ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2009.280.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 280 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
Werrej |
|
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
|
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
DIRETTIVI |
|
|
* |
Direttiva 2009/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Direttiva 2005/35/KE dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta’ penali għal ksur ( 1 ) |
|
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
|
2009/785/KE |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
27.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 280/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1008/2009
tas-26 ta’ Ottubru 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Ottubru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
32,1 |
MK |
22,4 |
|
TR |
65,0 |
|
ZZ |
39,8 |
|
0707 00 05 |
TR |
128,9 |
ZZ |
128,9 |
|
0709 90 70 |
MA |
55,7 |
TR |
113,5 |
|
ZZ |
84,6 |
|
0805 50 10 |
AR |
74,5 |
TR |
65,8 |
|
ZA |
76,9 |
|
ZZ |
72,4 |
|
0806 10 10 |
BR |
218,4 |
TR |
106,4 |
|
US |
238,2 |
|
ZZ |
187,7 |
|
0808 10 80 |
AU |
182,8 |
CL |
114,8 |
|
MK |
16,1 |
|
NZ |
82,4 |
|
US |
89,2 |
|
ZA |
79,1 |
|
ZZ |
94,1 |
|
0808 20 50 |
CN |
87,4 |
ZZ |
87,4 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
27.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 280/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1009/2009
tas-26 ta’ Ottubru 2009
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 973/2009 (4). |
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Ottubru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(3) ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.
(4) ĠU L 273, 17.10.2009, p. 10.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-27 ta’ Ottubru 2009
(EUR) |
||
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
1701 11 10 (1) |
36,83 |
0,24 |
1701 11 90 (1) |
36,83 |
3,86 |
1701 12 10 (1) |
36,83 |
0,10 |
1701 12 90 (1) |
36,83 |
3,56 |
1701 91 00 (2) |
38,77 |
5,85 |
1701 99 10 (2) |
38,77 |
2,71 |
1701 99 90 (2) |
38,77 |
2,71 |
1702 90 95 (3) |
0,39 |
0,29 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
27.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 280/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1010/2009
tat-22 ta’ Ottubru 2009
li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 6(3), 8(3), 9(1), 12(4), 12(5), 13(1), 16(1), 16(3), 17(3), 20(4), 49(1), 52 tiegħu,
Wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jipprovdi għall-adozzjoni ta’ regoli dettaljati u miżuri għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu. |
(2) |
F’konformità mal-Artikoli 6(3) u 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-perjodu ta’ tlett ijiem tax-xogħol allokat għan-notifika bil-quddiem tal-ħatt l-art jew l-operazzjonijiet ta’ trażbord fil-port, u għat-tressiq ta’ ċertifikati tal-qbid qabel il-ħin stmat tal-wasla ta’ prodotti tas-sajd fil-post tad-dħul fit-territorju tal-Komunità jista’ jiġi emendat fid-dawl ta’ ċerti fatturi. Dawn il-fatturi jinkludu: it-tip tal-prodott tas-sajd; id-distanza bejn iż-żona tas-sajd, il-postijiet tal-ħatt u l-portijiet li fihom il-bastimenti kkonċernati jkunu rreġistrati jew elenkati; id-distanza sal-post tad-dħul fit-territorju tal-Komunità; il-mezzi tat-trasport użati. Prodotti friski tas-sajd u konsenji mwassla bl-ajru, bit-triq jew bil-ferroviji jeħtieġu perjodu iqsar minn tlett ijiem tax-xogħol. |
(3) |
Għandha tiġi żgurata l-konsistenza fid-dokumenti trażmessi fir-rigward tan-notifika bil-quddiem tal-ħatt l-art u l-operazzjonijiet tat-trażbord, tad-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art u tat-trażbord u r-rapporti dwar l-ilmiħ. Għal dik ir-raġuni, il-formati għalihom għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikoli 6(1), 8(3) u 49(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. |
(4) |
L-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jipprovdu li l-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet fil-port ta’ mhux anqas minn 5 % tal-operazzjonijiet tal-ħatt l-art u tat-trażbord minn bastimenti ta’ pajjiżi terzi kif ukoll il-verifiki meħtieġa sabiex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament jiġu applikati b’mod korrett, f’konformità mal-punti ta’ riferiment determinati abbażi tal-ġestjoni tar-riskju u abbażi tal-kriterji nazzjonali jew Komunitarji tal-ġestjoni tar-riskju. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti kriterji komuni għall-ġestjoni tar-riskju għall-attivitajiet tal-kontroll, l-ispezzjoni u l-verifika sabiex jitħallew isiru f’waqthom l-analiżijiet tar-riskju u l-valutazzjonijiet globali tal-informazzjoni rilevanti ta’ kontroll. Il-kriterji komuni huma maħsuba biex jiżguraw approċċ armonizzat għall-ispezzjoni u l-verifika fl-Istati Membri kollha u sabiex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi kollha. |
(5) |
L-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jipprovdi li l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura tal-Kumitat. Minħabba l-fatt li l-Komunità għandha tqis ir-restrizzjonijiet possibbli tal-kapaċità għall-implimentazzjoni xierqa tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni, jeħtieġ li l-iskema tiġi adattata għal ċerti prodotti tas-sajd maqbuda minn bastimenti żgħar tas-sajd, u tiddaħħal il-possibbiltà ta’ ċertifikat simplifikat tal-qbid. Fin-nuqqas ta’ definizzjoni ġenerali tal-kunċett ta’ sajd fuq skala żgħira, għandhom jiġu stabbiliti ċerti kriterji speċifiċi biex l-esportatur ikun jista’ jitlob il-validazzjoni taċ-ċertifikat simplifikat tal-qbid. Dawn il-kriterji għandhom iqisu l-ewwel nett il-kapaċità limitata tal-bastimenti tas-sajd ikkonċernati, li fir-rigward tagħhom l-obbligu li tiġi applikata l-iskema standard taċ-ċertifikazzjoni tal-qbid ikun jikkostitwixxi piż sproporzjonat. |
(6) |
L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jipprovdi għar-rikonoxximent ta’ skemi tad-dokumentazzjoni tal-qbid maqbula u fis-seħħ fil-kuntest tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (minn issa ‘l quddiem l-RFMO) sakemm dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament. Xi wħud minn dawn l-iskemi jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, filwaqt li oħrajn huma soġġetti għal kundizzjonijiet addizzjonali. |
(7) |
Operaturi ekonomiċi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-ksib tal-istatus ta’ Operatur Ekonomiku Awtorizzat għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn proċedura simplifikata meta jimpurtaw prodotti tas-sajd fit-territorju tal-Komunità. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet u kriterji komuni fl-Istati Membri kollha għall-għoti, tibdil jew irtirar taċ-ċertifikati tal-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati, jew għas-sospensjoni jew ir-revoka tal-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat, kif ukoll regoli dwar l-applikazzjoni għal u l-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ operaturi ekonomiċi awtorizzati. |
(8) |
L-Artikolu 12(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jipprovdi għal kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Kummissjoni u pajjiżi terzi f’oqsma marbuta mal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-qbid. Fil-kuntest tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, iċ-ċertifikat tal-qbid jista’ jiġi stabbilit, ivvalidat jew ippreżentat b’mezzi elettroniċi jew jiġi sostitwit b’sistemi ta’ traċċabbiltà elettronika li jiżguraw l-istess livell ta’ kontroll mill-awtoritajiet, bi qbil mal-Istati tal-bandiera. Dawn l-arranġamenti amministrattivi mal-Istati tal-bandiera għandhom jiġu aġġornati regolarment u l-Istati Membri u l-pubbliku għandhom jiġu infurmati fil-ħin. |
(9) |
Skont l-Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, għandha tiġi stabbilita sistema ta’ għajnuna reċiproka bejn l-Istati Membri, ma’ pajjiżi terzi u l-Kummissjoni. Kooperazzjoni amministrattiva bħal din hija essenzjali biex jiġi żgurat li l-iskema Komunitarja taċ-ċertifikazzjoni tal-qbid tkun tista’ tiġi applikata sewwa u li s-sajd IUU jiġi investigat u ppenalizzat kif xieraq. Għalhekk għandhom jitfasslu regoli għall-iskambju sistematiku tal-informazzjoni, fuq talba jew spontanjament, u għall-possibbiltà li jintalbu miżuri ta’ infurzar u ta’ notifikar amministrattiv minn Stat Membru ieħor. Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri prattiċi għall-iskambju tal-informazzjoni u l-applikazzjonijiet għall-għajnuna. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet mhumiex tali li jaffettwaw l-applikazzjoni fl-Istati Membri tar-regoli dwar kooperazzjoni ġudizzjarja f’każijiet kriminali. |
(10) |
Il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-Istati Membri hija rregolata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (2). Il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-Kummissjoni hija rregolata bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data [dejta] personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data [dejta] (3), b’mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u s-sigurtà tal-ipproċessar, it-trasferiment tad-dejta personali mis-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri lill-Kummissjoni, il-legalità tal-ipproċessar u d-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta għall-informazzjoni, l-aċċess għal u r-rettifika tad-dejta personali tagħhom. |
(11) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, li jelenka l-prodotti esklużi mid-definizzjoni ta’ “prodotti tas-sajd”, jista’ jiġi rivedut annwalment f’konformità mal-Artikolu 12(5), fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura taħt il-Kapitoli II, III, IV, V, VIII, X u XII. Għalhekk, fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura fil-kuntest tal-kooperazzjoni li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 20(4), l-Anness I għandu jiġi emendat. |
(12) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tas-Sajd u l-Akkwakultura. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
SPEZZJONIJIET TA’ BASTIMENTI TAS-SAJD TA’ PAJJIŻI TERZI FIL-PORTIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
KAPITOLU I
Kundizzjonijiet għall-aċċess għal port minn bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi
Artikolu 1
Notifika bil-quddiem
B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-bastimenti li jħottu t-tipi ta’ prodotti tas-sajd imsemmija fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għal perjodu ta’ notifika bil-quddiem ta’ 4 sigħat.
Artikolu 2
Formola għan-notifika bil-quddiem
1. Il-formola għan-notifika bil-quddiem imsemmija fl-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 1005/2008 hija stabbilita fl-Anness IIA għal dan ir-Regolament.
2. Meta l-qabdiet kollha jkunu akkumpanjati minn ċertifikat validat tal-qbid, tista’ tintuża l-formola simplifikata tan-notifika bil-quddiem, kif tidher fl-Anness IIB.
Artikolu 3
Proċeduri u formoli għad-dikjarazzjonijiet ta’ qabel il-ħatt u qabel it-trażbord
1. Il-formola għad-dikjarazzjoni ta’ qabel il-ħatt l-art imsemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 hija stabbilita fl-Anness IIIA għal dan ir-Regolament.
2. Il-formola għad-dikjarazzjoni ta’ qabel it-trażbord imsemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 hija stabbilita fl-Anness IIIB għal dan ir-Regolament.
3. Bastiment tas-sajd minn pajjiż terz jista’ jippreżenta d-dikjarazzjoni ta’ qabel il-ħatt jew ta’ qabel it-trażbord fil-format elettroniku, jekk l-Istati Membri li l-portijiet iddeżinjati tagħhom tal-ħatt l-art u l-faċilitajiet tat-trażbord li jkun biħsiebu juża u l-Istat tal-bandiera tal-bastiment ikunu qablu dwar l-iskambju elettroniku tad-dejta.
4. Sakemm mhux provdut mod ieħor fil-ftehim imsemmi fil-paragrafu 3, bastiment ta’ pajjiż terz għandu jippreżenta d-dikjarazzjoni ta’ qabel il-ħatt jew ta’ qabel it-trażbord jew:
(a) |
fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-ħatt jew tat-trażbord, inkella |
(b) |
bl-Ingliż, jekk dan ikun aċċettabbli għall-Istat Membru tal-ħatt jew tat-trażbord. |
5. Id-dikjarazzjoni ta’ qabel il-ħatt jew ta’ qabel it-trażbord għandha tiġi ppreżentata għallinqas 4 sigħat qabel il-ħatt jew it-trażbord ippjanat.
KAPITOLU II
Spezzjonijiet fil-port
Artikolu 4
Punti ta’ riferiment għall-ispezzjonijiet fil-port
Il-punti ta’ riferiment għall-ispezzjonijiet fil-port imsemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1005/2008 għandhom jikkonsistu mill-kriterji li ġejjin:
(a) |
l-ispeċijiet ikkonċernati jkunu soġġetti għal pjan ta’ ġestjoni jew ta’ rkupru; |
(b) |
il-bastiment tas-sajd huwa suspettat li ma implimentax id-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-VMS skont il-Kapitolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar is-sistemi ta’ sorveljanza tal-vapuri bbażata fuq satellita (4); |
(c) |
il-bastiment tas-sajd ma kienx soġġett għal kontroll fil-port fl-Istat Membru tal-Port fl-aħħar 3 xhur; |
(d) |
il-bastiment tas-sajd ma kienx soġġett għal kontroll mill-Istat Membru tal-Port fl-aħħar 6 xhur; |
(e) |
il-bastiment tas-sajd mhux fuq il-lista ta’ stabbilimenti li minnhom l-importazzjoni ta’ prodotti speċifikati li joriġinaw mill-annimali huma permessi, kif stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); |
(f) |
l-importazzjoni, esportazzjoni jew kummerċ fil-prodotti tas-sajd miksuba minn speċijiet ta’ valur kummerċjali għoli; |
(g) |
inkonsistenzi bejn ix-xejriet tal-kummerċ u l-attivitajiet magħrufa tas-sajd ta’ Stat Membru tal-bandiera b’mod partikolari fir-rigward tal-ispeċijiet jew tal-volumi inkella l-karatteristiċi tal-flotta tas-sajd tiegħu; |
(h) |
inkonsistenzi bejn ix-xejriet tal-kummerċ u l-attivitajiet magħrufa tas-sajd ta’ pajjiż terz b’mod partikolari fir-rigward tal-karatteristiċi tal-industrija tal-ipproċessar jew tal-kummerċ tiegħu fil-prodotti tas-sajd; |
(i) |
xejriet ta’ kummerċ mhux ġustifikati f’termini ta’ kriterji ekonomiċi; |
(j) |
xejriet ta’ kummerċ mhux ġustifikati f’termini ta’ kriterji ekonomiċi; |
(k) |
involviment ta’ operatur li għadu kemm ġie stabbilit; |
(l) |
żieda sinifikanti u f’daqqa fil-volum ta’ kummerċ għal speċi partikolari; |
(m) |
tressiq ta’ kopji taċ-ċertifikati tal-qbid flimkien ma’ dikjarazzjonijiet dwar l- ipproċessar skont l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, pereżempju meta l-qabda tkun ġiet maqsuma matul il-produzzjoni; |
(n) |
notifika minn qabel, meħtieġ skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, mhux trażmess fil-ħin li suppost, jew nuqqasijiet fl-informazzjoni; |
(o) |
inkonsistenzi bejn id-dejta tal-qbid dikjarata mill-operatur u informazzjoni oħra disponibbli lill-awtorità kompetenti; |
(p) |
bastiment jew sid ta’ bastiment suspettat li huwa jew li kien involut f’attivitajiet tas-sajd IUU; |
(q) |
bastiment li ftit taż-żmien qabel ikun bidel ismu, il-bandiera jew in-numru tar-reġistrazzjoni; |
(r) |
Stat tal-bandiera mhux notifikat skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 inkella l-informazzjoni disponibbli għal irregolaritajiet possibbli fil-validazzjoni taċ-ċertifikati tal-qbid minn Stat Membru partikolari (eż. it-timbri jew is-siġill tal-validazzjoni minn awtorità kompetenti jkunu intilfu, insterqu jew ġew iffalsifikati); |
(s) |
nuqqasijiet preżunti fis-sistema ta’ kontroll tal-Istat tal-bandiera; |
(t) |
l-operaturi kkonċernati li diġà kienu involuti f’attivitajiet illegali li jikkostitwixxu riskju potenzjali fir-rigward tas-sajd IUU. |
Artikolu 5
Rappurtar dwar l-applikazzjoni ta’ punti ta’ riferiment
1. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar l-applikazzjoni ta’ punti ta’ riferiment imsemmija fl-Artikolu 4 fir-rapport li għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni kull sentejn skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.
2. Abbażi ta’ dawk ir-rapporti u l-osservazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tiftaħ evalwazzjoni u aġġustament possibbli tal-punti ta’ riferiment.
TITOLU II
SKEMA TA’ ĊERTIFIKAZZJONI TAL-QBID GĦALL-IMPORTAZZJONI U L-ESPORTAZZJONI TA’ PRODOTTI TAS-SAJD
KAPITOLU I
Ċertifikati tal-qbid
Artikolu 6
Ċertifikat simplifikat tal-qbid
1. Dan l-Artikolu għandu japplika għal bastimenti ta’ pajjiżi terzi:
(a) |
b’tul totali ta’ inqas minn 12-il metru mingħajr irkaptu rmunkat; jew |
(b) |
b’tul totali ta’ inqas minn 8 metri bl-irkaptu rmunkat; jew |
(c) |
mingħajr sovrastruttura; jew |
(d) |
b’inqas minn 20 TG mkejla. |
2. Qabdiet minn bastimenti ta’ pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 1 li jinħattu l-art biss fl-Istat tal-bandiera ta’ dawk il-bastimenti u li flimkien jikkostitwixxu konsenja waħda jistgħu jkunu akkumpanjati minn ċertifikat simplifikat tal-qbid minflok iċ-ċertifikat tal-qbid msemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. Iċ-ċertifikat tal-qbid simplifikat għandu jkun fih l-informazzjoni kollha speċifikata fil-mudell li jidher fl-Anness IV għal dan ir-Regolament, u għandu jkun ivvalidat minn awtorità pubblika tal-Istat tal-bandiera bil-poteri meħtieġa biex tafferma l-korrettezza tal-informazzjoni. Iċ-ċertifikat tal-qbid simplifikat għandu jkun fih l-informazzjoni kollha speċifikata fil-mudell li jidher fl-Anness IV għal dan ir-Regolament, u għandu jkun ivvalidat minn awtorità pubblika tal-Istat tal-bandiera bil-poteri meħtieġa biex tafferma l-korrettezza tal-informazzjoni.
3. Il-validazzjoni taċ-ċertifikat tal-qbid simplifikat għandu jintalab mill-esportatur tal-konsenja meta l-informazzjoni kollha speċifikata fil-mudell muri fl-Anness IV titressaq lill-awtorità pubblika.
Artikolu 7
Skemi rikonoxxuti ta’ dokumentazzjoni tal-qbid fl-RFMOs
1. L-iskemi tad-dokumentazzjoni tal-qbid adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, elenkati fl-Anness V, Parti I għal dan ir-Regolament, għandhom jiġu rikonoxxuti għall-finijiet tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 bħala konformi mar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament mingħajr kundizzjonijiet addizzjonali.
2. L-iskemi tad-dokumentazzjoni tal-qbid adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, elenkati fl-Anness V, Parti II għal dan ir-Regolament, għandhom jiġu rikonoxxuti għall-finijiet tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 bħala konformi mar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament soġġetti għal kundizzjonijiet addizzjonali.
Artikolu 8
Skadenza għat-tressiq taċ-ċertifikati tal-qbid
B’deroga mill-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, it-tressiq taċ-ċertifkati tal-qbid għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd f’konsenji permezz tat-trasportazzjoni msemmija fl-Anness VI għal dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għall-perjodi ta’ skadenza iqsar, kif stabbilit f’dak l-Anness.
KAPITOLU II
Operaturi ekonomiċi approvati
Artikolu 9
Dispożizzjonijiet ġenerali
L-operaturi ekonomiċi jistgħu, wara li jressqu applikazzjoni, jingħataw ċertifikat ta’ operatur ekonomiku approvat (minn issa ‘l quddiem iċ-“ċertifikat tal-APEO”) għall-finijiet tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 bil-kundizzjoni li:
(a) |
jkollhom ċertifikat ta’ operatur ekonomiku awtorizzat (minn issa ’l quddiem “ċertifikat tal-AEO”) f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/1993 (6) (minn issa ’l quddiem “ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju”); u |
(b) |
jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 16(3) (a) sa (g) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u mogħtija fid-dettal fl-Artikoli 10 sa 13 ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 10
Importazzjoni suffiċjenti
1. L-għadd u l-volum ta’ operazzjonijiet ta’ importazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(3)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 1005/2008 għandu jintlaħaq fl-Istat Membru tal-istabbiliment.
2. Kull Stat Membru għandu jiddetermina l-livell minimu għall-għadd u l-volum ta’ operazzjonijiet ta’ importazzjoni u jgħarraf lill-Kummissjoni f’dan ir-rigward.
Artikolu 11
Reġistru ta’ konformità
1. Ir-reġistru tal-konformità mar-rekwiżiti tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 16(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 għandu jitqies xieraq jekk, matul it-tliet snin qabel ma titressaq l-applikazzjoni, l-applikant:
(a) |
ma jkunx ikkommetta ksur serju tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd; |
(b) |
ma jkunx ikkommetta ksur ripetut tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd; |
(c) |
ma jkunx ħa sehem, direttament jew indirettament, inkella appoġġa attivitajiet ta’ bastimenti jew operaturi involuti f’sajd IUU inkella li jkunu attwalment soġġeti għal investigazzjoni f’dak ir-rigward; u |
(d) |
ma jkunx ħa sehem fi, direttament jew indirettament, inkella appoġġa l-attivitajiet ta’ bastimenti inklużi fil-listi ta’ bastimenti IUU adottati minn RFMO. |
2. Minkejja l-paragrafu 1, ir-reġistru tal-konformità mar-rekwiżiti tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni jista’ jitqies bħala xieraq jekk l-awtorità tal-Istat Membru tqis infrazzjoni mwettqa mill-applikant bħala:
(a) |
mhux serja; u |
(b) |
ta’ importanza kwantitattiva negliġibbli fir-rigward tal-għadd jew id-daqs tal-operazzjonijiet marbuta mal-importazzjoni mwettqa mill-applikant. |
Artikolu 12
Ġestjoni tar-reġistri
Is-sistema ta’ ġestjoni taċ-ċertifikati tal-qbid u, fejn xieraq, tal-ipproċessar tar-reġistri, kif jissemma fl-Artikolu 16(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, għandha titqies bħala sodisfaċenti jekk tiżgura:
(a) |
it-trattament ta’ ċertifikati tal-qbid marbuta mal-kummerċ fil-prodotti tas-sajd; |
(b) |
l-arkivjar tar-reġistri u l-informazzjoni tal-applikant; u |
(c) |
il-protezzjoni kontra t-telf tal-informazzjoni. |
Artikolu 13
Faċilitajiet
Il-faċilitajiet tal-applikant, kif jissemmew fl-Artikolu 16(3)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, għandhom jitqiesu bħala xierqa jekk:
(a) |
jipprevjenu l-aċċess mhux awtorizzat għaż-żoni ta’ ħżin, żoni tat-tbaħħir, xtut tat-tagħbija u żoni tal-merkanzija; |
(b) |
jiżguraw it-trattament tal-prodotti tas-sajd inkluża l-protezzjoni kontra t-tbagħbis tal-unitajiet tal-merkanzija; |
(c) |
jiżguraw it-trattament tal-liċenzji tal-importazzjoni u/jew tal-esportazzjoni marbuta ma’ projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet u sabiex jiddistingwu prodotti tas-sajd soġġetti għal ċertifikati tal-qbid minn prodotti tas-sajd mhux soġġetti għal ċertifikati tal-qbid. |
Artikolu 14
Tressiq tal-applikazzjoni
1. L-applikazzjoni għal ċertifikat tal-APEO għandha titressaq lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu huwa stabbilit l-importatur f’konformità mal-mudell speċifikat fl-Anness VII.
2. L-applikazzjoni għandha tinkludi reġistri u dokumentazzjoni li jippermettu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru biex tivverifika u tissorvelja l-konformità mal-kriterji stipulati fl-Artikoli 9 sa 13 ta’ dan ir-Regolament, inkluża kopja taċ-ċertifikat tal-AEO maħruġ f’konformità mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju. L-applikanti għandhom iressqu d-dejta meħtieġa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.
3. Jekk parti mir-reġistri u d-dokumentazzjoni rilevanti jinżammu fi Stat Membru ieħor, għandha tapplika l-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 17.
4. Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tistabbilixxi li l-applikazzjoni ma jkunx fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa, din għandha, fi żmien 30 jum tal-kalendarju minn meta tirċievi l-applikazzjoni, titlob lill-applikant biex jagħtiha l-informazzjoni rilevanti.
5. Meta l-awtorità tkun irċeviet l-informazzjoni kollha meħtieġa, għandha tinforma lill-applikant li l-applikazzjoni tqieset bħala kompleta, u tispeċifika d-data li minnha jibdew il-limiti ta’ żmien stipulati fl-Artikolu 18(2) ta’ dan ir-Regolament.
6. Operatur li jkun ingħata l-istatus ta’ operatur ekonomiku approvat fi Stat Membru wieħed, għandu, meta japplika għall-istess status fi Stat Membru ieħor, jehmeż kopja taċ-ċertifikat tal-APEO maħruġ mill-ewwel Stat Membru.
Artikolu 15
Inammissibbiltà tal-applikazzjonijiet
L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 għandha tkun inammissibbli fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
meta l-applikazzjoni ma tkunx konformi mal-Artikolu 14 inkella; |
(b) |
meta l-applikazzjoni titressaq fi żmien tliet snin mir-revoka taċ-Ċertifikat tal-APEO imsemmi fil-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 27(1). |
Artikolu 16
Eżaminar ta’ applikazzjoni
1. L-awtorità tal-Istat Membru tal-ħruġ għandha teżamina jekk il-kriterji stipulati fl-Artikoli 9 sa 13 intlaħqux. L-eżaminazzjoni u r-riżultati tagħha għandhom jiġu dokumentati mill-awtorità tal-Istat Membru kompetenti.
2. Meta l-applikant ikollu “Ċertifikat tal-AEO – Sigurtà u sikurezza” inkella “Ċertifikat tal-AEO – simplifika doganali/sigurtà u sikurezza” kif jissemma fl-Artikolu 14a tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-kriterji stipulati fl-Artikolu 13 ma hemmx għalfejn jiġu eżaminati.
3. F’każijiet fejn l-applikant kien ingħata l-istatus ta’ operatur ekonomiku approvat fi Stat Membru ieħor, l-awtorità tal-ħruġ għandha teżamina jekk il-kriterji li ġejjin ikunux intlaħqu:
(a) |
il-kriterji stipulati fl-Artikoli 12 u 13; |
(b) |
inkella, il-kriterji stipulati fl-Artikoli 10 u 11. |
4. L-awtorità tal-ħruġ tista’ taċċetta l-konklużjonijiet ipprovduti minn espert fl-oqsma rilevanti msemmija fl-Artikoli 12 u 13 fir-rigward tal-kriterji msemmija f’dawk l-Artikoli. L-espert bl-ebda mod ma għandu jkollu xi relazzjoni ta’ parentela mal-applikant.
Artikolu 17
Konsultazzjoni ma’ Stati Membri oħra
1. L-awtorità tal-ħruġ għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra jekk l-eżaminazzjoni tal-konformità ma’ wieħed jew iktar mill-kriterji stipulati fl-Artikoli 9 sa 13 ma jkunux jistgħu jitwettqu minħabba nuqqas ta’ informazzjoni jew minħabba n-nuqqas ta’ possibbiltà li din tiġi ċċekkjata. L-awtoritajiet kompetenti kkonsultati tal-Istati Membri għandhom jagħtu tweġiba fi żmien 60 jum kalendarju mid-data tal-komunikazzjoni tal-applikazzjoni mill-awtorità tal-Istat Membru tal-ħruġ.
2. Jekk l-awtorità doganali kkonsultata tonqos milli twieġeb fi żmien is-60 jum kalendarju msemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità li qed tikkonsulta tista’ tassumi li l-kriterji li għalihom saret il-konsultazzjoni kienu sodisfatti.
Artikolu 18
Applikazzjoni għal Ċertifikat tal-APEO
1. L-awtorità tal-ħruġ għandha toħroġ iċ-ċertifikat tal-APEO skont l-eżempju stabbilit fl-Anness VIII.
2. Iċ-ċertifikat tal-APEO għandu jinħareġ fi żmien 90 jum kalendarju li jibdew mid-data li fih tasal l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 14.
3. Il-perjodu ta’ 90 jum kalendarju msemmi fil-paragrafu 2 jista’ jiġi mtawwal b’perjodu ieħor ta’ 30 jum kalendarju meta l-awtorità kompetenti ma tkunx tista’ tlaħħaq l-iskadenza. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha, qabel l-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 2, tgħarraf lill-applikant bir-raġunijiet għall-estensjoni.
4. Il-perjodu pprovdut fil-paragrafu 2 jista’ jiġi estiż ukoll jekk, matul l-eżaminazzjoni tal-konformità mal-kriterji stipulati fl-Artikoli 9 sa 13, l-applikant jagħmel aġġustamenti sabiex jissodisfa dawk il-kriterji u jikkomunikahom lill-awtorità kompetenti.
Artikolu 19
Ċaħda ta’ applikazzjoni
1. Meta r-riżultat tal-eżaminazzjoni mwettqa skont l-Artikoli 16 u 17 x’aktarx iwassal għaċ-ċaħda tal-applikazzjoni, l-awtorità tal-ħruġ għandha tikkomunika s-sejbiet lill-applikant u tipprovdih bl-opportunità li jwieġeb fi żmien 30 jum kalendarju, qabel ma tiċħad l-applikazzjoni. Il-perjodu stabbilit fil-paragrafu 2 għalhekk għandu jiġi sospiż.
2. Jekk l-applikazzjoni tinċaħad, l-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-applikant bir-raġunijiet li fuqhom ittieħdet id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni biex tinċaħad l-applikazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-applikant fil-limiti ta’ żmien stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 18 u l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
3. L-awtorità tal-ħruġ għandha tgħarraf lill-Kummissjoni, malajr kemm jista’ jkun, li l-applikazzjoni tkun ġiet irrifjutata. Il-Kummissjoni għandha twassal din l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra b’mezzi elettroniċi.
Artikolu 20
Verifiki
1. Meta d-detentur ta’ ċertifikat tal-APEO, jkun avża lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru dwar il-wasla tal-prodotti tas-sajd, dik l-awtorità tista’, qabel il-wasla tal-konsenja f’dak l-Istat Membru, tinnotifika lill-operatur ekonomiku approvat meta, b’riżultat ta’ analiżi tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-konsenja tkun intagħżlet għal aktar verifiki. Dik in-notifika għandha tingħata biss fejn ma tikkompromettix il-verifika li għandha ssir.
2. Id-detentur ta’ ċertifikat tal-APEO għandu jkun soġġett għal inqas verifiki fiżiċi u tad-dokumenti minn importaturi oħra, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tiddeċiedi mod ieħor sabiex jitqies riskju speċifiku, inkella jitqiesu obbligi ta’ kontroll misjuba f’leġiżlazzjoni oħra Komunitarja.
3. Meta, wara analiżi tar-riskju, l-awtorità doganali kompetenti xorta waħda tagħżel għal aktar eżaminazzjoni, konsenja akkumpanjata minn ċertifikat tal-qbid imressaq minn Operatur Ekonomiku Awtorizzat, għandha twettaq il-verifiki meħtieġa bi prijorità. Jekk l-operatur ekonomiku approvat jitlob dan, u soġġett għall-ftehim mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, dawk il-verifiki jistgħu jsiru f’post li huwa differenti mill-post tal-uffiċċju tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.
Artikolu 21
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Iċ-Ċertifikat tal-APEO għandu jidħol fis-seħħ fl-għaxar jum tax-xogħol wara d-data tal-ħruġ tiegħu. Il-perjodu ta’ validità tiegħu ma għandux ikun limitat.
2. Iċ-ċertifikat tal-APEO għandu jkun validu biss fl-Istat Membru tal-awtorità tal-ħruġ.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw il-konformità mal-kriterji stipulati fl-Artikoli 9 sa 13.
4. Fil-każ ta’ ċertifikat tal-APEO maħruġ lil applikant li ilu stabbilit għal inqas minn tliet snin, għandu jkun hemm sorveljanza mill-qrib matul l-ewwel sena minn wara l-ħruġ.
5. Għandha ssir rivalutazzjoni tal-konformità mal-kriterji msemmija fl-Artikoli 9 sa 13 mill-awtorità tal-ħruġ fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
tibdiliet kbar fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti; |
(b) |
indikazzjoni raġonevoli li l-kriterji rilevanti ma għadhomx jiġu sodisfatti mill-operatur ekonomiku approvat. |
6. L-Artikolu 16(4) għandu japplika għar-rivalutazzjoni.
7. L-awtorità tal-ħruġ għandha tgħarraf lill-Kummissjoni, malajr kemm jista’ jkun, dwar ir-riżultati tar-rivalutazzjoni. Il-Kummissjoni għandha twassal din l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha, b’mezzi elettroniċi.
Artikolu 22
Sospensjoni tal-istatus ta’ operatur ekonomiku approvat
1. L-istatus ta’ Operatur Ekonomiku Awtorizzat għandu jiġi sospiż mill-awtorità tal-ħruġ fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
meta jinstab nuqqas ta’ konformità mal-kriterji stipulati fl-Artikoli 9 sa 13; |
(b) |
meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jkollhom biżżejjed raġunijiet biex jikkonkludu li l-operatur ekonomiku approvat ikun wettaq att li jwassal għal proċedimenti legali u li jkun marbut ma’ ksur tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd inkella tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008; |
(c) |
meta l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat ikun ġie sospiż f’konformità mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju; |
(d) |
meta tintalab sospensjoni minn operatur ekonomiku approvat li temporanjament ma jkunx jista’ jissodisfa l-ebda wieħed mill-kriterji stipulati fl-Artikoli 9 sa 13. |
2. Qabel ma tittieħed deċiżjoni f’konformità mal-paragrafu 1(a), (b) u (c), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru għandhom jikkomunikaw is-sejbiet tagħhom lill-operatur ekonomiku kkonċernat. L-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jkollu d-dritt jesprimi l-fehma tiegħu fi żmien 30 jum kalendarju li jibdew mid-data tal-wasla tal-komunikazzjoni.
3. Madankollu, jekk il-livell tat-theddida għall-miżuri ta’ konservazzjoni għal ċertu stokk jew stokkijiet jesiġi hekk, is-sospensjoni għandha sseħħ immedjatament. L-awtorità li tissospendi l-istatus tal-operatur għandha tgħarraf lill-Kummissjoni minnufih biex l-Istati Membri l-oħra jkunu jistgħu jieħdu azzjoni xierqa.
4. Is-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tidħol fis-seħħ mill-jum wara n-notifika lill-operatur ekonomiku approvat. Is-sospensjoni madankollu m’għandhiex ikollha impatt fuq il-proċedura doganali li tkun diġà bdiet qabel id-data tas-sospensjoni u li tkun għadha ma tlestietx.
Artikolu 23
Sospensjoni fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kriterji rilevanti
1. Fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 22(1), jekk l-operatur ekonomiku approvat ma jirregolarizzax il-qagħda fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu, l-istatus tal-operatur ekonomiku approvat għandu jkun sospiż għal perjodu ta’ 30 jum kalendarju. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-operatur ekonomiku, kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra dwar is-sospensjoni.
2. Meta l-operatur ekonomiku ma jkunx seta’ jirregolarizza s-sitwazzjoni fil-perjodu ta’ sospensjoni ta’ 30 jum kalendarju kif jissemma fil-paragrafu 1 iżda jkun jista’ jagħti evidenza li l-kundizzjonijiet ikunu jistgħu jintlaħqu jekk jiġi estiż il-perjodu ta’ sospensjoni, l-awtorità tal-ħruġ għandha tissospendi l-istatus ta’ operatur ekonomiku approvat għal perjodu ieħor ta’ 30 jum kalendarju. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu infurmati dwar l-estensjoni.
3. Meta l-operatur ekonomiku kkonċernat, fil-perjodu stipulat fil-paragrafi 1 jew 2 ikun ħa l-miżuri meħtieġa biex jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 9 sa 13, l-awtorità tal-ħruġ għandha tirtira s-sospensjoni u tgħarraf lill-operatur ekonomiku kkonċernat u lill-Kummissjoni. Is-sospensjoni tista’ tiġi rtirata qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stipulat fil-paragrafi 1 jew 2.
Artikolu 24
Sospensjoni fil-każ ta’ proċedimenti legali
1. Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 22(1), l-awtorità tal-ħruġ għandha tissospendi l-istatus ta’ operatur ekonomiku approvat, għal perjodu li fih ikunu għaddejjin il-proċedimenti. Għandha tinnotifika lill-operatur ekonomiku approvat dwar dan. In-notifika għandha tintbagħat ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista’ madankollu tiddeċiedi li ma tissospendix l-istatus ta’ operatur ekonomiku approvat jekk tqis li l-infrazzjoni tkun waħda ta’ importanza kwantitattiva negliġibbli fil-konfront tal-għadd jew tal-volum ta’ operazzjonijiet marbuta mal-importazzjoni mwettqa minn dak l-operatur.
Artikolu 25
Sospensjoni tal-istatus ta’ operatur eknomiku awtorizzat
Fil-każ imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 22(1), l-awtorità tal-ħruġ għandha tissospendi l-istatus ta’ operatur ekonomiku approvat sakemm is-sospensjoni tal-istatus ta’ operatur ekonomiku approvat ma tkunx ġiet irtirata. Għandha tinnotifika lill-operatur ekonomiku approvat dwar dan. Għandha tinforma wkoll l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 26
Sospensjoni fuq applikazzjoni
1. Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 22(1)(d) l-operatur ekonomiku approvat għandu jinnotifika lill-awtorità tal-ħruġ dwar l-inabbiltà temporanja tiegħu li jilħaq il-kriterji stipulati fl-Artikoli 9 sa 13, u jispeċifika d-data li fiha l-kriterji se jerġgħu jintlaħqu. Għandu jinnotifika wkoll l-awtorità tal-ħruġ bi kwalunkwe miżura ppjanata u bi skeda bid-dati għalihom.
2. L-awtorità tal-ħruġ għandha tibgħat in-notifika lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.
3. Jekk l-operatur ekonomiku approvat jonqos milli jirregolarizza s-sitwazzjoni fil-perjodu stipulat fin-notifika tiegħu, l-awtorità tal-ħruġ tista’ tagħti estensjoni raġonevoli, sakemm l-operatur ekonomiku approvat ikun aġixxa b’rieda tajba. L-estensjoni għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 27
Irtirar taċ-Ċertifikat tal-APEO
1. Iċ-ċertifikat tal-APEO għandu jiġi rtirat fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
fejn l-operatur ekonomiku approvat jonqos milli jieħu l-miżuri biex jikkonforma mal-kriterji msemmija fl-Artikoli 9 sa 13 f’konformita mal-Artikolu 23(3); |
(b) |
fejn ikun ġie stabbilit li l-operatur ekonomiku approvat ikun ikkommetta ksur serju jew infrazzjonijiet ripetuti tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd inkella tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u ma għandu jkun hemm l-ebda dritt ieħor għall-appell; |
(c) |
fejn l-operatur ekonomiku approvat jonqos milli jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikkonforma mal-kriterji stipulati fl-Artikoli 9 sa 13 f’konformita mal-Artikolu 26; |
(d) |
meta l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat, mogħti f’konformità mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, ikun ġie irtirat; |
(e) |
fuq talba mill-operatur ekonomiku approvat. |
2. Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista’ tiddeċiedi li ma tirtirax iċ-ċertifikat tal-APEO jekk l-infrazzjonijiet ikunu ta’ importanza kwantitattiva negliġibbli fil-konfront tal-għadd jew tal-volum ta’ operazzjonijiet marbuta mal-importazzjoni mwettqa minn dak l-operatur.
3. L-irtirar għandu jseħħ mill-jum wara n-notifika lill-operatur ekonomiku approvat.
4. L-awtorità tal-ħruġ għandha tinforma immedjatament lill-Kummissjoni dwar l-irtirar ta’ ċertifikat tal-APEO.
Artikolu 28
Talbiet għall-informazzjoni
1. L-operatur ekonomiku approvat għandu jinforma lill-awtorità tal-ħruġ dwar il-fatturi kollha li jirriżultaw wara l-għoti taċ-ċertifikat, u li jistgħu jinfluwenzaw il-kontinwazzjoni tiegħu.
2. L-informazzjoni kollha rilevanti għad-dispożizzjoni tal-awtorità tal-ħruġ rigward l-operaturi ekonomiċi approvati minnha għandha tkun disponibbli, fuq applikazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra fejn l-operaturi ekonomiċi approvati jwettqu attivitajiet relatati mal-importazzjoni.
Artikolu 29
Qsim ta’ informazzjoni dwar operaturi ekonomiċi approvati
1. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kollha għandhom iżommu, għal perjodu ta’ mhux inqas minn tliet snin, skont ir-regoli nazzjonali, u jkollhom aċċess għall-informazzjoni li ġejja:
(a) |
id-dejta’ tal-applikazzjonijiet trasmessa elettronikament; |
(b) |
iċ-Ċertifikati tal-APEO, u fejn ikun applikabbli, l-emendar, jew l-irtirar ta’ dawk iċ-ċertifikati inkella s-sospensjoni tal-istatus ta’ operatur ekonomiku approvat. |
2. Is-sistema ta’ informazzjoni dwar is-sajd IUU imsemmija fl-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 tista’ tintuża għall-proċess ta’ informazzjoni u komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u għall-informazzjoni tal-Kummissjoni u tal-operaturi ekonomiċi kif ipprovdut f’dan il-Kapitolu.
3. Il-lista ta’ operaturi ekonomiċi approvati tista’ tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni permezz tal-Internet bi qbil minn qabel mal-operaturi ekonomiċi approvati kkonċernati. Din il-lista għandha tinżamm aġġornata.
Artikolu 30
Obbligi ta’ rappurtar u evalwazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-iskema tal-operaturi ekonomiċi approvati kif stipulat f’dan il-Kapitolu fir-rapport tagħhom li għandu jiġi trażmess lill-Kummissjoni kull sentejn skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.
2. Abbażi ta’ dawk ir-rapporti u l-osservazzjonijiet tagħha stess, il-Kummissjoni għandha tiftaħ evalwazzjoni u aġġustament possibbli tal-iskema tal-operaturi ekonomiċi approvati.
KAPITOLU III
Verifiki marbuta maċ-ċertifikati tal-qbid
Artikolu 31
Kriterji komuni għall-verifiki
Verifiki maħsuba sabiex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jiġu rispettati, kif imsemmi fl-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament, għandhom ikunu ffokati lejn riskji identifikati fuq il-bażi tal-kriterji Komunitarji li ġejjin:
(a) |
l-importazzjoni, esportazzjoni jew kummerċ fil-prodotti tas-sajd miksuba minn speċijiet ta’ valur kummerċjali għoli; |
(b) |
inkonsistenzi bejn ix-xejriet tal-kummerċ u l-attivitajiet magħrufa tas-sajd ta’ Stat Membru tal-bandiera b’mod partikolari fir-rigward tal-ispeċijiet jew tal-volumi inkella l-karatteristiċi tal-flotta tas-sajd tiegħu; |
(c) |
inkonsistenzi bejn ix-xejriet tal-kummerċ u l-attivitajiet magħrufa tas-sajd ta’ pajjiż terz b’mod partikolari fir-rigward tal-karatteristiċi tal-industrija tal-ipproċessar jew tal-kummerċ tiegħu fil-prodotti tas-sajd; |
(d) |
xejriet ta’ kummerċ mhux ġustifikati f’termini ta’ kriterji ekonomiċi; |
(e) |
xejriet ta’ kummerċ mhux ġustifikati f’termini ta’ kriterji ekonomiċi; |
(f) |
involviment ta’ operatur li għadu kemm ġie stabbilit; |
(g) |
żieda sinifikanti u f’daqqa fil-volum ta’ kummerċ għal speċi partikolari; |
(h) |
tressiq ta’ kopji taċ-ċertifikati tal-qbid flimkien ma’ dikjarazzjonijiet anċillari dwar l-ipproċessar, f’konformità mal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, pereżempju meta l-qabda tkun ġiet maqsuma matul il-produzzjoni; |
(i) |
notifika minn qabel, meħtieġ skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, mhux trażmess fil-ħin li suppost, jew nuqqasijiet fl-informazzjoni; |
(j) |
inkonsistenzi bejn id-dejta tal-qbid dikjarata mill-operatur u informazzjoni oħra disponibbli lill-awtorità kompetenti; |
(k) |
bastiment jew sid ta’ bastiment suspettat li huwa jew li kien involut f’attivitajiet tas-sajd IUU; |
(l) |
bastiment li ftit taż-żmien qabel ikun bidel ismu, il-bandiera jew in-numru tar-reġistrazzjoni; |
(m) |
Stat tal-bandiera mhux notifikat skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 inkella l-informazzjoni disponibbli għal irregolaritajiet possibbli fil-validazzjoni taċ-ċertifikati tal-qbid minn Stat Membru partikolari (eż. it-timbri jew is-siġill tal-validazzjoni minn awtorità kompetenti jkunu intilfu, insterqu jew ġew iffalsifikati); |
(n) |
nuqqasijiet preżunti fis-sistema ta’ kontroll tal-Istat tal-bandiera; |
(o) |
l-operaturi kkonċernati li diġà kienu involuti f’attivitajiet illegali li jikkostitwixxu riskju potenzjali fir-rigward tas-sajd IUU. |
Artikolu 32
Obbligi ta’ rappurtar u evalwazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jinkludu l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-kriterji Komunitarji msemmija fl-Artikolu 31 fir-rapport tagħhom li għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni kull sentejn skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.
2. Abbażi ta’ dawk ir-rapporti u l-osservazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tiftaħ evalwazzjoni u aġġustament possibbli tal-kriterji Komunitarji.
KAPITOLU IV
Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi
Artikolu 33
Kooperazzjoni amministrattiva ma’ pajjiżi terzi dwar iċ-ċertifikati tal-qbid
1. L-arranġamenti amministrattivi li skonthom iċ-ċertifikat tal-qbid ikun stabbilit, validat jew ippreżentat b’mezzi elettroniċi jew jiġi sostitwit b’sistemi ta’ traċċabbiltà elettronika li jiżguraw l-istess livell ta’ kontroll mill-awtoritajiet, stabbiliti fil-qafas tal-kooperazzjoni amministrattiva stipulata fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, huma elenkati fl-Anness IX għal dan ir-Regolament.
2. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien 15-il jum tax-xogħol wara l-istabbiliment ta’ arranġament amministrattiv ġdid marbut mal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-qbid misjuba fir-Regolament (KE) Nru 1005/2008, tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar dan, ittella’ l-informazzjoni fuq il-websajt tagħha malajr kemm jista’ jkun u taġġorna l-Anness IX għal dan ir-Regolament.
TITOLU III
LEMĦ
Artikolu 34
Formola għat-tressiq tal-informazzjoni rigward bastimenti tas-sajd milmuħa
1. Il-formola għat-tressiq tal-informazzjoni rigward bastimenti tas-sajd milmuħa, imsemmija fl-Artikolu 49(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 hija stabbilita fl-Anness XA għal dan ir-Regolament.
2. L-istruzzjonijiet għall-mili tal-formola msemmija fil-paragrafu 1 jinsabu fl-Anness XB għal dan ir-Regolament.
TITOLU IV
ASSISTENZA REĊIPROKA
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet Ġenerali
Artikolu 35
Ambitu
1. Dan it-Titolu jistipula l-kundizzjonijiet li fihom l-Istati Membri għandhom, fuq bażi amministrattiva, jikkooperaw ma’ xulxin, ma’ pajjiżi terzi, mal-Kummissjoni u mal-korp iddeżinjat minnha bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u dan ir-Regolament.
2. Dan it-Titolu ma għandux jorbot lill-Istati Membri biex jagħtu l-għajnuna lil xulxin jekk dan x’aktarx jhedded is-sistema legali nazzjonali tagħhom, il-politika pubblika, is-sigurtà inkella interessi fundamentali oħra tagħhom. Qabel ma jiċħdu applikazzjoni għall-għajnuna, l-Istati Membri li minnhom tintalab l-għajnuna għandhom jikkonsultaw mal-Istat Membru applikant sabiex jiddeterminaw jekk l-għajnuna tistax tingħata parzjalment, soġġetta għal termini u kundizzjonijiet speċifiċi. Meta applikazzjoni għall-għajnuna ma tistax tintlaqa’, l-Istat Membru applikant u l-Kummissjoni għandhom jiġu mgħarrfa mingħajr telf ta’ żmien dwar dan il-fatt u dwar ir-raġunijiet għalih.
3. Dan it-Titolu ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni tar-regoli dwar proċedura kriminali jew għajnuna reċiproka f’materji kriminali fl-Istati Membri, inklużi dawk dwar is-segretezza f’inkjesti ġudizzjarji.
Artikolu 36
Protezzjoni tad-dejta personali
1. Dan ir-Regolament ma jbiddilx u bl-ebda mod ma jaffettwa l-livell tal-protezzjoni tal-individwi rigward l-ipproċessar tad-dejta personali taħt id-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja u dik nazzjonali, u b’mod partikolari ma jbiddel la l-obbligi tal-Istati Membri rigward l-ipproċessar tad-dejta personali skont id-Direttiva 95/46/KE u lanqas l-obbligi tal-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji rigward l-ipproċessar tad-dejta personali skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 meta jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet applikabbli kollha previsti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Direttiva 95/46/KE jiġu rispettati.
2. Id-drittijiet tal-persuni fir-rigward tad-dejta ta’ reġistrazzjoni pproċessata fis-sistemi nazzjonali għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru li jkun żamm id-dejta personali tagħhom, u b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiiet li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE, u, fir-rigward tad-dejta ta’ reġistrazzjoni tagħhom ipproċessata f’sistemi Komunitarji, għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 37
Użu tal-informazzjoni u l-protezzjoni tas-segretezza professjonali u kummerċjali
1. L-Istat Membru applikant għandu juża l-informazzjoni kkomunikata skont dan it-Titolu, esklussivament għall-finijiet tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u dejjem f’konformità mad-Direttiva 95/46/KE. L-użu ta’ informazzjoni bħal din għal finijiet oħra għandu jkun soġġett għall-konsultazzjoni bil-miktub minn qabel mal-Istat Membru li jkun intalab jipprovdi l-informazzjoni. Tali użu mbagħad għandu jkun soġġett għal kwalunkwe kundizzjoni stabbilita mill-Istat Membru mitlub għall-informazzjoni, rigward iż-żamma tal-informazzjoni f’konformità mad-Direttiva 95/46/KE. L-użu ta’ dejta b’informazzjoni personali għal finijiet oħra għandu jkun f’konformità mal-kundizzjonijiet previsti fid-Direttiva 95/46/KE.
2. L-Istat Membru applikant għandu jqis talbiet speċifiċi marbuta mal-kxif tal-informazzjoni bħalma huma s-sikurezza u l-privatezza ta’ persuni identifikati inkella identifikabbli mill-informazzjoni.
3. L-informazzjoni għandha tiġi mħarsa bħalma tiġi mħarsa dejta simili mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li jirċevihom u, għal istituzzjoni Komunitarja li tirċevihom, mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għal din l-istituzzjoni. Din tista’ tintuża bħala evidenza fi proċedimenti amministrattivi jew kriminali mill-Istat Membru li jirċievi l-informazzjoni, f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru.
4. L-informazzjoni kkomunikata fi kwalunkwe forma lil persuni li jaħdmu għall-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u l-Kummissjoni għandha tkun koperta mir-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali jekk il-kxif tagħha thedded:
a) |
il-protezzjoni tal-privatezza u l-integratà tal-individwu, b’mod partikolari f’konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja li tirrigwarda l-ħarsien tad-deja personali; |
b) |
l-interessi kummerċjali ta’ persuna naturali jew ġurdika, inkluża l-proprjetà intellettwali; |
c) |
proċedimenti tal-qorti u pariri legali; jew |
d) |
l-għan tal-ispezzjonijiet jew l-investigazzjonijiet. |
5. Il-Paragrafu 4 ma għandux japplika meta l-kxif ikun meħtieġ biex jitwaqqaf is-sajd IUU jew infrazzjonijiet serji msemmija fl-Artikolu 42(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u l-awtorità li tikkomunika l-informazzjoni taqbel li dan il-kxif iseħħ.
Artikolu 38
Spejjeż
L-Istati Membri għandhom iġarrbu huma stess l-ispejjeż tagħhom tal-esekuzzjoni ta’ talba għall-għajnuna u għandhom jirrinunzjaw għat-talbiet kollha għall-ħlas lura tal-ispejjeż imġarrba fl-applikazzjoni ta’ dan it-Titolu.
Artikolu 39
Awtorità unika
1. Kull Stat Membru għandu jiddeżinja uffiċju uniku ta’ kuntatt, li jkun responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan it-Titolu.
2. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-identità tal-uffiċċju uniku ta’ kuntatt u jżomm dik l-informazzjoni aġġornata.
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna l-lista tal-uffiċċji uniċi ta’ kuntatt f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 40
Miżuri ta’ segwitu
1. Meta l-awtoritajiet nazzjonali jiddeċiedu, bi tweġiba għal applikazzjoni għall-għajnuna bbażata fuq dan it-Titolu inkella b’riżultat ta’ skambju spontanju tal-informazzjoni, li jieħdu miżuri li jistgħu jiġu implimentati biss bl-awtorizzazzjoni jew fuq talba ta’ awtorità ġudizzjarja, għandhom jikkomunikaw lill-Istat Membru kkonċernat u lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni dwar dawk il-miżuri li tkun relatata mas-sajd IUU inkella infrazzjonijiet serji msemmija fl-Artikolu 42(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jew għal infrazzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
2. Kull komunikazzjoni bħal din għandha jkollha l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità ġudizzjarja jekk din l-awtorizzazzjoni tkun meħtieġa mil-liġi nazzjonali.
KAPITOLU II
Informazzjoni mingħajr rikjesta minn qabel
Artikolu 41
Informazzjoni mingħajr rikjesta minn qabel
1. Meta Stat Membru jsir konxju dwar kwalunkwe attività ta’ sajd IUU potenzjali inkella infrazzjonijiet serji msemmija fl-Artikolu 42 (1) (b) u (c) tar-Regoalment (KE) Nru 1005/2008 inkella jissuspetta raġonevolament li tali attività jew infrazzjoni tista’ sseħħ, dan għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati u lill-Kummissjoni, mingħajr telf ta’ żmien. Dik in-notifika għandha tforni l-informazzjoni meħtieġa kollha u għandha ssir permezz tal-awtorità unika imsemmija fl-Artikolu 39.
2. Meta Stat Membru jieħu miżuri ta’ infurzar għal attività ta’ sajd IUU inkella infrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati, u lill-Kummissjoni permezz tal-awtorità unika imsemmija fl-Artikolu 39.
3. In-notifiki kollha skont dan l-Artikolu għandhom isiru bil-miktub.
KAPITOLU III
Applikazzjonijiet għalll-għajnuna
Artikolu 42
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu “applikazzjoni għall-għajnuna” tfisser applikazzjoni indirizzata minn Stat Membru lil Stat Membru ieħor għal:
(a) |
informazzjoni; |
(b) |
miżuri ta’ infurzar; jew |
(c) |
notifika amministrattiva. |
Artikolu 43
Rekwiżiti ġenerali
1. L-Istat Membru applikant għandu jiżgura li l-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna jkun fihom biżżejjed informazzjoni biex l-Istat Membru li ssirlu l-applikazzjoni jkun jista’ jilqagħha, inkluż kull prova meħtieġa li tista’ tinkiseb biss fit-territorju tal-Istat Membru applikant.
2. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikunu limitati għal każijiet sostanzjati fejn ikun hemm biżżejjed raġuni biex wieħed jemmen li s-sajd IUU jew l-infrazzjonijiet serji msemmija fl-Artikolu 42 (1) (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 ikunu seħħew u fejn l-Istat Membru applikant ma jkunx kapaċi jikseb l-informazzjoni mitluba jew jieħu l-miżuri mitluba bil-mezzi tiegħu stess.
Artikolu 44
Trażmissjoni tal-applikazzjonijiet u t-tweġibiet
1. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu biss mill-awtorità unika tal-Istat Membru applikant jew mill-Kummissjoni lill-awtorità unika tal-Istat Membru li saritlu l-applikazzjoni. It-tweġibiet kollha għal applikazzjoni għandhom jiġu kkomunikati bl-istess mod.
2. Applikazzjonijiet għall-għajnuna reċiproka u t-tweġibiet rispettivi għandhom isiru bil-miktub.
3. Il-lingwi użati għall-applikazzjonijiet u għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni għandhom jiġu miftiehma mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati qabel ma jsiru l-applikazzjonijiet. Jekk ma jkun jista’ jintlaħaq l-ebda ftehim, l-applikazzjonijiet għandhom jiġu kkomunikati fil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru applikant u r-risposti fil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru li jsirulu l-applikazzjonijiet.
Artikolu 45
Talbiet għall-informazzjoni
1. Stat Membru li ssirlu l-applikazzjoni għandu, fuq talba mill-Istat Membru applikant, jew mill-Kummissjoni, jipprovdi kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa sabiex jiġi stabbilit jekk is-sajd IUU jew l-infrazzjonijiet serji msemmija fl-Artikolu 42 (1) (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 ikunux seħħew inkella biex jiġi stabbilit jekk jeżistix suspett raġonevoli li tali attività jew infrazzjoni tista’ sseħħ. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta permezz tal-awtorità unika msemmija fl-Artikolu 39.
2. L-Istat Membru li ssirlu l-applikazzjoni għall-informazzjoni għandu, fuq talba mill-Istat Membru applikant, jew mill-Kummissjoni, iwettaq l-inkjesti amministrattivi xierqa li jirrigwardaw l-operazzjonijiet li jikkostitwixxu, jew f’għajnejn l-Istat Membru applikant jidhru li jikkostitwixxu, sajd IUU inkella infrazzjonijiet serji msemmija fl-Artikolu 42 (1) (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. L-Istat Membru li ssirlu l-applikazzjoni għandu jikkomunika r-riżultati ta’ inkjesti amministrattivi bħal dawn lill-Istat Membru applikant u lill-Kummissjoni.
3. Fuq talba mill-Istat Membru applikant, jew mill-Kummissjoni, l-Istat Membru li ssirlu l-applikazzjoni jista’ jippermetti lil uffiċjal kompetenti tal-Istat Membru applikant biex jakkumpanja lill-uffiċjali tal-Istat Membru li ssirlu l-applikazzjoni jew tal-Kummissjoni, matul l-inkjesti amministrattivi msemmija fil-paragrafu 2. Sa fejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar proċedimenti kriminali jirrestrinġu ċerti atti għal uffiċjali speċifikament iddeżinjati mil-liġi nazzjonali, l-uffiċjali tal-Istat Membru applikant ma għandhomx jieħdu sehem f’atti bħal dawn. Fl-ebda każ ma għandhom jipparteċipaw f’tiftixiet fuq il-post jew f’interrogatorji formali ta’ persuni taħt il-liġi kriminali nazzjonali. L-uffiċjali tal-Istati Membri applikanti preżenti fl-Istati Membri li ssirilhom l-applikazzjoni għandhom, f’kull ħin, ikunu jistgħu jippreżentaw provi tal-awtorità tagħhom, bl-identità u l-funzjonijiet uffiċjali tagħhom.
4. Fuq talba mill-Istat Membru applikant, l-Istat Membru li ssirlu l-applikazzjoni għandu jipprovdi lil dan tal-ewwel kwalunkwe dokument fil-pussess tiegħu, inkella kopji ċertifikati bħala veri, li jirrigwarda sajd IUU inkella infrazzjonijiet serji msemmija fl-Artikolu 42 (1) (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.
5. Il-forma standard għall-iskambju tal-informazzjoni fuq talba tidher fl-Anness XI.
Artikolu 46
Talbiet għal miżuri ta’ infurzar
1. Stat Membru li ssirlu applikazzjoni għandu, abbażi tal-evidenza msemmija fl-Artikolu 43, fuq it-talba ta’ Stat Membru applikant, jew tal-Kummissjoni, jieħu l-miżuri kollha ta’ infurzar meħtieġa biex iġib il-waqfien, fit-territorju tiegħu inkella fl-ibħra taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tiegħu, ta’ kwalunkwe sajd IUU jew ta’ infrazzjonijiet serji msemmija fl-Artikolu 42 (1) (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 mingħajr dewmien.
2. L-Istat Membru li ssirlu l-applikazzjoni jista’ jikkonsulta mal-Istat Membru applikant u mal-Kummissjoni matul il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-miżuri ta’ infurzar imsemmija fil-paragrafu 1.
3. L-Istat Membru li ssirlu l-applikazzjoni għandu jirrapporta l-miżuri kollha meħuda u l-effett tagħhom, lill-Istat Membru applikant, lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati u lill-Kummissjoni, permezz tal-awtorità unika msemmija fl-Artikolu 39.
Artikolu 47
Skadenza għat-tweġibiet għal talbiet għall-informazzjoni u miżuri ta’ infurzar
1. L-Istat Membru li ssirlu l-applikazzjoni għall-informazzjoni, għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(1) u l-Artikolu 46(3), malajr kemm jista’ jkun, iżda mhux aktar tard minn 4 ġimgħat wara d-data tal-wasla tal-applikazzjoni. Jista’ jintlaħaq qbil dwar limiti ta’ żmien differenti bejn l-Istat Membru li ssirlu l-applikazzjoni u l-Istat Membru applikant inkella l-Kummissjoni.
2. Meta l-Istat Membru li ssirlu l-applikazzjoni ma jkunx jista’ jwieġeb l-applikazzjoni sad-data ta’ skadenza, huwa għandu jinforma lill-Istat Membru applikant jew lill-Kummissjoni, bil-miktub, dwar ir-raġunijiet għall-inkapaċità tiegħu li jagħmel dan, u jindika meta jaħseb li jkun jista’ jwieġeb.
Artikolu 48
Talbiet għall-notifiki amministrattivi
1. Stat Membru li ssirlu applikazzjoni għal notifika amministrattiva għandu, fuq talba minn Stat Membru applikant u f’konformità mar-regoli nazzjonali tiegħu li jirregolaw in-notifikar dwar strumenti u deċiżjonijiet simili, jinnotifika lid-destinatarju dwar l-istrumenti u d-deċiżjonijiet kollha meħuda fil-qasam kopert mir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jirriżultaw mill-awtoritajiet amminsitrattivi tal-Istat Membru applikant u li għandhom iseħħu fit-territorju tal-Istat Membru li ssirlu l-applikazzjoni.
2. Talbiet għan-notifika għandhom isiru permezz tal-formola standard mehmuża ma’ dan ir-Regolament fl-Anness XII.
3. L-Istat Membru li ssirlu l-applikazzjoni għandu jibgħat it-tweġiba tiegħu lill-Istat Membru applikant immedjatament wara n-notifika permezz tal-awtorità unika msemmija fl-Artikolu 39. It-tweġiba għandha ssir permezz tal-formola standard mehmuża ma’ dan ir-Regolament fl-Anness XII.
KAPITOLU IV
Relazzjonijiet mal-Kummissjoni
Artikolu 49
Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni
1. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni li huwa jikkunsidra rilevanti, fir-rigward tal-metodi, prattiki inkella xejriet li ntużaw, inkella suspettati li ntużaw għas-sajd IUU jew infrazzjonijiet serji msemmija fl-Artkolu 42 (1) (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, malli din l-informazzjoni tkun disponibbli għalih.
2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri, kwalunkwe informazzjoni li tgħinhom jinfurzaw l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, malli din l-informazzjoni ssirilha disponibbli.
Artikolu 50
Koordinazzjoni mill-Kummmissjoni
1. Meta Stat Membru jsir konxju minn operazzjonijiet li jikkostitwixxu, inkella jidhru li jikkostitwixxu sajd IUU inkella infrazzjonijiet serji msemmija fl-Artikolu 42 (1) (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, u li jkunu ta’ rilevanza partikolari fuq il-livell Komunitarju, huwa għandu jikkomunika lill-Kummissjoni malajr kemm jista’ jkun, kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa għad-determinazzjoni tal-fatti. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, operazzjonijiet li jikkostitwixxu sajd IUU inkella infrazzjonijiet serji msemmija fl-Artikolu 42 (1) (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 għandhom jitqiesu li huma ta’ rilevanza partikolari fuq il-livell Komunitarju, partikolarment meta:
(a) |
dawn ikollhom, jew jista’ jkollhom, rabtiet ma’ Stati Membri oħra; jew |
(b) |
l-Istati Membri jidhrilhom li x’aktarx twettqu wkoll operazzjonijiet simili fi Stati Membri oħra. |
3. Meta l-Kummissjoni tqis li l-operazzjonijiet li jikkostitwixxu s-sajd IUU inkella infrazzjonijiet serji msemmija fl-Artikolu 42 (1) (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 ikunu seħħu fi Stat Membru wieħed jew aktar, hi għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati dwar dan, u l-Istati Membri għandhom iwettqu l-inkjesti malajr kemm jista’ jkun. L-Istati Membri kkonċernati għandhom, kemm jista’ jkun malajr, jikkomunikaw lill-Kummissjoni s-sejbiet ta’ dawk l-inkjesti.
KAPITOLU V
Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi
Artikolu 51
Skambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi terzi
1. Meta Stat Membru jirċievi informazzjoni rilevanti biex jiżgura l-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u dan ir-Regolamnet minn pajjiż terz, huwa għandu jikkomunika dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati permezz tal-awtorità unika, sa fejn dan huwa permess permezz tal-ftehimiet bilaterali tal-għajnuna, ma’ dak il-pajjiż terz.
2. Informazzjoni riċevuta skont dan it-Titolu tista’ tiġi kkomunikata lil pajjiż terz minn Stat Membru permezz tal-awtorità unika skont il-ftehim bilaterali ta’ għajnuna ma’ dak il-pajjiż terz; Dik il-komunikazzjoni għandha sseħħ wara konsultazzjoni tal-Istat Membru li oriġinarjament ikkomunika l-informazzjoni u f’konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja u dik nazzjonali dwar il-protezzjoni tal-individwji fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali.
3. Il-Kummissjoni tista’, fil-kuntest tal-ftehimiet dwar is-sajd konklużi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi inkella fil-kuntest tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd inkella arranġamenti simili li fihom il-Komunità hija Parti Kontraenti inkella Parti li Tikkoopera imma Mhux Kontraenti, tikkomunika informazzjoni rilevanti dwar sajd IUU jew infrazzjonijiet serji msemmija fl-Artikolu 42 (1) (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 lil partijiet oħra għal dawk il-ftheimiet, organizzazzjonijiet jew arranġamenti, soġġetti għall-approvazzjoni tal-Istat Membru li jkun ipprovda dik l-informazzjoni.
KAPITOLU VI
Dispożizzjoni tranżizzjonali
Artikolu 52
Stabbiliment ta’ Sistema ta’ Informazzjoni dwar is-Sajd IUU
Sakemm tiġi stabbilita s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar is-Sajd IUU, kif tissemma fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni, skont dan it-titolu, permezz ta’ arranġamenti eżistenti ta’ informazzjoni.
TITOLU V
EMENDI
Artikolu 53
Emendi tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, li fih il-lista ta’ prodotti esklużi mid-definizzjoni ta’ “prodotti tas-sajd” fl-Artikolu 2(8) ta’ dak ir-Regolament, huwa emendat kif stipulat fl-Anness XIII ta’ dan ir-Regolament.
TITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 54
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1
(2) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(4) ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.
(5) ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83
(6) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1
ANNESS I
Perjodu ta’ notifika bil-quddiem għal ċerti tipi ta’ prodotti tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1
Perjodu ta’ notifika bil-quddiem ta’ 4 sigħat
Ħatt l-art ta’ prodotti friski tas-sajd minn bastimenti tas-sajd f'portijiet Komunitarji ddeżinjati.
ANNESS IIA
Formola għan-notifika bil-quddiem għal bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 2(1)
Test ta 'immaġni
ANNESS IIB
Formola għan-notifika bil-quddiem għal bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 2(2)
Test ta 'immaġni
ANNESS IIIA
Formola għad-dikjarazzjonijiet ta' qabel il-ħatt l-art imsemmija fl-Artikolu 3(1)
Test ta 'immaġni
ANNESS IIIB
Formola għad-dikjarazzjonijiet ta' qabel it-trażbord imsemmija fl-Artikolu 3(2)
(meħtieġa kemm mill-bastiment donatur kif ukoll mill-bastiment riċevitur)
Test ta 'immaġni
ANNESS IV
ĊERTIFIKAT TAL-QBID TAL-KOMUNITÀ EWROPEA
Formola simplifikata għall-prodotti tas-sajd li jissodisfaw ir-rekwiżiti fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
ANNESS V
Skemi tad-dokumentazzjoni tal-qbid adottati minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, rikonoxxuti bħala konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008
Parti I |
Skemi tad-dokumentazzjoni tal-qbid rikonoxxuti bħala konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008
|
Parti II |
Skemi tad-dokumentazzjoni tal-qbid rikonoxxuti bħala konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, soġġetti għal kundizzjonijiet addizzjonali:
|
ANNESS VI
Perjodi ta’ tressiq taċ-ċertifikati tal-qbid għal konsenji msemmija fl-Artikolu 8
Perjodu ta’ 4 sigħat għat-tressiq taċ-ċertifikat tal-qbid qabel id-dħul fil-Komunità
Konsenji ta’ prodotti tas-sajd li jidħlu fil-Komunità bl-ajru
Perjodu ta’ sagħtejn (2) għat-tressiq taċ-ċertifikat tal-qbid qabel id-dħul fil-Komunità
Konsenji ta’ prodotti tas-sajd li jidħlu fil-Komunità bit-triq
Perjodu ta’ 4 sigħat għat-tressiq taċ-ċertifikat tal-qbid qabel id-dħul fil-Komunità
Konsenji ta’ prodotti tas-sajd li jidħlu fil-Komunità bil-ferrovija
ANNESS IX
Arranġament amministrattiv mal-Istati tal-Bandiera, marbuta mal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-qbid (l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)
ANNESS XA
Formola għat-tressiq ta' informazzjoni rigward bastimenti tas-sajd milmuħa
Test ta 'immaġni
ANNESS XB
Struzzjonijiet għall-mili tal-formoli fl-Anness XA
IMLA L-INFORMAZZJONI KOLLHA LI TISTA’
1. |
Isem il-bastiment, sinjal tar-radju, bandiera, u jekk possibbli in-numru tar-reġistrazzjoni u l-IMO tar-reġistru Lloyds għandhom jinkisbu minn dak li jidher fuq il-bastiment inkella minn kuntatt bir-radju mal-bastimenti (is-sors ta’ din l-informazzjoni jrid jiġi rrappurtat). |
2. |
Marki li jiddistingwuh: għid jekk l-isem u l-port tar-reġistrazzjoni tal-bastiment kinux viżibbli jew le. Niżżel il-kuluri tal-buq u tas-sovrastruttura, l-għadd ta’ arbli, il-pożizzjoni tal-briġġ u t-tul taċ-ċumnija. |
3. |
Tip ta’ bastiment: Iddeskrivi t-tip ta’ bastiment u rkaptu milmuħ (eż. bil-konzijiet, bit-tkarkir, bastiment fabbrika, bastiment tat-trasport). |
4. |
Pożizzjoni: niżżel l-ilmiħ inizjali tal-bastiment inkluż iż-żona/subżona/diviżjoni tas-sajd. |
5. |
Attività tal-bastiment milmuħ: niżżel il-ħin tal-ilmiħ, l-attività tal-bastiment f’dak il-ħin u d-direzzjoni (gradi). Niżżel jekk il-bastiment kienx qed jistad, ikala l-irkaptu, ikarkar, itella’ inkella attivitajiet oħra. Hemm biżżejjed spazju għal ħames lemħiet tal-istess bastiment, iżda jekk ikun meħtieġ aktar spazju imla din it-taqsima fuq wara tal-formola inkella fuq karta separata. Niżżel jekk kienx hemm linja tat-tnaffir inkella le. |
6. |
Rekord tal-ilmiħ: indika jekk l-ilmiħ tal-bastiment kienx irreġistrat fuq il-vidjo inkella bir-ritratti (niżżel jekk tressqux xi dokument fit-taqsima tal-kummenti). |
7. |
Kummenti: indika d-direzzjoni ta’ tranżitu tal-bastiment. Agħti fil-qosor kwalunkwe konverżazzjoni li saret bir-radju, bl-indikazzjoni tal-isem, tan-nazzjonalità, tal-pożizzjoni mogħtija mill-persuna/i kkuntattjata/i abbord il-bastiment avvistat. |
8. |
Tpinġija tal-bastiment: pinġi l-profil tal-bastiment, u indika kwalunkwe marki li jiddistingwuh li jistgħu jkunu utli għall-identifikazzjoni. |
ANNESS XI
Formola standard għall-iskambju tal-informazzjoni fuq applikazzjoni skont l-Artikolu 45
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
ANNESS XII
Formola standard għall-applikazzjoni ta’ notifika amministrattiva skont l-Artikolu 48
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
ANNESS XIII
Lista ta’ prodotti esklużi mid-definizzjoni ta’ “prodotti tas-sajd” imsemmija fil-punt 8 tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat
— |
Prodotti tas-sajd tal-ilma ħelu, fosthom
|
— |
Prodotti tal-akkwakultura miksubin minn ħut żgħir jew larvi |
— |
0301 10 – Ħut ornamentali ħaj |
— |
0307 10 – Gajdri, kemm jekk fil-qoxra kif ukoll jekk le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, immelħin jew fis-salmura |
— |
Arzell, inklużi mriewaħ, tal-ġeneri Pecten, Chlamys jew Placopecten
|
— |
Maskli
|
— |
0307 60 00 - Bebbux, minbarra bebbux tal-baħar |
— |
0305 10 00 - Dqiq, tħin u pellets tal-ħut, tajbin għall-konsum mill-bniedem |
— |
ex 1605 90 30 – Krustaċej, molluski u invertebrati akkwatiċi oħra, imsajra jew ippreservati: Arzell, gajdri, bebbux |
— |
1605 90 00 – Invertebrati akkwatiċi oħrajn, ippreparati jew ippriservati |
(1) Kodiċijiet NM li jikkorrispondu għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1031/2008 (ĠU L 291, 31.10.2008)
27.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 280/42 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1011/2009
tas-26 ta’ Ottubru 2009
li jiffissa, għas-sena tal-kontabbiltà 2010, il-koeffiċjenti tad-deprezzament li għandhom japplikaw għax-xiri tal-prodotti agrikoli ta’ intervent
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1) [verżjoni mhux uffiċjali], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 f’dak li jirrigwarda l-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew tal-Garanzija (FAEG) ta’ miżuri ta’ intervent fil-forma ta’ ħżin pubbliku u l-kontabbiltà tal-operazzjonijiet ta’ ħżin pubbliku min-naħa tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri (2) [verżjoni mhux uffiċjali], jipprovdi għall-finanzjament tad-deprezzament tal-prodotti li jinsabu maħżuna b’intervent pubbliku fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ ħżin pubbliku. |
(2) |
L-Anness VIII, il-punti 1, 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 884/2006 jiddetermina l-metodi ta’ kalkolu tad-deprezzament. Il-perċentwal tad-deprezzament fil-waqt tax-xiri tal-prodotti agrikoli jikkorrispondi għad-differenza massima bejn il-prezz tax-xiri u bejn il-prezz prevedibbli tal-bejgħ għal kull prodott partikolari. Dan il-perċentwal għandu jkun iffissat għal kull prodott qabel il-bidu tas-sena tal-kontabbiltà. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tillimita d-deprezzament fil-waqt tax-xiri għal frazzjoni ta’ dan il-perċentwal ta’ deprezzament, li ma tistax tkun anqas minn 70 % tad-deprezzament totali. |
(3) |
Għaldaqstant jidher li, għal ċerti prodotti, jiġu ffissati l-koeffiċjenti li għandhom japplikaw matul is-sena tal-kontabbiltà 2010, mill-aġenziji ta’ intervent għall-valuri tax-xiri ta’ kull xahar ta’ dawn il-prodotti, sabiex l-aġenziji msemmija jkunu jistgħu jistabbilixxu l-ammonti tad-deprezzament. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT.
Artikolu 1
Għall-prodotti li jidhru fl-Anness u li, wara xiri b’intervent pubbliku, jinħażnu jew jittieħdu f’idejn l-aġenziji ta’ intervent bejn l-1 ta’ Ottubru 2009 u t-30 ta’ Settembru 2010, l-aġenziji ta’ intervent għandhom japplikaw għall-valuri tal-prodotti mixtrija kull xahar il-koeffiċjenti ta’ deprezzament li jidhru fl-Anness imsemmi.
Artikolu 2
L-ammonti tal-infiq, ikkalkolati billi jitqies d-deprezzament imsemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni fil-kuntest tad-dikjarazzjonijiet stabbiliti skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (3).
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(2) ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35.
(3) ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.
ANNESS
KOEFFIĊJENTI TAD-DEPREZZAMENT LI GĦANDHOM JAPPLIKAW GĦALL-VALURI TAX-XIRI TA’ KULL XAHAR
Prodotti |
Koeffiċjenti |
Qamħ fin tajjeb għall-ħobż |
0,02 |
Xgħir |
0,02 |
Sorgu |
0,02 |
Ħalib xkumat tat-trab |
0,10 |
27.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 280/44 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1012/2009
tas-26 ta’ Ottubru 2009
li jiffissa, għas-sena tal-kontabilità tal-2010 tal-FAEG, ir-rati tal-imgħax li għandhom jintużaw sabiex jiġu kkalkulati l-ispejjeż għall-finanzjament tal-miżuri ta’ intervent, li jikkonsistu fix-xiri, il-ħżin u r-rimi tal-ħażniet
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [titlu mhux uffiċjali] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 f’dak li għandu x’jaqsam mal-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropea ta’ Garanzija (l-FAEG) ta’ miżuri ta’ intervent fil-forma ta’ ħżin pubbliku u l-kontabilità tal-operazzjonijiet ta’ ħżin pubbliku min-naħa tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri [titlu mhux uffiċjali] (2), jistipula li l-infiq marbut mal-ispejjeż finanzjarji li jġarrbu l-Istati Membri biex isibu l-fondi għax-xiri tal-prodotti għandhom jiġu deċiżi skont il-metodi stabbiliti fl-Anness IV għal dak ir-Regolament, abbażi ta’ rata tal-imgħax li hija l-istess fil-Komunità kollha. |
(2) |
Ir-rata tal-imgħax li hija l-istess fil-Komunità kollha tikkorrispondi għall-medja tar-rati tal-Euribor fuq perjodu ta’ tliet xhur u ta’ tnax-il xahar, irreġistrati matul is-sitt xhur ta’ qabel in-notifika mill-Istati Membri li dwarha hemm dispożizzjoni fil-punt I.1 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 884/2006. Dawn ir-rati għandu jkollhom valur ta’ terz u ta’ żewġ terzi rispettivament. Din ir-rata għandha tiġi ffissata fil-bidu ta’ kull sena tal-kontabilità tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG). |
(3) |
Madankollu, jekk ir-rata tal-imgħax innotifikata minn Stat Membru tkun inqas mir-rata tal-imgħax uniformi ffissata għall-Komunità, għandha tiġi ffissata rata tal-imgħax speċifika għal dak l-Istat Membru, skont it-tieni subparagrafu tal-punt I.2 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 884/2006. |
(4) |
Barra minn hekk, b’konformità mat-tielet subparagrafu tal-punt I.2 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 884/2006, jekk Stat Membru ma jibgħat l-ebda notifika, fil-forma u sad-data tal-iskadenza msemmijin fl-ewwel subparagrafu tal-punt I.2 tal-imsemmi Anness IV, ir-rata tal-imgħax imġarrba minn dak l-Istat Membru se titqies bħala 0 %. Jekk Stat Membru jiddikjara li ma ġarrab l-ebda spiża tal-imgħax minħabba li ma kellux prodotti agrikoli maħżunin fl-imħażen pubbliċi matul il-perjodu ta’ referenza, għalih tapplika r-rata uniformi tal-imgħax iffissata mill-Kummissjoni. Id-Danimarka, il-Latvja, il-Lussemburgu, Malta, il-Portugall, u r-Rumanija ddikjaraw li huma ma ġarrbu l-ebda spiża tal-imgħax minħabba li ma kellhomx prodotti agrikoli maħżunin fl-imħażen pubbliċi matul il-perjodu ta’ referenza. |
(5) |
Fid-dawl tan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni, ir-rati tal-imgħax applikabbli għas-sena tal-kontabilità tal-2010 tal-FAEG għandhom jiġu ffissati billi jitqiesu dawn id-diversi fatturi. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-infiq marbut mal-ispejjeż finanzjarji li jġarrbu l-Istati Membri biex isibu l-fondi għax-xiri tal-prodotti ta’ intervent, li għandhom jitħallsu mis-sena tal-kontabilità tal-2010 tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG), ir-rati tal-imgħax li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 884/2006 skont l-Artikolu 4(1)(a) ta’ dak ir-Regolament għandhom ikunu ta’:
(a) |
0,0 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli għal Ċipru u l-Estonja; |
(b) |
0,5 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli għall-Ġermanja u l-Finlandja; |
(c) |
0,6 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli għall-Irlanda, l-Italja u l-Iżvezja; |
(d) |
1,0 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli għall-Awstrija; |
(e) |
1,1 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli għall-Belġju; |
(f) |
1,5 % għar-rata tal-imgħax uniformi għall-Komunità applikabbli fl-Istati Membri l-oħra. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(2) ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35.
27.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 280/46 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1013/2009
tas-26 ta’ Ottubru 2009
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jistipula regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat- 22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikoli 134, 144(1) u 192, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 19(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (2) jirrikjedi li l-importaturi jindikaw uħud mill-elementi dwar il-kompożizzjoni tal-ġobnijiet, impurtati skont il-kwoti msemmija fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament, fid-dikjarazzjoni tal-importazzjoni. Konsegwentement l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-kompożizzjoni attwali ta’ wħud mill-ġobnijiet, f’każ li wħud mill-kontenuti jaqbżu dawk imsemmija fl-Anness XIII għal dak ir-Regolament. Għalkemm it-tagħrif previst f’dawn in-notifiki huwa utli, mhuwiex indispensabbli għall-ġestjoni tas-suq. Għalhekk huwa xieraq li jitħassru l-Artikolu 19(3) kif ukoll l-Anness XIII għal dak ir-Regolament, bil-għan li jiġi ssimplifikat u jittaffa l-piż amministrattiv li hemm fuq in-negozjanti u l-amministrazzjonijiet nazzjonali. |
(2) |
L-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jipprovdi, bħala regola ġenerali, li l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ żmien bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Ġunju, jistgħu jitressqu biss mill-20 sat-30 ta’ Novembru tas-sena preċedenti, skont il-kwoti msemmija fil-Kapitolu I tat-Titolu 2. Għall-importazzjonijiet tal-butir minn New Zealand kif imsemmija fl-Artikolu 34 għal dak ir-Regolament, l-Artikolu 34a(3) jipprovdi għall-ewwel għaxart (10) ijiem ta’ Novembru għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ żmien bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Ġunju, u l-Artikolu 35a(2) jipprovdi għal terminu ta’ żmien għall-komunikazzjoni mill-Istati Membri tal-ismijiet u l-indirizzi tal-applikanti, li jqis il-perjodu stipulat fl-Artikolu 34a(3). Bil-għan ta’ armonizzazzjoni u simplifikazzjoni, huwa xieraq li tiġi estiża r-regola ġenerali tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-importazzjoni għall-kwota tal-butir minn New Zealand. L-Artikoli 34a u 35a għandhom jiġu emendati kif xieraq. |
(3) |
It-test tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, li bi żball tħalla barra mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2020/2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 (3), għandu jiddaħħal mill-ġdid. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu għalhekk jiġi emendat u kkoreġut kif xieraq. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 19 jitħassar. |
(2) |
Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 34a jinbidel b’dan li ġej: “3. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji jistgħu jitressqu biss matul il-perjodi ta’ żmien stipulati fl-Artikolu 14(1).” |
(3) |
L-Artikolu 35(a) huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 39 jinbidel bit-test li ġej: “Artikolu 39 1. Bl-iskop ta’ monitoraġġ tal-kwantitajiet tal-butir minn New Zealand, għandhom jitqiesu l-kwantitajiet kollha li għalihom id-dikjarazzjonijiet tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa kienu ġew aċċettati matul il-perjodu tal-kwota konċernat. 2. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Jannar wara tmiem is-sena tal-kwota konċernata, bil-kwantitajiet definittivi fix-xahar u l-kwantità totali għal dik is-sena ta’ kwota tal-prodotti li għalihom id-dikjarazzjonijiet tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa kienu ġew aċċettati taħt il-kwota tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 matul is-sena ta’ kwota ta’ qabel. 3. Il-komunikazzjonijiet ta’ kull xahar għandhom isiru sal-10 tax-xahar ta’ wara dak li matulu kienu aċċettati d-dikjarazzjonijiet tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.” |
(5) |
L-Anness XIII jitħassar. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.
(3) ĠU L 384, 29.12.2006, p. 54.
27.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 280/48 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1014/2009
tas-26 ta’ Ottubru 2009
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fl-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, VIb u VIaN min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2009. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2009. |
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li s-sajd għal dak l-istokk, kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandu jkun ipprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.
ANNESS
Nru |
25/T&Q |
Stat membru |
Franza |
Stokk |
HER/5B6ANB |
Speċi |
Aringa (Clupea harengus) |
Żona |
L-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali ta’ Vb, VIb u ViaN |
Data |
24.9.2009 |
27.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 280/50 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1015/2009
tas-26 ta’ Ottubru 2009
li jipprojbixxi s-sajd għall-alfonsinos fl-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi ta' III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) [il-Politika Komuni tas-Sajd], u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2) [għall-politika komuni tas-sajd], u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (3) jistipula kwoti għall-2009 u l-2010. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2009. |
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li s-sajd għal dak l-istokk, kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-2009 lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandhom jitqiesu eżawriti mid-data li tidher f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data għandu jkun ipprojbit ukoll li dan l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.
(3) ĠU L 352, 31.12.2008, p. 1.
ANNESS
Nru |
7/DSS |
Stat membru |
Il-Portugall |
Stokk |
ALF/3X14- |
Speċi |
Alfonsinos (Beryx spp.) |
Żona |
L-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi ta' III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV |
Data |
1.10.2009 |
DIRETTIVI
27.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 280/52 |
DIRETTIVA 2009/123/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Ottubru 2009
li temenda d-Direttiva 2005/35/KE dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta’ penali għal ksur
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
L-għan tad-Direttiva 2005/35/KE (3) u ta’ din id-Direttiva huwa li japprossimizzaw id-definizzjoni tar-reati tat-tniġġis ikkawżat minn vapuri mwettqa minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-ambitu tar-responsabbiltà tagħhom u n-natura kriminali tal-pieni li jistgħu jiġu imposti għal tali reati kriminali minn persuni fiżiċi. |
(2) |
Fit-23 ta’ Ottubru 2007, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej annullat (4) id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/667/ĠAI tat-12 ta’ Lulju 2005 għat-tisħiħ tal-qafas tal-liġi kriminali għall-infurzar tal-liġi kontra t-tniġġis minn bastimenti (5), li qabel kienet tissupplimenta d-Direttiva 2005/35/KE b’miżuri ta’ liġi kriminali. Din id-Direttiva għandha timla l-vojt legali li kien hemm wara s-sentenza. |
(3) |
Il-pieni kriminali, li juru diżapprovazzjoni soċjali ta’ natura differenti mill-penali amministrattivi, isaħħu l-konformità mal-leġiżlazzjoni viġenti kontra t-tniġġis ikkawżat minn vapuri u għandhom ikunu severi biżżejjed biex jiddiswadu lin-niġġiesa potenzjali milli jwettqu kwalunkwe ksur. |
(4) |
Diġà ġie adottat sett konsistenti ta’ miżuri leġiżlattivi fuq il-livell tal-UE biex tkun imsaħħa s-sikurezza marittima u biex jgħin fil-prevenzjoni tat-tniġġis ikkawżat mill-vapuri. Il-leġiżlazzjoni kkunsidrata hija indirizzata lil Stati tal-bandiera, lis-sidien u liċ-charterers tal-vapuri, lis-soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni, lill-Istati tal-portijiet u lill-Istati tax-xtajta. Is-sistema eżistenti ta’ penali għal rimi illegali ta’ sustanzi li jniġġsu minn vapuri, li tissupplimenta dik il-leġiżlazzjoni jeħtieġ tissaħħaħ bl-introduzzjoni ta’ pieni kriminali. |
(5) |
Ir-regoli komuni dwar il-pieni kriminali jagħmluha possibbli li jintużaw metodi aktar effettivi ta’ investigazzjoni u koperazzjoni effettiva fi ħdan u bejn l-Istati Membri. |
(6) |
L-Istati Membri għandhom japplikaw penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għal persuni ġuridiċi fil-Komunità kollha għaliex sikwit ir-reati ta’ tniġġis ikkawżat minn vapuri jitwettqu fl-interess ta’ persuni ġuridiċi jew għall-benefiċċju tagħhom. |
(7) |
L-applikabbiltà ta’ din id-Direttiva ma għandhiex tkun suġġetta għal eċċezzjonjiet li ma humiex dawk stabbiliti f’din id-Direttiva. Għalhekk, ċertu kategoriji ta’ persuni ġuridiċi u fiżiċi, bħal sidien ta’ merkanzija jew soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni għandhom jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva. |
(8) |
Din id-Direttiva għandha tobbliga lill-Istati Membri biex fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom jipprevedu pieni kriminali fir-rigward ta’ rimi ta’ sustanzi li jniġġsu li għalihom tapplika din id-Direttiva. Din id-Direttiva ma għandhiex toħloq obbligi fir-rigward tal-applikazzjoni, f’każijiet individwali, ta’ tali pieni jew ta’ kwalunkwe sistema oħra disponibbli tal-infurzar tal-liġi. |
(9) |
Skont din id-Direttiva, rimi illegali ta’ sustanzi li jniġġsu li jsir mill-vapuri għandu jitqies bħala reat kriminali sakemm dan isir b’intenzjoni, b’ nuqqas ta’ ħsieb jew b’negligenza serja u meta jirriżulta f’deterjorament fil-kwalità tal-ilma. Każi inqas serji ta’ rimi ta’ sustanzi li jniġġsu li jsir mill-vapuri u li ma jikkawżax deterjorament fil-kwalità tal-ilma m’għandux għalfejn jitqies bħala reat kriminali. Skont din id-Direttiva, tali rimi għandu jitqies bħala każ minuri. |
(10) |
Il-ħtieġa ta’ livell għoli ta’ sikurezza u protezzjoni tal-ambjent fil-qasam tat-trasport marittimu, kif ukoll il-ħtieġa li tiġi żgurata l-effettività tal-prinċipju li jgħid li min iħammeġ għandu jħallas għall-ħsara kkawżata lill-ambjent, jitolbu li każi minuri ripetuti illi waħidhom ma jikkawżawx deterjorament fil-kwalità tal-ilma iżda jikkawżaw tali deterjorament meta jitqiesu flimkien għandhom jitqiesu bħala reat kriminali. |
(11) |
Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal sistemi oħrajn ta’ responsabbiltà għal danni kkawżati minn tniġġis ikkawżat minn vapuri taħt il-liġi Komunitarja, nazzjonali jew internazzjonali. |
(12) |
Il-ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ reati kriminali għandha tiġi stabbilita f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri u f’konformità mal-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali. |
(13) |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tevalwa l-effett tagħha. |
(14) |
Peress li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri b’ħidma individwali, minħabba d-dannu transkonfinali li jista’ jiġi kkawżat mill-imġiba kkonċernata u, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jistgħu għalhekk jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(15) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(16) |
Skont il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (6), l-Istati Membri huma inkoraġġuti jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom, li juru, safejn hu possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u li jagħmluhom pubbliċi. |
(17) |
Id-Direttiva 2005/35/KE għalhekk għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2005/35/KE
Id-Direttiva 2005/35/KE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tniġġis ikkawżat minn vapuri u dwar l-introduzzjoni ta’ penali, inklużi pieni kriminali, għal reati ta’ tniġġis”; |
(2) |
l-Artikolu 1(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-għan ta’ din id-Direttiva hu li jiġu inkorporati fil-liġi Komunitarja standards internazzjonali għal tniġġis ikkawżat minn vapuri u li jkun żgurat li l-persuni responsabbli għar-rimi ta’ sustanzi li jniġġsu jkunu suġġetti għal penali adekwati, inklużi pieni kriminali, sabiex titjieb is-sikurezza tal-baħar u sabiex tiżdied il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar mit-tniġġis ikkawżat minn vapuri.”; |
(3) |
il-punt li ġej huwa miżjud fl-Artikolu 2:
|
(4) |
L-Artikoli 4 u 5 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 4 Ksur 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rimi minn vapuri ta’ sustanzi li jniġġsu, inkluż każi minuri ta’ tali rimi, fi kwalunkwe żona msemmija fl-Artikolu 3(1) ikun ikkunsidrat bħala każ ta’ ksur jekk isir b’intenzjoni, b’nuqqas ta’ ħsieb jew b’negliġenza serja. 2. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun wettqet xi ksur fis-sens tal-paragrafu 1 tkun tista’ titqies responsabbli għalih. Artikolu 5 Eċċezzjonijiet 1. Ir-rimi ta’ sustanzi li jniġġsu fi kwalunkwe żona msemmija fl-Artikolu 3(1) m’għandux jitqies bħala ksur, jekk ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Regolamenti 15, 34, 4.1 jew 4.3 jew fl-Anness II, Regolamenti 13, 3.1.1 jew 3.1.3 tal-Marpol 73/78. 2. Ir-rimi ta’ sustanzi li jniġġsu fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 3(1)(c), (d) u (e) ma għandux jitqies bħala ksur minn-naħa tas-sid, tal-kaptan jew tal-ekwipaġġ, jekk ir-rimi jkun jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Regolament 4.2 jew fl-Anness II, Regolament 3.1.2. tal-Marpol 73/78.”; |
(5) |
wara l-Artikolu 5 iddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 5a Reati Kriminali 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ksur fis-sens tal-Artikoli 4 u 5 jitqies bħala reat kriminali. 2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal każijiet minuri, fejn l-att li jkun twettaq ma jikkawżax deterjorament fil-kwalità tal-ilma. 3. Każi minuri ripetuti illi b’mod iżolat ma jikkawżawx deterjorament fil-kwalità tal-ilma iżda jikkawżaw tali deterjorament meta jitqiesu flimkien għandhom jitqiesu bħala reat kriminali, jekk isiru b’intenzjoni, b’nuqqas ta’ ħsieb jew b’negliġenza serja. Artikolu 5b Tixwix, Għajnuna u Assistenza L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull att ta’ tixwix jew għajnuna u assistenza ta’ reat imwettaq b’intenzjoni u msemmi fl-Artikolu 5a(1) u (3), jkunu punibbli bħala reat kriminali.”; |
(6) |
L-Artikolu 8, huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 Penali Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li l-ksur fis-sens tal-Artikoli 4 u 5 jkunu punibbli permezz ta’ pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi.”; |
(7) |
Wara l-Artikolu 8, iddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 8a Penali kontra persuni fiżiċi Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li r-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 5a(1) u (3) u l-Artikolu 5b jkunu punibbli permezz ta’ pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi. Artikolu 8b Responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi 1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli għar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 5a(1) u (3) u l-Artikolu 5b, imwettqa għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna fiżika li taġixxi individwalment jew bħala parti minn korp tal-persuna ġuridika, li jkollha pożizzjoni ta’ tmexxija fl-istruttura tal-persuna ġuridika, ibbażata fuq:
2. Kull Stat Membru għandu jiżgura wkoll li persuna ġuridika tkun tista’ tinżamm responsabbli fejn nuqqas ta’ sorveljanza jew ta’ kontroll minn persuna fiżika msemmija fil-paragrafu 1 tkun għamlet possibli t-twettiq ta’ reat kriminali imsemmi fl-Artikoli 5a(1) u (3) u l-Artikolu 5b għall-benefiċċju ta’ dik il-persuna ġuridika minn persuna fiżika li taqa’ taħt l-awtorità tagħha. 3. Ir-responsabbiltà ta’ persuna ġuridika, skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, m’għandhiex teskludi proċedimenti kriminali kontra persuni fiżiċi involuti bħala awturi, xewwiexa jew aċċessorji fir-reati kriminali imsemmija fl-Artikoli 5a(1), u (3) u l-Artikolu 5b. Artikolu 8c Penali kontra persuni ġuridiċi Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li persuna ġuridika miżmuma responsabbli skont l-Artikolu 8b tkun punibbli permezz ta’ penali effettivi, proporzjonati u dissważivi.”. |
Artikolu 2
Traspożizzjoni
L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sas-16 ta’ Novembru 2010. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.
Meta jiġu adottati mill-Istati Membri, dawk il-miżuri għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif għandha ssir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, il-21 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
C. MALMSTRÖM
(1) ĠU C 77, 31.3.2009, p. 69.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2009 (għadha m’hijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2009.
(3) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11.
(4) Kawża C-440/05 Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, ECR [2007] I-9097.
(5) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 164.
(6) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Il-Kummissjoni
27.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 280/56 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta’ Ottubru 2009
li temenda d-Deċiżjoni 2008/359/KE li tistabbilixxi l-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Kompetittività tal-Industrija tal-Agri-Ikel, sabiex testendi l-applikabilità tiegħu
(2009/785/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/359/KE tat-28 ta’ April 2008 li tistabbilixxi l-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Kompetittività tal-Industrija tal-Agri-Ikel (1) hija applikabbli għal perjodu ta’ żmien limitat. |
(2) |
Il-Grupp ta’ Livell Għoli ikkontribwixxa għall-kompetittività tal-industrija tal-agri-ikel tal-Komunità billi ħejja Rapport dwar il-Kompetittività tal-Industrija Ewropea tal-Agri-Ikel (2), 30 rakkomandazzjoni u Mappa ta’ Inizjattivi Ewlenin li jinkludu azzjonijiet ta’ implimentazzjoni. Dawn l-inizjattivi jeħtieġ li jissuktaw. |
(3) |
Ix-xogħol tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Kompetittività tal-Industrija tal-Agri-Ikel għandu jissokta skont l-istess regoli kif stabbilit b’dik id-Deċiżjoni. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2008/359/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/359/KE qed jitbiddel b’dan li ġej:
“Artikolu 6
Skadenza
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2010.”
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
(1) ĠU L 120, 7.5.2008, p. 15.
(2) http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/food/files/high_level_group_2008/documents_hlg/final_report_hlg_17_03_09_en.pdf