ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2009.229.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 229 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
Werrej |
|
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE ( 1 ) |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
1.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 229/1 |
REGOLAMENT (KE) Nru 767/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Lulju 2009
dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 37 u 152(4)(b) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Waqt li jaġixxu konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
L-ilħuq ta’ livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u l-annimali huwa wieħed mill-objettivi fundamentali tal-liġi dwar l-ikel, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (3). Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll l-approċċ mill-irziezet sal-furketta li jqis l-għalf bħala stadju sensittiv fil-bidu tal-katina tal-ikel. Wieħed mill-objettivi fundamentali ta’ dan ir-Regolament huwa li jiġi garantit livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa pubblika. |
(2) |
Il-produzzjoni tal-għalf hija għan importanti għall-prodotti agrikoli Ewropej, meta jitqies li l-parti kbira tal-materjal użat għall-produzzjoni tal-għalf hija magħmula minn prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat. Barra minn hekk, l-għalf huwa ta’ sinifikat kruċjali għall-5 miljun bidwi li jrabbu l-annimali fil-Komunità peress li jirrappreżenta l-akbar spiża. |
(3) |
L-għalf jista’ jkun f’forma ta’ materjali tal-għalf, għalf kompost, addittivi tal-għalf, taħlitiet imħejjija minn qabel jew prodotti medikati għall-għalf tal-annimali. Ir-regoli għat-tqegħid fis-suq ta’ addittivi tal-għalf huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (4) u għall-materjali tal-għalf medikat fid-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE tas-26 ta’ Marzu 1990 li tistipula l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-preparazzjoni, id-dħul fis-suq u l-użu fil-Komunità ta’ prodotti tal-ikel medikat (5). |
(4) |
Il-leġiżlazzjoni eżistenti dwar iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta’ materjali tal-għalf u għalf kompost li jinkludu l-ikel tal-annimal domestiċi, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE tat-2 ta’ April 1979 dwar il-marketing ta’ għalf kompost (6), id-Direttiva tal-Kunsill 93/74/KEE tat-13 ta’ Settembru 1993 dwar l-oġġetti tal-ikel maħsuba għal għanijiet nutrijenti partikolari (7) (“għalf djetetiku”), id-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar iċ-ċirkolazzjoni ta’ materjali tal-għalf tal-bhejjem (8) u d-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni tal-annimali (9) (“bijo-proteini”), jeħtieġ li jiġu aġġornati u sostitwiti minn regolament uniku. Għall-fini ta’ ċarezza, id-Direttiva tal-Kunsill 83/228/KEE dwar l-iffissar ta’ linji gwida għall-evalwazzjoni ta’ ċerti prodotti użati għan-nutrizzjoni tal-annimali (10) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE tat-2 ta’ Mejju 1980 li tawtorizza, f’ċerti każi, it-tqegħid fis-suq ta’ għalf għall-annimali kompost f’pakketti jew reċipjenti mhux issiġillati (11) għandhom jiġu mħassra. |
(5) |
Bħala konsegwenza tat-tħassir tad-Direttiva 79/373/KEE permezz ta’ dan ir-Regolament, id-Direttiva tal-Kunsill 93/113/KE tal-14 ta’ Diċembru 1993 dwar l-użu u l-bejgħ tal-enżimi, mikro-organiżmi u l-preparazzjoni tagħhom fin-nutrijenti tal-annimali (12) għandha tiġi mħassra wkoll. Barra minn dan, fid-dawl tat-tħassir tad-Direttiva 79/373/KEE, u meta jitqies li dan ir-Regolament jinkludi regoli dwar l-ittikettar ta’ għalf li jkun fih l-additivi, l-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (13), li baqa’ fis-seħħ wara t-tħassir tad-Direttiva 70/524/KEE permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, għandu jitħassar. |
(6) |
Għall-kuntrarju tad-definizzjoni ta’ ikel, skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002, id-definizzjoni ta’ għalf ma tinkludix l-ilma. Barra minn hekk, peress li l-ilma mhux kummerċjalizzat għal skopijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali, dan ir-Regolament m’għandux jinkludi kondizzjonijiet għall-ilma użat fin-nutrizzjoni tal-annimali. Madankollu, hija għandha tapplika għall-għalf li jingħata permezz tal-ilma. L-użu tal-ilma min-negozji tal-għalf huwa kopert mir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (14), li jistipula li għandu jintuża ilma nadif kull meta meħtieġ biex tiġi evitata kontaminazzjoni perikoluża u li l-ilma użat fil-manifattura tal-għalf għandu jkun ta’ kwalità xierqa. |
(7) |
Minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni tal-katina tal-għalf u tal-ikel, huwa xieraq li dan ir-Regolament japplika għall-għalf kemm tal-annimali li jipproduċu l-ikel u dawk li ma jipproduċux ikel, inklużi l-annimali selvaġġi. |
(8) |
Ir-responsabiltajiet tal-operaturi tan-negozju tal-għalf stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 183/2005 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, fir-rigward tal-għalf għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel. |
(9) |
Sabiex jinfurzaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (15). Dawk il-kontrolli għandhom ikopru mhux biss id-dettalji tal-ittikkettar obbligatorju iżda ukoll ta’ dak volontarju. Sabiex ikun jista’ jsir kontroll tad-data dwar il-kompożizzjoni, għandhom jiġu determinati tolleranzi permissibbli għall-valuri fuq it-tikketti. |
(10) |
Sabiex ikunu jistgħu jiġu mmaniġġjati r-riskji ta’ sikurezza tal-għalf, il-lista ta’ materjali li t-tqegħid tagħhom fis-suq għal skopijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali huwa pprojbit, kif previst attwalment bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (16), flimkien ma’ lista ta’ materjali li t-tqegħid tagħhom fis-suq għal finijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali hija ristretta, għandha tiġi inkluża f’Anness għal dan ir-Regolament. Madankollu, l-eżistenza ta’ tali Anness m’għandhiex tkun interpretata li tfisser li l-prodotti kollha mhux elenkati jistgħu, b’dan il-mod, jitqiesu bħala sikuri. |
(11) |
Id-distinzjoni bejn materjali tal-għalf, l-addittivi tal-għalf u prodotti oħra bħall-mediċini veterinarji għandha implikazzjonijiet għall-kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bħal dawn. Il-materjali tal-għalf huma primarjament użati għal-ħtiġijiet tal-annimali, per eżempju, għall-enerġija, in-nutrijenti, il-minerali jew il-fibri djetetiċi. Huma normalment ma jkunux definiti sew kimikament għajr għall-kostitwenti nutrizzjonali bażiċi. Effetti li jistgħu jkunu ġustifikati permezz ta’ valutazzjoni xjentifika u li huma esklussivi għall-addittivi tal-għalf jew mediċini veterinarji għandhom jiġu esklużi mill-użijiet oġġettivi ta’ materjali tal-għalf. Għalhekk, huwa xieraq li jitfasslu linji gwida li mhumiex vinkolanti għad-distinzjoni bejn dawn it-tipi ta’ prodotti. F’każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tiċċara jekk prodott ikunx jikkostitwixxi għalf għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. |
(12) |
Id-definizzjoni ta’ materjali tal-għalf komplementari fid-Direttiva 79/373/KEE ħolqot problemi ta’ applikazzjoni f’diversi Stati Membri. Huwa xieraq li tiġi ċċarata d-distinzjoni bejn għalf komplimentari u taħlitiet imħejjija minn qabel għall-finijiet tal-applikazzjoni korretta tar-Regolament (KE) Nru 183/2005. |
(13) |
Sabiex tkun possibbli applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni, l-għalf komplementari m’għandux jinkludi addittivi ogħla minn ċertu livell. Madankollu, għalf konċentrat ħafna, bħal-licking buckets li fihom il-minerali, jistgħu jintużaw għat-tmigh dirett jekk il-kompożizzjoni tissodisfa l-għan nutrizzjonali partikolari fir-rigward tal-użu maħsub rilevanti. Il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu ta’ dan l-għalf irid jidher fuq it-tikketta sabiex ikun żgurat li r-regoli dwar il-kontenut tal-addittivi tal-għalf fir-razzjon ta’ kuljum jiġi rrispettat. |
(14) |
Id-Direttiva 82/471/KEE kienet immirata biex ittejjeb il-provvista ta’ għalf użat bħala sors dirett u indirett ta’ proteini fil-Komunità. Dik id-Direttiva teħtieġ proċedura ta’ awtorizzazzjoni qabel it-tqegħid fis-suq fir-rigward tal-bijo-proteini kollha possibbli. Madankollu, kienu biss ftit ħafna l-awtorizzazzjonijiet ġodda li ngħataw s’issa, u n-nuqqas ta’ għalf għoli fil-proteini għadu evidenti. Għalhekk, il-ħtieġa tal-awtorizzazzjoni ġenerali qabel it-tqegħid fis-suq instab li kienat projbittiva, u li minflok ir-riskji tas-saħħa jistgħu jiġu ttrattati permezz tal-projbizzjoni tal-prodotti riskjużi msejsa fuq is-sorveljanza tas-suq. Fil-każijiet fejn ir-riżultat tal-istima tar-riskju ta’ bijo-proteina ikun negattiv, iċ-ċirkolazzjoni jew l-użu tagħha għandha tiġi projbita. Għalhekk, il-ħtieġa speċjali ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ qabel it-tqegħid fis-suq tal-bijo-proteini għandha tiġi abolita, bil-konsegwenza li s-sistema ta’ sikurezza għal dawn il-prodotti tkun l-istess għall-materjali l-oħra kollha tal-għalf. Ir-restrizzjonijiet eżistenti jew il-projbizzjoni ta’ ċerti bijo-proteini m’għandhomx ikunu affettwati. |
(15) |
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/74/KEE implimentati bid-Direttiva 2008/38/KE tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi lista ta’ użu intiż tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali (17) wrew li qed jaħdmu sew. Għaldaqstant, il-lista ta’ użi maħsuba għandha tinżamm u għandhom isiru dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament għall-aġġornament tagħha. B’mod partikolari, l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel għandha tiġi kkonsultata dwar l-effikaċja u s-sikurezza ta’ tali għalf meta, abbażi ta’ informazzjoni xjentifika u teknoloġika disponibbli, ikun hemm raġunijiet li jindikaw li l-użu tal-għalf in kwistjoni jista’ ma jilħaqx l-iskop nutrizzjonali partikolari maħsub jew jista’ jkollu effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali, saħħet il-bniedem, l-ambjent jew it-trattament xieraq tal-annimali. |
(16) |
L-evidenza xjentifika għandha tkun fattur ewlieni li jrid jitqies fl-użu ta’ dikjarazzjonijiet fir-rigward tal-għalf u l-operaturi tan-negozju tal-għalf li jużaw dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom jiġġustifikawhom. Dikjarazzjoni tista’ tkun ġustifikata xjentifikament billi titqies it-totalità tad-data xjentifika disponibbli, u billi titqies l-evidenza. |
(17) |
L-ittikkettar iservi għal finijiet ta’ infurzar, traċċabiltà u kontroll. Barra minn dan, it-tikkettar għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa lix-xerrejja sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-aħjar għażla għall-bżonnijiet tagħhom, u għandu jkun konsistenti, koerenti, trasparenti u li jinftiehem. Billi x-xerrejja, b’mod partikolari l-bdiewa tal-annimali jagħmlu l-għażliet tagħhom mhux biss fil-punt tax-xiri fejn jistgħu jispezzjonaw il-pakketti tal-għalf, ir-rekwiżiti dwar l-informazzjoni tat-tikkettar għandhom japplikaw mhux biss għat-tikketti fuq il-prodott, iżda wkoll għal tipi oħra ta’ komunikazzjoni bejn il-bejjiegħ u x-xerrej. Barra minn dan, dawk il-prinċipji għandhom japplikaw ukoll għall-preżentazzjoni u r-reklamar tal-għalf. |
(18) |
L-ittikkettar jipprovdi informazzjoni obbligatorja u volontarja. L-informazzjoni obbligatorja għandha tgħaqqad ir-rekwiżiti ġenerali u speċifiċi tat-tikkettar għall-materjali tal-għalf jew għall-għalf kompost rispettivament, u rekwiżiti addizzjonali fil-każ ta’ għalf djetetiku, materjal ikkontaminat u għalf għall-annimali domestiċi. |
(19) |
Il-qagħda attwali fir-rigward tal-impuritajiet kimiċi li jirriżultaw mill-proċess tal-manifattura ta’ materjali għall-għalf u minn għajnuniet għall-ipproċessar mhijiex sodisfaċenti. Sabiex ikun żgurat livell għoli ta’ sikurezza tal-għalf u b’hekk ukoll livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa pubblika, u sabiex tittejjeb it-trasparenza, għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet dwar il-livelli aċċettabbli ta’ dawn l-impuritajiet kimiċi skont il-prattika tajba kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 183/2005. |
(20) |
Il-prinċipju eżistenti li ċertu addittivi tal-għalf biss għandhom jiġu ttikkettati la darba jintużaw fil-materjali tal-għalf u l-għalf kompost qed jaħdem sew. Madankollu, jeħtieġ li il-kategorizzazzjoni li tirriżulta mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tiġi aġġornata u modernizzata, ukoll minħabba l-fatt li partikolarment is-sidien tal-annimali domestiċi jistgħu jitfixklu b’xi ttikkettar tal-addittivi. |
(21) |
B’konsegwenza tal-kriżijiet tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) u d-dijossina, l-obbligu li jiġi indikat il-persentaġġ bil-piż tal-materjali tal-għalf kollha inkorporati fl-għalf kompost kien ġie introdott fl-2002 bid-Direttiva 2002/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-għalf kompost (18) fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew. Barra minn hekk, il-livell ta’ sikurezza fl-ikel u l-għalf tjieb b’mod sinifikanti b’riżultat tar-Regolamenti (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 183/2005 u l-miżuri tal-implimentazzjoni tagħhom, b’mod partikolari b’riżultat tal-enfasi mqiegħda fuq ir-responsabbiltà tal-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-ikel, is-sistema mtejba ta’ traċċabbiltà, l-introduzzjoni tal-prinċipju tal-analiżi tar-riskju u l-punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP) fin-negozji tal-għalf u l-ħolqien ta’ gwidi għal prattiki tajba ta’ iġjene fin-negozji tal-għalf. Fid-dawl ta’ dawn il-kisbiet pożittivi, li jirriflettu ruħhom fin-notifiki tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF), l-obbligu li jintwera l-persentaġġ bil-piż tal-materjali tal-għalf kollha inkorporati fl-għalf kompost fuq it-tikketta m’għadux meħtieġ għall-fini li jkun żgurat li jkun livell għoli ta’ sikurezza tal-għalf u b’hekk livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa pubblika. Il-persentaġġi eżatti jistgħu, madankollu, jingħataw fuq bażi volontarja bil-għan li tingħata informazzjoni adegwata lix-xerrejja. Barra minn hekk, minħabba li l-awtoritajiet kompetenti għandhom aċċess għall-informazzjoni dwar il-persentaġġi eżatti skont il-piż tal-materjali kollha tal-għalf inkorporati f’għalf kompost, huma għandhom ikunu jistgħu, għal raġunijiet ta’ urġenza relatata mas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew mal-ambjent, u skont id-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (19), li jipprovdu aktar informazzjoni lix-xerrejja. |
(22) |
Biex tkun żgurata informazzjoni xierqa lix-xerrej u biex jiġi evitat li jkun żgwidat, il-persentaġġ bil-piż eżatt għandu, madankollu, ikun meħtieġ f’dawk il-każijiet fejn il-materjal tal-għalf in kwistjoni ikun enfasizzat fuq it-tikkettar tal-għalf kompost. |
(23) |
Madankollu, it-turija tal-materjali tal-għalf inkorporati fl-għalf kompost f’ordni mill-itqal għall-iħfef diġà tipprovdi informazzjoni importanti dwar id-data tal-kompożizzjoni. F’ċerti oqsma fejn il-produttur mhuwiex obligat li jniżżel dettalji fuq it-tikketta, ix-xerrej għandu jkollu l-possibbiltà li jitlob aktar informazzjoni. F’każijiet bħal dawn, għandu jinżamm marġni ta’ ± 15 % tal-valur iddikjarat. |
(24) |
Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-produtturi għandhom jitħarsu. Għall-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandha tapplika d-Direttiva 2004/48/KE. Għandu jiġi rikonoxxut ukoll li l-kompożizzjoni kwantitattiva tal-għalf kompost, għall-kuntrarju tal-ismijiet tal-materjali tal-għalf li jinsabu fiha, tista’, taħt ċerti kondizzjonijiet, titqies bħala informazzjoni kunfidenzjali li għandha titħares. |
(25) |
Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (20) ma tapplikax għat-tikkettar ta’ għalf b’livelli eċċessivi ta’ sustanzi mhux mixtieqa. Għaldaqstant, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet sabiex jiġi żgurat li jkun hemm tikkettar adegwat u implimentazzjoni sewwa tal-projbizzjoni fuq id-diluzzjoni prevista fl-Artikolu 5 tad-Direttiva, sakemm dawn il-materjali kkontaminati jiġu de-tossifikati minn stabbiliment għad-de-tossifikazzjoni, approvat f’konformità mal-Artikolu 10(2) jew (3) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, jew sakemm jitnaddfu. |
(26) |
Derogi mir-rekwiżiti ġenerali tat-tikkettar għandhom jiġu previsti sakemm l-applikazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti ma tkunx meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew l-annimali jew l-interessi tal-konsumatur u tkun ta’ piż żejjed għall-produttur jew għall-operaturi tan-negozju tal-għalf responsabbli għat-tikkettar. Abbażi tal-esperjenza, tali derogi għandhom ikunu previsti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ għalf ikkonsenjat minn bidwi għal ieħor għall-użu fir-razzett tiegħu, għal kwantitajiet żgħar, għal għalf kompost mhux magħmul minn aktar minn tliet materjali tal-għalf u għal taħlitiet ta’ qmuħ mill-pjanta sħiħa, żrieragħ u frott. |
(27) |
Bħala regola ġenerali, għalf kompost għandu jiġi kkummerċjalizzat f’kontenituri ssiġillati, iżda derogi xierqa għandhom jiġu previsti sakemm l-applikazzjoni ta’ din il-ħtieġa ma tkunx meħtieġa biex titħares is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimal jew interessi tal-konsumatur u tirrappreżenta piż eċċessiv għall-operaturi tan-negozju tal-għalf. |
(28) |
Il-Parti B tal-Anness tad-Direttiva 96/25/KE u l-kolonni 2 sa 4 tal-Anness għad-Direttiva 82/471/KEE fihom listi ta’ deżinjazzjonijiet, deskrizzjonijiet u dispożizzjonijiet għat-tikkettar għal ċerti materjali tal-għalf. Dawk il-listi jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-prodott bejn il-produttur u x-xerrej. L-esperjenza tal-involviment tal-partijiet interessati biex jiġu ffissati standards volontarji permezz ta’ linji gwida Komunitarji fil-qasam tal-iġjene tal-għalf kienet dejjem pożittiva. L-elenkar aktar estensiv mill-partijiet interessati seta’ jkun aktar flessibbli, u addattat aħjar għar-rekwiżiti tal-informazzjoni għall-utent milli kieku sar mil-leġiżlatur. Il-partijiet interessati jistgħu jiddeċiedu dwar l-isforzi ddedikati skont l-importanza tal-lista tal-materjal tal-għalf partikolari. Jidher, għalhekk, li jkun mixtieq li jiġi stabbilit Katalogu mhux eżawrjenti ta’ materjali tal-għalf li għandhom jintużaw mill-operaturi tan-negozju tal-għalf fuq bażi volontarja, ħlief fir-rigward tal-użu tal-isem tal-materjal tal-għalf. |
(29) |
Il-listi attwali ta’ materjali tal-għalf li jinsabu fil-Parti B tal-Anness għad-Direttiva 96/25/KE u l-kolonni 2 sa 4 tal-Annes għad-Direttiva 82/471/KEE għandhom jikkostitwixxu l-verżjoni inizjali tal-Katalogu Komunitarju ta’ materjali tal-għalf. Din il-verżjoni inizjali għandha sussegwentement tiġi ssupplimentata mill-partijiet interessati skont l-interessi tagħhom, inkluż biż-żieda ta’ materjali tal-għalf emerġenti. |
(30) |
Fl-interess tat-trasparenza, huwa xieraq li materjal tal-għalf li ma jkunx imniżżel fil-katalogu jiġi mgħarraf lir-rappreżentanti tal-partijiet interessati hekk kif dan il-materjal tal-għalf jitqiegħed għall-ewwel darba fis-suq. |
(31) |
It-tikkettar modern jiffaċilita ambjent kompetittiv tas-suq li fih l-operaturi dinamiċi, effiċjenti u innovattivi jistgħu jagħmlu użu sħiħ mit-tikkettar biex ibiegħu l-prodotti tagħhom. B’konsiderazzjoni kemm tar-relazzjoni bejn in-negozji fil-kummerċjalizzazzjoni tal-għalf għall-bhejjem u kemm dik bejn il-produttur u x-xerrej tal-ikel tal-annimali domestiċi, Kodiċijiet ta’ tikkettar tajjeb għal dawn iż-żewġ oqsma jista’ jkun mezz utli biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ tikkettar modern. Il-kodiċijiet għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet li jippermettu lix-xerrej jagħmel għażliet infurmati. Huma għandhom jagħtu wkoll lill-persuna responsabbli tat-tikkettar gwida importanti dwar elementi differenti tat-tikkettar. Huma jistgħu jassistu fl-interpretazzjoni tal-qafas għat-tikkettar volontarju jew il-preżentazzjoni ta’ tikkettar obligatorju. Il-kodiċijiet għandhom jintużaw fuq bażi volontarja, ħlief f’każijiet fejn l-użu tal-Kodiċi jkun indikat fuq it-tikkettar. |
(32) |
L-involviment tal-partijiet kollha interessati huwa l-element kruċjali biex tiġi żgurata l-kwalità u l-adegwatezza tal-Katalogu u l-Kodiċijiet għal tikkettar tajjeb. Sabiex jittejbu d-drittijiet tal-utenti għal informazzjoni xierqa, l-interessi tagħhom għandu jitqiesu. Dan jista’ jiġi żgurat billi l-Kummissjoni tapprova l-Katalogu u l-Kodiċijiet, bil-kondizzjoni li l-kontenut tagħhom ikun prattikabbli u li jkunu adatti sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. |
(33) |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali li japplikaw għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
(34) |
Jinħtieġ perijodu ta’ tranzizzjoni b’mod partikolari fir-rigward ta’ għalf li jissodisfa għan nutrizzjonali partikolari u fir-rigward tal-livell aċċettabbli ta’ impuritajiet kimiċi li jirriżultaw mill-proċess ta’ manifattura u min għajnuniet għall-ipproċessar. Il-kummerċjalizzazzjoni ta’ provvisti eżistenti għandu wkoll jiġi permess sakemm dawn jispiċċaw. Barra minn hekk, jista’ jkun xieraq li jkunu speċifikati l-kondizzjonijiet li taħthom l-għalf jista’ jingħata tikketta skont dan ir-Regolament qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu. |
(35) |
Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u l-użu tal-għalf, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza tal-ikel u għaldaqstant livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa pubblika kif ukoll li tiġi pprovduta informazzjoni adegwata lill-utenti u l-konsumaturi u li jissaħħaħ il-funzjonament effikaċi tas-suq intern, ma jistax jintlaħaq b’mod sodisfaċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan. |
(36) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (21). |
(37) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex temenda l-lista ta’ materjali ristretti jew projbiti għall-użu bħala għalf, biex tawtorizza għalf maħsub għal finijiet ta’ nutrizzjoni partikolari, biex tistabbilixxi lista ta’ kategoriji ta’ tikkettar ta’ materjali tal-għalf tal-annimali li ma jipproduċux ikel ħlief annimali tal-pil, biex tadotta emendi għall-Katalogu li jiffissaw l-ogħla kontenut ta’ impuritajiet kimiċi jew livelli ta’ purità botanika jew il-livelli ta’ kontenut ta’ umdità, jew dettalji li jissostitwixxu d-dikjarazzjoni obligatorja, biex tadatta l-Annessi fid-dawl ta’ żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi u biex tadotta miżuri tranżizzjonali. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(38) |
Minħabba raġunijiet ta’ effiċjenza, il-limiti ta’ żmien normali għall-proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom jitqassru għall-adozzjoni tal-aġġornamenti tal-listi ta’ użi maħsuba. Meta, għal raġunijiet ta’ urġenza imminenti, ma jistgħux jiġu rrispettati l-perijodi ta’ żmien normalment applikabbli fil-qafas tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tapplika l-proċedura ta’ urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta’ emendi għal-lista ta’ materjali li t-tqegħid fis-suq jew l-użu tagħhom għal finijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali, huma ristretti jew ipprojbiti. |
(39) |
L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi dispożizzjonijiet għat-tikkettar u l-imballaġġ tal-addittivi tal-għalf u ta’ taħlitiet imħejjija minn qabel. L-implimentazzjoni tar-regoli li jikkonċernaw it-taħlitiet imħejjija minn qabel, b’mod partikolari kkawżat problemi prattiċi għall-industrija u l-awtoritajiet kompetenti. Sabiex jippermettu tikkettar aktar konsistenti ta’ taħlitiet imħejjija minn qabel, dak l-Artikolu għandu jiġi emendat, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI
Artikolu 1
Għan
L-għan ta’ dan ir-Regolament, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002, huwa li jarmonizza l-kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza tal-għalf u għaldaqstant livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa pubblika, kif ukoll biex tiġi pprovduta informazzjoni adegwata lill-utenti u l-konsumaturi u biex jissaħħaħ il-funzjonament effikaċi tas-suq intern.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-għalf fil-Komunità kemm għall-annimali li jipproduċu l-ikel kif ukoll dawk li ma jipproduċux l-ikel, inklużi r-rekwiżiti għat-tikkettar, l-imballaġġ u l-preżentazzjoni.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Komunità applikabbli fil-qasam tan-nutrizzjoni tal-annimali, b’mod partikolari:
(a) |
id-Direttiva 90/167/KEE; |
(b) |
id-Direttiva 2002/32/KE; |
(c) |
ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (22); |
(d) |
ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (23); |
(e) |
ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (24); |
(f) |
ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabiltà u t-tikkettar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament (25); |
(g) |
ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003; u |
(h) |
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi (26). |
3. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-ilma, kemm jekk jingħata direttament lill-annimali u kemm jekk jiddaħħal intenzjonalment fl-għalf. Għandu madankollu, japplika għall-għalf maħsub biex jingħata lill-annimali fl-ilma.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
id-definizzjonijiet ta’ “għalf”, “negozju tal-għalf”, u “tqegħid fis-suq” kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 178/2002; |
(b) |
id-definizzjonijiet ta’ “addittiv tal-għalf”, “taħlitiet imħejjija minn qabel”, “għajnuniet ta’ pproċessar” u “razzjon ta’ kuljum” kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1831/2003; u |
(c) |
id-definizzjonijiet ta’ “stabbiliment” u “awtorità kompetenti” kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 183/2005. |
2. Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:
(a) |
“operatur fin-negozju tal-għalf” tfisser persuna fiżika jew ġurdika responsabbli biex tiżgura li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jintlaħqu fin-negozju tal-għalf taħt il-kontroll tagħhom; |
(b) |
“alimentazzjoni tal-annimali mill-ħalq” tfisser l-introduzzjoni ta’ għalf fil-passaġġ gastrointestinali tal-annimal mill-ħalq bil-għan li jintlaħqu l-ħtiġijiet nutrizzjonali tal-annimal u/jew tinżamm il-produttività ta’ annimali normalment b’saħħithom; |
(c) |
“annimal li jipproduċi l-ikel” tfisser kull annimal mitmugħ, imrobbi jew li jinżamm għall-produzzjoni tal-ikel għall-konsum mill-bniedem inklużi annimali li mhumiex użati għall-konsum mill-bniedem, iżda li huma ta’ speċi li normalment tintuża għall-konsum mill-bniedem fil-Komunità; |
(d) |
“annimali li ma jipproduċux l-ikel” tfisser kwalunkwe annimal mitmugħ, imrobbi jew li jinżamm iżda li mhumiex użat għall-konsum mill-bniedem, bħal annimali tal-pil, annimali domestiċi u annimali miżmuma fil-laboratorji, zoos u ċirkli; |
(e) |
“annimali tal-pil” tfisser kwalunkwe annimal li ma jipproduċix l-ikel mitmugħ, imrobbi jew miżmum għall-produzzjoni tal-pil, u mhux użat għall-konsum mill-bniedem; |
(f) |
“annimal domestiku” tfisser kwalunkwe annimal li ma jipproduċix l-ikel li huwa ta’ speċi mitmugħa, imrobbija jew miżmuma, iżda li normalment mhuwiex użat għall-konsum mill-bniedem fil-Komunità; |
(g) |
“materjali tal-għalf” tfisser prodotti li joriġinaw mill-ħxejjex jew l-annimali, li l-għan prinċipali tagħhom huwa li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali, fl-istat naturali tagħhom, friski jew ippriżervati, u prodotti li ġejjin mill-ipproċessar industrijali tiegħu, u sustanzi organiċi u inorganiċi, kemm jekk fihom addittivi tal-għalf u kemm jekk le, li huma maħsuba għall-użu bħala għalf mitmugħ lill-annimali mill-ħalq jew direttament bħala tali jew wara l-ipproċessar, jew fil-preparazzjoni tal-għalf kompost, jew bħala ġarriera ta’ taħlitiet imħejjija minn qabel; |
(h) |
“għalf kompost” tfisser taħlita ta’ mill-anqas żewġ materjali tal-għalf, kemm jekk fih addittivi tal-għalf u kemm jekk le, għat-tmigħ f’forma ta’ għalf komplet jew komplementari; |
(i) |
“għalf komplet” tfisser għalf kompost li, permezz tal-kompożizzjoni tiegħu, huwa biżżejjed bħala razzjoni ta’ kuljum; |
(j) |
“għalf komplementari” tfisser għalf kompost li għandu kontenut għoli ta’ ċerti sustanzi izda li, minħabba l-kompożizzjoni tiegħu, huwa suffiċjenti bħala razzjon ta’ kuljum biss jekk jintuża flimkien ma’ għalf ieħor; |
(k) |
“għalf minerali” tfisser għalf komplementari li fih tal-inqas 40 % rmied mhux raffinat; |
(l) |
“sostitut tal-ħalib” tfisser għalf kompost amministrat f’forma niexfa jew wara li jinħall fi kwantità partikolari ta’ likwidu għat-tmigħ ta’ annimali żgħar bħala żieda, jew sostitut għall-ħalib post-kolostrali jew għat-tmigħ ta’ annimali żgħar bħal għoġiela, ħrief jew gidien maħsuba għall-qatla; |
(m) |
“ġarrier” tfisser sustanza użata biex tħoll, tnaqqas il-konċentrazzjoni jew xort’oħra timmodifika fiżikament addittiv tal-għalf sabiex tiffaċilita l-immanniġġar, l-applikazzjoni jew l-użu tiegħu mingħajr ma tibdel il-funzjoni teknoloġika tiegħu u mingħajr ma toħloq l-ebda effett teknoloġiku hija nfisha; |
(n) |
“skop ta’ nutrizzjoni partikolari” tfisser l-għan li jkunu sodisfatti l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ nutrizzjoni tal-annimali li l-proċess ta’ assimilazzjoni, assorbiment jew metaboliżmu tagħhom ikun, jew jista’ jiġi, temporanjament jew b’mod irriversibbli danneġġjat u li għalhekk jistgħu jibbenefikaw mit-teħid ta’ għalf xieraq għall-kondizzjoni tagħhom; |
(o) |
“għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari” tfisser għalf li jista’ jissodisfa skop ta’ nutrizzjoni partikolari permezz tal-kompożizzjoni partikolari jew il-metodu ta’ manifattura tiegħu, li jiddistingwih b’mod ċar mill-għalf ordinarju. L-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari ma jinkludix materjali tal-għalf medikati fit-tifsira tad-Direttiva 90/167/KEE; |
(p) |
“materjali kkontaminati” tfisser għalf li fih livell ta’ sustanzi mhux mixtieqa aktar għoli minn dak tollerat taħt id-Direttiva 2002/32/KE; |
(q) |
“skadenza minima ta’ ħażna” tfisser iż-żmien li waqtu, taħt kondizzjonijiet ta’ ħażna xierqa, il-persuna responsabbli għat-tikkettar tiggarantixxi li l-għalf iżomm il-karatteristiċi ddikjarati tiegħu; skadenza minima ta’ ħażna waħda biss tista’ tkun indikata fir-rigward tal-għalf fl-intier tiegħu, u hija ddeterminata fuq il-bażi tal-iskadenza minima ta’ ħażna ta’ kull wieħed mill-komponenti tiegħu; |
(r) |
“kunsinna” jew “lott” tfisser kwantità identifikabbli ta’ għalf li ġiet iddikjarata li għandha karatteristiċi komuni, bħal ma huma l-oriġini, il-varjetà, it-tip ta’ mballaġġ, minn ippakkjaha, il-konsenjatur jew it-tikkettar, u fil-każ ta’ proċess tal-produzzjoni, unità ta’ produzzjoni minn impjant wieħed bl-użu ta’ parametri tal-produzzjoni uniformi jew numru ta’ tali unitajiet, meta jkunu prodotti f’ordni kontinwu u maħżuna flimkien; |
(s) |
“tikkettar” tfisser attribuzzjoni ta’ kwalunkwe kliem, dettalji, marki tal-kummerċ, isem tal-marka, materjal jew simbolu grafiku għall-għalf billi tali informazzjoni titqiegħed fuq kwalunkwe mezz b’referenza għal dan l-għalf jew bħala akkumpanjament għalih bħal imballaġġ, kontenitur, avviż, tikketta, dokument, ċurkett, kullar jew fuq l-Internet, inkluż għal finijiet ta’ reklamar; |
(t) |
“tikketta” tfisser kull tabella, marka, materjal grafiku jew materjal deskrittiv ieħor, miktub, stampat, stensiljat, immarkat, imbuzzat, imprimat fuq, jew mehmuż mal-imballaġġ jew mal-kontenitur tal-għalf; u |
(u) |
“preżentazzjoni” tfisser l-għamla, l-apparenza jew l-imballaġġ u l-materjali tal-imballaġġ użati għall-għalf, apparti mill-mod li bih ikun irranġat u muri. |
KAPITOLU 2
REKWIŻITI ĠENERALI
Artikolu 4
Rekwiżiti ta’ sikurezza u ta’ kummerċjalizzazzjoni
1. L-għalf jista’ jitqiegħed fis-suq u użat biss jekk:
(a) |
ikun sikur; u |
(b) |
ma jkollux effett dirett negattiv fuq l-ambjent jew it-trattament xieraq tal-annimali. |
Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-għalf tal-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
2. Barra mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-operaturi fin-negozju tal-għalf li jqiegħdu l-għalf fis-suq għandhom jiżguraw li l-għalf:
(a) |
ikun tajjeb, ġenwin, mhux imħallat, tajjeb għall-iskop maħsub u ta’ kwalità tajba għall-bejgħ; u |
(b) |
ikun ittikkettat, imballat u ppreżentat skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u f’leġiżlazzjoni oħra Komunitarja applikabbli. |
Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-għalf ta’ annimali li ma jipproduċux l-ikel.
3. L-għalf għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tekniċi dwar l-impuritajiet u determinanti kimiċi oħra stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Responsabiltajiet u obbligi tan-negozji tal-għalf
1. L-operaturi fin-negozju tal-għalf għandhom jikkonformaw, mutatis mutandis, mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 18 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 fir-rigward tal-għalf għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
2. Il-persuna responsabbli mit-tikkettar tal-għalf għandha tagħmel disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe informazzjoni dwar il-kompożizzjoni jew il-karatteristiċi ddikjarati tal-għalf li din il-persuna tqiegħed fis-suq, li tippermetti li tiġi vverifikata l-informazzjoni mogħtija fit-tikketta, inklużi l-persentaġġi eżatti bil-piż tal-materjali tal-għalf użati fl-għalf kompost.
3. Fil-każ ta’ kwalunkwe urġenza relatata mas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew mal-ambjent u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/48/KE, l-awtorità kompetenti tista’ tagħti lix-xerrej l-informazzjoni li tkun disponibbli għaliha taħt il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, bil-kondizzjoni li, wara li jiġu bbilanċjati l-interessi leġittimi rispettivi tal-manifatturi u tax-xerrejja, hija tikkonkludi li l-għoti ta’ din l-informazzjoni jkun iġġustifikat. Jekk ikun il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tagħti din l-informazzjoni bil-kondizzjoni li x-xerrej jiffirma klawsola ta’ kunfidenzjalità.
Artikolu 6
Restrizzjoni u projbizzjoni
1. L-għalf m’għandux ikun fih jew ikun jikkonsisti minn materjali li t-tqegħid fis-suq jew l-użu tagħhom għal skopijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali ikun ristrett jew ipprojbit. Il-lista ta’ dawn il-materjali hija stabbilita fl-Anness III.
2. Il-Kummissjoni għandha temenda l-lista ta’ materjali li t-tqegħid fis-suq jew l-użu tagħhom għal finijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali jkun ristrett jew ipprojbit b’kont meħud b’mod partikolari tal-evidenza xjentifika, il-progress teknoloġiku, in-notifiki skont is-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) jew ir-riżultati ta’ kontrolli uffiċjali skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).
Minħabba raġunijiet ta’ urġenza imminenti, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 28(5) bil-ħsieb li jiġu adottati dawk il-miżuri.
KAPITOLU 3
TQEGĦID FIS-SUQ TA’ TIPI SPEĊIFIĊI TA’ GĦALF
Artikolu 7
Karatteristiċi ta’ tipi ta’ għalf
1. Skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 28(3), il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida li jiċċaraw id-distinzjoni bejn materjali tal-għalf, addittivi tal-għalf u prodotti oħrajn bħall-mediċini veterinarji.
2. Il-Kummissjoni tista’, fejn ikun meħtieġ, tadotta miżuri sabiex tiċċara jekk prodott partikolari jikkostitwixxix għalf għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).
Artikolu 8
Kontenut ta’ addittivi tal-għalf
1. Bla ħsara għall-kondizzjonijiet tal-użu previsti fl-att legali rilevanti li jawtorizza l-addittiv tal-għalf rispettiv, il-materjali tal-għalf u l-għalf komplementari m’għandux ikun fihom addittivi tal-għalf inkorporati f’livelli li jisbqu 100 darba l-kontenut massimu ffissat rilevanti fl-għalf komplet jew ħames darbiet f’każ ta’ koċċidjostati u ħistomonostati.
2. Il-livell ta’ 100 darba l-kontenut massimu ffissat rilevanti fl-għalf komplet imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jinqabeż biss jekk il-kompożizzjoni tal-prodotti kkonċernati tissodisfa l-iskop ta’ nutrizzjoni partikolari fir-rigward tal-użu rilevanti maħsub skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament. Il-kondizzjonijiet għall-użu ta’ dan l-għalf jistgħu jiġu speċifikati aktar fil-lista tal-użijiet maħsuba. L-istabbiliment taħt il-kontroll ta’ produttur ta’ dan l-għalf li juża l-addittivi ta’ għalf imsemmija fil-Kapitolu 2 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 183/2005 irid jiġi approvat skont il-punt 1(b) tal-Artikolu 10(b) ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 9
Kummerċjalizzazzjoni ta’ għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari
L-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari jista’ jiġi kkummerċjalizzat biss bħala tali jekk l-użu maħsub tiegħu huwa inkluż fil-lista ta’ użi maħsuba stabbilita f’konformità mal-Artikolu 10 u jekk jissodisfa l-karatteristiċi nutrizzjonali essenzjali għall-iskop nutrizzjonali partikolari rispettiv stabbilit f’dik il-lista.
Artikolu 10
Lista ta’ użijiet maħsuba ta’ għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari
1. Il-Kummissjoni tista’ taġġorna l-lista ta’ użijiet maħsuba, kif stabbilit fid-Direttiva 2008/38/KE billi żżid użu maħsub, tirtira użu intiż jew billi żżid, tneħħi jew tbiddel il-kondizzjonijiet assoċjati ma’ użu maħsub partikolari.
2. Il-proċedura għall-aġġornar tal-lista ta’ użi maħsuba tista’ tinbeda bil-preżentazzjoni lill-Kummissjoni ta’ applikazzjoni minn persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità jew minn Stat Membru. Applikazzjoni valida għandha tinkludi dossier li juri li l-kompożizzjoni speċifika tal-għalf tilħaq l-iskop nutrizzjonali partikolari maħsub u li ma jkollu l-ebda effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, saħħet il-bniedem, l-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali.
3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli l-applikazzjoni inkluż id-dossier lill-Istati Membri mingħajr dewmien.
4. Jekk, fuq il-bażi tal-informazzjoni xjentifika u teknika disponibbli, il-Kummissjoni jkollha raġunijiet biex temmen li l-użu tal-għalf speċifiku jista’ ma jilħaqx l-iskop nutrizzjonali partikolari maħsub jew jista’ jkollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, saħħet il-bniedem, l-ambjent jew it-trattament xieraq tal-annimali, il-Kummissjoni għandha, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi applikazzjoni valida, titlob opinjoni mill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Awtorità”). L-Awtorità għandha tagħti opinjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi t-talba. Dan il-limitu ta’ żmien għandu jiġi estiż kull meta l-Awtorità titlob informazzjoni supplementari mill-applikant.
5. Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi applikazzjoni valida jew, fejn ikun il-każ, wara li tirċievi l-opinjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament li jaġġorna l-lista ta’ użijiet maħsuba jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 jiġu sodisfatti.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(6).
6. B’deroga mill-paragrafu 5, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi applikazzjoni valida jew, fejn xieraq, wara li tkun irċeviet l-opinjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni għandha ttemm il-proċedura u tiddeċiedi li ma tipproċedix bl-aġġornament, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura, jekk tikkunsidra li tali aġġornament ma jkunx ġustifikat. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dan skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 28(3).
F’każijiet bħal dawn, fejn applikabbli, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-applikant u lill-Istati Membri direttament, billi tindika fl-ittra tagħha r-raġunijiet għaliex hija ma tikkunsidrax l-aġġornament ġustifikat.
7. Il-Kummissjoni tista’, skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(3), tadotta miżuri implimentattivi li jikkonċernaw it-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.
KAPITOLU 4
TIKKETTAR, PREŻENTAZZJONI U MBALLAĠĠ
Artikolu 11
Prinċipji għat-tikkettar u l-preżentazzjoni
1. It-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-għalf m’għandhomx jiżgwidaw lill-utent, b’mod partikolari:
(a) |
fir-rigward tal-użijiet maħsuba u l-karatteristiċi tal-għalf, b’mod partikolari, in-natura, il-metodu tal-manifattura jew produzzjoni, il-karatteristiċi, il-kompożizzjoni, il-kwantità, id-durabilità, l-ispeċi jew il-kategoriji tal-annimali li għalihom huwa maħsub, |
(b) |
billi jattribwixxi effetti jew karatteristiċi li l-għalf m’għandux jew billi jissuġġerixxi li għandu karatteristiċi speċjali meta fil-fatt kull għalf simili jkollu tali karatteristiċi, jew |
(c) |
fir-rigward tal-konformità tat-tikkettar mal-Katalogu tal-Komunità u l-Kodiċijiet tal-Komunità msemmija fl-Artikoli 24 u 25. |
2. Il-materjali tal-għalf kompost u l-għalf kompost ikkummerċjalizzat bil-kwalntità jew f’pakketti jew kontenituri mhux issiġillati skont l-Artikolu 23(2) għandhom ikunu akkumpanjati minn dokument li fih id-dettalji tat-tikkettar obbligatorju kollha meħtieġa taħt dan ir-Regolament.
3. Fejn l-għalf jiġi offrut għall-bejgħ permezz ta’ komunikazzjoni distanti kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod (27), id-dettalji tat-tikkettar obbligatorji meħtieġa minn dan ir-Regolament, ħlief għad-dettalji previsti fl-Artikoli 15 (b), (d), (e), u 16 (2) (c) jew 17(1)(d), għandhom jidhru fuq il-materjal li jappoġġa l-bejgħ mill-bogħod jew jingħataw permezz ta’ mezzi oħra xierqa qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt mill-bogħod. Id-dettalji msemmija fl-Artikoli 15(b), (d), (e), u 16(2)(c) jew 17(1)(d) għandhom jingħataw mhux aktar tard mill-mument tal-kunsinna tal-għalf.
4. Dispożizzjonijiet ta’ tikkettar minbarra dawk stabbiliti f’dan il-Kapitolu huma stabbiliti fl-Anness II.
5. It-tolleranzi permessi għad-diskrepanzi bejn il-valuri kompożizzjonali ta’ materjal tal-għalf jew l-għalf kompost murija fit-tikketta u l-valuri analizzati fil-kontrolli uffiċjali f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 huma elenkati fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.
Artikolu 12
Responsabbiltà
1. Il-persuna responsabbli għat-tikkettar għandha tiżgura l-preżenza u l-eżattezza sostantiva tad-dettalji tat-tikketta.
2. Il-persuna responsabbli għat-tikkettar għandha tkun l-operatur tan-negozju tal-għalf li l-ewwel ma jqiegħed fis-suq l-għalf, jew fejn ikun il-każ, l-operatur tan-negozju tal-għalf li f’ismu jew f’isem in-negozju tiegħu l-għalf huwa kkummerċjalizzat.
3. Safejn l-attivitajiet tagħhom jaffettwaw it-tikkettar fiin-negozju taħt il-kontroll tagħhom, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jiżguraw li l-informazzjoni provduta bi kwalunkwe mezz tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
4. L-operaturi tan-negozju tal-għalf responsabbli għall-attivitajiet ta’ bejgħ bl-imnut jew ta’ distribuzzjoni li ma jaffetwawx it-tikkettar għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti tat-tikkettar, b’mod partikolari billi ma jipprovdux għalf li jafu jew setgħu jobsru, fuq il-bażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħhom u bħala professjonisti, li ma jikkonformax ma’ dawk ir-rekwiżiti.
5. Fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jiżguraw li d-dettalji obbligatorji tat-tikkettar jiġu trażmessi tul il-katina tal-ikel kollha sabiex jippermettu l-għoti tal-informazzjoni lill-utent aħħari tal-għalf skont dan ir-Regolament.
Artikolu 13
Affermazzjonijiet
1. It-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ materjali tal-għalf u għalf kompost jistgħu jiġbdu l-attenzjoni partikolari għall-preżenza jew in-nuqqas ta’ sustanza fl-għalf, għal xi karatteristika jew proċess ta’ nutrizzjoni speċifiku jew għal xi funzjoni speċifika relatata ma’ kwalunkwe minn dawn, bil-kondizzjoni li l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:
(a) |
l-affermazzjoni tkun oġġettiva, verifikabbli mill-awtoritajiet kompetenti u mifhuma mill-utent tal-għalf; u |
(b) |
il-persuna responsabbli għat-tikkettar tipprovdi, fuq it-talba tal-awtorità kompetenti, prova xjentifika tal-affermazzjoni, jew b’referenza għal evidenza xjentifika disponibbli pubblikament jew permezz ta’ riċerka dokumentata mill-kumpanija. Il-prova xjentifika għandha tkun disponsibbli fil-mument meta l-għalf jitqiegħed fis-suq. Ix-xerrejja għandu jkollhom id-dritt li jiġbdu l-attenzjoni tal-awtorità kompetenti dwar id-dubji tagħhom fir-rigward tal-verità tal-affermazzjoni. Jekk jiġi konkluż li ma tistax tingħata prova biżżejjed tal-affermazzjoni, it-tikketta dwar din l-affermazzjoni titqies bħala waħda li tiżgwida għall-finijiet tal-Artikolu 11. Fil-każ fejn l-awtorità kompetenti jkollha dubji fir-rigward tal-prova xjentifika tal-affermazzjoni kkonċernata, hija tista’ tressaq il-kwistjoni quddiem il-Kummissjoni. Jekk ikun il-każ u wara li tirċievi opinjoni mingħand l-Awtorità, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni skont il-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 28(2). |
2. Bla ħsara għall-paragrafu 1, affermazzjonijiet li jikkonċernaw l-ottimizzazzjoni tan-nutrizzjoni u s-sostenn jew il-protezzjoni tal-kondizzjonijiet fiżjoloġiċi huma permessi, sakemm ma jkunx fihom dikjarazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3.
3. It-tikkettar jew il-preżentazzjoni ta’ materjali tal-għalf u għalf kompost m’għandhomx jaffermaw li
(a) |
l-għalf ser jipprevjeni, jikkura jew ifejjaq xi marda, ħlief għall-koċċidjostati u ħistomonostati kif awtorizzat taħt ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003; madankollu, dan il-punt m’għandux japplika għal affermazzjonijiet li jikkonċernaw żbilanċi ta’ nutrizzjoni sakemm ma jkunx hemm sintomu patoloġiku assoċjat; |
(b) |
l-għalf għandu skop ta’ nutrizzjoni partikolari, kif previst fil-lista ta’ użijiet maħsuba msemmija fl-Artikolu 9, sakemm ma jissodisfax r-rekwiżiti stabbiliti fih. |
4. L-ispeċifikazzjonijiet relatati mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu inklużi fil-Kodiċijiet tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 25.
Artikolu 14
Preżentazzjoni tad-dettalji fit-tikketti
1. Id-dettalji obbligatorji fit-tikketti għandhom jingħataw fl-intier tagħhom f’post prominenti fuq l-imballaġġ, il-kontenitur, fuq tikketta mwaħħla miegħu jew fuq id-dokument li jakkumpanjah previst fl-Artikolu 11(2), b’mod li jidher sew, jinqara faċilment u ma jitħassarx, fil-lingwa uffiċjali jew minn tal-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru jew tar-reġjun li fih jitqiegħed fis-suq.
2. Id-dettalji obbligatorji fit-tikketti għandhom ikunu faċilment identifikabbli u m’għandhomx jiġu mgħottija minn xi informazzjoni oħra. Huma għandhom jintwerew f’kulur, tipa u daqs li ma jgħattix jew jenfasizza xi parti tal-informazzjoni, sakemm tali varjazzjoni ma ssirx biex tinġibed l-attenzjoni għal xi dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni.
3. L-ispeċifikazzjonijiet relatati mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 u għall-preżentazzjoni tat-tikkettar volontarju msemmi fl-Artikolu 22 jistgħu jiġu inklużi fil-Kodiċijiet tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 25.
Artikolu 15
Rekwiżiti ġenerali obligatorji dwar it-tikkettar
Materjal tal-għalf jew għalf kompost m’għandux jitqiegħed fis-suq sakemm id-dettalji li ġejjin ma jintwerewx fit-tikketti:
(a) |
it-tip ta’ għalf: “materjal tal-għalf”, “għalf komplet jew 2għalf komplementari”, kif ikun xieraq;
|
(b) |
l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-operatur tan-negozju tal-għalf responsabbli għat-tikkettar; |
(c) |
jekk ikun disponibbli, in-numru ta’ approvazzjoni tal-istabbiliment tal-persuna responsabbli għat-tikkettar mogħti skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għal stabbilimenti awtorizzati skont l-Artikolu 23(2)(a), (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jew l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jew skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005. Jekk persuna responsabbli mit-tikkettar ikollha diversi numri ta’ approvazzjoni hija għandha tuża dak mogħti skont ir-Regolament (KE) Nru 183/2005; |
(d) |
in-numru ta’ referenza tal-kunsinna jew tal-lott; |
(e) |
il-kwantità netta espressa f’unitajiet ta’ massa fil-każ ta’ prodotti solidi, u f’unitajiet ta’ massa jew volum fil-każ ta’ prodotti likwidi; |
(f) |
il-lista ta’ addittivi tal-għalf preċeduta mit-titolu “addittivi” skont il-Kapitolu I tal-Anness VI jew VII, kif applikabbli, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tat-tikkettar stabbiliti fl-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf rispettiv; u |
(g) |
il-kontenut ta’ umdità skont il-punt 6 tal-Anness I. |
Artikolu 16
Rekwiżiti speċifiċi obbligatorji dwar it-tikkettar għall-materjali tal-għalf
1. Minbarra r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 15, it-tikkettar ta’ materjali tal-għalf għandu jinkludi wkoll:
(a) |
l-isem tal-materjal tal-għalf; l-isem għandu jintuża f’konformità mal-Artikolu 24(5); u |
(b) |
id-dikjarazzjoni obbligatorja li tikkorrispondi għall-kategorija rispettiva kif stabbilita fil-lista fl-Anness IV; id-dikjarazzjoni obligatorja tista’ tiġi ssostitwita bid-dettalji definiti fil-Katalogu tal-Komunità msemmi fl-Artikolu 24 għal kull materjal tal-għalf tal-kategorija rispettiva. |
2. Minbarra r-rekwiżiti previsti fil-paragrafu 1, it-tikkettar tal-materjali tal-għalf għandu jinkludi dan li ġej meta jiġu inkorporati addittivi:
(a) |
l-ispeċijiet jew kategoriji tal-annimali li għalihom huwa intenzjonat il-materjal tal-għalf meta l-addittivi in kwistjoni ma jkunux awtorizzati għall-ispeċijiet kollha tal-annimali jew għal xi speċijiet ikunu awtorizzati biss sa ċerti limiti massimi; |
(b) |
istruzzjonijiet għall-użu tajjeb skont il-punt 4 tal-Anness II, fejn jiġi stabbilit kontenut massimu tal-addittivi in kwistjoni; u |
(c) |
l-iskadenza minima ta’ ħażna għall-addittivi apparti dawk teknoloġiċi. |
Artikolu 17
Rekwiżiti speċifiċi obbligatorji dwar it-tikkettar għall-għalf kompost
1. Barra r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 15, it-tikkettar tal-għalf kompost għandu jinkludi wkoll dan li ġej:
(a) |
l-ispeċijiet jew il-kategoriji ta’ annimali li għalihom hu maħsub l-għalf kompost; |
(b) |
l-istruzzjonijiet għall-użu tajjeb li jindikaw l-iskop li għalih l-għalf huwa maħsub; fejn applikabbli, dawn l-istruzzjonijiet għandhom ikunu konformi mal-punt 4 tal-Anness II; |
(c) |
fil-każijiet meta l-produttur ma jkunx il-persuna responsabbli għat-tikkettar, għandhom jiġu provduti dawn li ġejjin:
|
(d) |
l-indikazzjoni tal-iskadenza minima tal-ħażna f’konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
Jekk id-data tal-manifattura tkun indikata fit-tikketta, id-data li tindika l-iskadenza minima tal-ħażna tista’ tingħata wkoll bħala “… (perijodu ta’ żmien fi ġranet jew xhur) wara d-data tal-manifattura”; |
(e) |
lista tal-materjali tal-għalf li minnhom huwa kompost l-għalf, li ġġib l-intestatura “kompożizzjoni” u tindika l-isem ta’ kull materjal tal-għalf skont l-Artikolu 16(1)(a), u telenka dawk il-materjali tal-għalf f’ordni mill-itqal għall-eħfef, ikkalkolata fuq il-kontenut tal-umdità fl-għalf kompost; dik il-lista tista’ tinkludi l-persentaġġ bil-piż; u |
(f) |
id-dikjarazzjonijiet obbligatorji previsti fil-Kapitolu II tal-Anness VI jew VII, kif applikabbli. |
2. Fir-rigward tal-lista prevista fil-paragrafu 1(e), ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) |
l-isem u l-persentaġġ bil-piż ta’ materjal tal-għalf għandu jiġi indikat jekk il-preżenza tiegħu hija enfassizzata fuq it-tikketta fi kliem, stampi jew grafika; |
(b) |
jekk il-persentaġġi bil-piż tal-materjali tal-għalf inkorporati f’għalf kompost għall-annimali li jipproduċu l-ikel ma jkunux murija fuq it-tikketta, il-persuna responsabbli għat-tikketta għandha, bla ħsara għad-Direttiva 2004/48/KE, tagħmel disponibbli lix-xerrej fuq talba, l-informazzjoni dwar id-data tal-kompożizzjoni kwantitattiva f’medda ta’ +/- 15 % tal-valur skont il-formulazzjoni tal-għalf; u |
(c) |
fil-każ ta’ għalf kompost maħsub għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel ħlief għall-annimali tal-pil, l-indikazzjoni tal-isem speċifiku tal-materjal tal-għalf jista’ jiġi sostitwit bl-isem tal-kategorija li fiha jappartjeni l-materjal tal-għalf. |
3. F’każ ta’ urġenza relatata mas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew mal-ambjent, u bla ħsara għad-Direttiva 2004/48/KE, l-awtorità kompetenti tista’ tagħti lix-xerrej l-informazzjoni li tkun disponibbli għaliha taħt l-Artikolu 5(2), bil-kondizzjoni li, wara li jiġu bbilanċjati l-interessi leġittimi rispettivi tal-manifatturi u tax-xerrejja, hija tikkonkludi li l-għoti ta’ din l-informazzjoni jkun iġġustifikat. Jekk ikun il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi din l-informazzjoni bil-kondizzjoni li x-xerrej jiffirma klawsola ta’ kunfidenzjalità.
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 2(c), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ kategoriji ta’ materjali tal-għalf li jistgħu jiġu indikati minflok il-materjali tal-għalf individwali fit-tikketta tal-għalf għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel ħlief għall-annimali tal-pil.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).
Artikolu 18
Rekwiżiti addizzjonali obbligatorji tat-tikkettar għall-għalf maħsub għal skopijiet partikolari ta’ nutrizzjoni
Minbarra r-rekwiżiti ġenerali obbligatorji stabbiliti fl-Artikoli 15, 16 u 17, skont kif japplika, it-tikkettar tal-għalf maħsub għal skopijiet partikolari ta’ nutrizzjoni għandu jinkludi wkoll:
(a) |
l-espressjoni kwalifikattiva “djetetiku”, li hu riżervat esklussivament għall-għalf maħsub għal skopijiet partikolari ta’ nutrizzjoni, maġenb id-deżinjazzjoni tal-għalf kif stabbilita fl-Artikolu 15(a); |
(b) |
id-dettalji preskritti għall-użu maħsub rispettiv fil-kolonni 1 sa 6 tal-lista ta’ użi maħsuba msemmija fl-Artikolu 9; u |
(c) |
indikazzjoni li għandha tintalab l-opinjoni ta’ espert nutrizzjonali jew veterinarju qabel l-użu tal-għalf jew qabel l-estensjoni tal-perijodu tal-użu tiegħu. |
Artikolu 19
Rekwiżiti obligatorji addizzjonali dwar it-tikkettar għall-ikel tal-annimali domestiċi
Fuq it-tikketta tal-ikel tal-annimali domestiċi għandu jintwera numru tat-telefon bla ħlas jew għandhom jiġu indikati mezzi oħra ta’ komunikazzjoni sabiex jippermettu li x-xerrej jikseb informazzjoni minbarra d-dettalji obbligatorji dwar:
(a) |
l-addittivi tal-għalf inkorporati fl-ikel tal-annimali domestiċi, u |
(b) |
il-materjali tal-għalf inkorporati li huma deżinjati bil-kategorija kif imsemmi fl-Artikolu 17(2)(c). |
Artikolu 20
Rekwiżiti obbligatorji addizzjonali tat-tikkettar għall-għalf li ma jikkonformax
1. Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 15, 16, 17 u 18, l-għalf li ma jikkonformax mar-rekwiżiti taħt il-liġi Komunitarja stabbiliti fl-Anness VIII, bħall-materjali kkontaminati, għandhom juru d-dettalji tat-tikkettar stabbiliti f’dak l-Anness.
2. Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Anness VIII sabiex iġġibu f’konformità mal-progress leġiżlattiv lejn l-iżvilupp tal-istandards.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).
Artikolu 21
Derogi
1. Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 15(c), (d), (e), u (g) u l-Artikolu 16(1) (b) m’għandhomx ikunu meħtieġa fejn, qabel kull tranżazzjoni, ix-xerrej ikun iddikjara bil-miktub li m’għandux bżonn din l-informazzjoni. Tranżazzjoni tista’ tikkonsisti f’diversi kunsinni.
2. Għall-għalf ippakkjat id-dettalji msemmija fl-Artikolu 15(c), (d) u (e) u l-Artikolu 16(2)(c) jew l-Artikolu 17(1)(c), (d) u (e) jistgħu jingħataw fuq l-imballaġġ barra mill-post tat-tikketta kif imsemmi fl-Artikolu 14(1). F’każijiet bħal dawn għandu jiġi indikat il-post fejn jidhru dawn id-dettalji.
3. Bla ħsara għall-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, id-dettalji msemmija fl-Artikolu 15(c), (d), (e), u (g) u l-Artikolu 16(1)(b) ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx ikunu obbligatorji għal materjali tal-għalf li ma fihomx addittivi tal-għalf, bl-eċċezzjoni għal priżervattivi jew addittivi tal-ħżin f’sajlo, u li huma prodotti u mwassla minn operatur tan-negozju tal-għalf skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 lil utent tal-għalf involut fil-produzzjoni primarja għall-użu fl-istabbiliment tiegħu.
4. Id-dikjarazzjonijiet obbligatorji msemmija fl-Artikolu 17(1)(f) m’għandhomx ikunu meħtieġa għal taħlitiet ta’ qmuħ minn pjanti sħaħ, żrieragħ u frott.
5. Fil-każ tal-għalf kompost magħmul minn mhux iktar minn tliet materjali tal-għalf id-dettalji msemmija fl-Artikolu 17(1)(a) u (b) m’għandhomx ikunu meħtieġa fejn il-materjali tal-għalf użati huma indikati b’mod ċar fid-deskrizzjoni.
6. Għall-kwantitajiet li ma jisbqux l-20 kg ta’ materjali tal-għalf jew għalf kompost maħsuba għall-utent aħħari u mibjugħa fi kwantità, id-dettalji msemmija fl-Artikoli 15, 16 u 17 jistgħu jinġiebu għall-attenzjoni tax-xerrej permezz ta’ avviż xieraq fil-punt tal-bejgħ. F’dawn il-każijiet, id-dettalji msemmija fl-Artikolu 15(a) u l-Artikolu 16(1) jew l-Artikolu 17(1)(a) u (b), kif xieraq, għandhom jiġu pprovduti lix-xerrej l-aktar tard fuq l-irċevuta jew magħha.
7. Għall-kwantitajiet ta’ ikel tal-annimali domestiċi mibjugħa f’pakketti b’diversi kontenituri, id-dettalji msemmija fl-Artikolu 15(b), (c), (f) u (g) u l-Artikolu 17(1)(b), (c), (e) u (f) jistgħu jingħataw biss fuq in-naħa ta’ barra tal-imballaġġ minflok fuq kull kontenitur, bil-kondizzjoni li l-piż kkombinat totali tal-pakkett ma jaqbiżx l-10 kg.
8. B’deroga mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali għall-għalf maħsub għall-annimali miżmuma għal skopijiet xjentifiċi jew sperimentali bil-kondizzjoni li t-tikketta tiegħu turi b’mod ċar dan l-iskop. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
Artikolu 22
Tikkettar volontarju
1. Minbarra r-rekwiżiti obligatorji tat-tikkettar, it-tikkettar tal-materjali għall-għalf u tal-għalf kompost jista’ jinkludi wkoll dettalji ta’ tikkettar volontarju, sakemm il-prinċipji ġenerali stabbiliti f’dan ir-Regolament ikunu rrispettati.
2. Kondizzjonijiet oħra għat-tikkettar volontarju jistgħu jingħataw fil-Kodiċijiet Komunitarji msemmija fl-Artikolu 25.
Artikolu 23
Mballaġġ
1. Il-materjali għall-għalf u l-għalf kompost jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss f’pakketti jew kontenituri ssiġillati. Il-pakketti jew il-kontenituri għandhom ikunu ssiġillati b’tali mod li, meta l-pakkett jew il-kontenitur jinfetaħ, is-siġill jinkiser u ma jkunx jista’ jerġa’ jintuża.
2. B’deroga għall-paragrafu 1, l-għalf li ġej jista’ jitqiegħed fis-suq fi kwantità jew f’pakketti jew kontenituri mhux issiġillati:
(a) |
materjali tal-għalf; |
(b) |
għalf kompost miksub esklussivament b’taħlit ta’ qmuħ jew frott sħiħ; |
(c) |
kunsinni bejn il-produtturi tal-għalf kompost; |
(d) |
kunsinni ta’ għalf kompost direttament mill-produttur għal għand l-utent tal-għalf; |
(e) |
kunsinni minn produtturi tal-għalf kompost lid-ditti tal-imballaġġ; |
(f) |
kwantitajiet ta’ għalf kompost li ma jisbqux il-50 kilogramma fil-piż u li huma maħsuba għall-utent aħħari u meħuda direttament minn pakkett jew kontenitur issiġillat; u |
(g) |
blokki jew ġebliet għal-lgħiq. |
KAPITOLU 5
KATALOGU TAL-KOMUNITÀ DWAR MATERJALI TAL-GĦALF U KODIĊIJIET TAL-KOMUNITÀ TA’ PRASSI TAJBA TA’ TIKKETTAR
Artikolu 24
Katalogu tal-Komunità tal-materjali tal-għalf
1. Il-Katalogu tal-Komunità tal-materjali tal-għalf (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Katalogu”) għandu jiġi maħluq bħala għodda biex ittejjeb it-tikkettar tal-materjali tal-għalf u l-għalf kompost. Il-Katalogu għandu jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-prodotti u jkun fih lista mhux eżawrjenti tal-materjali għall-għalf. Hu għandu talanqas jinkludi d-dettalji li ġejjin għal kull materjal tal-għalf elenkat:
(a) |
l-isem; |
(b) |
in-numru tal-identifikazzjoni; |
(c) |
deskrizzjoni tal-materjal tal-għalf inkluża l-informazzjoni dwar il-proċess tal- manifattura, jekk ikun xieraq; |
(d) |
dettalji li jissostitwixxu d-dikjarazzjoni obligatorja għall-finijiet tal-Artikolu 16(1)(b); u |
(e) |
glossarju bid-definizzjoni tal-proċessi u l-espressjonijiet tekniċi differenti msemmija. |
2. L-ewwel verżjoni tal-Katalogu tal-Komunità għandha tiġi adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 28(2) sa mhux iktar tard mill-21 ta’ Marzu 2010 u l-elementi mdaħħla fih għandom jikkonsistu f’dawk elenkati fil-Parti B tal-Anness għad-Direttiva 96/25/KE u l-kolonni 2 sa 4 tal-Anness għad-Direttiva 82/471/KEE. Il-punt IV tal-Parti A tal-Anness tad-Direttiva 96/25/KE għandu jikkostitwixxi l-glossarju.
3. Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 għandha tapplika għall-emendi fil-Katalogu.
4. L-Artikolu japplika mingħajr ħsara għar-rekwiżiti ta’ sikurezza stabbiliti fl-Artikolu 4.
5. L-użu tal-Katalogu mill-operaturi tan-negozju tal-għalf għandu jkun volontarju. Madankollu, l-isem ta’ materjal tal-għalf imniżżel fil-Katalogu jista’ jintuża biss jekk id-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tal-Katalogu jiġu rrispettati.
6. Il-persuna li, għall-ewwel darba, tqiegħed fis-suq materjal tal-għalf li ma jkunx imniżżel fil-lista tal-Katalogu għandha minnufih tgħarraf bl-użu tagħha lir-rappreżentanti tal-oqsma tan-negozju tal-għalf Ewropej imsemmija fl-Artikolu 26(1). Ir-rappreżentanti tal-oqsma tan-negozju tal-għalf Ewropej għandhom jippubblikaw reġistru ta’ dawn in-notifiki fuq l-Internet u jaġġornaw ir-reġistru fuq bażi regolari.
Artikolu 25
Kodiċi tal-Komunità dwar prattiki tajba ta’ tikkettar
1. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ l-iżvilupp ta’ żewġ Kodiċijiet tal-Komunità ta’ prattika tajba ta’ tikkettar (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Kodiċijiet”), wieħed għall-ikel tal-annimali domestiċi u wieħed għall-għalf kompost għall-annimali li jipproduċu l-ikel, li jistgħu jinkludu taqsima li tikkonċerna għalf kompost għal annimali tal-pil.
2. Il-Kodiċijiet għandu jkollhom l-għan li jtejbu l-adegwatezza tat-tikkettar. Huma għandhom, b’mod partikolari, jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni ta’ dettalji tat-tikkettar previsti fl-Artikolu 14, dwar it-tikkettar volontarju previst fl-Artikolu 22 u dwar l-użu tad-dikjarazzjonijiet previsti fl-Artikolu 13.
3. Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 għandha tapplika għall-istabbiliment tal-Kodiċijiet u għal kull emenda li ssirilhom.
4. L-użu tal-Kodiċijiet mill-operaturi tan-negozju tal-għalf għandu jkun volontarju. Madankollu, l-użu ta’ kwalunkwe Kodiċijiet jista’ jiġi indikat fuq it-tikketta bil-kondizzjoni li d-dispożizzjonijiet rilevanti kollha ta’ dan il-Kodiċi jkunu rrispettati.
Artikolu 26
Stabbiliment tal-Kodiċijiet u emendi għall-Katalogu tal-Komunità u l-Kodiċijiet tal-Komunità
1. L-abbozz ta’ emendi għall-Katalogu tal-Komunità u l-abbozzi tal-Kodiċijiet kif ukoll kwalunkwe abbozz ta’ emendi għalihom għandhom jiġu żviluppati u emendati mir-rappreżentanti kollha xierqa tas-setturi Ewropej tan-negozju tal-għalf:
(a) |
b’konsultazzjoni mal-partijiet l-oħra kkonċernati, bħalma huma l-utenti tal-għalf; |
(b) |
f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u, fejn ikun xieraq, mal-Awtorità; |
(c) |
b’konsiderazzjoni tal-esperjenzi rilevanti mill-opinjonijiet mogħtija mill-Awtorità u l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi. |
2. Bla ħsara għall-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tapprova l-miżuri għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 28(2).
3. Għandhom jiġu adottati emendi għall-Katalogu tal-Komunità li jiffissaw il-kontenut massimu ta’ impuritajiet kimiċi kif imsemmi fil-punt 1 tal-Anness I jew il-livelli ta’ purità botanika msemmija fil-punt 2 tal-Anness I jew jew il-livelli ta’ kontenut ta’ umdità msemmija fil-punt 6 tal-Anness I jew id-dettalji li jissostitwixxu d-dikjarazzjoni obligatorja msemmija fl-Artikolu 16(1)(b). Dawn il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).
4. Il-miżuri taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bil-kondizzjoni biss li jiġu rrispettati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
dawn ikunu ġew żviluppati skont il-paragrafu 1; |
(b) |
il-kontenut tagħhom jista’ jiġi applikat fil-Komunità kollha għas-setturi li għalihom jirreferu; u |
(c) |
ikunu adegwati sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. |
5. Il-Katalogu għandu jiġi ppubblikat fis-Serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. It-titolu u r-referenzi tal-Kodiċijiet għandhom ikunu ppubblikati fis-Serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
KAPITOLU 6
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 27
Miżuri implimentattivi
1. Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Annessi sabiex taddattahom fid-dawl tal-iżviluppi xjentifiċi u teknnoloġiċi.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).
2. Miżuri implimentattivi oħra meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 28(3), sakemm ma jkunx previst speċifikament mod ieħor.
Artikolu 28
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali mwaqqaf permezz tal-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.
4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/K, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
5. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1), (2), (4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
6. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u (5)(b), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 5a(3)(c), (4)(b) u (4(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta’ xahrejn, xahar u xahrejn, rispettivament.
Artikolu 29
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1831/2003
L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Il-Paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Minbarra l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1, l-imballaġġ jew il-kontenitur tal-addittivi tal-għalf li jappartjenu għal grupp funzjonali speċifikat fl-Anness III jew ta’ taħlita mħejjija minn qabel li fiha addittiv li jappartjeni għal grupp funzjonali speċifikat fl-Anness III għandu jkollu l-informazzjoni, ippreżentata f’mod li jidher sew, jinqara faċilment u li ma jitħassarx, indikata f’dak l-Anness.”; |
(3) |
Il-Paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Fil-każ ta’ taħlitiet imħejjija minn qabel, il-kelma ‘taħlita mħejjija minn qabel’ għandha tidher fuq it-tikketta. Il-ġarriera għandhom jiġu ddikjarati, fil-każ ta’ materjali tal-għalf, f’konformità mal-Artikolu 17(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-għalf (**), u, meta l-ilma jintuża bħala ġarrier, għandu jiġi ddikjarat il-kontenut ta’ umdità tat-taħlita mħejjija minn qabel. Skadenza minima ta’ ħażna waħda biss tista’ tiġi indikata fir-rigward ta’ kull taħlita mħejjija minn qabel fl-intier tagħha; din l-iskadenza minima ta’ ħażna għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-iskadenza minima ta’ ħażna ta’ kull wieħed mill-komponenti tagħha. |
Artikolu 30
Tħassir
L-Artikolu 16 tad-Direttiva 70/524/KEE u d-Direttivi 79/373/KEE, 80/511/KEE, 82/471/KEE, 83/228/KE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni 2004/217/KE huma mħassra b’effett mill-1 ta’ Settembru 2010.
Referenzi għad-Direttivi mħassra u għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IX.
Artikolu 31
Penalijiet
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-penalijiet applikabbli għall-ksur tad- disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni tagħhom. Il-penalijiet previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2010 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffetwahom.
Artikolu 32
Miżuri tranżitorji
1. B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33, l-għalf li jitqiegħed fis-suq jew li jingħata tikketta skont id-Direttivi 79/373/KEE, 82/471/KEE, 93/74/KEE u 96/25/KE qabel l-1 ta’ Settembru 2010 jista’ jitqiegħed jew jibqa’ fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.
2. B’deroga mill-Artikolu 8(2), tipi ta’ għalf imsemmija f’dak l-Artikolu li diġà tqiegħdu fis-suq legalment qabel l-1 ta’ Settembru 2010 jistgħu jitqiegħdu jew jibqgħu fis-suq sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-aġġornar tal-lista tal-użijiet maħsuba msemmija fl-Artikolu 10, bil-kondizzjoni li din l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata qabel l-1 ta’ Settembru 2010.
3. B’deroga mil-punt 1 tal-Anness I għal dan ir-Regolament, il-materjali tal-għalf jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jiġu użati sakemm jiġi ffissat il-kontenut speċifiku massimu tal-impuritajiet kimiċi li jirriżultaw mill-proċess tal-manifattura u mill-għajnuniet għall-ipproċessar, bil-kondizzjoni li dawn ikunu talanqas konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 tal-Parti A, Titolu II tal-Anness għad-Direttiva 96/25/KE. Madankollu, din id-deroga m’għandhiex tibqa’ tapplika fl-1 ta’ Settembru 2012.
4. Jistgħu jiġu addottati miżuri sabiex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni lejn l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, jistgħu jiġu speċifikati kondizzjonijiet li fihom għalf jista’ jingħata tikketta b’konformità ma’ dan ir-Regolament qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu. Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).
Artikolu 33
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2010.
Madankollu, l-Artikoli 31 u 32 għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
E. ERLANDSSON
(1) ĠU C 77, 31.3.2009, p. 84.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Frar 2009 (għadha mhix piublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2009.
(4) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(7) ĠU L 237, 22.9.1993, p. 23.
(8) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 35.
(9) ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8.
(10) ĠU L 126, 13.5.1983, p. 23.
(11) ĠU L 126, 21.5.1980, p. 14.
(12) ĠU L 334, 31.12.1993, p. 17.
(13) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.
(15) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(16) ĠU L 67, 5.3.2004, p. 31.
(18) ĠU L 63, 6.3.2002, p. 23.
(19) ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45.
(20) ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.
(21) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(22) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
(23) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.
(24) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(25) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.
(26) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(27) ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.
ANNESS I
Dispożizzjonijiet tekniċi dwar impuritajiet, sostitut tal-ħalib, materjali tal-għalf għat-tgħaqqid jew denaturizazzjoni, il-livell tal-irmied u l- kontenut tal-umdità kif msemmija fl-Artikolu 4
1. |
B’konformità mal-prattika tajba kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, il-materjali tal-għalf għandhom ikunu ħielsa minn impuritajiet kimiċi li jirriżultaw mill-proċess tal-manifattura tagħhom u mill-għajnuniet tal-iproċċessar, sakemm ma jkunx ġie ffissat kontenut massimu speċifiku fil-Katalogu msemmi fl-Artikolu 24. |
2. |
Il-purità botanika tal-materjal tal-għalf m’għandhiex tkun inqas minn 95 %, sakemm ma jkunx ġie stabbilit livell differenti fil-Katalogu kif imsemmi fl-Artikolu 24. L-impuritajiet botaniċi jinkludu l-impuritajiet ta’ materjali ta’ pjanti li m’għandhomx effett ħażin fuq l-annimali bħal pereżempju tiben u żrieragħ u speċi oħrajn ta’ ħaxix selvaġġ ikkoltivat. Fir-rigward tal-impuritajiet botaniċi bħal ma huma r-residwi ta’ żrieragħ taż-żejt oħra jew frott taż-żejt ieħor miksuba minn proċess preċedenti ta’ manifattura, m’għandux jisboq iż-0,5 % għal kull tip ta’ żerriegħa taż-żejt jew frott. |
3. |
Il-livell tal-ħadid fl-għalf sostitut tal-ħalib għall-għoġiela ta’ piż ħaj inqas minn jew daqs 70 kilogramma għandu jkun minn tal-inqas 30 milligramm kull kilogramm tal-għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %. |
4. |
Fejn il-materjal tal-għalf jintuża biex jiddenatura jew jgħaqqad materjali tal-għalf oħra, il-prodott jista’ xorta waħda jiġi kkunsidrat bħala materjal tal-għalf. L-isem, in-natura u l-kwantità tal-materjal tal-għalf użat biex jgħaqqad jew jiddenatura għandu jkun ittikkettat. Jekk materjal tal-għalf ikun mgħaqqad b’materjal tal-għalf ieħor il-persentaġġ ta’ dan tal-aħħar m’għandux jisboq it-3 % tal-piż totali. |
5. |
Il-livell ta’ rmied li ma jinħallx fl-aċidu idrokloriku m’għandux jisboq it-2,2 % tal-materjal niexef. Il-livell ta’ 2,2 % jista’ jinqabeż, għal:
bil-kondizzjoni li l-livell ikun iddikjarat fuq it-tikketta. |
6. |
Bil-kondizzjoni li l-ebda livell ieħor ma jiġi stabbilit fl-Anness V jew il-Katalogu msemmi fl-Artikolu 24 il-kontenut tal-umdità tal-għalf għandu jiġi ddikjarat jekk jisboq:
|
ANNESS II
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar it-tikkettar kif imsemmija fl-Artikolu 11(4)
1. |
Il-kontenut u l-livelli indikati jew li għandhom jiġu dikjarati jirrelataw għall-piż tal-għalf, għajr fejn ikun speċifikat mod ieħor. |
2. |
L-indikazzjoni numerika tad-dati għandha ssegwi l-ordni ta’ jum, xahar u sena u l-format għandu jiġi indikat fuq it-tikketta permezz tat-taqsiriet li ġejjin: “JJ/XX/SS”. |
3. |
Espressjonijiet sinonimi f’ċerti lingwi:
|
4. |
L-istruzzjonijiet għall-użu adatt tal-għalf komplementari u materjali tal-għalf li fihom addittivi li jisbqu l-livelli massimi ffissati għall-għalf komplet għandhom jiddikjaraw il-kwantità massima
sabiex ikun żgurat li l-kontenuti massimi rispettivi tal-addittivi tal-ikel fir-razzjon ta’ kuljum ikunu rispettati. |
5. |
Mingħajr ma jiġu affettwati l-metodi analitiċi, għall-ikel tal-annimali domestiċi l-espressjoni “proteini mhux raffinati” tista’ tiġi sostitwita bi “proteini”, “żjut jew xaħmijiet mhux raffinati” tista’ tiġi sostitwita bi “kontenut ta’ xaħam” u “irmied mhux raffinat” tista’ tiġi sostitwita bi “residwu tal-inċinerazzjoni” jew “materjal inorganiku”. |
ANNESS III
Lista tal-materjali li t-tqegħid fis-suq tagħhom jew l-użu tagħhom għal skopijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali huwa ristrett jew ipprojbit kif imsemmi fl-Artikolu 6
|
Kapitolu 1: Materjali pprojbiti
|
|
Kapitolu 2: Materjali ristretti |
ANNESS IV
Tolleranzi permessi għat-tikkettar tal-kompożizzjoni ta’ materjali tal-għalf jew għalf kompost kif imsemmija fl-Artikolu 11(5)
1. |
It-tolleranzi stabbiliti f’dan l-Anness jinkludu devjazzjonijiet tekniċi u analitiċi. Ladarba t-tolleranzi li jkopru l-inċertezzi fil-kejl u l-varjazzjonijiet proċedurali jiġu ffissati fil-livell Komunitarju, il-valuri stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom jiġu adottati kif meħtieġ biex ikopru biss it-tolleranzi tekniċi. |
2. |
Meta l-kompożizzjoni ta’ materjal tal-għalf jew ta’ għalf kompost tinstab li tmur lil hinn mill-kompożizzjoni ddikjarata b’mod li tnaqqas il-valur tagħha, it-tolleranzi li ġejjin huma permessi:
|
3. |
Sakemm ma jinqabiżx il-livell massimu ffissat għal kull addittiv tal-għalf, id-devjazzjoni mill-kontenut dikjarat tista’ tkun sa tliet darbiet it-tolleranza relevanti stabbilita fil-paragrafu 2. |
4. |
Għall-addittivi tal-ikel li jappartjenu lill-grupp ta’ mikro-organiżmi, il-limitu massimu għandu jikkorrispondi mal-livell massimu ffissat. |
(1) Unità waħda f’dan il-paragrafu tfisser 1 mg, 1 000 IU, 1 × 109 CFU jew 100 unità ta’ attività tal-enżimi tal-addittiv tal-għalf rispettiv.
ANNESS V
Dikjarazzjoni obbligatorja għall-materjali tal-għalf kif imsemmija fl-Artikolu 16(1)(b)
|
Materjal tal-għalf li jikkonsisti fi |
Dikjarazzjoni obbligatorja ta’ |
1. |
Għalf għal bhejjem u għalf oħxon |
Proteina mhux raffinata, jekk > 10 % Fibra mhux raffinata |
2. |
Qamħ taċ-ċereali |
|
3. |
Il-prodotti ta’ u l-prodotti sekondarji mill-qamħ taċ-ċereali |
Lamtu, jekk > 20 % Proteina mhux raffinata, jekk > 10 % Żejt u xaħmijiet mhux raffinati, jekk > 5 % Fibra mhux raffinata |
4. |
Żerriegħa taż-żejt, frott taż-żejt |
|
5. |
Il-prodotti ta’ u l-prodotti li ġejjin miż-żerriegħa taż-żejt, mil-frott taż-żejt |
Proteina mhux raffinata, jekk > 10 % Żejt u xaħmijiet mhux raffinati, jekk > 5 % Fibra mhux raffinata |
6. |
Żerriegħa tal-legumi |
|
7. |
Il-prodotti ta’ u l-prodotti sekondarji miż-żerriegħa tal-legumi |
Proteina mhux raffinata, jekk > 10 % Fibra mhux raffinata |
8. |
Tuberi, għeruq |
|
9. |
Il-prodotti ta’ u l-prodotti sekondarji mit-tuberi u mill-għeruq |
Lamtu Fibra mhux raffinata Irmied ma jinħallx fl-HCI, jekk > 3,5 % ta’ materja niexfa |
10. |
Il-prodotti ta’ u l-prodotti sekondarji mill-industrija tal-ipproċessar tal-pitrava taz-zokkor |
Fibra mhux raffinata, jekk > 15 % Zokkor totali, ikkalkulat bħala zokkor tal-kannamieli Irmied ma jinħallx fl-HCI, jekk > 3,5 % ta’ materja niexfa |
11. |
Il-prodotti ta’ u l-prodotti sekondarji mill-industrija tal-ipproċessar taz-zokkor tal-kannamieli |
Fibra mhux raffinata, jekk > 15 % Zokkor totali ikkalkulat bħala zokkor tal-kannamieli |
12. |
Żerriegħa u frott ieħor, il-prodotti tagħhom u l-prodotti sekondarji minnhom, ħlief dawk imsemmija fil-punti 2-7 |
Proteina mhux raffinata Fibra mhux raffinata Żejt u xaħmijiet mhux raffinati, jekk > 10 % |
13. |
Pjanti oħra, il-prodotti tagħhom u l-prodotti sekondarji minnhom, ħlief dawk imsemmija fil-punti 8-11 |
Proteina mhux raffinata, jekk > 10 % Fibra mhux raffinata |
14. |
Prodotti tal-ħalib u l-prodotti sekondarji minnhom |
Proteina mhux raffinata Umdità, jekk > 5 % Lattosju, jekk > 10 % |
15. |
Prodotti tal-annimali tal-art u l-prodotti sekondarji minnhom |
Proteina mhux raffinata, jekk > 10 % Żejt u xaħmijiet mhux raffinati, jekk > 5 % Umdità, jekk > 8 % |
16. |
Ħut, annimali marini oħra, il-prodotti tagħhom u l-prodotti sekondarji minnhom |
Proteina mhux raffinata, jekk > 10 % Żejt u xaħmijiet mhux raffinati, jekk > 5 % Umdità, jekk > 8 % |
17. |
Minerali |
Kalċju Sodju Fosfru Minerali relevanti oħra |
18. |
Mixxellanji |
Proteina mhux raffinata, jekk > 10 % Fibra mhux raffinata Żejt u xaħmijiet mhux raffinati, jekk > 10 % Lamtu, jekk > 30 % Zokkor totali, bħala zokkor tal-kannamieli, jekk > 10 % Irmied ma jinħallx fl-HCI, jekk > 3,5 % ta’ materja niexfa |
ANNESS VI
Dettalji tat-tikkettar għall-materjali tal-għalf u l-għalf kompost għall-annimali li jipproduċu l-ikel
Il-Kapitolu I: It-tikkettar tal-addittivi tal-għalf kif imsemmija fl-Artikoli 15(f) u 22(1)
1. |
L-addittivi li ġejjin għandhom jiġu elenkati bl-isem speċifiku tagħhom kif definit fl-att legali rilevanti li jawtorizza l-addittiv tal-għalf in kwistjoni, l-ammont miżjud, in-numru tal-identifikazzjoni u l-isem tal-grupp funzjonali kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jew il-kategorija msemmija fl-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament:
|
2. |
L-isem kif stabbilit fl-att legali rilevanti li jawtorizza l-addittiv in kwistjoni tal-għalf u l-ammont miżjud tal-addittiv tal-għalf għandhom jiġu indikati jekk il-preżenza tal-addittiv tkun enfasizzata fuq it-tikketta permezz ta’ kliem, stampi jew grafika. |
3. |
Il-persuna responsabbli mit-tikketta għandha turi l-ismijiet, in-numru ta’ identifikazzjoni u l-grupp funzjonali tal-addittivi tal-għalf mhux imsemmija fil-paragrafu 1 lix-xerrej fuq talba tiegħu. |
4. |
Addittivi tal-għalf mhux imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu indikati volontarjament fil-forma stabbilita fil-paragrafu 1 jew parzjalment. |
5. |
Jekk addittiv tal-għalf sensorjali jew nutrizzjonali kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ikun ittikkettat fuq bażi volontarja, l-ammont miżjud tiegħu għandu jiġi indikat. |
6. |
Jekk addittiv jappartjeni għal aktar minn grupp funzjonali wieħed, il-grupp funzjonali jew kategorija li jikkorrispondi għall-funzjoni prinċipali tiegħu fil-każ tal-għalf partikolari għandu jintwera. |
Il-Kapitolu II: It-tikkettar ta’ kostitwenti analitiċi kif imsemmi fl-Artikolu 17(1)(f) u 22(1)
1. |
Il-kostitwenti analitiċi tal-għalf kompost għall-annimali li jipproduċu l-ikel għandha titniżżel fuq it-tikketta kif ġej:
|
2. |
Jekk l-amino aċidi, vitamini u/jew elementi traċċa huma indikati taħt it-titolu tal-kostitwenti analitiċi, huma għandhom jiġu ddikjarati bl-ammont totali tagħhom. |
3. |
Jekk il-valur enerġetiku u/jew il-valur tal-proteina jkunu indikati, dik l-indikazzjoni għandha ssir skont il-metodu tal-KE, jekk ikun disponibbli jew skont il-metodu nazzjonali uffiċjali rispettiv fl-Istat Membru fejn l-għalf jitqiegħed fis-suq, jekk ikun disponibbli. |
ANNESS VII
Dettalji tat-tikkettar għall-materjali tal-għalf u l-għalf kompost għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel
Il-Kapitolu I: It-tikkettar tal-addittivi tal-għalf kif imsemmija fl-Artikoli 15(f) u 22(1)
1. |
L-addittivi li ġejjin għandhom jiġu elenkati, bl-isem speċifiku tagħhom kif definit fl-att legali rilevanti li jawtorizza l-addittiv tal-għalf in kwistjoni u/jew in-numru tal-identifikazzjoni tiegħu, l-ammont miżjud u l-isem tal-grupp funzjonali kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jew il-kategorija msemmija fl-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament:
|
2. |
B’deroga mill-paragrafu 1, għall-addittivi tal-gruppi funzjonali “preservanti”, “antiossidanti” u “koloranti” kif stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-grupp funzjonali in kwistjoni biss jista’ jiġi indikat. F’dan il-każ l-informazzjoni skont il-paragrafu 1 għandha tingħata mill-persuna responsabbli għat-tikketta lix-xerrej, fuq talba ta’ dan tal-aħħar. |
3. |
L-isem kif stabbilit fl-att legali rilevanti li jawtorizza l-addittiv in kwistjoni tal-għalf u l-ammont miżjud tal-addittiv tal-għalf għandhom jiġu indikati jekk il-preżenza tal-addittiv tkun enfasizzata fuq it-tikketta permezz ta’ kliem, stampi jew grafika. |
4. |
Il-persuna responsabbli mit-tikkettar għandha turi l-ismijiet, in-numru ta’ identifikazzjoni u l-grupp funzjonali tal-addittivi tal-għalf mhux imsemmija fil-paragrafu 1 lix-xerrej fuq talba tiegħu. |
5. |
Addittivi tal-għalf mhux imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu indikati volontarjament fil-forma skont kif stabbiliti fil-paragrafu 1 jew parzjalment. |
6. |
Jekk addittiv tal-għalf sensorjali jew nutrizzjonali kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ikun ittikkettat fuq bażi volontarja, għandu jiġi indikat l-ammont miżjud tiegħu. |
7. |
Jekk addittiv jappartjeni għal aktar minn grupp funzjonali wieħed, il-grupp funzjonali jew il-kategorija li jikkorrispondu għall-funzjoni prinċipali tiegħu fil-każ tal-għalf partikolari għandhom jintwerew. |
8. |
Il-persuna responsabbli għat-tikkettar tal-għalf għandha tagħmel disponibbli lill-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali kwalunkwe informazzjoni dwar il-kompożizzjoni jew il-karatteristiċi ddikjarati tal-għalf li jqiegħdu fis-suq li tippermetti li tiġi verifikata ċ-ċarezza tal-informazzjoni mogħtija fit-tikketti, inkluża l-informazzjoni kompleta dwar l-addittivi kollha użati. |
Kapitolu II: It-tikkettar tal-kostitwenti analitiċi kif imsemmija fl-Artikolu 17(1)(f) u 22(1)
1. |
Il-kostitwenti analitiċi tal-għalf kompost għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel għandha titniżżel fuq it-tikketta kif ġej:
|
2. |
Jekk l-amino aċidi, vitamini u/jew elementi traċċa huma indikati taħt it-titolu tal-kostitwenti analitiċi, huma għandhom jiġu ddikjarati bl-ammont totali tagħhom. |
3. |
Jekk il-valur enerġetiku u/jew il-valur tal-proteina jkunu indikati, dik l-indikazzjoni għandha ssir skont il-metodu tal-KE, jekk ikun disponibbli jew skont il-metodu nazzjonali uffiċjali rispettiv fl-Istat Membru fejn l-għalf jitqiegħed fis-suq, jekk ikun disponibbli. |
ANNESS VIII
Dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tikkettar tal-għalf li ma jikkonformax mar-rekwiżiti tas-sikurezza u l-kummerċjalizzazzjoni taħt il-liġi komunitarja kif imsemmi fl-Artikolu 20(1)
1. |
Il-materjali kkontaminati għandhom jitniżżlu fit-tikketta bħala “għalf b’livell(i) għoli/għolja ta’ … (deżinjazzjoni tas-sustanza/i mhux mixtieqa skont l-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE), u biex jintuża biss bħala għalf wara ditossifikazzjoni fi stabbilimenti awtorizzati”. L-awtorizzazzjoni ta’ dawk l-istabbilimenti għandha tkun konformi mal-Artikolu 10(2) jew (3) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005. |
2. |
Fil-każ li jkun hemm l-intenzjoni li l-kontaminazzjoni titnaqqas jew tiġi eliminata bit-tindif, it-tikkettar ta’ materjali kontaminati għandu jkun fih il-kliem addizzjonali li ġej “għalf b’livell(i) eċċessiv(i) ta’ … (deżinjazzjoni tas-sustanza(i) mhux mixtieqa skont l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE), li għandha tintuża biss bħala għalf wara tindif adegwat”. |
ANNESS IX
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Direttiva 79/373/KEE |
Direttiva 96/25/KE |
Atti oħra: Direttivi 80/511/KEE (1), 82/471/KEE (2), 93/74/KEE (3), 93/113 KE (4) jew Deċiżjoni 2004/217/KE (5) |
Dan ir-Regolament |
— |
— |
— |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
(2), (4): Article 1 (3): Artikolu 4 |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
(2), (3): Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
— |
— |
— |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
(3): Artikolu 1(2) |
Artikolu 4(2) |
|
Artikolu 4 |
|
Artikolu 4(3) |
— |
— |
— |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 12 |
|
(3): Artikolu 10(2) |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 10a(3) |
Artikolu 11(b) |
(2): Artikolu 8 |
Artikolu 6 |
— |
— |
— |
Artikolu 7 |
— |
— |
— |
Artikolu 8 |
|
|
(3): Artikolu 3 |
Artikolu 9 |
|
|
(3): Artikolu 6 |
Artikolu 10 |
Artikolu 5e |
|
|
Artikolu 11(1) |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 5(1) |
(2): Artikolu 5(2) |
Artikolu 11(2) |
— |
— |
— |
Artikolu 11(3) |
Artikolu 5(6) |
Artikolu 4 u 6(4) |
|
Artikolu 11(4) |
Artikolu 6 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 11(5) |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 5(1) |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 5e |
Artikolu 5(2) |
(3): Artikolu 5(6) |
Artikolu 13 |
Artikolu 5(1), Artikolu 11 |
Artikolu 5(1), Artikolu 9 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 5(1) u 5(5)(c) |
Artikolu 5(1) |
(4): Artikolu 7(1)E u Direttiva 70/524/KEE: Artikolu 16 |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 5(1)(c), (d) u 7 |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 5(1), 5c u 5d |
|
|
Artikolu 17(1) |
— |
— |
— |
Artikolu 17(2) |
Artikolu 5c(3) |
|
|
Artikolu 17(3) |
|
|
(3): Artikolu 5(1), (4), (7) u 6(a) |
Artikolu 18 |
— |
— |
— |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 8 |
|
Artikolu 20 |
|
Artikolu 6(1)(a) |
|
Artikolu 21(1) |
Artikolu 5(5)(d) |
|
|
Artikolu 21(2) |
|
Artikolu 6(3)(a) |
|
Artikolu 21(3) |
Artikolu 5(5)(b) |
|
|
Artikolu 21(4) |
Artikolu 5(5)(a) |
|
|
Artikolu 21(5) |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 5(3), 6(1)(b) |
|
Artikolu 21(6) |
— |
— |
— |
Artikolu 21(7) |
Artikolu 14(c) |
|
|
Artikolu 21(8) |
Artikolu 5(3), 5c(4) u 5e |
Artikolu 5(2) |
|
Artikolu 22 |
Artikolu 4(1) |
|
(1): Artikolu 1 |
Artikolu 23 |
— |
— |
— |
Artikolu 24 |
— |
— |
— |
Artikolu 25 |
— |
— |
— |
Artikolu 26 |
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
(2): Artikolu 13 u 14 (3): Artikolu 9 |
Artikolu 28 |
— |
— |
— |
Artikolu 29 |
— |
— |
— |
Artikolu 30 |
— |
— |
— |
Artikolu 31 |
— |
— |
— |
Artikolu 32 |
— |
— |
— |
Artikolu 33 |
Anness Parti A(2), (3), (4) |
Anness Parti A(II), (VI), |
|
Anness I |
Annex Part A(1) and Artikolu 5(6) |
Artikolu 6(4) |
|
Anness II |
|
|
(5): Anness |
Anness III |
Anness Parti A(5), (6) |
Anness Parti A(VII) |
|
Anness IV |
|
Anness Parti C |
|
Anness V |
Anness Parti B |
|
|
Anness VI |
Anness Parti B |
|
|
Anness VII |
Rettifika
1.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 229/29 |
Rettifika għar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 211 tal-14 ta’ Awwissu 2009 )
F’paġna, Artikolu 32, “Dħul fis-seħħ”:
għal:
“Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mit-3 ta’ Settembru 2009.”,
aqra:
“Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mit-3 ta’ Marzu 2011.”.