ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.240.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 240

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
11 ta' Settembru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 825/2009 tas-7 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1659/2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 826/2009 tas-7 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1659/2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 827/2009 tal-10 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 tal-10 ta’ Settembru 2009 li jistpula r-regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tas-suq 2009/2010 sal-2014/2015 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor li jinsabu taħt l-intestatura tariffarja 1701 taħt ftehimiet preferenzjali.

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 829/2009 tad-9 ta' Settembru 2009 li jipprojbixxi s-sajd għar-roundnose grenadier fl-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi ta' Vb, VI, VII min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

26

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 830/2009 tad-9 ta’ Settembru 2009 li jipprojbixxi s-sajd għal-linarda fl-ilmijiet tal-Komunità u fl-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi ta' II, IV u V min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

28

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2009 tal-10 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi t-tnaqqis massimu fid-dazju għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 676/2009

30

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 832/2009 tal-10 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi t-tnaqqis massimu fid-dazju għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 677/2009

31

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/700/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Settembru 2009 li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossier li tressaq għal eżami dettaljat bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tal-bixafen fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata bid-dokument numru C(2009) 6771)  ( 1 )

32

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

11.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 825/2009

tas-7 ta’ Settembru 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1659/2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

1.1.   Il-miżuri eżistenti

(1)

Il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1659/2005 (2) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Regolament oriġinali”), impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”). Il-miżuri jikkonsistu f’rata tad-dazju ad valorem ta’ 39,9 %, bl-eċċezzjoni ta’ sitt kumpaniji msemmija espliċitament fir-Regolament oriġinali li huma soġġetti għal rati ta’ dazju individwali.

1.2.   It-talba għal reviżjoni

(2)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri definittivi, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni biex tiftaħ reviżjoni interim parzjali tar-Regolament oriġinali (minn hawn ’il quddiem imsejħa “reviżjoni interim”), skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, minn produttur esportatur Ċiniż, Bayuquan Refractories Company Limited (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-applikant” jew “BRC”). L-applikant ma pparteċipax fl-investigazzjoni li wasslet għas-sejbiet u l-konklużjonijiet stabbiliti fir-Regolament oriġinali (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-investigazzjoni oriġinali”) u għalhekk, għall-kumpanija kien applikabbli d-dazju anti-dumping residwali.

(3)

Fl-applikazzjoni tagħha għar-reviżjoni interim, BRC saħqet li hija tissodisfa l-kriterji għat-trattament ta’ ekonomija tas-suq (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “TES”) u t-trattament individwali (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “TI”). BRC inxtrat mill-Vesuvius Group u dan irriżulta f’tibdiliet fl-istruttura korporattiva tal-kumpanija. L-applikant argumenta li l-paragun tal-prezzijiet domestiċi tiegħu u l-ispiża tal-produzzjoni u tal-esportazzjoni lejn il-Komunità, jindika li l-marġni ta’ dumping huwa sostanzjalment aktar baxx mil-livell attwali tal-miżura. Għalhekk, il-kumpanija allegat li l-issuktar tal-impożizzjoni tal-miżura fil-livell attwali tagħha ma kenitx aktar meħtieġa biex tagħmel tajjeb għad-dumping.

1.3.   Il-ftuħ ta’ reviżjoni interim parzjali

(4)

Wara li ddeterminat, b’konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika t-tnedija ta’ reviżjoni interim, il-Kummissjoni ddeċidiet li tniedi reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, limitata fl-ambitu għall-eżami ta’ dumping sa fejn għandha x’taqsam il-BRC. Il-Kummissjoni ppubblikat avviż ta’ bidu fit-12 ta’ Ġunju 2008 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3) u tat bidu għal investigazzjoni.

1.4.   Il-prodott ikkonċernat u prodotti tal-istess tip

(5)

Il-prodott ikkonċernat mir-reviżjoni interim hu l-istess wieħed deskritt fir-Regolament oriġinali, jiġifieri briks tal-manjeżja, magħquda kimikament u mhux ittrattati bin-nar, li l-komponent tagħhom tal-manjeżja fih mill-inqas 80 % MgO, kemm jekk fihom il-magnesite u kemm jekk le, li joriġinaw fir-RPĊ (“il-prodott ikkonċernat”), u li bħalissa jinsab ikklassifikat bil-kodiċijiet tan-NM ex 6815 91 00, ex 6815 99 10 u ex 6815 99 90 (kodiċijiet TARIC 6815910010, 6815991020u 6815999020).

(6)

Il-prodott li huwa mmanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku Ċiniż u dak esportat lejn il-Komunità, kif ukoll dak immanifatturat u mibjugħ fl-Istati Uniti, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi u l-istess użi, u għalhekk meqjusa li huma simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

1.5.   Il-partijiet ikkonċernati

(7)

Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-industrija Komunitarja, l-applikant u r-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur li kien ingħata bidu għal reviżjoni interim. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jinstemgħu. Il-partijiet interessati kollha li talbu dan, u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta.

(8)

Il-Kummissjoni bagħtet formola ta’ talba TES flimkien ma’ kwestjonarju lill-applikant u rċeviet risposta qabel l-iskadenza stabbilita għal dak il-għan. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għad-determinazzjoni tad-dumping u għamlet żjarat ta’ verifika fuq il-post tal-kumpaniji li ġejjin:

Bayuquan Refractories Co. Ltd. (l-applikant), RPĊ,

Vesuvius UK Co. Ltd. (importatur relatat), ir-Renju Unit,

Vesuvius Iberica Refractories S.A. (importatur relatat), Spanja,

Vesuvius Deutschland GmbH (importatur relatat), il-Ġermanja,

Vesuvius Italia S.P.A. (importatur relatat), l-Italja.

1.6.   Il-Perjodu tal-investigazzjoni

(9)

L-investigazzjoni dwar id-dumping tkopri l-perjodu bejn l-1 ta’ April 2007 u l-31 ta’ Marzu 2008 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “perjodu tal-investigazzjoni”, jew il-“PI”).

2.1   IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

1.7.   Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (TES)

(10)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, f’investigazzjonijiet tal-anti-dumping li jikkonċernaw importazzjonijiet mir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont l-Artikolu 2(1) sa (6) tar-Regolament bażiku għal dawk il-produtturi li jkunu nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fejn jintwera li l-manufattura u l-bejgħ tal-prodott simili jsiru f’kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq. Dawn il-kriterji huma ppreżentati fil-qosor hawn taħt:

id-deċiżjonijiet kummerċjali jsiru b’reazzjoni għal sinjali tas-suq, mingħajr indħil sinifikanti tal-Istat, u l-ispejjeż jirriflettu l-valuri tas-suq,

id-ditti kummerċjali għandhom sett ċar ta’ reġistri tal-kontabilità bażika li huma vverifikati indipendentement skont Standards ta’ Kontabilità Internazzjonali (IAS) u applikati għall-għanijiet kollha,

ma hemmx tagħwiġ trasferit mis-sistema ekonomika preċedenti li ma kinitx ibbażata fuq is-suq,

il-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà jiggarantixxu l-istabbiltà u ċ-ċertezza ġuridika,

l-iskambji tal-valuta jsiru bir-rati tas-suq.

(11)

L-applikant talab TES skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku billi ressaq formola ta’ talba għal TES sostanzjata kif suppost qabel l-iskadenzi mogħtija. L-informazzjoni u d-dejta li ngħataw fiha ġew imbagħad soġġetti għal investigazzjoni fuq il-post.

(12)

L-investigazzjoni stabbiliet li l-applikant ma kienx jissodisfa kriterji TES imsemmija fit-tieni u t-tielet inċiż tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Il-kumpanija ma ssostanzjatx li kellha sett wieħed ċar ta’ rekords tal-kontabilità bażika ppreparati u vverifikati f’konformità mal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità. Fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet individwali kien hemm evidenza ta’ ksur tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità u l-prinċipji tal-kontabilità, bħal reġistrazzjoni ħażina, deprezzament tal-assi fissi u reġistrazzjoni ħażina tal-kontijiet “pagabbli” u “ħlasijiet bil-quddiem”. L-awditur ma semmihomx dawn l-irregolaritajiet u għalhekk ġie konkluż li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji ma ġewx ivverifikati f’konformità mal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità. Barra minn hekk, il-kumpanija ma wrietx li kienet ħielsa minn distorsjoni sinifikanti ttrasferita mis-sistema ekonomika preċedenti li ma kinitx ibbażata fuq is-suq, b’mod partikolari minħabba li d-drittijiet tal-użu tal-art inkisbu bi prezz ferm inqas mill-prezz tas-suq tagħhom.

(13)

Abbażi tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, l-applikant ma setax jingħata TES.

(14)

L-industrija tal-Komunità, l-applikant u l-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur ingħataw l-opportunità biex jikkummentaw fuq is-sejbiet li jikkonċernaw it-TES. L-applikant u l-industrija Komunitarja wara ressqu l-kummenti tagħhom.

(15)

L-applikant argumenta li l-kwistjonijiet imqajma dwar il-kontijiet tiegħu ma kinux materjali u/jew ġew sussegwentement ikkoreġuti fl-2008. Ta’ min issemmi li l-inkonsistenzi misjuba fil-kontijiet tal-applikant għall-2007 wasslu għal stampa iktar distorta tal-qagħda finanzjarja tal-applikant. L-ispezzjoni tal-kontijiet għall-PI żvelat li l-problemi tal-2007 għadhom relevanti fil-kontijet tal-2008. L-istqarrija li għamel l-applikant li l-prattiki tagħha fil-kontabilità nbiddlu fi tmiem l-2008 ma setgħetx tiġi aċċettata billi dawn il-bidliet seħħu disa’ xhur wara l-PI u, barra minn hekk, ma setgħux jiġu vverifikati matul il-verifika fuq il-post.

(16)

L-industrija tal-Komunità argumentat li l-applikant naqas fl-ewwel kriterju billi r-restrizzjonijiet varji fuq l-esportazzjoni imposti mill-Gvern Ċiniż fuq il-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat wasslu għal prezzijiet distorti ta’ dik il-materja prima fis-suq domestiku. B’riżultat ta’ dan, il-produtturi Ċiniżi tal-briks tal-manjeżja setgħu jiksbu l-materja prima b’kundizzjonijiet aħjar meta mqabbla mal-kompetituri tagħhom f’pajjiżi oħra.

(17)

Għall-investigazzjoni ta’ din l-istqarrija, ġew eżaminati l-prezzijiet tax-xiri tal-materja prima ewlenija, il-manjeżja, mill-BRC u l-prezzijiet ikkwotati pubblikament għall-manjeżja Ċiniża (sors: Price Watch/minerali industrijali) ipprovduta mill-industrija Komunitarja. It-tqabbil wera li d-differenza fil-prezz fil-PI ma setgħetx titqies bħala waħda sinifikanti. Barra min nhekk, matul l-investigazzjoni ġie vverifikat li BRC setgħet tixtri manjeżja minn fornituri vajri, u li l-prezzijiet ġew negozjati mingħajr interferenza mill-Istat. Fuq din il-bażi jidher li kull distorsjoni marbuta mal-prezzijiet tal-materja prima ma kellhiex impatt sinifikanti fuq BRC speċifika matul il-PI.

(18)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, is-sejbiet u l-konklużjoni li BRC ma għandux jingħata TES, huma kkonfermati.

1.8.   Trattament Individwali (TI)

(19)

Skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, jekk ikun il-każ, jiġi stabbilit dazju għal-pajjiż sħiħ għal pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, ħlief f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu jistgħu juru li jissodisfaw il-kriterji kollha għat- TI stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Dawn il-kriterji huma ppreżentati fil-qosor hawn taħt:

fil-każ ta’ kumpaniji li huma kompletament jew parzjalment ta’ sidien jew intrapriżi konġunti barranin, l-esportaturi jkunu liberi li jibagħtu lura lejn pajjiżhom il-kapital u l-profitti,

il-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-esportazzjoni, u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ jiġu determinati liberament,

il-maġġoranza tal-ishma jappartjenu lill-persuni privati, u għandu jintwera li BRC hi indipendenti biżżejjed mill-indħil tal-Istat,

il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jitwettqu skont ir-rata tas-suq,

l-indħil mill-Istat mhux tali li l-esportaturi individwali jkunu jistgħu ma jimxux mal-miżuri jekk jingħatawlhom rati differenti ta’ dazju.

(20)

Minbarra li talab għat-TES, l-applikant talab ukoll it-TI kemm-il darba ma jingħatax it-TES.

(21)

L-investigazzjoni wriet li l-applikant issodisfa l-kriterji ta’ hawn fuq kollha. Ma ġew stabbiliti ebda fatti matul l-investigazzjoni li setgħu jwasslu għaċ-ċaħda tat-TI lill-applikant. Għaldaqstant, ġie konkluż li BRC seta’ jingħata t-TI.

1.9.   Il-Valur normali

(22)

Skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, f’każ ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi b’ekonomija mhux tas-suq u sakemm it-TES ma setax jingħata, għall-pajjiżi speċifikati fl-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi stabbilit valur normali fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur mibni f’pajjiż analogu.

(23)

Fl-avviż tal-bidu, il-Kummissjoni indikat il-ħsieb tagħha li tuża lill-Istati Uniti tal-Amerika (l-Istati Uniti) bħala pajjiż analogu xieraq sabiex jiġi stabbilit valur normali għar-RPĊ, billi dan il-pajjiż analogu ntuża fl-investigazzjoni oriġinali. Produttur wieħed fl-Istati Uniti qabel li jikkoopera fl-investigazzjoni bl-iskop li jiġi stabbilit valur normali għal BRC. Ma waslux kummenti mill-partijiet interessati dwar din il-proposta.

(24)

Għalhekk, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali tal-applikant ġie stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni vverifikata mogħtija mill-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu.

(25)

Biex ikun żgurat li l-valuri normali jkunu stabbiliti għall-maġġoranza kbira tat-tipi esportati mir-RPĊ, partikolarment billi kienet intużat id-dejta tal-pajjiż analogu, tqies xieraq li l-kriterji użati għall-identifikazzjoni tat-tipi differenti tal-prodott jiġu aġġustati. Għalhekk, il-kalkoli tad-dumping ġew riveduti skont il-kriterji aġġustati.

(26)

Għad-determinazzjoni tal-valur normali, l-ewwel ġie stabbilit jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili mill-produttur li kkoopera fl-Istati Uniti, kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum totali tal-bejgħ tiegħu f’esportazzjoni lejn il-Komunità. Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku kien ikkunsidrat rappreżentattiv meta l-volum totali tal-bejgħ domestiku kien mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ rispettiv tal-esportazzjoni lejn il-Komunità. Instab li l-bejgħ kollu tal-produttur tal-Istati Uniti sar fis-suq domestiku sar f’volumi rappreżentattivi.

(27)

Sussegwentement, ġew identifikati dawk it-tipi tal-prodott simili mibjugħa fis-suq domestiku li kienu identiċi u direttament komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

(28)

Għal kull tip ta’ prodott mibjugħ mill-produttur li kkoopera fl-Istati Uniti fis-suq domestiku tiegħu u li kien misjub li huwa direttament komparabbli mat-tip ta’ briks tal-manjeża mibjugħa minn BRC lill-Komunità, ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku tal-Istati Uniti kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-għanijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip partikolari ta’ briks tal-manjeżja tqies li kien rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum totali tal-bejgħ domestiku fl-Istati Uniti ta’ dak it-tip matul il-PI rrappreżenta 5 % jew iktar tal-volum totali tal-bejgħ tat-tip ta’ briks tal-manjeżja komparabbli esportat minn BRC lejn il-Komunità. Instab li t-tipi kollha tal-prodott ġew mibjugħa fi kwantitajiet suffiċjenti fis-suq domestiku biex jitqiesu rappreżentattivi.

(29)

Il-Kummissjoni eżaminat sussegwentement jekk il-bejgħ domestiku fl-Istati Uniti ta’ kull tip ta’ briks tal-manjeżja mibjugħ domestikament fi kwantitajiet rappreżentattivi jistax jitqies li sar fl-andament normali tal-kummerċ, billi stabbilixxiet il-proporzjon ta’ bejgħ bi qligħ lil xerrejja indipendenti tat-tip ta’ briks tal-manjeżja kkonċernat.

(30)

It-tranżazzjonijiet tal-bejgħ domestiku tqiesu profittabbli meta l-prezz unitarju ta’ tip speċifiku tal-prodott kien daqs jew ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni. B’hekk ġiet determinata l-ispiża tal-produzzjoni ta’ kull tip mibjugħ fis-suq domestiku tal-Istati Uniti matul il-PI.

(31)

B’riżultat tal-analiżi ta’ hawn fuq, instab li, ħlief għal tip ta’ prodott wieħed, it-tipi l-oħra kollha nbiegħu fl-andament ordinarju tal-kummerċ fl-Istati Uniti. Għalhekk, il-valur normali għal dawn it-tipi ta’ prodotti ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet kollha li tħallsu jew li huma pagabbli fis-suq domestiku tal-Istati Uniti għat-tipi ta’ prodott komparabbli għal dawk esportati lejn il-Komunità minn BRC. Il-valur normali ġie stabbilit bħala l-medja ddifferenzjata tal-prezz tal-bejgħ domestiku li tħallas mill-klijenti mhux relatati fl-Istati Uniti.

(32)

Il-maġġoranza tat-tipi tal-prodott esportati minn BRC lill-Komunità kienu dawk bi trattament addizjonali u ma kinux mibjugħa, jew mhux mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi, mill-produttur li koopera fl-Istati Uniti. Għalhekk, il-valur normali għal dawn it-tipi tal-prodott ġie bbażat fuq il-bejgħ fl-Istati Uniti, kif deskritt fil-premessa (31) għal tipi tal-prodott simili mingħajr trattament addizzjonali, u mbagħad aġġustati biex jirriflettu d-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott. Il-livell tal-aġġustament ġie kkalkulat fuq il-bażi tad-dejta pprovduta u vverifikata għall-industrija Komunitarja matul l-investigazzjoni oriġinali.

(33)

Għall-uniku tip ta’ prodott fejn il-prezzijiet domestiċi ma setgħux jintużaw kif imsemmi fil-premessa (31) hawn fuq, kellu jiġi applikat metodu ieħor. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni użat il-valur normali kompost. Skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-valur normali nbena billi mal-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi esportati ġew miżjuda, ammont raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, u l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u marġni raġonevoli ta’ profitt. Skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, l-ammonti għas-SG&A u l-marġni ta’ profitt kienu bbażati fuq il-medja tal-SG&A u l-marġni ta’ profitt tal-bejgħ fl-andament normali tal-kummerċ tal-prodott simili.

2.4.   Il-Prezz tal-esportazzjoni

(34)

Billi l-bejgħ għall-esportazzjoni tal-BRC lill-Komunità sar permezz ta’ importaturi relatati, il-prezz tal-esportazzjoni ex-works inbena skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodotti importati ġew mibjugħa l-ewwel darba lill-ewwel xerrej indipendenti fil-Komunità, aġġustati kif jixraq għall-ispejjeż kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, u kif ukoll għal marġni raġonevoli ta’ SG&A u għall-profitti. F’dan ir-rigward, intużaw l-ispejjeż SG&A tal-importaturi relatati.

(35)

Fir-rigward ta’ profitt raġonevoli tal-importatur li għandu jintuża għal dan l-iskop, fin-nuqqas ta’ dejta minn importaturi mhux relatati, billi r-reviżjoni interim attwali hija limitata għall-eżaminazzjoni tad-dumping f’relazzjoni ma’ kumpanija waħda, jiġifieri l-applikant, il-marġni tal-profitt ġie bbażat fuq il-profitt miksub minn importatur mhux relatat li kkoopera fl-investigazzjoni oriġinali.

2.5.   It-tqabbil

(36)

Il-valur normali medju u l-prezz medju tal-esportazzjoni għal kull tip tal-prodott ikkonċernat tqabblu fuq bażi ex-works u fl-istess livell ta’ kummerċ u fl-istess livell ta’ tassazzjoni indiretta. Sabiex jiġi żgurat paragun imparzjali bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, ittieħed kont, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, tad-differenzi fil-fatturi li kienu affermati u ppruvati li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet. Għal dan l-iskop, saru aġġustamenti għall-ispejjeż tat-trasport, l-assigurazzjoni, l-ispejjeż amministrattivi, l-ispejjeż tal-kreditu u d-dazji attwali anti-dumping fejn applikabbli u ġġustifikati.

(37)

L-investigazzjoni stabbiliet li l-VAT imħallsa fuq il-bejgħ bl-esportazzjoni ma ġietx rimburżata. Fir-rivelazzjoni pprovduta lill-applikant skont l-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku, kien għalhekk indikat li kemm il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali se jkunu stabbiliti fuq bażi ta’ VAT imħallsa jew pagabbli. L-applikant argumenta li dan l-approċċ mhuwiex aċċettabbli billi dan iżid il-valur normali b’ammont ikbar mill-ammont tal-VAT li kellu jkun imnaqqas mill-prezz tal-esportazzjoni.

(38)

Fir-rigward ta’ dan l-argument, ta’ min jinnota li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni, ma kienet irritornata l-ebda VAT fuq il-bejgħ bl-esportazzjoni. Għaldaqstant, ma kien hemm bżonn l-ebda aġġustament fir-rigward ta’ VAT, la fir-rigward tal-prezz tal-esportazzjoni u lanqas fir-rigward tal-valur normali. Barra minn hekk, il-metodu użat huwa newtrali. Fil-fatt, dan għandu l-istess effett, anke jekk, pereżempju għal ċerti prodotti jew tranżazzjonijiet, kumpanija tbiegħ lill-Komunità bi prezz tal-esportazzjoni li ma jirriżultax f’dumping. Fi kliem ieħor, anke jekk wieħed jassumi li l-inklużjoni tal-VAT fuq iż-żewġ naħat iżżid id-differenza bejn iż-żewġ elementi, dan ikun il-każ anke għal dawk il-mudelli li għalihom ma kienx hemm dumping.

2.6.   Il-marġni tad-dumping

(39)

Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur medju normali ddifferenzjat skont it-tip tqabbel mal-prezz medju ddifferenzjat tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat. Dan il-paragun ma wera l-eżistenza tal-ebda dumping.

3.   IN-NATURA DEJJIEMA TAĊ-ĊIRKUSTANZI MIBDULA

(40)

Bi qbil mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat ukoll jekk kienx raġonevoli li wieħed iqis li ċ-ċirkustanzi mibdula għandhom natura permanenti.

(41)

F’dan ir-rigward ta’ min ifakkar li l-applikant biegħ biss kwantità limitata ta’ briks tal-manjeżja fi tmiem il-PI tar-Regolament oriġinali u, għalhekk, ma pparteċipax fl-investigazzjoni oriġinali, u b’hekk għaliha ġie applikat dazju residwali ta’ 39,9 %. Sussegwentement BRC li kienet teżisti matul l-investigazzjoni oriġinali inxtrat mill-Vesuvius Group u dan irriżulta f’tibdiliet fl-istruttura korporattiva ta’ BRC.

(42)

L-applikant ta kooperazzjoni sħiħa f’din ir-reviżjoni interim u d-dejta miġbura u vverifikata ppermettiet li jiġi stabbilit marġni tad-dumping ibbażat fuq il-prezzijiet individwali tal-esportazzjoni lill-Komunità. Ir-riżultat ta’ dan il-kalkolu jindika li l-issuktar tal-impożizzjoni tal-miżura fil-livell attwali tagħha ma kienx għadu ġustifikat.

(43)

L-evidenza miksuba u vverifikata matul l-investigazzjoni wriet ukoll li t-tibdiliet fl-istruttura korporattiva tal-applikant għandhom jitqiesu ta’ natura dejjiema. Ma ħareġ l-ebda fatt matul l-investigazzjoni li jista’ jissuġġerixxi mod ieħor. Iċ-ċirkostanzi li wasslu għat-tnedija ta’ din ir-reviżjoni interim aktarx li ma jinbidlux fil-futur prevedibbli b’mod li jaffettwaw is-sejbiet tar-reviżjoni attwali. Għalhekk, il-bidliet qed jitqiesu li huma ta’ natura permanenti.

4.   IL-MIŻURI ANTI-DUMPING

(44)

Fid-dawl tar-riżultati ta’ din l-investigazzjoni għal reviżjoni, jitqies xieraq li d-dazju anti-dumping applikabbli fuq l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat minn BRC jiġi emendat għal 0 %.

(45)

Il-partijiet interessati ġew infurmati bil-fatti essenzjali u bil-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kienet se tiġi rrakkomandata emenda lir-Regolament (KE) Nru 1659/2005 u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Il-kummenti ġew ikkunsidrati fejn xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fit-tabella fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1659/2005 għandha tiġi inserita l-entrata li ġejja, wara l-entrata li tikkonċerna lill-Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials Co. Ltd.

Manifattur

Dazju ‘anti-dumping’

Kodiċi addizjonali TARIC

“Bayuquan Refractories Co. Ltd,

Qinglongshan Street, Bayuquan District,

Yingkou 115007, Liaoning Province, RPĊ

0  %

A960 ”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 267, 12.10.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 146, 12.6.2008, p. 27.


11.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/7


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 826/2009

tas-7 ta’ Settembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1659/2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“Regolament bażiku”), u b’ mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

Il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1659/2005 (2) (“Regolament oriġinali”), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. (“RPĊ”). Il-miżuri jikkonsistu f’rata tad-dazju ad valorem ta’ 39,9 %, bl-eċċezzjoni ta’ sitt kumpaniji msemmija espressament fir-Regolament oriġinali li huma suġġetti għal rati ta’ dazju individwali.

2.   It-talba għal reviżjoni

(2)

Fl-2008, il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni parzjali interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku (“reviżjoni interim”). It-talba, li kienet limitata fl-ambitu għall-eżami ta’ dumping, tressqet minn produttur esportatur Ċiniż, Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials Company Limited (“DSRM” jew “l-applikant”). Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prodotti mmanifatturi minn DSRM hija ta’ 27,7 %.

(3)

Fit-talba tiegħu għal reviżjoni interim l-applikant saħaq li ċ-ċirkustanzi li abbażi tagħhom kienet ġiet imposta l-miżura kienu nbidlu u li dawn il-bidliet kienu ta’ natura dejjiema. L-applikant argumenta li l-paragun tal-prezzijiet domestiċi tiegħu u l-ispiża tal-produzzjoni u tal-esportazzjoni lejn il-Komunità, jindika li l-marġni ta’ dumping huwa sostanzjalment aktar baxx mil-livell attwali tal-miżura. Għalhekk, saħaq li l-issuktar tal-applikazzjoni tal-miżura fil-livell attwali tagħha mhux meħtieġ aktar biex din tagħmel tajjeb għad-dumping. B’mod partikolari, l-applikant ipprovda evidenza prima facie li turi li ssodisfa l-kriterji għat-trattament tal-ekonomija tas-suq (“TES”).

3.   Il-bidu

(4)

Wara li ddeterminat, b’konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika t-tnedija ta’ reviżjoni interim, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda reviżjoni interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, limitata fl-ambitu għall-eżami ta’ dumping sa fejn għandha x’taqsam il-DSRM. Il-Kummissjoni ppubblikat avviż ta’ bidu fit-12 ta’ Ġunju 2008 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3) u nediet investigazzjoni.

4.   Il-prodott ikkonċernat u prodotti tal-istess tip

(5)

Il-prodott ikkonċernat mir-reviżjoni interim hu l-istess wieħed deskritt fir-Regolament oriġinali, jiġifieri briks tal-manjeżja, magħquda kimikament u mhux ittrattati bin-nar, li l-komponent tagħhom tal-manjeżja fih mill-inqas 80 % MgO, kemm jekk fihom il-magnesite u kemm jekk le, li joriġinaw fir-RPĊ (“il-prodott ikkonċernat”), u li bħalissa jinsab ikklassifikat bil-kodiċijiet tan-NM ex 6815 91 00, ex 6815 99 10 u ex 6815 99 90 (kodiċijiet TARIC 6815910010, 6815910010 u 6815999020).

(6)

Il-prodott li huwa mmanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku Ċiniż u dak esportat lejn il-Komunità, kif ukoll dak immanifatturat u mibjugħ fl-Istati Uniti, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi u l-istess użi, u għalhekk meqjusa li huma simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

5.   Il-partijiet ikkonċernati

(7)

Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-industrija Komunitarja, l-applikant u l-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur li kien ingħata bidu għal din ir-reviżjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehma tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż ta’ bidu. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari li għalihom għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta ta’ smigħ.

(8)

Kwestjonarju u formola ta’ dikjarazzjoni ta’ trattament tal-ekonomija tas-suq (“TES”) intbagħtu lil DSRM u lill-kumpaniji relatati tagħha, u lkoll wieġbu fil-limitu taż-żmien stabbilit għal dan il-għan. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għall-analiżi tagħha u wettqet żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Ir-RPĊ

Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials Co. Limited (l-applikant), Dashiqiao, Liaoning Province

(b)

L-Italja

Duferco Commerciale S.p.A., Genova

(ċ)

Franza

Duferco, Aubervilliers

(d)

L-Iżvizzera

Duferco SA, Lugano

6.   Il-Perjodu tal-investigazzjoni

(9)

L-investigazzjoni dwar id-dumping kopriet il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Marzu 2008 (“perjodu tal-investigazzjoni”, jew “PI”).

B.   IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

1.   Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (TES)

(10)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, f’investigazzjonijiet tal-anti-dumping li jikkonċernaw importazzjonijiet mir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi (1) sa (6) tal-imsemmi Artikolu għal dawk il-produtturi li jkunu nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fejn jintwera li l-manufattura u l-bejgħ tal-prodott simili jsiru f’kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq. Dawn il-kriterji huma ppreżentati fil-qosor hawn taħt:

id-deċiżjonijiet kummerċjali jsiru b’reazzjoni għal sinjali tas-suq, mingħajr indħil sinifikanti tal-Istat, u l-ispejjeż jirriflettu l-valuri tas-suq,

id-ditti kummerċjali għandhom sett ċar ta’ reġistri tal-kontabilità bażika li huma vverifikati indipendentement skont Standards ta’ Kontabilità Internazzjonali (“IAS”) u applikati għall-għanijiet kollha,

ma hemmx tagħwiġ trasferit mis-sistema ekonomika preċedenti li ma kinitx ibbażata fuq is-suq,

il-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà jiggarantixxu l-istabbiltà u ċ-ċertezza ġuridika,

l-iskambji tal-valuta jsiru bir-rati tas-suq.

(11)

L-applikant talab TES skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku billi ressaq formola ta’ talba għal TES sostanzjata kif suppost qabel l-iskadenzi mogħtija. It-tagħrif u d-dejta mressqa fiha ġew aktar tard suġġetti għal investigazzjoni fuq il-post.

(12)

L-investigazzjoni żvelat li l-applikant jissodisfa l-ħames kriterji kollha għal TES. Instab li matul il-PI, id-DSRM ħadet id-deċiżjonijiet kummerċjali tagħha mingħajr ebda interferenza jew distorzjonijiet mill-Istat marbuta ma’ kundizzjonijiet ekonomiċi mhux tas-suq. Id-DSRM hija suġġetta għal-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà bla ebda deroga. Il-kumpanija għandha ġabra waħda ta’ dokumentazzjoni tal-kontabilità vverifikata minn awdituri indipendenti u sistema waħda ta’ verifika u l-prattika waħda nstabet li kienet kompatibbli mal-prinċipji ġenerali tal-kontabilità aċċettati internazzjonalment u mal-IAS. Instab li l-ispejjeż u l-prezzijiet jirriflettu l-valuri tas-suq u li konverżjoni tar-rati tal-kambju jsiru bir-rati tas-suq.

(13)

Abbażi tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-applikant jista’ jingħata TES.

(14)

L-industrija tal-Komunità, l-applikant u l-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur ingħataw opportunità biex jikkummentaw fuq il-konklużjonijiet li jikkonċernaw it-TES. Wara dan, l-applikant u l-industrija tal-Komunità ressqu l-kummenti tagħhom.

(15)

L-industrija tal-Komunità argumentat li l-applikant naqas fl-ewwel kriterju billi r-restrizzjonijiet varji fuq l-esportazzjoni imposti mill-Gvern Ċiniż fuq il-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat wasslu għal prezzijiet distorti ta’ dik il-materja prima fis-suq domestiku. B’riżultat ta’ dan, il-produtturi Ċiniżi tal-briks tal-manjeżja setgħu jiksbu l-materja prima b’kundizzjonijiet aħjar meta mqabbla mal-kompetituri tagħhom f’pajjiżi oħra.

(16)

Għall-investigazzjoni ta’ din it-talba, ġew investigati l-prezzijiet tax-xiri tal-materja prima ewlenija, jiġifieri. il-manjeżja, minn DSRM u l-prezzijiet ikkwotati pubblikament tal-manjeżja Ċiniża (sors: Price Watch/minerali industrijali) ipprovduta mill-industrija Komunitarja. It-tqabbil wera li d-differenza fil-prezz fil-PI ma setgħetx titqies bħala waħda sinifikanti. Barra min nhekk, matul l-investigazzjoni ġie vverifikat li DSRM setgħet tixtri manjeżja minn fornituri vajri, u li l-prezzijiet ġew negozjati mingħajr interferenza mill-Istat. Fuq din il-bażi, jidher li kull distorsjoni marbuta mal-prezzijiet tal-materja prima ma kellhiex impatt sinifikanti fuq din il-kumpanija speċifika matul il-PI.

(17)

Abbażi ta’ dan t’hawn fuq, is-sejbiet u l-konklużjoni li għandu jingħata TES lil DSRM huma kkonfermati.

2.   Il-Valur normali

(18)

Għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali l-ewwel ġie stabbilit jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku ta’ DSRM tal-prodott simili kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum tal-bejgħ totali tal-esportazzjoni lejn il-Komunità. Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku hu kkunsidrat rappreżentattiv meta l-volum totali tal-bejgħ domestiku ikun mill-anqas 5 % tal-volum totali tagħha tal-bejgħ rispettiv tal-esportazzjoni lejn il-Komunità. Instab li l-bejgħ kollu ta’ DSRM fis-suq domestiku sar f’volumi rappreżentattivi.

(19)

Għaldaqstant, dawk it-tipi tal-prodott simili mibjugħa domestikament minn DSRM li kienu identiċi jew li jitqabblu b’mod dirett mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, ġew identifikati.

(20)

Għal kull tip mibjugħ minn DSRM fis-suq domestiku u li nstab li jitqabbel b’mod dirett mat-tip mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku sarx f’volum rappreżentattiv għall-għanijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgћ domestiku ta’ tip partikolari tqies bћala rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum tal-bejgћ domestiku totali ta’ dak it-tip matul il-PI rrappreżenta 5 % jew iktar tal-volum totali ta’ bejgћ tat-tip komparabbli esportat lejn il-Komunità.

(21)

Ġie eżaminat ukoll jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip setax ikun ikkunsidrat bħala magħmul fl-andament normali tal-kummerċ, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgћ profittabbli lill-konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku ta’ kull tip tal-prodott ikkonċernat esportat matul il-PI.

(22)

Fejn il-volum tal-bejgħ ta’ tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew iktar mill-ispiża kkalkulata tal-produzzjoni, irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, u fejn il-prezz medju mwieżen differenzjat ta’ dak it-tip kien daqs jew iktar mill-ispiża unitarja tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv. Dan il-prezz ġie kkalkulat bħala l-medja differenzjata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dan it-tip matul il-PI, sew jekk dan il-bejgħ kienx bi profitt u sew jekk le.

(23)

Meta l-ammont ta’ bejgħ bi qligħ ta’ tip ta’ prodott kien jirrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum ta’ bejgħ totali ta’ dak it-tip, jew meta l-prezz medju differenzjat ta’ dak it-tip kien inqas mill-ispiża unitarja tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, li ġie kkalkulat bħala l-prezz medju differenzjat tal-bejgħ domestiku profittabbli biss tat-tip inkwisjoni magħmul matul il-PI.

(24)

Kull fejn il-prezzijiet domestiċi ta’ tip ta’ prodott partikolari mibjugħ minn DSRM ma setgħux jintużaw sabiex jiġi stabbilit il-valur normali, kellu jiġi applikat metodu ieħor. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni użat il-valur normali kompost. Skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kien kalkolat billi mal-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi esportati ġew miżjuda, ammont raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, u l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u marġni raġonevoli ta’ profitt. Skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, l-ammont għall-SG&A u l-marġni ta’ profitt kienu bbażati fuq il-medja tal-SG&A u l-marġini ta’ profitt tal-bejgħ fl-andament normali tal-kummerċ tal-prodott simili.

3.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(25)

Billi l-bejgħ kollu tal-prodotti esportati lejn il-Komunità saru permezz ta’ kumpaniji relatati ma’ DSRM sew fil-Komunità nkella fl-Iżvizzera, il-prezz tal-prodott esportat hekk kif joħroġ mill-fabbrika kellu jinbena skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, abbażi tal-prezz li bih inbiegħu mill-ġdid il-prodotti importati lill-ewwel xerrej indipendenti fil-Komunità, aġġustat għall-ispejjeż kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, kif ukoll bħala marġni raġonevoli għall-SG&A u għall-profitti. F’dan ir-rigward, intużaw l-ispejjeż SG&A tal-importaturi relatati.

(26)

Fir-rigward ta’ profitt raġonevoli tal-importatur li għandu jintuża għal dan l-iskop, fin-nuqqas ta’ dejta minn importaturi mhux relatati, billi r-reviżjoni interim attwali hija limitata għall-eżaminazzjoni tad-dumping f’relazzjoni ma’ kumpanija waħda, il-marġni tal-profitt ġie bbażat fuq il-profitt miksub minn importatur mhux relatat li koopera fl-investigazzjoni oriġinali.

(27)

Fir-rigward tal-iżvelar finali, DSRM allega li l-proporzjon ta’ SG&A użat fil-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni għal wieħed mill-importaturi relatati tiegħu ma jirriflettix ir-realtà, billi dan kien ikkalkolat bħala proporzjon tal-bejgħ totali mingħajr ma kien ikkunsidrat il-fatt li l-maġġoranza tal-bejgħ minn din il-kumpanija kien fuq bażi ta’ ħlas ta’ perċentwal u li l-ammont ta’ dan il-ħlas biss kien irrappurtat fil-bejgħ.

(28)

F’dan ir-rigward, il-Kummisssjoni eżaminat mill-ġdid l-evidenza miġbura matul l-ispezzjoni fl-istabbiliment tal-importatur relatat. Skont dan, l-allegazzjoni ta’ DSRM instabet valida u l-proporzjon ta’ SG&A użat fil-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni permezz ta’ dan l-importatur relatat kien rivedut. Il-proporzjon rivedut tal-SG&A instab li kien konformi mas-sejbiet fir-rigward tal-importaturi relatati l-oħrajn.

4.   It-tqabbil

(29)

Il-valur normali medju u l-prezz medju tal-esportazzjoni għal kull tip tal-prodott ikkonċernat tqabblu fuq bażi ex-works u fl-istess livell ta’ kummerċ u fl-istess livell ta’ tassazzjoni indiretta. Sabiex jiġi żgurat paragun imparzjali bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, ittieħed kont, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, tad-differenzi fil-fatturi li kienu affermati u ppruvati li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet. Għal dan il-għan, fejn kienu applikabbli u ġustifikati, saru aġġustamenti għall-ispejjeż tat-trasport, l-assigurazzjoni, il-miżati tal-maniġġ u t-tagħbija, l-ispejjeż tal-kreditu, u d-dazji tal-anti-dumping realment imħallsa.

(30)

L-investigazzjoni stabbiliet li l-VAT imħallsa fuq il-bejgħ bl-esportazzjoni ma kinitx irritornata (l-anqas parzjalment, kif kien il-każ fl-investigazzjoni oriġinali). Fir-rivelazzjoni pprovduta lill-applikant skont l-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku, kien għalhekk indikat li kemm il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali se jkunu stabbiliti fuq bażi ta’ VAT imħallsa jew pagabbli. L-applikant argumenta li dan l-approċċ ikun kontra l-liġi. Fir-rigward tal-argumenti tiegħu, wieħed jista’ jinnota dan li ġej.

(31)

L-ewwel nett, fir-rigward tal-argument li fl-investigazzjoni oriġinali ntużat metodoloġija oħra (jiġifieri t-tnaqqsi tal-VAT kemm mill-valur normali u mill-prezz tal-esportazzjoni), ta’ min jenfasizza li ċ-ċirkostanzi li kienu applikabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni (“PIR”) ma kinux l-istess bħal dawk applikabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali. Filwaqt li fil-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali, kif imsemmi hawn fuq, il-VAT kienet parzjalment imħallsa lura, liema ħlas jirrikjedi aġġustament skont l-Artikolu 2(10), matul il-PIR, l-ebda VAT fuq il-bejgħ bl-esportazzjoni ma kienet imħallsa lura. Għaldaqstant, ma kien hemm bżonn l-ebda aġġustament fir-rigward ta’ VAT, la fir-rigward tal-prezz tal-esportazzjoni u lanqas fir-rigward tal-valur normali. Anke jekk dan jista’ jikkwalifika bħala bidla fil-metodoloġija, dan huwa ġġustifikat skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku billi ċ-ċirkostanzi nbidlu.

(32)

It-tieni argument li qed jagħmel l-applikant huwa li l-metodu użat f’din ir-reviżjoni ikabbar il-marġni ta’ dumping b’mod artifiċjali. Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. Il-metodu użat huwa newtrali. Dan għandu l-istess effett, anke jekk, pereżempju għal ċerti prodotti jew tranżazzjonijiet, il-kumpanija tbiegħ lill-Komunità bi prezz tal-esportazzjoni li ma jirriżultax f’dumping. Fi kliem ieħor, anke jekk wieħed jassumi li l-inklużjoni tal-VAT fuq iż-żewġ naħat iżżid id-differenza bejn iż-żewġ elementi, dan ikun il-każ anke għal dawk il-mudelli li għalihom ma kienx hemm dumping.

5.   Il-marġni tad-dumping

(33)

Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur medju normali differenzjat skont it-tip tqabbel mal-prezz medju differenzjat tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat. Dan il-paragun wera l-eżistenza ta’ dumping.

(34)

Il-marġni tad-dumping ta’ DSRM espress bħala perċentwali tal-prezz nett, bla ħlas fil-fruntieri tal-Komunità, id-dazju mhux imħallas, kien ta’ iktar minn 14,4 %.

C.   IN-NATURA DEJJIEMA TAĊ-ĊIRKUSTANZI MIBDULA

(35)

Skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat ukoll jekk jistax jitqies b’mod raġonevoli li ċ-ċirkostanzi mibdula li nstabu li jeżistu huma ta’ natura permanenti.

(36)

F’dan ir-rigward qed jiġi mfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali, DSRM ma kisbitx TES minħabba li l-kontabilità tagħha ma kinitx konformi mal-prinċipji tal-kontabilità aċċettati internazzjonalment u mal-IAS. Madankollu, kienet ingħatat trattament individwali.

(37)

Fit-8 ta’ Diċembru 2006, jiġifieri wara li saret l-investigazzjoni oriġinali, DSRM saret kumpanija bi sħab Sino-barranija, bil-grupp Duferco bħala l-parti barranija involuta, bi proprjetà ta’ 25 % tal-ishma. L-investigazzjoni attwali wriet li din il-proprjetà ta’ ishma wasslet għal bidliet fundamentali fl-amministrazzjoni ta’ DSRM u fil-prattiċi tal-kontabilità mħaddna minnha. Tabilħaqq, DSRM kisbet l-għarfien u l-appoġġ ta’ Duferco fir-rigward tal-kontabilità amministrattiva u l-kontroll finanzjarju u ssawret f’parti min-netwerk internazzjonali tal-bejgħ ta’ Duferco. L-evidenza miksuba u vverifikata matul l-investigazzjoni wriet ukoll li dawn il-bidliet fl-istruttura korporattiva tal-applikant huma ta’ natura dejjiema.

(38)

B’kuntrast għall-investigazzjoni oriġinali, fejn il-valur normali ssejjes fuq id-dejta miksuba mill-pajjiż analogu, id-dejta miġbura u vverifikata matul r-reviżjoni preżenti wriet li DSRM tista’ tingħata TES u konsegwentement il-kalkolu tad-dumping jista’ jissejjes fuq id-dejta tagħha nfisha. Ir-riżultat ta’ dan il-kalkolu jindika li l-issuktar tal-impożizzjoni tal-miżura fil-livell attwali tagħha ma kienx għadu ġustifikat.

(39)

Għalhekk, fid-dawl ta’ kulma ntqal hawn fuq, qed jitqies li ċ-ċirkostanzi li wasslu għat-tnedija ta’ din ir-reviżjoni aktarx li mhumiex se jinbidlu fil-futur qrib b’mod li jaffettwaw is-sejbiet tar-reviżjoni attwali. Għalhekk, huwa konkluż li l-bidliet qed jitqiesu li huma ta’ natura dejjiema.

D.   IL-MIŻURI ANTI-DUMPING

(40)

Fid-dawl tar-riżultati tal-investigazzjoni, jitqies xieraq li d-dazju antidumping applikabbli fuq l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat minn DSRM jiġi emendat għal 14,4 %.

(41)

Il-partijiet interessati ġew infurmati bil-fatti essenzjali u bil-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kienet se tiġi rrakkomandata emenda lir-Regolament (KE) Nru 1659/2005 u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Il-kummenti ttieħdu inkonsiderazzjoni fejn xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-entrata li tikkonċerna lil Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials Co. Ltd. fit-tabella fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1659/2005 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej u emendata kif ġej:

Manifattur

Dazju anti-dumping

Kodiċi addizjonali TARIC

“Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials Co. Ltd., Biangan Village, Iż-Żona tal-Iżvilupp Ekonomiku ta’ Nanlou, Dashiqiao City, Provinċja ta’ Liaoning, 115100, RPĊ

14,4  %

A638 ”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 267, 12.10.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 146, 12.6.2008, p. 30.


11.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 827/2009

tal-10 ta’ Settembru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Settembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

37,2

XS

31,8

ZZ

34,5

0707 00 05

TR

72,7

ZZ

72,7

0709 90 70

TR

102,7

ZZ

102,7

0805 50 10

AR

143,1

UY

71,8

ZA

112,5

ZZ

109,1

0806 10 10

IL

143,8

TR

102,0

ZZ

122,9

0808 10 80

AR

124,5

BR

70,4

CL

82,3

NZ

87,5

US

85,9

ZA

76,0

ZZ

87,8

0808 20 50

AR

160,8

CN

61,6

TR

87,5

ZA

74,3

ZZ

96,1

0809 30

TR

114,0

US

212,2

ZZ

163,1

0809 40 05

IL

126,5

TR

78,6

ZZ

102,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


11.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 828/2009

tal-10 ta’ Settembru 2009

li jistpula r-regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tas-suq 2009/2010 sal-2014/2015 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor li jinsabu taħt l-intestatura tariffarja 1701 taħt ftehimiet preferenzjali.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 156 tiegħu, b’rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (ACP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u Nru 964/2007 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(7) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 ineħħi, mill-1 ta’ Ottubru 2009, id-dazji tal-importazzjoni tal-prodotti taħt l-intestatura tariffarja nru 1701 għar-reġjuni u l-istati elenkati fl-Anness I għal dak ir-Regolament. Madankollu, jekk l-importazzjonijiet jilħqu l-livell doppju speċifikat fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, din il-preferenza tista’ tiġi sospiża għar-reġjuni jew l-istati elenkati fl-Anness I tiegħu u li mhumiex pajjiżi l-inqas żviluppati li huma elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 732/2008. Skont l-Artikolu 9(2), għandu jiġi ffissat livell reġjonali ta’ salvagwardja.

(2)

L-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 732/2008 jissospendi għal kollox, mill-1 ta’ Ottubru 2009, id-dazji tat-Tariffi Doganali Komuni fuq il-prodotti taħt l-intestatura tariffarja nru 1701 għall-pajjiżi li skont l-Anness I għal dak ir-Regolament jibbenefikaw minn arranġamenti speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati.

(3)

Skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 732/2008, għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2009 sat-30 ta’ Settembru 2015, l-importazzjonijiet tal-prodotti taħt l-intestatura tariffarja nru 1701 jeħtieġu liċenzja tal-importazzjoni.

(4)

Sabiex tissimplifika l-proċedura tal-għoti tal-liċenzja, kull numru ta’ referenza għandu jkun marbut ma’ pajjiż li jkun elenkat taħt l-Anness I għal dan ir-Regolament. Sabiex ikunu evitati l-applikazzjonijiet qarrieqa, din il-lista għandha tkun limitata għal dawk il-pajjiżi li bħalissa huma identifikati bħala esportaturi jew li għandhom potenzjal li jsiru esportaturi tal-Unjoni Ewropea. Kwalunkwe pajjiż li bħalissa ma jinsabx elenkat fl-Anness I għal dan ir-Regolament imma huwa elenkat fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 jew fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 732/2008 huwa eliġibbli li jkun inkluż fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Għalhekk, dan il-pajjiż għandu jitlob lill-Kummissjoni sabiex jiġi elenkat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

(5)

Għandu japplika r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (4), għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa taħt dan ir-Regolament, għajr fejn dan ir-Regolament jistipula mod ieħor.

(6)

Sabiex tiżgura trattament uniformi u ugwali għall-operaturi kollha, għandu jkun iddeterminat il-perjodu li fih jistgħu jintefgħu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-perjodu ta’ meta jinħarġu dawn il-liċenzji.

(7)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (5), l-operaturi għandhom jibagħtu lill-Istati Membri fejn huma rreġistrati għall-finijiet tal-VAT, prova li huma nnegozjaw dwar iz-zokkor tul perjodu partikolari. Madankollu, l-operaturi li huma approvati skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jipprovdi regoli dettaljati għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-ġestjoni tas-suq intern taz-zokkor u l-iskema tal-kwoti (6) għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fin-negozjar taz-zokkor preferenzjali.

(8)

L-Istati Membri jeħtieġu jimmonitorjaw iz-zokkor importat għar-raffinar. Għalhekk, minn meta japplikaw għal-liċenzja tal-importazzjoni, l-operaturi għandhom jispeċifikaw jekk hemmx il-ħsieb li z-zokkor impurtat jiġi raffinat jew le.

(9)

Sabiex ikunu evitati l-ispekulazzjonijiet jew il-bejgħ ta’ liċenzji tal-importazzjoni u sabiex ikun żgurat li l-applikant għandu kuntatti kummerċjali mal-pajjiż terz li jesporta, l-applikazzjonijiet tal-liċenzja tal-importazzjoni għandhom jintbagħtu flimkien ma’ dokument tal-esportazzjoni maħruġ minn awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ta’ esportazzjoni għal kwantità li hi daqs il-kwantità msemmija fl-applikazzjoni tal-liċenzja tal-importazzjoni.

(10)

Skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 732/2008 u l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, l-importatur għandu jagħmel kuntratt li jixtri l-prodotti li jinsabu taħt il-kodiċi tan-NM 1701 għal prezz mhux inqas minn 90 % tal-prezz ta’ referenza (fuq bażi c.i.f.) stipulat fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1, il-punt c) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(11)

Meta l-kwantitajiet li jirriżultaw mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji tal-importazzjonijiet jaqbżu l-kwantitajiet speċifikati fl-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, il-ħruġ tal-liċenzji mill-Istati Membri għandu jkunu suġġett għall-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni l-istess bħal dak li kien ipprovdut mir-Regolament (KE) Nru 1301/2006. Skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, dak il-koeffiċjent għandu jiġi kkalkulat fuq livell reġjonali.

(12)

L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 iżid il-possibbiltà li jinqabżu l-kwantitajiet speċifikati fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007. Għalhekk il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tranżizzjonali ta’ salvagwardja għaz-zokkor u, jekk hu neċessarju, tagħmel proposti xierqa. Dan ir-rapport għandu jinkludi ħarsa ġenerali fuq l-influssi tal-importazzjoni waqt l-ewwel snin tas-suq tal-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, janalizza l-iżviluppi għall-ġejjieni tal-kummerċ u jevalwa kwalunwe riskju possibbli ta’ qabża f’daqqa ‘l fuq u l-kwantitajiet involuti.

(13)

Il-livelli għall-immaniġġjar tal-mekkaniżmu tranżizzjonali ta’ salvagwardja għaz-zokkor huma msejsa fuq importazzjonijiet li jsiru waqt sena speċifika tas-suq. Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom għalhekk ikunu validi bejn l-1 ta’ Ottubru u t-30 ta’ Settembru.

(14)

L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 jillimita l-benefiċċju tal-eliminazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjonijiet għal dawk l-importaturi li jħallsu prezz mhux inqas minn 90 % tal-prezz ta’ referenza fuq il-bażi ta’ c.i.f. Fil-kummerċ internazzjonali, dawn il-kuntratti jimplikaw li l-importatur ikollu jġorr ir-responsabbiltà kollha taz-zokkor mid-data meta dan jitgħabba. Fil-każ tal-liċenzji validi sat-30 ta’ Settembru li għalihom iz-zokkor tgħabba sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Settembru, xi dewmien fil-katina tal-loġistika għajr għall-force majeure seta’ jwassal għall-importazzjonijiet li fil-verità jsiru wara t-30 ta’ Settembru. Sabiex tevita r-riskju li tħallas id-dazju kollu fuq l-importazzjoni li jammonta għal EUR 419 għal kull tunnellata u għas-sekwestru tal-garanzija, l-importaturi għandhom jingħataw il-possibbiltà li jimportaw dak iz-zokkor li jkun tgħabba sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Settembru tas-sena tas-suq imsejsa fuq liċenzja tal-importazzjoni maħruġa għal dik is-sena tas-suq. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jestendu l-validità tal-liċenzja tal-importazzjoni jekk l-importatur jibgħat prova li z-zokkor tgħabba sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Settembru.

(15)

Id-distinzjoni bejn “zokkor maħsub biex jiġi raffinat” u “z-zokkor li mhux maħsub biex jiġi raffinat” mhijiex marbuta mad-distinzjoni li ssir bejn iz-zokkor l-abjad u dak nhux raffinat kif imfisser fil-punti 1 u 2 tal-Parti II tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Għalhekk għandhom ikunu identifikati l-kodiċijiet tan-NM li huma awtorizzati għall-importazzjonijiet taħt kull grupp ta’ liċenzji tal-importazzjoni.

(16)

Għall-fini ta’ tmexxija mill-aqwa tal-ftehimiet, il-Kummissjoni għandha tirċievi t-tagħrif rilevanti fil-ħin.

(17)

L-Artikolu 153(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jillimita, waqt l-ewwel tliet xhur ta’ kull sena tas-suq u fil-limitu msemmi fl-Artikolu 153(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għal dawk li x-xogħol ewlieni tagħhom hu li jirraffinaw iz-zokkor. Waqt dak il-perjodu, dawk biss li x-xogħol ewlieni tagħhom hu li jirraffinaw iz-zokkor jistgħu japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni taz-zokkor sabiex jiġi raffinat. Dawn il-liċenzji għandhom ikunu validi sa tmiem is-sena tas-suq li fiha jkunu nħarġu.

(18)

L-Istati Membri għandhom jivverifikaw l-obbligu li jiġi raffinat iz-zokkor. Għandha titħallas penali, f’każ li d-detentur oriġinali tal-liċenzja tal-importazzjoni ma jistax jagħti prova.

(19)

Iz-zokkor kollu raffinat importat minn operatur approvat għandu jkun imsejjes fuq liċenzja tal-importazzjoni taz-zokkor għar-raffinar. Il-kwantitajiet li għalihom ma tistax tingħata din il-prova għandha titħallas penali fuqhom.

(20)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Ambitu

(1)   Dan ir-Regolament jiffissa regoli ddettaljati sa 2014/2015 li japplikaw għall-importazzjonijiet tal-prodotti tal-intestatura tariffarja 1701 għas-snin tas-suq 2009/2010 li huma msemmija fl-

(a)

Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007;

(b)

Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 732/2008.

(2)   L-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi li huma l-inqas żviluppati (LDC) li huma elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 732/2008, li jagħmlu parti mill-grupp ta’ pajjiżi Afrikani, Karibej u Paċifiċi (ACP) jew li ma ma jagħmlux parti mill-grupp (pajjiżi NON-ACP), għandhom ikunu eżentati mid-dazju u ma jkollhomx limiti tal-kwota u għandhom juru n-numru tar-referenza kif muri fil-Parti I tal-Anness I għal dan ir-Regolament.

(3)   L-importazzjonijiet mill-pajjiżi ACP li mhumiex il-pajjiżi l-inqas żviluppati (NON-LDC) huma elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 732/2008 għandhom ikunu eżentati mid-dazji suġġett għall-mekkaniżmu tranżizzjonali ta’ salvagwardja għaz-zokkor skont id-dispożizzjonijiet li huma msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 u għandhom juru n-numri ta’ referenza kif muri fil-Parti II tal-Anness I għal dan ir-Regolament.

Skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, livell reġjonali ta’ salvagwardja huwa stipuat fil-Parti II tal-Anness I għal dan ir-Regolament għal kull sena tas-suq.

(4)   Pajjiż li huwa elenkat fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 jew fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 732/2008 huwa eliġibbli sabiex jiżdied mal-Anness I għal dan ir-Regolament. Għalhekk, dan il-pajjiż għandu jitlob lill-Kummissjoni sabiex jiġi elenkat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)

“il-piż tel. quel” tfisser il-piż taz-zokkor fl-istat naturali;

(b)

“raffinar” tfisser l-ipproċessar taz-zokkor mhux raffinat f’zokkor abjad kif imfisser fil-punti 1 u 2 tal-Parti II tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u kwalunkwe ħidma teknika ekwivalenti li hija applikata għaz-zokkor l-abjad bil-massa.

KAPITOLU II

IL-LIĊENZJI TAL-IMPORTAZZJONI

Artikolu 3

Applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 376/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 376/2008 għandu japplika, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Applikazzjonijet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-liċenzji tal-esportazzjoni

(1)   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jintbagħtu mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-tieni Tnejn tax-xahar ta’ Settembru qabel is-sena tas-suq li japplikaw għaliha.

L-ebda applikazzjoni ma għandha tasal bejn il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru 2009 fis-1:00 p.m. (ħin ta’ Brussell) sal-Ġimgħa l-1 ta’ Jannar 2010 fis-1:00p.m. (ħin ta’ Brussell).

(2)   L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandu japplika mutatis mutandis. Madankollu, jista’ jkun li għall-operaturi approvati skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 952/2006, ma jkunx meħtieġ li titressaq il-prova pprovduta f’dak l-Artikolu.

(3)   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-liċenzji tal-importazzjoni għandu jkollhom l-annotazzjonijiet li ġejjin:

(a)

fil-kaxxa nru 8: il-pajjiż tal-oriġini (wieħed mill-pajjiżi elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament).

Il-kelma “iva” mmarkata b’salib;

(b)

fil-kaxxa nru 16, kodiċi tan-NM bi tmien numri;

(c)

fil-kaxxi nri 17 u 18: il-kwantità ta’ zokkor espressa bħala l-ekwivalenti taz-zokkor abjad;

(d)

fil-kaxxa nru 20:

(i)

“zokkor bil-ħsieb li jiġi raffinat” jew “zokkor mhux bil-ħsieb li jiġi raffinat”;

(ii)

għall-inqas waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-parti A tal-Anness V;

(iii)

is-sena tas-suq li l-liċenzji għandhom x’jaqsmu magħha;

(e)

fil-kaxxa nru 24: għall-inqas waħda mill-annotazzjonijiet elenkati f’parti B tal-Anness V.

(4)   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jintbagħtu flimkien ma’:

(a)

il-prova li l-applikant għamel garanzija ta’ EUR 20 għal kull tunnellata tal-kwantità taz-zokkor indikata fil-kaxxa nru 17 tal-liċenzja;

(b)

l-oriġinali tal-liċenzja tal-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li jesporta skont il-mudell stipulat fl-Anness III għall-kwantità daqs dik imsemmija fl-applikazzjoni għal-liċenzja.

(c)

fil-każ taz-zokkor bil-ħsieb li jiġi raffinat, l-impriża tal-applikant li se tirraffina l-kwantitajiet ta’ zokkor in kwistjoni qabel it-tmiem tat-tielet xahar wara dak li fih tiskadi l-liċenzja tal-importazzjoni kkonċernata.

(d)

għas-snin tas-suq 2009/2010, 2010/2011, 2011/2012, l-impenn tal-applikant sabiex jixtri z-zokkor għal prezz mhux inqas minn 90 % tal-prezz ta’ referenza (fuq il-bażi c.i.f.) stipulat fl-Artikolu 8(c) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għas-sena tas-suq rilevanti kif ukoll bħala dokument li jorbot u li għandu x’jaqsam mat-tranżazzjoni u ffirmat kemm mix-xerrej u kemm mill-fornitur.

Il-liċenzji tal-esportazzjoni msemmijin fil-punt (b) jistgħu jinbidlu b’kopji ċċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz tal-esportazzjoni, tal-prova tal-oriġini pprovduta fl-Artikolu 14 tal-Anness II għall-pajjiżi elenkati fl-Anness I għal dak ir-Regolament (KE) Nru 1528/2007 jew fl-Artikoli 67 sa 97 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (7) għall-pajjiżi mhux elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 imma li huma elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 732/2008.

(5)   L-oriġinali tal-liċenzji tal-esportazzjoni msemmijin fil-paragrafu 4, il-punt (b) jew il-kopji ċċertifikati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandhom jinżammu mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

(6)   Fejn jinstab li dokument mibgħut minn applikant skont il-paragrafu 4 jipprovdi tagħrif falz u fejn dan it-tagħrif huwa deċiżiv għall-attribut tal-liċenzji tal-importazzjoni preferenzjali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jeskludu l-applikant mis-sistema tal-applikazzjoni tal-liċenzja għas-sena tas-suq li qegħdin fiha u li jmiss, sakemm l-applikant ma japprovax, għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti, li dan mhuwiex dovut għan-negliġenza kbira min-naħa tiegħu jew huwa dovut għall-force majeure jew xi żball ċar.

Artikolu 5

Mekkaniżmu Tranżizzjonali ta’ Salvagwardja għaz-zokkor

(1)   Meta l-kwantità kollha li tirriżulta mill-applikazzjonijiet tal-liċenzja għan-numri ta’ referenza 09.4231 sa 09.4247 taqbeż it-3,5 miljun tunnellata u l-kwantità totali tirriżulta mill-applikazzjonijiet tal-liċenzja għan-numri ta’ referenza 09.4241 sa 09.4247 taqbeż il-kwantità msemmija fl-Anness II għas-sena tas-suq ikkonċernata, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent tal-allokazzjoni għan-numri ta’ referenza 09.4241 sa 09.4247 li l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni għal dawn in-numri ta’ referenza.

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni għal numru ta’ referenza huwa kkalkulat skont il-kwantità disponibbli tal-livell reġjonali ta’ salvagwardja għal dak in-numru ta’ referenza u s-sena tas-suq ikkonċernata.

Jekk, wara li jiġu applikati l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet li jintbagħtu kull ġimgħa, il-kwantità li tirriżulta mill-applikazzjonijiet tal-liċenzja għan-numri ta’ referenza 09.4231 sa 09.4247 hija inqas minn 3.5 miljun tunnellata jew il-kwantità li tirriżulta mill-applikazzjonijiet tal-liċenzja għan-numri ta’ referenza 09.4241 sa 09.4247 hija inqas mill-kwantità msemmija fl-Anness II għas-sena tas-suq ikkonċernata, id-differenza ikbar hija mqassma bejn in-numri ta’ referenza 09.4241 sa 09.4247 b’koeffiċjent tal-allokazzjoni inqas minn 100 % skont il-kwantità ta’ kull ġimgħa li ma tkunx allokata għan-numru ta’ referenza. Għal dawk in-numri ta’ referenza, il-koeffiċjent tal-allokazzjoni huwa kkalkulat mill-ġdid meta titqies l-allokazzjoni miżjuda.

L-algoritmu użat sabiex ikun ikkalkulat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni huwa ffissat fl-Anness IV.

(2)   Fil-każ li l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni huma ffissati skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji sal-aħħar tas-sena tas-suq għan-numri ta’ referenza li għalihom ikun intlaħaq il-livell reġjonali ta’ salvagwardja. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tirtira s-sospensjoni u terġa’ tilqa’ l-applikazzjonijiet meta l-kwantitajiet li jkunu disponibbli għal darba oħra skont in-notifiki msemmija fl-Artikolu 9(3).

(3)   Qabel il-31 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar it-tħaddim tal-mekkaniżmu tranżizzjonali ta’ salvagwardja għaz-zokkor u, jekk hu neċessarju, tagħmel proposti xierqa. Ir-rapport għandu jqis l-influssi fil-kummerċ taz-zokkor mill-pajjiżi terzi msemmija fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Il-ħruġ tal-liċenzja tal-importazzjoni

(1)   Kull nhar ta’ Ħamis jew l-iktar tard il-Ġimgħa ta’ kull ġimgħa, l-Istati Membri għandhom joħorġu l-liċenzji għall-applikazzjonijiet li jkunu ntbagħtu fil-ġimgħa ta’ qabel u nnotifikati kif ipprovdut fl-Artikolu 9(1), skont il-każ waqt li jitqies il-koeffiċjent tal-allokazzjoni ffissat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5(1).

Ma jistgħux jinħarġu liċenzji tal-esportazzjoni għal kwantitajiet li ma jkunux ġew innotifikati.

(2)   Il-liċenzji għandhom ikunu validi mid-data tal-ħruġ jew mill-1 ta’ Ottubru tas-sena tas-suq li jkunu nħarġu fiha skont liema minnhom hija l-iktar tard.

Il-liċenzji għandhom ikunu validi sal-aħħar tat-tielet xahar wara d-data tagħhom ta’ validità mingħajr ma jaqbżu t-30 ta’ Settembru tas-sena tas-suq li jkunu nħarġu fiha.

Artikolu 7

L-estensjoni tal-validità tal-liċenzji tal-importazzjoni

Għal-liċenzji tal-importazzjoni li ma jibqgħux validi wara t-30 ta’ Settembru tas-sena tas-suq u fuq talba tad-detentur tal-liċenzja tal-importazzjoni, l-entità kompetenti tal-Istat Membru li toħroġ il-liċenzji għandha testendi l-perjodu tal-validità tal-liċenzja tal-importazzjoni sal-31 ta’ Ottubru jekk id-detentur titulari jibgħat prova, bħal ngħidu aħna il-polza ta’ kargu; li tkun aċċettata minn dik l-entità kompetenti tal-Istat Membru li joħroġha, li tgħid li z-zokkor ikun tgħabba sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Settembru tas-sena tas-suq. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dan lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol tal-ġimgħa wara l-estensjoni tal-validità.

Artikolu 8

Ir-Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

Il-liċenzji tal-importazzjoni li fil-kaxxa nru 20 hemm l-annotazzjoni “zokkor bil-ħsieb li jiġi raffinat” jistgħu jintużaw għall-importazzjoni tal-kodiċijiet tan-NM 1701 11 10, 1701 91 00, 1701 99 10 jew 1701 99 90.

Il-liċenzji tal-importazzjoni li fil-kaxxa nru 20 hemm l-annotazzjoni “zokkor mhux bil-ħsieb li jiġi raffinat” jistgħu jintużaw għall-importazzjoni tal-kodiċi tan-NM 1701 11 90, 1701 91 00, 1701 99 10 jew 1701 99 90.

Artikolu 9

Notifikazzjonijiet lill-Kummissjoni

(1)   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bejn il-Ġimgħa fis-1:00 p.m. (ħin ta’ Brussell) u t-Tnejn ta’ wara fis-6:00 p.m. (ħin ta’ Brussell), bil-kwantitajiet taz-zokkor, inkluż prospetti nulli, li għalihom l-applikazzjonijiet tal-liċenzja tal-importazzjoni jkunu ntbagħtu skont l-Artikolu 4.

(2)   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bejn il-Ġimgħa fis-1:00 p.m. (ħin ta’ Brussell) u t-Tnejn ta’ wara fis-6:00 p.m. (ħin ta’ Brussell), bil-kwantitajiet taz-zokkor, inkluż prospetti nulli, li għalihom l-applikazzjonijiet tal-liċenzja tal-importazzjoni jkunu ntbagħtu mill-Ħamis ta’ qabel skont l-Artikolu 6.

(3)   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bejn il-Ġimgħa fis-1:00p.m. (ħin ta’ Brussell) u t-Tnejn ta’ wara fis-6:00 p.m. (ħin ta’ Brussell), bil-kwantitajiet, inklużi prospetti nulli, koperti b’liċenzji tal-importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw biss parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq in-naħa ta’ wara tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu.

(4)   Il-kwantitajiet imsemmija taħt il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jinqasmu skont in-numru ta’ referenza, il-pajjiż tal-oriġini, il-kodiċi tan-NM bi tmien numri, is-sena tas-suq ikkonċernata u jekk jinvolvux jew le z-zokkor bil-ħsieb li jiġi raffinat. Għandhom jiġu espressi fi kwantitajiet ekwivalenti ta’ kilogrammi ta’ zokkor abjad.

(5)   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Marzu u għas-sena tas-suq ta’ qabel bil-kwantitajiet ta’ zokkor li ġie raffinat fil-verità, imqassmin skont in-numru ta’ referenza u l-pajjiż tal-oriġini u espressi fi kwantitajiet ta’ kilogrammi ta’ piż “tel. quel” u f’zokkor abjad.

(6)   In-notifiki għandhom jintbagħtu b’mod elettroniku skont il-mudelli u l-metodi li l-Kummissjoni qiegħdet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

(7)   L-Istati Membri għandhom jibagħtu d-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93.

KAPITOLU III

BŻONNIJIET TA’ PROVVISTA TRADIZZJONALI

Artikolu 10

Is-sistema għal dawk li x-xogħol ewlieni tagħhom huwa r-raffinar taz-zokkor

(1)   Dawk biss li x-xogħol ewlieni tagħhom huwa r-raffinar jistgħu japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni għaz-zokkor bil-ħsieb li jiġi raffinat li l-validità tagħhom tibda waqt l-ewwel tliet xhur ta’ kull sena tas-suq. Permezz ta’ deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) dawn il-liċenzji għandhom ikunu validi sal-aħħar tas-sena tas-suq li jkunu nħarġu fiha.

(2)   Jekk, qabel l-1 ta’ Jannar ta’ kull sena tas-suq, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni taz-zokkor bil-ħsieb li jiġi raffinat għal dik is-sena tas-suq huma daqs jew iktar mit-total tal-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 153(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri li l-limitu tal-bżonnijiet ta’ provvista tradizzjonali għal dik is-sena tas-suq intlaħaq fil-livell tal-Komunità.

Mid-data tan-notifika, il-paragrafu 1 mhux se japplika għas-sena tas-suq ikkonċernata.

Artikolu 11

Prova tar-raffinar u l-penali

(1)   Kull detentur oriġinali ta’ liċenzja tal-importazzjoni taz-zokkor bil-ħsieb li jiġi raffinat, għandu fi żmien sitt xhur wara li tiskadi l-liċenzja tal-importazzjoni kkonċernata, jipprovdi lill-Istat Membru li ħareġ il-liċenzja bi prova aċċettabbli għalih li r-raffinar sar fil-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(4)(c).

Fejn ma tkunx ipprovduta prova bħal din, l-applikant għandu jħallas, qabel l-1 ta’ Ġunju wara s-sena tas-suq ikkonċernata, ammont ta’ EUR 500 għal kull tunnellata għall-kwantitajiet taz-zokkor ikkonċernati, għajr għal raġunijiet eċċezzjonali ta’ force majeure.

(2)   Il-produtturi taz-zokkor approvati skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom qabel l-1 ta’ Marzu wara s-sena tas-suq ikkonċernata jiddikjaraw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru l-kwantitajiet ta’ zokkor li jkunu rraffinaw f’dik is-sena tas-suq, billi jgħidu:

(a)

il-kwantitajiet ta’ zokkor li jikkorrispondu għal-liċenzji tal-importazzjoni għaz-zokkor bil-ħsieb li jiġi raffinat,

(b)

il-kwantitajiet ta’ zokkor prodotti fil-Komunità, billi jingħataw ir-referenzi tal-impriża approvata li pproduċiet dak iz-zokkor;

(c)

kwantitajiet oħra ta’ zokkor, billi tiġi ddikjata l-oriġini tagħhom.

Il-produtturi għandhom iħallsu, qabel l-1 ta’ Ġunju ta’ wara s-sena tas-suq ikkonċernata, ammont ta’ EUR 500 għal kull tunnellata għall-kwantitajiet ta’ zokkor li huma msemmijin fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu li għaliha ma jistgħux jipprovdu prova li tkun tista’ tiġi aċċettata mill-Istat Membru tal-kwantitajiet ta’ zokkor li ġew raffinati, għajr għal raġunijiet eċċezzjonali ta’ force majeure.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONI FINALI

Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika sat-30 ta’ Settembru 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(5)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(6)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 39.

(7)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS I

NUMRI TA’ REFERENZA

Parti I:   Il-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati

Titlu tal-grupp

Pajjiż terz

Numru ta’ referenza

NON-ACP-LDC

Il-Bangladexx

Il-Kambodja

Il-Laos

In-Nepal

09.4221

ACP-LDC

Il-Benin

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

L-Etjopja

Il-Madagaskar

Il-Malawi

Il-Możambik

Is-Senegal

Is-Sjerra Leone

Is-Sudan

It-Tanzanija

It-Togo

Iż-Żambja

09.4231


Parti II:   Mhumiex Pajjiżi l-Inqas Żviluppati

Reġjun

Pajjiż terz

Numru ta’ riferenza

Livell reġjonali ta’ salvagwardja

2009/2010

(ekwivalenti għall-kwantità f’tunnellati ta’ zokkor abjad)

Livell reġjonali ta’ salvagwardja

2010/2011

(ekwivalenti għall-kwantità f’tunnellati ta’ zokkor abjad)

Livell reġjonali ta’ salvagwardja

2011/2012

2012/2013

2013/2014

2014/2015

(ekwivalenti għall-kwantità f’tunnellati ta’ zokkor abjad)

L-Afrika Ċentrali – NON-LDC

 

09.4241

10 186,1

10 186,1

10 186,1

L-Afrikatal-Punent – NON-LDC

Il-Côte d’Ivoire

09.4242

10 186,1

10 186,1

10 186,1

SADC-NON-LDC

Is-Sważiland

09.4243

166 081,2

174 631,9

192 954,5

EAC-NON-LDC

Il-Kenja

09.4244

12 907,9

13 572,4

14 996,5

ESA-NON-LDC

Il-Mawrizju

Iż-Żimbabwe

09.4245

544 711,6

572 755,9

632 850,9

Il-PAĊIFIKU-NON-LDC

Il-Fiġi

09.4246

181 570,5

190 918,6

210 950,3

CARIFORUM-NON-LDC

Il-Barbados

Il-Beliże

Ir-Repubblika Dominikana

Il-Gujana

Il-Ġamajka

It-Trinidad u t-Tobago

09.4247

454 356,6

477 749,0

527 875,6


ANNESS II

2009/2010

(ekwivalenti għall-kwantità f’tunnellati ta’ zokkor abjad)

2010/2011

(ekwivalenti għall-kwantità f’tunnellati ta’ zokkor abjad)

2011/2012

2012/2013

2013/2014

2014/2015

(ekwivalenti għall-kwantità f’tunnellati ta’ zokkor abjad)

1 380 000

1 450 000

1 600 000


ANNESS III

Il-liċenzja tal-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(4)(b)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

I.   Definizzjonijiet:

TACPLDC= It-total tal-kwantitajiet li ġew akkumulati (f’tunnellati) tal-applikazzjonijiet mill-pajjiżi tal-ACP_LDC (numru ta’ referenza 09.4231)

N= numru ta’ referenza għall-pajjiżi tal-ACP-NON-LDC (09.4241 sa 09.4247)

RSTN= Il-Livell Reġjonali ta’ Salvagwardja għan-numru ta’ referenza N;

WAN= Applikazzjoni fil-ġimgħa hija l-kwantitajiet (f’tunnellati) li ġew applikati f’ġimgħa

CWAN= Applikazzjonijiet li jakkumulaw fuq ġimgħa għan-numru ta’ referenza N mingħajr ma tkun inkluża l-aħħar komunikazzjoni

ACN= Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni għan-numru ta’ referenza N

RESQ= Kwantità residwa li għandha titqassam wara li jkun applikat l-ACN

RESQN= Il-kwantità residwa attribwita għan-numru ta’ referenza N

II.   Il-kalkolu tal-koeffiċjent tal-allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(1)

II.1:

Għal kull N:

ACN = ((RSTN – CWAN)/WAN * 100) %

Jekk l-ACN ikun fin-negattiv, l-ACN huwa stmat 0 %

Jekk l-ACN ikun 100 % jew iktar, l-ACN huwa stmat 100 %

II.2:

Jekk

(TACPLDC + Σ (CWAN + ACN * WAN) għar-reġjuni kollha li jkollhom RST) huwa inqas minn 3,5 miljun tunnellata

JEW

Σ ((CWAN + ACN * WAN) għar-reġjuni kollha li jkollhom RST) huwa inqas minn RST

Allura:

RESQ = Massimu ta’

3,5 Miljun tunnellata – (TACPDLC + Σ ((CWAN + ACN * WAN) għar-reġjuni kollha li jkollhom RST)

u

RST – Σ ((CWAN + ACN * WAN) għar-reġjuni kollha li jkollhom RST)

Meta l-ACN ikun inqas minn 100 %:

RESQN = RESQ * (((1-ACN) * WAN)/(Σ (((1-ACN) * WAN) għan-numri ta’ referenza li jkollhom ACN < 100 %)))

“CAN ġdid” = ((“ACN ta’ qabel” * WAN) + RESQN)/WAN


ANNESS V

A.   Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3)(d)(ii)

:

bil-Bulgaru

:

Прилагане на Регламент (ЕО) № 828/2009, ВОО/СИП. Референтен номер [вписва се референтен номер в съответствие с приложение I]

:

bl-Ispanjol

:

Aplicación del Reglamento (CE) no 828/2009, TMA/AAE. Número de referencia [el número de referencia se incluirá conforme a lo dispuesto en el anexo I]

:

biċ-Ċek

:

Použití nařízení (ES) č. 828/2009, EBA/EPA. Referenční číslo (vloží se referenční číslo v souladu s přílohou I)

:

bid-Daniż

:

Anvendelse af forordning (EF) nr. 828/2009 EBA/EPA. Referencenummer [referencenummer skal indsættes i overensstemmelse med bilag I]

:

bil-Ġermaniż

:

Anwendung der Verordnung (EG) Nr. 828/2009, EBA/EPA. Referenznummer [Referenznummer gemäß Anhang I einfügen]

:

bl-Estonjan

:

Kohaldatakse määrust (EÜ) nr 828/2009, EBA/EPA. Viitenumber [lisatakse vastavalt I lisale]

:

bil-Grieg

:

Εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 828/2009, EB A/ΕΡΑ. Αύξων αριθμός (να συμπληρώνεται ο αύξων αριθμός σύμφωνα με το παράρτημα Ι)

:

bl-Ingliż

:

Application of Regulation (EC) No 828/2009, EBA/EPA. Reference number [reference number to be inserted in accordance with Annex I]

:

bil-Franċiż

:

Application du règlement (CE) no 828/2009, EBA/APE. Numéro de référence (numéro de référence à insérer conformément à l’annexe I)

:

bit-Taljan

:

Applicazione del regolamento (CE) n. 828/2009, EBA/APE. Numero di riferimento (inserire in base all’allegato I)

:

bil-Latvjan

:

Regulas (EK) Nr. 828/2009 piemērošana, EBA/EPA. Atsauces numurs [jāieraksta atsauces numurs saskaņā ar I pielikumu]

:

bil-Litwan

:

Taikomas reglamentas (EB) Nr. 828/2009, EBA/EPS. Eilės Nr. (eilės numeris įrašytinas pagal I priedą)

:

bl-Ungeriż

:

A(z) 828/2009/EK rendelet alkalmazása, EBA/GPM. Hivatkozási szám [hivatkozási szám az I. melléklet szerint]

:

bil-Malti

:

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 828/2009, EBA/EPA. Numru ta’ referenza [in-numru ta’ referenza għandu jiddaħħal skont l-Anness I]

:

bl-Olandiż

:

Toepassing van Verordening (EG) nr. 828/2009, EBA/EPO. Referentienummer [zie bijlage I]

:

bil-Pollakk

:

Zastosowanie rozporządzenia (WE) nr 828/2009, EBA/EPA. Numer referencyjny [numer referencyjny należy wstawić zgodnie z załącznikiem I]

:

bil-Portugiż

:

Aplicação do Regulamento (CE) n.o 828/2009, TMA/APE. Número de referência [número de referência a inserir em conformidade com o anexo I]

:

bir-Rumen

:

Aplicarea Regulamentului (CE) nr. 828/2009, EBA/EPA. Număr de referință [a se introduce numărul de referință în conformitate cu anexa I]

:

bis-Slovakk

:

Uplatňovanie nariadenia (ES) č. 828/2009, EBA/EPA. Referenčné číslo (referenčné číslo sa vloží podľa prílohy I)

:

bis-Sloven

:

Uporaba Uredbe (ES) št. 828/2009, EBA/EPA. Zaporedna številka [vstaviti zaporedno številko v skladu s Prilogo I].

:

bil-Finlandiż

:

Asetuksen (EY) N:o 828/2009 soveltaminen, kaikki paitsi aseet/talouskumppanuussopimus. Viitenumero [viitenumero lisätään liitteen I mukaisesti]

:

bl-Iżvediż

:

Tillämpning av förordning (EG) nr 828/2009, EBA/EPA. Referensnummer [referensnumret ska anges i enlighet med bilaga I]

B.   Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3)(e)

:

bil-Bulgaru

:

Мито „0“ — Регламент (ЕО) № 828/2009

:

bl-Ispanjol

:

Derecho de aduana «0» — Reglamento (CE) no 828/2009,

:

biċ-Ċek

:

Clo „0“ – nařízení (ES) č. 828/2009

:

bid-Daniż

:

Toldsats »0« — Forordning (EF) nr. 828/2009

:

bil-Ġermaniż

:

Zollsatz „0“ — Verordnung (EG) Nr. 828/2009

:

bl-Estonjan

:

Tollimaks „0” – määrus (EÜ) nr 828/2009

:

bil-Grieg

:

Τελωνειακός δασμός «0» — Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 828/2009 της ΕΕ

:

bl-Ingliż

:

Customs duty ‘0’ — Regulation (EC) No 828/2009

:

bil-Franċiż

:

Droit de douane «0» — règlement (CE) no 828/2009

:

bit-Taljan

:

Dazio doganale nullo — Regolamento (CE) n. 828/2009

:

bil-Latvjan

:

Muitas nodoklis ar “0” likmi – Regula (EK) Nr. 828/2009

:

bil-Litwan

:

Muito mokestis „0“ – Reglamentas (EB) Nr. 828/2009

:

bl-Ungeriż

:

„0” vámtétel – 828/2009/EK rendelet

:

bil-Malti

:

Id-dazju tad-dwana “0” – Ir-Regolament (KE) Nru 828/2009

:

bl-Olandiż

:

Douanerecht „0” — Verordening (EG) nr. 828/2009

:

bil-Pollakk

:

Stawka celna „0” – rozporządzenie (WE) nr 828/2009

:

bil-Portugiż

:

Direito aduaneiro nulo — Regulamento (CE) n.o 828/2009

:

bir-Rumen

:

Taxă vamală „0” – Regulamentul (CE) nr. 828/2009

:

bis-Slovakk

:

Clo „0“ – nariadenie (ES) č. 828/2009

:

bis-Sloven

:

Carina „0“ – Uredba (ES) št. 828/2009

:

bil-Finlandiż

:

Tulli ”0” – Asetus (EY) N:o 828/2009

:

bl-Iżvediż

:

Tullsats ”0” – Förordning (EG) nr 828/2009


11.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 829/2009

tad-9 ta' Settembru 2009

li jipprojbixxi s-sajd għar-roundnose grenadier fl-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi ta' Vb, VI, VII min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-politika komuni tas-sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (3) jistipula kwoti għall-2009 u l-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2009.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data għandu jkun ipprojbit ukoll li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi v s-Sajd


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 352, 31.12.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

4/DSS

Stat membru

Spanja

Stokk

RNG/5B67-

Speċi

Roundnose grenadier (Coryphaenoides rupestris)

Żona

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi fiż-żoni Vb, VI u VII

Data

28.7.2009


11.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 830/2009

tad-9 ta’ Settembru 2009

li jipprojbixxi s-sajd għal-linarda fl-ilmijiet tal-Komunità u fl-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi ta' II, IV u V min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi li jistadu skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd, (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (3) jistabbilixxi l-kwoti għall-2009 u l-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2009.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi v s-Sajd


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 352, 31.12.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

2/DSS

Stat membru

IR-renju unit/GBR

Stokk

BLI/245-

Speċi

Linarda (Molva dypterygia)

Żona

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ II, IV u V

Data

8.8.2009


11.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 831/2009

tal-10 ta’ Settembru 2009

li jistabbilixxi t-tnaqqis massimu fid-dazju għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 676/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144 tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2009 (2) fetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni fi Spanja tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (3), il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tiddeċiedi li tistabbilixxi tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni. Biex din il-kwantità tiġi stabbilita, għandhom jitqiesu l-kriterji mniżżla fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.

(3)

Il-konċessjoni tingħata lil kull min tefa' offerta li ma taqbiżx l-ammont tat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni.

(4)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-offerti kkomunikati mit-28 ta’ Awwissu sal-10 ta’ Settembru 2009, fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 676/2009, it-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum huwa stabbilit għal EUR 32,00 kull tunnellata għal kwantità massima totali ta' 14 166 tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Settembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, l-10 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 6.

(3)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.


11.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 832/2009

tal-10 ta’ Settembru 2009

li jistabbilixxi t-tnaqqis massimu fid-dazju għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 677/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144 tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 677/2009 (2) fetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni fil-Portugall tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (3), il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tiddeċiedi li tistabbilixxi tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni. Biex din il-kwantità tiġi stabbilita, għandhom jitqiesu l-kriterji mniżżla fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.

(3)

Il-konċessjoni tingħata lil kull min tefa' offerta li ma taqbiżx l-ammont tat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni.

(4)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-offerti kkomunikati mit-28 ta’ Awwissu sal-10 ta’ Settembru 2009, fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 677/2009, it-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum huwa stabbilit għal EUR 25,95 kull tunnellata għal kwantità massima totali ta' 6 396 tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Settembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 7.

(3)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

11.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta' Settembru 2009

li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossier li tressaq għal eżami dettaljat bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tal-bixafen fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 6771)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/700/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/414/KEE tipprevedi l-iżvilupp ta’ lista Komunitarja ta’ sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

(2)

Tressaq dossier għas-sustanza attiva bixafen minn Bayer CropScience lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fit-8 ta' Ottubru 2008 b'applikazzjoni għall-kisba tal-inklużjoni tagħha fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

L-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw lill-Kummissjoni li, fuq investigazzjoni preliminari, il-fajl għas-sustanza attiva kkonċernata jidher li jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Il-fajl li tressaq jidher ukoll li jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness III għad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata. Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-fajl sussegwentement intbagħat mill-applikant rispettiv lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra, u tressaq quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

(4)

Permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi kkonfermat b’mod formali fil-livell Komunitarju li l-fajl meqjus li jissodisfa fil-prinċipju r-rekwiżiti ta’ dejta u informazzjoni stipulati fl-Anness II u, għal mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata, ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness III għad-Direttiva 91/414/KEE.

(5)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tkun ta’ ħsara għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob lill-applikant li jressaq dejta jew informazzjoni ulterjuri biex jiċċara ċerti punti fil-fajl.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bla ħsara għall-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-fajl li jikkonċerna s-sustanza attiva identifikata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, li tressaq lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bl-għan li tinkiseb l-inklużjoni ta’ dik is-sustanza fl-Anness I għal dik id-Direttiva, jissodisfa fil-prinċipju r-rekwiżiti ta’ dejta u informazzjoni stipulati fl-Anness II għal dik id-Direttiva.

Il-fajl jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti ta’ dejta u informazzjoni stabbiliti fl-Anness III għal dik id-Direttiva fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, filwaqt li jqis l-użi proposti.

Artikolu 2

L-Istat Membru relatur għandu jeżamina fid-dettall id-dossier imsemmi fl-Artikolu 1 u għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-konklużjonijiet tal-eżami tiegħu flimkien ma' rakkomandazzjoni dwar l-inklużjoni jew in-nuqqas ta' inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanza attiva msemmija fl-Artikolu 1 u kwalunkwe kondizzjoni għal dik l-inklużjoni malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn perjodu ta' sena mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.


ANNESS

SUSTANZA ATTIVA KKONĊERNATA MINN DIN ID-DEĊIŻJONI

Isem Komuni, Numru tal-Identifikazzjoni CIPAC

Applikant

Data tal-applikazzjoni

Stat Membru Relatur

Bixafen

Nru-CIPAC: għadu ma ngħatax

Bayer CropScience

8 ta' Ottubru 2008

UK