ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.297.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 297

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
13 ta' Novembru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1085/2009 tat-12 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1086/2009 tat-12 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi t-tnaqqis massimu fid-dazju għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 676/2009

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1087/2009 tat-12 ta’ Novembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta’ enżimi tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588), subtilisin prodott minn Bacillus subtilis (ATCC 2107) u alpha-amylase prodott minn Bacillus amyloliquefaciens (ATCC 3978) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għall-papri u għad-dundjani għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition, entità legali Finnfeeds International Limited) ( 1 )

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1088/2009 tat-12 ta’ Novembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għall-użu ġdid ta’ preparazzjoni ta’ enżim 6-phytase prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 17594) bħala adittiv għal fl-għalf għall-ħnienes miftmuma, għall-qżieqes tas-simna, għat-tjur tas-simna u tal-bidien (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd., irrappreżentati minn DSM Nutritional Products Sp. Z.o.o.) ( 1 )

6

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2009/831/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2009 li tawtorizza lill-Portugall japplika rata mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa fir-reġjun awtonomu tal-Madejra fuq rum u likuri prodotti u kkonsmati lokalment u fir-reġjun awtonomu tal-Ażores fuq likuri u eaux-de-vie prodotti u kkonsmati lokalment

9

 

 

2009/832/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2009 dwar il-proċedura li tikkonċerna d-derogi mir-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Protokolli tal-Oriġini annessi mal-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika mal-Istati tal-AKP, u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/399/KE

12

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/833/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Novembru 2009 dwar l-adattament tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2008, l-1 ta’ Settembru 2008, l-1 ta’ Ottubru 2008, l-1 ta’ Novembru 2008, l-1 ta’ Diċembru 2008 u l-1 ta’ Jannar 2009 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi

14

 

 

III   Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

 

*

Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2009/834/PESK tal-10 ta’ Novembru 2009 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK dwar it-twaqqif ta’ Ċentru tas-Satelliti tal-Unjoni Ewropea

18

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

13.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1085/2009

tat-12 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

39,7

MK

24,5

TR

48,3

ZZ

37,5

0707 00 05

EG

171,8

JO

161,3

MA

61,2

TR

73,4

ZZ

116,9

0709 90 70

MA

69,2

TR

109,5

ZZ

89,4

0805 20 10

MA

86,4

ZA

117,3

ZZ

101,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

51,4

HR

45,3

TR

81,8

ZZ

59,5

0805 50 10

AR

64,1

TR

71,7

ZA

57,0

ZZ

64,3

0806 10 10

AR

196,3

BR

215,4

LB

223,8

TR

120,0

US

259,3

ZZ

203,0

0808 10 80

CA

71,4

MK

20,3

NZ

101,1

US

104,4

ZA

79,7

ZZ

75,4

0808 20 50

CN

70,5

ZZ

70,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


13.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1086/2009

tat-12 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi t-tnaqqis massimu fid-dazju għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 676/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144 tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2009 (2) fetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni fi Spanja tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (3), il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tiddeċiedi li tistabbilixxi tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni. Biex din il-kwantità tiġi stabbilita, għandhom jitqiesu l-kriterji mniżżla fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.

(3)

Il-konċessjoni tingħata lil kull min tefa' offerta li ma taqbiżx l-ammont tat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni.

(4)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-offerti kkomunikati mit-30 ta’ Ottubru sat-12 ta’ Novembru 2009, fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 676/2009, it-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum huwa stabbilit għal EUR 20,67 kull tunnellata għal kwantità massima totali ta' 50 500 tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-12 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 6.

(3)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.


13.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1087/2009

tat-12 ta’ Novembru 2009

dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta’ enżimi tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588), subtilisin prodott minn Bacillus subtilis (ATCC 2107) u alpha-amylase prodott minn Bacillus amyloliquefaciens (ATCC 3978) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għall-papri u għad-dundjani għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition, entità legali Finnfeeds International Limited)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Jakkumpanjaw din l-applikazzjoni kien hemm id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta’ enżimi tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588), subtilisin prodott minn Bacillus subtilis (ATCC 2107) u alpha-amylase prodott minn Bacillus amyloliquefaciens (ATCC 3978) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għad-dundjani għat-tismin u l-papri, li għandha tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi Żootekniċi”.

(4)

L-Awtorità kkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tas-17 ta’ Ġunju 2009 (2) li l-preparazzjoni ta’ enżimi endo-1,4-beta-xylanase prodott minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588), subtilisin prodott minn Bacillus subtilis (ATCC 2107) u alpha-amylase prodott minn Bacillus amyloliquefaciens (ATCC 3978) m'għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u li l-użu ta' dik il-preparazzjoni ittejjeb il-parametri produttivi tal-annimali. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

L-evalwazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Il-Ġurnal EFSA (2009) 1154, p. 1, u l-Ġurnal EFSA (2009) 1156, p. 1.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità

4a10

Danisco Animal Nutrition (entità legali) Finnfeeds International Limited)

Endo-1,4-beta xylanase

EC 3.2.1.8

Subtilisin

EC 3.4.21.62

Alpha-amylase

EC 3.2.1.1

 

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ enżimi tal-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588), subtilisin prodott minn Bacillus subtilis (ATCC 2107) u alpha-amylase prodott minn Bacillus amyloliquefaciens (ATCC 3978) li għandha attività minima ta’

 

Għamla solida:

 

Endo-1,4-beta-xylanase 1 500  U (1)

 

Subtilisin (protease) 20 000  U (2)/g

 

Alpha-amylase 2 000  U (3)/g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Endo-1,4-beta-xylanase prodott minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588), subtilisin prodott minn Bacillus subtilis (ATCC 2107) u alpha-amylase prodott minn Bacillus amyloliquefaciens (ATCC 3978)

Tiġieġ għas-simna

Endo-1,4-beta xylanase 187,5 U

Subtilisin 2 500  U

Alpha-amylase 250 U

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista' jdum il-ħżin, u l-istabilità għall-pelleting

2.

Għall-użu f’għalf li fih ħafna polysaccharides li mhumiex lamtu (l-aktar beta-glucans u arabinoxylans), eż. li fihom aktar minn 40 % qamħirrun

3.

Għal raġunijiet ta’ sikurezza: protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ngwanti għandhom jintużaw waqt l-immaniġġjar

4.

Metodu xieraq għal skopijiet ta’ kontroll għandu jiġi żviluppat

It-3 ta’ Diċembru 2019

Papri

Endo-1,4-beta xylanase 75 U

Subtilisin 1 000  U

Alpha-amylase 100 U

Dundjani għas-simna

Endo-1,4-beta xylanase 300 U

Subtilisin 4 000  U

Alpha-amylase 400 U


(1)  1 U ta’ endo-1,4-β-xylanase hu l-ammont ta’ enżimi li jillibera 0,5 μmol ta’ zokkor li jnaqqas (ekwivalenti ta’ ksilożju) fil-minuta minn xylan tal-ħafur f’pH 5,3 u 50 °C.

(2)  1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 μmol ta’ kompost fenoliku (ekwivalent ta’ tyrosine) minn sustrat tal-casein fil-minuta f’pH ta’ 7,5 u 40 °C.

(3)  1 U ta’ α-amylase huwa l-ammont ta’ enżima li jillibera 1 μmol ta’ konnessjonijiet glukosidiċi minn sustrat ta’ polymer tal-lamtu li huwa inkroċjat u li ma jinħallx fl-ilma fil-minuta f’pH ta’ 6,5 u 37 °C.


13.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1088/2009

tat-12 ta’ Novembru 2009

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għall-użu ġdid ta’ preparazzjoni ta’ enżim 6-phytase prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 17594) bħala adittiv għal fl-għalf għall-ħnienes miftmuma, għall-qżieqes tas-simna, għat-tjur tas-simna u tal-bidien (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd., irrappreżentati minn DSM Nutritional Products Sp. Z.o.o.)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal użu ġdid tal-preparazzjoni tal-enzim 6-phytase prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 17594) bħala addittiv fl-għalf għal-ħnienes miftuma, għal-qżieqes tas-simna, għat-tjur tas-simna u tal-bidien, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu ta’ din il-preparazzjoni kien awtorizzat għal għaxar snin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 270/2009 (2) għat-tiġieġ għat-tismin.

(5)

Ġew imressqa dejta ġodda b’appoġġ għall-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-użu fil-każ tal-ħnienes miftuma, tal-qżieqes tas-simna, tat-tjur tas-simna u tal-bidien. Fl-opinjoni tagħha tal-14 ta’ Mejju 2009 (3), l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-preparazzjoni tal-enżim 6-phytase prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 17594) ma għandhiex effett ħażin fuq saħħet l-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent, u li l-użu ta’ dik il-preparazzjoni jista’ jkollu benefiċċju sinifikanti fuq id-diġestjoni tal-fosfru. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

L-evalwazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Bħala konsegwenza tal-għoti ta' awtorizzazzjoni ġdida skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ir-Regolament (KE) Nru 270/2009 għandu jitħassar.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Anness.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 270/2009 huwa mħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 91, 3.4.2009, p. 3.

(3)  Il-Ġurnal EFSA (2009) 1097, p. 1.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità.

4a6

DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional Products Sp. Z.o.o.

6-phytase

EC 3.1.3.26

 

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ 6-phytase prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 17594) li fih attività minima ta’:

 

Għamla solida: 10 000  FYT (1)/g

 

Għamla likwida: 20 000  FYT/g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

6-phytase prodott mill-Aspergillus oryzae

(DSM 17594)

 

Metodu analitiku (2)

Metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni tal-vanadomolybdate fuq il-fosfat inorganiku prodott bl-azzjoni ta’ 6-phytase fuq phytate li fih sottostrat (phytate tas-sodju) b’pH 5,5 u 37 °C, ikkwantifikat skont kurva standard minn fosfat inorganiku.

Ħnienes (miftuma)

1 500  FYT

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista' jdum il-ħżin, u l-istabilità għall-pelleting.

2.

Għall-ħnienes (miftuma) sa 35 kg tal-piż tal-ġisem.

3.

Doża rakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ:

tjur tas-simna: 1 500 -3 000  FYT;

tjur tal-bidien: 600-1 500  FYT;

ħnienes (miftuma) u qżieqes tas-simna: 1 500 -3 000  FYT.

4.

Għall-użu f’għalf kompost li fih aktar minn 0,23 % fosfru marbut mal-phytin

5.

Għas-sikurezza: protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ngwanti għandhom jintużaw waqt l-immaniġġjar.

it-1 ta’ Diċembru 2019

Qżieqes tas-simna

1 500  FYT

 

Tjur tas-simna:

1 500  FYT

 

Tjur tal-bidien

600  FYT

 


(1)  FYT wieħed huwa l-ammont ta’ enżim li jirrilaxxa μmol wieħed kull minuta ta’ fosfat mhux organiku mill-phytase taħt kondizzjonijiet ta’ reazzjoni b’konċentrazzjoni ta’ phytate ta’ 5,0 mM b’ pH ta’ 5,5 u temperatura ta’ 37 °C għal 30 minuta ta’ inkubazzjoni.

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza Komunitarju: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

13.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Novembru 2009

li tawtorizza lill-Portugall japplika rata mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa fir-reġjun awtonomu tal-Madejra fuq rum u likuri prodotti u kkonsmati lokalment u fir-reġjun awtonomu tal-Ażores fuq likuri u eaux-de-vie prodotti u kkonsmati lokalment

(2009/831/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 299(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/167/KE tat-18 ta’ Frar 2002 (2) il-Portugall ġie awtorrizzat biex japplika rati mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa fir-reġjun awtonomu tal-Madejra fir-rigward ta’ rum u likuri prodotti u kkonsmati lokalment u fir-reġjun awtonomu tal-Ażores fir-rigward ta’ likuri u eaux-de-vie prodotti u kkonsmati lokalment. L-applikazzjoni ta’ rata tat-taxxa tas-sisa mnaqqsa fuq dawk il-prodotti ġiet ikkunsidrata bħala meħtieġa għas-sopravivenza tal-industrija lokali li qiegħda tipproduċi u tikkummerċjalizzahom. Fid-dawl tal-ispejjeż għoljin ta’ dawk l-attivitajiet, li jinqalgħu prinċiplament minnħabba fatturi inerenti għas-sitwazzjoni tal-Madejra u tal-Ażores bħala regjuni l-aktar imbegħdin (pożiżżjoni mbiegħda, insularità, ċokon, topografija u klima) ġie kkunsidrat li l-prodotti kkonċernati mmanufatturati u kkonsmati lokalment jistgħu jibqgħu jikkompetu biss, fuq l-istess livell ma’ prodotti simili importati jew fornuti minn partijiet oħra tal-Komunità, permezz ta’ tnaqqis fir-rata tat-taxxa tas-sisa dovuta fuqhom, biex b’hekk tiġi żgurata s-sopravivenza tal-industriji. Skont l-istess Deċiżjoni, il-Portugall jista’ japplika, fir-rigward ta’ dawk il-prodotti, rata tat-taxxa tas-sisa baxxa aktar mir-rata massima imposta fuq l-alkoħol li ġiet stipulata fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/84/KEE (3), u baxxa aktar mir-rata minima tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol kif ġiet stabbilita minn din id-Direttiva iżda li mhijiex anqas minn 75 % tar-rata tat-taxxa tas-sisa normali nazzjonali fuq l-alkoħol. Din il-miżura kienet applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2002 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

(2)

Permezz tat-talbiet tas-16 ta’ Ġunju 2008 u l-20 ta’ Ġunju 2008, il-Portugall talab awtorazzazzjoni suġġetta għall-istess termini, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(3)

L-għoti tal-awtorizzazzjoni l-ġdida mixtieqa hija ġustifikata sabiex ikun evitat li jitpoġġa fil-periklu l-iżvilupp ta’ dawk ir-reġjuni l-aktar imbegħdin. L-industrija lokali timpjiega madwar 130 ħaddiem fil-Madejra u madwar 90 ħaddiem fl-Ażores. Fil-Madejra, il-kultivazzjoni u l-ipproċessar tal-kannamieli u frott jipprovdu xogħol għal madwar 1 000 azjenda agrikola li huma proprjetà ta’ familja. Minħabba li dawn ir-reġjuni iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet biex jesportaw ‘il barra mit-territorju tagħhom, dawk il-prodotti jistgħu jinbigħu biss fis-swieq reġjonali.

(4)

Tnaqqis fir-rata tat-taxxa tas-sisa għandha tibqa’ tkun awtorizzata fil-livell mitlub biex b’hekk tingħata l-għajnuna biex tpatti għall-iżvantaġġ kompetittiv li qiegħed iħabbat wiċċu miegħu ix-xorb alkoħoliku ddistillat prodott fil-Madejra u fl-Ażores bħala riżultat ta’ spejjeż ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni ogħla.

(5)

Tabilħaqq, materjali mhux ipproċessati ta’ oriġini agrikolu huma ogħla milli kienu jkunu taħt kundizzjonijiet ta’ produzzjoni normali, minħabba d-daqs żgħir, in-natura fframmentata u l-mekkanizzazzjoni baxxa tal-impriżi agrikoli. Fil-każ tal-Madejra, l-eżitu mill-ipproċessar tal-kannamieli huwa inqas minn dak ta’ reġjuni l-aktar imbegħdin oħra, minħabba t-topografija, il-klima, il-ħamrija u l-produzzjoni artiġjanali. It-trasport lejn il-ġżejjer ta’ ċerti materjali mhux ipproċessati u ta’ imballaġġ li ma ġewx prodotti lokalment iwassal għal spejjeż addizzjonali, meta mqabbel mat-trasport tal-prodott finali biss. Fil-każ tal-Ażores, l-insularità hija doppja, peress illi l-gżejjer huma mifruxin fuq żona kbira. It-trasport u l-installazzjoni tat-tagħmir f’dawk ir-reġjuni mbegħdin u insulari jkompli jżiedu l-ispejjeż addizzjonali. L-istess japplika għal ċerti żjarat u konsenji neċessarji minn fuq il-baħar lejn l-art prinċipali Spejjeż addizzjonali għall-ħażna tal-prodotti finali jinqalgħu minħabba li l-konsum lokali mhuwiex kapaċi jassorbi l-produzzjoni hekk kif din isseħħ, iżda jsir gradwalment matul is-sena. Iċ-ċokon tas-suq reġjonali jżid l-ispejjeż għal kull unità f’diversi modi, notevolment permezz ta’ relazzjonijiet mhux favorevoli bejn l-ispejjeż fissi u l-eżitu, kemm fir-rigward tat-tagħmir kif ukoll tal-ispejjeż li jridu jsiru biex jintlaħħqu n-normi ambjentali. Barra minn hekk, il-produtturi tar-Rum fil-Madejra huma obbligati li jittrattaw l-iskart li jirriżulta mill-ipproċessar tal-kannamieli, filwaqt li produtturi li jinsabu f’reġjuni oħra jistgħu jirreċiklaw dawn il-prodotti. Fl-aħħar nett, il-produtturi kkonċernati jħallsu wkoll spejjeż żejda li ġeneralment ibatu l-ekonomiji lokali, b’mod partikolari, żieda fi spejjeż marbutin max-xogħol u mal-enerġija.

(6)

It-tnaqqis ta’ 75 % ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ bħala kontro-bilanċ tal-livelli ta’ spejjeż addizzjonali li jridu jitħallsu mill-operaturi bħala riżultat tal-karatteristiċi partikolari msemmijin tal-Madejra u tar-regjuni tal-Ażores bħala reġjuni l-aktar imbegħdin.

(7)

Analiżi akkurata tas-sitwazzjoni turi li huwa essenzjali li t-talba tal-Portugall tintlaqa’ sabiex jiġi żgurat li l-industrija tal-alkoħol tinżamm vijabbli fir-reġjuni l-aktar imbegħdin.

(8)

Peress li l-vantaġġ fit-taxxa huwa limitat għal dak li huwa neċessarju biex ipatti għall-ispejjeż addizzjonali u peress li l-volumi kkonċernati huma modesti u l-vantaġġ fit-taxxa huwa limitat għall-konsum fir-reġjuni kkonċernati, il-miżura ma’ tpoġġix fil-periklu l-intergrità u l-koerenza tal-ordni legali tal-Komunità.

(9)

Billi titqabbel il-ħtieġa li tistabbilixxi limitu ta’ żmien fuq id-derogazzjonijiet tat-taxxa mal-ħtiega tal-operaturi ekonomiċi li jakkwistaw is-sigurtà meħtieġa biex ikunu jistgħu jiżviluppaw l-attivitajiet kummerċjali tagħhom, huwa xieraq li l-awtorizzazzjoni għandha tingħata għal perjodu ta’ ħames snin.

(10)

Għandu jiġi żgurat li l-Portugall jista’ japplika t-tnaqqis ikkonċernat hekk kif tiskadi l-awtorizzazzjoni analoga li ngħatat permezz tad-Deċiżjoni 2002/167/KE għall-perjodu ta’ qabel. L-awtorizzazzjoni l-ġdida mitluba għandha għalhekk tingħata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.

(11)

Is-sottomissjoni ta’ rapport intermedju għandha tiġi mitluba, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ teżamina jekk il-kondizzjonijiet li jiġġustifikaw l-għotja ta’ deroga bħal din għadhomx relevanti.

(12)

Id-Deċiżjoni preżenti hija bla ħsara għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 90 tat-Trattat, il-Portugall b’dan huwa awtorizzat li japplika rata tat-taxxa tas-sisa aktar baxxa mir-rata massima imposta fuq l-alkoħol kif ġiet stipulata mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/84/KEE fir-reġjun awtonomu tal-Madejra, fir-rigward ta’ likuri u rum prodotti u kkonsmati lokalment, u fir-reġjun awtonomu tal-Ażores, fir-rigward ta’ likuri u eaux-de-vie prodotti u kkonsmati lokalment.

Artikolu 2

Id-derogazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun limitata:

(1)

fil-Madejra

(a)

għal rum kif iddefinit fil-kategorija 1 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż, li għandu l-indikazzjoni ġeografika “Rum da Madejra” imsemmija fil-kategorija 1 tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament;

(b)

għal likuri u “crème de” kif iddefiniti fil-kategoriji 32 u 33 rispettivament tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 li huma magħmulin minn frott u pjanti reġjonali;

(2)

fl-Ażores

(a)

għal likuri u “crème de” kif iddefiniti fil-kategoriji 32 u 33 rispettivament tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 li huma magħmulin minn frott u materjali mhux ipproċessati reġjonali;

(b)

għal eau-de-vie magħmul mill-inbid jew mill-ħliefa tal-għeneb li għandu l-karatteristiċi u l-kwalitajiet definiti fil-kategoriji 4 u 6 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008.

Artikolu 3

Ir-rata mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa applikabbli fir-rigward ta’ dawn il-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1 tista’ tkun anqas mir-rata minima tas-sisa fuq l-akoħol stipulata mid-Direttiva 92/84/KEE, iżda ma tistax tkun inqas minn 75 % tar-rata standard tas-sisa nazzjonali fuq l-akoħol.

Artikolu 4

Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011, il-Portugall għandu jibgħat rapport lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni, biex tkun tista’ tevalwa jekk ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-għotja tar-rata mnaqqsa għadhomx jeżistu.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BORG


(1)  Opinjoni tal-20 ta’ Ottubru 2009 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2002 li tawtorizza lill-Portugall japplika rata mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa fir-reġjun awtonomu tal-Madejra fuq rum u likuri prodotti u kkonsmati lokalment u fir-reġjun awtonomu tal-Ażores fuq likuri u eaux-de-vie prodotti u kkonsmati lokalment (ĠU L 55, 26.2.2002, p. 36).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 29).


13.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Novembru 2009

dwar il-proċedura li tikkonċerna d-derogi mir-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Protokolli tal-Oriġini annessi mal-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika mal-Istati tal-AKP, u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/399/KE

(2009/832/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 300(2) u l-Artikolu 300(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Anness V tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1) (“il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”) u l-Protokolli tiegħu, fosthom il-Protokoll 1 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-“prodotti li joriġinaw” u l-metodi tal-kooperazzjoni amministrattiva, li skada fil-31 ta’ Diċembru 2007, skont l-Artikolu 37(1) ta’ dak il-Ftehim.

(2)

Kif previst fl-Artikolu 37(1) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE, il-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (“FSE”) ġew innegozjati ma’ gruppi reġjonali ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (“Stati tal-AKP”). Dawk il-FSE qed jiġu ffirmati progressivament sa mill-1 ta’ Jannar 2008.

(3)

L-Artikolu 39 tal-Protokoll I dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti li joriġinaw” u l-metodi tal-kooperazzjoni amministrattiva (‘il-Protokoll tal-Oriġini’) tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (2) - l-ewwel FSE ffirmat mal-Istati tal-AKP - jipprevedi proċedura għall-għoti ta’ derogi mir-regoli tal-oriġini fuq talba ta’ Stat tal-AKP firmatarju għall-FSE. Id-derogi għandhom jiġu adottati minn Kumitat kompetenti. Huwa xieraq li tiġi prevista proċedura għall-istabbiliment ta’ pożizzjoni Komunitarja f’dak il-Kumitat b’mod li tkun tista’ tapplika wkoll għal dispożizzjonijiet simili ta’ Protokolli tal-Oriġini għal FSE oħrajn li għandhom jiġu ffirmati mal-Istati tal-AKP fil-futur.

(4)

L-Artikolu 39(8) tal-Protokoll tal-Oriġini jipprevedi li deċiżjoni għandha tittieħed malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 75 jum ta’ xogħol minn meta t-talba tasal għand il-Komunità. Jekk il-Komunità ma tinfurmax lill-Istat tal-AKP li jkun għamel talba għal deroga dwar il-pożizzjoni tagħha rigward it-talba matul dan il-perijodu, it-talba għandha titqies li ġiet aċċettata.

(5)

Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi adottata proċedura li tiżgura li l-pożizzjoni Komunitarja tista’ tiġi adottata u kkomunikata lill-Istati tal-AKP firmatarji għall-FSE kmieni biżżejjed sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjoni rilevanti tkun tista’ tittieħed qabel dik l-iskadenza.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/399/KE tas-16 ta’ Ġunju 2000 dwar il-proċedura li tikkonċerna d-derogi mir-regoli tal-oriġini mniżżla fil-Protokoll Nru 1 tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-AKP-KE (3) ipprevediet delegazzjoni ta’ poteri lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta’ pożizzjoni komuni tal-Komunità wara talba mill-Istati tal-AKP għal deroga mir-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Protokoll 1 tal-Anness V tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-AKP-KE.

(7)

Delegazzjoni simili ta’ poteri lill-Kummissjoni għandha issa tkun prevista fir-rigward ta’ talbiet għal derogi mir-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Protokolli tal-Oriġini tal-FSE.

(8)

Id-Deċiżjoni 2000/399/KE għandha għalhekk tiġi mħassra,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni Komunitarja fir-rigward ta’ talba ppreżentata mill-Istati tal-AKP firmatarji tal-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (FSE) għal deroga mir-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Protokolli tal-Oriġini tal-FSE għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 2.

Artikolu 2

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit bl-Artikolu 248a(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (4).

2.   Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippreżenta lill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali abbozz ta’ pożizzjoni Komunitarja fi żmien 25 jum ta’ xogħol minn meta l-Komunità tirċievi talba għal deroga. Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali għandu jagħti opinjoni dwar l-abbozz f’limitu ta’ żmien determinat mill-President tiegħu skont l-urġenza tal-kwistjoni konċernata. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 205(2) tat-Trattat fil-każ ta’ deċiżjonijiet li jeħtieġ li jiġu adottati mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri għandhom jiġu peżatibil-mod stabbilit f’dak l-Artikolu. Il-President m’għandux jivvota.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-pożizzjoni Komunitarja u tibgħatha minnufih lill-Kumitat kompetenti stabbilit bil-FSE rilevanti. Madankollu, jekk il-pożizzjoni Komunitarja mhix konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, hija għandha tiġi ppreżentata minnufih mill-Kummissjoni lill-Kunsill. F’dak il-każ, il-Kummisjoni għandha tipposponi t-trasmissjoni tagħha lill-Kumitat kompetenti stabbilit fil-qafas tal-FSE rilevanti għal perijodu ta’ 25 jum ta’ xogħol mid-data tal-vot fil-Kumitat tal-Kodiċi Doganali.

4.   Il-Kunsill, li jaġġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jadotta pożizzjoni Komunitarja differenti fil-perijodu previst fil-paragrafu 3.

Artikolu 3

1.   Id-Deċiżjoni 2000/399/KE hija b’dan rmħassra.

2.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għal tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BORG


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 289, 30.10.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 151, 24.6.2000, p. 16.

(4)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


Il-Kummissjoni

13.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Novembru 2009

dwar l-adattament tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2008, l-1 ta’ Settembru 2008, l-1 ta’ Ottubru 2008, l-1 ta’ Novembru 2008, l-1 ta’ Diċembru 2008 u l-1 ta’ Jannar 2009 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi

(2009/833/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u s-sistema applikabbli għal impjegati oħrajn ta’ dawn il-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod partikolari il-paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Anness X tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 613/2009 (2) ġew stabbiliti, b’applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, il-koeffiċjenti korrettivi li, mill-1 ta’ Lulju 2008, jaffettwaw il-pagi tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej assenjati fil-pajjiżi terzi, li huma mħallsin fil-valuta tal-pajjiż fejn huma assenjati.

(2)

Jeħtieġ li jiġu adattati, f’konformità mal-paragrafu 2 tal-Artikolu 13 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, mill-1 ta’ Awwissu 2008, l-1 ta’ Settembru 2008, l-1 ta’ Ottubru 2008, l-1 ta’ Novembru 2008, l-1 ta’ Diċembru 2008 u l-1 ta’ Jannar 2009, uħud minn dawn il-koeffiċjenti korrettivi, minħabba li, fid-dawl tal-istatistika li għandha l-Kummissjoni, irriżulta li l-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja, ikkalkulata skont il-koeffiċjent korrettiv u r-rata tal-kambju korrispondenti, qabżet il-5 % minn meta dawn il-koeffiċjenti korrettivi ġew aġġustati l-aħħar,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi, u li huma mħallsin fil-valuta tal-pajjiż fejn huma assenjati, huma adattati għal ċerti pajjiżi indikati fl-Anness. Dan l-Anness jinkludi sitt tabelli ta’ kull xahar li jindikaw il-pajjiżi kkonċernati kif ukoll id-dati suċċessivi ta’ applikazzjoni f’kull pajjiż (l-1 ta’ Awwissu 2008, l-1 ta’ Setttembru 2008, l-1 ta’ Ottubru 2008, l-1 ta’ Novembru 2008, l-1 ta’ Diċembru 2008 u l-1 ta’ Jannar 2009)

Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta’ dawn ir-remunerazzjonijiet huma stabbiliti f’konformità mal-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu mad-dati differenti indikati fl-ewwel paragrafu.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Benita FERRERO-WALDNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 1.


ANNESS

AWWISSU 2008

Post tal-impjieg

Paritajiet ekonomiċi Awwissu 2008

Rata tal-kambju Awwissu 2008

Koeffiċjenti korrettivi Awwissu 2008

Xejn

Xejn

Xejn

Xejn


SETTEMBRU 2008

Post tal-impjieg

Paritajiet ekonomiċi Settembru 2008

Rati ta’ kambju Settembru 2008 (*)

Koeffiċjenti korrettivi Settembru 2008 (**)

Nepal (1)

75,02

103,495

72,5


OTTUBRU 2008

Post tal-impjieg

Paritajiet ekonomiċi Ottubru 2008

Rati ta’ kambju Ottubru 2008 (***)

Koeffiċjenti korrettivi Ottubru 2008 (****)

L-Arġentina (2)

2,744

4,549

60,3

Il-Botswana (2)

5,003

10,0251

49,9

Il-Gana (3)

0,9408

1,6575

56,8

Il-Kirgiżtan (2)

52,86

52,8043

100,1

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (Kinshasa) (2)

1 031

828,29

124,5

Il-Veneżwela (2)

2,183

3,08504

70,8


NOVEMBRU 2008

Post tal-impjieg

Paritajiet ekonomiċi Novembru 2008

Rati ta’ kambju Novembru 2008 (*****)

Koeffiċjenti korrettivi Novembru 2008 (******)

L-Eġittu

2,971

7,18275

41,4

L-Etjopja

12,31

12,3791

99,4

Il-Ginea (Conakry)

4 108

6 121,77

67,1

Il-Liberja

80,26

80,9742

99,1

In-Namibja

7,548

13,0194

58,0

In-Nepal (4)

80,21

101,68

78,9

In-Nikaragwa

14,96

25,6812

58,3

It-Timor tal-Lvant

0,9402

1,3035

72,1


DIĊEMBRU 2008

Post tal-impjieg

Paritajiet ekonomiċi Diċembru 2008

Rati ta’ kambju Diċembru 2008 (*******)

Koeffiċjenti korrettivi Diċembru 2008 (********)

L-Arabja Sawdita

4,887

4,7336

103,2

Il-Kosta Rika

595,5

716,885

83,1

Il-Gana (5)

0,9912

1,51325

65,5

Il-Gwatemala

8,816

9,96951

88,4

Il-Ħaiti

70,13

51,8381

135,3

Il-Gżejjer Salomon

10,94

10,1026

108,3

Il-Ġamajka

99,81

95,647

104,4

Il-Malawi

146,6

177,074

82,8

L-Użbekistan

992

1 748,44

56,7

Is-Sudan (Khartoum)

1,698

2,80875

60,5

Is-Sudan tan-Nofsinhar (Juba)

2,958

2,80875

105,3

Is-Sważiland

6,188

12,7107

48,7

L-Ukrajna

8,686

8,04073

108,0

Il-Vjetnam

11 940

21 278

56,1


JANNAR 2009

Post tal-impjieg

Paritajiet ekonomiċi Jannar 2009

Rati ta’ kambju Jannar 2009 (*********)

Koeffiċjenti korrettivi Jannar 2009 (**********)

L-Arġentina (6)

2,906

4,8986

59,3

Il-Botswana (6)

5,303

11,0803

47,9

Ekwador

0,9626

1,4098

68,3

Il-Kirgiżtan (6)

56,5

55,5673

101,7

Il-Madagaskar

2 216

2 429,72

91,2

In-Nepal (7)

85,82

106,865

80,3

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (Kinshasa) (6)

1 092

894,885

122,0

Ir-Repubblika Dominikana

31,86

50,4406

63,2

It-Tanżanija

1 188

1 666,43

71,3

It-Tajlandja

26,17

48,998

53,4

Il-Veneżwela (6)

2,344

3,03107

77,3


(*)  EURO 1 = valuta nazzjonali (Kuba, El Salvador, l-Ekwador = USD).

(**)  Brussell = 100 %

(1)  Il-koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat tliet darbiet: għal Settembru u Novembru 2008, u għal Jannar 2009.

(***)  EURO 1 = valuta nazzjonali (Kuba, El Salvador, l-Ekwador = USD).

(****)  Brussell = 100 %

(2)  Il-koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Ottubru 2008 u għal Jannar 2009.

(3)  Il-koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Ottubru u Diċembru 2008.

(*****)  EURO 1 = valuta nazzjonali (Kuba, El Salvador, l-Ekwador = USD).

(******)  Brussell = 100 %

(4)  Il-koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat tliet darbiet: għal Settembru u Novembru 2008, u għal Jannar 2009.

(*******)  EURO 1 = valuta nazzjonali (Kuba, El Salvador, l-Ekwador = USD).

(********)  Brussell = 100 %

(5)  Il-koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Ottubru u Diċembru 2008.

(*********)  EURO 1 = valuta nazzjonali (Kuba, El Salvador, l-Ekwador = USD).

(**********)  Brussell = 100 %

(6)  Il-koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Ottubru 2008 u għal Jannar 2009.

(7)  Il-koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat tliet darbiet: għal Settembru u Novembru 2008, u għal Jannar 2009.


III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

13.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/18


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/834/PESK

tal-10 ta’ Novembru 2009

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK dwar it-twaqqif ta’ Ċentru tas-Satelliti tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Lulju 2001 il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK dwar it-twaqqif ta’ Ċentru tas-Satelliti tal-Unjoni Ewropea (1).

(2)

Fit-3 ta’ Settembru 2009 l-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) qabel li l-membri kollha tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana għandhom ikunu intitolati li jiġu involuti fl-attivitajiet taċ-Ċentru u li prodotti taċ-Ċentru li jirriżultaw minn talbiet mill-Kunsill ikunu jistgħu jiġu distribwiti lil Stati terzi b’deċiżjoni tal-KPS.

(3)

L-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 5, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà jista’ jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli biex jagħmel prodotti taċ-Ċentru li jirriżultaw minn talbiet magħmula skont l-Artikolu 2(1) disponibbli għal kull Stat terz stabbilit fuq bażi ta’ każ b’każ.”;

2.

L-Artikolu 21 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 21

Assoċjazzjoni ta’ Stati terzi

Minkejja l-Artikolu 5, Membri tan-NATO li mhumiex fl-UE u Stati oħra li huma kandidati għall-adeżjoni mal-UE għandhom ikunu intitolati li jiġu involuti fl-attivitajiet taċ-Ċentru skont id-Dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness.”.

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BORG


(1)  ĠU L 200, 25.7.2001, p. 5.