ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.236.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 236

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
8 ta' Settembru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 814/2009 tas-7 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 815/2009 tas-7 ta’ Settembru 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 816/2009 tas-7 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd

5

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

8.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 236/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 814/2009

tas-7 ta’ Settembru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Settembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

36,7

XS

31,8

ZZ

34,3

0707 00 05

MK

21,7

TR

112,3

ZZ

67,0

0709 90 70

TR

107,8

ZZ

107,8

0805 50 10

AR

96,9

TR

109,0

UY

117,8

ZA

88,9

ZZ

103,2

0806 10 10

EG

145,1

IL

143,8

TR

95,7

ZZ

128,2

0808 10 80

AR

123,8

BR

48,7

CL

79,1

NZ

85,5

ZA

80,8

ZZ

83,6

0808 20 50

AR

112,9

CN

64,7

TR

108,1

ZA

75,1

ZZ

90,2

0809 30

TR

118,3

ZZ

118,3

0809 40 05

IL

121,0

TR

99,1

ZZ

110,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


8.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 236/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 815/2009

tas-7 ta’ Settembru 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 813/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Settembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.

(4)  ĠU L 234, 5.9.2009, р. 5.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-8 ta’ Settembru 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

36,67

0,28

1701 11 90  (1)

36,67

3,90

1701 12 10  (1)

36,67

0,15

1701 12 90  (1)

36,67

3,61

1701 91 00  (2)

38,33

6,07

1701 99 10  (2)

38,33

2,84

1701 99 90  (2)

38,33

2,84

1702 90 95  (3)

0,38

0,29


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


8.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 236/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 816/2009

tas-7 ta’ Settembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, b’rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (2), u partikolarment l-Artikolu 3(4), u l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Id-dejta li fuqha jiġu speċifikati l-prezzijiet rappreżentattivi msemmijin fl-Artikolu 141(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha tkun aċċessibbli, disponibbli b’mod permanenti, affidabbli u indipendenti mill-operaturi kkonċernati. Waqt illi d-dejta msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 ma tissodisfax dejjem dawn il-kundizzjonijiet, jeħtieġ li tinbidel bit-tagħrif miġbur fil-qafas tas-sorveljanza Komunitarja stabbilita mill-Artikolu 308 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (4). Fl-istess ħin jeħtieġ li jitħassar l-obbligu tal-komunikazzjoni fil-ġimgħa stipulata fl-Artikolu 2(2) tal-istess Regolament (KE) Nru 1484/95.

(3)

Id-dazju addizzjonali ma jistax jiġi impost fuq l-importazzjonijiet imwettqa fil-kontinġenti tariffarji stabbiliti fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Għaldaqstant jeħtieġ li tiġi aġġornata l-lista tar-Regolamenti li jirrigwardaw dawn il-kontinġenti.

(4)

Għaldaqstant jeħtieġ li minn hawn ‘il quddiem jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1484/95.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) 1484/95 hu mmodifikat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 2

1.   Il-prezzijiet rappreżentattivi msemmija fl-Artikolu 141(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill (*) u fl-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KEE) Nru 2783/75 huma determinati regolarment abbażi tad-dejta miġbura fil-qafas tas-sorveljanza Komunitarja stabbilita bl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (**).

2.   Dawn il-prezzijiet rappreżentattivi jidhru fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(*)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1."

(**)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.”."

(2)

L-Artikolu 6 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Id-dazji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 1 mhumiex applikabbli fil-każ tal-importazzjonijiet imwettqa fil-qafas tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 (***), (KE) Nru 539/2007 (****), (KE) Nru 616/2007 (*****), (KE) Nru 1385/2007 (******) u (KE) Nru 536/2007 (*******).

(***)  ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9."

(****)  ĠU L 128, 16.5.2007, p. 19."

(*****)  ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3."

(******)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47."

(*******)  ĠU L 128, 16.5.2007, p. 6.”"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.

(3)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.

(4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.