ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.310.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 310

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
25 ta' Novembru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1128/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jħassar ċerti atti tal-Kunsill li m’għadhomx jintużaw fil-qasam tal-Politika Agrikola Komuni

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1129/2009 tal-24 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1130/2009 tal-24 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-verifika tal-użu u/jew destinazzjoni ta’ prodotti minn intervent

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1131/2009 tal-24 ta’ Novembru 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Moutarde de Bourgogne (IGP)]

22

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1132/2009 tal-24 ta’ Novembru 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Marroni del Monfenera (IĠP)]

24

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1133/2009 tal-24 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1090/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Novembru 2009

26

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2009/127/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Direttiva 2006/42/KE fir-rigward ta’ makkinarju għall-applikazzoni tal-pestiċidi ( 1 )

29

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE bejn Stati Membri

34

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

25.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1128/2009

tal-20 ta’ Novembru 2009

li jħassar ċerti atti tal-Kunsill li m’għadhomx jintużaw fil-qasam tal-Politika Agrikola Komuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

It-titjib tat-trasparenza tal-liġi Komunitarja huwa element essenzjali tal-istrateġija għat-tfassil aħjar tal-liġijiet li qegħdin jimplimentaw l-istituzzjonijiet tal-Komunità. F’dak il-kuntest jixraq li dawk l-atti li m’għadx għandhom effett reali jitneħħew mil-leġislazzjoni attiva.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2602/69 tat-18 ta’ Diċembru 1969 dwar iż-żamma tal-proċedura tal-Kumitat ta’ Ġestjoni (2) eżawrixxa l-effetti tiegħu peress li l-kontenut tiegħu ġie indirizzat minn atti suċċessivi.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/360/KEE tas-16 ta’ Lulju 1985 dwar ir-ristrutturar tas-sistema ta’ stħarriġ agrikolu fil-Greċja (3) kopriet il-perijodu bejn l-1986 u l-1996 u għalhekk eżawriet l-effetti tagħha.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3570/90 tal-4 ta’ Diċembru 1990 dwar id-derogi fir-rigward tal-istħarriġ statistiku dwar l-agrikoltura fil-Ġermanja b’rabta mal-unifikazzjoni tal-Ġermanja (4) kien intenzjonat biex jiġi applikat matul il-perijodu transitorju wara l-unifikazzjoni tal-Ġermanja u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(5)

Ir-Regolament tal-Kunsil (KE) Nru 2611/95 tal-25 ta’ Ottubru 1995 li jistabbilixxi l-possibbiltà li tingħata għajnuna nazzjonali b’kumpens għal telf tad-dħul agrikolu kkaġunat miċ-ċaqliq monetarju fi Stati Membri oħra (5) kien jikkonċerna l-possibbiltà li tingħata għajnuna ta’ tliet snin li kellha tiġi notifikata qabel it-30 ta’ Ġunju 1996 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(6)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1107/2007 tas-26 ta’ Settembru 2007 b’deroga mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa fir-rigward tal-art imwarrba għall-2008 (6), kopra biss is-sena 2008 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu.

(7)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza u ċarezza legali, dawk ir-Regolamenti u d-Deċiżjoni li m’għadhomx jintużaw għandhom jitħassru,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-Regolamenti (KEE) Nru 2602/69, (KEE) Nru 3570/90, (KE) Nru 2611/95 u (KE) Nru 1107/2007 u d-Deċiżjoni 85/360/KEE huma mħassra.

2.   It-tħassir tar-Regolamenti u d-Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għaż-żamma fis-seħħ tal-atti Komunitarji adottati abbażi ta’ dawk ir-Regolamenti u d-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  Opinjoni (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 324, 27.12.1969, p. 23.

(3)  ĠU L 191, 23.7.1985, p. 53.

(4)  ĠU L 353, 17.12.1990, p. 8.

(5)  ĠU L 268, 10.11.1995, p. 3.

(6)  ĠU L 253, 28.9.2007, p. 1.


25.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1129/2009

tal-24 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

33,8

MK

37,7

TR

65,8

ZZ

45,8

0707 00 05

MA

52,9

TR

76,2

ZZ

64,6

0709 90 70

MA

44,3

TR

121,7

ZZ

83,0

0805 20 10

MA

71,5

ZZ

71,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

50,4

HR

59,5

MA

68,9

TR

75,3

ZZ

63,5

0805 50 10

AR

64,7

TR

71,3

ZA

61,6

ZZ

65,9

0808 10 80

AU

177,7

CN

90,4

MK

20,3

US

104,0

XS

24,5

ZA

95,8

ZZ

85,5

0808 20 50

CN

47,9

TR

85,0

US

131,0

ZZ

88,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


25.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1130/2009

tal-24 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-verifika tal-użu u/jew destinazzjoni ta’ prodotti minn intervent

(verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(f) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3002/92 tas-16 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-verifika tal-użu u/jew destinazzjoni ta’ prodotti minn intervent (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tipprovdi għall-applikazzjoni ta’ sistema ta’ intervent.

(3)

Xi prodotti mneħħija minn intervent jistgħu jkunu soġġetti għal użu u/jew destinazzjoni speċifika. Għandha titwaqqaf sistema ta’ superviżjoni biex tassigura li prodotti bħal dawn ma jinbidlulhomx l-użu u/jew id-destinazzjoni tagħhom.

(4)

F’dawk il-każijiet fejn żewġ Stati Membri jew aktar ikollhom x’jaqsmu fis-superviżjoni, għandu japplika r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (4).

(5)

Għandhom ikunu maħtura awtoritajiet oħra, kif ukoll awtoritajiet tad-dwana li jkunu kompetenti li joħorġu l-kopja ta’ kontroll T5 u li jivverifikaw l-użu u/jew id-destinazzjoni ta’ prodotti ta’ intervent.

(6)

Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali ta’ bejgħ minn ħażniet ta’ intervent bi prezz imnaqqas u skemi komparabbli li jipprovdu għall-għoti ta’ għajnuna, bmod partikolari rifużjonijiet tal-esportazzjoni, sabiex jiġi żgurat trattament ugwali għall-operaturi fl-Istati Membri u sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru ta’ vantaġġi ekonomiċi mogħtija meta ma kienux dovuti, huwa xieraq li jiġi pprovdut għall-ħlas ta’ ammont ugwali għall-ammont tal-garanzija rilaxxata meta ma kienetx dovuta.

(7)

Għal finijiet ta’ simplifikazzjoni u effiċjenza, jixraq li jkun stipulat li l-kopja ta’ kontroll T5, wara li jkunu saru l-kontrolli meħtieġa, għandha tintbagħat direttament lill-aġenzija li jkollha l-garanzija, u li meta żewġ Stati Membri jew aktar ikollhom x’jaqsmu, il-kopji ta’ kontroll T5 għandhom jintbagħtu direttament minn kull Stat Membru separat lill-aġenzija li jkollha l-garanzija.

(8)

Jidher li hija ħaġa mixtieqa li, għas-simplifikazzjoni ta’ proċeduri amministrattivi, jkun hemm aktar flessibbiltà minn dik li hemm fil-kopja ta’ kontroll fil-każ ta’ esportazzjonijiet skont is-sistema msemmija fl-Artikoli 412 sa 442a, tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jipprovdi li, meta x-xogħol tal-ġarr jibda mill-Komunità u jintemm barra minnha, ma jkunx meħtieġ li jsiru formalitajiet fl-uffiċċju tad-dwana għall-istazzjon tal-fruntiera.

(9)

F’ċerti każijiet, il-prodotti mill-interventi jinbiegħu bi prezz li jiġi kalkulat billi jitqies l-ammont tar-rifużjoni applikabbli għall-pajjiżi terzi jew għall-pajjiż terz partikolari. Għalhekk il-jedd għar-rifużjoni tal-esportazzjonui jiġi mnaqqqas mill-prezz tal-bejgħ.

(10)

Biex jiġi żgurat li l-operazzjoni titlesta kif suppost, għandha tiġi depożitata garanzija. L-ammont ta’ din il-garanzija jiġi kkalkulat billi jitqiesu d-diversi aspetti tal-operazzjoni kkonċernata, b’mod partikolari r-riskju li jkun hemm żvijar fil-kummerċ u l-konformità sħiħa mal-impenji li jkunu ngħataw mill-operaturi.

(11)

Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Amministrazzjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

1.   Mingħajr preġudizzju għad-derogi speċifiċi msemmija fir-regoli tal-Komunità li għandhom x’jaqsmu ma ċerti prodotti agrikoli, dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-verifika tal-użu u/jew id-destinazzjoni ta’ prodotti mneħħija mill-istokk ta’ intervent skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, meta dawn il-prodotti jkunu soġġetti għal użu u/jew destinazzjoni speċifiku.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “dispaċċ” tfisser il-konsenja ta’ prodotti minn Stat Membru wieħed għall-ieħor u “esportazzjoni” tfisser il-konsenja ta’ prodotti minn Stat Membru għal destinazzjoni barra mit-territorju tad-dwana tal-Komunità.

3.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Unjoni Ekonomika Belga-Lussemburga (UEBL) għandha titqies bħala Stat Membru wieħed.

Artikolu 2

1.   Minn meta jitneħħew mill-istokk ta’ intervent sa meta ssir il-verifika tal-użu u/jew id-destinazzjoni indikata, il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu soġġetti għal kontroll, inklużi kontrolli fiżiċi, eżami ta’ dokumenti u verifika tal-kontijiet, mill-korpi ta’ kontroll maħtura, minn hawn il quddiem imsejħa “l-awtorità ta’ kontroll kompetenti”.

Sabiex tkun evitata kull diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-oriġini tal-prodotti, kull Stat Membru għandu jaħtar, għal kull miżura speċifika jew parti minnha, korp wieħed ta’ kontroll għall-verifika tal-użu u/jew destinazzjoni tal-prodotti rilevanti, mingħajr ma jitqies l-oriġini tagħhom (Komunitarju jew Nazzjonali).

2.   Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw li l-kontroll imsemmi fil-paragrafu 1 jitwettaq u li l-prodotti ta’ intervent ma jinbidlux ma prodotti oħra.

Dawn il-miżuri għandhom b’mod partikolari jistipulaw illi:

(a)

ditti li jkollhom x’jaqsmu ma prodotti ta’ intervent jew prodotti pproċessati ta’ intervent billi, per eżempju, jixtru, jbiegħu, jaħżnu, iġorru bl-art jew bil-baħar, jippakkjaw mill-ġdid, jaħdmu jew jipproċċessaw, għandhom joqogħdu għal kull miżura ta’ spezzjoni jew superviżjoni meqjusa bħala meħtieġa u jżommu reġistri li jista jgħin lill-awtoritajiet biex jagħmlu kull kontroll li huma jqisu meħtieġ;

(b)

il-prodotti msemmija f’punt (a) għandhom jinħażnu u jinġarru separatament minn prodotti oħra b’mod li jistgħu jkunu identifikati.

Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-miżuri meħuda skont dan il-paragrafu.

3.   Il-proċedura tal-kopja ta’ kontroll T5 imsemmija fl-Artikolu 912a(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, għandha tapplika meta l-kontroll imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jsir kollu jew parti minnu:

(a)

fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih il-prodotti tneħħew mill-istokk ta’ intervent;

jew

(b)

fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun ġiet depożitata l-garanzija.

Il-kopja ta’ kontroll T5 għandha tinħareġ u tintuża skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dan ir-Regolament.

4.   Fejn l-aġenżija ta’ intervent tal-bejgħ, skont l-Artikolu 3(1) ma toħroġx kopja ta’ kontroll T5, hija għandha tagħti ordni ta’ tneħħija. Stati Membri jistgħu jippermettu l-ħruġ ta’ estratti ta’ ordni ta’ tneħħija.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “aġenzija ta’ intervent” u “aġenzija” ser iffissru t-tnejn aġenzija ta’ ħlas jew aġenzija ta’ intervent.

L-ordni ta’ tneħħija jew estratt għandhom ikunu ppreżentati lill-awtorità ta’ kontroll kompetenti mill-persuna konċernata.

Artikolu 3

1.   Il-kopja ta’ kontroll T5 msemmija fl-Artikolu 2(3) għandha tinħareġ mill-:

(a)

aġenzija ta’ intervent tal-bejgħ fejn prodotti ta’ intervent jintbagħtu lil Stat Membru ieħor fl-istess stat li fih tneħħew mill-istokk ta’ intervent, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “l-istat mhux maħdum”;

jew

(b)

l-awtorità ta’ kontroll kompetenti, minn fejn prodotti ta’ intervent jintbagħtu lil Stat Membru ieħor wara li jkunu pproċessati;

jew

(c)

l-uffiċċju tad-dwana ta’ tluq:

(i)

meta tinġieb ordni ta’ tneħħija, maħruġa mill-aġenzija ta’ intervent, fejn prodotti ta’ intervent ikunu esportati fl-istat mhux maħdum u li jkollhom jaqsmu t-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar;

(ii)

meta jinġieb dokument ta’ kontroll, maħruġ mill-awtorità ta’ kontroll kompetenti li juri li l-ipproċessar ikun sar taħt kontroll, fejn prodotti ta’ intervent jiġu esportati wara li jkunu ġew ipproċessati u li jkollhom jaqsmu t-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar.

Meta skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, prodotti jinħażnu fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih ikun hemm l-aġenzija ta’ intervent tal-bejgħ, l-aġenzija ta’ intervent tal-bejgħ għandha toħroġ il-kopja ta’ kontroll T5 jew tara li din tinħareġ taħt ir-responsabbiltà tagħha.

Stati Membri jistgħu:

(a)

jippermettu li l-kopja ta’ kontroll T 5 tinħareġ minn awtorità maħtura għal dak il-għan minflok mill-aġenzija tal-bejgħ;

(b)

jiddeċiedu li min ikun awtorizzat li jkollu stokk ta’ prodotti ta’ intervent ikun jista joħroġ kopja ta’ kontroll T5 taħt ir-responsabbiltà tal-aġenzija ta’ intervent. Għandha tingħata awtorizzazzjoni lil min ikollu stokk skont il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 912 g tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 mutatis mutandis.

F’dawn il-każijiet, il-ħruġ għandu jkun soġġett għal preżentazzjoni ta’ ordni ta’ tneħħija.

2.   L-ordni ta’ tneħħija u d-dokument ta’ kontroll kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollhom numru tas-serje u għandu jagħti:

(a)

deskrizzjoni tal-prodotti, liema deskrizzjoni ssir bil-mod stabbilit biex timtela l-kaxxa 31 tal-kopja ta’ kontroll T5 msemmija fl-Artikolu 2(3), u fejn jixraq, kull informazzjoni oħra meħtieġa għall-finijiet ta’ kontroll;

(b)

in-numru u t-tip ta’ pakketti, u l-marki u numri fuq dawn il-pakketti;

(c)

il-piż gross u nett tal-prodotti;

(d)

referenza għar-regolament applikabbli;

(e)

l-informazzjoni li għandha tingħata fil-kaxex 104 u 106 tal-kopja ta’ kontroll T5 inkluż in-numru tal-kuntratt ta’ bejgħ ma l-aġenzija ta’ intervent.

Id-dokument ta’ kontroll għandu juri n-numru tal-kopja ta’ kontroll T5 jew tal-ordni ta’ tneħħija ta’ qabel.

L-ordni ta’ tneħħija u d-dokument ta’ kontroll għandhom jinżammu mill-uffiċċju ta’ tluq.

3.   Il-persuna kkonċernata għandha tipprovdi l-oriġinal u żewġ kopjital-kopja ta’ kontroll T5. L-awtorità li toħroġ il-kopja ta’ kontroll T5 għandha tibgħat kopja, għall-informazzjoni, lill-aġenzija fejn tkun ġiet depożitata l-garanzija, skont l-Artikolu 5, u għandha żżomm kopja.

4.   Il-kopja ta’ kontroll T5 oriġinali għandha tintbagħat lura lill-persuna konċernata, jew lir-rappreżentant tagħha, li għandha tippreżentaha lill-awtorità ta’ kontroll kompetenti fl-Istat Membru ta’ użu u/jew ta’ destinazzjoni.

5.   L-oriġinal tal-kopja ta’ kontroll T5, wara li tkun ġiet debitament awtorizzata mill-awtorità ta’ kontroll kompetenti fl-Istat Membru ta’ użu u/jew ta’ destinazzjoni, għandha tintbagħat lura direttament lill-aġenzija li jkollha l-garanzija msemmija fl-Artikolu 5.

L-isem u l-indirizz sħaħ tal-aġenzija li jkollha l-garanzija għandhom jiddaħħlu fil-kaxxa B tal-kopja ta’ kontroll T5 mill-persuna konċernata.

6.   Fejn uħud biss mill-prodotti msemmija fil-kopja ta’ kontroll T5 ikunu kkonformaw mad-dispożizzjonijiet preskritti, l-awtorità kompetenti għandha tindika l-kwantita’ ta’ prodotti li kienu konformi ma’ dawn id-dispożizzjonijiet fit-taqsima tal-kopja ta’ kontroll T5 bl-isem “Kontroll ta’ użu u/jew ta’ destinazzjoni”, kif ukoll id-data jew dati li fihom tkun saret l-operazzjoni.

Artikolu 4

Prova li l-ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu mal-kontroll imsemmi fl-Artikolu 2(1) ġew imħarsa għandha tingħata kif ser jingħad:

(a)

għal prodotti li dwarhom it-tneħħija mill-istokk ta’ intervent u użu u/jew destinazzjoni jkunu ġew ivverifikati mill-awtorità ta’ Stat Membru wieħed, permezz tal-preżentazzjoni ta’ dokumenti speċifikati minn dak l-Istat Membru;

(b)

għal prodotti li dwarhom l-użu u/jew destinazzjoni jkunu ġew ivverifikati mill-awtoritajiet fi Stat Membru wieħed jew aktar li ma jkunux dawk li fihom tkun saret it-tneħħija mill-istokk ta’ intervent, permezz tal-kopji ta’ kontroll T5 kollha maħruġa għal kontroll tal-użu u/jew destinazzjoni, iċċertifikati u ffirmati kif imiss mill-awtoritajiet ta’ kontroll kompetenti;

(c)

għal prodotti li dwarhom l-użu u/jew destinazzjoni ġew ivverifikati mill-awtoritajiet fiż-żewġ Stati Membri fejn saret it-tneħħija mill-istokk ta’ intervent u fi Stat Membru wieħed ieħor jew aktar, permezz tad-dokumenti msemmija f’punt (a) u (b);

(d)

għal prodotti li dwarhom il-formalitajiet ta’ esportazzjoni u tluq mit-territorju tad-dwana tal-Komunità seħħew fl-Istat Membru fejn sar l-ipproċessar finali u fejn kienet depożitata l-garanzija, permezz tad-dokument jew dokumenti, stabbiliti minn dak l-Istat Membru bħala prova ta’ esportazzjoni u permezz tad-dokumenti msemmija f’punt (a) u/jew (b), jekk dawn ikopru l-ipproċessar.

Artikolu 5

1.   Fejn hemm bżonn ta’ garanzija sabiex tiggarantixxi l-użu u/jew destinazzjoni sewwa tal-prodotti li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 1, il-garanzija għandha tkun depożitata qabel ma jittieħdu l-prodotti. Din il-garanzija għandha tkun depożitata:

(a)

fil-każ ta’ prodotti li jridu jkunu pproċċessati jew li jridu jkunu pproċċessati u esportati, ma l-aġenzija ta’ intervent tal-Istat Membru fejn ikun ser isir jew jibda l-ipproċċessar,

(b)

fil-każijiet l-oħra kollha, ma l-aġenzija ta’ intervent ta’ bejgħ.

2.   Meta garanzija tkun depożitata ma’ aġenzija ta’ intervent ta’ Stat Membru li ma jkunx dak fejn tkun tinsab l-aġenzija ta’ intervent ta’ bejgħ, dik tal-ewwel għandha immedjatament tibgħat komunikazzjoni bil-miktub lill-aġenzija ta’ intervent ta’ bejgħ, li turi:

(a)

in-numru tar-Regolament rilevanti;

(b)

id-data u/jew numru tal-offerta/bejgħ;

(c)

in-numru tal-kuntratt;

(d)

l-isem tax-xerrej;

(e)

l-ammont tal-garanzija f’euros;

(f)

il-prodott;

(g)

il-kwantità ta’ prodotti;

(h)

id-data tad-depożitu tal-garanzija;

(i)

l-użu u/jew destinazzjoni (kif japplika).

L-aġenzija ta’ intervent ta’ bejgħ għandha teżamina d-dejta tal-garanzija.

Artikolu 6

1.   Fejn, wara r-rilaxx tal-garanzija kollha jew parti minnha msemmija fl-Artikolu 5, ikun stabbilit li l-prodotti kollha jew parti minnhom ma laħqux l-użu preskritt u/jew id-destinazzjoni tagħhom, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-garanzija tkun ġiet rilaxxata għandha titlob, b’konformita ma l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (5), li l-operatur ikkonċernat iħallas ammont ugwali għall-ammont tal-garanzija li kien jintilef li kieku n-nuqqas tqies qabel ir-rilaxx tal-garanzija. Dan l-ammont għandu jiżdied permezz ta’ imgħax ikkalkulat mid-data tar-rilaxx sal-jum ta’ qabel id-data tal-pagament.

Ir-riċeviment mill-awtorità kompetenti tal-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jikkostitwixxi l-irkupru tal-vantaġġ ekonomiku mhux dovut li jkun ingħata.

2.   Il-ħlas għandu jsir fi żmien 30 jum mill-jum li fih tkun riċevuta t-talba għall-ħlas.

Filwaqt li l-limitu ta’ żmien għall-ħlas ma jkunx osservat, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, minflok ħlas, l-ammont li għandu jiġi riċevut jiġi mnaqqas mill-ħlasijiet sussegwenti lill-operatur interessat.

3.   Ir-rata tal-imgħax għandha tiġi kkalkulata skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali iżda m’għandhiex tkun inqas mir-rata applikabbli għall-irkupru ta’ ammonti nazzjonali.

M’għandux jinżamm l-ebda imgħax, jew l-aktar, ammont li għandu jkun stabbilit mill-Istat Membru li jikkorrispondi mal-qligħ mhux dovut biss, jekk ir-rilaxx tal-garanzija kien żball tal-awtorità kompetenti.

4.   L-Istati Membri jistgħu iżommu lura milli jitolbu l-ħlas imsemmi fil-paragrafu 1 meta l-ammont ma jaqbiżx EUR 60, sakemm, taħt il-liġi nazzjonali, dawk il-każijiet ikunu koperti minn regoli simili.

5.   Is-somom irkuprati b’konformita ma’ paragrafu 1 għandhom jingħataw lill-aġenzija ta’ ħlas u jiġu rreġistrati fil-kontijiet minn dik l-aġenzija bħala dħul assenjat lill- Fond ta’ Garanzija Agrikolu Ewropew (FGAE) fix-xahar meta l-flus ikunu effettivament waslu.

Artikolu 7

1.   Fejn id-dispożizzjonijiet preskritti dwar l-użu u/jew destinazzjoni ma jkunux jistgħu jiġu mħarsa minħabba forza maġġuri, l-awtorità tal-Istat Membru fejn tkun ġiet depożitata l-garanzija jew, jekk ma tkunx ġiet depożitata garanzija, l-awtorità fl-Istat Membru fejn tkun saret it-tneħħija mill-istokk ta’ intervent għandha, fuq talba tal-persuna kkonċernata, tiddeċiedi:

(a)

li l-għeluq taż-żmien preskritt għall-operazzjoni għandu jittawwal għal dak il-perjodu li jitqies meħtieġ minħabba ċ-ċirkostanzi mqanqla;

jew

(b)

jekk il-prodotti jkunu intilfu għal kollox, dak il-kontroll għandu jitqies daqs li kieku sar.

Iżda, f’dawk il-każijiet ta’ forza maġġuri fejn il-miżuri msemmija f’punt (a) u (b) ma jkunux adattati, l-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-Kummissjoni, li tista’ tipprovdi għall-miżuri meħtieġa skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

2.   It-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir fi żmien 30 jum minn dakinhar li l-persuna konċernata tkun irċeviet informazzjoni dwar ċirkostanzi li aktarx jindikaw każ ta’ forza maġġuri, iżda fil-perjodu stabbilit fir-Regolament speċifiku għall-preżentazzjoni tax-xhieda meħtieġa biex tinħeles il-garanzija.

3.   Il-persuna konċernata għandha taghti prova taċ-ċirkostanzi indikati bħala li jikkostitwixxu forza maġġuri.

KAPITOLU II

PRODOTTI SOĠĠETTI GĦAL UŻU PRESKRITT JEW DESTINAZZJONI SPEĊIFIKA FIL-KOMUNITÀ

Artikolu 8

1.   Prodotti għandhom jitqiesu li kkonformaw mal-użu u/jew destinazzjoni preskritti meta jkun stabbilit li:

(a)

dwar prodotti li jridu jkunu pproċessati u/jew biex prodotti oħra jkunu inkorporati fihom, dawn iż-żewġ tipi ta’ operazzjonijiet, minn hawn il quddiem imsejjħa “ipproċessar”, ikunu ġew ipproċessati;

(b)

dwar prodotti għall-bejgħ għal konsum dirett bħala prodotti konċentrati, li jkunu ġew ikkonċentrati, ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut u meħudha fil-bejgħ bl-imnut;

(c)

dwar prodotti għall-konsum minn ċerti istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet jew mill-armata jew forzi simili, li jkunu ġew konsenjati lilhom u li huma jkunu ħadu;

u, fejn jixraq, li l-operazzjonijiet imsemmija f’punt (a), (b) u (c) ikunu twettqu fil-perjodu preskritt.

2.   Il-ħtiġijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (c) għandhom jikkostitwixxu kondizzjonijiet primarji skont it-tifsira tal-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (6).

Artikolu 9

1.   Fejn tintuża l-kopja ta’ kontroll T5, il-kaxex 103, 104, 106 u 107 ta’ dik il-parti msejħa “Informazzjoni Addizzjonali” għandhom jimtlew.

Kaxex 104 u 106 għandhom juru li jkunu ġew awtorizzati skont kif imsemmi fir-regolament relevanti.

Kaxxa 106 għandha turi wkoll in-numru tal-kuntratt tal-bejgħ ma l-aġenzija ta’ intervent u, fejn hu xieraq, in-numru tal-ordni ta’ tneħħija.

Kaxxa 107 għandha turi n-numru tar-regolament relevanti.

2.   Meta prodotti jintbagħtu fi Stat Membru terz, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

3.   Fejn żewġ operazzjonijiet jew aktar isiru wara xulxin fl-istess Stat Membru, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 10

Ir-rilaxx tal-garanzija għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni tal-prova msemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 11

Meta kopja ta’ kontroll T5 ma tasalx għand l-aġenzija msemmija fl-Artikolu 3(5) fi żmien tliet xhur:

(a)

mill-għeluq tal-perjodu stabbilit biex titlesta l-operazzjoni in kwistjoni;

jew

(b)

mill-ħruġ tagħha, meta dan il-perjodu ma jkunx stabbilit;

minħabba ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tal-parti kkonċernata, din tal-aħħar tista’ tapplika lill-awtoritajiet kompetenti biex jintlaqgħu dokumenti oħra bħala ekwivalenti, waqt li turi r-raġuni għal din l-applikazzjoni u ġġib id-dokumenti li jsostnuha. Dawn id-dokumenti ta’ sostenn għandhom jagħmlu riferenza għall-kopja ta’ kontroll T5 u jkollhom konferma mill-awtorità ta’ kontroll kompetenti li vverifikat l-użu tal-prodotti, jew qabbdet lil min jivverifikahom, li l-użu speċifikat kien imħares u d-data li fiha l-prodotti rċevew l-użu u/jew destinazzjoni.

KAPITOLU III

PRODOTTI ESPORTATI MILL-KOMUNITÀ FI STAT MHUX MAĦDUM

Artikolu 12

1.   Prodotti għandhom jitqiesu li kkonformaw mad-destinazzjoni preskritta meta jkun stabbilit li:

(a)

jkunu ħarġu mit-territorju tad-dwana tal-Komunità fi stat mhux maħdum; għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-tqassim ta’ kull prodott maħsuba biss għall-konsum abbord pjattaformi ta’ tħaffir jew ta’ estrazzjoni, inklużi postijiet ta’ xogħol li jagħtu servizzi ta’ appoġġ għal dawn ix-xogħlijiet, li jkunu jinsabu fiż-żona tal-pjattaforma kontinentali Ewropea, jew fiż-żona tal-pjattaforma kontinentali tal-parti mhux Ewropea tal-Komunità, iżda tlett mili ‘l barra miż-żona ta’ li jibdew mill-linja bażi wżata biex ikun ddeterminat id-daqs tal-ilmijiet territorjali ta’ Stat Membru, għandha titqies li ħarġet mit-territorju tad-dwana tal-Komunità;

jew

(b)

fil-każ imsemmi fl-Artikolu 33 (1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (7), ikunu waslu fid-destinazzjoni tagħhom;

jew

(c)

tqiegħdu f’maħżen tal-ikel approvat skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 612/2009;

jew

(d)

inħelsu mid-dwana biex jinħarġu għall-konsum f’pajjiż terz speċifiku fejn prodotti għandhom ikunu importati f’dak il-pajjiż speċifiku;

u, fejn jixraq, li l-operazzjonijiet msemmija f’punt (a) sa (d) ikunu saru fil-perjodu preskritt.

2.   Il-ħtiġiet stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 għandhom jikkostitwixxu l-ħtiġiet primarji fis-sens tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-Regolament.

3.   Fejn prodotti jkunu tqiegħdu f’maħżen tal-ikel kif imsemmi fil-paragrafu 1(c), għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 37 sa 40 tar-Regolament (KE) Nru 612/2009, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 39(3) ukoll jekk l-ebda rifużjoni ma tkun applikabbli.

4.   Id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 għandhom japplikaw.

Artikolu 13

1.   Fejn prodotti ta’ intervent ikunu għall-esportazzjoni fi stat mhux maħdum, l-aċċettazzjoni mill-awtoritajiet tad-dwana tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni għandha ssir fl-Istat Membru fejn il-prodotti tneħħew mill-istokk.

2.   Id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni, flimkien ma kull dokument meħtieġ skont il-liġijiet tal-Komunità għandhom, kif jixraq, juru meta ddaħħlu:

(a)

“Prodotti ta’ intervent b’rifużjoni — Regolament (KE) Nru 1130/2009”;

jew

(b)

“Prodotti ta’ intervent mingħajr rifużjoni — Regolament (KE) Nru 1130/2009”.

3.   Ukoll fejn l-ebda rifużjoni ma tkun applikabbli għal prodotti għall-esportazzjoni, malli tkun aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni rilevanti, huma għandhom jitqiesu li ma jkunux aktar milqutin mill-Artikolu 23(2) tat-Trattat u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 340c(3)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom japplikaw għall-moviment tagħhom.

4.   Il-kondizzjonijiet dwar il-perjodu ta’ żmien li għandu jitħares sabiex tingħata rifużjoni u l-prova li għandha tinġieb għal dan il-għan huma applikabbli sa fejn għandu x’jaqsam mar-rilaxx tal-garanzija.

Artikolu 14

1.   Fejn tintuża l-kopja ta’ kontroll T5, il-kaxex 103, 104, 106 u 107 u fejn jixraq, 105 ta’ dik il-parti msejħa “Informazzjoni Addizzjonali” għandhom jimtlew.

Kaxex 104 u 106 għandhom juru l-awtorizzazzjonijiet speċifikati fir-regolament rilevanti.

Il-kaxxa 106 għandha turi wkoll:

(a)

in-numru tal-kuntratt tal-bejgħ ma l-aġenzija ta’ intervent;

u

(b)

in-numru tal-ordni ta’ tneħħija.

Il-kaxxa 107 għandha turi n-numru tar-regolament rilevanti.

2.   Fejn il-kopja ta’ kontroll T5 li li turi li l-esportazzjoni tal-prodotti tintalab għar-rilaxx tal-garanzija msemmija fl-Artikolu 5 u għall-ħlas tar-rifużjoni, l-awtorità kompetenti li jkollha l-garanzija għandha tibgħat immedjatament kopja tal-kopja ta’ kontroll T5, ċertifikata bħala kopja vera, direttament lill-awtorità kompetenti għall-ħlas tar-rifużjoni.

F’dak il-każ, il-persuna kkonċernata għandha timla l-kaxxa 106 tal-kopja ta’ kontroll T5 kif ġej:

“Rifużjoni titħallas minn… (u turi l-isem u l-indirizz sħaħ tal-awtorità kompetenti għall-ħlas tar-rifużjoni)”.

3.   Fejn konformita’ mal-perjodu ta’ żmien ta’ 12-il xahar għall-prova ta’ esportazzjoni għall-ħlas ta’ rifużjoni skont l-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 ma tkunx possibbli minħabba dewmien amministrattiv biex l-aġenzija li jkollha l-garanzija tibgħat il-kopja ta’ kontroll T5 lill-awtorità kompetenti għall-ħlas tar-rifużjoni, id-data meta l-aġenzija tal-garanzija tirċevieha għandha titqies ukoll bħala d-data ta’ meta l-awtorità tar-rifużjoni tkun irċevietha.

Artikolu 15

1.   Meta, malli tkun aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mid-dwana, prodotti li jkunu tqiegħdu taħt waħda mill-proċeduri msemmija fl-Artikoli 412 sa 442a, tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għal ġarr għal stazzjon ta’ destinazzjoni jew għal tqassim lil kunsinnatarju barra mit-territorju tad-dwana tal-Komunità, għandhom jitqiesu li kienu esportati malli tqiegħdu taħt dik il-proċedura.

2.   Meta japplika l-paragrafu 1, l-uffiċċju tad-dwana tat-tluq li jaċċetta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni għandu jassigura li waħda mill-awtorizzazzjonijiet indikati, kif jixraq, fl-Artikolu 11(4) jew (5) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009, tiddaħħal fid-dokument maħruġ bħala prova ta’ esportazzjoni.

3.   L-uffiċċju tad-dwana tat-tluq jista’ jippermetti li l-kuntratt ta’ ġarr ikun varjat sabiex il-ġarr jintemm fil-Komunità biss meta jkun stabbilit li jew:

(a)

jekk tkun ingħatat garanzija lill-aġenzija ta’ intervent sabiex ikun assigurat li l-esportazzjoni ssir, ma jkunx hemm rilaxx ta’ din il-garanzija,

jew

(b)

ngħatat garanzija ġdida.

Iżda, jekk ikun hemm rilaxx tal-garanzija skont il-paragrafu 1 u l-prodott ma jkunx fil-fatt inħareġ mit-territorju tad-dwana tal-Komunità fil-perjodu mogħti, l-uffiċċju tad-dwana tat-tluq għandu jinforma lill-aġenzija responsabbli mir-rilaxx tal-garanzija u għandu jipprovdiha malajr kemm jista jkun bil-partikolaritajiet kollha meħtieġa. F’dawn il-każijiet ir-rilaxx għandu jitqies li jkun sar bi żball u għandu jkun irkuprat ammont ekwivalenti.

Artikolu 16

1.   Ir-rilaxx tal-garanzija għandu jsir bil-kondizzjoni li tinġieb il-prova msemmija fl-Artikolu 4.

Minbarra dan, ir-rilaxx tal-garanzija għandu jsir bil-kondizzjoni li tinġieb il-prova kif speċifikat fl-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 612/2009:

(a)

fejn il-prodotti jkunu sa jiġu importati minn pajjiż terz speċifiku; jew

(b)

fejn, f’każi fejn il-prodotti jkunu ser jiġu esportati mill-Komunità, ikunu jeżistu dubji serji dwar id-destinazzjoni vera.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jitolbu prova addizzjonali sodisfaċenti li l-prodotti jkunu verament tqiegħdu fis-suq tal-pajjiż terz li jkun qed jimporta.

Fejn ikun hemm dubji serji dwar id-destinazzjoni vera tal-prodotti, il-Kummissjoni tista’ titlob li l-Istati Membri japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

2.   Fejn il-prodott ikun sa jiġi importat f’pajjiż terz speċifiku u fejn l-ammont tar-rifużjoni jkun ġie mnaqqas mill-prezz tal-bejgħ u l-prova relevanti msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx ingħatat:

(a)

parti mill-garanzja għandha tiġi rilaxxata malli tiġi ppreżentata l-prova li l-prodott ikun ħalla t-territorju doganali tal-Komunità; l-ammont rilaxxat għandu jkun ugwali għall-anqas rifużjoni determinat skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 li jkun applikabbli fil-jum li fih id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni tkun ġiet aċċettata;

(b)

b’żieda mal-ammont imsemmi taħt f’punt (a), dik il-parti tal-garanzija li tkun tikkorrispondi mad-differenza bejn ir-rimborż l-aktar baxx imsemmi fil-punt (a) u l-ammont tar-rifużjoni applikabbli fil-jum li fih id-dikjrazzjoni tal-esportazzjoni lill-pajjiż terz tkun ġiet aċċettata, sakemm dan l-ammont ma jaqbiżx l-ammont tar-rifużjoni applikabbli għad-destinazzjoni obbligatorja, din għandha tiġi rilaxxata fejn

(i)

l-esportazzjoni lejn il-pajjiż terz imsemmi hawn fuq ma tkunx setgħet issir minħabba każ ta’ forza maġġuri u

(ii)

il-prova tal-importazzjoni fil-pajjiż tad-destinazzjoni l-ieħor tkun tressqet konformi mal-paragrafu 1.

Artikolu 17

1.   Fejn l-Artikoli 186 u 187 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (8) japplikaw:

(a)

il-garanzija msemmija fl-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament għandha tintilef jekk ma tkunx għadha ġiet rilaxxata;

(b)

għandu jkun irkuprat ammont ekwivalenti għall-garanzija jekk din tal-aħħar tkun diġa ġiet rilaxxata.

2.   Fejn prodotti li għalihom saret il-garanzija msemmija fl-Artikolu 5(1) jinħarġu mit-territorju tad-dwana tal-Komunità u l-formalitajiet sabiex tingħata rifużjoni ma jkunux intemmu, dawn il-formalitajiet għandhom, għall-finijiet tal-Artikoli 185, 186 u 187 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, jitqiesu mitmuma u l-paragrafu 1 għandu japplika.

3.   L-ammont ta’ garanzija li għalih hemm referenza fil-paragrafi 1 u 2 għandu jitqies bħala garanzija mitlufa skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78 (9).

4.   Il-persuna kkonċernata għandha tagħti prova lill-awtorità kompetenti, permezz ta’ ċertifikat maħruġ mill-aġenzija ta’ intervent konċernata, li d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ġew osservati u li ma ngħatat ebda garanzija.

Artikolu 18

Fejn kopja ta’ kontroll T5, maħsuba bħala prova li l-prodotti kienu konformi mad-destinazzjoni preskritta msemmija fl-Artikolu 12(1) ma tkunx waslet għand l-aġenzija msemmija fl-Artikolu 3(5) fi żmien tlett xhur mill-ħruġ tagħha minħabba ċirkostanzi li l-parti konċernata ma kellhiex kontroll fuqhom, din tal-aħħar tista’, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 46(3) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009, tibgħat talba motivata li dokumenti oħra jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti lill-awtorita’ kompetenti.

KAPITOLU IV

PRODOTTI ESPORTATI MILL-KOMUNITÀ WARA L-IPPROĊĊESSAR

Artikolu 19

Prodotti għandhom jitqiesu li kienu konformi mal-użu u destinazzjoni preskritti meta jkun stabbilit li ġew sodisfatti l-ħtiġiet tal-Artikoli 8 u 12.

Artikolu 20

Fejn prodotti għandhom ikunu esportati wara l-ipproċessar, l-aċċettazzjoni mill-awtoritajiet tad-dwana tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni għandha sseħħ fl-Istat Membru fejn iseħħ l-ipproċessar finali.

Artikolu 21

1.   Fejn prodotti għandhom jintbagħtu għal ipproċessar fi stat mhux maħdum biex wara jkunu esportati, għandha tinħareġ il-kopja ta’ kontroll T5 mill-aġenzija ta’ intervent li tbiegħ u għandhom jimtlew il-kaxex 103, 104, 106 u 107 tal-parti msejħa “Informazzjoni Addizzjonali”.

Il-kaxex 104 u 106 għandhom juru l-awtorizzazzjonijiet speċifikati fir-regolament rilevanti.

Il-kaxxa 106 għandha turi wkoll:

(a)

in-numru tal-kuntratt tal-bejgħ ma l-aġenzija ta’ intervent;

(b)

fejn japplika, in-numru tal-ordni ta’ tneħħija; u

(c)

l-awtorizzazzjoni “Prodotti minn intervent li għandhom jitqiegħdu, mal-esportazzjoni taħt il-proċedura Komunitarja ta’ passaġġ estern”.

Il-kaxxa 107 għandha turi n-numru tar-regolament rilevanti.

2.   Fejn prodotti għandhom jintbagħtu wara pproċessar fl-Istat Membru fejn seħħet it-tneħħija mill-istokk ta’ intervent, għal aktar ipproċessar biex wara jkunu esportati, il-kopja ta’ kontroll T5 għandha tinħareġ mill-awtorità li tivverifika l-ipproċessar.

F’dik il-parti tal-kopja ta’ kontroll T5 imsejħa “Informazzjoni Addizzjonali”, il-kaxex 103, 104, 106 u 107 għandhom jimtlew.

Il-kaxex 104 u 106 għandhom juru l-awtorizzazzjonijiet speċifikati fir-regolament rilevanti.

Il-kaxxa 106 għandha turi wkoll:

(a)

in-numru tal-kuntratt tal-bejgħ mal-aġenzija ta’ intervent, u

(b)

l-awtorizzazzjoni “Prodotti minn intervent li għandhom jitqiegħdu, mal-esportazzjoni, taħt il-proċedura Komunitarja ta’ passaġġ estern.”

Il-kaxxa 107 għandha turi n-numru tar-regolament rilevanti.

3.   Fejn prodotti għandhom ikunu esportati wara pproċessar u għandhom jaqsmu t-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, il-kopja ta’ kontroll T5 għandha tinħareġ mill-uffiċċju tad-dwana ta’ tluq fuq preżentazzjoni ta’ dokument maħruġ mill-awtorità li tkun qed tivverifika l-ipproċessar. Dak id-dokument għandu jinżamm mill-uffiċċju ta’ tluq tad-dwana.

Iżda, ma tkunx meħtieġa l-preżentazzjoni tad-dokument f’każijiet fejn l-uffiċċju ta’ tluq tad-dwana jkun ivverifika l-ipproċċessar rilevanti.

Fdik il-parti tal-kopja ta’ kontroll T5 imsejħa “Informazzjoni Addizzjonali”, il-kaxex 103, 104, 106 u 107 u, fejn japplika, 105 għandhom jimtlew.

Kaxex 104 u 106 għandhom juru l-awtorizzazzjonijiet speċifikati fir-regolament rilevanti.

Kaxxa 106 għandha turi wkoll:

(a)

in-numru tal-kuntratt tal-bejgħ ma l-aġenzija ta’ intervent, u

(b)

fejn japplika, in-numru tad-dokument li għalih hemm referenza fl-ewwel subparagrafu.

Il-kaxxa 107 għandha turi n-numru tar-regolament rilevanti.

4.   Fejn il-kopja ta’ kontroll T5 li tagħti prova tal-esportazzjoni tal-merkanzija tintalab għar-rilaxx tal-garanzija li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 5 u għall-ħlas tar-rifużjoni, l-awtorità kompetenti li tkun qed iżżomm il-garanzija għandha tibgħat immedjatament kopja tal-kopja ta’ kontroll T5, ċertifikata bħala kopja vera, direttament lill-awtorità kompetenti għall-ħlas tar-rifużjoni.

Fdak il-każ il-persuna kkonċernata għandha tniżżel dan li ġej fil-kaxxa 106 tal-kopja ta’ kontroll T5:

“Rifużjoni għandha titħallas minn… (b’indikazzjoni tal-Istat Membru u l-isem u l-indirizz sħaħ tal-awtorità kompetenti għall-ħlas tar-rifużjoni).”

Artikolu 22

1.   Fejn prodotti ntbagħtu lejn Stat Membru ieħor għal ipproċċessar u l-prodotti pproċċessati:

(a)

għandhom jintbagħtu lejn Stat Membru terz jew Stat Membru ieħor għal aktar ipproċċessar;

jew

(b)

li għandhom jaqsmu t-territorju ta’ Stat Membru terż jew Stat Membru ieħor sabiex jiġu esportati;

L-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 21(2) u (3), skont kif jixraq, għandha toħroġ kopja ta’ kontroll T5 waħda jew aktar.

Il-kopja jew kopji ta’ kontroll T5 għandhom jimtlew:

(a)

fejn japplika l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, kif indikat fl-Artikolu 21(2)(b);

(b)

fejn japplika l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, kif indikat fl-Artikolu 21(3)(b);

billi tintuża l-informazzjoni mogħtija fil-kopja ta’ kontroll T5 oriġinali. Barra minn dan, fil-kaxxa 106 tal-kopja jew kopji ta’ kontroll T5 għandu jiddaħħal in-numru ta’ reġistrazzjoni u d-data tal-ħruġ tad-dokument ta’ qabel u l-isem tal-awtorità li ħarġitu.

2.   Fil-każ li għalih hemm referenza fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti li vverifikat l-operazzjoni, għandha, wara l-awtorizzazzjoni xierqa, tibgħat lura mill-ewwel il-kopja ta’ kontroll T5 oriġinali direttament lill-aġenzija li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 3(5) u għandha tindika fuq il-kopja ta’ kontroll T5 oriġinali fil-kaxxa msejħa “Kontroll tal-użu u/jew destinazzjoni”, li l-prodott intbagħat lejn Stat Membru ieħor għal aktar ipproċessat, ippakkjar, biex jinżamm jew ikun esportat. Il-kopja ta’ kontroll T5 oriġinali għandha turi n-numru jew numri ta’ reġistrazzjoni, jew referenza, għal kopji ta’ kontroll T5 maħruġa għal dak il-għan.

3.   Id-dokument li għalih hemm referenza fl-Artikolu 4(a) għandu jkun fih awtorizzazzjonijiet bħal dawk li għalihom hemm stabbilit fil-paragrafu 2.

Artikolu 23

1.   Fejn ikun hemm żewġ operazzjonijiet jew aktar, minbarra esportazzjoni, (bħal ipproċessar, ippakkjar, teħid) li jseħħu waħda wara l-oħra fl-istess Stat Membru, dan l-Istat Membru jista jiddeċiedi li dawn l-operazzjonijiet jitqiesu bħala operazzjoni waħda. F’dan il-każ, m’għandhiex tinħareġ kopja oħra ta’ kontroll T 5 sakemm ma jkunux twettqu l-operazzjonijiet kollha involuti.

Il-kopja ta’ kontroll T5 oriġinali għandha tintbagħat lura lill-aġenzija li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 3(5) wara li jkunu saru l-kontrolli tal-operazzjonijiet kollha involuti. Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jassiguraw li din is-sistema taħdem tajjeb.

2.   Meta Stati Membri jiddeċiedu li ma jimxux skont il-proċedura li għaliha hemm referenza fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha wara kull operazzjoni bħal din toħroġ kopja ta’ kontroll T5. L-awtorità kompetenti li tkun ivverifikat l-operazzjoni għandha tindika fuq il-kopja ta’ kontroll T5 oriġinali fil-kaxxa msejha “Kontroll tal-użu u/jew destinazzjoni”, li l-prodott intbagħat fl-istess Stat Membru għal aktar ipproċċessar, ippakkjar, biex jinżamm jew ikun esportat. Il-kopja ta’ kontroll T5 oriġinali għandha turi n-numru jew numri ta’ reġistrazzjoni, jew referenza għal, kopji ta’ kontroll T5 maħruġa għal dak il-għan.

3.   Id-dokument li għalih hemm referenza fl-Artikolu 4(a) għandu jkun fih awtorizzazzjonijiet bħal dawk li għalihom hemm stabbilit fil-paragrafu 2.

Artikolu 24

L-Artikolu 11, l-Artikolu 13(2), (3) u (4), l-Artikolu 14(3) u l-Artikoli 15 sa 18 għandhom japplikaw għal dan il-Kapitolu.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 25

1.   Stati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-isem u l-indirizz sħaħ tal-awtoritajiet ta’ kontroll kompetenti msemmija fl-Artikolu 2(1). Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra.

2.   Stati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni kull erba xhur b’każijiet li għalihom applikaw l-Artikolu 7(1), jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi msemmija, il-kwantitajiet involuti u l-miżuri li ttieħdu.

3.   Fl-1 ta’ Marzu u fl-1 ta’ Settembru ta’ kull sena l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummisjoni n-numru ta’ applikazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 11 jew 18, ir-raġunijiet, jekk ikunu magħrufa, għaliex ma ntbagħtitx lura l-kopja ta’ kontroll T5, il-kwantitajiet konċernati u n-natura tad-dokumenti aċċettati bħala ekwivalenti.

Artikolu 26

Ir-Regolament (KEE) Nru 3002/92 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 27

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 301, 17.10.1992, p. 17.

(3)  Ara l-Anness I.

(4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(5)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(6)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.

(7)  ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1.

(8)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(9)  ĠU L 50, 22.2.1978, p. 1.


ANNESS I

Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3002/92

(ĠU L 301, 17.10.1992, p. 17)

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 75/93

(ĠU L 11, 19.1.1993, p. 5)

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1938/93

(ĠU L 176, 20.7.1993, p. 12)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 770/96

(ĠU L 104, 27.4.1996, p. 13)


ANNESS II

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 3002/92

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1) u (2)

Artikolu 1(1) u (2)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(3)

Artikolu 2(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafu

Artikolu 2(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafu

Artikolu 2(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu u l-ewwel u t-tieni inċiżi

Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(2), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 2(2), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 2(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 2(2), it-tieni subparagrafu, punt (a)

Artikolu 2(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 2(2), it-tieni subparagrafu, punt (b)

Artikolu 2(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 2(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Artikolu 2(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 2(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 2(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 2(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 2(4), it-tielet subparagrafu

Artikolu 3(1)(a), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 3(1)(a), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Artikolu 3(1)(a), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Artikolu 3(1)(a), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż, kliem tal-bidu

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, punt (c), kliem tal-bidu

Artikolu 3(1)(a), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż, l-ewwel subinċiż

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, punt (c)(i)

Artikolu 3(1)(a), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż, it-tieni subinċiż

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, punt (c)(ii)

Artikolu 3(1)(a), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(1)(a), it-tielet subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 3(1), it-tielet subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 3(1)(a), it-tielet subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 3(1), it-tielet subparagrafu, punt (a)

Artikolu 3(1)(a), it-tielet subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 3(1), it-tielet subparagrafu, punt (b)

Artikolu 3(1)(a), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 3(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 3(1)(b), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 3(1)(b), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Artikolu 3(1)(b), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Artikolu 3(1)(b), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, punt (c)

Artikolu 3(1)(b), l-ewwel subparagrafu, ir-raba inċiż

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, punt (d)

Artikolu 3(1)(b), l-ewwel subparagrafu, il-ħames inċiż

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, punt (e)

Artikolu 3(1)(b), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(1)(b), it-tielet subparagrafu

Artikolu 3(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 3(1)(c)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(1)(d)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(6)

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5(1), parti tal-bidu

Artikolu 5(1), parti tal-bidu

Artikolu 5(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 5(1)(a)

Artikolu 5(1), it-tieni inċiż

Artikolu 5(1)(b)

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, parti tal-bidu

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, parti tal-bidu

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, punt (c)

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, ir-raba’ inċiż

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, punt (d)

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, il-ħames inċiż

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, punt (e)

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, is-sitt inċiż

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, punt (f)

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, is-seba’ inċiż

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, punt (g)

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, it-tmien inċiż

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, punt (h)

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, id-disa’ inċiż

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, punt (i)

Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5a

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(1), it-tielet subparagrafu, kliem tal-bidu u l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 8(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 9(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 8(2) u (3)

Artikolu 9(2) u (3)

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10, kliem tal-bidu

Artikolu 11, kliem tal-bidu

Artikolu 10, l-ewwel inċiż

Artikolu 11(a)

Artikolu 10, it-tieni inċiż

Artikolu 11(b)

Artikolu 10, parti finali

Artikolu 11, parti finali

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12(1)

Artikolu 13(1)

Artikolu 12(2), kliem tal-bidu

Artikolu 13(2), kliem tal-bidu

Artikolu 12(2), l-ewwel inċiż

Artikolu 13(2)(a)

Artikolu 12(2), it-tieni inċiż

Artikolu 13(2)(b)

Artikolu 12(3)

Artikolu 13(3)

Artikolu 12(4)

Artikolu 13(4)

Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 14(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 14(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(1), it-tielet subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 14(1), it-tielet subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 13(1), it-tielet subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 14(1), it-tielet subparagrafu, punt (a)

Artikolu 13(1), it-tielet subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 14(1), it-tielet subparagrafu, punt (b)

Artikolu 13(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 14(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 13(2)

Artikolu 14(2)

Artikolu 13(3)

Artikolu 14(3)

Artikolu 14(1) u (2)

Artikolu 15 (1) u (2)

Artikolu 14(3), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 15(3), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 14(3), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 15(3), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Artikolu 14(3), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 15(3), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Artikolu 14(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 15(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 16(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu, parti finali

Artikolu 16(1), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 16(1), it-tieni subparagrafu, punti (a) u (b)

Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 16(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 15(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 16(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 15(2), kliem tal-bidu

Artikolu 16(2), kliem tal-bidu

Artikolu 15(2)(a)

Artikolu 16(2)(a)

Artikolu 15(2)(b), parti tal-bidu

Artikolu 16(2)(b), parti tal-bidu

Artikolu 15(2)(b), l-ewwel inċiż

Artikolu 16(2)(b)(i)

Artikolu 15(2)(b), it-tieni inċiż

Artikolu 16(2)(b)(ii)

Artikolu 16(1), kliem tal-bidu

Artikolu 17(1), kliem tal-bidu

Artikolu 16(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 17(1)(a)

Artikolu 16(1), it-tieni inċiż

Artikolu 17(1)(b)

Artikolu 16(2)

Artikolu 17(2)

Artikolu 16(3)

Artikolu 17(3)

Artikolu 16(4)

Artikolu 17(4)

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 20(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 21(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 20(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 21(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 20(1), it-tielet subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 21(1), it-tielet subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 20(1), it-tielet subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 21(1), it-tielet subparagrafu, punt (a)

Artikolu 20(1), it-tielet subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 21(1), it-tielet subparagrafu, punt (b)

Artikolu 20(1), it-tielet subparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 21(1), it-tielet subparagrafu, punt (c)

Artikolu 20(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 21(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 20(2)(a)

Artikolu 21(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 20(2)(b), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 21(2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 20(2)(b), it-tieni subparagrafu

Artikolu 21(2) it-tielet subparagrafu

Artikolu 20(2)(b), it-tielet subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 21(2) ir-raba’ subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 20(2)(b), it-tielet subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 21(2) ir-raba’ subparagrafu, punt (a)

Artikolu 20(2)(b), it-tielet subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 21(2) ir-raba’ subparagrafu, punt (b)

Artikolu 20(2)(b), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 21(2) il-ħames subparagrafu

Artikolu 20(3)(a)

Artikolu 21(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafu

Artikolu 20(3)(b), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 21(3) it-tielet subparagrafu

Artikolu 20(3)(b), it-tieni subparagrafu

Artikolu 21(3) ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 20(3)(b), it-tielet subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 21(3) il-ħames subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 20(3)(b), it-tielet subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 21(3) il-ħames subparagrafu, punt (a)

Artikolu 20(3)(b), it-tielet subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 21(3) il-ħames subparagrafu, punt (b)

Artikolu 20(3)(b), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 21(3), is-sitt subparagrafu

Artikolu 20(4)

Artikolu 21(4)

Artikolu 21(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 22(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 21(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 22(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Artikolu 21(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 22(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Artikolu 21(1), l-ewwel subparagrafu, kliem finali

Artikolu 22(1), l-ewwel subparagrafu, kliem finali

Artikolu 21(1), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 22(1), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 21(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 22(1), it-tieni subparagrafu, punt (a)

Artikolu 21(1), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 22(1), it-tieni subparagrafu, punt (b)

Artikolu 21(1), it-tieni subparagrafu, kliem finali

Artikolu 22(1), it-tieni subparagrafu, kliem finali

Artikolu 21(2)

Artikolu 22(2)

Artikolu 21(3)

Artikolu 22(3)

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 26

Artikolu 27

Anness I

Anness II


25.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1131/2009

tal-24 ta’ Novembru 2009

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Moutarde de Bourgogne (IGP)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni ta’ Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Moutarde de Bourgogne”, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, għalhekk din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12

(2)  ĠU C 72, 26.3.2009, p. 62.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 2.6.   Għaġna tal-mustarda

FRANZA

Moutarde de Bourgogne (IGP)


25.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1132/2009

tal-24 ta’ Novembru 2009

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Marroni del Monfenera (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Marroni del Monfenera” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 89, 18.4.2009, p. 9.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati

L-ITALJA

Marroni del Monfenera (IGP)


25.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1133/2009

tal-24 ta’ Novembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1090/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Novembru 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mis-16 ta’ Novembru 2009 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1090/2009 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 1090/2009.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1090/2009 għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 1090/2009 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-25 ta’ Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 299, 14.11.2009, p. 3.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-25 ta’ Novembru 2009

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

15,26

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

38,58

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

15,68

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

15,68

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

38,58


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

13.11.2009-23.11.2009

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

146,67

105,00

Prezz FOB USA

127,27

117,27

97,27

74,77

Tariffa fuq il-Golf

14,72

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

12,65

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

22,58  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

44,51  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


DIRETTIVI

25.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/29


DIRETTIVA 2009/127/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Ottubru 2009

li temenda d-Direttiva 2006/42/KE fir-rigward ta’ makkinarju għall-applikazzoni tal-pestiċidi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

L-użu tal-pestiċidi huwa rikonoxxut bħala ta’ periklu kemm għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll għall-ambjent. Fil-Komunikazzjoni tagħha ‘Strateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi’ tat-12 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni adottat strateġija li għandha l-għan li tnaqqas ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tal-pestiċidi. Minbarra dan, il-Parlament Ewropew u tal-Kunsill adottaw id-Direttiva 2009/128/KE tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (3) (id-“Direttiva Qafas”).

(2)

L-iddisinnjar, il-bini u l-manutenzjoni ta’ makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi għandhom rwol sinifikanti għall-mira tat-tnaqqis tal-effetti negattivi tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent. Fir-rigward tat-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi li diġà qed jintużaw professjonalment, id-Direttiva Qafas tintroduċi rekwiżiti għall-ispezzjoni u l-manutenzjoni li għandhom jitwettqu fuq tagħmir bħal dan.

(3)

Id-Direttiva Qafas tapplika għall-pestiċidi li huma prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Għaldaqstant huwa xieraq li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jkun limitat għall-makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi li huma prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Madankollu, peress li huwa mistenni li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva Qafas jiġi estiż sabiex ikopri l-prodotti bijoloġiċi, l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-protezzjoni tal-ambjent biex ikopri l-makkinarju għall-applikazzjoni ta’ prodotti bijoloġiċi għandha tiġi studjata mill-Kummissjoni Ewropea sal-31 ta’ Diċembru 2012.

(4)

Ir-rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà ta’ persuni u, fejn ikun il-każ, ta’ annimali domestiċi u ta’ proprjetà huma diġà koperti mid-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju (4). Għalhekk huwa xieraq li r-rekwiżiti essenzjali għal protezzjoni ambjentali għall-iddisinnjar u l-bini ta’ makkinarju ġdid għall-applikazzjoni tal-pestiċidi jiġu inklużi fid-Direttiva 2006/42/KE, filwaqt li jiġi żgurat li dawn ir-rekwiżiti jkunu konsistenti ma’ dawk tad-Direttiva Qafas li jikkonċernaw il-manutenzjoni u l-ispezzjoni.

(5)

Għal dan il-għan, huwa ukoll meħtieġ li tiġi inkluża referenza għall-protezzjoni tal-ambjent fid-Direttiva 2006/42/KE filwaqt li dan l-objettiv jiġi ristrett għall-kategorija tal-makkinarju u għar-riskji soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi ta’ protezzjoni ambjentali.

(6)

Makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi jinkludi makkinarju li jimxi waħdu, jew li jkun irmunkat, immuntat fuq vettura, parzjalment immuntat, u mmuntat fuq inġenju li jtir, kif ukoll makkinarju wieqaf maħsub għall-applikazzjoni tal-pestiċidi, kemm għall-użu professjonali kif ukoll għall-użu privat. Jinkludi wkoll makkinarju b’mutur, jew makkinarju li jitħaddem manwalment, li jista’ jinġarr u jinżamm fl-idejn, b’kompartiment taħt pressjoni.

(7)

Din id-Direttiva hija limitata għar-rekwiżiti essenzjali li l-makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi għandu jkun konformi magħhom qabel jitqiegħed fis-suq u/jew jintuża, filwaqt li l-organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej huma responsabbli għat-tfassil ta’ standards armonizzati li jipprovdu speċifikazzjonijiet dettaljati għad-diversi kategoriji ta’ makkinarju sabiex jippermettu lill-produtturi biex jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti.

(8)

Huwa essenzjali wkoll li l-partijiet kollha interessati, inklużi l-industrija, il-bdiewa u l-organizzazzjonijiet ambjentali, jkunu involuti b’mod ugwali fl-istabbiliment tal-istandards armonizzati, sabiex ikun żgurat li l-istandards jiġu adottati fuq bażi ta’ qbil unanimu fost il-partijiet kollha interessati.

(9)

Id-Direttiva 2006/42/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(10)

Skont il-punt 34 tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (5) l-Istati Membri huma mħeġġa li jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom li juru, kemm jista’ jkun possibbli, ir-rabta bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ trasportazzjoni, u biex jippubblikawhom.

(11)

Meta l-evidenza xjentifika disponibbli m’hijiex biżżejjed sabiex tippermetti stima preċiża tar-riskju, l-Istati Membri għandhom, meta jieħdu miżuri skont din id-Direttiva, japplikaw il-prinċipju prekawzjonarju, li huwa prinċipju tal-liġi Komunitarja mfisser, inter alia, fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2000, filwaqt li jqisu kif xieraq ir-regoli u l-prinċipji l-oħra li jinsabu fid-Direttiva 2006/42/KE, bħall-moviment ħieles tal-prodotti u l-preżunzjoni tal-konformità,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendament tad-Direttiva 2006/42/KE

Id-Direttiva 2006/42/KE hija b’dan emendata kif gej:

1.

fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(m)

“rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u ta” sikurezza tfisser dispożizzjonijiet obbligatorji relatati mad-disinn u l-produzzjoni ta’ prodotti suġġetti għal din id-Direttiva sabiex ikun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza ta’ persuni u, fejn xieraq, ta’ annimali domestiċi u proprjetà u, fejn applikabbli, tal-ambjent.

Ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza huma stipulati fl-Anness I. Ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza għall-protezzjoni tal-ambjent huma applikabbli biss għall-makkinarju msemmi fis-sezzjoni 2.4. ta’ dak l-Anness.”;

2.

l-Artikolu 4 (1) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżguraw li makkinarju jista’ jitqiegħed fis-suq u/jew jintuża biss jekk jissodisfa d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva u ma jipperikolax is-saħħa u s-sikurezza ta’ persuni u, fejn xieraq ta’ annimali domestiċi u proprjetà u, fejn applikabbli, l-ambjent, meta jiġi installat u miżmum kif xieraq u użat għall-għan maħsub għalih jew f’kondizzjonijiet li jistgħu jiġu previsti b’mod raġonevoli.”;

3.

fl-Artikolu 9 (3), l-ewwel sottoparagrafu għandu jinbidel b’dan li gej:

“Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Istati Membri u partijiet oħra interessati filwaqt li tindika l-miżuri li biħsiebha tieħu sabiex tiżgura, fil-livell Komunitarju, livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza ta’ persuni u, fejn xieraq, ta’ annimali domestiċi u proprjetà u, fejn applikabbli, tal-ambjent.”;

4.

l-Artikolu 11 (1) għandu jinbidel b’dan li gej:

“1.   Fejn Stat Membru jaċċerta li makkinarju kopert minn din id-Direttiva, li jkollu l-marka CE, akkompanjat mid-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE u użat skont l-għan maħsub għalih jew taħt kondizzjonijiet li jistgħu jiġu previsti b’mod raġonevoli, jista’ jkun ta’ periklu għas-saħħa jew għas-sigurtà ta’ persuni jew, fejn xieraq, ta’ annimali domestiċi jew proprjetà jew jew, fejn applikabbli, l-ambjent, dan għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirtira makkinarju tali mis-suq, jipprojbixxi t-tqegħid fis-servizz u/jew l-użu tiegħu jew jillimita l-moviment liberu tiegħu.”;

5.

l-Anness I għandu jigi emendat kif gej:

(a)

fil-Prinċipji Ġenerali, il-punt 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.

Dan l-Anness huwa organizzat f’diversi partijiet. L-ewwel waħda għandha kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u tapplika għat-tipi kollha ta’ makkinarju. Il-partijiet l-oħra jirreferu għal ċerti tipi ta’ perikli aktar speċifiċi. Madankollu, huwa essenzjali li jkun eżaminat dan l-Anness kollu, sabiex ikun żgurat li jintlaħqu r-rekwiżiti essenzjali relevanti kollha. Meta jkun qiegħed jiġi ddisinnjat il-makkinarju, għandhom jitqiesu r-rekwiżiti tal-parti ġenerali u r-rekwiżiti ta’ wieħed jew aktar mill-partijiet l-oħra skont ir-riżultati tal-istima tar-riskju magħmula skont il-punt 1 ta’ dawn il-Prinċipji Ġenerali. Ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza għall-protezzjoni tal-ambjent għandhom japplikaw biss għall-makkinarju msemmi fis-sezzjoni 2.4.”;

(b)

il-Kapitolu 2 għandu jiġi emendat kif gej:

(i)

l-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Il-makkinarju għal oġġetti tal-ikel, il-makkinarju għal prodotti kosmetiċi jew farmaċewtiċi, li jinżammu bl-idejn u/jew li huma ggwidati bl-idejn, makkinarju għat-tiswijiet li jista’ jinġarr u makkinarju ieħor ta’ impatt, makkinarju għax-xogħol fl-injam u f’materjal b’karatteristiċi fiżiċi simili, u makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u ta’ sigurtà kollha spjegati f’dan il-kapitolu (ara l-Prinċipji Ġenerali, il-punt 4).”;

(ii)

għandha tiżdied is-sezzjoni li ġejja:

“2.4.   MAKKINARJU GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-PESTIĊIDI

2.4.1.    Definizzjoni

‘Makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi’ tfisser makkinarju maħsub speċifikament għall-applikazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fis-sens tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (*).

2.4.2.    Ġenerali

Il-fabbrikant tal-makkinarju jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jrid jiżgura li titwettaq evalwazzjoni tar-riskju tal-esponiment mhux intenzjonat tal-ambjent għall-pestiċidi, skont il-proċess ta’ evalwazzjoni tar-riskju u ta’ tnaqqis tar-riskju msemmi fil-Prinċipju Ġenerali, il-punt 1.

Il-makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi jrid jiġi ddisinnjat u mibni billi jitqiesu r-riżultati tal-evalwazzjoni tar-riskju msemmija fl-ewwel paragrafu sabiex il-makkinarju jkun jista’ jitħaddem, jiġi aġġustat u jingħata l-manutenzjoni mingħajr esponiment mhux intenzjonat tal-ambjent għall-pestiċidi.

Il-leakage għandu jiġi evitat f’kull ħin.

2.4.3.    Kontrolli u sorveljanza

Għandu jkun possibbli li l-kontroll u s-sorveljanza tat-tħaddim tal-makkinarju jsiru b’mod faċli u preċiż u li l-applikazzjoni tal-pestiċida jitwaqqaf b’mod immedjat mill-pożizzjonijiet ta’ tħaddim.

2.4.4.    Il-mili u t-tbattil

Il-makkinarju jrid jiġi ddisinnjat u mibni b’mod li jiffaċilita mili preċiż bil-kwantità meħtieġa ta’ pestiċidi u jiżgura tbattil faċli u sħiħ filwaqt li jiġi evitat kull tixrid ta’ pestiċidi u jiġi evitat kull tniġġis tas-sors tal-ilma matul dawn l-operazzjonijiet.

2.4.5.    Applikazzjoni ta’ pestiċidi

2.4.5.1.   Rata ta’ applikazzjoni

Il-makkinarju jrid ikun mgħammar b’mezzi ta’ aġġustament tar-rata ta’ applikazzjoni li jkunu faċli, preċiżiu affidabbli.

2.4.5.2.   Id-distribuzzjoni, depożizzjoni u t-tixrid tal-pestiċidi

Il-makkinarju jrid jiġi ddisinnjat u mibni b’mod li jiżgura li l-pestiċida jiġi ddepositat fuq l-inħawi maħsuba, biex jitnaqqas kemm jista’ jkun it-telf tiegħu f’inħawi oħra u sabiex jiġi evitat it-tixrid tiegħu fl-ambjent. Fejn ikun il-każ, għandu jkun żgurat li jkun hemm distribuzzjoni uniformi u depożizzjoni omoġenja.

2.4.5.3.   Testijiet

Sabiex ikun ivverifikat li l-partijiet rilevanti tal-makkinarju jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fis-sezzjonijiet 2.4.5.1 u 2.4.5.2, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu, għal kull tip ta’ makkinarju kkonċernat, iwettaq testijiet xierqa jew iqabbad lil min iwettaqhom.

2.4.5.4.   Telf waqt waqfien

Il-makkinarju għandu jkun iddisinnjat u mibni b’mod li jevita t-telf waqt li titwaqqaf il-funzjoni ta’ applikazzjoni tal-pestiċidi.

2.4.6.    Manutenzjoni

2.4.6.1.   Tindif

Il-makkinarju jrid jigi ddisinnjat u mibni b’mod li jkun jista’ jitnaddaf sewwa u faċilment mingħajr ma jitniġġes l-ambjent.

2.4.6.2.   Manutenzjoni

Il-makkinarju jrid jiġi ddisinnjat u mibni b’mod li jiffaċilita t-tibdil ta’ partijiet qodma mingħajr ma jitniġġes l-ambjent.

2.4.7.    Spezzjonijiet

Irid ikun possibbli li jitwaħħlu faċilment l-istrumenti ta’ kejl meħtieġa mal-makkinarju sabiex jiġi vverifikat li l-makkinarju ikun qiegħed jaħdem sew.

2.4.8.   L-immarkar ta’ żnienen, passaturi u filtri

Iż-żnienen, il-passaturi u l-filtri jridu jkunu mmarkati b’mod li t-tip u d-daqs tagħhom ikunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar.

2.4.9.    Indikazzjoni tal-pestiċida użat

Jekk ikun il-każ, il-makkinarju għandu jkun mgħammar b’tagħmir speċifiku fejn min iħaddem il-makkinarju jkun jista’ jpoġġi l-isem tal-pestiċida li qed tintuża.

2.4.10.    Istruzzjonijiet

L-istruzzjonijiet iridu jagħtu t-tagħrif li ġej:

(a)

il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu matul it-taħlit, il-mili, l-applikazzjoni, it-tbattil, it-tindif u l-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni u trasport sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-ambjent;

(b)

il-kondizzjonijiet iddettaljati tal-użu għall-ambjenti differenti ta’ tħaddim maħsuba, inklużi t-tħejjija u l-aġġustamenti korrispondenti meħtieġa biex tkun żgurata li l-pestiċida jinfirex fuq l-inħawi maħsuba, filwaqt li jitnaqqas kemm jista’ jkun it-tixrid f’inħawi oħra, biex ikun evitat it-tixrid fl-ambjent u, jekk ikun il-każ, biex ikun żgurat li jkun hemm distribuzzjoni uniformi kif ukoll dispożizzjoni omoġenja tal-pestiċidi;

(c)

id-diversi tipi u daqsijiet ta’ żnienen, passaturi u filtri li jistgħu jintużaw mal-makkinarju;

(d)

il-frekwenza tal-kontrolli u l-kriterji u l-metodi għat-tibdil ta’ partijiet suġġetti li jittieklu u li jaffettwaw it-tħaddim tajjeb tal-makkinarju, bħalma huma ż-żnienen, il-passaturi u l-filtri;

(e)

l-ispeċifikazzjoni tal-ikkalibrar, il-manutenzjoni ta’ kuljum, it-tħejjija għax-xitwa u kontrolli oħra meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-makkinarju jaħdem sew;

(f)

it-tipi ta’ pestiċidi li jistgħu jikkawżaw li l-makkinarju ma jaħdimx sew;

(g)

indikazzjoni li l-operatur għandu jżomm aġġornat l-isem tal-pestiċida użat fuq it-tagħmir speċifiku msemmi fis-sezzjoni 2.4.9;

(h)

it-tqabbid u l-użu ta’ kull tagħmir u aċċessorju speċjali u l-prekawzjonijiet neċessarji li għandhom jittieħdu;

(i)

indikazzjoni li l-makkinarju jista’ jkun suġġett għal rekwiżiti nazzjonali għall-ispezzjoni regolari minn entitajiet maħtura, kif previst fid-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 + li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (**);

(j)

il-karatteristiċi tal-makkinarju li jrid jiġi spezzjonat sabiex ikun żgurat li jaħdem sew;

(k)

istruzzjonijiet għat-twaħħil tal-istrumenti ta’ kejl meħtieġa.

(*)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1."

(**)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71.”"

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju 2011. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-15 ta’ Diċembru 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, il-21 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  ĠU C 182, 4.8.2009, p. 44.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2009.

(3)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71.

(4)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.

(5)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


25.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/34


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2009/133/KE

tad-19 ta’ Ottubru 2009

dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE bejn Stati Membri

(verżjoni kodifikata)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat, ta’ SE jew SCE, bejn Stati Membri (3) ġiet emendata diversi drabi (4) b’mod sostanzjali. Fl-interess taċ- ċarezza u tar-razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata.

(2)

Il-mergers, id-diviżjonijiet, id-diviżjonijiet parzjali, it-trasferimenti tal-assi u l-iskambji ta’ ishma li jirrigwardaw kumpanniji fi Stati Membri differenti jistgħu jkunu meħtieġa sabiex joħolqu ġewwa l-Komunità kondizzjonijiet analogi għal dawk ta’ suq intern u sabiex b’hekk jiżguraw il-funzjonament b’mod effettiv ta’ suq intern bħal dan. Dawn il-ħidmiet ma għandhomx jiġu mfixkla b’restrizzjonijiet, żvantaġġi jew tagħwiġ li jinħolqu b’mod partikolari mid-dispożizzjonijiet tat-taxxi fl-Istati Membri. Għal dan l-iskop huwa meħtieġ, rigward dawn il-ħidmiet, li jiġu pprovduti regoli tat-taxxa li jkunu newtrali mill-lat tal-kompetizzjoni, sabiex iħallu lill-intrapriżi jadattaw lilhom infushom skont il-ħtiġiet tas-suq intern, biex iżidu l-produttività tagħhom u jtejbu s-saħħa kompetittività tagħhom fil-livell internazzjonali.

(3)

Id-dispożizzjonijiet tat-taxxa jiżvantaġġaw dawn il-ħidmiet, meta mqabbla ma’ dawk li jirrigwardaw il-kumpanniji fl-istess Stat Membru. Huwa meħtieġ li jitneħħew dawn l-iżvantaġġi.

(4)

Mhux possibbli li jinkiseb dan il-għan b’estensjoni fil-livell Komunitarju tas-sistemi fis-seħħ fl-Istati Membri, ġaladarba d-differenzi bejn dawn is-sistemi x’aktarx li jwasslu għal tagħwiġ. Sistema komuni tat-taxxa biss hija kapaċi tipprovdi soluzzjoni sodisfaċenti f’dan ir-rigward.

(5)

Is-sistema komuni tat-taxxi għandha tevita l-impożizzjoni tat-taxxi rigward il-mergers, id-diviżjonijiet, id-diviżjonijiet parzjali, it-trasferimenti tal-assi jew l-iskambji tal-ishma, filwaqt li fl-istess ħin tissalvagwardja l-interessi finanzjarji tal-Istat Membru tal-kumpannija li tittrasferixxi jew li tiġi akkwistata.

(6)

Rigward il-mergers, id-diviżjonijiet jew it-trasferimenti tal-assi, dawn il-ħidmiet normalment jirriżultaw jew fit-trasformazzjoni tal-kumpannija li tittrasferixxi fi stabbiliment permanenti tal-kumpannija li tirċievi l-assi jew l-assi jiġu magħquda ma’ stabbiliment permanenti tal-kumpannija tal-aħħar.

(7)

Is-sistema tad-differiment tat-tassazzjoni tal-qligħ kapitali li għandhom x’jaqsmu ma l-assi ttrasferiti sad-disponiment attwali tagħhom, applikati għal dawk minn dawn l-assi li jiġu ttrasferiti lil dan l-istabbiliment permanenti, tippermetti l-eżenzjoni mit-tassazzjoni tal-qligħ kapitali korrispondenti, filwaqt li fl-istess ħin tiżgura li fl-aħħar mill-aħħar jiġu ntaxxati mill-Istat Membru tal-kumpannija li tittrasferixxi fid-data tad-disponiment tagħhom.

(8)

Filwaqt li l-kumpanniji elenkati fl-Anness I, Parti A huma kontribwenti korporattivi fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom, uħud minnhom jistgħu jkunu meqjusa bħala fiskalment trasparenti minn Stati Membri oħra. Sabiex tinżamm l-effettivita’ ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri li jittrattaw kontribwenti korporattivi mhux residenti bħala fiskalment trasparenti għandhom jagħtuhom l-benefiċċji ta’ din id-Direttiva. Madankollu, l-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva meta jintaxxaw lil azzjonist dirett jew indirett ta’ dawk il-kontribwenti.

(9)

Huwa wkoll meħtieġ li jiġi ddefinit ir-reġim tat-taxxi li japplika għal ċerti dispożizzjonijiet, riservi jew telf mill-kumpannija li tittrasferixxi u li jiġu solvuti l-problemi dwar it-taxxi li jinqalgħu meta waħda miż-żewġ kumpanniji jkollha sehem mill-kapital tal-oħra.

(10)

L-allokazzjoni lill-azzjonisti fil-kumpannija li tittrasferixxi tat-titoli tal-kumpannija li tirċievi jew ta’ dik li takkwista l-ishma ma għandha fiha nfisha toħloq l-ebda tassazzjoni f’idejn dawn l-azzjonisti.

(11)

Id-deċiżjoni ta’ SE jew SCE li torganizza mill-ġdid in-negozju tagħha billi tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha m’għandux jixxekkel minn regoli tat-taxxa diskriminatorji jew minn restrizzjonijiet, żvantaġġi jew distorzjonijiet naxxenti minn leġislazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa li tmur kontra il-liġi Komunitarja. It-trasferiment, jew avveniment konness ma’ dak it-trasferiment jista’ jirriżulta f’xi forma ta’ tassazzjoni fl-Istat Membru li minnu jiġi trasferit l-uffiċċju. F’każ fejn l-assi tas-SE jew tas-SCE jibqgħu effettivament konnessi ma’ stabbiliment permanenti li jinsab fl-Istat Membru li minnu l-uffiċċju reġistrat ġie trasferit, dak l-istabbiliment permanenti għandu jgawdi benefiċċji simili għal dawk previsti fl-Artikoli 4, 5 u 6. Barra minn dan, it-tassazzjoni tal-azzjonisti fl-okkażjoni tat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat għandu jiġi eskluż.

(12)

Din id-Direttiva ma tittrattax it-telf ta’ stabbiliment permanenti fi Stat Membru ieħor rikonoxxut fl-Istat Membru tar-residenza ta’ SE jew SCE. B’mod partikolari, fejn l-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE jiġi trasferit fi Stat Membru ieħor, dak it-trasferiment ma jżommx lill-Istat Membru tar-residenza ta’ qabel milli jerġa’ jintegra t-telf tal-istabbiliment permanenti fi żmien xieraq.

(13)

Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jitħallew il-possibbiltà li jirrifjutaw li japplikaw din id-Direttiva meta l-merger, id-diviżjonijiet, id-diviżjonijiet parzjali, it-trasferiment tal-assi, l-iskambji tal-ishma jew it-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE, għandha bħala l-għan tagħha l-evażjoni mit-taxxi jew il-ħarbien minnhom jew tirriżulta illi kumpannija, sewwa jekk tieħu parti jew le fil-ħidma, ma tibqax twettaq il-kondizzjonijiet meħtieġa għar-rappreżentazzjoni tal-ħaddiema fl-organi tal-kumpannija.

(14)

Wieħed mill-għanijiet ta’ din id-Direttiva hu l-eliminazzjoni tal-ostakli għall-funzjonament tas-suq intern, bħal ma hi t-tassazzjoni doppja. Sakemm dan ma jinkisebx għal kollox bid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiksbu dan l-għan.

(15)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligazzjonijiet tal-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kull Stat Membru għandu japplika din id-Direttiva għal dan li ġej:

(a)

mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jinvolvu kumpanniji minn żewġ Stati Membri jew aktar;

(b)

trasferimenti tal-uffiċċju reġistrat minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru ieħor ta’ kumpannija Ewropea (Societas Europaea jew SE), kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001dwar l-Istatut ta’ Kumpannija Ewropea (SE) (5), u Soċjeta’ Koperattiva Ewropea (SCE), kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) (6).

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“merger” tfisser ħidma li biha:

(i)

kumpannija waħda jew iktar, meta jiġu xolti mingħajr likwidazzjoni, jittrasferixxu l-attiv u l-passiv kollu tagħhom lil kumpannija oħra eżistenti bi skambju għall-ħruġ lill-azzjonisti tagħhom ta’ titoli li jirrappreżentaw il-kapital ta’ din il-kumpannija l-oħra, u, jekk japplika, ħlas fi flus kontanti li ma jaqbiżx l-10 % tal-valur nominali, jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-valur tal-parita’ kontabbli ta’ dawn it-titoli;

(ii)

żewġ kumpanniji jew iktar li, meta jiġu xolti mingħajr likwidazzjoni, jittrasferixxu l-attiv u l-passiv kollu tagħhom lil kumpannija li huma jiffurmaw, bi skambju għall-ħruġ lill-azzjonisti tagħhom ta’ titoli li jirrappreżentaw il-kapital f’din il-kumpannija l-ġdida, u, jekk japplika, ħlas fi flus kontanti li ma jaqbiżx l-10 % tal-valur nominali, jew fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-valur tal-parita’ kontabbli ta’ dawn it-titoli;

(iii)

kumpannija li, meta tiġi xolta mingħajr likwidazzjoni, tittrasferixxi l-attiv u l-passiv kollu tagħha lill-kumpannija li tkun iżżomm it-titoli kollha li jirrapreżentaw il-kapital tagħha;

(b)

“diviżjoni” tfisser ħidma li biha kumpannija, meta tiġi xolta mingħajr likwidazzjoni, tittrasferixxi l-attiv u l-passiv kollu tagħha lil żewġ kumpanniji eżistenti jew iktar jew lil kumpanniji ġodda, bi skambju għall-ħruġ pro rata lill-azzjonisti tagħha ta’ titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpanniji li jirċievu l-attiv u l-passiv, u, jekk japplika, ħlas fi flus kontanti li ma jaqbiżx l-10 % tal-valur nominali jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-valur tal-parita kontabbli ta’ dawn it-titoli;

(c)

“diviżjoni parzjali” tfisser ħidma li biha kumpannija tittrasferixxi, mingħajr ma tiġi xolta, fergħa waħda jew aktar ta’ attività, lil kumpannija waħda jew aktar eżistenti jew ġodda, u tħalli mill-inqas fergħa waħda ta’ attività fil-kumpannija li tittrasferixxi, bi skambju mal-ħruġ pro-rata lill-azzjonisti tagħha ta’ titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpanniji li jirċievu l-attiv u l-passiv, u, jekk hu applikabbli, ħlas fi flus kontanti li ma jaqbiżx l-10 % tal-valur nominali jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-valur tal-parità kontabbli ta’ dawk it-titoli;

(d)

“trasferiment tal-assi” tfisser ħidma li biha kumpannija tittrasferixxi mingħajr ma tiġi xolta, il-fergħat kollha, jew waħda jew iktar minn waħda minnhom tal-attività tagħha lil kumpannija oħra bi skambju għat-trasferiment ta’ titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija li tirċievi t-trasferiment;

(e)

“skambju ta’ ishma” tfisser ħidma li biha kumpannija takkwista sehem fil-kapital ta’ kumpannija oħra tali li tikseb maġġoranza tad-drittijiet ta’ vot f’dik il-kumpannija, jew, tiddetjeni tali maġġoranza, takkwista sehem ulterjuri, bi skambju għall-ħruġ lill-azzjonisti tal-kumpannija tal-aħħar, bi skambju mat-titoli tagħhom, ta’ titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija tal-ewwel, u, jekk hu applikabbli, pagament fi flus kontanti li ma jaqbiżx l-10 % tal-valur nominali, fin-nuqqas ta’ valur nominali, tal-valur tal-parità kontanti tat-titoli maħruġa bi skambju;

(f)

“kumpannija li tittrasferixxi” tfisser il-kumpannija li tittrasferixxi l-attiv u l-passiv tagħha jew li tittrasferixxi l-fergħat kollha jew waħda jew iktar minn waħda tal-attività tagħha;

(g)

“kumpannija li tirċievi” tfisser il-kumpannija li tirċievi l-attiv u l-passiv jew il-fergħat kollha jew waħda jew iktar minn waħda tal-attività tal-kumpannija li tittrasferixxi;

(h)

“kumpannija akkwistata” tfisser il-kumpannija li fiha jiġi akkwistat minn kumpannija oħra permezz ta’ skambju tat-titoli;

(i)

“kumpannija li takkwista” tfisser il-kumpannija li takkwista permezz ta’ skambju tat-titoli;

(j)

“fergħa tal-attività” tfisser l-attiv u l-passiv kollu ta’ diviżjoni ta’ kumpannija li mil-lat organizzattiv tikkostitwixxi negozju indipendenti, jiġifieri entità kapaċi li tiffunzjona bil-mezzi tagħha nfisha;

(k)

“trasferiment tal-uffiċċju reġistrat” tfisser ħidma li biha SE jew SCE, mingħajr ma jsir stralċ jew toħloq persuna ġuridika ġdida, tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru ieħor.

Artikolu 3

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, “kumpannija minn Stat Membru” għandha tfisser kull kumpannija li:

(a)

tieħu waħda mill-għamliet elenkati fl-Anness I Parti A;

(b)

skont il-liġijiet tat-taxxi ta’ Stat Membru hija kkunsidrata li hija residenti f’dan l-Istat Membru għall-għanijiet tat-taxxa u, skont it-termini ta’ ftehim dwar it-taxxa doppja konkluż ma’ pajjiż terz, mhix ikkunsidrata bħala residenti barra mill-Komunità għall-għanijiet tat-taxxa; u

(c)

hija suġġetta għal waħda mit-taxxi elenkati fl-Anness I, Parti B, mingħajr il-possibbiltà ta’ għażla jew li tiġi eżentata minnhom, jew għal kull taxxa oħra li tista’ tiġi sostitwita għal kull waħda minn dawn it-taxxi.

KAPITOLU II

REGOLI APPLIKABBLI GĦAL MERGERS, DIVIŻJONIJIET, DIVIŻJONIJIET PARZJALI, GĦAT-TRASFERIMENT TAL-ASSI U SKAMBJI TA’ ISHMA

Artikolu 4

1.   Merger, diviżjoni jew diviżjoni parzjali m’għandhomx jirriżultaw fi kwalunkwe tassazzjoni ta’ qligħ kapitali kkalkulat b’referenza għad-differenza bejn il-valuri reali tal-attiv u l-passiv trasferiti u l-valuri tagħhom għal finijiet ta’ taxxa.

2.   Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)   “valur għall-finijiet ta’ taxxa”: il-valur abbażi ta’ liema kwalunkwe qligħ jew telf ikun ġie kkalkulat għall-finijiet ta’ taxxa fuq id-dħul, il-profitti jew il-qligħ kapitali tal-kumpannija li tittrasferixxi jekk tali attiv jew passiv kienu ġew mibjugħa fiż-żmien tal-merger, diviżjoni jew diviżjoni parzjali iżda indipendentement minnhom;

(b)   “attiv u passiv trasferiti”: dak l-attiv u passiv tal-kumpannija li tittrasferixxi li, b’konsegwenza tal-merger, diviżjoni jew diviżjoni parzjali, huma effettivament konnessi ma’ stabbiliment permanenti tal-kumpannija li tirċievi fl-Istat Membru tal-kumpannija li tittrasferixxi u għandhom parti fil-ġenerazzjoni tal-profitti jew it-telf li jitqiesu għall-finijiet ta’ taxxa.

3.   Meta japplika l-paragrafu 1 u meta Stat Membru jikkunsidra kumpannija li tittrasferixxi, mhux residenti, bħala fiskalment trasparenti abbażi tal-valutazzjoni ta’ dak l-Istat Membru tal-karatteristiċi legali ta’ dik il-kumpannija li jirriżultaw mil-liġi li taħtha hija kostitwita u għalhekk jintaxxa lill-azzjonisti fuq is-sehem tagħhom tal-profitti tal-kumpannija li tittrasferixxi kif u meta jirriżultaw dawk il-profitti, dak l-Istat Membru m’għandux jintaxxa kwalunkwe dħul, profitti jew qligħ kapitali kkalkulati b’referenza għad-differenza bejn il-valuri reali tal-attiv u l-passiv trasferiti u l-valuri tagħhom għal finijiet ta’ taxxa.

4.   Il-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw biss jekk il-kumpannija li tirċievi tikkalkula kwalunkwe deprezzament ġdid u kwalunkwe qligħ jew telf fir-rigward tal-attiv u l-passiv trasferiti skont ir-regoli li kienu japplikaw għall-kumpannija jew kumpanniji li jittrasferixxu kieku l-merger, id-diviżjoni jew id-diviżjoni parzjali ma kinitx seħħet.

5.   Meta, taħt il-liġijiet tal-Istat Membru tal-kumpannija li tittrasferixxi, il-kumpannija li tirċievi hija intitolata li jkollha kwalunkwe deprezzament ġdid jew kwalunkwe qligħ jew telf fir-rigward tal-attiv u l-passiv trasferiti kkalkulati fuq bażi differenti minn dik stabbilita fil-paragrafu 4, il-paragrafu 1 m’għandux japplika għall-attiv u l-passiv li fir-rigward tiegħu dik l-għażla tiġi eżerċitata.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw illi, fejn il-provvisti jew ir-riservi kkostitwiti korrettament mill-kumpannija li tittrasferixxi jkunu eżentati fl-intier tagħhom jew f’parti minnhom mit-taxxi u ma jkunux idderivati minn stabbilimenti permanenti barra mill-pajjiż, dawn il-provvisti jew riservi jistgħu jinġarru ‘l quddiem, bl-istess eżenzjoni mit-taxxa, mill-istabbilimenti permanenti tal-kumpannija li tirċievi li jinsabu fl-Istat Membru tal-kumpannija li tittrasferixxi, b’hekk il-kumpannija li tirċievi tikseb id-drittijiet u l-obbligi tal-kumpannija li tittrasferixxi.

Artikolu 6

Sakemm, jekk l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(a) twettqu bejn kumpanniji mill-Istat Membru tal-kumpannija li tittrasferixxi, l-Istat Membru kien japplika dispożizzjonijiet li jippermettu lill-kumpannija li tirċievi biex tassumi għaliha t-telf tal-kumpannija li tittrasferixxi li kien għadu ma ġiex eżawrit għal finijiet ta’ taxxa, huwa għandu jestendi dawk id-dispożizzjonijiet biex ikopru l-assunzjoni ta’ tali telf mill-istabbilimenti permanenti tal-kumpannija li tirċievi li jinsabu fit-territorju tiegħu.

Artikolu 7

1.   Meta l-kumpannija li tirċievi jkollha sehem fil-kapital tal-kumpannija li tittrasferixxi, kull qligħ li jmiss lill-kumpannija li tirċievi mal-kanċellazzjoni ta tagħha ma għandu jkun responsabbli għall-ebda tassazzjoni.

2.   L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 1 meta l-kumpannija li tirċievi għandha sehem ta’ inqas minn 15 % fil-kapital tal-kumpannija li tittrasferixxi.

Mill-1 ta’ Jannar 2009 il-perċentwali minima tas-sehem għandha tkun ta’ 10 %.

Artikolu 8

1.   Waqt merger, diviżjoni jew skambju ta’ ishma, it-tqassim ta’ titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija li tirċievi jew takkwista lil azzjonist tal-kumpannija li qed tittrasferixxi, bi skambju ma’ titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija tal-aħħar m’għandux, minnu nnifsu, jirriżulta fi kwalunkwe tassazzjoni fuq id-dħul, il-profitti jew il-qligħ kapitali ta’ dak l-azzjonist.

2.   Waqt diviżjoni parzjali, it-tqassim lil azzjonist tal-kumpannija li tittrasferixxi ta’ titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija li qed tirċievi m’għandux, minnu nnifsu, jirriżulta fi kwalunkwe tassazzjoni fuq id-dħul, il-profitti jew il-qligħ kapitali ta’ dak l-azzjonist.

3.   Meta Stat Membru jikkunsidra azzjonist bħala fiskalment trasparenti abbażi tal-valutazzjoni ta’ dak l-Istat Membru tal-karatteristiċi legali ta’ dak l-azzjonist li jirriżultaw mil-liġi li taħtha huwa kostitwit u għalhekk jintaxxa lil dawk il-persuni li għandhom interess fl-azzjonisti fuq is-sehem tagħhom tal-profitti tal-azzjonist kif u meta dawk il-profitti jirriżultaw, l-Istat Membru m’għandux jintaxxa lil dawk il-persuni fuq id-dħul, il-profitti jew il-qligħ kapitali mit-tqassim lill-azzjonist ta’ titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpannija li takkwista jew li tirċievi.

4.   Il-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw biss jekk l-azzjonist ma jagħtix lit-titoli riċevuti valur għal finijiet ta’ taxxa ogħla mill-valur li t-titoli skambjati kellhom immedjatament qabel il-merger, diviżjoni jew skambju ta’ ishma.

5.   Il-paragrafu 2 u 3 għandhom japplikaw biss jekk l-azzjonist ma jagħtix lis-somma tat-titoli riċevuti u lil dawk miżmuma fil-kumpannija li tittrasferixxi, valur għal finijiet ta’ taxxa ogħla mill-valur li t-titoli miżmuma fil-kumpannija li tittrasferixxi kellhom immedjatament qabel id-diviżjoni parzjali.

6.   L-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhiex tipprevjeni lill-Istati Membri milli jintaxxaw il-qligħ li jirriżulta mit-trasferiment sussegwenti ta’ titoli riċevuti, bl-istess mod bħall-qligħ li jirriżulta mit-trasferiment ta’ titoli li kienu jeżistu qabel l-akkwist.

7.   Għall-iskop ta’ dan l-Artikolu “valur għal finijiet ta’ taxxa” għandha tfisser il-valur abbażi ta’ liema kwalunkwe qligħ jew telf ikun ikkalkulat għall-finijiet ta’ taxxa fuq id-dħul, il-profitti jew il-qligħ kapitali ta’ azzjonist tal-kumpannija.

8.   Meta, taħt il-liġi tal-Istat Membru fejn huwa residenti, azzjonist jista’ jagħżel trattament fiskali differenti minn dak stabbilit fil-paragrafi 4 u 5, il-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhomx japplikaw għat-titoli fir-rigward ta’ liema tali għażla tiġi eżerċitata.

9.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhomx jipprevjenu lil Stat Membru milli jqies, meta jintaxxa lil azzjonisti, kwalunkwe ħlas fi flus kontanti li jista’ jsir waqt il-merger, id-diviżjoni, id-diviżjoni parzjali jew l-iskambju ta’ ishma.

Artikolu 9

L-Artikoli 4, 5 u 6 għandhom japplikaw għat-trasferimenti tal-assi.

KAPITOLU III

IL-KAŻ SPEĊJALI TAT-TRASFERIMENT TA’ STABBILIMENT PERMANENTI

Artikolu 10

1.   Meta l-assi trasferiti f’merger, diviżjoni, diviżjoni parzjali jew trasferiment ta’ assi jinkludu stabbiliment permanenti tal-kumpannija li tittrasferixxi li jinsab fi Stat Membru ieħor minn dak tal-kumpannija li tittrasferixxi, l-Istat Membru tal-kumpannija li tittrasferixxi għandu jirrinunzja kwalunkwe dritt li jintaxxa lil dak l-istabbiliment permanenti.

L-Istat Membru tal-kumpannija li tittrasferixxi jista’ jdaħħal lura fil-profitti taxxabbli ta’ dik il-kumpannija tali telf tal-istabbiliment permanenti li qabel seta’ ġie kompensat mal-profitti taxxabbli tal-kumpannija f’dak l-Istat Membru u li ma ġiex irkuprat.

L-Istat Membru fejn jinsab l-istabbiliment permanenti u l-Istat Membru tal-kumpannija li qed tirċievi għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għal tali trasferiment daqs li kieku l-Istat Membru fejn jinsab l-istabbiliment permanenti kien l-Istat Membru tal-kumpannija li tittrasferixxi.

Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll fil-każ fejn l-istabbiliment permanenti jinsab fl-istess Stat Membru bħal dak fejn hija residenti l-kumpannija li qed tirċievi.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, meta l-Istat Membru tal-kumpannija li tittrasferixxi tapplika sistema li tintaxxa l-profitti fuq livell dinji, dak l-Istat Membru għandu jkollu d-dritt li jintaxxa kwalunkwe profitt jew qligħ kapitali tal-istabbiliment permanenti li jirriżulta mill-merger, id-diviżjoni, id-diviżjoni parzjali jew it-trasferiment tal-assi, bil-kondizzjoni li jagħti eżenzjoni għat-taxxa li, ħlief għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, kienet tiġi imposta fuq dawk il-profitti jew qligħ kapitali fl-Istat Membru fejn jinsab dak l-istabbiliment permanenti, bl-istess mod u fl-istess ammont li kien jagħmel kieku dik it-taxxa kienet fil-fatt ġiet imposta u mħallsa.

KAPITOLU IV

KAŻ SPEĊJALI TA’ ENTITAJIET TRASPARENTI

Artikolu 11

1.   Meta Stat Membru jikkunsidra kumpannija mhux residenti li tittrasferixxi jew akkwistata bħala fiskalment trasparenti abbażi tal-valutazzjoni ta’ dak l-Istat Membru tal-karatteristiċi legali ta’ dik il-kumpannija li jirriżultaw mil-liġi li taħtha hija kostitwita, huwa għandu jkollu d-dritt li ma japplikax id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva meta jintaxxa azzjonist dirett jew indirett ta’ dik il-kumpannija fir-rigward tad-dħul, il-profitti jew il-qligħ kapitali ta’ dik il-kumpannija.

2.   Stat Membru li jeżerċita d-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jagħti eżenzjoni għat-taxxa li, ħlief għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, kienet tiġi imposta fuq il-kumpannija fiskalment trasparenti fuq id-dħul, il-profitti jew il-qligħ kapitali tagħha, bl-istess mod u bl-istess ammont li dak l-Istat Membru kien jagħmel kieku dik it-taxxa ġiet fil-fatt imposta u mħallsa.

3.   Meta Stat Membru jikkunsidra kumpannija li tirċievi jew takkwista, mhux residenti, bħala fiskalment trasparenti abbażi tal-valutazzjoni ta’ dak l-Istat Membru tal-karatteristiċi legali ta’ dik il-kumpannija li jirriżultaw mil-liġi li taħtha hija kostitwita, għandu jkollu d-dritt li ma japplikax l-Artikolu 8(1), (2) u (3).

4.   Meta Stat Membru jikkunsidra kumpannija li tirċievi, mhux residenti, bħala fiskalment trasparenti abbażi tal-valutazzjoni ta’ dak l-Istat Membru tal-karatteristiċi legali ta’ dik il-kumpannija li jirriżultaw mil-liġi li taħtha hija kostitwita, dak l-Istat Membru jista’ japplika għal kwalunkwe azzjonist dirett jew indirett l-istess trattament għal finijiet ta’ taxxa li kien japplika kieku l-kumpannija li tirċievi kienet residenti f’dak l-Istat Membru.

KAPITOLU V

REGOLI APPLIKABBLI GĦAT-TRASFERIMENT TAL-UFFIĊĊJU REĠISTRAT TA’ SE JEW SCE

Artikolu 12

1.   Meta:

(a)

SE jew SCE tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru ieħor; jew

(b)

f’rabta mat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat tagħha minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru ieħor, SE jew SCE, li hija residenti fl-ewwel Stat Membru, ma tibqax residenti f’dak l-Istat Membru u ssir residenti fi Stat Membru ieħor,

dak it-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat jew it-tmiem ta’ residenza m’għandux jirriżulta fi kwalunkwe tassazzjoni ta’ qligħ kapitali, ikkalkulat skont l-Artikolu 4(1), fl-Istat Membru li minnu l-uffiċċju reġistrat ġie trasferit, miksub minn dak l-attiv u passiv tas-SE jew tas-SCE li, b’konsegwenza, jibqgħu effettivament konnessi ma’ stabbiliment permanenti tas-SE jew tas-SCE fl-Istat Membru li minnu l-uffiċċju reġistrat ġie trasferit u li għandhom rwol fil-ħolqien tal-profitti jew tat-telf li jitqiesu għal finijiet ta’ taxxa.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika biss jekk is-SE jew is-SCE tikkalkula kwalunkwe deprezzament u kwalunkwe qligħ jew telf fir-rigward tal-attiv u l-passiv li jibqgħu effettivament konnessi ma’ dak l-istabbiliment permanenti, daqs li kieku t-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ma kienx seħħ jew is-SE jew is-SCE ma kinitx temmet ir-residenza fiskali tagħha.

3.   Meta, taħt il-liġijiet tal-Istat Membru li minnu l-uffiċċju reġistrat ġie trasferit, is-SE jew is-SCE hija intitolata li jkollha kwalunkwe deprezzament ġdid jew kwalunkwe qligħ jew telf fir-rigward tal-attiv u l-passiv li jibqgħu f’dak l-Istat Membru kkalkulati fuq bażi differenti minn dik stabbilita fil-paragrafu 2, il-paragrafu 1 m’għandux japplika għall-attiv u l-passiv fir-rigward ta’ liema dik l-għażla tiġi eżerċitata.

Artikolu 13

1.   Meta:

(a)

SE jew SCE tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru ieħor; jew

(b)

f’rabta mat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat tagħha minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru ieħor, SE jew SCE, li hija residenti fl-ewwel Stat Membru, ma tibqax residenti f’dak l-Istat Membru u ssir residenti fi Stat Membru ieħor,

l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, meta provvisti jew riżervi kostitwiti kif suppost mis-SE jew is-SCE qabel it-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat huma parzjalment jew interament eżenti mit-taxxa u ma jirriżultawx minn stabbilimenti permanenti barra l-pajjiż, tali provvisti jew riżervi jistgħu jittieħdu, bl-istess eżenzjoni ta’ taxxa, minn stabbiliment permanenti tas-SE jew tas-SCE li jinsab fit-territorju tal-Istat Membru li minnu l-uffiċċju reġistrat ġie trasferit.

2.   Sakemm kumpannija li tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru titħalla tmexxi ‘l quddiem jew tieħu lura telf li ma ġiex eżawrit għal finijiet ta’ taxxa, dak l-Istat Membru għandu jippermetti lill-istabbiliment permanenti, li jinsab fit-territorju tiegħu, tas-SE jew tas-SCE li tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha, li jassumi għalih dak it-telf tas-SE jew tas-SCE li ma ġiex eżawrit għal finijiet ta’ taxxa, bil-kondizzjoni li t-tmexxija ‘l quddiem jew it-teħid lura tat-telf kien ikun disponibbli f’ċirkostanzi komparabbli għal kumpannija li baqgħet iżżomm l-uffiċċju reġistrat tagħha jew baqgħet resident fiskali f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 14

1.   It-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew ta’ SCE m’għandux, minnu nnifsu, jirriżulta fi kwalunkwe tassazzjoni fuq id-dħul, il-profitt jew il-qligħ kapitali tal-azzjonisti.

2.   L-applikazzjoni tal-paragrafu 1 m’għandux iwaqqaf lill-Istati Membri milli jintaxxaw il-qligħ li jirriżulta mit-trasferiment sussegwenti tat-titoli li jirrappreżentaw il-kapital tas-SE jew tas-SCE li tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 15

1.   Stat Membru jista’ jirrifjuta li japplika jew jirtira l-benefiċċju ta’ kull waħda jew kwalunkwe parti mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4 sa 14 meta jkun jidher li waħda mill-ħidmiet msemmija fl-Artikolu 1:

(a)

għandu bħala l-għan prinċipali jew bħala wieħed mill-għanijiet prinċipali tiegħu l-evażjoni mit-taxxa jew il-frodi fiskali; il-fatt li l-ħidma ma titwettaqx għal raġunijiet kummerċjali validi bħar-ristrutturar jew ir-razzjonalizzazzjoni tal-attivitajiet tal-kumpanniji li qed jipparteċipaw fil-ħidma jista’ jikkostitwixxi preżunzjoni li l-ħidma għandha bħala l-għan prinċipali jew wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħha l-evażjoni tat-taxxa jew il-frodi fiskali;

(b)

jirriżulta f’kumpannija, sew jekk qed tipparteċipa fil-ħidma jew le, li ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għar-rappreżentazzjoni tal-impjegati f’organi tal-kumpannija skont l-arranġamenti li kienu fis-seħħ qabel dik il-ħidma.

2.   Il-paragrafu 1 (b) għandu japplika sakemm u safejn l-ebda dispożizzjonijiet fil-liġi Komunitarja li jkun fihom regoli ekwivalenti dwar ir-rappreżentazzjoni tal-impjegati fl-organi tal-kumpannija ma tapplika għall-kumpanniji koperti b’din id-Direttiva.

Artikolu 16

L-Istati Membri għandhom jikkomunkaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 17

Id-Direttiva 90/434/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness II, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 18

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 19

Din id-Direttva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  Opinjoni tat-13 ta’ Jannar 2009 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 100, 30.4.2009, p. 153.

(3)  ĠU L 225, 20.8.1990, p. 1.

(4)  Ara l-Anness II, Parti A.

(5)  ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1.

(6)  ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1.


ANNESS I

PARTI A

LISTA TA’ KUMPANNIJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(a)

(a)

kumpanniji inkorporati taħt ir-Regolament (KE) Nru 2157/2001 u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat-8 ta’ Ottubru 2001 li tissupplimenta l-Istatut għal kumpanija Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema (1) u soċjetajiet koperattivi (SCE) inkorporati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1435/2003 u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta’ Lulju 2003 li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment ta’ l-impjegati (2);

(b)

kumpanniji taħt il-liġi Belġjana magħrufa bħala “société anonyme”/“naamloze vennootschap”, “société en commandite par actions”/“commanditaire vennootschap op aandelen”, “société privée à responsabilité limitée”/“besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid”“société coopérative à responsabilité limitée”/“coöperatieve vennootschap met beperkte aansprakelijkheid”, “société coopérative à responsabilité illimitée”/“coöperatieve vennootschap met onbeperkte aansprakelijkheid”, “société en nom collectif”/“vennootschap onder firma”, “société en commandite simple”/“gewone commanditaire vennootschap”, impriżi pubbliċi li adottaw waħda mill-forom legali msemmija hawn fuq, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Belġjana soġġetti għat-taxxa korporattiva Belġjana;

(c)

kumpanniji taħt il-liġi Bulgara magħrufa bħala: “събирателното дружество”, “командитното дружество”, “дружеството с ограничена отговорност”, “акционерното дружество”, “командитното дружество с акции”, “кооперации”, “кооперативни съюзи” u “държавни предприятия” constituted under Bulgarian law and carrying on commercial activities;

(d)

kumpanniji taħt il-liġi Ċeka magħrufa bħala: “akciová společnost” u “společnost s ručením omezeným”;

(e)

kumpanniji taħt il-liġi Daniża magħrufa bħala “aktieselskab” u “anpartsselskab” u kumpanniji oħra soġġetti għat-taxxa taħt l-Att dwar it-Taxxa Korporattiva, safejn id-dħul taxxabbli tagħhom jiġi kkalkulat u ntaxxat skont ir-regoli tal-leġislazzjoni dwar it-taxxa ġenerali applikabbli għal “aktieselskaber”;

(f)

kumpanniji taħt il-liġi Ġermaniża magħrufa bħala “Aktiengesellschaft”, “Kommanditgesellschaft auf Aktien”, “Gesellschaft mit beschränkter Haftung”, “Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit”, “Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaft”, “Betriebe gewerblicher Art von juristischen Personen des öffentlichen Rechts”, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Ġermaniża soġġetti għat-taxxa korporattiva Ġermaniża;

(g)

kumpanniji taħt il-liġi Estonjana magħrufa bħala “täisühing”, “usaldusühing”, “osaühing”, “aktsiaselts” u “tulundusühistu”;

(h)

Kumpanniji inkorporati jew eżistenti taħt il-liġi Irlandiża, korpi reġistrati taħt l-“Industrial and Provident Societies Act”, soċjetajiet ta’ kostruzzjoni inkorporati taħt il-“Building Societies Act” u banek ta’ tfaddil fiduċjarji skont it-tifsira tat-“Trustee Savings Banks Act, 1989”;

(i)

kumpanniji taħt il-liġi Griega magħrufa bħala “ανώνυμη εταιρεία” u “εταιρεία περισρισμένης ευθύνης (Ε.Π.Ε.)”;

(j)

kumpanniji taħt il-liġi Spanjola magħrufa bħala “sociedad anónima”, “sociedad comanditaria por acciones”, “sociedad de responsabilidad limitada”, u dawk il-korpi ta’ liġi pubblika li joperaw taħt il-liġi privata;

(k)

kumpanniji taħt il-liġi Franċiża magħrufa bħala “société anonyme”, “société en commandite par actions”, “société à responsabilité limitée”, “sociétés par actions simplifiées”, “sociétés d’assurances mutuelles”, “caisses d’épargne et de prévoyance”, “sociétés civiles” li huma awtomatikament soġġetti għat-taxxa korporattiva, “coopératives”, “unions de coopératives”, stabbilimenti u impriżi pubbliċi industrijali u kummerċjali, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Franċiża soġġetti għat-taxxa korporattiva Franċiża;

(l)

kumpanniji taħt il-liġi Taljana magħrufa bħala “società per azioni”, “società in accomandita per azioni”, “società a responsibilità limitata”, “società cooperative”, “società di mutua assicurazione”, u entitajiet privati u pubbliċi li l-attività tagħhom hija interament jew prinċipalment kummerċjali;

(m)

kumpanniji taħt (“εταιρείες”) il-liġi Ċiprijotta kif definit fil-liġijiet dwar it-taxxa fuq id-dħul;

(n)

kumpanniji taħt il-liġi Latvjana magħrufa bħala “akciju sabiedrība” u “sabiedrība ar ierobežotu atbildību”;

(o)

kumpanniji inkorporati taħt il-liġi tal-Litwanja;

(p)

kumpanniji taħt il-liġi tal-Lussemburgu magħrufa bħala “société anonyme”, “société en commandite par actions”, “société à responsabilité limitée”, “société coopérative”, “société coopérative organisée comme une société anonyme”, “association d’assurances mutuelles”, “association d’épargne-pension”, “entreprise de nature commerciale, industrielle ou minière de l’Etat, des communes, des syndicats de communes, des établissements publics et des autres personnes morales de droit public”, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi tal-Lussemburgu soġġetti għat-taxxa korporattiva tal-Lussemburgu;

(q)

kumpanniji taħt il-liġi Ungeriża magħrufa bħala “közkereseti társaság”, “betéti társaság”, “közös vállalat”, “korlátolt felelősségű társaság”, “részvénytársaság”, “egyesülés”, “közhasznú társaság” u “szövetkezet”;

(r)

kumpanniji taħt il-liġi Maltija magħrufa bħala “Kumpanniji ta’ Responsabilità Limitata” u “Soċjetajiet en commandite li l-kapital tagħhom maqsum f’azzjonijiet”;

(s)

kumpanniji taħt il-liġi Olandiża magħrufa bħala “naamloze vennnootschap”, “besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid”, “open commanditaire vennootschap”, “coöperatie”, “onderlinge waarborgmaatschappij”, “fonds voor gemene rekening”, “vereniging op coöperatieve grondslag” u “vereniging welke op onderlinge grondslag als verzekeraar of kredietinstelling optreedt”, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Olandiża soġġetti għat-taxxa korporattiva Olandiża;

(t)

kumpanniji taħt il-liġi Awstrijaka magħrufa bħala “Aktiengesellschaft”, “Gesellschaft mit beschränkter Haftung” u “Erwerbs-und Wirtschaftsgenossenschaften”;

(u)

kumpanniji taħt il-liġi Pollakka magħrufa bħala “spółka akcyjna” u “spółka z ograniczoną odpowiedzialnością”;

(v)

kumpanniji kummerċjali jew kumpanniji ta’ liġi ċivili li għandhom forma kummerċjali kif ukoll persuni ġuridiċi oħra li qed iwettqu attivitajiet kummerċjali jew industrijali, li huma inkorporati taħt il-liġi Portugiża;

(w)

kumpanniji taħt il-liġi Rumena magħrufa bħala “societăți pe acțiuni”, “societăți în comandită pe acțiuni” u “societăți cu răspundere limitată”;

(x)

kumpanniji taħt il-liġi Slovena magħrufa bħala “delniška družba”, “komanditna družba” u “družba z omejeno odgovornostjo”;

(y)

kumpanniji taħt il-liġi Slovakka magħrufa bħala “Akciová spoločnosť”, “Spoločnosť s ručením obmedzeným” u “Komanditná spoločnosť”;

(z)

kumpanniji taħt il-liġi Finlandiża magħrufa bħala “osakeyhtiö”/“aktiebolag”, “osuuskunta”/“andelslag”, “säästöpankki”/“sparbank” u “vakuutusyhtiö”/“försäkringsbolag”;

(aa)

kumpanniji taħt il-liġi Svediża magħrufa bħala “aktiebolag”, “bankaktiebolag”, “försäkringsaktiebolag”, “ekonomiska föreningar”, “sparbanker” u “ömsesidiga försäkringsbolag”;

(ab)

kumpanniji inkorporati taħt il-liġi tar-Renju Unit.

PARTI B

LISTA TA’ TAXXI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(c)

impôt des sociétés/vennootschapsbelasting fil-Belġju,

корпоративен данък fil-Bulgarija,

daň z příjmů právnických osob fir-Repubblika Ċeka,

selskabsskat fid-Danimarka,

Körperschaftssteuer fil-Ġermanja,

tulumaks fl-Estonja,

corporation tax fl-Irlanda,

φόρος εισοδήματος νομικών προσώπων κερδοκοπικού χαρακτήρα fil-Greċja,

impuesto sobre sociedades fi Spanja,

impôt sur les sociétés fi Franza,

imposta sul reddito delle società fl-Italja,

φόρος εισοδήματος f’Ċipru,

uzņēmumu ienākuma nodoklis fil-Latvja,

pelno mokestis fil-Litwanja,

impôt sur le revenu des collectivités fil-Lussemburgu,

társasági adó fl-Ungerija,

taxxa fuq l-income f’Malta,

vennootschapsbelasting fl-Olanda,

Körperschaftssteuer fl-Awstrija,

podatek dochodowy od osób prawnych fil-Polonja,

imposto sobre o rendimento das pessoas colectivas fil-Portugall,

impozit pe profit fir-Rumanija,

davek od dobička pravnih oseb fis-Slovenja,

daň z príjmov právnických osôb fis-Slovakkja,

yhteisöjen tulovero/inkomstskatten för samfund fil-Finlandja,

statlig inkomstskatt fl-Isvezja,

corporation tax fir-Renju Unit.


(1)  ĠU L 294, 10.11.2001, p. 22 (Ħarġa Speċjali bil-Malti, Kap 06 Vol 04, p. 272).

(2)  ĠU L 207, 18.8.2003, p. 25 (Ħarġa Speċjali bil-Malti, Kap 05 Vol 04, p. 338).


ANNESS II

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmi fl-Artikolu 17)

Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE

(ĠU L 225, 20.8.1990, p. 1)

 

Punt XI.B.I.2 tal-Anness I tal-Att tal-Adeżjoni tal-1994

(ĠU C 241, 29.8.1994, p. 196)

 

Punt 9.7 tal-Anness II tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003

(ĠU L 236, 23.9.2003, p. 559)

 

Direttiva tal-Kunsill 2005/19/KE

(ĠU L 58, 4.3.2005, p. 19)

 

Direttiva tal-Kunsill 2006/98/KE

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 129)

punt 6 tal-Anness biss

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmi fl-Artikolu 17)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

90/434/KEE

fl-1 ta’ Jannar 1992.

1 ta’ Jannar 1993 (1)

2005/19/KE

1 ta’ Jannar 2006 (2)

1 ta’ Jannar 2007 (3)

2006/98/KE

fl-1 ta’ Jannar 2007.


(1)  Applikabbli biss għar-Repubblika tal-Portugall.

(2)  Rigward il-provvedimenti li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva.

(3)  Rigward il-provvedimenti li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva.


ANNESS III

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 90/434/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(a), l-ewwel inċiż

Artikolu 2(a)(i)

Artikolu 2(a), it-tieni inċiż

Artikolu 2(a)(ii)

Artikolu 2(a), it-tielet inċiż

Artikolu 2(a)(iii)

Artikolu 2(b)

Artikolu 2(b)

Artikolu 2(b)(a)

Artikolu 2(c)

Artikolu 2(c)

Artikolu 2(d)

Artikolu 2(d)

Artikolu 2(e)

Artikolu 2(e)

Artikolu 2(f)

Artikolu 2(f)

Artikolu 2(g)

Artikolu 2(g)

Artikolu 2(h)

Artikolu 2(h)

Artikolu 2(i)

Artikolu 2(i)

Artikolu 2(j)

Artikolu 2(j)

Artikolu 2(k)

Artikolu 3(a)

Artikolu 3(a)

Artikolu 3(b)

Artikolu 3(b)

Artikolu 3(c), frażi tal-bidu tal-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu

Artikolu 3(c)

Artikolu 3(c), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sas-seba’ u għoxrin inċiż

Anness I, Parti B

Artikolu 4(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(5)

Artikoli 5 u 6

Artikoli 5 u 6

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 7(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 7(2), it-tieni subparagrafu

Artikoli 8, 9 u 10

Artikoli 8, 9 u 10

Artikolu 10a

Artikolu 11

Artikoli 10b

Artikoli 12

Artikolu 10ċ

Artikolu 13

Artikolu 10d

Artikolu 14

Artikolu 11

Artikolu 15

Artikolu 12(1)

Artikolu 12(2)

Artikolu 12(3)

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 13

Artikolu 19

Anness

Anness I, Parti A

Anness II

Anness III