ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.299.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 299

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
14 ta' Novembru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1089/2009 tat-13 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1090/2009 tat-13 ta’ Novembru 2009 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Novembru 2009

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1091/2009 tat-13 ta’ Novembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enzim ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), u endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV) ( 1 )

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1092/2009 tat-13 ta’ Novembru 2009 li jiffissa perċentwal uniku għall-aċċettazzjoni tal-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, dwar l-applikazzjonijiet għall-primjum għall-qlugħ tad-dwieli għas-sena tal-inbid 2009/2010

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1093/2009 tat-13 ta’ Novembru 2009 li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 fir-rigward tal-limiti kwantitattivi ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1094/2009 tat-13 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċi fl-ilmijiet Norveġiżi ta’ IV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Olanda

13

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/835/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2009 dwar miżuri ta’ emerġenza li jimponu kundizzjonijiet speċjali fuq kontrolli uffiċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ lanġas li joriġina fi jew li huwa kkunsenjat mit-Turkija minħabba f’livell ta’ residwi għolja ta’ amitraz (notifikata bid-dokument numru C(2009) 8977)  ( 1 )

15

 

 

III   Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

 

 

2009/836/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà BiH/15/2009 tal-11 ta’ Novembru 2009 dwar il-ħatra ta’ Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina

17

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ottubru 2009 li tistipula miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta’ proċeduri b’mezzi elettroniċi permezz tal-punti ta’ kuntatt waħdieni skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern ( ĠU L 274, 20.10.2009 )

18

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

14.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1089/2009

tat-13 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

33,6

MK

24,5

TR

57,2

ZZ

38,4

0707 00 05

EG

171,8

JO

161,3

MA

55,7

TR

72,9

ZZ

115,4

0709 90 70

MA

69,3

TR

104,5

ZZ

86,9

0805 20 10

MA

77,2

ZA

117,3

ZZ

97,3

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

51,4

HR

42,1

MA

58,8

TR

80,1

ZZ

58,1

0805 50 10

AR

64,0

TR

69,5

ZA

57,0

ZZ

63,5

0806 10 10

AR

196,3

BR

241,8

LB

294,8

TR

124,9

US

259,3

ZZ

223,4

0808 10 80

CA

71,4

NZ

99,8

US

81,6

ZA

62,3

ZZ

78,8

0808 20 50

CN

38,4

TR

84,0

ZZ

61,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


14.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1090/2009

tat-13 ta’ Novembru 2009

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Novembru 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mis-16 ta’ Novembru 2009, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Novembru 2009, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Novembru 2009

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,28

ta' kwalità baxxa

20,28

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

44,40

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

20,68

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

20,68

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

44,40


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

2.11.2009-12.11.2009

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

146,67

101,92

Prezz FOB USA

124,51

114,51

94,51

71,10

Tariffa fuq il-Golf

15,00

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

12,65

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

20,14  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

42,24  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


14.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1091/2009

tat-13 ta’ Novembru 2009

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enzim ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), u endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enzim ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), u endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, li trid tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-Awtorità kkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tat-13 ta’ Mejju 2009 (2) li l-preparazzjoni ta’ enzimi ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma reesei (MUCL 49755) u endo-1,3(4)-beta-glucanase prodott minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) m’għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimal, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u li l-użu ta’ dik il-preparazzjoni żżid b’mod sinifikanti l-piż tal-ġisem. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Il-Ġurnal EFSA (2009) 1097, p. 1.


ANNESS

Numru ta’ identifi-kazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtoriz-zazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità.

4a9

Aveve NV

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

Endo-1,3(4)-beta-glucanase

EC 3.2.1.6

 

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), u endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754)

li għandha attività minima ta’ 40 000 XU (1)/g u 9 000 BGU (2)/g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

endo-1,4-beta-xylanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), u endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754)

 

Metodu analitiku (3)

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva fl-addittiv:

metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni ta’ aċtu dinitrosaliċiliku fuq żokkor ta’ riduzzjoni prodott minn azzjoni ta’ endo-1,4-β-xylanase fuq xylan li fih sottostrat;

metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni ta’ aċtu dinitrosaliċiliku fuq żokkor ta’ riduzzjoni prodott minn azzjoni ta’ endo-1,3(4)-β-glucanase fuq β-glucan li fih sottostrat;

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanzi attivi fl-għalf:

metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rilaxxat minna azzjoni ta’ endo-1,4-beta-xylanase minn kulur mgħaqqad ma’ sottostrat arabinoxylan tal-qamħ.

metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rilaxxat minna azzjoni ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase minn kulur mgħaqqad ma’ sottostrat betaglucan tax-xgħir.

Tiġieġ għas-simna

4 000 XU

900 BGU

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabilità għall-pelleting.

2.

Għall-użu f’għalf li fih ħafna polysaccharides li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u arabinoxylans), eż. li fihom aktar minn 30 % qamħ, xgħir, segala u/jew triticale

3.

Għal raġunijiet ta’ sikurezza: protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ngwanti għandhom jintużaw waqt l-immaniġġjar.

4 ta’ Diċembru 2019


(1)  1 XU huwa l-ammont ta’ enzimi li jillibera 1 μmol ta’ zokkor ta’ riduzzjoni (ekwivalenti ta’ ksilożju) minn xylan tal-ħafur fil-minuta b’pH ta’ 5.0 u 50 °C.

(2)  1 BGU huwa l-ammont ta’ enzimi li jillibera 1 μmol ta’ zokkor ta’ riduzzjoni (ekwivalenti ta’ ksilożju) minn glucan tax-xgħir fil-minuta b’pH ta’ 4.8 u 50 °C.

(3)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju li ġej: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


14.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1092/2009

tat-13 ta’ Novembru 2009

li jiffissa perċentwal uniku għall-aċċettazzjoni tal-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, dwar l-applikazzjonijiet għall-primjum għall-qlugħ tad-dwieli għas-sena tal-inbid 2009/2010

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 85s(4) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjonijiet eliġibbli li l-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Ottubru 2009 skont l-Artikolu 85s(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jaqbżu l-baġit massimu ta’ kull sena tal-iskema għall-qlugħ tad-dwieli għas-sena tal-inbid 2009/2010, jiġifieri EUR 334 miljun, kif stipulat fl-Anness Xd għal dak ir-Regolament. Għalhekk, għandu jiġi ffissat perċentwali uniku għall-aċċettazzjoni tal-ammonti nnotifikati fir-realtà.

(2)

Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka u l-Lussemburgu kkomunikaw, skont l-Artikolu 85s(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, applikazzjonijiet eliġibbli għal żoni iżgħar minn 50 ettaru; għalhekk huma eżentati mill-applikazzjoni ta’ perċentwali wieħed għall-aċċettazzjoni skont l-Artikolu 71(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ, kummerċ ma’ pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid (2).

(3)

Għal raġuni ta’ ċarezza huwa xieraq li tiġi indikata analiżi statistika għal kull Stat Membru konċernat tal-baġit ta’ kull sena allokat għall-iskema għall-qlugħ tad-dwieli.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1123/2008 tat-12 ta’ Novembru 2008 li jiffissa persentaġġ uniku għall-aċċettazzjoni tal-ammonti li l-Istati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjonijiet għal primjum għall-qlugħ tad-dwieli (3) ma baqax jintuża fl-aħħar tas-sena tal-inbid 2008/2009. Għal din ir-raġuni għandu jiġi rrevokat.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Applikazzjonijiet għall-qlugħ tad-dwieli nnotifikati lill-Kummissjoni għas-sena tal-inbid 2009/2010 skont l-Artikolu 85s(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jiġu aċċettati għal 50,125 % tal-ammonti koperti minn dawk l-applikazzjonijiet.

Il-limiti tal-baġit għall-Istati Membri konċernati huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1123/2008 huwa revokat.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għas-sena tal-inbid 2009/2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 303, 14.11.2008, p. 5.


ANNESS

Limiti tal-baġit għall-Istati Membri għall-ħlasijiet għall-qlugħ tad-dwieli fis-sena tal-inbid 2009/2010

L-Istat Membru

Baġit tal-iskema għall-qlugħ tad-dwieli (EUR)

Il-Bulgarija

197 767

Ir-Repubblika Ċeka

33 666

Il-Ġermanja

492 541

Il-Greċja

4 469 560

Spanja

149 939 881

Franza

48 343 219

L-Italja

101 615 367

Ċipru

3 403 165

Il-Lussemburgu

6 146

L-Ungerija

12 926 940

Malta

0

L-Awstrija

2 078 319

Il-Portugall

7 953 097

Ir-Rumanija

1 208 903

Is-Slovenja

362 533

Is-Slovakkja

968 896


14.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1093/2009

tat-13 ta’ Novembru 2009

li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 fir-rigward tal-limiti kwantitattivi ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 tas-22 ta’ Ottubru 2007 dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa ffirmaw ftehim dwar kummerċ f’ċerti prodotti tal-azzar fis-26 ta’ Ottubru 2007 (2) (“il-Ftehim”).

(2)

L-Artikolu 3(3) tal-Ftehim jistipula li kwantitajiet mhux użati f’sena speċifika jistgħu jintużaw għas-sena ta’ wara sa massimu ta’ 7 % tal-limitu rilevanti kwantitattiv imsemmi fl-Anness II tal-Ftehim.

(3)

Bħal fl-2008, ir-Russja għarrfet lill-Komunità bl-intenzjoni tagħha li tuża d-dispozizzjonijiet tal-Artikolu 3(3) fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-Ftehim. B’riżultat tat-talba Russa, huwa xieraq li jsiru l-aġġustamenti meħtieġa għal-limiti kwantitattivi għas-sena 2009.

(4)

L-Artikolu 10 jistipula li ma’ kull tiġdid annwali, il-kwantitajiet f’kull grupp ta’ prodotti għandhom jiżdiedu bi 2,5 %.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2007 għandu jkun emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-limiti kwantitattivi għas-sena 2009 stipulati fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1342/2007 jinbidlu ma’ dawk imsemmija fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-limiti kwantitattivi għas-sena 2010 li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 10(1) tal-Ftehim tal-2007 bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ f’ċerti prodotti tal-azzar huma stipulati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Catherine ASHTON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 300, 17.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 300, 17.11.2007, p. 52.


ANNESS I

LIMITI KWANTITATTIVI GĦALL-2009

(tunnellati)

Prodotti

Sena 2009

SA.   Prodotti ċatti

SA1.

Kolji

1 067 575

SA2.

Pjanċi Tqal

303 498

SA3.

Prodotti ċatti oħrajn

651 248

SA4.

Prodotti llegati

114 925

SA5.

Folji quarto llegati

27 580

SA6.

Pjanċi llegati rrumblati fil-ksieħ u miksijin

120 425

SB.   Prodotti twal

SB1.

Travi

60 480

SB2.

Vireg tal-wajer

355 131

SB3.

Prodotti twal oħrajn

593 795

Nota

:

SA u SB huma kategoriji ta’ prodotti.

SA1 sa SA6 u SB1 sa SB3 huma gruppi ta’ prodotti.


ANNESS II

LIMITI KWANTITATTIVI GĦALL-2010

(tunnellati)

Prodotti

Sena 2010

SA.   Prodotti ċatti

SA1.

Kolji

1 087 397

SA2.

Pjanċi Tqal

288 922

SA3.

Prodotti ċatti oħrajn

625 122

SA4.

Prodotti llegati

110 316

SA5.

Folji quarto llegati

26 266

SA6.

Pjanċi llegati rrumblati fil-ksieħ u miksijin

115 569

SB.   Prodotti twal

SB1.

Travi

57 784

SB2.

Vireg tal-wajer

340 402

SB3.

Prodotti twal oħrajn

532 667

Nota

:

SA u SB huma kategoriji ta’ prodotti.

SA1 sa SA6 u SB1 sa SB3 huma gruppi ta’ prodotti.


14.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1094/2009

tat-13 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċi fl-ilmijiet Norveġiżi ta’ IV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Olanda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) [il-Politika Komuni tas-Sajd], u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2) [għall-Politika Komuni tas-Sajd], u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2009.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2009.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li s-sajd għal dak l-istokk, kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandu jkun ipprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.


ANNESS

Nru

27/T&Q

L-Istat Membru

L-Olanda

L-Istokk

ANF/4AB-N.

L-Ispeċi

Petriċi (Lophiidae)

Żona

L-ilmijiet Norveġiżi ta' IV

Id-Data

5 ta’ Ottubru 2009


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

14.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Novembru 2009

dwar miżuri ta’ emerġenza li jimponu kundizzjonijiet speċjali fuq kontrolli uffiċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ lanġas li joriġina fi jew li huwa kkunsenjat mit-Turkija minħabba f’livell ta’ residwi għolja ta’ amitraz

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 8977)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/835/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) jiddefinixxi fost oħrajn il-Livell Massimu tar-residwu (LMR) għall-amitraz u l-metaboliti tiegħu.

(2)

Is-Sistema Rapida ta’ Twissija għall-Ikel u l-Għalf (RASSF) ġiet notifikata f’diversi okkażjonijiet fl-2007, l-2008 u l-2009 li l-lanġas li joriġina mit-Turkija kien instab b’livelli ta’ amitraż li kien jaqbeż id-Doża ta’ Referenza Akuta (ArfD) indikata għal dan il-pestiċidi. L-aħħar tagħrif li wasal mill-awtoritajiet Ġermaniżi fil-21 ta’ Ottubru 2009, kien jindika li fl-analiżi l-aktar riċenti l-amitraz kien instab f’livelli li jaqbżu sew l-ARfD.

(3)

Billi hemm livell għoli ta’ riskju li għalih jistgħu jkunu esposti l-konsumaturi Ewropej, l-Istati Membri għandhom jikkontrollaw mill-inqas 10 fil-mija tal-konsenji ta’ lanġas li joriġina mit-Turkija għall-preżenza tal-amitraz mal-importazzjoni. Konsenji li huma diġà fis-suq għandhom ukoll ikunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali.

(4)

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bir-riżultati kollha tal-ittestjar. Ir-riżultati mhux favorevoli għandhom jiġu rrappurtati permezz tal-RASSF.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009, li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (3) jitlob lill-Istati Membri li jżidu l-livell ta’ kontrolli mal-importazzjoni tal-lanġas li joriġina mit-Turkija, bl-għan li tiġi vverifikata l-preżenta ta’ amitraz fuq 10 % tal-konsenji kollha ta’ dan il-prodott. Billi l-miżura ta’ kontroll inkwistjoni se tkun applikabbli mill-25 ta’ Jannar 2010, huwa xieraq li jiġi stabbilit tul ta’ żmien fir-rigward tal-miżuri stipulati f’din id-deċizjoni biex jiġi evitat li dan jikkoinċidi mal-miżuri ta’ kontroll stipulati fir-Regolament (KE) Nru 669/2009.

(6)

L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistipula l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza Komunitarji xierqa għal ikel u għalf importati minn pajjiż terz biex ikunu mħarsa s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, meta r-riskju ma jistax jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri individwali.

(7)

Minħabba fl-urġenza huwa xieraq li daw il-miżuri ta’ emerġenza jiġu adottati f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 53(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki dokumentarji, fiżiċi u ta’ identità, inklużi analiżi fil-laboratorju, fuq mil-inqas 10 fil-mija tal-konsenji ta’ lanġas frisk li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM 0808 20 10 u 0808 20 50 li joriġina fi jew li huwa kkonsenjat mit-Turkija. Il-konsenji għandhom jinżammu sakemm joħorġu r-riżultati tal-analiżi tal-laboratorju.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-prodotti msemmija fil-paragrafu 1, li diġà tpoġġew fis-suq, jiġu soġġetti wkoll għal livell xieraq ta’ kontroll.

3.   Il-verifiki u l-kontrolli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom b’mod partikolari jimmiraw lejn l-iżgurar li l-livell ta’ amitraz ma jaqbiżx ir-residwu massimu Komunitarju stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

4.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw kull riżultat mhux favorevoli tal-analiżi tal-laboratorju msemmija fil-paragrafi 1 u 2 permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf.

5.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kumissjoni dwar ir-riżultati kollha kull ġimgħatejn. Ir-rapport għandu jkun f’format li għandu jkun ipprovdut mill-Kummissjoni u għandu jinkludi t-tagħrif li ġej:

(a)

id-dettalji ta’ kull konsenja, inkluż id-daqs fir-rigward tal-piż nett tal-konsenja;

(b)

in-numru ta’ konsenji li minnhom ittieħdu l-kampjuni għall-analiżi;

(ċ)

ir-riżultati tal-verifiki dokumentarji, fiżiċi u ta’ identità, inkluża l-analiżi tal-laboratorju.

6.   Jekk il-verifiki u l-kontrolli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistabbilixxew nuqqas ta’ konformità, għandha tittieħed azzjoni skont l-Artikoli 19, 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispejjeż imġarrba li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 jinġarru mill-operaturi responsabbli mill-importazzjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tista’ tiġi riveduta fid-dawl tar-riżultati msemmija fl-Artikolu 1(5).

Artikolu 3

Din id-Deċizjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u għandha tapplika sal-24 ta’ Jannar 2010.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11.

(4)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.


III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

14.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ BiH/15/2009

tal-11 ta’ Novembru 2009

dwar il-ħatra ta’ Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina

(2009/836/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6 tal-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) sabiex jieħu deċiżjonijiet ulterjuri dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE.

(2)

Fil-21 ta’ Novembru 2008, il-KPS adotta d-Deċiżjoni BiH/14/2008 (2) li taħtar il-Ġeneral Maġġur Stefano CASTAGNOTTO bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina.

(3)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Maġġur Ġeneral Bernhard BAIR bħala l-Kmandant tal-Forza l-ġdid tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina.

(4)

Il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa r-rakkomandazzjoni.

(5)

Skont l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża.

(6)

Il-Kunsill Ewropew ta’ Kopenhagen adotta fit-12 u t-13 ta’ Diċembru 2002 Dikjarazzjoni li stqarret li l-arranġamenti “Berlin Plus” u l-implimentazzjoni tagħhom ser japplikaw biss lil dawk l-Istati Membri li huma wkoll membri tan-NATO jew partijiet għall-“Partnership for Peace”, u li b’konsegwenza kkonkludew ftehim bilaterali ta’ sigurtà man-NATO,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ġeneral Maġġur Bernhard BAIR huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fl-4 ta’ Diċembru 2009.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 252, 28.7.2004, p. 10.

(2)  ĠU L 319, 29.11.2008, p. 80.


Rettifika

14.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/18


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ottubru 2009 li tistipula miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta’ proċeduri b’mezzi elettroniċi permezz tal-“punti ta’ kuntatt waħdieni” skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 274 tal-20 ta’ Ottubru 2009 )

Id-Deċiżjoni 2009/767/KE għandha tinqara kif ġej:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Ottubru 2009

li tistipula miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta’ proċeduri b’mezzi elettroniċi permezz tal-“punti ta’ kuntatt waħdieni” skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 7806)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/767/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

Billi:

(1)

L-obbligi ta’ simplifikazzjoni amministrattiva mqiegħda fuq lill-Istati Membri fil-Kapitolu II tad-Direttiva 2006/123/KE, b’mod partikulari l-Artikoli 5 u 8 tagħha, jinkludu l-obbligu li jiġu ssimplifikati l-proċeduri u l-formalitajiet applikabbli għall-aċċess u għat-twettiq ta’ attività ta’ servizz, kif ukoll l-obbligu li jiġi żgurat li dawk il-proċeduri u formalitajiet ikunu jistgħu jitwettqu mill-fornituri ta’ servizzi mill-bogħod u b’mod elettroniku permezz ta’ “punti ta’ kuntatt waħdieni”.

(2)

It-twettiq tal-proċeduri u tal-formalitajiet permezz tal-“punti ta’ kuntatt waħdieni” għandu jkun possibbli bejn il-fruntieri tal-Istati Membri, kif inhu stipulat fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2006/123/KE.

(3)

Biex jaqdu l-obbligu ta’ simplifikazzjoni tal-proċeduri u tal-formalitajiet, u biex jiffaċilitaw l-użu transkonfinali tal-“punti ta’ kuntatt waħdieni”, il-proċeduri b’mezzi elettroniċi għandhom jissejsu fuq soluzzjonijiet sempliċi, inkluż fejn jidħol l-użu ta’ firem elettroniċi. F’każijiet fejn, wara valutazzjoni xierqa tar-riskji ta’ proċeduri u formalitajiet konkreti, jitqies meħtieġ livell għoli ta’ sigurtà jew ekwivalenza għal firma bil-miktub, għal ċerti proċeduri u formalitajiet, il-fornituri ta’ servizzi jistgħu jitolbu firem elettroniċi avvanzati msejsa fuq ċertifikat ikkwalifikat, kemm bl-użu ta’ tagħmir għall-ħolqien tal-firem sikuri kif ukoll mingħajru.

(4)

Il-qafas Komunitarju għall-firem elettroniċi ġie stabbilit fid-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar kwadru [qafas] tal-Komunità għall-firem elettroniċi (2). Sabiex jitħaffef l-użu transkonfinali effikaċi tal-firem elettroniċi avvanzati msejsa fuq ċertifikat ikkwalifikat, għandha tissaħħaħ il-fiduċja f’dawn il-firem elettroniċi irrispettivament mill-Istat Membru li fih huwa stabbiliti l-firmatarju jew il-fornitur tas-servizz ta’ ċertifikazzjoni li joħroġ iċ-ċertifikat ikkwalifikat. Dan jista’ jinkiseb billi t-tagħrif meħtieġ għall-ivvalidar tal-firem elettroniċi jsir aktar disponibbli u f’forma li wieħed jista’ joqgħod fuqha, partikularment tagħrif marbut mal-fornituri ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni li huma sorveljati/akkreditati fi Stat Membru, kif ukoll mas-servizzi li dawn joffru.

(5)

Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-Istati Membri jqiegħdu dan it-tagħrif għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz ta’ mudell komuni, bil-għan li jitħaffef l-użu tiegħu, u biex jiġi żgurat livell xieraq ta’ dettall li jippermetti lill-parti riċevituri tivvalida l-firma elettronika,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Użu u aċċettazzjoni tal-firem elettroniċi

1.   Jekk ikun iġġustifikat abbażi ta’ valutazzjoni xierqa tar-riskji involuti, u skont l-Artikolu 5(1) u (3) tad-Direttiva 2006/123/KE, l-Istati Membri jistgħu jitolbu, għat-twettiq ta’ ċerti proċeduri u formalitajiet permezz tal-punti ta’ kuntatt waħdieni skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2006/123/KE, l-użu mill-fornitur tas-servizz ta’ firem elettroniċi avvanzati msejsa fuq ċertifikat ikkwalifikat, flimkien ma’ tagħmir għall-ħolqien tal-firem sikuri jew mingħajru, kif iddefinit u rregolat mid-Direttiva 1999/93/KE.

2.   L-Istati Membri għandhom jaċċettaw kull firma elettronika avvanzata msejsa fuq ċertifikat ikkwalifikat, flimkien ma’ tagħmir għall-ħolqien tal-firem sikuri jew mingħajru, għat-twettiq tal-proċeduri u l-formalitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, mingħajr ħsara għall-possibbiltà li l-Istati Membri jillimitaw din l-aċċettazzjoni għall-firem elettroniċi avvanzati msejsa fuq ċertifikat ikkwalifikat u maħluqa minn mekkanizmu ta’ sikurezza għall-ħolqien tal-firem, dejjem jekk dan ikun skont il-valutazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri m’għandhomx irendu l-aċċettazzjoni tal-firem elettroniċi avvanzati msejsa fuq ċertifikat ikkwalifikat, flimkien ma’ tagħmir għall-ħolqien tal-firem sikuri jew mingħajru, soġġetta għal rekwiżiti li joħolqu xkiel għall-użu, mill-fornituri ta’ servizzi, ta’ proċeduri b’mezzi elettroniċi permezz tal-punti ta’ kuntatt waħdieni.

4.   Il-paragrafu 2 ma jżommx lill-Istati Membri milli jaċċettaw firem elettroniċi differenti minn dawk avvanzati msejsa fuq ċertifikat kkwalifikat, flimkien ma’ tagħmir għall-ħolqien tal-firem sikuri jew mingħajru.

Artikolu 2

L-istabbiliment, iż-żamma u l-pubblikazzjoni ta’ listi ta’ fiduċja

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi, iżomm u jippubblika, skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness, “lista ta’ fiduċja” bit-tagħrif minimu rigward il-fornituri ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni li joħorġu ċertifikati kkwalifikati lill-pubbliku u li huma sorveljati jew akkreditati mill-istess Stat Membru.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw, bħala minimu, forma tal-lista ta’ fiduċja li tista’ tinqara mill-bniedem, skont l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness.

3.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-entità responsabbli għall-istabbiliment, iż-żamma u l-pubblikazzjoni tal-lista ta’ fiduċja, il-post fejn il-lista ta’ fiduċja tiġi ppubblikata, u kwalunkwe tibdil li jsir fiha.

Artikolu 3

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-28 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI GĦAL MUDELL KOMUNI GĦAL-“LISTA TA’ FIDUĊJA TAL-FORNITURI TA’ SERVIZZI TA’ ĊERTIFIKAZZJONI SORVELJATI/AKKREDITATI”

DAĦLA

1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

L-għan tal-Mudell Komuni għal-“Lista ta’ fiduċja tal-Fornituri ta’ Servizzi ta’ Ċertifikazzjoni sorveljati/akkreditati” tal-Istati Membri huwa li tistabbilixxi metodu komuni għall-għoti ta’ tagħrif minn kull Stat Membru dwar l-istatus ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni tas-servizzi ta’ ċertifikazzjoni minn Fornituri ta’ Servizzi ta’ Ċertifikazzjoni (3) (CSPs) sorveljati/akkreditati minnhom għall-konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 1999/93/KE. Dan jinkludi l-għoti ta’ tagħrif storiku dwar l-istatus ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni tas-servizzi ta’ ċertifikazzjoni sorveljati/akkreditati.

It-tagħrif obbligatorju fil-Lista ta’ Fiduċja (TL) għandu jinkludi livell minimu ta’ tagħrif dwar CSPs sorveljati/akkreditati li joħorġu Ċertifikati Kwalifikati (QCs) (4) skont id-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 1999/93/KE (l-Artikolu 3(3), 3(2) u l-Artikolu 7(1)(a)), inkluż tagħrif dwar il-QC li jsostni firma elettronika, kif ukoll jekk il-firma ġietx maħluqa jew le minn tagħmir għall-ħolqien tal-firem sikuri (SSCD, Secure Signature Creation Device) (5).

Fuq livell nazzjonali u b’mod volontarju, jista’ jiġi inkluż fil-Lista ta’ Fiduċja tagħrif addizzjonali dwar CSPs sorveljati/akkreditati oħrajn li ma joħorġux QCs iżda li jipprovdu servizzi marbutin mal-firem elettroniċi (eż. CSP li jipprovdi Servizzi ta’ Stampar tal-Ħin u li joħroġ Timbri tal-Ħin, CSP li joħroġ ċertifikati mhux ikkwalifikati, eċċ.).

L-għan ewlieni ta’ dan it-tagħrif huwa li jkunu ta’ sostenn għall-ivvalidar ta’ Firem Elettroniċi Kwalifikati (QES) u Firem Elettroniċi Avvanzati (AdES) (6) bl-appoġġ ta’ Ċertifikat Kwalifikat (7)  (8).

Il-Mudell Komuni propost huwa kompatibbli ma’ implimentazzjoni msejsa fuq l-ispeċifikazzjonijiet tal-ETSI TS 102 231 (9) li jintużaw għall-indirizzar tal-ikkompilar, il-pubblikazzjoni, il-post, l-aċċess, l-awtentikazzjoni u l-għoti ta’ fiduċja ta’ tali tipi ta’ listi.

2.   Linjigwida għall-editjar tal-entrati fil-Lista ta’ Fiduċja

2.1.   Lista ta’ Fiduċja li tiffoka fuq servizzi ta’ ċertifikazzjoni sorveljati/akkreditati

Is-Servizzi ta’ Ċertifikazzjoni u l-Fornituri ta’ Servizzi ta’ Ċertifikazzjoni relevanti f’Lista waħdanija

Il-Lista ta’ Fiduċja ta’ Stat Membru hija ddefinita bħala “il-Lista tal-Istatus ta’ Sorveljanza/Akkreditazzjoni ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni minn Fornituri ta’ Servizzi ta’ Ċertifikazzjoni li huma sorveljati/akkreditati mill-Istat Membru msemmi għall-konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 1999/93/KE”.

Tali Lista ta’ Fiduċja għandha tkopri:

il-Fornituri ta’ Servizzi ta’ Ċertifikazzjoni kollha, kif iddefiniti fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 1999/93/KE, jiġifieri “entità jew persuna legali jew naturali li toħroġ ċertifikati jew tipprovdi servizzi oħra relatati mal-firem elettroniċi”;

li jkunu sorveljati/akkreditati għall-konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti stipulati fid-Direttiva 1999/93/KE.

Fid-dawl tad-definizzjonijiet u dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 1999/93/KE, b’mod partikulari fir-rigward tas-CSPs relevanti u s-sistemi tagħhom ta’ sorveljanza u akkreditazzjoni volontarja, jistgħu jiġu identifikati żewġ gruppi ta’ CSPs, jiġifieri, dawk li joħorġu Ċertifikati Kwalifikati lill-pubbliku (CSPQC), u dawk li ma joħorġux QCs lill-pubbliku iżda jipprovdu “servizzi (anċillari) oħra marbutin mal-firem elettroniċi”:

CSPs li joħorġu QCs:

Għandhom ikunu sorveljati mill-Istat Membru li fih huma stabbiliti (jekk ikunu stabbiliti fi Stat Membru), u jistgħu wkoll ikunu akkreditati għall-konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 1999/93/KE, inkluż mar-rekwiżiti tal-Anness I (rekwiżiti għall-QCs), kif ukoll dawk tal-Anness II (rekwiżiti għas-CSPs li joħorġu QCs). Is-CSPs li joħorġu QCs li jkunu akkreditati fi Stat Membru xorta għandhom jaqgħu taħt is-sistema xierqa ta’ sorveljanza ta’ dak l-Istat Membru, għajr jekk ma jkunux stabbiliti f’dak l-Istat Membru.

Is-sistema ta’ “sorveljanza” applikabbli (rispettivament is-sistema ta’ “akkreditazzjoni volontarja”) hija definita u għandha tilħaq ir-rekwiżiti relevanti tad-Direttiva 1999/93/KE, b’mod partikulari dawk stipulati fl-Artikoli 3(3), 8(1) u 11, kif ukoll il-premessa (13) (rispettivament, l-Artikoli 2(13), 3(2), 7(1)(a), 8(1), 11, u l-premessi (4)-(11-13)).

CSPs li ma joħorġux QCs:

Għandhom jaqgħu taħt sistema ta’ “akkreditazzjoni volontarja” (kif iddefinita fid-Direttiva 1999/93/KE u f’konformità magħha) u/jew taħt “skema rikonoxxuta ta’ approvazzjoni” ddefinita u implimentata fuq livell nazzjonali, għas-sorveljanza tal-konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva, u aktarx mad-dispożizzjonijiet nazzjonali rigward il-forniment ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni (skont it-tifsira tal-Artikolu 2(11) tad-Direttiva).

Uħud mill-elementi (loġiċi) fiżiċi jew binarji ġġenerati jew maħruġa b’riżultat tal-forniment ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni jistgħu jkunu eliġibbli għal “kwalifika” speċifika abbażi tal-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet u r-rekwiżiti stipulati fuq il-livell nazzjonali, iżda t-tifsira ta’ tali “kwalifika” aktarx li tkun limitata biss għal-livell nazzjonali.

Il-Lista ta’ Fiduċja ta’ Stat Membru għandha tipprovdi livell minimu ta’ tagħrif dwar CSPs sorveljati/akkreditati li joħorġu Ċertifikati Kwalifikati lill-pubbliku skont id-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 1999/93/KE (l-Artikolu 3(3), 3(2) u l-Artikolu 7(1)(a)), inkluż tagħrif dwar il-QC li jsostni l-firma elettronika, kif ukoll jekk il-firma ġietx maħluqa jew le minn tagħmir għall-ħolqien tal-firem sikuri (SSCD).

Fuq livell nazzjonali u b’mod volontarju, jista’ jiġi inkluż fil-Lista ta’ Fiduċja tagħrif addizzjonali dwar CSPs sorveljati/akkreditati oħrajn li ma joħorġux QCs lill-pubbliku (eż. CSPs li jipprovdu Servizzi ta’ Stampar tal-Ħin u li joħorġu Timbri tal-Ħin, CSPs li joħorġu ċertifikati mhux ikkwalifikati, eċċ.).

Il-Lista ta’ Fiduċja għandha l-għan:

li telenka u tipprovdi tagħrif ta’ min joqgħod fuqu dwar l-istatus ta’ superviżjoni/akkreditazzjoni ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni mill-Fornituri ta’ Servizzi ta’ Ċertifikazzjoni, li jkunu sorveljati/akkreditati mill-Istat Membri responsabbli għall-ikkompilar u ż-żamma tal-Lista għall-konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti stipulati fid-Direttiva 1999/93/KE;

li tiffaċilita l-ivvalidar tal-firem elettroniċi sostnuti mis-servizzi ta’ ċertifikazzjoni sorveljati/akkreditati elenkati fil-lista tas-CSPs.

Sett wieħed ta’ valuri għall-istatus ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni

Għandha tiġi stabbilita u miżmuma Lista ta’ Fiduċja waħdanija għal kull Stat Membru, biex tindika l-istatus ta’ sorveljanza u/jew akkreditazzjoni ta’ dawk is-servizzi ta’ ċertifikazzjoni minn dawk is-CSPs li huma sorveljati/akkreditati mill-istess Istat Membru.

Il-fatt li servizz jinsab sorveljat jew akkreditat huwa parti mill-istatus attwali tiegħu. Barra minn hekk, status ta’ sorveljanza jew akkreditazzjoni jista’ jkun “għaddej”, “fil-proċess li jitwaqqaf”, “imwaqqaf”, jew anki “revokat”. Tul il-ħajja tiegħu, l-istess servizz ta’ ċertifikazzjoni jista’ jgħaddi minn status ta’ superviżjoni għal status ta’ akkreditazzjoni u bil-maqlub (10).

Il-Figura 1 ta’ hawn taħt tiddeskrivi l-fluss mistenni, għal servizz ta’ ċertifikazzjoni wieħed, bejn sitwazzjonijiet possibbli ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni:

Fluss mistenni tal-istatus ta' sorveljanza/akkreditazzjoni għal servizz CSP individwali

Image

Servizz ta’ ċertifikazzjoni li joħroġ QCs għandu jkun issorveljat (jekk ikun stabbilit fi Stat Membru), u jista’ jkun akkreditat b’mod volontarju. Il-valur tal-istatus ta’ tali servizz, fejn dan ikun elenkat f’Lista ta’ Fiduċja, jista’ jkun kwalunkwe mill-valuri ta’ status murija hawn fuq bħala “valur attwali tal-istatus”. Madankollu, ta’ min wieħed jinnota li “Akkreditazzjoni mwaqqfa” u “Akkreditazzjoni revokata” għandhom ikunu valuri ta’ “status ta’ tranżitu” biss fil-każ ta’ servizzi CSPQC stabbiliti fi Stat Membru, billi tali servizzi għandhom ikunu sorveljati awtomatikament (anki fejn ma jkunux u m’għadhomx akkreditati).

Jeħtieġ li l-Istati Membri li jistabbilixxu jew li jkunu stabbilixxew “skema/i rikonoxxuti ta’ approvazzjoni” iddefiniti u implimentati fuq livell nazzjonali għas-sorveljanza tal-konformità tas-servizzi minn CSPs li ma joħorġux QCs mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/93/KE, kif ukoll mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jista’ jkun hemm rigward il-forniment ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni (fit-tifsira tal-Artikolu 2(11) tad-Direttiva), jikklassifikaw tali skema/i ta’ approvazzjoni taħt iż-żewġ kategoriji li ġejjin:

“akkreditazzjoni volontarja” kif iddefinita u rregolata mid-Direttiva 1999/93/KE (l-Artikoli 2(13), 3(2), 7(1)(a), 8(1) u 11, u l-premessi (4)-(11-13));

“sorveljanza” kif mitluba mid-Direttiva 1999/93/KE u implimentata mid-dispożizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-Istati Membri, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

B’konsegwenza ta’ dan, servizz ta’ ċertifikazzjoni li ma joħroġx QC jista’ jkun sorveljat jew akkreditat b’mod volontarju. Il-valur tal-istatus ta’ tali servizz, fejn dan ikun elenkat f’Lista ta’ Fiduċja, jista’ jkun kwalunkwe mill-valuri ta’ status murija hawn fuq bħala l-“valur attwali tal-istatus” tiegħu (ara l-Figura 1).

Il-Lista ta’ Fiduċja għandu jkun fiha tagħrif dwar l-iskema/i ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni implikati, b’mod partikulari:

Tagħrif dwar is-sistema ta’ sorveljanza applikabbli għal kwalunkwe CSPQC;

Tagħrif, fejn applikabbli, dwar l-iskema nazzjonali ta’ “akkreditazzjoni volontarja” applikabbli għal kwalunkwe CSPQC;

Tagħrif, fejn applikabbli, dwar is-sistema ta’ sorveljanza applikabbli għal kwalunkwe CSP li ma joħroġx QCs;

Tagħrif, fejn applikabbli, dwar l-iskema nazzjonali ta’ “akkreditazzjoni volontarja” applikabbli għal kwalunkwe CSP li ma joħroġx QCs.

L-aħħar żewġ settijiet ta’ tagħrif huma ta’ importanza fundamentali biex il-partijiet ikunu jistgħu jevalwaw il-kwalità u l-livell ta’ sigurtà ta’ tali sistemi ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni applikati fuq il-livell nazzjonali lis-CSPs li ma joħorġux QCs. Fejn it-tagħrif dwar l-istatus ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni jingħata fil-Lista ta’ Fiduċja fir-rigward ta’ servizzi minn CSPs li ma joħorġux QCs, is-settijiet ta’ tagħrif imsemmija għandhom jiġu pprovduti fuq il-livell tal-Listi ta’ Fiduċja bl-użu ta’ “Scheme information URI” (il-klawżola 5.3.7 – tagħrif ipprovdut mill-Istati Membri), “Scheme type/community/rules” (il-klawżola 5.3.9 – bl-użu ta’ test komuni għall-Istati Membri kollha, kif ukoll tagħrif speċifiku fakultattiv ipprovdut minn Stat Membru) u “TSL policy/legal notice” (il-klawżola 5.3.11 – test komuni għall-Istati Membri kollha, b’referenza għad-Direttiva 1999/93/KE, flimkien mal-possibbiltà li kull Stat Membru jżid it-testi jew ir-referenzi speċifiċi tagħhom). Tagħrif addizzjonali dwar il-“kwalifika”, iddefinit fuq il-livell tas-sistemi nazzjonali ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni għas-CSPs li ma joħorġux QCs, jista’ jiġi pprovdut fuq il-livell tas-servizz fejn applikabbli u fejn meħtieġ (eż. biex issir distinzjoni bejn għadd ta’ livelli ta’ kwalità jew sigurtà), bl-użu tal-estensjoni “additionalServiceInformation” (il-klawżola 5.8.2) bħala parti minn “Service information extension” (il-klawżola 5.5.9). Aktar tagħrif dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi korrispondenti jingħata fl-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-Kapitolu I.

Minkejja l-fatt li entitajiet separati ta’ Stat Membru jistgħu jkunu responsabbli għas-sorveljanza u l-akkreditazzjoni ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni f’dak l-Istat Membri, huwa mistenni li tintuża biss entrata waħda għal servizz wieħed ta’ ċertifikazzjoni (identifikata bis-“Service digital identity” tiegħu, skont ETSI TS 102 231 (11), kif ukoll li l-istatus ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni tiegħu jiġi aġġornat kif xieraq. It-tifsira tal-istatus murija hawn fuq hija deskritta fil-klawżola relatata 5.5.4 tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati tal-Kapitolu I.

2.2.   Entrati fil-Lista ta’ Fiduċja bil-għan li jħaffu l-ivvalidar tal-QES u l-AdESQC

L-aktar parti kritika tal-ħolqien tal-Lista ta’ Fiduċja hija l-istabbiliment tal-parti obbligatorja tagħha, jiġifieri l-“List of services” għal kull CSP li joħroġ QCs, sabiex tirrefletti b’mod korrett is-sitwazzjoni preċiża ta’ ħruġ ta’ kull servizz ta’ ċertifikazzjoni li joħroġ QCs, u sabiex tiżgura li t-tagħrif ipprovdut f’kull entrata huwa biżżejjed biex jiffaċilita l-ivvalidar tal-QES u tal-AdESQC (meta użati flimkien mal-kontenut tal-QC tal-entità aħħarija, maħruġa mis-CSP taħt is-servizz ta’ ċertifikazzjoni elenkata f’dik l-entrata).

Fejn ma jeżistix profil tabilħaqq interoperabbli u transkonfinali għall-QC, it-tagħrif mitlub jista’ jinkludi tagħrif differenti mis-“Service digital identity” ta’ (Root) CA waħda, b’mod partikulari tagħrif li jidentifika l-istatus ta’ QC taċ-ċertifikat maħruġ, kif ukoll jekk il-firem sostnuti ġewx maħluqa jew le minn SSCD. Għaldaqstant, l-Entità fi Stat Membru maħtura biex tikkompila, teditja u żżomm il-Lista ta’ Fiduċja (jiġifieri l-operatur tal-Iskema skont ETSI TS 102 231) għandha tqis il-profil attwali u l-kontenut taċ-ċertifikat f’kull QC maħruġ, għal kull CSPQC kopert mil-Lista ta’ Fiduċja.

Idealment, kull QC maħruġ għandu jinkludi d-dikjarazzjoni QcCompliance (12) iddefinita mill-ETSI fejn ikun affermat li huwa QC, u għandu jinkludi d-dikjarazzjoni QcSSCD iddefinita mill-ETSI fejn ikun affermat li huwa sostnut minn SSCD għall-ħolqien tal-firem elettroniċi, u/jew li kull QC maħruġ għandu jinkludi wieħed mill-Object Identifiers (OIDs) tal-politika ta’ ċertifikazzjoni QCP/QCP + iddefiniti f’ETSI TS 101 456 (13). L-użu mis-CSPs li joħorġu QCs ta’ standards differenti bħala referenzi, il-grad wiesa’ ta’ interpretazzjoni ta’ dawk l-istandards kif ukoll in-nuqqas ta’ għarfien dwar l-eżistenza u l-prijorità ta’ ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi normattivi jew standards, wasslu f’differenzi fil-kontenut reali tal-QCs attwalment maħruġa (eż. l-użu jew le ta’ dawk il-QcStatements iddefiniti mill-ETSI), u għaldaqstant qegħdin ifixklu l-partijiet riċevituri milli joqogħdu sempliċement fuq iċ-ċertifikat tal-firmatarju (u l-katina/mogħdija assoċjata) biex jiddeterminaw, tal-anqas b’mod li jinqara b’magna, jekk iċ-ċertifikat ta’ sostenn ta’ firma elettronika huwiex QC u jekk huwiex assoċjat ma’ SSCD li bih inħolqot il-firma elettronika.

Il-mili tal-ispazji “Service type identifier” (“Sti”), “Service name” (“Sn”) u “Service digital identity” (“Sdi”) (14) b’tagħrif ipprovdut fis-“Service information extensions” (“Sie”) jippermetti lill-mudell komuni propost għal-Lista ta’ Fiduċja jiddetermina bis-sħiħ tip speċifiku ta’ ċertifikat ikkwalifikat maħruġ minn servizz ta’ ċertifikazzjoni CSP elenkat li joħroġ QCs, kif ukoll li jipprovdi tagħrif rigward jekk hux sostnut jew le minn SSCD (fejn tali tagħrif ikun nieqes fil-QC maħruġ). M’hemmx xi ngħidu, tagħrif speċifiku “Service current status” (“Scs”) huwa assoċjat ma’ din l-entrata. Dan kollu jintwera fil-Figura 2 hawn taħt.

L-elenkar ta’ servizz unikament bl-“Sdi” ta’ (Root) CA ifisser li huwa żgurat (mis-CSP li joħroġ il-QCs iżda wkoll mill-Entità ta’ Sorveljanza/Akkreditazzjoni responsabbli għas-sorveljanza/akkreditazzjoni ta’ dan is-CSP) li kull ċertifikat ta’ entità aħħarija maħruġ taħt din ir-(Root) CA (hierarchy) fih biżżejjed tagħrif iddefinit mill-ETSI u li jista’ jiġi pproċessat minn magna biex jiġi ddeterminat jekk huwiex QC, u jekk huwiex sostnut minn SSCD. Fil-każ li, pereżempju, din is-suppożizzjoni tal-aħħar ma tkunx vera (eż. fil-QC ma hemm l-ebda indikazzjoni standardizzata skont l-ETSI u li tista’ tiġi pproċessata b’magna, rigward jekk huwiex sostnut minn SSCD), jekk jiġi elenkat biss l-“Sdi” ta’ dik ir-(Root) CA, tista’ ssir biss is-suppożizzjoni li l-QCs maħruġa taħt din ir-(Root) CA hierarchy mhuma sostnuti mill-ebda SSCD. Sabiex jitqiesu dawk il-QCs sostnuti minn SSCD, is-“Sie” għandu jintuża biex jindika dan il-fatt (li jindika wkoll li huwa ggarantit mis-CSP li joħroġ QCs u li huwa sorveljat/akkreditat mill-Entità ta’ Sorveljanza jew ta’ Akkreditazzjoni, rispettivament).

Prinċipji Ġenerali – Regoli ta’ editjar – entrati CSPQC (servizzi elenkati)

Image

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi attwali tal-mudell komuni għall-Lista ta’ Fiduċja jippermettu l-użu ta’ kombinazzjoni ta’ ħames partijiet ewlenin ta’ tagħrif fl-entrata tas-servizz:

Is-“Service type identifier” (“Sti”), eż. li jidentifika CA li toħroġ QCs (“CA/QC”);

Is-“Service name” (“Sn”);

It-tagħrif dwar is-“Service digital identity” (“Sdi”), li jidentifika servizz elenkat, eż. iċ-ċertifikat X.509v3 (bħala minimu) ta’ CA li toħroġ QCs;

Għas-servizzi CA/QC, tagħrif fakultattiv dwar “Service information extensions” (“Sie”) li għandu jippermetti l-inklużjoni ta’ sensiela ta’ sekwenza (tuplu) waħda jew aktar, b’kull sekwenza tipprovdi:

Kriterji li għandhom jintużaw biex ikomplu jidentifikaw (jgħarblu), taħt is-servizz ta’ ċertifikazzjoni “Sdi” identifikat, dak is-servizz preċiż (jiġifieri sett ta’ ċertifikati kkwalifikati) li għalih huwa mitlub/ipprovdut tagħrif addizzjonali rigward l-indikazzjoni tas-sostenn bl-SSCD (u/jew il-ħruġ lil Persuna Legali); u

It-tagħrif assoċjat (“qualifiers”) dwar jekk is-sett ta’ ċertifikati rikonoxxuti ta’ dan is-servizz identifikat aħjar huwiex sostnut jew le minn SSCD, jew jekk dan it-tagħrif assoċjat huwiex parti mill-QC f’forma li tista’ tiġi pproċessata minn magna standard, u/jew tagħrif rigward jekk tali QCs jinħarġux lil Persuni Legali (għandhom jitqiesu awtomatikament bħala maħruġa biss lil Persuni Naturali).

It-tagħrif dwar “l-istatus attwali” għal din l-entrata ta’ servizz, li jispeċifika:

Jekk huwiex servizz sorveljat jew akkreditat, jew

L-istatus ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni nnifsu.

2.3.   Linjigwida għall-editjar u l-użu tal-entrati ta’ servizz CSPQC

Il-linjigwida ġenerali għall-editjar huma kif ġej:

(1)

Jekk huwa żgurat (b’garanzija pprovduta mis-CSPQC u sorveljata/akkreditata minn Entità ta’ Sorveljanza (SB) jew Entità ta’ Akkreditazzjoni (AB)) li, għal servizz elenkat identifikat b’“Sdi”, kwalunkwe QC sostnut minn SSCD fih id-dikjarazzjoni QcCompliance iddefinit mill-ETSI, u fih ukoll id-dikjarazzjoni QcSSCD u/jew QCP + Object Identifier (OID), l-użu ta’ “Sdi” xieraq huwa biżżejjed, u l-ispazju “Sie” jista’ jintuża bħala għażla, u ma jkollux jinkludi t-tagħrif dwar is-sostenn mill-SSCD.

(2)

Jekk huwa żgurat (b’garanzija pprovduta mis-CSPQC u sorveljata/akkreditata minn SB/AB) li, għal servizz elenkat identifikat b’“Sdi”, kwalunkwe QC sostnut minn SSCD fih jew id-dikjarazzjoni QcCompliance u/jew il-QCP OID, b’mod li ma jkollux jinkludi d-dikjarazzjoni QcSSCD jew QCP + OID, l-użu ta’ “Sdi” xieraq huwa biżżejjed, u l-ispazju “Sie” jista’ jintuża bħala għażla, u ma jkollux jinkludi t-tagħrif dwar is-sostenn mill-SSCD (jiġifieri li mhuwiex sostnut minn SSCD).

(3)

Jekk huwa żgurat (b’garanzija pprovdura minn CSPQC u sorveljata/akkreditata minn SB/AB) li, għal servizz elenkat identifikat b’“Sdi”, kwalunkwe QC fih id-dikjarazzjoni QcCompliance, u li wħud minn dawk il-QCs huma maħsuba biex ikunu sostnuti minn SSCDs u oħrajn le (eż. dan jista’ jkun differenzjat b’OIDs ta’ Politika ta’ Ċertifikazzjoni speċifika ta’ CSP differenti, jew b’tagħrif speċifiku ieħor ta’ CSP fil-QC, b’mod dirett jew indirett, li jista’ jiġi pproċessat jew le minn magna), iżda LA jinkludi d-dikjarazzjoni QcSSCD U LANQAS il-QCP(+) OID tal-ETSI, l-użu ta’ “Sdi” xieraq aktarx li ma jkunx biżżejjed, U l-ispazju “Sie” għandu jintuża biex jindika tagħrif espliċitu ta’ sostenn minn SSCD flimkien ma’ estensjoni potenzjali ta’ tagħrif biex jidentifika s-sett kopert ta’ ċertifikati. Dan aktarx jirrekjedi l-inklużjoni ta’ “valuri ta’ tagħrif ta’ sostenn minn SSCD” differenti għall-istess “Sdi” fejn isir użu mill-ispazju “Sie”.

(4)

Jekk huwa żgurat (b’garanzija pprovduta minn CSPQC u sorveljata/akkreditata minn SB/AB) li għal servizz elenkat identifikat b’“Sdi”, kwalunkwe QC ma fih l-ebda dikjarazzjoni QcCompliance, QCP IOD, dikjarazzjoni QcSSCD jew QCP + OID, iżda huwa żgurat li wħud minn dawn iċ-ċertifikati ta’ entità aħħarija maħruġa taħt din l-“Sdi” huma maħsubin biex ikunu QCs u/jew sostnuti minn SSCDs u oħrajn le (eż. dan jista’ jkun differenzjat b’OIDs ta’ Politika ta’ Ċertifikazzjoni speċifika ta’ CSPQC differenti, jew b’tagħrif speċifiku ieħor ta’ CSPQC fil-QC, b’mod dirett jew indirett, li jista’ jiġi pproċessat jew le minn magna), l-użu ta’ “Sdi” xieraq ma jkunx biżżejjed, U l-ispazju “Sie” għandu jintuża biex jinkludi tagħrif espliċitu dwar is-sostenn minn SSCD. Dan aktarx jirrikjedi l-inklużjoni ta’ “valuri ta’ tagħrif ta’ sostenn minn SSCD” differenti għall-istess “Sdi” fejn isir użu mill-ispazju “Sie”.

Bħala prinċipju ġenerali u awtomatiku, għal CSP elenkat fil-Lista ta’ Fiduċja, għandu jkun hemm entrata ta’ servizz waħda għal kull ċertifikat X.509v3 individwali għal servizz ta’ ċertifikazzjoni tat-tip CA/QC, jiġifieri Awtorità ta’ Ċertifikazzjoni li toħroġ QCs (direttament). F’ċerti ċirkustanzi previsti u ġestiti b’attenzjoni, Entità ta’ Sorveljanza/Entità ta’ Akkreditazzjoni ta’ Stat Membru tista’ tiddeċiedi li tuża ċ-ċertifikat X.509v3 ta’ Root jew Upper level CA (jiġifieri Awtorità ta’ Ċertifikazzjoni li ma toħroġx QCs ta’ entità aħħarija direttament iżda li tiċċertifika ġerarkija ta’ CAs minn fuq ‘l isfel, sa CAs li joħorġu QCs lil entitajiet aħħarija) bħala l-“Sdi” ta’ entrata individwali fil-lista ta’ servizzi minn CSP elenkat. Il-konsegwenzi (vantaġġi u żvantaġġi) tal-użu ta’ tali X.509v3 Root CA jew Upper CA bħala valuri “Sdi” ta’ entrati ta’ servizzi ta’ Lista ta’ Fiduċja għandhom jitqiesu b’attenzjoni, u għandhom ikunu approvati mill-Istati Membri. Barra minn hekk, fejn tintuża din l-eċċezzjoni awtorizzata għall-prinċipju awtomatiku (default), l-Istat Membru għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni meħtieġa biex l-itinerjarju taċ-ċertifikazzjoni jitwitta u jiġi vverifikat b’mod aktar faċli.

L-eżempju li ġej jingħata bħala illustrazzjoni tal-linjigwida ġenerali ta’ editjar: Fil-kuntest ta’ CSPQC li juża Root CA waħda li taħtha ħafna CAs qegħdin joħorġu QCs u mhux QCs, iżda li għaliha l-QCs fihom biss id-dikjarazzjoni QcCompliance u l-ebda indikazzjoni ta’ jekk huwiex sostnut minn SSCD, l-elenkar tar-Root CA “Sdi” ikun ifisser biss li, skont ir-regoli spjegati hawn fuq, kwalunkwe QC maħruġ taħt din il-ġerarkija Root CA MHUWIEX sostnut minn SSCD. Jekk dawk il-QCs huma tabilħaqq sostnuti minn SSCD, ikun irrakkomandat bil-qawwi li jsir użu mid-dikjarazzjoni QcSSCD fil-QCs li jinħarġu minn hemm ‘il quddiem. Sadattant (sakemm l-aħħar QC li ma fihx dan it-tagħrif ikun skada), it-TSL għandu juża l-ispazju “Sie” u l-estensjoni “Qualifications” marbuta miegħu, eż. billi jgħarbel iċ-ċertifikati b’OID(s) speċifiċi ddefiniti mis-CSPQC, potenzjalment użati mis-CSPQC biex jiddistingwi bejn tipi differenti ta’ QCs (uħud sostnuti minn SSCD u oħrajn le), u li jinkludu “tagħrif dwar is-sostenn minn SSCD” espliċitu fir-rigward ta’ dawk iċ-ċertifikati mgħarbla permezz tal-użu ta’ “Qualifiers”.

Il-linjigwida ġenerali għall-użu ta’ applikazzjonijiet, servizzi jew prodotti ta’ firem elettroniċi, li jiddependu minn implimentazzjoni TSL ta’ Lista ta’ Fiduċja skont l-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi attwali, huma kif ġej:

Entrata “CA/QC”“Sti” (jew b’mod analogu, entrata CA/QC iddefinita aktar bħala “RootCA/QC” bl-użu tal-estensjoni “Sie” additionalServiceInformation):

tindika li mis-CA identifikata mill-“Sdi” (b’mod analogu fil-ġerarkija CA li tibda mir-RootCA identifikata b’“Sdi”), kull ċertifikat ta’ entità aħħarija maħruġ huwa QC, dejjem jekk huwa ddikjarat bħala tali fiċ-ċertifikat bl-użu ta’ QcStatements xierqa (jiġifieri QcC, QcSSCD) u/jew QCP(+) OIDs iddefiniti mill-ETSI (u dan ikun żgurat mill-Entità ta’ Sorveljanza/Akkreditazzjoni, ara l-Linjigwida Ġenerali għall-Editjar aktar ‘il fuq).

Nota: jekk ma jkun hemm l-ebda tagħrif “Sie”“Qualification”, jew jekk ċertifikat ta’ entità aħħarija ddikjarata bħala QC mhuwiex “iddefinit aktar” permezz ta’ entrata “Sie” rrelatata, it-tagħrif “li jista’ jiġi pproċessat minn magna” li jinsab fil-QC huwa sorveljat/akkreditat bħala preċiż. Dan ifisser li huwa żgurat li l-użu (jew le) tal-QcStatement xierqa (jiġifieri QcC, QcSSCD) u/jew il-QCP(+) OIDs iddefiniti mill-ETSI huwa skont dak iddikjarat mis-CSPQC.

u JEKK hemm it-tagħrif “Sie”“Qualification”, b’żieda mar-regola ta’ interpretazzjoni ta’ hawn fuq tal-użu awtomatiku (default), dawk iċ-ċertifikati li huma identifikati bl-użu ta’ din l-entrata “Sie”“Qualification”, mibnija fuq il-prinċipju ta’ sensiela ta’ “filtri” li jkomplu jiddefinixxu sett ta’ ċertifikati u li jipprovdu tagħrif addizzjonali rigward “l-appoġġ minn SSCD” u/jew “Persuna Ġuridika bħala suġġett” (eż. Dawk iċ-ċertifikati li fihom OID speċifika fl-estensjoni ta’ Politika ta’ Ċertifikazzjoni, u/jew li għandhom tendenza speċifika ta’ “Key usage”, u/jew li huma ffiltrati bl-użu ta’ valur speċifiku sabiex jidhru fi spazju wieħed speċifiku jew estensjoni waħda speċifika taċ-ċertifikat, eċċ.), għandhom jitqiesu skont is-sett ta’ “qualifiers” li ġej, li jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ tagħrif fil-QC korrispondenti:

biex jiġi indikat is-sostenn minn SSCD:

il-valur “QCWithSSCD” li jfisser “QC sostnut minn SSCD”, jew

il-valur “QCNoSSCD” li jfisser “QC mingħajr is-sostenn minn SSCD”, jew

il-valur “QCSSCDStatusAsInCert” li jfisser li huwa żgurat li t-tagħrif dwar is-sostenn minn SSCD huwa inkluż fi kwalunkwe QC taħt it-tagħrif ipprovdut minn “Sdi”-“Sie” f’din l-entrata CA/QC;

U/JEW

biex jiġi indikat il-ħruġ lil Persuna Legali:

il-valur “QCFor Legal Person” li jfisser “Ċertifikat maħruġ lil Persuna Legali”.

2.4.   Servizzi ta’ sostenn għal servizzi “CA/QC” iżda li mhumiex parti mis-“CA/QC”“Sdi”

Il-każijiet fejn is-CRLs u t-tweġibiet OCSP huma ffirmati minn imfietaħ differenti minn dawk ta’ CA li toħroġ QCs (“CA/QC”) għandhom ikunu koperti wkoll. Dan jista’ jsir billi dawk is-servizzi jiġu elenkati bħala tali fl-implimentazzjoni TSL tal-Lista ta’ Fiduċja (jiġifieri b’“Service type identifier” iddefinit aktar b’estensjoni “additionalServiceInformation” li tirrifletti servizz OCSP jew CRL bħala parti mill-forniment ta’ QCs, eż. b’tip ta’ servizz ta’ “OCSP/QC” jew “CRL/QC” rispettivament), peress li dawk is-servizzi jistgħu jitqiesu bħala parti mis-servizzi sorveljati/akkreditati “kkwalifikati” marbutin mal-forniment ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni QC. M’hemmx xi ngħidu, dawk li jwieġbu għal OSCPs jew joħorġu CRLs, li ċ-ċertifikazzjoni tagħhom huma ffirmati minn CAs taħt il-ġerarkija ta’ servizz CA/QC elenkat, jitqiesu bħala “validi” u skont il-valur tal-istatus tas-servizz CA/QC elenkat.

Dispożizzjoni simili tista’ tapplika għal servizzi ta’ ċertifikazzjoni li joħorġu ċertifikati mhux ikkwalifikati (ta’ tip ta’ servizz “CA/PKC”) bl-użu tat-tipi ta’ servizz awtomatiċi OCSP u CRL tal-ETSI TS 102 231.

Ta’ min wieħed jinnota li l-implimentazzjoni TSL tal-Lista ta’ Fiduċja GĦANDHA tinkludi servizz ta’ revoka fejn ma jkunx hemm tagħrif relatat fl-ispazju AIA ta’ ċertifikati aħħarija, jew fejn ma jkunx iffirmat minn CA elenkata.

2.5.   Lejn profil QC interoperabbli

Bħala regola ġenerali, għandu jsir tentattiv biex safejn hu possibbli l-għadd ta’ entrati ta’ servizzi (“Sdi”s differenti) jiġi simplifikat (imnaqqas) kemm jista’ jkun. Madankollu, dan għandu jkun ibbilanċjat mal-identifikazzjoni korretta ta’ dawk is-servizzi li mhumiex marbutin mal-ħruġ ta’ QCs, u l-forniment tat-tagħrif ta’ fiduċja dwar jekk dawk il-QCs humiex jew le sostnuti minn SSCD fejn dan it-tagħrif ikun nieqes mill-QC maħruġ.

Idealment, l-użu tal-ispazju “Sie” u l-estensjoni “Qualification” għandu jkun (strettament) limitat għal dawk il-każijiet speċifiċi li għandhom jissolvew b’dak il-mod, billi l-QCs għandu jkun fihom biżżejjed tagħrif rigward l-istatus ikkwalifikat iddikjarat u dwar is-sostenn iddikjarat jew le minn SSCD.

Safejn hu possibbli, l-Istati Membri għandhom jinfurzaw l-adozzjoni u l-użu ta’ profili interoperabbli ta’ QCs.

3.   Struttura tal-Mudell Komuni għal-Lista ta’ Fiduċja

Il-Mudell Komuni propost għal-Lista ta’ Fiduċja ta’ Stat Membru għandu jkun strutturat skont il-kategoriji ta’ tagħrif li ġejjin:

1.

Tagħrif dwar il-Lista ta’ Fiduċja u l-iskema għall-ħruġ tagħha;

2.

Sensiela ta’ spazji li jinkludu tagħrif ta’ identifikazzjoni mhux ambigwa dwar kull CSP sorveljat/akkreditat taħt l-iskema (din is-sensiela hija fakultattiva, jiġifieri li fejn ma tintużax, il-lista titqies vojta, u b’hekk jitqies li l-ebda CSP m’hu sorveljat jew akkreditat fl-Istat Membru assoċjat fil-kuntest tal-ambitu tal-Lista ta’ Fiduċja);

3.

Għal kull CSP elenkat, sensiela ta’ spazji li jinkludu l-identifikazzjoni mhix ambigwa ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni sorveljat/akkreditat ipprovdut mis-CSP (din is-sekwenza għandu jkun fiha tal-anqas entrata waħda);

4.

Għal kull servizz ta’ ċertifikazzjoni sorveljat/akkreditat elentikat, l-identifikazzjoni tal-istatus attwali tas-servizz u l-istorja ta’ dan l-istatus.

Fil-kuntest ta’ CSP li toħroġ QCs, l-identifikazzjoni mhux ambigwa ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni sorveljat/akkreditat li jkun se jiġi elenkat għandha tqis dawk is-sitwazzjonijiet fejn ma hemmx biżżejjed tagħrif disponibbli fiċ-ċertifikat ikkwalifikat dwar l-istatus “kwalifikat” tiegħu, is-sostenn potenzjali tiegħu minn SSCD, b’mod speċjali sabiex jiġi indirizzat il-fatt addizzjonali li l-biċċa l-kbira mis-CSPs (kummerċjali) jużaw CA Kwalifikata waħdanija għall-ħruġ ta’ diversi tipi ta’ ċertifikati ta’ entità aħħarija, ikkwalifikati u mhux.

L-għadd ta’ entrati fil-lista għal kull CSP irrikonoxxut jista’ jitnaqqas fejn jeżistu servizzi ta’ Upper CA waħda jew aktar, eż. fil-kuntest ta’ ġerarkija kummerċjali ta’ CAs minn Root CA sa CAs li joħorġu ċertifikati. Madankollu, anki f’dawn il-każijiet, il-prinċipju li tiġi żgurata r-rabta mhux ambigwa bejn servizz ta’ ċertifikazzjoni CSPQC u s-sett ta’ ċertifikati maħsubin għall-identifikazzjoni bħala QCs għandu jinżamm u jibqa’ garantit.

1.   Tagħrif dwar il-Lista ta’ Fiduċja u l-iskema għall-ħruġ tagħha

Għandu jkun parti minn din il-kategorija t-tagħrif li ġej:

Tikketta ta’ Lista ta’ Fiduċja li tiffaċilita l-identifikazzjoni tal-Lista ta’ Fiduċja matul tiftix elettroniku, kif ukoll biex tikkonferma l-għanijiet tagħha meta tkun f’forma li tista’ tinqara mill-bniedem;

Format u identifikatur tal-verżjoni tal-format ta’ Lista ta’ Fiduċja;

Numru ta’ sekwenza (jew ta’ verżjoni) ta’ Lista ta’ Fiduċja;

Tagħrif dwar it-tip ta’ Lista ta’ Fiduċja (eż. għall-identifikazzjoni tal-fatt li din il-Lista ta’ Fiduċja tipprovdi tagħrif dwar l-istatus ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni minn CSPs sorveljati/akkreditati mill-Istat Membru msemmi għall-konformità mad-dispożizzjonijet stipulati fid-Direttiva 1999/93/KE);

Tagħrif dwar is-sid ta’ Lista ta’ Fiduċja (eż. isem, indirizz, informazzjoni ta’ kuntatt eċċ. tal-Entità tal-Istat Membru responsabbli għall-ikkompilar, il-pubblikazzjoni sikura u ż-żamma tal-Lista ta’ Fiduċja);

Tagħrif dwar l-iskemi sottostanti ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni li magħhom hi marbuta l-Lista ta’ Fiduċja, bl-inklużjoni ta’ iżda mhux limitati għal:

il-pajjiż li fih tapplika,

tagħrif dwar jew referenza għall-post fejn jista’ jinstab tagħrif dwar l-iskemi (mudell tal-iskema, regoli, kriterji, komunità applikabbli, tip, eċċ.).

il-perjodu li matulu jinżamm it-tagħrif (storiku).

Il-politika u/jew l-avviżi legali u r-responsabbiltajiet tal-Lista ta’ Fiduċja;

Id-data u l-ħin tal-ħruġ tal-Lista ta’ Fiduċja, kif ukoll tal-aġġornament mistenni li jmiss.

2.   Tagħrif ta’ identifikazzjoni mhux ambigwu dwar kull CSP irrikonoxxut mill-iskem

Dan it-tagħrif għandu jinkludi mill-anqas dan li ġej:

Isem l-organizzazzjoni tas-CSP kif użat f’reġistrazzjonijiet legali formali (dan jista’ jinkludi l-UID tal-organizzazzjoni tas-CSP, skont il-prassi tal-Istat Membru li jkun);

L-indirizz u l-informazzjoni ta’ kuntatt tas-CSP;

Tagħrif addizzjonali dwar is-CSP, inkluż jew direttament inkella b’referenza għal post li minnu jista’ jitniżżel tali tagħrif.

3.   Għal kull CSP elenkat, sensiela ta’ spazji li jinkludu l-identifikazzjoni mhix ambigwa ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni ipprovdut mis-CSP u sorveljat/akkreditat fil-kuntest tad-Direttiva 1999/93/KE

Dan is-sett ta’ tagħrif għandu jinkludi mill-anqas dawn li ġejjin għal kull servizz ta’ ċertifikazzjoni minn CSP elenkat:

Identifikatur tat-tip ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni (eż. identifikatur li jidentifika li s-servizz ta’ ċertifikazzjoni sorveljat/ akkreditat mis-CSP hija Awtorità ta’ Ċertifikazzjoni li joħroġ QCs);

L-isem (kummerċjali) ta’ dan is-servizz ta’ ċertifikazzjoni;

Identifikatur uniku u mhux ambigwu tas-servizz ta’ ċertifikazzjoni;

Tagħrif addizzjonali dwar is-servizz ta’ ċertifikazzjoni (eż. inkluż jew direttament jew b’referenza għal post li minnu t-tagħrif jista’ jitniżżel, tagħrif ta’ aċċess dwar is-servizz).

Għas-servizzi CA/QC, sekwenza fakultattiva ta’ tupli ta’ tagħrif, b’kull tupla tipprovdi:

(i)

Kriterji li għandhom jintużaw biex ikomplu jidentifikaw (jgħarblu), fi ħdan is-servizz ta’ ċertifikazzjoni “Sdi” identifikat, dak is-servizz preċiż (jiġifieri sett ta’ ċertifikati kkwalifikati) li għalih huwa mitlub/ipprovdut tagħrif addizzjonali rigward l-indikazzjoni tas-sostenn bl-SSCD (u/jew il-ħruġ lil Persuna Legali); u

(ii)

Il-“kwalifikaturi assoċjati” li jipprovdu tagħrif dwar jekk is-sett ta’ ċertifikati kkwalifikati minn dan is-servizz identifikat aħjar huwiex sostnut jew le minn SSCD, u/jew tagħrif dwar jekk tali QCs jinħarġux lil Persuna Ġuridika (awtomatikament jitqies bħala maħruġa lil Persuni Naturali).

4.   Għal kull servizz ta’ ċertifikazzjoni elentikat, l-identifikazzjoni tal-istatus attwali tas-servizz u l-istorja ta’ dan l-istatus

Dan is-sett ta’ tagħrif għandu jinkludi mill-anqas dan li ġej:

Identifikatur tal-Istatus Attwali;

Id-data u l-ħin tal-bidu tal-Istatus Attwali;

Tagħrif storiku dwar dan l-istatus.

4.   Definizzjonijiet u taqsiriet

Għall-iskopijiet ta’ dan id-dokument, għandhom japplikaw it-tifsiriet u taqsiriet li ġejjin:

Terminu

Taqsira

Definizzjoni

Fornitur ta’ Servizzi ta’ Ċertifikazzjoni

CSP

Kif iddefinit fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 1999/93/KE.

Awtorità ta’ Ċertifikazzjoni

CA

CA hija CSP u tista’ tuża għadd ta’ mfietaħ ta’ ffirmar privat ta’ CAs tekniċi, b’kull wieħed minnhom ikollu ċertifikat assoċjat, sabiex toħroġ ċertifikati ta’ entità aħħarija. CA hija awtorità li jafdaw fiha utent wieħed jew aktar biex joħolqu u jassenjaw ċertifikati. B’mod fakultattiv, l-Awtorità ta’ Ċertifikazzjoni tista’ toħloq l-imfietaħ tal-utenti [ETSI TS 102 042]. Is-CA titqies li hija identifikata permezz tat-tagħrif ta’ identifikazzjoni preżenti fl-ispazju “Issuer” taċ-ċertifikat CA marbut mal-muftieħ pubbliku (u ċ-ċertifikazzjoni tiegħu) marbut mal-muftieħ ta’ ffirmar privat tas-CA u li, effettivament, jintuża mis-CA biex toħroġ ċertifikati ta’ entità. CA jista’ jkollha għadd ta’ mfietaħ ta’ ffirmar. Kull muftieħ ta’ ffirmar ta’ CA huwa identifikat b’mod uniku minn identifikatur uniku bħala parti mill-ispazju għall-Identifikatur tal-Muftieħ tal-Awtorità fiċ-ċertifikat tas-CA.

Awtorità ta’ Ċertifikazzjoni li toħroġ Ċertifikati Kwalifikati

CA/QC

CA li tilħaq ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 1999/93/KE u li toħroġ ċertifikati kkwalifikati li jilħqu r-rekwiżiti stipulati fl-Anness I għad-Direttiva 1999/93/KE.

Ċertifikat

Ċertifikat

Kif iddefinit fl-Artikolu 2(9) tad-Direttiva 1999/93/KE.

Ċertifikat Kwalifikat

QC

Kif iddefinit fl-Artikolu 2(10) tad-Direttiva 1999/93/KE.

Firmatarju

Firmatarju

Kif iddefinit fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 1999/93/KE.

Sorveljanza

Sorveljanza

“Sorveljanza” tintuża bit-tifsira tad-Direttiva 1999/93/KE (Artikolu 3(3)). Id-Direttiva tirrekjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu sistema xierqa li tippermetti s-sorveljanza ta’ CSPs li huma stabbiliti fuq it-territorju tagħhom u li joħorġu ċertifikati kkwalifikati lill-pubbliku, filwaqt li tiżgura s-sorveljanza tal-konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva.

Akkreditazzjoni Volontarja

Akkreditazzjoni

Kif iddefinit fl-Artikolu 2(13) tad-Direttiva 1999/93/KE.

Lista ta’ Fiduċja

TL

Tfisser il-lista li tindika l-istatus ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni minn Fornituri ta’ Servizzi ta’ Ċertifikazzjoni li huma sorveljati/akkreditati mill-Istat Membru msemmi għall-konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 1999/93/KE.

Lista ta’ Status ta’ Servizz ta’ Fiduċja

TSL

Forma ta’ lista ffirmata użata bħala l-bażi għall-preżentazzjoni ta’ tagħrif dwar l-istatus ta’ servizz ta’ fiduċja skont l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-ETSI TS 102 231.

Servizzi ta’ Fiduċja

 

Servizz li jsaħħaħ il-fiduċja u l-kunfidenzja fit-transazzjonijiet elettroniċi (tipikament iżda mhux neċessarjament bl-użu ta’ tekniki kriptografiċi jew li jinvolvu materjal kunfidenzjali) (ETSI TS 102 231).

Fornitur ta’ Servizz ta’ Fiduċja

TSP

Entità li topera Servizz ta’ Fiduċja (elettroniku) wieħed jew aktar (Dan it-terminu jintuża b’applikazzjoni usa’ minn dak ta’ CSP).

Timbru ta’ Servizz ta’ Fiduċja

TrST

Element (loġiku) fiżiku jew binarju maħluq jew maħruġ b’riżultat tal-użu ta’ Servizz ta’ Fiduċja. Eżempji ta’ TrSTs binarju huma ċertifikati, CRLs, Timbri tal-Ħin u tweġibiet minn OCSP.

Firma Elettronika Kwalifikata

QES

AdES sostnut minn QC u maħluq minn SSCD kif iddefinit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/93/KE.

Firma Elettronika Avvanzata

AdES

Kif iddefinit fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 1999/93/KE.

Firma Elettronika Avvanzata sostnuta minn Ċertifikat Kwalifikat

AdESQC

Tfisser Firma Elettronika li tilħaq ir-rekwiżiti ta’ AdES u li hija sostnuta minn QC kif iddefinit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/93/KE.

Tagħmir għall-Ħolqien tal-Firem Sikuri

SSCD

Kif iddefinit fl-Artikolu 2(6) tad-Direttiva 1999/93/KE.

KAPITOLU I

SPEĊIFIKAZZJONIJIET IDDETTALJATI GĦALL-MUDELL KOMUNI GĦAL-“LISTA TA’ FIDUĊJA TAL-FORNITURI TA’ SERVIZZI TA’ ĊERTIFIKAZZJONI SORVELJATI/AKKREDITATI”

Fit-taqsima li ġejja tad-dokument, il-kelmiet ewlenin “IRID” (MUST), “MA JRIDX” (MUST NOT), “MEĦTIEĠ” (REQUIRED), “GĦANDU” (SHALL), “MA GĦANDUX” (SHALL NOT), “IMISSU” (SHOULD), “MA JMISSUX” (SHOULD NOT), “RAKKOMANDAT” (RECOMMENDED), “JISTA” (MAY), u “FAKULTATTIV” (OPTIONAL) għandhom ikunu interpretati kif deskritt f’RFC 2119 (15).

L-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin jissejsu fuq l-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti mogħtija f’ETSI TS 102 231 v3.1.1 (2009-06). Fejn ma jingħata l-ebda rekwiżit speċifiku f’dawn l-ispeċifikazzjonijiet, ir-rekwiżiti minn ETS TS 102 231 GĦANDHOM japplikaw bis-sħiħ. Fejn jingħataw rekwiżiti speċifiċi f’dawn l-ispeċifikazzjonijiet, GĦANDHOM jieħdu l-prijorità fuq ir-rekwiżiti korrispondenti minn ETS TS 102 231 filwaqt li jintlew bi speċifikazjzonijiet ta’ format speċifikati f’ETSI TS 102 231. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-ispeċifikazzjonijiet preżenti u l-ispeċifikazzjonijiet minn ETSI TS 102 231, l-ispeċifikazzjonijiet preżenti GĦANDHOM jitqiesu standard.

L-appoġġ lingwistiku GĦANDU jiġi implimentat u pprovdut tal-anqas bl-Ingliż (EN), u potenzjalment ukoll fi lsien nazzjonali wieħed jew aktar.

L-indikazzjoni tad-data u l-ħin GĦANDHA tkun konformi mal-klawżola 5.1.4 ta’ ETSI TS 102 231.

L-użu ta’ URIs GĦANDU jkun konformi mal-klawżola 5.1.5 ta’ ETSI TS 102 231.

Tagħrif dwar l-Iskema ta’ Ħruġ tal-Lista ta’ Fiduċja

Tag

TSL tag (il-klawżola 5.2.1)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jkun konformi mal-klawżola 5.2.1 ta’ ETSI TS 102231.

Fil-kuntest ta’ implimentazzjoni XML, fajl xsd tqiegħed għad-dispożizzjoni minn ETSI, u huwa pprovdut fl-istat attwali tiegħu fl-Anness 1.

Scheme Information

TSL version identifier (il-klawżola 5.3.1)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u l-valur tiegħu GĦANDU jkun “3” (intier).

TSL sequence number (il-klawżola 5.3.2)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ. GĦANDU jispeċifika n-numru ta’ sekwenza tat-TSL. B’bidu mill-“1” mal-ewwel verżjoni tat-TSL, dan il-valur intier GĦANDU jiżdied b’1 ma’ kull verżjoni sussegwenti tat-TSL. MA GĦANDUX jiġi rriċiklat għal “1” meta jiżdied il-valur “TSL version identifier” ta’ hawn fuq.

TSL type (il-klawżola 5.3.3)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ, u jispeċifika t-tip ta’ TSL. Il-valur tiegħu GĦANDU jkun http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/TSLtype/generic (Generic).

Nota (1) Għall-konformità mal-klawżola 5.3.3 ta’ ETSI TS 102 231, u biex ikun indikat it-tip speċifiku ta’ TSL filwaqt li ssir referenza għall-eżistenza tal-ispeċifikazzjonijiet preżenti li jirregolaw l-istabbiliment ta’ implimentazzjoni ta’ TSL tal-Lista ta’ Fiduċja tal-Istat Membru (16) li jkun, u filwaqt li jkun permess jkollhom li parser jiddetermina liema forma minn kwalunkwe spazju sussegwenti (17) għandha tkun mistennija, fejn dawk l-ispazji ikollhom tifsiriet speċifiċi (jew alternattivi) skont it-tip ta’ TSL rappreżentat (f’dan il-każ il-Lista ta’ Fiduċja ta’ Stat Membru), l-URI speċifiku t’hawn fuq GĦANDU jkun irreġistrat u deskritt kif ġej:

URI: (ġeneriku) http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/TSLtype/generic

Deskrizzjoni: Implimentazzjoni TSL ta’ lista ta’ status ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni minn fornituri ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni li huma sorveljati/akkreditati mill-Istat Membru msemmi li hu s-sid tal-implimentazzjoni tat-TSL għall-konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 1999/93/KE, permezz ta’ proċess ta’ sorveljanza diretta (volontarja jew regolatorja).

Scheme operator name (il-klawżola 5.3.4)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ. GĦANDU jispeċifika l-isem tal-Entità tal-Istat Membru responsabbli għall-ikkompilar, il-pubblikazzjoni u ż-żamma tal-Lista ta’ Fiduċja Nazzjonali. GĦANDU jispeċifika l-isem formali li bih topera l-entità legali assoċjata jew l-entità maħtura (eż. għal aġenziji amministrattivi tal-gvern) assoċjata mal-Entità msemmija. IRID ikun l-isem użat fir-reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni legali formali, u li għalih għandha tkun indirizzata kull komunikazzjoni formali. GĦANDU jkun sekwenza ta’ strings b’karattri multilingwi, u GĦANDU jiġi implimentat bl-Ingliż (EN) bħala l-ilsien obbligatorju, u potenzjalment ukoll bi lsien nazzjonali wieħed jew aktar.

Nota: Pajjiż JISTA’ jkollu Entitajiet ta’ Sorveljanza u Akkreditazzjoni differenti, u anki entitajiet addizzjonali għal kwalunkwe attività operazzjoni assoċjata. Huwa f’idejn kull Stat Membru li jaħtar l-operatur tal-Iskema għall-implimentazzjoni TSL tal-Lista’ ta’ Fiduċja tal-Istat Membru li jkun. Huwa mistenni li l-Entità ta’ Sorveljanza, l-Entità ta’ Akkreditazzjoni u l-Operatur tal-Iskema (meta jidhru bħala entitajiet separati) jkollhom ir-responsabbiltà individwali tagħhom.

Kull sitwazzjoni li fiha għadd ta’ entitajiet ikunu responsabbli għas-sorveljanza, l-akkreditazzjoni jew aspetti operazzjonali GĦANDHA tiġi riflessa u identifikata konsistentement bħala tali fit-tagħrif tal-Iskema bħala parti mill-Lista ta’ Fiduċja, inkluż fit-tagħrif speċifiku għall-iskemi, indikat bi “Scheme information URI” (il-klawżola 5.3.7).

L-Operatur tal-Iskemi msemmi (il-klawżola 5.3.4) huwa mistenni jiffirma t-TSL.

Scheme operator address (il-klawżola 5.3.5)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ. GĦANDU jispeċifika l-indirizz tal-entità legali jew tal-organizzazzjoni maħtura identifika fl-ispazju “Scheme operator name” (il-klawżola 5.3.4) għall-komunikazzjoni kemm postali kif ukoll elettronika. GĦANDU jinkludi kemm il-“Postal Address” (jiġifieri n-numru u t-triq, il-lokalità, [l-istat jew il-provinċja], [il-kodiċi postali] u l-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alpha-2) skont il-klawżola 5.3.5.1; kif ukoll l-“Electronic Address” (jiġifieri l-posta elettronika u/jew l-indirizz tal-websajt) skont il-klawżola 5.3.5.2.

Scheme name (il-klawżola 5.3.6)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ, u jispeċifika l-isem li bih topera l-iskema. GĦANDU jkun sekwenza ta’ strings b’karattri multilingwi (bl-EN bħala l-ilsien obbligatorju, u potenzjalment ukoll bi lsien nazzjonali wieħed jew aktar), iddefinita kif ġej:

Il-verżjoni EN GĦANDHA tkun string ta’ karattri strutturat kif ġej:

CC:EN_name_value

fejn

=

“CC”

=

il-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alpha-2 użat fl-ispazju “Scheme territory” (il-klawżola 5.3.10);

=

“:”

=

jintuża bħala l-element ta’ separazzjoni;

=

“EN_name_value”

=

“Lista tal-Istatus ta’ Sorveljanza/Akkreditazzjoni ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni minn Fornituri ta’ Servizzi ta’ Ċertifikazzjoni, li huma sorveljati/akkreditati mill-Istat Membru msemmi bħala Operatur tal-Iskema, għall-konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti stipulati fid-Direttiva 1999/93/KE”.

Kull verżjoni fi lsien nazzjonali ta’ Stat Membru GĦANDHA tkun string ta’ karattri strutturat kif ġej:

CC:name_value

fejn

=

“CC”

=

il-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alpha-2 użat fl-ispazju “Scheme territory” (il-klawżola 5.3.10)

=

“:”

=

jintuża bħala l-element ta’ separazzjoni

=

“name_value”

=

It-traduzzjoni uffiċjali fl-ilsien nazzjonali tal- “EN_name_value” ta’ hawn fuq.

L-isem tal-iskema għandu jidentifika, b’mod uniku u b’isimha, l-iskema msemmija mill-ispazju “Scheme information URI”, kif ukoll biex jiġi żgurat li fil-każ li operatur ta’ skema jopera aktar minn skema waħda, jingħata isem distint lil kull waħda minnhom.

L-Istati Membri u l-Operaturi tal-Iskemi GĦANDHOM jiżguraw li fejn Stat Membru jew Operatur ta’ Skema joperaw aktar minn skema waħda, jingħata isem distint lil kull waħda minnhom.

Scheme information URI (il-klawżola 5.3.7)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jispeċifika l-URI(s) fejn l-utenti (partijiet ta’ fiduċja) jistgħu jiksbu tagħrif speċifiku dwar l-iskemi (bl-EN bħala l-ilsien obbligatorju, u potenzjalment ukoll bi lsien nazzjonali wieħed jew aktar). Dan GĦANDU jkun sekwenza ta’ pointers multilingwi (bl-EN bħala l-ilsien obbligatorju, u potenzjalment ukoll bi lsien nazzjonali wieħed jew aktar). L-URI(s) imsemmija JRIDU jħaffu t-triq lejn tagħrif li jiddeskrivi “informazzjoni xierqa rigward l-iskema”.

L-“informazzjoni xierqa dwar l-iskema” GĦANDHA tinkludi mill-inqas:

Tagħrif ġenerali introduttiv komuni għall-Istati Membri kollha, fir-rigward tal-ambitu u l-kuntest tal-Lista ta’ Fiduċja, u l-iskemi sottostanti ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni. It-test komuni li għandu jintuża huwa kif ġej:

The present list is the TSL implementation of [name of the relevant Member State] “Trusted List of supervised/accredited Certification Service Providers” providing information about the supervision/accreditation status of certification services from Certification Service Providers (CSPs) who are supervised/accredited by [name of the relevant Member State] for compliance with the relevant provisions of Directive 1999/93/KE of the European Parliament and of the Council of 13 December 1999 on a Community framework for electronic signatures.

The Trusted List aims at:

listing and providing reliable information on the supervision/accreditation status of certification services from Certification Service Providers, who are supervised/accredited by [name of the relevant Member State] for compliance with the relevant provisions laid down in Directive 1999/93/KE;

facilitating the validation of electronic signatures supported by those listed supervised/accredited certification services from the listed CSPs.

The Trusted List of a Member State provides a minimum of information on supervised/accredited CSPs issuing Qualified Certificates in accordance with the provisions laid down in Directive 1999/93/KE (Art. 3.3, 3.2 and Art. 7.1(a)), including information on the QC supporting the electronic signature and whether the signature is or not created by a Secure Signature Creation Device.

The CSPs issuing Qualified Certificates (QCs) listed here are supervised by [name of the relevant Member State] and may also be accredited for compliance with the provisions laid down in Directive 1999/93/KE, including with the requirements of Annex I (requirements for QCs), and those of Annex II (requirements for CSPs issuing QCs). The applicable “supervision” system (respectively “voluntary accreditation” system) is defined and must meet the relevant requirements of Directive 1999/93/KE, in particular those laid down in Art. 3.3, Art. 8.1, Art. 11 (respectively, Art. 2.13, Art. 3.2, Art 7.1(a), Art. 8.1, Art. 11)

Additional information on other supervised/accredited CSPs not issuing QCs but providing services related to electronic signatures (e.g. CSP providing Time Stamping Services and issuing Time Stamp Tokens, CSP issuing non-Qualified certificates, eċċ.) are included in the Trusted List and the present TSL implementation at a national level on a voluntary basis.

Tagħrif speċifiku dwar l-iskemi sottostanti ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni, b’mod partikulari (18):

Tagħrif dwar is-sistema ta’ sorveljanza applikabbli għal kwalunkwe CSPQC;

Tagħrif, fejn applikabbli, dwar l-iskema nazzjonali ta’ akkreditazzjoni volontarja li tgħodd għal kwalunkwe CSPQC;

Tagħrif, fejn applikabbli, dwar is-sistema ta’ sorveljanza li tgħodd għal kwalunkwe CSP li ma joħroġx QCs;

Tagħrif, fejn applikabbli, dwar l-iskema nazzjonali ta’ akkreditazzjoni volontarja li tgħodd għal kwalunkwe CSP li ma joħroġx QCs;

Dan it-tagħrif speċifiku GĦANDU jinkludi, mill-anqas, għal kull skema sottostanti elenkata hawn fuq:

Deskrizzjoni ġenerali;

Tagħrif dwar il-proċess segwit mill-Entità ta’ Sorveljanza/Akkreditazzjoni biex tissorvelja/takkredita s-CSPs, u segwit mis-CSPs biex ikunu sorveljati/akkreditati;

Tagħrif dwar il-kriterji li skonthom is-CSPs huma sorveljati/akkreditati.

Tagħrif speċifiku, fejn applikabbli, dwar il-“kwalifiki” speċifiċi li għalihom jistgħu jkunu eliġibbli wħud mill-elementi (loġiċi) fiżiċi jew binarji ġġenerati jew maħruġa b’riżultat tal-forniment ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni, abbażi tal-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet u r-rekwiżiti stipulati fuq il-livell nazzjonali, inkluża t-tifsira ta’ tali “kwalifika” u d-dispożizzjonijiet u r-rekwiżiti nazzjonali assoċjati.

Tagħrif addizzjonali dwar l-iskema, speċifiku għall-Istati Membri, JISTA’ jingħata b’mod volontarju. Dan GĦANDU jinkludi:

Tagħrif dwar il-kriterji u r-regoli użati għall-għażla tas-superviżuri jew l-awdituri, u d-definizzjoni ta’ kif is-CSPs ikunu sorveljati (ikkontrollati) jew akkreditati (awditjati) minnhom;

Tagħrif ieħor ġenerali jew ta’ kuntatt, applikabbli għall-operat tal-iskema.

Status determination approach (il-klawżola 5.3.8)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jispeċifika l-identifikatur tal-approċċ għad-determinazzjoni tal-istatus. GĦANDU jintuża l-URI speċifiku li ġej, irreġistrat u deskritt kif ġej:

URI:: http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/StatusDetn/appropriate

Deskrizzjoni: L-istatus tas-servizzi elenkati jiġi determinat mill-Operatur tal-Iskema jew f’ismu, b’sistema xierqa għal Stat Membru ta’ referenza, li tippermetti s-“sorveljanza” (u fejn applikabbli, l-“akkreditazzjoni volontarja”) ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni stabbiliti fit-territorju tiegħu (jew stabbiliti f’pajjiż terz fil-każ ta’ “akkreditazzjoni volontarja”) u li joħorġu ċertifikati kwalifikati lill-pubbliku skont l-Artikolu 3(3) (rispettivament l-Artikoli 3(2) u 7(1)(a)) tad-Direttiva 1999/93/KE, u li tippermetti, fejn applikabbli, is-“sorveljanza”/“akkreditazzjoni volontarja” ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni li ma joħorġux ċertifikati kwalifikati, skont “skema/i ta’ approvazzjoni rikonoxxuti” definiti u stabbiliti fuq livell nazzjonali, implimentati fuq bażi nazzjonali għas-sorveljanza tal-konformità tas-servizzi minn CSPs li ma joħorġux QCs mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 1999/93/KE, u estiżi potenzjalment b’dispożizzjonijiet nazzjonali rigward il-forniment ta’ tali servizzi ta’ ċertifikazzjoni.

Scheme type/community/rules (il-klawżola 5.3.9)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jinkludi mill-anqas l-URIs irreġistrati li ġejjin:

URI komuni għal-Listi ta’ Fiduċja kollha tal-Istati Membri, li jindika test deskrittiv li GĦANDU jkun applikabbli għal-Listi ta’ Fiduċja kollha:

http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/schemerules/common

li permezz tiegħu jiġi identifikat is-sehem tal-iskema tal-Istat Membru (identifikata bit-“TSL type” (il-klawżola 5.3.3) u bi “Scheme name” (il-klawżola 5.3.6)) fi skema ta’ skemi (jiġifieri TSL li telenka pointers għall-Istati Membri kollha li jippubblikaw u jżommu Lista ta’ Fiduċja fil-forma ta’ TSL);

fejn l-utenti jistgħu jiksbu politiki/regoli li skonthom is-servizzi inklużi fil-lista GĦANDHOM ikunu evalwati, u li minnhom jista’ jiġi ddeterminat it-tip ta’ TSL (ara l-klawżola 5.3.3);

fejn l-utenti jistgħu jiksbu deskrizzjoni dwar kif jintuża u jiġi interpretat il-kontenut tal-implimentazzjoni TSL tal-Lista ta’ Fiduċja. Dawn ir-regoli t’użu GĦANDHOM ikunu komuni għal-Listi ta’ Fiduċja tal-Istati Membru, ikun xi jkun it-tip ta’ servizz elenkat, u jkunu xi jkunu s-sistemi ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni.

Test deskrittiv:

Participation in a scheme

Each Member State must create a “Trusted List of supervised/accredited Certification Service Providers” providing information about the supervision/accreditation status of certification services from Certification Service Providers (CSPs) who are supervised/accredited by the relevant Member State for compliance with the relevant provisions of Directive 1999/93/KE of the European Parliament and of the Council of 13 December 1999 on a Community framework for electronic signatures.

The present TSL implementation of such Trusted Lists is also to be referred to in the list of links (pointers) towards each Member State’s TSL implementation of their Trusted List, compiled by the European Commission.

Policy/rules for the assessment of the listed services

The Trusted List of a Member State must provide a minimum of information on supervised/accredited CSPs issuing Qualified Certificates in accordance with the provisions laid down in Directive 1999/93/KE (Art. 3.3, 3.2 and Art. 7.1(a)), including information on the Qualified Certificate (QC) supporting the electronic signature and whether the signature is or not created by a Secure Signature Creation Device.

The CSPs issuing Qualified Certificates (QCs) must be supervised by the Member State in which they are established (if they are established in a Member State), and may also be accredited, for compliance with the provisions laid down in Directive 1999/93/KE, including with the requirements of Annex I (requirements for QCs), and those of Annex II (requirements for CSPs issuing QCs). CSPs issuing QCs that are accredited in a Member State must still fall under the appropriate supervision system of that Member State unless they are not established in that Member State. The applicable “supervision” system (respectively “voluntary accreditation” system) is defined and must meet the relevant requirements of Directive 1999/93/KE, in particular those laid down in Art. 3.3, Art. 8.1, Art. 11 (respectively, Art. 2.13, Art. 3.2, Art 7.1(a), Art. 8.1, Art. 11)

Additional information on other supervised/accredited CSPs not issuing QCs but providing services related to electronic signatures (e.g. CSP providing Time Stamping Services and issuing Time Stamp Tokens, CSP issuing non-Qualified certificates, eċċ.) may be included in the Trusted List and the present TSL implementation at a national level on a voluntary basis.

CSPs not issuing QCs but providing ancillary services, may fall under a “voluntary accreditation” system (as defined in and in compliance with Directive 1999/93/KE) and/or under a nationally defined “recognised approval scheme” implemented on a national basis for the supervision of compliance with the provisions laid down in Directive 1999/93/KE and possibly with national provisions with regard to the provision of certification services (in the sense of Art. 2.11 of the Directive). Some of the physical or binary (logical) objects generated or issued as a result of the provision of a certification service may be entitled to receive a specific “qualification” on the basis of their compliance with the provisions and requirements laid down at national level but the meaning of such a “qualification” is likely to be limited solely to the national level.

Interpretation of the TSL implementation of the Trusted List

The general user guidelines for electronic signature applications, services or products relying on a TSL implementation of a Trusted List according to the Annex of Commission Decision 2009/767/EC are as follows:

A “CA/QC”“Service type identifier” (“Sti”) entry (similarly a CA/QC entry further qualified as being a “RootCA/QC” through the use of “Service information extension” (“Sie”) additionalServiceInformation extension)

indicates that from the “Service digital identifier” (“Sdi”) identified CA (similarly within the CA hierarchy starting from the “Sdi” identified RootCA) from the corresponding CSP (see associated TSP information fields), all issued end-entity certificates are Qualified Certificates (QCs) provided that it is claimed as such in the certificate through the use of appropriate ETSI TS 101 862 defined QcStatements (i.e. QcC, QcSSCD) and/or ETSI TS 101 456 defined QCP(+) OIDs (and this is guaranteed by the issuing CSP and ensured by the Member State Supervisory/Accreditation Body)

Note: if no “Sie”“Qualification” information is present or if an end-entity certificate that is claimed to be a QC is not “further identified” through a related “Sie” entry, then the “machine-processable” information to be found in the QC is supervised/accredited to be accurate. That means that the usage (or not) of the appropriate ETSI defined QcStatements (i.e. QcC, QcSSCD) and/or ETSI defined QCP(+) OIDs is ensured to be in accordance with what it is claimed by the CSP issuing QCs.

and IF“Sie”“Qualification” information is present, then in addition to the above default usage interpretation rule, those certificates that are identified through the use of this “Sie”“Qualification” entry, which is constructed on the principle of a sequence of “filters” further identifying a set of certificates, must be considered according to the associated “qualifiers” providing some additional information regarding “SSCD support” and/or “Legal person as subject” (e.g. those certificates containing a specific OID in the Certificate Policy extension, and/or having a specific “Key usage” pattern, and/or filtered through the use of a specific value to appear in one specific certificate field or extension, eċċ.). Those qualifiers are part of the following set of “qualifiers” used to compensate for the lack of information in the corresponding QC content, and that are used respectively:

to indicate the nature of the SSCD support:

“QCWithSSCD” qualifier value meaning “QC supported by an SSCD”, or

“QCNoSSCD” qualifier value meaning “QC not supported by an SSCD”, or

“QCSSCDStatusAsInCert” qualifier value meaning that the SSCD support information is ensured to be contained in any QC under the “Sdi”-“Sie” provided information in this CA/QC entry;

AND/OR

to indicate issuance to Legal Person:

“QCForLegalPerson” qualifier value meaning “Certificate issued to a Legal Person”

The general interpretation rule for any other “Sti” type entry is that the listed service named according to the “Sn” field value and uniquely identified by the “Sdi” field value has a current supervision/accreditation status according to the “Scs” field value as from the date indicated in the “Current status starting date and time”. Specific interpretation rules for any additional information with regard to a listed service (e.g. “Service information extensions” field) may be found, when applicable, in the Member State specific URI as part of the present “Scheme type/community/rules” field.

Please refer to the Technical specifications for a Common Template for the “Trusted List of supervised/accredited Certification Service Providers” in the Annex of Commission Decision 2009/767/EC for further details on the fields, description and meaning for the TSL implementation of the Member States’ Trusted Lists.

URI speċifiku għal kull Lista ta’ Fiduċja tal-Istat Membru li jkun, li tindika test deskrittiv li GĦANDU jkun applikabbli għal-Listi ta’ Fiduċja tal-istess Stat Membru:

http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/schemerules/CC

Fejn “CC” = il-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alpha-2 użat fl-ispazju “Scheme territory” (il-klawżola 5.3.10)

fejn l-utenti jistgħu jiksbu l-politiki/regoli speċifiċi tal-Istat Membru ta’ referenza, li skonthom is-servizzi inklużi fil-lista GĦANDHOM ikunu evalwati skont is-sistema ta’ sorveljanza u l-iskemi ta’ akkreditazzjoni volontarja xierqa tal-Istat Membru.

fejn l-utenti jistgħu jiksbu deskrizzjoi speċifika mill-Istat Membru ta’ referenza dwar kif jintuża u jiġi interpretat il-kontenut tal-implimentazzjoni TSL tal-Lista ta’ Fiduċja fir-rigward tas-servizzi ta’ ċertifikazzjoni mhux marbutin mal-ħruġ ta’ QCs. Dan jista’ jintuża biex jindika granularità potenzjali fis-sistemi nazzjonali ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni marbutin ma’ CSPs li ma joħorġux QCs, u kif l-ispazji “Scheme service definition URI” (klawżola 5.5.6) u “Service information extension” jintużaw għal dan il-għan.

L-Istati Membri JISTGĦU jiddefinixxu URIs addizzjonali mill-URI speċifiku tal-Istat Membru t’hawn fuq (jiġifieri URIs definiti minn dan l-URI ġerarkiku speċifiku).

Scheme territory (il-klawżola 5.3.10)

Fil-kuntest ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet, dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jispeċifika l-pajjiż li fih hija stabblita l-iskema (kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alpha-2).

TSL policy/legal notice (il-klawżola 5.3.11)

Fil-kuntest ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet, dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jispeċifika l-politika tal-iskema jew jipprovdi avviż rigward l-istatus legali tal-iskema jew rigward ir-rekwiżiti legali milħuqa għall-ġuriżdizzjoni li fiha hi stabbilita l-iskema u/jew kwalunkwe restrizzjoni u kundizzjoni li skonthom tinżamm u tiġi ppubblikata l-Lista ta’ Fiduċja.

Dan GĦANDU jkun string ta’ karattri multilingwi (test sempliċi) magħmula minn żewġ partijiet:

L-ewwel parti, obbligatorja, komuni għal-Listi ta’ Fiduċja tal-Istati Membri kollha (bl-EN bħala l-ilsien obbligatorju, iżda potenzjalment ukoll bi lsien nazzjonali wieħed jew aktar), li tindika li l-qafas legali applikabbli hija d-Direttiva 1999/93/KE u l-implimentazzjoni korrispondenti tagħha fil-liġijiet tal-Istat Membru indikat fl-ispazju “Scheme Territory”.

Verżjoni bl-Ingliż tat-test komuni:

The applicable legal framework for the present TSL implementation of the Trusted List of supervised/accredited Certification Service Providers for [name of the relevant Member State] is the Directive 1999/93/KE of the European Parliament and of the Council of 13 December 1999 on a Community framework for electronic signatures and its implementation in [name of the relevant Member State] laws.

Verżjoni bil-Malti:

Il-qafas legali applikabbli għal din l-implimentazzjoni TSL tal-Lista ta’ Fiduċja ta’ Fornituri ta’ Servizzi ta’ Ċertifikazzjoni sorveljati/akkreditati għal Malta huwa d-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar qafas Komunitarju għall-firem elettroniċi u l-implimentazzjoni tiegħu fil-liġijiet ta’ Malta.

It-tieni parti, fakultattiva, speċifika għal kull Lista ta’ Fiduċja (bl-EN bħala l-ilsien obbligatorju, u potenzjalment ukoll bi lsien nazzjonali wieħed jew aktar), li tindika referenzi għal oqfsa legali nazzjonali speċifiċi applikabbli (eż. b’mod partikulari fejn marbutin ma’ skemi nazzjonali ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni għal CSPs li ma joħorġux QCs).

Historical information period (il-klawżola 5.3.12)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jispeċifika t-tul ta’ żmien (f’numru sħiħ) li fih jiġi pprovdut tagħrif storiku fit-TSL. Dan il-valur intier għandu jingħata bħala għadd ta’ jiem, u fil-kuntest ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet, GĦANDU jkun ikbar jew daqs 3 653 (jiġifieri li l-implimentazzjoni TSL tal-Listi ta’ Fiduċja tal-Istati Membri għandha tinkludi tagħrif storiku għal tal-anqas għaxar snin). Valuri akbar għandhom iqisu r-rekwiżiti legali għaż-żamma tad-dejta fl-Istat Membru indikat fl-ispazju “Scheme Territory” (il-klawżola 5.3.10).

Pointers to other TSLs (il-klawżola 5.3.13)

Fil-kuntest ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet, dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jinkludi, fejn disponibbli, il-pointer lejn formola konformi ma’ ETSI TS 102 231 tal-lista Komunitarja ta’ links (pointers) lejn kull implimentazzjoni TSL tal-Listi ta’ Fiduċja mill-Istati Membri. Għandhom japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-klawżola 5.3.13 ta’ ETSI TS 102 231 filwaqt li jiġi impost l-użu tal-identità diġitali fakultattiva, li tirrappreżenta dak li joħroġ it-TSL indikat, b’format kif speċifikat fil-klawżola 5.5.3.

Nota: Waqt l-istennija għall-implimentazzjoni, konformi ma’ ETSI TS 102 231, tal-lista Komunitarja ta’ links lejn l-implimentazzjoni TSL tal-Listi ta’ Fiduċja tal-Istati Membri, dan l-ispazju MA GĦANDUX jintuża.

List issue date and time (il-klawżola 5.3.14)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jispeċifika d-data u l-ħin (UTC espress bħala Zulu) li fihom inħarġet it-TSL bl-użu ta’ valur ta’ data u ħin kif speċifikat fil-klawżola 5.1.4 ta’ ETSI TS 102 231.

Next update (il-klawżola 5.3.15)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jispeċifika d-data u l-ħin (UTC espress bħala Zulu) li sa mhux aktar tard minnhom għandha tinħareġ it-TSL jew tkun nulla, għall-indikazzjoni ta’ TSL magħluqa (bl-użu ta’ valur ta’ data u ħin kif speċifikat fil-klawżola 5.1.4 ta’ ETSI TS 102 231).

Fil-każ li ma jsir l-ebda tibdil interim tal-istatus ta’ TSP jew servizz kopert mill-iskema, it-TSL GĦANDHA terġa’ tinħareġ sal-iskadenza tal-aħħar TSL maħruġa.

Fil-kuntest ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet, id-differenza bejn id-data u l-ħin ta’ “Next update” u ta’ “List issue date and time” MA GĦANDHIEX taqbeż is-sitt (6) xhur.

Distribution points (il-klawżola 5.3.16)

Dan l-ispazju huwa FAKULTATTIV. Jekk jintuża, GĦANDU jispeċifika lokalitajiet fejn l-implimentazzjoni TSL attwali tal-Lista ta’ Fiduċja hija ppubblikata, u fejn jistgħu jinstabu aġġornamenti għat-TSL attwali. Jekk jiġu speċifikati punti ta’ distribuzzjoni multipli, kollha JRIDU jipprovdu kopji identiċi tat-TSL attwali jew tal-verżjoni aġġornata tagħha. Fejn jintuża, dan l-ispazju għandu jkollu l-format ta’ sekwenza ta’ strings mhux vojta, kull waħda skont RFC 3986 (19).

Scheme extensions (il-klawżola 5.3.17)

Dan l-ispazju huwa FAKULTATTIV u ma jintużaw fil-kuntest ta’ din l-ispeċifikazzjoni.

List of Trust Service Providers

Dan l-ispazju huwa FAKULTATTIV.

Fil-każ li l-ebda CSP huwa jew kien sorveljat/akkreditat fil-kuntest tal-iskema fi Stat Membru, dan l-ispazju GĦANDU jkun nieqes. Madankollu, huwa maqbul li anki fejn Stat Membru ma jkollu l-ebda CSP sorveljat jew akkreditat mill-iskema, l-Istati Membri GĦANDHOM jimplimentaw TSL b’dan l-ispazju nieqes. In-nuqqas ta’ xi CSP fil-lista GĦANDU jfisser li ma hemm l-ebda CSP sorveljat/akkreditat fil-pajjiż speċifikat fi “Scheme Territory”.

Fil-każ li servizz CSP wieħed jew aktar huma jew kienu sorveljati/akkreditati mill-iskema, dan l-ispazju GĦANDU jkun fih sekwenza li tidentifika kull CSP li jipprovdi servizz wieħed jew aktar minn dawk sorveljati/akkreditati, b’dettalji dwar l-istatus ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni kif ukoll dwar l-istorja tal-istatus ta’ kull servizz tas-CSP (fil-Figura ta’ hawn taħt, TSP = CSP).

Image

Il-lista ta’ TSPs hija mqassma kif muri fil-Figura t’hawn fuq. Għal kull TSP, hemm sekwenza ta’ spazji li jinkludu tagħrif dwar it-TSP (“TSP Information”), segwita minn lista ta’ Servizzi. Għal kull wieħed minn dawn is-Servizzi elenkati, hemm sekwenza ta’ spazji li jinkludu tagħrif dwar is-Servizz (“Service Information”), u sekwenza ta’ spazji dwar l-istorja tal-istatus ta’ approvazzjoni tas-Servizz (“Service approval history”).

TSP Information

TSP(1)

TSP name (il-klawżola 5.4.1)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jispeċifika isem l-entità legali responsabbli għas-servizzi tas-CSP li huma jew kienu sorveljati/akkreditati taħt l-iskema. Dan huwa sekwenza ta’ strings ta’ karattri multilingwi (bl-EN bħala l-ilsien obbligatorju, u potenzjalment ukoll bi lsien nazzjonali wieħed jew aktar). Dan l-isem IRID ikun dak użat fir-reġistrazzjonijiet legali formali, u li għalih tiġi indirizzata kull komunikazzjoni formali.

TSP trade name (il-klawżola 5.4.2)

Dan l-ispazju huwa FAKULTATTIV u, jekk ikun preżenti, GĦANDU jispeċifika isem alternattiv li bih jidentifika ruħu s-CSP fil-kuntest speċifiku tal-forniment ta’ dawk is-servizzi tiegħu li jinstabu f’din it-TSL fl-entrata “TSP name” (il-klawżola 5.4.1).

Nota: Fejn entità legali CSP individwali tipprovdi servizzi b’ismijiet kummerċjali differenti jew f’kuntesti speċifiċi differenti, jista’ jkun hemm tant entrati CSP daqskemm kuntesti speċifiċi (eż. entrati għall-Isem/Isem Kummerċjali). Għażla oħra tkun li jiġi elenkat kull CSP (entità legali) individwali darba biss, u li jingħata tagħrif dwar il-kuntest speċifiku tas-Servizz. Huwa f’idejn l-Operatur tal-Iskema tal-Istat Membru biex jiddiskuti u jaqbel mas-CSP dwar l-aktar strateġija xierqa.

TSP address (il-klawżola 5.4.3)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jispeċifika l-indirizz tal-entità legali jew tal-organizzazzjoni maħtura identifika fl-ispazju “TSP name” (il-klawżola 5.3.1) għall-komunikazzjoni kemm postali kif ukoll elettronika. GĦANDU jinkludi kemm il-“PostalAddress” (jiġifieri n-numru u t-triq, il-lokalità, [l-istat jew il-provinċja], [il-kodiċi postali] u l-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alpha-2) skont il-klawżola 5.3.5.1; kif ukoll l-“Electronic Address” (jiġifieri l-posta elettronika u/jew l-indirizz tal-websajt) skont il-klawżola 5.3.5.2.

TSP information URI (il-klawżola 5.4.4)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jispeċifika l-URI(s) fejn l-utenti (eż. partijiet ta’ fiduċja) jistgħu jiksbu tagħrif speċifiku dwar is-CSP. Dan GĦANDU jkun sekwenza ta’ pointers multilingwi (bl-EN bħala l-ilsien obbligatorju, u potenzjalment ukoll bi lsien nazzjonali wieħed jew aktar). L-URI(s) imsemmija JRIDU jindikaw triq lejn tagħrif li jiddeskrivi t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tas-CSP, kif ukoll il-prassi tiegħu, il-kwistjonijiet legali, il-politiki tiegħu ta’ għajnuna lill-konsumatur, u tagħrif ġeneriku ieħor li japplika għas-servizzi kollha tiegħu elenkati fl-entrata tas-CSP fit-TSL.

Nota: Fejn entità legali CSP individwali tipprovdi servizzi b’ismijiet kummerċjali differenti jew f’kuntesti speċifiċi differenti, u dan ikun intwera f’tant entrati TSP daqs it-tali kuntesti speċifiċi, dan l-ispazju GĦANDU jispeċifika tagħrif marbut mas-sensiela speċifika ta’ servizzi elenkati f’entrata partikulari TSP/TradeName.

TSP information extensions (il-klawżola 5.4.5)

Dan l-ispazju huwa fakultattiv u, jekk ikun preżenti, JISTA’ jintuża mill-operatur tal-iskema, skont l-ispeċifikazzjonijiet ta’ ETSI TS 102 231 (il-klawżola 5.4.5), biex jipprovdi tagħrif speċifiku, li għandu jiġi interpretat skont ir-regoli tal-iskema speċifika.

List of Services

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jkun fih sekwenza li tidentifika kull wieħed mis-servizzi rikonoxxuti tas-CSP kif ukoll l-istatus ta’ approvazzjoni (u l-istorja ta’ dak l-istatus) ta’ dak is-servizz. Għandu jkun elenkat tal-anqas servizz wieħed (anki jekk it-tagħrif miżmum huwa storiku kollu kemm hu).

Billi ż-żamma ta’ tagħrif storiku dwar is-servizzi elenkati hija MEĦTIEĠA skont dawn l-ispeċifikazzjonijiet, it-tagħrif storiku JRID jinżamm anki jekk l-istatus kurrenti tas-servizz is-soltu ma jitlobx li jkun elenkat (eż. jekk is-servizz jiġi rtirat). B’hekk CSP IRID jiġi inkluż anki meta l-uniku servizz elenkat tiegħu jinsab f’tali stat, sabiex tibqa’ tinżamm l-istorja tiegħu.

Service Information

TSP(1) Service(1)

Service type identifier (il-klawżola 5.5.1)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jispeċifika l-identifikatur tat-tip ta’ servizz skont it-tip tal-ispeċifikazzjonijiet TSL attwali (jiġifieri “/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/TSLtype/generic”).

Fejn is-servizz elenkat huwa marbut mal-ħruġ ta’ Ċertifikati Kwalifikati, l-URI msemmi GĦANDU jkun http://uri.etsi.org/TrstSvc/Svctype/CA/QC (Awtorità ta’ Ċertifikazzjoni li toħroġ Ċertifikati Kwalifikati).

Fejn is-servizz elenkat huwa marbut mal-ħruġ ta’ Timbri ta’ Servizz ta’ Fiduċja li mhumiex QCs u ma jsostnux il-ħruġ ta’ QCs, l-URI msemmi GĦANDU jkun wieħed mill-URIs iddefiniti f’ETSI 102 231 u elenkati fil-klawżola D.2 tiegħu fir-rigward ta’ dan l-ispazju. Dan GĦANDU japplika wkoll għal dawk it-Timbri ta’ Servizz ta’ Fiduċja li huma sorveljati/akkreditati biex jilħqu ċerti kwalifiki speċifiċi skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Memrbi (eż. l-hekk imsejjaħ Timbru tal-Ħin Ikkwalifikat bil-DE jew bl-HU). L-URI msemmi GĦANDU jkun wieħed mill-URIs iddefiniti f’ETSI 102 231 u elenkati fil-klawżola D.2 tiegħu fir-rigward ta’ dan l-ispazju (eż. TSA għal Timbri tal-Ħin Ikkwalifikat iddefiniti fuq livell nazzjonali). Fejn applikabbli, tali kwalifika nazzjonali speċifika tat-Timbri ta’ Servizz ta’ Fiduċja TISTA’ tingħata fl-entrata tas-servizz, u l-estensjoni additionalServiceInformation (il-klawżola 5.8.2) fil-klawżola 5.5.9 (“Service information extension”) GĦANDHA tintuża għal dan il-għan.

Bħala prinċipju ġenerali u awtomatiku, GĦANDU jkun hemm entrata waħda għal kull ċertifikat X.509v3 individwali (eż. għal servizz ta’ ċertifikazzjoni tat-tup CA/QC) taħt is-servizzi ta’ ċertifikazzjoni elenkati minn CSP elenkat fil-Lista ta’ Fiduċja (eż. Awtorità ta’ Ċertifikazzjoni li tuża QCs (direttament)). F’ċerti ċirkustanzi previsti u ġestiti b’attenzjoni u b’ċerti kundizzjonijiet approvati, Entità ta’ Sorveljanza/Entità ta’ Akkreditazzjoni ta’ Stat Membru TISTA’ tiddeċiedi li tuża ċ-ċertifikat X.509v3 ta’ Root jew Upper level CA (eż. Awtorità ta’ Ċertifikazzjoni li ma toħroġx QCs ta’ entità aħħarija direttament iżda li tiċċertifika ġerarkija ta’ CAs minn fuq ‘l isfel, sa CAs li joħorġu QCs lil entitajiet aħħarija) bħala l-“Sdi” ta’ entrata individwali fil-lista ta’ servizzi minn CSP elenkat. Il-konsegwenzi (vantaġġi u żvantaġġi) tal-użu ta’ tali X.509v3 Root CA jew Upper CA bħala valuri “Sdi” ta’ entrati ta’ servizzi ta’ Lista ta’ Fiduċja jridu jitqiesu b’attenzjoni, u għandhom jitqiesu b’attenzjoni u jiġu approvati mill-Istati Membri (20). Barra minn hekk, fejn tintuża tali eċċezzjoni awtorizzata għall-prinċipju awtomatiku, l-Istat Membru JRID jipprovdi d-dokumentazzjoni meħtieġa biex l-itinerjarju taċ-ċertifikazzjoni jitwitta u jiġi vverifikat b’mod aktar faċli.

Nota : TSPs bħal dawk li jwieġbu għal OCSPs u dawk li joħorġu CRLs li huma parti minn servizzi ta’ ċertifikazzjoni CSPQC u soġġetti għall-użu ta’ pari ewlenin separati rispettivament għall-iffirmar tat-tweġibiet ta’ OCSPs u CRLs JISTGĦU jiġu elenkati wkoll fil-mudell preżenti ta’ TSL bl-użu tat-taħlita li ġejja ta’ URIs:

Il-valur “Service type identifier” (il-klawżola 5.5.1):

http://uri.etsi.org/TrstSvc/Svctype/Certstatus/OCSP

flimkien mal-valur li jmiss “Service information extension” (il-klawżola 5.5.9) tal-estensjoni additionalServiceInformation (il-klawżola 5.8.2):

http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/SvcInfoExt/OCSP-QC

Deskrizzjoni: fornitur ta’ status ta’ ċertifikat li jopera server OCSP bħala parti minn servizz minn CSP li joħroġ Ċertifikati Kwalifikati.

Il-valur “Service type identifier” (il-klawżola 5.5.1):

http://uri.etsi.org/TrstSvc/Svctype/Certstatus/CRL

flimkien mal-valur li jmiss “Service information extension” (il-klawżola 5.5.9) tal-estensjoni additionalServiceInformation (il-klawżola 5.8.2):

http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/SvcInfoExt/CRL-QC

Deskrizzjoni: fornitur ta’ status ta’ ċertifikat li jopera CRL bħala parti minn servizz minn CSP li joħroġ Ċertifikati Kwalifikati.

Il-valur “Service type identifier” (il-klawżola 5.5.1):

http://uri.etsi.org/TrstSvc/Svctype/CA/QC

flimkien mal-valur li jmiss “Service information extension” (il-klawżola 5.5.9) tal-estensjoni additionalServiceInformation (il-klawżola 5.8.2):

http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/SvcInfoExt/RootCA-QC

Deskrizzjoni: Root Certification Authority li minnha tista’ tiġi stabbilita triq ta’ ċertifikazzjoni minn fuq ‘l isfel, sa Awtorità ta’ Ċertifikazzjoni li toħroġ Ċertifikati Kwalifikati.

Il-valur “Service type identifier” (il-klawżola 5.5.1):

http://uri.etsi.org/TrstSvc/Svctype/TSA

flimkien mal-valur li jmiss “Service information extension” (il-klawżola 5.5.9) tal-estensjoni additionalServiceInformation (il-klawżola 5.8.2):

http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/SvcInfoExt/TSS-QC

Deskrizzjoni: servizz ta’ ttimbrar tal-ħin bħala parti minn servizz minn fornitur ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni li joħroġ Ċertifikati Kwalifikati li joħorġu TST li jista’ jintuża fil-proċess ta’ verifika tal-firma kkwalifikata biex tiġi determinata u estiża l-validità tal-firma fejn il-QC jiġi revokat jew jiskadi.

Service name (il-klawżola 5.5.2)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jispeċifika l-isem li bih is-CSP identifikat fi “TSP name” (il-klawżola 5.4.1) jipprovdi s-servizz identifikat fi “Service type identifier” (il-klawżola 5.5.1). Dan GĦANDU jkun sekwenza ta’ strings ta’ karattri multilingwi (bl-EN bħala l-ilsien obbligatorju, u potenzjalment ukoll bi lsien nazzjonali wieħed jew aktar).

Service digital identity (il-klawżola 5.5.3)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jispeċifika mill-anqas rappreżentazzjoni waħda ta’ identifikatur diġitali uniku għas-servizz li t-tip tiegħu huwa speċifikat fi “Service type identifier” (il-klawżola 5.5.1) li bih is-servizz jista’ jiġi identifikat mingħajr ambigwità.

F’dawn l-ispeċifikazzjonijiet, l-identifikatur diġitali użat f’dan l-ispazju GĦANDU jkun iċ-Ċertifikat X.509v3 relevanti, li jkun rappreżentazzjoni tal-muftieħ pubbliku jew imfietaħ pubbliċi li juża s-CSP biex jipprovdi s-servizz li t-tip tiegħu huwa speċifikat mis-“Service type identifier” (il-klawżola 5.5.1) (jiġifieri l-muftieħ użat minn RootCA/QC, il-muftieħ użat għall-iffirmar taċ-ċertifikati (21), jew inkella l-ħruġ ta’ Timbri tal-Ħin, jew l-iffirmar ta’ CRLs, jew l-iffirmar ta’ tweġibiet għall-OCSPs). Dan iċ-Ċertifikat X.509v3 irrelatat GĦANDU jintuża bħala l-identifikatur diġitali minimu meħtieġ (bħala r-rappreżentazzjoni tal-muftieħ pubbliku jew l-imfietaħ pubbliċi li juża s-CSP biex jipprovdi s-servizz elenkat). Identifikaturi addizzjonali JISTGĦU jintużaw kif ġej, iżda JRIDU jirreferu lkoll għall-istess identità (jiġifieri ċ-ċertifikat X.509v3 irrelatat):

(a)

L-isem distint (DN) taċ-ċertifikat li jista’ jintuża għall-ivverifikat tal-firem elettroniċi tas-servizz CSP speċifikat fi “Service type identifier” (il-klawżola 5.5.1);

(b)

L-identifikatur tal-muftieħ pubbliku rrelatat (jiġifieri X.509v3 SubjectKeyIdentifier jew il-valur SKI);

(c)

Il-muftieħ pubbliku rrelatat.

Bħala prinċipju ġenerali u awtomatiku, l-identifikatur diġitali (jiġifieri ċ-ċertifikat X.509v3 irrelatat) MA GĦANDUX ikun preżenti aktar minn darba fil-Lista ta’ Fiduċja, jiġifieri GĦANDU jkun hemm entrata waħda għal kull ċertifikat X.509v3 individwali għal servizz ta’ ċertifikazzjoni taħt is-servizzi ta’ ċertifikazzjoni elenkati minn CSP elenkat fil-Lista ta’ Fiduċja. Bil-maqlub ta’ dan, ċertifikat X.509v3 individwali wieħed GĦANDU jintuża f’entrata ta’ servizz waħda bħala l-valur “Sdi”.

Nota (1): L-uniku każ li fih il-prinċipju ġenerali u awtomatiku t’hawn fuq ma jistax jiġi applikat huwa s-sitwazzjoni fejn ċertifikat X.509v3 individwali jintuża meta jinħarġu tiġi differenti ta’ Timbri ta’ Servizz ta’ Fiduċja li għalihom japplikaw skemi ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni differenti, pereżempju ċertifikat X.509v3 individwali jintuża minn CSP min-naħa l-waħda meta joħroġ QCs skont sistema xierqa ta’ sorveljanza, u min-naħa l-oħra meta joħroġ ċertifikati mhux kwalifikati skont status differenti ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni. F’dan il-każ u eżempju, jintużaw żewġ entrati b’valuri “Sti” differenti (eż. Rispettivament CA/QC u CA/PKC fl-eżempju t’hawn fuq) u bl-istess valur “Sdi” (iċ-ċertifikat X.509v3 irrelatat).

L-implimentazzjonijiet huma dipendenti minn ASN.1 u XML u GĦANDHOM ikunu konformi ma’ speċifikazzjonijiet ETSI TS 102 231 (għal ASN.1 ara l-Anness A ta’ ETSI TS 102 231, u għal XML ara l-Anness B ta’ ETSI TS 102 231).

Nota (2): Fejn għandu jingħata tagħrif addizzjonali dwar il-‘kwalifikazzjoni’ fir-rigward tal-entrata ta’ servizz identifikata, fejn xieraq, l-Operatur tal-Iskema GĦANDU jqis l-użu tal-estensjoni “additionalServiceInformation” (il-klawżola 5.8.2) tal-ispazju “Service information extension” (il-klawżola 5.5.9) skont l-għan li jingħata tali tagħrif addizzjonali dwar il-“kwalifikazzjoni”. Barra minn hekk, l-Operatur tal-Iskema jista’ jagħżel li juża l-klawżola 5.5.6 (“Scheme service definition URI”).

Service current status (il-klawżola 5.5.4)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jispeċifika l-identifikatur tal-istatus tas-servizz b’wieħed mill-URIs li ġejjin:

Taħt sorveljanza (http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/Svcstatus/undersupervision);

Sorveljanza ta’ servizz fil-proċess li titwaqqaf (http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/Svcstatus/supervisionincessation);

Sorveljanza mwaqqfa (http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/Svcstatus/supervisionceased);

Sorveljanza revokata (http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/Svcstatus/supervisionrevoked);

Akkreditat (http://uri.etsi.org/TrstSvc/Svcstatus/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/Svcstatus/accredited);

Akkreditazzjoni mwaqqfa (http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/Svcstatus/accreditationceased);

Akkreditazzjoni revokata (http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/Svcstatus/accreditationrevoked).

L-istatus ta’ hawn fuq GĦANDHOM jiġu interpretati, fil-kuntest ta’ dal-ispeċifikazzjonijiet attwali tal-Lista ta’ Fiduċja, kif ġej:

—   Taħt sorveljanza: Is-servizz identifikat fi “Service digital identity” (il-klawżola 5.5.3) ipprovdut mill-Fornitur ta’ Servizzi ta’ Ċertifikazzjoni (CSP) identifikat bi “TSP name” (il-klawżola 5.4.1) jinsab taħt sorveljanza, għall-konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 1999/93/KE, mill-Istat Membru identifikat fi “Scheme territory” (il-klawżola 5.3.10) li fih huwa stabbiliti is-CSP.

—   Sorveljanza ta’ servizz fil-proċess li titwaqqaf: Is-servizz identifikat fi “Service digital identity” (il-klawżola 5.5.3) ipprovdut mis-CSP identifikat fi “TSP name” (il-klawżola 5.4.1) jinsab fil-proċess li jitwaqqaf iżda għadu sorveljat, sakem is-sorveljanza titwaqqaf jew tiġi revokata. Fil-każ li persuna ġuridika differenti minn dik identifikata fi “TSP name” tkun ħadet ir-responsabbiltà li tiżgura din il-fażi ta’ waqfien, l-identifikazzjoni ta’ din il-persuna ġuridika ġdida jew ta’ sikurezza (fallback CSP) għandha tingħata fil-klawżola 5.5.6 tal-entrata ta’ servizz.

—   Sorveljanza mwaqqfa: Il-validità tal-valutazzjoni tas-sorveljanza skadiet mingħajr ma ġie ivvalutat mill-ġdid is-servizz identifikat fi “Service digital identity” (il-klawżola 5.5.3). Is-servizz bħalissa m’għadux jinsab taħt sorveljanza, mid-data tal-istatus attwali, billi huma mifhum li s-servizz waqqaf l-operat.

—   Sorveljanza revokata: Wara li ġiet sorveljata, is-servizz tas-CSP, u potenzjalment is-CSP innifsu, naqas milli jkompli jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 1999/93/KE, kif iddeterminat mill-Istat Membru identifikat fi “Scheme territory” (il-klawżola 5.3.10) li fih huwa stabbiliti is-CSP. B’dan il-mod, kien meħtieġ li s-servizz iwaqqaf l-operat tiegħu, u għaldaqstant għandu jitqies bħala mwaqqaf.

Nota (1): Il-valur tal-istatus “Sorveljanza revokata” jista’ jkun status definittiv, anki jekk is-CSP iwaqqaf għal kollox l-attività tiegħu; f’dan il-każ mhuwiex meħtieġ li jimmigra lejn l-istatus ta’ “Sorveljanza ta’ servizz fil-proċess li titwaqqaf” jew “Sorveljanza mwaqqfa”. Fil-fatt, l-uniku mod biex jinbidel l-istatus ta’ “Sorveljanza revokata” huwa li jirkupra min-nuqqas ta’ konformità għall-konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 1999/93/KE skont is-sistema xierqa ta’ sorveljanza fis-seħħ fl-Istat Membru li hu s-sid tal-Lista ta’ Fiduċja, u b’hekk jerġa’ jikseb l-istatus ta’ “Taħt sorveljanza”. L-istatus ta’ “Sorveljanza ta’ servizz fil-proċess li titwaqqaf”, jew ta’ “Sorveljanza mwaqqfa”, isir biss fejn CSP iwaqqaf direttament is-servizzi tiegħu taħt sorveljanza, u mhux fejn is-sorveljanza tkun ġiet revokata.

—   Akkreditat: Valutazzjoni ta’ akkreditazzjoni saret mill-Entità ta’ Akkreditazzjoni f’isem l-Istat Membru identifikat fi “Scheme territory” (il-klawżola 5.3.10) u s-servizz identifikat fi “Service digital identity” (il-klawżola 5.5.3) ipprovdut mis-CSP (22) identifikat bi “TSP name” (il-klawżola 5.4.1) jinstab li huwa konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 1999/93/KE

Nota (2): Fejn jintuża fil-kuntest ta’ CSP li joħroġ QCs stabbilit fi “Scheme territory” (il-klawżola 5.3.10), iż-żewġ status ta’ wara “Akkreditazzjoni revokata” u “Akkreditazzjoni mwaqqfa” IRIDU jitqiesu bħala “status ta’ tranżitu” u MA JRIDUX jintużaw bħala valur għal “Status attwali ta’ servizz” għaliex, fil-każ li jintużaw, IRIDU jkunu segwiti immedjatament fi “Tagħrif dwar l-istorja ta’ approvazzjoni tas-servizz” jew fi “Status attwali tas-servizz” minn status “Taħt sorveljanza”, potenzjalment segwiti minn status ieħor ta’ sorveljanza ddefinit hawn fuq u kif muri fil-Figura 1. Fejn jintuża fil-kuntest ta’ CSP li ma joħroġx QCs fejn hemm biss skema ta’ “akkreditazzjoni volontarja” assoċjata mingħajr l-ebda skema ta’ sorveljanza assoċjata jew fil-kuntest ta’ CSP li joħroġ QCs fejn is-CSP mhuwiex stabbiliti fi “Scheme territory” (il-klawżola 5.3.10) (eż. f’pajjiż terz), dawk l-istatus “Akkreditazzjoni revokata” u “Akkreditazzjoni mwaqqfa” JISTGĦU jintużaw bħala valur għal “Status attwali tas-servizz”.

—   Akkreditazzjoni mwaqqfa: Il-validità tal-valutazzjoni tas-sorveljanza skadiet mingħajr ma ġie vvalutat mill-ġdid is-servizz identifikat fi “Service digital identity” (il-klawżola 5.5.3),

—   Akkreditazzjoni revokata: Wara li nstab li kien konformi mal-kriterji tal-iskema, is-servizz identifikat fi “Service digital identity” (il-klawżola 5.5.3) ipprovdut mill-Fornitur ta’ Servizzi ta’ Ċertifikazzjoni (CSP) identifikat bi “TSP name” (il-klawżola 5.4.1) u potenzjalment is-CSP innifsu naqsu milli jkomplu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 1999/93/KE.

Nota (3): Preċiżament l-istess valuri ta’ status għandhom jintużaw għal CSPs li joħorġu QCs u għal CSPs li ma joħorġux QCs (eż. Fornituri ta’ Servizzi ta’ Timbrar tal-Ħin li joħorġu TSTs, CSPs li joħorġu ċertifikati mhux kwalifikati, eċċ.). L-ispazju “Service Type identifier” (il-klawżola 5.5.1) għandu jintużaw biex issir distinzjoni bejn sistemi ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni applikabbli.

Nota (4): Tagħrif addizzjonali ta’ “kwalifikazzjoni” marbut mal-istatus iddefinit fuq il-livell tas-sistemi nazzjonali ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni għal CSPs li ma joħorġux QCs JISTA’ jingħata fuq il-livell tas-servizz fejn applikabbli u meħtieġ (eż. biex issir distinzjoni bejn għadd ta’ livelli ta’ kwalità/sigurtà). L-Operaturi ta’ Skemi GĦANDHOM jużaw l-estensjoni “additionalServiceInformation” (il-klawżola 5.8.2) tal-ispazju “Service information extension” (il-klawżola 5.5.9) skont l-għan li jingħata tagħrif addizzjonali ta’ “kwalifikazzjoni”. Barra minn hekk, l-Operatur tal-Iskema jista’ jagħżel li juża l-klawżola 5.5.6 (“Scheme service definition URI”).

Current status starting date and time (il-klawżola 5.5.5)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jispeċifika d-data u l-ħin li fihom l-istatus attwali ta’ approvazzjoni daħal fis-seħħ (valur ta’ data u ħin kif iddefinit fil-klawżola 5.14 ta’ ETSI TS 102 231).

Scheme service definition URI (il-klawżola 5.5.6)

Dan l-ispazju huwa FAKULTATTIV, u jekk ikun preżenti, GĦANDU jispeċifika l-URI(s) fejn il-partijiet ta’ fiduċja jistgħu jiksbu tagħrif speċifiku pprovdut mill-Operatur tal-iskema f’sekwenza ta’ pointers multilingwi dwar is-servizzi (bl-EN bħala l-ilsien obbligatorju, u potenzjalment ukoll bi lsien nazzjonali wieħed jew aktar).

Fejn jintuża, l-URI(s) imsemmija JRIDU jħaffu t-triq lejn tagħrif li jiddeskrivi s-servizz kif speċifikat mill-iskema. B’mod partikulari, dan JISTA’ jinkludi, fejn applikabbli:

(a)

URI li jindika l-identità tas-CSP ta’ sigurtà fil-każ li s-sorveljanza ta’ servizz fil-proċess li titwaqqaf li fih hu involut CSP ta’ sigurtà (ara “Service current status”, il-klawżola 5.5.4);

(b)

URI li jindika dokumenti li jipprovdu tagħrif addizzjonali marbut mal-użu ta’ ċerta kwalifika speċifika ddefinita fuq livell anazzjonali għal servizz ta’ forniment ta’ Timbri ta’ Servizz ta’ Fiduċja sorveljat/akkreditat, b’konsistenza mal-użu tal-ispazju “Service information extension” (il-klawżola 5.5.9) ma’ estensjoni “additionalServiceInformation” kif iddefinit fil-klawżola 5.8.2.

Service supply points (il-klawżola 5.5.7)

Dan l-ispazju huwa FAKULTATTIV, u jekk ikun preżenti, GĦANDU jispeċifika l-URI(s) fejn partijiet ta’ fiduċja jista’ jkollhom aċċess għas-servizz permezz ta’ sekwenza ta’ strings ta’ karattri b’sintassi li TRID tkun konformi ma’ RFC 3986.

TSP service definition URI (il-klawżola 5.5.8)

Dan l-ispazju huwa FAKULTATTIV, u jekk ikun preżenti, GĦANDU jispeċifika l-URI(s) fejn il-partijiet ta’ fiduċja jistgħu jiksbu tagħrif speċifiku dwar is-servizzi pprovdut mit-TSP f’sekwenza ta’ pointers multilingwi (bl-EN bħala l-ilsien obbligatorju, u potenzjalment ukoll bi lsien nazzjonali wieħed jew aktar). L-URI(s) refernzjati JRIDU jħaffu t-triq lejn tagħrif li jiddeskrivi s-servizz kif speċifikat mit-TSP.

Service information extensions (il-klawżola 5.5.9)

Fil-kuntest ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet, dan l-ispazju huwa FAKULTATTIV, iżda GĦANDU jkun preżenti fejn it-tagħrif ipprovdut fi “Service digital identity” (il-klawżola 5.5.3) mhuwiex biżżejjed biex jidentifika mingħajr ambigwità ċ-ċertifikati kwalifikati maħruġa minn dan is-servizz u/jew it-tagħrif preżenti fiċ-ċertifikati kwalifikati relatati ma jippermettux l-identifikazzjoni minn magna tal-fatti rigward jekk il-QC hux sostnut jew le minn SSCD (23).

Fil-kuntest ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet, fejn l-użu tiegħu huwa MEĦTIEĠ, eż. għal servizzi CA/QC, spazju ta’ tagħrif fakultattiv “Service information extensions” (“Sie”) GĦANDU jintuża u jitqassam, skont l-estensjoni “Qualifications” iddefinita fl-Anness L.3.1 għal ETSI TS 102 231, f’sekwenza ta’ tuplu wieħed jew aktar, b’kull tuplu jipprovdi:

(filtri) Tagħrif li għandu jintuża biex ikompli jidentifika, taħt is-servizz ta’ ċertifikazzjoni “Sdi” identifikat, dak is-servizz preċiż (jiġifieri sett ta’ ċertifikati kkwalifikati) li għalih huwa mitlub/ipprovdut tagħrif addizzjonali rigward il-preżenza jew in-nuqqas ta’ sostenn minn SSCD (u/jew il-ħruġ lil Persuna Legali); u

It-tagħrif assoċjat (“qualifiers”) dwar jekk is-sett ta’ ċertifikati rikonoxxuti ta’ dan is-servizz identifikat aħjar huwiex sostnut jew le minn SSCD (fejn dan it-tagħrif huwa “QCSSCDStatusAsInCert”, ifisser li dan it-tagħrif assoċjat huwa parti mill-QC f’forma li tista’ tiġi pproċessata minn magna standard skont ETSI (24), u/jew tagħrif rigward jekk tali QCs jinħarġux lil Persuna Legali (għandhom jitqiesu awtomatikament bħala maħruġa biss lil Persuni Naturali).

QCWithSSCD (http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/SvcInfoExt/QCWithSSCD): tfisser li huwa żgurat mis-CSP u kkontrollat (mudell ta’ sorveljanza) jew awditjat (mudell t’akkreditazzjoni) mill-Istat Membru (rispettivament l-Entità ta’ Sorveljanza jew l-Entità t’Akkreditazzjoni), li kull QC maħruġ taħt is-servizz (QCA) identifikat fi “Service digital identity” (il-klawżola 5.5.3) u identifikat aħjar mit-tagħrif (filtri) t’hawn fuq, użat biex ikompli jidentifika, taħt is-servizz ta’ ċertifikazzjoni identifikat “Sdi”, dak is-sett preċiż ta’ ċertifikati kwalifikati li għalihom hu meħtieġ dan it-tagħrif addizzjonali fir-rigward tal-preżenza jew in-nuqqas ta’ sostenn minn SSCD HUMA sostnuti minn SSCD (jiġifieri li l-muftieħ privat assoċjat mal-muftieħ pubbliku fiċ-ċertifikat jinżamm f’Tagħmir għall-Ħolqien tal-Firem Sikuri konformi mal-Anness III għad-Direttiva 1999/93/KE);

QCNoSSCD (http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/SvcInfoExt/QCNoSSCD): tfisser li huwa żgurat mis-CSP u kkontrollat (mudell ta’ sorveljanza) jew awditjat (mudell t’akkreditazzjoni) mill-Istat Membru (rispettivament l-Entità ta’ Sorveljanza jew l-Entità t’Akkreditazzjoni), li kull QC maħruġ taħt is-servizz (RootCA/QC jew CA/QC) identifikat fi “Service digital identity” (il-klawżola 5.5.3) u identifikat aħjar mit-tagħrif (filtri) t’hawn fuq, użat biex ikompli jidentifika, taħt is-servizz ta’ ċertifikazzjoni identifikat “Sdi”, dak is-sett preċiż ta’ ċertifikati kwalifikati li għalihom hu meħtieġ dan it-tagħrif addizzjonali fir-rigward tal-preżenza jew in-nuqqas ta’ sostenn minn SSCD M’HUMIEX sostnuti minn SSCD (jiġifieri li l-muftieħ privat assoċjat mal-muftieħ pubbliku fiċ-ċertifikat ma jinżammx f’Tagħmir għall-Ħolqien tal-Firem Sikuri konformi mal-Anness III għad-Direttiva 1999/93/KE);

QCSSCDStatusAsInCert (http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/SvcInfoExt/QCSSCDStatusAsInCert): tfisser li huwa żgurat mis-CSP u kkontrollat (mudell ta’ sorveljanza) jew awditjat (mudell t’akkreditazzjoni) mill-Istat Membru (rispettivament l-Entità ta’ Sorveljanza jew l-Entità t’Akkreditazzjoni), li kull QC maħruġ taħt is-servizz (CA/QC) identifikat fi “Service digital identity” (il-klawżola 5.5.3) u identifikat aħjar mit-tagħrif (filtri) t’hawn fuq, użat biex ikompli jidentifika, taħt is-servizz ta’ ċertifikazzjoni identifikat “Sdi”, dak is-sett preċiż ta’ ċertifikati kwalifikati li għalihom hu meħtieġ dan it-tagħrif addizzjonali fir-rigward tal-preżenza jew in-nuqqas ta’ sostenn minn SSCD GĦANDHOM jinkludu t-tagħrif li jista’ jiġi pproċessat minn magna li jindika jekk il-QC hux sostnut jew le minn SSCD;

QCForLegalPerson (http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/SvcInfoExt/QCForLegalPerson): tfisser li huwa żgurat mis-CSP u kkontrollat (mudell ta’ sorveljanza) jew awditjat (mudell t’akkreditazzjoni) mill-Istat Membru (rispettivament l-Entità ta’ Sorveljanza jew l-Entità t’Akkreditazzjoni), li kull QC maħruġ taħt is-servizz (QCA/QC) identifikat fi “Service digital identity” (il-klawżola 5.5.3) u identifikat aħjar mit-tagħrif (filtri) t’hawn fuq, użat biex ikompli jidentifika, taħt is-servizz ta’ ċertifikazzjoni identifikat “Sdi”, dak is-sett preċiż ta’ ċertifikati kwalifikati li għalihom hu meħtieġ dan it-tagħrif addizzjonali fir-rigward tal-ħruġ lil Persuna Legali JINĦARĠU lil Persuni Legali.

Dawn il-kategoriji ta’ kwalifikazzjoni għandhom jintużaw biss bħala estensjoni, jekk it-tip ta’ servizz huwa http://uri.etsi.org/TrstSvc/Svctype/CA/QC.

Dan l-ispazju huwa speċifiku għall-implimentazzjoni (ASN.1 jew XML) u JRIDU jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fl-Anness L.3.1 ta’ ETSI TS 102 231.

Fil-kuntest ta’ implimentazzjoni XML, il-kontenut speċifiku ta’ tali tagħrif addizzjonali għandu jiġi kkodifikat bl-użu tal-fajl xsd mogħti fil-Kapitolu 3.

Service Approval History

Dan l-ispazju huwa FAKULTATTIV u JRID ikun preżenti jekk “Historical information period” (il-klawżola 5.3.12) mhuwiex żero. Għaldaqstant, fil-kuntest ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet, l-iskema TRID iżżomm tagħrif storiku. Fil-każ li t-tagħrif storiku hu maħsub li jiżamm iżda s-servizz ma għandu l-ebda storja ta’ qabel l-istatus attwali (jiġifieri l-ewwel status irreġistrat jew tagħrif storiku mhux miżmum mill-operatur tal-iskema), dan l-ispazju GĦANDU jkun vojt. Inkella, għal kull bidla fl-istatus attwali tas-servizz TSP li tkun saret fil-perjodu tat-tagħrif storiku kif speċifikat fil-klawżola 5.3.13 ta’ ETSI TS 102 231, GĦANDU jingħata tagħrif dwar l-istatus ta’ approvazzjoni ta’ qabel f’ordni dixxendenti tad-data u l-ħin tal-bidla fl-istatus (jiġifieri d-data u l-ħin li fihom daħal fis-seħħ l-istatus ta’ approvazzjoni sussegwenti).

Dan GĦANDU jkun sekwenza ta’ tagħrif storiku kif iddefinit hawn isfel.

TSP(1) Service(1) History(1)

Service type identifier (il-klawżola 5.6.1)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jispeċifika l-identifikatur tat-tip ta’ servizz, bil-format u t-tifsira użati fi “TSP Service Information – Service type identifier” (il-klawżola 5.5.1).

Service name (il-klawżola 5.6.2)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jispeċifika l-isem li bih is-CSP ipprovda s-servizz identifikat fi “TSP Service Information – Service type identifier” (il-klawżola 5.5.1), bil-format u t-tifsira użati fi “TSP Service Information – Service name” (il-klawżola 5.5.2). Din il-klawżola ma teħtieġx li l-isem ikun l-istess bħal dak speċifikat fil-klawżola 5.5.2. Bidla fl-isem TISTA’ tkun waħda miċ-ċirkustanzi li jirrikjedu status ġdid.

Service digital identity (il-klawżola 5.6.3)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jispeċifika mill-anqas rappreżentazzjoni waħda ta’ identifikatur diġitali uniku għas-servizz speċifikat fi “TSP Service Information – Service digital identity” (il-klawżola 5.5.3) bl-istess format u tifsira.

Service previous status (il-klawżola 5.6.4)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jispeċifika l-identifikatur tal-istatus ta’ qabel tas-servizz, bil-format u t-tifsira użati fi “TSP Service Information – Service current status” (il-klawżola 5.5.4).

Previous status starting date and time (il-klawżola 5.6.5)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jispeċifika d-data u l-ħin li fihom daħal fis-seħħ l-istatus ta’ qabel ikkonċernat, bil-format u t-tifsira użati fi “TSP Service Information – Service current status starting date and time” (il-klawżola 5.5.5).

Service information extensions (il-klawżola 5.6.6)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jintuża mill-operaturi tal-iskemi biex jagħtu tagħrif speċifiku għas-servizzi bil-format u t-tifsira użati fi “TSP Service Information – Service information extensions” (il-klawżola 5.5.9).

TSP(1) Service(1) History(2)

Idem għal TSP(1) Service(1) History(2) (qabel History 1)

TSP(1) Service(2)

Idem għal TSP(1) Service 2 (kif applikabbli)

TSP(1) Service(2) History(1)

TSP(2) Information

Idem għal TSP 2 (kif applikabbli)

Idem għal TSP 2 Service 1

Idem għal TSP 2 Service 1 History 1

Signed TSL

It-TSL, stabbilit b’dawn l-ispeċifikazzjonijiet, IMISSU (25) jiġi ffirmat minn “Scheme operator name” (il-klawżola 5.3.4) biex jiġu żgurati l-awtentiċità u l-integrità tiegħu.

Huwa rrakkomandat li l-format tal-firma GĦANDU jkun CAdES BES/EPES għal implimentazzjonijiet ASN.1, u XAdES BES/EPES kif iddefinit mill-ispeċifikazzjonijiet ta’ ETSI TS 101 903 għall-implimentazzjonijiet XML (26). Tali implimentazzjonijiet ta’ ffirmar elettroniku GĦANDHOM jilħqu rekwiżiti kif stipulat rispettivament fl-Annessi A u B għal ETSI TS 102 231.

Rekwiżiti ġenerali addizzjonali rigward il-firma jingħataw fit-taqsimiet li ġejjin.

Scheme identification (il-klawżola 5.7.2)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jispeċifika referenza assenjata mill-operatur tal-iskema li tidentifika b’mod uniku l-iskema deskritta f’dawn l-ispeċifikazzjonijiet u t-TSL stabbilit, u JRID jiġi inkluż fil-kalkolu tal-firma. Dan mistenni li jkun string ta’ karattri jew string ta’ bits.

Fil-kuntest ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet, ir-referenza assenjata GĦANDHA tkun il-konkatenazzjoni ta’ “TSL type” (il-klawżola 5.5.3), “Scheme name” (il-klawżola 5.3.6) u l-valur tal-estensjoni SubjectKeyIdentifier taċ-ċertifikat użat mill-operatur tal-Iskema għall-iffirmar elettroniku tat-TSL.

Signature algorithm identifier (il-klawżola 5.7.3)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jispeċifika l-algoritmu kriptografiku li ntuża biex tinħoloq il-firma. Skont l-algoritmu użat, dan l-ispazju JISTA’ jeħtieġ parametri addizzjonali. Dan l-ispazju JRID jiġi inkluż fil-kalkolu tal-firma.

Signature value (il-klawżola 5.7.4)

Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jkun fih il-valur reali tal-firma diġitali. L-ispazji kollha tat-TSL (għajr il-valur tal-firma nnifsu) IRIDU jkunu inklużi fil-kalkolu tal-firma.

TSL extensions (il-klawżola 5.8)

L-estensjoni expiredCertsRevocationInfo (il-klawżola 5.8.1)

Din l-estensjoni hija FAKULTATTIVA. Fejn tintuża, TRID tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-klawżola 5.8.1 ta’ ETSI TS 102 231.

L-estensjoni additionalServiceInformation (il-klawżola 5.8.2)

Fejn tintuża din l-estensjoni FAKULTATTIVA, TRID tintuża biss fuq il-livell ta’ Servizz, u biss fl-ispazju ddefinit fil-klawżola 5.5.9 (“Service information extension”). Tintuża biex tipprovdi tagħrif addizzjonali dwar servizz. Din GĦANDHA tkun sekwenza ta’ tuple wieħed jew aktar, b’kull tuple jagħti:

(a)

URI li jidentifika t-tagħrif addizzjonali, eż.:

URI li jindika ċerta kwalifika speċifika ddefinita fuq livell nazzjonali għal Timbru ta’ Servizz ta’ Fiduċja Sorveljat/Akkreditat li jipprovdi servizz, eż.

livell speċifiku ta’ granularità ta’ sigurtà/kwalità fir-rigward ta’ skema nazzjonali ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni għal CSPs li ma joħorġux QCs (eż. RGS */**/*** bil-FR, status speċifiku ta’ “sorveljanza” stipulat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għal CSPs speċifiċi li joħorġu QCs bid-DE), ara n-Nota (4) ta’ “Service current status” – il-klawżola 5.5.4;

jew status legali speċifiku għal Timbru ta’ Servizz ta’ Fiduċja sorveljat/akkreditat li jipprovdi servizz (eż. “TST ikkwalifikat” iddefinit fuq livell nazzjonali, kif isir bid-DE u bl-HU);

jew it-tifsira ta’ identifikatur speċifiku ta’ Politika, preżenti f’ċertifikat X.509v3, mogħtija fi spazju “Sdi”.

Jew URI rreġistrat kif speċifikat fi “Service type identifier”, il-klawżola 5.5.1, sabiex ikompli jispeċifika s-sehem tas-servizz identifikat “Sti” bħala servizz komponent ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni li joħroġ QC (eż. OCSP-QC, CRL-QC, u RootCA-QC);

(b)

string fakultattiv li jinkludi l-valur serviceInformation, b’tifsira kif speċifikat fl-iskema (eż. *, ** jew ***);

(c)

kwalunkwe tagħrif addizzjonali fakultattiv mogħti f’format speċifiku għall-iskema.

Id-dereferenzjar tal-URI JMISSU jwassal għal dokumenti li jistgħu jinqraw mill-bniedem, li jinkludi d-dettalji kollha meħtieġa biex tinftiehem l-estensjoni, u li jispjegaw b’mod partikulari t-tifsira tal-URIs mogħtija, filwaqt li jispeċifikaw il-valur possibbli għal serviceInformation u t-tifsira ta’ kull valur.

Qualifications Extension (il-klawżola L.3.1)

Deskrizzjoni

:

Dan l-ispazju huwa FAKULTATTIV u GĦANDU jkun preżenti fejn l-użu tiegħu huwa MEĦTIEĠ, eż. għal servizzi RootCA/QC jew CA/QC, kif ukoll fejn

it-tagħrif mogħti fi “Service digital identity” mhuwiex biżżejjed biex jidentifika mingħajr ambigwità ċ-ċertifikati kwalifikati maħruġin minn dan is-servizz

l-informazzjoni preżenti fiċ-ċertifikati kwalifikati rrelatati ma tippermettix l-identifikazzjoni, b’mod li jista’ jiġi pproċessat minn magna, tal-fatti dwar jekk il-QC hux sostnut jew le minn SSCD.

Fejn tintuża, din l-estensjoni ta’ livell ta’ servizz TRID tintuża biss fl-ispazju ddefinit fi “Service information extension” (il-klawżola 5.5.9).

Format

:

Sekwenza mhux vojta ta’ Qualification-element wieħed jew aktar (il-klawżola L.3.1.2) kif iddefinit fl-Anness L.3 ta’ ETSI TS 102 231.

KAPITOLU II

FAJL ETSI XSD FIR-RIGWARD TA’ ETSI TS 102 231 VERŻJONI 3

Dan it-tagħrif jingħata fl-istat attwali tiegħu. Jekk jinqalgħu xi problemi fl-użu ta’ dan il-fajl xsd, għandhom jiġu rrapportati lil ETSI sabiex issir azzjoni korrettiva.

Image Image Image Image Image Image Image

KAPITOLU III

FAJL XSD RIGWARD L-IKKODIFIKAR TAL-ISPAZJU “SIE”

Dan it-tagħrif jingħata fl-istat attwali tiegħu.

Image Image

KAPITOLU IV

SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦALL-FORMA LI TISTA’ TINQARA MILL-BNIEDEM TAL-IMPLIMENTAZZJONI TSL TAL-LISTA TA’ FIDUĊJA

Implimentazzjoni TSL tal-Lista ta’ Fiduċja f’forma li tista’ tinqara mill-bniedem (HR, Human Readable form) TRID tkun disponibbli għall-pubbliku u aċċessibbli b’mod elettroniku. IMISSHA tiġi pprovduta fil-forma ta’ dokument PDF, skont l-ISO 32000, li JRID ikollu format skont il-profil PDF/A (ISO 19005).

Il-kontenut tal-forma HR imsejsa fuq PDF/A tal-implimentazzjoni TSL tal-Lista ta’ Fiduċja JMISSU jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

L-istruttura tal-forma HR IMISSHA tirrefletti l-mudell loġiku deskritt fit-taqsima 5.1.2 ta’ ETSI TS 102 231;

Kull spazju preżenti JMISSU jintwera u jagħti:

It-titlu tal-ispazju (eż. “Service type identifier”);

Il-valur tal-ispazju (eż. “CA/QC”);

It-tifsira (deskrizzjoni) tal-valur tal-ispazju, fejn applikabbli, u b’mod partikulari kif stipulat fl-Anness D għal ETSI TS 102 231 jew fl-ispeċifikazzjonijiet preżenti għal URIs irreġistrati (eż. “Awtorità ta’ Ċertifikazzjoni li toħroġ ċertifikati ta’ mfietaħ pubbliċi”);

Verżjonijiet multipli f’ilsna naturali, kif stipulat fl-implimentazzjoni TSL tal-Lista ta’ Fiduċja, fejn applikabbli.

L-ispazju u l-valuri korrispondenti li ġejjin taċ-ċertifikati diġitali preżenti fl-ispazju “Service digital identity” IMISSHOM jintwerew mill-anqas fil-forma HR:

Verżjoni

Numru tas-serje

Algoritmu tal-firma

Min joħroġ iċ-ċertifikat

Validu minn

Validu sa

Suġġett

Muftieħ pubbliku

Politiki ta’ ċertifikazzjoni

Identifikatur tal-muftieħ tas-suġġett

Punti ta’ distribuzzjoni CRL

Identifikatur tal-muftieħ tal-awtorità

Użu tal-imfietaħ

Restrizzjonijet bażiċi

Algoritmu tal-marka tal-behem

Marka tal-behem

Il-forma HR IMISSHA tkun faċli biex tiġi stampata

Il-forma HR TISTA’ tiġi ffirmata b’mod elettroniku. Meta tiġi ffirmata, TRID tiġi ffirmata mill-Operatur tal-Iskema skont l-istess speċifikazzjonijiet għall-iffirmar bħall-implimentazzjoni TSL tal-Lista ta’ Fiduċja.


(1)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.

(2)  ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

(3)  Kif iddefinit fl-Artikolu 2(11)(r) tad-Direttiva 1999/93/KE.

(4)  4 Kif iddefinit fl-Artikolu 2(10) tad-Direttiva 1999/93/KE.

(5)  Kif iddefinit fl-Artikolu 2(6) tad-Direttiva 1999/93/KE.

(6)  Kif iddefinit fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 1999/93/KE.

(7)  Għal AdES appoġġat minn QC, jintuża l-akronimu ‘AdESQC’ tul dan id-dokument.

(8)  Ta’ min jinnota li hemm għadd ta’ servizzi elettroniċi msejsa fuq AdES sempliċi li l-użu transkonfinali tagħhom ikun daqstant ieħor iffaċilitat, dejjem jekk is-servizzi ta’ ċertifikazzjoni ta’ sostenn (eż. il-ħruġ ta’ ċertifikati mhux ikkwalifikati) ikunu parti mis-servizzi sorveljati/akkreditati koperti minn Stat Membru fil-parti tal-Lista ta’ fiduċja tiegħu għat-tagħrif volontarju.

(9)  ETSI TS 102 231 – Electronic Signatures and Infrastructures (ESI): Provision of harmonized Trust-service status information.

(10)  Eż. Fornitur ta’ Servizzi ta’ Ċertifikazzjoni stabbilit fi Stat Membru u li jipprovdi servizz ta’ ċertifikazzjoni li jkun sorveljat inizjalment mill-Istat Membru (Entità ta’ Sorveljanza) jista’, wara ċertu żmien, jiddeċiedi li jissottometti ruħu għal akkreditazzjoni volontarja għas-servizz ta’ ċertifikazzjoni attwalment issorveljat. Bil-maqlub, fornitur ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni fi Stat Membru jista’ jiddeċiedi li ma jwaqqafx servizz ta’ ċertifikazzjoni akkreditat, iżda li jgħaddih minn status ta’ akkreditazzjoni għal status ta’ sorveljanza, eż. għal raġunijiet kummerċjali u/jew ekonomiċi.

(11)  ETSI TS 102 231 – Electronic Signatures and Infrastructures (ESI): Provision of harmonized Trust-service status information.

(12)  Ara ETSI TS 101 862 – Electronic Signatures and Infrastructures (ESI): Qualified Certificate Profile.

(13)  ETSI TS 101 456 – Electronic Signature and Infrastructures (ESI); Policy requirements for certification authorities issuing qualified certificates.

(14)  Jiġifieri, bħala minimu, ċertifikat X 509 v3 tal-QCA li joħorġu, jew ta’ CA li tinsab aktar ‘il fuq fl-itinerarju ta’ ċertifikazzjoni.

(15)  IETF RFC 2119: “Key words for use in RFCs to indicate Requirements Levels”.

(16)  Jiġifieri, “il-Lista tal-Istatus ta’ Sorveljanza/Akkreditazzjoni ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni minn Fornituri ta’ Servizzi ta’ Ċertifikazzjoni, li huma sorveljati/akkreditati mill-Istat Membru msemmi għall-konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti stipulati fid-Direttiva 1999/93/KE” (jew fil-qosor, il-“Lista ta’ Fiduċja”).

(17)  Jiġifieri l-ispazji speċifikati minn ETSI TS 102 231 – Electronic Signatures and Infrastructures (ESI): Provision of harmonized Trust-service status information and “profiled” by the present specifications to specify the establishment of the Member States’ Trusted List.

(18)  L-aħħar żewġ settijiet ta’ tagħrif huma ta’ importanza fundamentali biex il-partijiet ikunu jistgħu jevalwaw il-kwalità u l-livell ta’ sigurtà ta’ tali sistemi ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni. Dawk is-settijiet ta’ tagħrif għandhom jingħataw fuq il-livell tal-Lista ta’ Fiduċja bl-użu tal-kontenut attwali ta’ “Scheme information URI” (il-klawżola 5.3.7 – tagħrif ipprovdut mill-Istati Membri), “Scheme type/community/rules” (il-klawżola 5.3.9 – bl-użu ta’ test komuni għall-Istati Membri kollha) u “TSL policy/legal notice” (il-klawżola 5.3.11 – test komuni għall-Istati Membri kollha, b’referenza għad-Direttiva 1999/93/KE, flimkien mal-possibbiltà li kull Stat Membru jżid it-testi jew ir-referenzi speċifiċi tagħhom). Jista’ jingħata tagħrif addizzjonali dwar sistemi ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni għal CSPs li ma joħorġux QCs, fuq il-livell tas-servizz, fejn applikabbli u meħtieġ (eż. għad-distinzjoni bejn għadd ta’ livelli ta’ kwalità/sigurtà), bl-użu ta’ “Scheme service definition URI” (il-klawżola 5.5.6).

(19)  IETF RFC 3986: “Uniform Resource Identifiers (URI): Generic syntax”.

(20)  L-użu ta’ ċertifikat RootCA X.509v3 bħala valur “Sdi” għal servizz elenkat iġiegħel lill-Operatur tal-Iskema jqis is-sett kollu ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni taħt tali Root CA kollha kemm hi fir-rigward tal-“istatus ta’ sorveljanza/akkreditazzjoni”. Eż. kwalunkwe bidla fl-istatus meħtieġa minn CA individwali waħda taħt ir-root hierarchy elenkat iġġiegħel lill-ġerarkija kollha tieħu dik il-bidla fl-istatus.

(21)  Dan jista’ jkun iċ-ċertifikat ta’ CA li toħroġ ċertifikati ta’ entità aħħarija (eż. CA/PKC, CA/QC) jew iċ-ċertifikat ta’ root CA ta’ fiduċja li minnu tista’ tinstab triq ‘l isfel saċ-ċertifikati kwalifikati ta’ entità aħħarija. Skont jekk dan it-tagħrif u t-tagħrif li jinstab f’kull ċertifikat ta’ entità aħħarija maħruġ taħt dan ir-root ta’ fiduċja jistgħux jintużaw jekk le biex jiġi ddeterminat mingħajr ambigwità l-karatteristiċi xierqa ta’ kwalunkwe ċertifikat kwalifikat, dan it-tagħrif (“Service digital identity”) aktarx ikollu bżonn jiġi kkompletat minn dejta ta’ “Service information extensions” (ara l-klawżola 5.5.9).

(22)  Ta’ min wieħed jinnota li dan is-CSP akkreditat jista’ jkun stabbilit fi Stat Membru differenti minn dak identifikat fi “Scheme territory” tal-impimentazzjoni TSL tal-Lista ta’ Fiduċja jew f’pajjiż terz (ara l-Artikolu 7(1)(a) tad-Direttiva 1999/93/KE).

(23)  Ara t-taqsima 2.2 ta’ dan id-dokument.

(24)  Dan jirreferi għal taħlita xierqa ta’ ETSI defined QcCompliance statement, QcSSCD statements [ETSI TS 101 862] jew QCP/QCP + ETSI defined OID [ETSI TS 101 456].

(25)  Filwaqt li l-implimentazzjoni tal-Lista ta’ Fiduċja tagħhom, għal kollox konformi ta’ ETSI TS 102231, u għaldaqstant iffirmata elettronikament, tista’ titqies il-mira ideali għall-Istati Membri kollha, sabiex jiġi ggarantit qafas tabilħaqq interoperabbli, online u li jista’ jiġi pproċessat bil-magna, għat-tħaffif tal-ivvalidar u l-użu transkonfinali tal-QES u l-AdESQC, l-Istati Membri jkunu permessi, għal raġunijiet prattiċi, li jimplimentaw forom intermedji tal-Listi ta’ Fiduċja tagħhom skont dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, dejjem jekk jiżguraw it-tixrid ta’ dawk il-forom intermedji permezz ta’ kanali sikuri.

(26)  Huwa obbligatorju li jitħares iċ-ċertifikat ta’ ffirmar tal-Operatur tal-Iskema, bil-firma b’wieħed mill-modi speċifikati minn ETSI TS 101 733 jew ETSI TS 101 903 rispettivament.