ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.274.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 274

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
20 ta' Ottubru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 974/2009 tad-19 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 975/2009 tad-19 ta’ Ottubru 2009 li jemenda d-Direttiva 2002/72/KE dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009 tad-19 ta’ Ottubru 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-Servizzi ta’ Netwerk

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 977/2009 tad-19 ta’ Ottubru 2009 li japprova emendi żgħar fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni rreġistrata fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Boerenkaas (STG)]

19

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2009/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 87/372/KEE dwar il-firxiet ta’ frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni koordinata ta’ komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità ( 1 )

25

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill

 

 

2009/764/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b’applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

28

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/765/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ottubru 2009 dwar talba għal eżenzjoni mir-regoli tat-taxxa fuq il-vetturi mressqa minn Franza skont l-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7761)  ( 1 )

30

 

 

2009/766/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ottubru 2009 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7801)  ( 1 )

32

 

 

2009/767/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ottubru 2009 li tistipula miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta’ proċeduri b’mezzi elettroniċi permezz tal-punti ta’ kuntatt waħdieni skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7806)  ( 1 )

36

 

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

 

 

2009/768/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE (BĊE/2009/22)

38

 

 

III   Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

 

*

Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2009/769/PESK tad-19 ta’ Ottubru 2009 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK dwar il-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo)

45

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

20.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 974/2009

tad-19 ta’ Ottubru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

54,3

MK

27,3

TR

89,8

ZZ

57,1

0707 00 05

MK

31,4

TR

92,8

ZZ

62,1

0709 90 70

TR

81,6

ZZ

81,6

0805 50 10

AR

53,7

CL

83,5

TR

77,6

US

56,3

ZA

77,9

ZZ

69,8

0806 10 10

BR

220,9

EG

80,3

TR

112,4

US

205,1

ZZ

154,7

0808 10 80

AU

175,3

CL

86,9

CN

78,3

MK

16,1

NZ

83,2

US

103,9

ZA

73,6

ZZ

88,2

0808 20 50

CN

60,6

TR

85,0

ZA

70,1

ZZ

71,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


20.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 975/2009

tad-19 ta’ Ottubru 2009

li jemenda d-Direttiva 2002/72/KE dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tagħhom,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/72/KE tas-6 ta’ Awwissu 2002 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel (2) tistabbilixxi lista Komunitarja ta’ monomeri u sustanzi tal-bidu, li jistgħu jintużaw għall-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik. Il-monomeri u s-sustanzi tal-bidu addizzjonali rċevew riċentement evalwazzjoni xjentifika favorevoli mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari (“l-Awtorità”), u issa għandhom jiġu miżjuda mal-lista eżistenti.

(2)

Id-Direttiva 2002/72/KE fiha wkoll lista Komunitarja ta’ addittivi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik. Riċentement addittivi addizzjonali rċevew evalwazzjoni xjentifika favorevoli mill-Awtorità, u issa għandhom jiġu miżjuda mal-lista eżistenti.

(3)

Id-Direttiva 2002/72/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(4)

Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/72/KE, il-lista Komunitarja ta’ addittivi li tinsab fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva ser issir lista pożittiva mill-1 ta’ Jannar 2010. Konsegwentement, it-titoli fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva m’għandhomx jibqgħu japplikaw għal-lista “mhux kompluta” ta’ addittivi.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II, III, IVa, V u VI tad-Direttiva 2002/72/KE huma emendati skont l-Annessi I sa V ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4

(2)  ĠU L 220, 15.8.2002, p. 18.


ANNESS I

Fit-taqsima A tal-Anness II tad-Direttiva 2002/72/KE l-linji li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella b’ordni numerika:

Nru Ref

Nru CAS

Isem

Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet

(1)

(2)

(3)

(4)

“14627

0000117-21-5

3-chlorophthalic anhydride

SML = 0,05 mg/kg espress bħala 3-chlorophthalic acid

14628

0000118-45-6

4-chlorophthalic anhydride

SML = 0,05 mg/kg espress bħala 4-chlorophthalic acid

14876

0001076-97-7

1,4-l-aċidu cyclohexanedicarboxylic

SML = 5 mg/kg

Biex jintuża’ biss għall-manifattura ta’ poliesteri

18117

0000079-14-1

l-aċidu glycolic

Għal kuntatt indirett mal-ikel biss, wara saff ta’ polyethylene terephthalate (PET)

19965

0006915-15-7

l-aċidu malic

Biex jintuża’ biss bħala komonomeru fil-poliesteri alifatiċi sa livell massimu ta’ 1 % fuq bażi molari

21498

0002530-85-0

[3-(methacryloxy) propyl]trimethoxysilane

SML = 0,05 mg/kg

Biex jintuża biss bħala aġent ta’ trattament tal-wiċċ ta’ fillers inorganiċi”


ANNESS II

L-Anness III tad-Direttiva 2002/72/KE hu emendat kif ġej:

1.

It-terminu “mhux komplut” huwa mħassar mit-titolu ġenerali tal-Anness III kif ukoll mit-titoli tat-taqsimiet A u B.

2.

Fit-taqsima A l-linji li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella b’ordni numerika:

Nru Ref

Nru CAS

Isem

Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet

(1)

(2)

(3)

(4)

“30607

aċidi, C2-C24, alifatiċi, lineari, monocarboxylic, minn żjut naturali u xaħmijiet, melħ tal-lithium

SML(T) = 0,6 mg/kg (espress bħala Lithium) (8)

33105

0146340-15-0

alkoħol, C12-14 sekondarju, β-(2-hydroxyethoxy), ethoxilat

SML = 5 mg/kg (44)

33535

0152261-33-1

α-alkenes(C20-C24) copolymer bil-maleic anhydride, reazzjoni prodotta b’4-amino-2,2,6,6-tetramethylpiperidine

M’għandux jiġi użat għall-oġġetti f’kuntatt mal-ikel li fih ix-xaħam li għalih huwa stabbilit l-isimulant D

M’għandux jintuża f’kuntatt ma’ ikel alkoħoliku

38550

0882073-43-0

bis(4-propylbenzylidene)propylsorbitol

SML = 5 mg/kg (inkluż it-total tal-prodotti tal-idroliżi tiegħu)

40155

0124172-53-8

N,N’-bis(2,2,6,6-tetramethyl-4-piperidyl)-N,N’-diformylhexamethylenediamine

SML = 0,05 mg/kg (1) (44)

49080

0852282-89-4

N-(2,6-Diisopropylphenyl)-6-[4-(1,1,3,3-tetramethylbutyl)phenoxy]-1H-benzo[de]isoquinolin-1,3(2H)-dione

SML = 0,05 mg/kg (39) (45) (46)

Għal użu biss fil-polyethylene terephthalate (PET)

60027

hydrogenated homopolymers u/jew copolymers magħmula mil1-hexene u/jew 1-octene u/jew 1-decene u/jew 1-dodecene u/jew 1-tetradecene (Mw: 440-12 000 )

M’għandux jiġi użat għal oġġetti f’kuntatt mal-ikel li fihom ix-xaħam li għalihom huwa stabbilit l-isimulant D.

F’konformità mal-ispeċifikazzjoni stabbilita fl-Anness V

62215

0007439-89-6

ħadid

SML = 48 mg/kg

68119

neopentyl glycol, diesters u monoesters bl-aċidu benzoic u l-aċidu 2-ethylhexanoic

SML = 5 mg/kg

M’għandux jiġi użat għal oġġetti f’kuntatt mal-ikel li fihom ix-xaħam li għalihom huwa stabbilit l-isimulant D.

72141

0018600-59-4

2,2’-(1,4-phenylene)bis[4H-3,1-benzoxazin-4-one]

SML = 0,05 mg/kg (inkluż it-total tal-prodotti tal-idroliżi tiegħu)

76807

00073018-26-5

polyester tal-aċidu adipic ma’ 1,3-butanediol, 1,2-propanediol u 2-ethyl-1-hexanol

SML = 30 mg/kg

77708

polyethyleneglycol (EO = 1-50) eteri ta’ alkoħol primarju lineari u branched (C8-C22)

SML = 1,8 mg/kg

F’konformità mal-ispeċifikazzjoni stabbilita fl-Anness V

80077

0068441-17-8

xemgħa tal-polyethylene, ossidata

SML = 60 mg/kg

80350

0124578-12-7

poly(aċidu 12-hydroxystearic)-polyethyleneimine copolymer

Biex jintuża’ biss fil-polyethylene terephthalate (PET), polistirene (PS), polystyrene b’impatt għoli (HIPS) u polyamide (PA) sa 0,1 % w/w.

F’konformità mal-ispeċifikazzjoni stabbilita fl-Anness V

80480

0090751-07-8; 0082451-48-7

poly(6-morpholino-1,3,5-triazine-2,4-diyl)-[(2,2,6,6-tetramethyl-4-piperidyl)imino)]-hexamethylene-[(2,2,6,6-tetramethyl-4-piperidyl)imino)]

SML = 5 mg/kg (47)

F’konformità mal-ispeċifikazzjoni stabbilita fl-Anness V

80510

1010121-89-7

poly(3-nonyl-1,1-dioxo-1-thiopropane-1,3-diyl)-block-poly(x-oleyl-7-hydroxy-1,5-diiminooctane-1,8-diyl), taħlita tal-proċess x = 1 u/jew 5, newtralizzat minn aċidu

Biex jintuża’ biss bħala għajnuna għall-produzzjoni tal-polimerizzazzjoni fil-polyethylene (PE), polypropylene (PP) u polystyrene (PS)

91530

aċidu sulphosuccinic alkyl (C4-C20) jew diesters tal-cyclohexyl, imluħa

SML = 5 mg/kg

91815

aċidu sulphosuccinic monoalkyl (C10-C16) polyethyleneglycol esters, imluħa

SML = 2 mg/kg

92200

0006422-86-2

aċidu terephthalic, bis(2-ethylhexyl)ester

SML = 60 mg/kg

92470

0106990-43-6

N,N’,N’’,N’’-tetrakis(4,6-bis(N-butyl-(N-methyl-2,2,6,6-tetramethylpiperidin-4-yl)amino)triazin-2-yl)-4,7-diazadecane-1,10-diamine

SML = 0,05 mg/kg

92475

0203255-81-6

3,3’,5,5’-tetrakis(tert-butyl)-2,2’-dihydroxybiphenyl, cyclic ester ma’ [3-(3-tert-butyl-4-hydroxy-5-methylphenyl)propyl] aċidu oxyphosphonous

SML = 5 mg/kg (espressa bħala t-total ta’ phosphite u forma tal-phosphite tas-sustanza u l-prodotti tal-idroliżi)

93450

titanium dioxide, miksi bil-copolymer ta’ n-octyltrichlorosilane u [aminotris(aċidu methylenephosphonic), melħ penta sodium]

F’konformità mal-ispeċifikazzjoni stabbilita fl-Anness V

94000

0000102-71-6

triethanolamine

SML = 0,05 mg/kg (inkluż il-hydrochloride adduct)

94425

0000867-13-0

triethyl phosphonoacetate

Għal użu biss fil-polyethylene terephthalate (PET)

94985

trimethylolpropane, triesters u diesters mħallta ma’ aċidu benzoic u aċidu 2-ethylhexanoic

SML = 5 mg/kg

M’għandux jiġi użat għal oġġetti f’kuntatt ma’ ikel li fih ix-xaħam li għalih huwa stabbilit l-isimulant D”


ANNESS III

Fl-Anness IVa tad-Direttiva 2002/72/KE il-linji li ġejjin jiddaħħlu f’ordni numerika:

Nru REF

Nru CAS

Isem

“49080

852282-89-4

N-(2,6-Diisopropylphenyl)-6-[4-(1,1,3,3-tetramethylbutyl)phenoxy]-1H-benzo[de]isoquinolin-1,3(2H)-dione

72141

0018600-59-4

2,2′-(1,4-phenylene)bis[4H-3,1-benzoxazin-4-one]

76807

0007308-26-5

polyester tal-aċidu adipic ma’ 1,3-butanediol, 1,2-propanediol u 2-ethyl-1-hexanol

92475

0203255-81-6

3,3′,5,5′-tetrakis(tert-butyl)-2,2′-dihydroxybiphenyl, ester ċikliku ma’ [3-(3-tert-butyl-4-hydroxy-5-methylphenyl)propyl] aċidu oxyphosphonous”


ANNESS IV

Fl-Anness IVa, fil-Parti B tal-Anness V tad-Direttiva 2002/72/KE il-linji li ġejjin jiddaħħlu f’ordni numerika:

Nru REF

Speċifikazzjonijiet oħra

“60027

hydrogenated homopolymers u/jew copolymers magħmula mil1-hexene u/jew 1-octene u/jew 1-decene u/jew 1-dodecene u/jew 1-tetradecene (Mw: 440-12 000 )

Piż molekolari medju ta’ mhux inqas minn 400 Da

Viskożità ta’ 100 °C mhux inqas minn 3,8 cSt (3,8 x 10-6 m2/s)

77708

polyethyleneglycol (EO = 1-50) eteri ta’ alkoħol primarju lineari u branched (C8-C22)

Kwantità ta’ residwu massimu ta’ ethylene oxide fil-materjal jew fl-oġġett = 1 mg/kg

80350

poly(aċidu 12-hydroxystearic)-polyethyleneimine copolymer

Mħejjija mir-reazzjoni ta’ poly (12-hydroxystearic acid) ma’ polyethyleneimine

80480

poly(6-morpholino-1,3,5-triazine-2,4-diyl)-[(2,2,6,6-tetramethyl-4-piperidyl)imino)]-hexamethylene-[(2,2,6,6-tetramethyl-4-piperidyl)imino)]

Piż molekolari medju ta’ mhux inqas minn 2 400 Da

Kontenut residwu ta’ morpholine ≤ 30 mg/kg, ta’ N, N’-bis (2,2,6,6-tetramethylpiperidin-4-yl) hexane-1,6-diamine < 15 000  mg/kg, u ta’ 2,4 -dichloro-6-morpholino-1,3,5-triazine ≤ 20 mg/kg

93450

titanium dioxide, miksi bil-copolymer ta’ n-octyltrichlorosilane u [aminotris(aċidu methylenephosphonic), melħ penta sodium]

Il-kontenut tat-trattament copolymer tal-wiċċ tat-titanium dioxide miksi huwa inqas minn 1 % w/w”


ANNESS V

L-Anness VI tad-Direttiva 2002/72/KE hu emendat kif ġej:

(1)

In-nota (8) għandha tinbidel b’dan li ġej:

“(8)

SML(T) f’dan il-każ speċifiku ifisser li r-restrizzjoni m’għandhiex tinqabeż bis-somma tal-livelli ta’ migrazzjoni tas-sustanzi li ġejjin imsemmija bħala Nru ta’ Ref.: 24886, 62020, 30607, 38000, 42400, 64320, 66350, 67896, 73040, 85760, 85840, 85920 u 95725.”

(2)

In-noti li ġejjin huma miżjuda:

“(44)

L-SML jista’ jinqabeż mill.

(45)

L-SML jista’ jinqabeż mill-plastik li jkun fihom aktar minn 0,5 % w/w tas-sustanza.

(46)

L-SML jista’ jinqabeż fil-kuntatt ma’ ikel b’kontenut alkoħoliku għoli.

(47)

L-SML jista’ jinqabeż mill-polyethylene ta’ densità baxxa (LDPE) li fih iktar minn 0,3 % w/w tas-sustanza meta f’kuntatt ma’ ikel li fih ix-xaħam.”


20.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 976/2009

tad-19 ta’ Ottubru 2009

li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-Servizzi ta’ Netwerk

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2007/2/KE tistabbilixxi regoli ġenerali għat-twaqqif ta’ Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea. L-Istati Membri huma mitluba li jistabbilixxu u jħaddmu netwerk ta’ servizzi għas-settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika li għalihom inħolqu metadejta skont dik id-Direttiva.

(2)

Sabiex ikun assigurat li tali servizzi jkunu kompatibbli u li jkunu jistgħu jintużaw, fuq il-livell Komunitarju, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji minimi ta’ prestazzjoni għal dawk is-servizzi fir-rigward tat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE.

(3)

Sabiex jiġi assigurat li l-awtoritajiet pubbliċi u l-persuni terzi jingħataw il-possibiltà teknika li jgħaqqdu s-settijiet u s-servizzi ta’ dejta ġeografika tagħhom mas-Servizzi ta’ Netwerk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti xierqa għal dawk is-servizzi.

(4)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 22 tad-Direttiva 2007/2/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi ir-rekwiżiti għat-twaqqif u l-manutenzjoni tas-Servizzi ta’ Netwerk li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2007/2/KE (minn hawn ‘il quddiem imsejħa s-“Servizzi ta’ Netwerk”) u l-obbligi relatati għad-disponibbiltà ta’ dawk is-servizzi għall-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri u l-persuni terzi skont l-Artikolu 12 ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 2

Tifsiriet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet stabbiliti fil-Parti A tal-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 (2) għandhom japplikaw.

It-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(1)

Il-“Kapaċità Operattiva Inizjali” tfisser l-abbiltà ta’ Servizz ta’ Netwerk li jipprovdi funzjonalità sħiħa mingħajr ma’ jiggarantixxi kwalità ta’ servizz konformi mar-regoli stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament jew aċċess għas-servizz mill-utenti kollha permezz il-ġeoportal INSPIRE;

(2)

Il-“Prestazzjoni” tfisser il-livell minimu li bih objettiv jiġi kkunsidrat li ntlaħaq li jirrapreżenta l-fatt ta’ kemm tista’ titlesta malajr talba fi ħdan Servizz ta’ Netwerk INSPIRE;

(3)

Il-“Kapaċità” tfisser il-limitu tal-għadd ta’ talbiet ta’ servizz simultanji pprovduti bi prestazzjoni garantita;

(4)

Id-“Disponibbiltà” tfisser il-probabbiltà li Servizz ta’ Netwerk ikun disponibbli;

(5)

Il-“Ħin ta’ reazzjoni” tfisser il-ħin imkejjel fil-pożizzjoni tas-Servizz tal-Istat Membru, li fih l-operazzjoni tas-servizz twassal l-ewwel byte tar-riżultat;

(6)

Ir-“Talba għal servizz” tfisser talba waħda għal operazzjoni waħda ta’ Servizz ta’ Netwerk INSPIRE;

(7)

l-“Element ta’ Metadejta INSPIRE” tfisser element ta’ Metadejta stabbilit f’Parti B tal-Anness għar-Regolamet (KE) Nru 1205/2008;

(8)

“Publikazzjoni” tfisser l-operazzjoni li ddaħħal, tħassar jew taġġorna l-elementi ta’ metadejta INSPIRE għar-riżorsi fis-Servizz ta’ Sejbien;

(9)

Il-“Lingwa Naturali” tfisser lingwa li hija mitkellma, miktuba, jew mitkellma bis-sinjali mill-bnedmin għal skopijiet ġenerali ta’ komunikazzjoni;

(10)

Il-“Ġbir” tfisser operazzjoni li ġġib elementi ta’ metadejta INSPIRE għar-riżorsi minn Servizz ta’ Sejbien ta’ sors u li tippermetti li tinħoloq, titħassar jew tiġi aġġornata l-metadejta ta’ dawn ir-riżorsi fis-Servizz ta’ Sejbien fil-mira;

(11)

Is-“Saff” tfisser unità bażika ta’ informazzjoni ġeografika li tista’ tiġi mitluba bħala mappa minn server skont EN ISO 19128.

Artikolu 3

Rekwiżiti għas-Servizzi ta’ Netwerk

Is-Servizzi ta’ Netwerk għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kwalità tas-servizzi stabbiliti fl-Anness I.

Barra minn hekk, kull tip ta’ Servizz ta’ Netwerk għandu jkun konformi ma’ dawn li ġejjin:

(a)

f’dak li jikkonċerna s-Servizzi ta’ Sejbien, ir-rekwiżiti u l-karatteristiċi speċifiċi stabbiliti fl-Anness II;

(b)

f’dak li jikkonċerna s-Servizzi ta’ Viżjoni, ir-rekwiżiti u l-karatteristiċi speċifiċi stabbiliti fl-Anness III;

Artikolu 4

Aċċess għas-Servizzi ta’ Netwerk

1.   Mhux aktar tard mid-9 ta’ Mejju 2011, l-Istati Membri għandhom jipprovdu s-Servizzi ta’ Sejbien u Viżjoni b’kapaċità operattiva inizjali.

2.   Mhux aktar tard mid-9 ta’ Novembru 2011, l-Istati Membri għandhom jipprovdu s-Servizzi ta’ Sejbien b’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 326, 4.12.2008, p. 12.


ANNESS I

KWALITÀ TAS-SERVIZZ

Is-Servizzi ta’ Netwerk ta’ persuni terzi magħquda skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/2/KE, ma għandhomx jitqiesu fl-istima tal-kwalità tas-servizz biex jiġi evitat id-deterjorament potenzjali li jseħħ minn fuq ghal iktar l’ isfel.

Il-kriterji dwar il-Kwalità ta’ Servizz li ġejjin li jirrelataw ma’ prestazzjoni, kapaċità u disponibbiltà għandhom jiġu assigurati.

1.   PRESTAZZJONI

Il-ħin ta’ reazzjoni biex tintbagħat ir-reazzjoni inizjali għal talba ta’ Servizz ta’ Sejbien ma għandux ikun aktar minn 3 sekondi f’sitwazzjoni normali.

Għal immaġni ta’ 470 Kilobyte (eż. 800 × 600 pixel b’fond ta’ kulur ta’ 8 bits), il-ħin ta’ reazzjoni biex tintbagħat ir-reazzjoni inizjali għal Talba għal “Get Map” lil servizz ta’ viżjoni ma għandux ikun ta’ aktar minn 5 sekondi f’sitwazzjoni normali.

Sitwazzjoni normali tirrappreżenta perjodi x’ħin ma jkunx hemm l-ogħla domanda. Hija stabbilita bħala d-90 % tal ħin.

2.   KAPAĊITÀ

L-għadd minimu ta’ talbiet li jiġu servuti simultanjament lil Servizz ta’ Sejbien bi prestazzjoni ta’ Kwalità tas-Servizz għandu jkun ta’ 30 kull sekonda.

L-għadd minimu ta’ talbiet ta’ servizz li jiġu servuti simultanjament lil servizz ta’ viżjoni bi prestazzjoni ta’ Kwalità tas-Servizz għandu jkun ta’ 20 kull sekonda.

3.   DISPONIBBILTÀ

Il-probabbiltà li Servizz ta’ Netwerk jkun disponibbli għandha tkun ta’ 99 % tal-ħin.


ANNESS II

SERVIZZI TA’ SEJBIEN

PARTI A

Kriterji tat-Tfittix

Sabiex ikun konformi mas-sett minimu ta’ kriterji tat-tfittix stabbiliti fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta’ Sejbien għandu jgħin biex isir it-tfittix bl-elementi ta’ metadejta INSPIRE imniżżla fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness.

Tabella 1

Il-kriterji minimi ta’ tfittix

L-elementi ta’ metadejta INSPIRE

Il-kliem ewlieni

Kelma Ewlenija

Il-klassifikazzjoni ta’ dejta u servizzi ġeografiċi;

(Għal settijiet ta’ dejta ġeografika u serje ta’ settijiet ta’ dejta ġeografika)

Kategorija tas-suġġett

Il-klassifikazzjoni ta’ dejta u servizzi ġeografiċi;

(Għal servizzi ta’ dejta ġeografika)

It-tip ta’ servizz ta’ dejta ġeografika

Il-kwalità u l-validità tas-settijiet ta’ dejta ġeografika;

Nisel

Il-kwalità u l-validità tas-settijiet ta’ dejta ġeografika;

Ir-riżoluzzjoni ġeografika

Il-grad ta’ konformità mar-regoli implimentattivi previsti fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2007/2/KE

L-ispeċifikazzjoni

Il-grad ta’ konformità mar-regoli ta’ implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2007/2/KE

Grad

Il-pożizzjoni ġeografika

Il-kwadru ta’ delimitazzjoni ġeografika

Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-aċċess għal settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika u l-użu tagħhom

Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-aċċess u l-użu

Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-aċċess għal settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika u l-użu tagħhom

Il-limitazzjonijiet fuq l-aċċess pubbliku

L-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-ħolqien, l-amministrazzjoni, il-manutenzjoni u d-distribuzzjoni ta’ settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika;

Il-parti responsabbli

L-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-ħolqien, l-amministrazzjoni, il-manutenzjoni u d-distribuzzjoni ta’ settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika;

Ir-rwol tal-parti responsabbli

L-elementi ta’ metadejta jew is-sett ta’ elementi INSPIRE li ġejjin għandhom ikunu disponibbli wkoll bħala kriterji ta’ tfittxija:

(a)

It-Titolu tar-Riżorsa;

(b)

Is-sinteżi tar-Riżorsa;

(c)

It-Tip tar-Riżorsa;

(d)

L-Identifikatur tar-Riżorsa Uniku;

(e)

Ir-Referenza Temporali.

Biex ikun permess is-sejbien ta’ riżorsi permezz ta’ taħlita ta’ kriterji ta’ tfittxija, l-operaturi loġiċi u dawk ta’ tqabbil għandhom jiġu appoġġjati.

Biex ikun permess is-sejbien ta’ riżorsi bbażat fuq il-pożizzjoni ġeografika tar-riżorsa, l-operatur ġeografiku mniżżel fit-Tabella 2 għandu jiġi appoġġjat.

Tabella 2

L-isem tal-operatur

Il-proprjetà

L-intersezzjonijiet

Jirrikjedi li l-element ta’ metadejta INSPIRE “Kwadru ta’ Delimitazzjoni Ġeografika” jagħmel intersezzjoni ta’ Żona ta’ Interess definita

PARTI B

L-operazzjonijiet

1.   LISTA TA’ OPERAZZJONIJIET

Sabiex ikun konformi mal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta’ Sejbien għandu jipprovdi l-operazzjonijiet imniżżlin fit-Tabella 3 ta’ dan l-Anness.

Tabella 3

Il-ħidma

Ir-rwol

“Get Discovery Service Metadata”

Jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-servizz u jispjega l-kapaċitajiet tas-servizz.

“Discover Metadata”

L-operazzjoni Discover Metadata tippermetti talbiet għal elementi ta’ metadejta INSPIRE ta’ riżorsi msejsa fuq talba li ssir mis-Servizz ta’ Sejbien fil-mira.

Sabiex ikun konformi mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta’ Sejbien għandu jappoġġja l-operazzjonijiet imniżżlin fit-Tabella 4 ta’ dan l-Anness.

Tabella 4

Il-ħidma

Ir-rwol

Publish Metadata

L-operazzjoni Publish Metadata tippermetti li jsir editjar tal-elementi ta’ metadejta INSPIRE għar-riżorsi fis-Servizz ta’ Sejbien (mekkaniżmi ta’ metadejta li jġibu jew jagħtu). Editjar ifisser li ddaħħal, tħassar jew taġġorna

Link Discovery Service

Il-funzjoni Link Discovery Service tippermetti d-dikjarazzjoni tad-disponibbiltà ta’ Servizz ta’ Sejbien għas-Sejbien ta’ riżorsi permezz tas-Servizz ta’ Sejbien tal-Istat Membru filwaqt li r-riżorsa ta’ metadejta tinżamm fil-lokalità tas-sid

Il-parametri tat-talba u tar-reazzjoni ta’ kull operazzjoni jikkompletaw l-ispjegazzjoni ta’ kull operazzjoni u jiffurmaw parti integrali mill-ispeċifikazzjoni teknika tas-Servizz ta’ Sejbien.

2.   OPERAZZJONI “GET DISCOVERY SERVICE METADATA”

2.1.   Talba għal “Get Discovery Service Metadata”

2.1.1.   Parametri għat-talba għal “Get Discovery Service Metadata”

Il-parametru għat-talba għal “Get Discovery Service Metadata” jindika l-lingwa naturali għall-kontenut tar-Reazzjoni għal “Get Discovery Service Metadata

2.2.   Reazzjoni għal “Get Discovery Service Metadata”

Ir-Reazzjoni għal “Get Discovery Service Metadata” għandha jkollha s-settijiet ta’ parametri li ġejjin:

Il-Metadejta ta’ Servizz ta’ Sejbien,

Il-Metadejta tal-Operazzjonijiet,

Il-lingwi.

2.2.1.   Parametri tal-Metadejta ta’ Servizz ta’ Sejbien

Il-parametri tal-Metadejta ta’ Servizz ta’ Sejbien għandhom tal-anqas ikollhom l-elementi ta’ metadejta INSPIRE tas-Servizz ta’ Sejbien.

2.2.2.   Parametri tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet

Il-parametru tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet jipprovdu l-metadejta dwar l-operazzjonijiet implimentati mis-Servizz ta’ Sejbien. Dawn il-parametri ta’ metadejta għandhom jispjegaw kull operazzjoni. Dan jinkludi tal-anqas dan li ġej:

(1)

jindika d-disponibbiltà tal-mekkaniżmu li jiġbed, tal-mekkaniżmu li jagħti jew tat-tnejn, għall-Metadejta tal-Publikazzjoni;

(2)

jispjega kull operazzjoni, u jinkludi tal-anqas spjegazzjoni tad-dejta li tpartet u l-indirizz tan-netwerk.

2.2.3.   Parametru tal-lingwi

Għandhom jiġu pprovduti żewġ parametri tal-lingwi:

il-parametru ta’ Reazzjoni tal-Lingwa li jindika l-lingwa naturali użata fil-parametri tar-Reazzjoni għal “Get Discovery Service Metadata”;

il-parametru tal-lingwi Appoġġjati li fih ikun hemm il-lista tal-lingwi naturali appoġġjati mis-servizz tas-Sejbien.

3.   OPERAZZJONI TAL-METADEJTA TAS-SEJBIEN

3.1.   Talba tal-Metadejta tas-Sejbien

Din it-Talba tal-Metadejta tas-Sejbien fiha dawn il-parametri li ġejjin:

Il-Lingwa;

It-Talba.

3.1.1.   Parametru tal-Lingwa

Il-parametru tal-Lingwa jindika l-lingwa naturali mitluba għall-kontenut tas-Reazzjoni tal-Metadejta tas-Sejbien

3.1.2.   Parametru tat-Talba

Il-parametru tat-Talba għandu jkun fih it-taħlita ta’ kriterji ta’ tfittix kif speċifikata fil-parti A.

3.2.   Ir-Reazzjoni tal-Metadejta tas-Sejbien

3.2.1.   Parametru tar-Reazzjoni tal-Metadejta tas-Sejbien

Il-parametru tar-Reazzjoni tal-Metadejta tas-Sejbien għandu jkun fih tal-anqas l-elementi ta’ metadejta INSPIRE ta’ kull riżorsa li taqbel mat-talba.

4.   OPERAZZJONI TAL-METADEJTA TAL-PUBBLIKAZZJONI

Il-funzjoni tal-Metadejta tal-Publikazzjoni tippermetti l-pubblikazzjoni tal-elementi ta’ metadejta INSPIRE għar-riżorsi fis-Servizz ta’ Sejbien. Iż-żewġ alternattivi huma:

Il-mekkaniżmu li jagħti: jippermetti li jsir editjar tal-elementi ta’ metadejta INSPIRE tar-riżorsi aċċessibli mis-Servizz ta’ Sejbien,

Il-Mekkaniżmu li jġib: Jippermetti lis-Servizz ta’ Sejbien ta’ Stat Membru li jġib l-elementi ta’ metadejta INSPIRE ta’ riżorsi minn pożizzjoni remota.

Għandha tiġi appoġġjata, mill-anqas, waħda mill-alternattivi imniżżla hawn fuq.

4.1.   Mekkaniżmu li Jagħti

4.1.1.   Talba tal-Metadejta tal-Editjar

4.1.1.1.   Parametru tar-Rikjesta tal-Metadejta tal-Editjar

Il-parametru tat-Talba tal-Metadejta tal-Editjar jipprovdi l-informazzjoni kollha mitluba biex jiddaħħlu, jiġu aġġornati, jew jitħassru mis-Servizz ta’ Sejbien l-elementi ta’ metadejta INSPIRE tar-riżorsi.

4.2.   Mekkaniżmu li Jġib

4.2.1.   Talba tal-Metadejta tal-Ġabra

4.2.1.1.   Parametru tat-Talba tal-Metadejta tal-Ġabra

Il-parametru tat-Talba tal-Metadejta tal-Ġabra jipprovdi kull informazzjoni dwar il-lokazzjoni remota meħtieġa biex jinkisbu r-riżorsi ta’ metadejta disponibbli. Hu għandu jinkludi, tal-anqas, l-elementi ta’ metadejta INSPIRE tas-servizz iddedikat għad-dejta ġeografika.

5.   OPERAZZJONI TAS-SERVIZZ TA’ SEJBIEN MAGĦQUD

L-operazzjoni tas-Servizz ta’ Sejbien Magħqud jippermetti d-dikjarazzjoni tad-disponibbiltà ta’ Servizz ta’ Sejbien konformi ma’ dan ir-Regolament, għas-Sejbien ta’ riżorsi permezz tas-Servizz ta’ Sejbien tal-Istat Membru filwaqt li tinżamm ir-riżorsa ta’ metadejta fil-lokalità tas-sid.

5.1.   Rikjesta tas-Servizz ta’ Sejbien Magħqud

5.1.1.   Parametru tar-Rikjesta tas-Servizz ta’ Sejbien Magħqud

Il-parametru tar-Rikjesta tas-Servizz ta’ Sejbien Magħqud għandu jipprovdi kull informazzjoni dwar is-Servizz ta’ Sejbien tal-Awtorità Pubblika jew ta’ Parti Terza konformi ma’ dan ir-Regolament, li jippermetti lis-Servizz ta’ Sejbien tal-Istat Membru li jġib riżorsi Metadejta bbażati fuq taħlita ta’ kriterji ta’ tfittix mis-Serivizz ta’ Sejbien tal-Awtorità Pubblika jew ta’ Parti Terza u jgħaqqadhom ma’ riżorsi Metadejta oħrajn.


ANNESS III

SERVIZZI TA’ VIŻJONI

PARTI A

L-operazzjonijiet

1.   LISTA TA’ OPERAZZJONIJIET

Sabiex ikun konformi mal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta’ Viżjoni għandu jipprovdi l-operazzjonijiet imniżżlin fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness.

Tabella 1

L-operazzjoni

Ir-rwol

“Get View Service Metadata”

Jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-servizz u jispjega l-kapaċitajiet tas-servizz.

Get Map

Iwassal mappa li fiha jkun hemm l-informazzjoni ġeografika u tematika li tkun ġejja minn dejtasets ġeografiċi disponibbli. Din il-mappa hija immaġni ġeo-referenzjata.

Sabiex ikun konformi mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta’ viżjoni għandu jappoġġja l-operazzjonijiet imniżżlin fit-Tabella 2 ta’ dan l-Anness.

Tabella 2

L-operazzjoni

Ir-rwol

Is-Servizz Magħqud ta’ Viżjoni

Jippermetti lil Awtorità Pubblika jew Parti Terza li tiddikjara Servizz ta’ viżjoni għal wiri tar-riżorsi tagħha permezz ta’ Servizz ta’ Viżjoni ta’ Stat Membru filwaqt li tinżamm il-kapaċità ta’ wiri mill-pożizzjoni tal-Awtorità Pubblika jew tal-Parti Terza.

Il-parametri tat-talba u tar-reazzjoni ta’ kull operazzjoni jikkompletaw l-ispjegazzjoni ta’ kull operazzjoni u jiffurmaw parti integrali mill-ispeċifikazzjoni teknika tas-Servizz ta’ Viżjoni.

2.   OPERAZZJONI “GET VIEW SERVICE METADATA”

2.1.   Talba għal “Get View Service Metadata”

2.1.1.   Parametri ta’ talba għal “Get View Service Metadata”

Il-parametru ta’ rikjesta għal “Get View Service Metadata” jindika l-lingwa naturali rikjesta għall-kontenut tar-Reazzjoni għal “Get View Service Metadata

2.2.   Parametri għar-reazzjoni għal “Get View Service Metadata”

Ir-Reazzjoni għal “Get View Service Metadata” għandha jkollha s-settijiet ta’ parametri li ġejjin:

Il-Metadejta ta’ Servizz ta’ Viżjoni,

Il-Metadejta tal-Operazzjonijiet,

Il-lingwi,

Il-Metadejta ta’ Saffi.

2.2.1.   Parametri tal-Metadejta ta’ Servizz ta’ Viżjoni

Il-parametri tal-Metadejta ta’ Servizz ta’ Viżjoni għandhom tal-anqas ikollhom l-elementi ta’ metadejta INSPIRE tas-Servizz ta’ Viżjoni.

2.2.2.   Parametri tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet

Il-parametru tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet jispjega l-operazzjonijiet tas-Servizz ta’ viżjoni u fih għandu jkun hemm, tal-anqas, spjegazzjoni tad-dejta li tpartet u l-indirizz tan-netwerk ta’ kull operazzjoni.

2.2.3.   Parametri tal-Lingwi

Għandhom jiġu pprovduti żewġ parametri tal-lingwi:

il-parametru ta’ Reazzjoni tal-Lingwa li jindika l-lingwa naturali użata fil-parametri ta’ Metadejta ta’ Servizz ta’ Reazzjoni,

il-parametru tal-lingwi Appoġġati li fih ikun hemm il-lista tal-lingwi naturali appoġġati minn dan is-servizz ta’ Viżjoni.

2.2.4.   Parametri ta’ Metadejta ta’ Saffi

L-elementi tal-metadejta imniżżla fit-tabella 3 għandhom ikunu pprovduti għal kull saff.

Tabella 3

Elementi ta’ metadejta

L-ispjegazzjoni

It-Titolu ta’ Riżorsa

It-titlu tas-saff, użat għall-komunikazzjoni tal-bniedem, għall-preżentazzjoni tas-saff, eż. f’menù

Is-Sinteżi tar-Riżorsa;

Is-sinteżi ta’ saff

Kelma Ewlenija

Kliem ewlieni addizzjonali

Kwadru ta’ Delimitazzjoni Ġeografika

Ir-rettangolu minimu ta’ delimitazzjoni fis-Sistemi ta’ Referenza ta’ Koordinati appoġġjati taż-żona koperta mis-Saff

L-Identifikatur tar-Riżorsa Uniku;

L-Identifikatur tar-Riżorsa Uniku tar-riżorsa użata biex jinħoloq is-saff

Il-parametri speċifiċi tas-saff imniżżla fit-tabella 4 għandhom ikunu provduti għal kull saff.

Tabella 4

Il-parametru

L-ispjegazzjoni

L-isem

L-isem armonizzat tas-saff

Is-Sistemi ta’ Referenza ta’ Koordinati

Il-lista tas-Sistemi ta’ Referenza ta’ Koordinati li fiha huwa disponibbli s-saff

L-istili

Il-lista tal-istili ta’ rendiment disponibbli għas-saff

Stil jkun magħmul minn titolu u Identifikatur Uniku

URL tat-tifsir

Il-pożizzjoni tat-tifsir għal kull stil, lingwa u pari ta’ dimensjoni

Pari ta’ Dimensjoni

Jindika l-pari ta’ assi ta’ żewġ dimensjonijiet appoġġjati għas-settijiet ta’ dejta ġeografika multidimensjonali u s-serje ta’ settijiet ta’ dejta ġeografika

3.   OPERAZZJONI TA’ “GET MAP”

3.1.   Talba “Get Map”

3.1.1.   Parametri ta’ talba għal “Get Map”

Il-parametri ta’ Talba għal “Get Map” imniżżlin fit-Tabella 5 għandhom jiġu pprovduti

Tabella 5

Il-parametru

L-ispjegazzjoni

Is-Saffi

Il-lista tal-ismijiet tas-saffi li għandhom jiġu inklużi fil-mappa

L-istili

Il-lista tal-istili li għandhom jintużaw għal kull saff

Is-Sistema ta’ Referenza ta’ Koordinati

Is-Sistema ta’ Referenza ta’ Koordinati tal-mappa

Kwadru ta’ delimitazzjoni

L-4 Koordinati tal-kantunieri tal-mappa ta’ żewġ dimensjonijiet għall-par ta’ Dimensjoni magħżul u fis-Sistema ta’ Referenza ta’ Koordinati magħżula

Il-wisà tal-immaġni

Il-wisà tal-immaġni f’pixels

L-għoli tal-immaġni

L-għoli tal-immaġni f’pixels

Il-format tal-immaġni

Il-format tal-ħruġ tal-immaġini

Il-lingwa

Il-lingwa li għandha tintuża għar-reazzjoni

Par ta’ Dimensjoni

L-assi ta’ żewġ dimensjonijiet li għandhom jintużaw għall-mappa Pereżempju dimensjoni ġeografika u ħin

4.   OPERAZZJONI TAS-SERVIZZ MAGĦQUD TA’ VIŻJONI

4.1.   Talba tas-Servizz Magħqud ta’ Viżjoni

4.1.1.   Parametri tat-Talba tas-Servizz Magħqud ta’ Viżjoni

Il-Parametru tat-Talba tas-Servizz Magħqud ta’ Viżjoni għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha dwar is-Servizz ta’ Viżjoni tal-Awtorità Pubblika jew tat-Terza Persuna konformi ma’ dan ir-Regolament, li jippermetti lis-Servizz ta’ Viżjoni tal-Istat Membru biex iġib mappa mis-Servizz ta’ Viżjoni tal-Awtorità Pubblika jew tat-Terza Persuna u jgħaqqadha ma’ mapep oħrajn.

PARTI B

Karattersitiċi oħra

Is-Servizz ta’ Viżjoni għandu jkollu dawn il-karatteristiċi li ġejjin.

1.   Is-Sistemi ta’ Referenza ta’ Koordinati

Is-saffi għandhom jintwerew flimkien billi tintuża sistema ta’ referenza ta’ Koordinati waħda u s-Servizz ta’ Viżjoni għadu jappoġġja, tal-anqas, is-Sistemi ta’ Referenzi ta’ Koordinati fl-Anness I, punt 1 tad-Direttiva 2007/2/KE

2.   Il-Format tal-Immaġni

Is-Servizz ta’ Viżjoni għandu jappoġġja, tal-anqas, wieħed minn dawn il-formati tal-immaġni li ġejjin:

il-format tal-“Portable Network Graphics” (PNG);

il-“Graphics Interchange Format” (GIF), mingħajr kompressjoni.


20.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 977/2009

tad-19 ta’ Ottubru 2009

li japprova emendi żgħar fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni rreġistrata fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Boerenkaas (STG)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Olanda għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-ispeċjalità tradizzjonali garantita msejħa “Boerenkaas”, irreġistrata permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 149/2007 (2).

(2)

L-għan tal-applikazzjoni huwa li l-ispeċifikazzjoni tkun emendata sabiex meta l-produzzjoni tkun tal-istaġun, il-verifiki jitwettqu minn darba kull sitt ġimgħat sa darba kull tmien ġimgħat matul il-perjodu tal-produzzjoni. F’każ li, f’impriża, il-produzzjoni ta’ kull sena tal-“Boerenkaas” ma tkunx taqbeż il-25 000 kilogramm, il-verifiki jitwettqu darbtejn fis-sena. Dawn it-tibdiliet qed ikunu proposti sabiex l-impriżi ż-żgħar ma jkollhomx iħabbtu wiċċhom ma’ spejjeż għall-verifiki li jkunu għoljin ferm.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġġustifikata. Billi din hija emenda żgħira skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, il-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr ma tirrikorri għall-proċedura mogħtija fl-Artikoli 8(2) u 9,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjoni tal-ispeċjalità tradizzjonali garantita msejħa “Boerenkaas” b’dan qed tiġi emendata skont l-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Fl-Anness II għal dan ir-Regolament qed tingħata speċifikazzjoni aġġornata.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 46, 16.2.2007, p. 18.


ANNESS I

L-ispeċifikazzjoni tal-ispeċjalità tradizzjonali garantita msejħa “Boerenkaas” għandha tiġi emendata kif ġej:

Is-sentenzi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 3.9 tal-ispeċifikazzjoni, li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti minimi u mal-proċeduri sabiex tkun ivverifikata n-natura speċifika tal-prodott:

“F’każ fejn il-produzzjoni tal-ġobon tat-tip ‘Boerenkaas’ tkun tal-istaġun, il-verifiki jitwettqu minn darba kull sitt ġimgħat sa darba kull tmien ġimgħat matul il-perjodu tal-produzzjoni. F’każ li, f’impriża, il-produzzjoni ta’ kull sena tal-‘Boerenkaas’ ma tkunx taqbeż il-25 000 kilogramm, il-verifiki jitwettqu darbtejn fis-sena.”


ANNESS II

“3.   L-ispeċifikazzjoni aġġornata tal-prodott

3.1.   Isem li għandu jkun irreġistrat/ismijiet li għandhom ikunu rreġistrati (l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007)

‘Boerenkaas’ (bl-Olandiż biss)

3.2.   Jekk l-isem:

huwiex speċifiku minnu nnifsu

Image

jesprimix in-natura speċifika tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

L-isem ‘Boerenkaas’ huwa marbut b’mod speċifiku ma’ prodott li jsir, b’mod tradizzjonali, fir-razzett mill-ħalib mhux ipproċessat u miksub mill-merħla tal-bidwi stess. ‘Boeren’ tfisser bdiewa, allura l-‘Boerenkaas’ huwa ġobon magħmul mill-bdiewa fl-irziezet.

3.3.   Jekk l-isem hux qed jiġi rriżervat skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006

Image

Reġistrazzjoni bl-isem riżervat

Reġistrazzjoni bl-isem mhux riżervat

3.4.   It-tip ta’ prodott [skont il-klassifika tal-Anness II]

Il-kategorija 1.3.

Il-ġobon

3.5.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 3.1 (l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007)

Il-‘Boerenkaas’ huwa ġobon (bejn artab u) iebes magħmul mill-ħalib mhux ipproċessat tal-baqar, tal-mogħoż, tan-nagħaġ jew tal-buflu. Il-kontenut tax-xaħam tal-‘Boerenkaas’ ivarja skont il-kontenut tax-xaħam tal-ħalib użat.

Il-ġobon jista’ jkun fih il-kemmun jew żrieragħ oħra, il-ħxejjex aromatiċi u/jew il-ħwawar. Iktar ma l-ġobon ikun ilu li sar u iktar ma jkun ilu jimmatura, iktar jibbies u jinxef, u b’hekk isir ġobon iebes.

Xi eżempji tal-ismijiet tal-prodotti huma l-‘Goudse Boerenkaas’, il-‘Goudse Boerenkaas met kruiden’, l-‘Edammer Boerenkaas’, il-‘Leidse Boerenkaas’, il-‘Boerenkaas van geitenmelk’ u l-‘Boerenkaas van schapenmelk’.

3.6.   Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 3.1 (l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007)

Il-materja prima li tintuża tista’ tkun:

a)

ħalib mhux ipproċessat;

b)

krema jew ħalib xkumat għal kollox jew b’mod parzjali miksub direttament mill-ħalib imsemmi fil-punt a;

ċ)

l-ilma.

Il-ħalib li jintuża ma jridx ikun kellu trattament tas-sħana ta’ iktar minn 40 Ċ; l-attività tal-‘phosphatase’ trid tkun kompatibbli ma’ dik tal-ħalib mhux ipproċessat li jkun intuża.

Il-ħalib irid ikun ipproċessat biex isir ġobon fi żmien 40 siegħa minn x’ħin jinħaleb.

Il-materjali awżiljarji u l-addittivi

a)

Il-kolturi tal-mikroorganiżmi li jiffurmaw l-aċidu lattiku, l-aċidu propjoniku u s-sustanzi aromatiċi (li ma jkunux ġenetikament modifikati)

b)

It-tâmes (skont it-tifsira tal-Artikolu 5(a) tad-Digriet dwar il-Prodotti tal-Ħalib (l-Att dwar il-Prodotti))

ċ)

Il-klorur tal-kalċju

d)

In-nitrat tas-sodju

e)

Iż-żrieragħ, il-ħxejjex aromatiċi u/jew il-ħwawar

f)

Il-klorur tas-sodju (permezz tat-tixrib fis-salmura)

Il-proċess tal-manifattura

Il-ħalib mhux ipproċessat jitbaqqat f’temperatura ta’ madwar 30 °Ċ fi żmien 40 siegħa minn meta jinħaleb.

Koltura ta’ tipi differenti ta’ batterji tal-aċidu lattiku twassal għall-aċidifikazzjoni.

Wara li parti mix-xorrox jitqatta’, jitħawwad u jitneħħa, it-taħlita tax-xorrox u tal-baqta tinħasel darba jew tnejn bil-misħun. B’hekk, it-temperatura tat-taħlita titla’ għal mhux iktar minn 37 °Ċ.

Wara li tkun ipproċessata, il-baqta titqiegħed fil-forom tal-ġobon.

Qabel il-proċess tal-ippressar, jew matulu, titpoġġa marka tal-kaseina fuq il-ġobon bl-isem ‘Boerenkaas’, u possibbilment ukoll bl-isem tat-tip tal-ħalib.

Wara l-proċessi tal-ippressar u tal-aċidifikazzjoni tul għadd ta’ sigħat, il-ġobon jitħalla jixxarrab f’taħlita tas-salmura li 18 sa 22 % minnha tkun melħ komuni (klorur tas-sodju).

Il-perjodu minimu għall-maturazzjoni fir-razzett huwa ta’ 13-il jum wara l-jum li fih ikun inbeda l-ipproċessar f’temperatura ta’ mill-inqas 12-il °Ċ.

Sabiex jikseb it-togħma sħiħa li tikkaratterizzah, il-‘Boerenkaas’ jitħalla jimmatura iktar fil-kamra tal-maturazzjoni fir-razzett jew fil-bini tan-negozjant tal-ġobon. It-tul tal-proċess tal-maturazzjoni jvarja minn għadd ta’ ġimgħat għal iktar minn sena.

3.7.   In-natura speċifika tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel (l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007)

Il-‘Boerenkaas’ huwa ġobon magħmul fir-razzett mill-ħalib mhux ipproċessat tal-baqar, tal-mogħoż, tan-nagħaġ jew tal-buflu. Mill-inqas nofs il-ħalib irid ikun ġej mill-merħla tal-bidwi nnifsu. Il-ħalib jista’ jinxtara minn mhux iktar minn żewġt irziezet oħra, imma l-kwantità totali mixtrija ma tistax taqbeż dik prodotta fir-razzett innifsu.

Sommarju tal-karatteristiċi tipiċi u tal-kompożizzjoni tal-‘Boerenkaas’

Karatteristiċi

‘Goudse Boerenkaas’

‘Leidse Boerenkaas’

‘Edammer Boerenkaas’

‘Boerenkaas (van geitenmelk)’, ‘Boerenkaas (van schapenmelk)’, ‘Boerenkaas (van buffelmelk)’

Il-materja prima

Ħalib tal-baqar

Ħalib tal-baqar

Ħalib tal-baqar

Ħalib tal-mogħoż, ħalib tan-nagħaġ u ħalib tal-buflu

Il-forma

Bħall-‘Gouda’ (fil-forma ta’ ċilindru ċatt bit-truf ittundjati)

Bħal-‘Leiden’ (fil-forma ta’ ċilindru ċatt bit-truf bil-ponta)

Fil-forma ta’ ballun jew ta’ ħobża

 

Il-qoxra

Qoxra li tagħti mill-abjad għall-isfar, jekk meħtieġ b’kisja tal-ġobon

Qoxra ħamra, jekk meħtieġ b’kisja tal-ġobon

Qoxra li tagħti mill-abjad għall-isfar, jekk meħtieġ b’kisja tal-ġobon

Qoxra li tagħti mill-abjad għall-isfar, jekk meħtieġ b’kisja tal-ġobon

Il-konsistenza

Minn sod sa artab u li jista’ jinħadem

Minn sod sa iebes, u li jista’ jinqata’ fi bċejjeċ

Minn artab sa sod jew iebes, u li jista’ jinqata’ fi bċejjeċ

Minn sod sa artab u li jista’ jinħadem

Il-formazzjoni tat-toqob

Toqob fil-ġobon kollu, b’kull toqba jkollha dijametru ta’ 2 mm. sa madwar 15-il mm.; l-ebda qasma (li tkun itwal minn ċentimetru)

Għadd limitat ta’ toqob żgħar li jiġu ffurmati meta jkun qed jiġi prodott il-ġobon, li jinsabu fil-ġobon kollu, b’kull toqba jkollha dijametru ta’ 1 sa 3 mm.; l-ebda qasma

Għadd limitat ta’ toqob, li jinsabu fil-ġobon kollu, b’kull toqba jkollha dijametru ta’ 2 sa madwar 8 mm.; l-ebda qasma

Toqob li jinsabu mqassmin bl-istess mod fil-ġobon kollu, jew inkella ġobon mingħajr toqob

Il-pH

pH ta’ bejn 5,20 u 5,40 wara 12-il jum

pH ta’ bejn 5,20 u 5,30 wara 12-il jum

pH ta’ bejn 5,20 u 5,30 wara 12-il jum

pH ta’ bejn 5,10 u 5,30 wara 12-il jum

Il-kontenut tax-xaħam fil-materja niexfa (f’perċentwal):

Il-kontenut kollu tax-xaħam, mill-inqas 48 %

30 % u iktar, kontenut tax-xaħam fil-materja niexfa ta’ iktar minn 30 % imma ta’ inqas minn 35 %; jew 35 % u iktar, kontenut tax-xaħam fil-materja niexfa ta’ iktar minn 35 % imma ta’ inqas minn 40 %

40 % u iktar, kontenut tax-xaħam fil-materja niexfa ta’ iktar minn 40 % imma ta’ inqas minn 45 %

mill-inqas 45 % u iktar

Il-kontenut massimu tal-indewwa

42.5 % (12-il jum wara li l-ġobon ikun ġie mmanifatturat)

45 % (12-il jum wara li l-ġobon ikun ġie mmanifatturat)

47 % (12-il jum wara li l-ġobon ikun ġie mmanifatturat)

46 % (12-il jum wara li l-ġobon ikun ġie mmanifatturat)

Il-kontenut tal-melħ (f’perċentwal)

Minn ammont ta’ melħ ta’ 0,4 % sa mhux iktar minn 4 % fil-ġobon niexef

Minn ammont ta’ melħ ta’ 0,4 % sa mhux iktar minn 4 % fil-ġobon niexef

Minn ammont ta’ melħ ta’ 0,4 % sa mhux iktar minn 5 % fil-ġobon niexef

Minn ammont ta’ melħ ta’ 0,4 % sa mhux iktar minn 4 % fil-ġobon niexef

L-ingredjenti miżjuda

Possibbilment il-kemmun, iż-żrieragħ, il-ħxejjex aromatiċi u/jew il-ħwawar

Il-kemmun

Possibbilment il-kemmun

Possibbilment iż-żrieragħ, il-ħxejjex aromatiċi u/jew il-ħwawar

It-tul minimu taż-żmien tal-maturazzjoni

13-il jum wara l-ewwel jum tal-manifattura

13-il jum wara l-ewwel jum tal-manifattura

13-il jum wara l-ewwel jum tal-manifattura

13-il jum wara l-ewwel jum tal-manifattura

It-temperatura minima tal-maturazzjoni

12-il °Ċ

12-il °Ċ

12-il °Ċ

12-il °Ċ

L-attività tal-‘phosphatase’

Livell normali għall-ħalib mhux ipproċessat

Livell normali għall-ħalib mhux ipproċessat

Livell normali għall-ħalib mhux ipproċessat

Livell normali għall-ħalib mhux ipproċessat

3.8.   In-natura tradizzjonali tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel (l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007)

L-isem ‘Boerenkaas’ huwa marbut b’mod speċifiku ma’ prodott li jsir, b’mod tradizzjonali, fir-razzett mill-ħalib mhux ipproċessat u miksub mill-merħla tal-bidwi stess.

Sal-1874 il-ħalib kollu kien ikun ipproċessat fl-irziezet stess. Wara, bil-mod il-mod il-ħalib beda jiġi pproċessat b’mod industrijali. Il-ħalib li jintuża biex isir il-ġobon minnu beda jkun ippasturizzat fl-ewwel ftit snin tas-seklu għoxrin. Il-proċess tal-pasturizzazzjoni wassal għat-telf tan-natura tal-ġobon magħmul fil-maħleb. Fl-irziezet, kompla jintuża l-metodu tradizzjonali għall-ipproċessar tal-ħalib mhux ipproċessat.

Minħabba fl-enżimi li wieħed isib b’mod naturali fil-ħalib, jiġifieri l-‘lipase’ tal-ħalib, u l-preżenza ta’ flora tal-batterji li tidħol fil-ħalib waqt li jkun qed jinħaleb u wara, il-ġobon li jsir minn dan il-ħalib mhux ipproċessat għandu iktar togħma, li hija deskritta bħala togħma iktar sħiħa u ħafna iktar qawwija. Għal ħafna konsumaturi, dan huwa dak li jiddistingwi t-togħma tal-‘Boerenkaas’ minn dik tal-ġobon li jkun ‘sar b’mod industrijali’. Iktar ma jimmatura, iktar it-togħma tal-ġobon issir qawwija.

Fl-1982 iddaħħlu regoli ġodda bid-Deċiżjoni u d-Digriet dwar il-Prodotti tal-Ġobon abbażi tal-Att dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli. Dawn ir-regoli jkopru l-kwalità tal-ġobon, minn fejn ikun ġej il-ħalib, u l-metodu tal-produzzjoni. Il-marka nazzjonali relatata tiżgura li l-‘Boerenkaas’ huwa prodott tar-razzett, u li huwa magħmul mill-ħalib mhux ipproċessat li jkun inżamm għal żmien qasir biss, u li jkun ġej, fil-biċċa l-kbira tiegħu, mill-merħla tal-bidwi nnifsu.

Din il-leġiżlazzjoni ddaħħal ukoll il-possibbiltà li wieħed juża l-ħalib tal-mogħoż, tan-nagħaġ u tal-buflu, minbarra l-ħalib tal-baqar. Tagħmilha wkoll possibbli li wieħed jagħmel il-ġobon minn ħalib mhux ipproċessat li jkun fih inqas kontenut tax-xaħam.

Dan ta’ hawn fuq juri biċ-ċar in-natura speċifika tal-materja prima użata u tal-metodu tal-produzzjoni.

3.9.   Ir-rekwiżiti minimi u l-proċeduri sabiex tkun ivverifikata n-natura speċifika (l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007)

Ir-rekwiżiti ta’ din l-ispeċifikazzjoni, kif deskritti fit-taqsima 3.6 (Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 3.1 u fit-tabella mogħtija fit-taqsima 3.7 (In-natura speċifika tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel (l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007)), japplikaw għall-‘Boerenkaas’ bħala speċjalità tradizzjonali garantita skont ir-Regolament (KE) Nru 509/2006.

Minn kull sitt ġimgħat sa tmienja, kull razzett ikun spezzjonat sabiex ikun żgurat li l-ħalib mhux ipproċessat li jintuża biex isir il-ġobon ikun frisk (li ma jkunx ilu iktar minn 40 siegħa li nħaleb) u sabiex ikun iċċekkjat l-użu tal-marka tal-kaseina. Darba fis-sena jsiru verifiki amminsitrattivi sabiex ikun ivverifikat minn liema rziezet ikun ġej il-ħalib użat. Il-verifiki tal-konformità mar-rekwiżiti tal-kompożizzjoni jkopru l-kontenut tax-xaħam fil-materja niexfa, il-kontenut tal-indewwa u l-kontenut tal-melħ fil-materja niexfa. Fl-istess ħin, dawn il-parametri jiġu ċċekkjati minn darba kull sitt ġimgħat sa darba kull tmien ġimgħat (*).

Barra minn hekk, il-proċedura tal-ispezzjoni hija mfassla b’tali mod biex tiġi ċċekkjata l-konformità mal-karatteristiċi tipiċi l-oħrajn tad-diversi tipi ta’ ‘Boerenkaas’ mogħtija fit-tabella fit-taqsima 3.7. Dawn il-verifiki dwar il-karatteristiċi tipiċi jitwettqu b’mod viżwali u jitwettqu wkoll fl-istess waqt minn darba kull sitt ġimgħat sa darba kull tmien ġimgħat.



DIRETTIVI

20.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/25


DIRETTIVA 2009/114/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2009

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 87/372/KEE dwar il-firxiet ta’ frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni koordinata ta’ komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 87/372/KEE (3), ikkomplementata bir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 1987 dwar l-introduzzjoni koordinata ta’ komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità (4) u bir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 1990 dwar l-aħħar fażi tal-introduzzjoni koordinata ta’ komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità (il-GSM) (5), għarfu il-ħtieġa li jużaw bis-sħiħ ir-riżorsi offruti min networks moderni tat-telekomunikazzjonijiet, b’mod partikolari r-radju mobbli, fl-interessi tal-iżvilupp ekonomiku tal-Komunità. Intgħarfet ukoll l-opportunità waħdanija offruta mill-mogħdija għas-sistema mobbli ċellulari diġitali tat-tieni ġenerazzjoni sabiex jiġu stabbiliti komunikazzjonijiet mobbli fuq livell tassew pan-Ewropew.

(2)

Il-firxiet tal-frekwenzi ta’ 890-915 MHz u 935-960 MHz kienu riżervati għal servizz pubbliku ta’ komunikazzjonijiet mobbli ċellulari diġitali pan-Ewropew li jkun provdut f’kull Stat Membru skont speċifikazzjoni komuni, magħrufa bħala GSM. Wara l-hekk imsejħa firxa ta’ estensjoni (880-890 MHz u 925-935 MHz) saret disponibbli għall-operazzjonijiet GSM, u flimkien dawn il-firxiet ta’ frekwenza huma magħrufin bħala l-firxa tad-900 Mhz.

(3)

Sa mill-1987, żviluppaw teknoloġiji ġodda diġitali tar-radju li kienu kapaċi jipprovdu komunikazzjonijiet elettroniċi pan-Ewropej, li jistgħu jeżistu flimkien mal-GSM fil-firxa ta’ 900 MHz f’kuntest regolatorju iktar newtrali minn qabel fuq livell teknoloġiku. Il-firxa ta’ 900 MHz għandha karatteristiċi tajbin ta’ propagazzjoni, li jkopru distanzi itwal minn firxiet ta’ frekwenzi ogħla, u li jippermettu servizzi moderni bil-vuċi, data u multimedjali sabiex ikunu estiżi għal zoni anqas ippopolati u rurali.

(4)

Sabiex tikkontribwixxi għall-objettivi tas-suq intern u tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ġunju 2005 bit-titolu “Inizjattiva i2010 - Soċjetà Ewropea ta’ Informazzjoni għat-tkabbir u l-impjiegi”, filwaqt li tinżamm id-disponibbiltà tal-GSM għall-utenti madwar l-Ewropa, u sabiex tiġi mmassimizzata l-kompetizzjoni billi tiġi offruta lill-utenti għażla wiesgħa ta’ servizzi u teknoloġiji, l-użu tal-firxa tad-900 MHz għandu jkun disponibbli għal teknoloġiji oħra għall-forniment ta’ servizzi oħra pan-Ewropej kompatibbli u avvanzati li jistgħu jeżistu flimkien mal-GSM.

(5)

L-użu futur tal-firxa tad-900 MHz, u b’mod partikolari l-kwistjoni dwar kemm il-GSM se jdum ikun t-teknoloġija ta’ riferiment għall-koeżistenza teknika f’din il-firxa, huwa kwistjoni ta’ importanza strateġika għas-suq intern. Dan għandu jiġi eżaminat flimkien mal-kwistjonijiet l-oħra tal-politika ta’ aċċess mingħajr fili tal-Komunità fil-programmi futuri ta’ politika dwar l-ispettrum tar-radju, li għandhom jiġu adottati skont id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (6). Dawk il-programmi jistabbilixxu orjentamenti u objettivi politiċi għall-ippjanar strateġiku tal-użu tal-ispettrum tar-radju, b’koperazzjoni mill-qrib mal-Grupp tal-Politika għall-Ispettrum tar-Radju (RSPG) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE (7).

(6)

Il-liberalizzazzjoni tal-użu tal-firxa tad-900 MHz tista’ possibilment twassal għal distorsjonijiet fil-kompetizzjoni. B’mod partikolari, fejn fil-każ ta’ xi operaturi ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli ma ġiex assenjat lilhom spettru fil-firxa tad-900 MHz, dawn jistgħu jkunu fi żvantaġġ f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kost u effiċjenza meta mqabbel ma’ operaturi li se jkunu kapaċi jipprovdu servizzi 3G f’dik il-firxa. Fl-ambitu tal-qafas regolatorju dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi, u b’mod partikolari d-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonjiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (8), l-Istati Membri jistgħu jemendaw u/jew jirrivedu d-drittijiet tal-użu tal-ispettru u b’hekk ikollhom il-għodod biex jittrattaw, fejn meħtieġ, dawn id-distorsjonijiet possibbli.

(7)

Fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jittrasponu d-Direttiva 87/372/KEE kif emendata. Filwaqt li dan, minnu nnifsu, ma jirrikjedix li l-Istati Membri jimmodifikaw id-drittijiet eżistenti tal-użu jew li jibdew proċedura ta’ awtorizzazzjoni, huma għandhom jiġu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2002/20/KE ladarba l-firxa tad-900 MHz tkun saret disponibbli skont din id-Direttiva. Huma u jagħmlu hekk, huma għandhom jeżaminaw b’mod partikolari jekk l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tistax toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni fis-swieq tat-telekomunikazzjonijiet mobbli kkonċernati. Fil-każ li jikkonkludu li dan ikun il-każ, għandhom jikkunsidraw jekk ikunx oġġettivament iġġustifikat u proporzjonat li jemendaw id-drittijiet tal-użu ta’ dawk l-operaturi li kienu ngħataw id-drittijiet tal-użu tal-frekwenzi tad-900 MHz u fejn proporzjonat, jirrivedu dawn id-drittijiet ta’ użu u jirridistribwixxu dawn id-drittijiet sabiex jindirizzaw dawn id-distorsjonijiet. Għandha ssir konsultazzjoni pubblika qabel tittieħed kwalunkwe deċiżjoni fir-rigward ta’ din il-proċedura.

(8)

Kwalunkwe spettru li jsir disponibbli taħt din id-Direttiva għandu jiġi allokat b’mod trasparenti u b’tali mod li jiġi żgurat li ma jkunx hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti.

(9)

Sabiex is-sistemi l-oħra jeżistu flimkien ma’ sistemi GSM fl-istess firxa, għandhom jevitaw interferenza li tagħmel il-ħsara billi jkunu applikati kundizzjonijiet dwar l-użu tekniku li jistgħu jkunu applikati għal teknoloġiji għajr dawk GSM li jużaw il-firxa tad-900 MHz.

(10)

Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar il-qafas regolatorju dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (9) tippermetti lill-Kummissjoni tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni teknika sabiex tiżgura kundizzjonijiet armonizzati għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju.

(11)

Kif mitlub mill-Kummissjoni, il-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT) ipproduċiet rapporti tekniċi li juru li s-sistemi UMTS (Sistema ta’ Telekomunikazzjoni Mobbli Universali) jistgħu jeżistu flimkien ma’ sistemi GSM fil-firxa tad-900 MHz. Il-firxa tad-900 MHz għandha għalhekk tinfetaħ għall-UMTS, sistema li tista’ teżisti flimkien mas-sistemi GSM, kif ukoll għal sistemi oħra hekk kif ikun jista’ jiġi ppruvat li huma jistgħu jeżistu flimkien mas-sistemi GSM skont il-proċedura stipulata fid-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju għall-adozzjoni ta’ kundizzjonijiet armonizzati għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-użu tal-ispettru tar-radju. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jassenja drittijiet tal-użu għal sistemi li jużaw l-ispeċifikazzjoni UMTS 900, l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju, u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/21/KE, għandhom jiżguraw li dawn is-sistemi jkunu protetti minn interferenza li jagħmlu l-ħsara minn sistemi oħra li jkunu qed jitħaddmu.

(12)

Għandha tkun żgurata protezzjoni xierqa bejn l-utenti tal-firxiet koperti minn din id-Direttiva u għall-utenti eżistenti fil-firxiet adjaċenti. Barra minn hekk, għandhom ikunu kkunsidrati sistemi prospettivi għal komunikazzjonijiet aeronawtiċi ‘l fuq minn 960 MHz, li jgħinu jissodisfaw il-miri tal-politika tal-Komunità f’dan is-settur. Is-CEPT tat parir tekniku f’dan ir-rigward.

(13)

Għandha tiżdied il-flessibbiltà fil-maniġment tal-ispettru u fl-aċċess għall-ispettru sabiex isir kontribut għall-objettivi tas-suq intern fil-komunikazzjonijiet elettroniċi. Għalhekk il-firxa ta’ 900 MHz għandha tkun miftuħa għal sistemi oħra għall-forniment ta’ servizzi oħra pan-Ewropej hekk kif ikun jista’ jintwera li dawk is-sistemi jistgħu jeżistu flimkien ma’ sistemi ta’ GSM.

(14)

Sabiex tippermetti teknoloġiji diġitali ġodda li jkunu mwaqqfa fil-firxa tad-900 MHz flimkien ma’ sistemi tal-GSM, id-Direttiva 87/372/KEE għandha tkun emendata u għandha titneħħa r-riżerva esklussiva ta’ din il-firxa għall-GSM,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 87/372/KEE

Id-Direttiva 87/372/KEE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-firxiet tal-frekwenzi 880-915 MHz u 925-960 MHz (il-firxa tad-900 MHz) disponibbli għas-sistemi tal-GSM u tal-UMTS, kif ukoll għal sistemi oħra terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li jistgħu jeżistu flimkien mas-sistemi tal-GSM, skont l-implimentazzjoni teknika tal-miżuri adottati skont id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju) (*).

2.   L-Istati Membri għandhom, meta jimplimentaw din id-Direttiva, jeżaminaw jekk l-assenjazzjoni tal-ispettru tal-firxa tad-900 MHz lill-operaturi tat-telefonija mobbli li jikkompetu fit-territorju tagħhom għandhiex it-tendenza li xxekkel il-kompetizzjoni fis-swieq konċernati tat-telefonija mobbli u fejn ikun ġustifikat u proporzjonat, għandhom jindirizzaw dan ix-xkiel skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (**).

(*)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1 (Ħarġa Speċjali bil-Malti, Kap 13, Vol 29, p. 317)."

(**)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21 (Ħarġa Speċjali bil-Malti, Kap 13, Vol 29, p. 337).”;"

(2)

l-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘sistema GSM’ tfisser network ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, li huma konformi, mal-istandards tal-GSM, kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikulari l-EN 301 502 u l-EN 301 511;

(b)

‘sistema UMTS’ tfisser network ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, li huma konformi, mal-istandards tal-UMTS, kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikulari l-EN 301 908-1, EN 301 908-2, EN 301 908-3 u l-EN 301 908-11.”;

(3)

l-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sad-9 ta’ Mejju 2010. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk il-miżuri u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.”;

(4)

l-Artikolu 4 huwa mħassar.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  Opinjoni tal-25 ta’ Frar 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Mejju 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 2009.

(3)  ĠU L 196, 17.7.1987, p. 85.

(4)  ĠU L 196, 17.7.1987, p. 81.

(5)  ĠU C 329, 31.12.1990, p. 25.

(6)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.

(7)  ĠU L 198, 27.7.2002, 49.

(8)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.

(9)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill

20.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/28


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2009

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b’applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

(2009/764/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikulari l-punt 28 tagħha,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament ghall-Globalizzazzjoni (EGF) ġie stabbilit sabiex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li ingħataw is-sensja li jbatu l-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(3)

Spanja ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta’ sensji fis-settur tat-tessuti, fid-29 ta’ Diċembru 2008. Din l-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti sabiex jigu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex tuża l-ammont ta’ EUR 3 306 750.

(4)

Il-Portugall ressaq applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta’ sensji fis-settur tat-tessuti, fit-23 ta’ Jannar 2009. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiziti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex tuża l-ammont ta’ EUR 832 800.

(5)

L-EGF għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjonijiet imressqa minn Spanja u l-Portugall,

IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Ghall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 4 139 550 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.

Ghall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Ghall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  GU L 406, 30.12.2006, p. 1.


Il-Kummissjoni

20.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Ottubru 2009

dwar talba għal eżenzjoni mir-regoli tat-taxxa fuq il-vetturi mressqa minn Franza skont l-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 7761)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/765/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat d-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva 1999/62/KE tas-17 Ġunju 1999, l-Istati Membri jistgħu japplikaw rati mnaqqsa jew eżenzjonijiet għal vetturi li jużaw okkażjonalment biss it-toroq pubbliċi tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni u li jintużaw minn persuni naturali jew legali li l-okkupazzjoni prinċipali tagħhom mhix it-trasport ta’ merkanzija, sakemm l-operazzjonijiet ta’ trasport imwettqa minn dawn il-vetturi ma jikkawżawx tgħawwiġ fil-kompetizzjoni. Dan it-tnaqqis jew l-eżenzjoni huma soġġetti għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(2)

Franza talbet lill-Kummissjoni biex iġġedded sal-31 ta’ Diċembru 2014 l-approvazzjoni tagħha għall-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-vetturi ta’ 12-il tunnellata jew aktar li jintużaw esklussivament b’rabta ma’ xogħlijiet pubbliċi u industrijali fi Franza u pprovduta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/449/KE (2) skont id-Direttiva 1999/62/KE.

(3)

Il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva 1999/62/KE huma rispettati, peress li dawn il-vetturi ma jużawx it-toroq pubbliċi b’mod permanenti, ma jintużawx biex iġorru merkanzija u aktar minn hekk peress li l-eżenzjoni ta’ dawn il-vetturi mit-taxxa fuq il-vetturi ma toħloqx tgħawwiġ fil-kompetizzjoni għax ma jistgħux jintużaw għall-ġarr ta’ ebda oġġett ħlief għal dik li hija armata b’mod permanenti fuq il-vettura u użata għall-attività tagħhom stess.

(4)

Sabiex tippermetti lill-Kummissjoni teżamina l-eżenzjoni mir-regoli tat-taxxa fuq il-vetturi, l-approvazzjoni għandha tingħata għal żmien limitat.

(5)

L-eżenzjoni mitluba minn Franza għandha għalhekk tiġi approvata,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni b’hekk tagħti l-approvazzjoni tagħha li, skont l-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva 1999/62/KE, jiġu eżentati mit-taxxa, sal-31 ta’ Diċembru 2014, dawn il-vetturi ta’ 12-il tunnellata jew aktar li jintużaw esklussivament għall-ġarr ta’ tagħmir armat b’mod permanenti għal xogħolijiet pubbliċi u industrijali fi Franza:

(1)

Tagħmir ta’ rfigħ u ġarr li jaħdem b’mod awtonomu (krejnijiet armati fuq xażi tat-triq);

(2)

Pompi mobbli ta’ jew stazzjonijiet għall-ippompjar armati fuq xażi tat-triq;

(3)

Settijiet ta’ kumpressuri bil-magna armati b’mod permanenti fuq xażi tat-triq;

(4)

Miksers tal-konkos u pompi armati b’mod permanenti fuq xażi tat-triq (ħlief għal vetturi bil-bajla għall-ġarr tal-konkos);

(5)

Settijiet mobbli tal-ġenerazzjoni armati b’mod permanenti fuq xażi tat-triq;

(6)

Magni mobbli tat-titqib armati b’mod permanenti fuq xażi tat-triq.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42.

(2)  ĠU L 158, 21.6.2005, p. 23.


20.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Ottubru 2009

dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 7801)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/766/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 676/2002/KE tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-meded ta’ frekwenza 890-915 u 935-960 MHz ġew riservati u kellhom jittieħdu għas-servizz pubbliku pan-Ewropew tal-komunikazzjoni mobbli terrestri ċellulari diġitali, kif provdut f’kull Stat Membru bi speċifikazzjoni komuni, identifikata bid-Direttiva tal-Kunsill Nru 87/372/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1987 dwar il-firxiet ta’ frekwenza li għandhom jiġu rriservati għall-introduzzjoni koordinata ta’ komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità (2), ikkumplimentata bir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 1987 dwar l-introduzzjoni koordinata ta’ komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità (3) u bir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 1990 dwar l-istadju finali tal-introduzzjoni koordinata ta’ komunikazzjonijiet ċellulari mobbli diġitali pubbliċ terrestri pan-Ewropej fil-Komunità (GSM) (4).

(2)

Id-Direttiva 2009/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) temenda d-Direttiva 87/372/KEE u tiftaħ il-meded ta’ frekwenza 880-915 MHz u 925-960 MHz (il-medda ta’ 900 MHz) sew għas-Sistema Universali tat-Telekomunikazzjoni Mobbli (UMTS) kif ukoll għal sistemi terrestri oħra li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni li jistgħu jeżistu flimkien mas-Sistema Globali għall-Komunikazzjoni Mobbli (GSM), skont il-miżuri tekniċi ta’ implimentazzjoni adottati skont id-Deċiżjoni Nru 672/2002/KE (minn hawn ‘il quddiem “id-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju”). Għaldaqstant għandhom jiġu adottati miżuri tekniċi biex jippermettu l-koeżistenza tal-GSM u sistemi oħra fil-medda 900 MHz.

(3)

Il-meded ta’ frekwenza 1 710-1 785 MHz u 1 805-1 880 MHz (il-medda 1 800 MHz) saru disponibbli għall-operat tal-GSM, u bħalissa qed jintużaw minn sistemi tal-GSM mal-Ewropa kollha kemm hi. Il-medda 1 800 MHz għandha wkoll, bl-istess kundizzjonijiet bħall-medda 900 MHz, tinfetaħ għal sistemi terrestri oħra li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni li jistgħu jeżistu flimkien mas-sistemi tal-GSM.

(4)

L-użu attwali tal-GSM fil-medda 1 800 MHz għandu jkun protett fil-Komunità kollha sakemm ikun hemm talba raġonevoli għas-servizz, skont l-approċċ meħud mid-Drettiva 87/372/KEE biex tipproteġi l-użu tal-GSM fil-medda 900 MHz.

(5)

Skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Ispektrum tar-Radju, fil-5 ta’ Lulju 2006 l-Kummissjoni ħarġet mandat lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet tal-Posta u tat-Telekomunikazzjoni (minn hawn ‘il quddiem “is-CEPT”) biex tiżviluppa l-kundizzjonijiet tekniċi l-anqas restrittivi għal meded ta’ frekwenza indirizzati fil-kuntest tal-WAPECS (Politika ta’ aċċes bla fili għal servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni), li jinkludu l-meded 900 MHz u 1 800 MHz.

(6)

In-newtralità teknoloġika kif ukoll dik ta’ servizz huma għanijiet ta’ politka li ngħataw l-appoġġ tal-Istati Membri fl-Opinjoni tal-Grupp dwar il-Politika tal-Ispektrum tar-Radju (minn hawn ‘il quddiem “l-RSPG”) dwar il-WAPECS tat-23 ta’ Novembru 2005 għall-ilħiq ta’ użu aktar flessibbli tal-ispektrum. L-Opinjoni tal-RSPG dwar il-WAPECS tqis li dawn l-għanijiet ta’ politika għandhom jiddaħħlu gradwalment u mhux f’daqqa, biex ma jseħħ l-ebda tqallib tas-suq. Il-Kummissjoni fissret fehmietha dwar l-użu aktar flessibbli tal-ispektrum fil-Komunikazzjoni tagħha dwar “Aċċess veloċi għall-ispektrum għal servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni bla fili permezz ta’ aktar flessibiltà” (6), li fost l-oħrajn tenfasizza l-ħtieġa ta’ soluzzjoni konsistenti u proporzjonata rigward it-tieni u t-tielet ġenerazzjoni ta’ meded tat-telefonija mobbli fil-kuntest tal-introduzzjoni ta’ użu flessibbli tal-ispektrum għal servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni.

(7)

F’konformità mal-approċċ meħud mid-Direttiva 87/372/KEE dwar il-ftuħ tal-medda 900 MHz, il-medda 1 800 MHz li bħalissa tintuża għall-GSM għandha wkoll tkun iddeżinjata għall-GSM u għal servizzi terrestri oħra li huma kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni li jistgħu jeżistu flimkien mas-sistemi tal-GSM, u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipproteġu l-operat tas-sistemi tal-GSM minn interferenza ta’ ħsara.

(8)

Kwalunkwe sistema oħra użata fil-meded 900 MHz u 1 800 MHz jeħtiġilha tiżgura kompatibbiltà teknika sew ma’ netwerks kontigwi operati minn detenturi ta’ drittijiet oħra f’dawn il-meded kif ukoll mal-użu tal-meded ta’ frekwenza ta’ ħdejn il-meded 900 MHz u 1 800 MHz.

(9)

Għal miżuri ta’ armonizazzjoni skont id-Deċiżjoni dwar l-Ispektrum tar-Radju, il-kompatibbiltà teknika għandha tintwera permezz ta’ studji ta’ kompatibbiltà mwettqa mis-CEPT b’mandat mill-Kummissjoni. Dawn l-istudji għandhom iwasslu għad-definizzjoni ta’ kundizzjonijiet tekniċi li jiżguraw il-koeżistenza ta’ għadd dejjem jikber ta’ sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni. Għandha tiġi stabbilita lista ta’ sistemi li juru t-tali kompatibbiltà teknika, li l-Kummisjsoni għandha temendaha, skont ma jkun f’loku, bl-għajnuna tal-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju f’konformità mal-prinċipji tal-WAPECS, u b’hekk maż-żmien tkattar l-għadd ta’ sistemi b’aċċess armonizzat għall-meded 900 u 1 800 MHz.

(10)

Abbażi tal-investigazzjonijiet tekniċi, b’mod partikolari r-Rapporti 82 u 96 tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ECC) tas-CEPT, u tar-risposta għall-mandat tal-5 ta’ Lulju 2006 fir-Rapport 19 tas-CEPT, is-CEPT kkonkluda li n-netwerks UMTS/900/1 800 jistgħu jiġu skjerati f’żoni urbani, suburbani u rurali f’koeżistenza ma’ netwerks GSM/900/1 800, bl-użu ta’ valuri adegwati għas-separazzjoni tal-carrier.

(11)

Ir-riżultati tal-mandat għas-CEPT għandhom isiru applikabbli fil-Komunità u jiġu implimentati fl-Istati Membri mingħajr dewmien, fid-dawl tad-domanda tas-suq għall-introduzzjoni tal-UMTS f’dawn il-meded. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-UMTS lil sistemi eżistenti f’meded kontigwi toffrilhom protezzjoni adegwata.

(12)

Barra minn hekk, l-Istati Membri, biex iqawwu l-flessibbiltà filwaqt li jżommu l-kopertura pan-Ewropea meħtieġa tas-servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni f’meded armonizzati, għandu jkollhom is-setgħa li jippermettu li, fil-meded 900 MHz u 1 800 MHz, jiddaħħlu sistemi oħra flimkien mal-GSM u sistemi terrestri oħrajn identifikati li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, dejjem sakemm jiżguraw il-koeżistenza tat-tali sistemi terrestri.

(13)

Il-ġestjoni teknika tal-ispektrum tar-radju tinkludi l-armonizzazzjoni u l-allokazzjoni tal-ispektrum tar-radju. Din l-armonizzazzjoni għandha tirrifletti r-rekwiżiti tal-prinċipji tal-politika ġenerali identifikati fil-livell tal-Komunità. Madankollu, il-ġestjoni teknika tal-ispektrum tar-radju la tkopri l-proċeduri tal-allokazzjoni u tal-liċenzjar (inkluż meta jseħħu dawn il-proċeduri), u lanqas kwalunkwe deċiżjoni dwar jekk jintużawx proċeduri kompetittivi ta’ għażla għall-allokazjzoni tal-frekwenzi tar-radju.

(14)

Differenzi fil-qagħdiet nazzjonai eżistenti jistgħu jwasslu għal tagħwiġ tal-kompetizzjoni. Differenzi fil-qagħdiet nazzjonali eżistenti jistgħu jirriżultaw f’tagħwiġ tal-kompetittizzjoni Il-qafas regolatorju ezistenti lill-Istati Membri jagħtihom l-għodod meħtieġa biex jaffrontaw dawn il-problemi b’mod proporzjonat, mhux diskriminatorju u oġġettiv, soġġett għal-leġiżlazzjoni Komunitarja, inklużi d-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) (7) u d-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Qafas) (8).

(15)

L-użu tal-ispektrum huwa soġġett għar-rekwiżiti tal-liġi tal-Komunità dwar il-protezzjoni ta’ saħħet il-pubbliku, b’mod partikolari d-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (It-tmintax-il Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (9) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519KE tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni tal-esponiment tal-pubbliku ġenerali għall-oqsma elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz) (10). Il-protezzjoni tas-saħħa minn tagħmir tar-radju hija żgurata permezz tal-konformità tat-tali tagħmir mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (11).

(16)

Sabiex jiżguraw l-użu effettiv tal-meded 900 MHz u 1 800 MHz ukoll għaż-żmien fit-tul, l-amministrazzjonijiet għandhom jissoktaw bi studji ħalli jkattru l-effiċjenza u l-użu innovattiv. Bil-għan li din id-Deċiżjoni tiġi riveduta biex tkopri teknoloġiji addizzjonali, dawn l-istudji u oħrajn imwettqa mis-CEPT abbażi ta’ mandati sussegwenti jistgħu juru li sistemi oħra minbarra l-GSM u l-UMTS ikunu kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni b’kopertura pan-Ewropea u jistgħu jiżguraw il-kompatibbiltà teknika mal-GSM u l-UMTS b’mezzi adegwati.

(17)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni għandha l-għan li tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-medda 900 MHz, f’konformità mad-Direttiva 87/372/KEE, u tal-medda 1 800 MHz, għal sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“sistema tal-GSM” tfisser netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi konformi, mal-Istandards tal-GSM, kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikulari EN 301 502 u EN 301 511;

(b)

il-“medda 900 MHz” tfisser il-meded 880-915 MHz u 925-960 MHz;

(c)

il-“medda 1 800 MHz” tfisser il-meded 1 710-1 785 MHz u 1 805-1 880 MHz.

Artikolu 3

Is-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni li jistgħu jeżistu flimkine mas-sistemi tal-GSM fil-medda 900 MHz fit-tifsira tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 87/372/KEE huma elenkati fl-Anness. Għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet u l-iskadenzi tal-implimentazzjoni stipulati hemmhek.

Artikolu 4

1.   Il-medda 1 800 MHz għandha tkun iddeżinjata u ssir disponibbli għas-sitemi tal-GSM sad-9 ta’ Novembru 2009.

2.   Il-medda 1 800 MHz għandha tkun iddeżinjata u ssir disponibbli għal dawk is-sistemi terrestri l-oħra li huma kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni li huma elenkati fl-Anness, soġġetti għall-kundizzjonijiet u l-iskadenzi ta’ implimentazzjoni stipulati hemmhekk.

Artikolu 5

1.   L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw il-meded 900 MHz u 1 800 MHz u jagħmluhom disponibbli għal sistemi terrestri oħra mhux elenkati fl-Anness, safejn jiżguraw li:

(a)

it-tali sistemi jistgħu jeżistu flimkien mas-sistemi GSM;

(b)

it-tali sistemi jistgħu jeżistu flimkien ma’ sistemi oħra elenkati fl-Anness, sew fit-erritorju tagħhom kif ukoll fi Stati Membri ġirien.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sistemi oħra msemmija fl-Artikolu 3 u Artikolu 4(2) u fil-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu joffru protezzjoni adegwata lis-sistemi fil-meded kontigwi.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom iżommu l-użu tal-meded 900 MHz u 1 800 MHz taħt skrutinju sabiex jiżguraw l-użu effiċjenti tiegħu, u b’mod partikulari għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni kwalunkwe ħtieġa ta’ reviżjoni tal-Anness.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 196, 17.7.1987, p. 85.

(3)  ĠU L 196, 17.7.1987, p. 81.

(4)  ĠU C 329, 31.12.1990, p. 25.

(5)  Ara p. 25 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(6)  COM(2007) 50.

(7)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.

(8)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.

(9)  ĠU L 159, 30.4.2004, p. 1.

(10)  ĠU L 199, 30.7.1999, p. 59.

(11)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10.


ANNESS

LISTA TA’ SISTEMI TERRESTRI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3 U ARTIKOLU 4(2)

Il-parametri tekniċi li ġejjin għandhom jiġu applikati bħala parti essenzjali mill-kundizzjonijiet neċessarji biex jiżguraw il-kooeżistenza fin-nuqqas ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn netwerks ġirien, mingħajr ma jipprekludu parametri tekniċi anqas stretti jekk l-operaturi ta’ tali netwerks ikunu qablu dwarhom.

Sistemi

Parametri tekniċi

Skadenzi tal-implimentazzjoni

UMTS konformi mal-Istandards tal-UMTS, kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301 908-1, EN 301 908-2, EN 301 908-3

1.

Separazzjoni tal-carrier ta’ 5 MHz jew aktar bejn żewġ netwerks tal-UMTS ġirien

2.

Separazzjoni tal-carrier ta’ 2.8 MHz jew aktar bejn netwerk tal-UMTS u ieħor tal-GSM ġirien

Id-9 ta’ Mejju 2010


20.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Ottubru 2009

li tistipula miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta’ proċeduri b’mezzi elettroniċi permezz tal-“punti ta’ kuntatt waħdieni” skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 7806)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/767/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

Billi:

(1)

L-obbligi ta’ simplifikazzjoni amministrattiva mqiegħda fuq lill-Istati Membri fil-Kapitolu II tad-Direttiva 2006/123/KE, b’mod partikulari l-Artikoli 5 u 8 tagħha, jinkludu l-obbligu li jiġu ssimplifikati l-proċeduri u l-formalitajiet applikabbli għall-aċċess u għat-twettiq ta’ attività ta’ servizz, kif ukoll l-obbligu li jiġi żgurat li dawk il-proċeduri u formalitajiet ikunu jistgħu jitwettqu mill-fornituri ta’ servizzi mill-bogħod u b’mod elettroniku permezz ta’ “punti ta’ kuntatt waħdieni”.

(2)

It-twettiq tal-proċeduri u tal-formalitajiet permezz tal-“punti ta’ kuntatt waħdieni” għandu jkun possibbli bejn il-fruntieri tal-Istati Membri, kif inhu stipulat fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2006/123/KE.

(3)

Biex jaqdu l-obbligu ta’ simplifikazzjoni tal-proċeduri u tal-formalitajiet, u biex jiffaċilitaw l-użu transkonfinali tal-“punti ta’ kuntatt waħdieni”, il-proċeduri b’mezzi elettroniċi għandhom jissejsu fuq soluzzjonijiet sempliċi, inkluż fejn jidħol l-użu ta’ firem elettroniċi. F’każijiet fejn, wara valutazzjoni xierqa tar-riskji ta’ proċeduri u formalitajiet konkreti, jitqies meħtieġ livell għoli ta’ sigurtà jew ekwivalenza għal firma bil-miktub, għal ċerti proċeduri u formalitajiet, il-fornituri ta’ servizzi jistgħu jitolbu firem elettroniċi avvanzati msejsa fuq ċertifikat ikkwalifikat, kemm bl-użu ta’ tagħmir għall-ħolqien tal-firem sikuri kif ukoll mingħajru.

(4)

Il-qafas Komunitarju għall-firem elettroniċi ġie stabbilit fid-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar kwadru [qafas] tal-Komunità għall-firem elettroniċi (2). Sabiex jitħaffef l-użu transkonfinali effikaċi tal-firem elettroniċi avvanzati msejsa fuq ċertifikat ikkwalifikat, għandha tissaħħaħ il-fiduċja f’dawn il-firem elettroniċi irrispettivament mill-Istat Membru li fih huwa stabbiliti l-firmatarju jew il-fornitur tas-servizz ta’ ċertifikazzjoni li joħroġ iċ-ċertifikat ikkwalifikat. Dan jista’ jinkiseb billi t-tagħrif meħtieġ għall-ivvalidar tal-firem elettroniċi jsir aktar disponibbli u f’forma li wieħed jista’ joqgħod fuqha, partikularment tagħrif marbut mal-fornituri ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni li huma sorveljati/akkreditati fi Stat Membru, kif ukoll mas-servizzi li dawn joffru.

(5)

Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-Istati Membri jqiegħdu dan it-tagħrif għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz ta’ mudell komuni, bil-għan li jitħaffef l-użu tiegħu, u biex jiġi żgurat livell xieraq ta’ dettall li jippermetti lill-parti riċevituri tivvalida l-firma elettronika,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Użu u aċċettazzjoni tal-firem elettroniċi

1.   Jekk ikun iġġustifikat abbażi ta’ valutazzjoni xierqa tar-riskji involuti, u skont l-Artikolu 5(1) u (3) tad-Direttiva 2006/123/KE, l-Istati Membri jistgħu jitolbu, għat-twettiq ta’ ċerti proċeduri u formalitajiet permezz tal-punti ta’ kuntatt waħdieni skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2006/123/KE, l-użu mill-fornitur tas-servizz ta’ firem elettroniċi avvanzati msejsa fuq ċertifikat ikkwalifikat, flimkien ma’ tagħmir għall-ħolqien tal-firem sikuri jew mingħajru, kif iddefinit u rregolat mid-Direttiva 1999/93/KE.

2.   L-Istati Membri għandhom jaċċettaw kull firma elettronika avvanzata msejsa fuq ċertifikat ikkwalifikat, flimkien ma’ tagħmir għall-ħolqien tal-firem sikuri jew mingħajru, għat-twettiq tal-proċeduri u l-formalitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, mingħajr ħsara għall-possibbiltà li l-Istati Membri jillimitaw din l-aċċettazzjoni għall-firem elettroniċi avvanzati msejsa fuq ċertifikat ikkwalifikat u maħluqa minn mekkanizmu ta’ sikurezza għall-ħolqien tal-firem, dejjem jekk dan ikun skont il-valutazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri m’għandhomx irendu l-aċċettazzjoni tal-firem elettroniċi avvanzati msejsa fuq ċertifikat ikkwalifikat, flimkien ma’ tagħmir għall-ħolqien tal-firem sikuri jew mingħajru, soġġetta għal rekwiżiti li joħolqu xkiel għall-użu, mill-fornituri ta’ servizzi, ta’ proċeduri b’mezzi elettroniċi permezz tal-punti ta’ kuntatt waħdieni.

4.   Il-paragrafu 2 ma jżommx lill-Istati Membri milli jaċċettaw firem elettroniċi differenti minn dawk avvanzati msejsa fuq ċertifikat ikkwalifikat, flimkien ma’ tagħmir għall-ħolqien tal-firem sikuri jew mingħajru.

Artikolu 2

L-istabbiliment, iż-żamma u l-pubblikazzjoni ta’ listi ta’ fiduċja

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi, iżomm u jippubblika, skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness, “lista ta’ fiduċja” bit-tagħrif minimu rigward il-fornituri ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni li joħorġu ċertifikati kkwalifikati lill-pubbliku u li huma sorveljati jew akkreditati mill-istess Stat Membru.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw, bħala minimu, forma tal-lista ta’ fiduċja li tista’ tinqara mill-bniedem, skont l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness.

3.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-entità responsabbli għall-istabbiliment, iż-żamma u l-pubblikazzjoni tal-lista ta’ fiduċja, il-post fejn il-lista ta’ fiduċja tiġi ppubblikata, u kwalunkwe tibdil li jsir fiha.

Artikolu 3

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-28 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.

(2)  ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.


Il-Bank Ċentrali Ewropew

20.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/38


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-6 ta’ Ottubru 2009

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE

(BĊE/2009/22)

(2009/768/KE)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, partikolarment l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikolu 11.6 u l-Artikoli 17, 22 u 23 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jipparteċipa fit-TARGET2 biex jipproċessal-ħlasijiet tiegħu u l-ħlasijiet tal-klijenti tiegħu fit-TARGET2, u biex jipprovdi permezz tat-TARGET2 servizzi ta’ settlement lil organizzazzjonijiet tal-ikklerjar u settlement, inkluż entitajiet stabbiliti barra ż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), iżda għandhom ikunu ssorveljati minn awtorità kompetenti u l-aċċess tagħhom għat-TARGET2-BĊE jkun appruvat mill-Kunsill Governattiv.

(2)

Il-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 tal-24 ta’ Lulju 2007 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE. (1)

(3)

Għandhom isiru emendi għad-Deċiżjoni BĊE/2007/7: (a) minħabba l-ħarġa l-ġdida tal-Pjattaforma Mqassma Waħda; (b) biex jiġu kkjarifikati l-prinċipji tal-post tas-sorveljanza speċifika li l-entitajiet li joffru servizzi fl-euro huma meħtieġa li jikkonformaw magħhom; (c) biex jiġi rifless numru ta’ titjib tekniku u editorjali u kjarifikazzjonijiet; u (d) biex jitħassru dispożizzjonijiet dwar il-migrazzjoni lejn it-TARGET2 li ma japplikawx iktar,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(1)(c) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/7 jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

servizzi ta’ settlement ta’ provvista lil entitajiet li jimmaniġġjaw sistemi anċillari, inklużi entitajiet stabbiliti barra l-ŻEE, iżda m’għandhomx ikunu suġġetti għas-sorveljanza minn awtorità kompetenti, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-sorveljanza għall-post tal-infrastrutturi li joffru servizzi fl-euro, kif inhuma emendati minn żmien għal żmien u ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-BĊE (*), u l-aċċess tagħhom għat-TARGET2-BĊE ikun ġie approvat mill-Kunsill Governattiv.

Artikolu 2

L-Anness mad-Deċiżjoni BĊE/2007/7 huwa emendat skont l-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

1.   L-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u l-paragrafi 1(a) u 2 tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Ottubru 2009.

2.   Id-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jidħlu fis-seħħ fit-23 ta’ Novembru 2009.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-6 ta’ Ottubru 2009.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 237, 8.9.2007, p. 71.


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni BĊE/2007/7 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Id-definizzjoni ta’ “sistema anċillari” tinbidel b’dan li ġej:

“—

‘ancillary system (AS)’ means a system managed by an entity that is subject to supervision and/or oversight by a competent authority and complies with the oversight requirements for the location of infrastructures offering services in euro, as amended from time to time and published on the ECB website (*), in which payments and/or financial instruments are exchanged and/or cleared while the resulting monetary obligations are settled in TARGET2 in accordance with Guideline ECB/2007/2 and a bilateral arrangement between the ancillary system and the relevant CB,”.

(*)  The Eurosystem’s current policy for the location of infrastructure is set out in the following statements, which are all available on the ECB website at www.ecb.europa.eu: (a) the ‘Policy statement on euro payment and settlement systems located outside the euro area’ of 3 November 1998; (b) ‘The Eurosystem’s policy line with regard to consolidation in central counterparty clearing’ of 27 September 2001; (c) ‘The Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling in euro-denominated payment transactions’ of 19 July 2007; and (d) ‘The Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling euro-denominated payment transactions: specification of “legally and operationally located in the euro area” ’ of 20 November 2008."

(b)

Id-definizzjoni ta’ “Banking Directive” titħassar.

(c)

Id-definizzjoni ta’ “technical malfunction of TARGET2” fl-Artikolu 1 jinbidel kif ġej:

“—

‘technical malfunction of TARGET2’ means any difficulty, defect or failure in the technical infrastructure and/or the kompjuter systems used by TARGET2-ECB, or any other event that makes it impossible to execute and complete the same-day processing of payments in TARGET2-ECB.”

(2)

L-Artikolu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Il-kriterji tal-aċċess

Entities managing ancillary systems (including entities established outside the EEA) and acting in that capacity, whose access to TARGET2-ECB has been approved by the Governing Council, shall be the only entities that are eligible for participation in TARGET2-ECB.”

(3)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

Il-paragrafu 2 jinbidel kif ġej:

“2.   Unless otherwise requested by the participant, its BIC(s) shall be published in the TARGET2 directory.”

Jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   Participants acknowledge that the ECB and other CBs may publish participants’ names and BICs.”

(4)

L-Artikolu 10(1) jinbidel kif ġej:

“1.   The ECB shall open and operate at least one PM account for each participant. Upon request by a participant acting as a settlement bank, the ECB shall open one or more sub-accounts in TARGET2-ECB to be used for dedicating liquidity.”

(5)

Jiddaħħal l-Artikolu 12(3):

“3.   The SSP determines the timestamp for the processing of payment orders on the basis of the time when it receives and accepts the payment order.”

(6)

L-Artikolu 13 jinbidel kif ġej:

“Article 13

Priority rules

1.   Instructing participants shall designate every payment order as one of the following:

(a)

normal payment order (priority class 2);

(b)

urgent payment order (priority class 1); or

(c)

highly urgent payment order (priority class 0).

If a payment order does not indicate the priority, it shall be treated as a normal payment order.

2.   Highly urgent payment orders may only be designated by:

(a)

CBs; and

(b)

participants, in cases of payments to and from CLS International Bank and liquidity transfers in relation to ancillary system settlement using the Ancillary System Interface.

All payment instructions submitted by an ancillary system through the Ancillary System Interface to debit or credit the participants’ PM accounts shall be deemed to be highly urgent payment orders.

3.   Liquidity transfer orders initiated via the ICM are urgent payment orders.

4.   In the case of urgent and normal payment orders, the payer may change the priority via the ICM with immediate effect. It shall not be possible to change the priority of a highly urgent payment order.”

(7)

L-Artikolu 15(4) jinbidel kif ġej:

“4.   After receipt of the reservation request the ECB shall check whether the amount of liquidity on the participant’s PM account is sufficient for the reservation. If this is not the case, only the liquidity available on the PM account shall be reserved. The remainder of the requested liquidity shall be reserved if additional liquidity becomes available.”

(8)

Jiddaħħal l-Artikolu 15a li ġej:

“Article 15a

Standing instructions for liquidity reservation and dedication of liquidity

1.   Participants may predefine the default amount of liquidity reserved for highly urgent or urgent payment orders via the ICM. Such standing instruction or a change to such instruction shall take effect from the next business day.

2.   Participants may predefine via the ICM the default amount of liquidity set aside for ancillary system settlement. Such standing instruction or a change to such instruction shall take effect from the next business day. Participants shall be deemed to have instructed the ECB to dedicate liquidity on their behalf if the relevant ancillary system so requests.”

(9)

L-Artikolu 19 jinbidel kif ġej:

“Article 19

Settlement and return of queued payment orders

1.   Payment orders that are not settled immediately in the entry disposition shall be placed in the queues in accordance with the priority to which they were designated by the relevant participant, as referred to in Article 13.

2.   To optimise the settlement of queued payment orders, the ECB may use the optimisation procedures described in Appendix I.

3.   Except for highly urgent payment orders, the payer may change the queue position of payment orders in a queue (i.e. reorder them) via the ICM. Payment orders may be moved either to the front or to the end of the respective queue with immediate effect at any time during daytime processing, as referred to in Appendix V.

4.   At the request of a payer, the ECB may decide to change the queue position of a highly urgent payment order (except for highly urgent payment orders in the context of settlement procedures 5 and 6) provided that this change would not affect the smooth settlement by ancillary systems in TARGET2 or would not otherwise give rise to systemic risk.

5.   Liquidity transfer orders initiated in the ICM shall be immediately returned as non-settled if there is insufficient liquidity. Other payment orders shall be returned as non-settled if they cannot be settled by the cut-off times for the relevant message type, as specified in Appendix V.”

(10)

Fl- Artikolu 31, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu kif ġej:

“2.   The ECB shall freeze the balance on the sub-account of the participant upon communication by the ancillary system (via a ‘start-of-cycle’ message). Where applicable, the ECB shall thereafter increase or reduce the frozen balance by crediting or debiting cross-system settlement payments to or from the sub-account or crediting liquidity transfers to the sub-account or crediting liquidity transfers to the sub-account. Such freezing shall expire upon communication by the ancillary system (via an ‘end-of-cycle’ message).

3.   By confirming the freezing of the balance on the participant’s sub-account, the ECB guarantees to the ancillary system payment up to the amount of this particular balance. By confirming, where applicable, the increase or reduction of the frozen balance upon crediting or debiting cross-system settlement payments to or from the sub-account or crediting liquidity transfers to the sub-account, the guarantee is automatically increased or reduced in the amount of the payment. Without prejudice to the abovementioned increase or reduction of the guarantee, the guarantee shall be irrevocable, unconditional and payable on first demand. If the ECB is not the ancillary system’s CB, the ECB shall be deemed instructed to issue the abovementioned guarantee to the ancillary system’s CB.”

L-Appendiċi I hija emendata kif ġej:

(1)

Il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-tabella fis-subparagrafu 1 tinbidel kif ġej:

“Message Type

Type of use

Description

MT 103

Mandatory

Customer payment

MT 103+

Mandatory

Customer payment (Straight Through Processing)

MT 202

Mandatory

Bank-to-bank payment

MT 202COV

Mandatory

Cover payments

MT 204

Optional

Direct debit payment

MT 011

Optional

Delivery notification

MT 012

Optional

Sender notification

MT 019

Mandatory

Abort notification

MT 900

Optional

Confirmation of debit

MT 910

Optional

Confirmation of credit

MT 940/950

Optional

(Customer) statement message”

(b)

Jiżdied is-subparagrafu 5 li ġej:

“(5)

MT 202COV messages shall be used for making cover payments, i.e. payments made by correspondent banks to settle (cover) credit transfer messages which are submitted to a customer’s bank by other, more direct means. Customer details contained in MT 202COV shall not be displayed in the ICM.”

(2)

Il-paragrafu 8 huwa emendat kif ġej:

Is-subparagrafu 4(b) jinbidel kif ġej:

“(b)   User-to-application mode (U2 A)

U2 A permits direct communication between a participant and the ICM. The information is displayed in a browser running on a PC system (SWIFT Alliance WebStation or another interface, as may be required by SWIFT). For U2 A access the IT infrastructure has to be able to support cookies and JavaScript. Further details are described in the ICM User Handbook.”

Is-subparagrafu 5 jinbidel kif ġej:

“(5)

Each participant shall have at least one SWIFT Alliance WebStation, or another interface, as may be required by SWIFT, to have access to the ICM via U2 A.”

L-Appendiċi II hija emendata kif ġej:

Il-paragrafu 2(a) jinbidel kif ġej:

“(a)

A payer may submit a claim for an administration fee and interest compensation if, due to a technical malfunction of TARGET2, a payment order was not settled on the business day on which it was accepted.”

L-Appendiċi III hija emendata kif ġej:

Fit-termini ta’ referenza għall-opinjonijiet tal-pajjiż għall-parteċipanti mhux taż-ŻEE fit-TARGET2, il-paragrafu 3.6.a jinbidel kif ġej:

“3.6.a   Assignment of rights or deposit of assets for collateral purposes, pledge and/or repo

Assignments for collateral purposes will be valid and enforceable under the laws of [jurisdiction]. Specifically, the creation and enforcement of a pledge or repo under the Rules will be valid and enforceable under the laws of [jurisdiction].”

L-Appendiċi IV hija emendata kif ġej:

Il-paragrafu 1(b) jinbidel kif ġej:

“(b)

All references to specific times in this Appendix are to the local time at the seat of the ECB, i.e. Central European Time (CET) (**).

L-Appendiċi V hija emendata kif ġej:

“Appendix V

OPERATING SCHEDULE

1.

TARGET2 is open on all days, except Saturdays, Sundays, New Year’s Day, Good Friday and Easter Monday (according to the calendar applicable at the seat of the ECB), 1 May, Christmas Day and 26 December.

2.

The reference time for the system is the local time at the seat of the ECB, i.e. CET or CEST.

3.

The current business day is opened during the evening of the previous business day and operates to the following schedule:

Time

Description

6.45 - 7.00

Business window to prepare daytime operations (***)

7.00 - 18.00

Daytime processing

17.00

Cut-off time for customer payments (i.e. payments where the originator and/or the beneficiary of a payment is not a direct or indirect participant as identified in the system by the use of an MT 103 or MT 103 + message)

18.00

Cut-off time for interbank payments (i.e. payments other than customer payments)

18.00 – 18.45 (****)

End-of-day processing

18.15 (****)

General cut-off time for the use of standing facilities

(Shortly after) 18.30 (*****)

Data for the update of accounting systems are available to CBs

18.45 - 19.30 (*****)

Start-of-day processing (new business day)

19.00 (*****) - 19.30 (****)

Provision of liquidity on the PM account

19.30 (*****)

‘Start-of-procedure’ message and settlement of the standing orders to transfer liquidity from the PM accounts to the sub-account(s)/mirror account (ancillary system-related settlement)

19.30 (*****) - 22.00

Execution of additional liquidity transfers via the ICM before the ancillary system sends the ‘start-of-cycle’ message; settlement period of night-time ancillary system operations (only for ancillary system settlement procedure 6)

22.00 - 1.00

Technical maintenance period

1.00 - 6.45

Settlement procedure of night-time ancillary system operations (only for ancillary system settlement procedure 6)

4.

The ICM is available for liquidity transfers from 19.30 (1) until 18.00 the next day, except during the technical maintenance period from 22.00 until 1.00.

5.

The operating hours may be changed in the event that business continuity measures are adopted in accordance with paragraph 5 of Appendix IV.


(***)  Daytime operations means daytime processing and end-of-day processing.

(****)  Ends 15 minutes later on the last day of the Eurosystem reserve maintenance period.

(*****)  Starts 15 minutes later on the last day of the Eurosystem reserve maintenance period.


III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

20.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/45


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/769/PESK

tad-19 ta’ Ottubru 2009

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK dwar il-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK dwar il-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea mwettqa fil-qafas tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo) (1).

(2)

Fit-23 ta’ Ġunju 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/485/PESK (2) li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK sat-30 ta’ Ġunju 2009.

(3)

Fil-15 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/466/PESK (3) li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK sat-30 ta’ Ġunju 2010. L-Azzjoni Konġunta 2009/466/PESK ipprevediet li l-Kunsill għandu jistabbilixxi ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid sabiex ikopri n-nefqa marbuta mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Novembru 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010.

(4)

Huwa meħtieġ sforz rinnovat u aktar b’saħħtu biex tiġi miġġielda l-persistenza tal-vjolenza sesswali u l-impunità fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, speċjalment fir-Reġun tal-Lvant. Għal dan il-għan, għandu jsir provvediment sabiex il-missjoni tiskjera persunal speċjalizzat sabiex issaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza sesswali u l-impunità.

(5)

Il-mandat ta’ din il-Missjoni qiegħed jitwettaq f’kuntest ta’ sigurtà li jista’ jkun li jiddeterjora u jkun ta’ ħsara għall-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) kif definit fl-Artikolu 11 tat-Trattat.

(6)

L-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK għandha tiġi rispettivament emendata.

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2(1), għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-missjoni ser tappoġġa r-RSS fil-qasam tal-pulizija u tar-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja. Permezz ta’ azzjoni ta’ monitoraġġ, ta’ ġestjoni u ta’ konsulenza u b’enfasi fuq id-dimensjoni strateġika, EUPOL RD Congo għandha:

tikkontribwixxi għar-riforma u għar-ristrutturazzjoni tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNK) b’appoġġ għall-istabbiliment ta’ forza tal-pulizija vijabbli, professjonali u multietnika/integrata b’kont meħud tal-importanza tal-pulizija lokali mal-pajjiż kollu, bl-involviment dirett tal-awtoritajiet Kongoliżi fil-proċess;

tikkontribwixxi għat-titjib tal-interazzjoni bejn il-pulizija u s-sistema tal-ġustizzja kriminali f’sens wiesgħa;

tikkontribwixxi għall-iżgurar tal-konsistenza tal-isforzi kollha tar-RSS, b’manjiera komprensivas, inkluż permezz tal-appoġġ tal-ġlieda kontra l-vjolenza sesswali u l-impunità;

taġixxi f’interazzjoni mill-qrib mal-EUSEC RD Congo u l-proġetti tal-Kummissjoni, u u tikkoordina l-azzjoni tagħha mal-isforzi internazzjonali l-oħra fil-qasam tar-riforma tal-pulizija u tas-sistema tal-ġustizzja kriminali;

tikkontribwixxi għall-aspetti marbuta mal-pulizija kif ukoll mas-sessi, mad-drittijiet tal-bniedem u t-tfal u l-konflitti armati tal-proċess ta’ paċi fir-RDK tal-Lvant u speċjalment lir-rabta tagħha mal-proċess ta’ riforma tal-PNC.”

(2)

L-Artikolu 2 (3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-missjoni għandu jkollha ċellula ta’ riċerka sabiex jiġu identifikati u implimentati proġetti. Il-missjoni għandha tagħti pariri lill-Istati Membri u lill-Istati terzi u tikkoordina u tiffaċilita, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, l-implimentazzjoni tal-proġetti tagħhom f’oqsma li huma ta’ interess għall-missjoni u ta’ appoġġ għall-objettivi tagħha”.

(3)

L-Artikolu 3(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-missjoni għandu jkollha preżenza permanenti f’Goma u Bukavu, fil-parti tar-RDK tal-Lvant, sabiex twassal assistenza u kompetenza lill-proċess ta’ stabbilizzazzjoni fil-lvant tar-RDK. Persunal speċjalizzat addizjonali fil-qasam tal-investigazzjoni kriminali, inkluż il-ġlieda kontra l-vjolenza sesswali għandu jiġi skjerat f’Goma u Bukavu, iżda l-qasam ta’ kompetenza tiegħu għandu jkopri t-territorju sħiħ tar-RDK u l-post tas-servizz tiegħu jista’ jvarja skont it-tibdil fis-sitwazzjoni lokali u l-kondizzjonijiet ta’ sigurtà. Huwa għandu jkun taħt l-awtorità diretta tal-Viċi Kap tal-Missjoni inkarigat bl-Operazzjonijiet.”

(4)

Fl-Artikolu 3(3), għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(g)

esperti assenjati għall-investigazzjoni kriminali, inkluż il-ġlieda kontra l-vjolenza sesswali”.

(5)

Fl-Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja intiż biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Novembru 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 għandu jkun ta’ EUR 5 150 000.”

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Luxembourg, id-19 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU L 151, 13.6.2007, p. 46.

(2)  ĠU L 164, 25.6.2008, p. 44.

(3)  ĠU L 151, 16.6.2009, p. 40.