ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2009.269.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 269 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
Werrej |
|
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
|
||
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009 tat-13 ta’ Ottubru 2009 dwar sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda għal għanijiet nutrittivi speċifiċi fl-oġġetti tal-ikel għal użi nutrittivi partikolari ( 1 ) |
|
|
* |
||
|
|
|
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
|
2009/754/KE |
|
|
* |
||
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
|
2009/755/KE |
|
|
* |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
14.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 269/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 951/2009
tad-9 ta’ Ottubru 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ l-‘Istatut’), u partikolarment l-Artikolu 5.4 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (3),
Wara li ġie kkonsultat il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,
Filwaqt li jaġixxi f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 107(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u fl-Artikolu 42 tal-Istatut,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (4) huwa komponent importanti fil-qafas legali li jappoġġa il-kompiti tal-ġbir ta’ informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) assistit mill-banek ċentrali nazzjonali. Il-BĊE konsistentement serraħ fuqu sabiex iwettaq u jissorvelja l-ġbir koordinat ta’ informazzjoni statistika neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ). |
(2) |
Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 jinżamm bħala strument effettiv għall-BĊE sabiex iwettaq il-kompiti tal-ġbir ta’ informazzjoni statistika tas-SEBĊ u sabiex tiġi garantita d-disponibbiltà kontinwa għall-BĊE ta’ informazzjoni statistika tal-kwalità neċessarja u li tkopri l-firxa kollha tal-kompiti tas-SEBĊ huwa essenzjali li jiġi rivedut l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rappurtar li jimponi l-imsemmiRegolament. F’dan il-kuntest, hemm bżonn li tingħata attenzjoni mhux biss għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u għall-indipendenza tagħha, iżda wkoll għall-prinċipji ta’ statistika stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(3) |
Huwa neċessarju li r-Regolament (KE) Nru 2533/98 jiġi emendat sabiex il-BĊE jkun jista’ jiġbor informazzjoni statistika neċessarja sabiex jitwettqu l-kompiti tas-SEBĊ imsemmijin fit-Trattat. Għaldaqstant, l-għanijiet għalfejn tista’ tinġabar informazzjoni statistika għandhom jinkludu wkoll il-kumpilazzjoni tal-informazzjoni makro-prudenzjali neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ taħt l-Artikolu 105 tat-Trattat. |
(4) |
Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rappurtar neċessarji għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ għandu jieħu kont ukoll tal-iżviluppi strutturali fis-swieq finanzjarji u jindirizza rekwiżiti ta’ informazzjoni statistika relatati li kienu jidhru inqas meta ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 2533/98. Għal dik ir-raġuni, huwa neċessarju li jiġi permess il-ġbir ta’ informazzjoni statistika mis-settur kollu ta’ korporazzjonijiet finanzjarji, u partikolarment mingħand minn korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u l-fondi tal-pensjoni li jirrappreżentaw it-tieni l-akbar sottosettur tal-korporazzjonijiet finanzjarji fiż-żona tal-euro f’termini ta’ assi finanzjarji. |
(5) |
Sabiex tkun tista’ ssir il-kumpilazzjoni kontinwa ta’ statistika dwar bilanċi ta’ ħlas ta’ kwalità suffiċjenti, huwa neċessarju li jiġu ċċarati r-rekwiżiti ta’ rappurtar imposti b’konnessjoni mad-data dwar il-pożizzjonijiet u t-transazzjonijiet kollha bejn ir-residenti ta’ Stati Membri parteċipanti. |
(6) |
Ir-riċerkaturi għandhom bżonn dejjem akbar ta’ aċċess għal informazzjoni statistika kunfidenzjali li ma tippremettix identifikazzjoni diretta sabiex jiġu analizzati u miftiehma l-iżviluppi fis-setturi u fost il-pajjiżi. Għalhekk, huwa importanti li l-BĊE u l-Banek Ċentrali Nazzjonali jitħallew jagħtu aċċess lil korpi ta’ riċerka xjentifika għal tali informazzjoni statistika dettaljata fil-livell tas-SEBĊ, waqt li jinżammu salvagwardji stretti ta’ kunfidenzjalità. |
(7) |
Sabiex jitnaqqas il-piż ta’ rappurtar u sabiex jiġu żgurati l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni effiċjenti ta’ statistika ta’ kwalità għolja, u t-twettiq kif suppost tal-kompiti tas-SEBĊ, il-BĊE jagħti prijorità lill-ħtiġijiet statistiċi u jivvaluta l-piż ta’ rappurtar. Għall-istess raġuni, huwa neċessarju li jiġi permess l-użu massimu ta’ informazzjoni eżistenti, stħarriġiet, data amministrattiva, reġistri statistiċi u sorsi oħra disponibbli, inkluż l-iskambu ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali fi ħdan is-SEBĊ u mas-Sistema Statistika Ewropea (SSE). |
(8) |
L-istatistika Ewropea hija żviluppata, prodotta u disseminata kemm mis-SEBĊ kif ukoll mis-SSE iżda taħt oqfsa legali separati, li jirriflettu l-istrutturi ta’ governanza rispettivi tagħhom. Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 għandu għalhekk japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (5). |
(9) |
L-istatistika Ewropea hija żviluppata, prodotta u disseminata mis-SEBĊ konformement mal-prinċipji statistiċi tal-imparzjalità, l-oġġettività, l-indipendenza professjonali, il-kost-effettività, il-kunfidenzjalità statistika, il-minimizzazzjoni tal-piż ta’ rappurtar u r-riżultati ta’ kwalità għolja, inkluża l-affidabbiltà. Dawn il-prinċipji huma definiti u elaborati ulterjorment aktar mill-BĊE u ppubblikati fuq is-sit elettroniku tiegħu bħala impenn pubbliku rigward l-istatistika Ewropea prodotta mis-SEBĊ. Dawn il-prinċipji huma simili għall-prinċipji statistiċi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 223/2009. |
(10) |
L-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta’ statistika Ewropea għandhom jieħdu kont tal-aħjar prattika u l-istandards statistiċi Ewropej u internazzjonali rilevanti. |
(11) |
F’konformità mal-Artikolu 5.1 tal-Istatut, is-SEBĊ u s-SSE jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw il-koerenza neċessarja għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta’ statistika Ewropea. B’mod partikolari, is-SEBĊ u s-SSE jikkooperaw meta jelaboraw il-prinċipji statistiċi tagħhom stess, meta jfasslu l-programmi ta’ ħidma statistiċi rispettivi tagħhom u meta jaħdmu biex inaqqsu l-piż ta’ rispons ġenerali. Għal dan il-għan l-iskambju ta’ informazzjoni adattata relatata mal-programmi ta’ ħidma tas-SEBĊ u s-SSE bejn il-kumitati rilevanti tas-SEBĊ u s-SSE, kif ukoll bejn il-BĊE u l-Kummissjoni, huwa ta’ importanza partikolari sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji ta’ kooperazzjoni tajba u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni fil-ġbir ta’ informazzjoni statistika. |
(12) |
Il-membri tas-SEE jeħtieġu parti mid-data miġbura mis-SEBĊ għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta’ statistika Ewropea fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Għandhom għalhekk jiġu stabbiliti arranġamenti adatti sabiex id-data rispettiva tkun disponibbli għall-membri tas-SSE. |
(13) |
Barra minn dan, huwa importanti li tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib bejn is-SEBĊ u s-SSE, u notevolment sabiex jitrawwem l-iskambju ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali bejn iż-żewġ sistemi għal għanijiet statistiċi, fid-dawl tal-Artikolu 285 tat-Trattat u l-Artikolu 5 tal-Istatut. |
(14) |
Sabiex titjieb it-trasparenza, l-istatistika miġbura abbażi tal-informazzjoni statistika miġbura mill-istituzzjonijiet tas-settur finanzjarju mis-SEBĊ għandhom ikunu disponibbli pubblikament iżda għandu jkun iggarantit livell għoli ta’ protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali. |
(15) |
L-informazzjoni statistika kunfidenzjali miġbura u fornuta lil membru tas-SEBĊ minn awtoritià tas-SSE m’għandhiex tintuża għal għanijiet li mhumiex esklussivament statistiċi, bħal għal għanijiet amministrattivi jew ta’ taxxa jew proċedimenti legali jew għall-għanijiet imsemmijin fl-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98. F’dan ir-rigward, huwa neċessarju li tiġi żgurata l-protezzjoni fiżika u loġika ta’ din l-informazzjoni statistika u kunfidenzjali u jiġi żgurat li ma jseħħ l-ebda żvelar illegali jew użu għal għanijiet mhux statistiċi. |
(16) |
Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (6) daħal fis-seħħ u jeħtieġ li jkun hemm konformita’ miegħu fl-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika mis-SEBĊ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 huwa emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:
|
2. |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
3. |
L-Artikolu li ġej huwa inserit wara l-Artikolu 2: “Artikolu 2a Kooperazzjoni mas-SSE Sabiex jiġi minimizzat il-piż ta’ rappurtar u tiġi garantita l-koerenza neċessarja sabiex tiġi prodotta l-istatistika Ewropea, is-SEBĊ u s-SSE għandhom jikkooperaw mill-qrib, filwaqt li jikkonformaw mal-prinċipji statistiċi stabbiliti fl-Artikolu 3a.” |
4. |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Modalitajiet għad-definizzjoni tar-rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku Meta jiddefinixxi u jimponi r-rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku tiegħu, il-BĊE għandu jispeċifika l-popolazzjoni attwali ta’ rappurtar fil-limiti tal-popolazzjoni ta’ rappurtar ta’ referenza kif definit fl-Artikolu 2. Mingħajr preġudizzju għat-twettiq tar-rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku tiegħu, il-BĊE:
Qabel jadotta regolament kif imsemmi fl-Artikolu 5 rigward statistika ġdida, il-BĊE għandu jivvaluta l-merti u l-ispejjeż tal-ġbir tal-informazzjoni statistika ġdida inkwistjoni. B’mod partikolari huwa għandu jieħu kont tal-karatteristiċi speċifiċi tal-ġbir, id-daqs tal-popolazzjoni ta’ rappurtar u l-perjodiċità, u l-informazzjoni statistika diġà miżmuma mill-awtoritajiet jew l-amministraturi statistiċi.” |
5. |
L-Artikolu li ġej huwa inserit wara l-Artikolu 3: “Artikolu 3a Prinċipji statistiċi sottostanti l-istatistiċi Ewropej prodotti mis-SEBĊ L-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea mis-SEBĊ għandhom ikunu rregolati mill-prinċipji ta’ imparzjalità, oġġettività, indipendenza professjonali, kost-effettività, kunfidenzjalità statistika, minimizzazzjoni tal-piż ta’ rappurtar u riżultati ta’ kwalità għolja, inkluża l-affidabbiltà, u d-definizzjonijiet ta’ dawn il-prinċipji għandhom jiġu adottati, elaborati u ppubblikati mill-BĊE. Dawn il-prinċipji huma simili għall-prinċipji statistiċi tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ MArzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (**). |
6. |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 Protezzjoni u użu ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali miġbura mis-SEBĊ Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw sabiex jiġu pprevenuti l-użu illegali u l-iżvelar ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali pprovduta mill-aġent ta’ rappurtar jew minn persuna ġuridika jew fiżika, entità jew fergħa oħra lil membru tas-SEBĊ jew trasmessa fis-SEBĊ.
Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċjali nazzjonali jew Komunitarji rigward it-trasmissjoni ta’ informazzjoni għajr informazzjoni statistika kunfidenzjali lill-BĊE u m’għandhomx japplikaw għal tagħrif statistiku kunfidenzjali trasmess inizjalment bejn awtorità SSE u membru tas-SEBĊ, għal liema għandu japplika l-Artikolu 8a. Dan l-Artikolu m’għandux jipprevjeni li informazzjoni statistikakunfidenzjali miġbura għal għanijiet għajr, jew bħala addizzjonali, sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku tal-BĊE milli tintuża sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet l-oħrajn.” |
7. |
L-Artikoli li ġejjin huma inseriti wara l-Artikolu 8: “Artikolu 8a Skambju ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali bejn is-SEBĊ u s-SSE 1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-iskambju ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali għajr informazzjoni imsemmija f’dan ir-Regolament, it-trasmissjoni ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali bejn membru tas-SEBĊ li ġabar dik l-informazzjoni u awtorità tas-SSE tista’ sseħħ dment li din it-trasmissjoni hija neċessarja għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew id-disseminazzjoni effiċjenti jew sabiex tiżdied il-kwalità ta’ statistika Ewropea fl-isfera rispettiva ta’ kompetenza tas-SSE u tas-SEBĊ u li din in-neċessità tkun ġiet ġustifikata. 2. Kwalunkwe trasmissjoni ulterjuri wara l-ewwel trasmissjoni għandha tiġi espliċitament awtorizzata mill-awtorità li ġabret dik l-informazzjoni. 3. Informazzjoni statistika kunfidenzjali li hija trasmessa bejn awtorità tas-SEE u membru tas-SEBĊ m’għandhiex tintuża għal għanijiet li m’humiex esklussivament statistiċi, bħal għal għanijiet amministrattivi jew ta’ taxxa jew proċedimenti legali jew għall-għanijiet imsemmijin fl-Artikoli 6 u 7. 4. Informazzjoni statistika li l-membri tas-SEBĊ jirċievu mill-awtoritajiet tas-SSE u li nkisbet minn sorsi legalment disponibbli għall-pubbliku u li tibqa’ disponibbli għall-pubbliku skont il-leġislazzjoni nazzjonali m’għandhiex titqies kunfidenzjali għall-fini tad-disseminazzjoni tal-istatistika miksuba minn din l-informazzjoni statistika. 5. Il-membri tas-SEBĊ, fl-isferi ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, għandhom jieħdu l-miżuri regolatorji, amministrattivi, tekniċi u organizzattivi kollha neċessarji sabiex jiżguraw l-protezzjoni fiżika u loġika tal-informazzjoni statistika kunfidenzjali (kontroll tal-iżvelar statistiku) ipprovdut mill-awtoritajiet tas-SSE. 6. Informazzjoni statistika kunfidenzjali pprovduta mill-awtoritajiet SSE għandha tkun aċċessibbli biss għal persunal li jaħdem f’attivitajiet statistiċi fl-oqsma ta’ ħidma speċifiċi tagħhom. Dawn il-persuni għandhom jużaw din id-data esklussivament għal finijiet statistiċi. Huma għandhom ikunu soġġetti għal din ir-restrizzjoni anke wara t-tmiem tal-funzjonijiet tagħhom. 7. L-Istati Membri u l-BĊE għandhom jieħdu l-miżuri adatti sabiex jipprevjenu u jippenalizzaw kwalunkwe ksur tal-protezzjoni tal-informazzjoni statistika kunfidenzjali prevista mill-awtoritajiet tas-SSE. Artikolu 8b Rapport ta’ kunfidenzjalità Il-BĊE għandu jippubblika rapport ta’ kunfidenzjalità annwali dwar il-miżuri adottati sabiex tiġi salvagwardjata l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni statistika msemmija fl-Artikoli 8 u 8a. Artikolu 8c Protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali dwar individwi Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (***) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (****). Artikolu 8d Aċċess għal rekords amministrattivi Sabiex jitnaqqas il-piż fuq il-parteċipanti, il-banek ċentrali nazzjonali u l-BĊE għandhom ikollhom aċċess għal sorsi rilevanti ta’ data amministrattiva fis-sistemi amministrattivi pubbliċi rispettivi, sal-punt li din id-data hija neċessarja għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea. L-arranġamenti prattiċi u l-kondizzjonijiet għall-kisba ta’ aċċess effettiv għandhom jiġu determinati fejn neċessarju minn kull Stat Membru u l-BĊE, fl-isferi ta’ kompetenza rispettivi tagħhom. Din id-data għandha tintuża mill-membri tas-SEBĊ esklussivament għal għanijiet statistiċi.’ |
8. |
L-Annessi A u B huma mħassra. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
Å. TORSTENSSON
(1) ĠU C 251, 3.10.2008, p. 1.
(2) Opinjoni mogħtija fl-24 ta’ Marzu 2009 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Opinjoni mogħtija fit-13 ta’ Jannar 2009 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(5) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
14.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 269/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 952/2009
tat-13 ta’ Ottubru 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Ottubru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
77,2 |
MK |
24,8 |
|
TR |
100,7 |
|
ZZ |
67,6 |
|
0707 00 05 |
TR |
88,3 |
ZZ |
88,3 |
|
0709 90 70 |
TR |
97,8 |
ZZ |
97,8 |
|
0805 50 10 |
AR |
81,2 |
CL |
77,4 |
|
TR |
74,3 |
|
US |
79,7 |
|
UY |
55,5 |
|
ZA |
74,6 |
|
ZZ |
73,8 |
|
0806 10 10 |
BR |
195,6 |
TR |
105,2 |
|
US |
186,7 |
|
ZZ |
162,5 |
|
0808 10 80 |
BR |
63,1 |
CL |
86,9 |
|
NZ |
74,7 |
|
ZA |
83,0 |
|
ZZ |
76,9 |
|
0808 20 50 |
CN |
56,8 |
TR |
92,6 |
|
ZA |
89,8 |
|
ZZ |
79,7 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
14.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 269/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 953/2009
tat-13 ta’ Ottubru 2009
dwar sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda għal għanijiet nutrittivi speċifiċi fl-oġġetti tal-ikel għal użi nutrittivi partikolari
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari,
Billi:
(1) |
Għadd ta' sustanzi nutrittivi bħall-vitamini, il-minerali, l-aċidi amini u oħrajn jistgħu jiġu miżjuda mal-ikel għal użi nutrittivi partikolari sabiex jiġi aċċertat li l-ħtiġijiet nutrittivi partikolari tal-persuni li għalihom huma maħsuba dan l-oġġetti tal-ikel jintlaħqu u/jew sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti legali stabbiliti f'direttivi speċifiċi adottati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/39/KE. Il-lista ta' dawk is-sustanzi kienet stabbilietha d-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/15/KE tal-15 ta' Frar 2001 dwar sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda għal skopijiet nutrittivi speċifiċi fl-ikel għal tipi ta' użu nutrittivi partikolari (2) u, wara xi rikjesti mressqa minn partijiet interessati, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari vvalutat għadd ta' sustanzi ġodda, u għaldaqstant, dik il-lista għandha tiġi kompluta u aġġornata. Barra minn hekk, jixraq li jiġu introdotti speċifikazzjonijiet għal xi sustanzi minerali u vitamini sabiex dawn jiġu identifikati. |
(2) |
Mhux possibbli li s-sustanzi nutrittivi jiġu definiti bħala grupp distint għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, u lanqas li tiġi elenkata, f'dan l-istadju, lista eżawrjenti tal-kategoriji kollha ta' sustanzi nutrittivi li jistgħu jiġi miżjuda fl-oġġetti tal-ikel għal użi nutrittivi partikolari. |
(3) |
Il-varjetà ta' oġġetti tal-ikel għal tipi ta' użu nutrittivi partikolari hija estensiva u diversifikata ħafna u l-proċessi teknoloġiċi użati għall-manifattura tagħhom huma varji. Minħabba f'hekk, l-aktar għażla estensiva ta' sustanzi li jistgħu jintużaw b'mod sikur fil-manifattura tal-oġġetti tal-ikel għal użi nutrittivi partikolari għandha tkun disponibbli għall-kategoriji ta' sustanzi nutrittivi li għandhom jiġu elenkati f'dan ir-Regolament. |
(4) |
L-għażla tas-sustanzi għandha tissejjes qabelxejn fuq is-sikurezza tagħhom u għaldaqstant fuq id-disponibbiltà tagħhom għall-użu mill-bnedmin u fuq il-karatteristiċi organolettiċi u teknoloġiċi tagħhom. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fid-dispożizzjonijiet applikabbli għal kategoriji speċifiċi ta' oġġetti tal-ikel, l-inklużjoni ta' sustanzi fil-lista ta' dawk li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta' oġġetti tal-ikel għal użi nutrittivi partikolari ma tfissirx li ż-żieda tagħhom f'dawk l-oġġetti tal-ikel hija neċessarja jew mixtieqa. |
(5) |
Fejn iż-żieda ta' sustanza nutrittiva ġiet meqjusa bħala neċessarja, din ġiet stipulata minn regoli speċifiċi fid-direttivi speċifiċi relevanti flimkien mal-kundizzjonijiet kwantitattivi xierqa, skont kif ikun il-każ. |
(6) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe regoli speċifiċi jew fil-każ ta' oġġetti tal-ikel għal użi nutrittivi partikolari li mhumiex koperti minn direttivi speċifiċi, is-sustanzi nutrittivi għandhom jintużaw sabiex jimmanifatturaw prodotti li huma konformi mad-definizzjoni tat-tali prodotti u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti nutrittivi partikolari tal-persuni li għalihom ikunu maħsuba. Il-prodotti inkwistjoni għandhom ukoll ikunu sikuri meta użati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. |
(7) |
Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-lista ta' sustanzi nutrittivi li jistgħu jintużaw fil-manifattura tal-formuli tat-trabi (infant formulae) u l-formuli tal-prosegwiment (follow-on formulae) u ta' ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għall-età infantili u t-tfal żgħar huma stabbiliti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment u li jemenda d-Direttiva 1999/21/KE (3), u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta' Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (4). Għaldaqstant dawk id-dispożizzjonijiet ma jeħtiġilhomx jiġu rripetuti f'dan ir-Regolament. |
(8) |
Għadd ta' sustanzi nutrittivi jistgħu jiżdiedu għal skopijiet teknoloġiċi bħala addittivi, sustanzi li jagħtu l-kulur, ħwawar jew tali użi oħra inklużi prattiċi u proċessi enoloġiċi awtorizzati previsti mil-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti. F'dan il-kuntest jiġu adottati speċifikazzjonijiet għalihom fil-livell Komunitarju. Jixraq li dawk l-ispeċifikazzjonijiet ikunu jgħoddu għal dawk is-sustanzi jkun xi jkun l-iskop għall-użu tagħħom fl-oġġetti tal-ikel. |
(9) |
Sakemm jiġu addottati l-kriterji ta' purezza għall-bqija tas-sustanzi fuq il-livell Komunitarju, u sabiex jiġi aċċertat livell għoli ta' ħarsien għas-saħħa pubblika, għandhom jgħoddu kriterji ta' purezza ġeneralment aċċettabbli rrakkomandati minn organizzazzjonijiet jew aġenziji internazzjonali inklużi iżda mhux limitati għall-Kumitat Espert Konġunt tal-FAO/WHO dwar l-Addittivi tas-saħħa (JECFA) u l-EUP (Farmakopea Ewropea). L-Istati Membri għandhom jitħallew iżommu regoli nazzjonali li jistabbilixxu kriterji ta' purezza aktar stretti, bla ħsara għar-regoli stabbiliti fit-Tratttat. |
(10) |
Xi nutrimenti speċifiċi jew id-derivattivi tagħhom ġew identifikati bħala speċifikament meħtieġa għall-manifattura ta' xi oġġetti tal-ikel li jappartjenu għall-grupp ta' oġġetti tal-ikel għal skopijiet mediċi speċjali u l-użu potenzjali tagħhom għandu jiġi riżervat għall-manifattura ta' dawn il-prodotti. |
(11) |
Għal għanijiet ta' ċarezza, id-Direttiva 2001/15/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/6/KE tal-20 ta’ Jannar 2004 li tidderoga mid-Direttiva 2001/15/KE biex tipposponi l-applikazzjoni tal-projbizzjoni tal-kummerċ ta' ċerti prodotti (5) għandhom jiġu rrevokati sabiex joħdilhom posthom dan ir-Regolament. |
(12) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ambitu
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-oġġetti tal-ikel għal użi nutrittivi partikolari, bl-esklużjoni ta' dawk koperti mid-Direttiva 2006/125/KE u d-Direttiva 2006/141/KE.
Artikolu 2
Sustanzi eliġibbli
1. Fost is-sustanzi li jappartjenu għall-kategoriji li jidhru fl-Anness għal dan ir-Regolament, dawk elenkati f'dak l-Anness biss, li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti kif ikun meħtieġ jistgħu jiġu miżjuda għal għanijiet nutrittivi speċifiċi fil-manifattura tal-oġġetti tal-ikel għal użi nutrittivi partikolari koperti mid-Direttiva 2009/39/KE.
2. Bla ħsara għar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), sustanzi li ma jappartjenux għall-kategoriji li jidhru fl-Anness għal dan ir-Regolament jistgħu wkoll jiġu miżjuda għal għanijiet nutrittivi speċifiċi fil-manifattura ta oġġetti tal-ikel għal użi nutrittivi partikolari.
Artikolu 3
Rekwiżiti ġenerali
1. L-użu ta' sustanzi miżjuda għal għanijiet nutrittivi speċifiċi għandu jirriżulta fil-manifattura ta' prodotti sikuri li jissodisfaw ir-rekwiżiti nutrittivi partikolari tal-persuni li għalihom ikunu maħsuba, kif stabbilit minn informazzjoni xjentifika ġeneralment aċċettata.
2. Fuq rikjesta mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2009/39/KE, il-manifattur jew, fejn jixraq, l-importatur għandu jipproduċi l-ħidma xjentifika u d-dejta li tistabbilixxi li l-użu tas-sustanzi jkun konformi mal-paragrafu 1. Jekk dawn il-ħidma u dejta jkunu jinsabu f'pubblikazzjoni faċilment disponibbli, sempliċi referenza għal dik il-pubblikazzjoni tkun biżżejjed.
Artikolu 4
Rekwiżiti speċifiċi għal sustanzi elenkati fl-Anness
1. L-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandu jkun konformi ma' kwalunkwe dispożizzjonijiet speċifiċi dwar dawk is-sustanzi li jistgħu jiġu stabbiliti f'direttivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/39/KE.
2. Il-kriterji dwar il-purezza stabbiliti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja li japplikaw għas-sustanzi elenkati fl-Anness meta dawn jintużaw fil-manifattura ta' oġġetti tal-ikel għal għanijiet oħra għajr dawk koperti minn dan ir-Regolament għandhom ukoll japplikaw għal dawk is-sustanzi meta jintużaw għall-għanijiet koperti minn dan ir-Regolament.
3. Għal sustanzi elenkati fl-Anness li għalihom ma ġewx stabbiliti kriterji ta' purezza mil-leġiżlazzjoni Komunitarja, u sakemm jiġu adottati t-tali speċifikazzjonijiet, għandhom japplikaw kriterji ta' purezza ġeneralment aċċettabli rakkomandati minn entitajiet internazzjonali. Regoli nazzjonali li jiffissaw kriterji ta' purezza iktar stretti jistgħu jinżammu.
Artikolu 5
Revoki
Id-Direttiva 2001/15/KE u d-Direttiva 2004/6/KE huma rrevokati b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2009.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 124, 20.5.2009, p. 21.
(2) ĠU L 52, 22.2.2001, p. 19.
(3) ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1.
(4) ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16.
(5) ĠU L 15, 22.1.2004, p. 31.
ANNESS
Sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda għal skopijiet nutrittivi speċifiċi fl-oġġetti tal-ikel għal użi nutrittivi partikolari
Għall-iskopijiet ta' din id-tabella:
— |
“Ikel dietetiku” tfisser oġġetti tal-ikel għal użi nutrittivi partikolari inklużi oġġetti tal-ikel għal skopijiet mediċi speċjali imma bl-esklużjoni tal-formoli tat-trabi, il-formoli ta' prosegwiment, l-oġġeti tal-ikel proċessati bbażati fuq iċ-ċereali u l-oġġetti tal-ikel tat-trabi maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar. |
— |
“Oġġetti tal-ikel għal skopijiet mediċi speċjali” tfisser oġġetti tal-ikel dietetiċi għal għanijiet mediċi speċjali kif imfisser fid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE tal-25 ta' Marzu 1999 dwar l-ikel dietetiku għal skopijiet mediċi speċjali (1). |
Sustanza |
Kondizzjoni għall-użu |
|
Ikel Dietetiku |
Oġġetti tal-ikel għal skopijiet mediċi speċjali |
|
Kategorija 1. Vitamini |
||
VITAMINA A |
||
retinol |
x |
|
aċetat tar-retinil |
x |
|
palmitat tar-retinil |
x |
|
beta-karoten |
x |
|
VITAMINA D |
||
kolekalċiferol |
x |
|
ergokalċiferol |
x |
|
VITAMINA E |
||
D-alfa-tokoferol |
x |
|
DL-alfa-tokoferol |
x |
|
aċetat ta' D-alfa-tokoferil |
x |
|
aċetat ta' DL-alfa-tokoferil |
x |
|
suċċinat aċidu ta' D-alfa-tokoferil |
x |
|
suċċinat glikolu-1000 poli-etilina ta' D-alfa-tokoferil (TPGS) |
|
x |
VITAMINA K |
||
fillokinona (fitomenadjona) |
x |
|
menakinona (2) |
x |
|
VITAMINA B1 |
||
idroklorur tat-tijamina |
x |
|
mononitrat tat-tijamina |
x |
|
VITAMINA B2 |
||
riboflavin |
x |
|
riboflavin 5'-fosfat, sodju |
x |
|
NIJAĊINA |
||
aċidu nikotiniku |
x |
|
nikotinamida |
x |
|
AĊIDU PANTOTENIKU |
||
D-pantotenat, kalċju |
x |
|
D-pantotenat, sodju |
x |
|
dekspantenol |
x |
|
VITAMINA B6 |
||
idroklorur tal-piridossina |
x |
|
piridossina 5'-fosfat |
x |
|
dipalmitat tal-piridossina |
x |
|
FOLAT |
||
aċidu pterojlmonoglutamiku |
x |
|
L-metilfolat tal-kalċju |
x |
|
VITAMINA B12 |
||
ċjanokobalamina |
x |
|
idrossokobalamina |
x |
|
BIJOTINA |
||
D-bijotina |
x |
|
VITAMINA Ċ |
||
aċidu L-assorbiku |
x |
|
L-assorbat tas-sodju |
x |
|
L-assorbat tal-kalċju |
x |
|
L-assorbat tal-potassju |
x |
|
L-assorbil 6-palmitat |
x |
|
Kategorija 2. Minerali |
||
KALĊJU |
||
karbonat tal-kalċju |
x |
|
klorur tal-kalċju |
x |
|
imluħ tal-kalċju tal-aċidu ċitriku |
x |
|
glukonat tal-kalċju |
x |
|
gliċerofosfat tal-kalċju |
x |
|
lattat tal-kalċju |
x |
|
imluħ tal-kalċju tal-aċidu ortofosforiku |
x |
|
idrossidu tal-kalċju |
x |
|
ossidu tal-kalċju |
x |
|
sulfat tal-kalċju |
x |
|
bisgliċinat tal-kalċju |
x |
|
malat ċitrat tal-kalċju |
x |
|
malat tal-kalċju |
x |
|
L-pidolat tal-kalċju |
x |
|
MANJEŻJU |
||
aċetat tal-manjeżju |
x |
|
karbonat tal-manjeżju |
x |
|
klorur tal-manjeżju |
x |
|
imluħ tal-manjeżju tal-aċidu ċitriku |
x |
|
glukonat tal-manjeżju |
x |
|
gliċerofosfat tal-manjeżju |
x |
|
imluħ tal-manjeżju tal-aċidu ortofosforiku |
x |
|
laktat tal-manjeżju |
x |
|
idrossidu tal-manjeżju |
x |
|
ossidu tal-manjeżju |
x |
|
sulfat tal-manjeżju |
x |
|
L-aspartat tal-manjeżju |
|
x |
bisglikinat tal-manjeżju |
x |
|
L-pidolat tal-manjeżju |
x |
|
ċitrat tal-potassju tal-manjeżju |
x |
|
ĦADID |
||
karbonat ferruż |
x |
|
ċitrat ferruż |
x |
|
ċitrat ferriku tal-ammonju |
x |
|
glukonat ferruż |
x |
|
fumarat ferruż |
x |
|
difosfat ferriku tas-sodju |
x |
|
laktat ferruż |
x |
|
sulfat ferruż |
x |
|
difosfat ferriku (pirofosfat ferriku) |
x |
|
sakkarat ferriku |
x |
|
ħadid elementari (karbonil + elettrolitiku + idroġenu mnaqqas) |
x |
|
bisglikinat ferruż |
x |
|
L-pidolat ferruż |
x |
|
RAM |
||
karbonat tar-ram |
x |
|
ċitrat tar-ram |
x |
|
glukonat tar-ram |
x |
|
sulfat tar-ram |
x |
|
kumpless ram-lisin |
x |
|
JODJU |
||
jodur tal-potassju |
x |
|
jodat tal-potassju |
x |
|
jodur tas-sodju |
x |
|
jodat tas-sodju |
x |
|
ŻINGU |
||
aċetat taż-żingu |
x |
|
klorur taż-żingu |
x |
|
ċitrat taż-żingu |
x |
|
glukonat taż-żingu |
x |
|
laktat taż-żingu |
x |
|
ossidu taż-żingu |
x |
|
karbonat taż-żingu |
x |
|
sulfat taż-żingu |
x |
|
bisglikinat taż-żingu |
x |
|
MANGANIŻ |
||
karbonat tal-manganiż |
x |
|
klorur tal-manganiż |
x |
|
ċitrat tal-manganiż |
x |
|
glukonat tal-manganiż |
x |
|
gliċerofosfat tal-manganiż |
x |
|
sulfat tal-manganiż |
x |
|
SODJU |
||
il-bikarbonat tas-sodju |
x |
|
karbonat tas-sodju |
x |
|
klorur tas-sodju |
x |
|
ċitrat tas-sodju |
x |
|
glukonat tas-sodju |
x |
|
laktat tas-sodju |
x |
|
idrossidu tas-sodju |
x |
|
imluħ tas-sodju tal-aċidu ortofosforiku |
x |
|
POTASSJU |
||
bikarbonat tal-potassju |
x |
|
karbonat tal-potassju |
x |
|
klorur tal-potassju |
x |
|
ċitrat tal-potassju |
x |
|
glukonat tal-potassju |
x |
|
gliċerofosfat tal-potassju |
x |
|
laktat tal-potassju |
x |
|
idrossidu tal-potassju |
x |
|
imluħ tal-potassju tal-aċidu ortofosforiku |
x |
|
ċitrat tal-potassju tal-manjeżju |
x |
|
SELENJU |
||
selenat tas-sodju |
x |
|
idroġenu selenit tas-sodju |
x |
|
selenit tas-sodju |
x |
|
ħmira arrikkita bis-selenju (3) |
x |
|
KROMJU (III) |
||
klorur tal-kromju (III) u l-eżaidrat tiegħu |
x |
|
sulfat tal-kromju (III) u l-eżaidrat tiegħu |
x |
|
MOLIBDENU (VI) |
||
molibdata tal-ammonju |
x |
|
molibdata tas-sodju |
x |
|
FLORIN |
||
fluworidu tal-potassju |
x |
|
fluworidu tas-sodju |
x |
|
BORON |
||
borat tas-sodju |
x |
|
aċidu boriku |
x |
|
Kategorija 3. Aċidi amino |
||
L-alanina |
x |
|
L-arġinina |
x |
|
L-aċidu aspartiku |
|
x |
L-ċitrullina |
|
x |
L-ċisteina |
x |
|
Ċistina |
x |
|
L-istidina |
x |
|
L-aċidu glutamiku |
x |
|
L-glutamina |
x |
|
gliċina |
|
x |
L-iżolewċina |
x |
|
L-lewċina |
x |
|
L-liżina |
x |
|
aċetat tal-L-liżina |
x |
|
L-metjonina |
x |
|
L-ornitina |
x |
|
L-fenilalanina |
x |
|
L-prolina |
|
x |
L-treonina |
x |
|
L-triptofanina |
x |
|
L-tirosina |
x |
|
L-valina |
x |
|
L-serina |
|
x |
L-arġinina-L-aspartat |
|
x |
L-liżina-L-aspartat |
|
x |
L-liżina-L-glutamat |
|
x |
N-aċetil-L-ċisteina |
|
x |
N-aċetil-L-metjonina |
|
x fil-prodotti maħsuba għal persuni ta' età 'l fuq minn sena |
Għall-aċidi amino, safejn japplika, anki l-imluħ tas-sodju, il-potassju, il-kalċju u l-manjeżju kif ukoll l-idrokloruri tagħhom jistgħu jintużaw |
|
|
Kategorija 4. Karnitina u tawrina |
||
L-karnitina |
x |
|
idroklorur tal-L-karnitina |
x |
|
tawrina |
x |
|
L-karnitina-L-tartrat |
x |
|
Kategorija 5. Nukleotidi |
||
aċidu 5'-fosforiku adenożin (AMP) |
x |
|
imluħ tas-sodju tal-AMP |
x |
|
Aċidu 5'-monofosforiku ċitidin (CMP) |
x |
|
imluħ tas-sodju tas-CMP |
x |
|
aċidu 5'-fosforiku gwanożin (GMP) |
x |
|
imluħ tas-sodju tal-GMP |
x |
|
aċidu 5'-fosforiku inożin (IMP) |
x |
|
imluħ tas-sodju tal-IMP |
x |
|
aċidu 5'-fosforiku uridin (UMP) |
x |
|
imluħ tas-sodju tal-UMP |
x |
|
Kategorija 6. Kolin u inożitol |
||
kolin |
x |
|
klorur tal-kolin |
x |
|
bitartrat tal-kolin |
x |
|
ċitrat tal-kolin |
x |
|
inożitol |
x |
|
(2) Menakinona li sseħħ prinċipalment bħala menakinona-7 u, sa ċertu ammont żgħir, menakinona-6.
(3) Ħmira arrikkita bis-selenju prodotta mit-tkabbir fil-preżenza ta' selenit tas-sodju bħala sors tas-selenju u li jkun fih, fil-forma mnixxfa kif imqiegħed fis-suq, mhux iktar minn 2.5 mg Se/g. L-ispeċi predominanti tas-selenju organiku preżenti fil-ħmira hija selenometjonina (bejn 60 u 85 % tat-total tal-selenju estratt fil-prodott). Il-kontenut tal-komponenti ta' selenju organiku inkluż selenoċisteina m'għandux jaqbeż l-10 % tat-total ta' selenju estratt. Il-livelli ta' selenju organiku normalment m'għandhomx jaqbżu 1 % tat-total ta' selenju estratt.
14.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 269/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 954/2009
tat-13 ta’ Ottubru 2009
li jemenda għall-114-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi finanzjarji oħrajn fir-rigward tat-Taliban tal-Afganistan (1), u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1)tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestru ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. Huwa jinkludi lis-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi u lis-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi, li kienu elenkati fl-2002 (2) u fl-2003 (3) rispettivament. |
(2) |
Kull persuna naturali kkonċernata kkontestat id-deċiżjoni tal-elenkar magħmula fir-rigward tagħha. Il-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet il-kontestazzjonijiet tagħhom (4). L-appelli fil-konfront tas-sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza għadhom pendenti fil-Qorti tal-Ġustizzja (5). |
(3) |
Skont il-ġurisprudenza riċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja (6), il-Kumitat tan-NU għas-Sanzjonijiet kontra l-Al Qaida u t-Taliban ipprovda, fir-Rebbiegħa tal-2009, ir-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tiegħu li jelenka lis-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi u lis-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi. Il-Kummissjoni ppublikat avviżi (7) għall-attenzjoni tal-persuni kkonċernati sabiex tinfurmahom li l-Kumitat tan-NU għas-Sanzjonijiet kontra l-Al Qaida u t-Taliban ipprovda r-raġunijiet għall-elenkar, li jkunu komunikati meta mitlubin bl-iskop li jagħtuhom l-opportunità li jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar dawn ir-raġunjiet. Ġew mibgħutin komunikazzjonijiet fl-indirizzi li huma inklużi fl-annotazzjonijiet relevanti. Barra minn hekk, bil-komunikazzjonijiet datati 24 ta' Ġunju 2009, ir-raġunijiet għall-elenkar ġew notifikati lil kull waħda mill-persuni kkonċernati, fl-indirizz tal-avukat tagħha, sabiex jingħataw l-opportunità li jikkummentaw u jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar dawn ir-raġunjiet. |
(4) |
Il-Kummissjoni rċiviet kummenti mingħand is-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi u mingħand is-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi u analizzat dawn il-kummenti. |
(5) |
Il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi, imfassla mill-Kumitat tan-NU għas-Sanzjonijiet kontra l-Al Qaida u t-Taliban, fil-preżent tinkludi lis-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi u lis-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi. |
(6) |
Wara kunsiderazzjoni dettaljata tal-kummenti li waslu mingħand is-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi f'ittra datata 23 ta' Lulju 2009, u minħabba n-natura preventiva tal-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi, il-Kummissjoni tikkonsidra li l-elenkar tas-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi huwa ġustifikat għal raġunijiet tal-assoċjazzjoni tiegħu man-netwerk ta' Al-Qaida. |
(7) |
Wara kunsiderazzjoni dettaljata tal-kummenti li waslu mingħand is-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi f'ittra datata 16 ta' Lulju 2009, u minħabba n-natura preventiva tal-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi, il-Kummissjoni tikkonsidra li l-elenkar tas-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi huwa ġustifikat għal raġunijiet tal-assoċjazzjoni tiegħu man-netwerk ta' Al-Qaida. |
(8) |
Fid-dawl ta' dan, id-deċiżjonijiet tal-elenkar li jikkonċernaw lis-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi u lis-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi għandhom jiġu sostitwiti mid-deċiżjonijiet il-ġodda li jikkonfermaw l-inklużjoni tagħhom fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002. |
(9) |
Dawn id-deċiżjonijiet ġodda għandhom japplikaw mit-30 ta' Mejju 2002 fir-rigward tas-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi u mill-21 ta' Novembru 2003 fir-rigward tas-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi, u minħabba n-natura preventiva tal-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi taħt ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 u l-ħtieġa li jiġu protetti l-interessi leġittimi tal-operaturi ekonomiċi, li qed jistrieħu fuq id-deċiżjonijiet magħmulin fl-2002 u l-2003. |
(10) |
Il-Kumitat tas-Sanzjonijiet emenda d-dejta tal-identifikazzjoni li tirrigwarda s-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayad fis-16 ta' Settembru 2008 u fit-23 ta' Marzu 2009. L-informazzjoni ppubblikata (8) li tikkonċerna s-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi għandha għaldaqstant tiġi aġġornata. |
(11) |
Il-Kumitat tas-Sanzjonijiet emenda d-dejta tal-identifikazzjoni li tikkonċerna lis-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi fil-11 ta' Awwissu 2008, fit-30 ta' Jannar 2009 u fit-13 ta' Frar 2009. L-informazzjoni ppubblikata (9) li tikkonċerna lis-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi għandha tiġi aġġornata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-30 ta' Mejju 2002 fir-rigward tas-Sur Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi u mill-21 ta' Novembru 2003 fir-rigward tas-Sur Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Karel KOVANDA
Aġent Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 881/2002.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2049/2003 (ĠU L 303, 21.11.2003, p. 20).
(4) Kawżi T-253/02 u T-49/04, rispettivament.
(5) Kawżi C-403/06 P u C-399/06 P, rispettivament.
(6) Sentenza tat-3 ta' Settembru 2008 fil-Kawżi Konġunti C-402/05 P u C-415/05 P, Yassin Abdullah Kadi u Fundazzjoni Internazzjonali Al Barakaat v. Il-Kunsill tal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ir-Rapporti tal-Qorti Ewropea 2008, p. I-6351.
(7) ĠU C 145, 25.6.2009, p. 21 u ĠU C 105, 7.5.2009, p. 31.
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1210/2006 (ĠU L 219, 10.8.2006, p. 14).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 46/2008 (ĠU L 16, 19.1.2008, p. 11).
ANNESS
Fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-annotazzjonijiet li jikkonċernaw lil Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi u lil Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi taħt l-intestatura “Persuni Naturali” huma kkonfermati u emendati u għandhom ikunu kif ġej:
(1) |
Shafiq Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Ayadi (magħruf ukoll bħala (a) Ayadi Chafiq Bin Muhammad, (b) Ben Muhammad Ayadi Chafik, (c) Ben Muhammad Aiadi, (d) Ben Muhammad Aiady, (e) Ayadi Shafig Ben Mohamed, (f) Ayadi Chafig Ben Mohamed, (g) Chafiq Ayadi, (h) Chafik Ayadi, (i) Ayadi Chafiq, (j) Ayadi Chafik, (k) Ajadi Chafik, (l) Abou El Baraa). Indirizz: (a) Helene Meyer Ring 10-1415-80809, Munich, il-Ġermanja; (b) 129 Park Road, Londra NW8, l-Ingilterra; (c) 28 Chaussee de Lille, Mouscron, il-Belġju; (d) 20 Provare Street Sarajevo, il-Bożnja u l-Ħerzegovina(l-aħħar indirizz reġistrat fil-Bożnja); (e) Dublin, l-Irlanda. Data tat-twelid: (a) 21.3.1963 (b) 21.1.1963. Post tat-twelid: Sfax, it-Tuneżija. Ċittadinanza: Tuneżina. Numru tal-passaport: (a) E423362 (passaport Tuneżin maħruġ f'Islamabad fil-15.5.1988, li skada fl-14.5.1993), (b) 0841438 (passaport tal-Bożnja u l-Ħerzegovina maħruġ fit-30.12.1998, li skada fit-30.12.2003), (c) 0898813 (passaport tal-Bożnja u l-Ħerzegovina, maħruġ fit-30.12.1999 f'Sarajevo, il-Bożnja u l-Ħerzegovina), (d) 3449252 (passaport tal-Bożnja u l-Ħerzegovina maħruġ fit-30.5.2001 mill-Uffiċċju Konsolari tal-Bożnja u l-Ħerzegovina f'Londra, li skada fit-30.5.2006). Numru nazzjonali ta' identifikazzjoni: 1292931. Tagħrif ieħor: (a) L-indirizz Belġjan ta' hawn fuq huwa Kaxxa Postali. L-awtoritajiet Belġjani jiddikjaraw li din il-persuna qatt ma rresidiet fil-Belġju; (b) Huwa rappurtat li qed jgħix f'Dublin, l-Irlanda; (c) Isem il-missier huwa Mohamed, u isem l-omm huwa Medina Abid; (d) Assoċjat mal-Fundazzjoni Iżlamika Al-Haramain; (e) Iċ-ċittadinanza tal-Bożnja u l-Ħerzegovina ġiet irtirata f'Lulju 2006 u m'għandu l-ebda dokument ta' identifikazzjoni validu tal-Bożnja u l-Ħerzegovina. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): 17.10.2001. |
(2) |
Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi (magħruf ukoll bħala (a) Mohamed Abdulla Imad, (b) Muhamad Abdullah Imad, (c) Imad Mouhamed Abdellah, (d) Faraj Farj Hassan Al Saadi, (e) Hamza Al Libi, (f) Abdallah Abd al-Rahim). Indirizz: (a) Leicester, ir-Renju Unit (is-sitwazzjoni f'Jannar 2009); (b) Viale Bligny 42, Milan, l-Italja (Imad Mouhamed Abdellah). Data tat-twelid: 28.11.1980. Post tat-twelid: (a) Il-Jamahiriya Għarbija Libjana, (b) Gaża (Mohamed Abdulla Imad), (c) il-Ġordan (Mohamed Abdullah Imad), (d) il-Palestina (Imad Mouhamed Abdellah). Ċittadinanza: Libjana. Tagħrif ieħor: Residenti fir-Renju Unit f'Jannar 2009. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): 12.11.2003. |
14.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 269/23 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 955/2009
tat-13 ta’ Ottubru 2009
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2009 (4). |
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Ottubru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(3) ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.
(4) ĠU L 268, 13.10.2009, p. 3.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-14 ta’ Ottubru 2009
(EUR) |
||
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
1701 11 10 (1) |
34,12 |
1,05 |
1701 11 90 (1) |
34,12 |
4,67 |
1701 12 10 (1) |
34,12 |
0,92 |
1701 12 90 (1) |
34,12 |
4,37 |
1701 91 00 (2) |
37,22 |
6,62 |
1701 99 10 (2) |
37,22 |
3,17 |
1701 99 90 (2) |
37,22 |
3,17 |
1702 90 95 (3) |
0,37 |
0,30 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Il-Kunsill
14.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 269/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-24 ta’ Settembru 2009
li taħtar membru Spanjol u membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2009/754/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,
Billi:
(1) |
Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1). |
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Juan José IBARRETXE MARKUARTU sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Iñaki AGUIRRE ARIZMENDI sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:
(a) |
bħala membru:
u |
(b) |
bħala membru supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
M. OLOFSSON
(1) ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.
Il-Kummissjoni
14.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 269/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Ottubru 2009
dwar l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament għal azzjoni preparatorja rigward il-postijiet ta’ kontroll għall-2009
(2009/755/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 49(6)(b) u l-Artikolu 75(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ir-“Regoli Implimentattivi”), u b’mod partikolari l-Artikolu 90 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar Pjan ta’ Azzjoni Komunitarja dwar il-Protezzjoni u l-Benesseri tal-Annimali 2006-2010 (3) jidentifika bħala qasam wieħed ta’ azzjoni t-titjib tal-istandards minimi attwali għall-protezzjoni u l-benesseri tal-annimali skont evidenza xjentifika ġdida u valutazzjonijiet soċjo-ekonomiċi kif ukoll l-iżgurar ta’ infurzar effiċjenti. |
(2) |
Sabiex jittejjeb il-benesseri ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali li jinġarru, il-leġiżlazzjoni Komunitarja tistabbilixxi rekwiżiti dwar il-ħinijiet massimi tal-ivvjaġġar, li kif jiskadu l-annimali għandhom jinħattu, jintgħalfu u jingħataw l-ilma u jistrieħu. Waqfiet obligatorji ta’ dan it-tip waqt il-ġarr tal-annimali fuq distanzi twal iseħħu f’postijiet tal-kontroll, kif imfissra fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/97 tal-25 ta’ Ġunju 1997 dwar kriterji tal-Komunità għal postijiet ta’ waqfien u li jemenda l-pjan ta’ rotta msemmi fl-Anness tad-Direttiva 91/628/KEE (4). |
(3) |
Iż-żieda fil-ġarr tal-annimali bit-trakkijiet fi vjaġġi twal kabbar il-ħtieġa li jittejbu l-postijiet tal-kontroll. Hemm ħtieġa li jiġu determinati, permezz ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-għarfien tekniku espert tagħhom, il-kriterji ta’ kwalità għall-postijiet ta’ kontroll u liema strateġiji għandhom jiġu żviluppati fi ħdan il-Komunità biex jittejjeb l-użu tagħhom mit-trasportaturi. |
(4) |
Barra minn hekk, hemm nuqqas ta’ postijiet ta’ kontroll f’ċerti lokalitajiet u għadd ta’ postijiet ta’ kontroll eżistenti għandhom standards baxxi ta’ kwalità. Għaldaqstant għandha sseħħ azzjoni preparatorja li tinkludi l-bini jew it-tiġdid ta’ ċerti postijiet ta’ kontroll. |
(5) |
Fl-2008, il-Kummissjoni ppubblikat sejħa għal proposti għal azzjoni preparatorja simili, iżda l-ebda waħda mill-proposti li rċeviet ma ssodisfat l-kriterji minimi tas-sejħa, minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni suffiċjenti dwar il-vijabbiltà ekonomika tal-proġetti kif ukoll is-sors tal-kofinanzjament. |
(6) |
Jixraq li jiġi pprovdut finanzjament Komunitarju għal dik l-azzjoni preparatorja. Fil-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej għall-2009, l-awtorità baġitarja allokat EUR 4 000 000 għal azzjoni preparatorja dwar il-postijiet ta’ kontroll. |
(7) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi deċiżjoni finanzjarja fit-tifsira tal-Artikolu 75(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u skont l-Artikolu 90 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002. |
(8) |
Skont l-Artikolu 83 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, il-validazzjoni, l-awtorizzazzjoni u l-ħlas tan-nefqa għandhom isiru fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fir-Regoli Implimentattivi. |
(9) |
Għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, jixraq li jitfisser it-terminu “bidla sostanzjali”, fit-tifsira tal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-azzjoni preparatorja, kif iffissata fl-Anness, (“l-azzjoni preparatorja”) hija permezz ta’ dan adottata.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandha tapplika d-definizzjoniji ta’ “post ta’ waqfien” fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/97.
Artikolu 3
Il-kontribuzzjoni massima tal-Komunità għall-implimentazzjoni tal-azzjoni preparatorja hija ffissata għal EUR 4 000 000 li għandhom jiġu ffinanzjati mill-linja tal-baġit 17 04 03 03 tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej għall-2009.
Artikolu 4
1. L-uffiċjal awtorizzanti jista’ jadotta kwalunke bidliet għal din id-Deċiżjoni li ma jitqiesux sostanzjali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, skont il-prinċipji ta’ amministrazzjoni finanzjarja soda u tal-proporzjonalità.
2. Bidliet kumulattivi tal-allokazzjonijiet għall-azzjonijiet koperti mill-azzjoni preparatorja li ma jaqbżux l-10 % tal-kontribuzzjoni massima prevista mill-Artikolu 3 ma għandhomx jitqiesu bħala sostanzjali fit-tifsira tal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, sakemm dawn ma jaffettwawx b’mod sinifikanti n-natura u l-għan tal-azzjoni preparatorja.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.
(3) COM(2006) 13 finali.
ANNESS
AZZJONI PREPARATORJA DWAR IL-POSTIJIET TA’ KONTROLL GĦALL-2009
1.1. Introduzzjoni
Din l-azzjoni preparatorja fiha żewġ miżuri implimentattivi għall-2009. Abbażi tal-objettivi mogħtija fl-azzjoni preparatorja, l-allokazzjoni tal-baġit u l-azzjonijiet ewlenin huma kif ġej:
— |
għal akkwisti (implimentata f’maniġment ċentralizzat dirett): EUR 200 000 |
— |
għal għotjiet (implimentata f’maniġment ċentralizzat dirett jew skont maniġment ċentralizzat indirett jekk id-delega ssir lil aġenziji eżekuttivi): EUR 3 800 000 |
1.2. Akkwisti: Valutazzjoni tal-fattibbiltà ta’ skema ta’ ċertifikazzjoni għal postijiet ta’ kontroll ta’ kwalità għolja
L-ammont baġitarju globali riżervat għall-kuntratti ta’ akkwisti fl-2009 jammonta għal EUR 200 000.
BAŻI LEGALI
Azzjoni preparatorja skont it-tifsira tal-Artikolu 49(6)(b) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.
LINJA BAĠITARJA
17 04 03 03
NUMRU INDIKATTIV U TIP TA’ KUNTRATTI PREVISTI
Studju wieħed għall-valutazzjoni tal-fattibbiltà ta’ skema ta’ ċertifikazzjoni tal-postijiet tal-kontroll.
SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI
L-objettivi tal-istudju għandhom ikunu l-ġbir ta’ informazzjoni dwar l-istatus attwali tal-postijiet tal-kontroll u l-użu tagħhom fil-Komunità biex jiġi valutat liema kriterji ta’ kwalità jkunu jiddefinixxu l-postijiet tal-kontroll ta’ kwalità għolja. L-istudju għandu jistħarreġ ukoll il-fattibbiltà ta’ skema ta’ ċertifikazzjoni għal dan it-tip ta’ postijiet tal-kontroll.
IMPLIMENTAZZJONI
L-implimentazzjoni għandha titwettaq direttament mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi.
QAFAS TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWISTI
It-twettiq tal-istudju huwa previst li ma jtawwalx aktar minn sitt xhur u għandu jsir fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ qafas. Ir-rikjesti għal servizzi għandhom jitnedew wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
KUNTRATT SPEĊIFIKU
L-istudju għandu jitwettaq permezz tal-kuntratt ta’ valutazzjoni ta’ qafas 2009-2013 tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi: Rif/Valutazzjoni tal-kuntratti, evalwazzjoni tal-impatt u servizzi relatati; Lot 3, Katina Alimentari SANCO/2008/01/055 Lot 3.
1.3. Għotjiet għall-bini jew it-tiġdid tal-postijiet tal-kontroll
L-għotjiet għandhom jingħataw permezz ta’ ftehim bil-miktub (“ftehim tal-għotja”).
BAŻI LEGALI
Azzjoni preparatorja skont it-tifsira tal-Artikolu 49(6)(b) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.
LINJA BAĠITARJA
17 04 03 03
IL-PRIJORITAJIET TAS-SENA, L-OBJETTIVI LI GĦANDHOM JINTLAĦQU U R-RIŻULTATI PREVISTI
Iż-żieda fil-ġarr tal-annimali bit-trakkijiet fi vjaġġi twal kabbar il-ħtieġa għal postijiet tal-kontroll imtejba fejn l-annimali jkunu jistgħu jistrieħu. Fl-interess tas-saħħa u l-benesseri tal-annimali jeħtieġ li jiddaħħlu miżuri speċifiċi biex jiġu evitati l-istress fuq l-annimali u t-tixrid tal-mard infettiv. L-objettiv tal-azzjoni huwa ż-żieda fl-użu tal-postijiet tal-kontroll u t-tħeġġiġ ta’ postijiet tal-kontroll ta’ kwalità għolja.
DESKRIZZJONI U OBJETTIV TAL-MIŻURA IMPLIMENTATTIVA
L-azzjoni għandha tikkonsisti fil-bini jew it-tiġdid ta’ postijiet tal-kontroll ta’ kwalità għolja biex tiġi vvalidata skema ta’ ċertifikazzjoni sperimentali msejsa fuq ir-riżultati tal-istudju tal-fattibbiltà. L-azzjoni mistennija tħeġġeġ skema ta’ ċertifikazzjoni vijabbli ekonomikament għal postijiet tal-kontroll ta’ kwalità għolja biex jittejjeb il-benesseri tal-annimali li jinġarru fi vjaġġi twal.
IMPLIMENTAZZJONI
L-implimentazzjoni għandha titwettaq direttament mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi.
SKEDA TA’ ŻMIEN U AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-PROPOSTI/GĦOTJA DIRETTA
Għandha tiġi ppubblikata sejħa waħdanija għall-proposti ta’ EUR 3 800 000. L-azzjoni għandha titwettaq fi żmien 24 xahar wara l-iffirmar tal-ftehim tal-għotja. Is-sejħa għall-proposti għandha titnieda wara li jitlesta l-istudju dwar il-valutazzjoni tal-fattibbiltà, imsemmi fit-Taqsima 1.2.
RATA MASSIMA POSSIBBLI TA’ KOFINANZJAMENT
70 %
Il-KRITERJI ESSENZJALI TAL-GĦAŻLA U TAL-GĦOTJA
— |
Il-kriterji tal-għażla:
|
— |
Il-kriterji għall-għotja:
|
IL-FORMA TAL-GĦOTJA
Ftehim bil-miktub
Rettifika
14.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 269/30 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 687/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-pussess ta’ ċereali mill-aġenziji li jħallsu jew l-aġenziji tal-intervent u li jippreskrivi l-metodi tal-analiżi sabiex jistabbilixxu l-kwalità fiċ-ċereali (Verżjoni kodifikata)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 192 tad-19 ta’ Lulju 2008 )
F’paġna 41, fl-Anness V, fil-punt 7.7:
minflok:
“P = 0,25 P fejn:”;
aqra:
“p = 0,25 P fejn:”.