ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.245.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 245

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
17 ta' Settembru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 840/2009 tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 841/2009 tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistipula perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni li jirrifjuta applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor ’il barra mill-kwota

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 842/2009 tas-16 ta’ Settembru 2009 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mis-7 ta’ Settembru sal-11 ta’ Settembru 2009 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

4

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 843/2009 tas-16 ta’ Settembru 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 844/2009 tal-15 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-bażuga fl-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VI, VII u VIII min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Olanda

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 845/2009 tal-15 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz f'VIIb-c, VIIe-k, VIII, IX u X; l-ilmijiet tal-KE ta' CECAF 34.1.1 min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Olanda

13

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

17.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 840/2009

tas-16 ta’ Settembru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Settembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-16 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

34,5

ZZ

34,5

0707 00 05

MK

35,4

TR

112,5

ZZ

74,0

0709 90 70

TR

110,1

ZZ

110,1

0805 50 10

AR

81,5

CL

134,9

TR

108,0

UY

76,3

ZA

83,0

ZZ

96,7

0806 10 10

EG

137,1

IL

115,4

TR

96,6

ZZ

116,4

0808 10 80

AR

124,5

BR

68,1

CL

75,9

NZ

86,0

ZA

76,4

ZZ

86,2

0808 20 50

AR

160,8

CN

70,8

TR

110,5

ZA

69,4

ZZ

102,9

0809 30

TR

121,6

US

228,1

ZZ

174,9

0809 40 05

IL

113,9

TR

113,9

ZZ

113,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


17.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 841/2009

tas-16 ta’ Settembru 2009

li jistipula perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni li jirrifjuta applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor ’il barra mill-kwota

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7e 9(1)(b) flimkien mal-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 61, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, iz-zokkor prodott matul is-sena tas-suq u li jaqbeż il-kwota msemmija fl-Artikolu 56 ta’ dak ir-Regolament jista’ jiġi esportat biss fil-limitu kwantitattiv stipulat mill-Kummisjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 924/2008 tad-19 ta' Settembru 2008 li jistipula l-limitu kwantitattiv tal-esportazzjoni taz-zokkor u l-isoglukożju ’l barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2008/2009 (3) jistipula l-limiti msemmija hawn fuq.

(3)

Il-kwantitajiet ta' zokkor koperti minn applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni jaqbżu l-limitu kwantitattiv iffissat bir-Regolament (KE) Nru 924/2008. Għaldaqstant għandu jiġi stabbilit perċentwal ta' aċċettazzjoni għall-kwantitajiet li għalihom tressqu applikazzjonijiet fis-7, 8, 9, 10 u l-11.09.2009. Kull applikazzjoni għal liċenzja tal-esportazzjoni għaz-zokkor imressqa wara 11.09.2009 għaldaqstant ma għandhiex tintlaqa', u t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għandu jkun sospiż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor ’il barra mill-kwota li l-applikazzjonijiet għalihom tressqu bejn is-7 u l-11 ta’ Settembru 2009, għandhom jinħarġu għall-kwantitajiet mitluba, multiplikati b'perċentwali ta' aċċettazzjoni ta' 20,491954 %.

2.   L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor ’il barra mill-kwota li tressqu fl-14, 15, 16, 17 u t-18 ta’ Settembru 2009 huma b'dan irrifjutati.

3.   It-tressiq ta' applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor ’il barra mill-kwota għandu jiġi sospiż għall-perjodu bejn il-21 ta’ Settembru 2009 u it-30 ta' Settembru 2009.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Edizzjoni Spċejali bil-Malti ĠU L 312M, 22.11.2008, p. 86.

(3)  ĠU L 252, 20.9.2008, p. 7.


17.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 842/2009

tas-16 ta’ Settembru 2009

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mis-7 ta’ Settembru sal-11 ta’ Settembru 2009 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi, għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, regoli dettaljati għall-applikazzjoni għall-importazzjoni u l-irfinar ta' prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest ta' ċerti kwoti tariffarji u ċerti ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tressqu lill-awtoritajiet kompetenti fil-perjodu mis-7 ta’ Settembru sal-11 ta’ Settembru 2009 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew ir-Regolament (KE) Nru 508/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjonijiet fil-Bulgarija u r-Rumanija taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għal provvista lil raffineriji fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 (3), għal kwantità totali li hija daqs, jew aktar minn, dik disponibbli għan-numru tas-serje 09.4340 (Lulju-Settembru 2009).

(2)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skont il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u/jew tinforma lill-Istati Membri li jkun intlaħaq il-limitu li kien iffissat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mis-7 ta’ Settembru sal-11 ta’ Settembru 2009 f'konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007, għandhom jinħarġu liċenzji fil-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 122, 11.5.2007, p. 1.


ANNESS

Zokkor Preferenzjali; l-AKP u l-Indja

Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 7.9.2009-11.9.2009

Limitu

09.4331

Il-Barbados

0

Intlaħqu

09.4332

Il-Beliż

100

 

09.4333

Il-Kosta tal-Avorju

100

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

100

 

09.4335

Il-Fiġi

0

Intlaħqu

09.4336

Il-Ġeorġja

100

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

100

 

09.4340

Il-Madagaskar

0

Intlaħqu

09.4341

Il-Malawi

100

 

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

100

 

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Surinam

 

09.4346

Is-Sważiland

100

 

09.4347

It-Tanzanija

0

Intlaħqu

09.4348

Trinidad u Tobago

100

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

0

Intlaħqu


Zokkor Preferenzjali; l-AKP u l-Indja

Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq Lulju-Settembru 2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 7.9.2009-11.9.2009

Limitu

09.4331

Il-Barbados

100

 

09.4332

Il-Beliż

100

 

09.4333

Il-Kosta tal-Avorju

100

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

100

 

09.4335

Il-Fiġi

100

 

09.4336

Il-Ġeorġja

100

 

09.4337

L-Indja

100

 

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

100

 

09.4340

Il-Madagaskar

98,1644

Intlaħqu

09.4341

Il-Malawi

0

Intlaħqu

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

100

 

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Surinam

 

09.4346

Is-Sważiland

100

 

09.4347

It-Tanzanija

100

 

09.4348

Trinidad u Tobago

100

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

0

Intlaħqu


Zokkor kumplementari

Il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 7.9.2009-11.9.2009

Limitu

09.4315

L-Indja

100

 

09.4316

Pajjiżi firmatarji tal-Protokoll AKP

100

 


Zokkor konċessjonijiet CXL

Il-Kapitolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 7.9.2009-11.9.2009

Limitu

09.4317

L-Awstralja

0

Intlaħqu

09.4318

Il-Brażil

0

Intlaħqu

09.4319

Kuba

0

Intlaħqu

09.4320

Pajjiżi terzi oħra

0

Intlaħqu


Zokkor Balkani

Il-Kapitolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 7.9.2009-11.9.2009

Limitu

09.4324

L-Albanija

100

 

09.4325

Il-Bożnja u Ħerzegovina

0

Intlaħqu

09.4326

Is-Serbja u l-Kosovo (*)

100

 

09.4327

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

100

 

09.4328

Il-Kroazja

100

 


Zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali u industrijali

Il-Kapitolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Tip

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 7.9.2009-11.9.2009

Limitu

09.4380

Eċċezzjonali

 

09.4390

Industrijali

100

 


Zokkor APE supplimentari

Il-Kapitolu VIII bis tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 7.9.2009-11.9.2009

Limitu

09.4431

Il-Komoros, Il-Madagaskar, Il-Mawrizju, is-Seychelles, Iż-Żambja, iż-Żimbabwe

100

 

09.4432

Il-Burundi, il-Kenja, ir-Rwanda, it-Tanzanija, l-Uganda

100

 

09.4433

Is-Sważiland

100

 

09.4434

Il-Możambik

0

Intlaħqu

09.4435

Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Beliż, Dominika, ir-Repubblika id-Dominikana, Grenada, il-Gujana, Ħaiti, il-Ġamajka, Saint Kitts u Nevis, Santa Luċija, u l-Grenadini, is-Surinam, it-Trinidad u Tobago

0

Intlaħqu

09.4436

Ir-Repubblika Dominikana

0

Intlaħqu

09.4437

Il-Fiġi, il-Papwa-Ginea Ġdida

100

 


L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Tip

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 7.9.2009-11.9.2009

Limitu

09.4365

Il-Bulgarija

0

Intlaħqu

09.4366

Ir-Rumanija

0

Intlaħqu


(*)  Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.


17.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 843/2009

tas-16 ta’ Settembru 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 821/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Settembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.

(4)  ĠU L 239, 10.9.2009, р. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-17 ta’ Settembru 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

34,83

0,84

1701 11 90  (1)

34,83

4,46

1701 12 10  (1)

34,83

0,70

1701 12 90  (1)

34,83

4,16

1701 91 00  (2)

39,14

5,73

1701 99 10  (2)

39,14

2,60

1701 99 90  (2)

39,14

2,60

1702 90 95  (3)

0,39

0,29


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


17.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 844/2009

tal-15 ta’ Settembru 2009

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-bażuga fl-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VI, VII u VIII min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Olanda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (3) jistipula kwoti għall-2009 u l-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2009.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data għandu jkun ipprojbit ukoll li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi ttrasbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi v s-Sajd


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1

(3)  ĠU L 352, 31.12.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

5/DSS

Stat membru

L-Olanda

Stokk

SBR/678-

Speċi

Bażuga (Pagellus bogaraveo)

Żona

Ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VI, VII u VIII

Data

27.3.2009


17.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 845/2009

tal-15 ta’ Settembru 2009

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz f'VIIb-c, VIIe-k, VIII, IX u X; l-ilmijiet tal-KE ta' CECAF 34.1.1 min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Olanda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (3), jistipula kwoti għall-2009.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2009.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data għandu jkun ipprojbit ukoll li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi ttrasbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Settembru 2009

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimius-Sajd


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.


ANNESS

Nru

14/T&Q

Stat membru

L-Olanda

Stokk

COD/7XAD34

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

VIIb-c, VIIe-k, VIII, IX u X; l-ilmijiet tal-KE ta' CECAF 34.1.1

Data

12.6.2009