ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.281.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 281

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
28 ta' Ottubru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1016/2009 tas-27 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1017/2009 tas-27 ta’ Ottubru 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

3

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/786/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Ottubru 2009 li teħles lir-Renju Unit minn ċerti obbligi għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE fir-rigward tal-Avena strigosa Schreb (notifikata bid-dokument numru C(2009) 8038)  ( 1 )

5

 

 

III   Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/787/PESK tas-27 ta' Ottubru 2009 dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta' ċerti Palestinjani

6

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/788/PESK tas-27 ta’ Ottubru 2009 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

7

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

28.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1016/2009

tas-27 ta’ Ottubru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

32,9

MK

21,1

TR

64,0

ZZ

39,3

0707 00 05

TR

127,9

ZZ

127,9

0709 90 70

MA

110,6

TR

114,0

ZZ

112,3

0805 50 10

AR

67,6

TR

74,5

ZA

80,0

ZZ

74,0

0806 10 10

BR

206,0

TR

118,8

US

238,2

ZZ

187,7

0808 10 80

AU

182,8

CL

114,8

MK

16,1

NZ

89,7

US

116,2

ZA

73,6

ZZ

98,9

0808 20 50

CN

64,7

ZZ

64,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


28.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1017/2009

tas-27 ta’ Ottubru 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1009/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)   ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)   ĠU L 280, 27.10.2009, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-28 ta’ Ottubru 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

35,38

0,67

1701 11 90  (1)

35,38

4,29

1701 12 10  (1)

35,38

0,54

1701 12 90  (1)

35,38

3,99

1701 91 00  (2)

38,77

5,85

1701 99 10  (2)

38,77

2,71

1701 99 90  (2)

38,77

2,71

1702 90 95  (3)

0,39

0,29


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

28.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Ottubru 2009

li teħles lir-Renju Unit minn ċerti obbligi għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE fir-rigward tal-Avena strigosa Schreb

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 8038)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/786/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23a tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talba magħmula mir-Renju Unit,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 66/402/KEE l-Kummissjoni tista’, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, teħles Stat Membru mill-obbligi għall-marketing ta’ ċerta żerriegħa taċ-ċereali kif stipulat f’dik id-Direttiva.

(2)

Ir-Renju Unit applika biex jinħeles mill-obbligi tiegħu fir-rigward tal-Avena strigosa Schreb.

(3)

Iż-żerriegħa ta’ din l-ispeċi mhix normalment prodotta mill-ġdid jew imqiegħda fis-suq fir-Renju Unit. Barra minn hekk, it-tkabbir tal-Avena strigosa Schreb. huwa ta’ importanza ekonomika minima fil-pajjiż imsemmi hawn fuq.

(4)

Sakemm jibqgħu fis-seħħ dawn il-kundizzjonijiet, l-Istat Membru rilevanti għandu jinħeles mill-obbligu li japplika d-dispożizzjoni tad-Direttiva 66/402/KEE għall-materjal ikkonċernat.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Foresterija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Renju Unit huwa meħlus mill-obbligu li japplika d-Direttiva 66/402/KEE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 14(1), għall-ispeċi Avena strigosa Schreb.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66.


III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

28.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/6


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2009/787/PESK

tas-27 ta' Ottubru 2009

dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta' ċerti Palestinjani

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Ottubru 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/822/PESK dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta' ċerti Palestinjani (1), li pprovdiet għal estensjoni tal-validità tal-permessi nazzjonali tagħhom għad-dħul u s-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri msemmijin fil-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK (2) għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar.

(2)

Abbażi ta' evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK, il-Kunsill jikkunsidra li jkun adatt li l-validità ta' dawk il-permessi tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

L-Istati Membri msemmijin fl-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK għandhom jestendu l-validità tal-permessi nazzjonali għad-dħul u s-soġġorn mogħtija f'konformità mal-Artikolu 3 ta' dik il-Pożizzjoni Komuni għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar.

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jevalwa l-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni ta' din il-Pożizzjoni Komuni.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tieħu effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 27 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BILDT


(1)   ĠU L 285, 29.10.2008, p. 21.

(2)   ĠU L 138, 28.5.2002, p. 33.


28.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/7


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2009/788/PESK

tas-27 ta’ Ottubru 2009

dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Settembru 2009, l-Unjoni Ewropea (UE) kkundannat b’qawwa r-ripressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà fuq id-dimostranti politiċi f’Conakry fit-28 ta’ Settembru u appellat għar-rilaxx tad-dimostranti u l-membri tal-oppożizzjoni arrestati. L-UE ħeġġet lill-awtoritajiet fir-Repubblika tal-Ginea biex iwettqu minnufih investigazzjoni dettaljata tal-inċidenti.

(2)

Fis-6 ta’ Ottubru 2009, l-UE, imkexkxa mir-rapporti tal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem wara r-ripressjoni u mħassba ħafna dwar l-iżviluppi fir-Repubblika tal-Ginea, ħeġġet lill-Kunsill Nazzjonali għad-Demokrazija u l-Iżvilupp (NCDD), lill-partiti politiċi u lill-atturi rilevanti kollha fir-Repubblika tal-Ginea biex jieħdu azzjoni immedjata biex jirrestawraw l-istat tad-dritt u jreġġgħu lura lill-pajjiż fuq it-triq lejn id-dritt kostituzzjonali u d-demokrazija.

(3)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni attwali fir-Repubblika tal-Ginea, il-Kunsill iqis li jeħtieġ jiġu adottati miżuri mmirati lejn il-membri tal-NCDD u individwi assoċjati magħhom, responsabbli għar-ripressjoni vjolenti jew l-istaġnar politiku fil-pajjiż, u li jkun impost embargo fuq l-armamenti kontra r-Repubblika tal-Ginea,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armamenti u materjal relatat ta’ kull tip, inkluż armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta’ rikambju għal dawk imsemmija qabel, lir-Repubblika tal-Ginea minn ċittadini tal-Istati Membri jew li ġejjin minn territorji tal-Istati Membri, jew li jużaw il-bastimenti jew l-ajruplani bil-bandiera tagħhom, għandhom ikunu projbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom kif ukoll jekk le.

Artikolu 2

1.   L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal:

(a)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għal programmi ta’ bini tal-istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), tal-UE u tal-Komunità, jew għal operazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet tal-UE u tan-NU;

(b)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ vetturi mhux tal-ġlied li ġew manifatturati jew mgħammra b’materjal biex jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv ta’ persunal tal-UE u tal-Istati Membri tagħha fir-Repubblika tal-Ginea,

bil-kondizzjoni li dawn l-esportazzjonijiet ikunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti.

2.   L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket rinfurzati bil-metall u elmi militari, esportati temporanjament lejn ir-Repubblika tal-Ginea minn persunal tan-NU, persunal tal-UE, tal-Komunità jew tal-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, tal-membri tal-NCDD u individwi assoċjati magħhom, responsabbli għar-ripressjoni vjolenti tat-28 ta’ Settembru 2009 jew l-istaġnar politiku fil-pajjiż, kif elenkati fl-Anness.

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux jobbliga lil Stat Membru jiċħad liċ-ċittadini tiegħu stess dħul fit-territorju tiegħu.

3.   Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b’obbligu ta’ dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a)

bħala pajjiż ospitanti ta’ organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b)

bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa min-NU, jew taħt l-awspiċju tagħha; jew

(ċ)

taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew

(d)

taħt it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

4.   Il-paragrafu 3 għandu jiġi kkunsidrat bħala li japplika anki f’każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż ospitant tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

5.   Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 3 jew 4.

6.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat minħabba ħtieġa umanitarja urġenti, jew għal attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-UE, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza kurrenti tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-Repubblika tal-Ginea.

7.   Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala mogħtija dment li ma ssir l-ebda oġġezzjoni bil-miktub minn wieħed, jew iżjed, mill-Membri tal-Kunsill, fi żmien jumejn ta’ ħidma minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew iżjed mill-membri tal-Kunsill jagħmlu oġġezzjoni, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

8.   F’każijiet fejn skont il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, ta’ persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tingħata u għall-persuni kkonċernati minnha.

Artikolu 4

Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni, għandu jadotta emendi għal-lista li tidher fl-Anness skont l-iżviluppi politiċi fir-Repubblika tal-Ginea.

Artikolu 5

Sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-miżuri msemmija hawn fuq, l-UE għandha tinkoraġġixxi lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk imniżżla f’din il-Pożizzjoni Komuni.

Artikolu 6

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tapplika għal perijodu ta’ 12-il xahar. Għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata skont il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux ġew milħuqa.

Artikolu 7

Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett mid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 8

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 27 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BILDT


ANNESS

Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 3(1)

 

Isem (u psewdonomi rilevanti)

Informazzjoni għall-identifikazzjoni (professjoni/titolu, data u post tat-twelid ( d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport (Pass.)/karta tal-identità…)

1.

Kaptan Moussa Dadis CAMARA

President tas-CNDD

d.t.t.: 01/01/64 jew 29/12/68

Pass.: R0001318

2.

Ġenerali Mamadouba Toto CAMARA

Ministru tas-Sigurtà u l-Protezzjoni Ċivili u membru tas-CNDD

3.

Ġenerali Sékouba KONATÉ

Ministru tad-Difiża Nazzjonali u membru tas-CNDD

d.t.t.: 01/01/1964

Pass: R0003405

4.

Kurunell Mathurin BANGOURA

Ministru tat-Telekomunikazzjoni u tat-Teknoloġiji l-Ġodda tal-Informazzjoni u membru tas-CNDD

d.t.t.: 15/11/1962

Pass.: R0003491

5.

Logutenent Kurunell Aboubacar Sidiki (psewdonomu Idi Amin) CAMARA

Ministru Segretarju Permanenti tas-CNDD, imkeċċi mill-Armata fis-26/01/09

6.

Kmandant Oumar BALDÉ

Membru tas-CNDD

d.t.t.: 26/12/1964

Pass.: R0003076

7.

Kmandant Mamadi MARA

Membru tas-CNDD

8.

Kmanant Almamy CAMARA

Membru tas-CNDD

d.t.t.: 17/10/75

Pass.: R0023013

9.

Logutenent Kurunell Mamadou Bhoye DIALLO

Membru tas-CNDD

d.t.t.: 01/01/1956

Pass.: Service R0001855

10.

Kaptan Koulako BÉAVOGUI

Membru tas-CNDD

11.

Logutenent Kurunell Colonel Kandia MARA

Membru tas-CNDD

Pass.: R0178636

12.

Kurunell Sékou MARA

Viċi Direttur tal-Pulizija Nazzjonali, Membru tas-CNDD

13.

Morciré CAMARA

Membru tas-CNDD

d.t.t.: 01/01/1949

Pass.: R0003216

14.

Alpha Yaya DIALLO

Membru tas-CNDD

15.

Kmandant Mamadou Korka DIALLO

Ministru tal-Kummerċ, l-Industrija u l-SMEs u membru tas-CNDD

d.t.t.: 19/02/1962

16.

Kmandant Kelitigui FARO

Ministru Segretarju Ġenerali fil-Presidenza tar-Repubblika u membru tas-CNDD

d.t.t.: 03/08/1972

Pass.: R0003410

17.

Kurunell Fodeba TOURÉ

Ministru taż-Żgħażagħ u membru tas-CNDD,

imkeċċi mill-Armata fis-07/05/09,

d.t.t.: 07/06/1961

Pass.: R0003417 /R0002132

18.

Kmandant Cheick Tidiane CAMARA

Membru tas-CNDD

19.

Kurunell Sékou (psewdonomu Sékouba) SAKO

Membru tas-CNDD

20.

Logutenent Jean-Claude PIVI (psewdonomu COPLAN)

Ministru imkarigat mis-Sigurtà Presidenzjali u membru tas-CNDD

21.

Logutenent Saa Alphonse TOURÉ

Membru tas-CNDD

22.

Kmandant Moussa KEITA

Ministru Segretarju Permanenti tas-CNDD inkarigat bir-Relazzjonijiet mal-Istituzzjonijiet tar-Repubblika u membru tas-CNDD

23.

Logutenent Kurunell Aïdor (psewdonomu Aëdor) BAH

Membru tas-CNDD

24.

Kmandant Bamou LAMA

Membru tas-CNDD

25.

Is-Sur Mohamed Lamine KABA

Membru tas-CNDD

26.

Kaptan Daman (psewdonomu Dama) CONDÉ

Membru tas-CNDD

27.

Kmandant Aboubacar Amadou DOUMBOUYA

Membru tas-CNDD

28.

Kaptan Moussa Tiégboro CAMARA

Ministru fil-Presidenza nkarigat bis-servizzi speċjali tal-ġlieda kontra d-drogi u l-brigantaġġ serju u membru tas-CNDD

d.t.t.: 01/01/1968

Pass.: 7190

29.

Kaptan Issa CAMARA

Gvernatur ta' Mamou u membru tas-CNDD

30.

Kurunell Dr. Abdoulaye Chérif DIABY

Ministru tas-Saġġa u tal-Iġjene Pubblika u membru tas-CNDD

d.t.t.: 26/02/1957

Pass.: 13683

31.

Mamady CONDÉ

Membru tas-CNDD (RP għan-NU)

d.t.t.: 28/11/52

Pass.: R0003212

32.

Sub-Logutenent Cheikh Ahmed TOURÉ

Membru tas-CNDD

33.

Kmandant Aboubacar Biro CONDÉ

Membru tas-CNDD

d.t.t.: 15/10/1962

Pass.: 2443

34.

Bouna KEITA

Membru tas-CNDD

35.

Idrissa CHERIF

Kabinett tal-President

d.t.t.: 13/11/1967

Pass.: R0105758

36.

Is-Sur Mamoudou CONDÉ

Segretarju tal-Istati, Chargé de Mission, għal kwistjonijiet strateġiċi u l-iżvilupp sostenibbli

d.t.t.: 09/12/1960

Pass.: R0020803

37.

Logutenent Aboubacar Chérif (psewdonimu Toumba) DIAKITÉ

Aide de Camp għall-President

38.

Ibrahima Khalil DIAWARA

Kunsillier Speċjali ta' “Toumba” Diakité

d.t.t.: 01/01/1976

Pass.: R0000968

39.

Sub-Logutenent Marcel KOIVOGUI

Assistent ta' Toumba Diakité

40.

Is-Sur Papa Koly KOUROUMA

Ministru tal-Ambjent u l-Iżvilupp Sostenibbli

d.t.t.: 03/11/1962

Pass.: R11914

41.

Nouhou THIAM

Kelliem tas-CNDD

42.

Kaptan tal-Pulizija Théodore KOUROUMA

Attaché de cabinet għall-Presidenza

d.t.t.: 13/05/1971

Pass.: Service R0001204