ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.249.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 249

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
23 ta' Settembru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 871/2009 tat-22 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 872/2009 tat-18 ta’ Settembru 2009 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

23.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 871/2009

tat-22 ta’ Settembru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Settembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

36,7

ZZ

36,7

0707 00 05

MK

33,2

TR

125,1

ZZ

79,2

0709 90 70

TR

108,8

ZZ

108,8

0805 50 10

AR

102,0

CL

113,6

TR

91,7

UY

117,8

ZA

85,7

ZZ

102,2

0806 10 10

EG

104,8

IL

115,4

TR

85,8

ZZ

102,0

0808 10 80

AR

62,2

BR

113,8

CL

62,5

NZ

80,6

US

85,4

ZA

73,6

ZZ

79,7

0808 20 50

CN

45,1

TR

120,5

ZA

70,3

ZZ

78,6

0809 30

TR

118,9

US

243,3

ZZ

181,1

0809 40 05

IL

112,9

TR

90,9

ZZ

101,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


23.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 872/2009

tat-18 ta’ Settembru 2009

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hu neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanizja msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella li tinsab fl-Anness għandha tkun ikklassifikata taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2, għar-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3 ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li għandha x'taqsam mal-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mfassla fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjonil

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Xeddijiet tas-saqajn bil-pettijiet tan-naħa ta’ barra tal-plastik u parti ta’ fuq magħmula minn ċineg, imwaħħlin mal-pett fi tliet punti.

Il-parti ta’ fuq testendi min-naħa tax-xellug tal-pett għan-naħa tal-lemin. L-arkata ffurmata minn din il-parti ta’ fuq hi mwaħħla wkoll mal-pett permezz ta’ ċinga li testendi min-nofs l-arkata l-isfel lejn il-pett biex tifred is-swaba’.

Il-parti ta’ fuq tax-xedd tas-saqajn inkwistjoni hi magħmula minn bosta folji ta' materjali differenti.

Iż-żewġ ċineg li jiffurmaw l-arkata huma magħmulin minn folja ta’ tessut (iċ-ċineg tat-tessut T1 u T2 fir-ritratti) li fuqha hi meħjuta folja ġilda (iż-żewġ ċineg tal-ġilda C1 fir-ritratti). Fuq din il-ġilda hi meħjuta folja iżgħar oħra tal-ġilda (iż-żewġ ċineg tal-ġilda C2 fir-ritratti) b’ħajta tat-tessut b’kulur li jgħajjat. Bejn il-folja tat-tessut (T1/T2) u l-folja tal-ġilda (C1) huma mdaħħlin żewġ ċineġ li ma jidhrux (tal-plastik) (iċ-ċinga A fir-ritratt 646 D), waħda f’kull naħa tal-arkata.

F’nofs l-arkata ż-żewġ ċineg tat-tessut (T1 u T2) u l-erba’ ċineg tal-ġilda (C1 u C2) huma meħjuta flimkien b’ħajta waħda (ara ir-ritratt 646 C).

F’nofs l-arkata, ċ-ċinga tat-tessut li tissepara is-swaba’ ddur mal-materjali kollha tal-arkata li ġew imsemmija qabel, billi tifforma ħolqa madwarhom (iċ-ċinga tat-tessut T3 fir-ritratti). Iċ-ċinga tat-tessut hi parzjalment mikxufa.

Fuq din il-ħolqa tat-tessut, f’nofs l-arkata, hemm biċċa rettangolari tal-ġilda li hi meħjuta fuq il-ħolqa tat-tessut u l-materjali tal-arkata li huma msemmija hawn fuq (il-biċċa rettangolari tal-ġilda C3 fir-ritratti).

Fuq in-naħa tax-xellug u tal-lemin tal-arkata, fil-punt fejn hu ffissat mal-pett, bosta miċ-ċineg li jiffurmaw l-arkata huma mdaħħlin u mwaħħlin mal-pett bil-kolla. Iżda fejn iċ-ċineg tal-ġilda C1 jiddaħħlu fil-qiegħ bi kważi 1 cm biss tat-tul tagħhom u ċ-ċineg tal-ġilda C2 jiddaħħlu bi kważi 5 mm biss tat-tul tagħhom, iċ-ċineg tat-tessut T1 u T2 jiddaħħlu fil-pett b’ 5 cm tat-tul tagħhom (ara r-ritratt 646 E).

sandli “b’ċinga dejqa”

(Ara r-ritratti nri 646 A, 646 B, 646 C, 646 D u 646 E) (*)

6404 19 90

Il-klassifikazzjoni hi determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 4(a)(b) tal-Kapitolu 64, Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 64 u l-kliem tal-kodiċi NM 6404 , 6404 19 u 6404 19 90 .

Il-biċċa rettangolari tal-ġilda C3 issaħħaħ iċ-ċinga tat-tessut ċentrali T3 u żżejjen ukoll iż-żarbun. B’hekk, meta jiġi identifikat il-materjal kostitwenti tal-wiċċ, ma għandu jiġi kkunsidrat l-ebda tisħiħ/aċċessorju fit-tifsira tan-Nota 4(a) fil-Kapitolu 64.

Iż-żewġ ċineg żgħar tal-ġilda C2 huma meħjuta, b’ħajta tat-tessut li hi ta’ tiżjin u ta’ kulur jgħajjat, maċ-ċineg tal-ġilda C1 jintużaw primarjament għal raġunijiet ta’ tiżjin u, b’hekk, huma kkunsidrati bħala aċċessorji fit-tifsira tan-Nota 4(a) tal-Kapitolu 64.

F’nofs l-arkata ż-żewġ ċineg tat-tessut (T1 u T2) u ż-żewġ ċineg tal-ġilda (C1) huma meħjuta flimkien b’ħajta waħda b’mod li turi li t-tessut u l-ġilda huma tal-istess importanza biex isir il-wiċċ. Madankollu, il-fatt li ċ-ċineg tat-tessut (T1 u T2) biss huma mdaħħla kif xieraq fil-pett – mhux bħaċ-ċineg tal-ġilda C1-, juri li ċ-ċineg tat-tessut biss jiffissaw il-wiċċ (l-arkata) mal-pett. B’hekk, iċ-ċineg tat-tessut T1 u T2 ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala inforra, iżda huma l-materjal kostitwenti tal-wiċċ fit-tifsira tan-Nota 4(a) tal-Kapitolu 64, fejn iċ-ċineg tal-ġilda C1 isaħħu biss iċ-ċineg tat-tessut T1 u T2 u mhumiex kkunsidrati bħala materjal kostitwenti tal-wiċċ.

Iż-żewġ ċineg A li ma jidhrux huma mdaħħlin kollha kemm huma bejn iċ-ċinga tal-ġilda C1 u ċ-ċinga tat-tessut T1/T2 tul ż-żewġ naħat tal-arkata. Peress li huma bejn u iżgħar miċ-ċineg tal-ġilda (C1) u ċ-ċineg tat-tessut (T1/T2), huma ma jfixklux il-funzjoni ta’ tisħiħ taċ-ċineg tal-ġilda C1.

Iċ-ċinga tat-tessut ċentrali T3 li tifred is-swaba’ hi parti mill-materjal kostitwenti tal-wiċċ minħabba li tikkostitwixxi l-forma speċifika ta’ dan is-sandli “b’ċinga dejqa” u, barra minn hekk, għax hi l-unika materjal li jikkostitwixxi din iċ-ċinga.

Barra minn hekk, il-materjal tat-tessut (T1 u T2 u T3 flimkien) juri l-karatteristiċi ta’ wiċċ fit-tifsira tan-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 64 għax il-materjal tat-tessut tal-wiċċ tas-sandli, mingħajr il-materjali l-oħra, jissodisfa l-għan ta’ wiċċ, jiġifieri, li jipprovdi biżżejjed appoġġ għas-sieq biex jippermetti lil min jilbsu biex jimxi bis-sandli (Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizja tal-Komunitajiet Ewropej fil-każ C–165/07, Skatteministeriet v Ecco Sko A/S, paragrafu 48).

B’hekk iż-żewġ ċineg tat-tessut T1 u T2 u ċ-ċinga tat-tessut ċentrali T3 huma l-materjal kostitwenti tal-wiċċ fit-tifsira tan-Nota 4(a) tal-Kapitolu 64.

Is-superfiċje tal-materjal kostitwenti tal-wiċċ hi mill-inqas parzjalment esposta fuq is-superfiċje tan-naħa ta’ barra tax-xedd tas-sieq, għax parti mill-materjal tat-tessut (li jikkonsisti minn tliet partijiet mmuntati ta’ drappijiet tat-tessut identiċi (T1, T2 u T3)) hi esposta fuq is-superfiċje tan-naħa ta’ barra tax-xedd tas-sieq (parti miċ-ċinga tat-tessut T3) (Ara in-Noti ta’ Spjega tan-Nomenklatura Magħquda fil-Kapitolu 64, Ġenerali, (1)(a), l-ewwel sentenza t-tieni paragrafu).

Skont it-tifsira tan-Nota 4(b) tal-Kapitolu 64 il-parti tal-pett li tmiss mal-art hija tal-plastik. B’hekk, ix-xedd tas-sieq għandu pett tan-naħa ta’ barra tal-plastik.

L-ispjegazzjoni tas-simboli li jintużaw fir-ritratti

C3 (biċċa rettangolari tal-ġilda)

C1 (żewġ ċineg tal-ġilda, waħda fuq kull naħa tul l-arkata)

C2 (żewġ ċineg iżgħar tal-ġilda fuq kull waħda miċ-ċineg C1)

T1T2 (żewġ ċingi tat-tessut, it-T1 fuq in-naħa tal-lemin u t-T2 fuq in-naħa tax-xellug tul l-arkata)

T3 (ċinga ċentrali tat-tessut li tifred is-swaba’)

A (ċinga tal-plastik li ma tidhirx li hi mdaħħla kollha kemm hi bejn iċ-ċinga laterali tal-ġilda C1 u ċ-ċinga laterali tat-tessut T2; ara ritratt 646 D)

S (pett)

Image Image Image Image Image

(*)  Ir-ritratti huma għal għanijiet informattivi biss.