 

F6.16

 

PIKOSSITROBIN

117428-22-5

628

 

F6.16

 

PIRAKLOSTROBIN

175013-18-0

657

 

F6.16

 

TRIFLOSSISTROBIN

141517-21-7

617

 

F6.17

FUNGUĊIDI tal-UREA

PENĊIKORON

66063-05-6

402

 

F6.18

FUNGUĊIDI MHUX KLASSIFIKATI

AĊIBENŻOLAR

126448-41-7

597

 

F6.18

 

AĊIDU BENŻOJKU

65-85-0

622

 

F6.18

 

DIKLOROFEN

97-23-4

325

 

F6.18

 

FENPROPIDIN

67306-00-7

520

 

F6.18

 

METRAFENONU

220899-03-6

752

 

F6.18

 

2-FENIFENOL

90-43-7

246

 

F6.18

 

SPIROSSAMIN

118134-30-8

572

 

F6.19

FUNGUĊIDI OĦRA

FUNGUĊIDI OĦRA

 

 

Erbiċidi, il-Prodotti li Jeqirdu z-Zkuk u l-Prodotti li Joqtlu l-Ħażiż

H0

 

 

 

 

Erbiċidi bbażati fuq il-fenossidu-fitormoniku

H1

 

 

 

 

 

H1.1

ERBIĊIDI TAL-FENOSSIDU

2,4-D

94-75-7

1

 

H1.1

 

2,4-DB

94-82-6

83

 

H1.1

 

DIKLORPROP-P

15165-67-0

476

 

H1.1

 

MCPA

94-74-6

2

 

H1.1

 

MCPB

94-81-5

50

 

H1.1

 

MEKOPROP

7085-19-0

51

 

H1.1

 

MEKOPROP-P

16484-77-8

475

Erbiċidi bbażati fuq it-trijażini u fuq it-trijażinoni

H2

 

 

 

 

 

H2.1

ERBIĊIDI TAL-METILTOTRAŻINU

METOPROTRINU

841-06-5

94

 

H2.2

ERBIĊIDI TAT-TRAŻIN

SIMETRIN

1014-70-6

179

 

H2.2

 

TERBUTALAŻINU

5915-41-3

234

 

H2.3

ERBIĊIDI TAT-TRIŻINONU

METAMITRON

41394-05-2

381

 

H2.3

 

METRIBUŻIN

21087-64-9

283

Erbiċidi bbażati fuq l-amidi u fuq l-anilidi

H3

 

 

 

 

 

H3.1

ERBIĊIDI tal-AMIDE

BEFLUBUTAMID

113614-08-7

662

 

H3.1

 

DIMETENAMID

87674-68-8

638

 

H3.1

 

FLUPOSSAM

119126-15-7

8158

 

H3.1

 

ISOSSABEN

82558-50-7

701

 

H3.1

 

NAPROPAMIDU

15299-99-7

271

 

H3.1

 

PETOSSAMIDU

106700-29-2

665

 

H3.1

 

PROPIŻAMIDU

23950-58-5

315

 

H3.2

ERBIĊIDI tal-ANILIDE

DIFLUFENIKAN

83164-33-4

462

 

H3.2

 

FLORASULAM

145701-23-1

616

 

H3.2

 

FLUFENAKET

142459-58-3

588

 

H3.2

 

METOSULAM

139528-85-1

707

 

H3.2

 

METAŻAKLOR

67129-08-2

411

 

H3.2

 

PROPANIL

709-98-8

205

 

H3.3

ERBIĊIDI TAL- KLOROĊETANILIDE

AĊETOKLOR

34256-82-1

496

 

H3.3

 

ALAKLOR

15972-60-8

204

 

H3.3

 

DIMETAKLOR

50563-36-5

688

 

H3.3

 

PRETILAKLOR

51218-49-6

711

 

H3.3

 

PROPAKLOR

1918-16-7

176

 

H3.3

 

S-METOLAKLOR

87392-12-9

607

Erbiċidi bbażati fuq il-karbamati u fuq il-bis-karbamati

H4

 

 

 

 

 

H4.1

ERBIĊIDI TAL-BIS-KARBAMAT

KLORFOFAM

101-21-3

43

 

H4.1

 

DESMEDIFAM

13684-56-5

477

 

H4.1

 

FENMEDIFAM

13684-63-4

77

 

H4.2

ERBIĊIDI TAL-KARBAMAT

ASULAM

3337-71-1

240

 

H4.2

 

KARBETAMID

16118-49-3

95

Erbiċidi bbażati fuq id-derivattivi dinitroanilini

H5

 

 

 

 

 

H5.1

ERBIĊIDI TAD-DINITRONILINU

BENFLURALINU

1861-40-1

285

 

H5.1

 

BUTRALINU

33629-47-9

504

 

H5.1

 

ETALFLURALINU

55283-68-6

516

 

H5.1

 

ORIŻALINU

19044-88-3

537

 

H5.1

 

PENDIMETALINU

40487-42-1

357

 

H5.1

 

TRIFLURALINU

2582-09-8

183

Erbiċidi bbażati fuq id-derivattivi tal-urea, tal-uraċil jew tas-sulfonilurea

H6

 

 

 

 

 

H6.1

ERBIĊIDI TAS-SULFONILUREA

AMIDOSULFURON

120923-37-7

515

 

H6.1

 

AŻIMSULFURON

120162-55-2

584

 

H6.1

 

BENSULFURON

99283-01-9

502

 

H6.1

 

KLORSULFURON

64902-72-3

391

 

H6.1

 

ĊINOSULFURON

94593-91-6

507

 

H6.1

 

ETOSSISULFURON

126801-58-9

591

 

H6.1

 

FLAŻASULFURON

104040-78-0

595

 

H6.1

 

FLUFRISULFURON

150315-10-9

577

 

H6.1

 

FORAMSULFURON

173159-57-4

659

 

H6.1

 

IMAŻOSULFURON

122548-33-8

590

 

H6.1

 

IODOSULFURON

185119-76-0

634

 

H6.1

 

MESOSULFURON

400852-66-6

663

 

H6.1

 

METSULFURON

74223-64-6

441

 

H6.1

 

NIKOSULFURON

111991-09-4

709

 

H6.1

 

OSSASULFURON

144651-06-9

626

 

H6.1

 

PRIMISULFURON

113036-87-6

712

 

H6.1

 

PROSULFURON

94125-34-5

579

 

H6.1

 

RIMSULFURON

122931-48-0

716

 

H6.1

 

SULFOSULFURON

141776-32-1

601

 

H6.1

 

TIFENSULFURON

79277-67-1

452

 

H6.1

 

TRIJASULFURON

82097-50-5

480

 

H6.1

 

TRIBENURON

106040-48-6

546

 

H6.1

 

TRIFLUSULFURON

135990-29-3

731

 

H6.1

 

TRITOSULFURON

142469-14-5

735

 

H6.2

ERBIĊIDI tal-URAĊIL

LENAĊIL

2164-08-1

163

 

H6.3

ERBIĊIDI tal-UREA

KLORTOLURON

15545-48-9

217

 

H6.3

 

DIJURON

330-54-1

100

 

H6.3

 

FLUWOMETURON

2164-17-2

159

 

H6.3

 

ISOPROTURON

34123-59-6

336

 

H6.3

 

LINURON

330-55-2

76

 

H6.3

 

METABENŻTIJAŻURON

18691-97-9

201

 

H6.3

 

METOBROMURON

3060-89-7

168

 

H6.3

 

METOSSURON

19937-59-8

219

Erbiċidi oћra

H7

 

 

 

 

 

H7.1

ERBIĊIDI tal-ARILOS-SIFENOSSIPROPONIKU

KLODINAFOP

114420-56-3

683

 

H7.1

 

ĊIJALOFOP

122008-85-9

596

 

H7.1

 

DIKLOFOP

40843-25-2

358

 

H7.1

 

FENOSSAPROP-P

113158-40-0

484

 

H7.1

 

FLUWAŻIFOP-P-BUTIL

79241-46-6

395

 

H7.1

 

ĦALOSSIFOP

69806-34-4

438

 

H7.1

 

ĦALOSSIFOP-R

72619-32-0

526

 

H7.1

 

PROPAKIŻAFOP

111479-05-1

713

 

H7.1

 

KWIŻALOFOP

76578-12-6

429

 

H7.1

 

KWIŻALOFOP-P

94051-08-8

641

 

H7.2

ERBIĊIDI TAL-BENŻOFURANJU

ETOFUMESATE

26225-79-6

233

 

H7.3

ERBIĊIDI tal-AĊIDU BENŻOJKU

KLORTAL

2136-79-0

328

 

H7.3

 

DIKAMBA

1918-00-9

85

 

H7.4

ERBIĊIDI TAL-BIPIRIDILIUM

DIKAT

85-00-7

55

 

H7.4

 

PARAKAT

4685-14-7

56

 

H7.5

ERBIĊIDI TAĊ-ĊIKOESSANEDONU

KLETODIM

99129-21-2

508

 

H7.5

 

ĊIKOSSIDIM

101205-02-1

510

 

H7.5

 

TEPRALOSSIDIM

149979-41-9

608

 

H7.5

 

TRALKOSSIDIM

87820-88-0

544

 

H7.6

ERBIĊIDI TAD-DIJAŻINU

FIRIDAT

55512-33-9

447

 

H7.7

ERBIĊIDI TAD- DIKARBOSSIMIDU

ĊINIDON-ETIL

142891-20-1

598

 

H7.7

 

FLUMOSSAŻIN

103361-09-7

578

 

H7.8

ERBIĊIDI TAD-DIFENIL ETER

AKLONIFEN

74070-46-5

498

 

H7.8

 

BIFENOSS

42576-02-3

413

 

H7.8

 

NITROFEN

1836-75-5

170

 

H7.8

 

OSSIFLUWORFEN

42874-03-3

538

 

H7.9

ERBIĊIDI tal-IMIDAŻOLINONU

IMAŻAMETABENŻ

100728-84-5

529

 

H7.9

 

IMAŻAMOSS

114311-32-9

619

 

H7.9

 

IMAŻETAPIR

81335-77-5

700

 

H7.10

ERBIĊIDI INORGANIĊI

AMMONJU SULFAMAT

7773-06-0

679

 

H7.10

 

KLORATI

7775-09-9

7

 

H7.11

ERBIĊIDI tal-ISOSSAŻOLU

ISOSSAFLUTOL

141112-29-0

575

 

H7.12

ERBIĊIDI TAL-MORFAKTIN

FLURENOL

467-69-6

304

 

H7.13

ERBIĊIDI TAN-NITRIL

BROMOSSINIL

1689-84-5

87

 

H7.13

 

DIKLOBENIL

1194-65-6

73

 

H7.13

 

IJOSSINIL

1689-83-4

86

 

H7.14

ERBIĊIDI tal-ORGANOFOSFRU

GLUFOSINAT

51276-47-2

437

 

H7.14

 

GLIFOSAT

1071-83-6

284

 

H7.15

ERBIĊIDI TAL-FENILPIRAŻOLU

FIRAFLUFEN

129630-19-9

605

 

H7.16

ERBIĊIDI TAL-FIRIDAŻINONU

KKLORIDAŻON

1698-60-8

111

 

H7.16

 

FLURTAMON

96525-23-4

569

 

H7.17

ERBIĊIDI TAL-FIRIDINEKARBOSSAMIDU

PIKOLINAFEN

137641-05-5

639

 

H7.18

ERBIĊIDI tal-AĊIDU FIRIDINEKARBOSSILIKU

KLOFRALID

1702-17-6

455

 

H7.18

 

PIKLORAM

1918-02-1

174

 

H7.19

ERBIĊIDI tal-AĊIDU FIRIDLOSSAĊETIKU

FLUROSSIFIR

69377-81-7

431

 

H7.19

 

TRICLOPYR

55335-06-3

376

 

H7.20

ERBIĊIDI TAL-KWINOLIN

KINKLORAK

84087-01-4

493

 

H7.20

 

KINMERAK

90717-03-6

563

 

H7.21

ERBIĊIDI TAT- TIADIJAŻINU

BENTAŻONU

25057-89-0

366

 

H7.22

ERBIĊIDI TAT- TIOKARBAMAT

EPTC

759-94-4

155

 

H7.22

 

MOLINAT

2212-67-1

235

 

H7.22

 

PROSULFOKARB

52888-80-9

539

 

H7.22

 

TIOBENKARB

28249-77-6

388

 

H7.22

 

TRE-ALLAT

2303-17-5

97

 

H7.23

ERBIĊIDI TAT-TRIJAŻOLU

AMITROL

61-82-5

90

 

H7.24

ERBIĊIDI TAT-TRIJAŻOLINONU

KARFENTRAŻONU

128639-02-1

587

 

H7.25

ERBIĊIDI TAT-TRIJAŻOLONU

PROPOSSIKARBAŻONU

145026-81-9

655

 

H7.26

ERBIĊIDI TAT-TRIKETON

MESOTRIJONU

104206-82-8

625

 

H7.26

 

SULKOTRIJONU

99105-77-8

723

 

H7.27

ERBIĊIDI MHUX KLASSIFIKATI

KLOMAŻONU

81777-89-1

509

 

H7.27

 

FLUROKLORIDONU

61213-25-0

430

 

H7.27

 

KINOKLAMIN

2797-51-5

648

 

H7.27

 

METAŻOLU

20354-26-1

369

 

H7.27

 

OSSADIJARĠIL

39807-15-3

604

 

H7.27

 

OSSADIJAŻONU

19666-30-9

213

 

H7.27

ERBIĊIDI OĦRAJN, PRODOTTI LI JEQIRDU Z-ZKUK PRODOTTI LI JOQTLU L-ĦAŻIŻ

ERBIĊIDI OĦRAJN, PRODOTTI LI JEQIRDU Z-ZKUK PRODOTTI LI JOQTLU L-ĦAŻIŻ

 

 

Insettiċidi u l-Akariċidi

I0

 

 

 

 

Insettiċidi bbażati fuq il-piretrojdi

I1

 

 

 

 

 

I1.1

INSETTIĊIDI PIRETROJDI

AKRINATRIN

101007-06-1

678

 

I1.1

 

ALFA-ĊIPERMETRIN

67375-30-8

454

 

I1.1

 

BETA-ĊIFLUTRIN

68359-37-5

482

 

I1.1

 

BETA-ĊIPERMETRIN

65731-84-2

632

 

I1.1

 

BIFENTRIN

82657-04-3

415

 

I1.1

 

ĊIFLUTRIN

68359-37-5

385

 

I1.1

 

ĊIPERMETRIN

52315-07-8

332

 

I1.1

 

DELTAMETRIN

52918-63-5

333

 

I1.1

 

ESFENVALERAT

66230-04-4

481

 

I1.1

 

ETOFENPROSS

80844-07-1

471

 

I1.1

 

GAMMA-ĊIĦALOTRIN

76703-62-3

768

 

I1.1

 

LAMBDA-ĊIĦALOTRIN

91465-08-6

463

 

I1.1

 

TAU-FLUVALINAT

102851-06-9

432

 

I1.1

 

TEFLUTRIN

79538-32-2

451

 

I1.1

 

ŻŻETA-CIPERMETRIN

52315-07-8

733

Insettiċidi bbażati fuq l-idrokarboni klorinati

I2

 

 

 

 

 

I2.1

INSETTIĊIDI tal-ORGANOKLORU

DIKOFOL

115-32-2

123

 

I2.1

 

TETRASUL

2227-13-6

114

Insettiċidi bbażati fuq il-karbamati u fuq l-ossimu-karbamat

I3

 

 

 

 

 

I3.1

INSETTIĊIDI tal-OSSIMU-KARBAMAT

METOMIL

16752-77-5

264

 

I3.1

 

OSSAMIL

23135-22-0

342

 

I3.2

INSETTIĊIDI TAL-KARBAMAT

BENFURAKARB

82560-54-1

501

 

I3.2

 

KARBARIL

63-25-2

26

 

I3.2

 

KARBOFURAN

1563-66-2

276

 

I3.2

 

KARBOSULFAN

55285-14-8

417

 

I3.2

 

FENOSSIKARB

79127-80-3

425

 

I3.2

 

FORMETANAT

22259-30-9

697

 

I3.2

 

METOKARB

2032-65-7

165

 

I3.2

 

PIRIMIKARB

23103-98-2

231

Insettiċidi bbażati fuq l-organofosfati

I4

 

 

 

 

 

I4.1

INSETTIĊIDI tal-ORGANOFOSFRU

AŻINFOS-METIL

86-50-0

37

 

I4.1

 

KADUSAFOS

95465-99-9

682

 

I4.1

 

KLORFRIFOS

2921-88-2

221

 

I4.1

 

KLORFRIFOS-METIL

5589-13-0

486

 

I4.1

 

KOMAFOS

56-72-4

121

 

I4.1

 

DIJAŻINU

333-41-5

15

 

I4.1

 

DIKLORVOS

62-73-7

11

 

I4.1

 

DIMETOAT

60-51-5

59

 

I4.1

 

ETOPROFOS

13194-48-4

218

 

I4.1

 

FENAMIFOS

22224-92-6

692

 

I4.1

 

FENITROTON

122-14-5

35

 

I4.1

 

FOSTIJAŻAT

98886-44-3

585

 

I4.1

 

ISOFENFOS

25311-71-1

412

 

I4.1

 

MALATJON

121-75-5

12

 

I4.1

 

METAMIDOFOS

10265-92-6

355

 

I4.1

 

NALED

300-76-5

195

 

I4.1

 

OSSIDEMETON-METIL

301-12-2

171

 

I4.1

 

FOSALON

2310-17-0

109

 

I4.1

 

FOSMET

732-11-6

318

 

I4.1

 

FOSSIM

14816-18-3

364

 

I4.1

 

PIRIMIFOS-METIL

29232-93-7

239

 

I4.1

 

TRIKLORFON

52-68-6

68

Insettiċidi bbażati fuq prodott bijoloġiku u botaniku

I5

 

 

 

 

 

I5.1

INSETTIĊIDI BIJOLOĠIĊI

AŻADIRAKTIN

11141-17-6

627

 

I5.1

 

NIKOTINA

54-11-5

8

 

I5.1

 

PIRETRINS

8003-34-7

32

 

I5.1

 

ROTENONU

83-79-4

671

Insettiċidi oћrajn

I6

 

 

 

 

 

I6.1

INSETTIĊIDI PRODOTTI BIL-FERMENTAZZJONI

ABAMEKTIN

71751-41-2

495

 

I6.1

 

MILBEMEKTIN

51596-10-2

51 596-11-3

660

 

I6.1

 

SPINOSAD

168316-95-8

636

 

I6.3

INSETTIĊIDI TAL-BENŻOJLUREA

DIFLUBENŻURON

35367-38-5

339

 

I6.3

 

FLUFENOSSURON

101463-69-8

470

 

I6.3

 

ĦESSAFLUMURON

86479-06-3

698

 

I6.3

 

LUFENURON

103055-07-8

704

 

I6.3

 

NOVALURON

116714-46-6

672

 

I6.3

 

TEFLUBENŻURON

83121-18-0

450

 

I6.3

 

TRIFLUMURON

64628-44-0

548

 

I6.4

INSETTIĊIDI TAL-KARBAŻAT

BIFENAŻAT

149877-41-8

736

 

I6.5

INSETTIĊIDI TAD-DIJAŻILADRAŻINU

METOSSIFENOŻIDU

161050-58-4

656

 

I6.5

 

TEBUFENOŻIDU

112410-23-8

724

 

I6.6

REGOLATURI TAT-TKABBIR tal-INSETTI

BUPROFEŻINU

69327-76-0

681

 

I6.6

 

ĊIROMAŻINU

66215-27-8

420

 

I6.6

 

ĦESSITIAŻOSS

78587-05-0

439

 

I6.7

FEROMON tal-INSETTI

(E,Z)-9-DODEKENIL AĊETAT

35148-19-7

422

 

I6.8

INSETTIĊIDI TAN-NITROGANIDIN

KLOTIJANIDIN

210880-92-5

738

 

I6.8

 

TIAMETOSSAMU

153719-23-4

637

 

I6.9

INSETTIĊIDI tal-ORGANOTIN

AŻOKLOTINU

41083-11-8

404

 

I6.9

 

ĊKKESSATINU

13121-70-5

289

 

I6.9

 

OSSIDU FENBUTATINU

13356-08-6

359

 

I6.10

INSETTIĊIDI tal-OSSADIJAŻINU

INDOSSAKARB

173584-44-6

612

 

I6.11

INSETTIĊIDI TAL-FENIL-ETER

FIRIPROSSIFEN

95737-68-1

715

 

I6.12

INSETTIĊIDI TAL-PIRAŻOLU (FENIL-)

FENFIROSSIMAT

134098-61-6

695

 

I6.12

 

FIPRONIL

120068-37-3

581

 

I6.12

 

TEBUFENPIRAD

119168-77-3

725

 

I6.13

INSETTIĊIDI TAL-FIRIDIN

FIMETROŻINU

123312-89-0

593

 

I6.14

INSETTIĊIDI TAL-FIRIDILMETALAMINU

AĊETAMIPRIDU

135410-20-7

649

 

I6.14

 

IMIDAKLOPRIDU

138261-41-3

582

 

I6.14

 

TIAKLOPRIDU

111988-49-9

631

 

I6.15

INSETTIĊIDI TAS-SULFAT ESTER

PROPARGITU

2312-35-8

216

 

I6.16

INSETTIĊIDI TAT-TETRAŻINU

KKLOFENTEŻINU

74115-24-5

418

 

I6.17

INSETTIĊIDI tal-AĊIDU TETRONIKU

SPIRODIKLOFENU

148477-71-8

737

 

I6.18

INSETTIĊIDI TAL-(KARBAMOL-) TRIJAŻOL

TRIJAŻAMAT

112143-82-5

728

 

I6.19

INSETTIĊIDI tal-UREA

DIJAFENTURON

80060-09-9

8097

 

I6.20

INSETTIĊIDI MHUX KLASSIFIKATI

ETOSSAŻOLU

153233-91-1

623

 

I6.20

 

FENAŻAKWIN

120928-09-8

693

 

I6.20

 

FIRIDABEN

96489-71-3

583

 

I6.21

INSETTIĊIDI-AKARIĊIDI OĦRAJN

INSETTIĊIDI-AKARIĊIDI OĦRAJN

 

 

Molluskiċidi, total:

M0

 

 

 

 

Molluskiċidi

M1

 

 

 

 

 

M1.1

MOLLUSKIĊIDI TAL-KARBAMAT

TIJODIKARB

59669-26-0

543

 

M1.2

MOLLUSKIĊIDI OĦRAJN

FOSFAT FERRIKU

10045-86-0

629

 

M1.2

 

METALDIJATRIKU

108-62-3

62

 

M1.2

 

MOLLUSKIĊIDI OĦRAJN

 

 

Regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti, total:

PGR0

 

 

 

 

Regolaturi tat-tkabbir fiżjoloġiku tal-pjanti

PGR1

 

 

 

 

 

PGR1.1

REGOLATURI TAT-TKABBIR FIŻJOLOĠIKU TAL-PJANTI

KLORMEKWAT

999-81-5

143

 

PGR1.1

 

ĊIKLANILIDU

113136-77-9

586

 

PGR1.1

 

DAMINOŻIDU

1596-84-5

330

 

PGR1.1

 

DIMETIPINU

55290-64-7

689

 

PGR1.1

 

DIFENILAMINU

122-39-4

460

 

PGR1.1

 

ETEFON

16672-87-0

373

 

PGR1.1

 

ETOSSIKWIN

91-53-2

517

 

PGR1.1

 

FLORKLORFENURON

68157-60-8

633

 

PGR1.1

 

FLURPRIMIDOL

56425-91-3

696

 

PGR1.1

 

IMAŻAKWIN

81335-37-7

699

 

PGR1.1

 

MALEJK IDRAŻIDU

51542-52-0

310

 

PGR1.1

 

MEPIKAT

24307-26-4

440

 

PGR1.1

 

1-METILĊIKOPROPENU

3100-04-7

767

 

PGR1.1

 

PAKLOBUTRAŻOL

76738-62-0

445

 

PGR1.1

 

PROĦESSADONU-KALĊJU

127277-53-6

567

 

PGR1.1

 

SODJU 5-NITROGAIAKOLAT

67233-85-6

718

 

PGR1.1

 

SODJU O-NITROFENOLAT

824-39-5

720

 

PGR1.1

 

TRINESSAPAK-ETIL

95266-40-3

8349

Prodotti ta’ kontra n-nebbieta

PGR2

 

 

 

 

 

PGR2.2

PRODOTTI TA’ KONTRA N-NEBBIETA

KARVONJU

99-49-0

602

 

PGR2.2

 

KLORFOFAM

101-21-3

43

Regolaturi oћrajn tat-tkabbir tal-pjanti

PGR3

 

 

 

 

 

PGR3.1

REGOLATURI OĦRA TAT-TKABBIR TAL-PJANTI

RTP OĦRAJN

 

 

Prodotti oћrajn gћall-protezzjoni tal-pjanti, total:

ZR0

 

 

 

 

Żjut minerali

ZR1

 

 

 

 

 

ZR1.1

ŻEJT MINERALI

ŻJUT MHUX RAFFINATI

64742-55-8

29

Żjut veġetali

ZR2

 

 

 

 

 

ZR2.1

ŻEJT VEĠETALI

ŻJUT TAL-QATRAN

 

30

SSterilanti tal-ћamrija (ink. in-Nematiċidi)

ZR3

 

 

 

 

 

ZR3.1

METIL BROMIDU

METIL BROMIDU

74-83-9

128

 

ZR3.2

STERILANTI OĦRAJN TAL-ĦAMRIJA

KLOROPIKRIN

76-06-2

298

 

ZR3.2

 

DAŻOMET

533-74-4

146

 

ZR3.2

 

1,3-DIKLOROPROPENU

542-75-6

675

 

ZR3.2

 

METAM-SODJU

137-42-8

20

 

ZR3.2

 

STERILANTI OĦRAJN TAL-ĦAMRIJA

 

 

Rodentiċidi

ZR4

 

 

 

 

 

ZR4.1

RODENTIĊIDI

BRODIFAKUM

56073-10-0

370

 

ZR4.1

 

BROMADOLONU

28772-56-7

371

 

ZR4.1

 

KLORALOSU

15879-93-3

249

 

ZR4.1

 

KLOROFAĊINONU

3691-35-8

208

 

ZR4.1

 

KOMATETRALIL

5836-29-3

189

 

ZR4.1

 

DIFENAKOMU

56073-07-5

514

 

ZR4.1

 

DIFETJALONU

104653-34-1

549

 

ZR4.1

 

FLOKUMAFENU

90035-08-8

453

 

ZR4.1

 

WARFARIN

81-81-2

70

 

ZR4.1

 

RODENTIĊIDI OĦRAJN

 

 

Il-prodotti l-oћrajn kollha gћall-protezzjoni tal-pjanti

ZR5

 

 

 

 

 

ZR5.1

DIŻINFETTANTI

DIŻINFETTANTI OĦRAJN

 

 

 

ZR5.2

PRODOTTI OĦRAJN GĦALL-PROTEZZJONI TAL-PJANTI

PPP OĦRAJN

 

 


(1)  In-Numru tas-Servizz tal-Astratti Kimiċi.

(2)  Collaborative International Pesticides Analytical Council.


10.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/23


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1186/2009

tas-16 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali

(verżjoni kodifikata)

IL- KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 26, 37 u 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 tat-28 ta’ Marzu 1983 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (2) ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Fl-assenza ta’ miżura speċifika ta’ deroga adottata skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, dazji tat-tariffa doganali komuni huma applikabbli għall-merkanzija kollha imporata fil-Komunità. L-istess huwa veru fil-każ ta’ imposti agrikoli u kull dritt fuq l-importazzjoni ieħor impost taħt il-politika agrikola komuni jew l-arranġamenti speċifiċi applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli.

(3)

Iżda, f’ċerti ċirkostanzi definiti sew, fejn bis-saħħa ta’ kondizzjonijiet speċjali taħt liema merkanzija tiġi impurtata l-bżonn użwali li tiġi protetta l-ekonomija huwa nieqes, tassazzjoni bħal din mhijiex ġustifikata.

(4)

Huwa mixtieq li f’ċirkostanzi bħal dawn isiru arranġamenti, kif saru tradizzjonalment fil-biċċa l-kbira ta’ sistemi ta’ regoli doganali, li merkanzija titħalla tgawdi eżenzjoni mill-applikazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni li normalment ikunu soġġetti għalihom.

(5)

Tali arranġamenti ta’ eżenzjoni jistgħu jkunu wkoll riżultat ta’ konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali li għalihom l-Istati Membri kollha jew uħud minnhom huma partijiet kontraenti. Filwaqt li l-Komunità għandha tapplika tali konvenzjonijiet, dan jippresupponi l-introduzzjoni ta’ regoli tal-Komunità dwar eżenzjonijiet minn dazji doganali maħduma, skont ir-rekwiżiti tal-Unjoni Doganali, biex jiġu eliminati differenzi fl-għan, l-iskop u l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet li jinsabu f’dawn il-konvenzjonijiet, u sabiex jippermettu lil dawk kollha involuti jgawdu l-istess vantaġġi fil-Komunità kollha.

(6)

Ċerti eżenzjonijiet applikati fl-Istati Membri joħorġu minn konvenzjonijiet speċifiċi konklużi ma’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. Tali konvenzjonijiet, minħabba l-iskop taghhom, jinvolvu biss l-Istat Membru firmatarju. Ma jidhirx meħtieġ li jiġu definiti, fuq livell Komunitarju, il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ dawn l-eżenzjonijiet, iżda jidher li jkun sempliċiment biżżejjed li l-Istat Membru inkwistjoni jiġi awtorizzat jagħti dawn l-eżenzjonijiet, fejn meħtieġ, permezz ta’ proċedura xierqa mwaqqfa għal dan il-għan.

(7)

L-implimentazzjoni tal-politika agrikola komuni tfisser li f’ċerti ċirkostanzi d-dazji fuq l-esportazzjoni jistgħu jinżammu fuq ċerta merkanzija. Għalhekk huwa neċessarju li l-każijiet fejn tista’ tingħata eżenzjoni minn tali dazji jiġu speċifikati fuq livell Komunitarju.

(8)

Fl-interessi ta’ ċarezza legali, id-dispożizzjonijiet tal-Atti tal-Komunità li fihom ċerti miżuri ta’ eżenzjoni mhux milquta minn dan ir-Regolament għandhom jiġu elenkati.

(9)

Dan ir-Regolament ma jipprekludix l-applikazzjoni minn Stati Membri ta’ projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni u esportazzjoni li huma ġġustifikati fuq bażi ta’ moralità pubblika, politika pubblika jew sigurtà pubblika, ħarsien ta’ saħħa u ħajja ta’ bnedmin, annimali jew pjanti, ħarsien ta’ teżori nazzjonali li għandhom valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku jew ħarsien ta’ proprjetà industrijali jew kummerċjali.

(10)

Fir-rigward ta’ eżenzjonijiet mogħtija fil-limiti tal-ammonti ffissati f’euro, għandhom jiġu abbozzati regoli għall-konverżjoni ta’ tali ammonti f’ muniti nazzjonali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistipula dawk il-każijiet li fihom, minħabba ċirkustanzi speċjali, ħelsien minn dazji ta’ importazzjoni u esportazzjoni u miżuri adottati abbażi tal-Artikolu 133 tat-Trattat għandhom jingħataw meta merkanzija tkun rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera jew tiġi esportata mit-territorju doganali tal-Komunità.

Artikolu 2

1.   Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)

“dazji fuq l-importazzjoni” tfisser dazji doganali u tariffi li għandhom effett indaqs kif ukoll imposti agrikoli u tariffi fuq l-importazzjoni oħra applikabbli għal ċerta merkanzija li tirriżulta mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli;

(b)

“dazji fuq l-esportazzjoni” tfisser imposti agrikoli jew tariffi fuq l-esportazzjoni oħra li hemm dispożizzjoni għalihom taħt il-politika agrikola komuni jew taħt arranġamenti speċifiċi applikabbli għal ċerta merkanzija li tirriżulta mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli;

(c)

“proprjetà personali” tfisser kull proprjetà maħsuba għall-użu personali tal-persuni involuti jew sabiex tissodisfa l-bżonnijiet tal-familja tagħhom.

Dawn li gejjin, b’mod partikolari, għandhom jikkostitwixxu “proprjetà personali”:

(i)

affarijiet tad-dar;

(ii)

ċikli u muturi, karozzi privati u t-trailers tagħhom, caravans tal-kamping, pleasure craft u ajruplani privati.

Provvisti tad-dar xierqa għall-ħtiġijiet normali ta’ familja, annimali domestiċi u annimali tas-sarġ, kif ukoll l-istrumenti li jinġarru tal-arti applikati jew liberali, meħtieġa mill-persuna interessata għall-użu fis-sengħa jew professjoni tagħha, għandhom jikkostitwixxu wkoll “proprjetà personali”. Proprjetà personali ma tistax tkun tali li tista’ tindika, min-natura jew il-kwantità tagħha, li qed tiġi impurtata għal skopijiet kummerċjali;

(d)

“affarijiet tad-dar” tfisser effetti personali, bjankerija tad-dar, għamara u tagħmir għall-użu personali mill-persuni interessati sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet domestiċi tagħhom;

(e)

“prodotti alkoħoliċi” tfisser prodotti (birra, inbid, aperittivi b’bażi ta’ inbid jew alkoħol, brandi, likuri jew xorb ta’ spirtu, eċċ.) li jaqgħu fi ħdan l-intestatura Nri 2203 sa 2208 tan-Nomenklatura Magħquda.

2.   Ħlief kif previst xort’ oħra f’dan ir-Regolament għall-iskop tal-applikazzjoni tat-Titolu II, “pajjiżi terzi” jinkludi wkoll dawk il-partijiet tat-territorji tal-Istati Membri esklużi mit-territorju doganali tal-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (4).

TITOLU II

EŻENZJONI MID-DAZJU FUQ L-IMPORTAZZJONI

KAPITOLU I

Proprjetà personali ta’ persuni fiżiċi li qegħdin jittrasferixxu l-post ta’ residenza normali tagħhom minn pajjiż terz għall-Komunità

Artikolu 3

Soġġett għall-Artikoli 4 sa 11, proprjetà personali importata minn persuni fiżiċi li qegħdin jittrasferixxu l-post ta’ residenza normali tagħhom minn pajjiż terz għat-territorju doganali tal-Komunità għandha tiddaħħal mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

Artikolu 4

L-eżenzjoni għandha tkun limitata għal proprjetà personali li:

(a)

ħlief f’każijiet speċjali ġustifikati miċ-ċirkostanzi, kienet fil-pussess ta’ u, fil-każ ta’ affarijiet mhux konsumabbli, użati mill-persuna involuta fil-post ta’ residenza normali preċedenti għal minimu ta’ sitt xhur qabel id-data li fiha tieqaf milli jkollha l-post ta’ residenza normali fil-pajjiż terz minn fejn telqet;

(b)

hi maħsuba biex tintuża għall-istess għan fil-post ta’ residenza normali ġdid.

Kif ukoll, l-Istati Membri jistgħu jagħtu l-eżenzjoni bil-kondizzjoni li tali proprjetà tkun ġiet mgħobbija jew fil-pajjiż tal-oriġini jew fil-pajjiż tat-tluq, bid-drittijiet doganali u/jew fiskali li għalihom hija normalment soġġetta.

Artikolu 5

1.   Eżenzjoni tista’ tingħata biss lil persuni li l-post ta’ residenza normali tagħhom kien barra 1 t-territorju doganali tal-Komunità għal perijodu kontinwu ta’ mill-inqas 12-il xahar.

2.   Iżda, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu eċċezzjonijiet għar-regola fil-paragrafu 1, sakemm l-intenzjoni tal-persuna involuta kienet b’mod ċar li tirresjedi barra 1 mit-territorju doganali tal-Komunità għal perijodu kontinwu ta’ mill-inqas 12-il xahar.

Artikolu 6

L-ebda eżenzjoni m’għandha tingħata għal:

(a)

prodotti alkoħoliċi;

(b)

tabakk jew prodotti tat-tabakk;

(c)

mezzi ta’ trasport kummerċjali;

(d)

oġġetti għall-użu fl-eżerċizzju ta’ sengħa jew professjoni, ħlief strumenti li jinġarru tal-arti applikata jew liberali.

Artikolu 7

1.   Ħlief f’każijiet speċjali, eżenzjoni għandha tingħata biss fir-rigward ta’ prorpjetà personali mdaħħla għal ċirkolazzjoni ħielsa fit-12-il xahar mid-data ta’ stabbiliment, mill-persuna involuta, jew fil-post ta’ residenza normali fit-territorju doganali tal-Komunità.

2.   Il-proprjetà personali tista’ tiġi rilaxxata għal ċirkolazzjoni ħielsa f’għadd ta’ konsenji separati fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 8

1.   Sakemm jiskadu 12-il xahar mid-data minn meta ġie aċċettat id-dħul għal ċirkolazzjoni ħielsa, proprjetà personali li ġiet ammessa mingħajr dazju ma tistax tiġi mislufa, mogħtija bħala garanzija, mikrija jew trasferita, kemm għal prezz kif ukoll b’xejn, mingħajr ma jkunu notifikati minn qabel l-awtoritajiet kompetenti.

2.   Kull self, għotja bħala garanzija jew trasferiment qabel tmiem il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jfisser pagament tad-dazji fuq l-importazzjoni relevanti fuq il-proprjetà konċernata, bir-rata li tapplika fid-data ta’ self bħal dan, għotja bħala garanzija, kirja jew trasferiment, abbażi tat-tip ta’ proprjetà u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 9

1.   Bħala deroga mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7, eżenzjoni tista’ tingħata fir-rigward ta’ proprjetà personali mdaħħla għal ċirkolazzjoni ħielsa qabel ma l-persuna involuta tistabbilixxi l-post ta’ residenza normali tagħha fit-territorju doganali tal-Komunità, sakemm hija tobbliga ruħha li tistabbilixxi l-post ta’ residenza normali tagħha hemmhekk fi żmien sitt xhur. Obbligu bħal dan għandu jkun akkumpanjat minn garanzija, li l-forma u l-ammont tagħha għandha tkun deċiża mill-awtoritajiet kompetenti.

2.   Fejn isir użu mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-perijodu mniżżel fl-Artikolu 4(a) għandu jiġi kkalkulat mid-data li fiha l-proprjetà personali ddaħlet fit-territorju doganali tal-Komunità.

Artikolu 10

1.   Fejn, minħabba obbligi tax-xogħol, il-persuna involuta titlaq mill-pajjiż terz fejn kellha l-post ta’ residenza normali mingħajr ma stabbiliet fl-istess żmien il-post ta’ residenza normali tagħha fit-territorju doganali tal-Komunità, għalkemm bl-intenzjoni li fl-aħħar mill-aħħar tagħmel dan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw id-dħul mingħajr dazju tal-proprjetà personali li hi titrasferixxi fl-imsemmi territorju għal dan il-għan.

2.   Dħul mingħajr dazju tal-proprjetà personali msemmija fil-paragrafu 1 għandhu jkun permess skont il-kondizzjonijiet imniżżlin fl-Artikoli 3 sa 8, bil-ftehim li:

(a)

il-perjodi mniżżlin fl-Artikolu 4(a) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 għandhom jiġu kkalkulati mid-data li fiha l-proprjetà personali ddaħlet fit-territorju doganali tal-Komunità;

(b)

il-perjodu msemmi fl-Artikolu 8(1) għandu jiġi kkalkulat mid-data meta l-persuna involuta tistabbilixxi fil-fatt il-post ta’ residenza normali fit-territorju doganali tal-Komunità.

3.   Dħul mingħajr dazju għandu jkun soġġett ukoll għal obbligu mill-persuna involuta li hija fil-fatt ser tistabbilixxi l-post ta’ residenza normali tagħha fit-territorju doganali tal-Komunità fi żmien perijodu stipulat mill-awtoritajiet kompetenti skont iċ-ċirkostanzi. Dawn tal-aħħar jistgħu jeħtieġu li l-obbligu jkun akkumpanjat minn garanzija, il-forma u l-ammont ta’ liema għandhom jistipulawaha huma.

Artikolu 11

L-awtortitajiet kompetenti jistgħu jidderogaw mill-Artikoli 4(a) u (b), l-Artikolu 6(c) u (d) u l-Artikolu 8, meta persuna jkollha tittrasferixxi l-post ta’ residenza normali minn pajjiż terz għat-territorju doganali tal-Komunità minħabba ċirkostanzi politiċi eċċezzjonali.

KAPITOLU II

Oġġetti importati fl-okkażjoni ta’ żwieġ

Artikolu 12

1.   Soġġett għall-Artikoli 13 sa 16, effetti ta’ bjankerija u ħwejjeġ u tad-dar, kemm jekk ġodda jew le, li jappartjenu għal persuna li qed titrasferixxi l-post ta’ residenza tiegħu jew tagħha minn pajjiż terz għat-territorju doganali tal-Komunità fl-okkażjoni taż-żwieġ tiegħu jew tagħha, għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

2.   Soġġett għall-istess kondizzjonijiet, rigali s-soltu mogħtija fl-okkażjoni ta’ żwieġ, li huma rċevuti minn persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet li hemm fil-paragrafu 1 minn persuni li għandhom ir-residenza normali tagħhom f’pajjiż terz għandhom ukoll ikunu ammessi ħielsa minn dazji fuq l-importazzjoni. Il-valur ta’ kull rigal ammess mingħajr dazju ma jistax, madanakollu jaqbeż l-EUR 1 000.

Artikolu 13

L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 12 tista’ tingħata biss lil persuni:

(a)

li l-post ta’ residenza normali tagħhom kien barra t-territorju doganali tal-Komunità għal perijodu kontinwu ta’ mill-inqas 12-il xahar. Iżda, derogi minn din ir-regola jistgħu jsiru sakemm l-intenzjoni tal-persuna involuta kienet b’mod ċar li tirresjedi barra t-territorju doganali tal-Komunità għal perijodu kontinwu ta’ mill-inqas 12-il xahar;

(b)

li jipproduċu evidenza taż-żwieġ tagħhom.

Artikolu 14

L-ebda eżenzjoni m’għandha tingħata għal prodotti alkoħoliċi, tabakk jew prodotti tat-tabakk.

Artikolu 15

1.   Ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, eżenzjoni għandha tingħata biss fir-rigward ta’ oġġetti mdaħħla għal ċirkolazzjoni ħielsa:

(a)

mhux qabel xahrejn qabel id-data ffissata għat-tieġ (f’dan il-każ l-eżenzjoni għandha tkun soġġetta għall-għoti ta’ garanzija xierqa, l-forma u l-ammont ta’ liema għandha tkun deċiża mill-awtoritajiet kompetenti); u

(b)

mhux aktar tard minn erba’ xhur wara d-data taż-żwieġ.

2.   L-oġġetti imsemmijin fl-Artikolu 12 jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa f’għadd ta’ konsenji separati fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 16

1.   Sakemm ma jgħaddux 12-il xahar mid-data li fiha ġie aċċettat id-dħul tagħhom għal ċirkolazzjoni ħielsa, affarijiet li ddaħħlu mingħajr dazju taħt l-Artikolu 12 ma jistgħux jinsilfu, jiġu mogħtija bħala garanzija, mikrija jew trasferiti, kemm għal prezz kif ukoll bla ħlas, mingħajr notifika minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti.

2.   Kull self, għotja bħala garanzija, kirja jew trasferiment qabel l-iskadenza tal-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jġib miegħu ħlas tad-dazji fuq l-importazzjoni relevanti fuq l-oġġetti involuti, bir-rata li tapplika fid-data ta’ tali self, għotja bħala garanzija, kirja jew trasferiment abbażi tat-tip ta’ affarijiet u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

KAPITOLU III

Proprjetà personali akkwistata b’wirt

Artikolu 17

1.   Soġġett għall-Artikoli 18 sa 20, proprjetà personali akkwistata b’wirt, minn persuna fiżika li għandha l-post ta’ residenza normali fit-territorju doganali tal-Komunità għandha tiddaħħal ħielsa minn dazji fuq l-importazzjoni.

2.   Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, “proprjetà personali” tfisser il-proprjetà msemmija fl-Artikolu 2(1)(c) li tikkostitwixxi l-patrimonju tad-decuius.

Artikolu 18

L-ebda eżenzjoni m’għandha tingħata għal:

(a)

prodotti alkoħoliċi;

(b)

tabakk jew prodotti tat-tabakk;

(c)

mezzi ta’ trasport kummerċjali;

(d)

oġġetti għall-użu fl-eżerċizzju ta’ sengħa jew professjoni, barra minn strumenti li jinġarru tal-arti applikata jew liberali, li kienu meħtieġa għall-eżerċizzju tas-sengħa jew professjoni tad-decuius;

(e)

ħażniet ta’ materja prima u prodotti lesti jew kważi lesti;

(f)

bhejjem u ħażniet ta’ prodotti agrikoli li jiskorru l-kwantitajiet xierqa għar-rekwiżiti normali ta’ familja.

Artikolu 19

1.   Eżenzjoni għandha tingħata biss għal proprjetà personali mdaħħla għal ċirkolazzjoni ħielsa sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-data li fiha l-persuna involuta ssir intitolata għal proprjetà (determinazzjoni finali tal-wirt).

Iżda, dan il-perijodu jista’ jiġi estiż mill-awtoritajiet kompetenti għal raġunijiet speċjali.

2.   Il-proprjetà personali tista’ tiġi impurtata f’għadd ta’ konsenji separati fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 20

L-Artikoli 17, 18 u 19 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal proprjetà personali akkwistata b’wirt minn persuni ġuridiċi mpenjati f’attività li ma tagħmilx qligħ li huma stabbiliti fit-territorju doganali tal-Komunità.

KAPITOLU IV

Tibdiliet tal-iskola, materjal edukattiv u affarijiet tad-dar relatati

Artikolu 21

1.   Bidliet, materjal edukattiv u affarijiet tad-dar rappreżentanti l-għamara tas-soltu għal kamra ta’ student u li jappartieni lil aljevi jew studenti li ġejjin joqogħdu fit-territorju doganali tal-Komunità għall-għan li jistudjaw hemmhekk u maħsubin għall-użu personali tagħhom matul il-perijodu tal-istudji tagħhom għandhom jiddaħħlu mingħajr dazju.

2.   Għall-għanijiet tal-paragrafu 1:

(a)

“aljev jew student” tfisser kull persuna reġistrata fi stabbiliment ta’ edukazzjoni sabiex jattendi l-korsijiet matul il-ġurnata kollha li jkunu offerti hemmhekk;

(b)

“tibdila” tfisser ħwejjeġ ta’ taħt jew bjankerija domestika kif ukoll ħwejjeġ, kemm jekk ġodda jew le;

(c)

“materjal edukattiv” tfisser oġġetti u strumenti (inklużi kalkolatriċijiet u tajprajters) li normalment jintużaw minn aljevi jew studenti għall-iskopijiet tal-istudji tagħhom.

Artikolu 22

Għandha tingħata eżenzjoni mill-inqas darba kull sena skolastika.

KAPITOLU V

Konsenji ta’ valur negliġibbli

Artikolu 23

1.   Soġġett għall-Artikolu 24, kull kunsinna magħmula minn oġġetti ta’ valur negliġibbli mibgħuta direttament minn pajjiż terz lil kunsinnatarju fil-Komunità għandha tiddaħħal ħielsa mid-dazju ta’ importazzjoni.

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1, “oġġetti ta’ valur negliġibbli” tfisser oġġetti li l-valur intrinsiku tagħhom ma jeċċedix total ta’ 1 EUR 150 kull kunsinna.

Artikolu 24

L-eżenzjoni m’għandhiex tapplika għal dawn li ġejjin:

(a)

prodotti alkoħoliċi;

(b)

fwejjaħ u ilmijiet tat-twaletta;

(c)

tabakk jew prodotti tat-tabakk.

KAPITOLU VI

Kunsinni mibgħuta minn individwu privat għall-ieħor

Artikolu 25

1.   Soġġett għall-Artikoli 26 u 27, merkanzija miżmuma f’kunsinni mibgħuta minn pajjiż terz minn individwu privat għal individwu privat ieħor li joqgħod f’territorju doganali tal-Komunità għandha tiġi ammessa ħielsa minn dazji fuq l-importazzjoni, sakemm importazzjonijiet bħal dawn mhumiex ta’ xorta kummerċjali.

L-eżenzjoni li jagħmel tajjeb għalih dan il-paragrafu m’għandux japplika għal merkanzija fil-kunsinni mibgħuta mill-gżira ta’ Heligoland.

2.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, kunsinni importati huma “ta’ xorta mhux kummerċjali” jekk:

(a)

huma ta’ xorta okkażjonali;

(b)

iżommu merkanzija esklużivament għall-użu personali ta’ min jagħmel il-kunsinna jew il-familja tiegħu, li ma jirriflettux permezz tax-xorta jew il-kwantità tagħhom xi interess kummerċjali;

(c)

huma mibgħuta lil min jirċievi l-kunsinna ħielsa minn ħlas ta’ kwalunkwe xorta.

Artikolu 26

1.   L-eżenzjoni msemmi fl-Artikolu 25(1) għandu japplika għall-valur ta’ EUR 45 għal kull kunsinna, inkluż il-valur ta’ merkanzija msemmija fl-Artikolu 27.

2.   Meta l-valur totali għal kull kunsinna ta’ żewġ oġġetti jew aktar jaqbeż l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, eżenzjoni sa dak l-ammont għandu jiġi mogħti għal oġġetti bħal dawn kif kien ikun mogħti eżenzjoni, jekk importati separatament, bil-fehma li l-valur ta’ oġġett individwali ma jistax jiġi maqsum.

Artikolu 27

L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 25(1) għandha tkun limitata, għal kull kunsinna, għall-kwantitajiet mogħtija għal kull wieħed mill-oġġetti imniżżla hawn taħt:

(a)

prodotti tat-tabakk:

50 sigarett;

25 cigarillo (sigarri ta’ piż massimu ta’ tliet grammi kull wieħed);

10 sigarri;

50 gramma ta’ tabakk għat-tipjip;

taħlita proporzjonali ta’ dawn il-prodotti differenti;

(b)

alkoħol u xorb alkoħoliku:

xorb distillat u spirti ta’ forza alkoħolika b’volum li jaqbeż il-volum ta’ 22 %; alkoħol ethyl mhux snaturat ta’ volum ta’ 80 % u iktar: litru; jew

xorb u spirti distillati, u aperittivi b’bażi alkoħolika jew ta’ nbid, tafia, saké jew xorb simili, ta’ forza alkoħolika b’volum li ma jaqbiżx il-volum ta’ 22 %; inbid frizzanti, inbejjed ta’ likur: litru, jew taħlita proporzjonali ta’ dawn il-prodotti differenti; u

inbejjed: żewġ litri;

(c)

fwejjaħ: 50 gramma; jew

toilet waters: 0,25 litru.

KAPITOLU VII

Oġġetti kapitali u tagħmir ieħor importat mat-trasferiment ta’ attivitajiet minn pajjiż terz għall-Komunità

Artikolu 28

1.   Mingħajr preġudizzju għall-miżuri viġenti fl-Istati Membri f’dak li jirrigwarda l-politika industrijali u kummerċjali, u soġġett għall-Artikoli 29 sa 33, l-oġġetti kapitali u t-tagħmir ieħor li jkunu ta’ impriżi li jtemmu għal kollox l-attività tagħhom f’pajjiż terz u jmorru fit-territorju doganali tal-Komunità sabiex iwettqu attività simili hemmhekk, għandhom jiddaħħlu mingħajr dazju fuq l-importazzjoni.

Fejn l-impriża trasferita hija proprjetà agrikola, il-bhejjem tagħha ukoll għandhom jiddaħħlu mingħajr dazju.

2.   Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, “impriża” tfisser unità ekonomika indipendenti ta’ produzzjoni jew tal-industrija tas-servizzi.

Artikolu 29

Eżenzjoni għandha tkun limitata għal oġġetti kapitali u tagħmir ieħor li:

(a)

ħlief f’każijiet speċjali ġġustifikati miċ-ċirkostanzi, intużaw fl-impriża għal minimu ta’ tnax-il xahar qabel id-data li fiha l-impriża waqqfet topera fil-pajjiż terz minn liema hija ttrasferiet l-attivitajiet tagħha;

(b)

huma maħsuba biex jintużaw għall-istess skopijiet wara t-trasferiment;

(c)

huma xierqa għan-natura u d-daqs tal-impriża inkwistjoni.

Artikolu 30

L-ebda eżenzjoni m’għandha tingħata lil impriżi li t-trasferiment tagħhom għal ġewwa t-territorju doganali tal-Komunità hija konsegwenza ta’ jew għall-iskop ta’ għaqda, jew assorbiment minn, impriża stabbilita fit-territorju doganali tal-Komunità, mingħajr ma titwaqqaf attività ġdida.

Artikolu 31

L-ebda eżenzjoni m’għandha tingħata għal:

(a)

mezzi ta’ trasport li mhumiex tan-natura ta’ strumenti ta’ produzzjoni jew tal-industrija tas-servizzi;

(b)

fornimenti ta’ kull tip maħsuba għal konsum tal-bniedem jew l-għalf tal-annimali;

(c)

karburanti u ħażniet ta’ materja prima jew prodotti lesti jew kważi lesti;

(d)

bhejjem fil-pussess ta’ bejjiegħa.

Artikolu 32

Ħlief f’każijiet speċjali ġġustifikati miċ-ċirkostanzi, l-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 28 għandha tingħata biss għal oġġetti kapitali u tagħmir ieħor imdaħħla għal ċirkolazzjoni ħielsa qabel l-iskadenza ta’ tnax-il xhar mid-data li fiha l-impriża temmet l-attivitajiet tagħha fil-pajjiż terz tat-tluq.

Artikolu 33

1.   Sa ma jiddekorru 12-il xhar mid-data li fiha ġie aċċettat id-dħul tagħhom għal ċirkolazzjoni ħielsa, oġġetti kapitali u tagħmir ieħor li ddaħħlu mingħajr dazju ma jistgħux jinsilfu, jingħataw bħala garanzija, jinkrew jew ikunu trasferiti, kemm bil-ħlas jew bla ħlas, mingħajr notifika minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti.

Dan il-perijodu jista’ jiġi estiż għal massimu ta’ 36 xhar f’dak li jirrigwarda kiri jew trasferiment fejn hemm riskju ta’ abbuż.

2.   Kull self, għotja bħala garanzija, kirja jew trasferiment qabel l-iskadenza tal-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jġib miegħu ħlas tad-dazji fuq l-importazzjoni relevanti fuq l-affarijiet involuti, bir-rata li tapplika fid-data ta’ tali self, għotja bħala garanzija, kirja jew traseferiment fuq il-bażi tat-tip ta’ affarijiet u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 34

L-Artikoli 28 sa 33 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal oġġetti kapitali u tagħmir ieħor li jkunu ta’ persuni involuti f’professjoni libera u ta’ persuni ġuridiċi involuti f’attività bla qligħ li jittrasferixxu din l-attività minn pajjiż terz għal ġewwa t-territorju doganali tal-Komunità.

KAPITOLU VIII

Prodotti miksuba minn bdiewa tal-Komunità fuq proprjetajiet li jinsabu f’pajjiż terz

Artikolu 35

1.   Soġġett għall-Artikoli 36 u 37, prodotti agrikoli, tat-trobbija tal-annimali, tal-allevament tan-naħal, ta’ ortikoltura tal-foresti minn proprjetajiet li jinsabu f’pajjiż terz kontigwi mat-territorju doganali tal-Komunità, li huma mħaddma minn produtturi agrikoli li għandhom l-impriża ewlenija tagħhom fi ħdan it-territorju doganali msemmi u kontigwa mal-pajjiż terz involut għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

2.   Sabiex igawdu mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, prodotti tat-trobbija tal-annimali għandhom ikunu derivati minn annimali li joriġinaw fil-Komunità jew li daħlu għal ċirkolazzjoni ħielsa hemmhekk.

Artikolu 36

L-eżenzjoni għandha tkun limitata għal prodotti li normalment ma jkunux ġew sottoposti għal trattament barra dak li normalment isegwi l-ħsad jew produzzjoni tagħhom.

Artikolu 37

L-eżenzjoni għandha tingħata biss għal prodotti miġjuba fit-territorju doganali tal-Komunità mill-produttur agrikolu jew għan-nom tiegħu.

Artikolu 38

L-Artikoli 35, 36 u 37 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-prodotti tas-sajd jew attivitajiet ta’ trobbija tal-ħut li jsiru fl-għadajjar jew fil-kanali navigabbli li jikkonfinaw ma’ Stat Membru u pajjiż terz minn sajjieda tal-Komunità u għal dawk il-prodotti ta’ attivitajiet ta’ kaċċa li jsiru fl-għadajjar jew fil-kanali navigabbli bħal dawn minn sportivi tal-Komunità.

KAPITOLU IX

Żrieragħ, fertilizzanti u prodotti għat-trattament tal-ħamrija u ħsad impurtat minn produtturi agrikoli f’pajjiżi terzi għal użu fil-proprjetajiet kontigwi ma’ dawk il-pajjiżi

Artikolu 39

Soġġett għall-Artikolu 40, żrieragħ, fertilizzanti u prodotti għat-trattament tal-ħamrija u ħsad, maħsuba għal użu fil-proprjetà li tinsab fit-territorju doganali tal-Komunità kontigwu ma’ pajjiż terz u mħaddma minn produtturi agrikoli li għandhom l-impriża ewlenija tagħhom fi ħdan l-imsemmi pajjiż terz u kontigwa mat-territorju doganali tal-Komunità, għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

Artikolu 40

1.   L-eżenzjoni għandha tkun limitata għall-kwantitajiet ta’ żrieragħ, fertilizzanti jew prodotti oħra meħtieġa għall-għan ta’ tħaddim tal-proprjetà.

2.   Għandha tingħata biss għal żrieragħ, fertilizzanti jew prodotti oħra importati direttament fit-territorju doganali tal-Komunità mill-produttur agrikolu jew f’ismu.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li l-eżenzjoni tkun bil-kondizzjoni tal-għotja ta’ trattament reċiproku.

KAPITOLU X

Merkanzija li tinsab fil-bagoll personali ta’ vjaġġatur

Artikolu 41

Merkanzija li tinstab fil-bagalji personali ta’ vjaġġaturi li ġejjin minn pajjiż terz għandha tiddaħħal ħielsa minn dazji ta’ importazzjoni, sakemm dawn l-importazzjonijiet ikunu eżentati mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottata skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa fuq oġġetti importati minn persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi (5).

Merkanzija importata fit-territorji elenkati fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (6) għandhom ikunu soġġetti għall-istess dispożizzjonijiet dwar ħelsien mid-dazju bħall-merkanzija importata fi kwalunkwe parti tat-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

KAPITOLU XI

Materjali edukattivi, xjentifiċi u kulturali; strumenti u apparat xjentifiku

Artikolu 42

Il-materjali edukattivi, xjentifiċi u kulturali elenkati fl-Anness I għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni jkun min ikun il-konsenjatarju u jkun xi jkun l-użu maħsub ta’ tali materjali.

Artikolu 43

Il-materjali edukattivi, xjentifiċi u kulturali elenkati fl-Anness II għandhom jiddaħħlu mingħajr dazju fuq l-importazzjoni sakemm huma maħsubin jew:

(a)

għal stabbilimenti jew organizzazzjonijiet pubbliċi, edukattivi, xjentifiċi jew kulturali; jew

(b)

għall-istabbilimenti jew organizzazzjonijiet fil-kategoriji speċifikati biswit kull oġġett fil-kolonna 3 tal-Anness II, bil-kondizzjoni li jkunu ġew approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex jirċievu tali oġġetti mingħajr dazju.

Artikolu 44

1.   Soġġett għall-Artikoli 45 sa 49, strumenti u apparat xjentifiku li m’humiex inklużi fl-Artikolu 43 għandhom jiddaħħlu ħielsa mid-dazji ta’ importazzjoni meta jkunu importati esklużivament għal għanijiet mhux kummerċjali.

2.   L-eżenzjoni li għaliha tirreferi l-paragrafu 1 għandha tkun limitata għal strumenti u apparat xjentifiku li jkunu maħsuba għal:

(a)

stabilimenti pubbliċi prinċipalment okkupati f’riċerka edukattiva jew xjentifika u dawk id-dipartimenti ta’ stabilimenti pubbliċi li huma prinċipalment marbuta f’riċerka edukattiva jew xjentifika; jew

(b)

stabilimenti privati prinċipalment marbuta f’riċerka edukattiva jew xjentifika u approvati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jirċievu dawk l-oġġeti ħielsa mid-dazju.

Artikolu 45

L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 44(1) għandha tapplika wkoll għal:

(a)

partijiet ta’ rikambju, komponenti jew aċċessorji speċifikament addattati għal strumenti jew apparat xjentifiku, sakemm dawk il-partijiet ta’ rikambju, komponenti jew aċċessorji jkunu importati fl-istess żmien bħal dawk l-istrumenti jew apparat jew, meta jiġu importati wara, jkunu jistgħu jiġu identifikati bħala li jkunu maħsuba għall-istrumenti jew apparat:

(i)

li jkun qabel iddaħħal ħieles mid-dazju, sakemm dawk l-istrumenti jew apparat ikunu għadhom ta’ natura xjentifika fiż-żmien meta jintalab il-ħelsien għall-partijiet ta’ rikambju, komponenti jew aċċessorji speċifiċi, jew

(ii)

li kienu jkunu intitolati għall-ħelsien fiż-żmiem meta dak il-ħelsien jintalab għall-partijiet ta’ rikambju, komponenti jew aċċessorji speċifiċi;

(b)

għodda li għandhom jintużaw għall-manutenzjoni, verifikazzjoni, kalibrazzjoni jew tiswija tal-istrumenti jew apparat xjentifiku, sakemm dawn l-għodda jiġu importati fl-istess żmien ta’ dawk l-istrumenti jew apparat jew, meta jiġu importati wara, ikunu jistgħu jiġu identifikati bħala li jkunu maħsuba għall-istrumenti jew apparat:

(i)

li jkun qabel iddaħħal ħielsa mid-dazju, sakemm dawk l-istrumenti jew apparat jkunu għadhom ta’ natura xjentifika fiż-żmien meta jintalab il-ħelsien għall-għodda, jew

(ii)

li kienu jkun intitolati għall-ħelsien fiż-żmien meta dak il-ħelsien kien ikun mitlub għall-għodda.

Artikolu 46

Għall-għanijiet tal-Artikoli 44 u 45:

(a)

“strument jew apparat xjentifiku” tfisser kull strument jew apparat li, skont il-karatteristiċi tal-objettiv tekniku tiegħu u r-riżultati li jagħmilha possibbli li jiġu miksuba, ikun prinċipalment jew esklużivament addattat għall-attivitajiet xjentifiċi;

(b)

“importat għal għanijiet mhux kummerċjali” għandha tkun kunsidrata li tapplika għall strumenti jew apparat maħsub biex jiġi użat għal għanijiet ta’ riċerka xjentifika jew edukattiva li ma tagħmilx profitt.

Artikolu 47

Fejn meħtieġ, ċerti strumenti jew apparat jistgħu, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 247a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, jiġu esklużi mid-dritt tal-eżenzjoni, fejn jinstab li d-dħul b’ħelsien mid-dazju ta’ dawk l-istrumenti jew apparat ikun ta’ ħsara għall-interessi tal-industrija tal-Komunità fis-settur tal-produzzjoni konċernat.

Artikolu 48

1.   L-oġġetti li għalihom jirreferi l-Artikolu 43 u l-istrumenti jew apparat xjentifiku li jkun ddaħħlu ħielsa mid-dazju skont il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Arikoli 45, 46 u 47 m’għandhomx jiġu mislufa, mikrija jew trasferiti, sew bi ħlas sew jekk bla ħlas, mingħajr in-notifikazzjoni minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti.

2.   Jekk xi oġġett jiġi misluf, mikri jew trasferit lil xi stabbiliment jew organizzazzjoni intitolata għall-benefiċċju ta’ ħelsien skont l-Artikolu 43 jew 44(2), il-ħelsien għandu jibqa’ jingħata sakemm l-istabbiliment jew l-organizzazzjoni jużaw l-oġġett, strument jew apparat għall-għanijiet li jagħtu d-dritt għal dak il-ħelsien.

F’każijiet oħra, is-self, kiri jew trasferiment għandu jkun suġġett għall-ħlas minn qabel tad-dazji ta’ importazzjoni, bir-rata applikabbli fid-data tas-self, kiri jew trasferiment, fuq il-bażi tat-tip ta’ oġġetti u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 49

1.   Stabbilimenti jew organizazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 43 u 44 li ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet li jagħtu d-dritt għal eżenzjoni, jew li qed jipproponu li jużaw l-oġġetti mdaħħla mingħajr dazju għal għanijiet differenti minn dawk li hemm dispożizzjoni għalihom permezz ta’ dawk l-Artikoli għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti b’dan.

2.   Oġġetti li jibqgħu fil-pussess ta’ stabbilimenti jew organizzazzjonijiet li ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet li jagħtu d-dritt għal eżenzjoni għandhom jeħlu d-dazji fuq l-importazzjoni bir-rata li tkun tapplika fid-data li fiha dawk il-kondizzjonijiet ma jibqgħux jiġu sodisfatti, fuq il-bażi tat-tip ta’ oġġett u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

L-oġġetti użati mill-istabbiliment jew organizzazzjoni li tgawdi mill-eżenzjoni għal għanijiet oħra minbarra dawk li hemm dispożizzjoni għalihom fl-Artikoli 43 u 44 għandhom jeħlu d-dazji fuq l-importazzjoni relevanti kkalkulati kif applikabbli fid-data li ġew adoperati għal użu ieħor, fuq il-bażi tat-tip ta’ oġġetti u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 50

L-Artikoli 47, 48 u 49 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-prodotti msemmijin fl-Artikolu 45.

Artikolu 51

1.   L-apparat importat għal skopijiet mhux kummerċjali minn jew għan-nom ta’ stabbiliment ta’ riċerka xjentifika jew organizzazzjoni bażata barra mill-Komunità għandu jidħol ħieles mid-dazji ta’ importazzjoni.

2.   L-eżenzjoni għandha tingħata sakemm l-apparat:

(a)

ikun maħsub għall-użu minn jew bi ftehim tal-membri jew rappreżentanti tal-istabilimenti u organizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fil-kuntest u fil-limiti tal-ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika li l-għan tagħha hu li jsiru programmi ta’ riċerka xjentifika internazzjonali fi stabilimenti ta’ riċerka xjentifika bbażati fil-Komunità u approvati għal dak il-għan mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

(b)

jibqa’ l-proprjetà ta’ persuna fiżika jew ġuridika residenti barra mill-Komunità matul il-waqfa tiegħu fit-territorju doganali tal-Komunità.

3.   Għall-fini ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 52:

(a)

“apparat” ifisser strumenti, apparat, makni u l-aċċessorji tagħhom inklużi partijiet ta’ rikambju u għodda disinjati b’mod speċjali għall-manutenzjoni tagħhom, spezzjoni, kalibrazzjoni jew tiswija, użati għall-fini ta’ riċerka xjentifika,

(b)

apparat maħsub għall-użu ta’ riċerka xjentifika magħmula għal finijiet mhux ta’ profitt hu kunsidrat li jkun “importat għal finijiet mhux kummerċjali”.

Artikolu 52

1.   Apparat li jkun iddaħħal mingħajr il-ħlas ta’ dazju b’mod konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-imsemmi Artikolu 51 ma jistax jiġi misluf, mikri jew trasferit, kemm bi ħlas jew mingħajr ħlas, mingħajr notifika bil-quddiem lill-awtoritajiet kompetenti.

2.   Jekk l-apparat jiġi misluf, mikri jew trasferit lil stabiliment jew organizzazzjoni li għandhom il-jedd li jibbenefikaw minn eżenzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 51, l-eżenzjoni għandha tkompli tingħata sakemm l-istabbiliment jew organizzazzjoni juża l-apparat għal skopijiet li taw dritt għal dik l-eżenzjoni.

F’każijiet oħra, u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 44 u 45, tislif, kiri jew trasferiment għandu jkun suġġett għal pagament ta’ dazju minn qabel, bir-rata applikabbli fid-data tas-self, kirja jew trasferiment, ibbażata fuq it-tip ta’ apparat u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

3.   Stabbilimenti jew organizzazzjonijijet imsemmija fl-Artikolu 51(1) li ma jibqgħux jaderixxu mal-kondizzjonijiet biex jikkwalifikaw għal għajnuna jew li jkunu qed jipproponu li jużaw l-apparat imdaħħal mingħajr il-ħlas ta’ dazju għal skopijiet minbarra dawk li jinsabu f’dak l-Artikolu għandhom jinfurmaw b’dan lill-awtoritajiet kompetenti.

4.   L-apparat użat minn stabilimenti jew organizzazzjonijiet li ma jibqgħux jaderixxu mal-kondizzjonijiet li jkunu intitolawhom għal għajnuna għandhom ikunu suġġetti għad-dazju rilevanti bir-rata applikabbli fid-data li fiha dawk il-kondizzjonijiet ma jkunux aktar sodisfatti, fuq il-bażi tat-tip tal-artikolu u l-valur doganali aċċertat u aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 44 u 45, l-apparat użat mill-istabiliment jew organizzazzjoni li bbenefikaw mill-għajnuna għal skopijiet minbarra dawk provduti fl-Artikolu 51 għandu jkun suġġett għad-dazju rilevanti kalkulat bħala applikabbli fid-data li fiha jitpoġġa għal użu ieħor, abbażi tat-tip ta’ apparat u l-valur doganali aċċertat u aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

KAPITOLU XII

Annimali tal-laboratorju u sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi maħsubin għar-riċerka

Artikolu 53

1.   L-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni għandha tiġi mogħtija fejn għandhom x’jaqsmu:

(a)

annimali speċjalment preparati għall-użu fil-laboratorju;

(b)

sustanzi bioloġiċi jew kimiċi inklużi f’lista mfassla skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 247a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, li huma importati esklussivament għal skopijiet mhux kummerċjali.

2.   L-eżenzjoni imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun limitata għall-annimali u sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi li huma maħsuba għal:

(a)

stabblimenti pubbliċi prinċipalment okkupati fir-riċerka edukattiva jew xjentifika u dawk id-dipartimenti ta’ stabbilimenti pubbliċi li huma prinċipalment okkupati fir-riċerka edukattiva jew xjentifika; jew

(b)

stabbilimenti privati li huma prinċipalment okkupati fir-riċerka edukattiva jew xjentifika u awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex jirċievu oġġetti bħal dawn mingħajr dazju.

3.   Il-lista msemmija fil-paragrafu 1(b) tista’ tinkludi biss sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi li għalihom m’hemm ebda protezzjoni ekwivalenti fit-territorju doganali tal-Komunità u li, minħabba l-ispeċifiċità jew il-grad ta’ purità tagħhom, huma primarjament jew esklussivament xierqa għal riċerka xjentifika.

KAPITOLU XIII

Sustanzi terapewtiċi ta’ oriġini umana u reaġenti għall-klassifika tad-demm u tat-tessuti

Artikolu 54

1.   Soġġett għall-Artikolu 55, dawn li ġejjin għandhom jiddaħħlu mingħajr dazju fuq l-importazzjoni:

(a)

sustanzi terapewtiċi ta’ oriġini umana;

(b)

reaġenti għall-klassifika tad-demm;

(c)

reaġenti għall-klassifika tat-tessuti.

2.   Għall-għanijiet tal-paragrafu 1:

(a)

“sustanzi terapewtiċi ta’ oriġini umana” tfisser demm uman u d-derivattivi tiegħu (demm uman sħiħ, plasma umana mnixxfa, albumin uman u soluzzjonijiet fissi ta’ proteina plasmika umana, immunoglobulin uman u fibrinoġen uman);

(b)

“reaġenti għall-klassifika tad-demm” tfisser ir-reaġenti kollha, kemm ta’ oriġini umana, tal-annimali jew pjanti kif ukoll ta’ oriġini oħra użati għal klassifika tad-demm u għat-tikxif ta’ inkompatibbilitajiet tad-demm;

(c)

“klassifika tat-tessut” tfisser ir-reaġenti kollha kemm ta’ oriġini umana, tal-annimali, tal-pjanti jew oriġini oħra użati għad-determinazzjoni ta’ tipi ta’ tessuti umani.

Artikolu 55

L-eżenzjoni għandha tkun limitata għal prodotti li:

(a)

huma maħsuba għall-istituzzjonijiet jew laboratorji approvati mill-awtoritajiet kompetenti, għal użu esklussiv għal skopijiet mediċi jew xjentifiċi mhux kummerċjali;

(b)

huma akkumpanjati b’ċertifikat ta’ konformità maħruġ minn korp awtorizzat fil-pajjiż terz tat-tluq;

(c)

huma f’kontenituri li għandhom tikketta speċjali li tidentifikahom.

Artikolu 56

L-eżenzjoni għandha tinkludi l-ippakkjar essenzjali speċjali għat-trasport ta’ sustanzi terapewtiċi ta’ oriġini umana jew ta’ reaġenti ta’ klassifika tad-demm jew ta’ klassifikazzjoni ta’ tessut kif ukoll solventi u aċċessorji meħtieġa għall-użu tagħhom li jistgħu jkunu inklużi fil-konsenji.

KAPITOLU XIV

Strumenti u apparat maħsuba għal riċerka medika, it-twaqqif ta’ dijanjosi medika jew twettiq ta’ kura medika

Artikolu 57

1.   Strumenti u apparat maħsuba għal riċerka medika, deċiżjoni ta’ dijanjosi medika jew twettiq ta’ kura medika li jingħataw bħala donazzjoni minn xi organizzazzjoni ta’ karità jew filantropika jew minn individwu privat lill-awtoritajiet tas-saħħa, dipartimenti tal-isptar jew istituzzjonijiet għar-riċerka medika approvata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex jirċievu dawk l-oġġetti ħielsa mid-dazju, jew li huma mixtrija minn dawk l-awtoritajiet tas-saħħa, spartijiet jew istituzzjonijiet ta’ riċerka medika kollha kemm huma b’fondi provduti minn xi organizzazzjoni ta’ karità jew filantropika jew b’kontribuzzjonijiet volontarji, għandhom jiddaħlu ħielsa mid-dazji ta’ importazzjoni, dejjem sakemm jiġi stabbilit illi:

(a)

id-donazzjoni tal-istrumenti jew apparat msemmi ma taħbix xi interess kummerċjali min-naħa tad-donatur; u

(b)

id-donatur bl-ebda mod ma jkollu konnessjoni mal-manifattur tal-istrumenti jew apparat li dwaru tintalab l-eżenzjoni.

2.   L-eżenzjoni għandha tapplika wkoll, soġġetta għall-istess kondizzjonijiet, għal:

(a)

partijiet ta’ rikambju, komponenti jew aċċessorji speċifikament addattati għall-istrumenti jew apparat imsemmi fil-paragrafu 1, sakemm dawn il-partijiet ta’ rikambju, komponenti jew aċċessorji jkunu importati fl-istess żmien bħal dawk tal-istrumenti jew apparat jew, meta jiġu importati wara, ikunu jistgħu jiġu identifikati bħala li jkunu maħsuba għall-istrumenti jew apparat imdaħħal qabel ħieles mid-dazju;

(b)

għodda li għandhom jintużaw għall-manutenzjoni, verifikazzjoni, kalibrazzjoni jew tiswija tal-istrumenti jew apparat, sakemm dawn l-għodda jiġu importati fl-istess żmien ta’ dawk l-istrumenti jew apparat jew, meta jiġu importati wara, jkunu jistgħu jiġu identifikati bħala li jkunu maħsuba għall-istrumenti jew apparat imdaħħal qabel, ħieles mid-dazju.

Artikolu 58

Għall-għanijiet tal-Artikolu 57, u b’mod partikolari dwar l-istrumeni jew apparat u dawk li ser jirċevuh li għalihom hemm referenza fih, l-Artikoli 47, 48 u 49 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

KAPITOLU XV

Sustanzi ta’ referenza għall-kontroll tal-kwalità ta’ prodotti mediċinali

Artikolu 59

Il-kunsinni li jikkontjenu kampjuni ta’ sustanzi ta’ riferenza approvati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għall-kontroll tal-kwalità ta’ materjali użati fil-fabbrikazzjoni ta’ prodotti mediċinali u li huma indirizzati lil min jagħmel il-kunsinna awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex jirċievu kunsinni bħal dawn ħielsa mid-dazju għandhom jiġu ammessi ħielsa minn dazji fuq l-importazzjoni.

KAPITOLU XVI

Prodotti farmaċewtiċi użati f’avvenimenti tal-isport internazzjonali

Artikolu 60

Prodotti farmaċewtiċi għall-użu mediku tal-bniedem jew veterinarju minn persuni jew annimali li ġejjin minn pajjiżi terzi biex jieħdu sehem f’avvenimenti tal-isport internazzjonali organizzati fit-territorju doganali tal-Komunità, għandhom, fi ħdan il-limiti meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tagħhom matul il-permanenza tagħhom f’dak it-territorju, jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

KAPITOLU XVII

Merkanzija għal organizzazzjonijiet ta’ karità jew filantropiċi: oġġetti maħsubin għall-għomja u persuni oħra b’diżabilità

A.   Għal għanijiet ġenerali

Artikolu 61

1.   Soġġett għall-Artikoli 63 u 64, dawn li ġejjin għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni, sakemm dan ma jagħtix lok għal abbużi jew distorsjonijiet kbar tal-kompetizzjoni:

(a)

neċessitajiet bażiċi importati minn organizzazzjonijiet tal-Istat jew organizzazzjonijiet ta’ karità jew filantropiċi oħra approvati mill-awtoritajiet kompetenti għal distribuzzjoni bla ħlas lil persuni fil-bżonn;

(b)

merkanzija ta’ kull deskrizzjoni mibgħuta mingħajr ħlas, minn persuna jew organizzazzjoni stabbilita mit-territorju doganali tal-Komunità, u mingħajr intenzjoni kummerċjali min-naħa ta’ min qed jibgħat, lil organizzazzjonijiet tal-Istat jew organizzazzjonijiet ta’ karità jew filantropiċi oħra approvati mill-awtoritajiet kompetenti, li tintuża għal ġbir ta’ fondi f’avvenimenti okkażjonali ta’ karità għall-benefiċċju ta’ persuni fil-bżonn;

(c)

apparat u materjali tal-uffiċċju mibgħuta mingħajr ħlas, minn persuna jew organizzazzjoni stabbilita barra mit-territorju doganali tal-Komunità, u mingħajr ebda intenzjoni kummerċjali min-naħa ta’ min qed jibgħat, lil organizzazzjonijiet ta’ karità jew filantropiċi approvati mill-awtoritajiet kompetenti, biex jintużaw biss għall-għan li jissodisfaw il-bżonnijiet ta’ ħidma tagħhom jew biex jesegwixxu l-għanijiet karitatevoli jew filantropiċi tagħhom.

2.   Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(a), “neċessitajiet bażiċi” tfisser dik il-merkanzija meħtieġa għall-bżonnijiet immedjati tal-bnedmin, eż. ikel, mediċina, ħwejjeġ u affarijiet tas-sodda.

Artikolu 62

L-ebda eżenzjoni m’għandha tingħata għal:

(a)

prodotti alkoħoliċi;

(b)

tabakk jew prodotti tat-tabakk;

(c)

kafè u te;

(d)

vetturi bil-mutur ħlief ambulanzi.

Artikolu 63

L-eżenzjoni għandha tingħata biss lil organizzazzjonijiet li l-proċeduri ta’ kontabbiltà tagħhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti biex jissorveljaw il-ħidmiet tagħhom u li joffru l-garanziji meqjusa neċessarji.

Artikolu 64

1.   L-organizzazzjoni li tibbenefika mill-eżenzjoni ma tistax issellef, tikri jew tittrasferixxi, kemm għal ħlas jew bla ħlas, l-oġġetti u l-apparat imsemmijin fl-Artikolu 61 għal għanijiet barra minn dawk stipulati fil-paragrafu 1(a) u (b) ta’ dak l-Artikolu mingħajr notifika minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti.

2.   Fil-każ li l-oġġetti u t-tagħmir jinsilfu, jinkrew jew jiġu trasferiti lil organizzazzjoni intitolata li tgawdi mill-eżenzjoni skont l-Artikoli 61 u 63, l-eżenzjoni għandha tkompli tingħata sakemm din tal-aħħar tuża l-oġġetti u t-tagħmir għal għanijiet li jikkonferixxu d-dritt għal tali eżenzjoni.

F’każijiet oħra, self, kiri jew trasferiment għandhom ikunu soġġetti għal ħlas minn qabel ta’ dazji fuq l-importazzjoni, bir-rata li tapplika fid-data tas-self, kiri jew trasferiment, fuq il-bażi tat-tip ta’ oġġetti jew attrezzatura u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 65

1.   L-organizzazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 61 li ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet li jagħtu d-dritt għall-eżenzjoni, jew li qed jipproponu li jużaw il-merkanzija u l-apparat li ddaħħlu mingħajr dazju għal għanijiet barra minn dawk li hemm dispożizzjoni għalihom f’dak l-Artikolu, għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti b’dan.

2.   Merkanzija u apparat li jibqgħu fil-pussess ta’ organizzazzjonijiet li ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet li jagħtu dritt għal eżenzjoni għandhom jinkorru d-dazji fuq l-importazzjoni relevanti bir-rata li tapplika fid-data li fiha dawk il-kondizzjonijiet ma jibqgħux sodisfatti, fuq il-bażi tat-tip ta’ merkanzija u apparat u l-valur doganali kif aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

3.   Merkanzija u apparat użati mill-organizzazzjoni li tgawdi mill-eżenzjoni għal skopijiet oħra minbarra dawk li hemm dispożizzjoni għalihom fl-Artikolu 61 għandhom jinkorru d-dazji fuq l-importazzjoni relevanti bir-rata li tapplika fid-data li fiha huma ġew adoperati għal użu ieħor, fuq il-bażi tat-tip ta’ merkanzija u apparat u l-valur doganali kif aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

B.   Għall-benefiċċju ta’ persuni b’diżabbiltà

1.   Oġġetti għall-użu tal-għomja

Artikolu 66

Oġġetti mfasslin b’mod speċjali għall-avvanzament edukattiv, xjentifiku jew kulturali ta’ persuni għomja, kif speċifikat fl-Anness III, għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

Artikolu 67

1.   Oġġetti mfasslin b’mod speċjali għall-avvanzament edukattiv, xjentifiku jew kulturali ta’ persuni għomja, kif speċifikati fl-Anness IV, għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni sakemm huma jkunu impurtati minn:

(a)

il-persuni għomja nfushom għall-użu tagħhom; jew

(b)

istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet involuti fl-edukazzjoni ta’ jew l-għoti ta’ għajnuna lill-għomja, approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru għall-għan ta’ dħul mingħajr dazju ta’ dawn l-oġġetti.

2.   L-eżenzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tapplika għal partijiet ta’ rikambju, komponenti jew aċċessorji speċifikatament għall-oġġetti konċernati, u l-għodda li jridu jintużaw għall-manutenzjoni, kontroll, kalibrazzjoni jew tiswija tal-oġġetti msemmijin, sakemm tali partijiet ta’ rikambju, komponenti, aċċessorji jew għodda huma importati fl-istess waqt mal-oġġetti imsemmijin jew, jekk impurtati sussegwentement, jkunu jistgħu jiġu identifikati bħala intiżi għall-oġġetti mdaħħla preċedentement mingħajr dazju, jew li kieku jkunu intitolati għal eżenzjoni fil-mument meta tali eżenzjoni qed tintalab għall-partijiet ta’ rikambju, komponenti jew aċċessorji u għodda speċifiċi konċernati.

2.   Oġġetti għall-użu ta’ persuni oħra b’diżabilità

Artikolu 68

1.   Oġġetti speċjalment maħsuba għall-edukazzjoni, impjieg, avvanz soċjali ta’ persuni b’diżabilità fiżika jew mentali ħlief għal persuni għomja għandhom jiddaħlu ħielsa mid-dazji ta’ importazzjoni meta jiġu importati jew:

(a)

mill-persuni b’diżabilità nfushom għall-użu tagħhom, jew

(b)

minn istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet li huma prinċipalment mdaħħla fl-edukazzjoni ta’ persuni b’diżabilità jew fil-provvista ta’ għajnuna lilhomu li huma awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati membri biex jirċievu dawk l-oġġetti ħielsa mid-dazju.

2.   L-eżenzjoni li għaliha tirreferi l-paragrafu 1 għandha tapplika għal partijiet ta’ rikambju, komponenti jew aċċessorji speċifikament għall-oġġetti in kwistjoni, u għall-għodda li għandhom jintużaw għall-manutenzjoni verifikazzjoni, kalibrazzjoni jew tiswija tal-imsemmija oġġetti sakemm dawk l-partijiet ta’ rikambju, komponenti, aċċessorji jew għodda jiġu importati fl-istess żmien bħal dak tal-imsemmija, jew, meta dawn jiġu importati wara, jkunu jistgħu jiġu identifikati bħala li huma maħsuba għall-oġġetti li kienu ddaħħlu qabel ħielsa mid-dazju, jew li jkunu intitolati għall-ħelsien fiż-żmien meta dak il-ħelsien jiġi mitlub għall- partijiet ta’ rikambju, komponanti jew aċċessorji u għodda speċifiċi msemmija.

Artikolu 69

Fejn meħtieġ, ċerti oġġetti jistgħu, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 247a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, jiġu esklużi mid-dritt tal-ħelsien min dażju, fejn jinstab li d-dħul b’ħelsien mid-dazju ta’ dawk l-oġġetti jkun ta’ ħsara għall-interessi tal-industrija tal-Komunità fis-settur tal-produzzjoni konċernat.

3.   Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 70

L-għoti dirett ta’ eżenzjoni, għall-użu proprju tagħhom, lill-persuni għomja jew lill-persuni b’diżabilità oħra, kif previst fl-Artikolu 67(1)(a) u l-Artikolu 68(1)(a), għandu jkun suġġett għall-kondizzjoni li d-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri ikunu jagħtu d-dritt lill-persuni konċernati li jistabbilixxu l-istatus tagħhom bħala persuni għomja jew b’diżabilità intitolati għal dik l-eżenzjoni.

Artikolu 71

1.   L-oġġetti importati ħielsa mid-dazju minn persuni li għalihom jirreferi l-Artikoli 67 u 68 m’għandhomx jiġu mislufa, mikrija jew trasferiti sew bi ħlas jew bla ħlas, mingħajr in-notifikazzjoni tagħhom minn qabel lill-awtoritajet kompetenti.

2.   Jekk xi oġġett jiġi misluf, mikri jew trasferit lil xi persuna, istituzzjoni jew organizzazzjoni intitolata għall-benefiċċju ta’ eżenzjoni skont l-Artikoli 67 jew 68, l-eżenzjoni għandha tibqa’ tingħata sakemm il-persuna, istituzzjoni jew l-organizzazzjoni jużaw l-oġġett, għall-għanijiet li jagħtu d-dritt għal dik l-eżenzjoni.

Fil-każi l-oħra, is-self, kiri jew trasferiment għandu jkun suġġett għall-ħlas minn qabel tad-dazji ta’ importazzjoni, bir-rata applikabbli fid-data tas-self, kiri jew trasferiment, fuq il-bażi tat-tip ta’ merkanzija jew apparat u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 72

1.   L-oġġetti importati minn istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet eliġibbli għal eżenzjoni skont il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikoli 67 u 68 jistgħu jiġu mislufa, mikrja jew trasfertiti, sew bi ħlas jew bla ħlas, minn dawn l-istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet fuq bażi li ma jsirx profitt lill-għomja u lill-persuni oħra b’diżabilità li magħhom għandhom x’jaqsmu, mingħajr il-ħlas tad-dazji doganali korrispondenti.

2.   L-ebda self, kiri jew trasferiment ma jista’ jsir taħt kondizzjonijiet oħra ħlief dawk li għalihom jipprovdi l-paragrafu 1 sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux l-ewwel ġew mgħarrfa.

Jekk xi oġġett jiġi misluf, mikri jew trasferit lil xi persuna, istituzzjoni jew organizzazzjoni intitolata għall-benefiċċju ta’ eżenzjoni skont l-Artikolu 67(1) jew l-Artikolu 68(1), l-eżenzjoni għandha tibqa’ tingħata sakemm il-persuna, istituzzjoni jew l-organizzazzjoni jużaw l-oġġett, għall-għanijiet li jagħtu d-dritt għal dik l-eżenzjoni.

F’każijiet oħra, is-self, kiri jew trasferiment għandu jkun suġġett għall-ħlas minn qabel tad-dazji doganali, bir-rata applikabbli fid-data tas-self, kiri jew trasferiment, fuq il-bażi tat-tip ta’ merkanzija jew apparat u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 73

1.   L-istituzzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 67 u 68 li ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet li jagħtu d-dritt għal dħul mingħajr dazju, jew li qed jipproponu li jużaw l-oġġetti mdaħħla mingħajr dazju għal skopijiet oħra barra dawk li hemm dispożizzjoni għalihom f’dawk l-Artikoli għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti b’dan.

2.   L-oġġetti li jibqgħu fil-pussess ta’ istituzzjoni jew organizzazzjonijiet li ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet li jagħtuhom id-dritt għall-eżenzjoni għandhom ikunu soġġetti li jħallsu d-dazji fuq l-importazzjoni relevanti bir-rata li tapplika fid-data meta l-kondizzjonijiet ma baqgħux jiġu ssodisfati, fuq il-bażi tat-tip ta’ merkanzija u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

3.   L-oġġetti użati minn istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet li jgawdu mill-eżenzjoni għal skopijiet oħra minbarra dawk li hemm dispożizzjoni għalihom fl-Artikoli 67 u 68 għandhom ikunu soġġetti għad-dazji fuq l-importazzjoni relevanti bir-rata li tapplika fid-data meta ġew adoperati għal użu ieħor, fuq il-bażi tat-tip ta’ merkanzija u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

C.   Għall-benefiċċju ta’ vittmi ta’ diżastri

Artikolu 74

1.   Soġġett għall-Artikoli 75 sa 80, il-merkanzija importata minn organizzazzjonijiet tal-istat jew organizzazzjonijiet oħra ta’ karità jew filantropiċi approvati mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni meta huma maħsuba:

(a)

biex jitqassmu mingħajr ħlas lil vittmi ta’ diżastri li jaffettaw it-territorju ta’ wieħed jew aktar Stati Membri; jew

(b)

biex ikunu disponibbli mingħajr ħlas għal vittmi ta’ diżastri bħal dawn, filwaqt li jibqgħu proprjetà tal-organizzazzjonijiet konċernati.

2.   L-oġġetti importati għal ċirkolazzjoni ħielsa minn aġenziji ta’ għajnuna f’diżastri sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet tagħhom matul il-perijodu tal-attività tagħhom għandhom jingħataw l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1, taħt l-istess kondizzjonijiet.

Artikolu 75

L-ebda eżenzjoni m’għandha tingħata għal materjali u apparat maħsubin biex jinbnew mill-ġdid żoni diżastrati.

Artikolu 76

L-għoti tal-eżenzjoni għandha tkun soġġetta għal deċiżjoni mill-Kummissjoni, li timxi fuq talba tal-Istat jew Stati Membri involuti skont il-proċedura ta’ emerġenza li teħtieġ il-konsultazzjoni mal-Istati Membri l-oħra. Din id-deċiżjoni għandha, fejn meħtieġ, tistipula l-firxa u l-kondizzjonijiet tal-eżenzjoni.

Pendenti n-notifika tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, l-Istati Membri affettwati minn diżastru jistgħu jawtorizzaw is-sospensjoni ta’ kull dazju fuq l-importazzjoni fuq oġġetti impurtati għall-għanijiet deskritti fl-Artikolu 74, soġġett għal impenn mill-organizzazzjonijiet li qed jimpurtaw li jħallsu dawk id-dazji jekk l-eżenzjoni ma tingħatax.

Artikolu 77

L-eżenzjoni għandha tingħata biss lil organizzazzjonijiet li l-proċeduri ta’ kontabilità tagħhom jagħtu l-possibbiltà lill-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw il-ħidmiet tagħhom u li joffru l-garanziji kollha li jitqiesu meħtieġa.

Artikolu 78

1.   L-organizzazzjonijiet li jgawdu mill-eżenzjoni ma jistgħux iselfu, jikru jew jittrasferixxu kemm għal ħlas jew mingħajr ħlas, il-merkanzija msemmija fl-Artikolu 74(1) taħt kondizzjonijiet oħra minbarra dawk stipulati f’dak l-Artikolu mingħajr ma javżaw lill-awtoritajiet kompetenti b’dan minn qabel.

2.   Fil-każ li l-merkanzija tiġi mislufa, tinkera jew tiġi trasferita lil organizzazzjoni li hija intitolata li tgawdi mill-eżenzjoni skont l-Artikolu 74, l-eżenzjoni għandha tkompli tingħata, sakemm din tal-aħħar tuża l-merkanzija għal għanijiet li jikkonferixxu d-dritt għal tali eżenzjoni.

F’każijiet oħra, self, kiri jew trasferiment għandhom ikunu soġġetti għal pagament minn qabel ta’ dazji fuq l-importazzjoni, bir-rata li tapplika fid-data tas-self, kiri jew trasferiment, skont it-tip ta’ merkanzija u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 79

1.   Il-merkanzija msemmija fl-Artikolu 74(1)(b), wara li ma tibqax tintuża minn vittmi ta’ diżastri, ma tistax tiġi mislufa, tinkera jew tiġi trasferita, kemm bi ħlas jew mingħajr ħlas mingħajr ma jiġu notifikati l-awtoritajiet kompetenti minn qabel.

2.   Fil-każ li l-merkanzija tiġi mislufa, tinkera jew tiġi trasferita lil organizzazzjoni li hija intitolata li tgawdi minn eżenzjoni skont l-Artikolu 74 jew, jekk xieraq, lil organizzazzjoni intitolata li tgawdi minn eżenzjoni skont l-Artikolu 61(1)(a), l-eżenzjoni għandha tkompli tingħata, sakemm tali organizzazzjonijiet jużawha għal għanijiet li jikkonferixxu dritt għal tali eżenzjoni.

F’każijiet oħra, self, kiri jew trasferiment għandhom ikunu soġġetti għal pagament minn qabel ta’ dazji fuq l-importazzjoni, bir-rata li tapplika fid-data tas-self, kiri jew trasferiment, skont it-tip ta’ merkanzija u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 80

1.   L-organizzazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 74 li ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet li jintitolawhom għal eżenzjoni, jew li qed jipproponu li jużaw il-merkanzija mdaħħla mingħajr dazju għal għanijiet oħra minbarra dawk li hemm dispożizzjoni għalihom f’dak l-Artikolu, għandhom jinfurmaw l-awtoritajiet kompetenti b’dan.

2.   Fil-każ ta’ merkanzija li tibqa’ fil-pussess ta’ organizzazzjonijet li ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet li jintitolawhom għal eżenzjoni, meta din tiġi trasferita lil organizzazzjoni li hija intitolata li tgawdi minn eżenzjoni skont l-Arikolu 74 jew, jekk xieraq, lil organizzazzjoni intitolata tgawdi minn eżenzjoni skont l-Artikolu 61(1)(a), l-eżenzjoni għandha tkompli tingħata, sakemm l-organizzazzjoni tuża l-merkanzija kkonċernata għal għanijiet li jikkonferixxu d-dritt għal tali eżenzjoni. F’każijiet oħra, il-merkanzija għandha tkun soġġetta għad-dazji fuq l-importazzjoni relevanti bir-rata li tapplika fid-data li fiha dawk il-kondizzjonijiet ma baqgħux sodisfatti, fuq il-bażi tat-tip ta’ merkanzija u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

3.   Il-merkanzija użata mill-organizzazzjoni li tgawdi mill-eżenzjoni għal għanijiet oħra minbarra dawk li hemm provdut għalihom fl-Artikolu 74 għandha tkun soġġetta għad-dazji fuq l-importazzjoni relevanti bir-rata li tapplika fid-data li fiha ġiet adoperata għal użu ieħor, fuq il-bażi tat-tip ta’ merkanzija u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

KAPITOLU XVIII

Dekorazzjonijiet onorarji jew premijiet

Artikolu 81

Fuq produzzjoni ta’ evidenza sodisfaċenti lill-awtoritajiet kompetenti minn persuni involuti, u sakemm il-ħidmiet involuti m’huma fl-ebda mod ta’ natura kummerċjali, dawn li ġejjin għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni:

(a)

dekorazzjonijiet mogħtija minn gvernijiet ta’ pajjiżi terzi lil persuni li l-post ta’ residenza normali tagħhom huwa 1 fit-territorju doganali tal-Komunità;

(b)

tazzi, medalji u oġġetti simili ta’ natura essenzjalment simbolika, li ngħataw f’pajjiżi terzi lil persuni li għandhom il-post ta’ residenza normali tagħhom 1 fit-territorju doganali tal-Komunità bħala tribut tal-attivitajiet tagħhom f’kampijiet bħall-arti, ix-xjenzi, l-isport jew is-servizz pubbliku jew bħala rikonoxximent għal mertu f’avveniment partikolari, huma importati 1 fit-territorju doganali tal-Komunità minn dawn il-persuni nnifishom;

(c)

tazzi, medalji, jew oġġetti simili ta’ natura essenzjalment simbolika li jingħataw b’xejn minn awtoritajiet jew persuni stabbiliti f’pajjiż terz biex jiġu ppreżentati 1 fit-territorju doganali tal-Komunità għall-istess għanijiet bħal dawk imsemmijin f’(b);

(d)

premji, trofej u tifkiriet ta’ natura simbolika u ta’ valur limitat maħsuba għal distribuzzjoni b’xejn lill-persuni normalmenti residenti f’pajjiżi terzi f’konferenzi tan-negozju jew okkazjonijiet simili internazzjonali; ix-xorta tagħhom, il-valur unitarju jew fatturi oħra, ma jistgħux ikunu tali li jistgħu jindikaw li huma impurtati għal raġunijiet kummerċjali.

KAPITOLU XIX

Rigali riċevuti fil-kuntest ta’ relazzjonijiet internazzjonali

Artikolu 82

Mingħajr preġudizzju, fejn relevanti, għall-Artikolu 41, u soġġett għall-Artikoli 83 u 84, eżenzjoni għandha tingħata għal oġġetti:

(a)

impurtati fit-territorju doganali tal-Komunità minn persuni li għamlu żjara uffiċjali lil pajjiż terz u li rċevewhom bħala rigali mill-awtoritajiet ospitanti;

(b)

impurtati fit-territorju doganali tal-Komunità minn persuni li ġew jagħmlu żjara uffiċjali 1 fil-territorju doganali tal-Komunità u li għandhom intenzjoni joffruhom f’dik l-okkażjoni bħal rigali lill-awtoritajiet ospitanti;

(c)

mibgħuta bħala rigali, bħala rigal ta’ ħbiberija jew ta’ volontà tajba, minn korp uffiċjali, awtorità jew grupp pubbliku, li jesegwixxu attività fl-interess pubbliku li jinstab f’pajjiż terz, lil korp uffiċjali, awtorità jew grupp pubbliku li jesegwixxi attività fl-interess pubbliku li jinstab 1 fit-territorju doganali tal-Komunità u approvat mill-awtoritajiet kompetenti biex jirċievu oġġetti bħal dawn mingħajr dazju.

Artikolu 83

L-ebda eżenzjoni m’għandha tingħata għal prodotti alkoħoliċi, tabakk jew prodotti tat-tabakk.

Artikolu 84

L-eżenzjoni għandha tingħata biss:

(a)

fejn l-oġġetti maħsubin bħala rigali jiġu offerti fuq bażi okkażjonali,

(b)

fejn, min-natura, valur jew kwantità tagħhom, ma jirriflettux interess kummerċjali,

(c)

jekk ma jintużawx għal għanijiet kummerċjali.

KAPITOLU XX

Oġġetti li ser jintużaw minn monarki jew kapijiet ta’ Stat

Artikolu 85

Dawn li ġejjin għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni, fi ħdan il-limiti u taħt il-kondizzjonijiet stipulati mill-awtoritajiet kompetenti:

(a)

rigali lil monarki renjanti u kapijiet tal-Istat;

(b)

oġġetti li jintużaw jew jiġu kkunsmati minn monarki jew kapijiet ta’ Stat ta’ pajjiżi terzi, jew persuni li qed jirrapreżentawhom uffiċjalment matul il-permanenza uffiċjali tagħhom fit-territorju doganali tal-Komunità. Iżda, eżenzjoni tista’ tkun soġġetta, mill-Istat Membru ta’ importazzjoni, għal trattament reċiproku.

Id-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu huma applikabbli ukoll għal persuni li jgawdu prerogattivi fuq livell internazzjonali simili għal dawk li jitgawdew minn monarki renjanti u kapijiet ta’ Stat.

KAPITOLU XXI

Merkanzija importata għal skopijiet ta’ promozzjoni kummerċjali

A.   Kampjuni ta’ merkanzija ta’ valur negliġibbli

Artikolu 86

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 90(1)(a), kampjuni ta’ merkanzija li hija ta’ valur negliġibbli u li tista’ tintuża biss biex iħeġġu ordnijiet għal merkanzija tat-tip li tirrappreżenta bil-ħsieb li tiġi importata fit-territorju doganali tal-Komunità għandha tiddaħħal mingħajr dazju fuq l-importazzjoni.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li ċerti oġġetti, sabiex jikkwalifikaw għal eżenzjoni, jsiru inutilizzabbli b’mod permanenti billi jitqattgħu, jittaqbu, jew ikunu mmarkati b’mod ċar u li ma jitħassarx, jew permezz ta’ kwalunkwe proċess ieħor, sakemm ħidma bħal dik ma tħassarx il-karattru tagħhom bħala kampjuni.

3.   Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, “kampjuni ta’ merkanzija” tfisser kull oġġett li jirrappreżenta tip ta’ merkanzija li l-mod ta’ rappreżentazzjoni u l-kwantità tagħha, għal merkanzija tal-istess tip u kwalità, teskludi l-użu tagħha għal kull għan ieħor ħlief dak li jfittex ordnijiet.

B.   Materja stampata u materjal ta’ reklamar

Artikolu 87

Soġġett għall-Artikolu 88, materja ta’ reklamar stampata bħal katalgi, listi ta’ prezzijiet, direzzjonijiet għall-użu jew fuljetti għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni, sakemm għandhom x’jaqsmu ma’:

(a)

merkanzija għall-bejgħ jew kiri, jew

(b)

trasport, assigurazzjoni kummerċjali jew servizzi bankarji offerti

minn persuna stabbilita barra t-territorju doganali tal-Komunità.

Artikolu 88

L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 87 għandha tkun limitata għal riklami stampati li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-materja stampata għandha tindika b’mod ċar l-isem tal-impriża li tipproduċi, tbigħ jew tikri l-merkanzija, jew li toffri s-servizzi li għalihom tirreferi;

(b)

kull konsenja għandha jkollha mhux aktar minn kopja waħda ta’ kull dokument jekk tikkonsisti minn bosta dokumenti; konsenji li jikkonsistu f’bosta kopji tal-istess dokument jistgħu iżda jingħataw eżenzjoni, sakemm il-piż gross totali tagħhom ma jaqbiżx il-kilogramma;

(c)

materja stampata ma tistax tkun is-suġġett ta’ konsenji miġbura mill-istess konsenjatur lill-istess konsenjatarju.

Artikolu 89

L-oġġetti għal għanijiet ta’ reklamar, tal-ebda valur kummerċjali intrinsiku, mibgħuta bla ħlas minn fornituri lil klijenti tagħhom, li apparti mill-funzjoni ta’ reklamar, mhumiex kapaċi li jintużaw mod ieħor, għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

C.   Prodotti użati jew ikkunsmati f’fiera tal-kummerċ jew avveniment simili

Artikolu 90

1.   Soġġett għall-Artikoli 91 sa 94, is-segwenti għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni:

(a)

kampjuni rappreżentattivi żgħar ta’ oġġetti fabbrikati barra t-territorju doganali tal-Komunità maħsuba għal fiera tal-kummerċ jew avveniment simili;

(b)

merkanzija impurtata biss sabiex tintwera jew sabiex turi magni u apparat, fabbrikati barra t-territorju doganali tal-Komunità u esposti f’fiera tal-kummerċ jew avveniment simili;

(c)

materjali varji ta’ valur żgħir bħal żebgħat, verniċi, wallpaper, eċċ., użati fil-bini, armar u dekorazzjoni tal-istands temporanji okkupati minn rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi f’fiera tal-kummerċ jew avveniment simili, li jiġu distrutti bl-użu tagħhom;

(d)

materja stampata, katalgi, prospetti, listi ta’ prezzijiet, manifesti ta’ reklamar, kalendarji, kemm jekk illustrati jew le, fotografiji mhux inkwatrati u oġġetti oħra provduti mingħajr ħlas sabiex jiġu reklamati oġġetti fabbrikati barra t-territorju doganali tal-Komunità u esposti f’fiera tal-kummerċ jew avveniment simili.

2.   Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, “fiera tal-kummerċ jew avveniment simili” tfisser:

(a)

esibizzjonijiet, fieri, spettakli u avvenimenti simili marbutin mal-kummerċ, l-industrija, l-agrikoltura jew artiġġjanat manwali;

(b)

esibizzjonijiet u avvenimenti prinċiplament għal skopijiet ta’ karità;

(c)

esibizzjonijiet u avvenimenti li jsiru prinċiplament għal skopijiet xjentifiċi, tekniċi, artiġġjanali, artistiċi, edukattivi jew kulturali, jew sportivi, għal skopijiet reliġjużi jew għal finijiet ta’ qima, attività ta’ trade unions jew turiżmu, jew sabiex jitħeġġeġ ftehim internazzjonali;

(d)

laqgħat ta’ rappreżentanti ta’ organizazzjonijiet internazzjonali jew korpi kollettivi;

(e)

ċerimonji u laqgħat uffiċjali jew kommemorattivi;

imma mhux esibizzjonijiet imtellgħin għal skopijiet privati fi mħażen jew bini kummerċjali biex jinbiegħu oġġetti ta’ pajjiżi terzi.

Artikolu 91

L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 90(1)(a) għandha tkun limitata għal kampjuni li:

(a)

huma importati mingħajr ħlas bħala tali minn pajjiżi terzi jew li huma miksuba fl-esibizzjoni minn oġġetti impurtati bl-ingrossa minn dawk il-pajjiżi;

(b)

huma distribwiti esklussivament mingħajr ħlas lill-pubbliku fl-esibizzjoni għall-użu u konsum mill-persuni lil min ġew offruti;

(c)

huma identifikabbli bħala kampjuni ta’ reklamar ta’ valur unitarju baxx;

(d)

ma jistgħux jinbiegħu faċilment u, fejn xieraq, huma ppakkjati b’tali mod li l-kwantità tal-oġġett involut huma inqas mill-iżgħar kwantità tal-istess oġġett li fil-fatt jinbiegħ fis-suq;

(e)

fil-każ ta’ affarijiet tal-ikel u xorb mhux ippakkjati kif imsemmi f’(d), huma kkunsmati fuq il-post fl-esibizzjoni;

(f)

fil-valur u l-kwantità tagħhom, jixirqu lin-natura tal-esibizzjoni, in-numru ta’ viżitaturi u l-medda tal-parteċipazzjoni tal-esibitur.

Artikolu 92

L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 90(1)(b) għandha tkun limitata għall-merkanzija li hija:

(a)

ikkunsmata jew imkissra waqt il-wirja, u

(b)

xierqa, fil-valur u l-kwantità totali tagħha, għan-natura tal-esibizzjoni, in-numru ta’ viżitaturi u l-medda tal-parteċipazzjoni tal-esibitur.

Artikolu 93

L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 90(1)(d) għandha tkun limitata għal materja stampata u oġġetti għal skopijiet ta’ reklamar li:

(a)

huma maħsuba esklussivament għal distribuzzjoni mingħajr ħlas lill-pubbliku fil-post fejn qed tittella’ l-esibizzjoni;

(b)

fil-valur u l-kwantità totali tagħhom, jixirqu lin-natura tal-esibizzjoni, in-numru ta’ viżitaturi u l-medda tal-parteċipazzjoni tal-esibitur.

Artikolu 94

L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 90(1)(a) u (b) m’għandhiex tingħata għal:

(a)

prodotti alkoħoliċi;

(b)

tabakk jew prodotti tat-tabakk;

(c)

karburanti, kemm solidi, likwidi jew tal-gass.

KAPITOLU XXII

Merkanzija importata għal skopijiet ta’ eżami, analiżi jew testijiet

Artikolu 95

Soġġett għall-Artikoli 96 sa 101, merkanzija li ser tiġi sottoposta għal eżami, analiżi, jew testijiet biex jiġu determinati l-kompożizzjoni, kwalità jew karatteristiċi tekniċi oħra tagħhom għal skopijiet ta’ informazzjoni jew riċerka industrijali jew kummerċjali għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

Artikolu 96

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 99, l-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 95 għandha tingħata biss bil-kondizzjoni li l-merkanzija li ser tiġi eżaminata, analizzata jew testjata hija użata kompletament jew distrutta waqt l-eżami, analiżi jew prova.

Artikolu 97

Merkanzija użata f’eżami, analiżi jew testijiet li fiha infisha tikkostitwixxi ħidmiet ta’ promozzjoni ta’ bejgħ m’għandhiex tgawdi eżenzjoni.

Artikolu 98

L-eżenzjoni għandha tingħata biss fir-rigward ta’ kwantitajiet ta’ merkanzija li huma strettament meħtieġa għall-iskop li għalihom ġew importati. Dawn il-kwantitajiet għandhom ikunu determinati f’kull każ mill-awtoritajiet kompetenti, billi jitqies l-iskop imsemmi.

Artikolu 99

1.   L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 95 għandha tkopri l-merkanzija li mhijiex kompletament użata jew distrutta matul l-eżami, analiżi jew ittestjar, sakemm il-prodotti li jibqgħu huma, bil-ftehim mal-awtoritajiet kompetenti u taħt is-superviżjoni tagħhom:

(a)

distrutti kompletament jew magħmula kummerċjalment mingħajr valur ma’ tmiem l-eżami, analiżi jew prova, jew

(b)

mogħtija lill-Istat mingħajr ma jikkawżawlu spiża, meta dan huwa possibbli skont il-liġi nazzjonali, jew

(c)

f’ċirkostanzi debitament ġustifikati, esportati barra mit-territorju doganali tal-Komunità.

2.   Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, “prodotti li jibqgħu” tfisser prodotti li jirriżultaw minn eżami, analiżi jew testijiet jew merkanzija fil-fatt mhux użata.

Artikolu 100

Ħlief fejn jiġi applikat l-Artikolu 99(1), prodotti li jibgħu fi tmiem l-eżami, analiżi jew testijiet imsemmijin fl-Artikolu 95 għandhom ikunu soġġetti għad-dazji fuq l-importazzjoni relevanti bir-rata applikabbli fid-data ta’ tmiem l-eżamijiet, analiżi jew testijiet, fuq il-bażi tat-tip ta’ merkanzija u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Iżda, l-persuna interessata tista’, bi ftehim u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti, jikkonverti l-prodotti li jibqgħu f’żibel jew skart. F’dan il-każ, id-dazji fuq l-importazzjoni għandhom jkunu dawk li japplikaw għal tali żibel jew skart fiż-żmien tal-konverżjoni.

Artikolu 101

Il-perijodu li fih għandhom isiru l-eżamijiet, l-analiżi jew testijiet u jintemmu l-formalitajiet amministrattivi sabiex jiġi żgurat l-użu tal-merkanzija għall-iskopijiet maħsubin għandu jkun iddeterminat mill-awtoritajiet kompetenti.

KAPITOLU XXIII

Kunsinni mibgħuta lill-organizzazzjonijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta’ brevett industrijali jew kummerċjali

Artikolu 102

Marki tal-fabbrikka, mudelli jew disinji u dokumenti ta’ appoġġ, kif ukoll applikazzjonijiet għal brevetti għal invenzjoni jew affarijiet simili, li ħa jiġu sottomessi lill-korpijiet kompetenti li jittrattaw il-protezzjoni ta’ drittijiet tal-awtur jew il-protezzjoni ta’ drittijiet ta’ brevetti industrijali jew kummerċjali, għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

KAPITOLU XXIV

Letteratura ta’ tagħrif turistiku

Artikolu 103

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 42 sa 50, li ġejjin għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni:

(a)

dokumentazzjoni (fuljetti, kotba, rivisti, kotba ta’ gwida, manifesti kemm jekk inkwadrati jew le, fotografiji mhux inkwadrati u tkabbir ta’ fotografiji, mapep kemm jekk illustrati jew le, window transparencies, u kalendarji illustrati) maħsubin għal distribuzzjoni mingħajr ħlas u għall-iskop prinċipali li jħeġġu l-pubbliku li jżur pajjiżi barranin, b’mod partikolari sabiex jattendu laqgħat jew avvenimenti kulturali, turistiċi, sportivi, reliġjużi, kummerċjali jew professjonali, sakemm din il-letteratura ma fihiex aktar minn 25 % ta’ materja ta’ rekalamar kummerċjali privat, minbarra kull reklamar kummerċjali privat għal ditti tal-Komunità, u li n-natura ġenerali tal-għanijiet promozzjonali hija evidenti;

(b)

listi ta’ lukandi barranin u almanakki ppubblikati mill-aġenziji tat-turiżmu uffiċjali, jew taħt l-awspiċi tagħhom, u skedi għal servizzi ta’ trasport barranin, fejn letteratura bħal din hi maħsuba biex titqassam mingħajr ħlas u ma fihiex aktar minn 25 % ta’ reklamar kummerċjali privat, minbarra reklamar kummerċjali privat għal ditti tal-Komunità;

(c)

materjal ta’ referenza forniti lil rappreżentanti jew korrispondenti akkreditati maħtura minn aġenziji ta’ turiżmu nazzjonali uffiċjali u mhux maħsuba għal distribuzzjoni, jiġifieri almanakki, listi ta’ numri telefoniċi jew tat-telex, listi ta’ lukandi, katalgi ta’ fieri, kampjuni jew oġġetti artiġġjanali ta’ valur negliġibbli, u letteratura dwar mużewijiet, universitajiet, spas u stabbilimenti oħra simili.

KAPITOLU XXV

Dokumenti u oġġetti mixxellanji

Artikolu 104

Is-segwenti għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni:

(a)

dokumenti mibgħuta mingħajr ħlas lil servizzi pubbliċi ta’ Stati Membri;

(b)

pubblikazzjonijiet ta’ gvernijiet barranin u pubblikazzjonijiet ta’ korpi internazzjonali uffiċjali maħsuba għal distribuzzjoni mingħajr ħlas;

(c)

karti tal-voti għal elezzjonijiet organizzati minn korpi mwaqqfa f’pajjiżi terzi;

(d)

oġġetti li għandhom jiġu sottomessi bħala evidenza jew għal skopijiet simili lill-qrati jew aġenziji uffiċjali oħra tal-Istati Membri;

(e)

kampjuni ta’ firem u ċirkolarijiet stampati li jirrigwardaw firem mibgħuta bħala parti ta’ skambji konswetudinarji ta’ tagħrif bejn servizzi pubbliċi jew stabbilimenti bankarji;

(f)

materja stampata uffiċjali mibgħuta lill-banek ċentrali tal-Istati Membri;

(g)

rapporti, dikjarazzjonijiet, noti, prospetti, formoli ta’ applikazzjonijiet u dokumenti oħra abbozzati minn kumpaniji reġistrati f’pajjiż terz u mibgħuta lit-titolari jew persuni abbonati għal garanziji maħruġa minn dawk il-kumpaniji;

(h)

media reġistrata (punched cards, sound recordings, microfilms, eċċ.) użati għat-trasmissjoni ta’ informazzjoni mibgħuta mingħajr ħlas lill-indirizzat, sa fejn id-dħul mingħajr dazju ma jagħtix lok għal abbużi jew għal xkiel kbir ta’ kompetizzjoni;

(i)

skedarji, arkivji, formoli stampati u dokumenti oħra li jintużaw f’laqgħat internazzjonali, konferenzi jew kongressi, u rapporti f’dawk il-laqgħat;

(j)

pjanti, tpinġijiet tekniċi, disinji traċċati, deskrizzjonijiet u dokumenti oħra simili importati bil-ħsieb li jinkisbu jew jissodisfaw ordnijiet f’pajjiżi terzi jew li jipparteċipaw f’kompetitzzjoni miżmuma fit-territorju doganali tal-Komunità;

(k)

dokumenti li ħa jintużaw f’eżamijiet miżmuma fit-territorju doganali tal-Komunità minn istituzzjonijiet imtellgħin f’pajjiżi terzi;

(l)

formoli stampati biex jintużaw bħala dokumenti uffiċjali fil-moviment internazzjonali ta’ vetturi jew oġġetti, fi ħdan l-istruttura ta’ konvenzjonijiet internazzjonali;

(m)

formuli stampati, tikketti u dokumenti simili mibgħuta minn impriżi ta’ trasport jew minn impriżi tal-industrija tal-lukandi f’pajjiż terz lil aġenziji tal-ivvjaġġar imwaqqfa fit-territroju doganali tal-Komunità;

(n)

formoli stampati u biljetti, poloz, way-bills u dokumenti kummerċjali jew tal-uffiċċju li ntużaw;

(p)

formoli stampati uffiċjali minn pajjiż terz jew awtoritajiet internazzjonali, u materja stampata li tikkonforma ma’ livelli internazzjonali mibgħuta għal distribuzzjoni minn assoċjazzjonijiet ta’ pajjiż terz lil assoċjazzjonijiet korrispondenti li jinsabu fit-territorju doganali tal-Komunità;

(f)

ritratti, slides u stereotype mats għal ritratti, kemm jekk b’titolu jew le, mibgħuta lil aġenziji tal-istampa jew gazzetti jew edituri ta’ rivisti;

(q)

bolol tat-taxxa u bolol simili ta’ prova għall-ħlasijiet ta’ ċifri f’pajjiżi terzi.

KAPITOLU XXVI

Materjali anċillari għall-istivar u l-protezzjoni ta’ oġġetti matul it-trasport tagħhom

Artikolu 105

Il-materjali varji bħal ħabel, tiben, ċarrta, karta u kartonċin, injam u plastik li jintużaw għall-istivar u protezzjoni — inkluż protezzjoni mis-sħana — ta’ merkanzija matul it-trasport tagħhom minn pajjiż terz lit-territorju doganali tal-Komunità, li normalment ma jerġgħux jintużaw, għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

KAPITOLU XXVII

Tiben, għalf u ikel għall-annimali matul it-trasport tagħhom

Artikolu 106

Tiben, għalf u ikel ta’ kull deskrizzjoni mpoġġi abbord mezz ta’ trasport użat biex jieħu annimali minn pajjiż terz għat-territorju doganali tal-Komunità għall-għan ta’ distribuzzjoni tal-annimali msemmijin matul il-vjaġġ għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

KAPITOLU XXVIII

Karburant u żjut tal-magni preżenti f’vetturi tal-art b’mutur u kontenituri speċjali

Artikolu 107

1.   Soġġett għall-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 108, 109 u 110:

(a)

il-karburant miżmum fit-tankijiet standard ta’:

vetturi b’mutur privati u kummerċjali u muturi;

kontenituri speċjali,

li jidħlu fit-territorju doganali tal-Komunità;

(b)

karburant miżmum f’tankijiet li jistgħu jinġarru merfugħa minn vetturi b’muturi privati u muturi, b’massimu ta’ 10 litri għal kull vettura u mingħajr preġudizzju għad-diposizzjonijiet nazzjonali fuq iż-żamma u t-trasport tal-karburant;

għandhom jiġu ammessi ħielsa mid-dazji fuq l-importazzjoni.

2.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1:

(a)

“vettura b’mutur kummerċjali” tfisser kwalunkwe vettura għat-triq b’mutur (inklużi t-tratturi bil-karrijiet jew mingħajrhom) li bit-tip ta’ kostruzzjoni tagħhom u t-tgħammir tagħhom huma mfassla għal u kapaċi jittrasportaw, kemm jekk bil-ħlas jew le:

iktar minn disa’ persuni inkluż is-sewwieq;

il-merkanzija;

u kwalunkwe vettura għat-triq għal skop speċifiku li mhux għat-trasport;

(b)

“vettura privata b’mutur” tfisser kwalunkwe vettura b’mutur li mhix koperta mid-definizzjoni mwaqqfa fil-punt (a);

(c)

“tankijiet standard” tfisser:

it-tankijiet imwaħħla b’mod permanenti mill-fabbrikant mal-vetturi ta’ mutur kollha tal-istess tip tal-vettura relattiva u li t-twaħħil permanenti tagħhom jagħmilha possibbli għall-karburant li jiġi użat b’mod dirett, kemm għall-iskop tal-propulsjoni kemm, fejn xieraq, matul it-trasport, għas-sistemi ta’ tkessiħ u sistemi oħra;

tankijiet tal-gass imwaħħla fuq vetturi b’mutur imfassla għall-użu dirett tal-gass bħala karburant u tankijiet imwaħħla fuq sistemi oħra li bihom il-vettura tista tiġi mgħammra;

it-tankijiet imwaħħla b’mod permanenti mill-fabbrikant mal-kontenituri kollha tal-istess tip tal-kontenitur relattiv u li t-twaħħil permanenti tagħhom jagħmilha possibli għall-karburant li jiġi użati b’mod dirett għall-operazzjoni, matul it-trasport, ta’ sistemi ta’ tkessiħ u sistemi oħra li bihom kontenituri speċjali huma mgħammra;

(d)

“kontenitur speċjali” tfisser kwalunkwe kontenitur mgħammar b’apparat speċjalment imfassal għas-sistemi ta’ tkessiħ, sistemi ta’ ossiġinu, sistemi ta’ insulazzjoni termali, jew sistemi oħra.

Artikolu 108

Fejn għandu x’jaqsam il-karburant fit-tankijiet standard ta’ vetturi b’mutur kummerċjali u kontenituri speċjali, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-applikazzjoni tal-eżenzjoni għal 200 litru għal kull vettura, għal kull kontenitur u għal kull vjaġġ.

Artikolu 109

1.   L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont ta’ karburant ħieles mid-dazju permess fil-każ ta’:

(a)

vetturi bil-mutur kummerċjali impenjati fi trasport internazzjonali fiż-żona tal-fruntiera tagħhom sa fond massimu ta’ 25 km f’linja dritta, sakemm tali vjaġġi jsiru minn persuni li joqogħdu fiż-żona tal-fruntiera;

(b)

vetturi bil-mutur privati li jappartjenu lil persuni li jirrisjedu fiż-żona tal-funtiera.

2.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1(b), “żona tal-fruntiera” tfisser, mingħajr preġudizzju għall-konvenzjonijiet eżiatenti f’dan ir-rigward, żona li, f’linja dritta, ma testendix għal aktar minn 15-il kilometru mill-fruntiera. Id-distretti amministrattivi lokali, li parti mit-territorju tagħhom jinsab fiż-żona, għandhom ukoll jiġu kkunsidrati bħala parti minn din iż-żona tal-fruntiera. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet għal dan.

Artikolu 110

1.   Il-karburant imdaħħal mingħajr dazju taħt l-Artikoli 107, 108 u 109 ma jistax jintuża f’vetturi oħra minbarra dik li fiha ġie impurtat u l-anqas ma jista’ jitneħħa min dik il-vettura u jinħażen, ħlief matul tiswijiet meħtieġa lil dik il-vettura, l-anqas ma jista’ jiġi trasferit, kemm għal ħlas jew mingħajr ħlas, mill-persuna li tgawdi mill-eżenzjoni.

2.   Il-ksur tal-paragrafu 1 għandu jagħti lok għall-applikazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti konċernati bir-rata viġenti fid-data li fiha sar tali ksur, skont it-tip ta’ merkanzija u l-valur doganali aċċerat jew aċċettat f’dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 111

L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 107 għandha tapplika wkoll għall-lubrikanti preżenti fil-vetturi u meħtieġa għall-ħidma normali tagħhom matul il-vjaġġ konċernat.

KAPITOLU XXIX

Materjali għall-kostruzzjoni, manutenzjoni jew tizjin ta’ monumenti għal, jew ċimiteri ta’, vittmi tal-gwerra

Artikolu 112

Merkanzija ta’ kull deskrizzjoni, importata minn organizzazzjonijiet awtorizzati għal dan il-għan mill-awtoritajiet kompetenti, li tintuża għall-kostruzzjoni, manutenzjoni jew tiżjin ta’ ċimiteri jew oqbra ta’, u monumenti lil, vittmi tal-gwerra ta’ pajjiżi terzi li huma midfuna 1 fit-territorju doganali tal-Komunità, għandha tiddaħħal mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

KAPITOLU XXX

Twiebet, urni funerarji jew oġġetti funerarji ta’ tiżjin

Artikolu 113

Dawn li ġejjin għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni:

(a)

twiebet li fihom iġsma jew urni li fihom l-irmied ta’ persuni mejtin, kif ukoll il-fjuri, kuruni funerarji u oġġetti oħra ta’ tiżjin li normalment jiġu magħhom;

(b)

fjuri, kuruni u oġġetti ornamentali oħra miġjuba minn persuni residenti f’pajjiżi terzi li qed jattendu funeral jew ġejjin biex iżejnu oqbra fit-territorju doganali tal-Komunità, sakemm dawn l-importazzjonijiet ma jirrIflettux, jew min-natura jew mill-kwantità tagħhom, kwalunkwe intenzjoni kummerċjali.

TITOLU III

EŻENZJONI MINN DAZJI FUQ L-ESPORTAZZJONI

KAPITOLU I

Konsenji ta’ valur negliġibbli

Artikolu 114

Konsenji mibgħuta lill-konsenjatarju tagħhom permezz ta’ ittra jew pakkett postali u li fihom merkanzija ta’ valur totali li ma jaqbiżx l-10 EUR jistgħu jiġu esportati mingħajr dazji fuq l-esportazzjoni.

KAPITOLU II

Annimali domestikati esportati fi żmien ta’ trasferiment ta’ attivitajiet agrikoli mill-Komunità għal pajjiż terz

Artikolu 115

1.   Annimali domestikati li jiffurmaw parti mill-bhejjem ta’ impriża agrikola li m’għadhiex topera 1 fit-territorju doganali tal-Komunità u li ttrasferiet l-attivitajiet tagħha lil pajjiż terz jistgħu jiġu esportati mingħajr dazji fuq l-esportazzjoni.

2.   L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi limitata għall-annimali domestiċi f’numri xierqa għan-natura u d-daqs tal-impriża agrikola msemmija.

KAPITOLU III

Prodotti miksubin minn produtturi agrikoli li jaħdmu fuq proprjetajiet fil-Komunità

Artikolu 116

1.   Prodotti agrikoli jew tat-trobbija tal-annimali miksubin fit-territorju doganali tal-Komunità f’proprjetajiet kontigwi ma’ pajjiż terz, maħduma, fil-kapaċità ta’ sid jew kerrej, minn persuni li għandhom l-impriża prinċipali tagħhom f’pajjiż terz kontigwu mat-territorju doganali tal-Komunità, jistgħu jiġu esportati mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

2.   Sabiex igawdu mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, prodotti miksubin minn annimali domestikati għandhom jiġu derivati minn annimali li joriġinaw fil-pajjiż terz konċernat jew li jissodisfaw ir-rekwiżiti għal ċirkolazzjoni ħielsa hemmhekk.

Artikolu 117

L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 116(1) għandha tkun limitata għal prodotti li m’għaddewx minn trattament minbarra dak li normalament isegwi l-ħsad jew il-produzzjoni tagħhom.

Artikolu 118

L-eżenzjoni għandha tingħata biss għal prodotti miġjuba fil-pajjiż terz konċernati mill-produttur agrikolu jew f’ismu.

KAPITOLU IV

Żrieragħ esportati minn produtturi agrikoli għall-uzu fi proprjetajiet li jinsabu f’pajjizi terzi

Artikolu 119

Żrieragħ għall-użu fuq proprjetajiet li jinsabu f’pajjiż terz adjaċenti mat-territorju doganali tal-Komunità u maħdumin, fil-kapaċità ta’ sid jew kerrej, minn persuni li għandhom l-impriża prinċipali tagħhom fl-imsemmi territorju doganali ma ġenb eżatt tal-pajjiż terz konċernat jistgħu jiġu esportati mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

Artikolu 120

L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 119 għandha tkun limitata għall-kwantitajiet ta’ żrieragħ meħtieġa għall-iskop ta’ operazzjoni tal-proprjetà.

Għandha tingħata biss għal żrieragħ importati direttament mit-territorju doganali tal-Komunità mill-produttur agrikolu jew fl-ismu.

KAPITOLU V

Għalf u ikel li jakkumpanjaw annimali matul l-esportazzjoni tagħhom

Artikolu 121

Għalf u ikel ta’ kull deskrizzjoni li jitqiegħed abbord il-mezz ta’ trasport użat biex iwassal annimali mit-territorju doganali tal-Komunità lil pajjiż terz għall-għan ta’ distribuzzjoni lill-annimali msemmijin matul il-vjaġġ jistgħu jiġu esportati mingħajr dazji fuq l-esportazzjoni.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 122

1.   Soġġett għall-paragrafu 2, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II għandhom japplikaw kemm għal merkanzija dikjarata għal ċirkolazzjoni ħielsa li ġejja direttament minn pajjiżi terzi u lil merkanzija oħra dikjarata għal ċirkolazzjoni ħielsa wara li tkun ġiet soġġetta għal proċedura doganali oħra.

2.   l-każijiet li fihom dħul mingħajr dazju ma jistax jingħata għal merkanzija ddikjarata għal ċirkolazzjoni ħielsa wara li tkun ġiet soġġetta għal proċedura doganali oħra għandha tiġi determinata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 247a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

3.   Merkanzija li tista’ tiġi importata taħt ħelsien minn dazji skont dan ir-Regolament m’għandhiex tkun soġġetta għal restrizzjonijiet kwantitattivi applikati skont il-miżuri adottati abbażi tal-Artikolu 133 tat-Trattat.

Artikolu 123

Fejn eżenzjoni minn dazji fuq l-importazzjoni tingħata bil-kondizzjoni li l-merkanzija titpoġġa għal użu partikolari mir-riċevent, l-awtoritajiet kompetenti biss tal-Istati Membri fit-territorju ta’ liema l-merkanzija msemmija ser tintuża tista’ tagħti din l-eżenzjoni.

Artikolu 124

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiżguraw li l-merkanzija li tqiegħdet f’ċirkolazzjoni ħielsa, fejn l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni tingħata bil-kondizzjoni li l-merkanzija titpoġġa għall-użu partikolari mir-riċevent, ma tistax tintuża għal skopijiet oħrajn mingħajr ma jitħallsu d-dazji fuq l-importazzjoni relevanti, sakemm l-użu alternattiv mhuwiex konformi mal-kondizzjonijiet mniżżla f’dan ir-Regolament.

Artikolu 125

Fil-każ li l-istess persuna fl-istess ħin tissodisfa il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-għotja tal-eżenzjoni minn dazji fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni taħt dispożizzjonijiet differenti ta’ dan ir-Regolament id-dispożizzjonijiet konċernati għandhom japplikaw fl-istess ħin.

Artikolu 126

Fil-każ fejn dan ir-Regolament jipprovdi li l-għotja ta’ eżenzjoni għandha tkun soġġetta għas-sodisfazzjon ta’ ċerti kondizzjonijiet, il-persuna involuta għandha, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, tipprovdi prova li dawn il-kondizzjonijiet ġew issodisfatti.

Artikolu 127

Fil-każ li tkun konċessa importazzjoni jew esporatazzjoni mingħajr dazji fil-limiti ta’ ammont meqjus f’euro, l-Stati Membri jistgħu jarrotondixxu, ‘il fuq jew ‘l isfel, is-somma kkalkulata billi jikkonvertu dak l-ammont f’valuta nazzjonali.

L-Istati Membri jistgħu iżommu mingħajr tibdil ir-rata tal-kambju fil-munita nazzjonali tas-somma determinata f’euro jekk, fil-ħin tal-aġġustament annwali previst fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, il-kambju ta’ dan l-ammont, qabel l-arrotondament previst fil-paragrafu ta’ qabel iwassal għal bidla ta’ inqas minn 5 % fil-valur tal-kambju espress fil-munita nazzjonali, jew għal tnaqqis tiegħu.

Artikolu 128

1.   Xejn f’dan ir-Regolament m’għandu jipprevjeni lill-Istati Membri milli jikkonċedu:

(a)

eżenzjoni skont il-Konvenzjoni ta’ Vienna dwar relazzjonijiet diplomatiċi tat-18 ta’ April 1961, il-Konvenzjoni ta’ Vienna dwar relazzjonijiet konsulari tal-24 ta’ April 1963 jew konvenzjonijiet konsulari oħra, jew il-Konvenzjoni ta’ New York tas-16 ta’ Diċembru 1969 dwar missjonijiet speċjali;

(b)

eżenzjoni taħt privileġġi konswetudinarji mogħtija minħabba ftehim internazzjonali jew ftehim ta’ kwartieri ġenerali li tagħhom pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali huma parti kontraenti, inkluża l-eżenzjoni mogħtija fl-okkażjoni ta’ laqgħat internazzjonali;

(c)

eżenzjoni taħt privileġġi u immunitajiet konswetudinarji mogħtija fil-kuntest ta’ ftehim internazzjonali milħuq mill-Istati Membri kollha u li jwaqqaf istitut xjentifiku jew kulturali jew organizzazzjoni taħt id-dritt internazzjonali;

(d)

eżenzjoni taħt privileġġi u immunitajiet konswetudinarji konċessi skont il-kuntest ta’ kooperazzjoni kulturali, xjentifika jew teknika konkluża f’terzi pajjiżi;

(e)

eżenzjoni speċjali introdotta taħt ftehim konkluż ma’ pajjiżi terzi u li jipprovdi għal miżuri komuni għal protezzjoni ta’ persuni jew tal-ambjent;

(f)

eżenzjoni speċjali introdotta taħt ftehim konklużi ma’ pajjiżi terzi kontigwi, ġustifikati permezz tan-natura tal-kummerċ taż-żona tal-fruntiera mal-pajjiżi konċernati;

(g)

eżenzjoni fil-kuntest ta’ ftehim li jidħlu fih fuq il-bażi ta’ reċiproċità ma’ pajjiżi terzi li huma Partiti Kuntratturi għall-Konvenzjoni fuq it-Titjir Internazzjonali Ċivili (Chicago 1944) bl-iskop tal-implimentazzjoni tad-Drawwiet Rakommandati 4,42 u 4,44 fl-Anness 9 mal-Konvenzjoni (it-tmien edizjoni, Lulju 1980).

2.   Fejn konvenzjoni internazzjonali mhux koperta minn l-ebda waħda mill-kategoriji msemmijin fil-paragrafu 1, li Stat Membru jixtieq jidħol għaliha, tipprovdi għal konċessjoni ta’ eżenzjoni, dan l-Istat Membru għandu jissottometti talba bil-miktub lill-Kummissjoni għall-applikazzjoni ta’ tali eżenzjoni, billi jforni l-Kummissjoni bit-tagħrif kollu meħtieġ.

Għandha tittieħed deċiżjoni fuq tali talba skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 247a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

3.   Il-provista ta’ tagħrif kif speċifikat fil-paragrafu 2 m’għandhiex tkun meħtieġa fejn il-konvenzjoni internazzjonali tipprovdi għal konċessjoni ta’ eżenzjoni li ma taqbiżx il-limiti stipulati taħt il-liġi tal-Komunità.

Artikolu 129

1.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjon bil-diposizzjonijiet doganali fil-konvenzjonijiet internazzjonali u l-ftehim tat-tip imsemmi fl-Artikolu 128(1)(b), (c), (d), (e), (f) u (g) u l-Artikolu 128(3) konklużi wara s-26 ta’ April 1983.

2.   Il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Istati Membri l-oħra t-testijiet tal-konvenzjonijiet u ftehim innotifikati lilha skont il-paragrafu 1.

Artikolu 130

Dan ir-Regolament m’għandux jipprekludi ż-żamma:

(a)

mill-Greċja tal-pożizzjoni speċjali mogħtija lil Mount Athos kif mogħti mill-Artikolu 105 tal-Kostituzzjoni Griega;

(b)

minn Spanja u minn Franza, sad-dħul fis-seħħ tal-arranġamenti li jirregolaw ir-relazzjonijiet tan-negozji bejn il-Komunità u l-Andorra, tal-eżenzjoni li tirriżulta mill-Konvenzjoni tat-13 ta’ Lulju 1867 u t-22 u t-23 ta’ Novembru 1867 rispettivament bejn dawk il-pajjiżi u l-Andorra;

(c)

mill-Istati Membri u sa limitu ta’ EUR 210 tal-eżenzjoni, jekk ikun hemm, li jkunu taw fl-1 ta’ Jannar 1983 lil baħrin tal-merkanzija navali involuti f’ivvjaġġar internazzjonali;

(d)

mir-Renju Unit tal-eżwnzjonijiet fuq l-importazzjoni ta’ merkanzija għall-użu mill-forzi tagħha jew minn impjegati pajsana li jakkumpanjawhom jew għall-provvista tal-mess jew il-canteen tagħhom li jirriżultaw mit-Trattat tal-Istabbiliment rigward ir-Repubblika ta’ Ċipru, bid-data tas-16 ta’ Awwissu 1960.

Artikolu 131

1.   Sakemm jiġu stabbiliti diposizzjonijiet tal-Komunità fis-settur rilevanti, l-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjoni speċjali lill-forzi armati li ma jservux taħt il-bnadar tagħhom li huma stazzjonati fuq it-territorji tagħhom skont ftehimiet internazzjonali.

2.   Sakemm jiġu stabbiliti diposizzjonijiet tal-Komunità fis-settur rilevanti, dan ir-Regolament m’għandux jipprekludi ż-żamma mill-Istati Membri tal-eżenzjoni mogħtija lill-ħaddiema li jerġgħu lura lejn pajjiżhom wara li jkunu qagħadu mill-inqas sitt xhur barra t-territorju doganali tal-Komunità minħabba x-xogħol tagħhom.

Artikolu 132

Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju:

(a)

għar-Regolament (KEE) Nru 2913/92;

(b)

għad-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar l-istivi ta’ vapuri, inġenji tal-ajru u ferroviji internazzjonali;

(c)

għad-dispożizzjonijiet dwar eżenzjonijiet introdotti minn atti oħra tal-Komunità.

Artikolu 133

Ir-Regolament (KEE) Nru 918/83, kif emendat mill-atti elenkati fl-Anness V, huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 134

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  Opinjoni tal-24 ta’ Marzu 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 105, 23.4.1983, p. 1.

(3)  Ara l-Anness V.

(4)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(5)  ĠU L 346, 29.12.2007, p. 6.

(6)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.


ANNESS I

A.   Kotba, pubblikazzjonijiet u dokumenti

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

3705

Pjanċi u films tar-ritratti, esposti u żviluppati ta’ xort’ oħra minn film ċinematografiku:

ex 3705 90 10

Mikrofilms ta’ kotba, ta’ kotba tal-istampi għat-tfal u kotba għat-tpinġija u l-koloratura, kotba ta’ eżerċizzji tal-iskola għat-tfal (kotba li jaħdmu fuqhom), kotba ta’ tislibiet, gazzetti u perjodiċi li, dokumenti jew rapporti stampati ta’ karattru mhux kummerċjali, u ta’ illustrazzjonijiet farrada, paġni stampati u proofs ta’ riproduzzjoni għall-produzzjoni tal-kotba

ex 3705 10 00

Films ta’ riproduzzjoni għall-produzzjoni tal-kotba

ex 3705 90 90

 

4903 00 00

Kotba ta’ koloratura ta’ tpinġija jew tal-istampi għat-tfal

4905

Mapep u charts idrografiċi jew simili ta’ kull xorta, inklużi atlases, mapep għall-ħitan, pjanti topografiċi u globi, stampati:

Oħrajn:

ex 4905 99 00

– –

Oħrajn:

Mapep, charts u disinji ta’ interess f’setturi xjentifiċi, bħall-ġeoloġija, iż-żooloġija, il-botanija, il-mineraloġija, il-paleontoloġija, l-arkeoloġija, l-etnoloġija, il-metereoloġija, il-klimatoloġija u l-ġeofiżika

ex 4906 00 00

Pjanti u disinji u riproduzzjonijiet tagħhom tal-arkitettura, industrijali jew tal-inġinerija

4911

Materja stampata oħra, inklużi stampi u ritratti:

4911 10

Materjal ta’ riklamar għan-negozju, katalgi kummerċjali u bħalhom:

ex 4911 10 90

– –

Oħrajn:

Katalgi ta’ kotba u pubblikazzjonijiet, li jkunu kotba u pubblikazzjonijiet offerti għall-bejgħ minn pubblikanti jew bejjiegħa tal-kotba stabbiliti barra t-territorju tal-Komunitajiet Ewropej

Katalgi ta’ films, ta’ rrekordjar jew materjali viżwali u awditorji oħrajn ta’ karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulturali

Posters għall-promozzjoni tat-turiżmu u pubblikazzjonijiet turistiċi, brochures, kotba ta’ gwida, skedi, libretti u pubblikazzjonijiet bħalhom, kemm jekk bl-istampi u kemm jekk le, inklużi dawk ippubblikati minn konċernazzjonijiet privati, ddisinjati biex jinkuraġġixxu l-pubbliku biex jivvjaġġa barra t-territorju tal-Komunitajiet Ewropej, inklużi mikrokopji ta’ dawn l-oġġetti

Materjal ta’ informazzjoni bibliografika għad-distribuzzjoni b’xejn (1)

Oħrajn:

4911 99 00

– –

Oħrajn:

Stampi mfarrda, paġni stampati u proofs ta’ riproduzzjoni li għandhom jiġu użati għall-produzzjoni ta’ kotba, inklużi mikrokopji ta’ dawn l-oġġetti (1)

Mikrokopji ta’ kotba, kotba tal-istampi għat-tfal u kotba ta’ tpinġija jew koloratura, kotba tal-eżerċizzji tal-iskola (workbooks), kotba ta’ tislibiet, gazzetti u perjodiċi li u ta’ dokumenti jew rapporti ta’ karattru mhux kummerċjali (1)

Pubblikazzjonijiet iddisinjati biex jinkuraġġixxu l-pubbliku biex jistudja barra t-territorju tal-Komunitajiet Ewropej, inklużi mikrokopji ta’ dawn il-pubblikazzjonijiet (1)

Dizinji Metereoloġiċi u ġeofiżiċi

9023 00

Strumenti, apparat u mudelli, ddisinjati għal skopijiet ta’ dimostrazzjoni (per eżempju, fl-edukazzjoni jew eżibizzjonijiet), mhux tajbin għal utilitajiet oħrajn:

ex 9023 00 80

Oħrajn:

Mapep u charts ibbuzzati ta’ interess f’setturi xjentifiċi bħall-ġeoloġija, iż-żooloġija, il-botanija, il-mineraloġija, il-paleontoloġija, l-arkeoloġija, l-etnoloġija, il-metereoloġija, il-klimatoloġija u l-ġeofiżika

B.   Materjali viżwali u ta’ awdizzjoni ta’ karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulturali

L-oġġetti mniżżla fl-Anness II(A) prodotti mill-Ġnus Magħquda jew xi aġenziji speċjalizzati tagħhom.


(1)  L-eżenzjoni m’għandhiex, madanakollu, tapplika għal oġġetti fejn ir-reklamar ikopri iktar minn 25 % tal-wiċċ. Fil-każ ta’ pubblikazzjonijiet u posters għall-promozzjoni tat-turiżmu, dan il-persentaġġ japplika biss għal pubbliċità kummerċjali privata.


ANNESS II

A.   Materjali viżwali u ta’ awdizzjoni ta’ karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulturali

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Stabbiliment jew organizzazzjoni benefiċjarja

3704 00

Pjanċi fotografiċi, film, karta, kartun u tessuti, esposti imma mhux żviluppati:

L-organizzazzjonijiet kollha (inklużi organizzazzjonijiet ta’ xandir u televiżjoni), istituzzjonijiet jew assoċjazz-jonijiet approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-iskop ta’ ammissjoni mingħajr dazju ta’ din il-merkanzija

ex 3704 00 10

Pjanċi u film:

Film ċinematografiku, pożittivi, ta’ karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulturali

 

ex 3705

Pjanċi u film fotografiku, esposti u żviluppati, ta’ xort’ oħra minn film fotografiku:

Ta’ karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulturali

 

3706

Film ċinematografiku, espost u żviluppat, kemm jekk jinkorpora sound track jew le jew jekk jikkonsisti biss f’sound track:

 

3706 10

Ta wisa’ ta’ 35 mm jew iktar:

– –

Oħrajn:

 

ex 3706 10 99

– – –

Pożittivi oħrajn:

Filmati (bil-ħoss jew mingħajru) li juru ġrajjiet ta’ informazzjoni ta’ valur kurrenti fil-ħin tal-importazzjoni, u importati sa limitu ta’ żewġ kopji ta’ kull suġġett għal skopijiet ta’ kkuppjar

Materjal ta’ fil mill-arkivji (bil-ħoss jew mingħajru) maħsub għall-użu f’konnessjoni ma’ film newsreel

Films rekreazzjonali partikolarment adatti għat-tfal u nies żgħar

Films oħrajn ta’ karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulturali

 

3706 90

Oħrajn:

– –

Oħrajn:

– – –

Pożittivi oħrajn:

 

ex 3706 90 51

ex 3706 90 91

ex 3706 90 99

Filmati (bil-ħoss jew mingħajru) li juru ġrajjiet ta’ informazzjoni ta’ valur kurrenti fil-ħin tal-importazzjoni, u importati sa limitu ta’ żewġ kopji minn kull suġġett għal skopijiet ta’ kkuppjar

Materjal ta’ film mill-arkivju (bil-ħoss jew mingħajru) maħsub għall-użu f’konnessjioni ma’ films newsreel

Films rekreazzjonali partikolarment adatti għat-tfal u nies żgħar

Films oħrajn ta’ karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulturali

 

4911

Materjal stampat ieħor, inklużi stampi u ritratti stampati:

Oħrajn:

 

ex 4911 99 00

– –

Oħrajn:

Microcards jew medja oħra ta’ rfigħ ta’ informazzjoni meħtieġa f’servizzi kompjuterizzati ta’ informazzjoni u dokumentazzjoni ta’ karattru edukazzjonali xjentifiku jew kulturali

Charts għall-ħitan iddiżinjati biss għal dimostrazzjoni u edukazzjoni

 

ex 8523

Rekords, tapes u materjal irrekordjat ieħor għall-ħoss jew fenomeni oħrajn irrekordjati b’mod simili inklużi matriċi u masters għall-produzzjoni ta’ rekords, imma esklużi l-prodotti tal-kapitolu 37:

Ta’ karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulutrali

 

ex 9023 00

Strumenti, apparat u mudelli, iddisinjati għal skopijiet ta’ dimostrazzjoni (per eżempju, fl-edukazzjoni jew f’eżibizzjonijiet), mhux tajbin għal utilitajiet oħrajn:

Disinnji, mudelli u charts għall-ħitan ta’ karattru edukazzjonali xjentifiku jew kulturali, iddisinjati biss għal dimostrazzjoni u edukazzjoni

Mock-ups jew viżwalizzazzjonijiet ta’ kunċetti astratti bħal strutturi molekulari jew formuli matematiċi

 

Varji

Ologrammi għal proġezzjoni bil-laser

Kitts ta’ multi-media

Materjali għal istruzzjonijiet ipprogrammati, inklużi materjali f’forma ta’ kitt bil-materjali korrispondenti stampati

 

B.   Biċċiet għall-kollezzjoni u xogħlijiet tal-arti ta’ karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulturali

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Stabbiliment jew organizzazzjoni benefiċjarja

Varji

Biċċiet għall-kollezzjoni u xogħlijiet tal-arti, mhux maħsuba għall-bejgħ

Galleriji, mużewijiet u istituzzjonijiet oħrajn approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-iskop ta’ ammissjoni mingħajr dazju ta’ dawn il-beni


ANNESS III

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

4911

Materjal stampat ieħor, inklużi stampi stampati u ritratti:

4911 10

Materjal għar-reklamar tan-negozju, katalgi kummerċjali u bħalhom:

ex 4911 10 90

– –

Oħrajn:

Ibbuzzati għall-għomja u għal dawk b’vista parzjali

Oħrajn:

ex 4911 91 00

– –

Stampi, diżinji u ritratti:

Ibbuzzati ghall-ghomja i gjam dawl b’vista parzjali

ex 4911 99 00

– –

Oħrajn:

Ibbuzzati għall-għomja u għal dawk b’vista parzjali


ANNESS IV

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

4802

Karta mhux miksija u kartun ta’ tip użat għall-kitba, l-istampar jew skopijiet grafiċi oħrajn, u kartun tal-ippanċjar u karta għat-tejp tal-ippanċjar mhux imtaqqbin f’rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta’ kull qies, ta’ xort’oħra mill-karta tal-intestatura Nru 4801 jew 4803 ; karta magħmula bl-idejn u kartun:

Karta u kartun ieħor. Li ma jikkontjenux fibri minn proċess jew kemi-mekkaniku jew li tagħhom mhux iktar minn 10 % mill-piż tal-kontenut tal-fibri totali jikkonsisti f’dawn il-fibri:

ex 4802 55

– –

Li jiżnu 40 g/m2 jew iktar imma mhux iktar minn 150 g/m2, f’rombli

Karta Braille

ex 4802 56

– –

Li jiżnu 40 g/m2 jew aktar iżda mhux aktar minn 150 g/m2, f’folji b’ġenb wieħed mhux aktar minn 435 mm u l-ġenb l-ieħor mhux aktar minn 297 mm, fl-istat mhux mitnijin

Karta Braille

ex 4802 57 00

– –

Oħrajn, jiżnu 40 g/m2 jew aktar iżda mhux aktar minn 150 g/m2

Karta Braille

ex 4802 58

– –

Li jiżnu iktar minn 150 g/m2:

Karta Braille

Karta oħra u kartun li minnhom iktar minn 10 % mill-piż tal-kontenut tal-fibri totali jikkonsisti f’fibri minn proċess mekkaniku jew kemi-mekkaniku:

ex 4802 61

– –

f’rombli

ex 4802 61 80

– – –

Oħrajn

Karta Braille

ex 4802 62 00

– –

F’folji b’ġenb wieħed mhux aktar minn 435 mm u l-ġenb l-ieħor mhux aktar minn 297 mm fl-istat mhux mitnijin

Karta Braille

ex 4802 69 00

– –

Oħrajn

Karta Braille

4805

Karta oħra mhux miksija u kartun, f’rombli jew folji mhux maħdumin jew ipproċessati aktar minn kif speċifikat f’nota 3 għal dan il-kapitlu:

Oħrajn:

ex 4805 91 00

– –

Li jiżnu 150 g/m2 jew anqas

Karta Braille

ex 4805 92 00

– –

Li jiżnu iktar minn 150 g/m2 imma inqas minn 225 g/m2:

Karta Braille

4805 93

– –

Jiżnu 225 g/m2 jew iktar:

ex 4805 93 80

– – –

Oħrajn:

Karta Braille

4823

Karta oħra, kartun, mili taċ-ċellulosa u webs ta’ fibri taċ-ċellulosa, maqtugħa għall-qies jew għall-forma; oġġetti oħra magħmula mill-polpa tal-karta, mill-karta, mill-mili taċ-ċellulosa jew minn webs ta’ fibri taċ-ċellulosa:

Karta oħra u kartun, ta’ tip użat għall-kitba, l-istampar jew skopijiet grafiċi oħra:

4823 90

Oħrajn:

ex 4823 90 40

– –

Karta u kartun, ta’ tip użati għal kitba, stampar u għanijiet grafiċi oħrajn

Karta Braille

ex 6602 00 00

Bsaten għall-mixi, bsaten għal bilqiegħda, frosti, frosta għall-irkib taż-żwiemel u bħalhom:

Il-bsaten bojod għall-għomja u għal dawk b’vista parzjali

ex 8469

Typewriters u magni tal-word processing:

Addattati għall-użu mill-għomja u għal dawk b’vista parzjali

ex 8471

Magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data w unitajiet tagħhom; qarrejja manjetiċi jew ottiċi, magni għat-traskrizzjoni tad-data fuq medja ta’ data f’forma kkodifikata u magni għall-ipproċessar ta’ din id-data, mhux speċifikati jew inklużi mkien ieħor:

Tagħmir għall-produzzjoni mekkanika tal-Braille u materjal irrekordjat għall-għomja

ex 8519

Tagħmir ta’ reġistrazzjoni tal-ħoss jew ta’ riproduzzjoni tal-ħoss:

Rekord-players u cassette players speċjalment iddisinjati u addattati għall-għomja u għal dawk b’vista parzjali

ex 8523

Diski, tejps, strumenti li jaħżnu l-memorja li mhumiex volatili u li huma fi stat solidu, “smart cards” u midja oħra għar-reġistrazzjoni ta’ ħoss jew fenomeni oħra, kemm jekk irreġistrati u kemm jekk mhumiex, inklużi matriċi u masters għall-produzzjoni ta’ diski, imma esklużi l-prodotti tal-Kapitolu 37:

Kotba li jitkellmu

Tapes manjetiċi u cassettes għall-produzzjoni tal-Braille u ta’ kotba li jitkellmu

9013

Strumenti tal-kristall likwidu li ma jikkostitwixxux oġġetti li hemm ipprovdut dwarhom iktar speċifikament f’intestaturi oħrajn, lasers, ta’ xort’oħra minn laser diodes; apparat ottiku u strumenti oħrajn, mhux speċifikati jew inklużi mkien ieħor f’dan il-kapitolu:

ex 9013 80

Strumenti oħrajn, apparat u strumenti:

Kabbara tat-televiżjoni għall-għomja u għal dawk b’vista parzjali

9021

Apparat ortopediku, inklużi l-krozzi, ċ-ċinturini tal-kirurġija u ħemliet; qasab u apparat ieħor għall-fratturi; partijiet artifiċjali tal-ġisem; għajnuniet għas-smigħ u apparat oħrajn li jintlibsu jew merfugħa, jew impjantati fil-ġisem, biex jikkumpensaw għal difett jew diżabilità:

9021 90

Oħrajn:

ex 9021 90 90

– –

Oħrajn:

Apparat ta’ orjentaturi elettroniċi u li jintraċċaw l-ostakoli għall-għomja u għal dawk b’vista parzjali

Kabbara tat-televiżjoni għall-għomja ugħal dawk b’vista parzjali

Magni elettroniċi għall-qari għall-għomja u għal dawk b’vista parzjali

9023 00

Strumenti, apparat u mudelli, iddidinjati għal skopijiet ta’ dimostrazzjoni (per eżempju, fl-edukazzjoni jew l-esibizzjonijiet), li mhumiex xierqa għal utilitajiet oħrajn:

ex 9023 00 80

Oħrajn:

Għajnuniet għat-tagħlim u apparat speċifikament iddisinjat għall-użu tal-għomja u għal dawk b’vista parzjali

ex 9102

Arloġġi tal-polz, arloġġi tal-but u arloġġi oħrajn, inklużi stop-watches, ta’ xort’oħra minn dawk tal-intestatura Nru 9101 :

Arloġġi Braille b’kaxxi ta’ xort’oħra minn dawk ta’ metalli prezzjużi

9504

Oġġetti għall-fieri, jew logħob tal-mejda jew tad-dar, inklużi pintables, billiards, imwejjed speċjali għal logħob tal-casino u tagħmir awtomatiku tal-bowling

9504 90

Oħrajn:

ex 9504 90 90

– –

Oħrajn:

Logħob tal-imwejjed u aċċessorji speċjalment addattati għall-użu tal-għomja u għal dawk b’vista parzjali

Varji

L-oġġetti l-oħrajn kollha speċjalment iddisinjati għall-edukazzjoni jew l-avvanz xjentifiku jew kulturali tal-għomja u ta’ dawk b’vista parzjali


ANNESS V

REGOLAMENT IMĦASSAR FLIMKIEN MA’ LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI TIEGĦU

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83

(ĠU L 105, 23.4.1983, p. 1)

 

Att tal-Adeżjoni tal-1985, Anness I, Punti I.1(e) u 1.17

(ĠU L 302, 15.11.1985, p. 139)

 

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3822/85

(ĠU L 370, 31.12.1985, p. 22)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3691/87

(ĠU L 347, 11.12.1987, p. 8)

 

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1315/88

(ĠU L 123, 17.5.1988, p. 2)

l-Artikolu 2 biss

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4235/88

(ĠU L 373, 31.12.1988, p. 1)

 

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3357/91

(ĠU L 318, 20.11.1991, p. 3)

 

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92

(ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1)

l-Artikolu 252(1) biss

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 355/94

(ĠU L 46, 18.2.1994, p. 5)

 

At tal-Adeżjoni tal-1994, Anness I, Punt XIII A.I.3

(ĠU C 241, 29.8.1994, p. 274)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1671/2000

(ĠU L 193, 29.7.2000, p. 11)

 

Att tal-Adeżjoni tal-2003, Anness għall-Protokoll 3, l-Ewwel Parti, Punt 3

(ĠU L 236, 23.9.2003, p. 940)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 274/2008

(ĠU L 85, 27.3.2008, p. 1)

 


ANNESS VI

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KEE) Nru 918/83

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1

Artikolu 1(2)(a) u (b)

Artikolu 2(1)(a) u (b)

Artikolu 1(2)(c), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(1)(c), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1(2)(c), it-tieni subparagrafu, sentenza tal-bidu

Artikolu 2(1)(c) it-tieni subparagrafu, sentenza tal-bidu

Artikolu 1(2)(c), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 2(1)(c), it-tieni subparagrafu, punt (i)

Artikolu 1(2)(c), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 2(1)(c), it-tieni subparagrafu, punt (ii)

Artikolu 1(2)(c), it-tielet subparagrafu

Artikolu 2(1)(c), it-tielet subparagrafu

Artikolu 1(2)(d) u (e)

Artikolu 2(1)(d) u (e)

Artikolu 1(3)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4, l-ewwel paragrafu

Artikolu 5(1)

Artikolu 4, it-tieni paragrafu

Artikolu 5(2)

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6, l-ewwel paragrafu

Artikolu 7(1)

Artikolu 6, it-tieni paragrafu

Artikolu 7(2)

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14(1), kliem tal-bidu

Artikolu 15(1), kliem tal-bidu

Artikolu 14(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 15(1)(a)

Artikolu 14(1), it-tieni inċiż

Artikolu 15(1)(b)

Artikolu 14(2)

Artikolu 15(2)

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 25

Artikolu 21

Artikolu 26

Artikolu 22

Artikolu 27, l-ewwel paragrafu

Artikolu 23(1)

Artikolu 27, it-tieni paragrafu

Artikolu 23(2)

Artikolu 28

Artikolu 24

Artikolu 29(1)

Artikolu 25(1)

Artikolu 29(2), kliem tal-bidu

Artikolu 25(2), kliem tal-bidu

Artikolu 29(2), l-ewwel inċiż

Artikolu 25(2)(a)

Artikolu 29(2), it-tieni inċiż

Artikolu 25(2)(b)

Artikolu 29(2), it-tielet inċiż

Artikolu 25(2)(c)

Artikolu 30, l-ewwel paragrafu

Artikolu 26(1)

Artikolu 30, it-tieni paragrafu

Artikolu 26(2)

Artikolu 31

Artikolu 27

Artikolu 32

Artikolu 28

Artikolu 33

Artikolu 29

Artikolu 34

Artikolu 30

Artikolu 35

Artikolu 31

Artikolu 36

Artikolu 32

Artikolu 37

Artikolu 33

Artikolu 38

Artikolu 34

Artikolu 39

Artikolu 35

Artikolu 40

Artikolu 36

Artikolu 41

Artikolu 37

Artikolu 42

Artikolu 38

Artikolu 43

Artikolu 39

Artikolu 44

Artikolu 40

Artikolu 45

Artikolu 41

Artikolu 50

Artikolu 42

Artikolu 51, kliem tal-bidu

Artikolu 43, kliem tal-bidu

Artikolu 51, l-ewwel inċiż

Artikolu 43(a)

Artikolu 51, it-tieni inċiż

Artikolu 43(b)

Artikolu 52(1)

Artikolu 44(1)

Artikolu 52(2), kliem tal-bidu

Artikolu 44(2), kliem tal-bidu

Artikolu 52(2), l-ewwel inċiż

Artikolu 44(2)(a)

Artikolu 52(2), it-tieni inċiż

Artikolu 44(2)(b)

Artikolu 53, kliem tal-bidu

Artikolu 45, kliem tal-bidu

Artikolu 53(a), kliem tal-bidu

Artikolu 45(a), kliem tal-bidu

Artikolu 53(a), l-ewwel inċiż

Artikolu 45(a)(i)

Artikolu 53(a), it-tieni inċiż

Artikolu 45(a)(ii)

Artikolu 53(b), kliem tal-bidu

Artikolu 45(b), kliem tal-bidu

Artikolu 53(b), l-ewwel inċiż

Artikolu 45(b)(i)

Artikolu 53(b), it-tieni inċiż

Artikolu 45(b)(ii)

Artikolu 54, kliem tal-bidu

Artikolu 46, kliem tal-bidu

Artikolu 54, l-ewwel inċiż

Artikolu 46(a)

Artikolu 54, it-tieni inċiż

Artikolu 46(b)

Artikolu 56

Artikolu 47

Artikolu 57

Artikolu 48

Artikolu 58

Artikolu 49

Artikolu 59

Artikolu 50

Artikolu 59a(1) u (2)

Artikolu 51(1) u (2)

Artikolu 59a(3), kliem tal-bidu

Artikolu 51(3), kliem tal-bidu

Artikolu 59a(3), l-ewwel inċiż

Artikolu 51(3)(a)

Artikolu 59a(3), it-tieni inċiż

Artikolu 51(3)(b)

Artikolu 59b

Artikolu 52

Artikolu 60(1)

Artikolu 53(1)

Artikolu 60(2), sentenza tal-bidu

Artikolu 53(2), sentenza tal-bidu

Artikolu 60(2), l-ewwel inċiż

Artikolu 53(2)(a)

Artikolu 60(2), it-tieni inċiż

Artikolu 53(2)(b)

Artikolu 60(3)

Artikolu 53(3)

Artikolu 61(1)

Artikolu 54(1)

Artikolu 61(2), kliem tal-bidu

Artikolu 54(2), kliem tal-bidu

Artikolu 61(2), l-ewwel inċiż

Artikolu 54(2)(a)

Artikolu 61(2), it-tieni inċiż

Artikolu 54(2)(b)

Artikolu 61(2), it-tielet inċiż

Artikolu 54(2)(c)

Artikolu 62

Artikolu 55

Artikolu 63

Artikolu 56

Artikolu 63a

Artikolu 57

Artikolu 63b

Artikolu 58

Artikolu 63c

Artikolu 59

Artikolu 64

Artikolu 60

Artikolu 65

Artikolu 61

Artikolu 66

Artikolu 62

Artikolu 67

Artikolu 63

Artikolu 68

Artikolu 64

Artikolu 69

Artikolu 65

Artikolu 70

Artikolu 66

Artikolu 71, l-ewwel paragrafu, sentenza tal-bidu

Artikolu 67(1), sentenza tal-bidu

Artikolu 71, l-ewwel paragrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 67(1), punt (a)

Artikolu 71, l-ewwel paragrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 67(1), punt (b)

Artikolu 71, it-tieni paragrafu

Artikolu 67(2)

Artikolu 72(1), sentenza tal-bidu

Artikolu 68(1), sentenza tal-bidu

Artikolu 72(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 68(1)(a)

Artikolu 72(1), it-tieni inċiż

Artikolu 68(1)(b)

Artikolu 72(2)

Artikolu 68(2)

Artikolu 73

Artikolu 69

Artikolu 75

Artikolu 70

Artikolu 76

Artikolu 71

Artikolu 77

Artikolu 72

Artikolu 78

Artikolu 73

Artikolu 79

Artikolu 74

Artikolu 80

Artikolu 75

Artikolu 81

Artikolu 76

Artikolu 82

Artikolu 77

Artikolu 83

Artikolu 78

Artikolu 84

Artikolu 79

Artikolu 85

Artikolu 80

Artikolu 86

Artikolu 81

Artikolu 87

Artikolu 82

Artikolu 88

Artikolu 83

Artikolu 89, kliem tal-bidu

Artikolu 84, kliem tal-bidu

Artikolu 89, l-ewwel inċiż

Artikolu 84(a)

Artikolu 89, it-tieni inċiż

Artikolu 84(b)

Artikolu 89, it-tielet inċiż

Artikolu 84(c)

Artikolu 90

Artikolu 85

Artikolu 91

Artikolu 86

Artikolu 92

Artikolu 87

Artikolu 93

Artikolu 88

Artikolu 94

Artikolu 89

Artikolu 95

Artikolu 90

Artikolu 96

Artikolu 91

Artikolu 97

Artikolu 92

Artikolu 98

Artikolu 93

Artikolu 99

Artikolu 94

Artikolu 100

Artikolu 95

Artikolu 101

Artikolu 96

Artikolu 102

Artikolu 97

Artikolu 103

Artikolu 98

Artikolu 104(1), sentenza tal-bidu

Artikolu 99(1), sentenza tal-bidu

Artikolu 104(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 99(1)(a)

Artikolu 104(1), it-tieni inċiż

Artikolu 99(1)(b)

Artikolu 104(1), it-tielet inċiż

Artikolu 99(1)(c)

Artikolu 104(2)

Artikolu 99(2)

Artikolu 105

Artikolu 100

Artikolu 106

Artikolu 101

Artikolu 107

Artikolu 102

Artikolu 108

Artikolu 103

Artikolu 109

Artikolu 104

Artikolu 110

Artikolu 105

Artikolu 111

Artikolu 106

Artikolu 112

Artikolu 107

Artikolu 113

Artikolu 108

Artikolu 114

Artikolu 109(1)

Artikolu 109(2)

Artikolu 115, l-ewwel paragrafu

Artikolu 110(1)

Artikolu 115, it-tieni paragrafu

Artikolu 110(2)

Artikolu 116

Artikolu 111

Artikolu 117

Artikolu 112

Artikolu 118(1)

Artikolu 113

Artikolu 119

Artikolu 114

Artikolu 120

Artikolu 115

Artikolu 121

Artikolu 116

Artikolu 122

Artikolu 117

Artikolu 123

Artikolu 118

Artikolu 124

Artikolu 119

Artikolu 125

Artikolu 120

Artikolu 126

Artikolu 121

Artikolu 127

Artikolu 122

Artikolu 128

Artikolu 123

Artikolu 129

Artikolu 124

Artikolu 130

Artikolu 125

Artikolu 131

Artikolu 126

Artikolu 132

Artikolu 127

Artikolu 133

Artikolu 128

Artikolu 134

Artikolu 129

Artikolu 135

Artikolu 130

Artikolu 136

Artikolu 131

Artikolu 139

Artikolu 132

Artikolu 140

Artikolu 144

Artikolu 133

Artikolu 145

Artikolu 134

Annessi I sa IV

Annessi I sa IV

Anness V

Anness VI