ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.322.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 322

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
9 ta' Diċembru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1197/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2115/2005 li jistabbilixxi pjan ta’ rkupru tal-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja fil-qafas tal-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Majjistral

1

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2009/139/KE tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar markar statutorju għal vetturi bil-mutur b’żewġ jew tliet roti ( 1 )

3

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2009/904/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità Ewropea dwar l-innegozjar mill-ġdid tal-Ftehim Monetarju mar-Repubblika ta' San Marino

12

 

 

III   Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TAL-UE

 

*

Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar l-Akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji

14

 

 

V   Atti adottati mill-1 ta' Diċembru 2009 taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat Euratom

 

 

ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM HIJA OBBLIGATORJA

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1198/2009 tat-8 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

17

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1199/2009 tat-8 ta’ Diċembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1159/2009 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Diċembru 2009

19

 

 

2009/906/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/906/PESK tat-8 ta' Diċembru 2009 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (BiH)

22

 

 

2009/907/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/907/PESK tat-8 ta' Diċembru 2009 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja

27

 

 

ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM MHIJIEX OBBLIGATORJA

 

 

2009/908/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill

28

 

 

2009/909/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta’ impjieg tal-President tal-Kunsill Ewropew

35

 

 

2009/910/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta’ impjieg tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà

36

 

 

2009/911/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2009 li taħtar lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

37

 

 

2009/912/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta’ impjieg tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

38

 

 

2009/913/UE

 

*

Deċiżjoni meħuda bi ftehim komuni bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tas-7 ta’ Diċembru 2009 dwar il-post tas-sede tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija

39

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/442/KE tal-5 ta’ Ġunju 2009 li timplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ u mar-rappurtar ( ĠU L 148, 11.6.2009 )

40

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/721/KE tal-24 ta’ Settembru 2009 li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija ta’ Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali ( ĠU L 257, 30.9.2009 )

40

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1984/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa ( ĠU L 387, 29.12.2006 , ħarġa speċjali bil-Malti L 314M tal-1 ta’ Diċembru 2007 )

41

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

9.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1197/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2115/2005 li jistabbilixxi pjan ta’ rkupru tal-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja fil-qafas tal-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Majjistral

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2115/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 (1) jimplimenta pjan ta’ rkupru għall-ħalibatt tal-Groenlandja adottat mill-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “NAFO”).

(2)

Fid-29 Laqgħa Annwali li saret f’Settembru 2007, in-NAFO adottat għadd ta’ emendi għal dan il-pjan ta’ rkupru. Dawk l-emendi għandhom x’jaqsmu ma’ miżuri mtejba ta’ kif jiġi rrappurat il-qbid u miżuri addizzjonali ta’ kontroll biex jissaħħu l-ispezzjonijiet fuq il-baħar għal bastimenti deħlin u ħerġin miż-Żona Regolatorja tan-NAFO.

(3)

Għalhekk huwa neċessarju li r-Regolament (KE) Nru 2115/2005 jiġi emendat sabiex jimplementa l-emendi għall-pjan ta’ rkupru,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2115/2005 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 5a li ġej:

“Artikolu 5a

Dħul fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO

1.   Il-bastimenti tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 5(1) jistgħu jidħlu fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO biex jistadu għall-ħalibatt tal-Groenlandja biss jekk huma:

(a)

jkollhom inqas minn 50 tunnellata ta’ kwalunkwe qabda abbord; jew

(b)

jikkonformaw mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2, 3 u 4.

2.   Fejn il-bastiment tas-sajd ikollu qabdiet minn barra ż-Żona Regolatorja tan-NAFO ta’ 50 tunnellata jew aktar abbord, għandu jikkomunika lis-Segretarjat tan-NAFO, permezz tal-posta elettronika jew fax, sa mhux aktar tard minn 72 siegħa qabel ma jidħol fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO:

(a)

l-ammont tal-qabda miżmuma abbord;

(b)

il-pożizzjoni (latitudni/lonġitudni) li fiha l-kaptan tal-bastiment jipprevedi li l-bastiment ikun ser jibda jistad; u

(c)

l-ħin stmat tal-wasla fil-pożizzjoni.

3.   Jekk bastiment ta’ spezzjoni, wara l-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, jindika li jkun biħsiebu jwettaq spezzjoni, dan għandu jikkomunika lill-bastiment tas-sajd l-koordinati ta’ punt ta’ kontroll fejn tkun tista’ ssir spezzjoni. Il-punt ta’ kontroll m’għandux ikun aktar minn 60 mil nawtiku mill-pożizzjoni li fih il-kaptan tal-bastiment jipprevedi li l-bastiment ikun ser jibda jistad.

4.   Il-bastiment tas-sajd imsemmi fil-paragrafu 2 jista’ jibda jistad f’kull wieħed mill-każjiet li ġejjin:

(a)

jekk jiġi notifikat b’dan mis-Segretarjat tan-NAFO;

(b)

jekk, wara spezzjoni mwettqa skont il-paragrafu 3, jiġi infurmat mill-bastiment ta’ spezzjoni li jista’ jibda jistad;

(c)

jekk il-bastiment ta’ spezzjoni ma jkunx beda l-ispezzjoni fi żmien tliet sigħat wara l-wasla tal-bastiment tas-sajd fil-punt ta’ kontroll indikat skont il-paragrafu 3;

(d)

jekk ma jirċievi l-ebda komunikazzjoni, mis-Segretarjat tan-NAFO jew minn bastiment ta’ spezzjoni sakemm jidħol fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO, li bastiment ta’ spezzjoni għandu l-intenzjoni li jagħmel spezzjoni skont il-paragrafu 3.”;

(2)

L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

kwantitajiet ta’ ħalibatt tal-Groenlandja fuq bażi ta’ ħamest ijiem, inkluż qabda li ma tirrendi xejn. Dan ir-rapport għandu jiġi trasmess għall-ewwel darba mhux aktar tard minn tmiem l-għaxar jum wara d-data tad-dħul tal-bastiment fis-Sub-żona 2 tan-NAFO u fid-Diviżjonijiet 3KLMNO;”,

(b)

il-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom, malli jirċevuhom, jittrasmettu r-rapporti previsti fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat minnufih ir-rapport imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 lis-Segretarjat tan-NAFO.

3.   Meta l-qabdiet ta’ ħalibatt tal-Groenlandja notifikati skont il-paragrafu 2 jitqiesu li eżawrew 75 % tal-allokazzjoni tal-kwota tal-Istati Membri, il-kaptani għandhom jittrasmettu r-rapporti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 fuq bażi ta’ tlett ijiem.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Ghall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  ĠU L 340, 23.12.2005, p. 3.


DIRETTIVI

9.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/3


DIRETTIVA 2009/139/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Novembru 2009

dwar markar statutorju għal vetturi bil-mutur b’żewġ jew tliet roti

(verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/34/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar markar statutorju għal vetturi bil-mutur b’żewġ jew tliet roti (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata.

(2)

Id-Direttiva 93/34/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE msemmija fid-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ jew tliet roti, kif sostitwita bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/24/KE tat-18 ta’ Marzu 2002 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta (5), u li tistabbilixxi rekwiżiti tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta rigward l-immarkar statutorju. Dawk irrekwiżiti tekniċi jikkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni, fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura, tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE stabbilita fid-Direttiva 2002/24/KE. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet imsemmija fid-Direttiva 2002/24/KE dwar sistemi ta’ vetturi, komponenti u unitajiet tekniċi separati japplikaw għal din id-Direttiva.

(3)

Fir-rigward ta’ markar statutorju applikabbli għal vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew tlieta, din id-Direttiva m’għandhiex timpedixxi lil ċerti Stati Membri milli jżommu, fuq bażi mhux diskriminatorja, dispożizzjonijiet speċifiċi mandatarji bil-għan li japplikaw regolamenti tat-traffiku, kemm-il darba dawn ir-rekwiżiti speċifiċi jikkonċernaw l-użu ta’ dawn il-vetturi u ma jinvolvux xi modifikazzjonijiet fil-kostruzzjoni tagħhom li x’aktarx joħolqu ostaklu għall-approvazzjoni tat-tip tal-Komunità ta’ din it-tip ta’ vettura.

(4)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi elenkati fl-Anness II, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tapplika għall-markar statutorju għal kull tip ta’ vettura kif definita fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/24/KE.

Artikolu 2

Il-proċedura għall-għoti ta’ approvazzjoni tat-tip tal-komponent KE fir-rigward ta’ markar statutorju għal tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti jew tlieta u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-moviment liberu ta’ tali vetturi għandhom ikunu kif stabbiliti fil-Kapitoli II u III tad-Direttiva 2002/24/KE.

Artikolu 3

L-emendi neċessarji għall-addattament tar-rekwiżiti tal-Anness I għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2002/24/KE.

Artikolu 4

1.   Għal vetturi b’żewġ roti jew tlieta li jkunu kompatibbli mad-dispożizzjonijiet stipulati f’din id-Direttiva, l-Istati Membri m’għandhomx, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma markar statutorju, jiċħdu l-għoti ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE jew jipprojbixxi r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ tali vetturi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiċħdu, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma markar statutorju, l-għoti ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ kwalunkwe tip ġdid ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti jew tlieta li ma tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati f’din id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Id-Direttiva 93/34/KEE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fl-Anness II, Parti A hija mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi elenkati fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness III.

Artikolu 6

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għanda tapplika mill-1 ta’ Ġunju 2010.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Novembru 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

Å. TORSTENSSON


(1)  ĠU C 77, 31.3.2009, p. 41.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Novembru 2008 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2009.

(3)  ĠU L 188, 29.7.1993, p. 38.

(4)  Ara l-Anness II, Parti A.

(5)  ĠU L 124 tad-9.5.2002, p. 1.


ANNESS I

REKWIŻITI DWAR IL-MARKAR STATUTORJU GĦAL VETTURI BIL-MUTUR B’ŻEWĠ ROTI JEW TLIETA

1.   ĠENERALI

1.1.

Il-vetturi kollha għandhom jirċievu pjanċa u markar kif deskritt hawn taħt. Dik il-pjanċa u dak l-immarkar għandhom jitwaħħlu mill-manufattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

2.   PJANĊA TAD-DATA TAL-MANUFATTUR

2.1.

Pjanċa tad-data tal-manufattur, li mudell tagħha jidher fl-Appendiċi 1 trid titwaħħal b’mod sod, f’punt faċilment aċċessibbli, ma’ parti li normalment aktarx ma tinbidilx waqt l-użu; trid tkun tinqara faċilment u jkun fiha l-informazzjoni li ġejja f’forma li ma titħassarx, fl-ordni li ġejja:

2.1.1.

isem il-manufattur;

2.1.2.

marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE kif deskritta fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/24/KE;

2.1.3.

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN);

2.1.4.

il-livell ta’ ħoss meta wieqaf: … dB(A) … rev/min.

2.2.

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip kif meħtieġa mill-punt 2.1.2, il-valur tal-livell tal-ħoss meta wieqaf u n-numru ta’ dawra/minuta kif meħtieġa mill-punt 2.1.4 mhumiex inklużi fl-approvazzjoni tat-tip tal-komponent KE ta’ markar statutorju. Madankollu, dawk il-biċċiet ta’ informazzjoni jridu jkunu mwaħħla mal-vetturi kollha manufatturati b’mod konformi mat-tip li ġie approvat.

2.3.

Il-manufatturi jistgħu jwaħħlu informazzjoni addizzjonali taħt jew maġenb il-markar statutorju, ‘l barra minn rettangolu mmarkat b’mod ċar li jkun fih biss l-informazzjoni meħtieġa mill-punti 2.1.1 sa 2.1.4 (ara Appendiċi 1).

3.   NUMRU TA’ IDENTIFIKAZZJONI TAL-VETTURA

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura jikkonsisti minn kombinazzjoni strutturata ta’ karattri mogħtija lil kull vettura mill-manufattur tagħhom. L-iskop tiegħu huwa li jagħmilha possibbli li kull vettura tiġi identifikata mingħajr ambigwità permezz tal-manufattur tagħha - mingħajr il-ħtieġa ta’ xi informazzjoni oħra - għal perjodu ta’ 30 sena. L-identifikazzjoni trid tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

3.1.

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura jrid jidħol fil-pjanċa tad-data tal-manufattur. Irid ukoll ikun martellat jew ippanċjat b’tali mod li jkun evitat li jitħassar jew jinbidel fuq ix-chassis jew frame f’punt li jista’ jkun faċilment aċċessibbli, u jrid ikun fuq in-nofs tal-lemin tal-vettura;

3.1.1.

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura għandu jkun fi tliet partijiet kif muri hawn taħt:

3.1.1.1.

l-ewwel parti tikkonsisti f’kodiċi mogħti lill-manufattur tal-vettura li jagħmilha possibbli li dik il-persuna tkun identifikata. Il-kodiċi għandu jikkonsisti fi tliet karattri (ittri jew ċifri) maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż li fih il-manufattur għandu l-indirizz reġistrat tiegħu bi qbil mal-prattika tal-aġenzija internazzjonali li taġixxi fuq l-awtorizzazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għal Standardization (ISO). L-ewwel karattru jimmarka ż-żona ġeografika, it-tieni l-pajjiż ġewwa żona ġeografika u t-tielet karattru l-manufattur partikolari. Fejn il-manufattur jipproduċi anqas minn 500 vettura fis-sena, it-tielet karattru jkun dejjem 9. Biex ikun identifikat dak il-manufattur, l-awtorità msemmija hawn fuq għandha toħroġ ukoll it-tielet, ir-raba’ u l-ħames karattru tat-tielet parti;

3.1.1.2.

It-tieni parti tikkonsisti f’sitt karattri (ittri jew ċifri) bil-għan li jiddeskrivu l-karatteristiċi ġenerali tal-vettura (tip, varjant, u fil-każ ta’ moped, verżjoni); kull karatteristika tista’ tkun rappreżentata b’diversi karattri. Jekk il-manufattur tagħha ma jużax wieħed jew aktar minn dawn il-karattri l-ispazji mhux użati għandhom jimtlew b’karattri numeriċi jew alfabetiċi, bl-għażla titħalla f’idejn il-manufattur

3.1.1.3.

it-tielet parti tikkonsisti minn tmien karattri, l-aħħar erbgħa minnhom huma meħtieġa li jkunu numeriċi u, flimkien maż-żewġ partijiet l-oħra, iridu jagħmluha possibbli li vettura partikolari tkun identifikata b’mod ċar. Kull pożizzjoni mhux użata għandha timtela b’0 biex ikun ottenut in-numru totali ta’ karattri meħtieġa;

3.1.2.

in-numru tal-identifikazzjoni tal-vettura għandu, kull fejn ikun possibbli, ikun f’rig wieħed. Il-bidu u t-tmiem ta’ dan ir-rig għandhom ikunu mmarkati b’simbolu li la jkun numru Għarbi u lanqas ittra kapitali Latina, kif lanqas ma għandu jkun possibbli li wieħed jiżbalja dan il-karattru ma’ xi ieħor bħalu.

B’eċċezzjoni u għal raġunijiet tekniċi dan jista’ wkoll jieħu żewġ rigi. Iżda, f’dan il-każ ma għandux ikun hemm spazji vojta bejn xi waħda mit-tliet partijiet u l-bidu u t-tmiem ta’ kull rig għandhom ikunu mmarkati b’simbolu li la jkun numru Għarbi u lanqas ittra kapitali Latina, kif lanqas ma għandu jkun possibbli li wieħed jiżbalja dan il-karattru ma’ xi ieħor bħalu.

L-introduzzjoni tas-simbolu msemmi ġo rig bejn it-tliet partijiet (punt 3.1.1) hija wkoll awtorizzata.

M’għandux ikun hemm spazji bejn il-karattri.

4.   KARATTRI

4.1.

Ittri Latini u numri Għarab iridu jintużaw għall-markar li hemm provdut fil-punti 2 u 3. Madankollu, l-ittri Latini użati għall-informazzjoni mogħtija fil-punti 2.1.1, 2.1.3 u 3 jridu jkunu ittri kbar.

4.2.

Fin-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura:

4.2.1.

l-ittri I, O u Q, jew singijiet, asteriski jew sinjali oħra speċifiċi huma projbiti;

4.2.2.

ittri u ċifri għandu jkollhom l-għoli minimu li ġej:

4.2.2.1.

4 mm fil-każ ta’ karattri li ddaħlu b’mod dirett fuq ix-chassis jew frame jew xi struttura oħra simili tal-vettura;

4.2.2.2.

3 mm fil-każ ta’ karattri mdaħħla fuq il-pjanċa tad-data tal-manufattur.

Appendiċi 1

Eżempju ta’ pjanċa tad-data tal-manufattur

L-eżempju ta’ hawn taħt bl-ebda mod ma jaffettwa l-informazzjoni fil-fatt mogħtija fuq il-pjanċi tad-data tal-manufattur, l-anqas id-dimensjonijiet tal-pjanċa nnifisha, iċ-ċifri jew l-ittri. Hija mogħtija biss bħala eżempju.

It-tagħrif addizzjonali msemmi fil-punt 2.3 jista’ jiddaħħal hawn taħt jew fuq ġenb wieħed tal-informazzjoni mitluba fir-rettangolu li ġej.

STELLA FABBRICA MOTOCICLI

e3 5364

3 G S K L M 3 A C 8 B 1 2 0 0 0 0

80 dB(A) — 3 750 rev/min

Skrizzjon

Fl-eżempju ta’ hawn fuq ta’ pjanċa, il-vettura konċernata ġiet magħmula mill-“Fabbrika Muturi Stella” u type-approved fl-Italja (e3), taħt in-numru 5364.

In-numru ta’ identifikazzjoni (3GSKLM3AC8B120000) jagħti l-informazzjoni li ġejja:

l-ewwel parti (3GS):

—   3: żona ġeografika (Ewropa);

—   G: pajjiż fiż-żona ġeografika (Ġermanja);

—   S: manufattur (Fabbrika Muturi Stella);

it-tieni parti (KLM3AC):

—   KL: tip ta’ vettura;

—   M3: varjant (il-bodywork tal-vettura);

—   AC: verżjoni (magna tal-vettura);

it-tielet parti (8B120000):

:

8B12

:

identifikazzjoni tal-vettura u għaqda taż-żewġ partijiet l-oħra tan-numru ta’ identifikazzjoni;

:

0000

:

pożizzjonijiet mhux użati li ġew mimlija b’0 biex ikun magħmul in-numru totali ta’ karattri meħtieġa.

Il-livell ta’ ħoss meta wieqaf huwa ta’ 80 dB(A) bi 3 750 rev/min.

Appendiċi 2

Dokument ta’ informazzjoni dwar markar statutorju għal tip ta’ vettura bil-mutur b’żewg roti jew tlieta

(li għandu jjinhemez mal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponent KE meta din tintbgħat separatament mill-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura)

Nru tal-ordni (mogħti mill-applikant): …

L-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-komponent KE dwar markar statutorju għal tip ta’ vettura bir-roti b’żewġ jew tliet roti għandu jkun fiha l-informazzjoni stabbilita taħt il-punti li ġejjin fil-Parti I, Taqsima A tal-Anness II tad-Direttiva 2002/24/KE:

0.1,

0.2,

0.4 sa 0.6,

9.3.1 sa 9.3.3.

Appendiċi 3

Isem tal-amministrazzjoni

Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-komponent KE dwar markar statutorju għal tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew tlieta

MUDELL

Nru tar-rapport … mis-servizz tekniku … data …

Nru ta’ approvazzjoni tat-tip tal-komponent KE: … Nru ta’ estensjoni: …

1.

Marka tad-ditta jew isem tal …

2.

Tip ta’ vettura: …

3.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

4.

Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk hemm): …

5.

Data meta l-vettura tmur għat-test: …

6.

Approvazzjoni tat-tip tal-komponent KE mogħtija/miċħuda (1):

7.

Post: …

8.

Data: …

9.

Firma: …


(1)  Ħassar kif xieraq.


ANNESS II

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 5)

Direttiva tal-Kunsill 93/34/KEE

(ĠU L 188, 29.7.1993, p. 38)

 

Direttiva tal-Kummissjoni 1999/25/KE

(ĠU L 104, 21.4.1999, p. 19)

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/27/KE

(ĠU L 66, 8.3.2006, p. 7)

L-Artikolu 2 u l-Anness II biss

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 5)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

93/34/KEE

fl-14 ta’ Diċembru 1994.

fl-14 ta’ Ġunju 1995.

1999/25/KE

fil-31 ta’ Diċembru 1999.

fl-1 ta’ Jannar 2000 (*)

2006/27/KE

fil-31 ta’ Diċembru 2006 (**)


(*)  Skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/25/KE:

“1.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2000, l-Istati Membri ma għandhomx, għal raġunijiet relatati mal-immarkar statutorju:

jirrifjutaw, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura b’żewġ roti jew tlieta, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE,

jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-sevizz ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew tlieta,

jekk l-immarkar statutorju jkun konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 93/34/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

2.   B’effett mill-1 ta’ Lulju 2000, l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal kull tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti jew tlieta għal raġunijiet relatati mal-immarkar statutorju jekk ir-rekwiżiti tad-Direttiva 93/34/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, ma jkunux issodisfati.”

(**)  Skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/27/KE:

“1.   B’effet mill-1 ta’ Jannar 2007, fir-rigward ta’ vetturi b’żewġ roti jew bi tlieta, li jikkonformaw mad-disposiżżjonijiet stabbiliti fid-Direttivi […], 93/34/KEE, […] rispettivament, kif emendati b’din id-Direttiva, l-Istati Membri m’għandhomx, għal raġunijiet relatati mad-Direttiva konċernata, jirrifjutaw mill jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz tat-tali vettura.

2.   B’effett mill-1 ta’ Lulju 2007, l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet relatati mad-Direttiva konċernata, milli jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE lil kwalunke tip ta’ vettura b’żewġ roti jew bi tlieta li ma tikkonformax mad-disposiżżjonijet stabbiliti fid-Direttivi […], 93/34/KEE, […] rispettivament, kif emendati b’din id-Direttiva.”


ANNESS III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 93/34/KEE

Direttiva 2006/27/KE

Din id-Direttiva

Artikoli 1, 2 u 3

 

Artikoli 1, 2 u 3

Artikolu 4(1)

 

Artikolu 5(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(2)

 

Artikolu 4(3)

 

Artikolu 5

 

Artikolu 6

Artikolu 5

 

Artikolu 7

Anness

 

Anness I

 

Anness II

 

Anness III


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

9.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Novembru 2009

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità Ewropea dwar l-innegozjar mill-ġdid tal-Ftehim Monetarju mar-Repubblika ta' San Marino

(2009/904/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 111(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkommandazzjoni mill-Kummissjoni,

Wara li kkonsulta mal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1)

Mid-data tal-introduzzjoni tal-euro, il-Komunità għandha l-kompetenza fil-kwistjonijiet monetarji u tar-rata tal-kambju.

(2)

Il-Kunsill għandu jiddetermina l-arranġamenti għall-innegozjar u l-konklużjoni ta' ftehimiet li jikkonċernaw kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sistema monetarja jew tal-kambju barrani.

(3)

Ir-Repubblika Taljana, f'isem il-Komunità, ikkonkludiet fid-29 ta' Novembru 2000 Ftehim Monetarju mar-Repubblika ta' San Marino.

(4)

Fil-konklużjonijiet tiegħu fl-10 ta' Frar 2009 l-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-funzjonament tal-ftehimiet eżistenti u biex tikkunsidra żidiet possibbli fil-limiti massimi għall-ħruġ ta' muniti.

(5)

Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-Komunikazzjoni dwar il-funzjonament tal-Ftehimiet Monetarji ma' Monako, San Marino u l-Vatikan li l-Ftehim Monetarju mar-Repubblika ta' San Marino fil-forma preżenti tiegħu jeħtieġ li jiġi emendat bil-ħsieb li jiġi żgurat metodu aktar konsistenti fir-relazzjonijiet bejn il-Komunità u l-pajjiżi li ffirmaw ftehim monetarju.

(6)

Il-Ftehim Monetarju mar-Repubblika ta' San Marino għandu għalhekk jiġi nnegozjat mill-ġdid malajr kemm jista' jkun biex is-sistema l-ġdida tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2010, flimkien mar-regoli l-ġodda dwar il-modalitajiet tal-introduzzjoni tal-muniti euro stabbiliti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta' muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (1), approvata mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tal-10 Frar 2009,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Repubblika Taljana għandha tinnotifika lir-Repubblika ta' San Marino bil-ħtieġa li jiġi emendat il-Ftehim Monetarju eżistenti bejn ir-Repubblika Taljana, f'isem il-Komunità Ewropea, u r-Repubblika ta' San Marino (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”) fl-iktar data kmieni possibbli u toffri nnegozjar mill-ġdid fuq id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim.

Artikolu 2

Il-Komunità għandha tfittex li twettaq dawn il-bidliet li ġejjin fl-innegozjar mill-ġdid tal-Ftehim mar-Repubblika ta' San Marino:

(a)

Il-Ftehim għandu jiġi konkluż bejn il-Komunità u r-Repubblika ta' San Marino. It-test tal-ftehim għandu jkun test kodifikat tal-ftehim attwali flimkien mal-emendi.

(b)

Ir-Repubblika ta' San Marino għandha tintrabat li tadotta l-miżuri kollha adatti, permezz ta' traspożizzjonijiet diretti jew possibbilment permezz ta' azzjonijiet ekwivalenti:

għall-applikazzjoni ta' kull leġislazzjoni Komunitarja bankarja jew finanzjarja, f'leġislazzjoni partikolari dwar l-attività u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ikkonċernati,

għall-applikazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja kollha rilevanti dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, dwar il-prevenzjoni ta' frodi u falsifikazzjoni ta' flus kontanti u mezzi ta' pagamenti bi flus mhux kontanti, dwar midalji u tokens u dwar ir-rekwiżiti għall-irappurtar tal-istatistika.

Ir-Repubblika ta' San Marino għandha tiżgura li l-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti kollha bankarja u finanzjarja tiġi implimentata fit-territorju tagħha qabel l-1 Jannar 2015. Il-Ftehim għandu jkun fih anness li jispjega l-iskadenzi għall-adozzjoni ta' tali miżuri.

(c)

Il-metodu għad-determinazzjoni tal-limitu massimu ta' ħruġ ta' muniti euro ta' San Marino għandu jiġi rivedut. Il-limitu massimu l-ġdid għandu jkun ikkalkulat bl-użu ta' metodu li jgħaqqad parti fissa mmirata biex tevita l-ispekulazzjoni numismatika eċċessiva fuq il-muniti ta' San Marino billi tissodisfa d-domanda tas-suq tal-kolletturi tal-muniti u parti varjabbli, ikkalkulata bħala l-ħruġ medju per capita ta' muniti tar-Repubblika tal-Italja fis-sena n-1 immultiplikat bin-numru ta' abitanti tar-Repubblika ta' San Marino.

(d)

Għandu jkun stabbilit Kumitat Konġunt sabiex jissorvelja l-progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehim. Dan għandu jkun kompost minn rappreżentanti tar-Repubblika ta' San Marino, ir-Repubblika tal-Italja, il-Kummissjoni u l-BĊE. Dan għandu jkollu l-possibbiltà li jirrevedi kull sena l-parti fissa bil-għan li jieħu f'konsiderazzjoni l-inflazzjoni u l-evoluzzjoni tas-suq tal-kolletturi. Dan għandu jadotta d-deċiżjonijiet b'mod unanimu. Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

(e)

Il-muniti euro tar-Repubblika ta' San Marino għandhom ikunu inċiżi mill-Instituto Poligrafico e Zecca dello Stato. Ir-Repubblika ta' San Marino għandha madankollu jkollha l-possibbiltà li ssejjaħ kuntrattur ieħor fost iz-Żekkek tal-muniti tal-euro fl-Unjoni Ewropea, bi ftehim mal-Kumitat Konġunt. Il-volum ta' muniti maħruġa mir-Repubblika ta' San Marino għandu jiġi miżjud mal-volum tal-muniti maħruġa mir-Repubblika tal-Italja għall-iskop tal-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum totali tal-ħruġ.

(f)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandha tiġi eletta bħala l-korp inkarigat mis-soluzzjoni tat-tilwim li jista' jinqala' mill-applikazzjoni tal-Ftehim.

Jekk il-Komunità jew ir-Repubblika ta' San Marino jikkunsidraw li l-Parti l-oħra ma tkunx issodisfat xi obbligu skont il-Ftehim Monetarju, din tista' tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha tkun torbot lill-Partijiet, li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ruħhom mas-sentenza f'perijodu ta' żmien li għandu jiġi deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha. Fil-każ li l-Komunità jew ir-Repubblika ta' San Marino jonqsu milli jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ruħhom mas-sentenza tul il-perijodu, il-Parti l-oħra tista' ttemm minnufih il-Ftehim.

Artikolu 3

In-negozjati mar-Repubblika ta' San Marino għandhom ikunu mmexxija mir-Repubblika Taljana u mill-Kummissjoni f'isem il-Komunità. Ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni għandhom is-setgħa li jinizjalaw il-Ftehim f'isem il-Komunità. Il-BĊE għandu jkun assoċjat bis-sħiħ man-negozjati u l-qbil tiegħu għandu jkun meħtieġ dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-qasam ta' kompetenza tiegħu. Ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni għandhom jissottomettu l-abbozz tal-Ftehim lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF) għall-opinjoni.

Artikolu 4

Mal-inizjalar tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tikkonkludi l-Ftehim f'isem il-Komunità, sakemm il-KEF jew il-BĊE ma jkunx tal-fehma li l-ftehim għandu jiġi sottomess lill-Kunsill.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana, lill-Kummissjoni u lill-BĊE.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BJÖRKLUND


(1)  ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52.


III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TAL-UE

9.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/14


DEĊIŻJONI QAFAS TAL-KUNSILL 2009/905/ĠAI

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar l-Akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 30(1)(a) u (c) u l-Artikolu 34(2)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju tal-Isvezja u r-Renju ta' Spanja (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea stabbiliet l-objettiv tagħha li żżomm u tiżviluppa l-Unjoni bħala spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja; għandu jiġi pprovdut livell għoli ta' sigurtà permezz ta' azzjoni komuni fost l-Istati Membri fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali.

(2)

Dak l-objettiv għandu jinkiseb bil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità permezz ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri, waqt li jiġu rispettati l-prinċipji u r-regoli relatati mad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt li fuqhom l-Unjoni hi mibnija u li huma komuni għall-Istati Membri.

(3)

L-iskambju ta' informazzjoni u intelligence dwar il-kriminalità u l-attivitajiet kriminali huwa kruċjali sabiex l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jkollhom il-possibbiltà li jipprevjenu, jikxfu u jinvestigaw b'suċċess il-kriminalità jew l-attivitajiet kriminali. Azzjoni komuni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija skont l-Artikolu 30(1)(a) tat-Trattat timplika l-ħtieġa li tiġi pproċessata informazzjoni rilevanti li għandha tkun suġġetta għal dispożizzjonijiet adatti dwar il-protezzjoni ta' data personali.

(4)

L-iskambju intensifikat ta' informazzjoni rigward l-evidenza forensika u l-użu akbar ta' evidenza minn Stat Membru wieħed fil-proċessi ġudizzjarji ta' ieħor, jenfasizza il-ħtieġa li jiġu stabbiliti standards komuni għall-fornituri ta' servizzi forensiċi.

(5)

L-informazzjoni li toriġina minn proċessi forensiċi fi Stat Membru wieħed tista' attwalment tkun assoċjata ma' livell ta' inċertezza fi Stat Membru ieħor fir-rigward tal-mod ta' kif element ikun ġie ttrattat, x'metodi ntużaw u kif ir-riżultati ġew interpretati.

(6)

Fil-punt 3.4 (h) tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jimplimenta l-Programm ta' The Hague dwar it-tisħiħ tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea (2), l-Istati Membri enfasizzaw il-ħtieġa għal definizzjoni tal-istandards ta' kwalità tal-laboratorji forensiċi sl-2008.

(7)

Huwa partikolarment importanti li jiġu introdotti standards komuni għall-fornituri ta' servizzi forensiċi relatati ma' data personali sensittiva bħal profili tad-DNA u data dattiloskopika.

(8)

Skont l-Artikolu 7(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (3), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiggarantixxu l-integrità tal-profili tad-DNA li jkunu saru disponibbli jew intbagħtu biex jitqabblu lil Stati Membri oħrajn u sabiex jiżguraw li dawn il-miżuri jikkonformaw mal-istandards internazzjonali, bħall-EN ISO/IEC 17025 “Rekwiżiti ġenerali għall-kompetenza ta' laboratorji tal-ittestjar u l-ikkalibrar” (minn hawn 'il quddiem “EN ISO/IEC 17025”).

(9)

Il-profili tad-DNA u d-data dattiloskopika ma jintużawx biss fi proċedimenti kriminali, iżda huma wkoll kruċjali għall-identifikazzjoni tal-vittmi, b'mod partikolari wara diżastri.

(10)

L-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji huwa pass importanti lejn skambju aktar sikur u effettiv ta' informazzjoni forensika fi ħdan l-Unjoni.

(11)

L-akkreditament jingħata mill-korp nazzjonali ta' akkreditament li jkollu l-kompetenza esklużiva biex jivvaluta jekk laboratorju jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti minn standards armonizzati. Korp ta' akkreditament jikseb l-awtorità tiegħu mill-Istat. Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti (4) fih dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-kompetenza ta' tali korpi nazzjonali ta' akkreditament. Fost l-oħrajn, l-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament jirregola l-akkreditament transkonfinali f'każijiet fejn l-akkreditament jista' jintalab minn korp nazzjonali ta' akkreditament ieħor.

(12)

In-nuqqas ta' ftehim għall-applikazzjoni ta' standard komuni ta' akkreditament għall-analiżi ta' evidenza xjentifika huwa nuqqas li għandu jiġi rimedjat; huwa, għalhekk, meħtieġ li jiġi adottat strument legalment vinkolanti dwar l-akkreditament tal-fornituri kollha ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji. L-akkreditament joffri l-garanziji meħtieġa li l-attivitajiet tal-laboratorji jitwettqu skont l-istandards internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari l-EN ISO/IEC 17025, kif ukoll linji gwida applikabbli u rilevanti.

(13)

Standard ta' akkreditament jippermetti li kwalunkwe Stat Membru jitlob, jekk ikun jixtieq, standards komplimentarji f'attivitajiet tal-laboratorji fil-ġurisdizzjoni nazzjonali tiegħu.

(14)

L-akkreditament jgħin biex tiġi stabbilita fiduċja reċiproka fil-validità tal-metodi analitiċi bażiċi użati. Madankollu, l-akkreditament ma jindikax liema metodu għandu jintuża, iżda biss li l-metodu użat għandu jkun adatt għall-iskop tiegħu.

(15)

Kwalunkwe miżura meħuda barra laboratorju ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni Qafas. Pereżempju, it-teħid ta' data dattiloskopika jew miżuri li jittieħdu fuq il-post tal-inċident, il-post tar-reat jew analiżijiet forensiċi mwettqa barra mil-laboratorji mhumiex inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

(16)

Din id-Deċiżjoni Qafas m'għandhiex l-għan li tarmonizza r-regoli nazzjonali fir-rigward tal-valutazzjoni ġudizzjarja tal-evidenza forensika.

(17)

Din id-Deċiżjoni ma taffettwax il-validità, stabbilita skont ir-regoli nazzjonali applikabbli, tar-riżultati tal-attivitajiet tal-laboratorji mwettqin qabel l-implimentazzjoni tagħha, anki jekk il-fornitur ta' servizzi forensiċi ma kienx akkreditat li jikkonforma mal-EN ISO/IEC 17025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI QAFAS:

Artikolu 1

Għan

1.   L-għan ta' din id-Deċiżjoni Qafas huwa li jiġi żgurat li r-riżultati tal-attivitajiet tal-laboratorji mwettqin minn fornituri ta' servizzi forensiċi akkreditati fi Stat Membru wieħed jiġu rikonoxxuti mill-awtoritajiet responsabbli għall-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' reati kriminali bħala ugwalment affidabbli daqs ir-riżultati tal-attivitajiet tal-laboratorji mwettqin minn fornituri ta' servizzi forensiċi akkreditati għall-EN ISO/IEC 17025 fi ħdan kwalunkwe Stat Membru ieħor.

2.   Dan l-għan jinkiseb billi jiġi żgurat li l-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji jiġu akkreditati minn korp ta' akkreditament nazzjonali bħala li jikkonformaw mal-EN ISO/IEC 17025.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tapplika għall-attivitajiet tal-laboratorji li jirriżultaw fi:

(a)

profil tad-DNA; u

(b)

data dattiloskopika.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni Qafas:

(a)

“attività tal-laboratorji” tfisser kwalunkwe miżura li tittieħed f'laboratorju meta traċċi fuq oġġetti jkunu qed jiġu lokalizzati u rkuprati, kif ukoll meta tiġi żviluppata, analizzata u interpretata evidenza forensika, bil-ħsieb li jingħataw opinjonijiet esperti jew li tiġi skambjata evidenza forensika;

(b)

“riżultati tal-attivitajiet tal-laboratorji” tfisser kwalunkwe riżultat analitiku u interpretazzjoni direttament assoċjata;

(c)

“fornitur ta' servizzi forensiċi” tfisser kwalunkwe organizzazzjoni, pubblika jew privata, li twettaq attivitajiet forensiċi fil-laboratorju fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi jew dawk ġudizzjarji;

(d)

“korp ta' akkreditament nazzjonali” tfisser l-uniku korp fi Stat Membru li jwettaq akkreditament b'awtorità derivata mill-Istat kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(e)

“profil tad-DNA” tfisser kodiċi b'ittri jew b'ċifri li jirrappreżenta sett ta' karatteristiċi ta' identifikazzjoni tal-parti non-kodifikanti ta' kampjun analizzat ta' DNA uman, jiġifieri l-istruttura molekulari partikolari fid-diversi pożizzjonijiet (loci) tad-DNA;

(f)

“data dattiloskopika” tfisser immaġini ta' marki tas-swaba', immaġini ta' marki tas-swaba' moħbijin, marki tal-pala tal-id, marki tal-pala tal-id moħbijin u mudelli ta' tali immaġni (dettalji żgħar kodifikati).

Artikolu 4

Akkreditament

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tagħhom ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji jiġu akkreditati minn korp ta' akkreditament nazzjonali bħala li jikkonformaw mal-EN ISO/IEC 17025.

Artikolu 5

Rikonoxximent tar-riżultati

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-riżultati tal-fornituri akkreditati ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji fi Stati Membri oħrajn jiġu rikonoxxuti mill-awtoritajiet tiegħu responsabbli għall-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' reati kriminali bħala ugwalment affidabli daqs ir-riżultati tal-fornituri domestiċi ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji akkreditati għall-EN ISO/IEC 17025.

2.   Din id-Deċiżjoni Qafas ma taffettwax ir-regoli nazzjonali dwar il-valutazzjoni ġudizzjarja tal-evidenza.

Artikolu 6

Spejjeż

1.   Kull Stat Membru għandu jħallas kwalunkwe spiża pubblika li tirriżulta minn din id-Deċiżjoni Qafas f'konformità mal-arranġamenti nazzjonali.

2.   Il-Kummissjoni għandha teżamina l-mezzi biex jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għal proġetti nazzjonali u transnazzjonali maħsubin biex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni Qafas, fost l-oħrajn għall-iskambju ta' esperjenza, id-disseminazzjoni ta' kompetenzi u l-ittestjar tal-profiċjenza.

Artikolu 7

Implimentazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Qafas fir-rigward tal-profili tad-DNA sat-30 ta’ Novembru 2013.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Qafas fir-rigward tad-data dattiloskopika sat-30 ta’ Novembru 2015.

3.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-liġijiet nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom skont din id-Deċiżjoni Qafas sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Mejju 2016.

4.   Abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 u ta' informazzjoni oħra pprovduta mill-Istati Membri fuq talba, il-Kummissjoni għandha, qabel l-1 ta’ Lulju 2018, tippreżenta rapport lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni Qafas.

5.   Il-Kunsill għandu, sa tmiem l-2018, jivvaluta safejn l-Istati Membri jkunu kkonformaw ma' din id-Deċiżjoni Qafas.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Ghall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  ĠU C 174, 28.7.2009, p. 7.

(2)  ĠU C 198, 12.8.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12.

(4)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.


V Atti adottati mill-1 ta' Diċembru 2009 taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat Euratom

ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM HIJA OBBLIGATORJA

9.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1198/2009

tat-8 ta’ Diċembru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

29,4

MA

43,4

TN

81,6

TR

64,5

ZZ

54,7

0707 00 05

MA

52,9

TR

78,4

ZZ

65,7

0709 90 70

MA

43,6

TR

118,8

ZZ

81,2

0805 10 20

AR

70,4

MA

53,2

TR

52,2

ZA

60,0

ZZ

59,0

0805 20 10

MA

66,7

ZZ

66,7

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

132,8

HR

55,1

IL

68,7

TR

77,7

ZZ

83,6

0805 50 10

TR

69,5

ZZ

69,5

0808 10 80

AU

161,8

CA

65,1

CN

77,8

MK

24,5

US

92,3

ZA

106,2

ZZ

88,0

0808 20 50

CN

69,2

US

223,0

ZZ

146,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


9.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1199/2009

tat-8 ta’ Diċembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1159/2009 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Diċembru 2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2009 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1159/2009 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji tal-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji tal-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 1159/2009.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1159/2009 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 1159/2009 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-9 ta’ Diċembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 3.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mid-9 ta’ Diċembru 2009

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

8,78

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

37,85

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

17,53

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

17,53

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

37,85


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

30.11.2009-7.12.2009

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

152,42

103,68

Prezz FOB USA

131,77

121,77

101,77

75,75

Tariffa fuq il-Golf

14,49

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

13,89

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

22,85  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

46,48  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


9.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/906/PESK

tat-8 ta' Diċembru 2009

dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (BiH)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 28 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-19 ta' Novembru 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2002/749/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (BiH) (1). Dik l-Azzjoni Konġunta tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2009.

(2)

L-istruttura ta' kmand u kontroll tal-EUPM għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet kuntrattwali tal-Kap tal-Missjoni lejn il-Kummissjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-EUPM.

(3)

Il-Kapaċità tal-Għassa għandha tiġi attivata għall-EUPM.

(4)

L-EUPM ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Missjoni

1.   Il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Herzegovina (BiH), stabbilita bl-Azzjoni Konġunta 2002/210/PESK (2), għandha titkompla mill-1 ta' Jannar 2010.

2.   L-EUPM għandha topera konformement mal-mandat tal-missjoni stabbilit fl-Artikolu 2 u għandha twettaq il-kompiti ewlenin stabbiliti fl-Artikolu 3.

Artikolu 2

Mandat tal-missjoni

Bħala parti mill-approċċ usa' għall-istat tad-dritt fil-BiH u fir-reġjun, l-EUPM, filwaqt li żżomm kapaċitajiet residwali fl-oqsma tar-riforma tal-pulizija u r-responsabbiltà, għandha primarjament tappoġġa lill-Aġenziji rilevanti għall-Infurzar tal-Liġi fil-BiH fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni, notament billi tiffoka fuq l-Aġenziji għall-Infurzar tal-Liġi fil-livell Statali, fuq it-tisħiħ tal-interazzjoni bejn il-pulizija u l-prosekuturi u fuq il-koperazzjoni reġjonali u internazzjonali.

L-EUPM għandha tagħti pariri fil-kuntest operattiv lir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) biex tappoġġah fir-rwol tiegħu. Permezz tal-ħidma tagħha u n-netwerk tagħha fil-pajjiż, l-EUPM għandha tikkontribwixxi għall-isforzi ġenerali biex jiġi żgurat li l-UE tkun kompletament informata dwar l-iżviluppi fil-BiH.

L-EUPM għandha topera konformement mal-objettivi ġenerali tal-Anness 11 tal-Ftehim Kwadru Ġenerali għall-Paċi fil-Bosnja u Ħerzegovina u l-objettiv tagħha għandu jkun appoġġat mill-istrumenti tal-Komunità Ewropea.

Artikolu 3

Kompiti ewlenin tal-missjoni

Bil-għan li titwettaq il-Missjoni, il-kompiti ewlenin tal-EUPM għandhom ikunu:

1)

it-tisħiħ tal-kapaċità operattiva u l-kapaċità konġunta tal-Aġenziji għall-Infurzar tal-Liġi impenjati fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni;

2)

l-assistenza u l-appoġġ fl-ippjanar u t-twettiq ta' investigazzjonijiet fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni b'mod sistematiku;

3)

l-assistenza u l-promozzjoni tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-BiH ta' investigazzjoni kriminali;

4)

it-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn il-pulizija u l-prosekuturi;

5)

it-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn il-pulizija u s-sistema penitenzjarja;

6)

kontribuzzjoni biex jiġi żgurat livell xieraq ta' responsabbiltà.

Artikolu 4

Struttura tal-Missjoni

1.   L-EUPM għandha tkun strutturata kif ġej:

(a)

kwartieri ġenerali prinċipali f'Sarajevo, magħmulin mill-Kap tal-Missjoni u l-persunal kif definit fil-Pjan Operattiv (OPLAN);

(b)

erbgħa Uffiċċji Reġjonali f'Sarajevo, Banja Luka, Mostar u Tuzla;

(c)

ko-lokazzjonijiet fi ħdan l-Aġenziji għall-Infurzar tal-Liġi impenjati fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni fil-livell superjuri ta' amministrazzjoni u f'livelli kruċjali oħra kif ikkunsidrat meħtieġ (Aġenzija tal-Istat għall-Investigazzjoni u l-Protezzjoni, Pulizija tal-Fruntieri, Awtorità tat-Tassazzjoni Indiretta, Direttorat għall-Koordinazzjoni tal-Pulizija, Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Istat, eċċ…).

2.   Dawn l-elementi għandhom ikunu suġġetti għal iżjed arranġamenti dettaljati fl-OPLAN. Il-Kunsill għandu japprova l-Kunċett tal-Operazzjonijiet (CONOPS) u l-OPLAN.

Artikolu 5

Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili

1.   Id-Direttur tal-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) għandu jkun il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għall-EUPM.

2.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u l-awtorità ġenerali tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ), għandu jeżerċita l-kmand u l-kontroll tal-EUPM fil-livell strateġiku.

3.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jiżgura implimentazzjoni korretta u effikaċi tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill kif ukoll tad-deċiżjonijiet tal-KPS, anke bil-ħruġ ta' istruzzjonijiet fil-livell strateġiku kif meħtieġ lill-Kap tal-Missjoni u billi jagħtih pariri u appoġġ tekniku.

4.   Il-persunal kollu sekondat għandu jibqa' taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat mittenti jew tal-istituzzjoni tal-UE kkonċernata. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operattiv (OPCON) tal-persunal, gruppi u unitajiet tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.

5.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu r-responsabbiltà ġenerali sabiex jiżgura li d-dmir ta' diliġenza tal-UE jiġi attwat korrettament.

6.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u r-RSUE għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ.

Artikolu 6

Kap tal-Missjoni

1.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jieħu r-responsabbiltà u jeżerċita kmand u kontroll tal-EUPM fil-livell operattiv fuq il-post.

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq il-persunal, gruppi u unitajiet minn Stati kontribwenti kif allokati mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili flimkien mar-responsabbiltà amministrattiva u loġistika inkluża dik mill-assi, mir-riżorsi u mill-informazzjoni mqiegħdin għad-dispożizzjoni tal-EUPM.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-persunal kollu tal-EUPM għat-twettiq effikaċi tal-EUPM fil-post, jassumi l-koordinazzjoni u l-amministrazzjoni ta' kuljum tagħha, u jsegwi l-istruzzjonijiet fil-livell strateġiku tal-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.

4.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-EUPM. Għal dan l-għan, il-Kap tal-Missjoni għandu jiffirma kuntratt mal-Kummissjoni Ewropea.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinari fuq il-persunal. Għall-persunal sekondat, l-azzjoni dixxiplinarja għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità nazzjonali, jew tal-UE, konċernata.

6.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrappreżenta lill-EUPM fiż-żona tal-operazzjonijiet u għandu jiżgura l-viżibbiltà adegwata tagħha.

7.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina, adegwatament, ma' atturi oħrajn tal-UE fuq il-post. Mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jirċievi gwida politika lokali mir-RSUE.

Artikolu 7

Persunal tal-EUPM

1.   In-numri u l-kompetenza tal-persunal tal-EUPM għandhom ikunu konsistenti mal-mandat tal-missjoni espost fl-Artikolu 2, il-kompiti ewlenin tal-missjoni esposti fl-Artikolu 3 u l-istruttura esposta fl-Artikolu 4.

2.   L-EUPM għandha tikkonsisti primarjament f'persunal sekondat mill-Istati Membri jew mill-istituzzjonijiet tal-UE. Kull Stat Membru jew istituzzjoni tal-UE għandu jerfa' l-ispejjeż ta' kwalunkwe persunal sekondat minnu, inklużi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-post tal-iskjerament, is-salarji, il-kopertura medika u l-allowances, minbarra allowances tal-ġurnata applikabbli kif ukoll allowances għat-tbatija u għar-riskju.

3.   L-EUPM tista' tirrekluta persunal ċivili internazzjonali u persunal lokali, skont kif ikun meħtieġ, fuq bażi kuntrattwali, jekk il-funzjonijiet meħtieġa ma jkunux provduti minn persunal sekondat mill-Istati Membri. Eċċezzjonalment, u f'każijiet debitament ġustifikati fejn ma jkun hemm disponibbli l-ebda applikazzjoni kwalifikata mill-Istati Membri, jistgħu jiġu reklutati fuq bażi kuntrattwali, skont kif ikun meħtieġ, ċittadini minn Stati terzi parteċipanti.

4.   Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-istandards operattivi minimi ta' sigurtà speċifiċi għall-missjoni u l-pjan ta' sigurtà tal-Missjoni li jappoġġaw il-politika tal-UE ta' sigurtà fuq il-post. Fir-rigward tal-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE li l-persunal ikun fdat biha waqt li jwettaq dmirijietu, il-persunal għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta' Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (3) (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolamenti ta' Sigurtà tal-Kunsill”).

Artikolu 8

Status tal-Missjoni u tal-persunal tal-EUPM

1.   L-arranġamenti meħtieġa għandhom isiru fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-Ftehim bejn l-UE u l-BiH tal-4 ta' Ottubru 2002 dwar l-attivitajiet tal-EUPM fil-BiH matul l-EUPM.

2.   L-Istat jew l-istituzzjoni tal-UE li jkunu ssekondaw membru tal-persunal għandhom ikunu responsabbli sabiex iwieġbu għal kwalunkwe pretensjoni marbuta mas-sekondar, minn jew dwar il-membru tal-persunal. L-Istat jew l-istituzzjoni tal-UE in kwistjoni għandhom ikunu responsabbli għall-bidu ta' kwalunkwe azzjoni kontra l-persuna sekondata.

3.   Il-kondizzjonijiet tal-impjieg u d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal ċivili internazzjonali u lokali għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti bejn il-Kap tal-Missjoni u l-membru tal-persunal.

Artikolu 9

Linja ta' kmand

1.   L-EUPM għandha jkollha linja ta' kmand unifikata bħala operazzjoni ta' maniġġar ta' kriżi.

2.   Taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, il-KPS għandu jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUPM.

3.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tar-RGħ, għandu jkun il-kmandant tal-EUPM fil-livell strateġiku u, bħala tali, għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-Kap tal-Missjoni u jipprovdilu konsulenza u appoġġ tekniku.

4.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz tar-RGħ.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll tal-EUPM fil-livell operattiv fuq il-post u għandu jkun direttament responsabbli lejn il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.

Artikolu 10

Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

1.   Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUPM. Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet relevanti konformement mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat sabiex jinħatar Kap tat-TPUE, fuq proposta mir-RGħ, u sabiex jiġu emendati il-CONOPS u l-OPLAN. Is-setgħat deċiżjonali fir-rigward tal-objettivi u t-terminazzjoni tal-EUPM għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill.

2.   Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f'intervalli regolari.

3.   Il-KPS għandu jirċievi, fuq bażi regolari u kif meħtieġ, rapporti mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u mill-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet fl-oqsma tar-responsabbiltà tagħhom.

Artikolu 11

Parteċipazzjoni ta' Stati terzi

1.   Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija deċiżjonali tal-Unjoni u l-qafas istituzzjonali uniku tagħha, jistgħu jiġu mistiedna Stati terzi sabiex jikkontribwixxu għall-EUPM, sakemm dawn jerfgħu l-ispejjeż tal-persunal sekondat minnhom, inklużi s-salarji, l-assigurazzjoni li tkopri r-riskji kollha, l-allowances ta' sussistenza ta' kuljum u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-BiH, u sakemm dawn jikkontribwixxu għall-ispejjeż operattivi tal-EUPM, kif meħtieġ.

2.   L-Istati terzi li jikkontribwixxu għall-EUPM għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi f'termini ta' ġestjoni ta' kuljum tal-EUPM daqs l-Istati Membri tal-UE.

3.   Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet relevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti u sabiex jistabbilixxi Kumitat ta' Kontributuri.

4.   L-arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta' Stati terzi għandhom ikunu koperti minn strumenti ta' ftehim konklużi konformement mal-Artikolu 37 tat-Trattat. Ir-RGħ jista' jinnegozja tali ftehim. Fejn l-UE u Stat terz jikkonkludu ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta' dak l-Istat terz f'operazzjonijiet tal-UE ta' maniġġar ta' kriżijiet, id-dispożizzjonijiet ta' dak il-ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-Missjoni.

Artikolu 12

Arranġamenti finanzjarji

1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza għas-sena 2010 biex tiġi koperta n-nefqa relatata mal-EUPM għandu jkun ta' 14 100 000.

2.   In-nefqa kollha għandha tiġi amministrata konformement mar-regoli Komunitarji u mal-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, il-Kap tal-Missjoni jista' jikkonkludi arranġamenti tekniċi ma' Stati Membri tal-UE, ma' Stati terzi parteċipanti, u ma' atturi internazzjonali oħrajn fir-rigward tal-provvista ta' tagħmir, servizzi u siti lill-EUPM. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli mill-amministrazzjoni ta' maħżen li fih jinħażen tagħmir użat li jkun jista' wkoll jintuża biex jirrispondi għal ħtiġijiet urġenti fi skjeramenti taħt il-PESD. Iċ-ċittadini ta’ Stati terzi parteċipanti u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi ospitanti għandhom ikunu permessi li jressqu offerti għall-kuntratti.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrapporta b'mod sħiħ lill-Kummissjoni, u jkun sorveljat minnha, rigward l-attivitajiet imwettqin fil-qafas tal-kuntratt tiegħu.

4.   L-arranġamenti finanzjarji għandhom josservaw ir-rekwiżiti operattivi tal-EUPM, inkluża l-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tal-gruppi tagħha.

5.   In-nefqa relatata mal-EUPM għandha tkun eliġibbli mill-1 ta' Jannar 2010.

Artikolu 13

Sigurtà

1.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jidderieġi l-ippjanar tal-miżuri tas-sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni korretta u effikaċi tagħhom għall-EUPM konformement mal-Artikoli 5 u 9, f'koordinazzjoni mal-Uffiċċju ta' Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għas-sigurtà tal-EUPM u sabiex jiżgura konformità mar-rekwiżiti minimi ta' sigurtà applikabbli għall-EUPM, konformement mal-politika tal-UE dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra l-UE f'kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, u mad-dokumenti li jappoġġawha.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal Anzjan tas-Sigurtà tal-Missjoni (SMSO), li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mal-Uffiċċju ta' Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

4.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jaħtar Uffiċjali tas-Sigurtà Distrettwali fl-erba' uffiċċji reġjonali, li, taħt l-awtorità tal-SMSO, għandhom ikunu responsabbli mill-amministrazzjoni ta' kuljum tal-aspetti kollha ta' sigurtà tal-elementi rispettivi tal-EUPM.

5.   Il-persunal tal-EUPM għandu jingħata taħriġ obbligatorju ta' sigurtà qabel ma jibda xogħlu, konformement mal-OPLAN. Huwa għandu jingħata wkoll taħriġ regolari ta' aġġornament fuq il-post tal-operazzjoni organizzat mill-SMSO.

Artikolu 14

Koordinazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jaġixxi f'koordinazzjoni mill-qrib mad-delegazzjoni tal-UE fil-BiH sabiex jiżgura konsistenza tal-azzjoni tal-UE b'appoġġ għall-BiH.

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina mill-qrib mal-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-UE fil-BiH.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkopera mal-atturi internazzjonali l-oħrajn preżenti fil-pajjiż, partikolarment l-OSKE, il-Kunsill tal-Ewropa u l-Programm ta' Assistenza f'Taħriġ dwar Investigazzjoni Kriminali Internazzjonali (ICITAP).

Artikolu 15

Rilaxx ta' informazzjoni klassifikata

1.   Ir-RGħ huwa awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni, skont il-każ u skont il-ħtiġijiet tal-EUPM, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE” li jiġu ġenerati għall-finijiet tal-EUPM, konformement mar-Regolamenti ta’ Sigurtà tal-Kunsill.

2.   Fil-każ ta' ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RGħ huwa awtorizzat ukoll jirrilaxxa lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE” li jiġu ġenerati għall-finijiet tal-EUPM, konformement mar-Regolamenti ta’ Sigurtà tal-Kunsill. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, din l-informazzjoni u dawn id-dokumenti għandhom jiġu rrilaxxati lill-Istat ospitanti konformement mal-proċeduri applikabbli għall-koperazzjoni mill-Istat ospitanti mal-UE.

3.   Ir-RGħ huwa awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni kwalunkwe dokumenti mhux klassifikati tal-UE relatati mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill relatati mal-EUPM u li jkunu koperti mill-obbligu ta' segretezza professjonali konformement mal-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (4).

Artikolu 16

Reviżjoni

Għandu jitwettaq proċess ta' reviżjoni kull sitt xhur, skont il-kriterji ta' valutazzjoni esposti fil-CONOPS u l-OPLAN, għandu jippermetti li jsiru aġġustamenti fl-attivitajiet tal-EUPM skont kif ikun meħtieġ.

Artikolu 17

Kapaċità ta' Għassa

Il-Kapaċità ta' Għassa għandha tiġi attivata għall-EUPM.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ u tul ta' żmien

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2011. Il-baġit għall-2011 għandu jiġi deċiż separatament mill-Kunsill.

Artikolu 19

Pubblikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Id-deċiżjonijiet tal-KPS konformement mal-Artikolu 10(1) fir-rigward tal-ħatra tal-Kap tal-Missjoni għandhom ukoll jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2009.

Ghall-Kunsill

Il-President

C. BILDT


(1)  ĠU L 303, 21.11.2007, p. 40.

(2)  ĠU L 70, 13.3.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/683/KE, Euratom tat-15 ta' Settembru 2006 li tadotta r-Regoli ta' proċedura tal-Kunsill (ĠU L 285, 16.10.2006, p. 47).


9.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/907/PESK

tat-8 ta' Diċembru 2009

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28 u 43(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1).

(2)

Fid-dawl tal-esperjenza mill-ewwel sena tal-operazzjoni, jinħtieġu emendi għall-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK sabiex il-forza navali tal-Unjoni Ewropea tkun tista' tikkontribwixxi għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd 'l barra mix-xtut tas-Somalja.

(3)

L-atti ta' piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja jkomplu jheddu t-tbaħħir fiż-żona u b'mod speċjali l-kunsinna tal-għajnuna tal-ikel lill-popolazzjoni tas-Somalja mill-Programm Dinji tal-Ikel.

(4)

Għalhekk, huwa meħtieġ li l-operazzjoni tiġi estiża għal sena oħra.

(5)

Fit-30 ta' Novembru 2009 l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1897 (2009).

(6)

L-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

a)

fl-Artikolu 1, għandu jiġi miżjud il-paragrafu li ġej:

“3.   Barra minn hekk, Atalanta għandha tikkontribwixxi għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd 'l barra mix-xtut tas-Somalja.”;

b)

fl-Artikolu 2, il-punt (f) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(f)

tistabbilixxi kollegament u tikkoopera mal-organizzazzjonijiet u l-entitajiet, kif ukoll mal-Istati, li qed jaħdmu fir-reġjun għall-ġlieda kontra l-atti ta’ piraterija u s-serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja, b’mod partikolari l-forza marittima ‘Combined Task Force 150’ li qed topera fil-qafas tal-operazzjoni ‘Libertà Dejjiema’;

(g)

ladarba jkun sar progress suffiċjenti fuq l-art fil-qasam tal-bini tal-kapaċità marittima, inklużi miżuri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni, tassisti lill-awtoritajiet tas-Somalja billi tagħmel disponibbli data relatata mal-attivitajiet tas-sajd miġbura matul l-operazzjoni.”;

c)

fl-Artikolu 16, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-operazzjoni militari tal-UE għandha tintemm fit-12 ta' Diċembru 2010.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BILDT


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.


ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM MHIJIEX OBBLIGATORJA

9.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-1 ta’ Diċembru 2009

li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill

(2009/908/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 16(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 236(b) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tal-1 ta’ Diċembru 2009 dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2, it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Għandhom jiġu stabbiliti miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill (minn hawn 'il quddiem imsejħa “id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew”).

(2)

Dawk il-miżuri implimentattivi jinkludu l-ordni li fih il-gruppi ta' tliet Stati Membri stabbiliti minn qabel għandhom ikollhom il-Presidenza b'rotazzjoni għal perijodi konsekuttivi ta' 18-il xahar b'kont meħud tal-fatt li mill-1 ta' Jannar 2007 teżisti, f'konformità mar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill, sistema ta' Programmi tal-Kunsill ta' 18-il xahar maqbula bejn it-tliet Presidenzi li jkollhom il-mandat matul il-perijodu kkonċernat.

(3)

Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew, il-kompożizzjoni tal-gruppi għandha tieħu kont tad-diversità tal-Istati Membri u tal-bilanċ ġeografiku fl-Unjoni.

(4)

It-tqassim tar-responsabbiltajiet fost l-Istati Membri f'kull grupp hija prevista fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew. F'waħda jew l-oħra mis-sitwazzjonijiet previsti fl-Artikolu 2(1) ta' din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri f'kull grupp jiddeterminaw bi ftehim komuni l-arranġamenti prattiċi għall-kollaborazzjoni tagħhom.

(5)

Barra minn hekk, dawk il-miżuri ta' implimentazzjoni għandhom jinkludu regoli speċifiċi dwar kif jiġu ppreseduti l-korpi preparatorji tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin kif previst fl-Artikolu 2, it-tielet subparagrafu, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew.

(6)

Il-parti l-kbira ta' dawk il-korpi preparatorji għandhom jiġu ppreseduti minn rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (minn hawn 'il quddiem “ir-Rappreżentant Għoli”), filwaqt li l-kumplament tagħhom għandhom jibqgħu jiġu ppreseduti mill-Presidenza ta’ sitt xhur. Meta l-president ta’ dawn il-korpi jkun rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli, jista’ japplika perijodu transitorju.

(7)

Il-korpi preparatorji li huma ppreseduti f'konformità ma' sistema oħra għajr il-Presidenza ta' sitt xhur għandhom ukoll jiġu elenkati f'din id-Deċiżjoni, kif previst fl-Artikolu 2, it-tielet subparagrafu, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew.

(8)

Il-presidenza tal-korpi preparatorji li mhumiex elenkati f'din id-Deċiżjoni ser tiġi ppreseduta skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ordni li fih l-Istati Membri għandhom ikollhom il-Presidenza tal-Kunsill mill-1 ta' Jannar 2007 huwa stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Jannar 2007 li tistabbilixxi l-ordni tal-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill (2).

It-tqassim ta' dan l-ordni tal-Presidenzi fi grupp ta' tliet Stati Membri, skont l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew, huwa stabbilit fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Kull membru ta' grupp, kif imsemmi fl-Artikolu 1, it-tieni subparagrafu, għandu skont min imiss jippresjedi għal perijodu ta' sitt xhur il-konfigurazzjonijiet kollha tal-Kunsill, bl-eċċezzjoni tal-konfigurazzjoni tal-Affarijiet Barranin. Il-membri l-oħra tal-grupp għandhom jassistu lill-Presidenza fir-responsabbiltajiet kollha tagħha abbażi tal-programm tal-Kunsill ta' 18-il xahar.

2.   Il-membri ta' grupp kif imsemmi fl-Artikolu 1 jistgħu jiddeċiedu arranġamenti alternattivi bejniethom.

3.   F'waħda jew l-oħra mis-sitwazzjonijiet previsti fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri f'kull grupp għandhom jiddeterminaw bi ftehim komuni l-arranġamenti prattiċi għall-kollaborazzjoni tagħhom.

Artikolu 3

L-ordni li fih l-Istati Membri ser ikollhom il-Presidenza mill-1 ta' Lulju 2020 għandu jiġi deċiż mill-Kunsill qabel l-1 ta' Lulju 2017.

Artikolu 4

Il-korpi preparatorji tal-Kunsill Affarijiet Barranin għandhom jiġu ppreseduti skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 5

Il-korpi preparatorji tal-Kunsill elenkati fl-Anness III għandhom jiġu ppreseduti minn presidenti fissi kif stabbilit f'dak l-Anness.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, fl-1 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  ĠU L 315, 2.12.2009, p. 50.

(2)  ĠU L 1, 4.1.2007, p. 11.


ANNESS I

Ġermanja

Jannar-Ġunju

2007

Portugall

Lulju-Diċembru

2007

Slovenja

Jannar-Ġunju

2008

Franza

Lulju-Diċembru

2008

Repubblika Ċeka

Jannar-Ġunju

2009

Svezja

Lulju-Diċembru

2009

Spanja

Jannar-Ġunju

2010

Belġju

Lulju-Diċembru

2010

Ungerija

Jannar-Ġunju

2011

Polonja

Lulju-Diċembru

2011

Danimarka

Jannar-Ġunju

2012

Ċipru

Lulju-Diċembru

2012

Irlanda

Jannar-Ġunju

2013

Litwanja

Lulju-Diċembru

2013

Greċja

Jannar-Ġunju

2014

Italja

Lulju-Diċembru

2014

Latvja

Jannar-Ġunju

2015

Lussemburgu

Lulju-Diċembru

2015

Olanda

Jannar-Ġunju

2016

Slovakkja

Lulju-Diċembru

2016

Malta

Jannar-Ġunju

2017

Renju Unit

Lulju-Diċembru

2017

Estonja

Jannar-Ġunju

2018

Bulgarija

Lulju-Diċembru

2018

Awstrija

Jannar-Ġunju

2019

Rumanija

Lulju-Diċembru

2019

Finlandja

Jannar-Ġunju

2020


ANNESS II

PRESIDENZA TAL-KORPI PREPARATORJI TAL-KUNSILL AFFARIJIET BARRANIN (1)

Il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill Affarijiet Barranin imsemmija fil-kategoriji 1 sa 4 fit-tabella hawn taħt għandha tiġi organizzata kif ġej:

1)

Kategorija 1 (korpi preparatorji fil-qasam tal-kummerċ u l-iżvilupp):

Il-korpi preparatorji għandhom ikunu ppreseduti mill-Presidenza ta' sitt xhur.

2)

Kategorija 2 (korpi preparatorji ġeografiċi):

Il-korpi preparatorji għandhom ikunu ppreseduti minn rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli.

3)

Kategorija 3 (korpi preparatorji orizzontali, prinċipalment PESK)

Il-korpi preparatorji għandhom jiġu ppreseduti minn rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli, ħlief il-korpi preparatorji li ġejjin, li għandhom ikunu ppreseduti mill-Presidenza ta' sitt xhur:

Grupp ta' Ħidma ta' Kunsilliera għar-Relazzjonijiet Barranin (RELEX);

Grupp ta' Ħidma dwar it-Terroriżmu (Aspetti Internazzjonali) (COTER);

Grupp ta' Ħidma dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (COCOP);

Grupp ta' Ħidma dwar Affarijiet Konsulari (COCON);

Grupp ta' Ħidma dwar id-Dritt Internazzjonali Pubbliku (COJUR); u

Grupp ta' Ħidma dwar il-Liġi tal-Baħar (COMAR).

4)

Kategorija 4 (korpi preparatorji relatati mal-PSDK)

Il-korpi preparatorji relatati mal-PSDK għandhom ikunu ppreseduti minn rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli (2).

Ir-Rappreżentant Għoli u l-Presidenza ta' sitt xhur għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw koerenza fost il-korpi preparatorji kollha għall-Kunsill Affarijiet Barranin.

Għall-kategoriji 3 u 4, il-Presidenza ta' sitt xhur għandha tkompli tippresjedi l-korpi preparatorji matul il-perijodu transitorju sa sitt xhur wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE). Għall-kategorija 2, dan il-perijodu transitorju għandu jkun ta' 12-il xahar.

Modalitajiet għall-ħatra tal-presidenti

Fejn id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew jew din id-Deċiżjoni tistipula li korp preparatorju (KPS u gruppi ta' ħidma rilevanti) għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli, ir-responsabbiltà tal-ħatra tal-president għandha tkun f'idejn ir-Rappreżentant Għoli. Dawn il-ħatriet għandhom isiru abbażi tal-kompetenza, waqt li jkunu żgurati bilanċ ġeografiku u trasparenza adegwati. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jiżgura li l-persuna li huwa biħsiebu jaħtar bħala president ikollha l-fiduċja tal-Istati Membri. Jekk dik il-persuna għadha mhijiex membru tas-SEAE, hija għandha ssir membru skont il-proċeduri ta' reklutaġġ tas-SEAE, ta' mill-inqas għal matul iż-żmien tal-ħatra. Għandha ssir evalwazzjoni tal-funzjonament ta' dan l-arranġament fil-qafas tar-rapport ta' status dwar is-SEAE previst għall-2012.

1.

Korpi preparatorji fl-oqsma tal-kummerċ u l-iżvilupp

Kumitat tal-Artikolu 207

Grupp ta' Ħidma dwar l-AKP

Grupp ta' Ħidma dwar il-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DEVGEN)

Grupp ta' Ħidma dwar l-EFTA

Grupp ta' Ħidma dwar Merkanzija ta' Użu Doppju

Grupp ta' Ħidma dwar Kwistjonijiet Kummerċjali

Grupp ta' Ħidma dwar Prodotti Bażiċi

Grupp ta' Ħidma dwar is-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi

Grupp ta' Ħidma dwar it-Tħejjija ta' Konferenzi Internazzjonali dwar l-Iżvilupp/UNCCD Desertifikazzjoni/UNCTAD

Grupp ta' Ħidma dwar Għajnuna Umanitarja u Għajnuna Alimentari

Grupp dwar Krediti għall-Esportazzjoni

2.

Korpi preparatorji ġeografiċi

Grupp ta' Ħidma dwar il-Maxreq/il-Magreb (COMAG/MaMa)

Grupp ta' Ħidma dwar l-Ewropa tal-Lvant u l-Asja Ċentrali (COEST)

Grupp ta' Ħidma dwar ir-Reġjun tal-Balkani tal-Punent (COWEB)

Grupp ta' Ħidma għal-Lvant Nofsani/il-Golf (COMEM/MOG)

Grupp ta' Ħidma dwar l-Asja u l-Oċeanja (COASI)

Grupp ta' Ħidma dwar l-Amerika Latina (COLAT)

Grupp ta' Ħidma dwar ir-Relazzjonijiet Transatlantiċi (COTRA)

Grupp ta' Ħidma dwar l-Afrika (COAFR)

3.

Korpi preparatorji orizzontali (maġġorment PESK)

Grupp ta' Ħidma ta' Kunsilliera għar-Relazzjonijiet Barranin (RELEX)

Grupp Nicolaidis

Grupp ta' Ħidma dwar id-Diżarm Globali u l-Kontroll tal-Armi (CODUN)

Grupp ta' Ħidma dwar in-Non-Proliferazzjoni (CONOP)

Grupp ta' Ħidma dwar l-Esportazzjoni ta' Armi Konvenzjonali (COARM)

Grupp ta' Ħidma dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (COHOM)

Grupp ta' Ħidma dwar it-Terroriżmu (Aspetti Internazzjonali) (COTER) (3)

Grupp ta' Ħidma dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (COCOP) (3)

Grupp ta' Ħidma dwar l-OSCE u l-Kunsill tal-Ewropa (COSCE)

Grupp ta' Ħidma dwar In-Nazzonijiet Uniti (CONUN)

Grupp ta' Ħidma ad hoc dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani (COMEP)

Grupp ta' Ħidma dwar id-Dritt Internazzjonali Pubbliku (COJUR, COJUR-ICC)

Grupp ta' Ħidma dwar il-Liġi tal-Baħar (COMAR)

Grupp ta' Ħidma dwar Affarijiet Konsulari (COCON)

Grupp ta' Ħidma dwar Affarijiet Amministrattivi u Protokoll tal-PESK (CODAM)

4.

Korpi preparatorji relatati mal-PSDK

Kumitat Militari (EUMC)

Grupp ta' Ħidma tal-Kumitat Militari (EUMCWG)

Grupp ta' Ħidma Politiku/Militari (PMG)

Kumitat għall-Aspetti Ċivili tal-Maniġġar ta' Kriżijiet (CIVCOM)

Grupp ta' Ħidma dwar il-Politika Ewropea dwar l-Armi


(1)  Wara l-1 ta' Diċembru 2009 għandha ssir malajr reviżjoni tal-ambitu u l-organizzazzjoni tal-istrutturi ta' ħidma fil-qasam tal-affarijiet barranin, b'mod partikolari fir-rigward tal-qasam tal-iżvilupp. L-arranġamenti dwar il-presidenza tal-partijiet ta' ħidma għandhom, jekk meħtieġ, jiġu adattati skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti f'dan l-Anness.

(2)  Il-Kumitat Militari (EUMC) u l-Grupp ta' Ħidma tal-Kumitat Militari (EUMCWG) għandhom jibqgħu jkunu ppreseduti minn president elett hekk kif kien il-każ qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

(3)  Il-kwistjoni dwar il-Grupp ta' Ħidma dwar it-Terroriżmu (Aspetti Internazzjonali) (COTER) u tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (COCOP) ser tiġi ttrattata wkoll fil-qafas tad-diskussjoni dwar l-istrutturi ta' ħidma tal-ĠAI.


ANNESS III

PRESIDENTI TAL-KORPI PREPARATORJI TAL-KUNSILL BI PRESIDENZA FISSA

Presidenti eletti

 

Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju

 

Kumitat tal-Impjiegi

 

Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali

 

Kumitat Militari (1)

 

Kumitat tal-Politika Ekonomika

 

Kumitat tas-Servizzi Finanzjarji

 

Grupp ta' Ħidma tal-Kumitat Militari (1)

 

Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta (Tassazzjoni tal-Intrapriżi)

Preseduti mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

 

Kumitat tas-Sigurtà

 

Grupp ta' Ħidma dwar l-Informazzjoni

 

Grupp ta' Ħidma dwar l-Ipproċessar ta' Informazzjoni Ġuridika

 

Grupp ta' Ħidma dwar il-Komunikazzjoni Elettronika

 

Grupp ta' Ħidma dwar il-Kodifikazzjoni tal-Leġislazzjoni

 

Grupp ta' Ħidma tal-Ġuristi-Lingwisti

 

Grupp ta' Ħidma dwar Binjiet Ġodda


(1)  Ara wkoll l-Anness II.


9.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/35


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-1 ta’ Diċembru 2009

li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta’ impjieg tal-President tal-Kunsill Ewropew

(2009/909/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Waqt li jikkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 243 tiegħu,

Waqt li jikkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru 422/67/KEE, 5/67/Euratom tal-25 ta’ Lulju 1967 li jiddetermina l-emolumenti tal-President u ta’ membri tal-Kummissjoni u tal-President, l-Imħallfin, l-Avukati-Ġenerali u r-Reġistrar tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-President, Membri u Reġistrar tal-Qorti ta’ Prim’Istanza u tal-President, Membri u Reġistrar tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (1),

Billi:

(1)

It-Trattat ta’ Lisbona jittrasforma l-Kunsill Ewropew f’istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea u jistitwixxi l-uffiċju tal-President tal-Kunsill Ewropew b’mandat ta’ sentejn u nofs, rinnovabbli darba.

(2)

Il-kondizzjonijiet ta’ impjieg tal-President tal-Kunsill Ewropew għandhom jiġu stabbiliti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 422/67/KEE, 5/67/Euratom tal-25 ta’ Lulju 1967 li japplikaw għall-President tal-Kummissjoni għandhom japplikaw b’analoġija għall-President tal-Kunsill Ewropew.

2.   Is-salarju bażiku fix-xahar tal-President tal-Kunsill Ewropew għandu jkun ugwali għall-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ 138 % għas-salarju bażiku ta’ uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-grad 16 it-tielet pass.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-President tal-Kunsill Ewropew mill-President tal-Kunsill.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2009.

Ghall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  ĠU L 187, 8.8.1967, p. 1.


9.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/36


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-1 ta’ Diċembru 2009

li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta’ impjieg tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà

(2009/910/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 243 tiegħu,

B’kont meħud tar-Regolament tal-Kunsill Nru 422/67/KEE, 5/67/Euratom tal-25 ta’ Lulju 1967 li jiddetermina l-emolumenti tal-President u ta’ membri tal-Kummissjoni u tal-President, l-Imħallfin, l-Avukati-Ġenerali u r-Reġistrar tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-President, Membri u Reġistrar tal-Qorti ta’ Prim’Istanza u tal-President, Membri u Reġistrar tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, (1)

Billi:

(1)

It-Trattat ta’ Lisbona jistitwixxi l-uffiċju tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà li, skont l-Artikolu 18 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għandu jmexxi l-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni, jippresjedi fuq il-Kunsill Affarijiet Barranin u jkun wieħed mill-Viċi Presidenti tal-Kummissjoni,

(2)

Il-kondizzjonijiet ta’ impjieg tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għandhom jiġu stabbiliti,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 422/67/KEE, 5/67/Euratom tal-25 ta’ Lulju 1967 li japplikaw għall-Membri tal-Kummissjoni, inkluż dawk applikabbli għall-Viċi Presidenti tal-Kummissjoni, għandhom japplikaw b’analoġija għar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.

2.   B’deroga mill-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 422/67/KEE, 5/67/Euratom tal-25 ta’ Lulju 1967, is-salarju bażiku fix-xahar tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika dwar ta’ Sigurtà għandu jkun ugwali għall-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ 130 % għas-salarju bażiku ta’ uffiċjal tal-Unjoni Ewropea fil-grad 16 it-tielet pass.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà mill-President tal-Kunsill.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  ĠU L 187, 8.8.1967, p. 1.


9.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-1 ta’ Diċembru 2009

li taħtar lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(2009/911/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(2), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,

Billi għandu jinħatar is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Pierre DE BOISSIEU huwa b’dan maħtur Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-perijodu mill-1 ta’ Diċembru 2009 sal-jum ta’ wara l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2011.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lis-Sur Pierre de BOISSIEU mill-President tal-Kunsill.

Hija għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2009.

Ghall-Kunsill

Il-President

B. ASK


9.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-1 ta’ Diċembru 2009

li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta’ impjieg tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(2009/912/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

B’kont meħud tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 243 tiegħu,

Billi għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet tal-impjieg għas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jirċievi salarju bażiku ekwivalenti għal dak ta’ uffiċjal tal-Unjoni Ewropea fil-grad 16 it-tielet pass, multiplikat b’100 %. Hu jew hi għandhom jirċievu l-allowances tal-familja u l-allowances l-oħra previsti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (1).

Hu jew hi għandhom ukoll ikunu intitolati għal arranġamenti għar-rimbors ta’ spejjeż għas-sigurtà soċjali stabbiliti b’analoġija ma’ dawk previsti fir-Regolamenti tal-Personal u l-Artikolu 17 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika għalih jew għaliha b’analoġija.

Artikolu 2

Ir-remunerazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 għandha tkun soġġetta għall-piż iddeterminat mill-Kunsill skont l-Artikoli 64 u 65 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-uffiċjali impjegati fil-Belġju.

Artikolu 3

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jkun intitolat għal allowance ta’ residenza stabbilita skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 2290/77 tat-18 ta’ Ottubru 1977 li jiddetermina l-emolumenti tal-membri tal-Qorti tal-Awdituri (2), u għal arranġamenti ta’ pensjoni u allowance transitorja fil-każ ta’ tmiem ta’ servizz stabbiliti b’analoġija ma’ dawk previsti f’dak ir-Regolament.

Artikolu 4

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikar tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (3) għandu japplika għas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Jekk ma jiġix iddikjarat mod ieħor f’din id-Deċiżjoni, l-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 52 tiegħu, għandhom japplikaw għas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2009.

Għandha tiġi notifikata lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mill-President tal-Kunsill.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2009.

Ghall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  Ir-Regolament (KEE Euratom, KEFA) Nru 259/68 (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

(2)  ĠU L 268, 20.10.1977, p. 1.

(3)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 8.


9.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/39


DEĊIŻJONI MEĦUDA BI FTEHIM KOMUNI BEJN IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tas-7 ta’ Diċembru 2009

dwar il-post tas-sede tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija

(2009/913/UE)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI,

Wara li kkunsidraw l-Artikolu 341 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-istabbiliment ta' Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija ġie deċiż bir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (1)

(2)

Il-post tas-sede ta' din l-Aġenzija għandu jiġi ddeterminat,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għandu jkollha s-sede tagħha f'Ljubljana.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni, li ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandha tieħu effett fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2009.

Ghall-Kunsill

Il-President

M. OLOFSSON


(1)  ĠU L 211, 14.08.2009, p.1.


Rettifika

9.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/40


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/442/KE tal-5 ta’ Ġunju 2009 li timplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ u mar-rappurtar

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 148 tal-11 ta' Ġunju 2009 )

Fit-tieni paġna tal-qoxra, fl-aħħar tat-titolu tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/442/KE, in-nota ta’ qiegħ il-paġna (1) hija imħassra.

F’paġna 18, is-sotto titolu “(Test b'relevanza għaż-ŻEE)” huwa imħassar.


9.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/40


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/721/KE tal-24 ta’ Settembru 2009 li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija ta’ Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 257 tat-30 ta’ Settembru 2009 )

F’paġna 37, tal-anness, fit-tabella “Baġit Nru 6711”, il-kolonna “miżura”:

minflok:

“Żvilupp Rurali FAEŻR Assi 2 (2007 DE06RPO 020)”

aqra:

“Żvilupp Rurali FAEŻR Assi 2 (2007 DE06RPO 019)”.


9.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/41


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1984/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 387 tad-29 ta' Diċembru 2006 , ħarġa speċjali bil-Malti L 314M tal-1 ta’ Diċembru 2007 )

F’paġna 734, ir-Regolament (KE) Nru 1984/2006 għandu jaqra kif ġej:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1984/2006

tal-20 ta' Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (2) japplika għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-perjodi tal-kwota tat-tariffa għall-importazzjoni li jibdew mill-1 ta' Jannar 2007. Dak ir-Regolament jistabbilixxi b'mod partikolari dispożizzjonijiet dettaljati dwar applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni, l-istatus tal-applikanti u l-ħruġ tal-liċenzji. Dak ir-Regolament jillimita l-perjodu ta' validità tal-liċenziji sal-aħħar ġurnata tal-perjodu tal-kwota tat-tariffa tal-importazzjoni. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (3), mingħajr preġudizzju għal kundizzjonijiet addizzjonali jew derogi stipulati f'dak ir-Regolament, bħar-regoli speċjali dwar l-approvazzjoni ta' importaturi li huma meħtieġa sabiex ikun żgurat li importaturi ġenwini biss japplikaw għal-liċenzji. Huwa meħtieġ li jkun hemm allinjament tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 mar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 fejn hu xieraq. Peress li r-Regolament (KE) Nru 1301/2006 japplika għal liċenzji għall-perjodi tal-kwota tat-tariffa tal-importazzjoni li jibdew mill-1 ta' Jannar 2007, għandu jsir provvediment għal dewmien fl-applikazzjoni għal kwoti tat-tariffa koperti mir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li għalihom il-perjodu tal-importazzjoni jibda mill-1 ta' Lulju 2007.

(2)

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, l-approvazzjoni ta' importaturi f'Ġunju 2006 hija valida mill-1 ta' Lulju 2006 sat-30 ta' Ġunju 2007. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 dwar l-approvazzjoni ma għandhomx japplikaw qabel l-1 ta' Lulju 2007.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1839/2006 tat-28 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Arġentina, konkluż mill-KE wara n-negozjati fil-qafas tal-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (4) jipprovdi għal kwantità addizzjonali ta' 537 tunnellata ta' trab tal-ħalib xkumat fil-kwota annwali tat-tariffa tal-importazzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li l-kwantità tat-trab tal-ħalib xkumat fil-kwota Nru 09.4590 imsemmija fl-Anness I.A għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 tiġi aġġustata.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/909/KE tal-4 ta’ Diċembru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tan-Norveġja dwar aġġustamenti fil-preferenzi kummerċjali għall-ġobon li saru fuq il-bażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (5) tipprovdi għat-tgħaqqid ta' żewġ kwoti tat-tariffa ħielsa mid-dazju annwali tal-ġobon li joriġina min-Norveġja mill-1 ta' Jannar 2007. Għalhekk, huwa xieraq li l-Anness I.H għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jiġi adattat skont dan.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 tas-17 ta' Ottubru 2006 li jemenda Anness I għal Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (6) jipprovdi għal emendi mill-1 ta' Jannar 2007 għal ċerti prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 0406. L-Anness I.A għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Id-Deċiżjoni Nru 2/2006 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni bejn il-KE u t-Turkija tas-17 ta' Ottubru 2006 (7) tapprova pożizzjoni Komunitarja fil-Kunsill tal-Assoċjazzjoni bejn il-KE u t-Turkija dwar l-emenda għall-Protokolli 1 u 2 għad-Deċiżjoni 1/98 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni bejn il-KE u t-Turkija dwar is-sistema tal-kummerċ għall-prodotti agrikoli. L-emenda għad-Deċiżjoni 1/98 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni bejn il-KE u t-Turkija ġiet approvata mill-Kunsill tal-Assoċjazzjoni KE-Turkija fid-Deċiżjoni Nru 2 tiegħu.

(7)

Għal ċerti prodotti agrikoli, fosthom il-ġobnijiet, li joriġinaw mit-Turkija, il-Protokoll 1 emendat jipprovdi għal kwoti Komunitarji ġodda tat-tariffi u għal tibdil fil-kwoti Komunitarji eżistenti tat-tariffi stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad-9 ta' April 2001 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ tariffa ta’ kwoti tal-Komunità u ta’ kwantitajiet ta’ referenza għall-prodotti eliġibbli għal preferenzi bis-saħħa ta’ ftehim ma' ċerti pajjiżi tal-Mediterran u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1981/94 u (KE) Nru 934/95 (8). Għalhekk, huwa xieraq li l-kwantità tal-kwota u d-deskrizzjonijiet tal-prodotti fl-annessi rilevanti għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jiġu aġġustati.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u għall-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

fl-Artikolu 2, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (9) għandu japplika għajr fejn huwa pprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament.”

2.

is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 6 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“L-Anness I jistipula l-kwoti tat-tariffi, id-dazji li għandhom jiġu applikati, il-kwantitajiet massimi li għandhom jiġu importati kull sena, il-perjodi tal-kwoti tat-tariffi tal-importazzjoni u t-tqassim tagħhom f'żewġ partijiet indaqs għal perjodi ta' sitt xhur.”;

3.

l-Artikolu 8 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 8

Permezz ta' deroga mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, għandha tingħata l-approvazzjoni lill-applikanti li, qabel l-1 ta' April ta' kull sena, jippreżentaw talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti u li fih huma rreġistrati għall-finijiet ta' VAT, akkumpanjata minn prova li fis-sentejn kalendarji ta' qabel u matulhom it-tnejn huma impurtaw fi jew esportaw mill-Komunità mill-inqas 25 tunnellata ta' prodotti tal-ħalib koperti mill-Kapitolu 04 tan-Nomenklatura Maqgħuda.”;

4.

l-Artikolu 12 għandu jitħassar;

5.

l-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel kif ġej:

“Madankollu, fil-każ tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 5(c) sa (f) u (h), l-applikazzjonijiet għandhom jirrelataw mill-anqas ma' 10 tunnellati u mhux għal aktar mill-kwantità disponibbli għal kull perjodu.”

(b)

il-paragrafu 3 għandu jitħassar;

6.

l-Artikolu 15 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 15

Fil-ħames jum tax-xogħol wara t-tmiem tal-perjodu għat-tfigħ tal-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjonijiet mitfugħa għal kull wieħed mill-prodotti konċernati. In-notifiki għandhom jinkludu l-kwantitajiet li għalihom saru l-applikazzjonijiet skont kull numru tal-kwota u kodiċi tan-NM. In-notifiki għandhom isiru fuq formoli separati għal kull kwota.”;

7.

l-Artikolu 16 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara l-ħames jum tax-xogħol wara l-jum tan-notifika kif provdut fl-Artikolu 15.”;

(b)

il-paragrafu 2 għandu jitħassar;

(c)

il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu validi sal-aħħar jum ta' kull perjodu ta' sitt xhur imsemmi fl-Artikolu 14(1).”;

8.

l-Artikolu 18 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (d) għandu jinbidel kif ġej:

“(d)

fil-kaxxa 20, waħda mill-annotazzjonijiet imniżżla fl-Anness XV;”

(b)

il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

9.

fl-Artikolu 21, il-paragrafu 3 għandu jitħassar;

10.

fl-Artikolu 25(2), ir-raba' subparagrafu għandu jinbidel bit-test li ġej:

“Il-korp kompetenti li joħroġ il-liċenzji tal-importazzjoni għandu jżomm l-oriġinali ta' kull IMA 1 ippreżentata.”;

11.

fl-Artikolu 28, il-paragrafu 3 għandu jitħassar;

12.

fl-Artikolu 32, il-paragrafu 1 għandu jinbidel bit-test li ġej:

“1.   Kopja taċ-ċertifikat tal-IMA 1, awtentikata kif xieraq, għandha tiġi ppreżentata, flimkien mal-liċenzja tal-importazzjoni rilevanti u l-prodotti li jirrelataw għaliha, lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istat Membru li qed jimporta fil-mument li tinxteħet id-dikjarazzjoni tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26(1), għandha tiġi ppreżentata waqt li tkun għada valida, ħlief fil-każijiet ta' forza maġġuri.”;

13.

L-Anness I.A għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness I għal dan ir-Regolament;

14.

L-Anness I.D għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament;

15.

L-Anness I.H għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness III għal dan ir-Regolament;

16.

L-Anness II.B għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness IV għal dan ir-Regolament;

17.

L-Annessi VI u VII għandhom jitħassru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Madankollu, l-Artikolu 1(1), 1(2), 1(4) u 1(9) għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2007 fir-rigward tal-kwoti tat-tariffi msemmija fil-partijiet A, F u H tal-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001.

L-Artikolu 1(3) għandu japplika fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal liċenzji mitfugħa mill-1 ta' Lulju 2007 'l quddiem.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, l-20 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS I

“I.A

KWOTI TAT-TARIFFI MHUX SPEĊIFIKATI SKONT IL-PAJJIŻ TAL-ORIĠINI

Numru tal-Kwota

Kodiċi NM

Deskrizzjoni (10)

Pajjiż tal-Oriġini

Kwota Annwali

(f'tunnellati)

Kwota ta' kull Sitt Xhur

(f'tunnellati)

Dazju tal-importazzjoni

(EUR/100 kg piż nett)

09.4590

0402 10 19

Trab tal-ħalib xkumat

Il-pajjiżi terzi kollha

68 537

34 268,5

47,50

09.4599

0405 10 11

0405 10 19

0405 10 30

Butir u xaħmijiet oħra u żjut li ġejjin mill-ħalib

Il-pajjiżi terzi kollha

11 360

5 680

94,80

0405 10 50

0405 10 90

0405 90 10  (*)

0405 90 90  (*)

F'ekwivalenti ta' butir

09.4591

ex 0406 10 20

ex 0406 10 80

Ġobon tal-pizza, friżat, imqatta' biċċiet kull waħda ma tiżinx aktar minn gramma (10), f'kontenituri b'kontenut nett ta' 5 kg jew aktar, b'kontenut ta' ilma, skont il-piż, ta' 52 % jew aktar, u b'kontenut ta' xaħam bil-piż tas-sustanza niexfa ta' 38 % jew aktar

Il-pajjiżi terzi kollha

5 360

2 680

13,00

09.4592

ex 0406 30 10

Emmentaler ipproċessat

Il-pajjiżi terzi kollha

18 438

9 219

71,90

04069013

Emmentaler

85,80

09.4593

ex 0406 30 10

Gruyère ipproċessat

Il-pajjiżi terzi kollha

5 413

2 706,5

71,90

0406 90 15

Gruyère, Sbrinz

85,80

09.4594

04069001

Ġobon għall-ipproċessar (11)

Il-pajjiżi terzi kollha

20 007

10 003,5

83,50

09.4595

0406 90 21

Cheddar

Il-pajjiżi terzi kollha

15 005

7 502,5

21,00

09.4596

ex 0406 10 20

Ġobon frisk (mhux misjur jew ikkurat), inkluż ġobon tax-xorrox, u baqta għajr il-ġobon tal-pizza tan-numru tal-kwota 09.4591

Il-pajjiżi terzi kollha

19 525

9 762,5

92,60

ex 0406 10 80

106,40

0406 20 90

Ġobon ieħor maħkuk jew fi trab

94,10

0406 30 31

Ġobon ieħor ipproċessat

69,00

04063039

71,90

0406 30 90

102,90

0406 40 10

0406 40 50

0406 40 90

Ġobon bil-vina blu u ġobon ieħor li fih il-vini li huma prodotti minn Penicillium roqueforti

70,40

0406 90 17

Bergkäse u Appenzell

85,80

0406 90 18

Fromage Fribourgeois, Vacherin Mont d'Or u Tête de Moine

75,50

0406 90 23

Edam

0406 90 25

Tilsit

0406 90 27

Butterkäse

0406 90 29

Kashkaval

0406 90 32

Feta

0406 90 35

Kefalo-Tyri

0406 90 37

Finlandia

0406 90 39

Jarlsberg

0406 90 50

Ġobon mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu

ex 0406 90 63

Pecorino

94,10

0406 90 69

Other

0406 90 73

Provolone

75,50

ex 0406 90 75

Caciocavallo

ex 0406 90 76

Danbo, Fontal, Fynbo, Havarti, Maribo, Samsø

0406 90 78

Gouda

ex 0406 90 79

Esrom, Italico, Kernhem, Saint-Paulin

ex 0406 90 81

Cheshire, Wensleydale, Lancashire, Double Gloucester, Blarney, Colby, Monterey

0406 90 82

Camembert

0406 90 84

Brie

0406 90 86

Li jaqbeż l-47 % iżda ma jaqbiżx it-52 %

0406 90 87

Li jaqbeż it-52 % iżda ma jaqbiżx it-62 %

0406 90 88

Li jaqbeż it-62 % iżda ma jaqbiżx it-72 %

0406 90 93

Li jabqeż it-72 %

92,60

0406 90 99

Ieħor

106,40

ANNESS II

“I.D

KWOTI TAT-TARIFFI TAĦT IL-PROTOKOLL TAD-DEĊIŻJONI Nru 1/98 TAL-KUNSILL TAL-ASSOĊJAZZJONI BEJN IL-KE U T-TURKIJA

Numru tal-kwota

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni (12)

Pajjiż tal-oriġini

Kwota annwali mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru

(f'tunnellati)

Dazju tal-importazzjoni

(EUR/100 kg piż nett)

09.4101

0406 90 29

Ġobon Kashkaval

It-Turkija

2 300

0

ex 0406 90 32

Feta magħmula mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu f’kontenituri bis-salmura, jew fi fliexken magħmula mill-ġlud tan-nagħaġ jew tal-mogħoż

0406 90 50

Ġobon ieħor magħmul mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu f’kontenituri bis-salmura, jew fi fliexken magħmula mill-ġlud tan-nagħaġ jew tal-mogħoż

ex 0406 90 86

ex 0406 90 87

ex 0406 90 88

Tulum Peyniri, magħmul mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu, f'imballaġġ individwali ta' inqas minn 10 kg tal-plastik jew ta' tip ieħor.

ANNESS III

“I.H

KWOTI TAT-TARIFFA SKONT L-ANNESS I GĦALL-FTEHIM MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA

Numru tal-Kwota

Kodiċi NM

Deskrizzjoni (13)

Dazju tad-dwana

Kwota mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju

kwantitajiet f'tunnellati

annwali

kull sitt xhur

09.4179

0406 10

Ġobnijiet friski

eżenzjoni

4 000

2 000

ex 0406 90 23

Edam Norveġiż

0406 90 39

Jarlsberg

ex 0406 90 78

Gouda Norveġiż

0406 90 86

0406 90 87

0406 90 88

Ġobnijiet oħra

ANNESS IV

“II.B

ARRANĠAMENTI PREFERENZJALI GĦALL-IMPORTAZZJONI - IT-TURKIJA

Numru tas-serje

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Pajjiż tal-oriġini

Dazju tal-importazzjoni

(EUR/100 kg piż nett mingħajr indikazzjoni ulterjuri)

1

0406 90 29

Kashkaval

It-Turkija

67,19

2

ex 0406 90 32

Feta magħmula mill-ħalib tan-nagħaġ jew tal-buflu f’kontenituri bis-salmura, jew fi fliexken magħmula mill-ġlud tan-nagħaġ jew tal-mogħoż

It-Turkija

67,19

ex 0406 90 50

Ġobon ieħor magħmul mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu f’kontenituri bis-salmura, jew fi fliexken magħmula mill-ġlud tan-nagħaġ jew tal-mogħoż

3

ex 0406 90 86

ex 0406 90 87

ex 0406 90 88

Tulum Peyniri, magħmul mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu, f'imballaġġ individwali ta' inqas minn 10 kg tal-plastik jew ta' tip ieħor.

It-Turkija

67,19 ”


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 926/2006 (ĠU L 170, 23.6.2006, p. 8).

(4)  ĠU L 355, 15.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 346, 9.12.2006, p. 30.

(6)  ĠU L 301, 31.10.2006, p. 1.

(7)  ĠU L 367, 22.12.2006, p. 68.

(8)  ĠU L 109, 19.4.2001, p. 2. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1712/2006 (ĠU L 321, 21.11.2006, p. 7).

(9)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(*)  1 kg prodott = 1,22 kg butir

(10)  Irrispettivament mir-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodott għandu jiġi kkunsidrat bħala li għandu biss valur indikattiv, peress li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali hija determinata fil-kuntest ta' dan l-Anness mill-ambitu tal-kodiċi tan-NM. Fejn huma indikati kodiċi tan-NM ex, l-applikabbiltà tal-iskema preferenzjali hija determinata abbażi tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.

(11)  Il-ġobnijiet imsemmija huma kkunsidrati bħala pproċessati meta jkunu ġew ipproċessati fi prodotti li jaqgħu fis-sottotitolu 0406 30 tan-Nomenklatura Magħquda. Japplikaw l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.”

(12)  Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-produtti għandu jkun ikkunsidrat bħala li għandu biss valur indikattiv, bl-applikabbiltà tal-iskema preferenzjali tkun determinata, għall-finijiet ta' dan l-Anness, minn dak li hu kopert mill-kodiċi tan-NM. Fejn huma indikati kodiċi tan-NM ex, l-applikabbiltà tal-iskema preferenzjali hija determinata abbażi tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.”

(13)  Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodott għandu jiġi kkunsidrat bħala li għandu biss valur indikattiv, l-arranġamenti preferenzjali huma determinati, fi ħdan il-kuntest ta' dan l-Anness, minn dak li hu kopert mill-kodiċi tan-NM.”