ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.225.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 225

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
27 ta' Awwissu 2009


Werrej

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/608/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ April 2007 rigward il-miżura ta’ għajnuna imwettqa mill-Belġju favur l-InterFerryBoats (C 46/05 (ex NN 9/04 u ex N 55/05)) (notifikata bid-dokument numru C(2007) 1180)  ( 1 )

1

 

 

2009/609/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ġunju 2008 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 41/05 mogħtija mill-Ungerija permezz ta’ Ftehimiet għax-Xiri tal-Enerġija (notifikata bid-dokument numru C(2008) 2223)  ( 1 )

53

 

 

2009/610/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Lulju 2008 dwar il-miżuri C 16/04 (ex NN 29/04, CP 71/2002 u CP 133/05) implimentati mill-greċja favur it-tarznari elleniċi (notifikata bid-dokument numru C(2008) 3118)  ( 1 )

104

 

 

2009/611/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 2008 dwar il-miżuri C 58/02 (ex N 118/02) li Franza implimentat favur is-Société Nationale Maritime Corse-Méditerranée (SNCM) (notifikata bid-dokument numru C(2008) 3182)  ( 1 )

180

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

27.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 225/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta’ April 2007

rigward il-miżura ta’ għajnuna imwettqa mill-Belġju favur l-InterFerryBoats (C 46/05 (ex NN 9/04 u ex N 55/05))

(notifikata bid-dokument numru C(2007) 1180)

(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/608/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel sentenza tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 88 tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-ftehim rigward iż-Żona Ekonomika Ewropea, u partikolarment il-punt a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 62 tiegħu

Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom skont l-imsemmija Artikoli,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Każ NN 9/04 u N 55/05

(1)

Permezz ta’ ittra tat-12 ta’ Awwissu 2003, irreġistrata fil-Kummissjoni Ewropea fl-20 ta’ Awwissu 2003 (TREN/A(03)27718), l-awtoritajiet Belġjani nnotifikaw il-miżuri ta’ salvataġġ u ta’ ristrutturazzjoni, mogħtija mis-Soċjetà Nazzjonali tal-Ferroviji Belġjani (SNCB) lill-kumpannija sussidjarja tagħha Inter Ferry Boats (IFB) permezz ta’ kuntratt ta’ qafas konkluż fis-7 ta’ April 2003, skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 88 tat-Trattat.

(2)

Fit-13 ta’ Ottubru 2003 (D(03)17546), il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Belġjani sabiex jipprovdu informazzjoni supplementari lill-Kummissjoni. Laqgħa bilaterali rigward dan is-suġġett mal-awtoritajiet Belġjani seħħet fit-12 ta’ Diċembru 2003. Matul din il-laqgħa, il-pjan ta’ ristrutturazzjoni għall-IFB ġie ppreżentat lill-Kummissjoni.

(3)

L-awtoritajiet Belġjani rrispondew għall-ittra tal-Kummissjoni b’ittra fis-7 ta’ Jannar 2004, irreġistrata fil-Kummissjoni fit-13 ta’ Jannar 2004 (TREN/A(04)10708). F’din l-ittra, jirriżulta li l-miżuri nnotifikati ġew mogħtija. Għalhekk, il-każ ġie rreġistrat taħt in-numru NN 9/2004. Laqgħa oħra saret fit-30 ta’ April 2004. L-awtoritajiet Belġjani bagħtu dokumenti supplementari, mitluba mill-Kummissjoni matul din il-laqgħa, permezz ta’ ittra tal-15 ta’ Ġunju 2004, irreġistrata fil-Kummissjoni fil-21 ta’ Ġunju 2004 (TREN/A(04)23691).

(4)

Permezz ta’ ittra fis-26 ta’ Jannar 2005 (D(05)100339), il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Belġjani sabiex jipprovdu informazzjoni supplementari, li ngħatat permezz ta’ ittra datata l-25 ta’ Marzu 2005, irreġistrata fil-Kummissjoni fit-30 ta’ Marzu 2005 (TREN/A(05)7712).

(5)

Permezz ta’ ittra tat-28 ta’ Jannar 2005 (SG(2005)A1133), l-awtoritajiet Belġjani infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni ta’ SNCB li tipproċedi għal żjieda fil-kapital supplementari ta’ IFB, li ma kienitx prevista fil-ftehim mgħarraf fit-12 ta’ Awwissu 2003. Il-Kummissjoni rreġistrat dan il-każ bħala notifika taħt in-numru N 55/2005.

(6)

Permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Marzu 2005 (D(05)106199), il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Belġjani sabiex jipprovdu informazzjoni supplementari, li ġiet mogħtija permezz ta’ ittra tat-28 ta’ April 2005, irreġistrata fil-Kummissjoni fit- 3 ta’ Mejju 2005 (SG(2005)A(05)4155).

(7)

Permezz ta’ ittra tal-31 ta’ Mejju 2005 (D(05)111096), il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Belġjani sabiex jipprovdu informazzjoni supplementari, li ġiet mogħtija permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Ġunju 2005, irreġistrata fil-Kummissjoni fl-1 ta’ Lulju 2005 (TREN/A(05)16598).

(8)

Fis-16 ta’ Settembru 2005, ġiet organizzata laqgħa ta’ ħidma bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Belġjani. Matul din il-laqgħa, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Belġjani sabiex jagħtu informazzjoni supplementari, li ġiet mogħtija permezz ta’ ittra fil-21 ta’ Ottubru 2005, irreġistrata fil-Kummissjoni fl-24 ta’ Ottubru 2005 (TREN/A(05)27067).

1.2.   Il-każ C 46/05

(9)

Permezz ta’ ittra tas-7 ta’ Diċembru 2005, il-Kummissjoni infurmat lill-Belġju bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura prevista fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 88 tat-Trattat fir-rigward tal-miżuri diskussi.

(10)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (1). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżura diskussa. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda osservazzjoni dwar dan is-suġġett min-naħa ta’ partijiet terzi interessati.

(11)

Il-Belġju rrisponda għall-ittra tal-ftuħ tal-proċedura peremzz ta’ ittra fl-14 ta’ Frar 2006, irreġistrata fil-Kummissjoni fil-15 ta’ Frar 2006 bin-numru TREN/A/13934. Permezz tal-istess ittra tal-14 ta’ Frar 2006, il-Belġju rtira in-notifika tat-28 ta’ Jannar 2005.

(12)

Laqgħat ta’ ħidma bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet Belġjani seħħew fl-1 ta’ Ġunju 2006 u fil-25 ta’ Lulju 2006. L-awtoritajiet Belġjani kkomunikaw informazzjoni supplementari lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra fid-29 ta’ Ġunju 2006, irreġistrata mill-Kummissjoni fl-istess jum taħt in-numru TREN/A/25806, permezz ta’ ittra tal-20 ta’ Settembru 2006, irreġistrata fl-istess jum bin-numru TREN/A/32665, u permezz ta’ emails fis-16 u l-21 ta’ Novembru 2006, irreġistrati bin-numri TREN/A/37638 u TREN/A/37981.

(13)

Permezz ta’ ittra fit-30 ta’ Novembru 2006, li l-Kummissjoni rċeviet fil-5 ta’ Diċmebru 2006 u rreġistrata bin-numru TREN/A/39219, l-awtoritajiet Belġjani kkomunikaw ittra tas-Sur Karel Vinck li tirrigwarda dan il-fajl. L-awtoritajiet Belġjani bagħtu din l-ittra sabiex jipprovaw it-teżi tagħhom fejn d-deċiżjonijiet ta’ SNCB f’dan il-każ ma kinux jistgħu jiġu attribwiti lill-Belġju, imma biss għal SNCB.

(14)

Permezz ta’ ittra fil-5 ta’ Frar 2007 (D(07)302095), il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Belġjani sabiex jipprovdu informazzjoni supplementari. Il-Belġju kkomunika din l-informazzjoni permezz ta’ ittra tas-6 ta’ Frar 2007, irreġistrata fil-Kummissjoni fis-7 ta’ Frar 2007 (A(07)24246), permezz ta’ ittra fit-8 ta’ Frar 2007, irreġistrata fil-Kummissjoni fid-9 ta’ Frar 2007 (A(07)23613), permezz ta’ ittra tat-13 ta’ Frar 2007, irreġistrata fil-Kummissjoni fil-15 ta’ Frar 2007 (A(07)24201), u permezz ta’ ittra tal-15 ta’ Frar 2007, irreġistrata fil-Kummissjoni fis-16 ta’ Frar 2007 (A(07)24362).

(15)

Permezz ta’ ittra tal-15 ta’ Marzu 2007 (D(07)306248), u matul laqgħa ta’ ħidma li seħħet fis-16 ta’ Marzu 2007, il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Belġjani sabiex jipprovdu informazzjoni supplementari. Il-Belġju kkomunika din l-informazzjoni permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Marzu 2007, irreġistrata fil-Kummissjoni fl-istess jum (A(07)28411).

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURI TA’ SALVATAĠĠ U TA’ RISTRUTTURAZZJONI

2.1.   Il-partijiet tal-kuntratt ta’ qafas rigward is-salvataġġ u r-ristrutturazzjoni tal-IFB

2.1.1.   IFB

2.1.1.1.   Deskrizzjoni tas-soċjetà

(16)

IFB hija kumpannija bl-ishma tal-liġi Belġjana. SNCB għandha 89.03 % tal-kapital soċjali. L-azzjonisti l-oħra huma CNC Transports, kumpannija sussidjarja b’93,8 % ta’ SNCF (7,41 %), ICF (2,08 %), u EWS (English Welsh and Scottish Railway – 1,22 %).

(17)

IFB inħolqot fl-1 ta’ April 1998 permezz tal-unjoni tat-tliet soċjetajiet li ġejjin: Ferry Boats SA, Interferry SA u d-dipartiment “tal-ferrovija” ta’ Edmond Depaire Ltd. Kif wera l-Belġju permezz ta’ silta mir-reġistru tas-soċjetajiet, din l-unjoni kienet amalgamazzjoni permezz ta’ takeover, fejn Ferry Boats SA assorbiet lil Interferry SA; minħabba dan, id-dipartiment tal-ferrovija ta’ Edmond Depaire SA ġie mgħaqqad mal-entità amalgamata. IFB għalhekk tkompli l-personalità ġuridika ta’ Ferry Boats, li nħolqot fl-1923.

(18)

IFB tagħmel primarjament żewġ tipi ta’ attivitajiet, il-loġistika għat-trasport bil-ferrovija u t-trasport ikkumbinat (“IFB Logistics”) u l-użu tat-terminali tal-kontinent għat-trasport ikkumbinat (“IFB Terminals”). L-attivitajiet tal-intrapriża ġew deskritti fid-dettall fl-ittra tal-ftuħ tal-proċedura formali tal-eżami, il-punti 16 sa 29.

(19)

Ma’ dawn l-attivitajiet, iridu jiġu miżjuda il-holdings u s-sussidjarji li l-IFB għandha jew kellha fil-Belġju u barra l-pajjiż f’soċjetajiet li jużaw terminali tal-baħar u tal-kontinent kif ukoll f’soċjetajiet ta’ trasport. Dawn il-holdings u s-sussidjarji ġew deskritti fid-dettall fil-punt 30 u l-punti ta’ wara tal-ittra tal-ftuħ tal-proċedura formali tal-eżami. Il-Belġju informa lill-Kummissjoni li ċerta informazzjoni fattwali kontenuta fl-ittra tal-ftuħ ma kinitx kompletament korretta, jiġifieri evolviet wara. Il-bdil fattwali li seħħ wara l-ittra tal-ftuħ tal-proċedura huwa deskritt fil-punti li ġejjin. Għall-bqija; dan huwa ttrattat fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-punti 30 sa 49).

(20)

Holdings tal-IFB fit-terminali tal-Belġju. IFB m’għadiex topera mit-terminal ta’ Zeebrugge. Fil-punt 39 tal-ittra tal-ftuħ, hemm miktub li din biegħet l-ishma tagħha lill-grupp ta’ interess OCHZ. Fil-verità, IFB biegħet l-ishma tagħha lil Hesse-Noord Natie, kumpannija li magħha kienet tuża dan it-terminal.

(21)

Fil-punt 41 tal-ittra tal-ftuħ hemm miktub li l-IFB għandha 16,76 % tas-soċjetà Dry Port Mouscron-Lille. Il-Belġju informa lill-Kummissjoni li, wara żjieda ta’ kapital tas-soċjetà fid-29 ta’ Ġunju 2006, li l-IFB ma pparteċipatx fiha, kif ukoll wara d-dħul ta’ investitur privat, DELCATRANS, fil-kapital tas-soċjetà, il-holding tagħha tnaqqset għal 11,07 %

(22)

Holding tal-IFB f’terminali fi Franza. IFB biegħet il-holding tagħha ta’ 30 % fis-soċjetà Nord France Terminal International OU (minn issa ′l quddiem NFTI-ou) fil-ħarifa 2006 lil CMA-CGM. Wara din it-tranżazzjoni, IFB fi Franza għandha biss sehem ta’ 2 % fis-soċjetà CNC transports, li wara dan ġiet imsemmija Naviland Cargo.

2.1.1.2.   Swieq konċernati u partijiet mis-swieq tal-IFB

(23)

Il-Kummissjoni stabbiliet, fid-deċiżjoni tal-ftuħ (punti 50 sa 54) li għall- attivitajiet tal-IFB Logistique, kien neċessarju li ssir distinzjoni bejn żewġ swieq ta’ prodotti differenti, jiġifieri l-attivitajiet ta’ forwarding u l-attivitajiet ta’ loġistika. Dawn is-swieq ġew definiti bħala swieq nazzjonali, u l-parti tas-suq ta’ IFB Logistics ġiet ikkalkulata li kienet bejn 2 % u 5 %.

(24)

Fir-rigward tas-suq tat-terminali, id-deċiżjoni tal-ftuħ (il-punti 55 sa 59) ipproċediet għal distinzjoni bejn it-terminali tal-kontinent u t-terminali marittimi. Sadanitant, IFB iddiżinvestiet il-holdings kollha tagħha fit-terminali marittimi. La l-partijiet interessati, u l-anqas il-Belġju ma kkontestaw id-definizzjoni li tinstab fid-deċiżjoni tal-ftuħ.

(25)

Is-suq tal-merkanzja tal-ferrovija huwa suq marbut ma’ dawn iż-żewġ swieq. Sa mill-2003, dan kien miftuħ għat-trasport ta’ merkanzija internazzjonali li jitilqu mill-Belġju u li ser jaslu l-Belġju, bħalma hu stipulat fid-Direttiva 91/440/KEE tal-Kunsill, tad-29 ta’ Lulju 1991, rigward l-iżvilupp tal-ferroviji Komunitarji (2). Dan il-ftuħ fil-merkanzija internazzjonali ġie kompletat bil-ftuħ tas-suq ta’ merkanzija nazzjonali fl-1 ta’ Jannar 2007, li huwa stipulat mid-Direttiva 91/440/KEE, u li ġie implimentat fil-Belġju permezz ta’ digriet irjali tat-13 ta’ Diċembru 2005.

2.1.2.   SNCB

(26)

SNCB ġiet maħluqa mil-liġi tal-Belġju tat-23 ta’ Lulju 1926 fejn inħolqot is-Soċjetà Nazzjonali tal-Ferroviji Belġjani. (3) Mill-14 ta’ Ottubru 1992, (4) din hija intrapriża pubblika awtonoma u kumpannija bl-ishma ta’ dritt pubbliku (5).

(27)

L-Istat tal-Belġju rriforma l-istruttura ta’ SNCB fl-1 ta’ Jannar 2005. Din ġiet maqsuma fi tliet soċjetajiet distinti, jiġifieri:

SNCB Holding, soċjetà “holding” li għandha 100 % tal-ishma fiż-żewġ soċjetajiet l-oħra, li huma:

Infrabel, il-kumpanija li tamministra l-infrastruttura tal-ferroviji, u

SNCB il-ġdida, l-intrapriża tal-ferrovija responsabbli għas-servizzi ta’ trasport.

L-Istat tal-Belġju għandu 100 % tal-partijiet soċjali ta’ SNCB Holding.

(28)

L-entitajiet ta’ ġestjoni tas-SNCB huma l-Kunsill tal-amministrazzjoni, il-Kumitat tad-Direzzjoni u l-Amministratur delegat. Il-Kunsill tal-Amministrazzjoni huwa magħmul minn 10 membri, inkluż l-Amministratur delegat. L-amministraturi huma magħżula mir-Re, permezz ta’ deċiżjoni deliberata fil-Kunsill tal-Ministri.

(29)

Il-Gvern tal-Belġju huwa rrappreżentat fil-Kunsill tal-Amministrazzjoni minn Kummissarju tal-Gvern. Il-Kummissarju tal-Gvern jista’ jibda proċeduri mal-awtoritajiet Belġjani sabiex jannulla deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni rigward suġġett barrani għat-twettiq tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku jekk din id-deċiżjoni “toħloq […] preġudizzju għall-implimentazzjoni tal-ħidmiet ta’ servizz pubbliku” (sentenza 2 tal-Artikolu 23 tal-liġi).

2.2.   Id-diffikultajiet finanzjarji li IFB ltaqgħat magħhom fl-2001 u l-2002

(30)

L-ewwelnett jistgħu jiġu analizzati r-raġunijiet fil-bidu tad-diffikultajiet finanzjarji, u li wara tingħata deskrizzjoni għar-reazzjoni tad-diriġenti ta’ IFB u ta’ SNCB.

2.2.1.   Id-diffikultajiet finanzjarji

(31)

Ir-raġuni prinċipali tad-diffikultajiet tal-IFB tinsab fid-diffikultajiet finanzjarji li din iltaqgħat magħhom minħabba l-holdings tagħha fi Franza, li kollha jinstabu fil-port ta’ Dunkerque, fl-2001 u fl-2002. Id-diffikultajiet finanzjarji kienu jikkonċernaw ukoll l-attivitajiet ta’ “IFB Logistics” u “IFB Terminals”, li kienu qed jagħmlu telf matul l-2002.

(32)

Kif hu indikat fit-grafika 1, l-ammont totali ta’ telf ta’ IFB għas-sena finanzjarja 2002 tela’ għal EUR 110 miljun. EUR 12,2 miljun kienu jikkonċernaw telf ta’ esplojtazzjoni qabel ma ġew adattati l-kontijiet fil-livell ta’ IFB Logistics (EUR 4,7 miljun) u ta’ IFB Terminals (EUR 7,5 miljun). Ma’ dan jiżdied telf ta’ esplojtazzjoni ta’ EUR 1,2 miljun fil-livell tal-holding f’OCHZ. Dan it-telf, li jammonta għal EUR 13,4 miljun, jikkostitwixxi 12 % tat-telf totali. Il-bilanċ tat-telf fl-2002, jiġifieri EUR 96,6 miljun, kien ġej mit-tnaqqis fil-valur u fil-proviżjonijiet fil-qafas tal-adattazzjoni tal-kontijiet neċessarji wara l-problemi li s-soċjetà ltaqgħat magħhom fi Franza u fil-Belġju. 75 % ta’ dan it-tnaqqis ta’ valur u proviżjonijiet ġej mill-holdings ta’ IFB. Fuq din il-parti, 76 % jikkonċernaw il-holdings fi Franza.

Grafika 1

Analiżi tat-telf fl

(F’miljuni ta’ EUR)

Image

2.2.2.   Sors: Pjan ta’ ristrutturazzjoni ta, IFB, 24.3.2003; IFBControllin

(33)

Sa mit-tmiem tas-sena 2000, IFB ma ħallsitx aktar il-fatturi li bagħtitilha SNCB għas-servizzi ta’ ferrovija tagħha. Fl-2001 u fuq kollox fl-2002, IFB kompliet b’din il-prattika, li ġiet tollerata minn SNCB. Għalhekk, IFB sabet ruħha fl-aħħar ta’ Jannar 2003 b’fatturi ta’ SNCB mhux imħallsa għal valur totali ta’ EUR 63 miljun. In-nuqqas ta’ ħlas ta’ dawn il-fatturi jispjega għalfejn IFB setgħet tkompli topera minkejja d-diffikultajiet finanzjarji gravi.

(34)

Fil-21 ta’ Mejju 2002, il-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ IFB iddeċieda li wara t-telf li sofrew mit-tmiem tas-sena 2000, il-kapital naqas, u laħaq ammont inferjuri għal nofs il-kapital soċjali. Kif stipulat fl-Artikolu 633 tal-Kodiċi tas-Soċjetajiet Belġjani, IFB sejħet assemblea ġenerali straordinarja tal-azzjonisti ta’ IFB.

(35)

Matul din l-assemblea, SNCB, bħala l-azzjonist maġġuri, ippreżentat l-impenn tagħha biex issostni lil IFB għall-ispejjeż tal-ħidma permezz ta’ ħlas bil-quddiem ta’ flus ta’ EUR 2,5 miljun. Dan l-impenn ta’ SNCB kien ġie approvat mill-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB. Fuq il-bażi ta’ dan l-impenn, l-azzjonisti ddeċidew li proviżorjament ikomplu l-attivitajiet ta’ IFB, u talbu lill-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ IFB biex jelaboraw pjan ta’ ristrutturazzjoni komplet li jinkludi s-sussidjarji u l-ġestjoni tat-terminali.

(36)

Il-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB, matul il-laqgħa tiegħu tad-19 ta’ Lulju 2002, għamel punt rigward is-sitwazzjoni tas-sussidjarja tiegħu IFB. L-amministratur delegat ta’ IFB ippreżenta s-sitwazzjoni tal-grupp; wara l-Kunsill tal-Amministrazzjoni ħa d-deċiżjoni li ġejja: “Il-Kunsill jimmarka l-ftehim tiegħu rigward kontribuzzjoni ta’ EUR 2.5 miljun neċessarji biex jiżguraw il-bżonnijiet ta’ flus u jiggarantixxu l-kontinwità ta’ IFB sat-tmiem ta’ Ottubru 2002 (dan l-ammont ser jikkostitwixxi ħlas bil-quddiem fuq żjieda probabli tal-kapital).”

(37)

Matul it-tieni semestru tal-2002, wara l-approvazzjoni mill-Kunsill tal-Amministrazzjoni, il-ħlas bil-quddiem ta’ EUR 2 500 000 tħallas minn SNCB lil IFB, skont l-iskeda li ġejja:

6.8.2002: ħlas tal-ammont ta’ EUR 1 000 000

17.9.2002: ħlas tal-ammont ta’ EUR 1 000 000

30.9.2002: ħlas tal-ammont ta’ EUR 500 000

(38)

Dan il-ħlas bil-quddiem kellu interessi ta’ aktar minn 3,1 %; dan tħallas lura kompletament f’Lulju 2003. Dan il-ħlas lura sar f’żewġ partijiet:

il-15 ta’ Lulju 2003, IFB ħallset lura ammont ta’ EUR 1 500 000 fuq din is-somma, miżjuda b’interessi għal ammont ta’ EUR 40 422,04;

fit-23 ta’ Lulju 2003, il-bilanċ ta’ EUR 1 000 000, miżjud b’interessi għal ammont ta’ EUR 26 883,35, tħallas lura minn IFB lil SNCB.

(39)

Fid-19 ta’ Settembru 2002, l-amministratur delegat ta’ IFB ħatar żewġ reviżuri biex jippreparaw rapport speċjali sabiex jevalwaw is-sitwazzjoni finanzjarja tal-intrapriża. Meta tqiesu l-konklużjonijiet ta’ dan ir-rapport, ippreżentat lil IFB fl-4 ta’ Diċembru 2002 u wara lil SNCB, il-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB ta l-approvazzjoni tiegħu fil-prinċipju, fl-20 ta’ Diċembru 2002, li jissottoskrivi żjieda ta’ kapital lil IFB. Fl-24 ta’ Diċembru 2002, l-Assemblea Ġenerali straordinarja tal-Azzjonisti (“AGE”) ta’ IFB aċċettat ukoll din il-proposta.

(40)

Id-direzzjoni ta’ IFB, bl-appoġġ tal-konsulent McKinsey, elaborat pjan ta’ ristrutturazzjoni għal IFB. Dan il-pjan ta’ ristrutturazzjoni, li huwa deskritt fid-dettall fil-punti 73 sa 86 ta’ din id-deċiżjoni, ġie approvat mill-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ IFB fit-23 ta’ Marzu 2003.

(41)

Wara dan, il-qafas operattiv taż-żewġ soċjetajiet (IFB u SNCB) iffissa d-dettalji ta’ salvataġġ u tar-ristrutturazzjoni ta’ IFB f’ “kuntratt ta’ qafas rigward ir-ristrutturazzjoni ta’ IFB”, li ġie ffirmat bejn iż-żewġ soċjetajiet fis-7 ta’ April 2003. Matul AGE ieħor, l-azzjonisti ta’ IFB immarkaw l-approvazzjoni tagħhom mat-tkomplija tal-attivitajiet ta’ IFB fuq il-bażi ta’ dan il-kuntratt ta’ qafas.

2.3.   Il-miżuri ta’ salvataġġ u ta’ ristrutturazzjoni ta’ “kuntratt ta’ qafas bejn SNCB u IFB rigward ir-ristrutturazzjoni ta’ IFB” tas-7 ta’ April 2003

(42)

L-Artikolu 2 tal-kuntratt ta’ qafas jistipula li t-twettiq tal-miżuri miftiehma bejn il-partijiet ser isir f’żewġ fażijiet, jiġifieri perjodu ta’ salvataġġ u perjodu ta’ ristrutturazzjoni.

2.3.1.   Termini u kundizzjonijiet ta’ għotja ta’ miżuri ta’ salvataġġ

(43)

L-Artikolu 3 tal-kuntratt ta’ qafas jistipula l-miżuri ta’ salvataġġ li ġejjin:

l-għotja ta’ ħlas bil-quddiem li jista’ jiġi rkuprat ta’ EUR 5 miljun,

l-għotja ta’ faċilità ta’ kreditu ta’ massimu ta’ 15-il miljun, u

l-għotja ta’ żmien għall-ħlas proviżorju li jibbaża fuq id-dejn ta’ EUR 63 miljun ta’ IFB fir-rigward ta’ SNCB

(44)

Iż-żmien għal dawn il-miżuri ġie limitat għal 12-il xahar; madankollu, dawn ġew imġedda awtomatikament bi qbil komuni bejn il-partijiet sad-data ta’ żjieda fil-kapital.

(45)

Ir-rata tal-interessi fuq il-ħlas bil-quddiem li jista’ jiġi rkuprat u s-somom imħallsa fuq il-faċilità ta’ kreditu hija l-istess bħar-rata ta’ interessi ta’ referenza li tiġi applikata mill-Kummissjoni għall-għajnuna lill-Istat. L-interessi ser jiġu kapitlizzati, u l-ħlas tagħhom ser iseħħ fl-istess ħin mal-ħlas tad-djun dovuti.

(46)

Id-dejn ta’ EUR 63 miljun ser ikunu suġġetti għal interessi ta’ dewmien konvenzjonali ta’ 5,4 %. L-interessi ser jiġu kapitalizzati u mħallsa flimkien mal-ħlas tad-dejn prinċipali.

(47)

L-interessi dovuti minn IFB lil SNCB għad-djun u l-faċilità ta’ kreditu kienu ta’ EUR 2,2 miljun fl-2002, ta’ EUR 3,9 miljun fl-2003, ta’ 4,7 miljun fl-2004, ta’ EUR 5,2 miljun fl-2005, u ser ikunu ta’ ta’ EUR 4,4 miljun fl-2006.

(48)

L-Artikolu 7 tal-kuntratt jistipula li IFB tirrinunċja, fir-rigward ta’ SNCB, għall-preskrizzjoni tad-djun tagħha.

(49)

Dawn il-miżuri kollha ġew implimentati mal-iffirmar tal-kuntratt ta’ qafas, jiġifieri fis-7 ta’ April 2003. IFB madankollu ma użatx il-ħlas bil quddiem li jista’ jiġi rkuprat.

2.3.2.   Termini u kundizzjonijiet ta’ għotja ta’ miżuri ta’ ristrutturazzjoni

(50)

L-Artikolu 4 tal-kuntratt qafas, bit-titolu “termini tal-għotja tal-limitu “miżuri ta’ ristrutturazzjoni””, huwa ppreparat kif ġej:

“Il-Partijiet jikkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jwettqu l-miżuri li ġejjin sakemm dawn ikunu konformi ma’ pjan ta’ ristrutturazzjoni approvat miż-żewġ Kunsilli tal-Amministrazzjoni tagħhom, mill-Istat Belġjan u jekk ikun neċessarju mill-KE, u skont l-approvazzjoni mill-azzjonisti ta’ IFB:

Il-ħlas bil-quddiem li jista’ jiġi rkuprat jiġi konvertit f’kapital għal ammont ta’ EUR 5 miljuni

Il-parti tal-faċilità ta’ kreditu mħallas tiġi konvertita f’kapital għal ammont ta’ EUR 15 miljun […]

Id-dejn ta’ […]EUR 63 miljun jiġi konvertit f’kapital

Eventwalment u sakemm iż-żewġ partijiet jaqblu fuq dan is-suġġett, żjieda ta’ kapital supplementari […]”

(51)

L-implimentazzjoni ta’ din iż-żjieda hija sottomessa għal kundizzjoni ta’ sospenzjoni, stipulata fl-Artikolu 5 tal-kuntratt qafas, jiġifieri l-approvazzjoni tagħha mill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli fis-suġġett ta’ għajnuna tal-Istat. L-Artikolu 5 huwa ppreżentat kif ġej:

“L-impenji li ttieħdu minn SNCB […] huma suġġetti għall-kundizzjoni ta’ sospenzjoni li ġejja. Il-Partijiet serjitolbu lill-Istat Belġjan biex jipproċedi mill-aktar fis għall-komunikazzjoni ta’ dan il-kuntratt ta’ qafas lill-KE. Il-partijiet ser jitolbu wkoll lill-Istat Belġjan, jekk il-KE kellha tistima għalhekk fil-qafas ta’ din il-komunikazzjoni li [l-kuntratt ta’ qafas] jinkludi l-għotja ta’ għajnuna tal-Istat (hekk kif prevista fl-Artikolu 87 tat-Trattat KE), li tinnotifika lil [kuntratt ta’ qafas] fl-applikazzjoni tas-sentenza 3 tal-Artikolu 88 tat-Trattat KE. Sabiex il-KE tkun tista’ tadotta pożizzjoni, [il-kuntratt ta’ qafas] mhu ser jitwettaq bl-edba mod fi żmien 15-il ġurnata ta’ xogħol li jibdew jgħoddu mill-ġurnata tan-notifika lill-KE. Jekk [il-kuntratt ta’ qafas] kellu għalhekk ikun ikkwalifikat b’għajnuna tal-Istat globali mill-KE, dan mhux ser jitwettaq qabel ma l-KE tkun approvat espliċitament l-għajnuna konċernata, u jekk ikun il-każ, fil-limiti u l-kundizzjonijiet murija fid-dispożizzjoni ta’ approvazzjoni

Jekk il-KE kellha tikkwalifika parzjalment jew totalment [il-kuntratt ta’ qafas] ta’ għajnuna tal-Istat u fl-ipoteżi u sakemm din l-għajnuna tkun iddikjarata li mhix kompatibbli mas-suq komuni, allura l-Partijiet jiddiskutu l-fattibiltà tal-miżuri eventwali supplementari mitluba minn IFB, imma mingħajr l-obbligu li jwettqu dawn il-miżuri supplementari jew adattati jekk iċ-ċirkostanzi li fihom trid tingħata l-għajnuna jiġu kkunsidrati bħala totalment mhux ġustifikati.”

(52)

Id-dritt ċivili tal-Belġju jistipula li, ladarba l-kundizzjoni ta’ sospensjoni titwettaq, il-kuntratt ikun validu b’mod retroattiv.

(53)

Fir-risposta tagħhom għall-ittra tal-ftuħ, l-awtoritajiet Belġjani infurmaw lill-Kummissjoni li ż-żjieda ta’ kapital ma kienx ser jitwettaq eżattament kif miftiehem bejn il-partijiet fil-kuntratt ta’ qafas, jekk dan jiġi approvat mill-Kummissjoni. Din ser tkun ta’ EUR 95,3 miljun, li tkun magħmula kif ġej:

(EUR)

Il-faċilità ta’ kreditu li tiġi konvertita f’kapital

15-il miljun

Id-djun ta’ IFB lil SNCB li jiġu konvertiti f’kapital

63 miljun

L-interessi akkumulati għall-faċilità ta’ kreditu u d-djun fis-snin 2002 sa 2006 (biss għall-2006 huma parti) li jiġu konvertiti f’kapital

17,3 miljun

Total

95,3 miljun

(54)

L-awtoritajiet Belġjani infurmaw lill-Kummissjoni li ż-żjieda ma kinitx ser tibaża fuq l-interessi kollha akkumulati fl-2006, sabiex ikun żgurat li l-proporzjon dejn/fondi proprji ta’ IFB jikkorrispondi għar-rata medja tal-kompetituri tagħha, u ma tkunx superjuri. Din l-anqas tinkludi l-ħlas bil-quddiem li jista’ jiġi rkuprat, għax IFB ma utilizzatx din il-faċilità.

(55)

Fir-risposta tagħhom għall-ittra tal-ftuħ, l-awtoritajiet Belġjani infurmaw ukoll lill-Kummissjoni li huma jirtiraw in-notifika tat-28 ta’ Jannar 2005, li biha huma kienu infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni li SNCB u IFB, minbarra dak li kien stipulat fl-Artikolu 4 tal-kuntratt ta’ qafas, kellhom l-intenzjoni li jipproċedu għal żjieda ta’ kapital addizzjonali ta’ EUR 5 miljun permezz ta’ kontribuzzjoni mhux finanzjarja ta’ holding ta’ 47 % ta’ SNCB fis-soċjetà TRW. (6)

(56)

Il-pjan ta’ rikostruzzjoni stipulat fl-Artikolu 4 ġie kkomunikat lill-Kummissjoni matul laqgħa mal-awtoritajiet Belġjani fit-12 ta’ Diċembru 2003. L-implimentazzjoni tiegħu beda fl-2003, u tlesta fil-bidu tal-2005.

(57)

Il-pjan ta’ rikostruzzjoni huwa magħmul minn żewġ partijiet, li jikkorrispondu għal ħewġ strateġiji differenti li jikkonċernaw min-naħa s-sussidjarji Franċiżi tal-grupp u mill-oħra l-attivitajiet Belġjani ta’ IFB. L-istrateġija magħżula għal Franza hija d-diżinvestiment komplet tal-holdings, filwaqt li l-istrateġija magħżula għall-Belġju hija r-ristrutturazzjoni tas-soċjetà bl-għan li jitkompla l-użu tagħha.

2.3.2.1.   Id-diżinvestiment tas-sussidjarji li jużaw terminali fi Franza

(58)

Kif spjegat f’din id-deċiżjoni u, aktar fid-dettall, fil-punti 30 u wara tal-ittra tal-ftuħ, IFB segwiet strateġija ta’ diżinvestiment għas-sussidjarji Franċiżi tagħha. Din il-politika intlaħqet permezz tal-bejgħ tal-holdings f’NFTI-OU f’Novembru 2006.

(59)

In-nefqa totali tad-diżinvestiment tas-sussidjarji ta’ IFB fi Franza telgħat għal EUR 39,1 miljun. It-tabella li ġejja turi t-tqassim ta’ din in-nefqa skont il-ħames sussidjarji. Fil-punti li ġejjin, il-bżonn ta’ ffinanzjar u ċ-ċifri rigward is-soċjetajiet differenti huma spjegati aktar fid-dettall.

Diżinvestiment tal-holdings franċiżi sommar ju ta’l-ispejjeż li ntnefqu

(f’miljuni ta’ EUR)

 

ACIMAR

NFTI-ou

IFB FRANCE

DPD

IL-HOLDINGS KOLLHA

Deprezzament fuq djun

3,9

 

0,8

2,8

7,5

Deprezzament fuq holdings

 

16,7

0,1

5,1

22,0

Żjieda fil-kapital

 

1,7

 

 

1,7

Spiża totali

3,9

19,5

0,8

7,9

31,1

Interessi maħruga sa 30.6.2006

+7,7

Ċaqliq tal-kont kurrenti 9.2002-12.2002

+0,5

Valur aktar fuq il-bejgħ ta’ SSTD

–0,2

Total tan-nefqa tad-diżinvestiment tal-holdings Franċiżi

39,1

a)    Bżonn f’finanzjament

(60)

It-tabella ġiet stabbilita fuq il-bażi tal-kontijiet tas-27 ta’ Settembru 2002. Din tiddistingwi bejn l-ammonti li ġejjin:

ammont ta’ EUR 31,1 miljun li jikkorrispondu għal deprezzament fuq djun, deprezzament fuq holdings kif ukoll iż-żjieda ta’ kapital ta’ NFTI-ou ta’ kompetizzjoni għall-ammont ta’ EUR 1,7 miljun;

ammont ta’ EUR 7,7 miljun ta’ interessi dovuti li jikkorrispondu għal ammont ta’ interessi akkumulati bejn it-tmiem tal-2002 u t-30 ta’ Ġunju 2006 fuq il-partijiet tal-ħlas bil-quddiem li jista’ jiġi rkuprat u ż-żmien tal-ħlas li ser iservi biex jiġi ffinanzjat id-diżinvestiment;

ammont ta’ – EUR 0,2 miljun li jikkorrispondi għal qligħ kapitali fuq il-bejgħ ta’ SSTD;

ammont ta’ EUR 0,5 miljun li jikkorrispondi għad-differenza bejn l-istat tal-kontijiet fis-27 ta’ Settembru 2002 min-naħa u l-ammont ta’ deprezzament reali fil-kontijiet fil-31 ta’ Diċembru 2002 min-naħa l-oħra.

(61)

Dan l-ammont tal-aħħar ta’ EUR 0,5 miljun jikkorrispondi għall-fluss ta’ fondi bejn il-holdings Franċiżi ta’ IFB u IFB bejn is-27 ta’ Settembru 2002 u t-tmiem tal-2002 u kellu jkun inkluż fit-tabella sabiex ikun jista’ jiġi rikonċiljat id-deprezzament reali fil-kontijiet fit-tmiem tal-2002 bil-bżonn totali kkalkulat fuq il-bażi tas-sitwazzjoni fis-27 ta’ Settembru 2002. F’dak li jirrigwarda l-bżonn ta’ finanzjament ta’ IFB, ma jistax jiġi kkunsidrat dan l-ammont; il-bżonn ta’ finanzjament ta’ IFB relattiv għad-diżinvestiment tal-holdings Franċiżi huwa għalhekk ta’ EUR 38,6 miljun.

(62)

Il-bżonn ta’ finanzjament għal diżinvestiment tal-holdings ta’ IFB fi Franza ġie ffinanzjat minn SNCB. Fil-fatt, IFB utilizzat EUR 30,9 miljun mill-flessibbiltà li kisbet mill-għotja tal-faċilità ta’ kreditu proviżorju ta’ EUR 15-il miljun u min-nuqqas ta’ rkupru proviżorju ta’ EUR 63 miljun biex tiffinanzja désinvestissement. 7,7 miljun mill-iffinanzjar jikkorrispondu għall-interessi dovuti għal din is-somma skont il-kuntratt ta’ qafas tas-7 ta’ April 2003, li jistipula li l-interessi jitħallsu fil-mument tal-ħlas tad-dejn prinċipali (jew mibdula f’kapital fl-istess ħin bħad-dejn prinċipali).

b)    Acimar

(63)

Is-soċjetà Acimar kienet tirċievi d-dħul kollu tagħha permezz ta’ kuntratt ta’ trasport għas-soċjetà Arcelor. Dan il-kuntratt skada fil-31 ta’ Diċembru 2005; fil-mument tal-verifika ta’ IFB matul it-tieni nofs tas-sena 2002, il-kuntratt kien qed jiġġenera telf annwali […] (*). Minħabba li tentattivi għal negozjati mill-ġdid rigward dan il-kuntratt ma’ Arcelor fallew, SNCB iddeċidiet li tillikwida lil Acimar, u li titlob proċedura ta’ amministrazzjoni ġudizzjarja. IFB kellha djun dovuti minn Acimar għall-valur ta’ EUR 3,9 miljun li ma jiġux irkuprati, li jikkostitwixxu n-nefqa tad-diżinvestiment.

c)    NFTI-ou

(64)

F’dak li jirrigwarda lil NFTI-ou, li kienet soċjetà kkontrollata b’mod konġunt minn IFB u l-Port Awtonomu ta’ Dunkerque, billi jużaw terminali fil-port ta’ Dunkerque, SNCB għażlet id-diżinvestiment permezz tal-bejgħ tal-holding tagħha.

(65)

Il-holding ta’ IFB f’NFTI-ou ġabet l-obbligu, għal IFB, permezz ta’ ittra ta’ konfort, li tiffinanzja parti mit-telf li jikkorrispondi għall-holding tagħha fis-soċjetà. Barra minn dan, IFB kienet tat garanzija ta' self bankarju lis-soċjetà mill-[…], b' valur ta’ EUR 2,9 miljun.

(66)

Sabiex tiddiżinvesti il-holding tagħha fis-soċjetà, IFB innegozjat mal-Port Awtonomu ta’ Dunkerque t-tneħħija tal-impenni li rriżultaw mill-ittra ta’ konfort. Min-naħa l-oħra, IFB ipparteċipat f’żjieda ta’ kapital ta’ NFTI-ou, li sar neċessarju biex jippermetti l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet tas-soċjetà, għal aktar minn EUR 1,7 miljun, u din ċediet parti mill-kapital soċjali tagħha lill-Port Awtonomu ta’ Dunkerque għal prezz simboliku ta’ euro. Wara din it-tranżazzjoni, IFB kellha biss 30 % tal-kapital soċjali.

(67)

IFB u l-Port Awtonomu ta’ Dunkerque wara fittxew u sabu xerrej potenzjali, CMA-CGM, għall-paritjiet ta’ IFB.[…]. Meta jitqies il-prezz tal-bejgħ, in-nefqa totali ta’ diżinvestiment għal IFB kien ta’ EUR 18,5 miljun, li minnhom EUR 1,7 miljun kienu għaż-żjieda tal-kapital, u EUR 16,7 miljun għad-depezzament imwettaq fuq il-holding.

d)    IFB France

(68)

IFB France, li wara saret AGEP, ġiet mogħtija lil NFTI-ou […] u kienet tirrappreżenta deprezzament ta’ EUR 0,1 miljun. Minħabba li IFB ddiżinvestiet fl-istess ħin NFTI-ou, it-trasferiment lil NFTI-ou kellu bħala riżultat id-diżinvestiment permezz tal-bejgħ ta’ IFB France. Qabel il-bejgħ, IFB kienet obbligata li tħalli d-djun tagħha għal IFB France għal valur ta’ EUR 0,8 miljun. In-nefqa totali għad-diżinvestiment ta’ IFB France għalhekk kienet ta’ EUR 0,9 miljun.

e)    Dry Port Dunkerque

(69)

Il-holding ta’ IFB fid-Dry Port Dunkerque kienet tippreżenta l-istess partikolarità bħall-holding tagħha f’NFTI-ou: ittra ta’ konfort obbligat lil IFB li tagħmel tajjeb għat-telf operazzjonali tas-soċjetà.

(70)

IFB iddiżinvestiet din il-holding permezz ta’ likwidazzjoni, flimkien mal-bejgħ ta’ parti mill-assi, jiġifieri l-holding ta’ 8,6 % f’NFTI-ou li kellha Dry Port Dunkerque. Hawn, kuntrarjament għas-sitwazzjoni f’NFTI-ou, l-imsieħba ta’ IFB ma setgħux jeżiġu l-kontinwazzjoni tas-soċjetà.

(71)

IFB ma setgħetx tiffinalizza d-dejn tagħha fuq Dry Port Dunkerque (EUR 2,8 miljun), u kellha taċċetta deprezzament fuq il-holding tagħha (EUR 5,1 miljun). In-nefqa totali tal-likwidazzjoni kienet għalhekk ta’ EUR7, 9 miljun.

f)    SSTD

(72)

Is-soċjetà SSTD hija soċjetà profitabbli. Wara t-telf tal-klijent prinċipali tagħha u minħabba d-deċiżjoni strateġika li titlaq mis-suq Franċiż, IFB ddeċidiet li tbigħha fil-bidu tal-2005, u dan iġġenera benefiċċju żgħir.

2.3.2.2.   Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni għall-kontinwazzjoni tal-attivitajiet Belġjani

(73)

Flimkien mal-konsulent McKinsey, IFB elaborat pjan ta’ ristrutturazzjoni għall-attivitajiet ta’ IFB fil-Belġju. Dan il-pjan ta’ ristrutturazzjoni jistipula żewġ partijiet:

ir-ristrutturazzjoni tal-attività “IFB Logistics”,

ir-ristrutturazzjoni tal-attività “IFB Terminals”.

L-idea essenzjali ta’ dan il-pjan huwa li jiġu llimitati l-attivitajiet ta’ IFB għall-core business tagħha, jiġifieri l-attivitajiet ta’ loġistika u ta’ użu ta’ terminali fil-Belġju, u li tiddiżinvesti u tbigħ l-attivitajiet li mhumiex neċessarji għall-viabbiltà ekonomika tal-core business. Hawn wieħed jista’ jiddiskrivi r-riżultati finanzjarji tar-ristrutturazzjoni, kif ukoll il-miżuri differenti meħuda biex jintlaħqu dawn ir-riżultati (miżuri ġenerali, miżuri fir-rigward tal-attività ta’ loġistika, miżuri fir-rigward tal-attività tat-terminal, investimenti).

a)    Ir-riżultati finanzjarji tar-ristrutturazzjoni

(74)

Wara korrezzjonijiet għal deprezzament, tnaqqis ta’ valur u proviżjonijiet għal riskji u tariffi (“cash flow operazzjonali”), il-pjan ta’ ristrutturazzjoni kien jipprevedi r-riżultati finanzjarji li ġejjin, li ġew ikkonfermati bis-sħiħ mir-riżultati miksuba:

(f’miljuni ta’ EUR)

 

2004

2005

2006 (l-ewwel semestru)

Total matul il-perjodu ta’ ristrutturazzjoni

Previżjoni tal-cash flow operazzjonali

3,9

4,3

2,35

10,550

Riżultat tal-cash flow operazzjonali

4,875

3,079

2,475

10,429

(75)

Il-previżjonijiet għar-riżultati finanzjarji ta’ IFB kienu bbażati essenzjalment fuq l-elementi li ġejjin, li IFB saret taf bihom fil-mument tal-adozzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni:

ċentralizzazzjoni tat-traffiku “Railbarge” fuq it-terminal, u ż-żjieda sensibbli tal-volumi. Iċ-ċentralizzazzjoni tat-traffiku “Railbarge” kienet tippermetti l-ipperfezzjonar tal-mudell operazzjonali, u żjieda fid-dħul, minħabba li manutenzjoni li sa dak il-mument kienet titwettaq minn terzi ġiet integrata fil-grupp. Barra minn dan, IFB setgħet tirbaħ klijent ġdid importanti, CSAV, li kien jipprevedi li ser tpoġġi ordni sostanzjali għal volum ta’ 50 000 TEU (20-foot equivalent unit – unità ekwivalenti għal kontejner tal-20 pied) mill-2004;

tnaqqis sinifikanti tal-persunal, kif ukoll spejjeż għal-manteniment. Dawn il-miżuri huma deskritti aktar fid-dettall fil-punti 78 sa 83 ta’ din id-deċiżjoni;

ftehim ġdid rigward l-użu tat-terminal tal-ferrovija ta’ Cirkeldyck, li kien jippermetti l-previżjoni ta’ sinerġiji importanti mat-terminal fil-viċin MSC Home Terminal;

tkabbir fil-volum tat-terminal ta’ Muizen, wara kuntratt ġdid li sar ma’ Unilog;

previħjonijiet ġenerali tassew pożittivi għas-suq tat-trasport intermodali, li ra tkabbir spettakolari wara l-bidu tas-sena 2000.

b)    Miżuri li ttieħdu għar-ristrutturazzjoni

Miżuri ġenerali

(76)

Il-konklużjoni ta’ ftehim kollettiv ta’ ħidma ġdid fil-livell tal-intrapriża u l-modifika tar-regolament tax-xogħol ippermettew li tintlaħaq rata ta’ attività aktar għolja (in-numru ta’ ġranet li jridu jiġu pprovduti fis-sena żdied bi 13-il ġurnata mill-1 ta’ Jannar 2004) u għal spejjeż inferjuri (ir-remunerazzjoni għax-xogħol fil-week-end u x-xogħol f’tim ġiet imnaqqsa mill-1 ta’ Ottubru 2003).

(77)

Is-servizzi amministrattivi u kummerċjali ġew iċċentralizzati f’Berchem, li ppermetta l-għeluq tal-istabbiliment f’Gand u t-tnaqqis tal-kapaċità ta’ dak f’Zeebrugge.

(78)

Dawn il-miżuri kkontribwew biex jiġi llimitat il-persunal neċessarju biex jitnaqqsu l-ispejjeż ġenerali ta’ IFB b’madwar EUR 2.55 miljun għal kull sena (7) b’kollox. Fil-fatt, IFB naqqset il-persunal tagħha minn 210 FTE (8) f’Settembru tal-2002 għal 175 FTE fil-bidu tal-2006, u dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ 17 %. Id-dettall ta’ dan it-tnaqqis jista’ jiġi ppreżentat kif ġej:

għat-terminali użati direttament (minbarra sussidjarji), il-persunal naqas minn 110 FTE f’Settembru 2002 għal 96 FTE fil-bidu tal-2006, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 13 %;

fir-rigward tal-attività ta’ loġistika ta’ IFB, il-persunal tnaqqas minn 60 FTE f’Settembru 2002 għal 49 FTE fil-bidu tal-2006, jiġifieri tnaqqis ta’ 19 %;

il-persunal responsabbli minn xogħol ta’ “marketing u bejgħ” u minn xogħol ta’ appoġġ ċentrali ieħor (finanzi, riżorsi umani, eċċ.) naqas minn 40 FTE f’Settembru 2002 għal 31 FTE fil-bidu tal-2006, jiġifieri tnaqqis ta’ 23 %.

Ir-ristrutturazzjoni tal-attività ta’ loġistika

(79)

Il-pjan ta’ ristrutturzzjoni kien jistipula id-disa’ miżuri li ġejjin, li kellhom jippermettu titjib ta’ EUR 5,7 miljun.

Miżuri

Benefiċċju

1.

Effett tat-tnaqqis fis-salarji

[…]

2.

Konsulenza u outsourcing

[…]

3.

Tnaqqis tal-valur u deprezzament eċċezzjonali

[…]

4.

Għeluq tal-fergħat bi qligħ ta’ North European Network

[…]

5.

Telf ta’ volum ta’ traffiku konvenzjonali

[…]

6.

Bidu mill-ġdid tal-fornitura tal-vaguni

[…]

7.

Tkabbir tal-intermodal

[…]

8.

Reviżjoni tal-kuntratt Railbarge (żjieda fil-prezz u reengineering tal-prodott)

[…]

9.

Żjieda fil-kummissjonijiet ta’ rappreżentazzjoni (aġent)

[…]

10.

Tnaqqis tal-ispejjeż ġenerali

[…]

(80)

Fit-twettiq tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, li ntemm fit-tmiem tal-2004, ittieħdu żewġ miżuri supplementari:

għat-terminali ta’ Cirkeldijck, il-prezz ta’ manutenzjoni ġie rivedut ’il fuq;

b’mod ġenerali, it-traffiku ġie analizzat u, għalhekk, riorganizzat bi ftehim mal-klijenti.

Ir-ristrutturazzjoni tal-attività “IFB terminal”

(81)

Ir-ristrutturazzjoni tal-attività “IFB Terminal”, li tlestiet fl-2005, kellha tinkludi 7 miżuri, li huma deskritti b’mod aktar dettaljat fil-punti 103 sa 107 fid-deċiżjoni tal-ftuħ

(82)

Minn barra l-miżuri previsti inizjalment, IFB Logistics wettqet analiżi fil-fond tal-prodotti ferrovjarji tagħha, li kixfet l-eżistenza ta’ prodotti mhux profitabbli, li minn dak iż-żmien IFB m’għadhiex tipproduċi.

(83)

Għal prodotti oħra, din l-analiżi uriet in-neċessità ta’ titjib fuq il-pjan tekniku. Dan it-titjib sar, partikolarment għas-settur tat-trasport intermodali tal-kontejners.

Investimenti stipulati mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni

(84)

Ir-ristrutturazzjoni ta’ Mainhub kif ukoll ir-ristrutturazzjoni ta’ Zomerweg jimplikaw il-bżonn ta’ investimenti ġodda […], essenzjalment għall-investimenti ta’ sostituzzjoni […] kif ukoll investimenti differenti, […].

2.4.   Deskrizzjoni tar-raġunijiet li wasslu għall-bidu tal-proċedura tas-7 ta’ Diċembru 2005

(85)

Il-Belġju, fin-notifika tiegħu, ikkunsidra li l-miżuri diskussi ma kinux jikkostitwixxu għajnuna tal-Istat, għax dawn ma ma setgħux jiġu attribwiti għall-Belġju, fi kwalunkwe każ, għax SNCB aġixxiet bħala investitur privat f’ekonomija tas-suq.

(86)

Il-Kummissjoni kellha dubji fuq il-punt jekk l-għotja ta’ żmien għall-ħlas għad-dejn eżistenti ta’ EUR 63 miljun u l-konverżjoni tagħhom, kif ukoll it-tibdil tal-interessi li jiġu minnhom ta’ EUR 11-il miljun, f’kapital soċjali kinux jikkostitwixxu għajnuna tal-Istat. Id-dubji tagħha kienu bbażati fuq ir-responsabbiltà tal-aġir ta’ SNCB lejn il-propjetarju tagħha, l-Istat Belġjan, u fuq il-kwistjoni jekk SNCB aġixxietx kif kien jagħmel investirur privat fl-ekonomija tas-suq.

(87)

Bl-istess mod, il-Kummissjoni kellha dubji fuq il-punt jekk l-għotja ta’ ħlas bil-quddiem li jista’ jiġi rkuprat ta’ EUR 5 miljun u l-għotja ta’ faċilità ta’ kreditu ta’ 15-il miljun u l-interessi li jiġu minnhom ta’ EUR 2,5 miljun f’kapital soċjali, kif ukoll il-kontribuzzjoni mhux finanzjarja, li tikkonsisti fil-holding ta’ SNCB f’TRW, ta’ EUR 5 miljun ta’ kapital soċjali ġdid kinux jikkostitwixxu għajnuna tal-Istat.

(88)

Sakemm din l-għajnuna tikkostitwixxi għajnuna fi flus, il-Kummissjoni kellha dubji li din tista’ tkun iddikjarata bħala kompatibbli mas-suq komuni bħala għajnuna ta’ salvataġġ, għax dawn ingħataw għal perjodu itwal minn 12-il xahar.

(89)

Il-Kummissjoni kellha dubji fuq il-kwistjoni li tkun taf jekk l-għajnuna kollha setgħetx tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni bħala għajnuna għal ristrutturazzjoni.

(90)

Id-dubji tagħha kienu bbażati fuq l-applikabbiltà rispettiva fiż-żmien tal-linji gwida Komunitarji għall-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ intrapriżi f’diffikultà fl-1999 (9) (minn issa ′l quddiem “il-linji gwida tal-1999”) u l-linji gwida Komunitarji rigward l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ intrapriżi f’diffikultà tal-2004 (10) (minn issa ′l quddiem “il-linji gwida tal-2004”), il-karattru suffiċjenti tal-miżuri meħuda biex itaffu, sakemm hu possibbli, l-konsegwenzi mhux favorevoli tal-għajnuna għall-kompetituri, kif ukoll dwar il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-anqas possibbli u fuq il-karattru suffiċjenti tal-kontribuzzjoni tal-intrapriża IFB stess għall-għajnuna għar-ristrutturazzjoni.

(91)

Il-Belġju ttrażmetta l-kummenti tiegħu permezz ta’ ittra fl-14 ta’ Frar 2006, li ġiet ikkumplementata b’ittri fid-29 ta’ Ġunju, fl-20 ta’ Settembru, fis-16 ta’ Novembru 2006 u fil-21 ta’ Novembru 2006.

(92)

Fir-risposta tiegħu, il-Belġju sostna l-pożizzjoni tiegħu fejn skont din, il-miżuri in diskussjoni ma kinux jikkostitwixxu għajnuna, għax dawn ma jistgħux jiġu attribwiti għall-Istat Belġjan, u għax SNCB aġixxiet kif kien jagħmel investitur privat fl-ekonomija tas-suq.

(93)

Il-Belġju jikkunsidra għalhekk li jekk il-miżuri in diskussjoni jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, dawn għandhom jiġu analizzati fuq il-bażi tal-linji gwida għall-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni tal- 1999, u mhux fuq il-bażi ta’ dawk tal-2004. Wara dan, il-Belġju kkunsidra li l-miżuri huma kompatibbli mas-suq komuni bħala għajnuna għas-salvataġġ u għajnuna għar-ristrutturazzjoni.

3.   IL-KUMMENTI TAL-BELĠJU

(94)

Il-pożizzjoni tal-Belġju tista’ tiġi miġbura kif ġej.

3.1.   L-osservazzjonijiet tal-Belġju rigward il-proċedura

(95)

L-awtoritajiet Belġjani jinfurmaw lill-Kummissjoni fl-ittra ta’ risposta tagħhom li huma għandhom riservi fir-rigward tat-tul tal-proċediment. Dawn jistmaw li għandhom kunfidenza leġittima fir-rigward tal-legalità li proviżorjament jinżammu fis-seħħ il-miżuri tal-irkuprar sad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni fir-rigward tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni.

(96)

Il-komunikazzjonijiet tat-12 ta’ Awwissu 2003 (irreġistrata mill-Kummissjoni taħt in-numru NN 9/04) u t-28 ta’ Jannar 2005 (irreġistrata mill-Kummissjoni taħt in-numru N 55/05) kellhom, skont l-awtoritajiet Belġjani, l-għan li jipprovdu lill-Kummissjoni l-elementi kollha li jippermettu li jkun verifikat jekk il-miżuri min-naħa ta’ SNCB fir-rigward ta’ IFB kinux jinkludu jew le għajnuna mill-Istat fis-sens tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 87, tat-Trattat. Skont l-awtoritajiet Belġjani, huwa biss fil-każ fejn il-miżuri kkonċernati jkunu kkwalifikati bħala għajnuna mill-Istat li l-Kummissjoni kienet tkun (u ser tkun) mistiedna biex tikkunsidra l-komunikazzjonijiet bħala notifikazzjonijiet fis-sens tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 88, tat-Trattat.

(97)

L-awtoritajiet Belġjanu jikkunsidraw li, b’mod aktar partikolari, il-komunikazzjoni tat-12 ta’ Awwissu 2003 ma kinitx tammetti li l-miżuri ta’ rkuprar u ta’ ristrutturazzjoni fir-rigward ta’ IFB kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, u l-anqas li l-miżuri ta’ salvataġġ jistgħu jiġu kkwalifikati bħala għajnuna mill-Istat mhux notifikata. L-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li dawn il-miżuri ma kinux ippreżentati għall-obbligu ta’ notifika preċedenti u għall-obbligu ta’ nuqqas ta’ twettiq fis-sens tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 88, tat-Trattat.

(98)

L-awtoritajiet Belġjani jifformulaw kalkolu analogu fir-rigward tal-komunikazzjoni tat-28 ta’ Jannar 2005, li biha l-Belġju informa lill-Kummissjoni b’żjieda tal-kapital supplementari ta’ EUR 5 miljun.

3.2.   In-nuqqas ta’ “għajnuna mill-Istat” fis-sens tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 87, tat-Trattat

3.2.1.   In-nuqqas ta’ riżorsi tal-Istat.

(99)

Il-Belġju jikkunsidra li la l-miżuri ta’ rkuprar, u l-anqas il-miżuri ta’ ristrutturazzjoni mogħtija lil IFB ma ġew iffinanzjati minn riżorsi Statali. SNCB kienet tiffinanzja dawn il-miżuri esklussivament permezz tar-riżorsi tagħha stess, mingħajr ma bl-ebda mod tutilizza r-riżorsi Statali.

(100)

Skont il-Belġju, il-fatt li SNCB hija intrapriża pubblika fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 80/723/KEE tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 1980 rigward it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll it-trasparenza finanzjarja f’ċerti intrapriżi (11) mhix biżżejjed biex tistabbilixxi li l-miżuri diskussi, li ġew iffinanzjati minn SNCB, kienu ġew iffinanzjati minn riżorsi Statali. Il-Belġju kkunsidra li jaqbel li ssir distinzjoni bejn, min-naħa, ir-riżorsi ta’ SNCB stess, li ġejjin mid-dħul iġġenerat mill-attivitajiet tagħha, u min-naħa l-oħra, il-kontribuzzjonijiet kapitali tal-Istat għall-missjonijiet ta’ servizz pubbliku ta’ SNCB. Minħabba li l-kontribuzzjonijiet kapitali tal-Istat ma kinux biżżejjed biex jiffinanzjaw l-ispejjeż kollha li ntnefqu għall-missjonijiet imsemmija, il-Belġju kkonkluda li huwa eskluż li riżorsi tal-Istat ġew utilizzati minn SNCB għall-iffinanzjar tal-miżuri favur IFB.

(101)

Il-Belġju jikkunsidra li l-patrimonju ta’ SNCB mhuwiex għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet Belġjani, imma mwettqa għall-għan soċjali ta’ SNCB. B’konsegwenza ta’ dan, il-Belġju jikkunsidra li dan mhuwiex “għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi”, kif teżiġi d-deċiżjoni Stardust Marine  (12).

(102)

Fl-aħħarnett, il-Belġju jikkunsidra li kwalunkwe tnaqqis tal-kapital ta’ SNCB fir-rigward tal-miżuri mogħtija lill-IFB ma kien ser iġib miegħu l-ebda “telf” għall-Istat, (13) minħabba li dan fl-ebda każ ma jirrigwarda riżorsi li kienu ser jitħallsu fil-baġit tal-Istat.

3.2.2.   In-nuqqas ta’ responsabbiltà tal-Istat Belġjan.

(103)

F’dak li jirrigwarda l-għotja ta’ ħlas bil-quddiem fi flus ta’ EUR 2,5 miljun fit-tieni semestru tal-2002, l-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li d-deċiżjoni ta’ SNCB li tagħti dan il-ħlas bil-quddiem ma tistax tii attribwita għall-Istat Belġjan.

(104)

Il-Belġju jressaq l-argumenti li ġejjin biex juri n-nuqqas ta’ responsabbiltà:

Id-deċiżjoni strateġika ta’ SNCB ta’ ristrutturazzjoni tal-intrapriża IFB, pjuttost milli tpoġġiha f’likwidazzjoni, ittieħdet b’mod awtonomu mill-Kumitat tad-Direzzjoni ta’ SNCB. Partikolarment, il-futur tas-soċjetà IFB ma kienx suġġett għal studji ordnati fit-tmiem tal-2001 mill-gvern Belġjan għas-soċjetà ABX, l-anqas id-deċiżjonijiet li l-Kunsill tal-Ministri Belġjan adotta rigward ABX fl-2002.

L-għotja ta’ ħlas bil-quddiem lil IFB kienet ġiet deċiża mill-Kumitat tad-Direzzjoni ta’ SNCB. Il-Belġju jammetti li l-Kumitat tad-Direzzjoni ddeċieda li jissottometti din il-miżura lill-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB, imma jikkunsidra li l-għotja tal-ħlas bil-quddiem ma kellhiex bżonn l-approvazzjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB, għax, fir-rigward tad-delegazzjoni tal-poteri tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni lill-Kumitat tad-Direzzjoni, dan il-kumitat tal-aħħar kellu l-awtorità li jimpenja lil SNCB għal ammonti li jitilgħu sa EUR 2,5 miljun

Dan il-ħlas bil-quddiem ma kienz parti minn pjan ta’ ristrutturazzjoni jew minn pjan ieħor jew minn miżura li ġiet sottomessa lill-Istat Belġjan jew li dwarha saret kwalunkwe konsultazzjoni mal-Istat Belġjan.

Fatturi oħra bħalma huma l-importanza relattivament dgħajfa tal-ħlas bil-quddiem u l-karattru proviżorju tiegħu jikkonfermaw ukoll il-konklużjoni li l-għotja ta’ dan il-ħlas bil-quddiem ma tistax tiġi attribwita lill-Istat Belġjan.

(105)

F’dak li jikkonċerna n-nuqqas ta’ ħlas tal-fatturi ta’ SNCB minn IFB, l-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li l-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB ma ġiex infurmat bil-fatt li IFB ma kienitx għadha tħallas il-fatturi tagħha lil SNCB qabel Diċembru 2002, jiġifieri fil-mument fejn din iddeċidiet il-prinċipju taż-żjieda tal-kapital ta’ IFB.

(106)

L-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw ukoll li l-azzjoni jew in-nuqqas ta’ azzjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni, tal-Kumitat tad-Direzzjoni jew tal-Amministratur delegat mhumiex imputabbli lill-Istat Belġjan, kemm jekk dan huwa qabel jew wara l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ qafas. Dawn jargumentaw li hemm nuqqas totali tal-implikazzjoni tal-Istat Belġjan (fs-sens tal-ġurisprudenza “Stardust Marine”) fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjoni ta’ SNCB rigward l-għotja ta’ miżuri lil IFB.

(107)

Fil-fatt, skont l-awtoritajiet Belġjani, il-miżuri mogħtija minn SNCB lil IFB huma miżuri relattivi għas-sussidjarja ta’ SNCB li hi stess ma twettaqx missjonijiet ta’ servizz pubbliku u li l-anqas ma hija assoċjata mat-twettiq ta’ missjonijiet ta’ servizz pubbliku ta’ SNCB. L-attivitajiet ta’ IFB għalhekk ser ikunu attivitajiet esklussivament kummerċjali, barra minn kull missjoni ta’ servizz pubbliku. B’hekk, dejjem skont l-awtoritajiet Belġjani, dawn jaħarbu mill-kontroll tal-Istat, għax l-awtoritajiet Belġjani huma miżmuma li jirrispettaw l-awtonomija ta’ SNCB għal dak li ma jiddependix minn missjoni ta’ servizz pubbliku.

(108)

F’dak li jikkonċerna r-rwol tal-Kummissarju tal-Gvern, l-awtoritajiet Belġjani jgħidu li huma qatt ma ngħataw il-fajl ta’ IFB u, għaldaqstant, ma setgħux jintervjenu, minħabba li l-Kummissarju tal-Gvern fl-ebda mument ma kien ifformola rimarki dwar il-miżuri li ttieħdu fir-rigward ta’ IFB u li l-anqas ma kien maħsub li jkun hemm xi rikors, taħt kwalunkwe forma. Barra minn dan, dawn jippretendu li huma bl-ebda mod ma intervenew fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ SNCB rigward IFB, la matul il-perjodu ta’ qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ qafas, u l-anqas matul il-perjodu unterjuri.

(109)

F’dak li jikkonċerna t-tliet inċidenti identifikati mill-Kummissjoni fl-ittra tal-ftuħ (il-punti 143 sa 150), jiġifieri s-sottomissjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni għall-approvazzjoni mill-Istat Belġjan, l-artikoli tal-gazzetti juru influwenza qawwija tal-gvern Belġjan fuq SNCB matul is-sena 2003, u l-firxa, il-kontenut u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ qafas, l-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li dawn l-indizji mhumiex biżżejjed biex tiġi stabbilita r-responsabbiltà fis-sens tal-ġrisprudenza Stardust Marine.

(110)

F’dak li jikkonċerna l-approvazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni mill-Istat Belġjan, l-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li din id-dispożizzjoni tal-kuntratt ta’ qafas qatt ma kienet tistipula l-awtoritajiet Belġjani jingħataw kwalunkwe kompetenza biex jiġġudikaw il-kontenut tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, imma kienet ispirata mill-fatt li SNCB xtaqet li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni, bħall-kuntratt ta’ qafas, jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni.

(111)

F’dak li jikkonċerna l-artikoli fil-gazzetti, il-gvern Belġjan jikkunsidra li dawn ma jinkludu l-ebda indizju ta’ intervent tal-gvern Belġjan f’din il-kwistjoni, għar-raġunijiet li ġejjin:

fl-artikolu li deher fil-gazzetta La Libre Belgique tad-19 ta’ Mejju 2003, l-uffiċċju tal-istampa ta’ SNCB jispjega li d-dawl aħdar għall-fajl ta’ IFB għadu ma ntalabx mingħand il-Kummissjoni, minħabba li “il-poter federali jrid jgħid tiegħu”. Skont il-gvern Belġjan, dawn il-kummenti jibbażaw biss fuq il-“komunikazzjoni” tal-miżuri favur IFB mill-Istat Belġjan lill-Kummissjoni;

fl-artikolu li deher f’La Libre Belgique tat-18 ta’ Diċembru 2002 (fil-verżjoni ppubblikata fuq is-sit www.cheminots.be), is-Sur Karel Vinck jissemma’ kif ġej: “Huwa għandu flessibbiltà suffiċjenti għall-amministrazzjoni tas-soċjetà”. Skont l-awtoritajiet Belġjani, hawn qed nitkellmu dwar dikjarazzjoni li tikkonċerna esklussivament it-twettiq tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku ta’ SNCB, u li tesprimi l-idea li l-awtoritajiet Belġjani huma kompetenti biex jiftiehmu ma’ SNCB rigward objettivi li jridu jitwettqu għat-twettiq tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku permezz tat-tgħawwiġ tal-istrument stipulat mil-liġi li huwa l-kuntratt ta’ ġestjoni, imma li t-twettiq ta’ dawn l-objettivi huwa r-responsabbiltà u l-kompetenza tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB.

(112)

Fl-aħħarnett, l-awtortitajiet Belġjani ttrażmettew lil-Kummissjoni dikjarazzjoni bil-miktub tas-Sur Karel Vinck, l-Amministratur-Delegat ta’ SNCB fiż-żmien li saru l-fatti, fejn dan jikkonferma n-nuqqas ta’ kull implikazzjoni tal-awtoritajiet Belġjani fir-rigward tal-għotja, minn SNCB lil IFB, ta’ miżuri ta’ rkuprar u ta’ ristrutturazzjoni li huma s-suġġett ta’ dan il-fajl. Ittra bħal din, iffirmata mis-Sur Vinck fis-17 ta’ Novembru 2006, ġiet irċevuta mill-Kummissjoni fil-5 ta’ Diċembru 2006.

(113)

F’dak li jikkonċerna l-firxa, il-kontenut u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ qafas, l-awtoritajiet Belġjani jsostnu l-pożizzjoni tagħhom fejn, anke jekk qed mitkellmu dwar miżuri ta’ ristrutturazzjoni importanti għall-futur ta’ IFB, l-awtoritajiet Belġjani la jiddisponu minn poter ta’ approvazzjoni, la minn poter ta’ kontroll tal-fond, u l-anqas mid-dritt li jkunu kkonsultati f’din il-kwistjoni.

3.2.3.   Il-prinċipju tal-investitur privat fl-ekonomija tas-suq.

(114)

Il-Belġju jikkunsidra li, wara r-raġunament żviluppat mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni ABX Logistics, (14) il-Kummissjoni trid tanalizza separatament, min-naħa, il-fondi li SNCB tat lil IFB biex tiffinanzja d-diżinvestiment tas-sussidjarji Franċiżi u, mill-oħra, l-fondi li SNCB tat lil IFB biex din tiffinanzja t-tkomplija tal-attivitajiet tagħha fil-Belġju.

3.2.3.1.   Id-diżinvestiment tal-holdings Franċiżi

(115)

Fid-deċiżjoni ABX Logistics, il-Kummssjoni kkonfermat li, minħabba li ABX France ma kinitx f’pożizzjoni li ssostnni hi stess l-ispejjeż tal-kanċellazzjoni tal-impenni, SNCB kienet ser taġixxi bħalma kien jagħmel “investitur privat notifikat fl-ekonomija tas-suq” billi tieħu responsabbiltà ta’ dawn l-ispejjeż.

(116)

Il-Belġju jikkunsidra li l-istess konklużjoni timponi ruħha għal dak li jikkonċerna l-ispiża ta’ diżinvestiment, minn IFB, tal-holdings Franċiżi tagħha. Din tipprova turi li għal kull waħda minn dawn is-soċjetajiet, IFB għażlet l-orħos fomola.

(117)

Fir-rigward ta’ Acimar, il-Belġju pprovda t-tabella li ġejja:

Acimar – Riorganizzazzjoni ġudizzjarja segwita mil-likwidazzjoni taghħa

Sitwazzjoni finanzjarja fl-2002

(f’miljuni ta’ EUR)

 

2001

2002

Dħul

 

 

EBT

 

 

Total tal-bilanċ (31.12.)

 

 

Kapitali tagħha stess (31.12.)

 

 


Prezz ta’ alternattivi

(f’miljuni ta’ EUR)

 

Twettiq tal-kuntratt

Riorganizzazzjoni ġudizzjarja

Cash drain 1.1.2003-31.12.2005

 

 

Deprezzament tad-djun 31.12.2002

 

 

Total

–14,7

–3,9

Noti:

It-tentattivi li saru matul is-sena 2002 sabiex tinkiseb reviżjoni tal-kundizzjonijiet kuntrattwali fallew; il-kuntratt kien jiskadi fil-31.12.2005.

It-twettiq tal-kuntratt kien jimplika cash drain annwali importanti

F’dawn iċ-ċirkostanzi, talba ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjajra kienet tirrapreżenta l-proċedura l-aktar faċli.

Matul il-perjodu ta’ riorganizzazzjoni, it-telf ta’ esplojtazzjoni ġie ffinanzjat mill-klijent

L-attivitajiet ta’ Acimar twaqqfu fl-1.9.2003

(118)

F’dak li jikkonċerna NFTI-ou, il-Belġju pprovda t-tabella li ġejja:

NFTIou – Cession

Sitwazzjoni finanzjarja fl-2002

(f’miljuni ta’ EUR)

 

2001 (**)

2002

Dħul

 

 

EBT

 

 

Total tal-bilanċ (31.12.)

 

 

Kapitali tagħha stess (31.12.)

 

 


Prezz ta’ alternattivi

(f’miljuni ta’ EUR)

 

Tkomplija

Bejgħ parzjali

Żjieda fil-kapital + rimbors tal-kreditu ING

 

 

Pjan ta’ riorganizzazzjoni

 

 

Cash drain attwali (CH annwali ta’ – 3,7 M EUR) (100 % ittra ta’ konfort)

 

 

Deprezzament tal-holding

 

 

Deprezzament tad-djun 31.12.2002

 

 

Prezz tal-bejgħ (1 EUR) – holding ta’ 30 %

 

 

Total

–36,2

–18,5

Noti

Fuq il-bażi ta’ “ittra ta’ konfort”, IFB kienet obbligata li tinvesti fil-kont kurrenti

IFB kienet aġixxiet b’kawtela minħabba self mill-bank ta’ NFTIou li l-ħlas lura tiegħu kien diġà ntalab minn ING

F’dawn iċ-ċirkostanzi, IFB innegozjat ma’ l-azzjonist l-ieħor, il-Port Awtonomu ta’ Dunkerque (“PAD”)

Żjieda fil-kapital ta’ NFTIou li parti minnu kien sottoskritt minn IFB;

Il-ħelsien ta’ IFB mill-impenni tagħha li ġejjin mill-ittra ta’ konfort, u l-impenn ta’ PAD li jfittex xerrej għall-bilanċ tal-holding ta’ IFB f’NFTIou, fejn it-trasferiment jingħata prezz simboliku lil PAD ta’ parti mill-holding ta’ IFB f’NFTIou biex din terġa titniżżel għal 30 % (inkluż il-holding miżmuma permezz ta’ DPD)

Il-bejgħ tal-holding li tibqa’ ta’ 30 % qed iseħħ attwalment

(119)

Il-Belġju informa lill-Kummissjoni li l-falliment ta’ NFTI-ou qatt ma kien maħsub, minħabba li t-tkomplija tal-attivitajiet ta’ NFTI-ou kienet toffri perspettivi ta’ profitabbiltà. Skont il-Belġju, il-bejgħ tal-holding ta’ IFB ta’ 30 % lil CMA-CGM fit-2 ta’ Novembru 2006 […] u l-irkuprar integrali tal-kreditu mogħti fil-forma ta’ ħlas bil-quddiem f’kont kurrenti juru l-vijabbiltà ta’ din is-soċjetà.

(120)

F’dak li jikkonċerna IFB France, li wara saret AGEP, il-Belġju pprovda t-tabella li ġejja:

IFB France (AGEP) – Trasferiment għal NFTI-ou

Sitwazzjoni finanzjarja fl-2002

(f’miljuni ta’ EUR)

 

2001

2002

Dħul

 

 

EBT

 

 

Total tal-bilanċ (31.12.)

 

 

Kapitali tagħha stess (31.12.)

 

 


Prezz ta’ l-alternattivi

(f’miljuni ta’ EUR)

 

Likwidazzjoni

Trasferiment NFTIou

Tħassir ta’ dejn

 

 

Deprezzament fuq holding

 

 

Qligħ kapitali fuq it-trasferiment ta’ l-ishma

 

 

Assi soċjali (14 ETP)

 

 

Total

–1,7

–0,8

Noti

Affaċjata b’riskju ta’ likwidazzjoni furzata jew b’depożitu tal-bilanċ, IFB innegozjat ma’ PAD it-trasferiment tat-titoli ta’ IFB France lil NFTIou imma permezz ta’ tħassir tad-djun minn IFB

Il-likwidazzjoni tas-soċjetà kienet toħloq spejjeż ħafna aktar għolja (deprezzament fuq il-holding, riskju ta’ nuqqas fl-assi bħala fundatur u/jew diriġent uniku)

(121)

Fir-rigward ta’ Dry Port Dunkerque, il-Belġju pprovda t-tabella li ġejja:

Dry Port Dunkerque (DPD) – Likwidazzjoni b’bejgħ parzjali

Sitwazzjoni finanzjarja fl-2002

(f’miljuni ta’ EUR)

 

2001

2002

Dħul

 

 

EBT

 

 

Total tal-bilanċ (31.12.)

 

 

Kapitali tagħha stess (31.12.)

 

 


Press ta’ alternattivi

(f’miljuni ta’ EUR)

 

Tkomplija

Likwidazzjoni b’bejgħ parzjali ta’ l-assi

Cash drain imwettaq (CH annwali ta’ – 0,5 M EUR) (100 % ittra ta’ konfort)

 

 

Deprezzament tad-djun

 

 

Deprezzament tal-holding

 

 

Total

–10,4

–7,9

Noti

Ittra ta’ konfort obbligat lil IFB biex tagħmel depożiti fil-kont kurrenti sabiex tagħmel tajjeb għat-telf ta’ ħidma ta’ DPD

Wara d-diżinvestiment f’NFTIou, beda jitfittex xerrej tal-holding f’DPD imma ma seta’ jinstab ħadd

IFB innegozjat il-likwidazzjoni amikevoli ta’ DPD, permezz tat-trasferiment għal prezz simboliku tal-holding ta’ 8.6 % f’ NFTIou

(122)

Fir-rigward ta’ SSTD, il-Belġju pprovda t-tabella li ġejja:

SSTD: Čessjoni

Kuntest:

IFB kellha hoIding ta' 50 %

SSTD kellha attività bi qligħ li kompliet sal-bi du ta' 1-2005

Fit-tmiem tal-2004. SSTD tilfet il-klijent prinċipali tagħha (I i ji rrappreżenta 40 % tad-dħul tagħha)

Dan il -telf qajjem i d-deċiżjoni tal -bejgħ tal - holding SSTD

11 -bejgħ taI - holding sar fil-bidu ta' 1-2005 u twettaq bi qligħ kapitali negliġibbli (impatt pożittiv immanegliġibbli li fuq i I-bżonn ta' finanzjament)

(123)

L-awtoritajiet Belġjani jikkonkludu li l-orħos soluzzjoni ġiet magħżula minn IFB fir-rigward tas-sussidjarji Franċiżi.

3.2.3.2.   Ir-ristrutturazzjoni u l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet ta’ IFB fil-Belġju

(124)

Fir-rigward tal-iffinanzjar tar-ristrutturazzjoni u tal-kontinwazzjoni tal-attivitajiet ta’ IFB fil-Belġju, il-Belġju jqis li SNCB aġixxiet ukoll kif kien jagħmel kreditur/investitur privat infurmat fl-ekonomija tas-suq, għax ir-riżultat finanzjarju tal-alternattiva – it-twaqqif tal-attivitajiet fil-Belġju – għal SNCB kienet tkun ħafna anqas attraenti, minħabba li tiswa aktar.

(125)

Il-Belġju ppreżenta il-kalkoli li ġejjin biex juri l-prezz allegat tal-likwidazzjoni tal-attivitajiet ta’ IFB fil-Belġju u l-prezz allegat tat-tkomplija tal-attivitajiet, permezz ta’ żjieda fil-kapital.

a)    Il-prezz nett għal SNCB fl-ipoteżi ta’ falliment ta’ IFB fl-2003

(126)

Il-Belġju ddetermina l-valur attwali ta’ IFB mill-bilanċ ta’ IFB fil-31 ta’ Diċembru 2002. Skont l-awtoritajiet Belġjani, il-valur tal-assi kapitali ta’ IFB li setgħu jitwettqu fl-ipoteżi ta’ depożitu tal-bilanċ minn IFB f’Jannar 2003 kien jinkludi minn naħa l-assi kapitali tanġibbli u min-naħa l-oħra l-assi kapitali finanzjarji (holdings).

(127)

Għall-assi kapitali tanġibbli, il-Belġju għandu ammont ta’ EUR 6,9 miljun. Biex jiġġustifika l-kalkolu, il-Belġju jirreferi għall-istudju “Bankruptcy auctions: costs, debt recovery, and firm survival” (15), li jikkonkludi li r-rata ta’ rkupru tat-total tad-djun f’xenarju ta’ falliment huwa ta’ 33 % fil-medja. F’kalkolazzjoni tal-assi rkuprati, il-Belġju applika din ir-rata għall-assi kapitali tanġibbli li jidhru fil-bilanċ ta’ IFB għal total ta’ EUR 20,9 miljun (bl-esklużjoni tal-assi kapitali taħt kostruzzjoni ta’ EUR 1,9 miljun, li għalihom ittieħdet rata nulla ta’ rkuprar).

(128)

Għall-assi kapitali finanzjarji (holdings), il-Belġju beda minn valur ta’ EUR 1,9 miljun, li jikkorrispondi għat-total tal-valur tal-kontijiet tagħhom fil-bilanċ ta’ IFB fil-31 ta’ Diċembru 2002.

(129)

Għall-assi kurrenti, il-Belġju jipproponi l-istimi ta’ valur li ġejjin:

djun kummerċjali ta’ IFB: qed nitkellmu dwar total ta’ EUR 25,6 miljun li minnhom 18-il miljun li huma preżunti li ser jiġu rkuprati, li jikkorrispondi għal rata ta’ rkuprar ta’ 70 % għad-dejn f’terminu qasir; din ir-rata hija bbażata fuq il-medja determinata fl-istudju “Liquidation of Ormet Corporation” (16)

dejn ieħor ta’ IFB: dan kien jitratta total ta’ EUR 7 miljun li EUR 4,5 miljun minnhom huwa preżunt li ser jiġu rkuprati. L-ammont totali ta’ EUR 7 miljun jista’ jiġi maqsum f’2,5 miljun ta’ dejn fuq is-sussidjarji DPD u OCHZ, u 4,5 miljun ta’ VAT. Rata ta’ rkuprar ta’ 100 % hija maħsuba għad-dejn tal-VAT, u rata ta’ rkuprar ta’ 0 % għaż-żewġ sussidjarji;

fondi disponibbli u kontijiet ta’ regolarizzazzjoni: dan kien jitratta total ta’ EUR 6,4 miljun li t-total kollu huwa preżunt li ser jiġi rkuprat.

(130)

L-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ rkuprar kollha tippermetti l-irkuprar totali ta’ EUR 37,5 miljun fl-ipoteżi ta’ falliment/likwidazzjoni ta’ IFB, kif indikat fil-grafika 2.

Grafika 2

Rkuprar tal-assi

(F’miljuni ta’ EUR)

Image

(131)

Wara, l-awtoritajiet Belġjani jnaqqsu mill-ammont li jista’ jiġi sperat li ser jiġi rkuprat l-obbligazzjonijiet ta’ IFB. Dawn l-obbligazzjonijiet ser jitilgħu għal total ta’ EUR 76,9 miljun, mingħajr ma jingħadd id-dejn ta’ EUR 63 miljun dovuti lil SNCB fir-rigward tal-fatturi mhux imħallsa tal-perjodu 2000-2002. Dawn huma dettaljati hawn taħt:

a)

obbligu soċjali: total stmat ta’ EUR 2,9 miljun għall-impjegati kollha ta’ IFB, wara tnaqqis tal-persunal SNCB sekondat ma’ IFB;

b)

taxxi, salarji u sigurtà soċjali: total ta’ EUR 1,4 miljun dovuti imma mhux imħallsa (il-karta tal-bilanċ fl-1 ta’ Jannar 2003);

c)

proviżjonijiet u taxxi differenti: ammont totali ta’ EUR 34,7 miljun ġie miżmum, fuq total ta’ EUR 40,8 miljun inkluż fl-obbligu tal-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2002. Dan iċ-ċaqliq jiġi spjegat mill-punti li ġejjin, li ma kellhomx jiġu impenjati fil-każ ta’ likwidazzjoni ta’ IFB:

manteniment tat-terminali: EUR 3,3 miljun;

manteniment għall-attività ta’ loġistika: EUR 0,9 miljun;

proviżjonijiet għar-ristrutturazzjoni tal-persunal: EUR 1,9 miljun;

d)

id-dejn finanzjarju ta’ IFB, għal ammont totali ta’ EUR 15-il miljun. Id-dejn finanzjarju ta’ EUR 15-il miljun, li ġej minn istituzzjonijiet ta’ kreditu […], kien garantit minn dejn kummerċjali ta’ IFB. Għal din ir-raġuni, u fir-rigward tal-preservazzjoni tal-kreditu ta’ SNCB fis-suq bankarju, huwa ċar li dan id-dejn kien ser jerġa’ jitħallas lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu qabel il-ħlas lura eventwali tad-dejn ta’ SNCB;

e)

id-dejn kummerċjali lil entitajiet oħra apparti SNCB, għal total ta’ EUR 22,9 miljun.

Jirriżulta mill-kalkoli preċedenti li l-valur tal-assi netti ta’ IFB għal SNCB kien ser jitla’, minbarra d-dejn lil SNCB, għall- -EUR 39,4 miljun, jiġifieri l-valur tal-assi rkuprati (EUR 37,5 miljun) li minnhom jitneħħa l-ammont totali tal-impenji tal-obbligazzjonijiet li jridu jiġu onorati (EUR 76,9 miljun), minbarra dejn dovut lil SNCB.

(132)

L-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li, f’każ ta’ likwidazzjoni, biex jiġi evitat preġudizzju tassew importanti għar-reputazzjoni kummerċjali tagħha, SNCB kienet ser tassumi l-prezz tal-assi netti negattivi ta’ IFB. F’dan ir-rigward, dawn jenfazizzaw li l-maġġor parti tal-kredituri ta’ IFB huma wkoll klijenti, fornituri, kredituri, debituri jew sħab ta’ SNCB.

(133)

Barra minn dan, il-waqfien tal-attivitajiet ta’ IFB, kienet, dejjem skont il-gvern Belġjan, tiġġenera obbligu soċjali importanti għal SNCB, li jista’ jiġi stmat għal 530 FTE (ekwivalenti-full-time) (17). Dawn il-530 FTE jinqasmu kif ġej:

min-naħa, il-madwar 50 membru tal-persunal ta’ SNCB sekondati ma’ IFB li kien ikollhom jerġgħu jiġu integrati fi ħdan SNCB fil-każ ta’ falliment;

min-naħa l-oħra, madwar 480 FTE ta’ SNCB li l-attività tagħhom kienet tiddependi fuq it-tkomplija tal-attivitajiet ta’ IFB. Din l-istima ġejja mill-kalkolazzjoni li ġejja. Il-parti ta’ IFB fid-dħul totali tad-diviżjoni Merkanzija ta’ SNCB titla’ għal 8,1 %. Dan ir-rapport, applikat għall-persunal kollu ta’ SNCB impjegat direttament u indirettament mid-diviżjoni Merkanzija fil-31.12.2002, jindika li madwar 609 FTE kienu jiddependu mill-attività ta’ IFB. Minn dawn is-609 FTE, kien maħsub li 129, jiġifieri 21 %, jkunu jistgħu jikkonservaw attività minkejja l-falliment ta’ IFB, wara inizjattivi speċifiċi ta’ SNCB biex tirkupra parti mit-traffiku ġġenerat qabel minn IFB. Dan il-proporzjon ta’ 21 % jikkorrispondi għall-proporzjon ta’ impjiegi ta’ Sabena li setgħu jiġu salvati bl-introduzzjoni ta’ SN Brussels Airlines fl-eventwalità tal-falliment ta’ Sabena.

(134)

Il-gvern Belġjan jikkunsidra li, minħabba li f’dak iż-żmien SNCB kienet qed tiffinalizza l-preparazzjoni tal-pjan tal-intrapriża tagħha “MOVE 2007”, li kien jipprevedi it-tmiem ta’ 10 000 post tax-xogħol, jiġifieri kważi kwart tal-persunal tagħha bejn l-2003 u l-2007, l-opportunitajiet ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tal-persunal li sar eċċessiv permezz tat-tmiem tal-attivitajiet ta’ IFB kienu pratikament nulli, kemm jekk dan jirrigwarda persunal sekondat li ġie lura għal SNCB jew persunal marbut mal-attività Merkanzija li baqgħet ma’ SNCB.

(135)

Għalhekk, il-gvern Belġjan jipproponi li mal-prezz dirett tal-assi netti negattivi ta’ IFB jiżdied il-prezz tal-eċċess fil-persunal iġġenerat b’dan il-mod lil SNCB matul tal-anqas il-perjodu ta’ ħames snin bejn l-2003 u l-2007. B’nefqa għal salarji b’medja ta’ EUR 46 200 għal kull FTE u għal kull sena […], in-nefqa totali ta’ dan l-obbligu soċjali għalhekk jitla’ għal EUR 122,4 miljun.

(136)

Biex jiġġustifika din il-kalkolazzjoni, il-Belġju jispjega l-ewwel li l-persunal ta’ SNCB li sar eċċessiv minħabba t-tmiem tal-attivitajiet ta’ IFB ma setax jitkeċċa, minħabba li dan il-persunal kellu l-istat ta’ “impjegat tal-istat”. (18)

(137)

Wara l-laqgħa ta’ ħidma tal-1 ta’ Ġunju 2006, l-awtoritajiet Belġjani ttrażmettew lill-Kummissjoni xenarju anqas pessimista għall-kalkolazzjoni tal-assi netti u tal-obbligu soċjali li kien ikun appoġġjat minn SNCB f’każ ta’ likwidazzjoni ta’ IFB. Dan ix-xenarju jipproponi ż-żewġ bidliet li ġejjin:

SNCB ma kinitx tħallas id-dejn kollu, imma biss dawk tal-kredituri li kienu klijenti […], fornituri […] jew sħab […] ta’ SNCB; f’tali ipoteżi, l-ammont tal-obbligu ta’ IFB li kien ser jitħallas minn SNCB kien ser jitla’ għal EUR 13-il miljun […];

ix-xerrej potenzjali tal-attivitajiet ta’ IFB kienet ser tkompli tutilizza fil-parti l-kbira s-servizzi ta’ SNCB; f’tali ipoteżi 79 % tas-609 FTE impjegati minn SNCB u magħmula bħala appoġġ indirett għall-attivitajiet ta’ IFB, setgħu jipproteġu l-impjieg tagħhom; f’ipoteżi bħal din, l-eċċess soċjali li SNCB hija responsabbli għalih kien ikun limitat għal EUR 41,1 miljun (dan l-ammont tal-aħħar jikkorrispondi għan-nefqa tas-salarji ta’ 50 FTE sekondati minn SNCB għand IFB kif ukoll 21 % tas-609 FTE imsemmija qabel).

(138)

In-nefqa totali li kienet ser issostni SNCB fil-każ ta’ likwidazzjoni ta’ IFB f’dawn iż-żewġ xenarji, hekk kif stmat mill-awtoritajiet Belġjani, hija murija fit-tabella li ġejja:

 

Prezz nett – ammonti miżmuma fir-risposta

Differenza fl-ipoteżi “ottimisti”

Prezz nett – ammonti adattati

Total tal-assi

64,6

 

64,6

Assi mhux irkuprati

–27,1

 

–27,1

Spejjeż soċjali

–2,9

 

–2,9

Taxxi, remunerazzjonijiet u sigurtà soċjali

–1,4

 

–1,4

Dispożizzjonijiet u taxxi diferiti

–34,7

 

–34,7

Dejn prijoritarju u dejn finanzjarju ieħor

–15

 

–15

Dejn kummerċjali mhux SNCB

–22,9

9,9

–13

Valur tal-irkuprar

–39,4

 

–29,5

Obbligu soċjali lil SNCB

– 122,4

81,3

–41,1

Prezz nett għal SNCB ta’ depożitu tal-bilanċ minn IFB

– 161,8

 

–70,6

b)    Valorizzazzjoni ta’ IFB f’xenarju ta’ tkomplija tal-attività

(139)

Il-Belġju jipproponi li jikkalkula l-valur ta’ IFB fl-ipoteżi “tkomplija tal-attività” skont il-metodu ta’ cash-flows liberi attwali (“discounted cash flows” jew “DCF”). Il-parametri miżmuma għal din l-analiżi huma dawn li ġejjin:

(140)

L-analiżi DCF fuq 10 snin hija bbażata fuq il-bilanċ ta’ IFB fil-31 ta’ Diċembru 2002, kif ukoll fuq il-pjan ta’ ristrutturazzjoni elaborat fi Frar-Marzu 2003, li jinkludi tbassir sat-tmiem tal-2005. Għas-sena 2006, fil-mument fejn ir-ristrutturazzjoni ta’ IFB twettaq l-istabbilizzazzjoni tal-intrapriża, ir-riżultat tal-esplojtazzjoni ġie ffissat f’livell ta’ 3,2 % tad-dħul. Mill-2006, l-ipoteżi ta’ xogħol huwa ta’ tkabbir annwali ta’ 3 % tad-dħul li, b’marġini kostanti, iwassal għal rata ta’ tkabbir ta’ riżultat qabel it-taxxa ta’ 3 %. Il-cash flows liberi li jirriżultaw minn dan jitwettqu b’nefqa medja meqjusa tal-kapital (WACC) ta’ 8 %. Il-valur tat-terminali ġie kkalkulat fl-ipoteżi ta’ tkabbir perpetwu ta’ 3 %.

(141)

Dawn il-kalkoli jwasslu għal valorizzazzjoni tal-intrapriża ta’ madwar EUR 29,1 miljun (minbarra holdings u proviżjonijiet), kif turi l-grafika 4.

Grafika 4

Il-valur ta’ IFB fuq il-bażi tal-cash-flows imwettqa ipoteżijiet u riżultati

(Eluf ta’ EUR)

Image

(142)

Skont il-gvern Belġjan, analiżi bbażata fuq differenzjali (skont riżultati miksuba fl-2005) tikkonferma l-valorizzazzjoni miksuba fuq il-bażi tal-metodu DCF. Fil-fatt, il-valorizzazzjoni tad-“differenzjali” (b’differenzjali aktar prudenti mill-medja tas-settur) tindika valur ta’ intrapriża ta’ madwar EUR 28,7 miljun, kif turi l-grafika 5.

Grafika 5

Il-valur ta’ l-intrapriża IFB

(Miljuni ta’ EUR)

Image

(143)

Il-gvern Belġjan jikkunsidra li r-riżultati reali miksuba minn IFB fis-snin 2003, 2004 u 2005 jikkonfermaw li l-valorizzazzjoni DCF, u l-ipoteżijiet li din tistrieħ fuqhom, kienet realista.

(144)

Il-gvern Belġjan jikkunsidra li jaqbel li jiżdied il-valur ta’ IFB ikkalkulat mingħajr holdings u dispożizzjonijiet tal-holdings li għandha IFB, jiġifieri EUR 1,9 miljun, kif ukoll imdaħħla fil-kontijiet mal-assi tal-bilanċ ta’ IFB fil-31 ta’ Diċembru 2002.

(145)

It-total tal-valur tal-intrapriża ta’ IFB, inkluż il-holdings, kienet ser titla’ għalhekk għal EUR 31 miljun fid-data tal-31 ta’ Diċembru 2002.

(146)

Minn dan il-valur tal-intrapriża jaqbel, dejjem skont il-gvern Belġjan, li jitnaqqas il-vaur tal-proviżjonijiet, stmat għal EUR 34,2 miljun (19), kif ukoll id-dejn finanzjarju li tela’ għal EUR 15-il milljun.

(147)

Minn dan jirriżulta valur nett ta’ - EUR 18,2 miljun għall-holding ta’ SNCB f’IFB fix-xenarju ta’ tkomplija tal-attività. Dan il-kalkolu huwa muri fil-grafika 6.

(148)

Bħal fl-istima preċedenti tan-nefqa sostnuta minn SNCB f’każ ta’ likwidazzjoni ta’ IFB, il-kalkoli preċedenti ma jikkunsidrawx id-dejn ta’ EUR 63 miljun li jirriżulta mill-fatturi mhux imħallsa matul il-perjodu inkluż bejn l-2000 u l-2002.

Grafika 6

Evalwazzjoni tal-għażla investiment, jan 2003

(Miljuni ta’ EUR)

Image

c)    Tqabbil bejn iż-żewġ xenarji u konklużjoni

(149)

Wara l-analiżi li saret mill-gvern Belġjan, iż-żewġ xenarji għalhekk jagħtu r-riżultati li ġejjin:

in-nefqa netta għal SNCB ta’ falliment u ta’ likwidazzjoni ta’ IFB tkun telf nett ta’ EUR 161,8 miljun (imniżżla għal EUR 70,6 miljun fl-istima riveduta);

id-deċiżjoni tal-investiment ta’ EUR 15-il miljun li jippermettu lil IFB biex tkompli l-attività tagħha, kienet twassal għal tnaqqis konsiderevoli tal-qerda tal-valur għal SNCB, li allura kienet tirrappreżenta EUR 18,2 miljun, li jirrappreżenta qligħ ta’ EUR 143,6 miljun meta mqabbel max-xenarju ta’ falliment u ta’ likwidazzjoni (EUR 52,4 miljun mqabbla mal-istima riveduta).

(150)

Għalhekk il-gvern Belġjan jikkunsidra li SNCB, bl-għotja tal-miżuri diskussi, kienet aġixxiet kif kien jagħmel investitur privat f’ekonomija tas-suq.

3.2.4.   In-nuqqas ta’ tgħawwiġ tal-kompetizzjoni.

(151)

Fl-aħħarnett, il-Belġju jikkunsidra li, f’dak li jirrigwarda l-parti tal-miżuri li sservi biex tiffinanzja d-diżinvestiment tas-sussidjarji Franċiżi, assistenza li l-ammont huwa strettament limitat għan-nefqa realment imħallsa wara l-waqfien ta’ attività ma tistax tiġi kkunsidrata li twassal għal tgħawwiġ tal-kompetizzjoni. Għalhekk, din il-parti tal-finanzjament ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 87, ukoll għal din ir-raġuni.

3.3.   Il-kompatiblità tal-miżuri ta’ salvataġġ mal-linji gwida

3.3.1.   IFB mhix intrapriża maħluqa dan l-aħħar

(152)

Il-Belġju jikkunsidra li minħabba li IFB ġiet imwaqqfa fl-1923 u miksuba, permezz ta’ amalgamazzjoni permezz ta’ takeover, soċjetà kif ukoll fergħa ta’ attivitajiet fl-1998 (ara d-deskrizzjoni fit-2 arti ta’ din id-deċiżjoni), ma jistax jiġi kkuntestat li IFB ilha tgawdi minn personalità ġuridika għal aktar minn 80 sena, u għalhekk ma tistax tii kkunsidrata bħala “intrapriża maħluqa dan l-aħħar”.

3.3.2.   Il-miżuri ta’ salvataġġ huma kompatibbli mal-linji gwida tal- 1999

(153)

Skont il-gvern Belġjan, iż-żmien ta’ aktar minn tnax-il xahar tal-miżuri ta’ salvataġġ ma kienx ser ikollu bħala konsegwenza l-esklużjoni tal-kompatibbiltà tagħhom mas-suq komuni fuq il-bażi tal-linji gwida tal-1999. Il-Belġju jikkunsidra li SNCB żammet il-miżuri ta’ salvataġġ bl-uniku għan li jkopru l-perjodu neċessarju għall-Kummissjoni biex tieħu deċiżjoni finali fuq dan il-fajl.

(154)

Minħabba li l-punt 24 tal-linji gwida tal-1999 jistipula li l-awtorizzazzjoni tal-miżuri ta’ salvataġġ tibqa’ tgħodd sakemm il-Kummssjoni tiddikjara fuq il-pjan ta’ ristrutturazzjoni, l-awtoritajiet Belġjani jitolbu lill-Kummissjoni li ma tibbażax fuq iż-żmien tal-proċedura ta’ approvazzjoni tagħha għall-miżuri ta’ salvataġġ biex tikkuntesta ż-żmien ta’ manteniment ta’ dawn il-miżuri, u biex tapprova, fuq il-bażi tal-punt 24 tal-linji gwida tal-1999, il-miżuri ta’ salvataġġ.

(155)

L-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li s-sospensjoni taż-żjieda tal-kapital matul l-istruzzjoni tal-Kummissjoni kienet tinkludi neċessarjament il-manteniment, b’titolu proviżorju u revokabbli, taż-żmien tal-ħlas mogħti lil IFB il-qafas tal-miżuri ta’ salvataġġ, għax l-unika alternattiva kienet tkun id-depożitu tal-bilanċ. Finalment, skont l-awtoritajiet Belġjani, matul l-proċediment tagħha, il-Kummissjoni qatt ma esprimiet rservi rigward il-manteniment proviżorju tal-miżuri ta’ salvataġġ.

3.3.3.   Il-miżuri ta’ ristrutturazzjoni huma kompatibbli mal-linji gwida tal-1999

3.3.3.1.   L-applikabbiltà tal-linji gwida tal-1999.

(156)

Il-Belġju jikkunsidra li l-impenn ta’ SNCB li tissottoskrivi għaż-żjieda tal-kapital ta’ IFB huwa l-analiżi fil-qafas tal-linji gwida tal-1999 u mhux tal-2004.

(157)

Biex jiġġustifika din il-pożizzjoni, il-Belġju jsostni li ż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni fil-punt 240 tad-deċiżjoni tal-ftuħ għall-applikabbiltà tal-linji gwida tal-1999 huma sodisfatti. Biex niftakru, fil-punt 240 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kkonkludiet, fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-punti 102 sa 104 tal-linji gwida tal-2004 għal dan il-fajl, li “jekk SNCB tiddeċiedi li ma tagħtix vantaġġ ġdid lil IFB, u jekk jiġi ppruvat li SNCB kienet impenjata li tbiddel id-dejn tagħha f’kapital qabel il-pubblikazzjoni tal-linji gwida tal-2004, il-Kummissjoni jkollha teżamina, fid-deċiżjoni finali tagħha, l-għajnuna mogħtija minn SNCB lil IFB fuq il-bażi tal-linji gwida tal-1999”.

(158)

Fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni, il-Belġju josserva li huwa rtira, permezz tar-risposta tiegħu għall-ittra tal-ftuħ, iż-żjieda tal-kapital addizzjonali notifikat fit-28 ta’ Jannar 2005, u li għaldaqstant, l-ewwel kundizzjoni kienet sodisfatta.

(159)

Fir-rigward tat-tieni kundizzjoni, il-Belġju jikunsidra li ma jistax jiġi kkuntestat li ż-żjieda ta’ kapital ta’ IFB attwalment propost ser iseħħ kif miftiehem mill-partijiet, taħt il-kundizzjoni ta’ sospensjoni tal-ftehim tal-Kummissjoni, fil-kuntratt ta’ qafas tas-7 ta’ April 2003.

(160)

Bex jenfasizzaw dan il-punt, l-awtoritajiet Belġjani jiġbdu l-attenzjoni tl-Kummissjoni dwar:

il-punt 4 tad-daħla tal-kuntratt ta’ qafas tas-7 ta’ April 2003, li jikkonferma li l-kunsill tal-amministrazzjoni ta’ SNCB kien diġà approva l-għotja ta’ żjieda fil-kapital ta’ IFB;

l-Artikolu 4 tal-istess kuntratt, li jikkonferma l-intenzjoni reċiproka tal-partijiet li jipproċedu għal żjieda ta’ kapital ta’ IFB;

(161)

Fir-rigward tat-tieni punt, l-awtoritajiet Belġjani jfakkru li fil-liġi tal-Belġju (il-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ qafas), kuntratt jibda mill-volonta tal-partijiet kontraenti, u li għalhekk, l-Artikolu 4 tal-kuntratt ta’ qafas kien jikkonferma espressament u mingħajr l-ebda dubju il-ftehim tal-volontà ta’ SNCB u ta’ IFB li jipproċedu għal żjieda tal-kapital ta’ IFB permezz ta’ konverzjoni f’kapital tad-dejn ta’ SNCB fuq IFB b’mod retroattiv fis-7 ta’ April 2003.

(162)

L-awtoritajiet Belġjani jfakkru li, fil-liġi tal-Belġju, l-obbligazzjonijiet soġġetti għal kundizzjoni sospensiva jibqgħu jorbtu bis-sħiħ, u t-twettiq tal-kundizzjoni ta’ sospensjoni għandu effett retroattiv fuq il-kuntratt li jidħol fis-seħħ fid-data li jiġi ffirmat.

3.3.3.2.   Miżuri li jtaffu kemm hu possibbli t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni.

(163)

L-awtoritajiet Belġjani jsostnu b’mod ġenerali li l-partijiet tas-suq ta’ IFB huma sew anqas minn 10 % fuq is-swieq konċernati f’dan il-każ. Għalhekk dawn jikkunsidraw li l-effetti kontra l-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-għajnuna statali in kwistjoni ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala sinifikanti. Dawn ifakkru partikolarment li skont il-punt 36 tal-linji gwida tal-1999, “jekk waħda jew iż-żewġ partijiet [tas-] suq [in kwistjoni] miżmuma mill-intrapriża [benefiċjarja tal-għajnuna] huma negliġibbli, irid ikun stmat li m’hemm l-ebda tgħawwiġ mhux ġustifikat tal-kompetizzjoni” (20), u li, għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 81, tat-Trattat, il-Kummissjoni tikkunsidra l-effetti kontra l-kompetizzjoni tal-ftehim konkluż minn intrapriżi li għandhom partijiet tas-suq inferjuri għal 10 % bħala insinifikanti (21).

(164)

Fir-rigward ta’ dak li jikkonċerna partikolament l-attivitajiet ta’ IFB Logistics u ta’ IFB Terminal, l-awtoritajiet Belġjani jagħmlu l-osservazzjonijiet li ġejjin:

(165)

Il-miżuri li jtaffu fuq is-suq ta’ trażbord ta’ merkanzija. Il-gvern Belġjan josserva li l-parti ta’ IFB fis-suq tat-terminali tar-reġjun ta’ Anvers huwa inferjuri għal 7 %, u li s-suq tat-terminali f’dan ir-reġjun irreġistra, matul il-perjodu 2002-2005, rata ta’ tkabbir ta’ 10,7 % fis-sena bħala medja, fil-waqt li l-volumi trasportati minn IFB żdiedu biss 4,1 % fis-sena bħala medja.

(166)

Il-gvern Belġjan iżid mill-ġdid li għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, IFB naqqset il-kapaċità tagħha ta’ trażbord b’mod konsiderevoli, kif deskritt fit-tieni parti tal-ittra tal-ftuħ (il-punti 25 sa 29). Peress li fiċ-ċirkostanza, bl-eċċezzjoni tat-terminal DPD, l-assi kollha mibjugħa għadhom jintużaw sal-lum, l-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li t-trasferimenti jridu jiġu kkunsidrati bħala miżuri ta’ kumpens reali u sostanzjali. Skont il-gvern Belġjan, it-trasferimenti kollha jirrappreżentaw tnaqqis tal-kapaċità ta’ IFB ta’ 1,5 miljun TEU fl-2002 għal 1,1 miljun TEU fit-tmiem tal-2005, jiġifieri tnaqqis ta’ 27 %.

(167)

L-awtoritajiet Belġjani jżidu li l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni minn IFB ma kellux miegħu miżuri ta’ prezz li kellhom l-għan jew l-effett li jżidu s-sehem tas-suq ta’ IFB. Dawn josservaw li IFB żiedet il-prezzijiet tagħha b’medja ta’ 4,2 % (22), filwaqt li r-rata annwali medja tal-inflazzjoni industrijali kienet ta’ 1,9 %.

(168)

Il-miżuri li jtaffu fuq is-suq tal-loġistika. L-ittra tal-ftuħ tikkunsidra (il-paragrafi 258-260) li l-miżuri “proposti” ma jikkonċernawx is-suq tal-loġistika, u li IFB seta’ jżid il-volum tiegħu fuq dan is-suq. L-awtoritajiet Belġjani jippreżentaw ħames argumenti biex juru li l-miżuri li jtaffu suffiċjenti ittieħdu fuq is-suq tal-loġistika.

(169)

L-ewwelnett, IFB kienet ser tieħu miżuri li wasslu għal tnaqqis tal-kapaċità tagħha fuq is-suq tal-loġistika. Fil-fatt, in-numru totali ta’ vaguni li huma ta’ IFB jew li huma suġġetti għal kera għal żmien twil, naqas minn 744 unitajiet fl-2002 (23) għal 377 unitajiet fil-bidu tal-2006 (24). Għalhekk qed nitkellmu dwar tnaqqis ta’ 49 %.

(170)

It-tnaqqis tal-kapaċità loġistika ta’ IFB tirriżulta ukoll mill-fatt li l-holding ta’ IFB fis-soċjetà CNC (attwalment Naviland Cargo) iddgħajfet, biex niżlet minn 10 % fl-2002 għal 2 % fil-preżent.

(171)

It-tieninett, l-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li l-parti tas-suq ta’ IFB fuq is-suq tal-loġistika hija tassew anqas minn 5 %, li kieku wieħed kellu jillimita l-firxa ġeografika ta’ dan is-suq għat-territorju Belġjan. Jaqbel għalhekk, fir-rigward tal-punt 36 tal-linji gwida, li wieħed jistaqsi jekk l-effetti kontra l-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-għajnuna mill-Istat imsemmija jistgħu jitqiesu bħala sensibbli. Skont l-awtoritajiet Belġjani, IFB l-anqas tista’ tiġi kkunsidrata bħala kapaċi li teżerċita influwenza sensibbli fuq l-effett tal-kompetizzjoni fuq is-suq tal-loġistika. Għall-istess raġuni, it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni li jirriżulta mill-għajnuna li qed jibbenefika minnha IFB ftit li xejn jista’, skont il-gvern Belġjan, jiġi kkunsidrat bħala sensibbli, minħabba li huma biss il-miżuri tassew limitati li jidhru neċessarji sabiex itaffu l-konsegwenzi negattivi għall-kompetituri ta’ IFB.

(172)

It-tieletnett, l-awtoritajiet Belġjani jipproponu li l-evoluzzjoni tal-attività loġistika ta’ IFB titpoġġa fil-perspettiva, sabiex jaġġustaw radikalment l-affirmazzjoni tal-Kummissjoni skont liema IFB setgħet “ippruvat iżżid il-volum tagħha fuq dan is-suq b’mod importanti” matul il-perjodu msemmi. Fil-fatt, skont l-awtoritqajiet tal-Belġju, wieħed għandu jikkunsidra l-fatti li ġejjin:

għas-settur tat-trasport kumbinat (intermodali), il-volumi trasportati minn IFB raw żjieda annwali għal-ammont ta’ 9.9 % matul il-perjodu 2002-2005, li hija inferjuri għaż-żjieda annwali medja ta’ 12 % osservata fir-reġjun ARA għall-istess perjodu;

fis-settur tat-trasport konvenzjonali, IFB tipparteċipa b’mod tassew marġinali, anke meta wieħed iqis li s-suq huwa limitat għall-Belġju. Fil-fatt, il-parti ta’ IFB hija inferjuri għal 1 % kemm bħala volum u kemm bħala valur.

(173)

Min-naħa l-oħra, parti miż-żjieda fid-dħul ta’ IFB fl-attività loġistika tagħha toriġina, skont il-gvern Belġjan, miż-żjieda tas-sottosettur “bulk” (trasport fi kwantitajiet kbar). Fl-2003, id-dħul imwettaq minn IFB permezz tat-trasport fi kwantitajiet kbar) jirrappreżenta biss EUR 3,3 miljun. Madankollu, fl-2004, IFB kisbet żewġ kuntratti ta’ trasport bi kwantitajiet kbar ta’ volum importanti. L-ewwelnett, kuntratt ta’ trasport ta’ faħam […]li ġġenera dħul […] fl-2004 u […] fl-2005. It-tieninett, kuntratt ta’ trasport bi kwantitajiet kbar ta’ granuli li wassal għal żjieda fid-dħul […] fl-2004 u […] fl-2005. IFB ser jirnexxiela tagħmel marġini benefiċċjali fuq dawn iż-żewġ kuntratti, li jikkonferma n-nuqqas ta’ prattiki anti-kompetittivi fi ħdan l-IFB.

(174)

Ir-rabanett, il-gvern tal-Belġju jikkunsidra li l-ftuħ tat-terminali ta’ IFB għall-kompetituri tagħha fis-suq tal-loġistika għandu jitqies ukoll bħala miżura li ttaffi importanti.

(175)

Il-ħamesnett, il-gvern Belġjan jikkunsidra li t-tgħawwiġ limitat tal-kompetizzjoni li jista’ jitqies li jirriżulta mill-għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta’ IFB huwa mnaqqas ukoll mill-fatturi li ġejjin:

il-liberalizzazzjoni tat-trasport ta’ merkanzija permezz tal-ferrovija fil-Belġju. Fil-fatt l-awtoritajiet Belġjani, f’konformità mar-regoli Ewropej applikabbli, fetħu dan is-suq għall-kompetizzjoni (minn Marzu 2003 għat-trasport internazzjonali, wara l-liberizzazzjoni totali fl-1 ta’ Jannar 2007). (25) Dan il-ftuħ ma naqasx milli jipproduċi effetti, kif juru l-attivitajiet tas-soċjetajiet DLC u, aktar reċentement, Fret SNCF. Fid-deċiżjoni tagħha N 386/2004, Fret SNCF, il-Kummissjoni kkunsidrat tali liberalizzazzjoni bħala miżura ta’ kumpens għall-kompetituri;

diversi kompetituri oħra ta’ SNCB/IFB (li fosthom hemm Rail4Chem, Railion Nederland, TrainSport, DFG, EWS, Connex u ACTS) diġà rċevew jew probabbilment dalwaqt ser jirċievu, il-liċenzji tagħhom għall-użu;

SNCB (B-Cargo) diġà tipprovdi servizzi ta’ rmonk lil kompetituri ta’ IFB, kemm jekk dawn huma fornituri ta’ trasport kumbinat (intermodali) bħalma huma HUPAC, CNC (Naviland Cargo), Conliner, Danzas / DHL Express Cargo u ICF, jew fornituri ta’ servizzi ta’ “forwarding” bħalma huma Transfesa, K+N, Nauta, NTR, Panalpina, Rail&Sea, Railog, Chemfreight, Rhenania, TMF, Gondrand, RME Chem, RME fret u East Rail Expedition;

kif innutat il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha fil-każ N 386/2004, Fret SNCF, il-kundizzjonijiet bejn ferrovija u t-triq mhumiex identiċi, għad-detriment tal-ferrovija.

(176)

Skont il-gvern tal-Belġju, il-miżuri ta’ liberalizzazzjoni wasslu għal tkabbir sostanzjali tal-kapaċità fuq is-suq tal-loġistika, kif turi l-attività tal-kompetituri ta’ IFB matul il-perjodu 2003-2005. Skont il-gvern tal-Belġju, il-kompetizzjoni hija kkonċentrata fis-settur intermodali, fejn ħames kompetituri ta’ IFB introduċew total ta’ 12-il ftehim ġdid f’dan il-perjodu.

3.3.3.3.   Il-limitazzjoni taż-żjieda tal-kapital għall-minimu possibbli.

(177)

Skont il-gvern tal-Belġju, SNCB u IFB ipproċedew għal analiżi approfondita tal-bżonnijiet ta’ IFB f’kapital fuq il-bażi tar-riżultati tal-31 ta’ Diċembru 2005 u l-proviżjonijiet għas-sena 2006. L-għan kien li IFB tkun tista’ tkompli dawn l-attivitajiet fis-swieq ta’ trażbord ta’ merkanzija u ta’ loġistika b’rata ta’ likwidità li tista’ titqabbel ma’ dik tal-kompetituri tagħha f’dawn is-swieq.

(178)

Fir-rigward tal-informazzjoni trażmessa qabel id-deċiżjoni tal-ftuħ (ara l-punti 265 sa 269), SNCB u IFB ġabru informazzjoni supplementari dwar ir-rati medji ta’ likwidità għal, min-naħa, l-kompetituri ta’ IFB li jużaw terminali u, min-naħa l-oħra, soċjetajiet ta’ trasport li huma kompetituri ta’ IFB. Ir-rati ta’ likwidità (qabel ma jiġu inklużi bħar-rapport bejn il-kapital u t-total tal-karta tal-bilanc) tas-soċjetajiet in kwistjoni huma ppreżentati fil-grafika 16.

Grafika 16

Rata ta’ likwidità–kampjun ta’ soċjetajiet komparabbli, 2004 (*)

Image

(179)

Mill-grafika 16 jirriżulta li l-medja tar-rati ta’ likwidità tal-operaturi tat-terminali huwa ta’ 56,6 %, fil-waqt li l-medja tar-rati ta’ likwidità tas-soċjetajiet ta’ trasport huwa ta’ 20,4 %. Minħabba li IFB hija attiva fiż-żewġ setturi, ir-rata ta’ likwidità ta’ IFB, skont il-“benchmarks” imsemmija qabel, għandha tkun tal-anqas ta’ 35,6 %. Din l-aħħar perċentwali ġiet ikkalkulata b’referenza għall-assi kapitali operazzjonali ta’ IFB kif ġej:

42 % tal-assi kapitali operazzjonali ta’ IFB (miżuri fil-valur tal-kontijiet nett tagħhom, jiġifieri wara d-deprezzament u t-tnaqqis tal-valur) huma attribwiti għall-attività fit-terminali;

58 % tal-assi kapitali operazzjonali ta’ IFB huma attribwiti għall-attività ta’ trasport (“logistics”).

(180)

L-awtoritajiet Belġjani josservaw li r-rata ta’ likwidità mmirata ta’ IFB hija wkoll skont ir-rata ta’ likwidità reali ta’ soċjetajiet bħal Gosselin (38,9 %) u Hupac (34,9 %), li bħal IFB, jgħaqqdu l-użu tat-terminali ma’ attivitajiet ta’ loġistika.

(181)

Fiq il-bażi tar-rata ta’ likwidità mmirata ta’ IFB ta’ 35,6 % u ta’ dejn totali ta’ EUR 128,1 miljun (stima tat-30 ta’ Ġunju 2006), iż-żjieda ta’ kapital ta’ IFB kellha għalhekk, skont il-kalkoli tal-awtoritajiet Belġjani, tinkludi konverżjoni ta’ dejn f’kapital tal-anqas ta’ EUR 95,3 miljun.

3.3.3.4.   Il-kontribuzzjoni ta’ IFB stess

(182)

Skont l-awtoritajiet Belġjani, il-kontribuzzjoni totali ta’ SNCB għar-ristrutturazzjoni ta’ IFB titla’ għal EUR 95,3 miljun, jiġifieri l-ammont taż-żjieda tal-kapital previst. Minn dan l-ammont, jaqbel li jitneħħew is-somom li ġew iddedikati għall-parti Franċiża tal-grupp, jiġifieri EUR 39,1 miljun. Il-bilanċ, jiġifieri EUR 56,2 miljun, għalhekk jirrappreżentaw il-kontribuzzjoni ta’ SNCB għar-ristrutturazzjoni tal-attivitajiet mhux Franċiżi tal-grupp.

(183)

Wara dan, l-awtoritajiet Belġjani jippreċiżaw li l-bżonnjiet ta’ finanzjament għall-attivitajiet mhux Franċiżi ta’ IFB għall-perjodu ta’ ristrutturazzjoni (mill-1 ta’ Jannar 2003 sat-30 ta’ Ġunju 2006), kienu ta’ EUR 106,3 miljun. Minn dawn il-bżonnijiet, 56,2 miljun ser ikunu koperti minn SNCB u EUR 50,1 miljun permezz tar-riżorsi ta’ IFB stess. Il-kontribut ta’ IFB għan-nefqa totali tar-ristrutturazzjoni tal-attivitajiet fil-Belġju tkun ta’ 47,1 %.

(184)

It-tabella li ġejja turi d-dettall tal-finanzjament:

Bżonnijiet u sorsi ta' finanzjament

(ipoteżi fejn il-bdil tad-dejn ta' 63M EUR jikkostitwixxi “spiża” tar-ristrutturazzjoni

(EUR '000)

 

Il-parti ristrutturata

Diżinvestimenti fi Franza

Total

Perjodu: 1.1.2003-30.6.2006

 

 

 

 

 

 

 

A

BŻONNIJIET TA' FINANZJAMENT

 

 

 

A.1

Spejjeż tar-ristrutturazzjoni

 

 

 

A.1.1

Telf totali tal-użu (“cash drain”) minbarra l-effett tal-qligħ tal-produttività

–27 916

 

–27 916

 

(ekwivalenti għat-telf totali tal-użu tal-2002; prorata ta' 6 xhur għall-2006)

 

 

 

A.1.2

Spejjeż eċċezzjonali

–32

 

–32

A.2.

Bżonnijiet ta' kapital matul ir-ristrutturazzjoni

 

 

 

A.2.1

Varjazzjoni tal-bżonn f'kapital kurrenti (żjieda)

–7 685

–8 000

–15 685

A.2.2

Investimenti ta' sostituzzjoni f'assi kapitali mhux finanzjarji

–6 611

 

–6 611

A.2.3

Investimenti f'assi kapitali finanzjarji (holdings)

– 782

–1 700

–2 482

A.3

Ħlas lura ta' dejn u interessi

 

 

 

A.3.1

Favur debituri (finanzjarji) li mhumiex SNCB

 

 

 

A.3.1.1

Ħlas ta' interessi

–2 351

 

–2 351

A.3.1.2

Ħlas lura tad-dejn finanzjarju

–16 559

 

–16 559

A.3.2

Favur SNCB

 

 

 

A.3.2.1

Ħlas lura tad-dejn ta' qabel l-2003

–33 200

–29 800

–63 000

A.3.2.2

Ħlas ta' interessi akkumulati fit-30.6.2005 fuq id-dejn ta' qabel l-2003

–5 800

–5 200

–11 000

A.3.2.3

Ħlas ta' interessi akkumulati fit-31.6.2005 fuq il-faċilità ta' kreditu

–2 200

– 300

–2 500

A.3.2.4

Ħlas ta' interessi tat-tieni semestru 2005 u l-ewwel semestru 2006

–3 100

–2 100

–5 200

A.4

Taxxi (regolarizzazzjoni tas-sena finanzjarja ta' tassazzjoni 1999)

–77

 

–77

 

 

 

 

 

 

Total tal-bżonnijiet (A.1+A.2+A.3+A.4)

– 106 313

–47 100

– 153 413

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

B

SORSI TA' FINANZJAMENT

 

 

 

B.1.

Finanzjament minn SNCB:

 

 

 

B.1.1

Faċilità ta' kreditu (irid jinbidel f'kapital wara)

13 300

1 700

15 000

B.1.2

Żjieda tal-kapital (flimkien mal-bidla tal-faċilità ta' kreditu)

42 920

37 380

90 300

 

Kontribuzzjoni totali ta' SNCB (subtotal B.1)

56 220

39 080

95 300

 

 

 

 

 

B.2

Finanzjament mill-mezzi ta' IFB stess

 

 

 

B.2.1

Qligħ mill-produttività

 

 

 

B.2.1.1

Tneħħija parzjali jew totali tat-telf totali tal-użu fil-lista A.1.1

25 167

 

25 167

B.2.1.2

Eċċess totali tal-użu fl-2004, 2005 u 2006

10 429

 

10 429

B.2.2

Irċevuti finanzjarji

1 368

 

1 368

B.2.3

Varjazzjoni tal-bżonn ta' kapital kurrenti (tnaqqis)

2 687

 

2 687

B.2.4

Bejgħ ta' assi kapitali mhux finanzjarji (essenzjalment it-terminal OCHZ fl-2004)

4 771

 

4 771

B.2.5

Bejgħ ta' assi kapitali finanzjarji (holdings)

1 267

8 020

9 287

B.2.6

Dejn finanzjarju li ġej minn istituzzjonijiet ta' kreditu

3 300

 

3 300

B.2.7

Irċevuti eċċezzjonali

1 105

 

1 105

 

Kontribuzzjoni totali ta' IFB (subtotal B.2)

50 093

8 020

58 113

 

 

 

 

 

 

Total tas-sorsi (B.1 + B.2)

106 313

47 100

153 413

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Finanzjament minn SNCB bħala % tat-total

52,9  %

 

 

 

Finanzjament minn IFB bħala % tat-total

47,1  %

 

 

 

 

KONTRIBUZZJONI TAGĦHA STESS

NVESTITUR PRIVAT

 

(185)

Il-Belġju jżid il-punti li ġejjin ma’ din it-tabella.

(186)

Il-bżonnijiet ta’ finanzjament jinkludu l-kategoriji li ġejjin:

spejjeż diretti tar-ristrutturazzjoni (sezzjoni A.1): dawn l-ispejjeż jinkludu prinċiparjament it-telf totali tal-użu (“cash drain”) akkumulat, mingħajr ma titqies iż-żjieda fil-produttività. Jekk wieħed ma jikkunsidrax iż-żjieda fil-produttività li IFB kisbet matul it-twettiq tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni tagħha, it-telf totali tal-użu fl-2003, 2004 u 2005 kienet tibqa’ l-istess bħal fl-2002, jiġifieri ammont annwali ta’ finanzjament ta’ EUR 8 miljun, kif muri fit-tabella t’hawn taħt. Il-bżonn ta’ finanzjament għall-2006 ġie limitat għal nofs ta’ dan l-ammont, fl-ipoteżi ta’ żjieda tal-kapital fit-30 ta’ Ġunju 2006. Meqjusa globalment fuq il-perjodu kollu tar-ristrutturazzjoni, it-telf totali tal-użu li kienet tiffaċċja IFB fin-nuqqas ta’ żjieda fil-produttività jitla’ għal EUR 27,9 miljun.

(eluf ta’ EUR)

 

2002

2003

2004

2005

Tbassir

2006

Baġit

(sa 30.6)

Perjodu 2003 sa 30.6.2006 kumulattiv

Riżultat tal-użu

(47 357 )

(2 960 )

5 740

3 007

1 213

 

+ Deprezzament u tnaqqis fil-valur fuq assi kurrenti

6 286

5 139

2 585

1 605

802

 

+ Tnaqqis ta’ valur fuq assi kurenti

6 433

(258)

(1 851 )

(554)

0

 

+ Proviżjonijiet

26 662

(4 670 )

(1 599 )

(980)

460

 

Riżultat totali tal-użu

(7 976 )

(2 749 )

4 875

3 079

2 475

7 680

Telf totali tal-użu (“cash drain”) minbarra l-effett taż-żjieda fil-produttività

 

(7 976 )

(7 976 )

(7 976 )

(3 988 )

(27 916 )

bżonnijiet ta’ kapital matul ir-ristrutturazzjoni (varjanti tal-bżonn ta’ fondi kurrenti u investimenti matul ir-ristrutturazzjoni, sezzjoni A.2): dawn l-ispejjeż jikkonsistu f’investimenti neċessarji matul il-perjodu ta’ ristrutturazzjoni. Tkabbir fil-fondi kurrenti kien neċessarju sabiex jiffinanzja x-xogħol li kien għaddej, jassorbi d-differenza bejn il-krediti u d-dejn kummerċjali u jżomm likwidità suffiċjenti. L-investimenti ta’ sostituzzjoni f’assi kapitali tanġibbli kienu neċessarji għall-kontinwazzjoni tal-attivitajiet ta’ IFB matul it-twettiq tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni. Dawn ma kinux jinkludu tkabbir tal-kapaċità ta’ IFB imma pjuttost investimenti ta’ sostituzzjoni ta’ assi li waslu fit-tmiem taċ-ċiklu tal-ħajja u totalment deprezzati, kif ukoll investimenti differenti, bħal vetturi, kompjuters, rinovazzjonijiet żgħar f’bini, eċċ. L-investiment ta’ EUR 0,6 miljun f’assi kapitali finanzjari fl-2004 kien marbut mar-ristrutturazzjoni tas-sussidjarja IFB Maritime Germany: IFB Maritime Germany ġiet assorbita minn Haeger & Schmidt International u l-holding f’RKE miżmuma minn Haeger & Schmidt International, ġiet trasferita lil IFB.

rimbors tad-dejn u interessi (sezzjoni A.3): minbarra l-interessi u r-rimbors tad-dejn finanzjarju lil istituzzjonijiet ta’ kreditu, din il-kategorija tirrappreżenta l-interessi u r-rimbors fuq id-dejn fir-rigward ta’ SNCB. Id-dejn ta’ EUR 33,2 miljun huwa parti mid-dejn ta’ EUR 63 miljun li m’għandux x’jaqsam mas-sussidjarji Franċiżi. L-interessi ta’ EUR 1,4 miljun li tħallsu fl-2006 huma l-interessi li mhux ser ikunu parti miż-żjieda tal-kapital (biex iż-żjieda fil-kapital tiġi limitata kemm jista’ jkun). L-interessi l-oħra (għal total ta’ EUR 9,7 miljun) ser ikunu parti miż-żjieda fil-kapital. Dawn l-interessi kollha huma interessi fuq id-dejn marbut mal-attivitajiet mhux Franċiżi ta’ IFB.

taxxi (sezzjoni A.4): it-taxxi mħallsa fl-2004 huma regolarizzazzjoni tas-sena finanzjarja taxxabbli 1999.

(187)

Skont il-Belġju, parti minn dawn il-bżonnijiet ta’ finanzjament ġew koperti minn IFB u l-parti l-oħra minn SNCB. Fir-rigward tal-kontribuzzjoni ta’ IFB (sezzjoni B.2), il-Belġju jagħti l-informazzjoni supplementari li ġejja:

matul il-perjodu ta’ ristrutturazzjoni, IFB wettqet qligħ ta’ produttività importanti (ara s-sezzjoni B.2.1). Dan it-twettiq tejjeb ir-riżultat totali tal-użu, billi t-telf tal-2002 sparixxa parzjalment fl-2003 u għal kollox fl-2004, 2005 u 2006. Barra minn dan, inkiseb bilanċ pożittiv fl-2004 u fl-2005, li kellu wkoll ikun il-każ fl-2006. Dawn ir-riżultati jikkonfermaw it-tbassir li sar fuq il-bażi tal-elementi li s-soċjetà IFB kienet taf bihom matul l-iżvilupp tal-pjan tar-ristrutturazzjoni (ara l-punti 74 u 75 ta’ din id-deċiżjoni);

dħul finanzjarju differenti (is-sezzjoni B.2.2): dan jirrappreżenta EUR 1,4 miljun. Dan id-dħul finanzjarju ġej mill-interessi li IFB akkumulat mill-kontijiet tal-bank tagħha. Dan id-dħul kien imbassar fil-mument tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, għax dan jikkorrispondi għall-interessi “EURIBOR” għall-ammonti li IFB setgħet bir-raġun tantiċipa fuq il-kontijiet skont it-tbassir tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni tagħha;

dħul straordinarju (is-sezzjoni B.2.8): dan jirrappreżenta EUR 1,1 miljun. Dan id-dħul straordinarju ġej mill-qligħ kapitali li IFB seta’ jwettaq matul il-bejgħ ta’ 263 vagun EAOS […]. Fl-2003, matul il-preparazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, dan il-qligħ kapitali seta’ jitbassar, minħabba li s-suq għall-vaguni EAOS ra domanda qawwija minħabba tkabbir fid-domanda għal dan it-tip ta’ vagun fl-Ewropa tal-Lvant;

fl-2004 u fl-2005, IFB illiberat madwar EUR 2,7 miljun billi baxxiet il-bżonn tagħha ta’ kapital kurrenti (is-sezzjoni B.2.3).

IFB iffinanzjat parti mill-ispejjeż ta’ ristrutturazzjoni permezz ta’ bejgħ ta’ assi (is-sezzjonijiet B.2.4 u B.2.5). Wara l-bejgħ ta’ assi differenti ta’ importanza relattivament limitata, din il-parti tal-kontribuzzjoni hija kostitwita prinċiparjament mid-diżinvestiment fl-2004 tal-assi użati fit-terminal OCHZ. Id-drittijiet ta’ kopropjetà (50 %) fuq dawn l-assi utilizzati monn OCHZ ingħataw […] (ara s-sentenza B.2.4 fl-2004) u IFB irkuprat ammont supplementari ta’ EUR 0,9 miljun f’kapital kurrenti ta’ OCHZ (ara s-sentenza B.2.5 għall-2004);

fl-2003, IFB kisbet self mill-bank għall-ammont ta’ EUR 2 miljun ta’ ING Bank (ara s-sentenza B.2.6). Fl-2006, IFB iffinanzjat ix-xiri ta’ “reach stackers” bl-għajnuna ta’ self estern ta’ EUR 1,3 miljun.

(188)

Il-Belġju jikkunsidra li kkontribwixxa għall-pjan ta’ ristrutturazzjoni mir-riżorsi tiegħu stess; kif jeżiġu l-linji gwida tal-1999.

4.   APPREZZAMENT

4.1.   L-istima tal-kwalità tal-għajnuna tal-miżuri ta’ salvataġġ u ta’ ristrutturazzjoni

(189)

Skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 87 tat-Trattat, “kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq komuni”.

4.1.1.   Għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat

(190)

L-ewwelnett tippreżenta ruħha l-mistoqsija kif wieħed ikun jaf jekk l-appoġġ finanzjarju ta’ SNCB lil IFB kienx “mogħti minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat”. Skont il-ġurisprudenza Stardust Marine tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (26), dan il-kriterju jiġi sodisfatt jekk, min-naħa, dan jittratta r-riżorsi tal-Istat u jekk, min-naħa l-oħra, l-għotja tagħha tistax tiġi attribwita lill-Istat, jiġifieri l-Belġju.

4.1.1.1.   Ir-riżorsi mill-Istat

(191)

Il-Kummissjoni tinnota li SNCB hija intrapriża pubblika fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 80/723/KEE: l-Istat Belġjan għandu 100 % tal-kapital sottoskritt ta’ SNCB, u l-Kunsill tal-Ammnistrazzjoni, kif ukoll l-amministratur delegat, huma nominati mir-Re, permezz ta’ deċiżjoni deliberata fil-Kunsill tal-Ministri. Għalhekk, il-kriterji tal-punti a) u c) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva msemmija huma sodisfatti.

(192)

F’dan il-kuntest, “… jaqbel li jitfakkar li diġà jiddependi mill-ġurisprudenza tal-Qorti li l-paragrafu 1 tal-Artikolu 87 KE jinkludi l-mezzi kollha ta’ remunerazzjoni li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu fil-fatt jutilizzaw biex isostnu intrapriżi […]. B’konsegwenza ta’ dan, anke jekk is-somom li jikkorrispondu għall-miżura in kwistjoni m’humiex b’mod permanenti fil-pussess tat-Teżor pubbliku, il-fatt li dawn jibqgħu b’mod kostanti taħt il-kontroll pubbliku, u għalhekk għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, huwa biżżejjed sabiex dawn jikkwalifikaw bħala riżorsi tal-Istat”. (27).

(193)

B’konsegwenza, il-Kummissjoni stmat fl-ittra tal-ftuħ (il-punti 136 sa 138) li s-somom li tpoġġew għad-dispożizzjoni ta’ IFB iridu jiġu kwalifikati bħala riżorsi tal-Istat.

(194)

Il-Belġju jikkuntesta l-fatt li r-riżorsi kollha li għandha SNCB jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat. Il-Kummissjoni tirrispondi għat-tliet argumenti ppreżentati mill-Belġju kif ġej:

(195)

Id-distinzjoni proposta bejn ir-riżorsi ta’ SNCB marbuta mal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku u r-riżorsi marbuta mal-attivitajiet kummerċjali mhix pertinenti fid-dawl tad-deċiżjoni Stardust Marine. Fil-fatt, din id-deċiżjoni tikkonċerna r-riżorsi ta’ bank pubbliku, li juri sew li r-riżorsi ta’ intrapriża pubblika marbuta ma’ attivitajiet kummerċjali jistgħu jikkostitwixxu wkoll riżorsi tal-Istat.

(196)

L-argument li bih il-patrimonju ta’ SNCB mhux għad-dipożizzjoni tal-Belġju, imma li huwa marbut mas-suġġett soċjali ta’ SNCB ma jistax jiġi aċċettat. Il-fatt li l-Belġju għandu 100 % tal-kapital ta’ SNCB, li dan jibqa’ dejjem taħt il-kontroll pubbliku u li l-Istat jista’ fi kwalunkwe mument jiddeċiedi li jipprivatizza lil SNCB, juri li l-patrimonju ta’ din huwa għad-dispożizzjoni tal-Istat Belġjan. Barra minn dan, il-Kummissjoni tinnota li l-Istat Belġjan jinnomina lill-amministraturi tal-kunsil ta’ sorveljanza, kif ukoll lill-amministratur delegat, li jtih ċertu ammont ta’ kontroll fuq l-intrapriża.

(197)

L-argument li bih il-miżuri mogħtija minn SNCB lil IFB ma kinux ser iġibu talf għall-partimonju tal-Istat Belġjan huwa falz skont il-fatti: ladarba l-Belġju huwa l-propjetarju ta’ SNCB, kull investiment ħażin li jnaqqas il-valur ta’ SNCB inaqqas ukoll il-patrimonju tal-Istat Belġjan.

(198)

Il-Kummissjoni tikkonkludi għalhekk li l-miżuri eżaminati ġew iffinanzjati minn riżorsi tal-Istat.

4.1.1.2.   Responsabbiltà

(199)

F’dak li jikkonċerna n-neċessità tar-responsabbiltà tal-miżuri lill-Istat konċernat, id-deċiżjoni Stardust Marine tippreċiża li “…il-fatt biss li intrapriża pubblika tkun taħt il-kontroll tal-Istat mhux biżżejjed biex jiġu attribwiti miżuri li jittieħdu minnha, bħalma huma l-miżuri tal-appoġġ finanzjarju msemmi, lill-Istat. Jibqa’ neċessarju li wieħed jeżamina jekk l-awtoritajiet pubbliċi kellhomx jiġu kkunsidrati bħala li kienu implikati, b’xi mod jew ieħor, fl-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri. …”. (28).

(200)

Jirriżulta għalhekk mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-kriterju tar-responsabbiltà mogħtija lill-Istat irid ikun suġġett għal eżami każ b’każ mill-Kummissjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja tammetti li bħala regola ġenerali, “… ser ikun tassew diffiċli għal terza persuna, preċiżament minħabba r-relazzjonijiet privileġġjati li jeżistu bejn l-Istat u intrapriża pubblika, li juru f’każ konkret li l-miżuri ta’ għajnuna li jittieħdu minn tali intrapriża fil-fatt ikunu ġew adottati skont l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi”. Skont l-istess ġurisprudenza, “…wieħed jista’ jammetti l ir-responsabbiltà mogħtija lill-Istat ta’ miżura ta’ għajnuna li tieħu l-intrapriża tista’ titnaqqas mit-total tal-indizji li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi tal-ispeċi u tal-kuntest li fih tkun ingħatat din il-miżura”. (29).

(201)

Il-Qorti tal-Ġustizzja wara tiċċara liema kriterji jistgħu jiġu utilizzati biex tintwera r-responsabbiltà:

“Ir-responsabbiltà mogħtija lill-Istat ta’ miżura ta’ għajnuna li tittieħed minn intrapriża pubblika tista’ titnaqqas minn total ta’ indizji li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi tal-ispeċi u tal-kuntest li fih tkun ingħatat din il-miżura. F’dan ir-rigward, il-Qorti diġà kkunsidrat il-fatt li l-entità msemmija ma setgħetx tieħu d-deċiżjoni kkuntestata mingħajr ma tkun ikkunsidrat l-eżiġenzi tal-poter pubbliku (ara, partikolarment, id-deċiżjoni Van der Kooy e.a./il-Kummissjoni, diġà msemmi,il-punt 37) jew li, minbarra l-elementi ta’ natura organika li jorbtu lill-intrapriżi pubbliċi mal-Istat, dawn, permezz tal-intermedjarju li l-għajnuna tkun tathom, iridu jikkunsidraw id-direttivi li jkunu ġejjin minn comitato interministeriale per la programmazione economica (CIPE) (id-deċiżjonijiet diġà msemmija tal-21 ta’ Marzu 1991, Italja/il-Kummissjoni, C-303/88, il-punti 11 u 12, kif ukoll Italja/il-Kummissjoni, C-305/89, il-punti 13 u 14).

Indizji oħrajn jistgħu, jekk ikun il-każ, ikunu pertinenti biex tiġi konkluża r-responsabbiltà tal-Istat ta’ miżura ta’ għajnuna li tittieħed minn intrapirża pubblika, bħal, partikolarment, l-integrazzjoni tagħha fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika, in-natura tal-attivitajiet tagħha u t-twettiq ta’ dawn fuq is-suq f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni ma’ operaturi privati, l-istatut ġuridiku tal-intrapriża, li jiġi mid-dritt pubbliku jew mid-dritt komuni tas-soċjetajiet, l-intensità tat-tutela eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-ġestjoni tal-intrapriża jew kwalunkwe indizju ieħor li jindika, fil-każ konkret, implikazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi jew l-improbabbiltà ta’ nuqqas ta’ implikazzjoni fl-adozzjoni ta’ miżura, meqjusa wkoll l-firxa tagħha, l-kontenut jew l-kundizzjonijiet li din iġġib magħha.” (30).

(202)

Fl-ittra tal-ftuħ (il-punti 140 sa 150), il-Kummissjoni għamlet distinzjoni, fir-rigward tar-responsabbiltà għall-miżura, bejn il-perjodu preċedenti għall-konklużjoni tal-kuntratt ta’ qafas fis-7 ta’ April 2003 u l-perjodu ta’ wara dan il-kuntratt. Meta jitqiesu l-osservazzjonijiet tal-Belġju, jidher li huwa aktar xieraq li ssir distinzjoni bejn tliet perjodi differenti:

il-perjodu preċedenti għad-19 ta’ Lulju 2002 (id-data tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB ta’ approvazzjoni għall-għotja ta’ ħlas bil-quddiem ta’ flus u ta’ aċċettazzjoni li żjieda ta’ kapital għal IFB kienet “probabbli”);

il-perjodu bejn id-19 ta’ Lulju 2002 u l-20 ta’ Diċembru 2002 (id-data tad-deċiżjoni tal-Kunsuill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB ta’ approvazzjoni tal-prinċipju ta’ żjieda ta’ kapital ta’ IFB u li awtorizza lill-Kumitat tad-Direzzjoni li jinnegozja l-kuntratt ta’ qafas tas-7 ta’ April 2003);

il-perjodu ta’ wara l-20 ta’ Diċembru 2002.

Il-perjodu preċedenti għad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tad-19 ta’ Lulju 2002

(203)

F’dak li jikkonċerna l-perjodu preċedenti għal din id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni, tqum il-mistoqsija li wieħed ikun jaf jekk it-tolleranza li tagħha ta prova l-qafas (il-Kumitat tad-Direzzjoni) ta’ SNCB billi ma talabx lil IFB biex tħallas l-għotja ta’ servizzi ta’ trasport mis-sena 2000 ’il quddiem jista’ jiġi attribwit lill-Istat Belġjan. Fl-ittra tal-ftuħ tagħha (il-punti 141 sa 142), il-Kummissjoni esprimiet dubji rigward il-punt li wieħed ikun jaf jekk id-deċiżjoni li jiġi aċċettat in-nuqqas ta’ ħlas sistematiku tal-fatturi matul il-perjodu bejn it-tmiem tas-sena 2000 sal-bidu tal-2003 kinitx ittieħdet mingħajr l-intervent tal-awtoritajiet Belġjani.

(204)

Fir-risposta tal-gvern Belġjan, il-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB ma kienx infurmat b’din il-prattika qabel id-19 ta’ Lulju 2002; il-Kummissarju tal-Gvern kien infurmat f-istess żmien. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda osservazzjoni min-naħa ta’ partijiet terzi.

(205)

Il-Kummissjoni sabet, fil-kontijiet ippreżentati fid-dibattiti lill-Kamra u lis-Senat tas-6 ta’ Marzu 2002, tal-24 ta’ Jannar 2002 u tat-28 ta’ Frar 2002, rimarki dwar IFB, fil-kuntest tad-dibattitu aktar wiesa tad-deputati u tas-senaturi dwar il-ftuħ tas-suq tal-ferrovija u tal-fajl ABX. Għalhekk din talbet lill-gvern tal-Belġju biex dan jitrażmettilha l-istudji ta’ Boston Consulting Group u ta’ Team Consult, imsemmija matul dawn id-dibattiti, kif ukoll id-deċiżjoni tal-gvern Belġjan tat-22 ta’ Frar 2002, li wkoll kienet suġġett ta’ dawn id-dibattiti.

(206)

Analiżi ta’ dawn id-dokumenti ma ppermettietx li jinkixfu indizji ta’ influwenza min-naħa tal-gvern Belġjan dwar id-deċiżjonijiet ta’ SNCB rigward il-futur ta’ IFB.

(207)

Għaldaqstant, tqum il-kwistjoni li wieħed ikun jaf jekk it-tolleranza tal-qafas ta’ intrapriża pubblika, hekk kif spjegata fil-punt 203 ta’ din id-deċiżjoni, tistax tiġi attribwita lill-Istat Belġjan, minħabba li m’hemm l-ebda indizju ta’ intervent speċifiku min-naħa tal-amministrazzjoni fl-iżvilupp tas-sitwazzjoni.

(208)

Fil-fatt, skont il-liġi tal-1993 li tistabbilixxi lil SNCB bħala soċjetà b’ishma ta’ dritt pubbliku, il-qafas ta’ SNCB, jiġifieri l-amministratur delegat u l-membri tal-Kumitat tad-Direzzjoni, jamministraw l-intrapriża b’mod awtonomu, mingħajr intervent min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ indizji konkreti ta’ intervent tal-Istat fil-ġestjoni tal-fajl IFB, il-Kummissjoni trid tikkonkludi li d-deċiżjoni tal-qafas ta’ SNCB li jittollera li IFB ma tħallasx il-fatturi matul il-perjodu bejn it-tmiem tas-sena 2000 sa Lulju tal-2002 ma jistax jiġi attribwit lill-Istat Belġjan.

Il-perjodu inkluż bejn id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tad-19 ta’ Lulju 2002 u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-20 ta’ Diċembru 2002

(209)

Sa mid-19 ta’ Lulju 2002, il-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB, u fi ħdanu l-Kummissarju tal-gvern li jirrappreżenta l-interessi tal-Belġju fil-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB, kien jaf li IFB ma kinitx qed tħallas il-fatturi tagħha sa mit-tmiem tas-sena 2000, u approva l-għotja lil IFB ta’ ħlas bil-quddiem ta’ EUR 2,5 miljun matul it-tieni semestru tal-2002.

(210)

Il-Kummissjoni trid, f’dan ir-rigward, tivverifika jekk il-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza Stardust Marine jippermettux li din id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB tiġi attribwita lill-Belġju. F’termini oħra, irid jiġi verifikat fil-fatt jekk il-preżenza tal-Kummissarju tal-gvern fil-Kunsill tal-Amministrazzjoni, minkejja n-nuqqas tal-intervent konkret tiegħu dwar il-miżura msemmija, madankollu tippermetti li tiġi attribwita d-deċiżjoni lill-Istat tal-Belġju. Madankollu jirriżulta mill-elementi li tiddisponi minnhom il-Kummissjoni li la l-preparazzjoni tal-fajl, l-anqas il-kummentarji tal-partijiet terzi ma wrew indizji li jissuġġerixxu li l-gvern Beġjan fittex li jinfluwenza d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tad-19 ta’ Lulju 2002. Minħabba li SNCB hija intrapriża pubblika awtonoma, ligħandha l-istatut ta’ kumpannija bl-ishma ta’ dritt pubbliku, din tgawdi minn awtonomija ta’ ġestjoni fir-rigward tal-Istat Belġjan. F’dak li jirrigwarda il-preżenza tal-Kummissarju tal-gvern fil-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB, il-Kummissjoni tinnota li r-rwol tal-Kummissarju kien limitat (ara wkoll ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar dan is-suġġett (31):) il-Kummissarju tal-gvern ma setax jintervjeni fir-rigward tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Lulju 2002 ħlief jekk din setgħet tagħmel preġudizzju għall-implimentazzjoni tal-kompiti ta’ servizz pubbliku ta’ SNCB. Meta jitqiesu l-ammont tal-għajnuna (EUR 2,5 miljun) u l-forma tal-għajnuna (ħlas bil-quddiem ta’ flus, b’interessi), wieħed irid jinnota li d-deċiżjoni ma kinitx ta’ natura li ġġib preġudizzju għall-implimentazzjoni tal-kompiti ta’ servizz pubbliku ta’ SNCB.

(211)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li, meta jitqiesu dawn l-elementi, l-għotja minn SNCB ta’ ħlas bil-quddiem ta’ EUR 2,5 miljun lil IFB biex iżżomm attività kummerċjali mingħajr l-ebda rabta mas-servizz pubbliku ma tistax tiġi attribwita lill-Istat Belġjan.

(212)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-każ preżenti ma jinkludix l-indizji li jikkonċernaw l-integrazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika, in-natura tal-attivitajiet u l-istatut li jistgħu jippermettu li tiġi stabbilita r-responsabbiltà tal-Istat Belġjan għad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tad-19 ta’ Lulju 2002 li jingħata ħlas bil-quddiem ta’ EUR 2,5 miljun lil IFB.

Il-perjodu ta’ wara d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-20 ta’ Diċembru 2002

(213)

Fl-20 ta’ Diċembru 2002, il-Kunsill tal-Amministrazzjoni ddeċieda li jikkonkludi kuntratt ta’ qafas ma’ IFB, li kellu jinkludi miżuri ta’ salvataġġ kif ukoll miżuri ta’ ristrutturazzjoni, u jwassal għal żjieda fil-kapital ta’ IFB.

(214)

L-analiżi tal-fajl mill-Kummissjoni fl-ittra tal-ftuħ tagħha (il-punti 143 sa 150) żvelat tliet indizji konkreti favur ir-responsabbiltà mogħtija lill-Istat Belġjan għal dawn il-miżuri ta’ salvataġġ u ta’ ristrutturazzjoni favur IFB. Dawn l-indizji kienu:

is-sottomissjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni lill-Istat Belġjan għall-approvazzjoni;

l-artikli tal-gazzetti li juru influwenza qawwija tal-gvern Belġjan fuq SNCB matul is-sena 2003,

il-firxa, il-kontenut u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ qafas tas-7 ta’ April 2003.

(215)

Fir-risposta tagħhom għall-ittra tal-ftuħ, l-awtoritajiet Belġjani jikkuntestaw li dawn it-tliet indizji huma biżżejjed biex tiġi stabbilita r-responsabbiltà lill-Istat għall-miżuri fis-sens tal-ġurisprudenza Stardust Marine. Il-Kummissjoni hawnhekk ser tirrepeti l-kontenut tal-indizji, u tispjega għalfejn l-argumenti tal-gvern Belġjan ma setgħux jiġu aċċettati.

a)   L-approvazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi (il-punt 56 tad-deċiżjoni Stardust Marine)

(216)

Fid-deċiżjonijiet tagħha Van der Kooy, (32) l-Italja/il-Kummissjoni  (33) u il-Kummissjoni/ Franza, (34) il-Qorti tal-Ġustizzja ikkonkludiet dwar ir-responsabbiltà għall-għajnuna mill-fatt li l-għotja tal-għajnuna kienet ġiet sottomessa għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi. Fid-deċiżjoni Van der Kooy, dan l-element kien biżżejjed biex jistabbilixxi r-responsabbiltà; fid-deċiżjonijiet Italja/il-Kummissjoni u il-Kummissjoni/Franza, l-approvazzjoni hija magħquda ma’ elementi oħra li juru l-influwenza tal-poteri pubbliċi. (35) Id-deċiżjoni Space Park Development GmbH, li kienet l-ewwel deċiżjoni tal-Kummissjoni li applikat id-deċiżjoni Stardust Marine, ikkonkludiet ir-responsabbiltà ta’ għajnuna ukoll mill-fatt li s-self imsemmi kellu jirċievi l-ftehim tal-awtoritajiet ta’ Land ta’ Bremen. (36) Għalhekk, is-sottomissjoni ta’ miżura lill-Istat Membru għall-approvazzjoni tikkostitwixxi indizju ta’ responsabbiltà.

(217)

Għalhekk, f’dan il-każ speċifiku, l-artikolu 2 tal-kuntratt ta’ qafas jobbliga lill-Kunsilli tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB u ta’ IFB li jissottomettu l-pjan ta’ ristrutturazzjoni għall-approvazzjoni mill-Istat Belġjan. (37) Dan jikkostitwixxi għalhekk l-ewwel indizju ta’ responsabbiltà għall-Istat Belġjan tad-deċiżjoni ta’ SNCB li tirristruttura lil IFB.

(218)

Il-gvern Belġjan jenfasizza li, b’differenza għal dak li kien stipulat fil-kuntratt ta’ qafas, SNCB u IFB finalment ma ppreżentawx il-pjan ta’ ristrutturazzjoni għall-approvazzjoni tal-gvern Belġjan, għaliex dan kien imur kontra l-awtonomija kummerċjali ta’ SNCB.

(219)

Kif diġà spjegat fl-ittra tal-ftuħ (il-punti 146 u 147), din is-sitwazzjoni fil-fatt m’għandhiex il-konsegwenza li tagħmel dan l-indizju ta’ responsabbiltà inoperabbli: jidher eskluż li ż-żewġ partijiet għall-kuntratt, SNCB u IFB, kienu jinkludu tali klawżola fil-kuntratt, li kieku ma kienx hemm influwenza tal-gvern Belġjan f’dan ir-rigward.

(220)

Il-fatt li l-gvern Belġjan jippretendi li ma ġiex ikkonsultat b’mod formali dwar ir-ristrutturazzjoni mhux biżżejjed biex jeskludi influwenza informali min-naħa tal-gvern Belġjan matul il-preparazzjoni tal-kuntratt ta’ qafas tas-7 ta’ April 2003, u l-anqas biex jeskludi li ingħatat approvazzjoni. Fil-fatt, kif innutat il-Qorti tal-Ġustizzja fid-deċiżjoni Stardust Marine, “… ikun tassew diffiċli għal parti terza, preċiżament minħabba r-relazzjonijiet privileġġjati li jeżistu bejn l-Istat u intrapriża pubblika, li turi f’każ konkret li l-miżuri ta’ għajnuna li ngħataw lil tali intrapriża fil-fatt ġew adottati fuq istruzzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi.”. Għaldaqstant, il-fatt sempliċi li l-kuntratt konkluż bejn il-partijiet jistipula l-approvazzjoni mill-Istat Belġjan jikkostitwixxi indizju qawwi għall-implikazzjoni tal-gvern tal-Belġju.

(221)

Fir-risposta għall-ittra tal-ftuħ, il-gvern Belġjan jispjega li l-klawżola li tinsab fl-artikolu 2 tal-kuntratt ta’ qafas ma kinitx tirrigwarda il-pjan ta’ ristrutturazzjoni nnifsu, imma l-komunikazzjoni li biha l-Belġju kien ser jinnotifika l-kuntratt ta’ qafas lill-Kummissjoni.

(222)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan l-argument mhux konvinċenti: jekk il-partijiet għal-kuntratt ta’ qafas kellhom il-ħsieb li dan jiġi nnotifikat mill-Belġju lill-Kummissjoni, huma kienu jistipulaw dan b’mod ċar fl-artikolu 2 tal-kuntratt. L-interpretazzjoni proposta mill-gvern Belġjan huwa kontra l-ittra tal-kuntratt.

(223)

B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-artikolu 2 tal-kuntratt jimplika l-approvazzjoni tal-miżuri mill-awtoritajiet Belġjani u jikkostitwixxi indizju ta’ responsabbiltà għall-miżuri tal-Istat Belġjan.

b)   Artikli tal-gazzetta

(224)

Indizju supplementari favur ta’ intervent tal-gvern Belġjan f’dan il-każ jinstabu wkoll fl-artikli tal-gazzeta. (38) Għalhekk, artiklu li deher f’La libre Belgique tad-19 ta’ Mejju 2003 (39) jsemmi l-uffiċċju stampa ta’ SNCB, li jispjega li l-Belġju kien għadu ma nnotifikax lill-Kummissjoni bil-miżuri ta’ salvataġġ fid-19 ta’ Mejju 2003, fil-waqt li l-kuntratt ta’ qafas kien ġie ffirmat fis-7 ta’ April 2003, permezz tal-fatt li “il-poter federali għandu(kellu) xi jgħid”. F’artiklu li deher f’Marzu 2003 fuq is-sit www.cheminots.be, Karel Vinck, li dak iż-żmien kien l-amministratur delegat ta’ SNCB, huwa kwotat fir-rigward tal-fajls ta’ ABX u IFB li qal kif ġej: “Dan japplika marġini ta’ ċaqliq biżżejjed għall-amministrazzjoni tas-soċjetà”. Dan jagħti x’jifhem li l-qafas ta’ SNCB kien jikkunsidra li l-Istat jintervjeni wisq fl-affarijiet tiegħu.

(225)

Il-Belġju jirrifjuta dan l-indizju. F’dak li jirrigwarda l-artiklu ta’ La libre Belgique, dan jinsisti, b’referenza għall-artikolu 2 tal-kuntratt ta’ qafas, li l-poter federali ma kellu xejn xi jgħid ħlief fuq il-komunikazzjoni tal-gvern Belġjan lill-Kummissjoni, li biha ser jiġi notifikat il-kuntratt ta’ qafas. Madankollu, it-test tal-artiklu tal-gazzetta u tal-komunikat tal-istampa ta’ SNCB huwa ċar. Kieku l-uffiċċju tal-istampa ta’ SNCB ried jgħid li l-gvern Belġjan kellu biss japprova test biex jiġi trażmess lill-Kummissjoni, kien jindika li l-problema li trid tissolva hija problema ta’ forma, u mhux ta’ sustanza.

(226)

F’dak li jikkonċerna l-proposti li sostna Karel Vinck, l-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li huma llimitaw ruħhom għall-ġestjoni tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku. Dan ma tantx kien jidher kredibbli, għax hu ġie intervistat partikolarment dwar is-suġġett tal-fajls ABX u IFB, li, bħalma jagħraf il-gvern Belġjan stess, jikkonċernaw l-attivitajiet kummerċjali ta’ SNCB, u mhux missjonijiet ta’ servizz pubbliku.

c)   Firxa, kontenut u kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ qafas

(227)

B’mod aktar ġenerali, il-Kummissjoni tfakkar li l-punt 56 tad-deċiżjoni Stardust Marine, diġà msemmi, skont liema “kull indizju ieħor li jindika, fil-każ konkret, implikazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi jew l-improbabbiltà ta’ nuqqas ta’ implikazzjoni fl-adozzjoni ta’ miżuri, meqjusin ukoll l-firxa tagħhom, il-kontenut tagħhom jew l-kundizzjonijiet li jġibu magħhom” irid jiġi kkunsidrat biex tiġi stabbilita r-responsabbiltà ta’ miżura lill-Istat Membru, għandu bħala riżultat li l-firxa, l-kontenut u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ qafas jikkostitwixxu indizju supplementari ta’ responsabbiltà.

(228)

Il-Belġju jirrifjuta dan it-tielet indizju, waqt li jirrepeti li SNCB kienet kompletament awtonoma biex tieħu d-deċiżjonijiet kollha tagħha, ħlief għall-ġestjoni tas-servizzi pubbliċi.

(229)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-liġi tal-1993 li tirregola l-istatut ta’ SNCB bħala soċjetà b’azzjonijiet ta’ dritt pubbliku ċertament tagħti awtonomija lil SNCB għall-attivitajiet kummerċjali tagħha. Madankollu, il-Kummissjoni tfakkar li l-Kummissarju tal-gvern ikun preżenti matul kull laqgħa tal-Kumitat tal-Amministrazzjoni, u jista’ jirrikorri quddiem l-awtoritajiet Belġjani bil-għan li jannulla deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni billi jibbaża ruħu fuq suġġett barrani għat-twettiq tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku jekk din id-deċiżjoni “twassal […] preġudizzju għall-implimentazzjoni tal-kompiti ta’ servizz pubbliku”.

(230)

Kif diġà spjegat, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-deċiżjoni tal-għotja ta’ ħlas bil-quddiem ta’ flus ta’ EUR 2,5 miljun ma setgħetx tkun suġġett għal rikors tal-Kummissarju tal-gvern, għax minħabba l-ammont u l-forma tiegħu, dan ma setax iwassal għal preġudizzju fl-implimentazzjoni tal-kompiti ta’ servizz pubbliku.

(231)

L-apprezzament irid ikun differenti għad-deċiżjoni li jiġu investiti madwar EUR 100 miljun f’soċjetà fix-xifer tal-falliment. Din id-deċiżjoni kellha twassal lill-Kummissarju tal-gvern biex jintervjeni, jew tal-anqas li jinforma lill-awtoritajiet Belġjani, sabiex dawn jintervjenu b’mod formali jew informali, kif kien għamel pereżempju fis-sena 2000 għall-investimenti f’ABX, il-fergħa Taljana.

(232)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-firxa, l-kontenut u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ qafas jikkostitwixxu wkoll, flimkien mal-preżenza u l-poter tal-Kummissarju tal-gvern, indizju tar-responsabbiltà.

d)   Konklużjoni

(233)

B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri in kwistjoni jistgħu jiġu attribwiti għall-Istat Belġjan f’dak li jikkonċerna l-perjodu ta’ wara d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB tal-20 ta’ Diċembru 2002.

(234)

Għalhekk jaqbel li jiġi analizzat jekk il-miżuri li ttieħdu minn SNCB rigward IFB mill-20 ta’ Diċembru 2002 tawx vantaġġ lill-benefiċjarju, jew jekk, min-naħa l-oħra, SNCB aġixxietx kif kien jagħmel investitur infurmat fl-ekonomija tas-suq.

4.1.2.   Vantaġġ lill-benefiċjarju tal-għajnuna fl-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur infurmat fl-ekonomija tas-suq

(235)

Jaqbel li jiġi analizzat jekk id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ SNCB tal-20 ta’ Diċembru 2002 li jiżdied il-kapital ta’ IFB permezz ta’ bdil tad-dejn dovut, u l-għotja ta’ miżuri ta’ salvataġġ, li wasslu lil SNCB biex tiffirma, fis-7 ta’ April 2003, il-kuntratt ta’ qafas ma’ IFB, ħolqitx vantaġġ ekonomiku għal IFB, jew jekk din id-deċiżjoni tiġi mill-apprezzament ta’ investitur privat fl-ekonomija tas-suq.

(236)

Minħabba li d-deċiżjoni ta’ SNCB li ma titlobx aktar il-ħlas tal-fatturi tagħha lil IFB mit-tmiem tas-sena 2000 sa Diċembru 2002, kif ukoll id-deċiżjoni ta’ SNCB li tagħti ħlas bil-quddiem ta’ EUR 2,5 miljun ma jistgħux jiġu attribwiti għall-Belġju, dawn id-deċiżjonijiet ma jistgħux jiġu analizzati aktar fid-dettall.

(237)

Biex infakkru, il-miżuri ta’ salvataġġ kienu jikkonsistu fi:

l-għotja ta’ żmien għall-ħlas tad-dejn ta’ EUR 63 miljun;

l-għotja ta’ faċilità ta’ kreditu ta’ EUR 15-il miljun;

l-għotja ta’ ħlas bil-quddiem li jitħallas lura ta’ EUR 5 miljun;

(238)

Il-miżuri ta’ ristrutturazzjoni jinkludu id-diżinvestiment tas-sussidjarji fi Franza u r-ristrutturazzjoni u l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet fil-Belġju. Il-finanzjament ta’ dawn il-miħuri kien assigurat l-ewelnett mill-miżuri ta’ salvataġġ, il-pjan ta’ ristrutturazzjoni kien jistipula li dan il-finanzjament ser ikun imwettaq permezz tal-bdil tad-dejn li ġej f’kapital soċjali:

il-bdil tad-dejn ta’ EUR 63 miljun li għalihom ingħata żmien ta’ ħlas f’kapital soċjali;

il-bdil tal-faċilità ta’ kreditu ta’ EUR 15-il miljun f’kapital soċjali;

il-bdil tal-interessi fuq iż-żmien ta’ ħlas u fuq il-faċilità ta’ kreditu kapitalizzati f’kapital soċjali.

(239)

Biex jiġi stabbilit jekk SNCB aġixxietx kif kien jagħmel investitur privat fl-ekonomija tas-suq, jaqbel li jiġi apprezzat jekk, f’ċirkostanzi simili, investitur privat ta’ daqs li jista’ jitqabbel ma’ dak ta’ SNCB u li jinsab f’sitwazzjoni li tista’ titqabbel ma’ dik ta’ SNCB setax jitwassal biex jipproċedi bl-istess mod. (40).

(240)

Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li jekk l-aġir tal-investitur privat mhux neċessarjament dak tal-investitur ordinarju li jpoġġi kapitali bil-ħsieb li dawn jagħtu profitt bejn wieħed u ieħor fi żmien qasir, dan għandu, tal-anqas, ikun dak ta’ holding privat jew grupp privat ta’ intrapriżi li jsegwu politika strutturali, globali jew settorjali, u mmexxija minn perspettivi ta’ profitti għal-terminu ta’ żmien twil. (41) Il-Qorti ippreċiżat li l-Kummissjoni hija obbligata “li tagħmel analiżi kompleta tal-elementi kollha pertinenti tal-proċedura kkuntestata u tal-kuntest tagħha” sabiex tkun taf jekk l-Istat aġixxiex kif kien jagħmel investitur infurmat fl-ekonomija tas-suq. (42).

(241)

Il-Belġju, fir-risposta tieħgu għall-ittra tal-ftuħ, jikkunsidra li d-deċiżjoni ta’ SNCB li titlob lil IFB li tneħħi l-investiment tagħha fis-sussidjarji Franċiżi tal-grupp, u wkoll id-deċiżjoni ta’ SNCB li titlob lil IFB li tagħmel ristrutturazzjoni u tkompli l-attivitajiet tagħha fil-Belġju, jikkorrispondu għal deċiżjonijiet li kien jieħu investitur privat fl-ekonomija tas-suq.

(242)

Il-Kummissjoni tikkunsidra madankollu li l-kwistjoni pertinenti mhix li wieħed ikun jaf jekk IFB, bid-diżinvestiment tas-sussidjarji tagħha fi Franza u bir-ristruttrurazzjoni u t-tkomplija tal-attivitajiet tagħha fil-Belġju, ġabitx ruħha bħal investitur fl-ekonomija tas-suq, imma li jsir jaf jekk id-deċiżjoni ta’ SNCB li tiffinanzja dawn iż-żewġ miżuri hijiex deċiżjoni li kien jieħu investitur privat.

(243)

Fl-2002/2003, SNCB kellha għalhekk tiddeċiedi jekk, globalment, kienx orħos li tiffinanzja r-ristrutturazzjoni ta’ IFB (li jimplika d-diżinvestiment tas-sussidjarji fi Franza u t-tkomplija tal-attivitajiet fil-Belġju) jew jekk kienx orħos li tillikwida l-IFB. Il-Kummissjoni għandha bħala prattika kostanti li tikkunsidra li investitur privat kie ikompli l-attività ta’ sussidjarja, jekk tqabbil bejn l-ispejjeż ta’ likwidazzjoni tas-sussidjarja u l-ispejjeż ta’ ristrutturazzjoni tas-sussidjarja juri li l-ispejjeż tal-likwidazzjoni jaqbżu lill-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni. (43).

(244)

Jaqbel għalhekk li l-ewwel tiġi stabbilita l-ispiża, għal SNCB ta’ kull wieħed minn dawn iż-żewġ xenarji, ir-ristrutturazzjoni u l-likwidazzjoni ta’ IFB.

4.1.2.1.   L-ispiża għar-ristrutturazzjoni ta’ IFB

(245)

Fl-ewwel xenarju, SNCB tiddedika EUR 95,3 miljun ta’ finanzjament għar-ristrutturazzjoni ta’ IFB, taħt il-forma ta’ rifjut għas-salvataġġ tad-dejn li huwa mbiddel f’kapital. Fit-tmiem tar-ristrutturazzjoni, din ikollha 100 % minn intrapriża li l-valur tagħha huwa stmat EUR 31 miljun, imma li għandha proviżjonijiet ta’ EUR 34,2 miljun, u EUR 15-il miljun ta’ dejn finanzjarju (minbarra dejn lil SNCB), u li għalhekk għandha valur ta’ intrapriża nett ta’ - EUR 18-il miljun. Il-Kummissjoni tikkunsidra din l-istima, bbażata fuq metodi magħrufa, bħala realista.

(246)

Il-Kummissjoni tqis li b’konsegwenza, fl-ipoteżi ta’ bejgħ ta’ IFB, SNCB kienet tikseb biss prezz ta’ bejgħ negattiv.

4.1.2.2.   Spiża ipotetika għal-likwidazzjoni ta’ IFB

(247)

F’tieni xenarju, SNCB tirrinnunċja wkoll għas-salvataġġ tal- EUR 95 miljun tad-dejn tagħha. Il-Belġju jqis li, barra minn dan, fuq il-bażi tal-elementi disponibbli fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ qafas fis-7 ta’ April 2003, il-likwidazzjoni tal-attivitajiet Belġjani ta’ IFB kienet tobbliga lil SNCB biex issostni spiża supplementari bejn EUR 70,6 u EUR 1618 miljun. Dan l-ammont jikkorrispondi għas-somom li normalment setgħu jiġu rkuprati permezz tal-likwidazzjoni tal-assi (EUR 37,5 miljun), li minnhom jitnaqqsu l-ispejjeż li jintnefqu mil-likwidazzjoni tal-obbligazzjonijiet ta’ IFB (EUR 67 sa EUR 769 miljun) u n-nefqa tal-persunal ta’ SNCB li sar eċċessiv (EUR 41,1 sa EUR 122,4 miljun) wara l-waqfien tal-attivitajiet ta’ IFB.

(248)

Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ din l-analiżi. L-ewwelnett, hi tikkuntesta li SNCB kien ikollha tħallas l-obbligazzjonijiet kollha ta’ IFB. It-tieninett hi tikkuntesta l-ammont ta’ eċċess soċjali kkalkulat mill-Belġju.

Ir-responsabbiltà ta’ SNCB għall-obbligazzjonijiet ta’ IFB

(249)

Kuntrarju għal dak li jaħseb il-Belġju, il-fatt li IFB kellha assi netti (valur ta’ rkupru tal-assi mnaqqsa bil-valur tal-obbligazzjonjiet kontinġenti) negattivi ma jfissirx li f’każ ta’ falliment, SNCB kien ikollha ssostni surplus tal-obbligazzjonijiet korrispondenti. Fil-fatt, il-Kummissjoni tfakkar li, fil-prinċipju soċjetà bħal IFB tirrispondi għall-obbligi tagħha bil-patrimonju soċjali tagħha stess. Ir-responsabbiltà tal-azzjonisti għall-obbligi tas-soċjetà normalment ma jmurx lil hinn mill-kapital soċjali ta’ din, u għalhekk ma jaffetwax il-partimonji tal-istess azzjonisti differenti. Huwa biss f’każijiet eċċezzjonali u f’kundizzjonijiet tassew stretti li ċerti leġiżlazzjonijiet nazzjonali jistipulaw il-possibbiltà għal partijiet terzi li jduru fuq l-azzjonisti. (44).

(250)

Fl-ipoteżi ta’ falliment ta’ IFB, SNCB kienet għalhekk titlef il-kapital soċjali tagħha, imma ma kienx ikollha tħallas lura lill-kredituri l-oħra ta’ IFB. A priori, il-prezz tal-falliment ta’ IFB għal SNCB li taġixxi bħala azzjonista kien għalhekk ikun ta’ żero, u mhux ta’ bejn EUR 29,5 u EUR 39,4 miljun bħal ma jsostnu l-awtoritajiet Belġjani.

(251)

Fil-prattika tad-deċiżjonijiet tagħha, il-Kummissjoni tagħraf madankollu li intrapriża li tkun fis-sitwazzjoni ta’ SNCB setgħet kienet obbligata li ssostni spejjeż taħt kapaċitajiet oħra minbarra taħt il-kapaċità ta’ azzjonista. (45) F’dan il-każ, l-ispejjeż huma partikolarment dawn li ġejjin:

Bħala kreditur, SNCB kienet titlef is-self tagħha lil IFB, tal-anqas fil-proporzjon tal-parti tagħha fl-obbligazzjonijiet ta’ IFB mhux koperti mill-assi; il-Kummissjoni tista’ taċċetta li, meta jitqies ir-rwol ta’ SNCB fil-likwidazzjoni ta’ IFB dan ir-riskju jista’ jiġi stmat sa l-ammont totali tad-dejn li SNCB għandha fuq IFB, jiġifieri EUR 95 miljun;

bħala mother company, il-Kummissjoni tista’ taċċetta li, biex issalva r-reputazzjoni tagħha, kien ikun aħjar għal SNCB li tieħu lura parti mid-dejn mhux imħallas lill-fornituri ta’ IFB li huma wkoll fornituri ta’ SNCB.

(252)

Jaqbel għalhekk li jiġi stmat li l-ammont massimu li SNCB setgħet titwassal biex issostni dan. F’dan ir-rigward, il-Belġju jistima hu stess li spejjeż addizjonali sostnuti minn SNCB għal din ir-raġuni ma kellhomx jaqbżu t- EUR 13-il miljun. Fil-verità, l-ispejjeż addizjonali reali setgħu jkunu inferjuri, għax il-kredituri ta’ IFB kienu l-ewwel jirkupraw parti mis-self tagħhom mil-likwidazzjoni ta’ IFB, u ma kinux ikunu jitħallsu minn SNCB sal-limitu tal-bilanċ. Dan l-ammont ta’ EUR 13-il miljun għalhekk għandu jiġi kkunsidrat bħala limitu massimu.

L-ammont ta’ spejjeż addizjonali soċjali għal SNCB

(253)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li fil-prinċipju, investitur privat fl-ekonomija tas-suq, li jrid jiddeċiedi bejn il-finanzjament tar-ristrutturazzjoni tal-kumpannija sussidjarja tiegħu u l-likwidazzjoni tagħha, jista’ jitwassal biex jikkunsidra n-nefqa biex inaqqas il-persunal tagħha, jekk dan it-tnaqqis tal-persunal ikun konsegwenza diretta u inevitabbli tal-falliment tas-sussidjarja.

(254)

Il-Belġju wasal għal-konklużjoni li l-falliment ta’ IFB kien iħalli lil SNCB b’persunal żejjed ta’ 530 impjegat, li 50 minnhom kienu sekondati ma’ IFB, u li 480 minnhom kienu impjegati ma’ SNCB għall-attivitajiet li t-tkomplija tagħhom kienet tiddependi mill-attivitajiet ta’ IFB. It-tnaqqis tall-persunal ta’ SNCB b’530 impjegat kienet toħloq spejjeż ta’ EUR 122,4 miljun, jiġifieri 230 000 għal kull impjegat. Id-dettalji ta’ dan il-kakolu huma spejgati fil-parti 3 ta’ din id-deċiżjoni.

(255)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li mhuwiex realistiku li wieħed iqis li SNCB kienet setgħet biss tirkupra 21 % tat-traffiku ġġenerat qabel minn IFB. L-ewwelnett, kif jagħraf il-Belġju fir-risposta tiegħu għad-deċiżjoni tal-ftuħ, is-swieq li fuqhom hija attiva qed jikbru (tkabbir ta’ 11 % għat-trażbord ta’ merkanzija, tkabbir ta’ 12 % għat-trasport kumbinat). Għalhekk, kien jidher probabbli li l-kompetituri ta’ IFB kienu jixtru l-assi ta’ IFB, sabiex ikomplu l-attivitajiet tagħha.

(256)

F’din l-ipoteżi, ix-xerrej ta’ IFB kien ikollu bżonn servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija bil-ferrovija. Minħabba l-pożizzjoni tassew b’saħħitha ta’ SNCB fuq is-suq tat-trasport internazzjonali tal-merkanzija li titlaq mill-Belġju, u l-monopolju tagħha (sa l-1 ta’ Jannar 2007) fuq is-suq tat-trasport nazzjonali tal-merkanzija fil-Belġju, Il-Kummissjoni tqis li x-xerrej ta’ IFB kien jagħżel, tal-anqas għal parti importanti tal-bżonnijiet tiegħu, lil SNCB bħala trasportatur bil-ferrovija. Għalhekk, anke fl-ipoteżi ta’ falliment ta’ IFB, SNCB setgħet tirkupra parti tassew kbira mit-traffiku bil-ferrovija tagħha li kien iġġenerat minn IFB.

(257)

Barra minn dan, il-Kummissjoni tosserva li s-swieq tat-trasport bil-ferrovija qed jikbru. Għalhekk, jidher raġonevoli li wieħed jassumi li SNCB setgħet tikber bl-istess rata mgħaġġla bħas-suq, li kien jippermettilha li terġa’ tintegra bis-sħiħ lill-50 impjegat sekondat ma’ IFB.

(258)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Belġju ma għarafx juri b’mod konvnċenti li SNCB kien ikollha persunal żejjed ta’ 480 impjegat fl-ipoteżi ta’ falliment ta’ IFB, u li din ma kinitx tkun tista’ terġa’ tintegra lill-50 impjegat sekondat ma’ IFB.

(259)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni trażmessa mill-Belġju, il-Kummissjoni tikkunsidra li, fit-tieni xenarju, SNCB tirrinunċja wkoll (bħal fl-ewwel xenarju) għal-irkuprar tad-dejn tagħha fil-limitu massimu ta’ EUR 95,3 miljun u ssostni barra minn dan nefqa massima ta’ EUR 13-il miljun.

4.1.2.3.   Konklużjoni

(260)

Billi SNCB irrifjutat, fiż-żewġ xenarji għas-self tagħha fuq IFB, aktar minn EUR 95,3 miljun, il-Belġju ma weriex li bl-għażla tal-ewwel xenarju (l-iffinanzjar tar-ristrutturazzjoni), li wassal biex SNCB iżżomm intrapriża li l-valur tagħha huwa negattiv u stmat għal -EUR 18-il miljun, SNCB għamlet għażla ekonomikament infurmata meta mqabbla mat-tieni xenarju ta’ likwidazzjoni, fejn l-uniċi eċċessi ippruvati fil-qafas ta’ din il-proċedura huma stmati għal massimu ta’ EUR 13-il miljun.

(261)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Belġju ma weriex li SNCB aġixxiet bħal investitur privat fl-ekonomija tas-suq meta ħadet id-deċiżjoni, li tista’ tiġi attribwita lill-Istat Belġjan, li tiffinanzja r-ristrutturazzjoni u t-tkomplija tal-attivitajiet ta’ IFB fil-Belġju u d-disinvestiment tal-attivitajiet ta’ IFB fi Franza.

4.1.3.   It-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u t-twettiq ta’ skambji bejn l-Istati Membri

(262)

Il-Kummissjoni trid tanalizza s-sitwazzjoni tas-suq konċernat u l-partijiet tas-suq tal-benefiċjarji fuq dan is-suq, kif ukoll l-impatt li l-appoġġ finanzjarju ser ikollu fuq is-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni (46).

(263)

F’dan il-każ, l-appoġġ finanzjarju ngħata lil intrapriża attiva fuq swieq miftuħa għall-kompetizzjoni, li tinsab f’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni ma’ kompetituri oħra li ġejjin minn diversi Stati Membri, kif muri fit-2 parti ta’ din id-deċiżjoni. L-appoġġ finanzjarju jgħawweġ jew jhedded li jgħawweġ għalhekk il-kompetizzjoni, u jhedded li jaffetwa jew jaffetwa l-iskambji bejn l-Istat Membri.

(264)

Il-gvern Belġjan, fl-ittra ta’ risposta tiegħu għall-bidu tal-proċedura, jikkuntesta li dawn iż-żewġ kriterji tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 87, huma sodisfatti, għax il-Kummissjoni ma ppreżentat l-ebda prova li tistabbilixxi tali tgħawwiġ tal-kompetizzjoni.

(265)

Il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet Belġjani dwar il-fatt li l-paragrafu 1 tal-Artikolu 87, jirreferi għal theddid ta’ tgħawwiġ. Għalhekk, il-Kummissjoni m’għandhiex tagħti prova ta’ tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, imma trid tispjega b’mod ir-riskju ta’ tali tgħawwiġ, dak li hija għamlet fl-ittra tal-ftuħ (il-punti 212 u 213) kif ukoll f’din id-deċiżjoni.

4.1.4.   Konklużjoni: preżenza ta’ għajnuna mill-Istat

(266)

Biex tikkonkludi, l-Kummissjoni tikkunsidra li l-finanzjament minn SNCB għar-ristrutturazzjoni ta’ IFB (fil-Belġju) u tat-twaqqif tal-attivitajiet tagħha fi Franza, taħt il-forma ta’ tibdil f’kapital ta’ dejn ta’ aktar minn EUR 95,3 miljun, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

4.2.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna

(267)

Il-punt c) tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 87 tat-Trattat jistipula li “tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni”.

(268)

L-għajnuna mogħtija mill-Belġju permezz ta’ SNCB tista’ tkun kompatibbli mas-suq komuni skont il-punt c) tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 87, hekk kif interpretat mil-Kummissjoni fil-linji gwida tagħha tal-1999 u tal-2004.

4.2.1.   Kompatibbiltà bħala għajnuna ta’ salvataġġ

(269)

Huma biss il-miżuri li jikkostitwixxu għajnuna ta’ flus li jistgħu jkunu kompatibbli bħala għajnuna għal salvataġġ. F’dan il-każ, l-għajnuna ta’ flus huma l-għotja ta’ żmien għal ħlas, il-faċilità ta’ kreditu u l-ħlas bil-quddiem li jista’ jiġi rkuprat.

(270)

Sa mill-bidu, tqum il-mistoqsija li wieħed ikun jaf liema verżjoni tal-linji ta’ gwida hija applikabbli. L-aħħar verżjoni ta’ dawn il-linji gwida daħlet fis-seħħ fl-10 ta’ Ottubru 2004. Din tindika fil-punt 7 “data tal-applikazzjoni u tul ta’ żmien”:

“(102)

Il-Kummissjoni ser tapplika dawn il-linji gwida mill-10 ta’ Ottubru 2004 u sad-9 ta’ Ottubru 2009.

(103)

In-notifiki rreġistrati mil-Kummissjoni qabel l-10 ta’ Ottubru 2004 ser ikunu eżaminati taħt il-kriterji fis-seħħ fil-mument tan-notifika.

(104)

Il-Kummissjoni ser teżamina l-kompatibbiltà mas-suq komuni ta’ kull għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturazzjoni mogħtija mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħha u għalhekk fi vjolazzjoni tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 88, tat-trattat dwar il-bażi ta’ dawn il-linji gwida jekk l-għajnuna, jew parti minnha, tkun ingħatat wara l-pubblikazzjoni tagħhom f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fil-każijiet l-oħra kollha din ser agħmel teżami fuq il-bażi tal-linji gwida applikabbli fil-mument tal-għotja tal-għajnuna.”

(271)

L-għajnuna fi flus ingħatat fis-7 ta’ April 2003, permezz tal-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ qafas bejn IFB u SNCB. L-għotja saret mingħajr notifika preċedenti lill-Kummissjoni, u għalhekk bi vjolazzjoni tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 88 tat-Trattat. L-għarfien tal-kompatibbiltà tagħhom bħala għajnuna ta’ salvataġġ għalhekk ser issir fuq il-bażi tal-linji gwida tal-1999.

(272)

Il-punt 23 tal-linji gwida tal-1999 jiddefinixxi l-ħames kundizzjonijiet li ġejjin sabiex għajnuna ta’ salvataġġ tista’ tkun kompatibbli mas-suq komuni:

“L-għajnuna ta’ salvataġġ trid:

a)

tikkonsisti f’għajnuna ta’ flus f’forma ta’ garanziji ta’ kreditu jew ta’ kreditu. Fiż-żewġ każijiet ta’ figuri, il-kreditu jrid jiġi sottomess għal rata a’ l-anqas komparabbli mar-rati osservati għal self lil intrapriżi b’saħħithom u partiklarment għal rati ta’ referenza adottati mill-Kummissjoni;

b)

tkun marbuta ma’ kreditu li ż-żmien għal ħlas lura tiegħu wara li l-intrapriża tingħata l-aħħar għotja tas-somom imsellfa ma jaqbiżx it-tnax-il xahar; il-ħlas lura tas-self marbut mal-għajnuna għas-salvataġġ jista’ eventwalment jiġi kopert mill-għajnuna għar-ristrutturazzjoni li tkun awtorizzata wkoll mill-Kummissjoni.

c)

tkun ġustifikata minn raġunijiet soċjali akuti u ma jkollhiex effetti gravi ta’ eċċessi (‘spillover’) negattivi fi Stati Membri oħra;

d)

ikollha magħha, matul in-notifika tagħha, impenn tal-Istat Membru li jitrażmetti lill-Kummissjoni, fi żmien sitt xhur li jibdew jgħoddu mill-awtorizzazzjoni tal-għajnuna ta’ salvataġġ, kemm pjan ta’ ristrutturazzjoni, kemm pjan ta’ likwidazzjoni, kemm il-prova li s-self tħallas lura bis-sħiħ u/jew li tkun intemmet il-garanzija;

e)

tillimita ruħha fl-ammont tagħha għal dak li hu neċessarju għall-użu tal-intrapriża (pereżempju, li tkopri l-ispejjeż tas-salarji jew ta’ provvisti kurrenti) matul il-perjodu li għalih hija awtorizzata l-għajnuna”.

(273)

It-tul ta’ żmien għall-ħlas lura stipulat fil-kuntratt ta’ qafas huwa ta’ tnax-il xahar. Madankollu, il-gvern Belġjan informa lill-Kummissjoni li ż-żmien kien ġie mtawwal awtomatikament bejn iż-żewġ partijiet saż-żmien taż-żjieda tal-kapital.

(274)

B’kunsiderazzjoni għal dan l-element, il-Kummissjoni kkunsidrat fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha (il-punti 232 u 233) li l-kriterju tal-punt 23 b) ma kienx sodisfatt u li l-għajnuna ta’ flus ma setgħetx tiġi awtorizzata bħala għajnuna għas-salvataġġ.

(275)

Il-Belġju jikkuntesta din l-istima ġuridika bi tliet argumenti. Dan jikkunsidra l-ewwel li SNCB żammet il-miżuri ta’ salvataġġ bl-uniku għan li tippermetti lill-Kummissjoni li tikkonkludi l-eżami tal-każ NN 9/04. Huwa jipprevali mill-punt 24 tal-linji gwida, li jistipula li awtorizzazzjoni tal-miżuri ta’ salvataġġ tibqa’ valida sakemm il-Kummissjoni tiddeċiedi fuq il-pjan ta’ ristrutturazzjoni. B’konsegwenza ta’ dan, l-awtoritajiet Belġjani jitolbu lill-Kummissjoni biex ma tinvokax iż-żmien tal-proċedura tagħha ta’ approvazzjoni tal-miżuri ta’ salvataġġ biex tqis it-tul ta’ żmien li fih jinżammu dawn il-miżuri, u li tapprova, fuq il-bażi tal-punt 24 tal-linji gwida tal-1999, il-miżuri ta’ salvataġġ sakemm il-Kummissjoni tiddeċiedi fuq il-pjan ta’ ristrutturazzjoni.

(276)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan l-argument mhux pertinenti. Fil-fatt, il-punt 24 tal-linji gwida tal-1999 jindika li “L-awtorizzazzjoni tal-bidu tal-għajnuna għas-salvataġġ tkopri perjodu ta’ massimu ta’ sitt xhur jew, jekk l-Istat Membru jkun ippreżenta pjan ta’ ristrutturazzjoni f’dan iż-żmien, sakemm il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar dan il-pjan. Wara l-awtorizzazzjoni inizjali, u f’każijiet eċċezzjonali ġustifikati kif suppost, il-Kummissjoni tkun tista’ tawtorizza li jittawwal iż-żmien inizjali b’sitt xhur fuq talba tal-Istat Membru”.

(277)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Belġju implimenta l-għajnuna ta’ ristrutturazzjoni fis-7 ta’ April 2003. Iż-żmien ta’ sitt xhur għal-preżentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni għalhekk kien jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2003. Minħabba li l-awtoritajiet Belġjani ttrażmettew il-pjan ta’ ristrutturazzjoni lill-Kummissjoni matul laqgħa tat-12 ta’ Diċembru 2003, dawn ma rrispettawx iż-żmien stipulat mill-punt 24 tal-linji gwida.

(278)

It-tieni argument tal-awtoritajiet Belġjani, skont liema huma pprovdew kull element neċessarju għad-deċiżjoni dwar l-għajnuna ta’ salvataġġ lill-Kummissjoni permezz tal-komunikazzjoni tagħhom tat-12 ta’ Awwissu 2003, l-anqas ma huwa pertinenti. Fil-fatt, il-fatt li l-Kummissjoni talbet informazzjoni supplementari diversi drabi wara juri li l-informazzjoni li pprovda l-Belġju ma kinitx kompleta.

(279)

Fir-rigward tal-argument tal-awtoritajiet Belġjani skont liema l-Kummissjoni qatt ma esprimiet riserva fuq iż-żamma proviżorja tal-miżuri ta’ salvataġġ, huwa biżżejjed li wieħed ifakkar li l-Kummissjoni, fl-ittri tagħha tat-13 ta’ Ottubru 2003 u tas-26 ta’ Jannar 2005, inkludiet in-nota ta’ kawtela li ġejja: il-Kummissjoni tiġbed “l-attenzjoni tal-awtoritajiet Belġjani dwar il-klawżola ta’ sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 88, tat-Trattat KE, stipulat fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) 659/99 tal-Kunsill, li tipprevjeni li titwettaq kwalunkwe għajnuna ġdida qabel ma l-Kummissjoni tieħu, jew ikun magħruf li tkun ħadet, deċiżjoni li tawtorizzaha. Barra minn dan, nippermetti lili nnifsi li nfakkar lill-awtoritajiet Belġjani li l-irkuprar ta’ kwalunkwe għajnuna mwettqa f’kontravenzjoni ta’ din il-klawżola jista’ jintalab mill-banafiċjarju tagħha fit-termini tal-Artikolu 14 ta’ dan ir-regolament”.

(280)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-għajnuna ta’ flus mogħtija minn SNCB lil IFB qabżet iż-żmien ta’ 12-il xahar stipulat fil-punt 23 b) tal-linji gwida tal-1999, u lill-awtoritajiet Belġjani ma ppreżentawx lill-Kummissjoni il-pjan ta’ ristrutturazzjoni fi żmien sitt xhur, kif stipulat fil-punt 24 tal-linji gwida tal-1999. L-għajnuna mogħtija minn SNCB għalhekk ma tistax tiġi awtorizzata bħala għajnuna għas-salvataġġ. Madankollu din tista’ tkun kompatibbli mas-suq komuni bħala għajnuna għar-ristrutturazzjoni.

4.2.2.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni

(281)

Mill-ġdid tqum il-mistoqsija dwar liema verżjoni tal-linji gwida hija applikabbli. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-punt 240), il-Kummissjoni kkunsidrat li SNCB tiddeċiedi li ma tagħtix vantaġġ ġdid lil IFB, u jekk tiġi ppreżentata l-prova li SNCB kienet impenjata li tbiddel id-dejn f’kapital qabel il-pubblikazzjoni tal-linji gwida tal-2004, il-Kummissjoni trid teżamina fid-deċiżjoni finali tagħha l-għajnuna mogħtija minn SNCB lil IFB fuq il-bażi tal-linji gwida tal-1999.

(282)

L-awtoritajiet Belġjani, fir-risposta tagħhom għall-ittra tal-ftuħ, kienu infurmaw lill-Kummssjoni li SNCB kienet irrinunċjat għall-kontribuzzjoni minħabba l-holding tagħha fis-soċjetà TRW lil IFB, u tirtira n-notifika tagħha tat-28 ta’ Frar 2005. Għalhekk, il-Kummissjoni tinnota li SNCB iddeċidiet li ma tatix vantaġġ ġdid lil IFB, imma li tillimita rużha li tbiddel id-dejn tagħha f’kapital.

(283)

Jaqbel li jkun determinat jekk SNCB impenjatx ruħha biex tbiddel id-dejn tagħha f’kapital qabel il-pubblikazzjoni tal-linji gwida tal-2004. L-awtoritajiet Belġjani, fir-risposta tagħhom għall-ittra tal-ftuħ, urew li fil-liġi tal-Belġju l-impenn ta’ SNCB li tbiddel id-dejn tagħha f’kapital kien ċert sa mis-7 ta’ April 2003, il-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ qafas, u l-fatt li dan l-impenn kien illimitat bil-kundizzjoni ta’ sospensjoni, jiġifieri n-notifika lill-Kummissjoni u l-approvazzjoni mill-Kummissjoni, ma kellux bħala konsegwenza li jneħħi l-karattru ċert u definittiv ta’ dan l-impenn. Fil-fatt, kif intwera mill-awtoritajiet Belġjani, jekk din il-kundizzjoni ta’ sospensjoni, hija sodisfatta, dan għandu effett retroattiv. L-impenn ta’ SNCB li tbiddel id-dejn tagħha f’kapital huwa għalhekk ċert sa mis-7 ta’ April 2003.

(284)

La ż-żewġ kundizzjonijiet ġew sodisfatti, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm lok għall-applikazzjoni tal-linji gwida tal-1999 għal dan il-każ. Din il-konklużjoni hija konformi l-ewwelnett għall-analiżi ppreżentata fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-punt 240), fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li:

“[…] jekk SNCB tiddeċiedi li ma tatix il-vantaġġ ġdid lil IFB, u jekk kien ġie ppruvat li SNCB kienet impenjat ruħha biex tbiddel id-dejn tagħha f’kapital qabel il-pubblikazzjoni tal-linji gwida tal-2004, il-Kummissjoni trid teżamina, fid-deċiżjoni finali tagħha, l-għajnuna mogħtija minn SNCB lil IFB fuq il-bażi tal-linji gwida tal-1999” (47).

(285)

Sabiex tkun tista’ tibbenefika minn għajnuna għar-ristrutturazzjoni, intrapriża trid l-ewwel tkun eliġibbli għall-applikazzjoni tal-linji gwida. Biex tkun eliġibbli, intrapriża trid tkun tinsab f’diffikultà. Il-linji gwida tal-1999 jindikaw f’dan ir-rigward (il-punti 4 u 5):

“(4)

[…] Il-Kummissjoni tikkunsidra […] li intrapriża tinsab f’diffikultà fis-sens ta’ dawn il-linji gwida meta din ma tkunx kapaċi, bir-riżorsi finanzjarji tagħha stess jew bir-riżorsi li huma lesti li jtuha l-propjetarji/azzjonisti tagħha u l-kredituri tagħha, li tħassar it-telf li jwassluha, fin-nuqqas ta’ intervent esterjuri pal-poteri pubbliċi, lejn mewta ekonomika kważi ċerta f’terminu qasir jew medju.

(5)

Partikolarment, intrapriża hija fi kwalukwe każ, u jkun xi jkun id-daqs tagħha, kkunsidrata bħala f’diffikultà għall-fini ta’ dawn il-linji gwida:

a)

jekk qed nitkellmu dwar soċjetà li l-assoċjati tagħha għandhom responsabbiltà limitata, meta aktar min-nofs tal-kapital tagħha sottoskritt ikun spiċċa u aktar minn kwart ta’ dan il-kapital ikun intilef matul l-aħħar tnax-il xahar.”

(286)

Kif diġà ntwera fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-punt 225), il-kontijiet annwali ta’ IFB tal-2002 juru kapital sottoskritt ta’ EUR 48 miljun u telf kurrenti qabel it-taxxa ta’ EUR 50 miljun. Għalhekk, il-kapital soċjali kien sparixxa meta SNCB iddeċidiet, f’April 2003, li tati għajnuna. Minħabba li aktar min-nofs tal-kapital sottoskritt li sparixxa f’dan iż-żmien, u aktar minn kwart minnu matul l-aħħar tnax-il xahar, IFB hija intrapriża f’diffikultà fis-sens tal-punti 4 u 5 tal-linji gwida.

(287)

Barra minn dan, l-intrapriża ma tridx tkun għadha kif ġiet maħluqa. Il-linji gwida tal-1999 jindikaw għal dan il-punt (il-punt 7).

“(7)

Għall-fini ta’ dawn il-linji gwida, intrapriża li għadha kif ġiet magħluqa mhix eliġibbli għall-għajnuna ta’ salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni, anke jekk il-pożizzjoni finanzjarja inizjali tagħha hija prekarja. Dan huwa partikolarment il-każ meta l-intrapriża ġdida tkun ħarġet mil-likwidazzjoni ta’ intrapriża li kienet teżisti qabel, jew mit-teħid mill-ġdid tal-assi tagħha.”

(288)

Kif ġie deskritt fil-parti 2 ta’ din id-deċiżjoni, IFB inħolqot fl-1 ta’ April 1998, permezz tal-għaqda tas-soċjetà FerryBoats SA mas-soċjetà InterFerry SA, u l-kontribuzzjoni tad-dipartiment “ferrovija” tas-soċjetà Edmond Depaire SA lill-entità amalgamata. Fl-ittra tal-ftuħ (il-punti 218 sa 223), il-Kummissjoni esprimiet dubji fuq il-punt kif wieħed ikun jaf jekk l-intrapriża l-ġdida IFB kinitx qed tkompli l-personalità ġuridika ta’ waħda minn dawn it-tliet soċjetajiet, jew jekk din ġietx maħluqa mill ġdid fl-1998.

(289)

Fir-risposta tagħhom għall-ittra tal-ftuħ, l-awtoritajiet Belġjani stabilixxew li IFB ser tkompli l-personalità ġuridika ta’ FerryBoats SA, li kienet ġiet irreġistrata fl-1923. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li IFB mhix intrapriża li nħolqot mill-ġdid fis-sens tl-punt 7 tal-linji gwida tal-1999.

(290)

Il-punt 3.2.2 tal-linji gwida tal-1999 iħabbar il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ għajnuna għar-ristrutturazzjoni. Il-kundizzjonijiet huma dawn li ġejjin:

il-pjan ta’ ristrutturazzjoni jrid jippermetti li terġa’ tiġi stabbilita mill-ġdid, fi żmien raġonevoli, il-vijabbiltà għal tul ta’ żmien tal-intrapriża;

iridu jittieħdu miżuri biex jittaffew, safejn hu possibbli, il-konsegwenzi mhux favorevoli tal-għajnuna għal kompetituri;

l-għajnuna trid rkun illimitata għall-minimu strett neċessarju biex tippermetti r-ristrutturazzjoni;

il-Kummissjoni trid tkun f’pożizzjoni sabiex tassigura ruħha tat-twettiq tajjebtal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, permezz ta’ rapporti regolari u dettaljati;

l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni tista’ tingħata darba waħda biss.

4.2.2.1.   Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni li jerġa jistabbilixxi l- vijabbiltà ekonomika tal-intrapriża

(291)

F’dak li jirrigwarda l-pjan ta’ ristrutturazzjoni li jerġa’ jistabbilixxi l-vijabbiltà ekonomika tal-intrapriża, il-linji gwida tal-1999 jindikaw li:

“(31)

L-għotja tal-għajnuna hija kkundizzjonata skont l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni li jkun ġie, għall-għajnuna individwali kollha, validat mill-Kummissjoni.

(32)

Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni, li t-tul ta’ żmien tiegħu jrid ikun limitat kemm jista’ jkun, irid jippermetti li terġa’ tiġi stabbilita, fi żmien raġonevoli, l-vijabbiltà għal tul ta’ żmien tal-intrapriża, fuq il-bażi ta’ ipoteżi realistiċi rigward il-kundizzjonijiet ta’ użu futuri. L-għajnuna għar-ristrutturazzjoni għalhekk trid tintrabat ma’ pjan vijabbli ta’ ristrutturazzjoni, li fuqha jimpena ruħu l-Istat Membru. Dan il-pjan irid ikun ippreżentat lill-Kummissjoni flimkien ma’ kull preċiżazzjoni neċessarja, partikolarment studju tas-suq. It-titjib tal-vijabbiltà jrid jirriżulta primarjament mill-miżuri interni stipulati fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni. Din ma tistax tkun ibbażata fuq fatturi esterni, li fuqhom l-intrapriża ma tistax ikollha effett, bħalma huma l-varjazzjonijiet tal-prezz jew fit-talba, jew jekk l-ipoteżijiet ippreżentati dwar l-evoluzzjoni tas-suq ikunux milqugħa b’mod ġenerali. Ristrutturazzjoni trid timplika li l-abbandun tal-attivitajiet, li, anki wara r-ristrutturazzjoni, jibqgħu juru defiċit fl-istruttura tagħhom.

(33)

Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi li jkunu ħolqu d-diffikultajiet tal-intrapriża, u dan jippermetti li tiġi stmata l-evalwazzjoni dwar jekk il-miżuri proposti ġewx adottati. Dan jikkunsidra b’mod partikolari s-sitwazzjoni u l-evoluzzjoni prevedibbli tal-offerta u tat-talba fis-suq tal-prodotti konċernati, b’xenarji li jittraduċu ipoteżijiet ottimisti, pessimisti u medji kif ukoll is-saħħa u d-djufija speċifiċi tal-intrapriża. Dan jippermetti tranżizzjoni għall-intrapriża lejn struttura ġdida li ttiha perspettivi ta’ vijabbiltà għal tul ta’ żmien u l-possibbiltà li din tiffunzjona bir-riżorsi tagħha stess.

(34)

Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni jrid jipproponi bidla fl-intrapriża sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tkopri, ladarba titlesta r-ristrutturazzjoni, l-ispejjeż tagħha kollha, inkluż l-ispiża ta’ deprezzament u t-tariffi finanzjarji. Il-profitti li jittieħdu mill-istess kapitali tal-intrapriża ristrutturata trid tkun suffiċjenti biex tippermettilha li taffaċċja l-kompetizzjoni billi ma tibbażax biss fuq il-forzi tagħha”.

(292)

Il-Kummissjoni kkonkludiet fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha (il-punti 242 sa 247) li l-Belġju kien ippreżenta pjan ta’ ristrutturazzjoni li kien jissodisfa l-kriterji stipulati fil-linji gwida, u għalhekk ma esprimietx dubji rigward dan il-kriterju. Wara l-bidu tal-proċedura, il-Kummissjoni ma rċevietx kummenti minn partijiet interessati li kkuntestaw din id-deċiżjoni.

(293)

Il-Kummissjoni tosserva li l-intrapriża IFB għarfet turi l-vijabbiltà ekonomika tagħha kemm fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni tagħha, ippreżentat fl-2003, u kemm fir-riżultati li kisbet minn dak iż-żmien. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li, bħal fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-punt 271), il-kriterju “l-pjan ta’ ristrutturazzjoni kien jerġa’ jistabbilixxi l-vijabbiltà ekonomika tal-intrapriża” huwa sodisfatt.

(294)

Madankollu, kif jirriżulta mill-punt 290 ta’ din id-deċiżjoni, il-pjan ta’ ristrutturazzjoni li jistabbilixxi l-vijabbiltà ekonomika tal-intrapriża mhix kundizzjoni suffiċjenti; huwa neċessarju wkoll li jiġi stabbilit li l-għajnuna ma twassalx għal tgħawwiġ ta’ kompetizzjoni mhux neċessarju.

4.2.2.2.   Il-prevenzjoni ta’ tgħawwiġ ta’ kompetizzjoni mhux neċessarju

(295)

F’dak li jikkonċerna l-prevenzjoni ta’ tgħawwiġ ta’ kompetizzjoni mhux neċessarju, il-linji gwida tal-1999 jindikaw (il-punti 35 sa 39):

“(35)

Iridu jittieħdu miżuri biex jittaffew, safejn ikun possibbli, l-konsegwenzi mhux favorevoli tal-għajnuna għall-kompetituri. Jekk dan ma jseħħx, l-għajnuna trid tiġi kkunsidrata bħala ‘kontra l-interess komuni’ u għalhekk inkompatibbli mas-suq komuni.

(36)

Din il-kundizzjoni tittraduċi ruħha, l-aktar spiss, permezz ta’ limitazzjoni tal-preżenza li l-intrapriża tista’ tieħu fuq is-suq jew is-swieq tagħha fit-tmiem tal-perjodu ta’ ristrutturazzjoni. Jekk is-suq imsemmi huwa negliġibbli fir-rigward tal-Komunità u taż-ŻEE, jew jekk il-parti jew partijiet tas-suq li għandha l-intrapriża huma negliġibbli, irid ikun stmat li m’hemmx tgħawwiġ mhux neċessarju tal-kompetizzjoni. Għalhekk, irid jiġi kkunsidrat li din il-kundizzjoni ma tapplikax fil-prinċipju għall-intrapriżi żgħar u medji, ħlief jekk dispożizzjonijiet settorjali fir-regoli tal-kompetizzjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat jistipulaw il-kuntrarju.

(37)

Il-limitazzjoni jew it-tnaqqis forzat tal-preżenza fuq is-suq jew is-swieq in kwstjoni li fihom topera l-intrapriża tirrappreżenta kontroparti għall-kompetituri. Din il-kontroparti trid tkun relatata mal-effetti tat-tgħawwiġ ikkawżati mill-għajnuna, u partikolarment meta tkun relatata mal-piż relattiv tal-intrapriża fuq is-suq jew swieq tagħha. Il-Kummissjoni tiddetermina l-firxa tagħha fuq il-bażi tal-investigazzjoni tas-suq flimkien mal-pjan ta’ ristrutturazzjoni u, meta l-proċedura tkun inbdiet, fuq il-bażi tal-elementi tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet li jintervjenu. It-tnaqqis tal-preżenza tal-intrapriża huwa implimentat permezz tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni u l-kundizzjonijiet li jistgħu jiġu marbuta miegħu.

(38)

Tnaqqis fil-bżonn tal-kontropartijiet jista’ jiġi maħsub jekk dan it-tnaqqis jew limitazzjoni jirriskjaw li jwasslu għal deterjorament evidenti tal-istruttura tas-suq, pereżempju billi jkollu bħala effett indirett li joħloq monopolju jew sitwazzjoni ta’ oligopolija stretta.

(39)

Il-kontropartijiet jistgħu jieħdu forom differenti, skont jekk l-intrapriża toperax jew le f’suq b’kapaċità għolja. […]”

(296)

Qabel id-deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet Belġjani kienu spjegaw li, sabiex itaffu, safejn hu possibbli, il-konsegwenzi mhux favorevoli tal-għajnuna għall-kompetituri, IFB kienet ħadet żewġ miżuri:

l-irtirar tal-attivitajiet tagħha ta’ trażbord fi Franza

l-għeluq tat-terminal ta’ Bressoux fil-Belġju u l-bejgħ tal-holdings fit-terminali fi Brussell u f’Zeebrugge fil-Belġju

(297)

Il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha (il-punti 252 sa 265), esprimiet dubji fir-rigward tal-kwistjoni jekk il-miżuri kinux biżżejjed biex itaffu, safejn hu possibbli, il-konsegwenzi mhux favorevoli tal-għajnuna għall-kompetituri. Dawn id-dubji jikkonċernaw iż-żewġ setturi li fihom IFB kienet qed tkompli l-attività tagħha, jiġifieri s-suq tat-trażbord ta’ merkanzija Belġjan u s-suq tal-loġistika Belġjan.

a)    Is-suq ta’ trażbord ta’ merkanzija Belġjan

(298)

Iż-żewġ miżuri msemmija fl-ittra tal-ftuħ (il-punt 260) jikkonċernaw is-suq tat- trażbord ta’ merkanzija Belġjan. Fl-ittra tal-ftuħ (il-punti 262 sa 264), il-Kummissjoni esprimiet dubji fuq il-punt li wieħed ikun jaf jekk dawn il-miżuri kinux biżżejjed, partikolarment minħabba l-fatt li s-soċjetà TRW, fejn kien maħsub li SNCB ser tati l-holding tagħha lil IFB, żammet holdings importanti fit-terminali ta’ Brussell u ta’ Zeebrugge, u li IFB għandha holdings minuri f’numru importanti ta’ terminali Belġjani.

(299)

Il-gvern Belġjan, fir-risposta tiegħu għall-ittra tal-ftuħ, jippreżenta diversi argumenti biex jirribatti d-dubji tal-Kummissjoni. Huwa jenfasizza l-ewwelnett li IFB rat tkabbir anqas importanti mis-suq (4,1 % ta’ tkabbir għal IFB, 10,7 % ta’ tkabbir għat-terminali fil-port ta’ Anvers, 12 % ta’ tkabbir għat-terminali fir-reġjun ARA). Il-Kummissjoni tikkunsidra li din l-informazzjoni supplementari tippermetti li wieħed jikkonkludi li l-piż ta’ IFB fuq is-suq ġie mnaqqas wara l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni.

(300)

Wara, il-Belġju wera li IFB kienet naqqset il-kapaċità tagħha fuq is-suq tat- trażbord ta’ merkanzija minn 1,5 miljun TEU fl-2002 għal 1,1 miljun TEU fit-tmiem tal-2005. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan it-tnaqqis fil-kapaċità jikkostitwixxi miżura attenwanti importanti.

(301)

Fl-aħħarnett, il-Belġju informa lill-Kumissjoni li l-kontribuzzjoni ta’ TRW lil IFB ma kienx ser iseħħ. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan l-aħħar tibdil huwa importanti, minħabba li dan għandu l-konsegwenza li l-għeluq ta’ Bressout u l-bejgħ tal-holdings fi Brussell u Zeebrugge iwasslu għal tnaqqis reali tal-preżenza ta’ IFB fuq is-suq Belġjan tat-trażbord tal-merkanzija.

(302)

Meta jitqiesu dawn l-argumenti, u jiġi meqjus il-fatt li l-parti tas-suq ta’ IFB hija mnaqqsa, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Belġju ta l-prova li ttieħdu miżuri suffiċjenti biex jittaffew, safejn hu possibbli, il-konsegwenzi mhux favorevoli tal-għajnuna għall-kompetituri fis-settur tat- trażbord ta’ merkanzija.

b)    Is-suq tal-loġistika Belġjan

(303)

Fl-ittra tal-ftuħ tagħha (il-punti 257 sa 259), il-Kummissjoni nnutat li l-miżuri proposti ma jikkonċernawx is-suq tal-loġistika. Il-Kummissjoni kkunsidrat għalhekk li n-nuqqas ta’ miżuri proposti għas-suq tal-loġistika, kif ukoll il-fatt li s-suq jinstab f’bidla sħiħa u l-fatt li IFB setgħet iżżid il-volum tagħha b’mod importanti, bil-ħolqien ta’ dubji dwar il-mistoqsija li wieħed ikun jaf jekk il-Belġju kienx illimita, safejn kien possibbli, l-konsegwenzi mhux favorevoli għall-kompetizzjoni f’dak li jikkonċerna l-attivitajiet ta’ loġistika ta’ IFB.

(304)

Il-gvern Belġjan, fir-risposta tiegħu għall-ittra tal-ftuħ, ippreżenta ħames argumenti bil-għan li juru li IFB, kontra għal dak li kienet tippretendi l-Kummissjoni fl-ittra tal-ftuħ tagħha, kienet ħadet miżuri suffiċjenti biex tillimita t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni (għad-dettalji, ara d-deskrizzjoni fil-parti 3 ta’ din id-deċiżjoni, il-punti 177 sa 187). Dawn l-argumenti jistgħu jinġabru kif ġej:

tnaqqis ta’ 49 % tal-kapaċità tal-vaġuni użati minn IFB;

parti mis-suq ta’ IFB inferjuri għal 5 %;

tkabbir anqas mgħaġġel mis-suq (9,9 % għal IFB, kontra 12 % fil-medja għas-suq);

tkabbir l-aktar dovut għat-trasport bi kwantitajiet kbar, is-sotto segment tas-suq li fih IFB kienet biss preżenti b’mod limitat qabel l-2002;

il-liberalizzazzjoni tas-suq ta’ merkanzija bil-ferrovija mill-2007 ser ikompli jżid il-pressjoni tal-kompetizzjoni.

(305)

Il-Kummissjoni tqis li l-ħames argumenti ppreżentati mill-gvern Belġjan huma konvinċenti. Fir-rigward tal-ewwel argument, din tikkunsidra li l-gvern Belġjan wera li IFB naqqset il-kapaċità loġistika tagħha, billi naqqset in-numru ta’ vaguni użati b’49 %, li jippermetti li jiġi llimitat it-tgħawwiġ ta’ kompetizzjoni li jġibu magħhom il-miżuri msemmija. Fir-rigward tat-tieni argument, il-Kummissjoni taqbel mal-gvern Belġjan li l-partijiet tas-suq ta’ IFB huma mnaqqsa fuq is-suq tal-loġistika fis-sens tal-punt 36 tal-linji gwida tal-1999. Fir-rigward tat-tielet argument, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Belġju biex jaġġusta ż-żjieda tad-dħul ta’ IFB juru li IFB Logistics kiber b’rata anqas mgħaġġla mill-kompetituri, u li t-tkabbir l-aktar importanti kienet tikkonċerna sotto-settur fejn IFB mhux preżent ħlief b’mod marġinali. Għar-raba’ argument, il-Kummissjoni tqis li, anke jekk id-deċiżjoni biex tiftaħ it-terminali tagħha għall-kompetituri jkollha wkoll tkun dovuta minħabba kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, din madankollu għandha l-konsegwenza li ssaħħaħ il-ftuħ tas-swieq li fihom hija attiva IFB, u għalhekk tista’ tillimita l-effetti negattivi tal-għajnuna. Fir-rigward tal-ħames argument, il-Kummissjoni tagħraf li s-sitwazzjoni ta’ IFB tippreżenta elementi simili mas-sitwazzjoni ta’ SNCF merkanzija, safejn IFB, bħal SNCF Merkanzija, hija attiva fis-sotto-setturi ta’ “trasport bil-ferrovija” u “trasport kumbinat”, li huma kompletament liberalizzati mill-1 ta’ Jannar 2007 (48).

(306)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Belġju ta l-prova li ħa miżuri suffiċjenti biex jittaffew, sakemm hu possibbli, il-konsegwenzi mhux favorevoli tal-għajnuna għall-kompetituri fis-settur tal-loġistika.

c)    Konklużjoni

(307)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-awtoritajiet Belġjani taw prova li huma ħadu miżuri suffiċjenti biex itaffu, sakemm hu possibbli, il-konsegwenzi mhux favorevoli tal-għajnuna għall-kompetituri fuq iż-żewġ swieq imsemmija.

4.2.2.3.   Għajnuna limitata għall-minimu

(308)

F’dak li jirrigwarda l-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu, il-linji gwida tal-1999 jindikaw (il-punti 40 u 41):

“(40)

L-ammont u l-intensità tal-għajnuna jridu jkunu limitati għall-minimu strett neċessarju biex jippermettu r-ristrutturazzjoni skont id-disponibilitajiet finanzjarji tal-intrapriża, tal-azzjonisti tagħha jew tal-grupp kummerċjali li din tagħmel parti minnu. Il-benefiċjarji tal-għajnuna jridu jikkontribwixxu b’mod importanti għall-pjan ta’ ristrutturazzjoni fuq ir-riżorsi tagħhom stess, inkluż permezz tal-bejgħ ta’ assi, meta dawn mhumiex indispensabbli għall-għejxien tal-intrapriża, jew permezz tal-finanzjament esterjuri miksub skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Biex jiġi limitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, jaqbel li jkun evitat li l-għajnuna tingħata taħt forma jew f’ammont li jwassal lill-intrapriża biex tiddisponi minn fondi disponibbli eċċessivi milli din tkun tista’ tiddedika għal attivitajiet agressivi suxxettibbli li joħolqu tgħawwiġ fuq is-suq u li ma tkunx marbuta mal-proċess tar-ristrutturazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni teżamina l-livell ta’ obbligi tal-intrapriża wara r-ristrutturazzjoni tagħha, inkluż wara kull trasferiment jew tnaqqis tad-dejn, partikolarment fil-qafas tat-tkomplija wara proċedura kollettiva ta’ dritt nazzjonali bbażat fuq in-nuqqas ta’ likwidità tagħha. L-għajnuna l-anqas m’għandha sservi biex tiffinanzja investimenti ġodda li mhumiex indispensabbli biex tmur lura għall-vijabbiltà.

(41)

Fil-każijiet kollha, irid jintwera lill-Kummissjoni li l-għajnuna ser isservi biss biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-vijabbiltà tal-intrapriża u li din mhix ser tippermetti lill-benefiċjarju tagħha, matul p-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, milli jiżviluppa l-kapaċità tal-produzzjoni tiegħu, ħlief jekk dan ma jkunx neċessarju biex jistabbilixxi mill-ġdid il-vijabbiltà tal-intrapriża mingħajr tgħawwiġ għall-kompetizzjoni.”

(309)

Għalhekk hemm lok li jiġi verifikat qabel jekk l-għajnuna hijiex limitata għall-minimu, u wara jekk IFB għamlitx kontribuzzjoni adegwata.

a)   Il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu

(310)

Sabiex juri li l-għajnuna hija limitata għall-minimu, il-gvern tal-Belġju spjega li ż-żjieda fil-kapital tillimita ruħha li terġa’ tistabbilixxi l-kapital soċjali ta’ IFB, li kien sar negattiv wara t-telf irreġistrat fl-2001 u l-2002, għal limitu li kien jippermettilha li ssib il-vijabbiltà ekonomika. Kif spjegat fil-parti 2 ta’ din id-deċiżjoni, ir-rata ta’ likwidità, jiġifieri l-proporzjon ta’ kapital/obbligazzjonijiet, ta’ IFB ser ikun ta’ 35,6 % wara ż-żjieda fil-kapital.

(311)

Fid-deċiżjon tal-ftuħ tagħha (il-punt 268), il-Kummissjoni qieset li ż-żjieda tal-kapital kienet inferjuri b’ EUR 20 miljun għal dak li l-konsulent McKinsey kien ħaseb fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni; barra minn dan, il-Kummissjoni nnutat (il-punt 268) li r-rata ta’ likwidità maħsuba għal IFB kienet inferjuri għal dik ta’ soċjetajiet ta’ terminali u wkoll, għalkemm f’miżura anqas, għal dik tas-soċjetajiet li kellhom attivitajiet imħallta.

(312)

Madankollu, din qieset li din ir-rata kienet superjuri għall-medja tar-rati rreġistrati fis-soċjetajiet ta’ trasport. Minħabba dan, din ikkonkludiet li ma kellhiex l-elementi suffiċjenti biex tikkunsidra b’mod definittiv li l-għajnuna kienet ġiet limitata għall-minimu strett.

(313)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li, biex tistabbilixxi li l-għajnuna hija limitata għall-minimu, jaqbel li jiġi verifikat l-ewwel jekk ir-rata ta’ likwidità ta’ IFB, li ser tkompli l-attivitajiet tagħha fil-Belġju, ma taqbiżx il-medja tal-kompetituri tagħha, u wara jekk IFB tkun diżinvestiet il-holdings tagħha fi Franza bl-anqas spiża possibbli.

i)   Rata ta’ likwidità li ma taqbiżx il-medja tal-kompetituri

(314)

Il-Belġju, fir-risposta tiegħu għall-ittra tal-ftuħ, ta informazzjoni supplementari. L-ewwelnett dan ikkalkula r-rata ta’ likwidità ta’ sitt soċjetajiet ta’ terminali li l-aktar jistgħu jitqabblu ma’ IFB u r-rata ta’ likwidità ta’ sitt soċjetajiet ta’ loġistika li l-aktar jistgħu jitqabblu ma’ IFB. Wara, dan ikkalkula medja, fid-dawl tar-rati medji tas-soċjetajiet ta’ terminali u s-soċjetajiet ta’ loġistika skont il-piż relattiv ta’ dawn iż-żewġ attivitajiet f’IFB. Tirriżulta rata medja ta’ likwidità ta’ 35,6 %, li tikkorrispondi għal rata ta’ likwidità ta’ IFB wara ż-żjieda tal-kapital prevista.

(315)

Barra minn dan, il-Beljġu wera li l-aktar żewġ kompetituri diretti ta’ IFB, jiġifieri s-soċjetajiet Gosselin u Hupac, għandhom rati ta’ likwidità tassew qrib (38,9 % u 34,9 % rispettivament).

(316)

Meta tqis din l-informazzjoni supplementari mogħtija mill-Belġju, u minħabba li ż-żjieda fil-kapital tnaqqset għal EUR 95,3 miljun meta mqabbla mar-rakkomandazzjoni inizjali ta’ EUR 120 miljun inklużi fil-pjan ta’ McKinsey ta’ Diċembru 2003, il-Kummissjoni tikkunsidra li ż-żjieda fil-kapital hija limitata għal dak li huwa strettament neċessarju.

ii)   Diżinvestiment tal-holdings fi Franza bl-inqas spiża

(317)

Fir-rigward tad-diżinvestiment tas-sussidjarji ta’ IFB fi Franza, il-Kummissjoni ivverifikat ukoll li, fil-kanċellament tal-impenni tagħha, IFB dejjem għażlet l-orħos għażla, sabiex tillimita l-ispejjeż ta’ kanċellament ta’ impenni, u għalhekk l-għajnuna, għall-minimu.

a)    Acimar

(318)

Id-diżinvestiment ġudizzjarju ta’ Acimar permezz ta’ proċediment ġudizzjarju sewa EUR 3,9 miljun (ara l-parti 2 ta’ din id-deċiżjoni). Il-Kummissjoni tinnota li l-Belġju wera li l-alternattiva, jiġifieri t-tkomplija tal-attivitajiet tagħha, kienet tinneċessita l-finanzjament ta’ cash-drain annwali sat-tmiem tal-2005 minn IFB, li kien jirrappreżenta telf ta’ EUR 10,8 miljun fit-total, mingħajr l-ebda ċertezza li jista’ jiġi rkuprat id-dejn ta’ EUR 3,9 miljun li kellhom jiġu abbandunati fil-proċediment ġudizzjarju.

(319)

Il-Kummissjoni tikkonkludi għalhekk li IFB għażlet l-orħos għażla għal Acimar.

b)    NFTI-ou

(320)

Fir-rigward ta’ NFTI-ou, li kienet soċjetà kkontrollata b’mod konġunt minn IFB u l-Port Awtonomu ta’ Dunkerque, li tuża terminali fil-port ta’ Dunkerque, IFB esplorat żewġ possibbiltajiet: it-tkomplija tal-attivitajiet, jew id-diżinvestiment bil-bejgħ tal-holding tagħha. Id-diżinvestiment kien iwassal għal spejjeż ta’ EUR 18,5 miljun (ara d-deskrizzjoni dettaljata fil-parti 2 ta’ din id-deċiżjoni).

(321)

Fir-rigward tal-alternattiva, jiġifieri t-tkomplija tal-attivitajiet, il-Belġju wera fir-risposta tiegħu li dan kien jiġġenera telf ta’ EUR 36,2 miljun (ara d-deskrizzjoni dettaljata fil-parti 3 ta’ din id-deċiżjoni).

(322)

Meta tqis l-ispiża tż-żewġ għażliet, il-Kummissjoni tikkunsidra li IFB għażlet l-orħos għażla.

c)    IFB France

(323)

Iċ-ċessjoni ta’ IFB France, li wara saret AGEP, swiet lil NFTI-ou EUR 0,9 miljun (ara d-deskrizzjoni dettlajata fil-parti 2 ta’ din id-deċiżjoni). Għalhekk tqum il-mistoqsija li wieħed isir jaf jekk il-falliment ta’ IFB France kienx ikun orħos għall-IFB.

(324)

Bħal fl-ipoteżi tal-bejgħ, IFB kien ikollha tabbanduna d-dejn tagħha fuq IFB France għal valur ta’ EUR 0,8 miljun. Il-Belġju madankollu jippretendi li l-falliment kellu jiġġenera spejjeż supplementari: IFB ma kinitx tkun tista’ twettaq il-prezz tal-bejgħ ta' EUR 0,1 miljun, li kien jiġġenera deprezzament fuq il-holding tagħha, u IFB kien ikollha tħallas total ta’ EUR 0,8 miljun lil 14-il impjegat, li kienu jitilfu xogħolhom wara l-falliment, skont id-dritt soċjali fi Franza.

(325)

Il-Kummssjoni tikkunsidra li l-Belġju ma tax il-prova ta’ dan ir-riskju ta’ twettiq tal-obbligu. Għaldaqstant, il-Kummissjoni trid tirrifjuta dan l-argument. (49) Il-Kummissjoni tikkonkludi għalhekk li t-tmiem ta’ IFB France sewa tal-anqas l-istess prezz bħal kontinwazzjoni tagħha.

(326)

Il-Kummissjoni tikkonkludi għalhekk li IFB għażlet l-orħos waħda miż-żewġ għażliet.

d)    Dry Port Dunkerque

(327)

Għad-Dry Port ta’ Dunkerque, ġie deċiż li tiġi likwidata s-soċjetà, bil-bejgħ preċedenti ta’ parti mill-assi, jiġifieri l-holding ta’ 8,6 % f’NFTI-ou. Dan sewa EUR 7,9 miljun (ara d-deskrizzjoni dettaljata fil-parti 2 ta’ din id-deċiżjoni).

(328)

Fix-xenarju alternattiv, jiġifieri t-tkomplija tal-attivitajiet, IFB kien ikollha tiffinanzja il-cash drain annwali ġġenerat mit-telf tas-soċjetà, li kien jippreżenta ħlas addizzjonali ta’ EUR 2,6 miljun.

(329)

Għalhekk, il-likwidazzjoni kienet l-orħos għażla.

e)    SSTD

(330)

Meta titqies id-deċiżjoni strateġika li tħalli s-suq Franċiż, id-deċiżjoni li tbigħ SSTD għal EUR 0,2 miljun (ara d-deskrizzjoni fid-dettall hawn isfel fil-parti 2) tikkorrispondi għall-għażla l-aktar vantaġġuża għal IFB.

f)    Konklużjoni

(331)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li IFB għamlet diżinvestiment tal-holdings tagħha fi Franza bl-anqas nefqa possibbli, u li għalhekk il-finanzjament attribwit minn SNCB biex tiffinanzja dan id-diżinvestiment neċessarju għall-vijabbiltà tal-parti li baqgħet minn IFB ġie limitata għall-ammont minimu possibli.

b)   Il-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju stess

(332)

Il-punt 40 tal-linji gwida tal-1999 jindika li:

“Il-benefiċjarji tal-għajnuna jridu jikkontribwixxu b’mod importanti għall-pjan ta’ ristrutturazzjoni mir-riżorsi tagħhom stess, inkluż bil-bejgħ ta’ assi, meta dawn mhumiex indispensabbli għall-għajxien tal-intrapriża, jew permezz ta' finanzjament esterjuri miksub bil-kundizzjonijiet tas-suq.”

(333)

Fl-ittra tal-ftuħ (il-punt 270), il-Kummissjoni nnutat li skont il-pjan ta’ ristrutturazzjoni, IFB ma kinitx tidher li qed tagħti kontribut importanti hi stess għar-ristrutturazzjoni tagħha, u li għalhekk, il-Kummissjoni kellha dubji fuq il-punt li tkun taf jekk IFB kinitx qed tikkontribwixxi għar-ristrutturazzjoni tagħha b’mod suffiċjenti.

(334)

Il-Belġju, fir-risposta tiegħu għall-ittra tal-ftuħ, spjega b’mod dettaljat dak li hu jikkunsidra li huma kontribuzzjonijiet ta’ IFB stess għar-ristrutturazzjoni tagħha (ara d-deskrizzjoni fil-parti 3 ta’ din id-deċiżjoni, il-punti 194 sa 201).

(335)

Il-Kummissjoni tagħti l-apprezzament li ġej dwar l-ispjegazzjonijiet tal-Belġju:

i)   Spejjeż tar-ristrutturazzjoni

(336)

Il-Kummissjoni tibda billi tiddetermina l-ispiża totali tar-ristrutturazzjoni, netta mill-qligħ ta’ produttività u mit-tnaqqis tal-bżonn f’kapital kurrenti.

Spejjeż netti tar-ristrutturazzjoni

 

Telf nett tal-użu

2,749

Spejjeż eċċezzjonali

0,032

Żjieda fil-bżonn ta’ kapitali kurrenti

12,998

Investimenti ta’ sostituzzjoni f’assi kapitali mhux finanzjarji

6,611

Investimenti fl-assi kapitali finanzjarji

1,882

Ħlas ta’ interessi lil intrapriżi minbarra SNCB

2,351

Ħlas lura tad-dejn finanzjarju

16,599

Ħlas lura parzjali tad-dejn u tal-interessi minn SNCB

81,7

Dejn ta’ taxxa

0,077

Total

125,56

(337)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tikkunsidra li huwa ġġustifikat, f’konformità mal-prattika ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha, (50) li żżomm l-ispejjeż li jidhru fit-tabella t’hawn fuq, pjuttost mill-ispejjeż hekk kif ippreżentati mill-Belġju (ara t-tabella li tidher fil-punt 184), partikolarment għar-raġunijiet li ġejjin:

it-telf mill-użu (il-“cash drain”). Il-Belġju kien inkluda EUR 27,916 miljun bħala “telf totali tal-użu” fl-ispejjeż ta’ ristrutturazzjoni. Il-Kummissjoni tikkunsidra li, skont il-prattika ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha, (51) (, irid jiġi inkluż biss it-telf nett tal-użu fl-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni. Dawn l-ispejjeż jistgħu jinkisbu billi mit-telf totali tal-użu matul il-perjodu ta’ ristrutturazzjoni (EUR 27,916 miljun) jitnaqqas il-qligħ tal-produttività fil-perjodu ta’ ristrutturazzjoni (EUR 25,167 miljun). Għalhekk, it-telf nett tal-użu huwa ta’ EUR 2,749 miljun;

varjazzjonijiet tal-bżonn ta’ kapital kurrenti. Il-Belġju jsemmi fil-parti “spejjeż”, u fil-parti “kontribuzzjoni tagħha stess”, varjanti tal-bżonn ta’ kapital kurrenti. (52) Skont il-prattika ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, (53) jaqbel li ma jiġux ikkunsidrati l-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni li ż-żjieda netta tal-bżonn ta’ kapital kurrenti, li huwa ta’ EUR 12,998 miljun (54).

trasferimenti bejn il-grupp. Il-Belġju jinkludi fl-ispejjeż ta’ ristrutturazzjoni, fil-lista “investimenti fl-assi kapitali finanzjarji”, tat-trasfeimenti bejn il-gruppi marbuta maċ-ċentralizzazzjoni tal-holdings Belġjani tal-grupp. Dawn it-trasferimenti kienu kif ġej: l-azzjonijiet ta’ RKE (intrapriża Belġjana, deskritta fid-dettall fil-parti 2, il-punt 47, tal-ittra tal-ftuħ), miżmuma minn Haeger & Schmidt International (100 % sussidjarja ta’ IFB fi-Ġermanja, deskritta fid-dettall ukoll fil-punt 47 tal-parti 2, tal-ittra tal-ftuħ) ġew trasferiti lil IFB, li bħalissa żżommhom direttament, u mhux aktar b’mod indirett permezz ta’ Haeger & Schmidt International. Il-prezz ta’ din it-tranżazzjoni jitla’ għal EUR 1,6 miljun u ġiet irregolata minn ħlas bi flus ta’ EUR 0,6 miljun u permezz ta’ tnaqqis (il-kont kurrenti) ta’ IFB fuq Haeger & Schmidt International ta’ miljun euro.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li din it-tranżazzjoni, li tikkostitwixxi trasferiment fil-grupp IFB, ma tistax tiġi kkunsidrata bħala spiża ta’ ristrutturazzjoni, għax hija finanzjarjament newtra fil-livell tal-grupp. Fil-fatt, mal-ispiża ta’ EUR 0,6 miljun għal IFB jikkorrispondi għal riżultat imtejjeb b’ EUR 0,6 miljun ta’ Haeger & Schmidt International, li tidher fil-kontijiet konsolidati tal-grupp bħala żjieda fil-profitt.

ii)   Il-finanzjament minn SNCB u l-parteċipazzjoni stess ta’ IFB

(338)

SNCB tiffinanzja r-ristrutturazzjoni sal-limitu ta’ EUR 95,3 miljun. Kif muri fil-punti 199 sa 237, dan il-finanzjament jista’ jiġi attribwit lill-Belġju. Dan ser isir permezz ta’ bidla f’kapital tal-faċilità ta’ kreditu u tad-dejn li għalihom ġie approvat żmien biex isir il-ħlas, kif ukoll tal-interessi li jiġu minnu.

(339)

Kontra l-punt 43 tal-linji gwida tal-2004, il-linji gwida tal-1999 ma jeskludux li l-kontribuzzjoni stess tal-intrapriża tikkonsisti f’benefiċċji futuri. Il-Kummissjoni tikkunsidra li, fil-qafas tal-linji gwida tal-1999, benefiċċji futuri jistgħu jikkostitwixxu kontribuzzjoni tagħha stess, jekk dawn il-benefiċċji futuri kienu previdibbli fil-mument tal-preparazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni.

(340)

IFB ser tikkontribwixxi għar-ristrutturazzjoni tagħha stess l-ewwelnett permezz tal-benefiċċji tagħha stipulati għas-snin 2004, 2005 u 2006, li jridu jitilgħu għal total ta’ EUR 10,5 miljun. Kif diġà spjegat, il-previżjoni ta’ dawn il-benefiċċji kienet ibbażata fuq elementi fattwali magħrufa minn IFB fil-mument tal-iżvilupp tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, bħalma huma l-konklużjoni ta’ kuntratti ġodda importanti, it-tnaqqis tan-nefqa tas-salarji wara tnaqqis tal-persunal, u sinerġiji stipulati fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-benefiċċji futuri kienu previdibbli fil-mument tal-preparazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni.

(341)

Wara dan, IFB ser tikkontribwixxi permezz tal-irċevuti finanzjarji tagħha, li jirriżultaw f’interessi akkumulati fuq il-kontijiet tal-bank ta’ IFB, u li jitilgħu għal total ta’ EUR 1,4 miljun. Kif deskritt fil-punt 187, dawn l-irċevuti futuri kienu prevedibbli fil-mument tal-preparazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni.

(342)

Permezz tal-bejgħ tal-assi kapitali “mhux finanzjarji” lil intrapriżi privati, IFB ser tikkontribwixxi sa limitu ta’ EUR 4,771 miljun. Apparti l-bejgħ ta’ assi differenti ta’ importanza relattivament limitata, li jittotalizzaw EUR 0,271 miljun, din il-parti tal-kontribuzzjoni hija kostitwita prinċipalment mid-diżinvestiment fl-2004 tal-assi utilizzati fit-terminal OCHZ. Id-drittijiet ta’ kopropjetà (50 %) fuq dawn l-assi utilizzati minn OCHZ ġew ċeduti bil-prezz ta’ EUR 4,5 miljun.

(343)

Bil-bejgħ ta’ assi kapitali “finanzjarji”, jiġifieri bil-bejgħ tal-holdings minuri lil intrapriżi privati, IFB ser timmobilizza EUR 9,287 miljun. Dan id-dħul ġie ġġenerat mid-diżinvestiment ta’

Autocare Europe u IFB France fl-2003,

GIE OCHZ, Brussels Port Invest SA u Brussels Terminal Intermodal SA fl- 2004, u

CNC Ferry Boats Intermodal fl-2005.

Kif deskritt fil-punt 187, dawn l-irċevuti futuri kienu prevedibbli fil-mument tal-preparazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni.

(344)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Belġju wera li, bil-bejgħ lil intrapriżi privati li għadhom kif ġew deskritti, IFB naqqset l-attivitajiet tagħha għal core business tagħha.

345)

Għal krediti li ġew minn istituzzjonijiet ta’ kreditu privati, IFB setgħet timmobilizza EUR 3,3 miljun fl-2003 u fl-2006. dawn il-krediti ġew deskritti fid-dettall fil-punti 75 sa 79 tad-deċiżjoni tal-ftuħ. Dawn inkisbu skont il-kundizzjonijiet tas-suq, u mingħajr garanzija ta’ SNCB jew tal-Istat Belġjan favur l-istituzzjonijiet bankarji.

(346)

Finalment, IFB tikkontribwixxi sal-limitu ta’ EUR 1,105 miljun, li ġejjin minn irċevuti eċċezzjonali. Dawn l-irċevuti eċċezzjonali jikkorrispondu għall-qligħ kapitali mwettqa mill-bejgħ ta’ assi kapitali mhux finanzjarji (prinċiparjament minn vaguni EAOS u minn vetturi fit-terminali).

(347)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-parteċipazzjoni stess ta’ IFB għall-ispejjeż tar-ristrutturazzjoni tagħha titla’ għal EUR 24,927 miljun. It-tabella li ġejja tinkludi l-kontribuzzjonijiet kollha ta’ IFB:

Benefiċċji 2004 sa 2006

10,429

Rirċevuti finanzjarji

1,368

Bejgħ ta’ assi kapitali mhux finanzjarji

4,771

Bejgħ ta’ assi kapitali finanzjarji

9,287

Krediti mogħtija minn banek privati

3,300

Irċevuti eċċezzjonali

1,105

Total

30,26

Konklużjoni fuq il-kontribuzzjoni proprja

(348)

Biex nikkonkludu, in-nefqa totali għar-ristrutturazzjoni ta’ IFB, li telgħet għal EUR 125,56 miljun, huma mħallsa għal EUR 95,3 miljun, jew 76 %, minn SNCB. Dan il-finanzjament jista’ jiġi attribwit għall-Istat Belġjan. L-ispejjeż ta’ EUR 30,26 miljun, jew 24 %, huma sostnuti minn IFB stess.

(349)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tfakkar li l-linji gwida tal-1999 ma jimponux il-livell minimu ta’ kontribuzzjoni, imma biss kontribuzzjoni importanti. Madankollu, safejn il-linji gwida l-ġodda tal-2004, li mhumiex applikabbli f’dan il-każ, jeżiġu kontribuzzjoni tal-istess kumpannija superjuri għal 50 %, il-Kummissjoni temmen li jkun utli li tfakkar li d-diffikultajiet partikolari tal-kuntest tar-ristrutturazzjoni (li minnha jiddependu direttament 250 impjegat fil-Belġju); l-importanza tat-tnaqqis tal-kapaċitajiet (tnaqqis ta’ 49 % tal-volum tal-vaguni tal-ferrovija; tmiem ta’ diversi terminali); u l-importanza tat-trasport kumbinat, suq li fih hija prinċiparjament attiva IFB, fil-politika tat-trasport tal-Unjoni Ewropea.

(350)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-holding ta’ 24 % tikkostitwixxi f’dawn iċ-ċirkostanzi holding importanti, anke meta jitqies id-daqs tal-intrapriża ta’ IFB u s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha qabel ir-ristrutturazzjoni.

4.2.2.4.   Ir-rapport annwali u “one time, last time”

(351)

Il-linji gwida tal-1999 jindikaw fil-punti 45 u 48:

“(45)

Il-Kummissjoni trid tkun f’pożizzjoni li tiżgura t-twettiq tajjeb tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, permezz ta’ rapporti regolari u dettaljati, li jiġu komunikati lilha mill-Istat Membru.

(48)

Sabiex tevita xi appoġġ abbużiv, l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni ma tistax tingħata ħlief darba. Meta l-Kummissjoni hija responsabbli għal proġett ta’ għajnuna għar-ristrutturazzjoni, l-Istat Membru jrid jippreċiża jekk l-intrapriża benefikatx digà fil-passat minn għajnuna mill-Istat għar-ristrutturazzjoni, inkluż għajnuna mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawn il-linji gwida u inkluża għajnuna mhux notifikata. Jekk dan ikun il-każ u jekk il-perjodu ta’ tristrutturazzjoni jkun tlesta, jew jekk il-pjan ikun intemm milli jitwettaq, fi żmien anqas minn għaxar snin, allura l-Kummissjoni normalment ma tawtorizzax l-għotja ta’ għajnuna ġdida għar-ristrutturazzjoni ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, mhux previdibbli u ma jiġux attribwiti lill-intrapriża. Iċ-ċirkostanza mhux previdibbli hija dik li ma setgħetx tkun antiċipata fil-mument li fih il-pjan ta’ ristrutturazzjoni jkun ġie elaborat.”

(352)

Kif diġà nnutat fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-punt 271), il-gvern Belġjan aċċetta li jipprovdi lill-Kummissjoni rapport annwali biex jippermetti lill-Kummissjoni li tevalwa jekk il-pjan ta’ ristrutturazzjoni hux implimentat skont l-impenni li ħadu l-awtoritajiet Belġjani.

(353)

Kif ukoll innutat fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-punt 271), il-kriterju “one time, last time” ġie rrispettat.

5.   KONKLUŻJONIJIET

(354)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Belġju wettaq illegalment parti mill-miżuri msemmija fi vjolazzjoni tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 88, tat-Trattat. Madankollu, l-eżami tal-miżuri wera li f’parti, dawn ma kinux jikkostitwixxu għajnuna, u li għall-bqija, huma kompatibbli mas-suq komuni,

ADDOTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffinanzjar tar-ristrutturazzjoni tal-attivitajiet ta’ InterFerryBoats SA fil-Belġju u l-iffinanzjar tad-diżinvestiment tal-attivitajiet ta’ InterFerryBoats SA fi Franza li jaqbżu l- EUR 95,3 miljun mis-Soċjetà Nazzjonali tal-Ferroviji Belġjani, li jistgħu jiġu attribwiti għall-Belġju u mwettqa minnu, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat għar-ristrutturazzjoni, li hija kompatibbli mas-suq komuni.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU C 159, 8.7.2006, p. 2.

(2)  ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25.

(3)  Moniteur Belge tal-24 ta’ Lulju 1926.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni irjali tat-30 ta’ Settembru 1992 li jagħti l-approvazzjoni tal-ewwel kuntratt ta’ ġestjoni tas-Soċjetà Nazzjonali tal-Ferroviji Belġjani u li jiffissa l-miżuri relattivi għal din is-soċjetà, Moniteur Belge tal-14 ta’ Ottubru 1992.

(5)  Hekk kif definiti fil-liġi tal-21 ta’ Marzu 1991 li jwassal riforma ta’ ċerti intrapriżi pubbliċi ekonomiċi, Moniteur belge tas-27 ta’ Marzu 1991.

(6)  IFB diġà għandha holding ta’ 0,9 % f’din is-soċjetà, li tuża terminali f’Anvers, Zeebrugge, Oostende, Charleroi, Liège, Bruxelles, Etge, Genk u Muizen, u toffri ferroviji ta’ merkanzija lejn 11-il Stat Membru.

(*)  Informazzjoni kunfidenzjali

(7)  Iż-żjieda fin-numru ta’ ġranet li jridu jiġu pprovduti fis-sena wasslet għal tnaqqis fl-ispejjeż ta’ madwar EUR 0,6 miljun fis-sena; iċ-ċentralizzazzjoni tas-servizzi amministrattivi u kummerċjali f’Berchem wasslet għal tnaqqis fl-ispejjeż ta’ madwar EUR 0,2 miljun fis-sena, u t-tnaqqis tal-persunal għall-ammont ta’ 35 FTE wasslet għal tnaqqis fl-ispejjeż ta’ EUR 1,75 miljun fis-sena.

(8)  Full-time equivalent (Ekwivalenti għal full-time).

(9)  ĠU C 288, 9.10.1999, p. 2.

(10)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(11)  ĠU L 195, 29.7.1980, p. 35.

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza/Kummissjoni (C-482/99, Ġabra 2002, p. I-4397), deċiżjoni imsejjaħ “Stardust Marine”.

(13)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema tas-27 ta’ Jannar 1998 fil-kwistjoni T-67/94, Ladbroke Racing, Ġabra 1998, I-1, il-punt 109, ikkonfermat bid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Mejju 2000 fil-kwistjoni C-83/98 P, Ladbroke Racing, Ġabra 2000, I-3271, il-punt 48.

(14)  Id-Deċiżjoni tas-7 ta’ Diċembru 2005, il-każ C(2005) 4447 (ĠU L 383, 28.12.2006, p. 21).

(**)  mill-1.5.2001 sal-31.12.2001

(15)  Karin S. Thorburn, Tuck School of Business Administration of Dartmouth College, ippubblikat fil-Journal of Financial Economics (#58, 2000), u bbażat fuq analiżi ta’ 263 intrapriża fl-Iżvezja.

(16)  (Ormet Corporation iddepożitat il-bilanċ tagħha fit-30 ta’ Jannar 2004 u ppreżentat pjan ta’ riorganizzazzjoni fit-tribunali kompetenti f’Settembru 2004). L-awtoritajiet Belġjani jirrimarkaw li r-rata hija pjuttost aktar għolja mir-rata ta’ 33 % utilizzata mill-Professur Thorburn fl-istudju tagħha msemmi qabel.

(17)  L-istima tal-obbligu soċjali ma tikkunsidrax ir-riperkussjoni li kien ikollu l-falliment ta’ IFB fuq GIE OCHZ għall-obbligu soċjali ta’ IFB. Fil-fatt, il-falliment ta’ ta’ membru ta’ GIE iwassal bis-sħiħ għal-likwidazzjoni tal-GIE in kwistjoni.

(18)  Fil-fatt, ir-regoli tal-istat ta’ SNCB ma jistipulawx il-possibbiltà li jitkeċċa l-persunal tal-istat tagħha, ħlief matul il-perjodu ta’ probation jew fil-qafas ta’ proċedura dixxiplinari.

(19)  Dan il-valur ġej mit-twettiq tal-cash-flows marbuta mal-proviżjonijiet ta’ EUR 40,8 miljun stipulati fil-bilanċ tal-31 ta' Diċembru 2002.

(20)  Ara l-linji gwida tal-1999, i-punt 36.

(21)  Ara partikolarment il-linji gwida li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 81, tat-Trattat ĠU C 101, 27.4.2004, p. 97, b’mod partikolari l-punt 24.

(22)  Il-medja taż-żidiet tal-prezz inkisbet bi ħsieb dwar it-terminali skont id-dħul tagħhom.

(23)  IFB kienet propjetarja ta’ 368 vaguni u kienet ikkonkludiet il-kiri għal tul ta’ żmien għal 376 vaguni oħra.

(24)  Fil-bidu tal-2006 IFB kienet propjetarja ta’ 204 vaguni u kienet ikkonkludiet kuntratti għall-kiri għal tul ta’ żmien għal 173 vaguni oħra.

(25)  Dan il-ftuħ komplet tas-swieq, li huwa stipulat mid-Direttiva 91/440/KE, ġie implimentat permezz ta’ digriet irjali fit-13 ta’ Diċembru 2005.

(26)  Deċiżjoni tal-Qorti tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza/il-Kummissjoni, diġà msemmi fin-nota fil-qiegħ tal-paġna nru 13. il-punt 37.

(27)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza/il-Kummissjoni, diġà msemmi fin-nota fil-qiegħ tal-paġna nru 13, il-punt 37.

(28)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza/il-Kummissjoni, diġà msemmija fin-nota ta’ qiegħ il-paġna nru 13, il-punti 52 u 55.

(29)  Deċiżjoni tal-Qorti tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza/il-Kummissjoni, diġà msemmija fin-nota ta’ qiegħ il-paġna nru 13, il-punti 53 u 54.

(30)  Deċiżjoni tal-Qorti tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza/il-Kummissjoni, diġà msemmija fin-nota ta’ qiegħ il-paġna nru 13, il-punti 55 sa 57.

(31)  Il-Qorti tal-Awdituri: L-użu tajjeb ta’ fondi pubbliċi minn SNCB.; verifika magħmula fit-twettiq tar-riżoluzzjoni tal-Kamra tar-Rappreżentanti fil-11 ta’ Mejju 2000; Brussell, Mejju 2001.

(32)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti tat-2 ta’ Frar 1988, Kwekerij Gebroeders van der Kooy BV e.a./il-Kummissjoni (C-67/85, C-68/85 u 70/85, Ġabra 1988, p. 219).

(33)  Id-Deċiżjonijiet tal-Qorti tal-21 ta’ Marzu 1991, l-Italja/il-Kummissjoni (C-303/88, Ġabra 1991, p. I-1433, u C-305/89, Ġabra 1991, p. I-1603).

(34)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti tat-30 ta’ Jannar 1985, il-Kummissjoni/Franza (290/83, Ġabra 1985, p. 439)..

(35)  Jiġifieri n-nominazzjoni tad-diriġenti mill-Istat għad-deċiżjonijiet il-Kummissjoni/Italja; il-finanzjament minn stabbiliment pubbliku, it-termini tal-għotja li jikkorrispondu għal dawk ta’ għajnuna Statali ordinarja, il-preżentazzjoni mill-gvern tal-għajnuna bħala parti minn grupp ta’ miżuri Statali għad-deċiżjoni il-Kummissjoni/Franza.

(36)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2003 relattiva għall-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja favur Space Park Development GmbH, (ĠU L 61, 27.2.2004, p. 66, il-punt 30).

(37)  Biex infakkru, l-Artikolu 4 huwa ppreżentat kif ġej: Il-Partijiet jikkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jwettqu l-miżuri li ġejjin sakemm dawn ikunu konformi ma’ pjan ta’ ristrutturazzjoni approvat miż-żewġ Kunsilli tal-Approvazzjoni tagħhom, mill-Istat Belġjan u jekk ikun neċessarju mill-KE, u jiddependi mill-approvazzjoni mill-azzjonisti ta’ IFB

(38)  Artikli tal-gazzetta jistgħu jikkostitwixxu indizju ta’ responsabbiltà, ara d-deċiżjonijiet ABX Logistics, ĠU C 9, 14.1.2004, p. 12; Sniace SA, ĠU L 108, 30.4.2003, p. 35.

(39)  “Inter Ferry Boats maqsuma f’2 fergħat”, onlajn fid-19 ta’ Mejju 2003 fuq is-sit www.lalibre.be.

(40)  Id-Deċiżjoni tal-21 ta’ Marzu 1991, l-Italja/il-Kummissjoni, C-305/89, il-punti 19 u 20.

(41)  Id-Deċiżjoni tal-21 ta’ Marzu 1991, l-Italja/il-Kummissjoni, C-305/89, il-punti 19 u 20.

(42)  Id-Deċiżjoni tas-6 ta’ Marzu 2003, WestLB Girozentrale/il-Kummissjoni (T-228/99 u T-233/99, Ġabra 2003, p. II-435). Il-punt 2251.

(43)  Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2005, il-każ C 53/2003, il-Belġju, Ristrutturazzjoni tas-soċjetà ABX Logistics, il-punti 196 u wara.

(44)  Ara d-deċiżjoni li tittawwal il-proċedura C 53/03, il-Belġju, ABX Logistics, il-punt 61.

(45)  Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2005, il-każ C 53/03, il-Belġju, Ristrutturazzjoni tas-soċjetà ABX Logistics, il-punti 204. u wara.

(46)  Id-Deċiżjoni tal-Qorti tat-13 ta’ Marzu 1985, Renju tal-Olanda u Leeuwarder Papierwarenfabriek/Commissio, (każijiet konġunti 296/82 u 318/82, Ġabra 1985, p. 809), il-punt 24.

(47)  Id-Deċiżjoni li tinbeda l-proċedura formali tal-eżami – Għajnuna mill-Istat C 46/05, il-punt 240.

(48)  Dan il-ftuħ komplet tas-swieq, li huwa stipulat mid-direttiva 91/440/KE, ġie implimentat minn digriet irjali tat-13 ta’ Diċembru 2005.

(49)  Ara d-deċiżjoni.tal-Qorti tal-14 ta’ Settembru 1994, Spanja/il-Kummissjoni, id-deċiżjoni msejħa “Hytasa” (C-278/92, C-279/92 u C 208/92, Ġabra 1999, p. I-4103), il-punt 22, u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Lulju 1998 fil-każ SDBO.

(50)  Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2005, ABX Logistics, fajl C 53/03, il-punt 247.

(51)  Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2005, ABX Logistics, fajl C 53/03, il-punt 247.

(52)  Il-varjanti ’il fuq ifissru l-bżonn li jkunu ffinanzjati x-xogħolijiet li jkunu għaddejjin u li tiġi assorbita d-differenza bejn id-dejn u d-dejn kummerċjali u ż-żamma ta’ fondi disponibbli suffiċjenti fil-bidu tal-perjodu ta’ ristrutturazzjoni. Il-varjanti ′l isfel kienu seħħew fin-nofs u fit-tmiem tal-perjodu ta’ ristruturazzjoni: Għalhekk, fl-2004 u fl-2005, IFB ħelset madwar EUR 2,7 miljun billi naqqset il-bżonn tagħha ta’ kapital kurrenti. Dan sar possibbli permezz tal-irkupru ta’ ammont ta’ EUR 0,9 miljun f’kapital kurrenti ta’ OCHZ fil-waqt tal-bejgħ tal-holding ta’ 50 % f’din is-soċjetà, kif ukoll wara tnaqqis taż-żmien għall-ġlas mogħti lill-klijenti sa mill-2004 meta mqabbel mal-2003, flimkien ma’ politika ta’ ħlas ta’ fornituri li ma nbiddlitx.

(53)  Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2005, ABX Logistics, fajl C 53/03, il-punt 247.

(54)  Dan ir-riżultat jinkiseb hekk: EUR 7,685 miljun (żjieda fil-Belġju) + 8.000 (żjieda fi Franza) – EUR 2,687 miljun (tnaqqis), ara t-tabella li tidher fil-aprti 3, il-punt 184.


27.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 225/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ Ġunju 2008

dwar l-Għajnuna mill-Istat C 41/05 mogħtija mill-Ungerija permezz ta’ Ftehimiet għax-Xiri tal-Enerġija

(notifikata bid-dokument numru C(2008) 2223)

(It-test Ungeriż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/609/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel sub-paragrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet iċċitati hawn fuq, (1) u wara li kkunsidrat dawk il-kummenti,

1.   PROĊEDURA

(1)

B’ittra datata 31 ta’ Marzu 2004, irreġistrata fl-istess ġurnata, l-awtoritajiet Ungeriżi nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-Digriet tal-Gvern 183/2002 (VIII.23.) (2) skont il-proċedura msemmija fl-Anness IV, paragrafu 3, sub-paragrafu 1(c) tat-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea (“proċedura interim”). Id-Digriet innotifikat jipprovdi għal sistema ta’ kumpens għall-ispejjeż merfugħa mill-bejjiegħ tal-elettriku proprjetà tal-Istat (közüzemi nagykereskedelmi engedélyes), il-kumpanija Magyar Villamos Művek Zrt. (minn hawnhekk ‘il quddiem “MVM”). Il-Kummissjoni rreġistrat in-notifika taħt il-każ ta’ Għajnuna mill-Istat numru HU 1/2004.

(2)

Kienu skambjati numru ta’ ittri uffiċjali bejn l-awtoritajiet Ungeriżi u l-Kummissjoni dwar il-miżura (3). Il-Kummissjoni rċeviet ukoll kummenti minn partijiet terzi (4). Matul il-proċedura interim, il-Kummissjoni skopriet li s-suq Ungeriż bl-ingrossa tal-elettriku kien fil-biċċa l-kbira strutturat madwar Ftehimiet fuq perjodu fit-tul għax-Xiri tal-Enerġija (minn hawnhekk ‘il quddiem imsejħa “PPAs”) bejn MVM u ċerti ġeneraturi tal-enerġija. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li kellha f’dak iż-żmien, il-Kummissjoni ssuspettat li l-PPAs kien fihom elementi ta’ għajnuna mill-Istat illegali.

(3)

B’ittra datata 13 ta’ April 2005, irreġistrata fil-15 ta’ April 2005, l-awtoritajiet Ungeriżi rtiraw in-notifika tad-Digriet tal-Gvern 183/2002. Fl-4 ta’ Mejju 2005, b’mod konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (minn hawnhekk ‘il quddiem ir-“Regolament Proċedurali”) (5), il-Kummissjoni rreġistrat fajl dwar għajnuna mill-Istat fuq inizjattiva tagħha stess (każ numru NN 49/2005) rigward il-PPAs.

(4)

B’ittra datata 24 ta’ Mejju 2005 (D/54013), il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-awtoritajiet Ungeriżi. It-tweġiba, datata 20 ta’ Lulju 2005, ġiet irreġistrata mill-Kummissjoni fil-25 ta’ Lulju 2005. L-awtoritajiet Ungeriżi pprovdew aktar informazzjoni b’ittra datata 28 ta’ Settembru 2005, irreġistrata fit-30 ta’ Settembru 2005.

(5)

B’ittra datata 9 ta’ Novembru 2005, il-Kummissjoni infurmat lill-Ungerija li hija kienet iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura stipulata fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fir-rigward tal-PPAs (minn hawnhekk ‘il quddiem msejħa “d-Deċiżjoni ta’ Ftuħ”). Id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (6).

(6)

Fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar il-kompatibilità tal-PPAs mas-suq komuni u talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom.

(7)

Wara talba għal estensjoni tad-data tal-għeluq għall-kummenti, aċċettata mill-Kummissjoni (7), l-Ungerija ssottomettiet il-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ fil-31 ta’ Jannar 2006, irreġistrati mill-Kummissjoni fl-1 ta’ Frar 2006.

(8)

Wara numru ta’ talbiet għal estensjoni tad-data tal-għeluq għall-kummenti, aċċettata mill-Kummissjoni (8), il-kummenti tal-partijiet terzi ġew irreġistrati mill-Kummissjoni kif ġej: il-kummenti sottomessi minn MVM fil-11 ta’ Jannar 2006; minn terza parti li talbet li l-identità tagħha tiġi rtirata fl-20 ta’ Jannar 2006; mill-impjant tal-elettriku Marta fl-20 ta’ Jannar u fis-6 ta’ Marzu 2006; mill-bank […] fl-10 ta’ Frar 2006; mill-impjant tal-enerġija AES-Tisza fit-13 u l-14 ta’ Frar 2006; mill-bank […] fit-13 ta’ Frar 2006; minn Electrabel S.A. u s-sussidjarja tagħha, l-impjant tal-enerġija Dunament fl-14 ta’ Frar 2006; mill-impjant tal-enerġija ta’ Budapest fil-21 ta’ Frar 2006; u mill-impjant tal-enerġija Csepel fil-21 ta’ Frar 2006.

(9)

Wara konferma mill-awtoritajiet Ungeriżi tat-trattament kunfidenzjali tal-informazzjoni pprovduta minn partijiet terzi fil-kuntest ta’ din il-proċedura (9), il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti ta’ hawn fuq lill-Ungerija b’ittra tal-25 ta’ April 2006.

(10)

L-awtoritajiet Ungeriżi ssottomettew l-ewwel parti tal-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-kummenti tal-partijiet terzi b’ittra tat-28 ta’ Ġunju 2006, irreġistrata fid-29 ta’ Ġunju 2006, u t-tieni parti b’ittra tal-24 ta’ Lulju 2006, irreġistrata fil-25 ta’ Lulju 2006.

(11)

Konxja mill-bidliet leġiżlattivi ppjanati fis-settur tal-enerġija fl-Ungerija, il-Kummissarju Kroes bagħtet ittra lill-Ministru Kóka fis-17 ta’ Ottubru 2006 fejn ħeġġet lill-Gvern Ungeriż sabiex fil-leġiżlazzjoni l-ġdida jdaħħal il-kwistjoni tal-PPAs u miżuri kumpensatorji potenzjali b’mod konformi mal-liġi tal-UE.

(12)

Il-kumpanija AES-Tisza ssottomettiet aktar kummenti fejn ilmentat dwar diversi aspetti tal-proċedura tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2006.

(13)

B’ittra tal-21 ta’ Novembru 2006 (irreġistrata fit-23 ta’ Novembru 2006) u tal-15 ta’ Jannar 2007 (irreġistrata fl-istess ġurnata) u f’laqgħat fit-18 ta’ Diċembru 2006 u fit-8 ta’ Marzu 2007 mal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Ungeriżi kkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu emendi leġiżlattivi b’rabta mal-liberalizzazzjoni tas-settur tal-enerġija u biex b’hekk tinbidel ukoll is-sitwazzjoni eżistenti fis-suq tal-elettriku b’ingrossa.

(14)

Il-Kummissjoni bagħtet talba għal aktar informazzjoni fit-23 ta’ April 2007. L-Ungerija wieġbet fil-5 ta’ Ġunju 2007 u bagħtet informazzjoni addizzjonali fis-6 ta’ Awwissu 2007.

(15)

B’ittra datata 4 ta’ Mejju 2007 l-awtoritajiet Ungeriżi infurmaw lill-Kummissjoni li huma kienu qegħdin jistabbilixxu kumitat ta’ ħidma sabiex imexxi negozjati mal-produtturi kollha kkonċernati dwar it-twaqqif jew it-tibdil sostanzjali tal-PPAs. Għalhekk, fil-11 ta’ Mejju 2007 il-gvern adotta d-Deċiżjoni Nru 2080/2007. (V.11.) dwar il-ftehimiet għax-xiri tal-elettriku fuq perjodu fit-tul fis-settur tal-enerġija (10), li biha ġie stabbilit il-kumitat ta’ ħidma msemmi qabel (immexxi mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru) bil-għan li jsolvi mingħajr dewmien il-kwistjoni tal-PPAs skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat u jordna l-ftuħ ta’ negozjati uffiċjali f’dan ir-rigward mal-produtturi tal-enerġija kkonċernati. B’ittra tat-3 ta’ Lulju 2007, il-Gvern Ungeriż informa lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-ewwel negozjati li saru f’Ġunju 2007.

(16)

Fil-kuntest tal-proċess ta’ liberalizzazzjoni, l-Att il-ġdid dwar l-Enerġija Elettrika (11) ġie ppubblikat fit-2 ta’ Lulju 2007 u daħal fis-seħħ parzjalment fil-15 ta’ Ottubru 2007 u parzjalment fl-1 ta’ Jannar 2008. B’ittra tal-25 ta’ Lulju 2007, il-Gvern Ungeriż informa lill-Kummissjoni dwar il-kisbiet tal-Att il-ġdid dwar l-Elettriku fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tal-elettriku Ungeriż. Madankollu, l-Att il-ġdid ma biddilx il-PPAs infushom, li baqgħu fis-seħħ, bejn MVM u l-produtturi tal-enerġija elenkati fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

(17)

B’ittra tas-26 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni bagħtet aktar mistoqsijiet lill-awtoritajiet Ungeriżi.

(18)

Fis-7 ta’ Settembru 2007, il-Kummissjoni rreġistrat ittra mingħand il-Gvern Ungeriż li talab aktar żmien sabiex jikkonkludi n-negozjati mal-ġeneraturi b’suċċess.

(19)

Fl-24 ta’ Settembru u fil-31 ta’ Ottubru 2007 il-Kummissjoni rreġistrat ir-risposti tal-Ungerija għall-mistoqsijiet tagħha tas-26 ta’ Lulju 2007.

(20)

Fl-14 ta’ Diċembru 2007, b’mod konformi mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (minn hawnhekk ‘il quddiem “ir-Regolament Proċedurali”), il-Kummissjoni bagħtet tfakkira lill-awtoritajiet Ungeriżi fejn elenkat il-mistoqsijiet li l-informazzjoni pprovduta għalihom kienet għadha mhix kompluta. L-awtoritajiet Ungeriżi wieġbu b’ittra datata 16 ta’ Jannar 2008.

(21)

Billi l-kumpaniji Dunament u AES-Tisza ma pprovdewx l-informazzjoni mitluba, l-awtoritajiet Ungeriżi argumentaw li ma setgħux jagħtu tweġiba sħiħa għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni.

(22)

Għalhekk, fil-15 ta’ Frar 2008, il-Kummissjoni adottat inġunzjoni ta’ informazzjoni li biha ordnat lill-Ungerija tipprovdi l-informazzjoni elenkata fid-deċiżjoni fi żmien ħmistax-il ġurnata.

(23)

Fis-27 ta’ Frar, l-impjant tal-enerġija Dunament bagħat lill-Kummissjoni kopja tat-tweġiba tiegħu għall-mistoqsijiet tal-awtoritajiet Ungeriżi u spjega r-raġunijiet għaliex ma setax iwieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu. L-awtoritajiet Ungeriżi wieġbu fl-4 u fit-13 ta’ Marzu 2008. B’risposta għat-talba espliċita tal-impjant tal-enerġija Dunament, l-awtoritajiet Ungeriżi hemżu mat-tweġiba tagħhom ittri mibgħuta minn Dunament lill-Ministeru għall-Finanzi u lill-Uffiċċju tal-Enerġija Ungeriż datati 14 ta’ Mejju 2007, 21 ta’ Awwissu 2007, 13 ta’ Settembru 2007, 7 ta’ Diċembru 2007, 14 ta’ Jannar 2008 u 20 ta’ Frar 2008. L-awtoritajiet Ungeriżi ma kinux bagħtu kopja ta’ dawn l-ittri lill-Kummissjoni fi stadju aktar bikri (12); madankollu, fit-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni matul il-proċedura huma kienu inkludew l-informazzjoni li sabu rilevanti.

(24)

Mir-risposti tal-awtoritajiet Ungeriżi jidher li AES-Tisza ma tat l-ebda tweġiba lill-Ungerija. B’faks datata 10 ta’ Marzu 2008, AES-Tisza bagħtet ittra lill-Kummissarju Kroes fejn esprimiet il-fehma tagħha li l-awtoritajiet Ungeriżi diġà kellhom l-informazzjoni kollha li kienet talbet il-Kummissjoni.

(25)

Fit-tweġiba tagħhom datata 13 ta’ Marzu 2008, fuq il-bażi tal-informazzjoni li kellhom, l-awtoritajiet Ungeriżi pprovdew lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti għall-mistoqsijiet (1)(a) sa (d) tal-Kapitolu III tal-inġunzjoni ta’ informazzjoni. Madankollu, huma ma taw ebda informazzjoni addizzjonali relatata mal-mistoqsija li saret taħt il-punt (1)(e) tal-Kapitolu III tal-inġunzjoni ta’ informazzjoni fir-rigward tal-investimenti taż-żewġ produtturi tal-enerġija msemmija qabel.

(26)

Parti sostanzjali mill-informazzjoni skambjata sa mir-reġistrazzjoni tal-kawża HU1/2004 kienet tirrigwarda l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni konkreta tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni relatata mal-metodoloġija għall-analiżi tal-għajnuna mill-Istat marbuta mal-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati (“il-Metodoloġija dwar l-Ispejjeż li Ma Jistgħux Jiġu Rkuprati”). (13) Fuq il-bażi tad-dokumenti sottomessi fil-proċedura preżenti, deher li l-awtoritajiet Ungeriżi kellhom il-ħsieb li jintroduċu sistema ta’ kumpensi għall-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati, li l-valutazzjoni tagħha setgħet ġiet inkluża f’din id-Deċiżjoni. Għaldaqstant, matul il-proċedura preżenti saru diskussjonijiet konsiderevoli bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Ungeriżi dwar id-dettalji ta’ sistema ta’ kumpens li l-Ungerija tista’ tadotta sabiex tali sistemi tissodisfa l-kriterji tal-Metodoloġija.

(27)

Minkejja d-diskussjonijiet tekniċi dwar mekkaniżmu ta’ kumpens potenzjali fil-ġejjieni, l-awtoritajiet Ungeriżi, sad-data ta’ din id-Deċiżjoni, ma ssottomettewx lill-Kummissjoni mekkaniżmu ta’ kumpens komprensiv ikkonfermat b’mod uffiċjali mill-Gvern Ungeriż. Fl-ittra tagħhom tat-13 ta’ Marzu 2008, l-awtoritajiet Ungeriżi kkonfermaw li, fil-preżent, huma ma xtaqux jagħtu kumpens għall-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati; madankollu, huma rriżervaw id-dritt tagħhom li jagħtu tali kumpens li ċerti produtturi tal-enerġija fi stadju aktar tard.

(28)

F’ittra datata 7 ta’ April 2008, il-Kummissjoni talbet għall-konferma ta’ ċerta informazzjoni mill-Gvern Ungeriż. L-awtoritajiet Ungeriżi pprovdew l-informazzjoni mitluba b’ittra rreġistrata fit-22 ta’ April 2008.

(29)

Fl-ittra tagħhom tal-20 ta’ Mejju 2008, l-awtoritajiet Ungeriżi infurmaw lill-Kummissjoni li l-PPA tal-impjant tal-enerġija ta’ Paks kien ġie tterminat mill-partijiet fil-31 ta’ Marzu 2008. Għalkemm l-impjanti tal-enerġija ta’ Csepel u Pannon iffirmaw ftehimiet ta’ terminazzjoni f’April 2008, id-dħul fis-seħħ tal-ftehimiet għadu, sad-data ta’ din id-deċiżjoni, jiddependi fuq l-approvazzjoni mill-azzjonisti u l-istituzzjonijiet bankarji.

Proċeduri relatati oħra pendenti

(30)

Id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ġiet ikkontestata mill-impjant tal-enerġija ta’ Budapest quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza permezz ta’ rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2006 u rreġistrat bħala l-kawża T-80/06. Fis-6 ta’ Ġunju 2006, l-impjant tal-enerġija ta’ Csepel talab permess sabiex jintervjeni fil-proċedura b’appoġġ għall-impjant tal-enerġija ta’ Budapest u dan ingħata b’digriet tal-Qorti datat 11 ta’ Marzu 2008.

(31)

Barra minn hekk, żewġ proċeduri internazzjonali ta’ arbitraġġ huma pendenti quddiem iċ-Ċentru Internazzjonali għas-Soluzzjoni ta’ Tilwimiet Industrijali f’Washington, D.C, mibdija kontra r-Repubblika tal-Ungerija mill-kumpaniji li jipproduċu l-elettriku […] u […], it-tnejn azzjonisti ta’ impjanti tal-enerġija taħt PPA fl-Ungerija. Il-proċeduri huma bbażati fuq id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-investimenti li jinsabu fit-Trattat tal-Karta dwar l-Enerġija.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA

Sfond storiku għall-PPAs

(32)

Mill-31 ta’ Diċembru 1991 sal-31 ta’ Diċembru 2002 is-suq tal-elettriku Ungeriż kien strutturat madwar “Xerrej Waħdieni”, il-kumpanija Magyar Villamos Művek (MVM). MVM hija entità 99,9 % proprjetà tal-Istat li l-attivitajiet tagħha jinkludu l-produzzjoni tal-enerġija, il-bejgħ bl-ingrossa, it-trażmissjoni u l-bejgħ bl-imnut. Taħt il-mudell tax-“Xerrej Waħdieni”, il-produtturi tal-enerġija jistgħu jipprovdu enerġija direttament lil MVM biss (sakemm MVM ma tħassarx il-kuntratti tal-kumpaniji ta’ distribuzzjoni reġjonali) u MVM kienet l-unika kumpanija awtorizzata biex tipprovdi elettriku lill-kumpaniji ta’ distribuzzjoni reġjonali. Skont l-Att XLVIII tal-1994 dwar l-Enerġija Elettrika (“l-Att I dwar l-Enerġija”), MVM kienet meħtieġa li tassigura s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Ungerija bl-inqas prezz possibbli.

(33)

L-Att CX tal-2001 dwar l-Enerġija Elettrika (“l-Att II dwar l-Enerġija”, li ħa post l-Att I dwar l-Enerġija) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2003. Dan stabbilixxa mudell doppju tas-suq tal-elettriku Ungeriż li baqa’ fis-seħħ sal-1 ta’ Jannar 2008, meta daħal fis-seħħ l-Att LXXXVI tal-2007 dwar l-Enerġija Elettrika (“l-Att III dwar l-Enerġija”, li ħa post l-Att II dwar l-Enerġija). Taħt dan il-mudell doppju hemm segment ta’ utilità pubblika u segment kompetittiv, u l-klijenti eliġibbli (li l-firxa tagħhom tkabbret b’mod gradwali) kienu permessi jaqilbu għas-segment kompetittiv. Fis-segment tal-utilità pubblika, MVM baqgħet l-uniku bejjiegħ bl-ingrossa, filwaqt li fis-segment tas-suq ħieles tfaċċaw negozjanti oħra. L-Att III dwar l-Enerġija temm l-eżistenza tas-segment tal-utilità pubblika iżda xorta waħda żamm il-klijenti domestiċi u xi klijenti kummerċjali – kif permess mit-tieni Direttiva dwar l-Elettriku (14) – taħt obbligu ta’ servizz universali.

(34)

L-Att I dwar l-Enerġija kien jeħtieġ li MVM tivvaluta d-domanda totali tal-pajjiż għal-enerġija u tħejji, kull sentejn, Pjan Nazzjonali għall-Kostruzzjoni ta’ Impjanti tal-Enerġija (Országos Erőműépítési Terv). Dan il-Pjan imbagħad kellu jiġi sottomess lil u aċċettat mill-Gvern Ungeriż u l-Parlament.

(35)

Mill-Att I dwar l-Enerġija u mis-sottomissjonijiet tal-gvern Ungeriż (15) jidher li l-aktar miri urġenti fis-suq tal-enerġija Ungeriż f’nofs is-snin disgħin kienu s-sigurtà tal-provvista bl-inqas prezz possibbli, l-immodernizzar tal-infrastruttura b’referenza partikolari għall-istandards prevalenti tal-ħarsien tal-ambjent, u r-ristrutturazzjoni meħtieġa fis-settur tal-enerġija. Sabiex jintlaħqu dawn il-miri ġenerali, ġew proposti ftehimiet fuq perjodu fit-tul dwar ix-xiri lil investituri barranin li jwiegħdu li jinvestu fil-kostruzzjoni u l-immodernizzar tal-impjanti tal-enerġija fl-Ungerija. Il-PPAs ġew iffirmati mill-produtturi tal-enerġija minn naħa u mill-kumpanija MVM min-naħa l-oħra.

Il-PPAs

(36)

Il-PPAs miftiehma bejn MVM u impjanti tal-enerġija individwali (16) stabbilew portafoll ta’ produzzjoni bilanċjata li jippermetti lil MVM taqdi l-obbligu tagħha li tassigura s-sigurtà tal-provvista. Huma jippermettu lil MVM tissodisfa kemm id-domanda għal-lowd bażi (b’impjanti tal-elettriku li jaħdmu bil-lignite u nukleari) kif ukoll id-domanda għall-akbar lowd (b’impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-gass).

(37)

Il-PPAs jeħtieġu li l-produtturi tal-elettriku jżommu u jħaddmu l-faċilitajiet tal-produzzjoni tagħhom kif suppost. Huma jirriżervaw il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni kollha (MW) tal-impjant tal-enerġija għal MVM. Din l-allokazzjoni tal-kapaċità hija indipendenti mill-użu attwali tal-impjant tal-enerġija. Lil hinn mill-kapaċitajiet riżervati, il-PPA jeħtieġ li MVM tixtri ammont minimu speċifiku ta’ elettriku (MWh) minn kull impjant tal-enerġija.

(38)

Xi PPAs jinkludu l-hekk imsejħa “servizzi tas-sistema” (17) fil-każ ta’ impjanti tal-enerġija li huma teknikament kapaċi li jipprovduhom, li MVM tipprovdi lill-operatur tas-sistema, MAVIR.

(39)

Il-PPAs iffirmati fl-1995-1996 (sebgħa mill-għaxar PPAs taħt valutazzjoni) kienu mogħtija minħabba l-privatizzazzjoni tal-impjanti tal-enerġija. Dawn il-PPAs segwew ftehim mudell imfassal minn ditta ta’ avukati internazzjonali fuq talba tal-Gvern Ungeriż. Ma kien hemm ebda proċedura ta’ sejħa għall-offerti għall-iffirmar ta’ dawn il-PPAs. Kien hemm, madankollu, proċedura ta’ sejħa għall-offerti għall-privatizzazzjoni tal-impjanti tal-enerġija. Il-PPAs (iffirmati qabel il-privatizzazzjoni) kienu jiffurmaw parti mill-pakkett tal-privatizzazzjoni. Uħud minn dawn il-ftehimiet (l-aktar il-ftehimiet ta’ Mátra, Tisza u Dunament) ġew emendati parzjalment mill-partijiet wara l-privatizzazzjoni.

(40)

Il-PPA tal-impjant tal-enerġija ta’ Csepel ġie ffirmat fl-1997 u segwa mudell pjuttost differenti. Madankollu, ma kien hemm ebda proċedura ta’ sejħa għall-offerti f’dan il-każ lanqas u l-iffirmar tal-PPA kien marbut ukoll mal-privatizzazzjoni tal-impjant tal-enerġija.

(41)

Il-PPA tal-impjant tal-enerġija ta’ Ujpest (wieħed mit-tliet impjanti tal-impjant tal-enerġija ta’ Budapest) ġie ffirmat mal-impjant tal-enerġija ta’ Budapest fl-1997, ukoll mingħajr proċedura speċifika ta’ sejħa għall-offerti.

(42)

Il-PPA tal-impjant ta’ Kispest (impjant ieħor – li kien qiegħed jeqdiem – tal-impjant tal-enerġija ta’ Budapest li tista’ tgħid reġa’ nbena f’dak iż-żmien) biss ġie ffirmat fl-2001 b’riżultat ta’ proċedura miftuħa ta’ sejħa għall-offerti.

(43)

Mill-2000 sal-2004, il-kapaċità riżervata mill-PPAs kienet tkopri madwar 80 % tad-domanda Ungeriża totali għall-elettriku (MW). Mill-2005 sad-data ta’ din id-Deċiżjoni, is-sehem kien madwar 60-70 %. Huwa mistenni li bit-tmiem tal-PPAs, dan il-proporzjon se jonqos b’mod gradwali fil-perjodu bejn l-2011 u l-2024. (18)

(44)

Mill-kważi għoxrin PPA ffirmati bejn l-1995 u l-2001, għaxra kienu għadhom fis-seħħ fid-data tad-dħul tal-Ungerija fl-UE (1 ta’ Mejju 2004).

(45)

Din id-Deċiżjoni tirrigwarda biss dawk il-PPAs li kienu fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2004. Hija ma tkoprix PPAs li spiċċaw qabel dik id-data. Għalkemm xi PPAs (ara l-premessa 28 hawn fuq) ġew itterminati mill-partijiet f’April 2008, din id-Deċiżjoni tkoprihom u tivvaluta n-natura tagħha bħala għajnuna mill-Istat u l-kompatibilità tagħhom mas-suq komuni fil-perjodu bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u d-data tat-tmiem tagħhom (April 2008).

L-impjanti tal-enerġija taħt PPA u t-tul tal-PPAs

(46)

L-impjanti tal-enerġija taħt PPA koperti minn din id-Deċiżjoni huma elenkati fit-tabella hawn taħt. It-tul taż-żmien muri jirreferi għad-data tat-tmiem tal-PPAs skedata fil-bidu kif stabbilita fil-PPAs infushom.

Tabella 1

Ħarsa ġenerali tal-kumpaniji ta’ produzzjoni taħt PPA, l-azzjonisti prinċipali u t-tul tal-PPAs

Isem tal-kumpanija ta’ produzzjoni

Azzjonist maġġoritarju

Impjant tal-enerġija taħt PPA

Tul tal-PPA

Budapesti Erőmű Rt.

EDF

Kelenföldi Erőmű

1996-2011

Újpesti Erőmű

1997-2021

Kispesti Erőmű

2001-2024

Dunamenti Erőmű Rt.

Electrabel

Blokki F ta’ Dunament

1995-2010

(iffirmat fl-1995, daħal fis-seħħ fl-1996)

Blokk G2 ta’ Dunament

1995-2015

(iffirmat fl-1995, daħal fis-seħħ fl-1996)

Mátrai Erőmű Rt.

RWE

Mátrai Erőmű

1995-2022

(tul inizjali sal-2015, estiż sal-2022 fl-2005)

AES-Tisza Erőmű Kft.

AES

Tisza II Erőmű

1995-2016

(iffirmat fl-1995, daħal fis-seħħ fl-1996

([…])

Csepeli Áramtermelő Kft.

ATEL

Csepel II Erőmű

1997-2020

(iffirmat fl-1997, daħal fis-seħħ fl- 2000)

Paksi Atomerőmű Rt.

MVM

Paksi Atomerőmű

1995-2017 (**)

(iffirmat fl-1995, daħal fis-seħħ fl-1996)

Pannonpower Holding Rt.

Dalkia

Pécsi Erőmű

1995-2010

(iffirmat fl-1995, daħal fis-seħħ fl-1996)

Prezzijiet

(47)

Fid-Digriet tal-Gvern 1074/1995. (VIII.4.) dwar ir-regolazzjoni tal-prezz tal-elettriku, il-gvern ta impenn li, mill-1 ta’ Jannar 1997 (il-bidu tal-hekk imsejjaħ l-ewwel ċiklu ta’ regolazzjoni tal-prezzijiet), “minbarra li jkopru l-ispejjeż operattivi ġġustifikati, il-prezzijiet bl-ingrossa u bl-imnut għandhom jiżguraw 8 % profitt fuq l-ekwità”. Il-gvern b’dan iggarantixxa rata ta’ redditu ta’ 8 % fuq il-kapital għall-impjanti tal-enerġija taħt PPA.

(48)

Mill-1 ta’ Jannar 2001 (il-bidu tat-tieni ċiklu ta’ regolazzjoni tal-prezzijiet), il-prezzijiet uffiċjali kienu jinkludu profitt ta’ 9,8 % fuq l-assi (eszközarányos megtérülés) għall-impjanti tal-enerġija. Il-bidla fil-perċentwali mhux bilfors kienet tfisser bidla fl-ammonti attwali, billi l-bażijiet taż-żewġ rati ta’ redditu kienu differenti (l-ewwel waħda kienet ikkalkulata fuq l-ekwità filwaqt li t-tieni waħda kienet ikkalkulata fuq l-assi). Il-prezzijiet kienu jirriflettu l-bidliet fl-inflazzjoni.

(49)

Il-prezzijiet irregolati baqgħu fis-seħħ għall-impjanti tal-enerġija sal-31 ta’ Diċembru 2003.

(50)

Matul dan il-perjodu ta’ regolazzjoni tal-prezzijiet, l-Uffiċċju Ungeriż għall-Enerġija analizza l-istruttura tal-ispejjeż ta’ kull impjant tal-enerġija u ffissa l-prezz għax-xiri tal-elettriku minn MVM f’valur li kien jassigura l-profittabilità ggarantita.

(51)

Il-lista tal-ispejjeż koperti minn dan il-mekkaniżmu ta’ ffissar tal-prezzijiet kienet tinkludi l-partiti prinċipali segwenti ta’ spejjeż (19):

—   spejjeż fissi: deprezzament, assigurazzjoni, ċerti spejjeż fissi għall-manutenzjoni u operattivi, imgħax fuq is-self [“hitelkamatok”], dekummissjonament [“rekultivációs költségek”], spejjeż fiskali (taxxi), spejjeż tal-persunal [“személyi jellegű költségek”], spejjeż għall-ħarsien tal-ambjent, spejjeż għall-Fond Ċentrali Nukleari [“Központi Nukleáris Alap befizetések”] għall-impjant tal-enerġija nukleari u spejjeż straordinarji [“rendkívüli ráfordítások”];

—   spejjeż varjabbli: il-prezzijiet tal-fjuwil.

(52)

L-Uffiċċju Ungeriż għall-Enerġija kellu l-kompitu li jassigura li l-ispejjeż koperti kienu raġonevoli u meħtieġa.

(53)

Il-prezz uffiċjali ħa post il-prezz stabbilit mill-PPAs.

(54)

Mill-1 ta’ Jannar 2004, il-prezzijiet ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-formuli tal-prezzijiet tal-PPAs. It-tifsira eżatta tal-formuli ġiet iċċarata fil-kuntest tan-negozjati annwali dwar il-prezzijiet bejn MVM u l-produtturi tal-enerġija.

(55)

Il-formuli tal-prezzijiet applikati fil-PPAs huma kumplessi ħafna; madankollu, huma jsegwu l-istess prinċipji bħall-metodoloġija applikata mill-Uffiċċju Ungeriż għall-Enerġija qabel Jannar 2004. Skont is-sottomissjonijiet tal-awtoritajiet Ungeriżi (20), l-anness għall-PPAs rigward id-definizzjoni tal-prezzijiet ġie mfassal billi ntużaw il-formuli u d-definizzjonijiet tad-Digriet tal-Gvern 1074/1995 hawn fuq imsemmi dwar ir-regolazzjoni tal-prezzijiet. (Skont is-sottomissjoni, “il-ftehimiet ikkupjati fil-formuli u d-definizzjonijiet kontenuti fid-digriet”.) Konsegwentement, il-prinċipji tal-iffissar tal-prezzijiet tal-PPAs huma bbażati, l-istess bħall-mekkaniżmu għall-iffissar tal-prezzijiet uffiċjali, fuq il-kategoriji tal-prezzijiet iġġustifikati.

(56)

Kull PPA fih żewġ tipi prinċipali ta’ komponenti ta’ ħlasijiet: it-tariffa tal-kapaċità (jew it-tariffa sabiex il-kapaċità ssir disponibbli) għall-kapaċità riżervata (MW) li tkopri l-ispejjeż fissi + il-profitt (prezz tal-kapital), u t-tariffa tal-elettriku li tkopri l-ispejjeż varjabbli. Il-PPAs differenti jipprovdu għal ħlasijiet addizzjonali differenti. Skont il-PPAs, dawn il-ħlasijiet addizzjonali jistgħu jkunu ħlasijiet bonus/malus applikati bħala inċentiv għall-produtturi tal-enerġija biex joperaw skont il-prinċipju tal-inqas spejjeż, u ħlasijiet addizzjonali sabiex jinżammu r-riżervi tal-produzzjoni, terġa’ tiġi skedata l-manutenzjoni fuq talba ta’ MVM, tiżdied il-lowd fil-perjodu tal-akbar domanda u titnaqqas il-lowd taħt dik kuntrattata matul il-perjodi tal-inqas domanda, eċċ. Il-bidliet perjodiċi (kull sena, kull tliet xhur, kull xahar) fit-tariffi tal-kapaċità jiddependu fuq numru ta’ fatturi: l-attivazzjoni ta’ proġetti implimentati wara, diversi kategoriji ta’ mgħax, rati tal-kambju barranin, indiċijiet tal-inflazzjoni, eċċ. It-tariffa tal-kapaċità u l-ħlasijiet supplimentari jkopru wkoll is-servizzi tas-sistema (koperti mill-PPA). Bażikament, it-tariffi tal-elettriku huma relatati mal-prezzijiet tal-fjuwil u użi speċifiċi tas-sħana tal-fjuwil (fajlagos tüzelőhő felhasználása). Huma kkalkulati fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ mogħdija (pass-through) tal-ispejjeż varjabbli.

(57)

Għandu jiġi osservat li d-definizzjoni tal-kategoriji ta’ spejjeż koperti ma kinitx neċessarjament l-istess fir-regolazzjoni tal-prezzijiet qabel l-1 ta’ Jannar 2004 u fil-PPAs. Is-sottomissjonijiet tal-Ungerija (21) juru li, pereżempju, it-tariffa tal-kapaċità tal-impjanti ta’ […] u ta’ Dunament kienet ogħla fil-PPA tagħhom milli taħt ir-regolazzjoni tal-prezzijiet. Dan għaliex dawn il-PPAs ħadu inkonsiderazzjoni l-immodifikar, u b’hekk wasslu għal spejjeż fissi aktar għoljin. Dawn l-ispejjeż fissi ogħla dehru b’mod gradwali (wara l-immodifikar gradwali) f’tariffi ogħla tal-kapaċità milli taħt ir-regolazzjoni tal-prezzijiet. Setgħu jiġu osservati wkoll differenzi oħra bejn il-prezzijiet regolati u l-prezzijiet taħt il-PPA dovuti għal negozjati bilaterali bejn MVM u l-produtturi.

(58)

Minkejja dawn id-differenzi, fis-sottomissjonijiet tal-Ungerija tal-20 ta’ Ottubru 2004 u tal-20 ta’ Lulju 2005 kull impjant tal-enerġija taħt PPA kkonferma li l-metodu għall-kalkolu tal-prezzijiet kif ukoll il-kategoriji tal-ispejjeż applikati wara t-tmiem tar-regolazzjoni tal-prezzijiet kienu fil-biċċa l-kbira simili għal dawk applikati mill-Uffiċċju Ungeriż għall-Enerġija qabel dik id-data.

(59)

Għalhekk il-prezzijiet taħt il-PPAs applikati wara l-1 ta’ Jannar 2004 baqgħu bbażati fuq il-kalkolu tal-ispejjeż (fissi u varjabbli) ġustifikati + il-profitt.

(60)

Minn dan ta’ hawn fuq joħroġ li għalkemm ir-regolazzjoni tal-prezzijiet spiċċat fil-31 ta’ Diċembru 2003, il-prezzijiet ma ġewx liberalizzati b’mod ġenwin billi l-produtturi tal-elettriku baqgħu jistabbilixxu l-prezzijiet fuq il-bażi tal-prinċipju tal-profitt fuq l-investiment imħaddan fil-PPAs. (22)

(61)

Fis-6 ta’ Frar 2006, il-Parlament Ungeriż adotta l-Att XXXV tal-2006 (23) li reġa’ stabbilixxa r-regolazzjoni tal-prezzijiet mill-gvern fuq il-prezz tal-elettriku mibjugħ lil MVM taħt il-PPAs. L-ewwel digriet ġdid dwar il-prezzijiet daħal fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2006. Minn dik id-data, ir-regolazzjoni tal-prezzijiet kienet għal darba oħra ssostitwita mill-formula governattiva tal-prezzijiet għal perjodu ta’ madwar sena (sal-31 ta’ Diċembru 2007).

(62)

Mill-1 ta’ Jannar 2008, fil-kuntest tal-liberalizzazzjoni tas-suq, l-Att III dwar l-Enerġija ġab fit-tmiem il-prezzijiet uffiċjali tal-produzzjoni kif ukoll l-eżistenza tas-segmenti doppji tal-utilità pubblika u tas-suq ħieles.

(63)

Konsegwentement, mill-1 ta’ Jannar 2008, il-prezz tal-elettriku mibjugħ mill-produtturi tal-enerġija lil MVM taħt il-PPAs huwa għal darba oħra definit mill-formuli tal-prezzijiet tal-PPAs. Il-prinċipji bażiċi ta’ dawn il-formuli ma ġewx mibdula mill-aħħar applikazzjoni tagħhom: għalhekk huma jsegwu l-istess prinċipji bħal fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2004 u t-8 ta’ Diċembru 2006 (ara l-premessi 54 sa 59 hawn fuq).

(64)

Għaldaqstant, l-ipprezzar mill-produtturi taħt PPA baqa’ mmexxi mill-prinċipju tal-profitt fuq l-investiment.

Il-kapaċitajiet riżervati

(65)

Il-PPAs jirriżervaw għal MVM il-kapaċità sħiħa jew parti sostanzjali minnha tal-unitajiet ta’ produzzjoni taħt PPA.

Tabella 2

Il-kapaċità domestika ta’ produzzjoni tal-Ungerija  (24)

(MW)

Kapaċità

2004

2005

2006

2007

Kapaċità totali installata ta’ produzzjoni (25)

8 777

8 595

8 691

8 986

Kapaċità totali disponibbli (26)

8 117

8 189

8 097

8 391

Kapaċità netta disponibbli (27)

7 252

7 792

7 186

7 945

Il-lowd massima tas-sistema tal-elettriku Ungeriża

6 356

6 409

6 432

6 605

Tabella 3

Il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-impjanti tal-enerġija taħt PPA  (28)

(MW)

Impjant tal-enerġija

Kapaċità

2004

2005

2006

2007

Kelenföld

Kapaċità netta disponibbli

90,1

97,6

97,2

78,0

Kapaċità kuntrattata (29)

83,3

89,8

89,4

71,9

Ujpest

Kapaċità netta disponibbli

106,3

106,1

106,2

106,0

Kapaċità kuntrattata

99

98,8

98,9

98,7

Kispest

Kapaċità netta disponibbli

46,1

110,2

110,2

109,6

Kapaċità kuntrattata

43

102,6

102,6

102,3

Dunament F

Kapaċità netta disponibbli

1 020

1 020

1 020

1 020

Kapaċità kuntrattata

928,2

923,1

923,1

923,1

Dunament G2

Kapaċità netta disponibbli

187,6

223,1

223,1

223,7

Kapaċità kuntrattata

178,4

212,4

212,4

213

AES-Tisza

Kapaċità netta disponibbli

638,0

824,7

824,7

824,7

Kapaċità kuntrattata

[…] (1)

[…] (2)

[…] (2)

[…] (2)

Csepel

Kapaċità netta disponibbli

348,9

331

355

349,5

Kapaċità kuntrattata

323

307

329

324

Pannon

Kapaċità netta disponibbli

25,9

25,9

25,9

25,9

Kapaċità kuntrattata

20,1

20,1

20,1

20,1

Mátra

Kapaċità netta disponibbli

593

552

552

552

Kapaċità kuntrattata

496

460

460

460

Paks

Kapaċità netta disponibbli

1 597

1 596

1 596

1 596

Kapaċità kuntrattata

1 486

1 486

1 485

1 485

Kapaċità netta totali disponibbli tal-impjanti tal-enerġija taħt PPA

 

4 652,0

4 886,6

4 910,3

4 885,4

Kapaċità totali kuntrattata

 

[…] (3)

[…] (4)

[…] (5)

[…] (6)

(66)

Il-figuri ta’ hawn fuq juru li fil-perjodu taħt valutazzjoni, madwar 60 % tal-kapaċità netta disponibbli ta’ produzzjoni Ungeriża hija kuntrattata minn MVM taħt PPAs. Jekk tiġi kkunsidrata l-kapaċità attwali disponibbli tal-impjanti tal-enerġija (“Ténylegesen igénybevehető teljesítőképesség”) bit-tnaqqis minnha tal-konsum tagħhom stess (“Önfogyasztás”), il-proporzjon ikun ogħla milli ta’ hawn fuq.

(67)

It-tabelli ta’ hawn fuq juru wkoll li l-kapaċità riżervata taħt il-PPAs għal MVM tkopri l-kapaċitajiet kollha disponibbli jew il-parti l-kbira tagħhom tal-impjanti rispettivi.

(68)

MVM tħallas tariffa tal-kapaċità għal dawn ir-riżervi tal-kapaċità (premessa 56 hawn fuq), irrispettivament mill-użu attwali tal-impjant.

(69)

Il-kapaċità impurtata fl-Ungerija hija madwar 1 000-1 300 MW. Madwar 600 MW ta’ din il-kapaċità impurtata hija riżervata għal MVM taħt ftehimiet oħra fuq perjodu fit-tul.

Kwantitajiet mibjugħa

(70)

Meta MVM fil-fatt tagħmel użu mill-kapaċità riżervata tagħha u tixtri l-elettriku mill-impjant tal-enerġija, hija mbagħad tħallas it-tariffa tal-enerġija għall-elettriku mixtri (ara l-premessa 56 hawn fuq).

(71)

Hemm ċertu xiri minimu ggarantit mill-PPAs għal kull impjant tal-enerġija.

(72)

Il-produzzjoni domestika globali ta’ elettriku fl-Ungerija hija bejn 32 u 36 TWh (= 32-36 000 000 GWh) fis-sena.

Tabella 4

Elettriku prodott taħt PPAs  (30)

(GWh)

Impjant tal-enerġija

Elettriku ġġenerat

2004

2005

2006

2007

Budapest

(fosthom Kelenföld, Újpest u Kispest)

Elettriku totali ġġenerat

1 228

1 510

1 643

1 742

Konsum mill-impjant innifsu

87

89

91

84

Xiri minimu ggarantit

Kelenfold:

(…)

Ujpest:

(…)

Kispest:

(…)

Kelenfold:

(…)

Ujpest:

(…)

Kispest:

(…)

Kelenfold:

(…)

Ujpest:

(…)

Kispest:

(…)

Kelenfold:

(…)

Ujpest:

(…)

Kispest:

(…)

Xiri attwali

939

1 302

1 451

1 538

Dunament (***) (F + G2)

Elettriku totali ġġenerat

4 622

3 842

3 450

4 300

Konsum mill-impjant innifsu

174

148

147

188

Xiri minimu ggarantit

F: […]

G2: […]

F: […]

G2: […]

F: […]

G2: […]

F: […]

G2: […]

Xiri attwali

4 232

2 888

2 495

3 296

AES-Tisza

Elettriku totali ġġenerat

1 621

1 504

1 913

2 100

Konsum mill-impjant innifsu

96

97

117

116

Xiri minimu ggarantit

(…)

(…)

(…)

(…)

Xiri attwali

1 525

1 407

1 796

1 984

Csepel

Elettriku totali ġġenerat

1 711

1 764

1 710

2 220

Konsum mill-impjant innifsu

48

49

48

53

Xiri minimu ggarantit

(…)

(…)

(…)

(…)

Xiri attwali

1 662

1 715

1 661

2 166

Pannon (***)

Elettriku totali ġġenerat

673

266

237

232

Konsum mill-impjant innifsu

116

52

34

29

Xiri minimu ggarantit

(…)

(…)

(…)

(…)

Xiri attwali

361

206

203

203

Mátra (***)

Elettriku totali ġġenerat

5 688

5 698

5 621

6 170

Konsum mill-impjant innifsu

675

670

667

710

Xiri minimu ggarantit

(…)

(…)

(…)

(…)

Xiri attwali

3 730

3 762

3 587

4 082

Paks

Elettriku totali ġġenerat

11 915

13 833

13 460

14 677

Konsum mill-impjant innifsu

750

821

800

848

Xiri minimu ggarantit

(…)

(…)

(…)

(…)

Xiri attwali

11 112

13 012

12 661

13 828

(73)

Ix-xiri minimu ggarantit huwa l-kwantità li MVM hija meħtieġa li tixtri irrispettivament mid-domanda tas-suq. Jekk MVM ma tixtrix l-ammonti minimi stabbiliti, hija xorta jkollha tħallas l-ispejjeż li jsiru għall-fjuwil (Dunament, Kelenfold, Pécs u […]), l-ispejjeż kollha jew il-kumpens li jagħmel il-produttur fuq il-bażi tal-Ftehim tiegħu dwar il-Provvista tal-Fjuwil (Csepel), u l-ispejjeż kollha ġġustifikati (Kispest u Ujpest).

3.   RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA

3.1.   Il-PPAs

(74)

Fid-Deċiżjoni tagħha ta’ Ftuħ, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-PPAs kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE lill-produtturi tal-enerġija li kienu partijiet għal PPA ma’ MVM.

(75)

Hija esprimiet il-fehma li l-PPAs kienu applikabbli wara l-adeżjoni fit-tifsira tal-Anness IV, paragrafu 3, sub-paragrafu 1(c) għat-Trattat tal-Adeżjoni (31) u li huma ma kinux jikkostitwixxu għajnuna eżistenti, billi ma jaqgħux taħt il-kategoriji ta’ għajnuna li, mill-adeżjoni, kienu kkunsidrati bħala għajnuna eżistenti fit-tifsira tal-Artikolu 88(1) tat-Trattat tal-KE.

(76)

L-ewwel nett, l-ebda wieħed mill-PPAs ma daħal fis-seħħ qabel l-10 ta’ Diċembru 1994. It-tieni, l-ebda wieħed mill-PPAs ma kien ġie inkluż fil-lista ta’ għajnuniet eżistenti mehmuża mal-Anness IV tat-Trattat tal-Adeżjoni. It-tielet, il-Kummissjoni ma kinitx ġiet avżata dwar il-PPAs taħt l-hekk imsejħa “proċedura interim”.

Eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat

(77)

Il-Kummissjoni esprimiet il-fehma li l-profitt assigurat fuq l-investiment u l-prezz tax-xiri għoli assigurat mill-PPAs poġġew lill-produtturi tal-enerġija li kienu joperaw taħt PPA f’sitwazzjoni ekonomika aktar vantaġġjuża mill-produtturi l-oħra tal-enerġija li ma kinux partijiet f’PPA, fosthom operaturi ġodda possibbli fis-suq u kumpaniji f’setturi oħra komparabbli li fihom dawn it-tip ta’ ftehimiet fuq perjodu fit-tul lanqas biss ġew offruti lill-partijiet fis-suq. Għalhekk, fuq bażi preliminari, il-miżura nstabet li kienet tagħti vantaġġ selettiv lil dawk il-produtturi tal-enerġija.

(78)

Il-Kummissjoni nnotat ukoll li s-swieq tal-elettriku kienu nfetħu għall-kompetizzjoni u li l-elettriku kien ġie nnegozjat bejn l-Istati Membri tal-anqas mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1996 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku. (32) Il-miżuri li jiffavorixxu kumpaniji partikolari fis-settur tal-enerġija fi Stat Membru partikolari għalhekk kienu kkunsidrati bħala li jistgħu jimpedixxu l-possibilità għal kumpaniji minn Stati Membri oħra sabiex jesportaw l-elettriku lejn dak l-Istat Membru, jew li jiffavorixxu l-esportazzjoni tal-elettriku minn dak l-Istat Membru lejn Stati Membri oħra.

(79)

Il-Kummissjoni esprimiet ukoll il-fehma li dan il-vantaġġ ħareġ mill-użu ta’ riżorsi statali, billi d-deċiżjoni li jiġu ffirmati l-PPAs kienet konsegwenza ta’ politika statali implimentata permezz tal-kummerċjant ta’ utilitajiet pubbliċi proprjetà tal-Istat, MVM. Skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (“Qorti tal-Ġustizzja”), meta kumpanija proprjetà tal-Istat tuża l-fondi tagħha b’mod li jkun imputabbli lill-Istat, dawn il-fondi għandhom jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. (33)

(80)

Il-Kummissjoni għalhekk waslet għall-konklużjoni preliminari li l-PPAs kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lill-produtturi tal-enerġija fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, billi dik l-għajnuna kienet “għadha tapplika wara” fit-tifsira tal-Anness IV, paragrafu 3, sub-paragrafu 1(c) tat-Trattat tal-Adeżjoni.

Il-kompatibilità tal-PPAs mat-Trattat tal-KE

(81)

Il-Kummissjoni sostniet ukoll li għandha tintuża l-Metodoloġija biex tiġi analizzata l-għajnuna mill-Istat riċevuta mill-produtturi tal-enerġija. Fuq il-bażi tad-dokumenti li kellha għad-dispożizzjoni tagħha fiż-żmien tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, il-Kummissjoni kellha dubji dwar il-kompatibilità tal-PPAs mal-kriterji stipulati fil-Metodoloġija.

(82)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni kellha dubji li l-istess prinċipji li jirregolaw PPA li joħolqu ostaklu għall-kompetizzjoni ħielsa fis-suq jistgħu jitqiesu bħala kompatibbli mal-objettiv fundamentali tal-Metodoloġija, li jassistu permezz ta’ għajnuna mill-Istat l-liberalizzazzjoni tas-settur billi jagħtu kumpens adegwat lil dawk li diġà kienu fis-suq li jiffaċċjaw kundizzjonijiet ġodda ta’ kompetizzjoni.

(83)

It-tieni, il-Kummissjoni kellha d-dubji tagħha jekk l-element ta’ għajnuna mill-Istat inkluż fil-PPAs kienx kompatibbli mal-kriterji dettaljati tal-Metoloġija fir-rigward tal-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli li ma jistgħux jiġu rkuprati u l-istabbiliment tal-kumpens adegwat.

3.2.   Digriet tal-Gvern Nru 183/2002 (VIII.23.) dwar l-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati

(84)

Sabiex jippermetti lil MVM tonora l-PPAs tagħha u, fl-istess ħin, iżomm il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid fis-segment tal-utilità pubblika bejn wieħed u ieħor fil-livell tal-prezz tas-suq ħieles, id-Digriet tal-Gvern 183/2002 (VIII.23.) ipprovda għall-ħlas ta’ kumpens Statali lil MVM f’ċerti ċirkustanzi.

(85)

Fin-notifika inizjali tagħhom tal-każ HU 1/2004 (irtirat fit-13 ta’ April 2005), l-awtoritajiet Ungeriżi ħassew li dan il-kumpens kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil MVM.

(86)

Fid-Deċiżjoni tagħha ta’ Ftuħ, madankollu, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ħlasijiet ta’ kumpens ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lil MVM, iżda li l-ammont riċevut taħt id-Digriet tal-Gvern 183/2002 (VIII.23.) kien jifforma parti mill-prezz tax-xiri li ħallset MVM lill-impjanti tal-elettriku taħt PPA u għalhekk kien jikkostitwixxi parti mill-vantaġġ li l-produtturi rċevew mill-PPAs.

(87)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar il-PPAs biss u mhux dwar id-Digriet tal-Gvern 183/2002 (VIII.23.).

4.   KUMMENTI MILL-UNGERIJA DWAR ID-DEĊIŻJONI TA’ FTUĦ

(88)

L-Ungerija tesprimi l-fehma tagħha li valutazzjoni individwali tal-PPAs tidher li hija ġġustifikata minħabba d-differenzi fit-termini u l-kundizzjonijiet eżatti tagħhom.

(89)

Dwar il-ftuħ tas-suq Ungeriż tal-elettriku, l-Ungerija tqis li dan kien suċċess (jiġifieri konformi mal-medja Ewropea) f’termini tan-numru ta’ konsumaturi li qalbu għas-suq ħieles. L-Ungerija tikkonkludi li l-PPAs ma ħolqux ostakolu għall-konsumaturi sabiex jaqilbu għas-suq ħieles. Tali ostakli huwa aktar probabbli li jkun ikkostitwit mill-kapaċità transkonfinali limitata tal-Ungerija u għalhekk il-prezzijiet għolja.

(90)

L-Ungerija tħoss ukoll li n-natura fuq perjodu fit-tul tal-PPAs ma tistax fiha nnifisha tikkostitwixxi vantaġġ kompetittiv għall-produtturi billi kuntratti fuq perjodu fit-tul bħal dawn huma mxerrdin fis-settur tal-elettriku kemm fl-Ewropa kif ukoll f’kontinenti oħra.

(91)

Fir-rigward tal-prezz ta’ referenza msemmi fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, l-awtoritajiet Ungeriżi jissuġġerixxu li l-Kummissjoni għandha tqis l-karatteristiċi speċifiċi reġjonali tal-Ungerija u ż-żidiet riċenti fil-prezzijiet tal-fjuwil meta tistabbilixxi prezz ta’ referenza.

(92)

Dwar l-operaturi ġodda fis-suq tal-elettriku, l-Ungerija tinforma lill-Kummissjoni li ma kien hemm ħadd mill-1 ta’ Mejju 2004 (id-data li fiha l-Ungerija ssieħbet fl-UE u d-data li fiha s-suq tal-elettriku ġie lliberalizzat). L-awtoritajiet Ungeriżi jindikaw in-natura fit-tul ta’ investiment bħal dan u, minħabba f’hekk, l-improbabbiltà li kwalunkwe investiment ikun operattiv qabel l-2011.

(93)

Fl-aħħar nett, b’risposta għad-dubji tal-Kummissjoni rigward il-kompatibilità tal-PPAs mal-punt 4.6 tal-Metodoloġija, l-Ungerija tikkonferma li hija mhi ser tagħti l-ebda għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturazzjoni tal-kumpaniji li qegħdin jibbenefikaw mill-PPAs taħt eżami.

5.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

(94)

Wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni sabiex tinbeda l-proċedura (21 ta’ Diċembru 2005), u sad-data tal-għeluq rilevanti (fil-biċċa l-kbira tal-każijiet wara estensjoni tad-data tal-għeluq mitluba mill-partijiet interessati u aċċettata mill-Kummissjoni), il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand:

il-kumpaniji segwenti li jipproduċu l-elettriku: AES-Tisza Erőmű Rt., Budapesti Erőmű Zrt., Csepeli Áramtermelő Rt., Dunamenti Erőmű Zrt. u l-azzjonist prinċipali tagħha, Electrabel S.A., u Mátrai Erőmű Rt.;

il-banek li ġejjin li pprovdew finanzjament lill-produtturi tal-elettriku: Bank […], li aġixxa bħala Aġent tal-Faċilitajiet f’isem tnax-il bank, li sellfu lil Csepeli Áramtermelő Kft. u l-Bank […] li aġixxa bħala Aġent tal-Faċilitajiet f’isem disa’ istituzzjonijiet bankarji, li sellfu lil AES-Tisza Erőmű Kft.; u

MVM; u

terza parti li talbet sabiex l-identità tagħha ma tkunx żvelata.

(95)

Ħafna mill-kummenti sottomessi lill-Kummissjoni mill-partijiet isegwu linji ta’ argument simili ħafna. Għal dik ir-raġuni, minflok tiddeskrivi l-kummenti ta’ kull parti interessata separatament, il-Kummissjoni ġabrithom flimkien f’kategoriji ġenerali (ara l-punti 5.1 sa 5.7 hawn taħt).

5.1.   Kummenti dwar il-valutazzjoni individwali tal-PPAs

(96)

L-impjant tal-enerġija ta’ Mátra u parti oħra interessata li talbet sabiex l-identità tagħha ma tiġix żvelata esprimew il-fehma li l-PPAs għandhom jiġu vvalutati b’mod individwali mill-Kummissjoni minħabba d-differenzi li jeżistu bejn il-kontenut eżatt tagħhom. Produtturi oħra tal-enerġija talbu impliċitament valutazzjoni individwali tal-PPA billi taw lill-Kummissjoni dettalji tat-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-PPA tagħhom.

5.2.   Kummenti dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat

Iż-żmien rilevanti tal-valutazzjoni

(97)

AES-Tisza Erőmű, Budapesti Erőmű, Csepeli Áramtermelő u Dunamenti Erőmű jargumentaw li l-kriterji għall-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fiż-żmien tal-konklużjoni tal-PPAx għandhom jiġu vvalutati fil-kuntest tal-kundizzjonijiet tas-suq li kienu prevalenti f’dak iż-żmien. Uħud mill-kummenti jsemmu dan ir-rekwiżit b’mod espliċitu, filwaqt li oħrajn jimplikawh billi jirreferu għaċ-ċirkustanzi tal-konklużjoni tal-PPAs fil-valutazzjoni tagħhom tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat. Saret referenza għall-każistika tal-Qorti f’dan ir-rigward (34).

Ebda vantaġġ ekonomiku

(i)   Prezz ta’ referenza żbaljat/Ebda prezzijiet vantaġġjużi

(98)

Il-produtturi kollha tal-enerġija jargumentaw li l-PPAs ma jagħtu ebda vantaġġ ekonomiku.

(99)

Huma jikkritikaw is-sejba preliminari tal-Kummissjoni li l-prezzijiet stabbiliti taħt il-PPAs huma ogħla mill-prezzijiet tas-suq tal-produtturi.

(100)

Huma jargumentaw li l-prezz ta’ referenza ta’ EUR 36/MWh użat f’deċiżjonijiet oħra u msemmi fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ mhuwiex adattat f’din il-proċedura billi huwa joriġina minn kuntest ġeografiku u temporali kompletament differenti. Huma jsostnu li l-valutazzjoni tal-prezz għandha tikkunsidra ċ-ċirkustanzi prevalenti fiż-żmien tal-konklużjoni tal-PPAs. Huma jisħqu wkoll li l-prezzijiet taħt kwalunkwe ftehim fuq perjodu fit-tul dejjem se jkunu aktar baxxi mill-prezzijiet tas-suq fil-mument. Barra minn hekk, il-produtturi li jipprovdu prinċipalment lil MVM b’elettriku ta’ lowd massima jargumentaw ukoll li l-prezzijiet tagħhom ma jistgħux jiġu mqabbla mal-prezzijiet tal-lowd bażi. Ħafna minnhom jissuġġerixxu li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra ż-żieda sostanzjali fil-prezzijiet tal-fjuwil f’dawn l-aħħar snin.

(101)

Ħafna mill-produtturi jargumentaw li r-rata ta’ profitt attwali tagħhom kienet aktar baxxa mir-rati msemmija fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ.

(102)

Il-produtturi jenfasizzaw ukoll li huma ma jerfgħux riskji importanti (kuntrarju għal dak li huwa suġġerit fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ), b’mod partikolari riskji ta’ kostruzzjoni, regolatorji, ambjentali, ta’ manutenzjoni u fiskali/finanzjarji. Ir-regolazzjoni tal-prezzijiet ġiet imsemmija bħala waħda mill-kategoriji prinċipali tar-riskji regolatorji. Il-produtturi jqisu wkoll li ż-żamma ta’ parti sinifikanti mill-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tagħhom minn MVM tikkostitwixxi żvantaġġ, billi timpedihom milli jużaw dawn il-kapaċitajiet biex jipproduċu enerġija għal klijenti oħra potenzjali. Aktar minn hekk, il-PPAs jipprovdu għal obbligi ċari fuq il-produtturi li, jekk il-produtturi ma jirrispettawhomx, iwasslu għal ħlasijiet aktar baxxi jew għal talbiet għad-danni.

(103)

[…] sostniet li wieħed mill-vantaġġi miksub mill-Ungerija b’riżultat tal-PPAs kienu s-servizzi affidabbli ta’ bbilanċjar li setgħu jiġu offruti biss minnha nfisha u Dunamenti Erőmű. Dan il-produttur sostna li huwa ma kienx jidħol fis-suq u joffri dawn is-servizzi mingħajr PPA.

(104)

L-impjant tal-enerġija ta’ Mátra jargumenta li huwa għandu spejjeż baxxi għax-xogħol fil-minjieri minħabba li għandu l-minjiera tal-faħam tiegħu stess, li tippermettilu li joffri prezzijiet kompetittivi ħafna. Huwa jargumenta li l-prezzijiet tiegħu huma saħansitra aktar baxxi mill-prezzijiet tal-bejgħ ta’ MVM, kuntrarju għal prezzijiet oħra taħt PPA.

(ii)   Il-prezz tal-privatizzazzjoni

(105)

L-impjant tal-enerġija ta’ Dunament jargumenta li huwa ma kiseb l-ebda vantaġġ mill-PPA billi huwa ħallas il-valur tas-suq għall-privatizzazzjoni u l-prezz tax-xiri ħa inkonsiderazzjoni d-drittijiet u l-obbligi tiegħu taħt il-PPA. Għaldaqstant, huwa ħallas għall-PPA (u għal kwalunkwe vantaġġ li dan seta’ jagħtih) fil-prezz tal-privatizzazzjoni.

(iii)   Il-prinċipju tal-investitur fis-suq

(106)

L-impjanti tal-enerġija ta’ Budapest, AES-Tisza, Mátra u Csepel jargumentaw li l-PPAs jirriflettu l-kundizzjonijiet tas-suq fiż-żmien ta’ meta ġew konklużi, kemm għal MVM kif ukoll għall-produtturi. Rigward MVM, huma jargumentaw li kwalunkwe operatur privat fil-pożizzjoni ta’ MVM (obbligu legali tas-sigurtà tal-provvista bħala xerrej waħdieni, eċċ.) kien jagħżel li jidħol fil-PPAs. Fil-każ tal-produtturi nfushom, huma jargumentaw li l-“vantaġġ” tagħhom mill-PPAs ma jmurx lil hinn minn dak li għandu jitqies bħala vantaġġ kummerċjali normali għal kwalunkwe parti fi ftehim kummerċjali. Fiż-żmien tal-konklużjoni tagħhom, fis-settur ikkonċernat, il-PPAs kienu jirriflettu l-kundizzjonijiet normali tas-suq. Barra minn hekk, il-PPAs jirrappreżentaw metodi kummerċjali normali tan-negozju u forma normali ta’ allokazzjoni u ġestjoni tar-riskju.

(107)

Il-PPAs kienu l-uniku mod kif jiġu assigurati investimenti li jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-settur tal-elettriku fl-Ungerija (b’mod partikolari, l-immodernizzar tas-sistema sħiħa, il-ħarsien tal-ambjent u s-sigurtà tal-provvista). L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur privat għandha twassal għall-konsiderazzjoni ta’ dawk il-ħtiġijiet, u l-uniku mod kif jintlaħqu r-rekwiżiti kienu l-PPAs. Il-partijiet interessati jinnotaw li l-PPAs jimponu obbligi ta’ investiment u disponibilità fuq il-produtturi tal-enerġija.

(iv)   Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali

(108)

L-impjanti tal-enerġija ta’ Budapest u Csepel jargumentaw li l-produtturi li huma parti fil-PPAs jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (“SGEI”). Fl-opinjoni tagħhom, il-PPAs iservu bħala strument biex MVM taqdi l-obbligu tagħha ta’ sigurtà tal-provvista u għalhekk jissodisfaw obbligu ta’ servizz pubbliku. L-impjant tal-enerġija ta’ Budapest jargumenta li jista’ jiġi kkunsidrat ukoll li fil-fatt huwa l-impjant tal-enerġija ta’ Budapest innifsu li jrid jaqdi obbligu ta’ servizz pubbliku impost fuqu mill-PPAs tiegħu. Iż-żewġ partijiet interessati jirreferu għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2003 fil-kawża dwar għajnuna mill-Istat N475/2003 (Irlanda) (35) li fiha l-Kummissjoni aċċettat li l-bini ta’ kapaċità ġdida ta’ produzzjoni sabiex tassigura s-sigurtà tal-provvista jista’ jitqies bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali.

(109)

Il-partijiet interessati huma tal-opinjoni li, bħal fil-każ tal-Irlanda, l-għajnuna mill-Istat taħt il-PPAs - jekk teżisti - tissodisfa l-erba’ kriterji kumulattivi stabbiliti mill-Qorti fis-sentenza tagħha fil-kawża C-280/00 (“is-sentenza Altmark”) (36). Huma jargumentaw hekk:

(110)

L-ewwel nett, mill-Atti Ungeriżi dwar l-Enerġija ħareġ li MVM kellha diversi obbligi ta’ servizz pubbliku, bħalma huma s-sigurtà tal-provvista bl-inqas prezz possibbli, il-ħarsien tal-ambjent u l-effiċjenza. L-obbligi ta’ servizz pubbliku ta’ MVM għalhekk huma definiti b’mod ċar bil-liġi u l-produtturi tal-enerġija li huma partijiet għall-PPAs huma fdati li jipprovdu s-SGEI;

(111)

It-tieni, il-kumpensi kienu stabbiliti bil-quddiem mid-digrieti tal-gvern dwar il-prezzijiet u mill-formuli tal-prezzijiet tal-PPAs. Il-kumpensi għalhekk jistgħu jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta’ parametri oġġettivi u trasparenti;

(112)

It-tielet, il-kumpens imħallas fuq il-bażi tal-PPAs ma jaqbiżx l-ispejjeż tas-SGEI pprovdut. Il-PPAs huma bbażati strettament fuq l-ispejjeż u l-marġini ta’ profitt ma jaqbżux il-marġini normali ta’ profitt fis-suq. Dan huwa assigurat mill-fatt li, kif jargumenta l-impjant tal-enerġija ta’ Budapest, il-PPAs tiegħu ngħataw b’sejħa għall-offerti miftuħa u trasparenti (ara taħt). L-impjanti tal-enerġija nbiegħu lill-appaltatur bl-ogħla offerta u l-aħjar pjan tan-negozju. Mill-proċedura tal-offerti joħroġ li l-kumpens taħt il-PPAs ma jistax jaqbeż l-ammont meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż kollha li jsiru fit-twettiq tal-obbligu ta’ servizz pubbliku u marġini raġonevoli ta’ profitt;

(113)

Ir-raba’, l-impjant tal-enerġija ta’ Budapest jargumenta li l-PPAs nbiegħu kollha b’mod miftuħ u trasparenti, jew bħala parti integrali mill-proċess ta’ privatizzazzjoni jew għalihom. L-impjant tal-enerġija ta’ Csepel jargumenta li għalkemm l-impjant ma ntgħażilx fuq il-bażi ta’ offerta pubblika, huwa xorta waħda għadu jirċievi kumpens li huwa limitat sabiex ikopri l-ispejjeż u marġinu raġonevoli ta’ profitt. Il-mekkaniżmi tal-ipprezzar jassiguraw li jiġi evitat kumpens żejjed.

(114)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-partijiet interessati jikkonkludu li l-PPAs jissodisfaw l-erba’ kriterji kumulattivi msemmija fis-sentenza Altmark u għalhekk ma jikkostitwux għajnuna fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

(115)

L-impjant tal-enerġija ta’ Budapest jargumenta wkoll li anki jekk il-PPAs ma jitqiesux li jissodisfaw l-erba’ kriterji kumulattivi tas-sentenza Altmark, huma xorta jistgħu jiġu ddikjarati kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE. Il-parti interessata tesprimi l-fehma tagħha li l-impatt tal-PPAs tagħha fuq l-għeluq qabel tas-suq tal-elettriku Ungeriż huwa negliġibbli, billi huma jkopru biss 3 % tal-konsum tal-elettriku fl-Ungerija. Barra minn hekk, għal raġunijiet tekniċi, kienet impossibbli żieda fl-importazzjoni tal-elettriku fiż-żmien li ġew konklużi l-PPAs. Għalhekk, il-PPAs tiegħu ma setax kellhom impatt ħażin fuq in-negozju. Fil-kummenti tagħha, il-parti interessata tenfasizza wkoll l-importanza tat-teknoloġija tagħha ta’ koproduzzjoni għat-tisħin tad-distrett, li tissodisfa l-miri tal-politika dwar l-enerġija u dik ambjentali tal-UE.

(116)

L-impjant tal-enerġija ta’ Mátra jargumenta li huwa kien meħtieġ li jirriżerva ċerta kapaċità minima għal MVM sabiex tkun assigurata l-provvista tal-enerġija fis-suq Ungeriż billi jintużaw riżorsi ta’ faħam indiġenu. Huwa jargumenta li, b’konformi mal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva dwar l-Elettriku (37), l-għajnuna mill-Istat għandha titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni meta, għal raġunijiet ta’ sigurtà tal-provvista, hija tiffinanzja l-produzzjoni ta’ elettriku minn faħam indiġenu.

(v)   L-ebda vantaġġ fit-tul ta’ żmien

(117)

L-impjanti tal-enerġija ta’ Csepel, Mátra u Budapest jargumentaw li l-perjodu twil ta’ kuntratt m’għandux jiġi interpretat bħala vantaġġ fih innifsu. L-impjant tal-enerġija ta’ Csepel isostni li fi ftehim fuq perjodu fit-tul, iż-żewġ partijiet iħallsu prezz għaċ-ċertezza li l-perjodu fit-tul joffri. Il-produtturi tal-enerġija jaqblu li joffru prezz aktar baxx mill-prezz tas-suq ta’ dak il-ħin u li jkunu marbuta bil-prezz maqbul, ikunu xi jkunu l-prezzijiet ta’ dak il-ħin. Huma jiftiehmu wkoll li jirriżervaw il-kapaċitajiet tagħhom għal kumpanija waħda għall-perjodu sħiħ tal-ftehim. Huwa argumentat li l-ftehimiet fuq perjodu fit-tul għalhekk jirrappreżentaw bilanċ tar-riskji ekonomiċi u opportunitajiet għaż-żewġ partijiet u ma jistgħux jitqiesu bħala vantaġġ biss.

(118)

Fuq il-bażi tal-argumenti ta’ hawn fuq, il-produtturi kollha tal-enerġija jikkonkludu li l-PPAs ma jagħtuhomx vantaġġ ekonomiku u għalhekk ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

Is-selettività

(119)

AES-Tisza targumenta li l-PPAs ma jipprovdux vantaġġ selettiv. Il-parti interessata tirreferi għall-eżistenza ta’ ftehimiet fuq perjodu fit-tul fis-settur kollu tal-elettriku, mhux biss bejn il-produtturi u MVM iżda wkoll bejn MVM u l-kumpaniji tad-distribuzzjoni u bejn il-fornituri tal-fjuwil u l-produtturi tal-elettriku, kif ukoll għall-importazzjoni tal-elettriku. Għal dak li jirrigwarda l-produtturi, l-Att I dwar l-Enerġija (mill-1994) u d-Digriet tal-Gvern 34/1995 kienu jeħtieġu espliċitament lill-produtturi jikkonkludu ftehim għax-xiri tal-enerġija ma’ MVM sabiex jiksbu liċenzja għall-kostruzzjoni u l-operat. Għaldaqstant, il-produtturi kollha kellhom ftehimiet ma’ MVM u l-impjanti rinnovabbli u ta’ koġenerazzjoni biss seta’ jkollhom ftehimiet għal perjodu iqsar, billi dawn il-produtturi għandhom garanziji legali differenti (eż. xiri obbligatorju).

Trasferiment ta’ riżorsi Statali

(120)

L-impjant tal-enerġija ta’ Mátra jsostni li l-prezz biss jista’ jiġi kkunsidrat bħala għajnuna mill-Istat fil-PPAs. It-tul tal-PPAs u l-volumi tal-bejgħ iggarantiti ma jistgħux jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat minħabba li anki jekk jagħtu vantaġġ, dawn ma jwasslux għat-trasferiment ta’ riżorsi Statali. It-tielet parti tikkonkludi li minħabba l-prezzijiet kompetittivi ħafna tal-impjant tal-enerġija ta’ Mátra (ara (i) hawn fuq), m’hemm assolutament l-ebda element ta’ għajnuna mill-Istat fil-PPA tagħha.

Imputabilità lill-Istat

(121)

Il-kumpanija AES-Tisza targumenta li l-prezzijiet tal-PPA huma imputabbli mhux lill-Istat iżda lill-partijiet fil-PPAs. AES-Tisza tikkritika l-valutazzjoni tal-imputabilità fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ billi din tikkonċentra biss fuq l-imputabilità lill-Istat tal-konklużjoni attwali tal-PPAs u mhux fuq l-imputabilità tal-iffissar tal-prezzijiet, filwaqt li fl-istess ħin il-Kummissjoni targumenta li l-vantaġġ inġust huwa assigurat mill-prezzijiet vantaġġjużi. Wara l-perjodu ta’ ffissar ċentrali tal-prezzijiet (jiġifieri wara Jannar 2004, u bl-eċċezzjoni tal-2007), il-prezzijiet kienu nnegozjati bejn MVM u l-produtturi tal-enerġija u ma jistgħux jiġu attribwiti lill-Istat.

Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-impatt fuq in-negozju bejn l-Istati Membri

(122)

L-impjanti tal-enerġija ta’ AES-Tisza, Budapest u Csepel jikkontestaw l-effetti distortivi tal-PPAs u l-potenzjal tagħhom li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(123)

L-ewwel nett, l-impjanti tal-enerġija inkwistjoni jsostnu li dan il-kriterju għandu jiġi valutat ukoll fid-dawl taż-żmien li fih ġew konklużi l-PPAs. Dak iż-żmien l-Ungerija ma kinitx parti mill-UE u s-suq tagħha tal-elettriku ma kienx liberalizzat. Għaldaqstant, huwa argumentat li l-PPAs ma setgħux b’definizzjoni jikkawżaw distorsjoni fil-kompetizzjoni fis-suq komuni.

(124)

It-tieni, huma jargumentaw li l-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri huma influwenzati minn fatturi differenti mill-PPAs. B’mod speċifiku, huma jsostnu li l-kapaċitajiet transkonfinali tal-Ungerija huma l-fattur prinċipali li jinfluwenza l-kummerċ bejn l-Ungerija u pajjiżi oħra. Dawn il-kapaċitajiet transkonfinali huma użati fil-massimu tagħhom. Huwa ċar, għalhekk, li l-kummerċ fl-elettriku huwa limitat minħabba l-kapaċitajiet transkonfinali limitati tal-Ungerija u mhux minħabba l-PPAs. Ġie argumentat li l-leġiżlazzjoni hija l-fattur l-ieħor li jinfluwenza l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Taħt il-liġi Ungeriża, il-produtturi tal-enerġija xorta ma kinux awtorizzati li jbigħu l-elettriku direttament barra l-pajjiż.

(125)

L-impjant tal-enerġija ta’ Csepel jargumenta li fi kwalunkwe każ huwa jbigħ l-elettriku fl-Ungerija biss, għalhekk il-PPA tiegħu ma jistax ikollu xi effett de facto fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membru.

(126)

Huwa argumentat ukoll li s-suq tal-elettriku Ungeriż infetaħ gradwalment għall-kompetizzjoni b’mod konformi mal-obbligi tal-UE. Perċentwali sinifikanti ta’ konsumaturi qalbu għas-segment tas-suq ħieles fi żmien qasir. Operaturi ġodda jkunu skoraġġiti milli jidħlu fis-suq tal-elettriku Ungeriż jew li jestendu l-preżenza tagħhom f’dak is-suq minħabba minħabba n-nuqqas ta’ previdibilità tal-profitti, u mhux minħabba l-eżistenza tal-PPAs. L-impjant tal-enerġija ta’ Csepel jargumenta li f’dawn l-aħħar snin fl-Ungerija nbnew impjanti tal-elettriku biss meta l-Istat offra xi forma ta’ stabilità u previdibilità ta’ profitt mill-proġett permezz ta’ ftehimiet fuq perjodu fit-tul jew fil-forma ta’ xiri obbligatorju, jew fejn l-użu ta’ kapaċitajiet ġodda kien iggarantit mid-domanda għall-attività ta’ distribuzzjoni integrata b’mod vertikali. Fi kwalunkwe każ, il-PPAs eżistenti ma kinux fattur li skoraġġixxa dħul ġdid.

(127)

Barra minn hekk huwa argumentat ukoll li ma hemm ebda domanda tas-suq fl-Ungerija għal kapaċitajiet addizzjonali. Dan jirriżulta mill-fatt li f’irkanti tal-elettriku minn MVM, maġġoranza kbira tal-kapaċitajiet offruti għall-bejgħ baqgħu mhux mibjugħa.

5.3.   L-applikabilità wara l-adeżjoni

(128)

Din l-osservazzjoni kienet sottomessa mill-impjant tal-enerġija ta’ Budapest,

(129)

L-impjant tal-enerġija ta’ Budapest jargumenta li l-PPAs ma jistgħux jitqiesu li “jkunu għadhom japplikaw” fit-tifsira tal-Anness IV, paragrafu 3, sub-paragrafu 1(c) għall-Att tal-Adeżjoni.

(130)

Il-parti interessata targumenta li b’konformi mal-prinċipju ġenerali tan-nonretroattività, il-miżuri li kienu stabbiliti skont il-liġi qabel l-adeżjoni m’għandhomx jerġgħu jiġu eżaminati mill-Kummissjoni wara l-adeżjoni. Billi r-regoli Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat japplikaw biss mid-data tal-adeżjoni, dawk il-miżuri ta’ għajnuna biss li jipprovdu benefiċċju addizzjonali wara l-adeżjoni jistgħu jiġu ddefiniti bħala applikabbli wara l-adeżjoni. Huma jargumentaw li l-PPAs ma jipprovdu ebda benefiċċju addizzjonali wara l-adeżjoni billi l-formuli tal-prezzijiet tagħhom kienu ddefiniti qabel l-adeżjoni, u għalhekk l-esponiment finanzjarju tal-Istat kien għal kollox magħruf qabel l-adeżjoni.

5.4.   Għajnuna eżistenti

(131)

Dan l-argument ġie sottomess mill-impjanti tal-enerġija ta’ Budapest, Csepel, AES-Tisza u Mátra u mill-Bank […].

(132)

Il-partijiet interessati jargumentaw li anki kieku wieħed kellu jaċċetta li l-PPAs kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, tali għajnuna mill-Istat għandha titqies bħala għajnuna eżistenti fit-tifsira tal-Anness IV, paragrafu 3, sub-paragrafu 1(c) għall-Att tal-Adeżjoni. Huma esprimew il-fehma li l-Kummissjoni ma oġġezzjonatx għall-miżura sal-perjodu ta’ 3 xhur mitlub mill-Att tal-Adeżjoni. L-awtoritajiet Ungeriżi nnotifikaw il-miżura wara l-31 ta’ Marzu 2004. Il-partijiet isostnu li, wara skambju ta’ informazzjoni, il-Kummissjoni ma tatx ir-reazzjoni tagħha għall-ittra tal-Ungerija tad-19 ta’ Ottubru 2004 fi żmien 3 xhur, biex hekk eskludiet il-klassifikazzjoni tal-miżura bħala “għajnuna ġdida”.

(133)

L-impjant tal-enerġija ta’ Budapest iqis ukoll li deċiżjoni li tistabbilixxi jekk għajnuna mogħtija qabel l-adeżjoni u li ssoktat wara l-adeżjoni għandhiex titqies bħala “għajnuna ġdida” jew “għajnuna eżistenti” m’għandhiex tkun ibbażata biss fuq l-Anness IV għall-Att tal-Adeżjoni. Skont l-impjant tal-enerġija ta’ Budapest, jekk tali għajnuna ma tikkwalifikax bħala għajnuna eżistenti skont l-Anness IV tal-Att tal-Adeżjoni, hija xorta għandha tiġi eżaminata fid-dawl tal-Artikolu 1(b)(ii)-(v) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

(134)

L-impjant tal-enerġija ta’ Budapest jargumenta li l-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 japplika għall-PPAs u li l-PPAs għalhekk jikkostitwixxu “għajnuna eżistenti”. Fil-fehma tiegħu, l-aħħar sentenza tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 li tirreferi għal għajnuna ġdida ma tapplikax għal-PPAs għal tliet raġunijiet.

(135)

L-ewwel nett, fis-sentenza Alzetta Mauro  (38), il-Qorti ddeċidiet li għajnuna li kienet teżisti f’ċertu suq li inizjalment ġie magħluq għall-kompetizzjoni qabel il-liberalizzazzjoni tiegħu għandha titqies bħala għajnuna eżistenti miż-żmien tal-liberalizzazzjoni. Skont il-parti interessata, din is-sentenza hija bbażata direttament fuq interpretazzjoni tal-Artikolu 88(1) tat-Trattat tal-KE, u għalhekk tieħu preċedenza fuq ir-Regolament (KE) Nru 659/1999.

(136)

It-tieni, fi kwalunkwe każ, minħabba li r-Regolament (KE) Nru 659/1999 kien għadu ma daħalx fis-seħħ meta s-suq tal-elettriku ġie liberalizzat skont id-Direttiva 96/92/KE jew meta ġew iffirmati l-PPAs, kienu japplikaw ir-regoli kif stipulati fis-sentenza Alzetta Mauro, mhux ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999.

(137)

It-tielet, tqabbil tal-formulazzjoni tal-kategoriji differenti fl-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 iwassal għall-konklużjoni li l-Artikolu 1(b)(v) japplika biss għal skemi ta’ għajnuna mill-Istat, billi l-għajnuna individwali mhijiex imsemmija b’mod espliċitu.

(138)

Mill-banda l-oħra, AES-Tisza targumenta li kieku l-PPAs kellhom jiġu kklassifikati bħala għajnuna ġdida, f’dak il-każ tali klassifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

5.5.   Ftehimiet privati konklużi b’mod validu ma jistgħux jintemmu mill-Kummissjoni (“pacta sunt servanda”) - Inċertezza legali

(139)

Dawn l-argumenti ġew sottomessi mill-impjanti tal-enerġija ta’ Budapest u AES-Tisza u l-Bank […].

(140)

Il-partijiet jisħqu li huma daħlu fil-PPAs b’intenzjonijiet tajba fiċ-ċirkustanzi tas-suq li kienu prevalenti f’dak iż-żmien. Huma aċċettaw obbligi kbar ta’ investiment merfugħa minn istituzzjonijiet tal-kreditu permezz ta’ ftehimiet ta’ finanzjament. Fl-opinjoni tagħhom, l-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni jwasslu għal inċertezza legali sinifikanti li għandha tiġi evitata. AES-Tisza tqajjem dubji dwar id-dritt tal-Kummissjoni li ttemm, fuq il-bażi tar-regoli dwar l-għajnuniet Statali u, b’mod aktar ġenerali, ir-regoli dwar il-kompetizzjoni tat-Trattat tal-KE, ftehimiet kummerċjali konklużi b’mod validu (39).

5.6.   Il-proporzjonalità

(141)

L-impjant tal-enerġija AES-Tisza jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-proporzjonalità tat-talba tal-Kummissjoni sabiex ittemm il-PPAs u jirreferi għall-possibilità ta’ negozjar mill-ġdid tal-ftehimiet mill-partijiet.

5.7.   Kummenti dwar il-kompatibilità tal-PPAs mas-suq komuni

(142)

Il-kumpaniji Csepel u AES-Tisza jsostnu li l-PPAs ma kinux imfassla sabiex ikunu skema ta’ kumpens u għalhekk mhuwiex xieraq li dawn jiġu mqabbla mal-Metodoloġija. Fiż-żmien tal-konklużjoni tagħhom, il-PPAs ma setgħux jinftehmu bħala kumpens għall-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati billi l-Metodoloġija lanqas biss kienet teżisti f’dak iż-żmien. Fl-opinjoni tagħhom, l-użu tal-Metodoloġija huwa xieraq biss f’sitwazzjoni fejn il-PPAs kienu ntemmu qabel.

(143)

Mill-banda l-oħra, fir-rigward tal-PPA ta’ Csepel, il-Bank […] jargumenta li l-konsiderazzjoni mħallsa taħt il-PPA hija limitata biex tkopri l-ispejjeż li fil-fatt huma eliġibbli taħt il-Metodoloġija (jiġifieri l-ispejjeż fissi, l-ispejjeż varjabbli u marġinu raġonevoli ta’ profitt). Huwa jsostni li l-PPA ta’ Csepel ma jipprovdix għal kumpens li jaqbeż l-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati eliġibbli.

(144)

Csepel targumenta wkoll li l-PPAs jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 87(3) tat-Trattat tal-KE billi jikkontibwixxu b’mod sinifikanti għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku fl-Ungerija u, b’mod aktar ġenerali, għall-iżvilupp globali tal-ekonomija Ungeriża.

(145)

Il-kumpanija AES-Tisza tissuġġerixxi (mingħajr ma tagħti raġunijiet dettaljati) li l-PPAs għandhom jitqiesu bħala li jassiguraw l-investiment f’reġjun tal-Artikolu 87(3)(a).

(146)

Barra minn hekk, AES-Tisza tinnota li n-nuqqas ta’ ċarezza tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ fir-rigward tal-prezz tas-suq “ta’ referenza” li kellu jintuża, it-tifsira ta’ “investiment ineffiċjenti” u x-xenarji ekonomiċi u l-perjodi taż-żmien applikaw għall-valutazzjoni tal-kompatibilità mas-suq komuni mill-Kummissjoni.

6.   IT-TWEĠIBA MILL-UNGERIJA DWAR IL-KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

(147)

B’reazzjoni għall-kummenti tal-impjant tal-enerġija ta’ Csepel, l-Ungerija ssostni li, kuntrarju għal dak li jista’ jinftiehem mill-kummenti ta’ Csepel, il-PPA tiegħu jinkludi kwantitajiet minimi ggarantiti ta’ xiri.

(148)

Rigward l-argument ta’ Dunament li hija ma tistax tirrifjuta produzzjoni taħt kundizzjonijiet iddettati minn MVM anki għad-detriment tal-bejgħ fis-suq ħieles ta’ Dunament, l-awtoritajiet Ungeriżi jirrimarkaw li fl-2006, MVM bdiet it-twaqqif tal-PPAs fir-rigward tal-blokok 4 F li, konsegwentement, setgħu kkompetew direttament fis-suq tas-servizzi tas-sistema. Madankollu, Dunament irrifjutat li tieħu din l-opportunità.

(149)

Dwar il-kummenti ta’ AES-Tisza li l-produtturi mingħajr PPA investew prinċipalment jekk kienu jaqgħu taħt il-garanzija tax-xiri obbligatorju, l-awtoritajiet Ungeriżi jsostnu li impjanti importanti tal-enerġija u blokok ta’ impjanti tal-enerġija jbigħu l-elettriku fis-suq ħieles mingħajr kemm il-PPAs kif ukoll ix-xiri obbligatorju (pereżempju l-blokka G1 ta’ Dunament, l-impjant tal-enerġija ta’ Vértes u l-blokok I-II ta’ Mátra).

(150)

L-Ungerija tisħaq ukoll li, kuntrarju għall-kummenti ta’ AES-Tisza, il-pożizzjoni ta’ negozjar ta’ MVM hija limitata wkoll mill-PPAs infushom (il-formuli tal-prezzijiet u l-ammonti garantiti ta’ xiri).

7.   VALUTAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

7.1.   Għajnuna illegali

(151)

L-għajnuna kontenuta fil-PPAs ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni skont ir-regoli proċedurali dwar l-għajnuna mill-Istat. L-għajnuna għalhekk tikkostitwixxi għajnuna illegali.

7.2.   Kumment ġenerali dwar il-valutazzjoni individwali tal-PPAs

(152)

Fil-kummenti tagħhom, ċerti partijiet interessati u l-awtoritajiet Ungeriżi ssuġġerew li l-PPAs għandhom jiġu vvalutati b’mod individwali minħabba d-differenzi fit-termini u l-kundizzjonijiet eżatti tagħhom.

(153)

Din id-Deċiżjoni tkopri l-PPAs kollha bejn MVM u l-produtturi tal-enerġija li kienu fis-seħħ meta l-Ungerija daħlet fl-UE (ara l-premessi 44 u 45 aktar ‘il fuq). Il-Kummissjoni tqis li l-prinċipji ta’ tmexxija tal-PPAs jippreżentaw similaritajiet li, fi proċedura dwar għajnuna mill-Istat, jiġġustifikaw il-valutazzjoni komuni tagħhom. Kif muri hawn isfel, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-vantaġġ prinċipali li joħroġ mill-PPAs huwa komuni għalihom kollha, u li d-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tagħhom fil-perjodu 1995-2001 segwiet l-istess miri ta’ politika u l-istess tip ta’ soluzzjoni. F’termini konkreti, ilkoll jipprovdu għal obbligu ta’ xiri min-naħa ta’ MVM - għal perjodu li jkopri parti sostanzjali mill-ħajja tal-assi - ta’ kapaċitajiet riżervati u kwantità garantita, b’mekkaniżmu ta’ pprezzar li jippermetti lill-produtturi jkopru l-ispejjeż fissi u varjabbli tagħhom. Barra minn hekk, il-kriterji l-oħra għall-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat jippreżentaw ukoll similaritajiet li jiġġustifikaw il-valutazzjoni komuni tagħhom. Is-selettività tagħhom hija bbażata fuq l-istess prinċipji; il-kwistjoni ta’ jekk il-PPAs iwasslux għal trasferiment ta’ riżorsi Statali teħtieġ fil-biċċa l-kbira l-istess valutazzjoni għal kull wieħed minnhom; u l-effett tagħhom fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ isegwi wkoll l-istess valutazzjoni ekonomika u jrid jikkunsidra wkoll il-koeżistenza tal-PPAs fis-suq Ungeriż. Il-Kummissjoni għalhekk hija tal-opinjoni li sabiex din id-deċiżjoni dwar għajnuna mill-Istat tirrifletti bi preċiżjoni r-realtà tas-suq tal-produzzjoni tal-enerġija Ungeriż, il-PPAs iridu jiġu vvalutati flimkien, b’deċiżjoni waħda li tagħlaq il-proċedura.

(154)

Dan l-approċċ komprensiv ma jimpedix lill-Kummissjoni milli tikkunsidra d-differenzi li fil-fatt jeżistu bejn il-PPAs inkwistjoni. Din id-Deċiżjoni għalhekk tippreżenta d-differenzi bejn il-PPAs fejn dawn id-differenzi jkunu rilevanti għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni.

7.3.   L-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE

(155)

Hawn taħt il-Kummissjoni tanalizza kull wieħed mill-erba’ kriterji kumulattivi li jinkludu d-definizzjoni ta’ għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE: l-involviment ta’ riżorsi statali, l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku, is-selettività tal-vantaġġ, u l-impatt fuq il-kummerċ.

Iż-żmien rilevanti tal-valutazzjoni

(156)

Fil-kummenti tagħhom, il-partijiet interessati argumentaw (b’referenza għal diversi kriterji ta’ valutazzjoni) li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra biss il-kriterji prevalenti meta ġew iffirmati l-PPAs. Is-sejbiet ta’ din l-analiżi mbagħad għandhom jiġu estiżi għall-perjodu kollu tal-PPAs. F’dan ir-rigward, l-impjant tal-enerġija ta’ Budapest jirreferi għall-avviż tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat illegali (40).

(157)

Meta tistabbilixxi ż-żmien rilevanti tal-valutazzjoni, il-Kummissjoni l-ewwel trid tikkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Ungerija fl-UE, ir-Regolament Proċedurali u l-każistika tal-Qorti.

(158)

Il-parti rilevanti tal-Anness IV għat-Trattat tal-Adeżjoni taqra kif ġej:

“ANNESS IV

Il-lista li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 22 tal-Att tal-Adeżjoni

(…)

3.   Il-Politika dwar Il-kompetizzjoni

1.

L-iskemi ta’ għajnuna u għajnuna individwali li ġejjin li kienu fis-seħħ fi Stat Membru ġdid qabel id-data tal-adeżjoni u li jkunu għadhom japplikaw wara dik id-data, għandhom jitqiesu mal-adeżjoni bħala għajnuna eżistenti fis-sens tal-Artikolu 88(1) tat-Trattat tal-KE:

(a)

miżuri ta’ għajnuna li daħlu fis-seħħ qabel l-10 ta’ Diċembru 1994;

(b)

miżuri ta’ għajnuna elenkati fl-Appendiċi ta’ dan l-Anness;

(c)

miżuri ta’ għajnuna li qabel id-data tal-adeżjoni kienu vvalutati mill-awtorità li tissorvelja l-għajnuna mogħtija mill-Istat tal-Istat Membru l-ġdid u meqjusa bħala kompatibbli mal-acquis, u li dwarhom il-Kummissjoni ma ressqet l-ebda oġġezzjoni abbażi ta’ dubji serji dwar jekk il-miżura tkunx kompatibbli mas-suq komuni, skont il-proċedura stipulata fil-paragrafu 2.

Kull miżura li tibqa’ tapplika wara d-data tal-adeżjoni li hija miżura ta’ għajnuna mogħtija mill-Istat u li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati hawn qabel, għandha mal-adeżjoni tiġi meqjusa bħala għajnuna ġdida għall-iskopjiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE.

Id-dispożizzjonijiet ta’ hawn qabel la japplikaw għall-għajununa fis-settur tat-trasport, u lanqas għall-attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni, ipproċessar u l-marketing ta’ prodotti elenkati fl-Anness I mat-Trattat tal-KE bl-eċċezzjoni ta’ prodotti tas-sajd u ta’ prodotti li ġejjin minnhom.

Id-dispożizzjonijiet ta’ hawn qabel għandhom ikunu wkoll mingħajr preġudizzju għall-miżuri transitorji li għandhom x’jaqsmu mal-Politika dwar il-Kompetizzjoni stipulati f’dan l-Att.”

(159)

Il-parti rilevanti tal-Artikolu 1 tar-Regolament Proċedurali taqra hekk:

“(b)

‘għajnuna eżistenti’ għandha tfissser:

(i)-(iv)

[…]

(v)

għajnuna li tinftiehem li hi għajnuna eżistenti minħabba li jista’ jitwaqqaf li meta daħlet fis-seħħ ma kkostitwietx għajnuna, u sussegwentement saret għajnuna minħabba l-evoluzzjoni tas-suq komuni u mingħajr ma nbidlet mill-Istat Memrbu. Billi ċerti miżuri jsiru għajnuna wara l-liberalizzazzjoni ta’ attività mil-liġi tal-Komunità, dawn il-miżuri m’għandhomx ikunu kkunsidrati li huma għajnuna eżistenti wara d-data ffissata għal-liberalizzazzjoni.

(c)

‘għajnuna ġdida’ għandha tfisser kull għajnuna, jiġifieri, skemi ta’ għajnuna u għajnuna individwali, li m’hijiex għajnuna eżistenti, li jinkludu tibdil lill-għajnuna eżistenti”.

(160)

Mid-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq jirriżulta li miżuri li ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fiż-żmien li fih ingħataw jistgħu, f’ċerti ċirkustanzi, isiru miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-klassifikazzjoni tal-miżura li ssir għajnuna mill-Istat bħala għajuna eżistenti jew ġdida.

(161)

Għalkemm huwa minnu li, meta tanalizza l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat f’każ speċifiku, il-Kummissjoni trid tivvaluta s-sitwazzjoni prevalenti fiż-żmien li fih daħlet fis-seħħ il-miżura, dan ma jfissirx li l-valutazzjoni tal-erba’ kriterji fid-definizzjoni ta’ għajnuna mill-Istat għandha f’kull ċirkustanza tkun limitata biss għaż-żmien li fih ingħatat l-għajnuna.

(162)

Mill-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament Proċedurali, jidher ċar li hemm ċirkustanzi eċċezzjonali, bħall-evoluzzjoni tas-suq ħieles jew il-liberalizzazzjoni ta’ settur, fejn iseħħu bidliet ekonomiċi u legali sostanzjali f’settur jew f’diversi setturi tal-ekonomija u fejn, minħabba dawk il-bidliet, miżura li għall-ewwel ma kinitx taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 87 tat-Trattat tista’ taqa’ taħt il-kontroll tal-għajnuna mogħtija mill-Istat. Meta jiġi liberalizzat settur tal-ekonomija, iż-żamma tal-miżuri kollha li ma kinux jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat minħabba l-kundizzjonijiet sostanzjalment differenti tas-suq fiż-żmien meta ngħataw, iżda li mil-liberalizzazzjoni jissodisfaw il-kriterji kollha ta’ għajnuna mill-Istat, tkun de facto qiegħda tipperpetwa parti kbira miċ-ċirkustanzi tas-suq ta’ qabel il-kompetizzjoni. Dan imur kontra l-intenzjoni preċiża li tintemm sitwazzjoni mhux kompetittiva bħal din f’suq, jiġifieri d-deċiżjoni tal-Istat Membru li jilliberalizza s-settur partikolari. L-għan tad-dispożizzjonijiet speċjali li bihom miżura tista’ ssir għajnuna mill-Istat huwa li jiġi evitat it-titwil ta’ kwalunkwe miżura li, għalkemm ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna fiċ-ċirkustanzi ekonomiċi u legali preċedenti, tista’ tkun ta’ ħsara għall-interessi tal-atturi fil-kundizzjonijiet ġodda tas-suq (41).

(163)

Il-kwistjoni dwar jekk tali għajnuna mill-Istat għandhiex tiġi kklassifikata bħala għajnuna eżistenti jew ġdida għandha tiġi vvalutata separatament ladarba l-Kummissjoni tkun stabbiliet l-eżistenza jew le ta’ għajnuna mill-Istat.

(164)

L-ekonomija Ungeriża għaddiet minn tibdil drastiku fis-snin disgħin. Il-pajjiż ħa d-deċiżjoni li jissieħeb fl-UE, u sar Stat Membru sħiħ fl-1 ta’ Mejju 2004. Huwa kien jaf sewwa bl-obbligu tiegħu li jġib il-miżuri eżistenti tiegħu konformi mar-regoli dwar il-kompetizzjoni tas-suq intern li miegħu xtaq jissieħeb, billi l-Ftehim tal-Ewropa (42), iffirmat mill-Ungerija fl-1991, jirreferi b’mod espliċitu għal dak l-obbligu.

(165)

Meta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea, l-Ungerija ssieħbet ukoll fis-suq intern liberalizzat tal-enerġija. Ir-regoli dwar il-kompetizzjoni tal-Att tal-Adeżjoni ma jipprovdu għal ebda deroga fir-rigward tas-suq tal-enerġija Ungeriż. Fid-dawl ta’ dan, kuntrarju għall-kummenti tal-partijiet interessati, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-PPAs, li kienu ddaħħlu f’ċirkustanzi ekonomiċi sostanzjalment differenti (kif rikonoxxut mill-partijiet interessati) qabel l-adeżjoni fis-suq intern liberalizzat tal-enerġija, jistgħu jsiru għajnuna mill-Istat fiċ-ċirkustanzi legali u ekonomiċi l-ġodda. Biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ għajnuna bħal din, l-erba’ kriterji tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fi ħdan il-miżura għandhom jiġu vvalutati fiċ-ċirkustanzi ekonomiċi u legali l-ġodda.

(166)

Il-kwistjoni taż-żmien rilevanti tal-valutazzjoni għandha barra minn hekk tiġi eżaminata fid-dawl tal-Att tal-Adeżjoni. Kuntrarju għal adeżjonijiet preċedenti, l-Istati Membri qablu li jintroduċu dispożizzjonijiet speċifiċi fl-Att tal-Adeżjoni li bihom il-miżuri kollha ta’ għajnuna applikabbli wara l-adeżjoni u konklużi wara l-10 ta’ Diċembru 1994 kellhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni qabel l-adeżjoni u jiġu eżaminati minnha fuq il-bażi tal-acquis communautaire.

(167)

Il-maġġoranza kbira tal-pajjiżi li ssieħbu fl-UE fl-1 ta’ Mejju 2004 kellhom, għal raġunijiet storiċi, tradizzjoni qawwija ta’ indħil mill-Istat. Madankollu, jista’ jkun hemm miżuri li ma setgħux jissodisfaw l-erba’ kriterji ta’ għajnuna mill-Istat qabel l-adeżjoni minħabba l-kundizzjonijiet differenti ħafna tas-suq li kienu jeżistu dak iż-żmien. Madankollu, bil-kundizzjonijiet legali u ekonomiċi l-ġodda ta’ wara l-adeżjoni, dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jiġu ssodisfati.

(168)

L-artikoli rilevanti tal-Att tal-Adeżjoni jfittxu li jassiguraw kompetizzjoni mingħajr distorsjoni fis-suq intern għall-perjodu ta’ wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat. Għalhekk, l-għan tal-artikoli rilevanti tal-Att tal-Adeżjoni huwa li jevitaw distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq komuni minħabba miżuri inkompatibbli ta’ għajnuna mill-Istat wara l-adeżjoni. F’dan ir-rigward, mhuwiex rilevanti jekk fis-snin disgħin meta ngħatat il-miżura, din kinetx tissodisfa l-kriterji kollha ta’ għajnuna mill-Istat jew le. Għalhekk, iż-żmien rilevanti għall-valutazzjoni tal-kriterji għall-eżistenza tal-għajnuna jrid ikun il-perjodu taż-żmien wara d-data li fiha l-Ungerija ssieħbet fl-UE u s-suq intern liberalizzat tal-enerġija.

(169)

Kwalunkwe approċċ ieħor iwassal għal sitwazzjoni fejn il-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni u ta’ qabel il-liberalizzazzjoni (li, fil-każ tal-biċċa l-kbira tal-Istati Membri l-ġodda jikkorrispondi għal perjodu ta’ transizzjoni wara r-reġim Kommunista) jistgħu jiġu perpetwati għal żmien twil wara l-adeżjoni tal-pajjiż fl-Unjoni Ewropea. Miżuri li għandu mnejn ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat qabel l-adeżjoni jkunu jistgħu jinżammu u saħansitra jiġu mtawla jekk ikun jixtieq l-Istat Membru, anki jekk ikunu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat bil-kundizzjonijiet ta’ wara l-adeżjoni, billi ma jkunux jaqgħu taħt il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat mill-Kummissjoni.

(170)

Din hija preċiżament l-intenzjoni tal-kummenti tal-partijiet interessati f’dan ir-rigward. L-argumenti kollha tal-partijiet interessati dwar iż-żmien rilevanti tal-valutazzjoni huma mmirati biex juru li l-valutazzjoni ekonomika u legali tal-PPAs fil-kuntest tal-proċedura preżenti dwar l-għajnuna mill-Istat għandha tkun ibbażata fuq iċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fiż-żmien tal-iffirmar tal-PPAs (jiġifieri bejn l-1995 u l-2001), u biex iwasslu għall-konklużjoni li l-PPAs, minħabba dawk iċ-ċirkustanzi legali u ekonomiċi, ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat. Huma jargumentaw li t-test tal-operatur f’ekonomija tas-suq u l-kriterji tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ għandhom jiġu analizzati fil-kuntest ekonomiku ta’ nofs is-snin disgħin, li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-obbligi ta’ MVM f’dak iż-żmien (is-sigurtà tal-provvista) u l-mudell tas-settur tal-enerġija li kien prevalenti f’dak iż-żmien (il-mudell tax-“Xerrej Waħdieni”, eċċ.). Fl-opinjoni tagħhom, ir-riżultat tal-valutazzjoni f’dawn iċ-ċirkustanzi għandu jgħodd sad-data tat-tmiem tal-PPAs (2024 għall-itwal kuntratt), irrispettivament minn tali bidliet bħad-dħul tal-Ungerija fl-UE u l-liberalizzazzjoni obbligatorja suċċessiva tas-suq tal-enerġija.

(171)

Il-Kummissjoni ma tistax taqbel ma’ dan l-argument. Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-artikoli rilevanti tal-Att tal-Adeżjoni huma mmirati preċiżament sabiex jevitaw sitwazzjonijiet bħal dawn, billi jeħtieġu l-applikazzjoni immedjata tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-operaturi fl-ekonomija. L-Att tal-Adeżjoni jipprovdi għal eċċezzjonijiet għal ċerti setturi tal-ekonomija (eż. dispożizzjonijiet dwar it-trasport), iżda ma hija pprovduta assolutament l-ebda eċċezzjoni għall-operaturi fis-suq tal-elettriku. L-acquis communautaire, inkluża d-Direttiva 96/92/KE għalhekk japplika għall-kundizzjonijiet kuntrattwali kollha tas-suq tal-elettriku Ungeriż immedjatament mill-adeżjoni.

(172)

Fil-valutazzjoni tagħha tal-PPAs, il-Kummissjoni għalhekk tqis li, meta ssieħbet fis-suq intern liberalizzat tal-enerġija, l-Ungerija qablet li tapplika l-prinċipji ta’ dik l-ekonomija tas-suq għall-operaturi kollha fis-suq eżistenti tagħha, fosthom ir-relazzjonijiet kummerċjali kollha eżistenti.

(173)

Il-Kummissjoni għalhekk trid tivvaluta jekk, mill-jum li fih l-Ungerija ssieħbet fl-Unjoni Ewropea, il-miżura tissodisfax il-kriterji għall-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat.

Vantaġġ

(174)

Bħala introduzzjoni għall-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ, tajjeb wieħed jinnota li ħafna mill-produtturi tal-enerġija rrikonoxxew fil-kummenti tagħhom li huma ma kinux ikunu jistgħu jinvestu f’dawk l-impjanti mingħajr il-garanziji offruti mill-PPAs. Fil-kummenti tiegħu l-impjant tal-enerġija ta’ […] jargumenta li “Il-PPAs huma element importanti għall-banek sabiex jiffinanzjaw l-investiment u jipprefinanzjaw l-ispejjeż operattivi fuq bażi kontinwa. […] Fi […], […] talab għall-opinjoni tal-konsorzju [jiġifieri tal-istituzzjonijiet finanzjarji] dwar emenda potenzjali tal-PPAs. Madankollu, il-banek irrifjutaw li jnaqqsu kemm il-kapaċitajiet riżervati kif ukoll ix-xiri ggarantit.” (43)

(175)

F’dan ir-rigward, […] (bħala aġent tal-faċilità għat-tnax-il bank, li sellfu kważi […] lill-impjant tal-enerġija ta’ Csepel) jargumenta li “L-opinjoni tal-Banek hija li l-PPA huwa parti minn pakkett ta’ ftehimiet kummerċjali marbuta mill-qrib li assiguraw u għadhom jassiguraw il-Ftehim ta’ Faċilità li jipprovdi l-finanzjament għall-proġett bil-kundizzjonijiet tas-suq. Għalhekk, kwalunkwe tibdil fil-PPAs jaffettwa awtomatikament lill-Banek u, minħabba l-mekkaniżmi kuntrattwali għad-dispożizzjoni tal-Banek sabiex iħarsu l-interessi finanzjarji tagħhom, ipoġġi f’periklu l-Proġett II ta’ Csepel kollu kemm hu.”

(176)

[…] (bħala aġent tal-faċilità għad-disa’ banek, li sellfu kważi […] lil AES-Tisza) jargumenta li “Il-bażi prinċipali għal dan il-finanzjament kienet l-eżistenza tal-PPA flimkien mad-dokumenti rilevanti l-oħra dwar il-proġett (eż. il-Ftehim dwar il-Provvista tal-Fjuwil).[…] Il-PPAs jipprovdu stabilità għar-riskju tad-domanda (il-volum tal-elettriku li jinbiegħ u l-ipprezzar).”“L-element tal-istabilità fid-domanda […] huwa kruċjali biex jagħti lill-banek is-sigurtà neċessarja sabiex jipprovdu finanzjament fuq perjodu fit-tul f’suq immatur.”

(177)

Sabiex tivvaluta l-eżistenza ta’ vantaġġ taħt il-PPAs, il-Kummissjoni l-ewwel għamlet analiżi preliminari sabiex tistabbilixxi liema linja ta’ raġunament għandha ssegwi fil-valutazzjoni. B’riżultat tal-analiżi preliminari, deskritta fil-premessi 180 sa 190, il-Kummissjoni kkonkludiet li sabiex ikun stabbilit jekk kienx jeżisti vantaġġ, għandu jiġi aċċertat jekk fil-kundizzjonijiet prevalenti meta l-Ungerija ssieħbet fl-Unjoni Ewropea, operatur fis-suq kienx jagħti lill-produtturi garanzija simili għal dik inkluża fil-PPAs, jiġifieri obbligu ta’ xiri min-naħa ta’ MVM tal-kapaċitajiet riżervati fil-PPAs (li jikkorrispondu għal proporzjon sostanzjali u, f’ħafna każijiet, għall-kapaċità kollha disponibbli tal-impjant tal-enerġija), kwantità minima ggarantita ta’ enerġija ġġenerata fuq perjodu ta’ 15 sa 27 sena li jikkorrispondi għat-tul ta’ ħajja tipiku mistenni tal-assi jew id-deprezzament tagħhom, bi prezz li jkopri l-ispejjeż fissi u varjabbli tal-impjant (fosthom l-ispejjeż tal-fjuwil) (44).

(178)

Bħala t-tieni pass, il-Kummissjoni analizzat it-tweġiba għal din il-mistoqsija fid-dawl ta’ prattiċi kummerċjali standard fis-swieq tal-elettriku Ewropej.

(179)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni vvalutat fil-qosor l-impatt tal-PPAs fuq is-suq fil-perjodu ta’ wara l-adeżjoni tal-Ungerija fl-Unjoni Ewropea. Għalkemm din l-analiżi mhijiex meħtieġa sabiex tistabbilixxi l-eżistenza jew le ta’ vantaġġ ekonomiku fi ħdan il-PPAs, hija utli sabiex tindirizza sewwa ċerti kummenti sottomessi mill-partijiet interessati.

(1)   Analiżi preliminari: ir-raġunament li għandu jiġi segwit biex tiġi vvalutata l-eżistenza jew le ta’ vantaġġ

(180)

Fil-kummenti sottomessi matul il-proċedura, partijiet terzi analizzaw l-eżistenza jew l-ineżistenza ta’ vantaġġ fid-dawl tal-kundizzjonijiet li fihom ġew iffirmati l-PPAs f’nofs is-snin disgħin. Bażikament, huma kkonkludew li f’dak il-perjodu, u fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-kumpaniji ta’ produzzjoni, operatur medju tas-suq kien jagħti garanziji simili lill-produtturi bħal dawk inkorporati fil-PPAs sabiex jattira l-investituri u b’hekk jiżgura s-sigurtà tal-provvista fl-Ungerija.

(181)

Il-Kummissjoni analizzat il-merti ta’ dan l-approċċ u waslet għall-konklużjoni li dan ma kienx adattat għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, dan ma jikkunsidrax il-benefiċjarji proprji tal-miżura taħt valutazzjoni. It-tieni, il-perjodu kkunsidrat fl-approċċ mhuwiex rilevanti biex tiġi vvalutata l-eżistenza ta’ vantaġġ.

Il-benefiċjarji tal-vantaġġ potenzjali

(182)

L-impjant tal-enerġija ta’ Dunament jargumenta li ma rċieva l-ebda vantaġġ permezz tal-PPA tiegħu billi huwa ħallas il-valur tas-suq għall-privatizzazzjoni tal-impjanti tal-enerġija tiegħu, u l-prezz tax-xiri qies id-drittijiet u l-obbligi tiegħu taħt il-PPA. Għaldaqstant, huwa ħallas għal kwalunkwe vantaġġ li seta’ tah il-PPA fil-prezz tal-privatizzazzjoni.

(183)

Il-Kummissjoni tħoss li dan ir-raġunament huwa żbaljat fil-każ preżenti. F’dan il-każ, il-benefiċjarji tal-għajnuna huma l-impjanti tal-enerġija privatizzati (għal dawk li fil-fatt ġew privatizzati) u mhux l-azzjonisti ta’ dawk l-impjanti. Il-privatizzazzjoni tal-impjanti tal-enerġija ħadet il-forma ta’ negozji tal-ishma.

(184)

Il-Qorti tal-Ġustizzja analizzat kif bidla fis-sjieda ta’ kumpanija matul tranżazzjoni ta’ ishma taffettwa l-eżistenza ta’ għajnuna illegali mogħtija lill-kumpanija u l-benefiċjarju tagħha. Hija ddeċidiet li l-għajnuna illegali tibqa’ mal-kumpanija li bbenefikat mill-għajnuna, minkejja l-bidla fis-sjieda tagħha (45). It-trasferiment tal-ishma bil-prezz tas-suq sempliċement jassigura li x-xerrej innifsu ma jibbenefikax mill-għajnuna mogħtija mill-Istat. Madankollu, dan ma jaffettwax l-eżistenza ta’ vantaġġ għall-attività tal-impjant tal-enerġija benefiċjarju.

(185)

Fil-każ li qed jiġi valutat, il-benefiċjarji tal-għajnuna huma l-kumpaniji Ungeriżi li joperaw l-impjanti tal-enerġija u ffirmaw il-PPAs, u mhux l-azzjonisti tal-impjanti tal-enerġija. Barra minn hekk, il-bidla fis-sjieda tal-impjanti tal-enerġija seħħet qabel id-data li minnha għandha tiġi vvalutata l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat u ma hija tal-ebda rilevanza biex tiġi vvalutata l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat lill-kumpaniji li joperaw l-impjant tal-enerġija. Il-kumpaniji li ffirmaw il-PPAs għalhekk ibbenefikaw mill-vantaġġi li jinsabu fil-PPAs, irrispettivament mill-istruttura tas-sjieda tagħhom.

Il-perjodu li għandu jiġi kkunsidrat għall-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ

(186)

Il-Kummissjoni hija konxja li fiċ-ċirkustanzi tas-suq ta’ nofs is-snin disgħin fl-Ungerija, il-prinċipju ewlieni tal-PPAs, jiġifieri l-garanzija tal-profitt fuq l-investiment, kienet il-kundizzjoni essenzjali li biha setgħu jsiru l-investimenti meħtieġa.

(187)

Il-fatt li, minħabba l-karatteristiċi tas-settur tal-produzzjoni u l-kuntest politiku u ekonomiku ta’ dak il-perjodu fl-Ungerija, kien hemm il-ħtieġa li l-Istat jintervjeni fl-interess komuni u l-aħjar soluzzjoni kienet li jagħti PPAs lil numru ta’ produtturi, bl-ebda mod ma jikkontradixxi l-fatt li l-PPAs fil-fatt jagħtu vantaġġ lill-produtturi.

(188)

Il-maġġoranza tal-produtturi jargumentaw li l-PPAs ma jagħtu l-ebda vantaġġ lill-produtturi billi dawn jikkorrispondu mal-imġiba normali tas-suq ta’ kwalunkwe operatur f’ekonomija tas-suq fil-pożizzjoni kemm ta’ MVM kif ukoll tal-produtturi. Huma jargumentaw li kwalunkwe attur privat fil-pożizzjoni ta’ MVM (bl-obbligu legali tas-sigurtà tal-provvista, bħala xerrej waħdieni) kien jagħżel li jidħol fil-PPAs, u li l-vantaġġ ekonomiku mill-PPAs ma jmurx lil hinn minn dak li, fiċ-ċirkustanzi tas-suq immatur tal-enerġija tas-snin disgħin fl-Ungerija, kien vantaġġ kummerċjali normali għall-partijiet. Barra minn hekk, il-produtturi kellhom l-obbligu legali li jidħlu fi ftehim ma’ MVM sabiex jiksbu l-liċenzja operattiva tagħhom. Il-produtturi jargumentaw li l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur privat għandha twassal lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-ħtiġijiet legali u r-realtà ekonomika taż-żmien li fih ġew konklużi l-PPAs.

(189)

Rigward l-argumenti tal-partijiet interessati dwar il-prinċipju tal-investitur privat, il-Kummissjoni tirreferi għall-premessi tad-Deċiżjoni dwar iż-żmien li għandu jiġi stabbilit bħala rilevanti għall-valutazzjoni tal-eżistenza jew le ta’ għajnuna mill-Istat taħt il-PPAs. Il-Kummissjoni terġa’ ssostni li mhijiex beħsiebha tikkontesta l-fatt li kien meħtieġ li wieħed jidħol f’PPAs fiċ-ċirkustanzi li kienu prevalenti fiż-żmien meta ġew konklużi dawk il-ftehimiet. Madankollu, kif spjegat hawn fuq, dan bl-ebda mod ma jfisser li l-PPAs ma tawx vantaġġ lill-produtturi. Il-partijiet interessati fil-fatt jargumentaw biss li dawn il-ftehimiet kien jikkorrispondu mal-kundizzjonijiet tas-suq li kienu prevalenti fiż-żmien tal-konklużjoni tagħhom. Ħadd mill-partijiet interessati ma jargumenta li dawn jikkorrispondu mal-kundizzjonijiet tas-suq preżenti fis-suq intern.

Konklużjoni tal-analiżi preliminari

(190)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li sabiex tiġi vvalutata l-eżistenza ta’ vantaġġ fi ħdan il-PPAs, għandu jiġi aċċertat jekk, bil-kundizzjonijiet eżistenti meta l-Ungerija ssieħbet fl-Unjoni Ewropea, l-operatur tas-suq medju kienx jagħti lill-kumpaniji tal-produzzjoni garanzija simili għal dik inkluża fil-PPAs, kif deskritt fil-premessa 177.

(2)   Valutazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ għall-produtturi tal-enerġija meta l-Ungerija ssieħbet fl-Unjoni Ewropea

(191)

Sabiex twieġeb il-mistoqsija li saret referenza għaliha fil-premessa preċedenti, il-Kummissjoni identifikat il-prattiċi prinċipali tal-operaturi kummerċjali fis-swieq tal-elettriku Ewropej li huma rilevanti għall-iskop ta’ din l-analiżi, u vvalutat jekk il-PPAs humiex konformi ma’ dawn il-prattiċi jew jipprovdux lill-produtturi garanziji li xerrej ma kienx jaċċetta kieku aġixxa fuq raġunijiet purament kummerċjali.

(192)

Bħala kumment preliminari, tajjeb li jiġi nnotat li tradizzjonalment, is-swieq tal-elettriku huma maqsumin f’erba’ swieq: (i) produzzjoni/importazzjoni u provvista bl-ingrossa, (ii) trażmissjoni/distribuzzjoni, (iii) bejgħ bl-imnut, u (iv) servizzi ta’ bbilanċjar. Is-swieq rilevanti għall-valutazzjoni tal-PPAs huma l-ewwel u r-raba’ kategorija, billi MVM tixtri l-elettriku mingħand produtturi domestiċi, timporta l-elettriku u tbigħu lil kumpaniji ta’ distribuzzjoni reġjonali u fornituri kummerċjali (fornituri fis-suq bl-imnut). MVM tipprovdi wkoll kapaċitajiet riżervati lill-Operatur tas-Sistema tat-Trasmissjoni sabiex tassigura l-ibbilanċjar tas-sistema.

(193)

Fl-Ungerija, fil-perjodu li qed jiġi valutat, is-suq bl-imnut huwa maqsum f’żewġ segmenti: (i) segment ta’ utilità pubblika fejn il-kumpaniji ta’ distribuzzjoni reġjonali jipprovdu l-enerġija bi prezzijiet regolati lil konsumaturi mhux eliġibbli u konsumaturi li ma jagħmlux użu mill-eliġibilità tagħhom; (ii) segment ta’ suq ħieles fejn il-fornituri kummerċjali jipprovdu l-enerġija lil konsumaturi eliġibbli bi prezzijiet li jirriżultaw minn mekkaniżmi tas-suq. Bis-sistema introdotta mill-Att III dwar l-Enerġija, is-segment tal-utilità pubblika huwa limitat għall-konsumaturi domestiċi u kummerċjali li huma koperti b’obbligu ta’ provvista universali.

(194)

Fil-perjodu ta’ valutazzjoni, MVM ipprovdiet enerġija kemm lill-kumpaniji ta’ distribuzzjoni reġjonali (fornituri fis-segment tal-utilità pubblika) kif ukoll lil fornituri fis-segment tas-suq ħieles. Madankollu, kif spjegat fil-premessi 221 sa 231, il-bejgħ ta’ MVM lill-fornituri fis-segment ħieles kien maħsub biss biex jeħles l-ammonti żejda mixtrija taħt il-PPAs u mhux meħtieġa mis-segment tal-utilità pubblika. Din hija konsegwenza tal-PPAs infushom pjuttost milli attività kummerċjali indipendenti. Għaldaqstant, l-eżistenza ta’ vantaġġ trid tiġi analizzata kontra l-objettiv primarju assenjat lil MVM, li kien li tipprovdi biżżejjed enerġija lill-kumpaniji ta’ distribuzzjoni reġjonali sabiex jaqdu l-ħtiġijiet tas-segment tal-utilità pubblika. Konsegwentement, li jrid jiġi vverifikat huwa jekk, fin-nuqqas tal-PPAs, operatur tas-suq inkarigat sabiex iforni lill-kumpaniji ta’ distribuzzjoni reġjonali b’ammonti suffiċjenti ta’ elettriku, u li jaġixxi fuq bażi purament kummerċjali, kienx joffri l-istess garanzija bħal din inkorporata fil-PPAs. Din il-valutazzjoni trid titwettaq fid-dawl tal-operat tas-swieq kompetittivi bl-ingrossa. Il-premessi ta’ hawn taħt jipprovdu qabel xejn, ħarsa ġenerali tal-prattiċi kummerċjali tipiċi li huma rilevanti għal din l-analiżi u t-tieni, tqabbil bejn il-PPAs u dawn il-prattiċi. Fl-aħħar nett, fid-dawl ta’ dan it-tqabbil, il-Kummissjoni analizzat il-konsegwenzi tal-PPAs li l-awtoritajiet pubbliċi setgħu stennew meta l-Ungerija ssieħbet fl-Unjoni Ewropea, u jekk setgħux jistennew bilanċ aħjar bejn il-konsegwenzi pożittivi u negattivi minn tipi oħra ta’ ftehimiet.

2.a)   Deskrizzjoni qasira tal-prattiċi kummerċjali fis-swieq tal-elettriku Ewropej li huma rilevanti għall-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ fi ħdan il-PPAs

(195)

Fl-Istħarriġ Settorali tagħha dwar is-swieq tal-elettriku fl-Ewropa (46), il-Kummissjoni eżaminat fid-dettall il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kummerċ fl-elettriku fis-swieq bl-ingrossa Ewropej.

(196)

Skont il-perjodu tal-konsenja, l-elettriku bil-volum jista’ jiġi nnegozjat fi swieq ta’ dak il-ħin jew bil-quddiem. Is-swieq ta’ dak il-ħin huma prinċipalment swieq bil-ġurnata ‘l quddiem, li fihom l-elettriku jiġi nnegozjat ġurnata qabel ma sseħħ il-konsenja fiżika. Il-kummerċ fl-enerġija fi skambji tas-suq ta’ dak il-ħin huwa dejjem ibbażat fuq prezzar marġinali, li jassigura biss li l-ispejjeż marġinali short-run ikunu koperti. (47)

(197)

Fis-swieq bil-quddiem, l-enerġija tiġi nnegozjata għall-konsenja aktar qabel fiż-żmien. Il-prodotti bil-quddiem jinkludu prodotti ta’ kull ġimgħa, kull xahar, kull tliet xhur u kull sena. Kemm il-prodotti ta’ dak il-ħin kif ukoll dawk bil-quddiem jistgħu jiġu nnegozjati fi swieq tal-iskambji tal-enerġija kif ukoll over-the-counter (OTC). B’riżultat tal-arbitraġġi kontinwi, il-prezzijiet ta’ prodotti identiċi fis-swieq tal-iskambju tal-enerġija u OTC għandhom tendenza li jikkonverġu. Għalhekk, l-iskambji tal-enerġija għandhom tendenza li jistabbilixxu prezzijiet ta’ referenza għall-prodotti kollha ta’ dak il-ħin u bil-quddiem, u għalhekk għas-suq kollu bl-ingrossa.

(198)

Barra minn hekk, il-prezz tal-prodotti bil-quddiem jirriżulta mill-aspettattivi tal-atturi tas-suq fir-rigward tal-iżvilupp ġejjieni tal-prezzijiet fis-swieq ta’ dak il-ħin. Billi l-atturi tas-suq jidħlu f’kuntratti bil-quddiem minħabba li jippreferu ċ-ċertezza fil-prezzijiet kontra l-prezzijiet mhux magħrufa ta’ dak il-ħin fil-ġejjieni, il-prezzijiet bil-quddiem jinkludu wkoll element ta’ riskju. Fil-prattika, il-prezzijiet tal-prodotti bil-quddiem jinkludu element ċentrali li jirrifletti l-aspettattivi tal-atturi tas-suq fir-rigward tal-iżvilupp tal-prezzijiet ta’ dak il-ħin u, skont jekk jagħtux valur kbir liċ-ċertezza fil-prezzijiet, primjum tar-riskju jew skont, għalkemm fil-prattika dan sikwit jidher li huwa primjum. Għalhekk, il-prezzijiet ta’ dak il-ħin jikkostitwixxu referenzi għall-prezzijiet kollha tal-elettriku. Jekk ikun fis-seħħ skambju fis-suq ta’ dak il-ħin, il-prezzijiet f’dak l-iskambju jikkostitwixxu referenzi għas-suq kollu. F’ħafna swieq bl-ingrossa, ix-xerrejja ġeneralment jippruvaw ikopru parti kbira mill-ħtiġijiet mistennija tagħhom b’kuntratti bil-quddiem sabiex ikollhom viżibilità fuq l-ispejjeż tagħhom. Il-ħtiġijiet addizzjonali għal dawk moqdija b’kuntratti bil-quddiem huma koperti minn xiri fis-swieq ta’ dak il-ħin.

(199)

L-Inkjesta dwar is-Settur tal-Enerġija nnotat li apparti mill-iskambju standardizzat u l-kummerċ OTC hemm ukoll “transazzjonijiet bilaterali personalizzati”. Dawn il-kuntratti jistgħu jkunu differenti ħafna f’termini tal-prodotti kkonsenjati jew is-servizzi u l-prezzijiet ta’ dawn it-transazzjonijiet ġeneralment ma jiġux irrappurtati. Madankollu, f’kundizzjonijiet ta’ suq kompetittiv, l-eżistenza ta’ skambji standardizzati tal-enerġija u kummerċ OTC bilfors jinfluwenzaw dawn it-tip ta’ transazzjonijiet, billi produttur jew importatur ma jaqbilx li jidħol f’kuntratt bilaterali personalizzat li joffri kundizzjonijiet li b’mod ċar ikunu agħar minn kuntratt standardizzat ta’ dak il-ħin jew bil-quddiem. Għalhekk, il-kuntratti standardizzati ta’ dak il-ħin jew bil-quddiem fis-swieq bl-ingrossa Ewropej jikkostitwixxu bażi rilevanti għal tqabbil biex tiġi vvalutata l-eżistenza ta’ vantaġġ mogħti lill-produtturi mill-PPAs.

(200)

L-itwal perjodu ta’ konsenja fis-swieq bil-quddiem huwa sena. L-itwal perjodu bejn il-konklużjoni tal-kuntratt u l-bidu tal-perjodu attwali ta’ konsenja huwa erba’ snin fin-NordPool (il-pajjiżi Skandinavi), tliet snin fil-Powernext (Franza), ħames snin fl-UKPX (ir-Renju Unit) u sitt snin fl-EEX (il-Ġermanja). Fuq xi skambji, bħall-OMEL fi Spanja, ma huma konklużi l-ebda kuntratti bil-quddiem. Kuntratt standardizzat bil-quddiem ipoġġi fuq il-fornitur l-obbligu li jipprovdi ċertu ammont ta’ enerġija bi prezz miftiehem minn qabel, fuq perjodu massimu ta’ sena li jibda sa massimu ta’ sitt snin mill-konklużjoni tal-kuntratt. Id-daqs ta’ dawn l-oqfsa taż-żmien huwa konsiderevolment inqas mid-deprezzament normali u l-ħajja ta’ kwalunkwe impjant għall-produzzjoni tal-enerġija. Għalhekk, f’kundizzjonijiet tas-suq normali u anki jekk jinnegozjaw ħafna mill-produzzjoni tagħhom fil-forma ta’ kuntratti bil-quddiem, il-produtturi ma għandhom l-ebda viżibilità fuq il-prezzijiet u l-volumi tal-bejgħ tul id-deprezzament u l-ħajja tal-assi tal-produzzjoni tal-enerġija. Barra minn hekk, billi l-prezzijiet jiġu stabbiliti bil-quddiem, il-produtturi jkunu fir-riskju li l-ispejjeż tagħhom jaqbżu l-prezzijiet miftiehma. Dan ir-riskju mhuwiex negliġibbli, b’mod partikolari minħabba l-volatilità tal-prezzijiet tal-fjuwil, li għal ħafna teknoloġiji tal-produzzjoni hija l-komponent prinċipali tal-ispejjeż varjabbli. Barra dan, il-produtturi huma ffaċċjati bi pressjoni kompetittiva billi jridu jġeddu l-kuntratti bil-quddiem tagħhom numru konsiderevoli ta’ drabi matul il-perjodu utli tal-assi tal-produzzjoni tagħhom, u għalhekk jadattaw l-offerti tagħhom għall-kundizzjonijiet kompetittivi li jevolvu.

(201)

Fis-swieq bl-ingrossa wieħed jista’ jiltaqa’ wkoll ma’ kuntratti li jinvolvu ż-żamma ta’ kapaċitajiet tal-produzzjoni fil-forma ta’ “drittijiet ta’ ġbid”, li għalhekk għandhom jiġu mqabbla mal-PPAs. Li takkwista drittijiet ta’ ġbid jikkonsisti f’li tirriżerva parti mill-kapaċitajiet ta’ produzzjoni ta’ impjant tal-enerġija partikolari, ġeneralment għat-tul ta’ ħajja mistennija tal-impjant tal-enerġija, u tħallas “tariffa tal-kapaċità” lill-operatur tal-impjant, li tikkorrispondi għall-ispejjeż kapitali u fissi marbuta mal-kapaċitajiet riżervati. Ir-riskji tekniċi jinġarru mill-operatur tal-impjant. Id-detentur tad-drittijiet ta’ ġbid jista’ jiddeċiedi fuq il-livell ta’ użu tal-kapaċitajiet riżervati u jħallas lill-operatur tal-impjant tal-enerġija prezz li jkun jikkorrispondi għall-ispejjeż varjabbli magħmula għall-enerġija ġġenerata mill-kapaċitajiet riżervati.

(202)

Sabiex tiġi vvalutata aktar l-eżistenza jew l-ineżistenza ta’ vantaġġ fi ħdan il-PPAs, huwa utli wkoll li tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni ta’ konsumaturi finali kummerċjali jew industrijali kbar, anki jekk dawn ma jaġixxux fis-swieq bl-ingrossa iżda fi swieq (downstream) bl-imnut. Billi l-produtturi xi drabi jipprovdu l-enerġija direttament lil konsumaturi kummerċjali jew industrijali kbar, it-tqabbil mal-PPAs huwa rilevanti.

(203)

L-Inkjesta dwar is-Settur tal-Enerġija wriet li kienet prattika komuni li l-fornituri tal-elettriku jiffirmaw kuntratti bi prezz fiss ma’ konsumaturi kummerċjali jew industrijali kbar. It-tul ta’ dawn il-kuntratti ġeneralment huwa limitat għal sena jew sentejn. Ġeneralment dawn jipprovdu għal skeda ta’ konsenja bbażata fuq il-konsum fl-imgħoddi. Il-prezz huwa derivat mil-prezzijiet bl-ingrossa fis-swieq bil-quddiem u jinkludi komponenti oħra ta’ spejjeż bħall-ispejjeż mistennija tal-ibbilanċjar jew il-marġinu tal-fornitur. Devjazzjoni mill-iskeda ta’ konsenja tinvolvi l-applikazzjoni ta’ klawsola ta’ “ħu jew ħallas”, li ġġiegħel lix-xerrej iħallas għal enerġija li ma jkollux bżonn, jew li jħallas ammont żejjed. F’dan ir-rigward, tali kuntratti jistgħu jitqiesu li huma bbażati fuq xiri minimu ggarantit ikkombinat mar-riżerva tal-kapaċità (48).

(204)

Sabiex jiġi vvalutat il-vantaġġ fi ħdan il-PPAs irid jiġi kkunsidrat tip ieħor ta’ ftehim, jiġifieri l-kuntratti konklużi għall-għoti ta’ servizzi ta’ bbilanċjar lill-Operaturi tas-Sistema tat-Trasmissjoni (TSOs). Billi l-elettriku ma jistax jiġi maħżun, id-domanda u l-provvista jridu jaqblu f’kull ħin. Jekk id-domanda jew il-provvista jiddevjaw mill-previżjonijiet u jirriżultaw fi ħtieġa għal produzzjoni addizzjonali, hija r-responsabilità tal-Operatur tas-Sistema tat-Trasmissjoni li jitlob lil ċerti produtturi sabiex iżidu l-produzzjoni f’qasir żmien. Sabiex jassiguraw id-disponibilità ta’ kapaċitajiet tal-produzzjoni sabiex jiffaċċjaw sitwazzjonijiet bħal dawn, it-TSOs jirriżervaw kapaċitajiet f’unitajiet ta’ produzzjoni li huma kapaċi jimmodifikaw il-livell tal-produzzjoni tagħhom fi żmien qasir. Fl-Ungerija, billi m’hemm ebda impjant ta’ ħażna bil-pompa, l-impjanti li jaħdmu bil-gass naturali għandhom l-iżjed karatteristiċi tekniċi adattati sabiex jipprovdu dawn is-servizzi.

(205)

L-Inkjesta dwar is-Settur tal-Enerġija pprovdiet ħarsa ġenerali tal-prattika tat-TSOs Ewropej fir-rigward tal-kuntratti dwar ir-riżerva tal-kapaċità għall-għoti ta’ servizzi ta’ bbilanċjar. Din il-ħarsa ġenerali turi li l-kapaċitajiet jiġu riżervati permezz ta’ offerti. Sena waħda tista’ titqies bħala perjodu standard, li jagħti flessibilità lit-TSOs sabiex jaġġustaw il-kapaċitajiet riżervati skont il-ħtiġijiet attwali tagħhom. Il-kuntratti ġeneralment jispeċifikaw il-karatteristiċi tekniċi tas-servizz meħtieġ, il-kapaċità riżervata u prezz jew għall-enerġija pprovduta jew kemm għall-enerġija kif ukoll għall-kapaċità.

2.b)   Tqabbil tal-PPAs ma’ prattiċi kummerċjali standard

(206)

Il-Kummissjoni qabblet l-obbligu ta’ xiri inkorporat fil-PPAs mal-karatteristiċi prinċipali ta’ kuntratti standard bil-quddiem jew ta’ dak il-ħin, kuntratti dwar “drittijiet ta’ ġbid”, kuntratti fuq perjodu fit-tul konklużi minn konsumaturi finali kbar, u kuntratti konklużi bejn produtturi u TSOs għall-għoti ta’ servizzi ta’ bbilanċjar.

Kuntratti standard ta’ dak il-ħin u bil-quddiem

(207)

Mid-deskrizzjoni ppreżentata fil-premessi (195) sa (200) joħroġ li l-kombinazzjoni ta’ riżerva tal-kapaċità fuq perjodu fit-tul, xiri minimu ggarantit u mekkaniżmi ta’ ffissar tal-prezzijiet li jkopru l-ispejjeż varjabbli, fissi u kapitali ma tikkorrispondix mal-kuntratti tas-soltu fis-swieq bl-ingrossa Ewropej u li dawn jipproteġu lill-produtturi minn aktar riskji milli l-kuntratti standard bil-quddiem jew ta’ dak il-ħin.

(208)

Il-kummerċ fl-enerġija fi skambji tas-suq ta’ dak il-ħin huwa dejjem ibbażat fuq prezzar marġinali, li jiggarantixxi biss li jkunu koperti l-ispejjeż marġinali short-run, u mhux l-ispejjeż kollha fissi u kapitali. Barra minn hekk, fis-swieq ta’ dak il-ħin, kumpanija li tiġġenera l-enerġija m’għandha l-ebda assigurazzjoni rigward il-livell ta’ użu tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tagħha. Dan ir-riskju huwa ferm ogħla milli għal bosta setturi tal-manifattura u huwa dovut għall-fatt li huwa impossibbli taħżen l-elettriku b’mod ekonomiku, li hija karatteristika speċifika ħafna ta’ dik l-industrija. Jekk f’xi ħin partikolari tiġi offruta biżżejjed enerġija biex tissodisfa d-domanda bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk offruti minn produttur partikolari għal waħda mill-unitajiet ta’ produzzjoni tiegħu, dik l-unità ma tiġix ikkonsenjata, li jfisser li l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tagħha se jintilfu għall-perjodu taż-żmien ikkonċernat.

(209)

Għalhekk, il-bejgħ fis-swieq ta’ dak il-ħin jinvolvi livell sinifikanti ta’ inċertezza rigward ir-rimunerazzjoni tal-ispejjeż fissi u kapitali u l-livell ta’ użu tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni.

(210)

Is-swieq bil-quddiem, li l-prezzijiet tagħhom huma derivati mill-prezzijiet ta’ dak il-ħin, lanqas ma jipprovdu assigurazzjoni lill-produtturi li l-ispejjeż fissi u kapitali kollha tagħhom ikunu koperti mill-bejgħ tagħhom, minħabba li l-prezzijiet jiġu ffissati bil-quddiem. Jekk l-ispejjeż tal-fjuwil jiżdiedu bla mistenni tul il-perjodu ta’ konsenja, l-ispejjeż biex jiġi prodott l-elettriku jistgħu jaqbżu l-prezz li kien stabbilit bil-quddiem. Fis-swieq bil-quddiem, ir-riskju rigward l-użu tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni huwa aktar baxx milli fil-każ tal-prodotti ta’ dak il-ħin minħabba l-orizzont itwal taż-żmien tal-kuntratti bil-quddiem. Madankollu, anki jekk produttur ikun kapaċi jbigħ ħafna mill-produzzjoni tiegħu permezz ta’ kuntratti bil-quddiem, huwa jgawdi viżibilità fuq ir-rata tal-użu tal-unitajiet ta’ produzzjoni tal-enerġija fuq perjodu taż-żmien limitat meta mqabbel mal-ħajja tagħhom.

(211)

Il-partijiet interessati jenfasizzaw li l-produtturi jġorru riskji importanti taħt il-PPAs, b’mod partikolari riskji tal-kostruzzjoni, regolatorji, ambjentali, tal-manutenzjoni u fiskali/finanzjarji. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-PPAs ma jeliminawx ir-riskji kollha marbuta mat-tħaddim ta’ impjant tal-enerġija. Fil-fatt, dawn l-elementi ta’ riskju elenkati mill-produtturi fil-kummenti tagħhom, bla dubju ta’ xejn jinġarru mill-produtturi nfushom. Madankollu, dan jikkorrispondi għar-riskji normali li kwalunkwe attur tas-suq fis-suq tal-produzzjoni tal-elettriku jkollu jerfa’, inkluż fil-każ tal-bejgħ fil-forma ta’ swieq standard ta’ dak il-ħin jew bil-quddiem. Madankollu, ir-riskji kummerċjali assoċjati mal-varjazzjonijiet fl-ispejjeż għall-produzzjoni tal-elettriku u, b’mod partikolari, l-ispejjeż tal-fjuwil, ir-riskju assoċjat mal-varjazzjonijiet fil-prezzijiet tal-elettriku għall-utent finali, u r-riskju assoċjat mal-varjazzjoni fid-domanda għall-elettriku mill-utent finali, jinġarru minn MVM fuq parti sostanzjali (jew sħiħa) tal-ħajja tal-assi taħt PPA.

(212)

Fil-kummenti tagħhom il-partijiet interessati argumentaw ukoll li ż-żamma ta’ kapaċitajiet għal MVM kienet tfisser żvantaġġ għalihom, minħabba li ma setgħux jużaw dawn il-kapaċitajiet għal skopijiet oħra ħlief biex ibigħuhom lil MVM. Madankollu, is-sistema tax-xiri minimu ggarantit ittaffi dik il-limitazzjoni b’mod konsiderevoli. Is-sistema tax-xiri minimu ggarantit għandha titqies bħala garanzija għall-produtturi li mhux se jiġu impediti milli jużaw il-kapaċitajiet tagħhom għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-enerġija jekk MVM ma tużax il-kapaċitajiet riżervati tagħha. Fil-fatt, kif jidher mit-tabella li ġejja, ix-xiri minimu ggarantit kien jikkorrispondi ma’ rata ta’ użu tal-kapaċitajiet riżervati li taqbeż ir-rata ta’ użu tal-kapaċitajiet kollha disponibbli fl-Ungerija.

Tabella 5

Ix-xiri minimu ggarantit u l-kapaċitajiet riżervati

 

2004

2005

2006

Xiri ggarantit (GWh)

23 234

23 528

23 516

Kapaċitajiet riżervati (MW)

4 242

4 460

4 481

Proporzjon bejn ix-xiri minimu ggarantit u l-kapaċitajiet riżervati (numru ta’ sigħat fis-sena)

5 477

5 275

5 248

Proporzjon bejn il-produzzjoni netta tal-elettriku u l-kapaċitajiet netti disponibbli ta’ produzzjoni għall-unitajiet kollha ta’ produzzjoni tal-elettriku fl-Ungerija (numru ta’ sigħat fis-sena)

4 272

4 225

4 601

(213)

Għalhekk, il-kuntratti ta’ dak il-ħin u bil-quddiem jinvolvu livell ferm akbar ta’ riskju għall-produtturi milli l-PPAs, li jipprovdu ċertezza kemm fir-rigward tar-rimunerazzjoni tal-ispejjeż fissi u kapitali kif ukoll fir-rigward tal-livell ta’ użu tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni.

Drittijiet ta’ ġbid

(214)

Rigward id-drittijiet ta’ ġbid, id-differenza prinċipali bejn din il-forma ta’ ftehim u l-PPAs hija li d-drittijiet ta’ ġbid normalment mhumiex assoċjati max-xiri minimu ggarantit. Id-detentur tad-drittijiet ta’ ġbid jerfa’ r-riskji kummerċjali marbuta mal-bejgħ tal-enerġija prodotta mill-kapaċitajiet riżervati. Madankollu, huwa għandu l-assigurazzjoni li se jkun kapaċi jbigħ dik l-enerġija kollha bi prezzijiet li jkopru tal-anqas l-ispejjeż varjabbli, minħabba li huwa jista’ jiddeċiedi li ma jipproduċix enerġija jekk il-prezzijiet jinżlu taħt l-ispejjeż varjabbli. Il-PPAs ma jipprovdux dik l-assigurazzjoni lil MVM, minħabba l-eżistenza tal-obbligi ta’ xiri minimu fuq MVM għall-benefiċċju tal-produtturi.

Kuntratti ta’ xiri fuq perjodu fit-tul konklużi minn konsumaturi kbar

(215)

Rigward il-kuntratti standard ta’ xiri fuq perjodu fit-tul konklużi minn konsumaturi kbar, huwa evidenti li dawn huma ferm aktar vantaġġjużi għax-xerrej milli huma l-PPAs għal MVM minħabba li l-prezz, li ġeneralment jiġi ffissat għall-perjodu sħiħ tal-kuntratt, normalment ma jkunx indiċjat fuq parametri bħalma huma l-ispejjeż tal-fjuwil li l-iżvilupp tagħhom tul il-perjodu tal-kuntratt huwa imprevedibbli, u ma jkunx imfassal b’mod li jkopri l-ispejjeż fissi u kapitali, billi jiddependi fuq kwotazzjonijiet tal-prezzijiet fis-swieq bl-ingrossa. Fil-fatt, ix-xerrejja jkollhom interess biss li jikkonkludu kuntratti fuq perjodu fit-tul jekk dawn il-kuntratti jipprovdulhom xi tip ta’ protezzjoni kontra l-varjazzjonijiet fis-suq tal-elettriku, u b’mod partikolari kontra l-bidliet marbuta mal-varjazzjonijiet fil-prezzijiet tal-fjuwil. Għal din ir-raġuni, xerrej ikollu biss interess ekonomiku f’kuntratt fuq perjodu fit-tul ta’ dan it-tip jekk il-bejjiegħ joffri li jieħu parti mir-riskju assoċjata mal-varjazzjonijiet fil-prezz tal-fjuwil jew jekk it-teknoloġija tal-produzzjoni tassigura spejjeż stabbli tal-fjuwil, bħalma huwa l-każ tal-impjanti li jaħdmu bl-enerġija mill-ilma u, f’ċerti kundizzjonijiet, l-impjanti nukleari. Barra minn hekk, dawn il-kuntratti ġeneralment isiru għal perjodi ferm iqsar mill-PPAs u għalhekk jagħtu lix-xerrejja l-possibilità li jibdlu l-fornituri jekk jiġu offruti prezzijiet aħjar mill-kompetituri. Sabiex jiksbu l-inqas prezzijiet possibbli, ix-xerrejja sikwit jużaw proċeduri tal-offerti.

Kuntratti għal servizzi ta’ bbilanċjar

(216)

Il-kuntratti għas-servizzi ta’ bbilanċjar huma rilevanti għall-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ bejn il-PPAs minħabba li parti żgħira mill-kapaċitajiet riżervati taħt il-PPAs tiġi assenjata minn MVM għall-għoti ta’ servizzi ta’ bbilanċjar lit-TSO (49). Fil-prattika, MVM tbigħ kapaċitajiet lit-TSO fuq bażi annwali bħala pakkett u tuża parti mill-kapaċitajiet riżervati taħt il-PPAs għal dak il-għan. Fir-realtà, dan ifisser li l-produtturi ma jġorrux ir-riskju assoċjat mal-offerti annwali (50) u mal-inċertezza rigward l-ammont ta’ enerġija li se jipprovdu. Mill-perspettiva tagħhom il-kundizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-għoti tas-servizzi ta’ bbilanċjar huma dawk tal-PPAs. Madankollu, kif muri fil-premessa 204, l-ispeċifikazzjonijiet tal-PPAs, speċjalment il-perjodu twil tagħhom u l-eżistenza tax-xiri minimu ggarantit, ma jistgħux ikunu ġustifikati fuq bażijiet kummerċjali lanqas għall-għoti ta’ servizzi ta’ bbilanċjar. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li fl-Ungerija, ftit unitajiet ta’ produzzjoni jistgħu jkunu kapaċi jipprovdu s-servizzi meħtieġa ta’ bbilanċjar lit-TSO, kif sostnew il-partijiet interessati, iżda kkonkludiet li anki f’ċierkustanzi bħal dawn, il-kundizzjonijiet offruti mill-PPAs imorru lil hinn minn dak li TSO jista’ jikkunsidra bħala aċċettabbli fuq bażi kummerċjali.

Konklużjoni dwar it-tqabbil bejn il-PPAs u prattiċi kummerċjali standard

(217)

Dan it-tqabbil juri li strutturalment il-PPAs jipprovdu aktar garanziji lill-produtturi milli l-kuntratti kummerċjali standard. Il-produtturi għalhekk qegħdin f’sitwazzjoni iżjed vantaġġjuża minn dik li kienu jiffaċċjaw fis-suq ħieles mingħajr il-PPA tagħhom. Sabiex titlesta l-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ, huwa neċessarju li jiġu vvalutati l-effetti pożittivi u negattivi li l-awtoritajiet pubbliċi setgħu jistennew mill-PPAs meta l-Ungerija ssieħbet fl-Unjoni Ewropea u jiġi verifikat jekk setgħux jistennew bilanċ aħjar bejn l-effetti pożittivi u negattivi minn approċċi oħra bbażati fuq prattiċi kummerċjali standard.

2.ċ)   Konsegwenzi prevedibbli tal-PPAs għall-awtoritajiet pubbliċi fid-dawl tat-tqabbil mal-prattiċi kummerċjali standard tax-xerrejja fis-swieq tal-elettriku Ewropej

(218)

L-awtoritajiet pubbliċi setgħu jistennew mill-PPAs li MVM tkun kapaċi ssib biżżejjed enerġija biex taqdi l-ħtiġijiet tas-suq tal-utilità pubblika fuq perjodu twil taż-żmien.

(219)

Madankollu, huma ma kellhom l-ebda assigurazzjoni dwar il-livell ta’ prezz li MVM kien se jkollha tħallas matul dak l-istess perjodu minħabba li l-PPAs ma jipprovdux protezzjoni kontra r-riskji ta’ varjazzjonijiet fil-prezzijiet, li huma dovuti b’mod partikolari għall-varjazzjoni fil-prezzijiet tal-fjuwil.

(220)

Barra minn hekk, il-kombinazzjoni tar-riżerva tal-kapaċità fuq perjodu fit-tul u x-xiri minimu ggarantit assoċjat magħha jċaħħdu lill-awtoritajiet pubbliċi mill-possibilità li jibbenefikaw minn prezzijiet iżjed attraenti offruti minn produtturi u importaturi oħra. Il-kapaċitajiet u x-xiri minimu ggarantit tal-PPAs, il-kuntratti tal-importazzjoni fuq perjodu fit-tul konklużi minn MVM u l-ammonti mixtrija minnha bis-sistema tax-xiri obbligatorju (51) kienu biżżejjed sabiex ikopru l-ħtiġijiet tagħha. MVM għalhekk ma setgħetx tiddiversifika l-portafoll tal-provvista tagħha, għalkemm kienu disponibbli kapaċitajiet alternattivi ta’ produzzjoni. Fl-2004, bosta produtturi tal-enerġija ma kinux involuti fi ftehimiet għax-xiri tal-enerġija fuq perjodu fit-tul. Il-PPAs taż-żewġ impjanti tal-enerġija li kienu responsabbli għal 470 MW tal-kapaċità installata skadew fl-aħħar tal-2003, li żied b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-provvista barra l-PPAs. Madwar 700 MW tal-kapaċitajiet importati mhumiex koperti b’kuntratti tal-importazzjoni fuq perjodu fit-tul u setgħu ntużaw minn MVM sabiex timporta l-elettriku kieku din ma kinitx marbuta bis-sistema tal-kapaċitajiet riżervati u x-xiri minimu ggarantit.

(221)

Kif muri fil-premessi li ġejjin, kien evidenti meta l-Ungerija ssieħbet fl-Unjoni Ewropea fl-2003 u fl-2004 li s-sistema tal-kapaċitajiet riżervati u x-xiri minimu ggarantit, li kienet imfassla skont Mudell ta’ Xerrej Waħdieni li permezz tiegħu l-elettriku kollu kkunsmat fl-Ungerija kien jgħaddi minn MVM, kienet tinvolvi riskji sinifikanti li l-PPAs ikunu jeħtieġu lil MVM tixtri enerġija aktar milli jkollha bżonn.

(222)

Element importanti li għandu jiġi kkunsidrat f’dan ir-rigward huwa l-ftuħ parzjali tas-suq tal-elettriku fl-2003. Fit-18 ta’ Diċembru 2001, il-Parlament Ungeriż adotta l-Att II dwar l-Enerġija, li ppermetta konsumaturi kbar, definiti bħala dawk li jikkunsmaw iżjed minn 6,5 GW/sena, li jsiru “konsumaturi eliġibbli” u għalhekk jitħallew jagħżlu l-fornitur tagħhom tal-elettriku. Din il-miżura leġiżlattiva, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2003, wasslet għall-ħolqien, maġenb is-segment diġà eżistenti tal-utilità pubblika, ta’ suq ħieles fejn il-prezzijiet jirriżultaw mill-konfront tal-provvista u d-domanda. L-effett prevedibbli ta’ dik il-miżura kien li jitnaqqsu l-ammonti meħtieġa minn MVM biex tforni lill-kumpaniji ta’ distribuzzjoni reġjonali sabiex jaqdu d-domanda fis-segment tal-utilità pubblika. It-tabella segwenti turi ż-żieda kontinwa fl-ammonti fil-fatt mibjugħa fis-suq ħieles bejn l-2003 u l-2006 u t-tnaqqis korrispondenti fl-ammonti fil-fatt mibjugħa fis-segment tal-utilità pubblika permezz tal-kumpaniji ta’ distribuzzjoni reġjonali.

Tabella 6

Bejgħ fis-suq bl-imnut (is-segment regolat u s-segment ħieles.

(GWh)

 

2003

2004

2005

2006

Konsum totali

33 584

33 836

34 596

35 223

Bejgħ fis-segment ħieles

3 883

7 212

11 685

13 057

Bejgħ fis-segment regolat

29 701

26 624

22 911

22 166

Sors: Data statistika tas-sistema tal-enerġija Ungeriża, 2006. ()

(223)

Bejn l-2003 u l-2006 l-ammonti mibjugħa fis-segment tal-utilità pubblika, li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet attwali tax-xiri ta’ MVM, naqsu b’25 %. It-tnaqqis fil-ħtiġijiet ta’ MVM kien fil-parti l-kbira prevedibbli meta l-Ungerija ssieħbet fl-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari fid-dawl tad-differenza sinifikanti bejn il-prezzijiet uffiċjali fis-segment tal-utilità pubblika (il-prezzijiet imħallsa mill-konsumaturi lill-kumpaniji ta’ distribuzzjoni reġjonali) u l-prezzijiet osservati fis-segment ħieles fl-2003 u fl-2004.

Tabella 7

Differenzi fil-prezz bejn is-segment regolat u s-segment ħieles fis-suq bl-imnut fl-2003 u fl-2004

(HUF/kWh)

 

2003

2004

Prezz medju fis-suq ħieles

11,1

12,7

Prezzijiet medji fis-settur tal-utilità pubblika (53)

19

21,1

Sors: Data statistika dwar is-sistema tal-enerġija Ungeriża, 2006.

(224)

Il-prezzijiet fis-suq ħieles fil-fatt kienu jikkostitwixxu inċentivi ċari għall-konsumaturi eliġibbli sabiex jagħmlu użu mid-drittijiet tal-eliġibilità tagħhom. Fl-2003 u fl-2004 kien ukoll magħruf sewwa li l-adeżjoni imminenti tal-Ungerija fl-Unjoni Ewropea kienet se tfisser id-dħul fis-seħħ tat-Tieni Direttiva dwar l-Elettriku (54), u konsegwentement id-drittijiet tal-konsumaturi kollha li jsiru eliġibli mill-1 ta’ Lulju 2007, li kellu jwassal għal tnaqqis ulterjuri fil-ħtiġijiet ta’ MVM fuq perjodu ferm iqsar taż-żmien mill-validità li jifdal tal-PPAs.

(225)

Għalhekk, fl-2003 u fl-2004 kien evidenti li l-PPAs, li kienu tfasslu fil-kuntest ta’ Mudell ta’ Bejjiegħ Waħdieni li permezz tiegħu l-elettriku kollu meħtieġ mis-suq Ungeriż kien jgħaddi mingħand MVM, mhux biss kienu jimpedixxu lil MVM milli tiddiversifika l-portafoll tagħha tal-provvista u tikseb prezzijiet iżjed favorevoli billi tinkoraġġixxi l-kompetizzjoni bejn il-fornituri tagħha, iżda kienu wkoll probabbli li jirriżultaw fl-obbligu ta’ MVM li tixtri iżjed enerġija milli fil-fatt ikollha bżonn.

(226)

Dan ir-riskju fil-fatt kien ġie identifikat mill-awtoritajiet pubbliċi. Fl-2002, il-Gvern Ungeriż ħareġ Digriet (55) li kien jeħtieġ li MVM tibda negozjar mill-ġdid tal-PPAs mal-produtturi kollha sabiex ikun aġġustat l-ammont ta’ kapaċità riżervata. Għalkemm dak id-Digriet ma kienx jeħtieġ it-tmiem tal-PPAs, huwa fih innifsu indikazzjoni ċara li l-ammonti ta’ kapaċità riżervati taħt il-PPAs (u sussegwentement, ix-xiri minimu ggarantit) kienu għolja ħafna fid-dawl tal-liberalizzazzjoni gradwali tas-suq bl-imnut. Dak id-Digriet introduċa wkoll il-possibilità għal MVM, f’każ li ma jirnexxilhiex ittemm in-negozjati mal-produtturi, li tbigħ il-kapaċitajiet u l-enerġija li jirriżultaw li huma aktar mill-ammonti fil-fatt meħtieġa sabiex tforni lis-segment irregolat, permezz ta’ tliet “mekkaniżmi ta’ rilaxx”: irkanti tal-kapaċità, offerti għall-kapaċità u bejgħ fuq pjattaforma ta’ kummerċ virtwali bbażata fuq l-Internet imsejħa “is-Suq” (“Piactér”). Għalkemm il-forma ta’ dawn it-tliet mekkaniżmi tvarja, it-tlieta li huma bażikament jinvolvu li MVM toffri għall-bejgħ fis-suq ħieles, fil-forma ta’ varjetà ta’ prodotti b’konsenja bil-quddiem, l-enerġija żejda li m’għandhiex bżonn biex tforni lis-settur tal-utilità pubblika iżda li jkollha tixtri skont it-termini tal-PPAs.

(227)

It-tabella segwenti turi data dwar l-ewwel tliet irkanti li għamlet MVM. Din turi li l-prezzijiet li rċeviet MVM għall-enerġija mibjugħa permezz tal-mekkaniżmi ta’ rilaxx kienu konsiderevolment inqas mill-prezzijiet imħallsa għall-istess enerġija bil-PPAs.

Tabella 8

L-ewwel tliet irkanti ta’ MVM

 

L-ewwel irkant Ġunju 2003

It-tieni irkant Diċembru 2003

It-tielet irkant Ġunju 2004

Prodotti tal-lowd bażi:

Ammonti ta’ elettriku li nbiegħu (GWh)

375

240

133

Prezzijiet tal-bejgħ fl-irkanti (HUF/kWh)

8,02

9,5

8,4

Prodotti tal-lowd meta jkun hemm l-inqas konsum:

Ammonti ta’ elettriku li nbiegħu (GWh)

 

259

421

Prezz tal-bejgħ fl-irkanti

 

5,6

3,5

Prezzijiet annwali medji bil-PPAs

 

2003

2004

 

11,3

11,7

(228)

Il-leġiżlazzjoni Ungeriża fil-fatt kienet antiċipat dak l-effett u pprovdiet għal kumpens li kellu jitħallas mill-Istat Ungeriż lil MVM għat-telf li tagħmel minħabba d-differenza bejn il-prezz imħallas għall-ammonti rilaxxati permezz tal-irkanti tal-kapaċità u l-prezzijiet tal-bejgħ miksuba fis-suq. Fl-2003, il-kumpens imħallas lil MVM ammonta għal 3.8 biljun HUF (56). Skont ir-rapport annwali ta’ MVM għall-2004, il-kumpens fl-2004 żdied b’HUF 2.4 miljuni.

(229)

Mill-perspettiva tal-awtoritajiet pubbliċi, huwa ċar li sistema bħal din ma tistax tkun iġġustifikata fuq bażijiet kummerċjali billi tammonta għal sussidjar tal-bejgħ tal-produtturi għall-forniment lis-segment tas-suq ħieles.

(230)

It-tabella segwenti turi l-ammonti totali ta’ enerġija mibjugħa minn MVM permezz tal-kanali ta’ rilaxx bejn l-2003 u l-2004 fuq il-bażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Ungerija fl-24 ta’ Settembru 2007 u fil-21 ta’ April 2008.

Tabella 9

Ammonti mibjugħa minn MVM permezz tal-mekkaniżmi ta’ rilaxx

(TWh)

Sena

2003

2004

2005

2006

Bejgħ totali minn MVM permezz tal-mekkaniżmi ta’ rilaxx (57)

0,6

1,9

6,5

6,5

(231)

Huwa ċar li f’ċirkustanzi normali tas-suq, ix-xerrejja ma jidħlux f’kuntratti li jinvolvu riskju sinifikanti li jkunu mġiegħla jixtru aktar elettriku milli jkollhom bżonn u li jagħmlu telf sostanzjali meta jerġgħu jbigħu dik l-enerġija. Dan ir-riskju huwa teoretikament preżenti fil-kuntratti bil-quddiem u l-kuntratti fuq perjodu fit-tul konklużi minn konsumaturi finali kbar, iżda f’livell ferm inqas.

(232)

It-tul tal-kuntratti bil-quddiem huwa konsiderevolment inqas minn dak tal-PPAs. Ix-xerrej għandu perspettiva ġenerali ferm aħjar tal-ħtiġijiet tiegħu għal oqfsa ta’ żmien bħal dawn milli għal perjodu li jvarja minn 15 sa 27 sena. Barra minn hekk, ix-xerrejja ħafna drabi jkopru biss parti mill-ħtiġijiet mistennija tagħhom b’kuntratti bil-quddiem, u jixtru kwalunkwe ammonti addizzjonali li jkunu jeħtieġu mis-swieq ta’ dak il-ħin.

(233)

Il-kuntratti fuq perjodu fit-tul konklużi minn konsumaturi finali kbar ukoll jinkludu riskju limitat ta’ xiri eċċessiv minħabba l-perjodu limitat tagħhom, u anki minħabba li l-konsum tal-konsumaturi finali kbar industrijali u kummerċjali li jidħlu f’kuntratti bħal dawn huwa ġeneralment stabbli u prevedibbli, li mhuwiex il-każ ta’ MVM għar-raġunijiet spjegati aktar ‘il fuq.

(234)

Barra minn hekk, tajjeb wieħed ifakkar li taħt il-kuntratti bil-quddiem jew il-kuntratti tax-xiri fuq perjodu fit-tul konklużi mill-konsumaturi finali, ix-xerrejja jintrabtu li jixtru ċertu ammont ta’ enerġija bosta xhur jew snin qabel ma sseħħ il-konsenja proprja minħabba li l-kuntratt tagħhom tax-xiri jipprovdi protezzjoni kontra l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet. Dan il-benefiċċju mhuwiex preżenti fil-PPAs minħabba li l-prezzijiet ikopru l-ispejjeż varjabbli, li minħabba l-varjazzjoni fil-prezzijiet tal-fjuwil jistgħu jiżdiedu bi proporzjonijiet imprevedibbli.

Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat

(235)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-benefiċċji li kisbu l-awtoritajiet pubbliċi mill-PPAs ma jipprovdux il-protezzjoni fuq il-prezzijiet tal-enerġija li l-operatur medju tas-suq kien jistenna minn kuntratt fuq perjodu fit-tul u jinvolvu riskji sinifikanti li wieħed ikun imġiegħel jixtri enerġija aktar milli jkollu bżonn u li jsofri telf meta jerġa’ jbigħ l-ammonti żejda. Dawn ir-riskji kienu magħrufa sewwa mill-awtoritajiet Ungeriżi meta l-Ungerija ssieħbet fl-Unjoni Ewropea. It-tqabbil bejn il-PPAs u l-prattiċi kummerċjali standard fis-swieq tal-elettriku Ewropej juri li xerrej li jaġixxi fuq bażi purament kummerċjali ma kienx jaċċetta effetti detrimentali bħal dawn u kien jadotta strateġiji oħra ta’ xiri u jidħol f’tipi oħra ta’ ftehimiet b’mod konformi mal-prattika kummerċjali standard.

(236)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-prinċipji bażiċi tal-PPAs jagħtu vantaġġ lill-produtturi tal-enerġija li jmur lil hinn minn vantaġġ kummerċjali normali. F’dan ir-rigward, huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-prinċipji ewlenin tal-PPAs, jiġifieri r-riżerva tal-kapaċità fuq perjodu fit-tul, ix-xiri minimu ggarantit u l-mekkaniżmi tal-ipprezzar ibbażati fuq tariffa tal-kapaċità u tariffa tal-enerġija sabiex ikopru l-ispejjeż fissi, varjabbli u kapitali, ma jistgħux jiġu iżolati u vvalutati separatament. L-eżistenza ta’ vantaġġ tinsab fil-kombinazzjoni ta’ dawn l-elementi. Kif intwera hawn fuq, il-perjodu twil tal-PPAs jikkontribwixxi b’mod konsiderevoli għall-eżistenza ta’ vantaġġ.

(3)   L-impatt tal-PPAs fuq is-suq fil-perjodu ta’ wara l-adeżjoni tal-Ungerija fl-Unjoni Ewropea

(237)

Fil-kummenti tagħhom il-partijiet interessati jargumentaw li l-prezzijiet applikati bil-PPAs mhumiex ogħla mill-prezzijiet tas-suq bl-ingrossa. L-impjant tal-enerġija ta’ Mátra jisħaq b’mod partikolari li l-prezzijiet tiegħu huma kompetittivi minħabba li għandu minjiera tal-faħam tiegħu stess, u għalhekk għandu spejjeż baxxi għax-xogħol fil-minjieri. Konsegwentement, huma jikkonkludu li ma bbenefikaw minn ebda vantaġġ.

(238)

Il-Kummissjoni ma tistax taqbel ma’ dan l-argument.

(239)

L-ewwel nett, kif ġie diskuss fid-dettall hawn fuq, il-prezz li fil-fatt jitħallas taħt il-PPAs huwa konsegwenza waħda tal-PPAs iżda ma jikkostitwix il-qofol tal-vantaġġ involut fihom. Il-kummenti mill-istituzzjonijiet bankarji li saret referenza għalihom hawn fuq (ara b’mod partikolari l-premessi 175 u 176) jikkonfermaw ukoll li l-elementi kollha tal-PPAs li jiggarantixxu lill-unitajiet tal-produzzjoni l-profitt fuq l-investiment tal-assi u li jħarsu lill-produtturi mir-riskji kummerċjali tal-operat tagħhom jikkostitwixxu flimkien il-qofol tal-vantaġġ ta’ dawn il-ftehimiet.

(240)

It-tieni, id-differenza fil-prezzijiet meta mqabbel mal-prezzijiet tas-suq tiddependi fuq numru kbir ta’ fatturi marbuta mal-evoluzzjoni tas-suq li huma indipendenti mill-PPAs u jistgħu jiġu vvalutati biss a posteriori. Il-prezzijiet bil-PPAs huma prezzijiet tal-unità fi żmien partikolari; dawn ma jqisux il-vantaġġ li joħroġ mill-elementi l-oħra kollha tal-PPAs, bħalma huma l-kapaċitajiet u l-ammonti li l-produtturi setgħu biegħu kieku l-bejgħ tagħhom kien jiddependi fuq id-domanda tas-suq. Kif diskuss hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li hemm vantaġġ ekonomiku għall-produtturi li huwa inerenti għall-PPAs kollha taħt valutazzjoni, irrispettivament minn jekk fil-fatt iwassalx jew le, f’perjodu taż-żmien partikolari, għal prezzijiet ogħla mill-prezzijiet tas-suq.

(241)

Għall-finijiet ta’ kompletezza tat-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-kummenti li rċeviet u biex jiġu mifhuma aħjar il-konsegwenzi tal-PPAs f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni xorta qabblet il-prezzijiet tal-PPAs li fil-fatt ġew applikati mal-prezzijiet miksuba min-naħa tas-suq bl-ingrossa mhux kopert minn PPAs.

(242)

F’dan it-tqabbil, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax il-prezzijiet tal-2007 billi f’dik is-sena (aktar preċiżament, mid-9 ta’ Diċembru 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2007) il-prezzijiet tal-PPAs ġew sostitwiti mill-prezzijiet uffiċjali. Għaldaqstant, il-prezzijiet applikati mhux bilfors jirriflettu l-prezzijiet eżatti li kienet twassal għalihom l-applikazzjoni tal-formuli tal-prezzijiet tal-PPAs.

(243)

Konsegwentement, il-Kummissjoni qabblet il-prezzijiet applikati taħt il-PPAs mal-prezzijiet tas-suq ħieles mill-2004 sal-2006.

Tabella 10

Il-prezz medju tal-elettriku mibjugħ lil MVM taħt il-PPAs  (58)

HUF/kWh

Impjant tal-enerġija taħt PPA

2004

2005

2006

Blokok F ta’ Dunament

(…)

(…)

(…)

Blokk G2 ta’ Dunament

(…)

(…)

(…)

Tisza II

(…)

(…)

(…)

Pécs

(…)

(…)

(…)

Csepel II

(…)

(…)

(…)

Kelenföld

(…)

(…)

(…)

Újpest

(…)

(…)

(…)

Kispest

(…)

(…)

(…)

Mátra

(…)

(…)

(…)

Paks

(…)

(…)

(…)

Tabella 11

L-ammont u l-prezz medju tal-elettriku mibjugħ minn produtturi domestiċi mingħajr PPA lis-suq ħieles  (59)

Impjant tal-enerġija

2004

2005

2006

Ammont

(MWh)

Prezz

(HUF/kWh)

Ammont

(MWh)

Prezz

(Huf/kWh)

Ammont

(MWh)

Prezz

(HUF/kWh)

Mátra (blokok […])

989 097

8,15

972 813

8,33

1 082 699

9,26

Vértes

157 701

8,02

942 999

8,79

1 213 622

10,51

Dunamenti blokk […]

215 647

8,57

805 381

9,85

814 702

13,29

EMA

133 439

11,07

129 252

11,83

101 607

12,92

AES Borsod

(…)

(…)

18 301

11,25

n.a. (****)

 

AES Tiszapalkonya

364 869

12,76

86 673

9,87

119 218

14,27

Tabella 12

L-ammont u l-prezz medju tal-importazzjonijiet ta’ elettriku mixtrija minn  (60)

Importazzjoni

2004

2005

2006

Ammont

(MWh)

Prezz

(HUF/kWh)

Ammont

(MWh)

Prezz

(HUF/kWh)

Ammont

(MWh)

Prezz

(HUF/kWh)

L-Ukraina permezz tas-Slovakkja([…] (*****))

1 715 200

[…] (******)

1 525 600

[…] (******)

1 311 400

[…] (******)

L-Iżvizzera permezz tas-Slovakkja([…] (*****))

1 768 100

[…] (******)

1 761 700

[…] (******)

1 709 200

[…] (******)

L-Iżvizzera([…] (*****))

631 700

[…] (******)

629 500

[…] (******)

626 200

[…] (******)

(244)

Mill-2003, b’mod konformi mal-Att II dwar l-Enerġija (61), MVM neħħiet enerġija żejda (jiġifieri l-enerġija aktar milli kellha bżonn għas-segment tal-utilità pubblika) biex tiġi fornuta lis-suq kompetittiv permezz ta’ tliet kanali ta’ rilaxx: (i) irkanti pubbliċi tal-kapaċità tal-produzzjoni, (ii) offerti għall-kapaċità u (iii) il-pjattaforma virtwali tagħha ta’ kummerċ online, il-“Piactér”. It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta l-prezzijiet medji miksuba f’dan il-bejgħ:

Tabella 13

Prezz medju miksub mill-irkanti tal-kapaċità, l-offerti u s-Suq ta’ MVM  (62)

Sena tal-konsenja tal-prodott irkantat (*******)

Prezz medju peżat fl-irkanti tal-kapaċità

(HUF/kWh)

Sena tal-Offerti u l-bejgħ fis-Suq

Prezz medju fl-offerti u fis-Suq

(HUF/kWh)

2004

4,7

2004

6,5

Irkant tas-17.6.2002

Meta l-konsum ikun l-aktar baxx: 3,48

Bażi: 8,4

 

 

2005

5,4

2005

8,1

Irkant tad-9.12.2004

Meta l-konsum ikun l-aktar baxx: 4,54

Bażi: 8.32

 

 

Irkant tal-10.6.2005

Meta l-konsum ikun l-aktar baxx: 4,6

Base: 8,5

 

 

Irkant tal-21.7.2005

Bażi: 9,3

Meta l-konsum ikun l-aktar għoli: 10,42

 

 

2006

9,9

2006

9,1

Irkant tad-9.11.2005

Meta l-konsum ikun l-aktar baxx: 6,02

Bażi: 9,74

Meta l-konsum ikun l-aktar għoli: 11,76

 

 

Irkant tal-31.5.2006

Bazi: 11,33

 

 

(245)

Iċ-ċifri ta’ hawn fuq juru li l-prezzijiet medji li bihom inbiegħ l-elettriku fl-Ungerija fis-settur kompettiv fl-2004 bl-ingrossa varjaw bejn 4,7 u 12,76 HUF/kWh. Mill-ġeneraturi bil-PPAs, l-impjanti tal-enerġija nukleari ta’ Paks u Mátra biegħu lill-MVM bi prezzijiet f’dik il-firxa. Dunament […] biegħet l-elettriku tagħha taħt il-PPA bil-prezz ta’ […], l-ogħla prezz ([…]) miksub mingħajr PPA. Il-ġeneraturi l-oħra kollha talbu mingħand l-MVM prezz medju bejn 13,86 u 25,46 HUF/kWh. Dan il-prezz huwa 10 % sa 100 % ogħla mill-ogħla prezz fis-suq ħieles.

(246)

Fl-2005, il-prezzijiet tal-bejgħ barra mill-PAAs li qed ikun evalwat, varjaw bejn 5,4 u 12,91 HUF/kWh. Mill-ġeneraturi bil-PPA, l-impjanti tal-enerġija ta’ Paks u Mátra biss biegħu l-elettriku taħt il-PPAs tagħhom f’din il-firxa ta’ prezzijiet. Il-ġeneraturi l-oħra kollha talbu prezz medju għall-elettriku tagħhom taħt il-PPA bejn 13,99 u 25,64 HUF/kWh. Dan il-prezz huwa minn 10 % sa 100 % ogħla mill-ogħla prezz fis-suq ħieles.

(247)

Fl-2006, il-prezzijiet tal-bejgħ barra mill-PAAs imsemmija varjaw bejn 9.1 u 14.27 HUF/kWh. Mill-ġeneraturi bil-PPA, l-impjanti tal-enerġija ta’ Paks u Mátra biss biegħu l-elettriku taħt il-PPAs tagħhom f’din il-firxa ta’ prezzijiet (fil-każ ta’ Paks, attwalment inqas mill-aktar prezz baxx fis-suq ħieles). Il-ġeneraturi l-oħra kollha talbu prezz medju għall-elettriku tagħhom taħt il-PPA bejn 16,67 u 33,49 HUF/kWh. Dan huwa bejn 15 % u 135 % ogħla mill-ogħla prezz fis-suq ħieles.

(248)

Il-kalkoli ta’ hawn fuq huma bbażati fuq ċifri ta’ prezzijiet medji, jiġifieri ma jikkalkulawx b’mod separat bi prezzijiet mhux tal-ogħla konsum, prezzijiet ta’ konsum bażi jew prezzijiet tal-ogħla konsum. Ġeneraturi li prinċipalment ibiegħu prodotti tal-ogħla konsum, fin-nuqqas ta’ PPAs (63) jargumentaw li l-prezzijiet tagħhom m’għandhomx jitqabblu mal-prezzijiet ta’ konsum bażi. Tabilħaqq, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-prezzijiet tal-ogħla konsum tal-elettriku normalment huma ogħla mill-prezzijiet tal-konsum bażi tal-elettriku. Meta wieħed iqabbel dawk il-prezzijiet mal-bejgħ fis-suq ħieles (pereżempju, fl-irkantijiet tal-elettriku mill-MVM), prodotti tal-ogħla konsum juru livell ta’ prezz medju ta’ madwar 10-30 % ogħla mill-prezzijiet ta’ konsum bażi.

(249)

Madankollu, meta jitqabblu l-prezzijiet ta’ Csepel, Dunament F u […] ma’ prezzijiet tal-ogħla konsum miksuba fl-irkantijiet tal-kapaċità, wieħed jara li l-prezzijiet tagħhom huma ogħla mill-prezz ta’ kwalunkwe prodott tal-ogħla konsum tal-elettriku miksub fl-irkantijiet matul dawn is-snin. Barra minn hekk, fost il-ġeneraturi li jbiegħu l-elettriku mingħajr PPA lis-suq ħieles u elenkati fit-Tabella 11 ta’ hawn fuq, hemm ftit (pereżempju l-impjant EMA) li biegħu ukoll prinċipalment prodotti tal-ogħla konsum tal-elettriku.

(250)

It-tqabbil ta’ hawn fuq juri li l-prezzijiet PPA tal-ġeneraturi taħt PPA fis-snin mill-2004 sal-2006, bl-eċċezzjoni tal-impjanti tal-enerġija ta’ Paks u Mátra, kienu attwalmewnt ogħla mill-ogħla prezzijiet fis-suq ħieles.

(251)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-argumenti tal-partijiet interessati li l-prezzijiet PPA tagħhom ma kinux ogħla mill-prezzijiet fis-suq ħieles.

(252)

Safejn huma kkonċernati l-impjanti tal-enerġija ta’ Paks u Mátra, it-tabelli ta’ hawn fuq juru li l-prezzijiet tagħhoim kienu anqas mill-ogħla prezz miksub fis-suq ħieles. Il-prezzijiet tal-impjant ta’ Mátra kienu fl-ogħla firxa tal-prezzijiet fis-suq ħieles. Għalkemm il-prezzijiet tagħha huma tabilħaqq potenzjalment aktar kompetittivi mill-maġġoranza tal-prezzijiet PPA, il-Kummissjoni ma tistax teskludi li ma setgħetx tikseb mill-inqas l-istess prezzijiet mingħajr il-PPA tagħha. Il-Kummissjoni tinnota li l-prezzijiet miksuba minn Mátra mill-bejgħ tal-blokki tagħha mingħajr PPA kienu sostanzjalment anqas mill-prezzijiet PPA tagħha.

(253)

Il-Kummissjoni tagħraf li l-prezzijiet miksuba fis-settur tas-suq ħieles (mingħajr PPAs) ma jistgħux jitqiesu bħala li jikkorrispondu mal-prezz eżatt tas-suq ħieles li l-ġeneraturi kienu jiksbu mingħajr PPAs kieku l-PPAs ma kinux jeżistu fil-perjodu msemmi. Il-PPAs li jkopru madwar 60 % tas-suq tal-ġenerazzjoni mingħajr dubju jkolhom impatt fuq il-prezzijiet fil-bqija tas-suq. Madankollu, dan it-tqabbil jagħti indikazzjoni tad-daqs tad-differenza bejn il-PPA u l-prezzijiet “mhux PPA” attwalment osservati.

Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (SGEI)

(254)

L-impjanti tal-enerġija ta’ Budapest u Csepelk argumentaw li l-PPAs għandhom jitqiesu li qed jimplimentaw l-SGEIs bil-għan li li tkun żgurata l-provvista tal-elettriku. Huma jqisu li huma jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fid-deċiżjoni Altmark, li jfisser li l-PPAs tagħhom ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(12) tat-Trattat KE.

(255)

Il-Kummissjoni analizzat dawn l-argumenti u ma tistax taqbel magħhom għar-raġunijiet li ġejjin.

(256)

Skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom ċertu marġni ta’ diskrezzjoni biex jiddefinixxu s-servizzi li huma jqisu bħala SGEIs. Id-definizzjoni tal-firxa tal-SGEIs fi Stat Membru hija, fil-limiti ddefiniti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja, prerogattiva tal-Istat innifsu u mhumiex il-benefiċjarji tal-miżuri ta’ għajnuna li jikkwalifikaw is-servizz tagħhom stess bħala servizz pubbliku.

(257)

Matul il-proċedura attwali, madankollu, l-awtoritajiet Ungeriżi qatt ma ssottomettew l-argument li xi wieħed mill-ġeneraturi pprovda SGEI, u lanqas appoġġaw l-argumenti tal-ġeneraturi f’dak is-sens.

(258)

Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-PPAs ma jissodisfawx il-kriterji kollha stabbiliti fid-deċiżjoni Altmark.

(259)

L-ewwel, skont is-sentenza Altmark, l-intrapriża reċipjenti hija attwalment meħtieġa twettaq servizz pubbliku u l-obbligi marbuta ma’ dak is-servizz għandhom ikunu ddefiniti b’mod ċar mill-Istat Membru.

(260)

Fiż-żmien li qed ikun evalwat, l-MVM kellha l-obbligu tas-sigurtà tal-provvista taħt il-leġiżlazzjoni Ungeriża, imma dan l-obbligu kien obbligu ġenerali fejn ix-Xerrej Uniku dak iż-żmien kellu jiżgura l-provvista meħtieġa tal-enerġija biex ikopri d-domanda totali; madankollu, ma tinkariga l-ebda ġeneratur speċifiku bi SGEI ddefinit.

(261)

L-objettiv tas-sigurtà tal-provvista huwa ta’ natura ġenerali ħafna. Sa ċertu punt, wieħed jista’ jqis li kwalunkwe ġeneratur fis-settur tal-elettriku jikkontribwixxi għall-ksib ta’ dan l-objettiv. Il-partijiet interessati naqsu milli jissottomettu xi dokument uffiċjali tal-Istat Ungeriż li jiddefinixxi SGEI b’mod ċar u li jinkariga ġeneratur speċifiku (jew ġeneraturi speċifiċi) bil-provvista ta’ dak is-servizz speċifiku.

(262)

Il-PPAs infushom huma simili f’dan ir-rigward: huma jiffissaw l-obbligi tal-partijiet imma ma jiddefinixxux obbligu ta’ servizz pubbliku speċifiku. Il-fatt li l-għaxar impjanti tal-enerġija kollha taħt PPAs iridu jirriżervaw il-kapaċitajiet tagħhom lill-MVM minnu nnifsu ma jfissirx li huma inkarigati b’mod speċifiku b’obbligu ta’ servizz pubbliku. Barra minn hekk, tali mudell jista’ jwassal għall-konklużjoni li l-ġenerazzjoni kollha tal-enerġija twettaq SGEI – li b’mod ċar ikun fi ksur tal-ispirtu, li l-leġiżlazzjoni u l-prattika Komunitarja jridu jagħtu lil dan il-kunċett.

(263)

Fil-każ attwali, l-obbligi allegati ta’ servizz pubbliku mhumiex iddefiniti b’mod ċar u m’hemm l-ebda ġeneratur speċifiku meħtieġ biex iwettaq xi tali obbligu ta’ servizz pubbliku ddefinit b’mod konkret.

(264)

Il-partijiet interessati jargumentaw li l-PPAs huma dokumenti li jinkarigaw lill-ġeneraturi b’SGEIs. Imma l-PPAs ma fihom ebda definizzjoni speċifika ta’ SGEIs u ma jirreferux għal dawn l-obbligi jew għal dispożizzjonijiet ġuridiċi li jistgħu jkunu bażi għall-Istat biex jafda l-SGEIs lil entitajiet oħra.

(265)

Fid-deċiżjonijiet tagħha sallum (64), il-Kummissjoni kienet tal-fehma li s-sigurtà tal-provvista tista’ tkun SGEI suġġetta għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 96/92/KE (li jikkorrispondi mal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/54/KE), jiġifieri sakemm il-ġeneraturi kkonċernati prinċipalment jużaw għejun primarji tal-fjuwils tal-enerġija biex jipproduċu l-enerġija indiġeni u li l-volum totali tal-enerġija fi kwalunkwe sena kalendarja ma jaqbiżx il-15 % tal-enerġija primarja totali meħtieġa għall-produzzjoni tal-elettriku kkonsmat fl-Istat Membru kkonċernat.

(266)

L-uniku ġeneratur li ssottometta li juża fjuwil tal-enerġija primarju indiġenu kienet l-impjant tal-enerġija ta’ Mátra. Madankollu, l-impjant tal-enerġija ta’ Mátra ma pproduċiet l-ebda dokument uffiċjali li juri li l-Istat Ungeriż kien inkarigaha b’mod speċifiku bi SGEI ddefinit b’mod ċar.

(267)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ikollha twarrab il-pretensjoni li l-PPAs iwettqu obbligu ta’ servizz pubbliku fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista.

(268)

It-tieni, il-parametri li fuqhom huwa kkalkolat il-kumpens kellhom ikunu stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti, u l-kumpens m’għandux jaqbeż dak li huwa meħtieġ biex ikunu koperti l-ispejjeż kollha jew parti minnhom magħmula fit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, meta wieħed iqis id-dħul rilevanti u qligħ raġonevoli għat-twettiq ta’ dawk l-obbligi (65).

(269)

Fin-nuqqas ta’ definizzjoni ċara tal-SGEIs li jridu jiġu pprovduti, b’mod partikolari waħda li tagħmel distinzjoni ċara bejn is-servizzi li għandhom jingħataw u l-operazzjonijiet kummerċjali normali tal-impjanti tal-enerġija, huwa impossibbli li jkunu stabbiliti parametri għal kumpens u/jew li jkun iddeterminat jekk il-kumpens jaqbiżx l-ammont meħtieġ sabiex ikunu koperti l-ispejjeż magħmula fit-twettiq ta’ dawn l-obbligi. Lanqas ma huwa possibbli li jkun iddefinit bl-eżatt x’inhuwa l-kumpens.

(270)

L-eżistenza ta’ ċerti parametri biex ikunu stabbiliti l-prezzijiet PPA mhijiex ekwivalenti għall-eżistenza ta’ parametri preċiżi biex ikun ikkalkulat il-kumpens għall-SGEIs, ladarba l-prezz mhuwiex daqs il-kumpens. Barra minn hekk, il-fatt li l-prezz ikopri biss l-ispejjeż tal-ġenerazzjoni tal-elettriku flimkien ma’ marġni għall-qligħ ma jfissirx li ma jinkludi l-ebda kumpens żejjed, minħabba li ħafna mill-ispejjeż tal-ġenerazzjoni tal-elettriku jistgħu jkunu l-ispejjeż normali koperti minn kwalunkwe ġeneratur tal-elettriku kuntrarjament għall-ispejjeż żejda assoċjati mal-SGEIs.

(271)

It-tielet, fejn il-kumpanija li għandha twettaq obbligi ta’ servizz pubbliku ma tkunx intgħażlet permezz ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku, il-livell ta’ kumpens meħtieġ irid ikun iddeterminat fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li impriża tipika, immexxija sew u pprovduta b’mezzi xierqa tal-produzzjoni biex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ servizz pubbliku, tkun għamlet biex twettaq dawk l-obbligi, filwaqt li jitqies id-dħul assoċjat u qligħ raġonevoli għat-twettiq tal-obbligi tagħha.

(272)

Disgħa mill-għaxar PPAs kienu ffirmati mingħajr proċeduri ta’ sejħa għall-offerti. Anki fl-unika proċedura ta’ sejħa għall-offerti għall-impjant tal-enerġija ta’ Kispest, ma kien iddefinit l-ebda objettiv speċifiku għall-SGEIs. Dan jagħmilha diffiċli li wieħed jevalwa liema parti eżatta tal-ħidmiet tal-impjant tal-enerġija tikkorrispondi għall-SGEI u b’hekk x’ikun il-livell ta’ kumpens li ma jaqbiżx dak li hu meħtieġ biex ikunu koperti l-ispejjeż magħmula fit-twettiq tal-obbligu ta’ servizz pubbliku.

(273)

Barra minn hekk, la l-awtoritajiet Ungeriżi u lanqas il-partijiet interessati ma pprovdew analiżi tal-ispejjeż tal-ġeneraturi msemmija bħala appoġġ għall-asseriment li huma jikkorrispondu għall-ispejjeż magħmula minn impriża tipika.

(274)

Fl-aħħar, il-Kummissjoni tinnota li, bl-eċċezzjoni tal-PPA ta’ Kispest, il-PPAs l-oħra kollha li qed ikunu evalwati kienu ffirmati mingħajr proċedura ta’ sejħa għall-offerti.

(275)

Għaldaqstant il-PPAs ma jissodisfawx il-kriterji tas-sentenza Altmark.

(276)

Il-partijiet interessati argumentaw li l-Artikolu 86(2) tat-Trattat KE jista’ japplika għall-PPAs anki meta ma jissodisfawx il-kriterji tas-sentenza Altmark. Il-kompatibilità tal-miżura mal-Artikolu 86(2) tat-Trattat KE hija evalwata taħt il-punt 7.7 ta’ din id-Deċiżjoni.

Selettività

(277)

Il-PPAs kienu konklużi ma’ għadd ta’ kumpaniji f’ċertu settur tal-ekonomija. Il-kumpaniji li bbenefikaw mill-PPAs msemmija huma elenkati fit-Tabella 1 ta’ hawn fuq.

(278)

AES-Tisza targumenta li l-PPAs mhumiex selettivi minħabba li ftehimiet fuq medda twila ta’ żmien jeżistu fis-settur tal-elettriku kollu: bejn l-MVM u l-ġeneraturi, bejn l-MVM u l-kumpaniji tad-distribuzzjoni, u għall-importazzjoni tal-elettriku. Huma jargumentaw li, minħabba l-miżuri leġiżlattivi ta’ dak iż-żmien fl-Ungerija, il-ġeneraturi kollha kellhom ftehimiet mal-MVM u impjanti ta’ enerġija li tiġġedded u ta’ koġenerazzjoni biss kellhom ftehimiet fuq medda qasira ta’ żmien.

(279)

L-awtoritajiet Ungeriżi osservaw fis-sottomissjonijiet tagħhom li jirrelataw għall-kummenti tal-partijiet interessati li impjanti tal-enerġija importanti u blokki ta’ impjanti tal-enerġija ibiegħu l-elettriku fis-suq ħieles mingħajr PPAs u teħid mandatorju (pereżempju l-blokk ta’ Dunament G1, l-impjant tal-enerġija ta’ Vértes u l-blokki ta’ Mátra I-II).

(280)

Tabilħaqq, hemm impjanti tal-enerġija importanti u blokki li joperaw mingħajr PPAs (ara l-eżempji pprovduti mill-awtoritajiet Ungeriżi). Il-kumpanija AES nnifisha hija l-proprjetarja ta’ żewġ impjanti tal-enerġija li ma joperawx taħt PPAs.

(281)

Il-Kummissjoni tinnota li l-fatt li miżura ta’ għajnuna mhijiex immirata lejn reċipjent wieħed speċifiku jew aktar iddefiniti minn qabel, imma li l-benefiċjarji huma identifikati fuq il-bażi ta’ għadd ta’ kriterji oġġettivi, ma jfissirx li din il-miżura ma tagħtix vantaġġ selettiv lill-benefiċjarji. Il-proċedura għall-identifikazzjoni tal-benefiċjarji ma taffettwax in-natura ta’ għajnuna mill-Istat ta’ din il-miżura (66).

(282)

Barra minn hekk, huwa kkonfermat ukoll mill-każistika tal-Qorti li anki miżura li tiffavorixxi settur sħiħ imqabbel ma’ setturi oħra tal-ekonomija f’sitwazzjoni komparabbli trid titqies bħala li tagħti vantaġġ selettiv lil dak is-settur (67).

(283)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-PPAs jikkostitwixxu miżura selettiva.

Riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat

(284)

Jeħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa jekk il-PPAs involvewx it-trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat.

(285)

Il-prinċipju ewlieni tal-PPAs kollha li qed ikunu evalwati huwa l-obligu ta’ xiri mill-MVM ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni fissa u kwantitajiet minimi fissi ta’ enerġija ġġenerata bi prezz li jkopri l-ispejjeż fissi u varjabbli tal-impjant tal-enerġija, fuq medda ta’ 15 sa 27 sena. F’termini ekonomiċi, dan l-obbligu ta’ xiri joħloq obbligu kontinwu għall-MVM li tħallas ċertu prezz għal ċerta kapaċità (tariffa tal-kapaċità) u ċerta kwantità ta’ enerġija (tariffa tal-enerġija) lill-ġeneraturi tal-enerġija tul il-medda kollha tal-kuntratt. Aktar obbligi finanzjarji tal-MVM huma stabbiliti fil-PPAs individwali, kif deskritt taħt il-Kapitolu 2 ta’ hawn fuq. Dan it-trasferiment kontinwu ta’ riżorsi finanzjarji lill-ġeneraturi u l-ħlas tat-tariffi msemmija huma inerenti fil-PPAs kollha u huma preżenti għall-medda kollha tal-kuntratti. Naturalment, aktar ma tkun twila l-medda tal-PPA, aktar ikun għoli l-ammont tar-riżorsi ttrasferiti.

(286)

Biex ikun stabbilit jekk ir-riżorsi ttrasferiti mill-MVM lill-ġeneraturi jikkostitwixxux riżorsi tal-Istat, il-Kummissjoni evalwat il-miżura fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet li ġejjin b’mod partikolari:

Eżistenza ta’ riżorsi tal-Istat – is-sentenza PreussenElektra  (68)

(287)

Fis-sentenza PreussenElektra, il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat mekkaniżmu li taħtu kumpaniji ta’ proprjetarji priati kienu mġiegħla mill-Istat biex jixtru l-elettriku mingħand produtturi tal-elettriku speċifiċi bi prezz ifissat mill-Istat u ogħla mill-prezz tas-suq. Il-Qorti ddeċidiet li, f’tali każ, ma kienx hemm trasferiment ta’ riżorsi pubbliċi u għaldaqstant ma kienx hemm għajnuna mill-Istat.

(288)

Il-Kummissjoni tqis li l-iskema Ungeriża hija differenti b’mod sinifikanti mis-sistema eżaminata mill-Qorti fid-deċiżjoni msemmija qabel, partikolarment minħabba d-differenza fl-istruttura tas-sjieda tal-kumpaniji taħt obbligu ta’ xiri.

(289)

Il-kumpanija li l-Istat impona fuqha l-obbligu ta’ xiri kienet ta’ proprjetarji privati fil-każ PreussenElektra, waqt li l-MVM hija totalment proprjetà tal-Istat. Għaldaqstant ir-riżorsi użati huma riżorsi li jappartjenu lil u huma kkontrollati minn kumpanija li hija totalment proprjetà tal-Istat.

(290)

Fil-kaważ PreussenElektra, meta kienu intraċċati l-flejjes mill-benefiċjarju lura għall-oriġini tagħhom, instab li dawn qatt ma kienu taħt il-kontroll dirett jew indirett tal-Istat. Madankollu, fil-każ attwali, dawn ikunu taħt il-kontroll tal-Istat minħabba li, meta kienu ntraċċati lura għall-oriġini tagħhom, wieħed jista’ jara li jmorru għand kumpanija tal-Istat.

L-Imputabbiltà lill-Istat: id-deċiżjoni Stardust  (69)

(291)

Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-imġiba tal-MVM hija imputabbli għall-Istat Ungeriż. Wieħed irid iżid li l-awtoritajiet Ungeriżi, matul il-proċedura attwali, qatt ma argumentaw li l-PPAs ma kinux imputabbli għall-Istat u li b’hekk ma nvolvewx it-trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat.

(292)

Il-prinċipju sottostanti tal-obbligu ta’ xiri tal-MVM imfassal biex jiggarantixxi l-vijabilità tal-impjanti tal-enerġija kkonċernati huwa imputabbli għall-Istat Ungeriż. Minħabba li dan il-prinċipju ewlieni li jirregola l-PPAs matul il-medda taż-żmien kollha tagħhom kien stabbilit meta l-PPAs daħlu fis-seħħ, il-Kummissjoni trid teżamina l-kundizzjonijiet tal-iffirmar tal-PPAs (jiġifieri ċ-ċirkustanzi tal-istabbiliment ta’ dan il-prinċipju ewlieni) biex ikun ikkjarifikat jekk huwiex imputabbli għall-Istat Ungeriż.

(293)

Fl-evalwazzjoni tagħha tal-kwistjoni tal-imputabbiltà, il-Kummissjoni qieset, b’mod partikolari, iċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(294)

Fiż-żmien meta daħlu fis-seħħ il-PPAs, taħt l-Att dwar l-Enerġija I, l-MVM kellha l-obbligu ġuridiku li tiżgura s-sigurtà tal-provvista fl-Ungerija bl-inqas spiża possibbli.

(295)

L-istess Att dwar l-Enerġija I kien jirrikjedi lill-MVM li tevalwa d-domandi għall-enerġija elettrika u tagħti bidu għall-estensjoni tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni skont il-pronjożi li tirriżulta mill-evalwazzjoni. L-MVM kellha tħejji Pjan Nazzjonali ta’ Kostruzzjoni ta’ Impjanti tal-Enerġija (“Országos Erőműépítési Terv”) li mbagħad kellu jkun sottomess lill-Gvern u lill-Parlament għall-approvazjoni.

(296)

Il-Gvern Ungeriż U l-partijiet interessati kollha qablu fil-kummenti tagħhom li meta kienu konklużi l-PPAs ikkostitwixxew l-għodda identifikata mill-Gvern Ungeriż biex jiżgura s-sigurtà tal-provvista u objettivi oħra tal-gvern, bħall-modernizzazzjoni tas-settur tal-enerġija partikolarment rigward l-istandards prevalenti tal-ħarsien tal-ambjent, u r-ristrutturar meħtieġ tas-settur (70). Kif tistqarr l-impjant tal-enerġija ta’ Csepel fil-kummenti tagħha: “Għaldaqstant il-PPA trid tkun evalwata ta’ dak li hi: parti integrali mit-tentatti tal-Istat Ungeriż permezz tal-MVM biex jibni portafoll ta’ ġenerazzjoni ddiversifikata fi żmien meta l-Istat ma kellux il-mezzi finanzjarji biex jikseb dan waħdu.” (71)

(297)

L-Awtoritajiet Ungeriżi informaw lill-Kummissjoni (72) li t-tħejjija għall-iffirmar tal-PPAs kienet bdiet fl-ambitu tal-proċedura ta’ privatizzazzjoni għall-impjanti tal-enerġija, fuq il-bażi tad-Digriet tal-Gvern 1114/1994 (XII.7.). Il-proċedura sħiħa tat-tfassil tal-PPAs u l-privatizzazzjoni kienet ikkaratterizzata minn kooperazzjoni qawwiija bejn l-Uffiċċju tal-Enerġija Ungeriż (ir-regolatur), il-Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ, il-Ministeru tal-Finanzi, l-“Allami Vagyonügynökség Rt” jiġifieri l-korp tal-gvern responsabbli għall-privatizzazzjoni, l-MVM, u għadd ta’ konsulenti internazzjonali.

(298)

F’dan l-ambitu twaqqaf kumitat tax-xogħol b’rappreżentanti mill-korpi ta’ hawn fuq, li adotta linji gwida rigward l-abbozzar, fost affarijiet oħra, tal-PPAs u l-metodi li jistabbilixxu l-prezzijiet.

(299)

Fuq talba tal-Gvern Ungeriż, PPA standard kienet abbozzata minn kumpanija legali internazzjonali. L-awtoritajiet Ungeriżi kkonfermaw li l-PPAs kienu msejsa fuq dan il-mudell standard. Huma kkonfermaw ukoll li l-mekkaniżmu li jiffissal-prezzijiet tal-PPAs kien tħejja fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Gvern 1074/1995 (III.4.) dwar ir-regolazzjoni tal-prezzijiet tal-enerġija elettrika, li kienet tinkludi regoli ddettaljati dwar il-kalkolu tal-prezzijiet tal-elettriku rregolati. Il-PPAs ħadu f’idejhom il-formuli u d-definizzjonijiet tad-Deċiżjoni (73) tal-Gvern.

(300)

Id-deċiżjoni dwar l-iffirmar tal-PPAs ittieħdet mill-Bord tad-Diretturi tal-MVM, kemm fl-ambitu tal-privatizzazzjoni kif ukoll wara. Il-membri tal-Bord tad-Diretturi kienu eletti mil-Laqgħa Ġenerali. Skont l-informazzjoni li waslet għand l-awtoritajiet (74) Ungeriżi, “minħabba li 99 % tal-MVM hija proprjetà tal-Istat, il-membri tal-Bord tad-Diretturi jinħatru, jiġu eletti u jitneħħew skont kif jiddeċiedi l-Istat”.

(301)

Skont id-Digriet tal-Gvern 34/1995 (IV.5.) dwar l-implimentazzjoni tal-Att dwar l-Enerġija I, l-MVM kienet meħtieġa torganizza sejħa għall-offerti fi żmien disgħin jum wara l-approvazzjoni tal-Pjan ta’ Kostruzzjoni ta’ Impjanti tal-Enerġija.

(302)

Il-PPA tal-impjant tal-enerġija ta’ Kispest kien iffirmat wara proċedura ta’ sejħa għall-offerti f’konformità mal-proċedura ġuridika stabbilita hawn taħt.

(303)

Linji Gwida Konġunti tal-Ministeru responsabbli u l-Uffiċċju tal-Enerġija Ungeriż inħarġu fl-1997 rigward il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għall-kostruzzjoni ta’ impjanti tal-enerġija u r-regoli ġenerali tal-proċedura għas-sejħiet għall-offerti.

(304)

Il-Linji Gwida Konġunti stabbilixxew ir-raġunijiet ewlenin għall-ħtieġa li tkun ittrasformata l-istruttura tas-sjieda u l-istabbiliment ta’ kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija ġodda. Huma jidentifikaw il-miri b’mod ċar: is-sigurtà tal-provvista bl-inqas spiża possibbli, modernizzazzjoni li tissodisfa l-istandards tal-ħarsien tal-ambjent, diversifikazzjoni tal-għejun tal-enerġija primarji, park tal-impjanti tal-enerġija aktar flessibbli li jkun fih ir-riżervi meħtieġa u li jkun kapaċi jikkopera mas-sistema tal-Elettriku tal-Ewropa tal-punent. Huma jenfasizzaw ukoll li l-operat tal-park tal-impjanti tal-enerġija tal-ġejjieni “għandu jippermetti l-operat u l-manutenzjoni bi qligħ, bi żvilupp tal-prezzijiet li jkun f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi” (75).

(305)

Taħt il-punt 2, il-Linji Gwida Konġunti tal-Ministeru u l-Uffiċċju tal-Enerġija Ungeriż jgħidu wkoll li l-implimentazzjoni tal-miri ta’ hawn fuq għandha tagħti “sistema tal-elettriku moderna li tissodisfa r-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent, tiggarantixxi l-kooperazzjoni Ewropea, id-dħul fuq investimenti ġġustifikati u l-ispejjeż li jinġarru minn detenturi ta’ liċenzji li joperaw b’mod effiċjenti, kif ukoll prezzijiet li jinkludu qligħ meħtieġ għal operazzjoni durabbli. Il-miri kollha ta’ hawn fuq għandhom jinkisbu b’mod li jiggarantixxi […] is-sigurtà tal-provvista ta’ enerġija primarja, jagħti s-setgħa lil dawk kollha li għandhom il-ħsieb jinvestu f’dan il-qasam biex iħossu li l-investimenti tagħhom, id-dħul fuq l-investimenti isiru b’mod sigur, […] it-twettiq tal-intenzjonijiet iddikjarati tal-gvern isir b’mod sigur.”

(306)

Il-Linji Gwida Konġunti imbagħad jirregolaw il-proċedura tal-kompetizzjoni rrelatata għall-istabbiliment tal-kapaċitajiet tal-impjanti tal-enerġija.

(307)

Kumitat ta’ Evalwazzjoni Ewlieni (“Értékelő Főbizottság”) għamel il-proposta finali lir-rebbieħ tas-sejħa għall-offerti. Il-membri ta’ dan il-Kumitat kienu r-rappreżentanti tal-Ministeru tal-Ekonomija, il-Ministeru tal-Ambjent, l-Uffiċċju tal-Enerġija Ungeriż, l-MVM u l-Bank ERSTE. Id-deċiżjoni finali ttieħdet mill-Bord tad-Diretturi tal-MVM. Taħt il-Linji Gwida Konġunti, ir-riżultat uffiċjali tas-sejħa għall-offerti kellu jkun ippubblikat (b’mod esklussiv) fil-bulettin uffiċjali tal-Ministeru.

(308)

L-att dwar l-Enerġija II inbena b’mod li jippresupponi l-eżistenza tal-PPAs. Dan l-Att Parlamentari li huwa l-qafas ġuridiku ewlieni għall-operat tas-suq tal-enerġija Ungeriż fil-medda ta’ żmien li qed tkun evalwata jirreferi diversi drabi għall-obbligi ta’ xiri fuq medda twila ta’ żmien tal-MVM.

(309)

L-Artikolu 5(2) tad-Digriet tal-Gvern Nru 183/2002 (VIII.23.) dwar spejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati jistabbilixxi obbligu għall-MVM li tibda n-negozjar mill-ġdid tal-PPAs biex tnaqqas il-kapaċitajiet mixtrija. Għaldaqstant id-digriet jobbliga lill-MVM li tipproponi li l-PPAs ikunu emendati.

(310)

AES-Tisza argumentat fl-osservazzjonijiet tagħha li l-prezzijiet taħt il-PPAs ma kinux imputabbli għall-Istat wara ż-żmien ta’ regolazzjoni tal-prezzijiet (jiġifieri wara l-1 ta’ Jannar 2004, bl-eċezzjoni tar-regolazzjoni ġdida tal-prezzijiet fl-2007), imma kienu r-riżultat ta’ negozjati bejn l-impjanti tal-enerġija u l-MVM.

(311)

Il-Kummissjoni tagħraf li l-ammont eżatt ta’ riżorsi ttrasferiti lill-benefiċjarji ma jiddependix biss fuq il-klawsoli inklużi fil-PPAs, li huma imputabbli għall-Istat, imma wkoll għal negozjati bilaterali perjodiċi mwettqa mill-MVM mal-ġeneraturi. Fil-fatt, il-PPAs joffru ċerta latitudni lill-partijiet biex jinnegozjaw il-kwantitajiet tal-elettriku attwalment mixtrija mill-MVM kif ukoll ċerti komponenti tal-prezz, notevolment fir-rigward il-kalkolu tat-tariffi tal-kapaċità, li kif hemm indikat fil-premessa 356 tiddependi fuq għadd ta’ fatturi u teħtieġ aġġustamenti perjodiċi. Madankollu, in-negozjati dwar il-kwantitajiet mixtrija qatt ma jistgħu jwasslu għal kwantitajiet inqas mill-minimu ggarantit fil-livell ta’ teħid stabbilit fil-PPAs. Bl-istess mod, in-negozjati dwar il-prezzijiet jistgħu jitwettqu biss fil-qafas tal-mekkaniżmi li jistabbilixxu l-prezzijiet stabbiliti fil-PPAs, li huma imputabbli għall-Istat. Għaldaqstant in-negozjati dwar il-prezzijiet ma kkontestawx il-prinċipju tal-obbligu ta’ xiri li jkopri l-ispejjeż iġġustifikati u livell ta’ qligħ meħtieġ għall-operat tal-impjant tal-enerġija.

(312)

Barra minn hekk, il-fatt li l-PPAs jipprevedu r-riżerva tal-maġġoranza tal-kapaċitajiet tal-impjanti tal-enerġija taħt il-PPAs u ħlas għal dawn il-kapaċitajiet minnu nnifsu huwa trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat lill-benefiċjarji, independentement minn negozjati perjodiċi bejn l-MVM u l-ġeneraturi.

(313)

Fil-kummenti (76) tagħhom, il-partijiet interessati kollha qablu li l-formuli ewlenin u d-definizzjonijiet applikati fuq il-bażi tal-PPAs wara l-1 ta’ Jannar 2004 segwew ir-regoli ewlenin tar-regolazzjoni tal-prezzijiet. […] (77) nnifisha tispjega kemm fil-kummenti tagħha msemmija hawn fuq kif ukoll fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ li n-negozjati dwar il-prezzijiet “ikkjarifikaw” l-applikazzjoni tal-formuli tal-prezzijiet u “interpretat” l-kontenut (********) tagħha. Hija tirrikonoxxi li l-prezzijiet PPA minn dejjem kienu bbażati fuq l-ispejjeż, billi jkopru spejjeż iġġustifikati, u li mill-bidu kienu ġeneralment iqisu l-metodu tal-kalkolu tal-prezz applikat mid-digrieti dwar il-prezzijiet.

(314)

Barra minn hekk […] tispjega li l-formuli tal-prezzijiet tal-emenda […] għall-PPA tagħha huma bbażati fuq id-digrieti tal-gvern: “Il-formuli fl-Emenda […] (Skeda […] Anness […]) għall-kalkolu tat-tariffa tad-disponibbiltà hija l-istess bħal dik inkluża fid-Digrieti applikabbli (referenza fin-nota f’qiegħ il-paġna għad-Digriet 55/1996 tal-Ministeru tal-Industrija, il-Kummerċ u t-Turiżmu (IKIM) u d-Digriet 46/2000 tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi (GM), u l-aħħar wieħed applikabbli (rigward il-ġeneraturi) qabel l-1 ta’ Jannar 2004 kien id-Digriet 60/2002 tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u t-Trasport (GKM)) li stabbilixxa d-disponibbiltà massima (= il-kapaċità) u t-tariffi tal-enerġija għall-ġeneraturi elenkati hemmhekk.”

(315)

Dan ta’ fuq juri li la n-negozjati dwar il-prezzijiet u lanqas l-emendi għall-PPAs ma affettwaw il-prinċipju ewlieni tal-PPAs kif stabbilit fiċ-ċirkustanzi deskritti, meta l-PPAs kienu ffirmati. L-istess prinċipju ta’ obbligu ta’ xiri biex ikun żgurat dħul fuq l-investiment jirregola l-PPAs illum.

(316)

Huwa evidenti miċ-ċirkustanzi ta’ hawn fuq li l-eżistenza tal-obbligu ta’ xiri tal-MVM rigward il-ġeneraturi tal-enerġija, bil-prinċipju li jkunu koperti l-ispejjeż fissi u varjabbli ġġustifikati, huwa imputabbli għall-Istat Ungeriż.

(317)

Barra minn hekk, hija każistika stabbilita li miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat biss meta jingħata vantaġġ lil impriżi permezz ta’ mobilizzazzjoni diretta u ċara tar-riżorsi tal-Istat, imma wkoll meta l-għoti tal-vantaġġ jista’, jekk ikunu ssodisfati ċerti kundizzjonaijiet fil-ġejjieni, jinvolvi piż finanzjarju addizzjonali għall-awtoritajiet pubbliċi li ma kienx ikollhom iġorru kieku ma ngħatax (78) il-vantaġġ. Fl-2004, kien ċar li l-MVM se ġġorr tali piż addizzjonali fil-każ potenzjali li l-ġeneraturi u l-importaturi tal-enerġija mhux ingaġġati fil-PPAs joffru prezzijiet aktar baxxi mill-prezzijiet PPA, minħabba li l-iżvilupp ta’ tali offerti kien joħloq inċentivi għall-MVM biex timmodifika l-portafoll tal-provvista tagħha u konsegwentement tnaqqas il-kwantitajiet mixtrija mingħand il-ġeneraturi tal-enerġija attwalment taħt il-PPAs u tikseb tnaqqis fil-prezzijiet mingħandhom. Madankollu, minħabba l-obbligi tagħha li jitnisslu mill-PPAs, l-MVM ma tistax tagħmel tali deċiżjonijiet għaliex, kif inwera hawn fuq, l-MVM ma tistax tnaqqas il-kwantitajiet mixtrija mingħand il-ġeneraturi li joperaw taħt il-PPAs anqas minn livell minimu (il-kwantità ta’ teħid iggarantit) u ma tistax tinnegozja prezzijiet fuq il-bażi ta’ offerti alternattivi pprovduti mill-ġeneraturi li jikkompetu, imma biss fil-mekkaniżmu tal-formazzjoni tal-prezz ibbażat fuq l-ispejjeż stabbiliti fil-PPAs. Dan il-fatt, flimkien mal-konklużjoni li hemm fil-premessi 315-316, iwassal lill-Kummissjoni biex tikkonkludi li l-kundizzjoni tat-trasferiment tar-riżorsi tal-Istat kienet preżenti fil-PPAs mill-1 ta’ Mejju 2004 u se tkun preżenti sakemm huma validi, independentement mill-kundizzjonijiet attwali tas-suq, għaliex hija żżomm lill-MVM milli twettaq l-arbitraġġi li jistgħu jkunu adattati biex timminimizza l-ammonti ta’ riżorsi minfuqa għax-xiri tal-elettriku meħtieġ biex tissodisfa l-ħtiġijiet tagħha.

(318)

Isegwi mill-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq li l-PPAs iwasslu għat-trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat.

Distorsjoni tal-kompetizzjoni u impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri

(319)

Is-swieq tal-elettriku infetħu għall-kompetizzjoni u l-elettriku kien innegozjat bejn l-Istati Membri b’mod partikolari mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1996 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (79).

(320)

Miżuri li jiffavorixxu impriżi fis-settur tal-enerġija fi Stat Membru wieħed jistgħu għaldaqstant ixekklu l-abilità tal-impriżi minn Stati Membri oħra li jesportaw l-elettriku lil dak l-Istat, jew jiffavorixxu l-esportazzjoni tal-elettriku minn dak l-Istat għal Stati Membri oħra. Dan huwa minnu b’mod partikolari għall-Ungerija, li minħabba l-qagħda ċentrali tagħha fl-Ewropa hija kollegata jew tista’ faċilment tkun kollegata man-netwerks ta’ diversi Stati Membri attwali jew tal-ġejjieni.

(321)

Dan huwa minnu b’mod partikolari għall-Ungerija, li hija pajjiż b’qagħda ċentrali fl-Ewropa mdawra minn seba’ pajjiżi, li erba’ minnhom jinsabu fl-UE. Mill-Istati Membri tal-UE, hija għandha interkonnetturi mas-Slovakkja, l-Awstrija u r-Rumanija. Fl-2004 hija importat kważi 14 000 GWh u esportat 6 300 GWwh. Mill-2005, l-importazzjoni żdiedet għal aktar minn 15 000 GWh u l-esportazzjoni għal bejn 8 000 u 10 000 GWh.

(322)

Fis-snin ta’ wara l-adeżjoni tal-Ungerija fl-UE, madwar 60 % tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni Ungeriża kienet ikkontrattata mill-MVM taħt il-PPAs. Il-PPAs jintemmu bejn l-aħħar tal-2010 u l-aħħar tal-2024. Il-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq tal-obbligu ta’ xiri tal-MVM se jibqgħu mingħajr tibdil sal-aħħar tal-ftehimiet.

(323)

L-ewwel pass tal-ftuħ tas-suq fl-Ungerija seħħ fl-1 ta’ Lulju 2004, meta l-konsumaturi mhux domestiċi kollha saru eliġibbli li jaqilbu għas-suq ħieles. Fl-1 ta’ Jannar 2008, is-settur tas-servizzi pubbliċi ma baqax jeżisti u għaldaqstant il-klijenti kollha saru “eliġibbli”.

(324)

Minkejja l-ftuħ tas-suq mill-2004, proporzjon imdaqqas ta’ klijenti eliġibbli m’għażlux is-settur tas-suq ħieles. Ir-Rapport tal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ekonomika dwar l-investigazzjoni settorjali fuq is-suq (80) tal-enerġija Ungeriż b’mod espliċitu kkonkluda li n-nuqqas ta’ kapaċitajiet disponibbli fis-suq ħieles minħabba l-volumi sostanzjali ta’ kapaċitajiet irriżervati taħt il-PPAs joħolqu ostaklu serju għall-għażla tas-suq ħieles. Permezz tal-PPAs, madwar 60 % tal-kapaċitajiet tal-ġenerazzjoni Ungeriża kienu marbuta mas-settur tas-servizzi pubbliċi, għall-MVM biss, u l-kapaċitajiet li baqa’ biss setgħu fir-realtà jikkompetu għal klijenti ġodda.

(325)

Il-kapaċitajiet irriżervati, jiġifieri l-kwantitajiet iggarantiti fuq medda twila ta’ żmien joħolqu wkoll ostaklu għad-dħul ta’ ġeneraturi ġodda fis-suq bl-ingrossa, minħabba li 60 % tal-kapaċitajiet kollha huma marbuta ma’ kumpanija waħda (proprjetà tal-Istat) b’garanzija ta’ xiri.

(326)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ħadet ukoll f’kunsiderazzjoni ir-riżultati tal-investigazzjoni settorjali mill-Uffiċċju Ungeriż tal-Kompetizzjoni Ekonomika, li b’mod espliċitu kkonkluda li l-PPAs iwasslu għall-għeluq tas-suq kompetittiv billi jillimitaw il-possibilità de facto ta’ klijenti eliġibbli biex jibdlu għas-suq ħieles u jnaffru bejjiegħa bl-imnut potenzjali milli jidħlu fis-suq (81).

(327)

L-iskarsezza tal-kapaċitajiet disponibbli barra l-PPAs ikompli jwassal għal żjieda fil-prezzijiet fis-suq kompetittiv. Il-volum sostanzjali tal-kapaċitajiet u l-kwantitajiet ta’ enerġija rriżervata mill-PPAs jaffettwaw il-prezzijiet anki fis-suq ħieles.

(328)

Skont studju kwantitattiv miċ-Ċentru Reġjonali għar-Riċerka dwar il-Politika tal-Enerġija dwar l-impatt tal-PPAs fuq il-prezzijiet bl-imnut tal-elettriku fl-Ungerija (82), il-PPAs iwasslu għal prezzijiet ogħla fis-suq bl-imnut milli kienu jinkisbu mingħajr PPAs. B’mod aktar ġenerali, dan l-istudju jargumenta wkoll li l-PPAs jikkostitwixxu wieħed mill-fatturi ewlenin li jwasslu għal struttura tas-suq li hija “inkompatibbli mal-prinċipji ta’ suq kompettittiv ħieles (83). Dan l-istudju attwalment jipproponi t-terminazzjoni tal-PPAs bħala soluzzjoni biex tinkiseb kompetizzjoni ħielsa fis-suq bl-imnut tal-elettriku fl-Ungerija.

(329)

Fl-Inkjesta dwar is-Settur tal-Enerġija (84) tagħha, il-Kummissjoni tevalwa wkoll l-effetti tal-PPAs fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. Fil-premessi 467 sa 473, hija tikkonkludi li “Ftehimiet ta’ xiri tal-enerġija fuq medda twila ta’ żmien (PPAs) huma fattur ieħor li jista’ jaffettwa l-volumi li huma nnegozjati fuq bażi regolari fis-swieq bl-ingrossa.” Fir-rigward tal-PPAs fil-Polonja, hija targumenta li “huma tabilħaqq jistgħu jikkostitwixxu ostaklu sinifikanti għall-iżvilupp tas-suq bl-ingrossa Pollakk.” Imbagħad tkompli tgħid li “Sitwazzjoni simili teżisti fl-Ungerija, fejn Magyar Villamos Művek (“MVM”) hija l-utilità pubblika li tbiegħ bl-ingrossa u tikseb l-elettriku permezz ta’ PPAs fuq medda twila ta’ żmien li sussegwentement jinbiegħ lill-bejjiegħa bl-imnut lokali. Il-PPAs Ungeriżi jkopru l-maġġoranza kbira tal-ħtiġijiet tal-elettriku ta’ dak l-Istat Membru, li jista’ jkollha effett fuq il-kummerċ bl-ingrossa simili għal, jew anki akbar minn, dawk deskritti hawn fuq fl-ambitu tas-suq bl-ingrossa Pollakk.”

(330)

Għaldaqstant id-diversi studji msemmija hawn fuq kollha jikkonkludu li l-PPAs jxekklu l-kompetizzjoni u jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(331)

Il-partijiet interessati jargumentaw ukoll li mhuwiex minnu li l-iskarsezza ta’ kapaċitajiet liberi disponibbli twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni, minħabba li l-irkanti tal-kapaċità tal-MVM juru li lanqas biss setgħet tbiegħ il-prodotti tagħha tal-elettriku proposti kollha.

(332)

Tqabbil bejn il-kwantitajiet proposti u l-prodotti (85) irkantati b’suċċess, madankollu, juri li l-MVM biegħet il-prodotti proposti kollha kważi f’kull irkant. Tabilħaqq, fil-maġġoranza tal-każijiet anki kellha bżonn tuża il-massimu ta’ 10 % tal-prodotti addizzjonali li legalment għandha permess li tipproponi.

(333)

Il-partijiet interessati ssottomettew ukoll kummenti biex jenfasizzaw li ħafna fatturi oħra affettwaw il-kummerċ u influwenzaw is-suċċess tal-iżvilupp tal-kompetizzjoni ħielsa fis-suq tal-enerġija bl-ingrossa fl-Ungerija. Il-Kummissjoni ovvjament taqbel li l-PPAs mhumiex l-uniku fattur li jinfluwenza l-kompetizzjoni u l-kummerċ. L-istudji kollha msemmija hawn fuq jirrikonoxxu wkoll li għadd kbir ta’ elementi oħra (il-leġiżlazzjoni, aċċess limitat għal kapaċitajiet transkonfinali, l-influwenza sinifikanti tat-tibdil tal-prezzijiet fis-swieq tal-enerġija internazzjonali, eċċ.) ugwalment affettwaw is-suċċess ġenerali tal-ftuħ tas-suq u l-livelli tal-prezzijiet attwali. Madankollu, l-istudji kollha ssottomessi lill-Kummissjoni waqt il-proċedura attwali jew b’xi mod ieħor disponibbli għaliha, barra dak sottomess minn AES-Tisza u kkummissjonat minnha (86), b’mod ċar jirrikonoxxu li l-PPAs għandhom effett sinifikanti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ.

(334)

Il-kapaċitajiet irriżervati, it-teħid iggarantit u l-mekkaniżmu li jistabbilixxi l-prezzijiet previsti mill-PPAs jipproteġu l-ġeneraturi tal-enerġija taħt il-PPA, għall-medda taż-żmien kollha tal-PPA, mir-riskju kummerċjali assoċjat mal-varjazzjonijiet fl-ispejjeż tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u, b’mod partikolari, l-ispejjeż tal-fjuwils, ir-riskju assoċjat mal-varjazzjonijiet fil-prezzijiet tal-elettriku għall-konsumaturi, u r-riskju assoċjat mal-varjazzjonijiet fid-domanda mill-konsumaturi. Minħabba li dawn ir-riskji huma riskji tipiċi li ġeneraturi tal-enerġija mingħajr PPA ikollhom jiffaċċjaw, il-PPAs joħolqu ostaklu għal kundizzjonijiet ekwi fis-settur tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u jxekklu l-kompetizzjoni msejsa fuq il-mertu.

(335)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-maġġoranza tal-ġeneraturi li jibbenefikaw mill-PPAs huma proprjetà ta’ gruppi internazzjonali ewlenin li huma preżenti f’diversi Stati Membri. L-għoti ta’ vantaġġ kompetittiv lil dawn il-gruppi mingħajr dubju jkollu effett fuq il-kummerċ, u l-potenzjal li tkun imxekkla l-kompetizzjoni fis-suq komuni.

(336)

Il-maġġoranza tal-evalwazzjonijiet tal-partijiet interessati tal-kriterji għal impatt fuq il-kummerċ u tfixkil għall-kompetizzjoni jirreferu għal ċirkustanzi fis-suq meta seħħet il-konklużjoni tal-PPAs u, fi kwalunkwe każ, għal ċirkustanzi fis-suq qabel l-adeżjoni tal-Ungerija fl-UE. Il-Kunmmissjoni ma tistax taċċetta din il-linja ta’ raġunament u f’dan ir-rigward tirreferi għall-premessi 156 sa 172 ta’ hawn fuq.

(337)

Ċerti partijiet interessati jargumentaw ukoll li l-PPA tagħhom, meta titqies individwalment, ma taffettwax il-kummerċ minħabba li l-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-impant tal-enerġija tagħhom hja minuri meta mqabbla mal-kapaċitajiet tal-ġenerazzjoni ġenerali tal-pajjiż. Minħabba li l-prinċipju ewlieni tal-PPAs huwa l-istess għalihom ilkoll (l-obbligu ta’ xiri ta’ ċerta kwantità minima ta’ elettriku ġġenerat, ir-riżerva ta’ kapaċitajiet tal-ġenerazzjoni, prezz li jkopri l-ispejjeż fissi u varjabbli ġġustifikati fuq medda ta’ 15 sa 27 sena), kull PPA għandha impatt fuq is-suq. Madankollu, mid-definizzjoni, il-firxa tal-effett hija mmultiplikata mill-koeżistenza ta’ għaxar PPAs fis-suq Ungeriż. Aktar ma jkun hemm kapaċitajiet koperti minn PPA, akbar huma l-effetti ta’ hawn fuq.

(338)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-termini u l-kundizzjonijiet tal-PPAs deskritti hawn fuq għandhom effett fuq il-kummerċ u għandhom il-potenzjal li jxekklu l-kompetizzjoni.

(339)

Fil-punt 3.1 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha rigward il-karattru tal-għajnuna mill-Istat tal-impjant tal-enerġija ta’ Paks minħabba d-differenzi li jistgħu jeżistu bejn il-PPA ta’ dan l-impjant u l-PPAs l-oħra fir-rigward tal-prinċipji regolatorji tagħha. Madankollu, b’riżultat tal-investigazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-evalwazzjoni ta’ hawn fuq tal-kriterji tal-għajnuna mill-Istat japplikaw ugwalment għall-PPA tal-Paks, minħabba li l-istess prinċipji ewlenin huma preżenti fiha bl-aspetti speċifiċi stabbiliti taħt il-kriterji rilevanti.

(340)

Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li t-termini u l-kundizzjonijiet ewlenin tal-obbligu ta’ xiri stabbilit fil-PPAs, jiġifieri r-riżerva tal-kapaċità u t-teħid iggarantit mill-MVM taħt tali kundizzjonijiet li jkun żgurat dħul fuq l-investiment tal-impjanti tal-enerġija billi jipproteġihom mir-riskji kummerċjali tal-operat tal-impjant tagħhom, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE. Din l-għajnuna mill-Istat inkisbet bil-kombinazzjoni tal-kapaċità rriżervata, it-teħid minimu ggarantit, il-mekkaniżmu li jistabbilixxi l-prezzijiet ibbażat fuq tariffa tal-kapaċità u tariffa tal-enerġija biex ikopru l-ispejjeż fissi, varjabbli u tal-kapital, fuq medda twila ta’ żmien lil hinn mill-prattika kummerċjali normali.

7.4.   Applikabilità tal-PPAs wara l-adeżjoni

(341)

Il-partijiet interessati jargumentaw li f’konformità mal-prinċipju ġenerali ta’ non-retroattività, il-miżuri li kienu stabbiliti f’konformità mal-liġi qabel l-adeżjoni m’għandhomx ikunu rriveduti mill-Kummissjoni wara l-adeżjoni.

(342)

Il-Kummissjoni ma tistax taqbel ma’ dan l-argument. Il-miżuri kollha, irrispettivament mil-legalità tagħhom skont ir-regoli nazzjonali qabel l-adeżjoni, saru suġġetti għar-regoli tal-acquis communautaire fid-data tal-adeżjoni. Ir-regoli speċifiċi għall-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat stabbiliti fl-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni japplikaw għall-miżuri ta’ għajnuna, anki jekk kienu b’xi mod stabbiliti f’konformità mar-regoli legali nazzjonali qabel l-adeżjoni.

(343)

L-Anness IV.3(1) tal-Att ta’ Adeżjoni jiddefinixxi bħala għajnuna eżistenti tliet kategoriji biss ta’ miżuri: (i) dawk li daħlu fis-seħħ qabel l-10 ta’ Diċembru 1994; (ii) dawk li – wara li kienu eżaminati mill-Kummissjoni – kienu inklużi fil-lista tal-Anness IV tat-Trattat ta’ Adeżjoni; u (iii) dawk approvati mill-Kummissjoni taħt l-hekk imsejjaħ mekkaniżmu interim. Il-miżuri kollha li baqgħu applikabbli wara d-data tal-adeżjoni, li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u ma jidħlux f’xi waħda minn dawn it-tliet kategoriji, jitqiesu bħala għajnuna ġdida wara l-adeżjoni; għaldaqstant il-Kummissjoni għandha l-poteri kollha biex tipprojbixxi dawn il-miżuri jekk huma inkompatibbli mas-suq komuni. Din l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-effetti potenzjali ta’ miżuri li għadhom applikabbli wara l-adeżjoni ma tinvolvix applikazzjoni retroattiva tar-regoli tal-KE dwar l-għajnuna mill-Istat u fi kwalunkwe każ għandha l-mandat mill-Att ta’ Adeżjoni.

(344)

L-Anness IV.3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni jiddefinixxi “l-mekkaniżmu interim”. Huwa jagħti qafas ġuridiku għall-evalwazzjoni tal-iskemi ta’ għajnuna u ta’ miżuri ta’ għajnuna individwali li daħlu fis-seħħ fi Stat Membru ġdid qabel id-data ta’ adeżjoni u li baqgħu applikabbli wara l-adeżjoni.

(345)

Il-partijiet interessati jargumentaw li, minħabba li r-regoli Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat japplikaw biss mid-data ta’ adeżjoni, miżuri ta’ għajnuna biss li jagħtu benefiċċju addizzjonali wara l-adeżjoni jistgħu jkunu ddefiniti bħala applikabbli wara l-adeżjoni. Huma jargumentaw li l-PPAs ma jagħtux benefiċċju addizzjonali wara l-adeżjoni, minħabba li l-formuli tal-prezzijiet tagħhom kienu ddefiniti qabel l-adeżjoni u, konsegwentement, l-espożizzjoni finanzjarja tal-Istat kienet kompletament magħrufa qabel l-adeżjoni.

(346)

Il-Kummissjoni tagħmel l-osservazzjonijiet li ġejjin. Il-PPAs jintemmu bejn l-2010 u l-2024, jiġifieri wara l-adeżjoni. F’ċirkustanzi eċċezzjonali ħafna biss, il-Kummissjoni qieset li miżura ta’ għajnuna li għadha fis-seħħ wara l-adeżjoni ma tikkostitwixxix għajnuna applikabbli wara l-adeżjoni fit-tifsira tal-Att ta’ Adeżjoni. Madankollu, tali prattika eċċezzjonali għandha, bħall-eċċezzjonijiet kollha fil-liġi, tkun interpretata stricto sensu biex ikun evitat li jitneħħew mill-kontroll tal-Kummissjoni fuq l-għajnuna mill-Istat, il-miżuri li l-firmatarji tal-Att ta’ Adeżjoni riedu li jkunu taħt tali kontroll.

(347)

Tabilħaqq, f’dan l-ambitu, il-Kummissjoni qieset fil-prattika (87) tagħha li miżuri ta’ għajnuna fejn l-espożizzjoni ekonomika eżatta tal-Istat kienet magħrufa b’mod preċiż qabel l-adeżjoni ma jkunux applikabbli wara l-adeżjoni fit-tifsira tal-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni.

L-“espożizzjoni ekonomika eżatta tal-Istat”

(348)

Il-PPAs ma jillimitawx sa ammont massimu l-espożizzjoni finanzjarja tal-Istat, u lanqas setgħet tkun ikkalkulata b’mod preċiż qabel l-adeżjoni għat-tul ta’ żmien intier tal-PPAs.

(349)

Bil-kuntrarju, l-espożizzjoni ekonomika tal-Istat taħt il-PPAs tiddependi fuq parametri li l-evoluzzjoni futura tagħhom ma kinitx magħrufa fi żmien l-adeżjoni. Barra minn hekk, il-PPAs iggarantixxew lill-ġeneraturi protezzjoni mill-varjazzjonijiet fl-ispejjeż li ma kinux irrelatati ma’ tranżazzjonijiet jew ġrajjiet ta’ qabel l-adeżjoni iżda kkonċernaw żviluppi fil-ġejjieni u għaldaqstant ma kinux magħrufa fid-data tal-adeżjoni.

(350)

B’mod partikolari, il-fatt li l-espożizzjoni tal-Istat taħt il-PPAs ma kinitx magħrufa fid-data tal-adeżjoni u li l-PPAs imponew aktar obbligi fuq l-Istat wara l-adeżjoni jintwera miċ-ċirkustanzi li ġejjin.

(351)

L-ewwel, il-prezzijiet eżatti tal-enerġija li bihom il-ġeneraturi tal-enerġija jbiegħu l-elettriku lill-MVM ma kinux stabbiliti fil-PPAs individwali. Il-prezzijiet huma r-riżultat tal-kalkoli magħmula bl-użu ta’ formula li tinkludi serje ta’ parametri li jvarjaw b’mod imprevedibbli.

(352)

Il-formuli tal-prezzijiet tal-PPAs jinkludu tariffa tal-kapaċità u tariffa tal-elettriku, b’tariffi supplimentari differenti oħra skont il-ġeneraturi.

(353)

Il-formuli jiddefinixxu biss l-ispejjeż u l-ħlasijiet ammissibbli taħt kull kategorija ta’ tariffi u l-importanza ta’ dik il-kategorija ta’ tariffi fil-prezz.

(354)

Il-ġeneraturi nfushom kif ukoll l-MVM irrikonoxxew fl-osservazzjonijiet tagħhom li t-tifsira eżatta ta’ ċerti kategoriji ta’ tariffi bilfors li kienet iċċarata f’negozjati mal-MVM.

(355)

Għadd kbir ta’ kategoriji ta’ spejjeż rrikonoxxuti mill-PPAs huma varjabbli u ma setgħux ikunu magħrufa bi preċiżjoni qabel l-adeżjoni. Pereżempju:

(356)

Ħlas tal-kapaċità

Din il-kategorija ta’ spejjeż tqis kemm il-kapaċitajiet iggarantiti u l-kapaċitajiet attwalment użati għall-MVM. Din il-kategorija ta’ spejjeż tiddependi, fost affarijiet oħra, fuq ippjanar annwali, kull xahar u kull ġimgħa. Kull waħda mill-PPAs tirreferi għar-regoli tal-ippjanar perjodiku, u l-prezz eżatt finali jiddependi f’kull PPA fuq il-pjanijiet annwali, ta’ kull xahar u ta’ kull ġimgħa. Mid-definizzjoni, dawn il-kategoriji ta’ spejjeż ma jistgħux ikunu ddefiniti bi preċiżjoni bil-quddiem. Il-partijiet jistgħu pereżempju jipprevedu “kapaċitajiet żejda” għal perjodu speċifiku fil-pjanijiet taghħom. Il-prezz ġenerali li se jitħallas mill-MVM b’mod neċessarju se jiddependi fuq parametri oħra, pereżempju t-temp, li jinfluwenzaw id-domanda għall-elettriku.

Din il-kategorija ta’ spejjeż tiddependi wkoll fuq ir-rati tal-kambju tal-HUF.

(357)

Ħlas tal-Enerġija

Din il-kategorija ta’ spejjeż tiddependi primarjament fuq l-ispejjeż tal-fjuwil. Dawn l-ispejjeż ivarjaw skont ir-regoli tas-suq barra mill-kontroll tal-partijiet. L-ispejjeż marbuta mat-tibdil potenzjali tal-prezz tal-fjuwil mhumiex suġġetti għal xi livell massimu konkret fil-PPAs.

Barra minn hekk, l-ammont eżatt tat-tariffi tal-enerġija li jridu jitħallsu fuq ċerta medda ta’ żmien naturalment jiddependi fuq il-kwantità eżatta ta’ bejgħ lill-MVM, li tista’ tkun ikkalkulata biss a posteriori.

(358)

Ħlasijiet supplimentari (fejn hu applikabbli))

Ċerti PPAs jipprevedu tariffa supplimentari għal kapaċitajiet li kienu rriżervati imma fl-aħħar ma ntużawx. L-ammont eżatt tagħha ma jistax, mid-definizzjoni tagħha stess, ikun speċifikat bil-quddiem.

(359)

Fil-maġġoranza tal-PPAs hemm sistema ta’ bonus/malus li biha l-ġeneraturi huma ntitolati għal bonus jekk joperaw aktar kapaċitajiet fil-perjodi ta’ konsum għoli milli previst fil-PPA, jew jiġġeneraw aktar elettriku. Huwa previst malus jekk ġeneratur jagħti anqas kapaċità milli mbassar mill-PPA u l-pjanijiet annwali/ta’ kull xahar.

(360)

Dawn il-kalkoli, bħall-oħrajn elenkati hawn fuq, huma bbażati fuq pjanijiet operattivi u jiddependu wkoll fuq l-imġiba tal-ġeneratur innifsu. Taħt ebda ċirkustanza ma jistgħu jkunu ddefiniti bil-quddiem.

(361)

Dan kollu li ntqal hawn fuq juri li l-iffissar tal-prezz eżatt finali għax-xiri tal-elettriku għal kuntratti ta’ medda ta’ żmien minn 15 sa 27 sena huwa teknikament impossibbli. Il-prezz eżatt iqis il-pjanijiet ta’ produzzjoni perjodiċi u jiddependi fuq id-domanda għall-elettriku, l-imġiba tal-partijiet fil-kuntratt, il-prezzijiet tal-fjuwils, eċċ.

(362)

Anki jekk dawn l-argumenti mhux kollha japplikaw għall-PPAs (minħabba li l-kategoriji tal-ispejjeż ammissibbli jvarjaw sa ċertu punt skont il-PPAs), il-PPAs fihom elementi tal-prezz li huwa impossibbli li jkunu ddefiniti bl-eżatt bil-quddiem.

(363)

B’dan l-isfond, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-eżistenza tal-formula li tistabbilixxi l-prezzijiet ma tikkostitwixxix livell massimu suffiċjenti fuq l-espożizzjoni ekonomika tal-Istat. L-eżistenza stess ta’ għadd ta’ parametri li jinbidlu fil-formula tagħmilha impossibbli li jkun iddeterminat il-livell potenzjali tal-espożizzjoni tal-Istat bi preċiżjoni suffiċjenti.

(364)

Bħala argument sussidjarju, l-espożizzjoni finanzjarja tal-MVM hija kontinġenti ħafna fuq id-domanda. Hija ekwivalenti għad-differenza bejn il-prezz tax-xiri taħt il-PPAs u d-dħul li tista’ tiġġenera l-MVM billi tbiegħ l-elettriku. Madankollu, il-prezz li bih l-MVM tbiegħ l-elettriku tagħha ma jistax ikun previst. Dan jiddependi fuq id-dħul eżatt iġġenerat mill-bejgħ tal-MVM skont il-ftehimiet tagħha mad-distributuri reġjonali, ir-riżultat tal-irkantijiet tagħha, l-offerti u l-bejgħ tagħha fis-“Suq” (“Piactér”). Dawn il-prezzijiet huma influwenzati wkoll minn regolazzjoni perjodika tal-prezz uffiċjali u l-varjazzjonijiet tad-domanda fis-suq. Dan iżid l-imprevedibbiltà tal-espożizzjoni tal-Istat taħt il-PPAs. Jista’ jkun ukoll il-każ li t-teħid iggarantit previst fil-PPAs isir akbar mill-bżonnijiet reali tal-MVM, b’mod partikolari wara l-liberalizzazzjoni sħiħa tas-suq tal-enerġija f’Jannar 2008. L-ammont żejjed tal-elettriku jista’ jwassal għal spejjeż mhux magħrufa akbar, u jżid aktar l-imprevedibbiltà tal-espożizzjoni eżatta tal-Istat taħt il-PPAs.

(365)

Għaldaqstant il-ħlasijiet tal-MVM lill-ġeneraturi tal-enerġija wara l-adeżjoni mhumiex sempliċiment il-ħlas ta’ porzjonijiet fi ħdan il-livell massimu ġenerali fiss stabbilit qabel l-adeżjoni.

(366)

Konsegwentement, il-PPAs li qed ikunu evalwati f’din id-Deċiżjoni huma applikabbli wara l-Adeżjoni fit-tifsira tal-punt 3 tal-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni.

7.5.   PPAs bħala “għajnuna ġdida” kuntrarjament għal “għajnuna eżistenti”

(367)

Skont il-punt 3 tal-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni, “jekk il-Kummissjoni ma toġġezzjonax għall-miżura ta’ għajnuna eżistenti minħabba dubji serji rigward il-kompatibilità tal-miżura mas-suq komuni, fi żmien 3 xhur mill-wasla ta’ informazzjoni sħiħa rigward dik il-miżura jew il-wasla tal-istqarrija tal-Istat Membru ġdid fejn jinforma lill-Kummissjoni li jqis li l-informazzjoni pprovduta hija sħiħa minħabba li l-informazzjoni addizzjonali mitluba mhijiex disponibbli jew diġà ngħatat, il-Kummissjoni għandha titqies li ma qajmet l-ebda oġġezzjoni.”

(368)

Fuq il-bażi ta’ dan l-Artikolu, ċerti partijiet interessati jargumentaw li l-Kummissjoni tilfet l-iskadenza ta’ tliet xhur wara n-notifika tal-Ungerija tal-31 ta’ Marzu 2004 u b’hekk b’mod impliċitu approvat il-miżura taħt il-proċedura interim.

(369)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tenfasizza li s-suġġett tan-notifika tal-31 ta’ Marzu 2004 taħt il-proċedura interim kien digriet dwar kumpens mogħti lill-MVM, u mhux il-PPAs. In-notifika kienet irtitata mill-Ungerija u każ NN nfetaħ aktar tard mill-Kummissjoni dwar il-PPAs infushom (ara l-Kapitolu 1 ta’ hawn fuq).

(370)

Wieħed għandu jinnota wkoll li, kif jidher fit-Tabella ta’ hawn taħt, il-Kummissjoni attwalment ma tilfitx l-iskadenza ta’ tliet xhur imsemmija mill-partijiet interessati:

Avveniment

Data

Skadenza wara li tasal l-informazzjoni

Notifika mill-Ungerija

31.3.2004

 

Mistoqsijiet mill-Kummissjoni

29.4.2004

29 jum

Tweġibiet mill-Ungerija

4.6.2004

 

Mistoqsijiet mill-Kummissjoni

10.8.2004

xahrejn u 6 ijiem

Tweġibiet mill-Ungerija

21.10.2004

 

Mistoqsijiet mill-Kummissjoni

17.1.2005

xahrejn u 27 jum

Tweġibiet mill-Ungerija

7.4.2005

 

Irtirar tan-notifika mill-Ungerija

15.4.2005

8 ijiem

(371)

Barra mill-korrispondenza bil-miktub ta’ hawn fuq, saru laqgħat personali bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Ungeriżi fil-15 ta’ Lulju 2004, it-30 ta’ Novembru 2004 u t-12 ta’ Jannar 2005.

(372)

Safejn hija kkonċernata l-proċedura attwali, il-Kummissjoni hawn taħt tevalwa jekk il-PPAs fihomx għajnuna eżistenti jew ġdida fuq il-bażi tad-dispożizzjoni tal-Att ta’ Adeżjoni u r-Regolament Proċedurali.

(373)

F’konformità mal-Kapitolu 3 tal-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni, il-miżuri kollha ta’ għajnuna mill-Istat li daħlu fis-seħħ qabel l-adeżjoni, li għadhom jgħoddu wara dik id-data u li ma jaqgħux taħt waħda mill-kategoriji ta’ għajnuna eżistenti elenkati hawn taħt għandhom jitqiesu, mid-data tal-adeżjoni, bħala għajnuna ġdida fit-tifsira tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE.

(374)

Il-PPAs kkonċernati minn din id-Deċiżjoni daħlu fis-seħħ bejn l-1995 u l-2001, jiġifieri qabel l-Ungerija ngħaqdet mal-UE fl-1 ta’ Mejju 2004. Din id-Deċiżjoni tikkonċerna biss il-PPAs li kienu fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni. Ma tkopri ebda PPA li ntemmet qabel dik id-data. Għar-raġunijiet addizzjonali kollha msemmija taħt il-punt 7.4 ta’ hawn fuq, il-miżura hija applikabbli wara l-adeżjoni fit-tifsira tal-Att ta’ Adeżjoni.

(375)

It-tliet kategoriji ta’ għajnuna eżistenti msemmija fl-Att ta’ Adeżjoni jinkludu:

(1)

Miżuri ta’ għajnuna li daħlu fis-seħħ qabel l-10 ta’ Diċembru 1994.

Il-PPAs kollha kienu ffirmati u daħlu fis-seħħ wara l-10 ta’ Diċembru 1994.

(2)

Miżuri ta’ għajnuna li kienu inklużi fil-lista ta’ miżuri ta’ għajnuna mill-Istat eżistenti mehmuża mal-Att ta’ Adeżjoni.

La l-PPAs b’mod ġenerali u lanqas xi waħda mill-PPAs individwali ma kienu inklużi fl-Appendiċi għall-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni msemmi fil-punt 1(b), Kapitolu 3, Anness IV, li fih il-lista ta’ miżuri ta’ għajnuna eżistenti.

(3)

Miżuri ta’ għajnuna li qabel id-data tal-adeżjoni kienu evalwati mill-awtorità tal-għajnuna mill-istat u kienu nstabu kompatibbli mad-dritt Komunitarju u li l-Kummissjoni ma oġġezzjonatx għalihom għaliex kellha dubji serji dwar il-kompatibbiltà mas-suq komuni skont il-proċedura stabbilita fl-Att ta’ Adeżjoni, l-hekk imsejħa “proċedura interim” (cf. it-tieni paragrafu, il-Kapitolu 3 tal-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni).

L-ebda PPA ma kienet sottomessa lill-Kummissjoni taħt l-hekk imsejħa proċedura interim.

(376)

Minħabba li l-PPAs ma jappartjenux għal xi waħda mill-kategoriji ta’ għajnuna eżistenti elenkati fl-Att ta’ Adeżjoni, dawn jikkostitwixxu għajnuna ġdida mid-data tal-adeżjoni.

(377)

Il-Kummissjoni tosserva li din il-kategorizzazzjoni hija wkoll f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament Proċedurali. Dan l-Artikolu jgħid li meta l-miżuri jsiru għajnuna wara l-liberalizzazzjoni skont id-dritt Komunitarju (f’dan il-każ il-liberalizzazzjoni tas-suq tal-enerġija skont id-Direttiva 96/92/KE, li daħlet fis-seħħ fl-Ungerija meta din ingħaqdet mal-Unjoni Ewropea), tali miżuri ma jitqisux bħala għajnuna eżistenti wara d-data ffissata għal-liberalizzazzjoni, jiġifieri jridu jiġu ttrattati bħala għajnuna ġdida.

(378)

L-impjant tal-enerġija ta’ Budapest jargumenta li din l-aħħar sentenza tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament Proċedurali m’għandhiex tapplika. L-impjant jinvoka s-sentenza (88) Alzetta Mauro, u jargumenta li għajnuna mogħtija f’suq li kien magħluq għall-kompetizzjoni qabel il-liberalizzazzjoni għandha titqies bħala għajnuna eżistenti mid-data tal-liberalizzazzjoni.

(379)

Il-Kummissjoni tiċħad dan l-argument. Kif kien diġà diskuss hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għan tad-dispożizzjonijiet tal-għajnuna mill-Istat li hemm fl-Att ta’ Adeżjoni kien preċiżament biex ikun żgurat li l-miżuri kollha li jistgħu jxekklu l-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri mid-data tal-adeżjoni jkunu rriveduti mill-Kummissjoni. B’kuntrast mat-trattati ta’ adeżjoni ta’ qabel l-1 ta’ Mejju 2004, l-Att ta’ Adeżjoni ffirmat fl-1 ta’ Mejju 2004 huwa mfassal biex jirristrinġi l-miżuri meqjusa li jikkostitwixxu għajnuna eżistenti għat-tliet każijiet speċifiċi deskritti hawn fuq. Is-sentenza Alzetta Mauro ma tikkonċernax miżura li taqa’ taħt l-ambitu tal-Att ta’ Adeżjoni u għalhekk ma tistax titqies applikabbli f’dan ir-rigward għall-PPAs li qed ikunu evalwati. Barra minn hekk, is-sentenza Alzetta Mauro tikkonċerna sitwazzjoni ta’ qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

(380)

L-impjant tal-enerġija ta’ Budapest jargumenta wkoll li l-Artikolu l(b)(v) mhuwiex applikabbli għal miżuri ta’ għajnuna individwali “minħabba li miżuri ta’ għajnuna individwali ma jissemmewx b’mod espliċitu”. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta din is-sottomissjoni. M’hemm l-ebda raġuni għaliex ir-referenza għal “għajnuna” u għal “ċerti miżuri” m’għandhomx jirreferu kemm għal għajnuna individwali kif ukoll għal skemi ta’ għajnuna. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 konsistentement jirreferi għal “miżuri” nnotifikati, imma l-Kummissjoni tippreżumi li l-parti interessata ma targumentax li l-Artikolu 4 b’mod esklussiv jirregola l-eżami preliminari ta’ skemi ta’ għajnuna nnotifikati.

(381)

Għaldaqstant, fuq il-bażi tal-Att ta’ Adeżjoni u r-Regolament Proċedurali, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-PPAs jikkostitwixxu għajnuna ġdida.

7.6.   Ftehimiet privati konklużi b’mod validu ma jistgħux jiġu mitmuma mill-Kummissjoni (“pacta sunt servanda”) – Inċertezza ġuridika – Proporzjonalità

(382)

Il-Kummissjoni tixtieq twieġeb għal kummenti ssottomessi mill-partijiet interessati fis-sens li kuntratti tad-dritt privat ma jistgħux jiġu mitmuma mill-Kummissjoni, minħabba li dan l-eżitu, skont il-partijiet interessati, imur kontra r-regoli tal-għajnuna mill-Istat tat-Trattat KE, il-prinċipji taċ-ċertezza ġuridika u r-rekwiżit tal-proporzjonalità.

(383)

Il-Kummissjoni tiċħad dawn l-argumenti. Il-forma tal-għajnuna (kuntratt ta’ dritt privat fil-każ tal-PPAs) mhijiex rilevanti mill-aspett tal-għajnuna mill-Istat; l-effett tal-miżura biss huwa rilevanti għall-analiżi tal-Kummissjoni. Jekk it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kuntratt ta’ dritt privat jirriżulta f’għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli għal waħda mill-partijiet, tali termini u kundizzjonijiet iridu jiġu mitmuma mill-Istat Membru. It-terminazzjoni ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli trid tkun ordnata mill-Kummissjoni, anki jekk l-għajnuna mill-Istat tikkostitwixxi tali parti essenzjali mill-ftehim li t-terminazzjoni tiegħu attwalment se taffettwa l-validità tal-ftehim nnifisu.

(384)

Għal dak li jirrigwarda ċ-ċertezza ġuridika, il-Kummissjoni tagħmel l-osservazzjonijiet li ġejjin. Il-Ftehim tal-Ewropa li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Ungerija, min-naħa l-oħra, li witta t-triq għall-adeżjoni, kien iffirmat fis-16 ta’ Diċembru 1991 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 1994, jiġifieri qabel il-konklużjoni tal-PPAs. Uffiċjalment l-Ungerija applikat għall-adeżjoni fil-31 ta’ Marzu 1994. Fiż-żmien meta l-partijiet ikkonkludew il-PPAs (l-1995 sal-2001), f’konformità mal-Artikolu 62 tal-Ftehim tal-Ewropa, l-Ungerija kienet diġà meħtieġa li tagħmel ir-regoli tal-kompetizzjoni konformi mat-Trattat KE. Kien ċar ukoll li l-PPAs kienu ffirmati għal tali medda ta’ żmien twil li huma ma kinux se jispiċċaw qabel l-adeżjoni tal-Ungerija fl-UE.

(385)

Ir-Repubblika tal-Ungerija ffirmat it-Trattat ta’ Adeżjoni fis-16 ta’ April 2003 (89). It-Trattat ta’ Adeżjoni daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2004. Mid-data tal-adeżjoni, id-dispożizzjonijiet tat-Trattati bażiċi oriġinali u dawk tal-leġiżlazzjoni sekondarja saru vinkolanti fl-Ungerija, f’konformità mal-Artikolu 2 tal-Att ta’ Adeżjoni. Konsegwentement, l-hekk imsejjaħ acquis communautaire japplika għar-relazzjonijiiet kuntrattwali kollha fl-Istati Membri l-ġodda, u kwalunkwe eċċezzjoni għal din ir-regola tista’ tirriżulta biss mill-Att ta’ Adeżjoni nnifsu. L-Att ta’ Adeżjoni anness mat-Trattat u l-Annessi tiegħu ma jipprovdu għal ebda eċċezzjoni taħt ir-regoli dwar għajnuna mill-Istat li tista’ teżenta lill-PPAs jew lis-settur tal-enerġija b’mod ġenerali mill-applikazzjoni diretta tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat.

(386)

Għaldaqstant il-Kummissjoni hija marbuta li tapplika l-liġi tal-UE dwar il-kompetizzjoni għall-Ungerija bl-istess mod li tagħmel għall-Istati Membri l-oħra kollha fir-rigward tas-settur tal-enerġija. Kuntrarjament għall-argumenti tal-partijiet interessati, il-Kummissjoni hija tal-fehma li fil-fatt huwa n-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regoli rigward l-għajnuna mill-Istat għall-PPAs li jintroduċi inċertezza ġuridika fis-suq komuni tal-enerġija. L-adeżjoni ta’ Stat Membru tista’ tabilħaqq tnissel sitwazzjonijiet fejn miżura li ma tiksirx il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ qabel l-adeżjoni tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat mid-data tal-adeżjoni u, bħala tali, taqa’ taħt il-kontroll tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

(387)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma sabitx argumenti validi fil-kummenti tal-partijiet interessati rigward għaliex il-proċedura attwali hija inkompatibbli mal-prinċipju taċ-ċertezza ġuridika.

7.7.   Evalwazzjoni tal-kompatibilità

(388)

L-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE jipprevedi projbizzjoni b’mod ġenerali tal-għajnuna mill-Istat fil-Komunità.

(389)

L-Artikoli 87(2) u 87(3) tat-Trattat KE jipprevedu eżenzjonijiet għar-regola ġenerali li tali għajnuna hija inkompatibbli mas-suq komuni kif jingħad fl-Artikolu 87(1).

(390)

L-eżenzjonijiet fl-Artikolu 87(2) tat-Trattat KE ma japplikaex fil-każ attwali għaliex din il-miżura m’għandhiex karattru soċjali, ma ngħatatx lil konsumaturi individwali, mhijiex imfassla biex tpatti għal ħsarat ikkawżati minn diżastri naturali jew avvenimenti straordinarji u ma ngħatatx lill-ekonomija ta’ ċerti żoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja affettwati mid-diviżjoni ta’ dak il-pajjiż.

(391)

Aktar eżenzjonijiet huma previsti fl-Artikolu 87(3) tat-Trattat KE.

(392)

L-Artikolu 87(3)(a) jgħid li “għajnuna maħsuba biex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjun fejn il-livell tal-għajxien huwa baxx b’mod anormali jew fejn ikun hemm stat serju ta’ nuqqas ta’ impieg” tista’ tkun iddikjarata kompatibbli mas-suq komuni. It-territorju kollu tal-Ungerija seta’ jitqies bħala reġjun tali fi żmien l-adeżjoni u l-maġġoranza tar-reġjuni tagħha għadhom jistgħu jibbenefikaw minn tali għajnuna (90).

(393)

Il-Kummissjoni adottat linji gwida għall-evalwazzjoni ta’ tali għajnuna. Meta l-Ungerija ngħaqdet mal-UE, il-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali (91) nazzjonali (“il-Linji Gwida ta’ Għajnuna Reġjonali preċedenti”) kienu fis-seħħ. Dawn il-linji gwida rregolaw ukoll l-evalwazzjoni tal-għajnuna reġjonali fid-dawl tal-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat KE. Għall-perjodu wara l-1 ta’ Jannar 2007, linji gwida ġodda dwar l-għajnuna reġjonali kienu adottati mill-Kummissjoni (92) (“il-Linji Gwida ta’ Għajnuna Reġjonali ġodda”).

(394)

Taħt il-Linji Gwida ta’ Għajnuna Reġjonali, l-għajnuna mill-Istat tista’ fil-prinċipju tkun awtorizzata biss għall-ispejjeż (93) tal-investiment. Skont iż-żewġ Linji Gwida:

(395)

“Għajnuna reġjonali immirata lejn it-tnaqqis tal-ispejjeż attwali ta’ ażjenda (għajnuna għall-operat) normalment hija pprojbita. B’mod eċċezzjonali, madankollu, tali għajnuna tista’ tingħata f’reġjuni eliġibbli taħt id-deroga fl-Artikolu 87(3)(a) sakemm (i) hija ġġustifikata fit-termini tal-kontribuzzjoni tagħha għall-iżvilupp reġjonali u n-natura tagħha u (ii) il-livell tagħha huwa pproporzjonat għall-problemi li tfittex li ttaffi. Huwa l-Istat Membru li jrid juri l-eżistenza u l-importanza ta’ kwalunkwe problema.” (94)

(396)

L-għajnuna ma tistax titqies bħala għajnuna għall-investiment. L-għajnuna għall-investiment hija ddefinita bl-użu ta’ lista ta’ spejjeż eliġibbli potenzjali li huma indikati fiż-żewġ Linji Gwida Reġjonali. Huwa ċar li l-ħlasijiet taħt il-PPAs ikopru spejjeż oħra wkoll. L-eżempju l-aktar ovvju huwa li l-PPAs jiggarantixxu l-ispejjeż tal-fjuwils assoċjati mal-operat tal-impjanti tal-enerġija. L-ispejjeż tal-impjegati huma wkoll koperti mill-PPAs. Huwa ċar li dawn l-ispejjeż mhumiex eliġibbli għall-għajnuna għall-investiment. Kuntrarjament, jikkorrispondu għall-ispejjeż attwali tal-operatur u bħala tali jridu jkunu inklużi fl-ispejjeż operattivi kif iddefiniti miż-żewġ Linji Gwida Reġjonali.

(397)

Safejn hija kkonċernata l-għajnuna għall-operat, matul il-proċedura la l-awtoritajiet Ungeriżi u lanqas il-partijiet interessati ma wrew problemi reġjonali rrelatati ma’ reġjuni speċifiċi mmirati mill-PPAs, u lanqas urew il-proporzjonalità tal-livell tal-għajnuna għal tali problemi.

(398)

Barra minn hekk, iż-żewġ Linji Gwida għall-Għajnuna Reġjonali jipprevedu li l-għajnuna għall-operat għandha fi kwalunkwe każ titnaqqas u tkun illimitata progressivament maż-żmien. L-għajnuna mogħtija permezz tal-PPAs ma titnaqqasx progressivament u l-medda taż-żmien ta’ 15 sa 27 sena tmur ħafna lil hinn minn dak li jista’ jkun permess taħt iż-żewġ Linji Gwida. Barra minn hekk, il-PPAs lanqas jidħlu f’xi eżenzjoni speċifika fil-Linji Gwida għall-Għajnuna Reġjonali u la l-awtoritajiet Ungeriżi u lanqas il-partijiet interessati ma qatt argumentaw f’dak is-sens.

(399)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mhijiex eliġibbli għad-deroga prevista fl-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat KE.

(400)

L-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat KE jgħid li “għajnuna maħsuba biex tippromwovi l-eżekuzzjoni ta’ proġetti fuq skala kbira ta’ interess komuni Ewropew, jew biex tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru” tista’ tkun iddikjarata kompatibbli mas-suq komuni.

(401)

Il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna msemmija mhijiex imfassla biex tippromwovi t-twettiq ta’ proġett fuq skala kbira ta’ interess komuni Ewropew.

(402)

Il-Kummissjoni lanqas sabet xi evidenza li l-għajnuna hija mfassla biex tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija Ungeriża. Il-Kummissjoni tagħraf li l-elettriku huwa prodott importanti għall-ekonomija ta’ kwalunkwe Stat Membru, u li kien hemm ħtieġa li fl-Ungerija dan is-settur ikun immodernizzat fis-snin 90.

(403)

Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kunċett ta’ “taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru” jirreferi għal każijiet ħafna aktar gravi u ma jistax ikun applikat għal ftehimiet li jipprevedu l-provvista normali tal-elettriku. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li dan il-kunċett jinvolvi aspett ta’ urġenza li huwa inkompatibbli mal-PPAs.

(404)

La l-awtoritajiet Ungeriżi u lanqas il-partijiet interessati ma argumentaw li l-PPAs huma kompatibbli mal-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat KE.

(405)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna ma tikkwalifikax għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat KE.

(406)

L-Artikolu 87(3)(d) tat-Trattat KE jgħid li l-għajnuna li tippromwovi l-konservazzjoni tal-kultura u l-patrimonju tista’ tkun iddikjarata kompatibbli mat-Trattat KE jekk tali għajnuna ma taffettwax il-kondizzjonijiet tal-kummerċ u l-kompetizzjoni fil-Komunità safejn huwa kuntrarju għall-interess komuni. Dan l-Artikolu ovvjament ma japplikax għall-PPAs.

(407)

L-Artikolu 87(3)(c) jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ għajnuna biex tħaffef l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni. Il-Kummissjoni żviluppat diversi linji gwida u komunikazzjonijiet li jispjegaw kif se tapplika d-deroga li tinsab f’dan l-Artikolu.

(408)

Għal dak li jirrigwarda kemm il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali qodma kif ukoll dawk ġodda, l-inkompatibbiltà tal-PPAs ma’ dawk il-Linji Gwida tintwera fil-premessi 393 sa 398 ta’ hawn fuq.

(409)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Linji Gwida Ambjentali applikabbli fiż-żmien tal-adeżjoni tal-Ungerija fl-UE (95), bħal-Linji Gwida għall-Għajnuna Reġjonali, primarjament jippermettu l-għajnuna għall-investiment. L-għajnuna għall-operat hija limitata għal objettivi speċifiċi. L-ewwel hija għajnuna għall-ġestjoni tal-iskart u l-iffrankar tal-enerġija (Sezzjoni E.3.1), li hija limitata għal perjodu massimu ta’ 5 snin. It-tieni hija għajnuna f’forma ta’ tnaqqis jew eżenzjonijiet mit-taxxa (Sezzjoni E.3.2). It-tielet hija għajnuna għal sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (Sezzjoni E.3.3). Huwa ċar li ebda waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet ma tapplika fil-każ attwali.

(410)

Ir-raba’ u l-aħħar tip ta’ għajnuna għall-operat li jista’ jkun awtorizzat hija għajnuna għall-produzzjoni kkombinata tal-enerġija u s-sħana (Sezzjoni E.3.4). Xi wħud mill-ġeneraturi kkonċernati jipproduċu s-sħana u l-enerġija. Madankollu, il-kundizzjonijiet tal-punt 66 u b’hekk il-kundizzjonijiet tal-għażliet taħt il-punti 58 sa 65 tal-Linji Gwida Ambjentali ma kinux issodisfati mill-PPAs. Waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 66 hija li l-miżura ta’ appoġġ tkun ta’ benefiċċju rigward il-protezzjoni tal-ambjent minħabba li l-effiċjenza tal-konverżjoni tkun partikolarment għolja, minħabba li l-miżura se tippermetti li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija jew minħabba li l-proċess tal-produzzjoni se jkun ta’ inqas ħsara għall-ambjent. M’hemm xejn fl-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni li jindika li din il-kundizzjoni hija ssodisfata.

(411)

It-tliet għażliet li l-Istati Membri jistgħu jużaw biex jagħtu għajnuna għall-operat għall-koġenerazzjoni huma dawn li ġejjin:

għażla 1: għajnuna bħala kumpens għad-differenza bejn l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-impjant tal-koġenerazzjoni u l-prezz tas-suq tal-enerġija prodotta;

għażla 2: l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi tas-suq bħaċ-ċertifikati ekoloġiċi jew is-sejħiet għall-offerti;

għażla 3: għajnuna bħala kumpens għall-ispejjeż esterni evitati, li huma l-ispejjeż ambjentali li s-soċjetà jkollha ġġorr kieku l-istess kwantità ta’ enerġija ma kinitx prodotta permezz tal-koġenerazzjoni;

għażla 4: għajnuna limitata għal 5 snin, digressiva jew limitata għal 50 % tal-ispejjeż eliġibbli.

(412)

Huwa ovvju li l-PPAs ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-għażla 2 u l-għażla 3. Il-kundizzjonijiet tal-għażla 1 mhumiex issodisfati lanqas, minħabba li l-prezz tas-suq tal-enerġija prodotta mhuwiex użat fil-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna. L-ammonti ta’ għajnuna ttrasferiti taħt PPA partikolari jiddependu mhux fuq il-prezzijiet offruti minn kwalunkwe ġeneratur tal-enerġija ieħor, imma unikament mill-ispejjeż tal-investiment u tal-operat magħmula mill-ġeneratur fil-kwistjoni.

(413)

Barra minn hekk, la l-Ungerija u lanqas kwalunkwe wieħed mill-produtturi kkonċernati attwalment ma argumentaw il-kompatibbiltà fuq il-bażi ta’ dawn l-Artikoli jew qatt urew li l-impjanti jissodisfaw il-kriterji tal-Linji Gwida Ambjentali għal għajnuna għall-operat għall-koġenerazzjoni.

(414)

Fit-23 ta’ Jannar 2008, il-Kummissjoni adottat linji gwida ġodda rigward l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien (96) ambjentali. Dawn il-Linji Gwida ġodda jippermettu wkoll l-għajnuna għall-operat biss fil-każijiet ta’ ffrankar tal-enerġija, il-koġenerazzjoni, l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u tnaqqis jew eżenzjonijiet mit-taxxa. Kif isemma hawn fuq, ebda waħda minn dawn ma tapplika għall-PPAs.

(415)

Għal dak li jirrigwarda l-koġenerazzjoni, hemm tliet għażliet li minnhom jistgħu jagħżlu l-Istati Membri meta jagħtu tali għajnuna:

għażla 1: għajnuna bħala kumpens għad-differenza bejn l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-impjant tal-koġenerazzjoni u l-prezz tas-suq tal-enerġija prodotta;

għażla 2: l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi tas-suq bħaċ-ċertifikati ekoloġiċi jew sejħiet għall-offerti;

għażla 3: għajnuna limitata għal 5 snin, digressiva jew limitata għal 50 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Ebda waħda mill-kundizzjonijiet ta’ dawn l-għażliet mhija sodisfatta mill-PPAs. La l-awtoritajiet Ungeriżi u lanqas il-ġeneraturi tal-enerġija ma pprovdew xi tip ta’ evidenza rigward il-konformità ma’ dawn il-kriterji tal-Linji Gwida Ambjentali ġodda.

(416)

Mil-linji gwida u l-komunikazzjonijiet li l-Kummissjoni żviluppat biex tispjega eżattament kif se tapplika d-deroga li tinsab fl-Artikolu 87(3)(c), l-unika waħda li tista’ tapplika fil-każ attwali hija l-Metodoloġija tal-Ispejjeż li Ma Jistgħux Jiġu Rkuprati (ara l-premessa 26 ta’ hawn fuq).

(417)

Il-Metodoloġija tikkonċerna għajnuna mogħtija lill-kumpaniji stabbiliti li investew f’impjanti tal-enerġija qabel il-liberalizzazzjoni tas-settur tal-elettriku u li jista’ jkollhom diffikultajiet biex jirkupraw l-ispejjeż tal-investiment tagħhom f’suq liberalizzat. Minħabba li wieħed mill-aspetti essenzjali tal-PPAs hija li jippermettu ċerti kumpaniji li investew f’assi ta’ ġenerazzjoini tal-enerġija qabel il-liberalizzazzjoni tas-settur tal-elettriku biex ikomplu jibbenefikaw minn garanzija ta’ dħul li jiżgura dħul fuq l-investiment, il-Metodoloġija għandha titqies bħala bażi rilevanti għall-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-PPAs.

(418)

Il-Kummissjoni tinnota li la l-awtoritajiet Ungeriżi u lanqas il-ġeneraturi tal-enerġija kkonċernati ma argumentaw fil-kummenti tagħhom li l-PPAs kienu kompatibbli mal-kriterji tal-Metodoloġija. Il-maġġoranza tal-ġeneraturi attwalment jikkonkludu li l-PPAs huma ftehimiet kummerċjali stabbiliti ħafna qabel l-eżistenza tal-Metodoloġija, u l-kriterji tal-mekkaniżmu ta’ kumpens sempliċiment mhumiex adattati biex ikunu evalwati l-PPAs.

(419)

L-għan ewlieni tal-Metodoloġija tal-Ispejjeż Li Ma Jistgħux Jiġu Rkuprati huwa li tgħin it-tranżizzjoni tas-settur tal-enerġija għal suq liberalizzat billi tippermetti lill-impriżi tal-elettriku li hemm fil-post jadattaw għad-dħul tal-kompetizzjoni (97).

(420)

Il-Metodoloġija tispjega l-prinċipji applikati mill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna mfassla bħala kumpens għall-ispejjeż ta’ obbligi jew garanziji li jista’ jkun li m’għadux aktar possibbli li jkunu onorati minħabba l-liberalizzazzjoni tas-suq tal-elettriku. Tali obbligi jew garanziji jissejħu “spejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati” u jistgħu jieħdu diversi forom, notevolment investimenti mwettqa b’garanzija impliċita jew espliċita ta’ bejgħ.

(421)

Minħabba li l-PPAs infushom jikkostitwixxu garanzija espliċita ta’ bejgħ minn qabel il-liberalizzazzjoni, l-impjanti tal-enerġija taħi il-PPAs jistgħu jitqiesu li jidħlu fl-ambitu tal-Metodoloġija.

(422)

Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li diversi elementi tal-prinċipji ewlenin li jikkostitwixxu l-PPAs ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fis-Sezzjoni 4 tal-Metodoloġija. L-ewwel, ma jissodisfawx il-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 4.2 tal-Metodoloġija, li tirrikjedi li l-arranġamenti għall-ħlas tal-għajnuna jridu jqisu l-iżvilupp potenzjali fil-kompetizzjoni. Il-mekkaniżmi li jistabbilixxu l-prezz tal-PPAs huma mfassla b’tali mod li jqisu parametri speċifiċi biss tal-impjant tal-enerġija kkonċernat biex jistabbilixxu l-prezz. Il-prezzijiet offruti mill-ġeneraturi li jikkompetu u l-kapaċitajiet tal-ġenerazzjoni tagħhom m’għandhomx għalfejn jitqiesu.

(423)

Skont il-punt 4.9 tal-Metodoloġija, il-Kummissjoni għandha l-aktar dubji serji meta l-ammont tal-għajnuna probabbilment ma jkunx se jiġi aġġustat biex jitqiesu d-differenzi bejn il-preżunzjonijiet ekonomiċi u tas-suq li jkunu saru inizjalment meta saret l-istima tal-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati u t-tibdil reali fihom fuq medda ta’ żmien. Il-PPAs jidħlu f’din il-kategorija, minħabba li ma ntużat l-ebda premessa tas-suq fit-tfassil tal-miżura ta’ għajnuna. Barra minn hekk, il-fatt li l-prinċipji ewlenin tal-PPAs baqgħu ma nbidlux minkejja l-ftuħ gradwali tas-suq tal-elettriku u għaldaqstant jinvolvu l-obbligu tal-MVM li tixtri enerġija aktar milli teħtieġ u li tirrilaxxaha fis-suq ħieles, juri b’mod ċar li l-PPAs ma jqisux l-iżviluppi attwali tas-suq.

(424)

Barra minn hekk, kif jidher taħt il-Kapitolu 3 ta’ hawn fuq, wieħed mill-vantaġġi ewlenin tal-PPAs għall-ġeneraturi tal-enerġija huwa l-obbligu ta’ xiri mill-MVM ta’ kapaċitajiet fissi u kwantitajiet iggarantiti bi prezz li jkopri l-ispejjeż fissi, varjabbli u tal-kapital, fuq medda ta’ żmien li tikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għaż-żmien ta’ utilità jew iż-żmien ta’ deprezzament tal-assi. Bħala konsegwenza, il-PPAs għandhom l-effett li jobbligaw waħda mill-partijiet biex tixtri l-elettriku tagħha mingħand il-parti l-oħra, irrispettivament mill-iżvilupp attwali ta’ offerti mill-kompetituri.

(425)

Diversi Stati Membri daħħlu fis-seħħ mekkaniżmi ta’ kumpens li bihom ammont massimu ta’ għajnuna jkun stabbilit bil-quddiem fuq il-bażi ta’ analiżi tas-suq kompetittiv potenzjali u b’mod partikolari tal-prezzijiet tas-suq potenzjali li jirriżultaw mill-konfrontazzjoni bejn il-provvista u d-domanda. Jekk id-dħul attwali miksub mill-ġeneraturi kkonċernati jirriżulta li jkun ogħla mit-tbassir, l-għotjiet attwali jkunu kkalkulati mill-ġdid u stabbiliti f’livell aktar baxx mill-ammont massimu. L-impatt tal-kumpens fuq is-suq ikun għaldaqstant illimitat għall-minimu, notevolment minħabba li ma jiżgurax livell minimu ta’ produzzjoni u bejgħ għall-benefiċjarji.

(426)

F’dan ir-rigward, minflok jgħinu t-tranżizzjoni għal suq kompetittiv, il-PPAs fil-fatt joħolqu ostaklu għall-iżvilupp ta’ kompetizzjoni reali f’parti sostanzjali tas-suq tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. Għaldaqstant, l-arranġamenti għall-ħlas tal-għajnuna ma jippermettux li jitqies l-iżvilupp potenzjali fil-kompetizzjoni u l-ammont ta’ għajnuna mhuwiex kondizzjonali fuq l-izvilupp ta’ kompetizzjoni ġenwina.

(427)

Bħala konsegwenza, dawn jikkontradixxu wkoll il-prinċipji stabbiliti f’Sezzjoni 5 tal-Metodoloġija fejn l-arranġamenti tal-iffinanzjar m’għandhomx ikunu f’kunflitt mal-interess Komunitarju, notevolment il-kompetizzjoni. Taħt Sezzjoni 5, l-arranġamenti tal-iffinanzjar ma jridx ikollhom l-effett li jiskoraġġixxu impriżi esterni jew atturi ġodda milli jidħlu f’ċerti swieq nazzjonali jew reġjonali. Madankollu, kif huwa enfasizzat inter alia fil-premessa 220, is-sistema ta’ riżerva tal-kapaċità u tariffa tal-kapaċità għandhom it-tendenza li jiskoraġġixxu lill-MVM – li hija l-akbar xerrej fis-suq bl-ingrossa – milli tibdel għal produtturi li huma differenti minn dawk taħt il-PPAs. Barra minn hekk, il-ftuħ tas-suq u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-PPAs jinkoraġġixxu lill-MVM biex tixtri aktar elettriku milli teħtieġ u jwassluha biex terġa’ tbiegħ dak l-elettriku fis-suq ħieles permezz ta’ mekkaniżmi ta’ rilaxx. Dan minnu nnifsu jxekkel milli jidħlu atturi ġodda fis-suq bl-ingrossa. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li l-PPAs jinvolvu distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq bl-ingrossa tal-elettriku fl-Ungerija fuq medda ta’ żmien li b’mod ġenerali taqbeż iż-żmien meħtieġ għal tranżizzjoni raġonevoli għal suq kompetittiv.

(428)

Ir-regoli li jikkostitwixxu l-PPAs ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 4.5 tal-Metodoloġija, minħabba li l-ammont massimu ta’ għajnuna li jrid jitħallas lill-ġeneraturi bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u l-iskadenza tal-PPAs mhuwiex speċifikat bil-quddiem.

(429)

Barra minn hekk, il-punt 4.8 tal-Metodoloġija jindika li l-Kummissjoni għandha l-aktar dubji serji rigward l-għajnuna li hija intenzjonata li tissalvagwardja d-dħul kollu jew parti minnu ta’ qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 96/92/KE (98), mingħajr ma tqis b’mod strett l-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati eliġibbli li jistgħu jirriżultaw mill-ftuħ tas-suq.

(430)

Il-fatt li l-PPAs inżammu meta l-Ungerija ngħaqdet mal-Unjoni Ewropea kien maħsub preċiżament bħala salvagwardja tal-parti l-kbira tad-dħul miksub mill-ġeneraturi tal-enerġija kkonċernati qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 96/92/KE. Barra minn hekk, l-impjanti taħt PPA ikopru sehem importanti ħafna mis-suq u għal medda twila ħafna ta’ żmien, u jaqbżu konsiderevolment iż-żmien meħtieġ għal tranżizzjoni raġonevoli għas-suq.

(431)

Barra minn hekk, fid-dispożizzjonijiet ewlenin li jikkostitwixxu l-PPAs, il-Kummissjoni ma tistax tiżola sett ta’ elementi li tista’ bħala kompatibbli mas-suq komuni taħt il-Metodoloġija. B’mod partikolari, tnaqqis fit-tul tal-PPAs ma jkunx biżżejjed biex il-PPAs isiru kompatibbli, minħabba li l-metodu tal-iffinanzjar, li huwa bbażat fuq kapaċitajiet irriżervati u teħid ta’ kwantitajiet iggarantiti, xorta jxekkel l-iżvilupp ta’ kompetizzjoni ġenwina. Il-mekkaniżmi li jistabbilixxu l-prezzijiet ukoll ikomplu jikkontradixxu l-objettiv ta’ promozzjoni tat-tnissil ta’ suq verament kompetittiv fejn il-prezzijiet jitnisslu mill-interazzjoni bejn il-provvista u d-domanda.

(432)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-PPAs huma inkompatibbli mal-kriterji stabbiliti fil-Metodoloġija.

(433)

Ċerti partijiet interessati argumentaw ukoll li l-Artikolu 86(2) tat-Trattat KE jista’ japplika għall-PPAs anki meta ma jissodisfawx il-kriterji tas-sentenza Altmark.

(434)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fil-premessi 255 sa 275 fir-rigward tal-kriterji tas-sentenza Altmark jwasslu wkoll għall-konklużjoni li l-Artikolu 86(2) ma jistax japplika għall-PPAs.

(435)

L-Artikolu 86(2) jista’ japplika biss għall-kumpaniji li jipprovdu servizzi ddefiniti b’mod speċifiku ta’ interess ekonomiku ġenerali, li mhuwiex il-każ f’din l-istanza partikolari, kif jidher fil-premessi 256 sa 267 ta’ hawn fuq. Barra minn hekk, il-kumpens għall-forniment tal-SGEI irid ikun proporzjonat mal-ispejjeż addizzjonali involuti; fi kliem ieħor, irid ikun possibbli li jkun iddefinit l-ambitu tal-SGEIs biex ikunu ikkalkulati l-ispejjeż assoċjati. Dan mhuwiex il-każ hawnhekk, kif intwera fil-premessi 268 sa 270 ta’ hawn fuq.

(436)

L-għajnuna li qed tkun evalwata għaldaqstant tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli.

7.8.   Irkupru

(437)

Skont it-Trattat KE u l-każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni hija kompetenti biex tiddeċiedi li l-Istat ikkonċernat irid jabolixxi jew ibiddel għajnuna (99) meta jinstab li hija inkompatibbli mas-suq komuni. Il-Qorti konsistentement ikkonkludiet ukoll li l-obbligu fuq l-Istat li jabolixxi għajnuna meqjusa mill-Kummissjoni bħala inkompatibbli mas-suq komuni hija intiża biex tistabbilixxi mill-ġdid il-qagħda (100) li kienet teżisti qabel. F’dan l-ambitu, il-Qorti stabbiliet li dak l-objettiv jinkiseb meta r-reċipjent ikun ħallas lura l-ammonti mogħtija permezz ta’ għajnuna illegali, biex b’hekk jintilef il-vantaġġ li kien igawdi fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq, u l-qagħda qabel il-ħlas tal-għajnuna tkun ġiet irrestawrata (101).

(438)

B’segwitu ta’ dik il-każistika, l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/99 stabbilixxa li “meta jittieħdu deċiżjonijiet negattivi fir-rigward ta’ għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jwettaq il-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mingħand il-benefiċjarju. Il-Kummissjoni m’għandhiex tirrikjedi l-irkupru tal-għajnuna jekk dan ikun kuntrarju għal xi prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju.” [Traduzzjoni mhux uffiċjali]

(439)

Ċerti partijiet interessati argumentaw li t-terminazzjoni ta’ kuntratti tad-dritt privat permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni tmur kontra l-prinċipju taċ-ċertezza ġuridika minħabba li l-PPAs huma kuntratti tad-dritt privat li l-ġeneraturi għamlu b’rieda tajba fiċ-ċirkustanzi tas-suq li kienu prevalenti dak iż-żmien. Huma argumentaw ukoll li tali deċiżjoni tkun f’kunflitt mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-Kummissjoni tiċħad dawn l-argumenti minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-premessi 382-287.

(440)

Fir-rigward tal-proporzjonalità, il-Qorti kkonkludiet li l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat mogħtija illegalment bil-għan li tkun irrestawrata l-qagħda li kienet teżisti qabel ma jistax fil-prinċipju jitqies bħala sproporzjonat għall-objettivi tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat (102).

(441)

Il-Kummissjoni għaldaqstant tqis li hemm bażi suffiċjenti biex tirkupra l-għajnuna mogħtija permezz tal-PPAs biex ikunu stabbiliti mill-ġdid il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni.

Kwantifikazzjoni tal-ammont ta’ għajnuna li jrid ikun irkuprat

(442)

Taħt il-premessi 176 sa 236 intwera li l-vantaġġ li rriżulta mill-PPAs imur ferm lil hinn minn differenza pożittiva bejn il-prezzijiet PPA u l-prezzijiet li setgħu nkisbu fis-suq mingħajr il-PPAs.

(443)

Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-valur ġenerali tal-kundizzjonijiet kollha tal-obbligi ta’ xiri tal-MVM fuq medda twila ta’ żmien, kif stabbilit fil-premessi 174 sa 236, għall-perjodu bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u t-terminazzjoni tal-PPAs, ma jistax ikun ikkalkulat bi preċiżjoni. Konsegwentement, meta tordna l-irkupru ta’ għajnuna illegali, il-Kummissjoni se tillimita l-ordni tal-irkupru tagħha għad-differenza li setgħet eżistiet bejn id-dħul tal-ġeneraturi tal-enerġija taħt il-PPAs tagħhom u d-dħul li setgħu kisbu fis-suq mingħajr PPAs f’dik il-medda ta’ żmien.

(444)

Biex tiddetermina l-ammont li jrid ikun irkuprat, il-Kummissjoni tagħraf li kalkolu preċiż tal-ammont ta’ għajnuna mill-Istat li attwalment ibbenefikaw minnha l-benefiċjarji huwa kemmxejn kumpless, minħabba li jiddependi fuq x’setgħu jkunu l-prezzijiet u l-ammonti ta’ enerġija prodotta u mibjugħa fis-suq bl-ingrossa Ungeriż bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u d-data tat-terminazzjoni tal-PPAs kieku l-ebda PPA ma kienet fis-seħħ matul dak il-perjodu. Minħabba li l-PPAs ikopru l-maġġoranza tal-kapaċitajiet tal-ġenerazzjoni Ungeriża, is-suq kien ikun drastikament differenti taħt “ix-xenarju kontrofattwali” (103) milli kien fir-realtà.

(445)

Aspett speċifiku tal-elettriku huwa li ma jistax jinħażen b’mod ekonomiku meta jkun ġie prodott. Biex tkun żgurata l-istabbiltà ta’ netwerk, il-provvista u d-domanda tal-elettriku jridu jkunu bbilanċjati l-ħin kollu. Konsegwentement, l-ammont ta’ enerġija li l-ġeneraturi u l-importaturi tal-enerġija jistgħu jbiegħu fis-suq bl-ingrossa matul ċertu żmien u l-prezz li jistgħu jiksbu għal dik l-enerġija ma jiddependux fuq l-ammont ġenerali tal-enerġija mitlub mix-xerrejja f’dak il-perjodu, imma fuq l-ammont ta’ enerġija mitlub f’kull punt ta’ żmien (104). Barra minn hekk, id-domanda għall-elettriku tvarja b’mod sinifikanti matul il-jum u skont l-istaġuni, li jfisser li l-kapaċitajiet tal-ġenerazzjoni u l-importazzjoni li jeħtieġ li jissodisfaw id-domanda f’kull punt ta’ żmien ivarjaw ukoll u li ċerti unitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jfornu l-enerġija matul perjodi ta’ domanda għolja (105) biss. Konsegwentement, l-operat tas-suq ma jistax ikun evalwat b’eżatezza sħiħa fuq il-bażi tal-konsum, il-produzzjoni u d-dejta dwar il-prezzijiet annwali disponibbli għall-Kummissjoni.

(446)

Madankollu, skont il-każistika tal-Qorti, ebda dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju ma jirrikjedi lill-Kummissjoni, meta tordna l-irkupru ta’ għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni, biex tiffissal-ammont eżatt tal-għajnuna li trid tiġi rkuprata. Huwa biżżejjed għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinkludi informazzjoni li tagħti s-setgħa lir-reċipjent li jikkalkula l-ammont innifsu mingħajr diffikulta (106) kbira.

(447)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tipprovdi linji gwida dwar kif l-ammont tal-irkupru għandu jkun ikkwantifikat. Kif isemma hawn fuq, il-PPAs ikopru tali parti importanti mis-suq tal-ġenerazzjoni Ungeriż li l-prezzijiet mingħajr PPAs kienu jkunu differenti ħafna mill-prezzijiet attwalment osservati fis-settur kompetittiv. Konsegwentement, il-prezz li l-ġeneraturi setgħu kisbu fin-nuqqas tal-PPAs jista’ jkun ikkalkulat fuq il-bażi ta’ simulazzjoni tas-suq li tikkonsisti fl-analiżi tal-operat tas-suq bl-ingrossa tal-elettriku taħt ix-“xenarju kontrofattwali”. L-għan tas-simulazzjoni huwa li jkun stmat x’kienu jkunu l-bejgħ u l-prezzijiet taħt ix-xenarju kontrofattwali bil-għan li jkunu stabbiliti stimi kredibbli tal-ammonti li l-MVM setgħet ħallset lill-ġeneraturi kkonċernati għall-enerġija mixtrija mingħandhom taħt dak ix-xenarju. Is-simulazzjoni trid tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-premessi li ġejjin.

(448)

L-ewwel nett, minħabba li l-elettrriku għandu elastiċità tad-domanda mal-prezz li hija baxxa ħafna, is-simulazzjoni għandha titwettaq bil-premessa li f’kull punt ta’ żmien il-konsum fis-sistema tax-xenarju kontrofattwali huwa identiku mal-konsum attwalment osservat f’dak iż-żmien.

(449)

It-tieni, kif kien innotat fil-premessa 196, l-elettriku bi kwantità jinbiegħ fis-swieq bl-ingrossa kompetittivi permezz ta’ kuntratti fis-suq u bil-quddiem. L-Inkjesta dwar is-Settur tal-Enerġija wriet li l-livell tal-prezzijiet bil-quddiem jiddependi fuq l-aspettattivi individwali fir-rigward tal-iżvilupp tal-prezzijiet fis-suq. Kuntrarjament għall-prezzijiet fis-suq, li għalihom it-teorija ekonomika tissuġerixxi li f’kundizzjonijiet kompetittivi perfetti l-prezz huwa f’kull punt ta’ żmien l-ogħla spiża marġinali fuq medda qasira ta’ żmien tal-unitajiet tal-ġenerazzjoni kollha meħtieġa biex jissodisfaw id-domanda (107), mhemmx punt ta’ referenza għall-prezz b’mod espliċitu għas-swieq bil-quddiem li jista’ jkun stmat bl-użu tat-teorija ekonomika. Barra minn hekk, mhuwiex possibbli li ssir simulazzjoni tal-impatt tal-istrateġiji żviluppati kemm mill-bejjiegħa kif ukoll mix-xerrejja fir-rigward tal-arbitraġġ bejn il-kuntratti fis-suq u bil-quddiem. Dan il-fatt huwa spjegat aħjar mill-varjetà kbira ta’ sitwazzjonijiet osservati fis-swieq bl-ingrossa fl-Ewropa. L-Inkjesta dwar is-Settur tal-Enerġija wriet li l-proporzjon bejn il-volumi nnegozjati f’forma ta’ prodotti fis-suq u l-konsum nazzjonali tal-elettriku varja b’mod sinifikanti fl-Istati Membri (108).

(450)

Kif spjegat fil-premessa 198, il-prezzijiet fis-suq, notevolment dawk osservati fil-kambji tal-enerġija fis-suq, normalment jiffissaw ir-referenzi għas-suq bl-ingrossa kollu, inkluż dak għax-xiri bil-quddiem tal-prodotti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni hija tal-fehma li biex tistabbilixxi l-ammonti ta’ għajnuna li jridu jkunu rkuprati, is-suq bl-ingrossa għandu jkun simulat taħt il-premessa li l-elettriku kollu jkun innegozjat permezz ta’ kuntratti fis-suq, bl-eċċezzjoni tal-elementi partikolari msemmija fil-premessi 453 sa 456.

(451)

Is-simulazzjoni għandha titwettaq fuq il-bażi tal-ispejjeż marġinali fuq medda qasira ta’ żmien tal-unitajiet tal-ġenerazzjoni kkonċernati. Konsegwentement, is-simulazzjoni għandha tqis id-dejta speċifika rilevanti għal kull unità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija operata fl-Ungerija (109) bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u d-data attwali tat-terminazzjoni tal-PPAs notevolment fir-rigward tal-kapaċità installata, l-effiċjenza termali, l-ispejjeż tal-fjuwil u komponenti ewlenin oħra tal-ispejjeż varjabbli, u perjodi ta’ qtugħ tal-elettriku ppjanati u mhux previsti. Barra minn hekk, is-simulazzjoni għandha titwettaq taħt il-premessa fundamentali li f’kull punt taż-żmien hemm prezz uniku fis-suq tas-suq issimulat li jirriżulta mill-mekkaniżmi tal-provvista u d-domanda. Dan il-prezz uniku jvarja maż-żmien minħabba l-varjazzjoni fid-domanda u l-ispejjeż varjabbli.

(452)

Is-simulazzjoni għandha tqis il-fatt li taħt ix-xenarju kontrofattwali, l-MVM ma kienx ikollha tixtri enerġija aktar milli tkun teħtieġ biex tissodisfa l-ħtiġijiet tas-settur (110) ta’ servizz pubbliku. Konsegwentement, il-mekkaniżmi ta’ rilaxx imsemmija fil-premessa 226 ma jkunux jeżistu taħt ix-xenarju kontrofattwali u l-ħtiġijiet tal-MVM kienu jkunu llimitati għall-ammonti meħtieġa biex tkun issodisfata d-domanda fis-settur ta’ servizz pubbliku.

(453)

Is-simulazzjoni għandha tqis ukoll ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi, iġġustifikati kif jixraq li jistgħu jinvolvu devjazzjoni mill-prinċipju ta’ spejjeż marġinali sottostanti s-simulazzjoni kollha. Tali sitwazzjonijiet speċifiċi jistgħu jinstabu fl-unitajiet ta’ koġenerazzjoni. Skont l-obbligi kuntrattwali jew statutorji tagħhom fir-rigward tal-provvista tas-sħana, dawn l-unitajiet jista’ jkollhom ibiegħu l-enerġija bi prezz aktar baxx mill-ispejjeż marġinali tagħhom fuq medda qasira ta’ żmien

(454)

Tali sitwazzjonijiet jistgħu jikkonċernaw ukoll l-unitajiet ta’ ġenerazzjoni li jibbenefikaw minn skema ta’ appoġġ pubbliku minħabba li huma bbażati fuq teknoloġiji li jħarsu l-ambjent. Dan huwa l-każ fl-Ungerija fejn il-leġiżlazzjoni timponi fuq l-MVM u l-kumpaniji tal-provvista tal-elettriku reġjonali t-teħid mandatorju ta’ elettriku ġġenerat f’koġenerazzjoni jew mill-iskart jew mill-enerġija rinnovabbli bi prezzijiet irregolati b’mod uffiċjali ġeneralment aktar għolja mill-prezzijiet osservati fis-settur kompetittiv tas-suq bl-ingrossa. Is-simulazzjoni trid tqis li taħt ix-xenarju kontrofattwali, din l-iskema ta’ teħid mandatorju xorta kienet tkun fis-seħħ. Għaldaqstant, il-kwantitajiet mixtrija mill-MVM taħt is-sistema ta’ teħid mandatorju u l-prezzijiet imħallsa għal dik l-enerġija kienu jkunu identiċi għal dawk osservati taħt ix-xenarju (111) attwali.

(455)

Is-simulazzjoni għandha tqis ukoll il-fatt li ċerti kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni fiżikament disponibbli mhumiex disponibbli għall-provvista tal-elettriku fis-suq bl-ingrossa, minħabba li huma rriżervati għall-provvista ta’ servizzi bħala bilanċ għall-Operatur tas-Sistema ta’ Trażmissjoni. Taħt ix-xenarju attwali, is-servizzi ta’ bilanċ kienu pprovduti kemm mill-ġeneraturi ngaġġati f’PPA kif ukoll minn ġeneraturi oħra. Is-simulazzjoni għandha titwettaq taħt il-premessa li taħt “ix-xenarju kontrofattwali” il-kapaċitajiet irriżervati għall-provvista ta’ servizzi ta’ bilanċ lit-TSO, l-enerġija pprovduta fuq il-bażi ta’ dawn il-kapaċitajiet u l-prezz miksub għaliha kienu l-istess bħal dak taħt ix-xenarju attwali.

(456)

Taħt ix-xenarju kontrofattwali, il-kwantitajiet ta’ elettriku importat u esportat u l-prezzijiet miksuba għalihom jistgħu jkunu differenti minn dawk taħt ix-xenarju attwali. Madankollu, ma jkunx possibbli li wieħed jevalwa b’mod preċiż dak l-effett mingħajr ma jestendi l-firxa tas-simulazzjoni għas-swieq tal-pajjiżi li jesportaw u jimportaw, għax id-deċiżjonijiet tal-atturi fis-suq fir-rigward tal-esportazzjoni jew l-importazzjoni minn pajjiż għal ieħor huma influwenzati mill-kundizzjonijiet fis-suq li jkunu prevalenti kemm fil-pajjiż li jesporta kif ukoll fil-pajjiż li jimporta. Meta wieħed iqis li l-volumi importati fl-Ungerija u esportati minnha huma limitati meta mqabbla ma’ dawk iġġenerati u kkonsmati internament u meta wieħed iqis li terz tal-importazzjoni totali huwa kopert minn kuntratti (112) ta’ medda twila ta’ żmien, il-Kummissjoni tqis li tali estensjoni tal-firxa tas-simulazzjoni tista’ tirrikjedi sforzi sproporzjonati. L-Ungerija b’hekk tista’ tikkunsidra li taħt ix-xenarju kontrofattwali, il-kwantitajiet importati u esportati u l-prezzijiet korrispondenti kienu l-istess bħal dawk taħt ix-xenarju attwali.

(457)

Il-Kummissjoini tagħraf li ċerti ġeneraturi mhux ingaġġati f’PPA mal-MVM ikkonkludew kuntratti ta’ provvista tal-enerġija fuq medda twila jew medja medja ta’ żmien ma’ klijenti oħra. Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-fehma li tali kuntratti m’għandhomx jitqiesu għall-fini ta’ din is-simulazzjoni minħabba li t-terminazzjoni tal-PPAs fl-1 ta’ Mejju 2004 jew qabel, li hija l-premessa bażika tax-xenarju kontrofattwali, bilfors tkun immodifikat l-istrateġiji kummerċjali tal-ġeneraturi kollha minħabba l-proporzjon kbir ta’ kapaċitajiet installati rriżervati taħt il-PPAs. Kif issostanzjat fil-premessa 449, mhuwiex possibbli li wieħed jistma l-proporzjon tal-elettriku mibjugħ f’forma ta’ prodotti fis-suq jew bil-quddiem. Għaldaqstant, mhuwiex raġonevoli li jitqies li l-ġeneraturi kollha jbiegħu il-produzzjoni kollha tagħhom f’forma ta’ prodotti fis-suq, sakemm ma jidħlux f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-premessi 453 sa 456.

(458)

L-aktar mod preċiż ta’ simulazzjoni ta’ suq tal-enerġija bl-ingrossa huwa li ssir fuq il-bażi ta’ siegħa b’siegħa, waqt li jitqiesu l-parametri speċifiċi kollha għal kull siegħa. Madankollu, il-Kummissjoni se taċċetta li s-simulazzjoni tkun illimitata għal kampjuni taż-żmien rappreżentattivi u li r-riżultati tas-simulazzjonijiet imwettqa fuq kull kampjun taż-żmien rappreżentattiv ikunu estrapolati għall-perjodu kollu li qed ikun evalwat.

(459)

Is-simulazzjoni għandha tagħti stimi kredibbli tal-ammont ta’ enerġija fornut minn kull unità ta’ ġenerazzjoni u l-prezz miksub għaliha taħt ix-xenarju kontrofattwali. Il-proporzjon bejn l-enerġija meħtieġa mill-MVM biex tissodisfa l-ħtiġijiet tas-settur (113) irregolat u l-ammont ġenerali ta’ enerġija fornuta fis-suq bl-ingrossa f’kull punt ta’ żmien għandu jkun stmat fuq il-bażi ta’ dejta storika li tikkonċerna l-konsum ġenerali tal-konsumaturi fis-settur irregolat u l-konsum ġenerali tal-konsumaturi kollha taħt ix-xenarju attwali.

(460)

Dan il-proporzjon għandu jintuża għall-istima tal-ammonti tal-enerġija li kull ġeneratur ikun biegħ lill-MVM f’kull punt ta’ żmien taħt ix-xenarju kontrofattwali. Fuq il-bażi ta’ dawn l-istimi, l-ammonti ġenerali li l-MVM kienet tkun ħallset lil kull ġeneratur għall-enerġija mixtrija biex tkun issodisfata d-domanda fis-settur irregolat taħt ix-xenarju kontrofattwali għandu jkun stmat fuq il-perjodu kollu li qed ikun evalwat (114).

(461)

L-aħħar pass tal-kalkolu tal-ammonti ta’ rkupru għandha tqis il-fatt li taħt ix-xenarju attwali, il-ġeneraturi ma biegħux il-produzzjoni kollha tal-blokok ta’ ġenerazzjoni koperti mill-PPAs lill-MVM imma użaw il-kapaċitajiet mhux irriżervati tagħhom għal bejgħ lil klijenti barra l-MVM. Għal kull blokk ta’ ġenerazzjoni kkonċernat l-ammont ta’ għajnuna li jrid ikun irkuprat għandu jinħadem fuq bażi annwali skont id-differenza bejn id-dħul miksub mill-bejgħ tal-enerġija lill-MVM taħt il-PPAs (115) taħt ix-xenarju attwali u l-ammonti li kienu jitħallsu mill-MVM taħt ix-xenarju kontrofattwali, kif ikkalkulat skont il-prinċipji spjegati hawn fuq.

(462)

Madankollu, il-Kummissjoni tagħraf li taħt ix-xenarju kontrofattwali, il-ġeneraturi kkonċernati setgħu kisbu dħul ogħla mingħand klijenti barra l-MVM minn dak miksub mingħand dawk il-klijenti taħt ix-xenarju attwali. Dan b’mod partikolari minħabba l-fatt li taħt ix-xenarji kontrofattwali l-ebda kapaċità mhija rriżervata mill-MVM, li toffri lill-ġeneraturi opportunitajiet addizzjonali biex ibiegħu il-produzzjoni tagħhom lil klijenti barra l-MVM. Konsegwentement, l-Ungerija tista’ tnaqqas mill-ammonti kkalkulati f’konformità mal-premessa 461 id-differenza bejn id-dħul li l-ġeneraturi kienu jiksbu mill-klijenti barra l-MVM taħt ix-xenarju kontrofattwali u d-dħul li kienu jiksbu mill-klijenti barra mill-MVM taħt ix-xenarju attwali, jekk dik id-differenza hija pożittiva.

(463)

L-imgħax li jrid ikun irkuprat skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 għandu jkun ikkalkulat ukoll fuq bażi annwali.

(464)

Biex il-Kummissjoni tevalwa l-preċiżjoni u l-kredibbiltà tas-simulazzjoni mwettqa mill-Ungerija, din tal-aħħar għandha tipprovdiha b’deskrizzjoni ddettaljata tal-metodoloġija sottostanti u tas-sett tad-dejta mdaħħla fis-simulazzjoni.

(465)

Il-Kummissjoni tagħraf l-eżistenza ta’ għodda adattati li kapaċi jwettqu s-simulazzjoni meħtieġa. Tali għodda kienet attwalment użata mill-Kummissjoni fl-ambitu tal-Inkjesta dwar is-Settur tal-Enerġija biex tevalwa l-istruttura u l-prestazzjoni ta’ sitt swieq (116) bl-ingrossa Ewropej. Tali għodda jintużaw ukoll minn għadd ta’ ġeneraturi u kummerċjanti tal-enerġija biex iwettqu tbassir dwar l-elettriku fuq medda twila ta’ żmien, iwettqu studji ta’ ppjanar dwar ir-riżorsi u jottimizzaw id-dispaċċ tal-ġenerazzjoni. Barra minn hekk, kif kien spjegat hawn fuq, il-Kummissjoni hija lesta taċċetta ċerti simplifikazzjonijiet, notevolment l-użu ta’ kampjuni taż-żmien rappreżentattivi minflok simulazzjoni fuq bażi ta’ siegħa b’siegħa. Għaldaqstant, fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 10 tat-Trattat, l-Ungerija hija meħtieġa li twettaq simulazzjoni f’konformità mal-prinċipji spjegati hawn fuq u li tikkalkula l-ammont ta’ għajnuna li trid tkun irkuprata fuq il-bażi ta’ dik is-simulazzjoni f’qafas ta’ żmien raġonevoli.

Implimentazzjoni tad-Deċiżjoni

(466)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li Stat Membru li jiltaqa’ ma’ diffikulatjiet mhux previsti jew mhux prevedibbli jew li jipperċepixxi konsegwenzi li ma tqisux mill-Kummissjoni jista’ jissottometti dawk il-problemi għall-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni flimkien ma’ proposti għal emendi adattati. F’tali każ, il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat iridu jaħdmu flimkien b’rieda tajba bil-għan li jegħlbu d-diffikultajiet waqt li josservaw b’mod sħiħ id-dispożizzjonijiet (117) tat-Trattat KE.

(467)

Għaldaqstant il-Kummissjoni tistieden lill-Ungerija biex tissottometti lill-Kummissjoni għall-kunsiderazzjoni, kwalunkwe problema li tista’ tiltaqa’ magħha fl-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

8.   KONKLUŻJONI

(468)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-PPAs jagħtu għajnuna mill-Istat illegali lill-ġeneraturi tal-enerġija fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE u li din l-għajnuna mill-Istat hija inkompatibbli mas-suq komuni.

(469)

Kif spjegat fil-punt 7.3, l-element ta’ għajnuna mill-Istat previst fil-PPAs jikkonsisti fl-obbligu ta’ xiri mill-MVM ta’ ċertu kapaċità u kwantità minima ggarantita ta’ elettriku bi prezz li jkopri l-kapital, l-ispejjez fissi u varjabbli fuq parti sinifikanti tal-ħajja tal-unitajiet ta’ ġenerazzjoni, li b’hekk jiggarantixxu dħul minn investiment.

(470)

Minħabba li din l-għajnuna mill-Istat hija inkompatibbli mat-Trattat KE, din trid tiġi mwaqqfa,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-obbligi ta’ xiri kif stabbiliti fil-Ftehimiet ta’ Xiri tal-Enerġija bejn Magyar Villamos Művek Rt. u Budapesti Erőmű Rt., Dunamenti Erőmű Rt., Mátrai Erőmű Rt., AES-Tisza Erőmű Kft, Csepeli Áramtermelő Kft., Paksi Atomerőmű Rt. u Pécsi Erőmű Rt. (firmatarja tal-PPA inizjali u l-predeċessur ta’ Pannon Hőerőmű Rt.) (118) jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE lill-ġeneraturi tal-elettriku.

2.   L-għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 1(1) hija inkompatibbli mas-suq komuni.

3.   L-Ungerija għandha żżomm lura mill-għoti tal-għajnuna mill-Istat imsemmija fil-paragrafu 1 fi żmien sitt xhur mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   L-Ungerija għandha tirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 mingħand il-benefiċjarji.

2.   L-ammonti li għandhom ikunu rkuprati għandhom jinkludu l-imgħaxijiet mid-data meta tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sa meta jkunu attwalment irkuprati.

3.   L-imgħax għandu jkun ikkalkulat fuq bażi komposta f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (119) kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 (120).

Artikolu 3

1.   Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, l-Ungerija għandha tissottometti lill-Kummissjoni l-informazzjoni rigward miżuri li diġà ttieħdu u miżuri ppjanati biex tikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni, u notevolment il-passi meħuda biex titwettaq simulazzjoni adattata tas-suq bl-ingrossa biex ikunu stabbiliti l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati, il-metodoloġija ddettaljata li hija maħsuba li tiġi applikata u deskrizzjoni ddettaljata tas-sett tad-dejta li għandha l-ħsieb li tuża għal dak il-għan.

2.   L-Ungerija għandha żżomm lill-Kummissjoni informata rigward il-progress tal-miżuri nazzjonali li jitwettqu biex tkun implimentata din id-Deċiżjoni sakemm jitlesta l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1. Hija għandha tissottometti minnufih, wara sempliċi talba mill-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri mwettqa u ppjanati biex tkun konformi ma’ din id-Deċiżjoni. L-Ungerija għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata rigward l-ammont ta’ għajnuna u ta’ imgħax tal-irkupru li diġà ġew irkuprati mingħand il-benefiċjarji.

Artikolu 4

1.   L-ammont eżatt ta’ għajnuna li trid tkun irkuprata għandu jkun ikkalkulat mill-Ungerija fuq il-bażi ta’ simulazzjoni adattata ta’ kif kien ikun is-suq bl-ingrossa tal-elettriku kieku l-ebda wieħed mill-Ftehimiet ta’ Xiri tal-Enerġija msemmija fl-Artikolu 1(1) ma kien fis-seħħ mill-1 ta’ Mejju 2004.

2.   Fi żmien sitt xhur wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, l-Ungerija għandha tikkalkula l-ammonti li jridu jiġu rkuprati fuq il-bażi tal-metodu msemmi fil-paragrafu 1 u tissottometti lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward tas-simulazzjoni, notevolment ir-riżultati tagħha, deskrizzjoni ddettaljata tal-metodoloġija applikata, u s-sett tad-dejta użata biex titwettaq is-simulazzjoni.

Artikolu 5

L-Ungerija għandha tiżgura li l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 ikun implimentat fi żmien għaxar xhur mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indrizzata lir-Repubblika tal-Ungerija.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 324, 21.12.2005, p. 12.

(2)  Id-Digriet tal-Gvern 183/2002 (VIII.23.) dwar regoli dettaljati għad-definizzjoni u l-ġestjoni tal-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati (stranded costs).

(3)  L-ittra tal-awtoritajiet Ungeriżi datata 4 ta’ Ġunju 2004, irreġistrata fl-istess ġurnata u tal-20 ta’ Ottubru 2004, irreġistrata fil-21 ta’ Ottubru 2004.

(4)  L-ittra datata 21 ta’ Diċembru 2004 mill-ġeneratur tal-enerġija AES-Tisza Erőmű Kft.

(5)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(6)  ĠU C 324, 21.12.2005, p. 12.

(7)  Talba tal-14 ta’ Diċembru 2005 aċċettata mill-Kummissjoni fl-20 ta’ Diċembru 2005.

(8)  Talbiet irreġistrati fid-9 ta’ Jannar 2006 (Budapesti Erőmű), fis-16 ta’ Jannar 2006 (AES-Tisza, […] (*)), fis-17 ta’ Jannar 2006 (Electrabel), fid-19 ta’ Jannar 2006 […] u fl-20 ta’ Jannar 2006 (Csepeli Erőmű), aċċettati mill-Kummissjoni f’ittri datati 13, 18, 20, 24 ta’ Jannar u 27 ta’ Frar 2006.

(*)  Id-dejta koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali hija indikata fit-test tad-Deċiżjoni b’sinjal […].

(9)  L-ittra rreġistrata fit-3 ta’ April 2006.

(10)  2080/2007 (V.11.) Korm. Határozat a villamos energia iparban kötött hosszú távú szerződések rendezéséről.

(11)  Att LXXXVI tal-2007.

(12)  Bl-eċċezzjoni tal-ittri tas-7 ta’ Diċembru 2007 u tal-14 ta’ Jannar 2008.

(13)  Adottata mill-Kummissjoni fis-26 ta’ Lulju 2001. Il-Metodoloġija tista’ tinstab fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/competition/state_aid/legislation/specific_rules.html

(14)  Id-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (ĠU L 176, 15.7.2003, p. 37).

(15)  Sottomissjonijiet tal-20 ta’ Lulju 2005, irreġistrati fil-25 ta’ Lulju 2005.

(16)  F’xi każijiet kien hemm PPAs separati għall-blokok tal-produzzjoni differenti tal-impjanti tal-produzzjoni, bħal fil-każ ta’ Mátra u Dunament.

(17)  Bħall-ibbilanċjar tal-enerġija, riżervi terzjarji, kapaċità ta’ black start, eċċ.

(18)  Dawn ir-rati huma bbażati fuq il-kalkolu tar-riżervi ta’ kapaċità tal-produzzjoni (MW) u mhux fuq il-volum ta’ bejgħ tal-elettriku (MWh). Huma kienu sottomessi lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet Ungeriżi b’L-ittra tal-4 ta’ Ġunju 2004. L-istess figuri jidhru fir-rapport dwar l-istudju tas-suq tal-elettriku Ungeriż imwettaq mill-Awtorità Ungeriża għall-Kompetizzjoni (15 ta’ Mejju 2006).

(**)  Itterminat bi qbil komuni f’Marzu 2008.

(19)  Lista bbażata fuq informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Ungeriżi fl-20 ta’ Ottubru 2004 u fuq il-linji gwida tal-Uffiċċju tal-Enerġija Ungeriż għall-implimentazzjoni ta’ reviżjoni tal-ispejjeż bil-għan tal-iffissar tal-prezzijiet ta’ Jannar 2001 (A Magyar Energia Hivatal irányelve a 2001. januári ármegállapítás előkészítését célzó költség-felülvizsgálat végzéséhez).

(20)  L-L-ittra datata 20 ta’ Lulju 2005, irreġistrata fil-25 ta’ Lulju 2005.

(21)  L-ittra tat-28 ta’ Ġunju 2006, irreġistrata fid-29 ta’ Ġunju 2006.

(22)  Ara wkoll ir-rapport dwar l-istudju tas-settur tal-elettriku Ungeriż imwettaq mill-Awtorità Ungeriża għall-Kompetizzjoni (15 ta’ Mejju 2006).

(23)  (Att XXXV tal-2006 dwar emendi li jikkonċernaw ir-regolazzjoni tal-prezz tal-elettriku).

(24)  Il-figuri tat-tabella huma bbażati fuq l-istatistiċi ppubblikati fil-Yearbook Statistiku għall-Elettriku (Villamosenergia Statisztikai Évkönyv). Ara wkoll l-L-ittra tal-awtoritajiet Ungeriżi sottomessa fil-21 ta’ April 2008.

(25)  Il-kapaċità totali installata ta’ produzzjoni (Beépített teljesítőképesség): il-kapaċità nominali ta’ produzzjoni f’MW tal-makkinarju fl-impjanti tal-enerġija Ungeriżi. Tista’ titbiddel biss b’espansjoni jew tneħħija.

(26)  Il-kapaċità grossa disponibbli (Rendelkezésre álló állandó teljesítőképesség): il-kapaċità attwali disponibbli tal-impjant tal-enerġija meta jitqiesu l-overlowd permanenti permissibbli u t-telf permanenti. Il-kapaċità installata wara tnaqqis għal raġunijiet ta’ natura permanenti u wara żieda tal-overlowds permissibbli.

(27)  Il-kapaċità netta disponibbli (Igénybe vehető teljesítőképesség): il-kapaċità attwalment disponibbli wara t-tnaqqis tax-xogħlijiet ippjanati ta’ manutenzjoni.

(28)  Il-figuri tat-tabella huma bbażati fuq il-PPAs kif sottomessi lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet Ungeriżi. Ara wkoll l-L-ittra tal-awtoritajiet Ungeriżi rreġistrata fil-21 ta’ April 2008.

(29)  Il-kapaċità medja disponibbli kuntrattata (Rendelkezésre álló átlag teljesítősépesség szerződött értéke).

(1)  Bejn 400 u 700 MW (in-noti tal-qiegħ indikati b’ittri żgħar ma jidhrux fil-verżjoni awtentika tad-Deċiżjoni iżda ġew inklużi fil-verżjoni pubblika biex jindikaw medda ta’ daqs ta’ ċerta informazzjoni koperta bl-obbligu tas-segretezza professjonali).

(2)  Bejn 600 u 900 MW.

(3)  Bejn 4 057 u 4 357 MW.

(4)  Bejn 4 725,9 u 5 025,9 MW.

(5)  Bejn 4 749,6 u 5 049,6 MW.

(6)  Bejn 4 724,7 u 5 024,7 MW.

(30)  Il-figuri tat-tabella huma bbażati fuq il-PPAs kif sottomessi mill-awtoritajiet Ungeriżi, l-istatistiċi ppubblikati mill-Uffiċċju Ungeriż għall-Enerġija fuq il-websajt tiegħu: www.eh.govshu, u l-ittra tal-awtoritajiet Ungeriżi datata 21 ta’ April 2008. Il-kwantitajiet tax-xiri ggarantit stipulati fil-ftehimiet kummerċjali annwali jistgħu jvarjaw kemxejn mill-kwantitajiet maħsuba fil-PPAs infushom. Il-figuri attwali tax-xiri jkopru l-bejgħ kollu tal-impjant tal-enerġija kkonċernat lil MVM.

(***)  L-informazzjoni dwar l-elettriku totali ġġenerat u l-konsum mill-impjant innifsu tkopri wkoll il-blokki ta’ dawn l-impjant li mhumiex taħt PPA.

(31)  L-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea; ĠU L 236, 23.9.2003.

(32)  ĠU L 27, 30.1.1997, p. 20.

(33)  Kawża C-482/99 Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [2002] Ġabra I-04397. Sentenza tas-16 ta’ Mejju 2002.

(34)  Saret referenza għall-Kawża T-366/00, Scott S.A.

(35)  ĠU C 34, 7.2.2004, p. 8.

(36)  Kawża C-280/00 Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH, u Oberbundesanwalt beim Bundesverwaltungsgericht [2003] Ġabra I-07747.

(37)  Id-Direttiva 2003/54/KE.

(38)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Ġunju 2000 fil-Kawżi Magħquda T-298/97, T-312/97, T-313/97, T-315/97, T-600/97 sa T-607/97, T-1/98, T-3/98 sa T-6/98 u T-23/98.

(39)  L-ittra rreġistrata fid-19 ta’ Diċembru 2006.

(40)  ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.

(41)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Ġunju 2000 fil-kawża ta’ Alzetta Mauro ċċitata mill-impjant tal-enerġija ta’ Budapest tikkonferma wkoll li l-miżura trid tiġi vvalutata fid-dawl taċ-ċirkustanzi l-ġodda tas-suq wara l-liberalizzazzjoni meta jiġi rikonoxxut li l-miżura li setgħet ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna Statali qabel il-liberalizzazzjoni ssir għajnuna (eżistenti jew ġdida).

(42)  Il-Ftehim tal-Ewropa li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Ungerija, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat fis-16 ta’ Diċembru 1991.

(43)  Kwotazzjoni mill-punt 3 tal-kummenti tal-ġeneratur.

(44)  Irrispettivament minn jekk il-prezz huwiex ibbażat fuq il-formula tal-prezz kontenuta fil-PPAs jew fuq id-digrieti dwar il-prezzijiet, minħabba li t-tnejn huma bbażati fuq prinċipji simili għar-regolazzjoni tal-prezzijiet.

(45)  Kawżi magħquda C-328/99 u C-399/00 Italja u SIM 2 Multimedia vs Il-Kummissjoni [2003] Ġabra I-4035, paragrafu 83.

(46)  F’Ġunju 2005 il-Kummissjoni fetħet inkjesta dwar l-operat tas-swieq Ewropej tal-gass u l-elettriku. Ir-rapport finali ta’ dan l-Istħarriġ dwar is-Settur tal-Enerġija, li ġie ppubblikat fl-10 ta’ Jannar 2007, huwa użat f’din id-Deċiżjoni bħala sors ta’ informazzjoni dwar ix-xejriet u l-prattiċi kummerċjali fis-swieq tal-elettriku Ewropej li diġà kienu prevalenti meta l-Ungerija ssieħbet fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004. Dan ir-rapport jinsab fuq http://ec.europa.eu/comm/competition/antitrust/others/sector_inquiries/energy/

(47)  L-ispejjeż marġinali għal żmien qasir huma l-ispejjeż li l-produtturi tal-enerġija jistgħu jevitaw billi jieqfu jipproduċu l-elettriku għal żmien qasir. Dawn l-ispejjeż huma ftit jew wisq ugwali għall-ispejjeż varjabbli, billi t-tnejn huma influwenzati mill-prezzijiet tal-fjuwil.

(48)  Il-fatt li l-fornitur jintrabat li jikkonsenja l-kwantità ffissata fil-kuntratt jista’ jitqies bħala ekwivalenti għar-riżerva ta’ kapaċità.

(49)  15 % tal-kapaċitajiet kuntrattati fl-2005.

(50)  Minħabba l-offerti annwali, l-ammont ta’ kapaċità li tista’ tiġi offruta lit-TSO u l-prezz miksub ivarjaw fuq bażi annwali u jistgħu jonqsu jekk il-ħtiġijiet tat-TSO jonqsu u/jew jekk fornituri oħra joffru prezzijiet aktar baxxi jew ammonti akbar.

(51)  Il-leġislazzjoni Ungeriża teħtieġ li MVM u l-kumpaniji ta’ distribuzzjoni reġjonali jixtru l-elettriku prodott f’koġenerazzjoni jew minn sorsi tal-enerġija mill-iskart jew rinnovabbli, bi prezzijiet regolati.

(52)  Ara fost l-oħrajn il-websajt http://www.mvm.hu

(53)  Li jirriżultaw mit-tariffi regolati, li jiddependu fuq il-livell tal-konsum.

(54)  Id-Direttiva 2003/54/KE.

(55)  Id-Digriet tal-Gvern 183/2002.

(56)  Ara l-ittra tal-awtoritajiet Ungeriżi rreġistrata fl-4 ta’ Ġunju 2004.

(57)  Irkanti tal-kapaċità, offerti għall-kapaċità u s-Suq ta’ MVM.

(58)  Il-figuri fit-tabella huma bbażati fuq l-ittri mill-awtoritajiet Ungeriżi rreġistrati fl-24 ta’ Settembru 2007 u fis-16 ta’ Jannar 2008. Hemm xi differenzi żgħar (ta’ anqas minn 5 %) bejn il-figuri pprovduti fiż-żewġ ittri ta’ informazzjoni fir-rigward tal-prezzijiet għall-2006. Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq l-aktar informazzjoni riċenti (l-ittra tas-16 ta’ Jannar 2008).

(59)  Informazzjoni bbażata fuq l-L-ittra mill-awtoritajiet Ungeriżi rreġistrata fl-24 ta’ Settembru 2007. Il-kumpanija E.ON DKCE biegħet ukoll elettriku lis-suq ħieles fl-2005 u fl-2006. Madankollu, skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Ungeriżi bl-ittra rreġistrata fit-22 ta’ April 2008, l-ammont mibjugħa kienu minuri, għalhekk l-awtoritajiet Ungeriżi ma kellhomx id-data korrispondenti dwar il-prezzijiet.

(****)  L-ammonti mibjugħa kienu inqas minn 1 000 MWh. Il-Kummissjoni tqis li l-prezz għal ammonti daqshekk limitati ma jikkostitwix bażi adegwata għal tqabbil mal-prezzijiet tal-PPAs.

(60)  Informazzjoni bbażata fuq l-ittri tal-awtoritajiet Ungeriżi rreġistrati fl-24 ta’ Settembru 2007 u s-16 ta’ Jannar 2008. Hemm differenzi żgħar (ta’ inqas minn 2 %) bejn il-figuri pprovduti fiż-żewġ ittri ta’ informazzjoni. Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq l-iżjed informazzjoni riċenti (l-ittra tas-16 ta’ Jannar 2008). L-importazzjonijiet minn MVM huma bbażati wkoll fuq ftehimiet fuq perjodu fit-tul; dawk il-ftehimiet mhumiex koperti mill-proċedura preżenti.

(*****)  L-isem tal-kumpanija msieħba tal-importazzjoni.

(******)  Il-prezz medju peżat tal-importazzjonijiet kollha tal-elettriku koperti f’din it-tabella kien 9.14 HUF/kWh fl-2004, 10.41 HUF/kWh fl-2005, u 11.49 HUF/kWh fl-2006.

(61)  Ara l-premessa 32 ta’ din id-deċiżjoni.

(62)  Il-prezzijiet medji jirrappreżentaw prezzijiet pezati indikattivi.

(*******)  L-ammonti mibjugħa huma bejn 25 000 u 2 000 000 MWh għal kull tip ta’ prodott (meta l-konsum ikun l-aktar baxx/bażi/meta l-konsum ikun l-aktar għoli).

(63)  Skont l-Awtoritajiet Ungeriżi, fin-nuqqas ta’ PPAs id-diversi ġeneraturi attwalment taħt il-PPAs jiksbu qligħ massimu b’dan il-mod: l-impjanti tal-enerġija ta’ Paks u Pécs ibiegħu 100 % tal-produzzjoni tagħhom f’forma ta’ prodotti ta’ konsum bażi, l-impjanti tal-enerġija ta’ Mátra, Dunament G2, Kelenfold, Ujpest u Kispest ibiegħu madwar 50 % tal-elettriku prodott minnħhom bħala prodotti bażi u 50 % bħala prodotti tal-ogħla konsum, waqt li l-impjanti tal-enerġija ta’ Csepel, Dunament blokk F u Tisza II ibiegħu prinċipalment elettriku tal-ogħla konsum (madwar 70 %).

(64)  Ara d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet N 34/99 (ĠU C 5, tat-8.1.2002, p. 2), NN 49/99 (ĠU C 268, tat-22.9.2001, p. 7), N 6/A/2001 (ĠU C 77, tat-28.3.2002, p. 25) u C 7/2005 (għadha mhux ippubblikata fil-ĠU).

(65)  Dawn attwalment huma t-tieni u t-tielet kriterji tas-sentenza Altmark.

(66)  Kawża T-55/99 tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ Settembru 2000, CETM vs Il-Kummissjoni, paragrafi 40 u 52.

(67)  Kawża 203/82 tal-Qorti tal-14 ta’ Lulju 1983, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Taljana, paragrafu 4.

Kawża 173/73 tal-Qorti tat-2 ta’ Lulju 1973, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni, paragrafu 18.

(68)  Kawża C-379/98 tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Marzu 2001.

(69)  Kawża C-482/99 tas-16 ta’ Marzu 2002 tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(70)  Ara pereżempju l-L-ittra tal-awtoritajiet Ungeriżi rreġistrata fil-25 ta’ Lulju 2005.

(71)  Paġna 5 tal-kummenti.

(72)  L-ittra rreġistrata tal-25 ta’ Lulju 2005.

(73)  “A szerződés mintegy átemelte a Kormányhatározatban szereplő képleteket, meghatározásokat.” L-ittra tal-awtoritajiet Ungeriżi rreġistrata fil-25 ta’ Lulju 2005.

(74)  L-ittra ddatata l-20 ta’ Lulju 2005 rreġistrata fil-25 ta’ Lulju 2005.

(75)  It-test tal-Linji Gwida Konġunti kien sottomess lill-Kummissjoni bl-Ingliż biss.

(76)  Mibgħuta lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet Ungeriżi fl-20 ta’ Ottubru 2004 u, fir-rigward ta’ Dunament, fil-25 ta’ Lulju 2005.

(77)  Anness 3 tas-sottomissjonijiet ta’ […].

(********)  Isem il-ġeneratur tal-enerġija.

(78)  Ara b’mod partikulari s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-13 ta’ Ġunju 2000 fil-Każijiet Magħquda T-204/97 u T-270/97 EPAC vs Il-Kummissjoni [2000] Ġabra II-02267.

(79)  ĠU L 27, 30.1.1997, p. 20.

(80)  Ippubblikat fil-15 ta’ Mejju 2006.

(81)  Punt 24 tal-Konklużjonijiet (Összefoglalás) tar-Rapport.

(82)  Ippubblikat f’Novembru 2006. It-titlu oriġinali huwa “A hosszú távú áramvásárlási szerződések megszűnésének hatása a villamos energia nagykereskedelmi árára”.

(83)  Kwotazzjoni mill-punt 2 tal-Istudju: “összeegyeztethetetlen a versenypiaci működés elveivel.”

(84)  L-10 ta’ Jannar 2007; http://ec.europa.eu/comm/competition/antitrust/others/sector_inquiries/energy/

(85)  L-informazzjoni hija disponibbli fil-websajt tal-Uffiċċju tal-Enerġija Ungeriż: www.eh.gov.hu

(86)  Studju minn Dr. Theon van Dijk, Marzu 2006.

(87)  Pereżempju ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2004 rigward l-għajnuna mill-Istat, CZ 14/2003 – Ir-Repubblika Ċeka “Česka spořitelna, a.s.”.

(88)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 32.

(89)  ĠU L 236, 23.9.2003.

(90)  Mappa tal-għajnuna reġjonali tal-Ungerija, approvata mill-Kummissjoni fit-13 ta’ Settembru 2006 u ppubblikata fil-ĠU C 256, 24.10.2006, p. 7.

(91)  ĠU C 74, tal-10.3.1998, p. 9.

(92)  ĠU C 54, tal-4.3.2006, p. 13.

(93)  Punt 4.15 tal-Linji Gwida l-qodma u l-punt 5 tal-Linji Gwida tal-Għajnuna Reġjonali l-ġodda.

(94)  Il-kwotazzjoni hija mill-punt 5 tal-Linji Gwida għall-Għajnuna Reġjonali ġodda.

(95)  Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ambjentali, ĠU C 37, 3.2.2001, p. 3.

(96)  ĠU C 82, 1.4.2008, p. 1.

(97)  Ara d-dispożizzjonijiet introdutorji tal-Metodoloġija.

(98)  Id-data tal-liberalizzazzjoni tas-suq tal-enerġija elettrika, li għall-Ungerija kien l-1 ta’ Mejju 2004.

(99)  Kawża C-70/72, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, [1973] Ġabra 00813, punt 13.

(100)  Kawżi Konġunti C-278/92, C-279/92 u C-280/92 Spanja vs Il-Kummissjoni, [1994] Ġabra I-4103, punt 75.

(101)  Kawża C-75/97, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, [1999] Ġabra I-030671 punti 64-65.

(102)  Kawża C-75/97, Il-Belġju vs Il-Kummisjoni, [1999] Ġabra I-030671 punt 68, il-Kawża C-142/87 Il-Belġju vs Il-Kummisjoni, Ġabra I-00959 [1990] punt 66, u l-Kawżi Magħquda C-278/92 sa C-280/92 Spanja vs Il-Kummisjoni, [1994] Ġabra I-04103, punt 75.

(103)  Iddefinit bħala xenarju fittizju fejn ebda PPA ma kienet fis-seħħ bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u d-data tat-terminazzjoni tal-PPAs. Ix-“xenarju attwali” huwa dak li attwalment seħħ minħabba l-eżistenza tal-PPAs.

(104)  Dan il-parametru huwa espress f’MW u komunament jissejjaħ “lowd tas-sistema”.

(105)  Perjodi ta’ domanda għolja komunament jissejħu perjodi ta’ “konsum għoli”, b’kuntrast mal-perjodi ta’ “konsum bażi”.

(106)  Ara, b’mod partikulari, il-Kawża C-480/98 Spanja vs Il-Kummissjoni [2000] Ġabra I-8717, punt 25, u l-Kawża C-415/03, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, [2005] Ġabra I-3875, punt 39.

(107)  F’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni perfetta, l-unitajiet kollha ta’ ġenerazzjoni meħtieġa biex tkun issodisfata d-domanda f’kull żmien huma dawk li għandhom l-inqas spejjeż marġinali fuq medda qasira ta’ żmien u huma kapaċi jfornu lin-netwerk bl-enerġija kollha meħtieġa biex tkun issodisfata d-domanda. L-unitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jistgħu jkunu kklassifikati skont l-ispejjeż marġinali tagħhom fuq medda qasira ta’ żmien. L-aċċess tagħhom għas-suq f’kull żmien jiddependi fuq il-klassifikazzjoni f’dan “l-ordni tal-mertu”, fuq il-konsum tas-sistema u fuq l-enerġija fornuta mill-unitajiet ta’ ġenerazzjoni li għandhom klassifikazzjoni aktar għolja fl-ordni tal-mertu.

(108)  Pereżempju l-proporzjon huwa 5 % fi Franza, 11 % fir-Renju Unit, 44 % fl-Italja u 84 % fi Spanja.

(109)  Kemm taħt PPA kif ukoll le.

(110)  Meta jitqies b’mod adattat it-telf fin-netwerks ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni.

(111)  Ix-xenarju attwali jikkorrispondi għas-suq kif sar mill-1 ta’ Mejju 2004 bl-eżistenza tal-PPAs.

(112)  Li kienu jibqgħu fis-seħħ skont ix-xenarju kontrofattwali.

(113)  Dan l-ammont jikkorrispondi għall-enerġija attwalment ikkonsmata mill-konsumaturi fuq is-segment irregolat u ammont addizzjonali meħtieġ minħabba t-telf fin-netwerks tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni.

(114)  Bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u t-terminazzjoni attwali tal-PPAs.

(115)  Dan id-dħul irid jinħadem fuq il-bażi tal-prezzijiet attwalment imħallsa mill-MVM. Għall-perjodu meta l- prezzijiet irregolati kienu superjuri għall-formuli tal-prezzijiet tal-PPAs (bejn id-9 ta’ Diċembru 2006 u l-31 ta’ Diċembru 2007), għal dak il-kalkolu għandhom jitqiesu l-prezzijiet irregolati.

(116)  L-Istati Membri kkonċernati kienu l-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, l-Olanda, Spanja u r-Renju Unit, li huma fost l-akbar swieq bl-ingrossa fl-Ewropa.

(117)  Ara l-Kawża C-94/87 Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja [1989] Ġabra-175, punt 9 u l-Kawża C-348/93 Il-Kummissjoni vs L-Italja [1995] Ġabra-673, punt 17.

(118)  L-ismijiet tal-kumpaniji elenkati huma dawk li applikaw fi żmien l-iffirmar tal-PPAs.

(119)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.

(120)  ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1.


27.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 225/104


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-2 ta’ Lulju 2008

dwar il-miżuri C 16/04 (ex NN 29/04, CP 71/2002 u CP 133/05) implimentati mill-greċja favur it-tarznari elleniċi

(notifikata bid-dokument numru C(2008) 3118)

(Il-verżjoni Griega biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/610/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet ikkwotati hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

B’ittra datata d-9 ta’ Settembru 2003, l-awtoritajiet Griegi ssottomettew lill-Kummissjoni applikazzjoni minn Hellenic Shipyards S.A. (minn hawn ‘il quddiem “HSY”) għal emendi fil-pjan ta’ investiment għar-ristrutturazzjoni tagħha, li għajnuna favur tagħha ġiet awtorizzata bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Lulju 1997 fil-Każ N 401/1997 (2) (minn hawn ‘il quddiem “id-Deċiżjoni N 401/1997”). Skont il-pjan emendat, datat Novembru 2002, HSY applikat għal, u eventwalment irċeviet, l-approvazzjoni tal-awtoritajiet Griegi biex tlesti l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment tat-30 ta’ Ġunju 2004. Barra minn hekk, skont il-pjan emendat, l-għajnuna approvata mill-Kummissjoni fl-1997 għadha ma tħallsitx lil HSY.

(2)

B’ittra datata l-31 ta’ Ottubru 2003, l-awtoritajiet Griegi spjegaw li l-pjan emendat ġie kkomunikat lill-Komunikazzjoni “għall-informazzjoni tagħha”, u ma kienx intenzjonat li jkun notifika.

(3)

B’ittra datata t-18 ta’ Novembru 2003, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Griegi biex jispjegaw jekk kienx beħsiebhom jagħtu jew iqassmu għajnuna lil HSY għall-finijiet tal-pjan ta’ investiment emendat. Fl-istess ittra, il-Kummissjoni fakkret lill-awtoritajiet Griegi li f’dak il-każ, u skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (3) (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolament (KE) Nru 659/1999”), din l-għajnuna għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u ma għandhiex tiġi implimentata qabel ma l-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni formali f’dak ir-rigward.

(4)

B’ittra datata s-16 ta’ Jannar 2004 l-awtoritajiet Griegi ddikjaraw li l-għajnuna li kien beħsiebhom jagħtu kienet “għajnuna eżistenti”, koperta bid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni tal-1997, u li l-awtoritajiet Griegi kellhom il-ġuriżdizzjoni li japprovaw emendi għall-pjan ta’ ristrutturazzjoni, fosthom il-prolungament tal-iskeda għall-implimentazzjoni tal-pjan.

(5)

B’ittra datata l-20 ta’ Frar 2004, il-Kummissjoni kkomunikat lill-awtoritajiet Griegi d-dubji tagħha dwar il-validità tad-dikjarazzjonijiet ta’ hawn fuq.

(6)

B’ittra datata is-27 ta’ Frar 2004, l-awtoritajiet Griegi ddikjaraw li ma kienet ingħatat l-ebda għajnuna lil HSY sa dakinhar.

(7)

Bid-deċiżjoni C(2004)1359 tal-20 ta’ April 2004 (4) (minn hawn ’il quddiem “id-deċiżjoni tal-ftuħ”), il-Kummissjoni bdiet il-proċedura stipulata fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat fir-rigward tal-emendi magħmula fil-pjan ta’ investiment li huwa parzjalment iffinanzjat mill-għajnuna għall-investiment awtorizzata bid-Deċiżjoni N 401/1997. Id-deċiżjoni tal-ftuħ tindika wkoll li l-Bank Elleniku tal-Iżvilupp Industrijali (minn hawn ’il quddiem “ETVA”) li huwa proprjetà tal-Istat ta bosta self u garanziji lil HSY u li l-awtoritajiet Griegi ma kinux ipprovdew rapporti annwali kif suppost kellhom jagħmlu.

(8)

Wara li talbet u rċeviet estensjonijiet tad-data tal-għeluq biex tissottometti kummenti, il-Greċja ppreżentat il-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ b’ittra tal-20 ta’ Ottubru 2004.

(9)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottometu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri.

(10)

Wara li talbet u rċeviet estensjonijiet tad-data tal-għeluq biex tissottometti kummenti, HSY għamlet kummenti dwar id-deċiżjoni ta’ ftuħ b’ittra tat-18 ta’ Ottubru 2004. Dawn il-kummenti huma l-istess bħal dawk sottomessi mill-Greċja fl-20 ta’ Ottubru 2004. Elefsis, kompetitur Grieg ta’ HSY, issottometta kummenti b’ittra tal-10 ta’ Settembru 2004. Dawn il-kummenti ntbagħtu lill-Greċja b’ittri tas-16 ta’ Diċembru 2004 u tat-23 ta’ Diċembru 2004; il-Greċja wieġbet b’ittri tal-20 ta’ Jannar 2005 u tas-26 ta’ Jannar 2005, rispettivament. B’ittra tad-29 ta’ Marzu 2005, il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti addizzjonali ta’ Elefsis lill-Greċja, li wieġbet b’ittra tat-23 ta’ Mejju 2005.

(11)

Mill-2002, il-Kummissjoni bdiet tirċievi ittri ta’ lment minn Elefsis li jsostnu li HSY ibbenefikat minn diversi miżuri illegali u inkumpatibbli u kienet użat ħażin l-għajnuna awtorizzata mill-Kummissjoni. Dawn l-ittri kienu datati t-23 ta’ Mejju 2002, it-28 ta’ Mejju 2002, l-14 ta’ Awwissu 2002, l-24 ta’ April 2003, it-3 ta’ Frar 2004, l-4 ta’ Marzu 2004, it-30 ta’ Ġunju 2004, it-8 ta’ April 2005, is-27 ta’ April 2005, l-24 ta’ Mejju 2005, l-10 ta’ Ġunju 2005, il-15 ta’ Lulju 2005, it-28 ta’ Lulju 2005, it-13 ta’ Settembru 2005, is-16 ta’ Settembru 2005, il-21 ta’ Ottubru 2005, it-12 ta’ Diċembru 2005, it-23 ta’ Diċembru 2005, is-6 ta’ Jannar 2006, l-10 ta’ Jannar 2006, it-12 ta’ Jannar 2006, it-18 ta’ Jannar 2006, it-23 ta’ Jannar 2006, it-3 ta’ Frar 2006, id-9 ta’ Frar 2006, it-23 ta’ Marzu 2006, it-28 ta’ Marzu 2006, is-6 ta’ April 2006, l-20 ta’ April 2006, l-24 ta’ Mejju 2006 u t-2 ta’ Ġunju 2006. Il-Kummissjoni bagħtet ittri lill-ilmentatur fis-27 ta’ Ġunju 2002, fit-22 ta’ Lulju 2004 u fit-12 ta’ Awwissu 2005.

(12)

Dawn l-ilmenti ġew irreġistrati taħt in-numri CP 71/2002 u CP 133/2005.

(13)

Il-Kummissjoni talbet lill-Greċja għall-informazzjoni b’ittri datati it-30 ta’ Jannar 2003, it-30 ta’ Lulju 2004, it-2 ta’ Mejju 2005, l-24 ta’ Mejju 2005, l-24 ta’ Marzu 2006, l-24 ta’ Mejju 2006 u d-29 ta’ Mejju 2006. Il-Greċja wieġbet b’ittri datati il-31 ta’ Marzu 2003, il-21 ta’ Ottubru 2004, is-17 ta’ Diċembru 2004, l-20 ta’ Ġunju 2005, il-25 ta’ April 2006, it-30 ta’ Mejju 2006 u l-1 ta’ Ġunju 2006.

(14)

Il-Kummissjoni ltaqgħet mal-awtoritajiet Griegi fit-22 ta’ Marzu 2006 (f’din l-okkażjoni l-awtoritajiet Griegi kienu akkumpanjati minn rappreżentanti ta’ HSY kif ukoll ta’ Piraeus Bank u pprovdew lill-Kummissjoni b’xi dokumenti addizzjonali), mal-ilmentatur fl-10 ta’ Jannar 2003, l-14 ta’ Jannar 2005, l-10 ta’ Marzu 2005, l-20 ta’ Mejju 2005, id-19 ta’ Ottubru 2005, it-8 ta’ Novembru 2005 u t-23 ta’ Marzu 2006, u ma’ Thyssen Krupp Marine Systems AG (minn hawn ’il quddiem “TKMS”) fil-21 ta’ Marzu 2006.

(15)

Bid-deċiżjoni C (2006)2983 tal-4 ta’ Lulju 2006 (6) (minn hawn ‘il quddiem “id-deċiżjoni ta’ estensjoni”), il-Kummissjoni estendiet il-proċedura stipulata fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat sabiex tinkludi diversi miżuri addizzjonali favur HSY. Din id-deċiżjoni ta’ estensjoni tikkonkludi wkoll li diversi miżuri mhux notifikati jew jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat jew ma jirrappreżentawx għajnuna fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

(16)

Din l-estensjoni tal-proċedura fil-Kawża C 16/2004 saret mingħajr preġudizzju għal kull proċedura eżistenti jew imminenti ta’ għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-HSY, b’mod partikolari l-proċedura C 40/2002.

(17)

Wara li talbet u rċeviet estensjoni tad-data tal-għeluq biex twieġeb, il-Greċja wieġbet għad-deċiżjoni ta’ estensjoni b’ittra tal-5 ta’ Ottubru 2006.

(18)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li testendi l-proċedura ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri.

(19)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-partijiet interessati li ġejjin. HSY bagħtet kummenti b’ittra tat-30 ta’ Ottubru 2006. Greek Naval Shipyard Holding (minn hawn ‘il quddiem “GNSH”) u TKMS għamlu sottomissjoni konġunta b’ittra tat-30 ta’ Ottubru 2006. Piraeus Bank issottometta kummenti b’ittra tas-27 ta’ Ottubru 2006 u – wara laqgħa mal-Kummissjoni fil-15 ta’ Novembru 2007 – b’ittra tas-27 ta’ Diċembru 2006. Wara li talab u rċieva estensjoni tad-data tal-għeluq biex iwieġeb, Elefsis issottometta kummenti b’ittra tas-17 ta’ Novembru 2006.

(20)

B’ittra tat-22 ta’ Frar 2007, il-Kummissjoni bagħtet dawn il-kummenti lill-Greċja, li kkummentat dwarhom b’ittra tas-7 ta’ Marzu 2007 u tad-19 ta’ Marzu 2007. B’ittra tas-27 ta’ April 2007, il-Kummissjoni bagħtet lill-Greċja annessi għall-kummenti ta’ partijiet terzi li kienet ħalliet barra fl-ittra tat-22 ta’ Frar. Fl-ittra datata s-27 ta’ April 2007, il-Kummissjoni għamlet ukoll diversi mistoqsijiet lill-Greċja, li wieġbet b’ittra tad-29 ta’ Ġunju 2007. B’ittra tat-23 ta’ Awwissu 2007, il-Kummissjoni għamlet mistoqsijiet lill-HSY, li wieġbet b’ittra tad-9 ta’ Ottubru 2007. B’ittra tat-13 ta’ Novembru 2007, il-Kummissjoni talbet iżjed informazzjoni mill-Greċja u bagħtet ir-risposti tal-HSY tad-9 ta’ Ottubru 2007. Il-Greċja wieġbet b’ittri tal-4 ta’ Diċembru 2007 u l-14 ta’ Diċembru 2007. Il-Kummissjoni ltaqgħet mal-awtoritajiet Griegi fis-16 ta’ Ottubru 2007 u fil-21 ta’ Jannar 2008. Il-Kummissjoni bagħtet mistoqsijiet addizzjonali lill-Greċja fit-12 ta’ Frar 2008; il-Greċja wieġbet b’ittra tat-3 ta’ Marzu 2008.

(21)

Fit-8 ta’ Mejju 2007 saret laqgħa bejn il-Kummissjoni, TKMS/GNSH u l-avukat ta’ HSY. TKMS/GNSH ippreżentaw kummenti addizzjonali b’ittra tal-21 ta’ Ġunju 2007. Fil-11 ta’ Settembru 2007 il-Kummissjoni bagħtet din l-ittra lill-Greċja, li ssottomettiet kummenti b’ittra tal-11 ta’ Ottubru 2007. Wara laqgħa oħra li saret fid-9 ta’ Jannar 2008 bejn il-Kummissjoni u l-istess persuni, TKMS/GNSH għamlu sottomissjoni addizzjonali b’ittra tat-18 ta’ Jannar 2008, li ntbagħtet lill-awtoritajiet Griegi b’ittra tat-12 ta’ Frar 2008.

(22)

Il-Kummissjoni ltaqgħet ma’ Elefsis fil-15 ta’ Marzu 2007 u fis-7 ta’ Awwissu 2007. Wara l-laqgħa tal-aħħar, Elefsis għamlet kummenti addizzjonali b’ittra tat-8 ta’ Novembru 2007, li kienu sottomessi lill-Greċja b’ittra tas-17 ta’ Jannar 2008. Il-Greċja kkummentat b’ittra tal-15 ta’ Frar 2008.

(23)

Piraeus Bank issottometta kummenti addizzjonali b’ittra tat-22 ta’ Ottubru 2007, li ntbagħtu lill-Greċja b’ittra tat-13 ta’ Novembru 2007. Fit-12 ta’ Frar 2008, Piraeus Bank talab li għal darba oħra jiltaqa’ mal-Kummissjoni. Il-laqgħa saret fil-5 ta’ Marzu 2008.

(24)

L-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 jindika li l-Istat Membru u l-partijiet interessati l-oħra għandhom perjodu ta’ xahar biex jissottomettu kummenti u li, “f’każijiet ġustifikati, il-Kummissjoni tista’ testendi l-perjodu preskritt”. F’dan il-każ, il-partijiet komplew jagħmlu sottomissjonijiet (u jitolbu laqgħat mal-Kummissjoni) wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu. Għall-ewwel, il-Kummissjoni bagħtet dawn is-sottomissjonijiet lill-Greċja għall-kummenti, li bihom bagħtet sinjal lill-Greċja li l-Kummissjoni kienet aċċettat dawn is-sottomissjonijiet li saru wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ xahar. Il-Kummissjoni għall-ewwel aċċettat it-talbiet għal laqgħa mill-partijiet interessati u, matul dawn il-laqgħat, aċċettat it-talbiet tal-partijiet interessati sabiex jitħallew jagħmlu sottomissjoni biex jipprovdu aktar informazzjoni dwar il-kwistjonijiet diskussi waqt il-laqgħa. Madankollu, il-Kummissjoni qatt ma indikat lill-partijiet interessati li xi sottomissjonijiet oħra tagħhom li jsiru wara li jgħaddi l-perjodu ta’ xahar kienu ser jiġu aċċettati. B’mod partikolari, il-Kummissjoni qatt ma indikat lill-partijiet interessati li huma setgħu jissottomettu kummenti b’mod indefinit jew li l-Kummissjoni kienet se tinfurmahom meta ma kinitx se taċċetta aktar sottomissjonijiet.

(25)

Il-Kummissjoni tqis li l-estensjoni tal-perjodu preskritt lil hinn minn xahar ma kienx iġġustifikat f’dan il-każ billi d-deċiżjoni ta’ estensjoni tkopri numru kbir ta’ miżuri. Barra minn hekk, il-valutazzjoni ta’ ħafna minn dawn il-miżuri teħtieġ analiżi legali kumplessa u l-kjarifika ta’ fatti li jmorru lura anki sa għaxar snin.

(26)

Madankollu, xi partijiet interessati komplew jagħmlu sottomissjonijiet lill-Kummissjoni iżjed minn sena wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ estensjoni. Kieku l-Kummissjoni ma kinitx iddeċidiet li tinjora l-kummenti ppreżentati wara ċerta data, din is-sottomissjoni kontinwa ta’ kummenti kienet timpedixxi lill-Kummissjoni milli tasal għal deċiżjoni finali fi żmien raġonevoli (8). Barra minn hekk, f’xi sottomissjonijiet, xi partijiet ikkummentaw mill-ġdid dwar kwistjonijiet li kienu diġà kkummentaw dwarhom fis-sottomissjonijiet tagħhom preċedenti, mingħajr ressqu elementi fattwali ġodda. Dan ma jistax ikun il-għan sabiex jittawwal il-perjodu għas-sottomissjoni ta’ kummenti.

(27)

Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li kwalunkwe sottomissjoni riċevuta mill-5 ta’ Marzu ‘l quddiem (jiġifieri d-data meta l-Kummissjoni rċeviet l-ittra ta’ erba’ paġni datata 3 ta’ Marzu 2008 li biha l-Greċja wieġbet għall-ittra tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Frar 2008) kienet se titqies bħala li ġiet ippreżentata wara l-iskadenza tal-perjodu għas-sottomissjoni tal-kummenti. Dan jirrigwarda s-sottomissjoni ta’ Elefsis datata 7 ta’ Marżu 2008, 24 ta’ April 2008, u 2 ta’ Ġunju 2008 (9), u s-sottomissjoni ta’ GHNS/TKMS tat-2 ta’ April 2008. Dan ifisser li dawn is-sottomissjonijiet ma ntbagħtux lill-Greċja għall-kummenti u ma kinux ikkunsidrati f’din id-deċiżjoni.

2.   DEĊIŻJONIJIET PREĊEDENTI TAL-KUMMISSJONI U TAL-KUNSILL

(28)

Il-faċilitajiet ta’ HSY huma fost l-akbar fil-Lvant tal-Mediterran. It-tarzna tinsab f’Skaramanga, fil-Punent ta’ Ateni, Attica. HSY ġiet stabbilita fl-1939 mill-Flotta Ellenika u fl-1957 inxtrat mill-grupp Niarchos. Il-kriżi estiża fis-settur tat-tbaħħir, li segwiet l-ewwel kriżi taż-żejt, kellha effett negattiv fuq il-livell ta’ attività ta’ HSY. F’April 1985, is-sitwazzjoni kienet tant kritika li l-kumpanija waqqfet l-operazzjonijiet tagħha u daħlet fi proċess ta’ likwidazzjoni. F’Settembru 1985, il-bank proprjetà tal-Istat ETVA xtara l-kumpanija. L-attivitajiet reġgħu bdew wara l-bejgħ. Madankollu, l-attivitajiet tal-kumpanija ma kinux suffiċjenti fid-dawl tal-faċilitajiet kbar u n-numru kbir ta’ impjegati (10).

(29)

Fl-1990, il-Greċja kisbet mill-Kunsill dispożizzjoni speċjali fid-Direttiva 90/684/KEE tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1990 dwar għajnuna għall-bini tal-bastimenti (minn hawn ‘il quddiem id-“Direttiva 90/684/KEE”) (11) li tippermetti għajnuna operattiva għar-ristrutturazzjoni fil-qafas tal-privatizzazzjoni ta’ diversi tarzni.

(30)

Fl-1992, minħabba l-obbligi finanzjarji u t-telf akkumulat tagħha, HSY tpoġġiet f’likwidazzjoni. F’Novembru 1993, wara żewġ sforzi mingħajr suċċess sabiex tinbiegħ HSY, il-proċess ta’ likwidazzjoni ġie revokat. Fuq il-bażi tal-wegħdi mogħtija mill-Gvern Grieg li t-tarzni pubbliċi tiegħu kellhom jiġu privatizzati sal-31 ta’ Marzu 1993, fit-23 ta’ Diċembru 1992 (12) il-Kummissjoni awtorizzat il-ħfir tad-djun favur HSY. Billi l-Gvern Grieg naqas li jirrispetta l-iskadenza ta’ Marzu 1993, fl-10 ta’ Marzu 1994 (C 10/1994) il-Kummissjoni bdiet proċedura għall-użu ħażin tal-għajnuna awtorizzata (13). Fis-26 ta’ Lulju 1995, il-Kummissjoni ddeċidiet (14) li twaqqaf il-proċedura b’deċiżjoni negattiva dwar l-għajnuna favur HSY. Madankollu, fuq talba tal-Gvern Grieg, li sostna li l-bejgħ tat-tarzna kien imminenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tissospendi n-notifika ta’ dik id-deċiżjoni. Finalment, l-awtoritajiet Griegi infurmaw lill-Kummissjoni li 49 % tal-ishma ta’ HSY kienu nbiegħu lill-impjegati tagħha, bil-Greċja tuża l-opportunità sabiex iżżomm sehem maġġoritarju f’waħda mit-tarzni tagħha, iġġustifikat minn raġunijiet ta’ difiża kif ipprovdut fl-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 90/684/KEE. Fil-31 ta’ Ottubru 1995, il-Kummissjoni rrevokat id-deċiżjoni negattiva finali għal HSY (15). Sadanittant, l-ammont ta’ dejn kien qiegħed jikber u ma kinitx saret ir-ristrutturazzjoni. Għaldaqstant, fit-8 ta’ Jannar 1997, il-Kummissjoni estendiet il-proċedura mibdija fil-kawża C 10/1994 (16). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1013/97 tat-2 ta’ Ġunju 1997 dwar għajnuna lil ċerti tarzni taħt ristrutturazzjoni (17) (minn hawn ‘il quddiem ir-“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1013/97”), fosthom HSY, imbagħad ġie adottat.

(31)

Fil-15 ta’ Lulju 1997, il-Kummissjoni approvat għajnuna għal HSY f’żewġ deċiżjonijiet separati:

Fl-ewwel deċiżjoni (18) (minn hawn ‘il quddiem id-“Deċiżjoni C 10/1994”), il-Kummissjoni temmet il-proċedura C 10/1994 mibdija fl-1994 billi approvat ħfir tad-dejn li kien jammonta għal GRD 54.5 biljun (EUR 160 miljun) skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1013/97.

Fid-Deċiżjoni N 401/1997, il-Kummissjoni, b’referenza għal notifika tal-awtoritajiet Griegi tal-20 ta’ Ġunju 1997, approvat għotja ta’ GRD 7.8 biljun (EUR 22.9 miljun) għal programm ta’ investiment ta’ GRD 15.6 biljuni (EUR 45.9 miljun) mmirat sabiex it-tarzna tiġi rristrutturata.

(32)

Fl-2001, il-gvern iddeċieda li jipprivatizza kompletament il-HSY. L-Istat Grieg beda kompetizzjoni miftuħa ta’ sejħa għall-offerti, li għaliha ġie stabbilit dokument tal-offerti. Fil-31 ta’ Mejju 2002, l-impjegati ta’ ETVA u HSY biegħu l-ishma tagħhom fl-HSY lil konsorzju ffurmat minn HDW u Ferrostaal (19) (minn hawn ‘il quddiem “HDW/Ferrostaal”). Dan il-konsorzju waqqaf il-GNSH biex iżomm is-sehem fil-HSY. HDW u Ferrostaal kellhom interessi ugwali fil-GNSH. ThyssenKrupp ħa l-HDW f’Jannar 2005 (20) u akkwista l-ishma ta’ Ferrostaal fil-GNSH f’Novembru 2005 (21). Mill-aħħar tal-2005 ‘il quddiem, ThyssenKrupp għalhekk kellu 100 % sjieda u kontroll ta’ HSY. GNSH u ΕΝΑΕ huma mdaħħla fit-TKMS, it-taqsima ta’ ThyssenKrupp speċjalizzata f’sistemi għall-bastimenti navali u bastimenti kummerċjali speċjalizzati.

(33)

F’Awwissu 2001, waqt il-proċess tal-offerti għall-bejgħ ta’ HSY, l-Istat Grieg adotta l-Liġi 2941/2001, li tinkludi diversi miżuri mmirati sabiex jiffaċilitaw il-bejgħ ta’ HSY. L-ewwel nett, il-Liġi tagħti inċentivi lill-ħaddiema sabiex dawn jitilqu mill-kumpanija b’mod volontarju. It-tieni, l-Istat Grieg se jassumi xi ftit mill-ispejjeż ta’ darba tal-pensjoni ta’ HSY. It-tielet, il-Liġi tagħmilha possibbli għal HSY li tibbenefika minn numru ta’ riżervi eżentati mit-taxxa jekk dawn jiġu bbilanċjati mat-telf mis-snin ta’ qabel. Ir-raba’, il-Liġi tinkludi provvediment għall-kumpens ta’ ħaddiema li kienu azzjonisti fil-HSY qabel il-privatizzazzjoni. B’mod aktar preċiż, l-Istat Grieg se jirrimborża lill-ħaddiema għall-ammonti li kienu investew fil-HSY fil-qafas taż-żidiet kapitali li twettqu fis-snin preċedenti. Fil-5 ta’ Ġunju 2002, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni doppja (minn hawn ‘il quddiem id-“Deċiżjoni N 513/2001”) (22) dwar diversi miżuri inklużi fil-Liġi 2941/2001 u li l-Greċja kienet innotifikat fl-2001 (notifika rreġistrata taħt in-numru N 513/2001). Il-Kummissjoni ddeċidiet li tapprova għajnuna għall-għeluq ta’ EUR 29,5 miljun favur HSY u li tiftaħ (taħt il-Kawża C 40/2002) il-proċedura ta’ investigazzjoni formali stipulata fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE rigward: (1) il-ħlas mill-Istat ta’ parti mill-ispejjeż ta’ darba tal-irtirar tal-impjegati tal-HSY; (2) it-trasferiment ta’ numru ta’ riżervi tal-karta tal-bilanċ mingħajr ma titħallas it-taxxa statutorja ta’ 10 %. Id-deċiżjoni finali meħuda fl-20 ta’ Ottubru 2004 (23) (minn hawn ‘il quddiem id-“deċiżjoni C 40/2002”) ikkonkludiet li dawn iż-żewġ miżuri kienu jikkostitwixxu għajnuna inkumpatibbli mill-Istat li trid tiġi rkuprata.

3.   VALUTAZZJONI TA’ KWISTJONIJIET ORIZZONTALI

(34)

Din id-deċiżjoni tirrigwarda sittax-il miżura. Qabel ma tivvalutahom waħda waħda, il-Kummissjoni trid tikkjarifika xi kwistjonijiet prinċipali li huma rilevanti għall-valutazzjoni ta’ bosta minn dawn il-miżuri.

3.1.   Kwistjoni orizzontali 1: L-affidabbiltà tal-kreditu u l-aċċess għas-suq finanzjarju bejn l-1997 u l-2002

(35)

Għall-valutazzjoni ta’ ħafna mill-miżuri soġġetti għad-deċiżjoni preżenti, huwa neċessarju li tiġi stabbilita x’kienet is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-HSY matul is-snin 1997-2002 u jekk wieħed setax raġonevolment jistenna li l-kumpanija terġa’ lura għal vijabilità fuq perjodu fit-tul. Barra minn hekk, irid jiġi stabbilit jekk f’dawn iċ-ċirkustanzi, investitur f’ekonomija tas-suq kienx jaċċetta li jagħti lil HSY self u garanziji simili għal dawk li ngħataw mill-Istat u l-bank proprjetà tal-Istat ETVA. Dawn tal-aħħar kienu l-uniċi istituzzjonijiet li pprovdew fondi lil HSY matul dak il-perjodu.

(36)

Il-Kummissjoni se tibda billi tanalizza s-sitwazzjoni fl-1997 u tkompli biex tanalizza l-iżviluppi sal-2002.

3.1.1.   Is-sitwazzjoni fl-1997

(37)

Biex tinbeda din l-analiżi, huwa neċessarju li jiġi vverifikat jekk il-Kummissjoni esprimietx ruħha diġà dwar din il-kwistjoni f’deċiżjonijiet preċedenti. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tfakkar li fid-Deċiżjoni N 401/1997 u d-Deċiżjoni C 10/1994, it-tnejn adottati mill-Kummissjoni fil-15 ta’ Lulju 1997, il-Kummissjoni ma ddubitatx il-validità tal-pjan tan-negozju li ssottomettiet il-Greċja. Għalhekk, il-Kummissjoni b’mod impliċitu rrikonoxxiet li l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan setgħet tirrestawra l-vijabilità ta’ HSY. It-tieni, il-parti deskrittiva tad-Deċiżjoni N 401/1997 tindika li t-tarzna se tiffinanzja parti mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni permezz ta’ self bankarju li jammonta għal GRD 4,67 biljuni, missellfa bil-kundizzjonijiet tas-suq mingħajr garanziji mill-Istat. Billi ma qajmitx dubji dwar il-vijabilità ta’ dan il-finanzjament, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-kumpanija għandha tkun f’pożizzjoni li jkollha aċċess għas-suq tas-self, tal-anqas għall-ammont inkwistjoni. Fil-fatt, kieku l-Kummissjoni kienet tal-opinjoni li t-tarzna ma setgħetx tikseb self li jammonta għal tal-anqas GRD 4,67 biljuni, hija kien imissha indikat li l-pjan tar-ristrutturazzjoni ma kienx vijabbli u kien imissha pprojbiet l-ammonti kbar ta’ għajnuna għar-ristrutturazzjoni (fosthom l-għajnuna għall-investiment). Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni ma tistax tikkontradixxi dawn iż-żewġ valutazzjonijiet preċedenti f’din id-deċiżjoni.

(38)

Mingħajr ma tikkontradixxi l-valutazzjonijiet imsemmija, il-Kummissjoni xorta tfakkar kemm kienet dgħajfa s-sitwazzjoni tat-tarzna fl-1996-1997.

(39)

L-ewwel nett, fir-rigward tal-infrastruttura fiżika, id-Deċiżjoni N 401/1997 tindika li t-tagħmir użat fit-tarzna kien antik u antikwat u li l-pjan ta’ investiment kien l-ewwel pjan ta’ investiment mill-bini tat-tarzna ‘l quddiem (24). Id-Deċiżjoni C 10/1994 tindika wkoll li din il-modernizzazzjoni tal-infrastruttura kienet meħtieġa sabiex tirrestawra l-kompetittività u l-vijabilità. Għaldaqstant jista’ jiġi konkluż li r-ritorn għall-vijabità kien jiddependi fuq l-implimentazzjoni rapida tal-pjan ta’ investiment.

(40)

It-tieni, rigward l-attivitajiet kummerċjali ta’ HSY u d-daqs tal-ktieb tal-ordnijiet tagħha, l-awtoritajiet Griegi nfushom irrikonoxxew li “fiż-żmien tal-preżentazzjoni tal-pjan ta’ investiment, il-kumpanija ma kinitx iffirmat kuntratti għall-bini ta’ bastimenti, billi l-attività tat-tarzna kienet ikkaratterizzata minn inċertezza kbira dwar il-futur tagħha, nuqqas ta’ strateġija kummerċjali ċara u nuqqas ta’ investiment. L-unika attività serja kienet it-terminazzjoni tal-frejgati tat-tip MEKO għall-Flotta Griega.” (25) Billi l-ktieb tal-ordnijiet għall-bini tal-bastimenti kien vojt u billi t-tarzna kienet teħtieġ livell suffiċjenti ta’ attività ta’ bini tal-bastimenti biex tkun vijabbli fis-snin ta’ wara, il-Kummissjoni qieset li r-ritorn għall-vijabilità kien jiddependi fuq l-iffirmar malajr (jiġifieri l-konklużjoni) ta’ kuntratti profittabbli għall-bini ta’ bastimenti ċivili jew militari.

(41)

It-tielet, dwar is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ HSY, Tabella 1 tipprovdi l-figuri prinċipali tal-kontabilità. Rigward is-solvibbiltà tal-kumpanija fl-1997, wieħed josserva li l-kumpanija kellha ammont kbir ta’ ekwità (26). Madankollu, din is-sitwazzjoni pożittiva kienet għal kollox il-konsegwenza tal-ħafra massiva tad-djun li ġiet implimentata mill-Istat fl-1996. L-Istat ħafer GRD 54,52 biljun (EUR 160 miljun) ta’ djun marbuta ma’ attivitajiet ċivili – din ir-rinunzja ġiet approvata bid-Deċiżjoni C K 10/1994 – u GRD 46,35 biljun (EUR 136 miljun) ta’ djun marbuta ma’ attivitajiet militari. Din il-karta tal-bilanċ apparentement b’saħħitha osservata fil-31 ta’ Diċembru 1996 kienet kemxejn “artifiċjali” u b’mod partikolari ma kinitx assolutament prova li t-tarzna kienet irrestawrat il-kompetittività tagħha u li l-kawżi tad-diffikultajiet serji li kienet ħabbtet wiċċha magħhom matul l-aħħar għoxrin sena kienu ġew indirizzati. Mingħajr l-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, it-tarzna kienet wisq probabbli tirreġistra telf li kien malajr jiekol ir-riżorsi tagħha stess (jiġifieri l-ekwità netta). Wieħed irid iżomm f’moħħu li HSY kienet tpoġġiet f’likwidazzjoni darbtejn fit-tnax-il sena preċedenti. Fl-aħħar nett, din l-ekwità pożittiva ma kinitx tkun biżżejjed biex tikkonvinċi bank isellef lil HSY b’rata tal-imgħax normali, jiġifieri bir-rata tal-imgħax iċċarġjata meta jsellef lil kumpaniji b’saħħithom.

Tabella 1

Figuri għall-fatturat, profitt u ekwità netta ta’ HSY mill-1997 sal-2005

(f’miljun EUR)

 

1997

1998

1999

2000

2001

2002

2003 (27)

2004

2005

Kapital tal-ishma

86

91

92

95

65

106

106

121

121

Ekwità Netta

82

88

54

17

–4

–78

–83

– 111

– 182

Fatturat

74

83

30

59

55

89

112

130

198

Profitt

7

1

–36

–42

–21

– 115

–1

–45

–71

(42)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li fl-1997 it-tarzna kienet għadha f’diffikultà u kienet għadha mhix kompetittiva, iżda li seta’ jkun mistenni ritorn għall-vijabilità jekk il-pjan ta’ investiment jiġi implimentat b’mod sħiħ u fil-ħin u jekk it-tarzna jirnexxilha tikkonkludi kuntratti profittabbli għall-bini ta’ bastimenti. Billi r-ritorn għall-vijabilità kien jiddependi fuq dawn iż-żewġ żviluppi inċerti, is-self lil HSY fl-1997 u fis-snin ta’ wara kien jippreżenta “riskju partikolari”. Bank privat kien jaċċetta li jagħti self jew garanziji lil HSY, iżda bi prezz li jirrifletti r-riskju sinifikanti. F’sitwazzjoni li kienet tippreżenta “riskju partikolari” l-avviż tal-Kummissjoni dwar il-metodu għall-iffissar tar-rati ta’ referenza u ta’ skont (28) jindika li punt ta’ referenza adegwat biex jiġu stabbiliti l-eżistenza u l-ammont ta’ għajnuna mill-istat huwa r-rata ta’ referenza għall-Greċja (jiġifieri ATHIBOR flimkien ma’ 300 punt bażi sal-31 ta’ Diċembru 2000 u rata ta’ tpartit tal-EUR għal ħames snin flimkien ma’ 75 punt bażi mill-1 ta’ Jannar 2001) miżjuda bi primjum għar-riskju ta’ mill-anqas 400 punt bażi (jiġifieri ATHIBOR u mill-anqas 700 bps sal-31 ta’ Diċembru 2000 u rata ta’ tpartit tal-EUR għal ħames snin u mill-anqas 475 bps mill-1 ta’ Jannar 2001). Rigward il-garanziji fuq is-self, il-Kummissjoni se tevalwa l-eżistenza ta’ għajnuna fuq il-bażi tal-istess metodu, jiġifieri billi tqabbel il-prezz totali tas-self assigurat (jiġifieri r-rata tal-imgħax imħallsa minn HSY lill-bank flimkien mal-primjum ta’ garanzija mħallas minn HSY lill-garanziji) mal-prezz li HSY kien ikollha tħallas kieku kkonkludiet dan is-self fis-suq (jiġifieri r-rata ta’ referenza għall-Greċja u mill-anqas 400 punt bażi).

3.1.2.   Żviluppi mill-1997 ‘l hawn

(43)

Kif se jiġi spjegat hawn isfel, il-Kummissjoni ma tistax teskludi li sat-30 ta’ Ġunju 1999 HSY kienet għadha tista’ tissellef mis-suq bir-rata tal-imgħax kif definita fis-sezzjoni preċedenti (29).

(44)

HSY irreġistrat profitti netti żgħar fl-1997 u fl-1998 (30). Madankollu, matul dawn is-sentejn, hija ma rnexxielha tikkonkludi ebda kuntratt għall-bini ta’ bastimenti (31), militari jew ċivili; dan kien ikun meħtieġ biex tassigura livell suffiċjenti ta’ attività fis-snin ta’ wara u biex tevita li tagħmel telf. L-ewwel kuntratt għall-bini ta’ bastimenti li t-tarzna rnexxielha tikkonkludi kien jirrigwarda l-bini ta’ żewġ laneċ għal Strintzis. Dan ġie ffirmat biss fl-bidu tal-1999 (32). Barra minn hekk, mill-bidu nett kien magħruf li l-prezz tal-bejgħ kien baxx wisq biex ikopri l-ispejjeż u li dan il-kuntratt għalhekk kien se jikkawża telf (33). F’Lulju 1999, il-flotta Griega tat il-bini ta’ tliet sottomarini lil HSY u HDW. It-tliet sottomarini kienu ppjanati li jinbnew fuq kważi għaxar snin u l-kuntratt totali kien jammonta għal GRD 350 biljun (EUR 1 biljun), li madwar tliet kwarti minnhom kellhom imorru għal HDW, li kienet se tipprovdi l-makkinarju, komponenti tal-pressjoni u sistemi sensittivi tal-elettronika. Barra minn hekk, l-ewwel sottomarin kellu jinbena fit-tarzna ta’ HDW f’Kiel (34). Għaldaqstant dan il-proġett ma kienx se jiġġenera ħafna attività u dħul għal HSY matul is-snin tal-bidu (35).

(45)

Minħabba l-falliment sabiex jinbena ktieb tal-ordnijiet kbir u profittabbli fl-1997, fl-1998 u fl-ewwel xhur tal-1999, il-maniġment u kwalunkwe investitur li jkun analizza s-sitwazzjoni tat-tarzna għandu jkun irrealizza sal-ewwel xhur tal-1999 li t-tarzna ma kienx se jkollha livell ta’ attività suffiċjenti fl-1999 u fl-2000 biex tkopri l-ispejjeż tagħha u li f’dawn is-snin it-tarzna kienet se tirreġistra telf kbir li jnaqqas l-ekwità netta tagħha għal ammont żgħir (36). F’dawn iċ-ċirkustanzi wieħed ma setax jistenna aktar ritorn għall-vijabilità (37). Bħala element sussidjarju, il-Kummissjoni tinnota li l-ewwel rapport imfassal mill-awtoritajiet Griegi rigward l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment wera li sat-30 ta’ Ġunju 1999 kienet tlestiet biss parti żgħira mill-pjan. Għalhekk, minbarra l-ostakoli kummerċjali, il-modernizzazzjoni tal-faċilitajiet kienet bil-mod (38). Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li d-diffikultajiet finanzjarji inkombenti kkawżaw tilwima bejn it-tim amministrattiv indipendenti tat-tarzna (jiġifieri Brown & Root, li nħatar f’Settembru 1996) u l-impjegati/azzjonisti. B’mod partikolari, il-maniġment insista fuq il-ħtieġa li jwettaq tnaqqis addizzjonali ta’ ħaddiema minħabba l-livell baxx ta’ attività. Il-mexxejja tal-unjin opponew tali riforma u rnexxielhom ineħħu t-tim amministrattiv (39). Avveniment bħal dan, li ħoloq diskontinwità fil-maniġment u wera d-diffikultà biex jiġu implimentati riformi suffiċjenti fit-tarzna, kien fattur addizzjonali li seta’ impedixxa investitur f’ekonomija tas-suq milli jsellef flus lil HSY.

(46)

Minn dan kollu, il-Kummissjoni tikkonkludi li mit-30 ta’ Ġunju 1999 ma kienx aktar raġonevoli li wieħed jistenna ritorn għall-vijabilità. Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li minn dik id-data, l-ebda bank ma kien jaċċetta li jsellef lit-tarzna, anki b’rati ta’ mgħax għoljin, u l-ebda bank ma kien jaċċetta li jagħti garanzija, anki kontra ħlas għoli għall-garanzija. Billi HSY ma kinitx se tirċievi self jew garanzija mis-suq, kwalunkwe self jew garanzija mogħtija wara t-30 ta’ Ġunju 1999 jikkostitwixxi awtomatikament għajnuna. Jekk tinstab inkumpatibbli u għadha ma tħallsitx, kwalunkwe garanzija trid tiġi mwaqqfa b’mod immedjat, u kull self irid jitħallas lura mill-ewwel. Il-ħlas lura – li jsegwi l-iskeda normali taż-żmien stipulata fil-kuntratt tas-self u li joħroġ mid-deċiżjoni preżenti – ta’ kwalunkwe self mogħti wara t-30 ta’ Ġunju 1999 xorta mhuwiex suffiċjenti biex jirrestawra s-sitwazzjoni inizjali billi sad-data tar-rimborż, HSY kellha għad-dispożizzjoni tagħha finanzjament li normalment ma kinitx tikseb mis-suq. Sabiex tinġieb lura s-sitwazzjoni inizjali, dan il-vantaġġ, li d-daqs tiegħu jista’ jiġi approssimat biss billi tintuża r-rata tal-imgħax ta’ self riskjuż ħafna, għalhekk għandu jiġi wkoll irkuprat. Għaldaqstant, għall-perjodu mill-għoti tas-self lil HSY sal-ħlas lura minn HSY, il-Kummissjoni trid tordna l-irkupru tad-differenza bejn ir-rata tal-imgħax li fil-fatt ħallset HSY u rata tal-imgħax teoretikament adegwata għal self li jippreżenta riskju għoli ħafna. Sabiex tistabbilixxi din ir-rata ta’ mgħax, il-Kummissjoni tinnota li l-avviż tal-Kummissjoni dwar il-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont jindika li l-primjum għar-riskju jista’ jkun ogħla minn 400 punt bażi fuq ir-rata ta’ referenza “jekk l-ebda bank privat ma kien qabel li jagħti s-self rilevanti”, li hija s-sitwazzjoni f’dan il-każ. F’diversi deċiżjonijiet, il-Kummissjoni qieset li primjum ta’ 600 punt bażi fuq ir-rata ta’ referenza kien minimu adegwat biex jirrifletti sitwazzjoni li kien fiha riskju għoli (40). Il-Kummissjoni tqis li dan jikkostitwixxi l-minimu għal self fis-sitwazzjoni preżenti. Rigward il-garanziji mill-Istat mogħtija wara t-30 ta’ Ġunju 1999, il-Kummissjoni se tuża l-istess approċċ: għall-perjodu tal-għoti tas-self assigurat sat-tmiem tal-garanzija – kemm jekk issegwi l-iskeda normali taż-żmien stipulata fil-kuntratt tal-garanzija kif ukoll jekk toħroġ minn din id-deċiżjoni – il-Kummissjoni se tordna l-irkupru tad-differenza bejn il-prezz tas-self assigurat (rata tal-imgħax imħallsa lill-bank flimkien mal-primjum imħallas għall-garanzija) u r-rata ta’ referenza għall-Greċja miżjuda b’600 punt bażi.

(47)

Sabiex issostni l-argument tagħha li s-self u l-garanziji mogħtija mill-Istat u ETVA setgħu ngħataw bl-istess kundizzjonijiet minn bank privat, HSY ippreżentat l-ewwel rapport Deloitte (41). F’Sezzjoni 5 ta’ dan ir-rapport, Deloitte tanalizza l-affidabbiltà tal-kreditu ta’ HSY fl-1999 u fis-snin ta’ wara. Hija tikkonkludi li “il-Kumpanija setgħet issellfet b’mod alternattiv jew irċeviet ittri ta’ garanzija minn istituzzjoni finanzjarja oħra mhix affiljata (jiġifieri b’ebda relazzjoni oħra, għajr il-kollaborazzjoni kummerċjali regolari) tul il-perjodu taħt eżami.” (42) Il-Kummissjoni tosserva li r-rapport ma jispjegax kif din il-konklużjoni tista’ tiġi rrikonċiljata mal-fatt li t-tentattivi ta’ HSY biex tiġbor fondi minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra fallew (43). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-analiżi fiha sensiela ta’ żbalji (44), li jippreġudikaw b’mod sinifikanti l-konklużjoni.

3.1.3.   Analiżi fil-grupp

(48)

Is-self u l-garanziji kollha suġġetti għall-proċedura preżenti ngħataw mill-ETVA jew mill-Istat. L-awtoritajiet Griegi jsostnu li billi ETVA u l-Istat Grieg (permezz tal-ETVA) kienu azzjonisti ta’ HSY, is-self u l-garanziji setgħu jitqiesu bħala transazzjonijiet fil-grupp. F’dan il-kuntest, il-Greċja tagħmel żewġ affermazzjonijiet:

L-ewwel, li huwa normali għal kumpanija prinċipali li ssellef b’kundizzjonijiet favorevoli lis-sussidjarja tagħha. Fil-fatt, il-vantaġġ mogħti lis-sussidjarja jżid il-valur tal-ishma miżmuma mill-kumpanija prinċipali. Għalhekk, anki kieku l-Kummissjoni tqis li ETVA u l-Istat taw self u garanziji bi prezz aktar baxx mill-prezz tas-suq, dan kien ikun aċċettabbli għal investitur f’ekonomija tas-suq f’sitwazzjoni simili. Għalhekk dawn is-self u garanziji ma jikkostitwixxux għajnuna.

It-tieni, huwa normali għal kumpanija prinċipali li ssellef lis-sussidjarja tagħha f’diffikultà. Fil-fatt, dan is-self għandu l-mira li jippreżerva l-valur tal-ishma miżmuma mill-kumpanija prinċipali. Għalhekk, anki kieku l-Kummissjoni kellha tikkunsidra li l-ebda bank privat ma kien se jsellef lil HSY waqt ċertu perjodu minħabba li s-sitwazzjoni tat-tarzna kienet ħażina ħafna, is-self u l-garanziji mogħtija minn ETVA u mill-Istat għandhom xorta waħda jitqiesu bħala aċċettabbli għal investitur privat f’ċirkustanzi simili. Dawn is-self u l-garanziji għalhekk ma jikkostitwixxux għajnuna.

(49)

Il-Kummissjoni tqis li l-konklużjonijiet tal-Greċja mhumiex korretti.

(50)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota ż-żewġ elementi li ġejjin. Fl-ewwel istanza, l-ebda investitur f’ekonomija tas-suq ma kien ipoġġi lilu nnifsu fis-sitwazzjoni ta’ ETVA. Fil-fatt, huwa mfakkar, pereżempju, li meta ETVA xtara lil HSY fl-1985, huwa kien bank tal-iżvilupp, li kien qiegħed jaġixxi fuq ordni tal-gvern, sabiex ikun evitat l-għeluq ta’ kumpanija ta’ importanza konsiderevoli għall-ekonomija Griega (45). Sabiex iżomm lill-HSY ħajja, ETVA għamel injezzjoni ta’ kapital fl-1986 li l-Kummissjoni sabet li tikkostitwixxi għajnuna (46). Fl-1995, ETVA żamm “sehem maġġoritarju ta’ 51 %” fil-HSY minħabba li l-Greċja sostniet li kien “ġustifikat mill-interess tad-difiża”, skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/684/KEE. Fit-tieni istanza, meta jitqiesu l-miżuri kollha implimentati mill-Istat favur HSY (inklużi l-miżuri implimentati minn ETVA, billi, kif se jintwera iżjed ‘il quddiem f’din id-deċiżjoni, huma imputabbli għall-Istat) – u b’mod partikolari l-għajnuniet Mill-Istat kbar u ripetuti li ngħataw lil HSY fil-perjodu sal-2002 – jidher ċar li, matul il-perjodu sal-2002, l-Istat ma aġixxiex bħala investitur f’ekonomija tas-suq. Huwa pprovda kostantament l-appoġġ finanzjarju kbir li kien meħtieġ biex HSY tinżamm ħajja u dan sewa ħafna flus. Fl-aħħar nett, billi l-Istat (permezz ta’ ETVA) sab ruħu biss fis-sitwazzjoni li jkun l-azzjonist ta’ HSY minħabba li aġixxa bħala awtorità pubblika li riedet tippreżerva l-attivitajiet ta’ HSY akkost ta’ kollox u billi huwa qatt ma aġixxa bħal investitur f’ekonomija tas-suq li jrid jagħmel il-flus permezz tal-ishma tiegħu fil-HSY, l-argument li ETVA u l-Istat ġabu ruħhom b’mod aċċettabbli għal investitur f’ekonomija tas-suq minħabba li r-rati tal-imgħax (jew il-ħlas ta’ garanzija) insuffiċjenti ċċarġjati fuq il-finanzjament (self u garanziji) li huma taw lil HSY kienu kkumpensati minn żieda fil-valur tas-sehem ta’ HSY huwa nieqes mill-kredibilità. Billi l-Istat (inkluż l-ETVA) qatt ma aġixxa bħala investitur li jipprova jagħmel profitt iżda, għall-kuntrarju, aċċetta li jżomm lil HSY ħajja għal dak il-prezz għoli, il-Greċja u HSY kellhom tal-anqas isostnu l-argument tagħhom b’analiżi dettaljata li turi li, bħala azzjonisti ta’ HSY, l-Istat u ETVA setgħu fil-fatt jistennew qligħ kapitali (jiġifieri żieda fil-valur tal-ishma) ogħla mid-“dħul ċert” (jiġifieri r-rata ta’ mgħax insuffiċjenti jew il-primjum insuffiċjenti tal-garanzija). Billi ma ġietx ipprovduta analiżi bħal din u billi HSY u l-Greċja għamlu l-argument dubjuż u ipotetiku tagħhom mingħajr ebda prova ta’ sostenn, il-Kummissjoni twarrab mingħajr aktar analiżi l-argument tagħhom li l-Istat (inkluż l-ETVA) aġixxa bħala investitur f’ekonomija tas-suq billi l-finanzjament mogħti b’kundizzjonijiet favorevoli kkaġuna żieda fil-valur tal-ishma ta’ HSY li kienet importanti biżżejjed biex tikkumpensa għad-“dħul predeterminat”.

(51)

It-tieni, anki kieku r-raġunament ta’ hawn fuq kellu jiġi mwarrab u jiġu analizzati l-aspetti fi ħdan il-grupp (jiġifieri ż-żieda potenzjali fil-valur tal-ishma ta’ HSY), hemm biżżejjed evidenza li t-transazzjonijiet imwettqa minn ETVA ma kinux ikunu aċċettabli għal investitur f’ekonomija tas-suq li jkollu 51 % tal-ishma f’HSY.

(52)

Fl-aħħar tal-1995, 49 % tas-sjieda ta’ HSY ġiet ittrasferita lill-impjegati ta’ HSY. Il-prezz li l-impjegati kellhom iħallsu biex jixtru dan is-sehem ta’ 49 % kien deċiż f’dak il-mument. Għaldaqstant, fis-snin ta’ wara, meta ETVA u l-Istat kienu qegħdin jipprovdu finanzjament lil HSY bi prezz aktar baxx milli kien jiċċarġja bank privat (mhux affiljat), 49 % taż-żieda fil-valur ta’ HSY li tirriżulta minn dan it-tfaddil (jiġifieri HSY kienet qiegħda tħallas rati aktar baxxi ta’ mgħax) kienu qegħdin igawdu minnha l-azzjonisti l-oħra ta’ HSY. 51 % biss tal-vantaġġ (tnaqqis fir-rati tal-imgħax iċċarġjati u tal-primjums ta’ garanzija ċċarġjati) mogħti minn ETVA u l-Istat lil HSY kien qiegħed jerġa’ lura għandhom fil-forma ta’ żieda fil-valur ta’ HSY. L-ebda investitur f’ekonomija tas-suq ma kien jaċċetta li jagħmel rigal bħal dan lill-azzjonisti l-oħra ta’ HSY. Sabiex jevita li jitlef flus favur dawn l-azzjonisti l-oħra, investitur f’ekonomija tas-suq kien jiċċarġja rata ta’ mgħax simili għal dik iċċarġjata minn banek privati (mhux affiljati). L-ewwel argument tal-awtoritajiet Griegi għalhekk huwa bla bażi.

(53)

Dwar il-perjodu wara t-30 ta’ Ġunju 1999, fi żmien meta l-ebda bank privat ma kien se jipprovdi finanzjament lil HSY minħabba li r-riskju ta’ falliment kien għoli ħafna, japplika l-istess raġunament. B’mod partikolari, investitur razzjonali li jkollu biss 51 % ta’ kumpanija kien tal-anqas jitlob lill-azzjonisti l-oħra sabiex jipprovdu finanzjament proporzjonali mal-ishma tagħhom f’HSY. Jekk dawn l-azzjonisti l-oħra ma kellhomx ir-riżorsi biex jipprovdu dan il-finanzjament, investitur razzjonali kien tal-anqas jinnegozja l-għoti ta’ finanzjament lil HSY kontra sehem akbar fil-HSY. L-għoti ta’ finanzjament sinifikanti lil HSY mingħajr kofinanzjament jew mingħajr konċessjonijiet mill-azzjonisti l-oħra kien jixbah it-tpoġġija tal-flus proprji ta’ persuna f’riskju għoli sabiex jiġi salvat il-valur tal-ishma miżmuma minn xi ħadd ieħor. L-ebda investitur f’ekonomija tas-suq f’ċirkustanzi simili ma kien jaċċetta li jagħmel rigal bħal dan lill-azzjonisti l-oħra (47). It-tieni argument tal-awtoritajiet Griegi għalhekk għandu jiġi miċħud.

3.2.   Kwistjoni orizzontali 2: Imputabilità tal-imġiba ta’ ETVA lill-Istat

(54)

Ħafna mis-sittax-il miżura analizzati fid-deċiżjoni preżenti ma ngħatawx direttament mill-Istat. Huma ngħataw mill-bank proprjetà tal-istat ETVA. Billi l-Greċja, HSY u TKMS/GNSH qegħdin jikkontestaw l-imputabilità lill-Istat ta’ dawn il-miżuri filwaqt li Elefsis u l-Bank ta’ Piraeus jikkonfermawha, din il-kwistjoni trid tiġi analizzata.

(55)

Dawn il-miżuri ngħataw minn ETVA bejn l-1996 u l-2002. Skont il-każistika, miżuri bħal dawn jistgħu jikkwalifikaw biss bħala għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE jekk l-Istat kien l-pożizzjoni li jikkontrolla lil ETVA u jekk l-awtoritajiet pubbliċi “kienu involuti, b’xi mod jew ieħor, fl-adozzjoni ta’ dawk il-miżuri” (48).

(56)

ETVA, li l-inizjali tiegħu jfissru Bank għall-Iżvilupp Industrijali tal-Greċja, ġie stabbilit fl-1964 wara l-amalgamazzjoni ta’ tliet organizzazzjonijiet (l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp Industrijali, l-Organizzazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżvilupp Ekonomiku u l-Organizzazzjoni għall-Kreditu tat-Turisti). Huwa ġie maqlub f’korporazzjoni bil-Liġi 1369/1973. Għalhekk mill-1973 ‘il quddiem huwa opera bħala bank proprjetà tal-istat. Skont il-Greċja (49), “l-għan prinċipali ddikjarat fl-istatut ta’ ETVA bħala bank għall-iżvilupp kien il-promozzjoni tal-iżvilupp tal-pajjiż permezz tal-iffinanzjar ta’ attivitajiet tal-produzzjoni fl-ekonomija Griega (turiżmu, produzzjoni industrijali, eċċ.)”. ETVA kien l-uniku bank għall-iżvilupp fil-Greċja. ETVA għalhekk fittex li jkollu rwol deċiżiv fl-iżvilupp ekonomiku u reġjonali tal-pajjiż billi jiffinanzja impriżi, jiżviluppa l-infrastruttura reġjonali tal-pajjiż, jipprovdi kapital għall-impriżi u jipparteċipa f’impriżi b’importanza strateġika għall-ekonomija Griega. Fl-1995, wara diffikultajiet finanzjarji b’riżultat ta’ dawn l-attivitajiet, ir-rikapitalizzazzjoni, ir-ristrutturar u l-immodernizzar tal-bank saru prijorità ewlenija tal-gvern Grieg. Dan sar fuq il-bażi ta’ programm ta’ ħames snin fil-qafas tal-Liġi 2359/95. Minbarra l-provvediment ta’ GRD 427 miljun ta’ kapital mill-gvern, l-għan tar-ristrutturazzjoni kien li tiġi implimentata orjentazzjoni strateġika ġdida, tinbidel l-istruttura organizzattiva u jiġu fformulati proċeduri tan-negozju moderni li jirrispondu għall-kundizzjonijiet preżenti tal-kompetizzjoni. Konsegwentement, “minbarra l-attività tiegħu ta’ żvilupp, ETVA żviluppa servizzi bankarji kummerċjali, b’mod partikolari mill-1997 ‘il quddiem.” (50)

(57)

Fl-1999, l-Istat, li kellu 100 % tal-ishma ta’ ETVA, iddeċieda li jipproċedi bil-klassifikazzjoni tal-bank fil-Borża ta’ Ateni, billi joffri 24 % tal-kapital azzjonarju tiegħu lill-pubbliku. L-Istat iddeċieda li jipproċedi saħansitra aktar bil-privatizzazzjoni tal-bank u jnaqqas is-sehem tal-istat għal inqas minn 50 %. Saret sejħa għall-offerti u ntgħażel il-Bank ta’ Piraeus. Fl-20 ta’ Marzu 2002, ishma li jirrappreżentaw 57,7 % tal-kapital ta’ ETVA ġew ittrasferiti lill-Bank ta’ Piraeus (51).

(58)

Dwar il-possibilità tal-Istat li jikkontrolla lil ETVA, il-Kummissjoni tosserva li sal-aħħar tal-1999, ETVA kien għal kollox proprjetà tal-Istat Grieg. L-Istat żamm pussess maġġoritarju tal-ishma sat-trasferiment tal-maġġoranza tal-ishma lill-Bank ta’ Piraeus fl-20 ta’ Marzu 2002. L-Istat għalhekk kien f’pożizzjoni li jikkontrolla lill-ETVA tal-anqas sal-20 ta’ Marzu 2002. Dan juri wkoll li kienu involuti riżorsi tal-Istat fil-miżuri implimentati minn ETVA.

(59)

Rigward l-involviment tal-Istat fl-adozzjoni tal-miżuri differenti, il-Kummissjoni tosserva dawn il-punti:

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li l-aktar tliet deċiżjonijiet sinifikanti rigward il-pussess ta’ ishma ta’ ETVA f’HSY ma tteħdux b’mod indipendenti mill-maniġment ta’ ETVA: dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu mill-gvern u ġew implimentati minn ETVA. Fil-fatt, meta ETVA xtara l-HSY falluta fl-1985, din kienet deċiżjoni tal-gvern (52). ETVA implimenta sempliċement din id-deċiżjoni tal-Istat u malajr għamel injezzjoni kbira ta’ kapital f’HSY, li l-Kummissjoni qisitha bħala għajnuna mill-Istat (53). Dan juri li r-relazzjoni bejn ETVA u HSY mill-bidu nett kienet relazzjoni ta’ appoġġ mill-Istat favur kumpanija li kienet importanti – f’termini ta’ impjiegi u ta’ attivitajiet – għall-gvern Grieg. It-tieni deċiżjoni importanti kien il-bejgħ minn ETVA ta’ 49 % tal-kapital ta’ HSY lill-impjegati, li ġie deċiż bil-Liġi 2367/1995 (54). Barra minn hekk, din il-Liġi timponi miżuri sinifikanti ta’ ristrutturazzjoni fuq HSY (55) (u tagħti ammonti kbar ħafna ta’ għajnuna lit-tarzna). It-tielet avveniment prinċipali kien il-privatizzazzjoni ta’ HSY fl-2001-2002 (jiġifieri ETVA kellu jbigħ il-51 % li baqagħlu tal-ishma f’HSY). Din il-privatizzazzjoni kienet deċiża bid-Deċiżjoni Nru 14/3-1-2001 tal-Kumitat Interministerjali rilevanti għall-Privatizzazzjoni u saret fil-qafas tal-Liġi Griega dwar il-Privatizzazzjoni 2000/91. Dan kien ripetut b’mod kostanti fid-dokumenti tas-sejħa għall-offerti sottomessi lill-investituri/offerenti interessi minn Alpha Finance, li kien il-bank li organizza l-bejgħ ta’ HSY f’isem l-Istat u l-Bejjiegħa (ETVA u l-impjegati). Id-dokumenti tas-sejħa għall-offerti datati 2 ta’ April 2001 jindikaw ukoll li l-Istat kien se jagħżel l-offerent preferit mal-Bejjiegħa. Bħala konklużjoni, it-tliet deċiżjonijiet kruċjali dwar l-ishma ta’ ETVA fil-HSY ġew deċiżi mill-Istat.

Minbarra l-involviment dirett tiegħu f’dawn it-tliet okkażjonijiet, l-Istat ta ammonti kbar ħafna ta’ għajnuna matul il-perjodu 1995 sal-2002. L-Istat ħafer GRD 54,52 biljun (EUR 160 miljun) ta’ djun relatati ma’ attivitajiet ċivili – din ir-rinunzja kienet approvata bid-Deċiżjoni C 10/1994 – u GRD 46,35 biljun (EUR 136 miljun) ta’ djun relatati ma’ attivitajiet militari. Kif indikat fid-Deċiżjoni N 401/1997, l-Istat kien beħsiebu jagħti wkoll GRD 7,8 biljuni (EUR 22,9 miljun) ta’ għajnuna għall-investiment. Waqt il-proċess tal-offerti fl-2001, l-Istat Grieg ħareġ il-Liġi 2941/2001, li kienet tinkludi ammont kbir ta’ appoġġ finanzjarju mmirat sabiex jiffaċilita l-privatizzazzjoni ta’ HSY (ara l-paragrafu 33 ta’ din id-deċiżjoni). Kif indikat il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni N 513/2001, l-Istat ikkommetta ruħu pereżempju li jħallas EUR 118-il miljun bħala inċentivi sabiex jinkoraġġixxi lill-impjegati jitilqu b’mod volontarju mill-kumpanija. Bl-għoti ta’ għajnuniet kbar u ripetuti, il-gvern ta sinjal ċar li huwa kien iqis is-sopravivenza ta’ HSY bħala politikament importanti ħafna (56).

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tosserva li l-Istat ta kuntratti strateġiċi tad-difiża lil HSY matul dawk is-snin, bħall-bini tas-sottomarini. Konsegwentement, l-Istat kellu interess dirett li jimmonitorja l-attivitajiet ta’ HSY u li jassigura li jitkomplew l-operazzjonijiet tat-tarzna.

(60)

Billi ddeċieda d-daqs tal-pussess tal-ishma ta’ ETVA fil-HSY, billi ta kontinwament appoġġ finanzjarju kbir lil HSY u billi ta kuntratti militari ta’ importanza kbira għas-sigurtà tal-Greċja, il-gvern Grieg wera b’mod ċar li kien jagħti importanza kbira lill-attivitajiet ta’ HSY u kien qiegħed jissorvelja s-sitwazzjoni tat-tarzna b’attenzjoni. F’dan il-kuntest ġenerali, il-Kummissjoni tħoss li, sal-privatizzazzjoni ta’ ETVA f’Marzu 2002, ma jistgħux jitqajmu dubji dwar l-imputabilità tal-imġiba ta’ ETVA lill-Istat. Fil-fatt, f’dawn iċ-ċirkustanzi, kien impossibbli għall-maniġment ta’ ETVA li jiżviluppa politika ta’ self lejn HSY li ma kinitx tkun konformi mal-politika ta’ appoġġ kostanti adottata mill-gvern. B’mod partikolari, kien ikun impossibbli għal ETVA li jieħu deċiżjoni li toħloq problemi finanzjarji għal HSY. Pereżempju, ETVA ma setax jiċċarġja rata tal-imgħax għolja (jiġifieri “firxa” għolja fuq ir-rata ta’ bejn il-banek) fuq is-self mogħti lil HSY, billi dan kien jiddeterjora l-qagħda finanzjarja ta’ HSY, xi ħaġa li kienet tkun politikament inaċċettabbli għall-gvern. Bl-istess mod, ETVA ma setax jirrifjuta li jagħti self mitlub minn HSY biex tiffinanzja l-operazzjonijiet tagħha (57). Fi kliem ieħor, ETVA ma kellux għażla oħra għajr li jibqa’ koerenti mal-politika ta’ appoġġ qawwi u kontinwu lejn HSY adottata mill-Istat. Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri kollha implimentati minn ETVA favur HSY (self, garanziji, injezzjonijiet ta’ kapital, eċċ) kienu awtomatikament imputabbli lill-Istat, u li m’hemmx bżonn li titressaq evidenza addizzjonali tal-involviment tal-Istat fil-mument meta kull waħda minn dawn il-miżuri kienet adottata minn ETVA. Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri differenti mwettqa minn ETVA huma imputabbli lill-Istat.

(61)

Bħala bażi sussidjarja, il-Kummissjoni tinnota wkoll l-elementi segwenti li jikkonfermaw l-imputabilità tal-imġiba ta’ ETVA lill-Istat.

(62)

L-ewwel nett, fl-1995 ETVA biegħ biss 49 % - u għalhekk mhux 100 % - tal-ishma ta’ HSY lill-impjegati. “Il-Greċja invokat il-ħtiġijiet militari tagħha fil-bini tal-bastimenti biex tiġġustifika ż-żamma ta’ 51 % tat-tarzna kif permess mill-Artikolu 10 tad-Direttiva”. L-Artikolu 10(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/684/KEE fil-fatt jipprovdi li “minkejja l-obbligu li jeħles mit-tarzni permezz tal-bejgħ imsemmi fil-paragrafu 2, il-Gvern Grieg għandu jitħalla jżomm maġġoranza ta’ 51 % f’waħda mit-tarzni jekk ġustifikat minn interessi tad-difiża.” (58) Dan juri li s-sehem ta’ 51 % ta’ ETVA fil-HSY kien immirat sabiex jippermetti lill-Istat jikkontrolla lil HSY bil-għan li jippreżerva l-interessi tad-difiża tal-Greċja. Huwa ovvju li f’dan il-kuntest il-maniġment ta’ ETVA ma setax żviluppa relazzjoni ma’ HSY ibbażata fuq termini kummerċjali. Kwalunkwe deċiżjoni dwar l-għoti ta’ finanzjament lil HSY u t-termini ta’ dan il-finanzjament ma setgħetx tmur kontra l-interessi tad-difiża tal-Greċja. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma tarax kif il-maniġment ta’ ETVA seta’ jirrifjuta li jagħti finanzjament jew seta’ jiċċarġja rata tal-imgħax għolja fuq dawn il-finanzjamenti. Barra minn hekk, jekk il-mira tal-Greċja kienet il-preżervazzjoni tal-interessi tad-difiża, wieħed jista’ jissupponi li l-gvern fil-fatt kien qiegħed jissorvelja direttament kull deċiżjoni importanti tal-maniġment ta’ ETVA u kull deċiżjoni ta’ ETVA rigward il-finanzjament ipprovdut lil HSY.

(63)

It-tieni, billi l-mandat ta’ ETVA bħala “bank għall-iżvilupp” kien definit mill-Istat, wieħed jista’ jikkonkludi li l-attivitajiet kollha ta’ ETVA implimentati fil-qafas ta’ dak il-mandat kienu imputabbli lill-Istat. Bl-istess mod, il-każistika tindika li, sabiex tiġi analizzata l-imputabilità tal-miżuri adottati minn kumpanija “in-natura tal-attivitajiet tagħha u l-eżerċizzju ta’ dawn tal-aħħar fis-suq f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni ma’ operaturi privati” (59) jistgħu jkunu rilevanti. F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet Griegi jirrikonoxxu li “mill-ħolqien tiegħu ‘l quddiem ETVA ma ffunzjonax bħala bank kummerċjali normali iżda bħala istituzzjoni speċjali ta’ kreditu għall-iżvilupp, attiva prinċipalment fil-qasam tal-krediti fuq perjodu fit-tul u għandha rwol deċiżiv fl-iżvilupp ekonomiku u reġjonali tal-pajjiż”. (60) F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar li ETVA xtara lil HSY fl-1985. Għalhekk l-involviment ta’ ETVA f’HSY kien żviluppat fi ħdan dan il-mandat bħala “bank għall-iżvilupp”, u mhux fil-qafas tal-attivitajiet kummerċjali tiegħu li bdew mhux qabel l-1997. Billi sa dak iż-żmien ETVA kellu jsostni lil HSY fi ħdan il-mandat tiegħu bħala “bank għall-iżvilupp”, ETVA ma setax f’daqqa waħda mill-1997 jieqaf jipprovdi s-self u l-garanziji mitluba minn HSY u jħalli t-tarzna tfalli. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar li, fit-tieni nofs tas-snin disgħin, ETVA kien awtorizzat biex jiżviluppa attivitajiet kummerċjali apparti l-attivitajiet tiegħu ta’ żvilupp, u mhux biex jieħdu post l-attivitajiet tiegħu ta’ żvilupp, li kellhom ikomplu.

(64)

It-tielet, skont il-każistika, “l-istatus legali tal-impriża (fis-sens li tkun soġġetta għal-liġi pubblika jew il-liġi ordinarja tal-kumpaniji)” (61) jista’ jkun rilevanti biex juri l-imputabilità. F’dan ir-rigward, l-għan prinċipali ta’ ETVA, bħala bank tal-iżvilupp proprjetà tal-Istat, huwa li jippromwovi l-iżvilupp tal-pajjiż billi jiffinanzja l-ekonomija Griega, ma kienx soġġett għad-direttivi dwar il-banek (62). Huwa biss meta l-ishma ta’ ETVA ġew elenkati fil-Borża ta’ Ateni fit-12 ta’ Jannar 2000 li ETVA sar suġġett għar-regoli superviżorji standard applikabbli għall-banek kummerċjali.

(65)

Ir-raba’, il-Kummissjoni tosserva li matul il-perjodu 1996-2002, l-Istat kien partikolarment attent għall-operazzjonijiet ta’ ETVA. Fil-fatt, l-Istat adotta l-Liġi 2359/95 sabiex jirristruttura ETVA u injetta mijiet ta’ biljuni ta’ drachma fi ħdan dak il-qafas. Fl-1999, huwa ddeċieda li jelenka parti mill-kapital fil-Borża ta’ Ateni. Sena wara huwa ddeċieda li jipprivatizza l-maġġoranza tal-kapital ta’ ETVA. Din il-privatizzazzjoni tlestiet fl-2002. Dan juri li matul il-perjodu 1996-2002, l-Istat kien interessat bil-qawwi fl-operazzjonijiet ta’ ETVA. Is-self u l-garanziji pprovduti lil HSY kienu ta’ daqs kbir suffiċjenti (63) li d-deċiżjonijiet tal-għoti ma setgħux ittieħdu mill-maniġment ta’ ETVA mingħajr l-approvazzjoni jew l-ordni diretta tal-azzjonist waħdieni ta’ ETVA.

(66)

Fil-paragrafi preċedenti l-Kummissjoni wriet li, fil-perjodu ta’ qabel il-bejgħ ta’ ETVA lill-Bank ta’ Piraeus f’Marzu 2002, il-miżuri kollha implimentati minn ETVA kienu jinvolvu riżorsi Mill-Istat u l-miżuri kollha implimentati minn ETVA favur HSY kienu imputabbli lill-Istat. Fil-valutazzjoni individwali tagħha ta’ kull miżura implimentata minn ETVA, il-Kummissjoni għalhekk mhijiex ser tindika aktar dawn iż-żewġ punti.

(67)

Il-Kummissjoni se terġa’ tiddiskuti biss dawn iż-żewġ kwistjonijiet fil-valutazzjoni tal-miżura E18c, minħabba li xi partijiet isostnu li din il-miżura ngħatat minn ETVA f’Mejju 2002, jiġifieri wara x-xiri ta’ ETVA mill-Bank ta’ Piraeus.

3.3.   Kwistjoni orizzontali 3: miżuri ta’ għajnuna li jiffinanzjaw parzjalment l-attivitajiet militari ta’ HSY

(68)

Fit-tweġiba tagħha għad-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-Greċja ssostni li ħafna mill-miżuri investigati mill-Kummissjoni għenu l-attivitajiet militari tat-tarzna. Il-Greċja għalhekk issostni li dawn jaqgħu taħt l-Artikolu 296 tat-Trattat, u ma jistgħux jiġu valutati – u wisq anqas irkuprati – taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(69)

Il-Kummissjoni għalhekk trid tivvaluta jekk xi wħud mill-miżuri setgħux jaqgħu parzjalment jew għal kollox fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat.

(70)

L-ebda waħda mill-partijiet f’din il-proċedura ma tikkontesta li HSY għandha attivitajiet ċivili u militari. Matul l-aħħar ħmistax-il sena, l-attività ċivili ewlenija kienet it-tiswija ta’ bastimenti ċivili. HSY bniet ukoll materjal tal-ferroviji u bwieq ta’ bastimenti ċivili. L-attivitajiet militari ta’ HSY kienu jikkonsistu fil-bini u t-tiswija ta’ bastimenti u sottomarini militari għall-Flotta Griega.

(71)

Il-Kummissjoni tfakkar li d-deċiżjoni ta’ estensjoni kienet diġà identifikat il-miżuri li jsostnu l-attivitajiet militari tat-tarzna. Id-deċiżjoni ta’ estensjoni tikkonkludi li dawn il-miżuri jaqgħu kompletament taħt l-Artikolu 296 tat-Trattat u mhumiex suġġetti għar-regoli tal-għajnuna mill-Istat. Id-deċiżjoni ta’ estensjoni ma ġietx ikkontestata fil-Qorti.

(72)

Xi wħud mill-għajnuniet Mill-Istat koperti mid-deċiżjoni preżenti ma kinux assenjati għal attività partikolari, jiġifieri ma kinux stanzjati biex jiffinanzjaw proġett partikolari. Il-Kummissjoni għalhekk trid tistabbilixxi safejn dawn l-għajnuniet Mill-Istat għenu lill-attivitajiet militari u safejn dawn għenu lill-attivitajiet ċivili. Din il-kalkulazzjoni hija kkalkulata mill-fatt li HSY ma żammitx kontijiet separati għall-attivitajiet ċivili u għall-attivitajiet militari. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni se tibbaża l-analiżi tagħha fuq id-daqs relattiv taż-żewġ attivitajiet. Għalhekk trid tivvaluta l-importanza relattiva ta’ kull attività. Il-Kummissjoni tosserva li kull għajnuna mill-Istat (eż. finanzjament, injezzjoni ta’ kapital) mogħtija lil HSY (u mhux assenjata biex tiffinanzja attività partikolari) fl-istess ħin kopriet it-telf tal-imgħoddi (jiġifieri telf iġġenerat minn kuntratti mgħoddija) u ppermettiet lit-tarzna tiffinanzja attivitajiet futuri. Sabiex tistabbilixxi safejn għajnuna partikolari mill-Istat ibbenefikaw minnha l-attivitajiet ċivili u militari, il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li l-analiżi m’għandhiex tkun limitata għas-separazzjoni bejn l-attivitajiet ċivili u militari (jiġifieri l-importanza relattiva ta’ kull attività) fis-sena meta ngħatat l-għajnuna, iżda huwa meħtieġ li tiġi kkalkulata s-separazzjoni medja bejn dawn iż-żewġ attivitajiet fuq perjodu suffiċjentement twil. Il-fatt li l-importanza relattiva taż-żewġ attivitajiet tvarja minn sena għall-oħra jiġġustifika wkoll l-użu ta’ medja fuq numru ta’ snin. Fil-fatt, sena partikolari tista’ ma tkunx rappreżentattiva tas-separazzjoni medja bejn iż-żewġ attivitajiet fuq il-perjodu medju u twil.

(73)

Fil-qafas tal-proċedura għall-irkupru tal-għajnuna misjuba illegali u inkumpatibbli bid-deċiżjoni C 40/2002, il-Greċja sostniet li l-attivitajiet ċivili kienu jirrappreżentaw 25 % tal-attivitajiet ta’ HSY u l-attivitajiet militari kienu responsabbli għal 75 % tal-attivitajiet. Biex issostni din l-affermazzjoni, il-Greċja pprovdiet informazzjoni dwar is-sigħat tax-xogħol u l-fatturat (jiġifieri l-valur tal-bejgħ) taż-żewġ attivitajiet għas-snin 1997 sal-2005 (64). Fil-kuntest tal-proċedura preżenti, il-Greċja ma kkontestatx dawn il-figuri. Barra minn hekk, il-Kummissjoni diġà aċċettat separazzjoni ta 25 % ċivili/75 % militari fid-Deċiżjoni N 513/2001, li ma ġietx ikkontestata quddiem il-Qorti. Fuq il-bażi ta’ dak li ngħad sa issa, il-Kummissjoni se tqis li l-attivitajiet ċivili ammontaw għal 25 % tal-attivitajiet ta’ HSY u l-attivitajiet militari għal 75 % tal-attivitajiet.

(74)

Rigward l-attivitajiet militari ta’ HSY, il-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet preċedenti dejjem aċċettat li l-għajnuna mogħtija għalihom kienet barra l-ambitu tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (65). Il-Kummissjoni rrepetiet dik il-valutazzjoni fil-paragrafi 86 sa 90 tad-deċiżjoni ta’ estensjoni. Billi l-miżuri li huma s-suġġett ta’ din id-deċiżjoni ngħataw lil HSY (jiġifieri HSY kollha kemm hi) matul l-istess perjodu bħall-perjodu analizzat f’dawn id-deċiżjonijiet preċedenti, irid jiġi konkluż li l-parti ta’ dawn il-miżuri li appoġġat l-attivitajiet militari ta’ HSY taqa’ wkoll fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat u hija eżentata mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(75)

Meta tevalwa kull miżura b’mod individwali, il-Kummissjoni se tistabbilixxi jekk din għenitx esklussivament l-attivitajiet ċivili ta’ HSY jew jekk din ingħatatx lil HSY mingħajr ma kienet indikata għal użu partikolari (66):

Jekk kienu megħjuna biss l-attivitajiet ċivili, il-Kummissjoni tqis li l-Artikolu 296 tat-Trattat ma japplikax u l-miżura sħiħa tista’ tiġi valutata skont l-Artikolu 87 tat-Trattat.

Jekk ġiet megħjuna HSY kollha kemm hi, il-Kummissjoni tħoss li, billi 75 % tal-attivitajiet tat-tarzna huma relatati mal-produzzjoni militari, 75 % tal-għajnuna mill-Istat ibbenefikaw minnha l-attivitajiet militari u taqa’ taħt l-Artikolu 296 tat-Trattat. Il-25 % l-oħra tal-għajnuna mill-Istat tista’ tiġi valutata taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

4.   IL-MIŻURI: DESKRIZZJONI, RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA, KUMMENTI RIĊEVUTI, VALUTAZZJONI U KONKLUŻJONI

(76)

Dwar il-kummenti tal-Greċja u ta’ partijiet terzi, il-Kummissjoni tosserva li dawn ikopru firxa wiesgħa ta’ argumenti. Pereżempju, fid-diversi sottomissjonijiet tiegħu lill-Kummissjoni, l-ilmentatur Elefsis sostna li jeżistu diversi raġunijiet li abbażi tagħhom il-miżuri għandhom jiġu kkunsidrati bħala għajnuna inkumpatibbli. Bl-istess mod, fis-sottomissjonijiet suċċessivi tagħhom lill-Kummissjoni, il-Greċja, HSY, u TKMS/GNSH sostnew li kien hemm diversi raġunijiet li fuq il-bażi tagħhom il-miżuri setgħu jinstabu kumpatibbli mas-suq komuni.

(77)

Skont l-Artikolu 253 tat-Trattat, deċiżjoni tal-Kummissjoni trid tindika r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. Madankollu, il-Kummissjoni mhix obbligata li twieġeb kull argument imqajjem mill-partijiet. Għalhekk, id-deċiżjoni preżenti se tittratta b’mod espliċitu biss il-punti prinċipali mqajma mill-partijiet. B’mod partikolari, id-deċiżjoni mhix ser tittratta wħud mir-raġunijiet imqajma mill-partijiet li b’mod ċar mhumiex konċiljabbli mal-fatti, li huma f’kontradizzjoni ma’ punti magħmula mill-istess parti fis-sottomissjonijiet l-oħra tiegħu jew li jistgħu jitwarrbu b’mod ċar fuq il-bażi tal-fatti u l-valutazzjoni ppreżentata fid-deċiżjoni preżenti.

(78)

Billi din l-investigazzjoni tkopri numru konsiderevoli ta’ miżuri, huwa importanti li dawn jiġu nnumerati sabiex jiġi ffaċilitat il-qari u tkun evitata l-konfużjoni. Għalhekk, l-erba’ miżuri koperti mid-deċiżjoni ta’ ftuħ se jiġu nnumerati P1 sa P4. It-tnax-il miżura koperti mid-deċiżjoni tal-estensjoni se jżommu n-numru mogħti lil kull waħda minnhom f’dik id-deċiżjoni, iżda preċeduti bl-ittra E.

4.1.   Użu ħażin mill-għajnuna għall-investiment approvata fl-1997 (miżura P1)

4.1.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

(79)

Bid-Deċiżjoni N 401/1997, il-Kummissjoni awtorizzat GRD 7,8 biljuni (22,9 miljun) ta’ għajnuna għall-investiment, li l-Greċja kienet innotifikat fl-20 ta’ Ġunju 1997. F’dik id-deċiżjoni, l-għajnuna kienet ivvalutata fuq il-bażi tal-Artikolu 6 “Għajnuna għall-investiment” ta’ Kapitlu III “Għajnuna għar-ristrutturazzjoni” tad-Direttiva tal-Kunsill 90/684/KEE, li tindika li “L-għajnuna għall-investiment […] ma tistax tingħata […] jekk ma tkunx marbuta ma’ pjan ta’ ristrutturazzjoni li ma tinvolvi ebda żieda fil-kapaċità tal-bini ta’ bastimenti tat-tarzna […]. Għajnuna bħal din ma setgħetx tingħata lil tarzni għat-tiswija tal-bastimenti sakemm ma tkunx marbuta ma’ pjan ta’ ristrutturazzjoni li jirriżulta fi tnaqqis fil-kapaċità totali tat-tiswija tal-bastimenti”. Id-Deċiżjoni N 401/1997 tindika li kien ġie stabbilit pjan tan-negozju li jfittex li jirrestawra l-kompetittività tat-tarzna permezz ta’ żieda fil-produttività u l-modernizzazzjoni. L-ewwel pilastru ta’ dan il-pjan huwa riorganizzazzjoni u tnaqqis fuq skala kbira tal-forza tax-xogħol. B’mod partikolari, in-numru ta’ ħaddiema kellu jitnaqqas għal 2 000 sal-aħħar tal-1997 u kellhom jiddaħħlu metodi ta’ ħidma aktar flessibbli. Id-Deċiżjoni N 401/1997 tindika li ħafna mit-tnaqqis fil-forza tax-xogħol kien diġà ġie implimentat fiż-żmien tad-deċiżjoni, li kellu jikkontribwixxi biex tiżdied il-produttività. It-tieni pilastru tal-pjan tar-ristrutturazzjoni huwa programm ta’ investiment, li kellu l-mira li jissostitwixxi t-tagħmir qadim u antikwat ma’ teknoloġija ġdida aġġornata. Id-deċiżjoni tindika li, skont il-pjan, it-tarzna kellha terġa’ ssir vijabbli sal-aħħar tal-pjan tan-negozju, jiġifieri sal-2000. L-ispiża totali tal-programm ta’ investiment kienet stmata għal GRD 15,62 biljun (EUR 45,9 miljun). Il-parti deskrittiva tad-deċiżjoni tindika li dan il-programm kien se jiġi ffinanzjat kif ġej: GRD 7,81 biljuni (EUR 22,9 miljun) ta’ għajnuna mill-Istat, GRD 3,13 biljuni (EUR 9,2 miljun) b’żieda kapitali tal-ishma, u GRD 4,67 biljuni (EUR 13,7-il miljun) b’self mill-bank. Iż-żieda kapitali se ssir bl-istess proporzjon bħad-distribuzzjoni tal-kapital, jiġifieri 51 % sal-ETVA u 49 % mill-impjegati ta’ HSY. Id-deċiżjoni tindika wkoll li s-self bankarju kien se jsir bil-kundizzjonijiet normali tas-suq mingħajr garanziji mill-Istat. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tinnota li skont il-pjan tar-ristrutturazzjoni, m’hemm ebda żieda fil-kapaċità tal-bini tal-bastimenti u tnaqqis fil-kapaċità tat-tiswija tal-bastimenti. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-intensità tal-għajnuna (50 %) tibqa’ fl-intensità tal-għajnuna reġjonali permessa għall-Greċja. L-intensità hija ġġustifikata wkoll mid-daqs tar-ristrutturazzjoni involuta.

4.1.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

(80)

L-iskambju ta’ ittri bejn il-Greċja u l-Kummissjoni li seħħ qabel il-ftuħ tal-proċedura ġie deskritt fil-Kapitolu 1 “Proċedura” tad-deċiżjoni preżenti.

(81)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji li l-għajnuna għall-investiment approvata bid-Deċiżjoni N 401/1997 setgħet intużat ħażin. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tosserva li l-pjan ta’ investiment ġie implimentat biss b’mod parzjali u b’dewmien importanti. L-awtoritajiet Griegi taw diversi estensjonijiet tad-data tal-għeluq biex il-pjan ta’ investiment jiġi eżegwit wara l-31 ta’ Diċembru 1999 mingħajr ma kkonsultaw lill-Kummissjoni. It-tieni, filwaqt li d-Deċiżjoni N 401/1997 tindika li l-programm ta’ investiment kien se jiġi ffinanzjat b’self bankarju mogħti b’kundizzjonijiet normali tas-suq mingħajr garanziji mill-Istat, il-kumpanija tidher li rċeviet self minn bank proprjetà tal-Istat b’rati ta’ mgħax li ma jikkorrispondux mal-valuri tas-suq u jidher li wieħed mis-self kien kopert b’garanzija mill-Istat. It-tielet, l-awtoritajiet Griegi ma bagħtux ir-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-pjan, kif mitlub mid-Deċiżjoni N 401/1997. Minħabba dawn it-tliet vjolazzjonijiet tad-Deċiżjoni N 401/1997, jidher li l-għajnuna għall-investiment intużat ħażin.

4.1.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

(82)

Elefsis jissottolinja li t-terremot invokat biex jiġġustifika d-dewmien seħħ biss f’Settembru 1999. Dak jiġi erba’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu biex jiġi implimentat il-pjan ta’ investiment, jiġifieri l-31 ta’ Diċembru 1999. Sal-aħħar tal-1999 HSY kienet wettqet biss parti żgħira mill-pjan ta’ investiment. Dan juri li HSY kienet diġà akkumulat dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-pjan qabel seħħ it-terremot u li HSY ma setgħetx lestiet il-programm ta’ investiment fiż-żmien anki kieku ma seħħx it-terremot. Bl-istess mod, il-privatizzazzjoni ta’ HSY invokata biex tiġġustifika d-dewmien saret ħafna wara l-aħħar tal-1999 u għalhekk ma setgħetx tiġġustifika n-nuqqas ta’ HSY li tirrispetta d-Deċiżjoni N 401/1997. Fl-aħħar nett, Elefsis isostni li, billi HSY kienet irċeviet self assigurat mill-Istat u self b’kundizzjonijiet mhux indipendenti, hija kisret il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni N 401/1997. Għaldaqstant, din l-għajnuna addizzjonali kif ukoll l-għajnuna għall-investiment għandhom jiġu rkuprati.

(83)

HSY issottomettiet l-istess kummenti bħall-Greċja; dawn huma miġburin fil-qosor fis-sezzjoni li jmiss.

4.1.4.   Kummenti mill-Greċja

(84)

Fl-ittra tagħhom tal-20 ta’ Ottubru 2004, l-awtoritajiet Griegi jikkonfermaw li fil-bidu huma kienu ffissaw id-data tal-31 ta’ Diċembru 1999 għat-tlestija tal-pjan ta’ investiment. F’Diċembru 1999, huma wettqu l-ewwel kontrolli fuq l-implimentazzjoni tal-pjan, li kienu jirrigwardaw l-ispejjeż li għamlet HSY sat-30 ta’ Ġunju 1999. Irriżulta li dawn kienu jammontaw għal GRD 2,7 biljuni (EUR 8,1 miljuni), li huwa 17,7 % tal-ispejjeż totali ta’ programm ta’ investiment. Fis-27 ta’ Ġunju 2001, l-awtoritajiet Griegi taw estensjoni sal-31 ta’ Diċembru 2001 għat-tlestija tal-investiment, minħabba li t-terremot tas-7 ta’ Settembru 1999 kien ikkaġuna ħsarat fil-faċilitajiet tat-tarzna u ttardja t-twettiq tal-pjan ta’ investiment. B’deċiżjoni tat-28 ta’ Diċembru 2001, l-awtoritajiet Griegi taw estensjoni oħra sat-30 ta’ Ġunju 2002 minħabba li l-proċess ta’ privatizzazzjoni, li beda f’Jannar 2001 (u finalment tlesta fil-31 ta’ Mejju 2002), talab friża fuq il-pjan ta’ investiment. Meta l-awtoritajiet Griegi wettqu t-tieni kontroll f’Mejju 2002, huma stabbilew li l-ispejjeż li għamlet HSY sal-31 ta’ Diċembru 2001 kienu jammontaw għal GRD 9,8 biljuni (EUR 28,9 miljun), jew 63 % tal-ispejjeż totali tal-investiment. B’deċiżjoni tal-14 ta’ Ġunju 2002, ingħatat estensjoni ġdida sat-30 ta’ Ġunju 2004. B’deċiżjoni tat-23 ta’ Lulju 2003, l-awtoritajiet awtorizzaw modifika tal-pjan ta’ investiment. F’din l-okkażjoni, il-kumpanija ġiet mitluba tneħħi xi ftit mill-ispejjeż tal-investiment iċċertifikati fl-okkażjoni tat-tieni kontroll. Dawn l-ispejjeż kienu ħlasijiet bil-quddiem fir-rigward ta’ investimenti li l-kumpanija kienet iddeċidiet li teskludi mill-pjan ta’ investiment. Għalhekk, l-ammont totali ċċertifikat wara t-tieni kontroll tnaqqas għal EUR 23,3 miljun, jew 50,75 % tat-total. B’ittra tat-30 ta’ Ġunju 2004, it-tarzna talbet estensjoni ġdida sal-31 ta’ Diċembru 2004. Sal-lum, l-għajnuna għall-investiment għadha ma tħallsitx lit-tarzna.

(85)

L-awtoritajiet Griegi jsostnu li, meta taw l-estensjonijiet, huma ħassew onestament li kienu qegħdin jaġixxu fil-limiti tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni u li kienet tikkonċerna għajnuna eżistenti li għaliha ma kienet meħtieġa ebda notifika ġdida. Huma ħassew li ma kienx realistiku li ma tiġix ipprovduta l-possibilità ta’ estensjoni ta’ pjan ta’ investiment ta’ dak id-daqs u ta’ dik il-firxa, aktar u aktar għal tarzna li ma kellha ebda esperjenza fl-implimentazzjoni ta’ pjan bħal dan, kif rikonoxxut mill-Kummissjoni nnifisha fid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tagħha. Huma jsostnu wkoll li infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-estensjoni f’Novembru 2002. Il-modifika tal-pjan ta’ investiment li huma awtorizzaw fl-2003 ma bidlitx in-natura, is-sustanza, jew l-iskop tal-għajnuna approvata. Hija mmirat biss li taddatta l-kontenut tal-pjan għaċ-ċirkustanza l-ġodda: il-privatizzazzjoni tat-tarzna, il-kuntratti l-ġodda ta’ natura mhux prevista (sottomarini), it-terremot tal-1999, u l-progress teknoloġiku. L-awtoritajiet Griegi lanqas ma jistgħux jaraw kif l-estensjonijiet setgħu jaffettwaw is-sustanza tal-għajnuna u għalhekk il-kumpatibbiltà tagħha. Fl-aħħar nett, huma jsostnu li l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kumpatibbiltà tal-estensjoni tal-pjan ta’ investiment fuq il-bażi tal-punt 52 tal-linji gwida Komunitarji dwar għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà (67) (minn hawn ‘il quddiem “il-linji gwida għar-R&R tal-1999”). F’dan il-każ, l-għajnuna għandha tinstab kumpatibbli billi l-pjan rivedut jipprevedi ritorn għall-vijabilità fi żmien raġonevoli, jiġifieri qabel it-30 ta’ Ġunju 2004. B’mod partikolari l-awtoritajiet Griegi jsostnu li d-dewmien ma kienx ikkawżat mill-kumpanija iżda minn forza maġġuri (it-terremot tal-1999 u l-privatizzazzjoni tal-kumpanija). Fl-aħħar nett, il-prinċipju ta’ “darba waħda, l-aħħar darba” mhuwiex ser jinkiser billi l-għajnuna se sseħħ fl-addattament ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni eżistenti.

(86)

Dwar in-nuqqas ta’ sottomissjoni ta’ rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment, il-Greċja tħoss li dan il-pjan mhuwiex ta’ importanza suffiċjenti biex jimpedixxi l-modifika tal-pjan.

4.1.5.   Valutazzjoni

4.1.5.1.   L-Artikolu 296 tat-Trattat

(87)

Għalhekk qabel ma ssir valutazzjoni tal-kumpatibbiltà skont l-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat, trid tiġi kkunsidrata l-applikabilità tal-Artikolu 296 tat-Trattat. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva l-elementi segwenti. L-ewwel nett, l-għajnuna għall-investiment kienet ġiet innotifikata mill-Greċja fl-1997 skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Bin-notifika tal-għajnuna, il-Greċja rrikonoxxiet li l-pjan ta’ investiment kien marbut prinċipalment mal-attivitajiet ċivili ta’ HSY (jiġifieri tiswija u bini ta’ bastimenti), għax kieku l-pjan kien relatat ma’ attivitajiet militari u kien importanti għas-sigurtà nazzjonali, il-Greċja setgħet invokat l-Artikolu 296 tat-Trattat tal-KE dak iż-żmien u ma kienx ikollha għalfejn tinnotifika din l-għajnuna għall-investiment (68). Barra minn hekk, il-Greċja ma kkontestatx id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni li fiha l-Kummissjoni vvalutat l-għajnuna nnotifikata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Fl-aħħar nett, il-Greċja ma invokatx l-Artikolu 296 fir-reazzjoni tagħha għad-deċiżjoni tal-ftuħ. L-elementi preċedenti huma suffiċjenti biex wieħed jikkonkludi li l-pjan ta’ investiment ma affettwax l-interessi tas-sigurtà tal-Greċja u kull għajnuna li tiffinanzja l-pjan ta’ investiment tista’ tiġi ttrattata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat stipulati fl-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat.

4.1.5.2.   Eżistenza ta’ użu ħażin tal-għajnuna

(88)

It-tliet dubji mqajma fid-deċiżjoni tal-ftuħ se jiġu analizzati wieħed wieħed.

(89)

Rigward il-ksur tal-kundizzjoni li s-self irid jingħata bir-rati tas-suq u mingħajr garanziji mill-Istat, il-Kummissjoni tqis li dan il-ksur jaffettwa l-kumpatibbiltà tal-aħħar miżuri u mhux il-kumpatibbiltà tal-għajnuna għall-investiment. Fil-fatt, l-għan ta’ din il-kundizzjoni huwa li jiġi evitat li tingħata għajnuna addizzjonali favur il-programm ta’ investiment (jiġifieri li tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta’ għajnuna ‘l fuq mill-intensità stipulata fid-Deċiżjoni N 401/1997). Hu x’inhu, kif se jiġi spjegat iżjed ‘il quddiem f’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ raġunijiet legali oħra ssib li l-garanzija tal-Istat mogħtija lil HSY tikkostitwixxi għajnuna inkumpatibbli li trid tiġi rkuprata. Dwar is-self, il-Kummissjoni ssib ukoll li l-element ta’ għajnuna jrid jiġi rkuprat. Billi l-elementi ta’ għajnuna ser jiġu rkuprati, se tiġi rrestawrata s-sitwazzjoni inizjali u l-ispejjeż tal-finanzjament ta’ HSY mhux se jkun aktar baxxi mir-rata tas-suq. Fi kliem ieħor, permezz ta’ dawn l-irkupri, se jintlaħaq l-iskop tal-kundizzjoni stipulata fid-Deċiżjoni N 401/1997, jiġifieri li jkun evitat l-għoti ta’ għajnuna addizzjonali permezz tal-finanzjament mogħti lil HSY bi prezz inqas minn dak tas-suq. Il-Kummissjoni għalhekk tiċħad it-talba msemmija qabel ta’ Elefsis li kemm l-element ta’ għajnuna fis-self u l-garanzija kif ukoll l-għajnuna għall-investiment approvata bid-Deċiżjoni N 401/1997 iridu jiġu rkuprati.

(90)

Dwar in-nuqqas ta’ rappurtaġġ annwali li ssemma fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni tqis li n-nuqqas ta’ sottomissjoni tar-rapporti annwali fih innifsu ma jirrappreżentax użu ħażin tal-għajnuna. Fil-fatt, dan ma jbiddilx il-karatteristiċi tal-għajnuna, l-effett tagħha jew il-karatteristiċi tal-programm ta’ investiment. Madankollu, billi l-Greċja ma pprovdietx din l-informazzjoni fil-ħin u għalhekk ma infurmatx lill-Kummissjoni dwar id-dewmien fil-mument meta seħħ, hija impediet lill-Kummissjoni milli tadotta deċiżjoni dwar dawn il-kwistjonijiet fil-mument opportun. Konsegwentement, dan in-nuqqas ta’ rappurtaġġ ifisser li l-oneru tal-prova jaqa’ fuq il-Greċja – hija l-Greċja li trid tipprova li l-Kummissjoni kienet tapprova l-estensjonijiet wara xulxin tal-perjodu biex jiġi implimentat il-programm ta’ investiment.

(91)

Rigward l-implimentazzjoni tardiva tal-pjan ta’ investiment, li kien id-dubju prinċipali mqajjem fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni waslet għad-deċiżjoni segwenti. Bid-Deċiżjoni N 401/1997, il-Kummissjoni awtorizzat għajnuna biex issostni investimenti li kienu “marbuta ma’ pjan ta’ ristrutturazzjoni”, kif mitlub mill-Kapitolu III “Għajnuna għar-ristrutturazzjoni” tad-Direttiva 90/684/KEE. Kif indikat fid-deskrizzjoni tal-pjan tan-negozju fid-Deċiżjoni N 401/1997, il-pjan ta’ investiment ma kienx marbut sempliċement mar-ristrutturazzjoni; huwa nnifsu kien wieħed mill-pilastri tar-ristrutturazzjoni minħabba li t-tarzna ma kienet għamlet ebda investiment fis-snin ta’ qabel u riedet tibdel “it-tagħmir antik u antikwat ma’ teknoloġija ġdida” biex tirrestawra l-kompetittività tagħha. Fis-Sezzjoni 2.1 tal-ittra tagħhom tal-20 ta’ Ottubru 2004, l-awtoritajiet Griegi jikkonfermaw li l-programm ta’ investiment kellu l-mira li jirrestawra l-kompetittività ta’ HSY, permezz ta’ titjib fil-produttività u l-modernizzazzjoni, sabiex issir kumpanija kompetittiva fil-livell nazzjonali u internazzjonali. Il-Greċja tikkonferma wkoll li l-iskop kien is-sostituzzjoni ta’ tagħmir antikwat u mhux użat ma’ tagħmir ġdid b’teknoloġija moderna. Bħala konklużjoni, mid-Deċiżjoni N 401/1997 innifisha kif ukoll mill-ittri tal-Greċja, jidher li l-programm ta’ investiment kellu rwol kruċjali fil-pjan tar-ristrutturazzjoni u fir-restawr tal-vijabilità (69). Billi kien “marbut ma’ pjan ta’ ristrutturazzjoni” u kruċjali għar-ritorn għall-vijabilità, huwa ovvju li l-implimentazzjoni tal-programm ta’ investiment ma setgħetx tiġi ttardjata b’mod sinifikanti. Fil-fatt, l-implimentazzjoni tiegħu kienet urġenti sabiex tippermetti r-restawr tal-vijabilità. Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni awtorizzat għajnuna biex issostni programm ta’ investiment li ried jiġi implimentat f’perjodu preċiż; hija ma awtorizzatx għajnuna biex issostni kull proġett ta’ investiment imwettaq fil-ġejjieni.

(92)

Rigward iż-żmien preċiż tal-implimentazzjoni ta’ dan il-programm ta’ investiment, id-Deċiżjoni N 401/1997 ma tinkludix il-kalendarju ppjanat. Id-deċiżjoni N 401/1997 tindika biss li “it-tarzna se jkollha l-vijabilità tagħha restawrata fit-tmiem tal-pjan tan-negozju, is-sena 2000”. Fl-ittra tagħhom tal-20 ta’ Ottubru 2004, l-awtoritajiet Griegi jindikaw li, skont id-deċiżjoni Ministerjali ta’ Diċembru 2007 li jingħata s-sussidju, il-programm ta’ investiment kellu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 1999 (70). Madankollu, din id-data ma tidhirx fid-Deċiżjoni N 401/1997, il-programm ta’ investiment kellu jitlesta sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2000.

(93)

Minn dan kollu, il-Kummissjoni tikkonkludi li ż-żamma mad-data tal-31 ta’ Diċembru 2000 kienet importanti sabiex tassigura s-suċċess tal-pjan tar-ristrutturazzjoni. Barra minn hekk, kwalunkwe investiment implimentat b’mod sinifikanti wara l-2000 ma setax jitqies bħala marbut mal-pjan ta’ ristrutturazzjoni li huwa deskritt fid-Deċiżjoni N 401/1997, kif mitlub mid-Direttiva 90/684/KEE.

(94)

Wara din l-analiżi tad-Deċiżjoni N 401/1997, il-Kummissjoni trid tistabbilixxi jekk kinitx tagħti estensjoni tal-perjodu sabiex jitwettqu l-investimenti kieku l-Greċja kienet talbitha u infurmat sewwa lill-Kummissjoni dwar id-dewmien. F’Settembru 1999, terremot għamel ħsara parzjali fil-faċilitajiet segwenti tat-tarzna: ħitan, soqfa, twieqi, l-istruttura tat-tliet binjiet, tubi, netwerks tal-elettriku, mollijiet, u binarji tal-krejnijiet. Il-Greċja ssostni li t-terremot ġiegħel lit-tarzna twaqqaf il-pjan ta’ investiment u tiffoka fuq it-tiswija ta’ dawn il-ħsarat.

(95)

Billi tiġġustifika d-dewmien fuq il-bażi tat-terremot, f’Novembru 2000 it-tarzna talbet l-ewwel posponiment tad-data biex tlesti l-programm ta’ investiment tal-31 ta’ Diċembru 2001. Il-mistoqsija hija jekk il-Kummissjoni kinitx taċċetta t-talba kieku kienet irċevietha. Il-Kummissjoni tosserva li, kieku applikat il-paragrafu 52 tal-linji gwida dwar R&R tal-1999, hija ma kinitx tapprova l-ewwel estensjoni billi l-pjan tar-ristrutturazzjoni approvat fl-1999 kien sar b’mod ċar insuffiċjenti biex jirrestawra l-vijabilità fid-dawl tas-sitwazzjoni prevalenti f’Novembru 2000 u f’dak iż-żmien ma kien jeżisti l-ebda pjan ieħor ta’ ristrutturazzjoni li kien jippermetti ritorn għall-vijabilità. Madankollu, il-Kummissjoni tiddubita li kienet tapplika l-paragrafu 52 tal-linji gwida tal-1999 dwar R&R billi l-għajnuna ma kinitx ġiet approvata fuq il-bażi ta’ dawn il-linji gwida, billi ma kien hemm ebda “emenda” tal-kontenut tal-pjan iżda dewmien biss tad-data biex jitlestew l-investimenti, u billi ma kienx hemm dispożizzjonijiet ċari dwar in-notifika tad-data għat-tlestija tal-investimenti fid-Deċiżjoni N 401/1997 u fid-Direttiva 90/684/KEE. Barra minn hekk, billi terremot qawwi huwa avveniment lil hinn mir-responsabbiltà tat-tarzna u tal-awtoritajiet Griegi, li huwa eċċezzjonali u mhux relatat mal-ekonomija u n-negozju, il-Kummissjoni probabbilment kienet tikkunsidra li tista’ tiġġustifika xi ftit xhur ta’ dewmien. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ investiment hija ħaġa diffiċli, li tista’ tkun teħtieġ xi xhur addizzjonali. Għaldaqstant, anki jekk sena hija dewmien twil, huwa raġonevoli li wieħed jikkunsidra li l-Kummissjoni setgħet aċċettat l-estensjoni.

(96)

Rigward it-tieni estensjoni mogħtija mill-awtoritajiet Griegi, il-Greċja u HSY iġġustifikawha bil-privatizzazzjoni tat-tarzna, li matulha l-pjan ta’ investiment kien iffriżat (71). Fi kliem ieħor, id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ investiment irriżulta minn deċiżjoni konxja li tiġi sospiża l-implimentazzjoni. Il-Kummissjoni ċertament ma tistax tawtorizza estensjoni tal-perjodu biex jiġi implimentat il-programm ta’ investiment meta ġie deliberatament deċiż li titwaqqaf l-implimentazzjoni matul diversi trimestri. Kif ġie konkluż qabel, li wieħed iżomm mal-programm stabbilit għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni kien fundamentali. Il-Kummissjoni awtorizzat għajnuna biex issostni pjan preċiż ta’ ristrutturazzjoni f’mument preċiż. Bħala argument sussidjarju, il-Kummissjoni tinnota li kieku ġew aċċettati estensjonijiet wara l-31 ta’ Diċembru 2001, il-perjodu tar-ristrutturazzjoni kien ikun tant twil li l-investimenti mwettqa wara dik id-data ma kinux ikunu jistgħu jitqiesu bħala “marbuta” – fit-tifsira tad-Direttiva 90/684/KEE – mar-ristrutturazzjoni li bdiet fl-1996. Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni approvat fl-1997 ma kienx adegwat biex jindirizza l-qagħda finanzjarja diffiċli tat-tarzna fis-snin mill-2001 ‘il quddiem. Barra minn hekk, fl-2001-2002 kienu implimentati miżuri sinifikanti ta’ ristrutturazzjoni, li kienu ġodda u mhux inklużi fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni deskritt fid-Deċiżjoni N 401/1997 (pereżempju, tnaqqis addizzjonali fil-forza tax-xogħol). Fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tħoss li ma kinitx tapprova estensjoni tal-perjodu ta’ investiment wara l-31 ta’ Diċembru 2001.

(97)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe għajnuna li tappoġġa spejjeż ta’ investimenti li saru wara l-31 ta’ Diċembru 2001 taqa’ barra l-ambitu tad-Deċiżjoni N 401/1997.

(98)

Il-Greċja ssostni li anki jekk il-Kummissjoni ssib li l-għajnuna favur xi spejjeż ta’ investiment ma taqax fl-ambitu tad-Deċiżjoni N 401/1997, din l-għajnuna għandha xorta waħda titqies kumpatibbli bħala għajnuna għar-ristrutturazzjoni fuq il-bażi tal-linji gwida tal-1999 dwar R&R. Il-Kummissjoni għalhekk trid tanalizza jekk l-għajnuna favur l-ispejjeż tal-investiment li għamlet HSY wara l-31 ta’ Diċembru 2001 tistax tinstab li hija kumpatibbli. Il-Kummissjoni tinnota li m’hemm ebda dubju li HSY kienet kumpanija f’diffikultà wara l-31 ta’ Diċembru 2001. Pereżempju, it-telf akkumulat tul is-snin preċedenti kien tant kbir li l-ekwità netta kienet negattiva. Għalhekk, kwalunkwe għajnuna mogħtija lill-kumpanija, u b’mod speċjali għajnuna biex issostni l-immodernizzar ta’ tagħmir antikwat, kellha tiġi kkunsidrata bħala għajnuna għar-ristrutturazzjoni. Il-Kummissjoni tħoss, madankollu, li l-kumpanija ma kkonformatx mal-kundizzjonijiet sabiex tirċievi għajnuna skont il-linji gwida tal-1999 dwar R&R. Pereżempju, il-kundizzjoni ta’ “darba waħda, l-aħħar darba” stipulata fil-paragrafu 48 ta’ dawn il-linji gwida ġiet miksura minħabba li l-Greċja kienet diġà tat għajnuna għar-ristrutturazzjoni lil HSY b’deċiżjoni Ministerjali ta’ Diċembru 1997. Fil-fatt, l-għajnuna għall-investiment approvata bid-Deċiżjoni N 401/1997 kienet għajnuna għar-ristrutturazzjoni skont id-Direttiva 90/684/KEE u skont id-Deċiżjoni N 401/1997 innifisha. Il-paragrafu 48 tal-linji gwida tal-1999 dwar R&R jippermetti eżenzjoni mill-kundizzjoni ta’ “darba waħda, l-aħħar darba” f’“ċirkustanzi eċċezzjonali u mhux prevedibbli”. Il-Kummissjoni ma tistax tidentifika liema ċirkustanzi eċċezzjonali u mhux prevedibbli setgħu jiġġustifikaw l-għajnuna għall-investiment li kellha tingħata favur l-ispejjeż ta’ investimenti li saru wara l-31 ta’ Diċembru 2001. B’mod partikolari, it-terremot ta’ Settembru 1999 jista’, kif ġie konkluż qabel, jiġġustifika dewmien limitat fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment. Iżda dan mhuwiex il-kawża tad-dewmien fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment wara l-31 ta’ Diċembru 2001. Rigward l-iffriżar tal-pjan waqt il-proċess ta’ privatizzazzjoni, dan ma jissodisfax id-definizzjoni ta’ “ċirkustanzi eċċezzjonali u mhux prevedibbli”. Il-Greċja ssostni li l-kundizzjoni ta’ “darba waħda, l-aħħar darba” ma kinitx ser tinkiser billi l-għajnuna kienet ser tingħata bħala parti mill-addattament ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni eżistenti. Kif spjegat b’mod estensiv, il-Kummissjoni tqis li l-investiment implimentat wara l-31 ta’ Diċembru 2001 mhuwiex parti mill-programm ta’ investiment deskritt fid-Deċiżjoni N 401/1997. Barra minn hekk, il-paragrafu 52 tal-linji gwida tal-1999 dwar R&R jindika li “il-pjan rivedut xorta jrid juri ritorn għall-vijabilità f’qafas ta’ żmien raġonevoli”. Skont il-pjan inizjali, it-tarzna kellha terġa’ ssir vijabbli sal-2000. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li r-restawr ippjanat tal-vijabilità ta’ Ġunju 2004 kien dewmien twil wisq meta mqabbel mal-pjan inizjali u ma kienx għadu f’qafas ta’ żmien raġonevoli. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tosserva li l-aċċettazzjoni ta’ estensjoni daqshekk twila tal-perjodu ta’ ristrutturazzjoni tkun evażjoni tal-kundizzjoni ta’ “darba waħda, l-aħħar darba”.

(99)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna favur l-ispejjeż ta’ investimenti li saru sal-31 ta’ Diċembru 1999 u marbuta mal-programm ta’ investiment deskritt fid-Deċiżjoni N 401/1997 jistgħu jitqiesu li huma koperti bid-Deċiżjoni N 401/1997. Kwalunkwe għajnuna oħra ma taqax fl-ambitu tad-Deċiżjoni N 401/1997. Barra minn hekk, kwalunkwe għajnuna oħra favur l-ispejjeż oħra ta’ investiment li saru minn HSY mhijiex kumpatibbli mas-suq komuni. Billi l-Greċja indikat li l-għajnuna għall-investiment kienet għadha ma tħallsitx lil HSY, ma trid tiġi rkuprata l-ebda għajnuna mingħand HSY.

4.2.   Self ta’ GRD 4.67 biljuni (EUR 13.72-il miljun) mogħti fl-1999 u kopert b’garanzija tal-Istat (miżura P2)

4.2.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

(100)

Il-Greċja tindika li dan is-self fuq tmien snin li jammonta għal GRD 4,67 biljuni (EUR 13,72 miljun) ngħata minn ETVA biex jiffinanzja l-programm ta’ investiment (72). B’deċiżjoni tat-8 ta’ Diċembru 1999, il-gvern ta garanzija u ċċarġja ħlas annwali ta’ garanzija ta’ 100 punt bażi. Is-self ġie konkluż fid-29 ta’ Diċembru 1999 u tħallas lil HSY f’porzjonijiet wara xulxin minn dik id-data sas-26 ta’ Ottubru 2000, għal total ta’ EUR 12.76-il miljun (73). Ir-rata tal-imgħax kienet ATHIBOR (EURIBOR mill-1 Jannar 2001) u 25 punt bażi. Fil-31 ta’ Mejju 2002, il-garanzija tal-Istat u s-self ġew estiżi sat-30 ta’ Ġunju 2009 u r-rata tal-imgħax żdiedet b’100 punt bażi. Ir-rimborż tal-kapital beda bl-ewwel ħlas f’Diċembru 2003.

4.2.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

(101)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ tindika li l-garanzija tal-Istat tista’ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, li l-kumpatibbiltà tagħha hija dubjuża. Barra minn hekk, apparti l-kwalifika ta’ għajnuna jew le, id-Deċiżjoni N 401/1997 tindika li, sabiex jiffinanzja l-programm ta’ investiment, is-self mill-banek ried jingħata bil-kundizzjonijiet normali tas-suq mingħajr garanziji mill-Istat. Għalhekk jidher li l-garanziji mill-Istat kienu per se pprojbiti bid-Deċiżjoni N 401/1997.

4.2.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

(102)

Elefsis għamel il-kummenti li ġejjin dwar il-miżuri P2, P3 u P4. Huwa jfakkar li d-Deċiżjoni N 401/1997 kienet titlob li s-self bankarju biex tiġi ffinanzjata HSY kellu jinkiseb bil-kundizzjonijiet normali tas-suq mingħajr garanziji mill-Istat. Jista’ jintwera li t-tliet selfiet ingħataw fuq bażi mhux indipendenti. L-ewwel nett, dan is-self ingħata mill-aħħar tal-1999 ‘il quddiem, meta l-qagħda finanzjarja ta’ HSY kienet waħda katastrofika, u qajmet ir-riskju li tiġi rrevokata l-liċenzja tal-kumpanija biex taħdem. It-tieni, is-self ingħata fi żmien meta kien ċar li HSY kienet naqset li timplimenta l-pjan tagħha ta’ ristrutturazzjoni/investiment u kienet naqset li tirrispetta t-termini tad-Deċiżjoni N 401/1997. It-tielet, minħabba l-qagħda finanzjarja katastrofika tagħha u n-nuqqas ta’ garanzija indipendenti, HSY ma kinitx tkun kapaċi tikseb dan is-self mis-settur privat.

4.2.4.   Kummenti mill-Greċja

(103)

L-awtoritajiet Griegi (kif ukoll HSY) jsostnu li l-garanzija mill-Istat ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat u ġiet offruta bil-kundizzjonijiet normali tas-suq. Huma jibbażaw l-analiżi tagħhom fuq l-elementi li ġejjin:

It-tarzna setgħet ikkonkludiet self simili ma’ bank ieħor billi toffri tipi oħra ta’ sigurtajiet minn garanzija mill-Istat. B’mod partikolari, il-kumpanija setgħet offriet bħala garanziji xi krediti marbuta ma’ kuntratti kbar jew xi ipoteki fuq l-assi tagħha.

Il-ħlas ta’ garanzija annwali ta’ 1 % hija r-rata tas-suq. Barra minn hekk, mhuwiex selettiv billi l-Istat Grieg ta diversi garanziji matul dak il-perjodu u f’xi każijiet, il-ħlas iċċarġjat mill-Istat kien ferm iżgħar.

Anki kieku l-Kummissjoni kellha tikkunsidra li l-ħlas tal-garanzija kien inqas mir-rata tas-suq, l-Istat xorta waħda aġixxa bħala investitur f’ekonomija tas-suq billi kien azzjonist ta’ HSY (permezz ta’ ETVA) u kien se jibbenefika mir-ritorn għall-vijabilità li jsegwi mill-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment.

Il-fatt li s-self kien immirat sabiex jiffinanzja pjan ta’ investiment li kien ġie approvat mill-Kummissjoni kellu jikkostitwixxi bażi soda biżżejjed għall-bank li jag]ti s-self u għall-garanziji sabiex jistennew li HSY kienet se tkun kapaċi trodd lura s-self.

Is-self huwa regolarment rimborżat u l-ħlas tal-garanzija mħallas.

4.2.5.   Valutazzjoni

4.2.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

(104)

Qabel ma ssir valutazzjoni tal-kumpatibbiltà skont l-Artikolu 87 tat-Trattat, trid tiġi kkunsidrata l-applikabilità tal-Artikolu 296 tat-Trattat. Il-Kummissjoni tinnota li fuq il-bażi tad-deċiżjoni tal-għoti, HSY kienet obbligata li tuża s-self assigurat kif ukoll iż-żewġ selfiet l-oħra koperti bid-deċiżjoni ta’ ftuħ (jiġifieri l-miżuri P3 u P4) għall-finanzjament tal-programm ta’ investiment (74). Kif ġie konkluż fil-valutazzjoni tal-miżura P1, il-programm ta’ investiment ma jaqax fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li dawn it-tliet selfiet indikati għall-finanzjament tal-programm ta’ investiment huma suġġetti għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u mhumiex koperti mill-Artikolu 296 tat-Trattat.

4.2.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

(105)

Qabelxejn irid jiġi vverifikat jekk il-garanzija tal-Istat tissodisfax il-kundizzjonijiet biex tkun għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

(106)

Sabiex tiġi vvalutata l-eżistenza ta’ għajnuna fil-garanziji differenti investigati f’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni se tuża l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna Mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (75) (minn hawn ‘il quddiem l-“Avviż dwar il-garanziji”), li ġie ppubblikat f’Marzu 2000. Madankollu, kif indikat fis-sezzjoni 1.4 tiegħu, huwa ma kienx jikkonsisti f’bidla tal-politika, iżda pjuttost jispjega f’aktar dettall il-metodu li kienet tuża l-Kummissjoni sa dak iż-żmien biex tivvaluta l-garanziji. Konsegwentement, il-prinċipji stipulati fl-Avviż dwar il-garanziji jistgħu jintużaw ukoll biex jiġu vvalutati l-garanziji mogħtija qabel Marzu 2000. Skont din il-konklużjoni, fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni użat l-Avviż dwar il-garanziji biex tivvaluta l-miżura P2. Il-Greċja ma kkontestax dik l-applikazzjoni. Għall-kuntrarju, il-Greċja użatu wkoll biex tivvaluta l-miżura P2 (76).

(107)

L-ewwel nett, sabiex taqa’ taħt l-Artikolu 87(1), miżura trid tinvolvi riżorsi tal-Istat. Dan huwa l-każ għall-miżura P2 billi, bl-għoti ta’ din il-garanzija, l-Istat poġġa f’riskju riżorsi tal-Istat.

(108)

It-tieni, irid jiġi stabbilit jekk il-miżura hijiex selettiva jew le. Il-Greċja ssostni li l-Istat ta diversi garanziji lil kumpaniji oħra u ċċarġjat ukoll primjum ta’ 1 %. Il-Greċja pprovdiet lista ta’ dawn il-kumpaniji. Il-Kummissjoni tħoss li dan il-fatt ma jurix li l-miżura kienet waħda ġenerali. Sabiex tkun miżura ġenerali, il-miżura trid tkun miftuħa għall-operaturi ekonomiċi kollha li joperaw fi ħdan Stat Membru. Hija trid tkun effettivament miftuħa għall-kumpaniji kollha fuq il-bażi ta’ aċċess ugwali, u ma jistgħux de facto jkunu mnaqqsa fl-isfera ta’ applikazzjoni tagħhom permezz, ngħidu aħna, tal-poter diskrezzjonali tal-Istat li jagħtihom jew permezz ta’ fatturi oħra li jnaqqsu l-effett prattiku tagħhom. Il-miżura preżenti għalhekk ma tistax titqies bħala waħda ġenerali. B’mod partikolari, il-fatt biss li ċerti kumpaniji rċevew garanzija mill-Istat ma jfissirx li l-kumpaniji kollha setgħu jirċievu waħda. Il-Greċja ma wrietx li l-għoti ta’ garanzija mill-Istat huwa miftuħ għall-aġenti ekonomiċi kollha fuq bażi ta’ aċċess ugwali. Barra minn hekk, il-kumpaniji kollha li jidhru fil-lista pprovduta mill-Greċja huma kumpaniji proprjetà tal-Istat jew kumpaniji li jwettqu xi attivitajiet militari. Jidher għalhekk li l-kumpaniji privati ma setgħux jirċievu garanzija bħal din għall-finanzjament tal-attivitajiet normali tagħhom. Fil-fatt, il-Greċja ma tindikax il-bażi legali li fuq il-bażi tagħha l-Ministru tal-Finanzi ddeċieda fit-8 ta’ Diċembru 1999 li jagħti l-garanzija. Aktarx li hija l-Liġi 2322/1995, li hija miżura selettiva, kif se jiġi spjegat fil-valutazzjoni tal-miżura E12b.

(109)

It-tielet, trid tintwera l-eżistenza ta’ vantaġġ. Skont il-punt 2.2.2 tal-Avviż dwar il-garanziji, billi l-garanzija ngħatat qabel l-għoti tas-self u mhux “ex post”, m’hemm ebda suppożizzjoni ta’ għajnuna lis-sellief. Għalhekk hija l-għajnuna lil min jissellef li trid tiġi investigata, kif definit fil-punt 2.1.1 tal-Avviż dwar il-garanziji. Il-Greċja ssostni li ma kien hemm ebda vantaġġ billi HSY setgħet kisbet self simili billi toffri lill-bank garanziji oħra minflok garanzija mill-Istat. Il-Kummissjoni tħoss li m’għandhiex għalfejn tinvestiga jekk, kieku offriet garanziji oħra, HSY kinitx tingħata jew le dan is-self. Fil-fatt, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk it-transazzjoni attwali implimentata mill-Istat, jiġifieri l-għoti ta’ garanzija fuq self mingħajr ma jibbenefika minn ebda sigurtà, kinitx tkun aċċettabbli għal investitur f’ekonomija tas-suq. Garanzija fuq self assigurat bi dritt fuq xi assi jew biċ-ċessjoni ta’ talbiet tikkostitwixxi transazzjoni differenti. Kif indikat fis-sezzjoni 2.1.1 tal-Avviż dwar il-garanziji, wieħed mill-vantaġġi potenzjali tal-garanzija mill-Istat hija l-possibilità għal min jissellef “li joffri sigurtà inqas”. Barra minn hekk, anki kieku kellha tiġi vvalutata l-possibilità li jinkiseb finanzjament billi jkunu offruti aktar sigurtajiet, il-Kummissjoni diġà kkonkludiet fis-sezzjoni 3.1 tad-deċiżjoni preżenti li wara t-30 ta’ Ġunju 1999 HSY ma kinitx se tirċievi self jew garanziji minn banek privati, anki kieku offriet sigurtà lill-bank. Il-Kummissjoni tikkonkludi li, billi l-garanzija mill-Istat ingħatat f’Diċembru 1999, din tat vantaġġ lil HSY billi pprovdiet finanzjament li HSY ma kinitx se tirċievi mis-suq.

(110)

Il-Greċja ssostni wkoll li l-ħlas ta’ garanzija ta’ 1 % kien il-prezz tas-suq u għalhekk m’hemm ebda vantaġġ. Il-Kummissjoni tinnota li l-Greċja ma pprovdiet ebda informazzjoni tas-suq li turi li l-banek kienu lesti li jagħtu garanzija b’dak il-prezz. Il-Greċja pprovdiet biss lista ta’ garanziji pprovduti mill-Istat matul l-istess perjodu għall-istess prezz. Il-Kummissjoni ma tistax tifhem kif din il-lista ta’ garanziji mill-Istat tista’ tipprova li l-ħlas ta’ garanzija mitlub minn HSY huwa konformi mas-suq u ma jikkostitwixxix għajnuna. B’mod partikolari, din il-lista ma tistax titqies bħala “skema ta’ garanzija mill-Istat [li] ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1)” billi, kif turi l-garanzija favur HSY, din ma tissodisfax ħafna mill-kundizzjonijiet stipulati fis-sezzjoni 4.3 tal-Avviż dwar il-garanziji. Barra minn hekk, anki kieku ħlas ta’ garanzija ta’ 1 % kien konformi mas-suq għal kumpaniji oħra (b’saħħithom), dan ma jfissirx awtomatikament li kien il-każ għal kumpanija f’diffikultajiet bħal HSY.

(111)

Dwar l-argument li ħlas ta’ garanzija aktar baxx mill-prezz tas-suq seta’ jkun aċċettabbli għal investitur privat f’ċirkustanzi simili minħabba li l-Greċja kienet azzjonista ta’ HSY, il-Kummissjoni diġà ċaħdet dan l-argument fis-sezzjoni 3.1 ta’ din id-deċiżjoni.

(112)

Is-sezzjoni 3.1 turi wkoll li mit-30 ta’ Ġunju 1999 kien hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli biex wieħed jikkonkludi li HSY ma kienx irnexxielha tikkonkludi biżżejjed kuntratti għall-bini ta’ bastimenti biex tirrestawra l-vijabilità tagħha u kienet se tiffaċċja telf kbir fl-1999 u fl-2000. Għalhekk, filwaqt li l-fatt li s-self kien qiegħed jiffinanzja pjan ta’ investiment approvat fl-1997 mill-Kummissjoni seta’ serraħ moħħ sellief potenzjali fl-1997 u fl-1998, dan ma kienx iserraħ moħħ bank f’Diċembru 1999 billi kien evidenti li l-pjan tan-negozju kien falla. Il-punt korrispondenti li għamlet il-Greċja għalhekk għandu jiġi miċħud.

(113)

Fl-aħħar nett, dwar il-fatt li semmiet il-Greċja li s-self huwa rimborżat skont it-termini tal-kuntratt, il-Kummissjoni ma tarax kif dan jista’ jipprova li bank privat kien jagħti s-self inkwistjoni. Fil-fatt, il-fattur importanti huwa s-sitwazzjoni tal-kumpanija u l-informazzjoni disponibbli meta ngħatat il-garanzija (77). Bħala element sussidjarju, il-Kummissjoni tosserva li, skont l-informazzjoni disponibbli fiż-żmien tal-għoti tal-garanzija u li fuq il-bażi tagħha wieħed seta’ jistenna li t-tarzna kienet se ssofri telf qawwi fis-snin ta’ wara, it-tarzna fil-fatt irreġistrat telf kbir fis-snin ta’ wara u l-ekwità netta tagħha saret tassew negattiva ħafna. Barra minn hekk, HSY kampat biss (u għalhekk tista’ tħallas lura s-self) minħabba l-appoġġ kontinwu b’għajnuna mill-Istat.

(114)

Minn dan kollu, il-Kummissjoni tħoss li l-miżura tagħti vantaġġ lil HSY.

(115)

Dan il-vantaġġ selettiv joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni minħabba li jipprovdi finanzjament fi żmien meta HSY ma kinitx tirċievi finanzjament mis-suq u kienet f’diffikultà. Il-miżura għalhekk ikkontribwiet sabiex iżżomm lil HSY ħajja u tiffinanzja l-attivitajiet tagħha. Billi xi kompetituri ta’ HSY jinsabu fi Stati Membri oħra (78), din id-distorsjoni tal-kompetizzjoni tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri (79).

(116)

Peress li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stipulati fl-Artikolu 87(1) tat-Trattat, il-garanzija tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Billi, kuntrarju għar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, din ingħatat mingħajr notifika minn qabel, hija tikkostitwixxi għajnuna illegali.

(117)

Billi l-Kummissjoni għadha kemm uriet li vantaġġ selettiv mogħti lil HSY joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u l-kummerċ, il-Kummissjoni mhix se tirrepeti l-analiżi ta’ eżistenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-kummerċ fil-valutazzjoni tagħha tal-miżuri li fadal.

4.2.5.3.   Kumpatibbiltà tal-għajnuna

(118)

Rigward il-kumpatibbiltà taħt l-Artikolu 87(2) u (3) tat-Trattat, il-Kummissjoni tinnota li ma tapplika l-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 87(2) u fl-Artikolu 87(3)(b) u (d). Rigward il-kumpatibbiltà taħt l-Artikolu 87(3)(a), (c) u (e), l-għajnuna għall-bini tal-bastimenti kienet regolata mill-1 ta’ Jannar 1999 bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1540/98 tad-29 ta’ Ġunju 1998 li jistabbilixxi regoli ġodda dwar l-għajnuna għall-bini tal-bastimenti (80) (minn hawn ‘il quddiem ir-“Regolament (KE) Nru 1540/98”). Billi s-self assigurat kien immirat sabiex jiffinanzja pjan ta’ investiment li kien parti minn pjan ta’ ristrutturazzjoni u barra minn hekk billi HSY kienet f’diffikultà, il-garanzija mill-Istat għandha tiġi valutata fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1540/98. Huwa evidenti li l-miżura ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-artikolu. B’mod partikolari, l-Artikolu 5 jindika li l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni “tista’ b’mod eċċezzjonali titqies bħala kumpatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni li tikkonforma mal-linji gwida Komunitarji dwar għajnuna mill-Istat biex jiġu salvati u ristrutturati kumpaniji f’diffikultà”. Il-linji gwida applikabbli fiż-żmien tal-għotja kienu l-linji gwida tal-1999 dwar R&R, li kienu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-9 ta’ Ottubru 1999 (81) u li daħlu fis-seħħ fl-istess ġurnata. Bosta mill-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna stipulata fis-sezzjoni 3.2.2. ta’ dawn il-linji gwida mhumiex sodisfatti. Pereżempju, rigward il-kundizzjoni (b) “Ritorn għall-vijabilità”, il-Kummissjoni tinnota li l-garanzija Mill-Istat ffinanzjat pjan ta’ investiment li kien parti minn pjan ta’ ristrutturazzjoni li, f’Diċembru 1999, kien sar totalment insuffiċjenti biex jirrestawra l-vijabilità fuq perjodu fit-tul ta’ HSY. Rigward il-kundizzjoni (d) “Għajnuna limitata għall-minimu”, il-Kummissjoni diġà ddeċidiet fid-Deċiżjoni N 401/1997 li l-għajnuna mill-Istat tista’ tammonta sa massimu ta’ 50 % tal-ispejjeż tal-investiment u l-50 % l-oħra jridu jiġu ffinanzjati minn fondi miġbura mill-azzjonisti u minn self bankarju mogħti bil-kundizzjonijiet tas-suq. Konsegwentement, ma setgħet tingħata l-ebda għajnuna addizzjonali favur il-pjan ta’ investiment għax inkella l-intensità massima ta’ 50 % ta’ għajnuna tiġi miksura. Il-garanzija mill-Istat kisret ukoll il-kundizzjoni ta’ “darba waħda, l-aħħar darba” stipulata fis-sezzjoni 3.2.3 tal-linji gwida tal-1999 dwar R&R billi bid-Deċiżjoni N 401/1997, il-Kummissjoni kienet awtorizzat għajnuna għall-investiment, li, skont id-Direttiva 90/684/KEE, kienet tip ta’ għajnuna għar-ristrutturazzjoni. Din l-għajnuna ngħatat lil HSY b’Deċiżjoni Ministerjali ta’ Diċembru 1997 (iżda, kif deskritt fil-paragrafu 84 ta’ din id-deċiżjoni, il-Greċja tindika li din kienet għadha ma tħallsitx lil HSY).

(119)

Fuq il-bażi ta’ dan kollu, il-Kummissjoni tqis li l-garanzija mill-Istat tikkostitwixxi għajnuna illegali u inkumpatibbli li trid tiġi rkuprata. Jekk tkun għadha ma tħallsitx fiż-żmien ta’ din id-deċiżjoni, il-garanzija mill-Istat trid tiġi mwaqqfa immedjatament. Dan madankollu mhuwiex biżżejjed biex titreġġa’ lura s-sitwazzjoni li kien ikun hemm mingħajr l-għajnuna billi għal bosta snin HSY ibbenefikat minn self li ma kinitx tirċievi mingħajr l-intervent tal-Istat. Sabiex jiġi rkuprat dan il-vantaġġ, il-Kummissjoni tħoss, skont il-konklużjoni milħuqa fis-sezzjoni 3.1 ta’ din id-deċiżjoni, li d-differenza bejn il-prezz totali tas-self assigurat (ir-rata tal-imgħax u l-primjum tal-garanzija) u r-rata ta’ referenza għall-Greċja miżjuda b’600 punt bażi trid tiġi rkuprata għas-snin li matulhom kienet għaddejja l-garanzija.

(120)

Il-Kummissjoni tħoss li dan se jreġġa’ lura s-sitwazzjoni li kieku kienet teżisti mingħajr garanzija mill-Istat. B’hekk, il-ksur tal-projbizzjoni tal-garanziji mill-Istat u finanzjament taħt ir-rata tas-suq stipulata fid-Deċiżjoni N 401/1997 hija eliminata.

4.3.   Self ta’ GRD 1,56 biljun (EUR 4,58 miljuni) mogħti fl-1999 (miżura P3)

4.3.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

(121)

Fl-1999, HSY irċeviet self li jammonta għal GRD 1,56 biljun (EUR 4,58 miljuni) mingħand ETVA, li bħala garanziji rċieva dritt fuq il-ħlas tal-ewwel porzjon tal-għajnuna għall-investiment awtorizzata bid-Deċiżjoni N 401/1997. Is-self ġie konkluż fit-28 ta’ Lulju 1999 u tħallas kompletament lil HSY l-għada. It-tul ta’ żmien inizjali kien sal-31 ta’ Marzu 2001. Wara estensjonijiet suċċessivi, dan ġie mħallas lura fit-2 ta’ Awwissu 2004. Ir-rata tal-imgħax kienet ATHIBOR (EURIBOR mill-1 ta’ Jannar 2001) u 100 punt bażi (82).

4.3.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

(122)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni tindika li s-self seta’ jikkostitwixxi għajnuna, li l-kumpatibbiltà tagħha hija dubjuża. Barra minn hekk, kieku rriżulta li dan is-self ibbenefika minn garanzija tal-Istat, dan kien ikun ksur tad-Deċiżjoni N 401/97, li kienet tindika li, sabiex jiffinanzja l-programm ta’ investiment, is-self bankarju kellu jsir bil-kundizzjonijiet tas-suq mingħajr garanziji mill-Istat.

4.3.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

(123)

Flimkien mal-kummenti indikati qabel rigward il-miżura P2, Elefsis isostni li billi l-miżuri P3 u P4 ingħataw fi żmien meta kien ċar li HSY ma kinitx implimentat il-pjan ta’ ristrutturazzjoni/investiment tagħha u kienet naqset milli tirrispetta t-termini tad-Deċiżjoni N 401/1997, kien hemm riskju materjali li s-sigurtà mogħtija għal dan is-self, jiġifieri l-ħlas tal-għajnuna approvata għall-investiment, kienet illegali u għalhekk nulla u ma tistax tiġi infurzata.

4.3.4.   Kummenti mill-Greċja

(124)

L-awtoritajiet Griegi (u HSY) isostnu li dan is-self ingħata bil-kundizzjonijiet tas-suq. B’mod partikolari, ir-rata tal-imgħax hija simili għal dik ta’ xi self mogħti minn ETVA lil kumpaniji oħra matul dan il-perjodu. HSY setgħet issellfet minn kwalunkwe bank ieħor iżda loġikament ippreferiet lil ETVA, li kien l-azzjonist tagħha. Barra minn hekk, is-sigurtà fil-forma ta’ ċessjoni tat-talbiet fuq l-ewwel porzjon tal-għajnuna għall-investiment kienet tirrappreżenta garanzija aċċettabbli għal kwalunkwe bank. Fl-aħħar nett, il-Greċja tinnota li s-self tħallas lura kompletament lill-bank.

4.3.5.   Valutazzjoni

4.3.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

(125)

Fl-evalwazzjoni tal-miżura P2, il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li l-miżura P3 ma taqax fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat. Għalhekk trid tiġi valutata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

4.3.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

(126)

Qabel xejn, il-Kummissjoni tinnota li s-self ingħata minn ETVA u ma kienx kopert b’garanzija mill-Istat.

(127)

Dwar is-selettività tal-miżura, il-Greċja tosserva li kumpaniji oħra rċevew self mingħand ETVA b’rati tal-imgħax simili. Madankollu, kif diġà spjegat fil-valutazzjoni tal-miżura P2, miżura tkun miżura ġenerali biss jekk tissodisfa kundizzjonijiet stretti li jidher b’mod ċar li mhumiex sodisfatti fil-każ preżenti. Pereżempju, il-miżura mhijiex miftuħa għall-kumpaniji kollha fuq il-bażi ta’ aċċess ugwali, billi r-rati tal-imgħax ivarjaw minn sellief għal ieħor u jiddependu fuq id-deċiżjoni ta’ ETVA li tagħti s-self jew le, u b’liema kundizzjonijiet. Il-miżura għalhekk hija selettiva.

(128)

Rigward l-eżistenza ta’ vantaġġ, il-Kummissjoni tinnota li s-self ingħata wara t-30 ta’ Ġunju 1999, fi żmien meta l-kumpanija ma kellhiex aktar aċċess għas-suq tas-self, kif spjegat fis-sezzjoni 3.1 tad-deċiżjoni preżenti. Il-fatt li ETVA ċċarġja rata ta’ mgħax simili għal xi self lil kumpaniji oħra matul dak il-perjodu ma jippruvax li din ir-rata tal-imgħax kienet tkun aċċettabbli għal bank privat f’ċirkustanzi simili. L-ewwel nett, ir-rata tal-imgħax mitluba minn bank privat fuq self partikolari tiddependi fuq il-affidabbiltà tal-kreditu ta’ min jissellef. Il-Greċja ma wrietx li l-partijiet l-oħra li ssellfu fil-lista kellhom riskju simili li ma jħallsux bħar-riskju li ma tħallasx HSY. Il-Kummissjoni tfakkar li l-qagħda ta’ HSY kienet ħażina ħafna f’dak iż-żmien. Għalhekk huwa probabbli li investitur f’ekonomija tas-suq kien jitlob rata ta’ mgħax aktar għolja għas-self lil HSY milli għas-self lil kumpaniji b’saħħithom. It-tieni, anki kieku selliefa oħra kellhom riskju għoli daqs HSY li ma jħallsux, il-lista pprovduta mill-Greċja xorta ma kinitx tkun suffiċjenti biex wieħed jikkonkludi li din ir-rata tal-imgħax kienet il-prezz tas-suq. Fil-fatt, il-lista pprovduta mill-Greċja tinkludi biss self mogħti minn ETVA, li kien bank proprjetà tal-Istat (u barra minn hekk bank għall-iżvilupp), u għalhekk huwa possibbli li s-self l-ieħor ukoll jinkludi element ta’ għajnuna. Għaldaqstant dan ma jippruvax li dawn kienu jkunu aċċettabbli għal bank privat.

(129)

L-awtoritajiet Griegi jaffermaw ukoll li l-garanzija, fil-forma ta’ ċessjoni tat-talbiet fuq l-ewwel porzjon tal-għajnuna għall-investiment, kienet tikkostitwixxi garanzija li kienet tirrendi s-self aċċettabbli għal kwalunkwe bank privat. Il-Kummissjoni tinnota li, skont id-deċiżjoni tal-gvern li biha kienet approvata l-għajnuna għall-investiment, il-ħlas tal-ewwel porzjon tal-għajnuna kien se jsir biss ladarba l-organu kompetenti ta’ kontroll ikun osserva li l-ispejjeż tal-investiment jammontaw għal GRD 2,73 biljuni. Barra minn hekk, il-ħlas ried isir qabel il-31 ta’ Diċembru 1999. Kif ġie żvelat mill-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet Griegi f’Diċembru 1999 (ara l-kummenti tal-Greċja dwar il-miżura P1), l-ammont ta’ GRD 2,73 biljuni kienu għadu kif intlaħaq sat-30 ta’ Ġunju 1999. Għaldaqstant, billi s-self ingħata f’Lulju 1999 u billi f’dak iż-żmien seta’ probabbilment diġà jiġi stmat li l-limitu ta’ GRD 2,73 biljuni kien intlaħaq jew kien ser jintlaħaq ma jdumx, il-probabbiltà li tingħata l-ewwel porzjon tal-għajnuna tista mal-ewwel daqqa ta’ għajn titqies pjuttost għolja. Madankollu, xorta setgħu jinqalgħu diversi problemi li jimpedixxu l-ħlas tal-għajnuna. L-ewwel nett, f’każ li HSY tfalli, ma kienx ċert li l-awtoritajiet Griegi kienu se jaċċettaw li jħallsu l-għajnuna għall-investiment lil kumpanija li kienet waqqfet l-operazzjonijiet tagħha (83). Il-bank imbagħad kien ikollu jibda azzjonijiet legali twal u għaljin biex jirkupra l-flus. It-tieni, ma kienx ċert jekk l-organi kompetenti ta’ kontroll kinux se jaċċettaw li jivvalidaw l-ispejjeż tal-investimenti li jkunu saru, b’mod li l-limitu ma jintlaħaqx fil-ħin. It-tielet, setgħu jinqalgħu problemi amministrattivi oħra. Dan huwa eżattament dak li ġara (84), bir-riżultat li l-awtoritajiet Griegi ma ħallsux l-ewwel porzjon għal bosta snin. Kif indikat fil-Kapitolu 1 “Proċedura” ta’ din id-deċiżjoni, meta l-Kummissjoni aktar tard saret taf dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment, hija talbet għas-sospensjoni tal-ħlas tal-għajnuna li kienet għadha ma tħallsitx lil HSY. Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ħlas tal-ewwel porzjon tal-għajnuna għall-investiment mill-Istat kien probabbli iżda mhux ċert. Minħabba s-sitwazzjoni diffiċli ta’ HSY, bank privat kien jitlob garanziji li setgħu jiġu infurzati malajr u b’ċertezza, u ma kienx ikun sodisfatt b’garanzija li l-valur tagħha seta’ jkun żero f’ċerti ċirkustanzi. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li bank privat ma kienx jaċċetta li jagħti dan is-self. Kif indikat qabel, dan huwa kkonfermat mit-tentattivi bla suċċess ta’ HSY li tiġbor fondi minn investituri f’ekonomija tas-suq.

(130)

Il-Greċja ssostni wkoll li, billi ETVA kien l-azzjonist ta’ HSY, huwa qeda l-interessi tiegħu billi pprovda dan is-self lil HSY. Fis-sezzjoni 3.1.3 ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni diġà ċaħdet dan l-argument.

(131)

Fl-aħħar nett, rigward il-fatt li s-self ġie mħallas lura, il-Kummissjoni diġà spjegat fl-evalwazzjoni tal-miżura P2 għaliex dan il-fatt ma jurix li bank privat kien jaċċetta li jagħti dan il-finanzjament lil HSY f’dak il-mument.

(132)

Minn dawn il-konsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-self jagħti vantaġġ lil HSY billi hija ma kinitx ser tirċievi dan is-self mis-suq.

(133)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura P3 tikkostitwixxi għajnuna fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat. Billi, kuntrarju għar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, din ingħatat mingħajr notifika minn qabel, tikkostitwixxi għajnuna illegali.

4.3.5.3.   Kumpatibbiltà tal-għajnuna

(134)

Bħall-miżura P2, il-kumpatibbiltà tal-miżura preżenti trid tiġi vvalutata skont ir-Regolament (KE) Nru 1540/98. Billi, l-istess bħall-miżura P2, dan is-self kien immirat sabiex jiffinanzja pjan ta’ investiment li kien parti minn pjan ta’ ristrutturazzjoni u billi ngħata lil kumpanija f’diffikultà, għandu jitqies ukoll bħala għajnuna għar-ristrutturazzjoni koperta mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1540/98. Huwa evidenti li l-miżura ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu. B’mod partikolari, l-Artikolu 5 jindika li l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni “tista’ b’mod eċċezzjonali titqies bħala kumpatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni li hija tikkonforma mal-linji gwida Komunitarji dwar għajnuna mill-Istat biex jiġu salvati u ristrutturati kumpaniji f’diffikultà”. Il-linji gwida applikabbli fiż-żmien tal-għoti kienu dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-23 ta’ Diċembru 1994 (85) u li daħlu fis-seħħ fl-istess ġurnata (minn hawn ‘il quddiem “il-linji gwida tal-1994 dwar R&R). Bosta mill-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna, stipulati fis-sezzjoni 3.2.2 ta’ dawn il-linji gwida, mhumiex sodisfatti. Pereżempju, rigward il-kundizzjoni (1) “Ritorn għall-vijabilità”, il-Kummissjoni tinnota li l-garanzija tal-Istat iffinanzjat pjan ta’ investiment li kien parti minn pjan ta’ ristrutturazzjoni li, f’Lulju 1999, kien sar insuffiċjenti biex jirrestawra l-vijabilità fuq perjodu fit-tul ta’ HSY. Rigward il-kundizzjoni (iii) “Għajnuna proporzjonali mal-ispejjeż u l-benefiċċji tar-ristrutturazzjoni”, il-Kummissjoni kienet diġà ddeċidiet fid-Deċiżjoni N 401/1997 li l-għajnuna mill-Istat setgħet tammonta għal massimu ta’ 50 % tal-ispejjeż tal-investiment u l-50 % l-oħra riedu jiġu ffinanzjati minn fondi miġbura mill-azzjonisti u b’self bankarju mogħti bil-kundizzjonijiet tas-suq. Konsegwentement, ma setgħet tingħata l-ebda għajnuna addizzjonali favur il-pjan ta’ investiment altrimenti l-persentaġġi msemmija qabel ta’ 50 % jiġu miksura u l-Kummissjoni ma tkunx tista’ tqis li l-għajnuna hija proporzjonali ma’ “l-ispejjeż u l-benefiċċji tar-ristrutturazzjoni”.

(135)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tqis li s-self jikkostitwixxi għajnuna illegali u mhux kumpatibbli li trid tiġi rkuprata. Billi wara t-30 ta’ Ġunju 1999 HSY ma setgħet tirċievi ebda self mis-suq, irid jitħallas lura s-self sħiħ. Dan, madankollu, mhuwiex suffiċjenti biex titreġġa’ lura s-sitwazzjoni li kienet tipprevali mingħajr l-għajnuna billi HSY ibbenefikat għal bosta snin minn self li ma kinitx tirċievi mingħajr intervent mill-Istat. Sabiex jiġi rkuprat dan il-vantaġġ, il-Kummissjoni, skont il-konklużjoni milħuqa fis-sezzjoni 3.1 tad-deċiżjoni preżenti, tqis li d-differenza (86) bejn ir-rata tal-imgħax tas-self u r-rata ta’ referenza tal-Greċja miżjuda b’600 punt bażi trid tiġi rkuprata għal kull sena mill-għoti tas-self lil HSY sal-ħlas lura tiegħu.

(136)

Il-Kummissjoni tinnota li f’Marzu 2002 l-Istat biegħ il-maġġoranza tal-ishma ta’ ETVA lill-Bank ta’ Piraeus. ETVA għalhekk ma kienx aktar proprjetà tal-Istat matul l-aħħar sentejn tas-self, li tħallas lura fl-2004. Għalhekk tista’ tqum il-mistoqsija (għal dan is-self u għas-self u l-garanziji l-oħra mogħtija minn ETVA qabel Marzu 2002 u li kienu mifruxa fuq perjodu ta’ żmien li jmur lil hinn minn Marzu 2002) jekk dik il-parti tal-għajnuna relatata mal-perjodu wara Marzu 2002 għandhiex titħallas lura lil ETVA mingħajr ma titħallas lura lill-Istat. Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, il-Kummissjoni tfakkar li meta l-Istat jagħti self b’rata ta’ mgħax aktar baxxa mir-rata tas-suq, l-għajnuna tingħata fiż-żmien tal-konklużjoni tas-self, anki jekk il-vantaġġ jidher biss fid-dati tal-ħlas tal-imgħax, meta dak li jissellef iħallas rata tal-imgħax aktar baxxa (87). Bl-istess mod, il-valur tas-suq ta’ self li jkollu rata ta’ mgħax li ma tirriflettix adegwatament id-diffikultajiet ta’ min jissellef jonqos immedjatament (88) wara l-iffirmar tal-kuntratt tas-self (jiġifieri mhux f’dati futuri meta dak li jissellef iħallas rata tal-imgħax iżjed baxxa mir-rata tal-imgħax tas-suq). Min-naħa tiegħu, il-valur ta’ bank jiddependi fuq il-valur tal-assi tiegħu, u b’mod partikolari l-portafoll tiegħu ta’ self eżistenti. Għaldaqstant, l-għoti ta’ self b’kundizzjonijiet mhux konformi mas-suq, naqqas il-valur ta’ ETVA u għalhekk baxxa l-prezz li l-Istat aktar tard irċieva meta biegħ l-ishma ta’ ETVA (89). Dan juri li kien l-Istat li ġarr il-prezz ta’ dawn il-miżuri ta’ għajnuna, anki wara Marzu 2002.

4.4.   EUR 13,75-il miljun mogħtija fl-2002 (miżura P4)

4.4.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

(137)

Il-kuntratt tas-self bejn ETVA u HSY ġie konkluż fil-31 ta’ Mejju 2002. L-ammont tas-self kien ta’ EUR 13,75-il miljun, il-perjodu tiegħu kien sentejn u l-imgħax tiegħu kien EURIBOR u 125 punt bażi. Is-self kien se jintuża bħala ħlas bil-quddiem fuq it-tieni u t-tielet porzjon tal-għajnuna għall-investiment. Is-self kien assigurat biċ-ċessjoni tal-ħlas tat-tieni u t-tielet porzjon tal-għajnuna għall-investiment (90).

4.4.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

(138)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni tindika li s-self seta’ jikkostitwixxi għajnuna, li l-kumpatibbiltà tiegħu hija dubjuża. Barra minn hekk, kieku jirriżulta li dan is-self ibbenefika minn garanzija tal-Istat, huwa jidher li jikser id-Deċiżjoni N 401/1997, li tindika li, sabiex jiffinanzja l-programm ta’ investiment, is-self bankarju kellu jingħata bil-kundizzjonijiet normali tas-suq mingħajr garanziji mill-Istat.

4.4.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

(139)

Il-kummenti ta’ Elefsis dwar din il-miżura huma simili għal dawk dwar il-miżura P3.

4.4.4.   Kummenti mill-Greċja

(140)

L-awtoritajiet Griegi jsostnu li dan is-self ingħata bil-kundizzjonijiet tas-suq. B’mod partikolari, ir-rata tal-imgħax kienet simili għal dik ta’ xi self mogħti minn ETVA lil kumpaniji oħra matul dan il-perjodu. HSY setgħet issellfet minn kwalunkwe bank ieħor iżda loġikament ippreferiet lil ETVA li kien l-azzjonist tagħha. Barra minn hekk, is-sigurtà fil-forma ta’ ċessjoni tat-talbiet fuq it-tieni u t-tielet porzjon tal- għajnuna għall-investiment kienet tikkostitwixxi garanzija aċċettabbli għal kwalunkwe bank. Fl-aħħar nett, is-self qatt ma tħallas lil HSY u għalhek ma setax jikkostitwixxi għajnuna għal HSY. Barra minn hekk, il-fatt li ETVA rrifjuta li joħroġ is-self meta rrealizza li l-ħlas tal-għajnuna għall-investiment kien ġie “ffriżat” għal raġunijiet proċedurali u li l-ħlas tal-għajnuna ma kienx ċert juri li ETVA aġixxa l-istess kif kien jagħmel kwalunkwe bank ieħor.

4.4.5.   Valutazzjoni

4.4.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

(141)

Il-Kummissjoni diġà kkonkludiet fil-valutazzjoni tal-miżura P2 li l-miżura P4 ma taqax fl-ambitu tal-Artikolu 29 tat-Trattat. Għalhekk trid tiġi valutata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

4.4.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

(142)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li s-self ingħata minn ETVA u ma kienx kopert minn garanzija tal-Istat.

(143)

Il-Kummissjoni tosserva li, billi ETVA rrifjuta li jagħti s-self lil HSY, HSY qatt ma rċeviet xi flus taħt il-kuntratt tas-self. Għaldaqstant, ma hemm ebda vantaġġ għal HSY u l-Kummissjoni tista’ tikkonkludi immedjatament li l-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna.

(144)

Iż-żewġ elementi li ġejjin rigward il-miżura P4, anki jekk huma irrilevanti għall-valutazzjoni tagħha, jistgħu jixħtu dubji dwar il-validità tal-valutazzjoni ta’ miżuri oħra. Għalhekk il-Kummissjoni se tanalizzahom.

(145)

L-ewwel nett, il-Greċja ssostni li l-fatt li ETVA, minħabba li kien hemm riskju li l-għajnuna għall-investiment ma titħallasx, iddeċieda li ma jagħtix is-self lil HSY juri li EVTA aġixxa bħala sellief privat normali u ma offriex trattament preferenzjali lil HSY. Il-Kummissjoni tinnota li l-argument tal-Greċja ma jqisx il-fatt li meta ETVA rrifjuta li jagħti s-self, huwa kien diġà taħt il-kontroll tal-Bank ta’ Piraeus u mhux aktar taħt il-kontroll tal-Istat. Għalhekk, ir-rifjut li jingħata s-self ma jistax jittieħed bħala eżempju tal-mod kif ETVA ġab ruħu meta kien taħt il-kontroll tal-Istat. Bl-istess mod, dan jikkonferma li bank privat kien jevita li jsellef lil HSY.

(146)

It-tieni, il-Kummissjoni tinnota li l-miżura P4 għandha l-istess tip ta’ garanzija bħall-miżura P3. Miżura P4 ġiet iffirmata meta l-Bank ta’ Piraeus kien diġà ħa l-kontroll ta’ ETVA. Madankollu, dan ma jurix li l-miżura P3 fil-fatt kienet aċċettabbli għal bank privat. Fil-fatt, iż-żewġ sitwazzjonijiet mhumiex komparabbli għal diversi raġunijiet. Pereżempju l-Kummissjoni tinnota li meta l-kuntratt tas-self ġie ffirmat fil-31 ta’ Mejju 2002, kien diġà magħruf, u ċertament għal ETVA li kien l-azzjonist ta’ HSY sa dakinhar, li l-ħlas tal-għajnuna għall-investiment kien ġie “ffriżat” għal raġunijiet amministrattivi (91). Għalhekk, meta ETVA ffirma l-kuntratt fil-31 ta’ Mejju 2002, huwa kien diġà f’pożizzjoni li jirrifjuta li jagħti s-self (92). Huwa kien jaf li kellu l-possibilità li jirrifjuta li jagħti s-self. Dan huwa differenti mis-sitwazzjoni ta’ ETVA meta ffirma l-kuntratt f’Lulju 1999. Differenza oħra fil-konfront tal-miżura P3 hija li meta l-kuntratt tas-self ġie ffirmat fil-31 ta’ Mejju 2002, żewġ kumpaniji internazzjonali kienu lestew l-akkwist ta’ HSY u kienu se jinvestu fiha. L-akkwist żied il-possibiltajiet ta’ sopravivenza tal-kumpanija. Tali akkwist ma setax ikun imbassar f’Lulju 1999.

4.5.   Użu ħażin tal-GRD 54 biljun (EUR 160 miljun) ta’ għajnuna awtorizzata fl-1997 (miżura E7)

4.5.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

(147)

Fil-15 ta’ Lulju 1997, minbarra d-Deċiżjoni N 401/1997 li tapprova l-għajnuna għall-investiment, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C 10/1994. Din id-deċiżjoni għalqet il-proċedura skont l-Artikolu 88(2) billi approvat taħt ir-Regolament (KE) Nru 1013/97 ħfir ta’ dejn li jammonta għal GRD 54 biljun (EUR 160 miljun), li kien jikkorrispondi għad-djun relatati mal-ħidma ċivili tat-tarzna. Il-ħfir simultanju tad-djun relatati mal-ħidma militari tat-tarzna ma ġiex valutat skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

4.5.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

(148)

Fid-deċiżjoni tal-estensjoni, il-Kummissjoni tqajjem dubji li ż-żewġ kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni C 10/1994 ġew miksura. L-ewwel nett, l-awtorizzazzjoni tal-ħfir tad-dejn kienet tiddependi fuq l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, li l-pjan ta’ investiment kien wieħed miż-żewġ pilastri tiegħu. Kif spjegat il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ (ara d-deskrizzjoni tal-miżura P1), il-Kummissjoni tiddubita li dan il-pjan ta’ investiment ġie implimentat sewwa. It-tieni, id-Deċiżjoni C 10/1994 tipprojbixxi l-għoti ta’ għajnuna operattiva addizzjonali għal skopijiet ta’ ristrutturazjoni. Il-Kummissjoni tosserva li l-miżuri differenti inklużi fid-deċiżjoni tal-estensjoni donnhom jikkostitwixxu għajnuna addizzjonali għar-ristrutturazzjoni. Jidher għalhekk li din il-kundizzjoni ġiet miksura.

4.5.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

(149)

Elefsis isostni li l-ksur ta’ żewġ kundizzjonijiet ippreżentati fid-deċiżjoni tal-ftuħ jikkostitwixxi bażi valida biex wieħed jikkonkludi li l-għajnuna ntużat ħażin. Barra minn hekk, Elefsis isostni li l-privatizzazzjoni tal-1995 qatt ma kienet privatizzazzjoni vera. B’mod partikolari, l-impjegati qatt ma ġarru xi riskju finanzjarju bħala azzjonisti billi huma ħallsu biss parti żgħira ta’ dak li kellhom iħallsu u billi l-ammonti li fil-fatt ħallsu ġew kompletament rimborżati mill-Istat fiż-żmien tal-privatizzazzjoni tal-2001-2002. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra n-nuqqas ta’ kwalunkwe privatizzazzjoni reali, li kienet kundizzjoni għar-rinunzja, bħala ksur addizzjonali tad-Deċiżjoni C 10/1994.

4.5.4.   Kummenti mill-Greċja

(150)

Fil-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-Greċja u HSY (93) isostnu li l-projbizzjoni ta’ għajnuna addizzjonali għar-ristrutturazzjoni tirrendi biss kwalunkwe għajnuna ġdida illegali. Din il-projbizzjoni, jekk tinkiser, ma jkollhiex l-effett li tirrendi inkumpatibbli l-għajnuna awtorizzata bid-Deċiżjoni C 10/1994. Barra minn hekk, il-Greċja tenfasizza li d-deċiżjoni tipprojbixxi “għajnuna operattiva” addizzjonali (kif definita fl-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/684/KEE) għar-ristrutturazzjoni. Hija għalhekk tikkontesta li wara l-1997 ma kinitx permessa li tagħti għajnuna għar-ristrutturazzjoni lil HSY.

(151)

Rigward il-pjan ta’ investiment, il-Greċja u HSY isostnu li d-deċiżjoni C 10/1994 ma kinitx tinkludi kundizzjoni rigward l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ investiment. Barra minn hekk, ma setax ikun fiha kundizzjoni simili billi d-Direttiva 90/684/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1013/97, li kienu jiffurmaw il-bażi legali għad-deċiżjoni, ma kinux jinkludu kundizzjoni bħal din. L-unika kundizzjoni kienet il-privatizzazzjoni parzjali ta’ HSY u s-sottomissjoni (jiġifieri mhux l-implimentazzjoni) ta’ pjan ta’ investiment.

4.5.5.   Valutazzjoni

4.5.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

(152)

L-Artikolu 296 ma japplikax għal din il-miżura billi din tirrigwarda l-ħfir ta’ djun relatati esklussivament mal-attivitajiet ċivili tat-tarzna. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni C 10/1994 kienet ibbażata fuq ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u mhux fuq l-Artikolu 296 tat-Trattat.

4.5.5.2.   Implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment

(153)

Rigward l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment, il-Kummissjoni tqis li din kienet kundizzjoni stipulata fid-Deċiżjoni C 10/1994. Fil-fatt, it-tieni sal-aħħar paragrafu jindika: “Il-pjan ta’ investiment għadu ma bediex […]. Ladarba jiġi eżegwit, ir-ristrutturazzjoni li għaddejja għandha titlesta u t-tarzna għandha tirritorna għall-vijabilità”. Fil-paragrafu ta’ qabel tal-aħħar, il-Kummissjoni tfakkar il-projbizzjoni ta’ aktar għajnuna għar-ristrutturazzjoni. Fl-aħħar nett, l-aħħar paragrafu jindika: “Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura skont l-Artikolu 93(2) billi tawtorizza l-għajnuna suġġetta għall-kondizzjonijiet deskritti f’din l-ittra. Jekk il-Kummissjoni tqis li xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma ġietx irrispettata, hija tista’ titlob it-twaqqif u/jew l-irkupru tal-għajnuna”. Il-fatt li l-Kummissjoni użat il-kelma “kundizzjonijiet” fil-plural jindika li kien hemm mill-anqas kundizzjoni oħra minbarra l-projbizzjoni ta’ għajnuna addizzjonali għar-ristrutturazzjoni. Fuq il-bażi tal-istruttura u l-kontenut tad-deċiżjoni, jista’ jiġi konkluż li l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment kienet kondizzjoni. Il-Kummissjoni diġà vvalutat fid-dettall l-implimentazzjoni tal-għajnuna għall-investiment meta analizzat il-miżura P1. Il-Kummissjoni tikkonkludi li HSY ma implimentatx il-pjan ta’ investiment fi żmien raġonevoli. Sal-31 ta’ Diċembru 2001 – wara estensjoni waħda tad-data għat-tlestija tal-pjan ta’ investiment – HSY kienet wettqet biss 63 % tal-pjan. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li din il-kundizzjoni ma ġietx irrispettata.

(154)

Il-Greċja ssostni li l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment mhijiex kundizzjoni stipulata fir-Regolament (KE) Nru 1013/97, li huwa l-bażi legali tad-Deċiżjoni C 10/1994. Il-Kummissjoni tfakkar li l-għajnuna ġiet awtorizzata bid-Deċiżjoni C 10/1994. Għalhekk, il-kundizzjonijiet stipulati fl-aħħar deċiżjoni jridu jiġu rrispettati. Kieku l-Greċja ħasset li l-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni C 10/1994 ma kinux jaqblu mal-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1013/97, hija kien imissha kkontestat id-Deċiżjoni C 10/1994. Madankollu, hija m’għamlitx dan sal-limitu taż-żmien stabbilit mill-Artikolu 230 tat-Trattat. Bħala element sussidjarju, il-Kummissjoni tfakkar li r-Regolament (KE) Nru 1013/97 huwa sempliċement emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 90/684/KEE u jfittex li jżid l-ammont ta’ għajnuna li tista’ tingħata lil tliet gruppi ta’ tarzni. Dwar HSY, ir-Regolament (KE) Nru 1013/97 jindika li “id-dispożizzjonijiet l-oħra kollha tad-Direttiva 90/684/KEE għandhom japplikaw għal din it-tarzna.” Il-Kummissjoni tfakkar li d-Direttiva 90/684/KEE tawtorizza għajnuna lit-tarzni Griegi jekk “tingħata għar-ristrutturazzjoni finanzjarja tat-tarzni b’rabta ma’ programm sistematiku u speċifiku ta’ ristrutturazzjoni kollegat mat-tneħħija permezz tal-bejgħ tat-tarzni.” Dan jindika li l-Kunsill ma setax ikun sodisfatt bis-sempliċi sottomissjoni ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni iżda fil-verità ried li l-pjan jiġi implimentat. Fil-fatt, kif setgħet tingħata għajnuna “b’rabta ma’ programm sistematiku u speċifiku ta’ ristrutturazzjoni” jekk dan il-programm ma jiġix implimentat?

(155)

Billi din il-kundizzjoni ma ġietx irrispettata, l-għajnuna ntużat ħażin u, skont l-aħħar paragrafu tad-Deċiżjoni C 10/1994, hija trid tiġi rkuprata.

4.5.5.3.   Projbizzjoni ta’ “aktar għajnuna operattiva għal skopijiet ta’ ristrutturazzjoni”

(156)

Il-paragrafu ta’ qabel tal-aħħar tad-Deċiżjoni C 0/1994 jindika li “il-Kummissjoni tinnota li r-Regolament 1013/97 ġie adottat mill-Kunsill bil-kundizzjoni li ma tingħata l-ebda għajnuna operattiva għall-iskop ta’ ristrutturazzjoni lit-tarzni koperti bir-regolament. Għalhekk, din it-tarzna ma tista’ tingħata l-ebda għajnuna bħal din għar-ristrutturazzjoni fil-ġejjieni.” Il-partijiet f’din il-proċedura ma jaqblux fuq l-interpretazzjoni ta’ din il-kundizzjoni. Skont il-Greċja u HSY, dan ifisser li kull għajnuna operattiva għal skopijiet ta’ ristrutturazzjoni mogħtija wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tkun awtomatikament inkumpatibbli u għandha tiġi rkuprata. Skont Elefsis, din il-kundizzjoni tfisser li l-għoti ta’ kwalunkwe għajnuna operattiva għal skopijiet ta’ ristrutturazzjoni wara li tiġi adottata d-deċiżjoni jkun użu ħażin tal-għajnuna awtorizzata bid-Deċiżjoni C 10/1994 u għalhekk għandu jwassal għall-irkupru tal-għajnuna awtorizzata bid-Deċiżjoni C 10/1994, flimkien mal-irkupru tal-għajnuna operattiva addizzjonali għal skopijiet ta’ ristrutturazzjoni.

(157)

Il-Kummissjoni tosserva li l-iskop tal-projbizzjoni ta’ aktar għajnuna operattiva għar-ristrutturazzjoni huwa li tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta’ għajnuna ‘l fuq mil-livell stabbilit fid-deċiżjoni. Il-Kummissjoni tqis li dan l-objettiv jintlaħaq jekk kull għajnuna operattiva addizzjonali mogħtija wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni C 10/1994 tiġi rkuprata. Fil-fatt, bl-irkupru tal-għajnuna addizzjonali, tiġi restawrata s-sitwazzjoni inizjali u tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta’ għajnuna ‘l fuq mil-livell stipulat fid-Deċiżjoni C 10/1994. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-għoti ta’ għajnuna operattiva addizzjonali għall-iskop ta’ ristrutturazzjoni wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni C10/1994 ma joħloqx l-obbligu li tiġi rkuprata l-għajnuna approvata bid-Deċiżjoni C 10/1994, sakemm l-għajnuna addizzjonali fil-fatt tiġi rkuprata.

(158)

Il-Kummissjoni tosserva li, sabiex jiġi stabbilit jekk għandhiex tiġi rkuprata l-għajnuna awtorizzata bid-Deċiżjoni C 10/1994, m’hemmx bżonn li jiġi stabbilit liema mill-miżuri ta’ għajnuna implimentati b’mod illegali wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni C 10/1994 jikkostitwixxu “għajnuna operattiva għal skopijiet ta’ ristrutturazzjoni”. Fil-fatt, f’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni se tikkonkludi li l-miżuri kollha ta’ għajnuna implimentati b’mod illegali wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni C 10/1994 għandhom jiġu rkuprati. Konsegwentement, kwalunkwe miżura li tista’ potenzjalment tikkwalifika bħala għajnuna operattiva addizzjonali għal skopijiet ta’ ristrutturazzjoni se jkollha tiġi rkuprata. L-irkupru se jirrestawra s-sitwazzjoni inizjali u għalhekk tiġi evitata kwalunkwe akkumulazzjoni potenzjali ta’ għajnuna għar-ristrutturazzjoni. Għaldaqstant, l-għan tal-kundizzjoni stipulata fid-Deċiżjoni C 10/1994 se jiġi rrispettat.

4.5.5.4.   Nuqqas ta’ ħlas tal-prezz tax-xiri

(159)

Matul l-analiżi aktar dettaljata li saret waqt il-proċedura tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni skopriet ksur addizzjonali tad-Deċiżjoni C 10/1994: fil-perjodu kollu li matulu l-impjegati – bħala detenturi ta’ 49 % interess f’HSY – kienu qegħdin jipparteċipaw fit-tmexxija ta’ HSY, huma qatt ma ħallsu l-prezz tax-xiri li suppost kellhom iħallsu bil-kuntratt tal-privatizzazzjoni parzjali ta’ Settembru 1995.

(160)

Sabiex wieħed jifhem dan il-ksur tad-Deċiżjoni C 10/1994, qabel xejn huwa neċessarju li jiġi analizzat it-test ta’ din id-deċiżjoni u l-atti legali li fuqha hija bbażata.

(161)

Il-preambolu tad-Direttiva 90/684/KEE jgħid: “Billi ristrutturazzjoni finanzjarja fuq perjodu qasir tal-industrija tal-bini tal-bastimenti fil-Greċja hija neċessarja sabiex tippermetti lis-sidien pubbliċi tagħha jirrestawraw il-kompetittività tagħha billi jbigħuha lil sidien ġodda”. Fuq dik il-bażi, l-Artikolu 10 tad-direttiva jindika: “2. Matul l-1991, l-għajnuna operattiva għall-bini ta’ bastimenti, konverżjoni ta’ bastimenti u tiswija ta’ bastimenti mhux relatati ma’ kuntratti ġodda tista’ titqies kumpatibbli mas-suq komuni jekk tingħata għar-ristrutturazzjoni finanzjarja tat-tarzni b’rabta ma’ programm sistematiku u speċifiku ta’ ristrutturazzjoni marbut mat-tneħħija permezz tal-bejgħ tat-tarzni. 3. Minkejja l-obbligu tat-tneħħija bil-bejgħ tat-tarzni msemmi fil-paragrafu 2, il-Gvern Grieg għandu jitħalla jżomm sehem maġġoritarju ta’ 51 % f’waħda mit-tarzni jekk ġustifikat minn interessi tad-difiża.” Il-Kummissjoni tosserva li d-Direttiva tuża l-kliem “jbigħuha […] lil sidien ġodda” u mhux “jagħtuha” lil sidien ġodda. Is-sidien ġodda għalhekk kienu mistennija li jħallsu prezz għas-sjieda tat-tarzni. Is-sjieda ma tistax tingħata b’xejn. Is-sentenza “jirrestawraw il-kompetittività tagħha billi jbigħuha lil sidien ġodda” tispjega l-għan ta’ din il-kundizzjoni. Taħt sjieda Mill-Istat, it-tarzni ma ħadux il-miżuri neċessarji biex jirrestawraw il-kompetittività tagħhom. Konsegwentement, huma kienu jeħtieġu għajnuna kostanti mill-Istat. Biex jirrimedja din is-sitwazzjoni, li kienet inaċċettabbli fuq il-bażi tal-Artikolu 87 tat-Trattat, il-Kunsill awtorizza għajnuna għall-aħħar darba (jiġifieri tista’ tingħata għajnuna fl-1991) iżda impona l-bejgħ tat-tarzni lil sidien ġodda. Il-loġika għalhekk hija li s-sidien ġodda se jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jirrestawraw il-kompetittività, b’mod li t-tarzni ma jkollhomx aktar bżonn għajnuna operattiva għar-ristrutturazzjoni (94).

(162)

Kif indikat fis-Sezzjoni 2 “Deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni u tal-Kunsill” ta’ din id-deċiżjoni, f’Lulju 1995 il-Kummissjoni ħadet deċiżjoni negattiva fil-kawża C 10/1994 minħabba li HSY ma kinitx inbiegħet, kif mitlub mid-Direttiva 90/684/KEE. Il-Greċja talbet għas-sospensjoni ta’ dik id-deċiżjoni billi sostniet li l-bejgħ kien imminenti. Il-Greċja nnifisha mbagħad ippreżentat il-kuntratt ta’ Settembru 1995 bħala bejgħ tat-tarzna. Fuq dik il-bażi l-Kummissjoni rrevokat id-deċiżjoni negattiva tagħha.

(163)

Il-preambolu tar-Regolament (KE) Nru 1013/97 jindika: “Billi, minkejja l-isforzi li għamel il-Gvern Grieg biex jipprivatizza t-tarzni pubbliċi tiegħu kollha sa Marzu 1993, Hellenic shipyards inbiegħet biss f’Settembru 1995 lil kooperattiva tal-ħaddiema tagħha, l-Istat żamm sehem maġġoritarju ta’ 51 % għall-interessi tad-difiża; Billi l-vijabilità finanzjarja u r-ristrutturazzjoni tat-tarzna Ellenika teħtieġ il-provvediment ta’ għajnuna li tippermetti lill-kumpanija tikkanċella d-dejn akkumulat qabel il-privatizzazzjoni ttardjata tagħha.” L-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 1013/97 jgħid: L-għajnuna bid-drachmas fil-forma ta’ rinunzja tad-djun ta’ “Hellenic shipyards”, sas-somma ta’ Dr 54 525 miljun, li tikkorrispondi għad-djun relatati mal-ħidma ċivili mit-tarzna, kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 1991 u bir-rati tal-imgħax u l-penali akkumulati sal-31 ta’ Jannar 1996, tista’ titqies bħala kumpatibbli mas-suq komuni. Id-dispożizzjonijiet l-oħra kollha tad-Direttiva 90/684/KEE għandhom japplikaw għal din it-tarzna.” Għalhekk ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 1013/97 minħabba li, sabiex issir vijabbli, HSY kienet teħtieġ iżjed għajnuna minn dik li kienet awtorizzata bl-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/684/KEE. Aktar preċiżament, l-ewwel Regolament kien jawtorizza t-tneħħija tal-imgħaxijiet u l-penali relatati mad-djun li kien hemm fil-31 ta’ Diċembru 1991 u li kienu akkumulaw minn dak iż-żmien. Ir-Regolament (KE) Nru 1013/97 kien japplika sal-31 ta’ Diċembru 1998. Il-Kummissjoni tosserva li l-Kunsill għal darba oħra uża l-kliem “mibjugħa” u “privatizzazzjoni” fir-rigward ta’ HSY. Il-Kunsill awtorizza l-għajnuna għax qies li kuntratt validu tal-bejgħ kien ġie konkluż f’Settembru 1995, skont il-kundizzjoni stipulata fid-Direttiva 90/684/KEE. Fi kliem ieħor, ma kienx hemm bżonn li l-bejgħ tat-tarzna jitpoġġa bħala kundizzjoni billi diġà kien jeżisti kuntratt validu tal-bejgħ.

(164)

Id-Deċiżjoni C 10/1994 tibda billi tfakkar li l-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/684/KEE kien jitlob il-bejgħ tat-tarzna. Id-Deċiżjoni C 10/1994 imbagħad tindika li din il-kundizzjoni ġiet sodisfatta billi “49 % tal-ishma fit-tarzna ġew mibjugħa fit-18 ta’ Settembru 1995 lil kooperattiva tal-ħaddiema tat-tarzna.” Madankollu, billi l-ammont tal-għajnuna huwa ikbar milli kienet tawtorizza d-Direttiva 90/684/KEE, “Il-Kummissjoni ma setgħetx tagħti l-approvazzjoni tagħha fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tas-7 Direttiva” li għalhekk ġiet emendata bir-Regolament (KE) Nru 1013/97 biex jiżdied l-ammont ta’ għajnuna li seta’ jingħata lil HSY. Billi l-kundizzjonijiet stipulati fl-aħħar Regolament u l-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 90/684/KEE kienu sodisfatti, id-Deċiżjoni C 10/1994 awtorizzat l-għajnuna. Il-Kummissjoni tosserva li d-Deċiżjoni C 10/1994 għal darba oħra użat il-kelma“mibjugħa” u qieset li l-kuntratt bejn ETVA u l-impjegati dwar il-bejgħ ta’ 49 % tal-ishma ta’ HSY kien bejgħ validu. Il-Kummissjoni tissottolinja li kienet irċeviet kopja tal-kuntratt tal-bejgħ qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni C 10/1994 u għalhekk kienet taf bil-kontenut tiegħu. Il-Kummissjoni tikkonkludi li, meta adottat id-Deċiżjoni C 10/1994, hija ma kellha ebda raġuni biex titlob il-bejgħ ta’ HSY (jiġifieri li tpoġġih bħala kundizzjoni espliċita li trid tiġi rrispettata fil-ġejjieni) billi kien diġà ġie ffirmat kuntratt validu tal-bejgħ f’Settembru 1995.

(165)

Madankollu, il-Kummissjoni tfakkar li l-kuntratt ta’ Settembru 1995 kien jinkludi dispożizzjonijiet mhux tas-soltu rigward il-ħlas tal-prezz tax-xiri: il-prezz tax-xiri ta’ GRD 8,1 biljuni (EUR 24 miljun) ma kellux jitħallas immedjatament mill-impjegati iżda kellu jitħallas fi tlettax-il pagament annwali wara moratorju ta’ sentejn, għalhekk mill-1998 sal-2010. Fl-istess waqt, is-sjieda tal-ishma kienet se tiġi ttrasferita immedjatament lill-impjegati. Sakemm jitħallas il-prezz tax-xiri mill-impjegati, ETVA kien se jżomm garanzija fuq l-ishma. Biex tiffinanzja l-ħlas tal-pagamenti annwali lil ETVA, HSY kienet se żżomm parti mis-salarju ta’ kull xahar u mill-allowances tal-impjegati. Fix-xhur ta’ wara Settembru 1995, ġie ffirmat kuntratt bejn ETVA, HSY, l-assoċjazzjoni tal-impjegati u kull impjegat individwali (il-kuntratt ta’ Settembru 1995 ġie konkluż bejn ETVA u l-assoċjazzjoni tal-impjegati). B’dan il-kuntratt, kull impjegat qabel li jixtri numru partikolari ta’ ishma skont it-termini tal-kuntratt ta’ Settembru 1995. Dawn il-kuntratti jirrepetu wkoll li HSY kienet se żżomm parti mill-paga ta’ kull xahar u mill-allowance tal-Għid u tal-Milied biex tiffinanzja l-pagamenti annwali. Il-Kummissjoni issa stabbiliet li l-impjegati qatt ma ħallsu l-pagamenti annwali.

(166)

Dan ifisser li huma ma ħallsu l-ebda pagament waqt li kienu qegħdin jipparteċipaw fit-tmexxija tat-tarzna bħala sidien ta’ 49 % tal-ishma. L-ewwel tliet pagamenti ddefiniti fil-kuntratt ta’ Settembru 1995 – dawk li kellhom jitħallsu fl-1998, fl-1999 u fl-2000 – ma tħallsux. Fl-2001, fil-qafas tal-privatizzazzjoni ta’ HSY, l-impjegati u ETVA kkonkludew kuntratt li bih l-impjegati ċedew it-talba tagħhom fuq 49 % tad-dħul mill-bejgħ tal-ishma ta’ HSY lil HDW/Ferrostaal. Bi tpattija, ETVA ċeda t-talba tiegħu lejn l-impjegati rigward il-prezz tax-xiri ta’ 49 % tal-ishma ta’ HSY li kellhom jitħallsu mill-impjegati skont il-kuntratt ta’ Settembru 1995. Dan ifisser li l-impjegati bħala sidien qatt ma kienu esposti finanzjarjament għas-suċċess jew il-falliment tar-ristrutturazzjoni.

(167)

Il-Kummissjoni indikat lill-Greċja u lil HSY li n-nuqqas ta’ ħlas tal-prezz tax-xiri mill-impjegati jidher li jikkostitwixxi abbuż mid-Deċiżjoni C 10/1994 billi jfisser li l-privatizzazzjoni parzjali, li kienet immirata sabiex tirrestawra l-kompetittività tat-tarzna, qatt ma seħħet.

(168)

Il-Greċja u HSY jikkontestaw dawn il-konklużjonjiet. Fost affarijiet oħra, huma jippreżentaw it-tliet argumenti li ġejjin biex ineħħu d-dubji tal-Kummissjoni.

(169)

Bħala l-ewwel argument, il-Greċja ssostni li l-privatizzazzjoni hija “reali” u “ġenwina”. B’mod partikolari, il-Gvern Grieg jenfasizza li: “L-impjegati kisbu l-kapaċità tal-azzjonist skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi Griega. Huma kienu rreġistrati fil-Ktieb tal-Azzjonisti tal-kumpanija u kisbu d-drittijiet rilevanti kollha bħala azzjonisti, fosthom id-dritt li jipparteċipaw u jivvotaw fil-Laqgħat Ġenerali u b’hekk jeżerċitaw kontroll u jinfluwenzaw it-tmexxija ta’ kuljum tat-tarzni. Barra minn hekk, l-akkwist tal-ishma kien jinvolvi r-riskju li l-ishma jistgħu jitilfu l-valur tagħhom”. “L-impjegati eżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ qabel ix-xiri, ipprovduti mil-liġijiet rilevanti, u pparteċipaw fiż-żieda kapitali tal-ishma, pro-rata mas-sehem tagħhom fil-kapital azzjonarju; għalhekk ġie investit kapital privat fit-tarzni.” (95)

(170)

Bħala t-tielet argument, il-Greċja ssostni li l-ħlas tal-prezz tax-xiri ma kienx kundizzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni C 10/1994, u anki kieku kien il-każ, il-Kummissjoni qisitha bħala diġà mwettqa. B’mod partikolari, il-Greċja tfakkar li “fid-Deċiżjoni tagħha tal-31 ta’ Ottubru 1995 il-Kummissjoni semmiet li kienet se tkompli teżamina, fi ħdan il-proċedura li kienet fetħet, l-azzjonijiet kollha tal-Gvern Grieg rigward l-applikazzjoni tal-ftehim biex jiġu ttrasferiti 49 % tal-ishma lill-unjin tal-impjegati, kif ukoll il-kontenut tagħha, qabel ma tieħu deċiżjoni finali dwar l-awtorizzazzjoni tal-kanċellazzjoni tad-djun. Billi aġixxiet b’dan il-mod, hija laħqet deċiżjoni finali pożittiva fl-1997 li approvat il-kanċellazzjoni tad-djun, mingħajr ma imponiet il-kundizzjoni tal-privatizzazzjoni. Fi kliem ieħor, il-Kummissjoni kienet diġà eżaminat fl-1997 il-kontenut tal-ftehim u kienet ikkonkludiet li hija kwistjoni ta’ privatizzazzjoni qabel ma tawtorizza l-kanċellazzjoni tad-djun.” (96)

(171)

Bħala t-tielet argument, il-Greċja ssostni li ETVA applika korrettament il-kuntratt tal-bejgħ. Fil-fatt, l-impjegati, billi diġà kellhom jipparteċipaw fi tliet żidiet kapitali mmirati sabiex jiffinanzjaw il-pjan ta’ investiment (97), “sabuha diffiċli biex jonoraw l-impenn tagħhom li jħallsu l-prezz tal-ishma. ETVA ma ħareġ ebda inġunzjoni biex jirkupra l-ammont dovut minn kull wieħed mill-2 000 impjegat għax, realistikament, ma kienx hemm ċans li jwassal azzjoni bħal din għal konklużjoni b’suċċess […]. Minflok qagħad jidħol fi proċeduri kkumplikati, fit-tul, għaljin u finalment għalxejn fil-qorti biex jissodisfa t-talbiet tiegħu […], ETVA inforza l-garanzija fuq l-ishma mhux imħallsa u rkupra t-talba tiegħu mid-dħul tal-bejgħ tal-ishma tal-impjegati, biex hekk id-dħul imsemmi kopra d-dejn inkwistjoni.” (98) Fi kliem ieħor, il-Greċja ssostni li, billi fil-qafas tal-privatizzazzjoni ta’ HSY fl-2001-2002 ETVA kien irċieva mingħand HDW/Ferrostaal 100 % tal-prezz tal-bejgħ – minflok 51 % biss – “jista’ jidher li l-prezz ġie riċevut. Huwa evidenti li l-ħlas tal-prezz tal-ishma tal-ħaddiema permezz tal-bejgħ issodisfa l-ħtieġa ta’ ETVA li jitħallas il-prezz […]. […] m’hemm ebda kwistjoni ta’ nuqqas ta’ ħlas tal-prezz tax-xiri.” (99) Barra minn hekk, ma jistax jiġi kkontestat li l-bejgħ lil HDY/Ferrostaal jikkostitwixxi privatizzazzjoni vera.

(172)

Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjonijiet li ġejjin. Kif indikat aktar kmieni, id-Deċiżjoni C 10/1994 u r-Regolament (KE) Nru 1013/97 ikkonkludew li, billi l-ishma ta’ HSY kienu nbiegħu lill-impjegati bil-kuntratt ta’ Settembru 1995, il-kundizzjoni tal-bejgħ tat-tarzna stipulata fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/684/KEE ġiet imwettqa. Kif indikat qabel, l-għan ta’ din il-kundizzjoni kien li tiġi trasferita s-sjieda lil sidien li, billi kienu se jfittxu li jimmassimizzaw il-valur tal-investiment tagħhom, kienu se jieħdu l-miżuri neċessarji biex jirrestawraw il-kompetittività tat-tarzni. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni aċċettat il-kuntratt ta’ Settembru 1995 bħala bejgħ validu billi dan kien jobbliga kuntrattwalment lill-impjegati jħallsu EUR 24 miljun bi skambju għal sehem ta’ 49 % f’HSY. Dan il-prezz li ried jitħallas kien ifisser li, meta jipparteċipaw fit-tmexxija tat-tarzna, l-impjegati kienu se joqogħdu attenti sabiex jippreżervaw u jkabbru l-valur tal-investiment tagħhomt (100). Issa jidher li ETVA, li kien ikkontrollat mill-Istat, qatt ma pprova jikseb serjament il-ħlas tal-partijiet tal-prezz tax-xiri li, skont il-kuntratt ta’ Settembru 1995, kellhom jitħallsu mill-impjegati fl-1998, fl-1999 u fl-2000. ETVA kellu diversi modi biex jikseb il-ħlas tal-prezz tax-xiri. ETVA kien jikkontrolla lil HSY, li kellha legalment id-dritt li tiġbor l-ammonti mill-pagi u l-allowances tal-impjegati (101). Barra minn hekk, HSY u l-assoċjazzjoni tal-impjegati kienu wkoll kuntrattwalment marbuta lejn ETVA bil-ftehimiet individwali ffirmati minn kull impjegat fix-xhur ta’ qabel Settembru 1995. ETVA seta’ għalhekk ifittex lil HSY u l-assoċjazzjoni għall-impjegati u ma kellux bżonn ifittex lill-impjegati individwali, kif sostnew l-awtoritajiet Griegi. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-awtoritajiet Griegi ma talbux apposta l-ħlas tal-pagamenti annwali mingħand l-impjegati. B’din l-imġiba, il-Greċja wriet li ma kinitx beħsiebha tikseb mingħand l-impjegati l-prezz tax-xiri. Dan biddel drammatikament is-sitwazzjoni li sabu ruħhom fiha l-impjegati. Minflok ma kellhom iħallsu prezz għax-xiri, l-impjegati ma kienx se jkollhom għalfejn ipoġġu f’riskju dan l-ammont minn flushom stess. Dan ifisser li, meta kienu qegħdin jipparteċipaw fit-tmexxija tat-tarzna, huma taw inqas importanza għall-preżervazzjoni u t-tkabbir tal-valur tal-ishma u għar-restawr tal-vijabilità finanzjarja (u iżjed għall-preżervazzjoni tal-impjiegi u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol). Barra minn hekk, billi ma kinux qegħdin iħallsu l-prezz tax-xiri, wieħed seta’ jistenna li fuq il-perjodu medju jew twil, ETVA kien se jinforza l-garanzija tiegħu fuq l-ishma u għalhekk l-impjegati sempliċement ma kienx se jibqgħalhom iżjed ishma fit-tarzna. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ma tarax kif l-impjegati setgħu jkunu interessati li jippreżervaw u jżidu l-valur ta’ HSY u li jieħdu l-miżuri neċessarji biex jirrestawraw il-kompetittività tagħha. Il-Kummissjoni għalhekk tħoss li l-fatt li l-Istat ma fittixx li jikseb il-ħlas tal-prezz tax-xiri mingħand l-impjegati skont it-termini tal-kuntratt ta’ Settembru 1995 biddel drammatikament is-sitwazzjoni tal-impjegati meta kienu qegħdin jipparteċipaw fit-tmexxija tat-tarzna. Konsegwentement, minħabba li ETVA ma fittixx il-ħlas tal-prezz tax-xiri mingħand l-impjegati, il-bidla fis-sjieda li seħħet f’Settembru 1995 ma rrappreżentatx “bejgħ” reali, immirat sabiex jirrestawra l-kompetittività tat-tarzna, kif mitlub mid-Direttiva 90/684/KEE. Fl-aħħar nett, billi ma fittxitx il-ħlas tal-prezz tax-xiri mingħand l-impjegati, il-Greċja abbużat mid-Deċiżjoni C 10/1994. Fil-fatt, din tal-aħħar kienet adottata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-preżunzjoni leġittima li l-kuntratt ta’ Settembru 1995 kien se jiġi implimentat mill-bank proprjetà tal-Istat ETVA, u b’mod partikolari li ETVA kien ser jiġbor il-ħlas tal-prezz tax-xiri mingħand l-impjegati ta’ HSY skont id-dispożizzjonijiet preċiżi stipulati fil-kuntratt, u b’hekk jiżgura li dawn is-sidien ġodda jkollhom interess finanzjarju li jappoġġaw il-miżuri meħtieġa biex jirrestawraw il-kompetittività u l-vijabilità. Il-Kummissjoni ma stennietx li l-Greċja, wara li hija stess ippreżentat il-kuntratt ta’ Settembru 1999 bħala bejgħ ta’ HSY, kienet se toqgħod lura konxjament milli tikseb il-ħlas tal-prezz tax-xiri mingħand ix-xerrej, minkejja l-eżistenza ta’ diversi provvedimenti kuntrattwali u legali li kienu jippermettu l-ġbir tal-prezz. Il-Kummissjoni tqis li din l-imġiba hija simili għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni ħażina lill-Kummissjoni u għal abbuż mill-għajnuna. L-għajnuna awtorizzata bid-Deċiżjoni C 10/1994 għalhekk għandha tiġi rkuprata mingħand HSY.

(173)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tliet argumenti mqajma mill-Greċja u HSY li ġew ippreżentati fil-qosor hawn fuq għandhom jiġu miċħuda.

(174)

Rigward l-ewwel argument (jiġifieri li l-privatizzazzjoni kienet ġenwina u reali minħabba li l-impjegati kisbu s-sjieda tal-ishma u l-kontroll korrispondenti fuq HSY), il-Kummissjoni tosserva li t-trasferiment tas-sjieda kienet kundizzjoni neċessarja iżda mhux biżżejjed. Fil-fatt, id-Deċiżjoni C 10/1994 u r-Regolament (KE) Nru 1013/97 huma bbażati fuq il-fatt li l-ishma “nbiegħu” lill-impjegati f’Settembru 1995. Fi kliem ieħor, huma bbażati fuq l-ipoteżi li l-impjegati jħallsu l-prezz tax-xiri skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-kuntratt ta’ Settembru 1995. Mhumiex ibbażati fuq il-fatt li l-ishma ġew “trasferiti” jew “mogħtija” lill-impjegati. Kif spjegat hawn fuq, huwa loġiku li l-Kummissjoni u l-Kunsill jikkunsidraw il-ħlas tal-prezz tax-xiri bħala kruċjali, billi dan kien iġiegħel lill-impjegati jagħtu importanza lill-valur tal-ishma u jmexxu lit-tarzna għal dan il-għan. Kif spjegat qabel, billi ma kellhomx għalfejn iħallsu dan il-prezz, huma kienu f’sitwazzjoni differenti minn proprjetarju f’ekonomija tas-suq. Dwar l-argument tal-Greċja li “l-akkwist tal-ishma kien jinvolvi r-riskju li l-ishma setgħu jitilfu l-valur tagħhom”, il-Kummissjoni tinnota li, filwaqt li m’hemmx dubju li l-impjegati saru formalment is-sidien tal-ishma, huma kienu ferm inqas ikkonċernati bl-evoluzzjoni tal-valur tal-ishma billi ma kellhomx iħallsu prezz għoli (jiġifieri tnaqqis fil-pagi u l-allowances matul tnax-il sena) sabiex jiksbuhom. Barra minn hekk, billi l-impjegati ma kinux qegħdin iħallsu l-prezz tax-xiri, huma kellhom jistennew li ETVA kien se jinforza l-garanzija tiegħu fuq l-ishma, b’mod li l-impjegati ma jibqgħux is-sidien ta’ dawn l-ishma. Fl-aħħar nett, rigward l-argumenti tal-Greċja li “l-impjegati […] ipparteċipaw fiż-żieda kapitali tal-ishma, pro-rata mas-sehem tagħhom fil-kapital azzjonarju; għalhekk ġie investit kapital privat fit-tarzni”, il-Kummissjoni ma tikkontestax li l-impjegati pparteċipaw fiż-żieda tal-kapital (dan se jiġi deskritt fid-deskrizzjoni u l-valutazzjoni tal-miżura E10). Madankollu, il-Kummissjoni tfakkar li, skont il-kuntratt ta’ Settembru 1995, il-parteċipazzjoni fiż-żieda tal-kapital ma kinitx tagħti d-dritt lill-impjegati għal xi ishma ġodda ta’ HSY. Il-Kummissjoni għalhekk ma tistax tara kif din il-parteċipazzjoni waħidha setgħet tħeġġeġ lill-impjegati sabiex imexxu t-tarzna b’mod li jippreżerva jew iżid il-valur tal-ishma billi din il-parteċipazzjoni ma kienet tagħtihom ebda ishma ġodda (102). Il-Kummissjoni lanqas ma tista’ tara kif din il-parteċipazzjoni setgħet tikkostitwixxi “bejgħ” ta’ HSY billi l-impjegati ma rċevew l-ebda ishma addizzjonali bi tpattija għall-investimenti tagħhom. Bħala element sussidjarju, il-Kummissjoni tfakkar li l-ammont totali investit mill-impjegati fl-okkażjoni tat-tliet żidiet fil-kapital kien ferm inqas minn dak li kienu jinvestu kieku pparteċipaw f’dawn iż-żidiet kapitali u ħallsu l-prezz tax-xiri skont it-termini tal-kuntratt ta’ Settembru 1995. Ta’ min ifakkar li d-Deċiżjoni C 0/1994 u r-Regolament (KE) Nru 1013/97 kienu bbażati fuq l-ipoteżi li l-prezz tax-xiri u l-parteċipazzjoni fiż-żidiet tal-kapital kienu se jitħallsu mill-impjegati. Billi l-ammont ta’ flus li l-impjegati kellhom jinvestu kien ferm inqas minn dak li l-Kummissjoni b’mod leġittimu stenniet meta adottat id-Deċiżjoni C Nru 1013/97), il-Kummissjoni ma jidhrilhiex li dan kien biżżejjed biex iġegħelhom jagħtu importanza suffiċjenti għall-valur tal-ishma u għar-restawr tal-kompetittività ta’ HSY.

(175)

Rigward it-tieni argument imqajjem mill-Greċja (jiġifieri li l-ħlas tal-prezz tax-xiri ma kienx kundizzjoni stipulata fid-Deċiżjoni C 10/1994, u anki kieku kien il-każ, il-Kummissjoni qisitha bħala diġà mwettqa wara li eżaminat il-kuntratt ta’ Settembru 1995), il-Kummissjoni diġà fakkret li l-bejgħ tat-tarzna kienet kundizzjoni stabbilita fid-Direttiva 90/684/KEE u spjegat ir-raġuni għal din il-kundizzjoni. Il-Kummissjoni diġà spjegat ukoll li hija ħadet deċiżjoni negattiva f’Lulju 1995 minħabba li t-tarzna ma kinitx inbiegħet. Għalhekk kien evidenti għall-Greċja li l-Kummissjoni ma kinitx se tkun sodisfatta bis-sempliċi trasferiment tas-sjieda lill-impjegati u fl-aħħar nett aċċettat il-kuntratt ta’ Settembru 1995 biss għaliex kien bejgħ reali, jiġifieri l-impjegati kienu se jħallsu prezz konsiderevoli għax-xiri u b’hekk kien se jkollhom interess finanzjarju veru fir-restawr tal-kompetittività. Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li r-Regolament (KE) Nru 1013/97 emenda d-Direttiva 90/684/KEE biss fir-rigward tal-ammont ta’ għajnuna operattiva għar-ristrutturazzjoni li setgħet tingħata HSY. Billi l-kuntratt ta’ Settembru 1995 kien diġà ġie sottomess lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fiż-żmien tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1013/97 u d-Deċiżjoni C 10/1994, dawn l-atti legali ma kellhomx għalfejn jirrepetu l-kundizzjoni tal-bejgħ tat-tarzna. Huma jfakkru sempliċement li l-ishma ta’ HSY kienu “nbiegħu”. Fuq dik il-bażi, id-Deċiżjoni C 10/1994 tikkonkludi li “il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva […] ġew sodisfatti”. Fi kliem ieħor, il-valutazzjoni li għamlet il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni C 10/1994 (u dik li għamel il-Kunsill fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1013/97) tqis l-eżistenza tal-kuntratt ta’ Settembru 1995, li kien ippreżentat bħala bejgħ mill-Greċja u, fuq kollox, li kien jobbliga kuntrattwalment lill-impjegati sabiex iħallsu EUR 24 miljun lil ETVA għax-xiri ta’ 49 % ta’ HSY u li jistabbilixxi eżattament kif dan il-prezz għax-xiri kellu jinġabar mill-impjegati u jitħallas lil ETVA. Billi l-obbligi u d-drittijiet tal-partijiet kienu stabbiliti preċiżament f’kuntratt, billi l-Greċja nnifisha ppreżentat il-kuntratt bħala bejgħ ta’ HSY, u billi l-gvern Grieg innifsu kien adotta liġi li tobbliga lill-impjegati jħallsu l-prezz tax-xiri lil ETVA (ara n-nota 100 ta’ qiegħ il-paġna), il-Kummissjoni ma kellha ebda raġuni sabiex tiddubita li l-Istat ma kienx se jimplimenta sewwa l-kuntratt. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma stennietx li l-Istat innifsu konxjament ma kienx ser jiġbor l-prezz tax-xiri mingħand ix-xerrej. Il-Kummissjoni kellha d-dritt li tikkunsidra li HSY kienet inbiegħet u ma kellhiex għalfejn tirrepeti li HSY kellha tinbiegħ.

(176)

Dwar it-tielet argument imqajjem mill-Greċja biex tneħħi d-dubji tal-Kummissjoni (jiġifieri li l-kuntratt ta’ Settembru 1995 ġie implimentat sewwa), il-Kummissjoni tosserva li l-kuntratt ta’ Settembru 1995 kien jindika b’mod ċar kif kellu jitħallas il-prezz tax-xiri. Il-pagamenti annwali kellhom jitħallsu mill-1998 u kellhom jiġu ffinanzjati billi tinżamm parti mill-allowances tal-Milied u tal-Għid kif ukoll parti mill-paga ta’ kull xahar. Billi l-impjegati kienu aċċettaw tnaqqis fis-salarji u l-allowances futuri tagħhom, ETVA ma kellux għalfejn jiġbor il-prezz tax-xiri minn kull impjegat individwali: HSY setgħet iżżomm direttament parti mis-salarju ta’ kull xahar tagħhom. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni ma tistax tara kif in-nuqqas ta’ ħlas tal-pagamenti annwali jista’ jiġi ġġustifikat bil-fatt li “il-ħaddiema sabuha diffiċli biex jonoraw l-impenn tagħhom li jħallsu l-prezz tal-ishma”. ETVA kellu sempliċement jassigura li HSY tnaqqas l-ammonti rispettivi mill-allowances u l-pagi. ETVA, billi kien l-azzjonist maġġoritarju, kien jikkontrolla lil HSY. Barra minn hekk, HSY kienet mistennija li żżomm dawn l-ammonti skont it-termini tal-ftehimiet konklużi bejn ETVA, HSY, l-assoċjazzjoni tal-impjegati u kull impjegat individwali. Għalhekk, ETVA seta’ fittex direttament lil HSY kieku din ma aġixxietx skont it-termini tal-kuntratt (103). Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li ETVA, li kien ikkontrollat mill-Istat, ma ppruvax jikseb il-ħlas tal-prezz tax-xiri kif suppost kellu jagħmel skont id-dispożizzjonijiet tal-kuntratt tal-bejgħ ta’ Settembru 1995. Kif spjegat qabel, dan jikkostitwixxi abbuż mid-Deċiżjoni C 10/1994, billi din tal-aħħar kienet tippretendi b’mod leġittimu implimentazzjoni korretta ta’ dak il-kuntratt. Bħala argument sussidjarju, il-Kummissjoni tinnota li, anki kieku l-affermazzjoni tal-Greċja li kien impossibbli għal ETVA li jiġbor il-prezz tax-xiri mingħand il-ħaddiema kienet minnha, dan ikun jitlob ukoll l-irkupru tal-għajnuna awtorizzata bid-Deċiżjoni C 10/1994. Fil-fatt, jekk din id-dikjarazzjoni hija minnha, tfisser li l-Greċja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar ftehim ta’ bejgħ li mill-bidu nett ma setax jiġi implimentat (jiġifieri l-Istat ma jistax jiġbor il-prezz tax-xiri mingħand ix-xerrej) (104). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li d-Deċiżjoni C 10/1994 hija bbażata fuq informazzjoni qarrieqa mill-Greċja u għalhekk għandha tiġi revokata.

(177)

B’rabta mat-tielet argument imqajjem mill-Greċja, il-Kummissjoni tirrifjuta wkoll id-dikjarazzjoni li l-infurzar tal-garanzija fuq l-ishma mhux imħallsa u l-bejgħ tagħhom fil-qafas tal-privatizzazzjoni tal-2001-2002 huwa simili għall-ksib mill-impjegati tal-ħlas dovut bil-kuntratt ta’ Settembru 1995. L-ewwel nett, billi ETVA ma fittixx li jakkwista l-ħlas tal-prezz tax-xiri mingħand l-impjegati, dawn ma stennewx li fil-fatt se jkollhom jinvestu l-ammont ta’ flus korrispondenti u għalhekk ma rriskjawx li jitilfu dawn il-flus jekk il-valur tal-ishma jitbaxxa. Kif spjegat aktar qabel, dan huwa f’kontradizzjoni mad-Deċiżjoni C 10/1994, li kienet tissupponi li HSY kienet “inbiegħet”, jiġifieri li investitur privat poġġa ammont kbir u preċiż minn flusu stess f’riskju billi xtara ishma ta’ HSY u għalhekk kien ikun imħeġġeġ sabiex imexxi t-tarzna bil-għan li jimmassimizza l-valur tas-sehem tiegħu. It-tieni, il-likwidità riċevuta minn ETVA – u għaldaqstant mill-Istat – hija għal kollox differenti. Bl-infurzar tal-garanzija fuq l-ishma, ETVA sostna 100 % tar-riskju relatat mal-valur ta’ HSY (biex hekk reġġa’ lura l-privatizzazzjoni parzjali). Barra minn hekk, ETVA rċieva biss EUR 6.1 miljuni meta biegħ 100 % tal-ishma ta’ HSY lil HDW/Ferrostaal. Dan ifisser li ETVA rċieva biss EUR 3 miljuni mill-bejgħ tas-sehem ta’ 49 %. Dan huwa ferm inqas minn dak li ETVA kellu jirċievi mingħand l-impjegati bit-termini tal-kuntratt ta’ Settembru 1995, jiġifieri EUR 24 imħallsa b’pagament annwali minn Diċembru 1998 sa Diċembru 2010.

(178)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ma tikkontestax id-dikjarazzjoni li kienet saret privatizzazzjoni reali meta HDW/Ferrostaal kisbet 100 % ta’ HSY. Madankollu, hija tfakkar li l-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/684/KEE kien jawtorizza biss għajnuna b’rabta ma’ bejgħ tat-tarzna. Bl-istess mod, ir-Regolament (KE) Nru 1013/97 u d-Deċiżjoni C 10/1994 awtorizzaw għajnuna għaliex it-tarzna kienet għadha kif “inbiegħet”. Għaldaqstant, l-għajnuna kellha tingħata fil-kuntest tal-bejgħ tat-tarzna. Ma setgħetx tingħata għal bejgħ li kien se jsir bosta snin wara. Għalhekk, il-fatt li HSY ġiet realment privatizzata bil-bejgħ lil HDW/Ferrostaal ma jbiddilx il-konklużjoni li d-Deċiżjoni C 10/1994 intużat ħażin. Ta’ min ifakkar ukoll li fiż-żmien tal-bejgħ lil HDW/Ferrostaal, kemm id-Direttiva 90/684/KEE kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1013/97 kienu skadew diversi snin qabel. Għalhekk, HSY ma kinitx tkun tista’ tirċievi l-għajnuna approvata bid-Deċiżjoni C 10/1994 fil-qafas tal-privatizzazzjoni tal-2001-2002.

(179)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ebda wieħed mill-argumenti mqajma mill-Greċja ma jista’ jwarrab il-konklużjoni preċedenti li, billi ma jfittixx li jikseb il-ħlas tal-prezz tax-xiri mingħand l-impjegati, ETVA kkontrollat mill-Istat kien uża ħażin id-Deċiżjoni C 10/1994. Dan għalhekk jirrappreżenta t-tieni abbuż – apparti n-nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment – tad-Deċiżjoni C 10/1994 u t-tieni raġuni għall-irkupru tal-għajnuna awtorizzata b’din id-deċiżjoni.

4.5.5.5.   Ġustifikazzjoni għall-għażla proċedurali tal-Kummissjoni

(180)

Fid-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-Kummissjoni qajmet dubji li l-impjegati ma ħallsux il-prezz tax-xiri għas-sehem tagħhom ta’ 49 % f’HSY. Madankollu, dawn id-dubji tqajmu fil-qafas tal-valutazzjoni tal-miżura E10 (imsejħa miżura 10 fid-deċiżjoni ta’ estensjoni). Dawn id-dubji ma tqajmux fil-valutazzjoni tal-miżura E7 (imsejħa miżura 7 fid-deċiżjoni ta’ estensjoni). Konsegwentement, id-deċiżjoni ta’ estensjoni ma tindikax li n-nuqqas ta’ ħlas tal-prezz tax-xiri jista’ jikkostitwixxi użu ħażin tad-Deċiżjoni C 10/1994. Għalhekk tista’ titqajjem il-mistoqsija dwar jekk, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, il-Kummissjoni kellhiex tadotta jew le deċiżjoni ġdida li testendi għat-tieni darba l-proċedura ta’ investigazzjoni formali sabiex tqajjem dubji dwar dan il-punt. Il-Greċja ssostni li dan huwa l-każ (105).

(181)

Il-Kummissjoni ma tħossx li kienet obbligata li testendi l-proċedura tal-investigazzjoni għat-tieni darba f’dan il-każ partikolari. L-ewwel nett, kif indikat, id-dubji dwar il-fatt preċiż (jiġifieri l-ħlas jew le tal-prezz tax-xiri mill-impjegati) kienu mqajma fid-deċiżjoni tal-estensjoni, u b’hekk ippermettew lill-partijiet jikkummentaw dwaru. It-tieni, rigward ir-raġunament legali li dan il-fatt jista’ jikkostitwixxi użu ħażin tal-miżura E7, il-Kummissjoni waslet biss għal din il-konklużjoni fil-qafas tal-analiżi dettaljata tal-fatti u l-liġijiet kollha li seħħew fil-qafas tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. F’każ daqshekk kbir u kumpless, li jirrigwarda miżuri li jmorru lura sa għaxar snin, il-proċedura tal-investigazzjoni se tippermetti kważi awtomatikament lill-Kummissjoni li tirfina l-analiżi tagħha billi tipprovdi għarfien aħjar tal-fatti u l-kwistjonijiet legali. It-tielet, il-Greċja għal żmien twil tat informazzjoni mħawda dwar il-ħlas tal-prezz tax-xiri mill-impjegati. Sa fit-tweġiba tagħhom għad-deċiżjoni tal-estensjoni, il-Greċja u HSY sostnew li l-impjegati kienu bdew iħallsu l-prezz tax-xiri fl-1998, kif ippjanat fil-kuntratt ta’ Settembru 1995 (106). Madankollu, fil-qafas tal-proċedura tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni akkumulat evidenza li dan ma kienx il-każ. Għaldaqstant hija talbet lill-Greċja u lil HSY biex jissottomettu evidenza soda għall-argumenti tagħhom (107). Finalment, HSY u l-Greċja rrikonoxxew li l-impjegati ma ħallsux il-pagamenti annwali skont il-kuntratt ta’ Settembru 1995. Il-Kummissjoni, li eventwalment iċċarat il-fatti rilevanti tal-każ, kienet f’dak il-mument kapaċi tivvaluta jekk kienx hemm abbużi mid-deċiżjonijiet preċedenti.

(182)

Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll li, sabiex tippermetti lill-Greċja u lil HSY jipparteċipaw b’mod effettiv fil-proċedura u sabiex tassigura li d-drittijiet tad-difiża ġew irrispettati, hija offriet l-opportunità lill-Greċja u lil HSY (jiġifieri l-uniċi partijiet li kienu ssottomettew kummenti dwar il-miżura E10, apparti Elefsis li madankollu kien diġà indika li huwa kien iħoss li, billi l-prezz tax-xiri ma kienx tħallas, il-Kummissjoni kellha tordna l-irkupru tal-għajnuna approvata bid-Deċiżjoni C 10/1994) sabiex jikkummentaw dwar il-valutazzjoni tagħha li n-nuqqas ta’ ħlas seta’ jitqies bħala użu ħażin tad-Deċiżjoni C 10/1994 (108). Kemm il-Greċja kif ukoll HSY issottomettew kummenti estensivi (109).

4.6.   Użu ħażin tal-EUR 29,5 miljun ta’ għajnuna għall-għeluq awtorizzata fl-2002 (miżura E8)

4.6.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

(183)

Fil-5 ta’ Ġunju 2002, id-Deċiżjoni N 513/2001 awtorizzat għajnuna li tammonta għal EUR 29,5 sabiex tinkoraġġixxi parti mill-impjegati ta’ HSY jitilqu b’mod volontarju mit-tarzna. Il-Kummissjoni sabet li l-EUR 29,5 miljun ta’ għajnuna kienu jikkostitwixxu għajnuna kumpatibbli għall-għeluq fit-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1540/98 u aċċettat bħala tnaqqis validu tal-kapaċità l-limitazzjoni tal-kapaċità annwali tat-tarzna għat-tiswija tal-bastimenti għal 420 000 siegħa diretta ta’ xogħol mill-ħaddiema, inklużi s-sottokuntratturi.

4.6.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

(184)

Fid-deċiżjoni tal-estensjoni, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk din il-limitazzjoni ġietx irrispettata. L-obbligu li jiġu sottomessi rapporti darbtejn fis-sena ma ġiex irrispettat. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Griegi ppreżentaw figuri mħawda meta ntalbu jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti.

4.6.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

(185)

Skont Elefsis, il-fatturat ta’ HSY u n-numru ta’ bastimenti msewwija kull sena fit-tarzna huma tant għoljin li ma jistgħux jiġu rrikonċiljati mal-osservanza tal-limitazzjoni tal-420 000 siegħa.

4.6.4.   Kummenti mill-Greċja

(186)

Skont il-Greċja u HSY, it-tarzna tirrikorri estensivament għas-sottokuntratturi; dawn iridu jitqassmu f’żewġ kategoriji. L-ewwel, is-“sottokuntratturi miżmuma minn HSY”. Dawn jiġu magħżula u jitħallsu minn HSY. It-tieni, il-“kuntratturi ta’ partijiet terzi”. Dawn tal-aħħar jintgħażlu minn sid il-bastiment. Is-sid tal-bastiment jagħżilhom u jiddiskuti l-prezz direttament magħhom. Il-kuntratturi ta’ partijiet terzi jħallsu tariffa lil HSY biex jużaw il-faċilitajiet tat-tarzna. Skont il-Greċja, l-ewwel kategorija biss trid tikkonforma mal-limitazzjoni stipulata fid-Deċiżjoni N 513/01. Madankollu, HSY ma tafx kemm sigħat jaħdmu dawn is-“sottokuntratturi miżmuma minn HSY” billi huma jitħallsu fuq bażi ta’ prezz fiss. Il-Greċja għalhekk tipproponi metodu biex jiġu kkalkulati n-numru ta’ sigħat li matulhom ħadmu: l-ewwel, it-total tal-prezzijiet tal-kuntratti mħallsa lilhom jiġu mnaqqsa bi 15 % (li jammonta għall-marġinu ta’ profitt) u b’20 % oħra (110) (li jammontaw għas-sigħat produttivi tax-xogħol b’mod indirett). L-ammont miksub imbagħad jiġi diviż bir-“rata tal-prezz annwali ta’ siegħa tax-xogħol meħuda mill-kotba uffiċjali ta’ HSY” (111). Bl-użu ta’ dan il-metodu, il-Greċja tasal għal ammont totali ta’ sigħat ta’ inqas minn 420 000 għal kull sena mill-2002 sal-2006. Il-Greċja b’hekk tikkonkludi li l-limitazzjoni ġiet irrispettata. Il-metodu huwa ppreżentat fil-qosor fit-tabella li ġejja.

 

1.1.2002–31.12.2002

1.1.2003–30.9.2003

1.10.2003–30.9.2004

1.10.2004–30.9.2005

1.10.2005–31.8.2006

A.

Sigħat tax-xogħol direttament produttivi maħduma mill-ħaddiema ta’ HSY

51 995

42 155

[…] (*)

(…)

(…)

B.

Prezz imħallas lil sottokuntratturi miżmuma minn HSY (f’Euro)

3 798 728

16 471 322

(…)

(…)

[…] (sat-30.6.2006)

C.

= B wara t-tnaqqis tal-marġinu ta’ profitt (15 %) u x-xogħol indirett (20 %)

2 469 173

10 179 134

(…)

(…)

(…)

D.

Prezz għal kull siegħa (f’Euro) tal-ħaddiema diretti ta’ HSY

25,97

27,49

(…)

(…)

(…)

E.

Stima tas-sigħat tax-xogħol direttament produttivi maħduma minn ħaddiema tas-sottokuntratturi miżmuma minn HSY (= C diviża b’D)

95 077

370 284

(…)

(…)

(…)

F.

Sigħat totali tax-xogħol direttament produttivi li jaqgħu taħt id-Deċiżjoni N 513/2001 (= A + E)

147 073

412 440

(…)

(…)

(…)

4.6.5.   Valutazzjoni

4.6.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

(187)

Rigward l-applikazzjoni potenzjali tal-Artikolu 296 għal din il-miżura, il-Kummissjoni tfakkar li l-attivitajiet militari u l-attivitajiet ċivili kienu diġà separati fid-Deċiżjoni N 513/2001, li kienet tqis li l-parti tal-appoġġ tal-Istat li taqa’ taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kienet ta’ 25 %. L-EUR 29,5 miljun ta’ għajnuna għalhekk kienu marbuta direttament mal-attivitajiet ċivili ta’ HSY u jistgħu jiġu valutati skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

4.6.5.2.   Eżistenza ta’ użu ħażin tal-għajnuna

(188)

Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li kull wieħed mill-elementi segwenti huwa waħdu biżżejjed biex tikkonkludi li l-limitazzjoni stipulata fid-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni ma ġietx irrispettata u għaldaqstant l-għajnuna ntużat ħażin.

(189)

L-ewwel nett, billi kienet suġġetta għal tnaqqis fin-numru ta’ sigħat tax-xogħol, HSY kellha timplimenta mekkaniżmu biex tikkalkula dawn is-sigħat eżatt. Billi ma implimentatx mekkaniżmu biex tikkalkula eżattament in-numru ta’ sigħat tax-xogħol imwettqa mis-sottokuntratturi, u b’hekk impediet kalkulazzjoni preċiża tas-sigħat tax-xogħol imwettqa mit-tarzna, HSY użat ħażin id-Deċiżjoni N 513/2001. Dan huwa partikolarment il-każ billi kienet il-Greċja li pproponiet li tuża l-indikatur “numru ta’ sigħat tax-xogħol” biex tipprova li HSY kienet qiegħda tnaqqas il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha.

(190)

It-tieni, il-Kummissjoni tikkontesta d-dikjarazzjoni tal-Greċja li l-“kuntratturi ta’ partijiet terzi” mhumiex koperti bil-limitazzjoni tas-sigħat. Il-Greċja ssostni li m’għandha l-ebda relazzjoni kuntrattwali magħhom ħlief li tikrilhom il-faċilitajiet. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tqis li l-aċċettazzjoni ta’ dan ir-raġunament toffri mod faċli kif wieħed idur mal-limitazzjoni: HSY, minflok ma tiffirma l-kuntratti mas-sottokuntratturi, kieku titlob lis-sidien tal-bastimenti biex jiffirmawhom, biex hekk ma jkun hemm ebda kuntratt bejn HSY u s-sottokuntraturi. It-tieni, l-għan tal-limitazzjoni huwa li tnaqqas l-attivitajiet fit-tarzna. Għalhekk huwa loġiku li meta d-Deċiżjoni N 513/01 tindika li x-“xogħol sottokuntrattat” huwa inkluż fil-limitazzjoni, huma koperti kemm is-sottokuntratturi ta’ HSY kif ukoll is-sottokuntratturi ta’ sid il-bastiment li jkun qiegħed jaħdem fit-tarzna. It-tielet, wara mistoqsijiet dettaljati magħmula mill-Kummissjoni (112), il-Greċja rrikonoxxiet li HSY tiġġestixxi l-ħlas lil xi wħud minn dawn il-“kuntratturi ta’ partijiet terzi” kif ġej: dawn tal-aħħar jagħmlu ftehim ma’ sid il-bastiment dwar ix-xogħlijiet li jridu jitwettqu u l-prezz, iżda mbagħad is-sid tal-bastiment iħallas lil HSY, li min-naħa tagħha tittrasferixxi l-flus għand il-kuntratturi. F’każijiet bħal dawn, hemm relazzjoni kuntrattwali bejn HSY u l-kuntratturi, u l-ammonti mħallsa mis-sid tal-bastiment għax-xogħol tal-kuntrattur jidhru fid-dikjarazzjoni tad-dħul ta’ HSY bħala qligħ (jiġifieri huma inklużi fil-bejgħ/fatturat ta’ HSY). Għalhekk m’hemmx dubju li tal-anqas dawn il-kuntratti ma’ “kuntratturi ta’ partijiet terzi” jaqgħu fi ħdan il-limitazzjoni. Il-Greċja la kkalkulat u lanqas ikkomunikat lill-Kummissjoni l-ammont ta’ sigħat tax-xogħol imwettqa minn dawn il-“kuntratturi ta’ partijiet terzi”. Dan jikkostitwixxi ksur addizzjonali tad-Deċiżjoni N 513/2001. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-fatturat tal-attivitajiet tat-tiswija ta’ HSY żdiedu rapidament mill-2002 ‘il quddiem. Madankollu, din ix-xejra ma hija riflessa xejn fl-ammont totali ta’ sigħat tax-xogħol ikkomunikat mill-Greċja. Għalhekk huwa probabbli li n-numru ta’ sigħat tax-xogħol imwettqa minn kuntratturi ta’ partijiet terzi mħallsa minn HSY żdied b’mod sinifikanti. Billi skont il-figuri pprovduti mill-Greċja, HSY kienet eżatt taħt il-limitu ta’ 420 000 siegħa fl-2003, il-Kummissjoni tikkonkludi li, jekk fl-ammont totali ta’ sigħat tax-xogħol imwettqa minn HSY jiġu inklużi l-kuntratturi ta’ partijiet terzi li huma mħallsa minn HSY, huwa raġonevoli li wieħed jissupponi li dan il-limitu ġie miksur fis-snin ta’ wara.

(191)

It-tielet, anki kieku kellu jiġi aċċettat (li mhuwiex) li l-“kuntratturi ta’ partijiet terzi” ma jaqgħux taħt il-limitazzjoni tas-sigħat stipulata fid-Deċiżjoni N 513/2001, u li s-sigħat tax-xogħol imwettqa mis-“sottokuntratturi miżmuma minn HSY” jistgħu jiġu kkalkulati billi wieħed jiddividi l-ammonti mħallsa minnhom bil-prezz tax-xogħol kull siegħa, il-limitazzjoni ma tiġix irrispettata. Fil-fatt, ir-“rata tal-prezz annwali ta’ siegħa tax-xogħol meħuda mill-kotba uffiċjali ta’ HSY”, li tintuża mill-Greċja, hija approssimazzjoni inadegwata tal-prezz ta’ kull siegħa ta’ ħaddiem li jaħdem għal sottokuntrattur. Fil-fatt, l-instabilità qawwija tas-sensiela (pereżempju, tgħaddi minn EUR 27 għal EUR […] is-sena ta’ wara) tipprova li r-rata tal-prezz annwali ta’ siegħa tax-xogħol derivata mill-kotba uffiċjali ta’ HSY ma tindikax kemm jiswa ħaddiem fis-siegħa (113). Fil-fatt, il-paga grossa għal kull siegħa fl-industrija qatt ma tevolvi b’dan il-mod: hija tiżdied b’mod stabbli maż-żmien iżda qatt ma tirdoppja minn sena għall-oħra. Barra minn hekk, it-tarzni jużaw is-sottokuntratturi preċiżament għaliex huwa irħas milli jqabbdu iżjed ħaddiema huma stess. Għalhekk, l-użu tar-rata tal-prezz annwali ta’ siegħa tax-xogħol meħuda mill-kotba uffiċjali ta’ HSY tistma żżejjed il-prezz għal kull siegħa tax-xogħol tal-ħaddiema impjegati mis-sottokuntratturi. Dan il-fatt ġie kkonfermat mill-konsulent tal-Kummissjoni. Meta jiġu kkunsidrati stimi iżjed raġonevoli tal-prezz għal kull siegħa, dan iżid b’mod sinifikanti n-numru tas-sigħat tax-xogħol imwettqa mis-sottokuntratturi (114), sabiex il-limitu tal-420 000 siegħa jiġi miksur fl-2003 u fl-2005.

(192)

Ir-raba’, fil-metodu propost mill-Greċja, is-sena 2003 għandha biss disa’ xhur, jiġifieri sa Settembru 2003. Il-Greċja ssostni li minn dak il-mument, is-sena tal-kontabilità bdiet tingħadd minn Ottubru sa Ottubru. Ma jistax jiġi aċċettat li limitu massimu annwali jkun applikat fuq l-attività ta’ disa’ xhur biss. Il-Kummissjoni talbet lill-Greċja sabiex tipprovdi dettalji dwar l-attività matul l-aħħar tliet xhur tal-2003 iżda l-Greċja ma pprovdietx l-informazzjoni mitluba (115). Jekk l-attività tal-aħħar tliet xhur tas-sena kalendarja 2003 tiġi kkalkulata bħala kwart tal-attività tas-sena kummerċjali 2004, huwa evidenti li hemm ksur tal-limitazzjoni tas-sigħat tax-xogħol għal kull persuna.

(193)

Billi hemm diversi bażijiet indipendenti li minnhom jista’ jiġi konkluż abbuż, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna trid tiġi rkuprata.

4.7.   Injezzjoni kapitali ta’ GRD 8,72 biljuni (EUR 25,6 miljun) mill-Istat Grieg jew ETVA fl-1996-1997 (miżura E9)

4.7.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

(194)

Fl-1996-1997, ETVA għamel injezzjoni kapitali ta’ GRD 8,72 biljuni (EUR 25,6 miljun) f’HSY.

4.7.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

(195)

Id-deċiżjoni tal-estensjoni tqajjem dubji dwar jekk din l-injezzjoni ta’ kapital taqbilx mal-imġiba ta’ investitur f’ekonomija tas-suq. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li l-Greċja għamlet sottomissjonijiet kontradittorji, billi l-ewwel indikat li dan l-ammont kien ingħata mill-Istat biex ipatti għall-prezz ta’ tnaqqis fil-forza tax-xogħol ta’ 1 000 impjegat, u wara kkontradixxiet din l-ispjegazzjoni billi sostniet li din l-injezzjoni ta’ kapital kienet saret minn ETVA. It-tieni, il-Kummissjoni tosserva li l-impjegati, li kellhom 49 % tal-ishma, ma pparteċipawx f’din iż-żieda ta’ kapital. Barra minn hekk, huwa sorprendenti li din l-injezzjoni ta’ kapital minn ETVA ma żiditx l-ishma tagħha f’HSY.

(196)

Il-Kummissjoni indikat ukoll li, jekk tinstab li tikkostitwixxi għajnuna, huwa dubjuż kemm din il-miżura tista’ tikkostitwixxi għajnuna kumpatibbli.

4.7.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

(197)

Elefsis jindika li fl-1996, 49 % tal-ishma ta’ HSY kienu sjieda tal-impjegati. Kieku ETVA għamel injezzjoni ta’ kapital mingħajr parteċipazzjoni pro rata tal-impjegati, l-ishma tiegħu kellhom jiżdiedu għal iżjed minn 51 %, li kien ipprojbit bil-liġi u fil-fatt ma seħħx. Dan ifisser li ETVA ma rċieva ebda ishma ġodda bi skambju għal din l-injezzjoni ta’ kapital. Xenarju bħal dan ma kienx ikun aċċettabbli għal investitur privat.

4.7.4.   Kummenti mill-Greċja

(198)

Il-Greċja tikkonferma li ETVA għamel injezzjoni kapitali ta’ GRD 8,72 biljuni (EUR 25,6 miljun) fl-1996-1997 u rċeviet ammont ekwivalenti mill-Istat. Il-Greċja ssostni li l-Istat aġixxa bħala investitur f’ekonomija tas-suq billi t-tnaqqis fin-numru ta’ ħaddiema ffinanzjat bl-injezzjoni ta’ kapital tejjeb b’mod sinifikanti l-effiċjenza tat-tarzna u l-profittabilità futura tagħha. HSY tispjega li l-ammonti injettati ma wasslux għall-ħruġ ta’ ishma ġodda u ma rrappreżentawx formalment injezzjoni ta’ kapital. Dan jispjega għaliex l-azzjonijiet tal-Istat ma żdidux għal iżjed minn 51 %. Jekk, madankollu, il-Kummissjoni xorta waħda tqis li din il-miżura tikkostitwixxi għajnuna, il-Greċja tqis li din hija għajnuna kumpatibbli għall-għeluq skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 90/684/KEE.

4.7.5.   Valutazzjoni

4.7.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

(199)

Din il-miżura ffinanzjat l-attività sħiħa tat-tarzna u ma kinitx indikata sabiex issostni l-attivitajiet ċivili biss. Billi, kif ġie konkluż fis-sezzjoni 3.3 ta’ din id-deċiżjoni, 75 % tal-attivitajiet tat-tarzna huma militari u l-Greċja tinvoka l-Artikolu 296 tat-Trattat, 25 % biss tal-miżura (GRD 2,18 biljuni (EUR 6,4 miljuni)) jistgħu jiġu valutati skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

4.7.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

(200)

Il-Kummissjoni tosserva li l-Istat, permezz ta’ ETVA, ta flus lil HSY mingħajr ma rċieva ishma ġodda, billi żamm biss 51 % ta’ HSY. Investitur f’ekonomija tas-suq ma kienx jagħmel rigal bħal dan lill-azzjonisti l-oħra. Kien jitlob ishma ġodda jew injezzjoni ta’ kapital pro rata mill-azzjonisti l-oħra. Konsegwentement, investitur privat f’ċirkustanzi simili ma kienx iwettaq din l-injezzjoni ta’ kapital.

(201)

Billi l-Istat ipprovda riżorsi lil HSY li hija kieku ma kinitx tirċievi mis-suq, din il-miżura tat vantaġġ selettiv lil HSY. Il-miżura għalhekk tikkostitwixxi għajnuna fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat. Billi, kuntrarju għar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, din ingħatat mingħajr notifika minn qabel, hija tikkostitwixxi għajnuna illegali.

4.7.5.3.   Kumpatibbiltà mas-suq komuni

(202)

Dwar il-kumpatibbiltà ta’ din l-għajnuna, il-Kummissjoni tosserva li m’hemmx dubju li n-numru ta’ ħaddiema ta’ HSY tnaqqas minn 3 022 persuna fl-1995 għal 1 977 persuna fl-1997. Dan it-tnaqqis fin-numru ta’ ħaddiema ġie rrappurtat ukoll fiż-żewġ deċiżjonijiet adottati fil-15 ta’ Lulju 1997 (Deċiżjonijiet C 10/1994 u N 401/1997) billi kien jirrappreżenta pilastru tal-pjan tar-ristrutturazzjoni. Id-Deċiżjoni N 401/1997 tawtorizza għajnuna għall-investiment, li, skont id-Direttiva 90/684/KEE, tista’ tinstab li hija kumpatibbli biss jekk tkun “marbuta ma’ pjan ta’ ristrutturazzjoni li jwassal għal tnaqqis fil-kapaċità globali tat-tiswija tal-bastimenti” u “li ma tinvolvi l-ebda żieda fil-kapaċità tal-bini tal-bastimenti”. Id-Deċiżjoni N 401/1997 tqis li hemm “tnaqqis fil-kapaċità tat-tiswija tat-tarzna ekwivalenti għat-tnaqqis fin-numru ta’ impjegati, li mhux se jkun possibbli li jiġi kkumpensat biż-żieda prevista fil-produttività u tnaqqis fil-kapaċità ta’ ttrakkar tal-bastimenti kummerċjali.” Id-deċiżjoni tindika wkoll li hemm tnaqqis żgħir fil-kapaċità tal-bini tal-bastimenti. Billi l-Kummissjoni nnifisha rrikonoxxiet fid-Deċiżjoni N 401/1997 li t-tnaqqis fin-numru ta’ ħaddiema flimkien mal-miżuri l-oħra proposti mill-Greċja kienu se jwasslu għal tnaqqis fil-kapaċitajiet tal-bini tal-bastimenti u tat-tiswija tal-bastimenti, il-Kummissjoni tqis li kien hemm tnaqqis fil-kapaċità, kif mitlub mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 90/684/KEE. Dwar l-ammont u l-intensità tal-għajnuna, il-Kummissjoni tosserva li l-għajnuna ammontat għal EUR 25,6 miljun għal tnaqqis tan-numru ta’ ħaddiema b’1 000 persuna. Fl-2002, sitt snin biss wara, il-Kummissjoni sabet kumpatibbli ammont erba’ darbiet akbar għal tnaqqis ta’ daqs iżgħar fin-numru ta’ ħaddiema. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li l-ammont u l-intensità tal-għajnuna huma ġġustifikati. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 90/684/KEE ġew sodisfatti u għalhekk issib li l-għajnuna hija kumpatibbli mas-suq komuni.

4.8.   Żieda kapitali fl-1998-2000 biex tiffinanzja l-pjan ta’ investiment (miżura E10)

4.8.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

(203)

Kif ippjanat fid-Deċiżjoni N 401/1997, saru tliet żidiet kapitali fl-1998, fl-1999 u fl-2000, li jirrappreżentaw ammont totali ta’ GRD 2,98 biljuni (EUR 8,7 miljuni), sabiex jiffinanzjaw parti mill-pjan ta’ investiment ta’ HSY. Dawn ġew iffinanzjati minn ETVA u l-impjegati ta’ HSY, b’mod proporzjonali mal-ishma tagħhom f’HSY.

(f’GRD miljuni (f’EUR miljuni))

 

Total

Kontribuzzjoni ta’ ETVA (51 %)

Kontribuzzjoni tal-impjegati (49 %)

fl-20 ta’ Mejju 1998.

1 569 (4.6)

800 (2.3)

769 (2.3)

fl-24 ta’ Ġunju 1999.

630 (1.8)

321 (0.9)

309 (0.9)

fit-22 ta’ Mejju 2000.

780 (2.3)

397 (1.2)

382 (1.1)

(204)

Fl-2001, l-Istat Grieg ħallas lill-impjegati ammont ugwali għall-kontribuzzjoni tagħhom għat-tliet żidiet kapitali (ara l-paragrafu 33 ta’ din id-deċiżjoni, li jiddeskrivi l-Liġi 2941/2001).

4.8.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

(205)

Fid-deċiżjoni tal-estensjoni, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk il-parteċipazzjoni ta’ ETVA fiż-żidiet kapitali kinitx tikkostitwixxi għajnuna inkumpatibbli. Anki jekk id-Deċiżjoni N 401/1997 adottata fil-15 ta’ Lulju 1995 tikkunsidra li l-parteċipazzjoni ta’ ETVA fiż-żidiet kapitali tista’ fil-prinċipju titqies ħielsa minn għajnuna fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni, din il-parteċipazzjoni, madankollu, jista’ jkun li kienet tikkostitwixxi għajnuna meta ġiet implimentata fl-1998, fl-1999 u fl-2000. B’mod partikolari, is-sitwazzjoni ta’ HSY marret għall-agħar bejn dawn id-dati. Id-deċiżjoni tal-estensjoni tindika wkoll li l-fatt li l-impjegati pparteċipaw fiż-żieda kapitali pro rata mas-sehem tagħhom fil-kapital ta’ HSY ma jeskludix l-għajnuna: l-ewwel nett, mhuwiex ċert li huma ħallsu lil ETVA l-prezz għas-sehem tagħhom ta’ 49 % f’HSY skont il-ftehim tal-privatizzazzjoni parzjali ta’ Settembru 1995. It-tieni, mhuwiex eskluż li l-Istat seta’ b’mod sigriet ikkommetta ruħu li jħallas lura lill-impjegati kwalunkwe ammont li huma setgħu injettaw fil-kapital ta’ HSY. Tali impenn kien ifisser li l-impjegati ma ġarrew l-ebda riskju.

4.8.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

(206)

Elefsis jappoġġa d-dubji mfissra fid-deċiżjoni tal-ftuħ, ifakkar il-każistika tal-Alitalia (116) rigward il-parteċipazzjoni tal-impjegati fiż-żieda tal-kapital tal-kumpanija tagħhom stess, u jikkonkludi li l-parteċipazzjoni ta’ ETVA fiż-żidiet tal-kapital tikkostitwixxi għajnuna inkumpatibbli.

4.8.4.   Kummenti mill-Greċja

(207)

Il-Greċja tfakkar li l-parteċipazzjoni ta’ ETVA u tal-impjegati fiż-żieda tal-kapital kienet stabbilita kuntrattwalment fil-ftehim tal-privatizzazzjoni parzjali ta’ Settembru 1995. Id-Deċiżjoni N 401/1997 indikat ukoll li dawn iż-żidiet kapitali kienu se jseħħu, bil-parteċipazzjoni ta’ 51 % u 49 % ta’ ETVA u tal-impjegati ta’ HSY rispettivament, mingħajr ma jitqies li l-parteċipazzjoni ta’ ETVA kienet tikkostitwixxi għajnuna. Fl-aħħar nett, il-Greċja u HSY jikkontestaw iż-żewġ ipotesijiet li l-impjegati ma ħallsux il-prezz tax-xiri lil ETVA u l-eżistenza ta’ ftehim sigriet li kien iwiegħed lill-impjegati li l-Istat kien se jħallashom lura kull ammont imħallas biex jiffinanzja l-pjan ta’ investiment. HSY issostni li jekk il-Kummissjoni tqis il-miżura bħala għajnuna, din għandha tikkostitwixxi għajnuna kumpatibbli għar-ristrutturazzjoni.

4.8.5.   Valutazzjoni

4.8.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

(208)

Rigward l-applikazzjoni potenzjali tal-Artikolu 296 tat-Trattat, il-Kummissjoni tosserva li ż-żidiet kapitali kienu mmirati sabiex jiffinanzjaw il-pjan ta’ investiment. Kif diġà ġie konkluż fil-qafas tal-valutazzjoni tal-miżuri P1, P2, P3 u P4, dan il-pjan ta’ investiment u l-appoġġ Mill-Istat biex jiffinanzjah jistgħu jiġu valutati skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

4.8.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

(209)

Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjonijiet li ġejjin. Fuq il-bażi tal-ftehim dwar il-privatizzazzjoni parzjali ta’ Settembru 1995, ETVA kien kuntrattwalment obbligat li jipparteċipa f’livell ta’ 51 % fit-tkabbir kapitali futur ta’ HSY, bid-49 % l-oħra jiġu kkontribwiti mill-impjegati. Iż-żieda kapitali kienet meħtieġa sabiex tiffinanzja l-pjan ta’ investiment. Fid-Deċiżjoni N 401/1997 fir-rigward tal-għajnuna għall-investiment, il-Kummissjoni b’mod impliċitu qieset li l-parteċipazzjoni ta’ ETVA fiż-żieda kapitali futura ta’ HSY ma kinitx se tirrappreżenta għajnuna mill-Istat. Dan kien koerenti mad-Deċiżjoni C 10/1994 adottata fl-istess ġurnata, li fiha l-Kummissjoni qieset li l-bejgħ ta’ 49 % tal-ishma ta’ HSY lill-impjegati kien privatizzazzjoni parzjali reali u seta’ jkun mistenni ritorn għall-vijabilità.

(210)

Dwar il-parteċipazzjoni ta’ ETVA fiż-żidiet kapitali tal-20 ta’ Mejju 1998, il-Kummissjoni tqis li ma kienx hemm raġunijiet suffiċjenti sabiex tiddevja mill-valutazzjoni impliċita ta’ ebda għajnuna li għamlet fid-Deċiżjoni N 401/1997. B’mod partikolari, iċ-ċirkustanzi f’Mejju 1998 ma kinux suffiċjentement differenti minn dawk imbassra fiż-żmien meta ġiet adottata d-deċiżjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma sabet ebda prova ta’ impenn (sigriet) min-naħa tal-Istat sabiex iħallas lura lill-impjegati kwalunkwe somma li huma setgħu ħallsu fil-qafas taż-żidiet kapitali.

(211)

Mill-banda l-oħra, fiż-żmien taż-żieda kapitali tal-24 ta’ Ġunju 1999 u tat-22 ta’ Mejju 2000, elementi fundamentali li ffurmaw il-bażi tal-valutazzjoni ta’ ebda għajnuna tal-15 ta’ Lulju 1997 ma kinux aktar preżenti:

L-ewwel nett, kif spjegat aktar ‘il fuq, iż-żewġ deċiżjonijiet adottati fil-15 ta’ Lulju 1997 kienu bbażati fuq il-fatt li l-Greċja kienet se timplimenta l-ftehim ta’ privatizzazzjoni parzjali ta’ Settembru 1995, u b’mod partikolari li l-impjegati kienu se jħallsu l-prezz tax-xiri lil ETVA, kif stabbilit fil-kuntratt, u b’hekk jassumu riskju finanzjarju li kellu jagħtihom inċentiv biex isostnu l-miżuri neċessarji sabiex titreġġa’ lura l-kompetittività. Filwaqt li l-impjegati kellhom iħallsu l-ewwel pagament tal-prezz tax-xiri lil ETVA qabel il-31 ta’ Diċembru 1998, ma sar l-ebda ħlas. L-Istat ma fittixx li jikseb il-ħlas. Kif indikat fil-valutazzjoni tal-miżura E7, dan kien ifisser li l-impjegati ma tpoġġewx fis-sitwazzjoni ta’ investituri li riedu jħallsu b’kollox GRD 8,17 miljuni (EUR 24 miljun) fuq it-tnax-il sena ta’ wara, kuntrarju għal dak li stenniet il-Kummissjoni f’Lulju 1997 meta ġew adottati ż-żewġ deċiżjonijiet. Dan in-nuqqas ta’ ħlas fisser ukoll li l-impjegati ma kinux qegħdin jirrispettaw l-obbligu tagħhom taħt il-kuntratt tal-privatizzazzjoni parzjali ta’ Settembru 1995. ETVA ma kienx aktar marbut kuntrattwalment bil-kuntratt tal-privatizzazzjoni parzjali (117) billi l-impjegati kienu kisruh. Fl-aħħar nett, kuntrarju għal dak li wieħed seta’ b’mod leġittimu jistenna fiż-żmien tad-Deċiżjoni N 401/1997 fuq il-bażi tal-kuntratti eżistenti, ma kienet seħħet l-ebda privatizzazzjoni reali u l-kuntratt ma kienx għadu jorbot lil ETVA. Il-Kummissjoni tqis li dawn huma differenzi kbar meta mqabbla ma’ dak li stenniet il-Kummissjoni fiż-żmien meta adottat id-Deċiżjoni N 401/1997 fuq il-bażi tal-kuntratt ta’ Settembru 1995. Dan għalhekk huwa suffiċjenti biex tiġi riveduta l-valutazzjoni ta’ ebda għajnuna li saret dak iż-żmien.

It-tieni, kif diġà analizzat fid-dettall fis-Sezzjoni 3.1 ta’ din id-deċiżjoni, is-suċċess kummerċjali u finanzjarju ppjanat fiż-żmien tad-Deċiżjoni N 401/1997 ma twettaqx. Il-kumpanija ma rnexxilhiex tibni ktieb tal-ordnijiet kbir u profittabbli fl-1997 u fl-1998. Għalhekk, mill-aħħar tal-1998, sar dejjem aktar u aktar ċert li t-tarzna kienet se tagħmel it-telf fis-snin ta’ wara. Il-Kummissjoni stabbiliet id-data tat-30 ta’ Ġunju 1999 bħala d-data li minnha ma setax ikun raġonevolment mistenni aktar ritorn għall-vijabilità. Huwa żgur li fil-bidu ta’ Ġunju 1999, ħafna mill-aħbar ħażina kienet diġà magħrufa u ritorn għall-vijabilità kien ipotetiku ħafna fuq il-bażi tal-pjan eżistenti għar-ristrutturazzjoni.

(212)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tqis li l-investitur f’ekonomija tas-suq fl-istess sitwazzjoni bħal ETVA ma kienx jinvesti aktar f’HSY (118).

(213)

Billi injezzjoni ta’ kapital bħal din tagħti vantaġġ selettiv lil HSY, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-parteċipazzjoni fit-tieni u t-tielet tkabbir tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat favur HSY. Dwar l-osservanza tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat, il-Kummissjoni tosserva li hija qatt ma adottat xi deċiżjoni li tivvaluta u tawtorizza b’mod espliċitu l-parteċipazzjoni ta’ ETVA fiż-żidiet kapitali ta’ HSY. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li din l-għajnuna ngħatat bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

(214)

Il-Kummissjoni tosserva li, anki kieku kellu jitqies li din il-miżura kienet awtorizzata bid-Deċiżjoni N 401/1997 (id-Deċiżjoni N 401/1997 tiddeskrivi li ETVA kien ser jipparteċipa fiż-żidiet kapitali ta’ HSY u, billi ma tqajjimx dubji dwar l-osservanza tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, tqis li din il-parteċipazzjoni ma kinitx se tkun għajnuna), hija ma kinitx se tbiddel il-konklużjoni imminenti li l-għajnuna għandha tiġi rkuprata. Fil-fatt, f’każ bħal dan, għandu jiġi kkunsidrat li din id-deċiżjoni ġiet abbużata mill-bank proprjetà tal-Istat ETVA li ma ġabarx il-prezz tax-xiri mingħand l-impjegati skont il-kuntratt ta’ Settembru 1995. Fil-fatt, il-konklużjoni li l-parteċipazzjoni ta’ ETVA fiż-żidiet kapitali futuri ma kinitx għajnuna kienet ibbażata fuq l-istennija li l-impjegati kienu se jħallsu l-prezz tax-xiri skont il-kuntratt ta’ Settembru 1995. Għalhekk għandu jiġi konkluż li dik il-parti tad-Deċiżjoni N 401/1997 li tawtorizza l-parteċipazzjoni ta’ ETVA ntużat ħażin u għalhekk li l-parteċipazzjoni ta’ ETVA għandha tiġi rkuprata mingħand HSY.

4.8.5.3.   Kumpatibbiltà mas-suq komuni

(215)

Il-Greċja ssostni li din il-miżura tista’ tikkostitwixxi għajnuna kumpatibbli għar-ristrutturazzjoni. Il-Kummissjoni tfakkar li l-għan taż-żidiet kapitali kien li jiffinanzjaw il-pjan ta’ investiment. Fil-qafas tal-valutazzjoni tal-miżura P2 u tal-miżura P3, il-Kummissjoni diġà spjegat għaliex l-għajnuna addizzjonali għar-ristrutturazzjoni favur il-pjan ta’ investiment ma tistax titqies kumpatibbli mas-suq komuni.

(216)

Billi ż-żewġ żidiet kapitali jikkostitwixxu għajnuna inkumpatibbli, huma għandhom jiġu rkuprati mingħand HSY.

4.9.   Kontrogaranzija Mill-Istat fir-rigward tal-kuntratti ta’ HSY mal-OSE u l-ISAP (miżura E12b)

4.9.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

(217)

Fil-qafas tal-kuntratti li HSY ikkonkludiet mal-Organizzazzjoni Ellenika tal-Ferroviji (OSE) u l-Ferroviji Elettriċi Ateni-Piraeus (ISAP) dwar il-forniment ta’ vetturi tal-ferrovija, ETVA ta garanziji għal ħlasijiet bil-quddiem u prestazzjoni tajba (minn hawn ‘il quddiem “garanziji ta’ depożitu” jew “garanziji ta’ ħlas bil-quddiem”). ETVA ħareġ il-garanziji ta’ ħlas bil-quddiem b’rabta mal-kuntratt mal-ISAP fi Frar 1998 u Jannar 1999 u l-garanziji b’rabta mal-kuntratt mal-OSE f’Awwissu 1999. Min-naħa tiegħu ETVA rċieva kontrogaranziji korrispondenti mill-Istat. Il-garanziji fil-qafas tal-kuntratti mal-OSE u l-ISAP ammontaw għal EUR 29,4 miljun u EUR 9,4 miljuni, rispettivament.

4.9.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

(218)

Fid-deċiżjoni tal-estensjoni, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk bank privat kienx jipprovdi dawn il-kontrogaranziji bl-istess kundizzjonijiet. Fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ HSY, iqumu saħansitra d-dubji jekk bank kienx fil-fatt jagħtihom.

4.9.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

(219)

Elefsis jappoġġa d-dubji espressi mill-Kummissjoni. B’mod partikolari, l-Istat ma ġabx ruħu bħala investitur f’ekonomija tas-suq minħabba li huwa assuma riskju multiplu, billi mhux biss kien l-azzjonist maġġoritarju ta’ HSY iżda wkoll il-kreditur u l-garanziji waħdieni tagħha, li refa’ kważi r-riskju kollu assoċjat mal-operazzjonijiet tagħha.

4.9.4.   Kummenti mill-Greċja

(220)

Il-Greċja u HSY isostnu li, għalkemm il-kontrogaranziji tal-Istat inħarġu formalment f’Diċembru 1999, huma kienu diġà mwiegħda lil ETVA meta dan ħareġ il-garanziji ta’ ħlas bil-quddiem b’rabta mal-kuntratt mal-ISAP fi Frar 1998 u f’Jannar 1999 u l-garanziji b’rabta mal-kuntratt mal-OSE f’Awwissu 1999. Il-Greċja ssostni li dawn il-kontrogaranziji ma kinux jikkostitwixxu miżuri selettivi. Fil-fatt, huma ngħataw skont il-Liġi 2322/1995 (119) u diversi kumpaniji rċevew garanziji Mill-Istat fuq il-bażi ta’ dik il-liġi. Barra minn hekk, il-Greċja ssostni li l-ħlas annwali ta’ 0,05 % kien biżżejjed biex jikkumpensa għar-riskju. Rigward l-imġiba ta’ ETVA, din kienet aċċettabbli għal bank privat billi huwa rċieva kontrogaranzija mill-Istat u ċċarġja primjum ta’ 0,4 % (120). HSY ippreżentat rapport ta’ konsulent – l-ewwel rapport Deloitte – biex issostni din l-affermazzjoni. Dan ir-rapport isostni wkoll li, mingħajr kontrogaranzija tal-Istat, HSY setgħet xorta waħda tirċievi mingħand bank privat garanzija simili għal dik mogħtija minn ETVA billi toffri dritt fuq ċerti assi bħala sigurtà. Fl-aħħar nett, il-Greċja ssostni li l-benefiċjarju tal-kontrogaranziji tal-Istat huwa l-OSE u l-ISAP u mhux HSY.

4.9.5.   Valutazzjoni

4.9.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

(221)

Din il-miżura ma taqax fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat billi hija tappoġġa direttament attività ċivili.

4.9.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

(222)

Qabel xejn irid jiġi ċċarat liema miż-żewġ tipi ta’ miżuri (il-garanziji ta’ depożitu mogħtija minn ETVA u l-kontrogaranziji mogħtija mill-Istat lil ETVA) setgħet tikkostitwixxi miżura ta’ għajnuna. Billi l-Greċja ssostni li l-kontrogaranziji tal-Istat kienu diġà mwiegħda lil ETVA meta dan ta l-garanziji ta’ depożitu, irid jiġi konkluż li meta ETVA ta l-garanziji, huwa kien kompletament protett bil-kontrogaranziji tal-Istat. Għaldaqstant, billi ETVA ma kien f’ebda riskju (bis-saħħa tal-kontrogaranziji tal-Istat) waqt li kien qiegħed jirċievi ħlas ta’ 0,4 % kull tliet xhur, din il-miżura kienet tkun aċċettabli għal investitur f’ekonomija tas-suq f’ċirkustanzi simili. Mill-banda l-oħra, l-Istat ta kontrogaranziji li ma kienu assigurati b’ebda garanzija u li għalihom irċieva primjum ta’ garanzija ta’ 0,05 % biss. Din t-tieni miżura kienet tkun inaċċettabbli b’mod ċar għal investitur f’ekonomija tas-suq. Għalhekk hija din it-tieni miżura li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni madankollu tosserva li billi l-Istat kien jippossiedi 100 % ta’ ETVA u l-miżuri kollha implimentati minn dan il-bank kienu imputabbli lill-Istat, is-separazzjoni bejn iż-żewġ miżuri (jiġifieri l-garanzija u l-kontrogaranzija) hija kemxejn artifiċjali.

(223)

Billi l-Greċja ssostni li l-benefiċjarji kienu l-OSE u ISAP, jeħtieġ li jiġi ċċarat min fil-fatt huwa l-benefiċjarju ta’ din il-miżura. Il-Kummissjoni tosserva li fil-qafas tal-kuntratti għall-provvista ta’ materjal tal-ferroviji, il-bejjiegħ normalment irid jipprovdi garanziji bankarji lix-xerrej għall-ħlasijiet bil-quddiem li dan tal-aħħar jagħmel. Fil-fatt, ix-xerrej irid ikun ċert li jirkupra dawn l-ammonti jekk il-bejjiegħ ma jikkonsenjax il-materjal, pereżempju, għax ifalli. Għalhekk, huwa l-bejjiegħ li jrid jikseb dan il-garanziji minn bank u jsostni l-ispejjeż tagħhom. Fi kliem ieħor, huwa prezz normali li bejjiegħ ta’ materjal tal-ferroviji jrid iġorr. F’dan il-każ, il-kontrogaranzija tal-Istat ippermettiet lil HSY tikseb mingħand ETVA garanziji bi prezz ta’ 0,4 % biss kull tliet xhur. Kif se jintwera aktar tard, mingħajr kontrogaranzija tal-Istat, bank privat kien jiċċarġja mill-anqas 480 bps kull sena għal garanziji mogħtija qabel it-30 ta’ Ġunju 1999. Wara dik id-data, l-ebda bank privat ma kien jipprovdi tali garanziji. Għalhekk huwa evidenti li fil-perjodu ta’ qabel it-30 ta’ Ġunju 1999, il-kontrogaranziji tal-Istat ippermettew lil HSY li tikseb garanziji bi prezz aktar baxx. Fil-perjodu wara t-30 ta’ Ġunju 1999, il-kontrogaranziji tal-Istat ippermettew lil HSY tikseb garanziji, li HSY ma setgħetx lanqas biss tirċievi mis-suq. Bħala konklużjoni, il-benefiċjarja tal-għajnuna hija HSY.

(224)

Dwar l-argument tal-Greċja li l-miżura mhijiex selettiva, il-Kummissjoni tfakkar li, sabiex tkun ġenerali, miżura trid tkun effettivament miftuħa għall-aġenti ekonomiċi kollha li joperaw fi Stat Membru fuq bażi ta’ aċċess ugwali, u li de facto huma jridu jkunu mnaqqsa fl-isfera ta’ applikazzjoni tagħhom, ngħidu aħna permezz tal-poter diskrezzjonarju tal-Istat li jagħtihom jew permezz ta’ fatturi oħra li jillimitaw l-effett prattiku tagħhom. Il-Kummissjoni tqis li l-Liġi 2322/1995 hija ferm ‘il bogħod milli tissodisfa din id-definizzjoni. L-ewwel nett, l-Artikolu 1 tal-Liġi jiddikjara li l-garanzija tingħata mill-Ministru għall-Ekonomija bi qbil ma tliet Ministri oħra. Għalhekk, l-għoti tal-garanzija jiddependi fuq il-poter diskrezzjonarju tal-awtoritajiet. It-tieni, garanzija Mill-Istat tista’ tingħata lil kumpanija privata biss jekk din tkun tinsab f’żona remota u bil-għan li ttejjeb l-iżvilupp ekonomiku taż-żona u mhux il-kumpanija speċifika (Artikolu 1bb) jew jekk tkun sofriet ħsarat b’riżultat tan-natura (Artikolu 1cc). Min-naħa l-oħra, kumpaniji li huma 100 % proprjetà tal-Istat jew fejn l-Istat għandu l-maġġoranza tal-ishma jistgħu jingħataw għajnuna Mill-Istat għal raġunijiet ġenerali bħal pereżempju biex ikopru xi wħud mid-djun tagħhom (Artikolu 1B). Għalhekk huwa ċar li l-kumpaniji proprjetà tal-Istat għandhom aċċess ferm aktar wiesa’ għall-garanziji Mill-Istat milli l-kumpaniji privati. Din il-konklużjoni hija kkonfermata mill-analiżi tal-lista tas-self assigurat mogħtija fl-ewwel rapport Deloitte (121). It-tielet, il-garanziji mhumiex aċċessibbli fuq bażi ta’ aċċess ugwali. Fil-fatt, l-Artikolu 1(4) tal-Liġi jindika li meta jagħti garanzija, l-Istat jista’ jitlob xi tip ta’ assigurazzjoni (jiġifieri dritt fuq assi fissi tal-kumpanija). Id-deċiżjoni jekk tintalabx garanzija jew le titħalla fid-diskrezzjoni tal-Ministru għall-Ekonomija. F’dan il-każ, l-Istat ma talabx garanzija meta ta l-miżura E12b. Dwar in-nuqqas ta’ aċċess fuq bażi ugwali, il-Kummissjoni tosserva li t-tariffa ta’ garanzija mhijiex l-istess għas-self kollu. Pereżempju, il-primjum tal-garanzija f’dan il-każ ammonta biss għal 0,05 %. Fil-każ tal-miżura E14, mogħtija wkoll fuq il-bażi tal-Liġi 2322/1995, il-primjum kien 1 %. Fil-lista tas-self assigurat mogħtija fl-ewwel rapport Deloitte, xi self kellu wkoll primjum ta’ 0,1 % u 0,5 %. Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni twarrab l-argument tal-Greċja li l-Liġi 2322/1995 hija miżura ġenerali.

(225)

Dwar id-dikjarazzjoni tal-ewwel rapport Deloitte li HSY setgħet irċeviet dawn il-garanziji ta’ depożitu minn bank privat billi tagħti lill-bank dritt fuq ċerti assi bħala garanzija minflok kontrogaranzija tal-Istat, il-Kummissjoni tqis li dan l-argument huwa irrilevanti għall-analiżi tal-miżura. Fil-fatt, il-Kummissjoni trid tanalizza jekk it-termini tal-miżuri li fil-fatt ingħataw mill-Istat kinux jikkostitwixxu jew le għajnuna lit-tarzna. Il-Kummissjoni m’għandhiex għalfejn tivverifika jekk, kieku pprovdiet aktar sigurtajiet, it-tarzna setgħetx tirċievi l-istess garanzija mis-suq. Kif indikat fis-sezzjoni 2.1.1 tal-Avviż dwar il-garanziji, wieħed mill-vantaġġi potenzjali tal-garanzija mill-Istat huwa l-possibilità għal min jissellef “li joffri inqas sigurtà”. F’dan il-każ, l-ebda waħda mill-kontrogaranziji tal-Istat ma kienet assigurata bi dritt fuq xi assi tat-tarzna. Għalhekk, kontrogaranzija b’ass bħala sigurtà tikkostitwixxi transazzjoni differenti, li m’għandhiex għalfejn tiġi vvalutata. Bħala bażi sussidjarja, il-Kummissjoni tinnota li, anki kieku d-dikjarazzjoni tal-ewwel rapport Deloitte kellha tiġi vvalutata, HSY ma kinitx tkun kapaċi tikkonvinċi bank privat sabiex jagħti dawn il-garanziji ta’ depożiti billi tipprovdi sigurtajiet. Fil-fatt, l-assi tat-tarzni diġà kienu ipotekati u huma kellhom valur ta’ likwidazzjoni baxx (ara t-tieni u t-tielet partita diskussi fin-nota 4 ta’ qiegħ il-paġna). Għalhekk, anki sigurtà fil-forma ta’ dritt fuq ċerti assi ta’ HSY ma kinitx tkun biżżejjed biex tikkonvinċi lil investitur f’ekonomija tas-suq isellef lil HSY.

(226)

Aktar qabel f’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni stabbiliet ir-rata tal-imgħax li bank privat kien jiċċarġja biex jagħti self lil HSY. Għall-perjodu sat-30 ta’ Ġunju 1999, ġie konkluż li, billi HSY kienet tippreżenta riskju partikolari, kien meħtieġ li jiżdied primjum għar-riskju ta’ mill-anqas 400 punt bażi ‘l fuq mir-rata tal-imgħax iċċarġjata għal self lil kumpaniji b’saħħithom. Sabiex jiġi applikat l-istess approċċ għall-garanziji fuq depożiti, huwa neċessarju li jiġi stabbilit liema primjum kien jiċċarġja investitur f’ekonomija tas-suq biex jagħti garanzija ta’ ħlas bil-quddiem lil kumpanija b’saħħitha. L-ebda parti fil-proċedura preżenti ma pprovdiet prezz tas-suq affidabbli għal tali garanziji. F’diversi skemi ta’ garanziji Mill-Istat mmirati lejn is-settur tal-bini tal-bastimenti u approvati mill-Kummissjoni bħala ħielsa minn għajnuna (122), il-primjum annwali ta’ garanzija għal min jissellef bl-inqas riskju ta’ kreditu kien stabbilit għal 0,8 % jew 80 punt bażi. Fin-nuqqas ta’ indikaturi oħra affidabbli, il-Kummissjoni se tuża din ir-rata bħala stima tal-primjum minimu annwali ta’ garanzija mħallas minn kumpaniji b’saħħithom tal-bini tal-bastimenti fil-Greċja f’dak iż-żmien. Anki jekk il-kuntratti mal-OSE u l-ISAP ma jikkonċernawx bini ta’ bastimenti iżda l-kostruzzjoni ta’ materjal tal-ferrovija, il-Kummissjoni se tuża 0,8 % bħala punt ta’ referenza billi l-kostruzzjoni ta’ materjal tal-ferroviji baqgħet attività marġinali għal HSY, filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-attivitajiet ta’ HSY, u għalhekk ħafna mir-riskju ta’ HSY, kien jikkonċerna l-bini u t-tiswija tal-bastimenti. Konsegwentement, għall-garanziji ta’ ħlas bil-quddiem mogħtija lil HSY qabel it-30 ta’ Ġunju 1999, l-eżistenza u l-ammont ta’ għajnuna se jiġu valutati billi l-primjum annwali li fil-fatt tħallas minn HSY (inkluża t-tariffa ta’ kontrogaranzija mħallsa lill-Istat) jiġi mqabbel ma’ primjum ta’ 480 punt bażi (jiġifieri 80 punt bażi miżjuda b’400 punt bażi). Dwar il-perjodu ta’ wara t-30 ta’ Ġunju 1999, il-Kummissjoni aktar kmieni fid-deċiżjoni preżenti kkonkludiet li t-tarzna ma kellhiex aktar aċċess għas-suq finanzjarju, u li l-element ta’ għajnuna li għandu jiġi rkuprat fi kwalunkwe self huwa d-differenza bejn ir-rata tal-imgħax li fil-fatt tħallset minn HSY u r-rata ta’ referenza miżjuda b’600 punt bażi. Fil-każ tal-garanziji ta’ depożitu, l-għajnuna li għandha tiġi rkuprata għalhekk se tiġi kkalkulata billi l-primjum li fil-fatt ħallset HSY (inkluża t-tariffa ta’ kontrogaranzija mħallsa lill-Istat) jiġi mqabbel ma’ primjum ta’ 680 punt bażi (jiġifieri 80 punt bażi miżjuda b’600 punt bażi).

(227)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Greċja ssostni li l-kontrogaranziji kienu diġà mwiegħda meta ETVA ta l-garanziji ta’ ħlas bil-quddiem. Għalhekk, il-kontrogaranziji marbuta mal-ħlasijiet bil-quddiem tal-ISAP ingħataw qabel l-aħħar ta’ Ġunju 1999. L-ispiża totali annwali ta’ dawn il-garanziji (tariffa ta’ garanzija mħallsa lil ETVA flimkien ma’ tariffa ta’ kontrogaranzija mħallsa lill-Istat) kienet ferm inqas minn 480 punt bażi. Huma għalhekk jinkludu għajnuna mill-Istat, li tammonta għad-differenza bejn il-primjum tal-aħħar u l-ispiża totali tal-garanziji għal HSY (il-primjum imħallas lil ETVA (123) u l-primjum imħallas lill-Istat). Billi, kuntrarju għar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, din ingħatat mingħajr notifika minn qabel, hija tikkostitwixxi għajnuna illegali.

(228)

Il-kontrogaranziji relatati mal-ħlasijiet bil-quddiem tal-OSE ngħataw wara Ġunju 1999, fi żmien meta l-ebda bank ma kien ikompli jipprovdi xi garanzija. Għalhekk, dawn il-kontrogaranziji fit-totalità tagħhom jikkostitwixxu għajnuna. Billi, kuntrarju għar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, l-għajnuna ngħatat mingħajr notifika minn qabel, din tikkostitwixxi għajnuna illegali. Jekk dawn il-miżuri jinstabu li huma inkumpatibbli u għadhom ma tħallsux, ikollhom jitwaqqfu immedjatament. Dan, madankollu, ma jkunx suffiċjenti biex titreġġa’ lura s-sitwazzjoni inizjali billi HSY tkun gawdiet għal bosta snin minn garanzija li kieku ma kinitx tirċievi mis-suq. Għall-perjodu sakemm tiskadi l-garanzija, trid tiġi rkuprata wkoll għajnuna li tammonta għad-differenza bejn 680 punt bażi u l-primjums li fil-fatt tħallsu minn HSY.

4.9.5.3.   Kumpatibbiltà mas-suq komuni

(229)

Il-Kummissjoni tosserva li l-għajnuna tikkostitwixxi għajnuna operattiva billi tnaqqas l-ispejjeż li HSY normalment kellha ġġorr fil-qafas tal-kuntratti kummerċjali. Billi ma kinitx permessa għajnuna operattiva fis-settur tal-produzzjoni ta’ materjal tal-ferroviji, l-għajnuna ma tistax titqies bħala kumpatibbli mas-suq komuni u għalhekk għandha tiġi rkuprata.

4.10.   Differiment/skedar mill-ġdid tal-obbligi u rinunzja tal-penali dovuti lill-OSE u lill-ISAP (miżura E12c)

4.10.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

(230)

HSY ma kinitx kapaċi twettaq l-obbligi tagħha li joħorġu mill-kuntratti għall-materjal tal-ferroviji konklużi mal-OSE u l-ISAP. B’mod partikolari, HSY ma rnexxilhiex tipproduċi l-materjal tal-ferroviji skont il-programm miftiehem. Għalhekk, xi wħud mill-kuntratti ġew innegozjati mill-ġdid u ġiet miftehma skeda ġdida għall-kunsinna. Barra minn hekk, jidher li l-applikazzjoni ta’ klawsoli ta’ penali u mgħaxijiet fuq in-nuqqas ta’ ħlas kif stipulati fil-kuntratti inizjali, ġiet rinunzjata jew posposta.

4.10.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

(231)

Fid-deċiżjoni tal-estensjoni, il-Kummissjoni tqajjem dubji li matul in-negozjati li saru fl-2002-03, OSE u ISAP, li huma kumpaniji proprjetà tal-Istat, ġabu ruħhom b’mod aċċettabbli għal impriża privata f’ċirkustanzi simili. Huma setgħu applikaw u/jew reġgħu nnegozjaw il-kuntratti b’mod favorevoli għal HSY, u b’hekk taw għajnuna Mill-Istat lil din tal-aħħar.

4.10.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

(232)

Elefsis isostni li l-OSE u l-ISAP ma fittxewx li jiksbu l-ħlas sħiħ tal-penali u l-imgħax fuq in-nuqqas ta’ ħlas li akkumulaw b’riżultat tad-dewmien, u lanqas invokaw il-garanziji mogħtija f’isem HSY għat-twettiq sewwa tal-obbligi kuntrattwali tagħha.

4.10.4.   Kummenti mill-Greċja

(233)

L-awtoritajiet Griegi jsostnu li HSY ħallset il-penali u l-ammont rilevanti kollha ta’ mgħax skont l-obbligi kuntrattwali tagħha, u kwalunkwe negozjar mill-ġdid sar skont prattiċi kummerċjali aċċettati. L-OSE u l-ISAP qatt ma ċedew penali u mgħaxijiet fuq in-nuqqas ta’ ħlas.

(234)

Rigward il-kuntratti bejn l-OSE u HSY, fl-aħħar tal-1997 kienu konklużi s-sitt ftehimiet ta’ programmi (minn hawn ‘il quddiem “PA”) li ġejjin: PA 33 SD 33, PA 33 SD 33a, PA 35 SD 35, PA 37 SD 37a, PA 39 SD 39 u PA 41 SD 41a. Il-ftehimiet tal-programmi ġew attivati f’Awwissu u Settembru 1999 bil-ħlas min-naħa tal-OSE tal-ħlasijiet bil-quddiem miftiehma fil-kuntratti tal-1997. L-OSE talbet l-implimentazzjoni f’waqtha tal-ftehimiet mill-2000 ‘il quddiem wara l-ewwel dewmien fil-kunsinna tal-materjal f’dik is-sena. Il-konsorzja li tagħhom kienet tifforma parti HSY pproponew emendi għas-sitt kuntratti bit-termini li ġejjin:

ħlas mill-konsorzja tal-penali stabbiliti u l-imgħax fuq in-nuqqas ta’ ħlas fi flus kontanti jew in natura, skont il-preferenza tal-OSE;

evoluzzjoni tal-formula dwar iż-żieda tal-prezzijiet fuq il-bażi tal-iskedi miftehma għall-kunsinna tal-kuntratti fit-tul, u mhux fuq il-bażi taż-żminijiet ġodda proposti mill-konsorzja għall-kunsinna, sabiex dawn id-dati ta’ kunsinna jkunu aċċettabbli;

forniment lill-OSE, għall-użu tagħha mingħajr konsiderazzjoni, ta’ materjal ekwivalenti tal-ferroviji, sabiex, minn naħa waħda, iż-żminijiet ġodda proposti għall-kunsinna jkunu aċċettabbli, u, min-naħa l-oħra, sabiex jiġu mwaqqfa l-evoluzzjoni ulterjuri tal-penali u l-ammonti ta’ mgħax fuq in-nuqqas ta’ ħlas. PA 39 (lokomottivi elettriċi) kien eżentat mill-forniment ta’ vetturi ekwivalenti tal-ferroviji minħabba li l-OSE ma kinitx lestiet l-elettriċizzar tal-linja Patras-Ateni-Tessaloniki, u PA 35 ġie eżentat għax il-konsorzju xtaq li l-evoluzzjoni tal-penali u l-ammonti tal-imgħax fuq in-nuqqas ta’ ħlas ikomplu skont il-kuntratt;

Jekk il-materjal ekwivalenti tal-ferroviji ma jiġix fornut jew jekk il-kunsinna (tal-materjal previst fil-kuntratt) tkun tard, il-penali u l-arranġamenti tal-imgħax fuq in-nuqqas ta’ ħlas ikomplu jevolvu, billi jerġgħu jibdew mill-punt fejn twaqqfu fil-31 ta’ Diċembru 2002.

(235)

Fis-07/01/2003 il-bord tal-OSE approva l-emendi proposti. Tliet PAs (33a, 35 u 39) kienu emendati fl-ewwel erba’ xhur tal-2003, u l-kuntratti korrispondenti tal-emenda ġew iffirmati fit-28 ta’ Frar 2003, fis-17 ta’ April 2003 u fit-28 ta’ Frar 2003, rispettivament (124).

(236)

Iffaċċjata bid-dilemma li tagħżel bejn id-denunzja jew l-emenda tal-PAs, u minħabba l-ħtiġijiet tagħha għal-Logħob Olimpiku tal-2004, l-OSE qatgħetha li l-interess kummerċjali tagħha kien jinqeda l-aħjar bl-aċċettazzjoni tal-proposta tal-konsorzja għall-emenda tal-ftehimiet, pjuttost milli b’denunzja. Denunzja kienet iċċaħħad lill-OSE mill-aċċettazzjoni ta’ materjal ġdid tal-ferroviji, minħabba li kien jieħu mill-anqas tlieta jew erba’ snin biex kwalunkwe proċeduri ġodda għall-akkwist tal-materjal tal-ferroviji jagħtu l-frott. Il-kuntratti emendati kienu legali u skont dawk oriġinali.

(237)

L-informazzjoni ta’ hawn fuq turi li fl-opinjoni tal-Greċja l-konsorzju, u għalhekk HSY, qatt ma ngħata trattament iżjed favorevoli minn dak mogħti lil fornituri oħra tal-OSE, u li l-penali u l-ammonti ta’ mgħax ġew mitluba u nġabru f’kull każ (125). Il-kuntratt ma għamel l-ebda provvediment għal imgħax mhux imħallas fuq l-ammonti tal-penali, iżda l-OSE talbet l-imgħax u ffatturat lill-konsorzju b’dan il-mod.

(238)

L-istess japplika fir-rigward tal-ammonti tal-ISAP, li huma ħlasijiet proprji magħmula minn HSY, u mhux provvedimenti. Barra minn hekk, huwa enfasizzat li ma kien hemm l-ebda negozjar mill-ġdid jew tibdil fil-każ tal-ftehim tal-programm 1/97 (126). Dak il-ftehim kien jaħseb għat-tfassil, bini, konsenja u tħaddim ta’ erbgħin unità multipla, kull waħda tikkonsisti minn tliet vetturi. Il-konsenja tal-unitajiet kienet tard, u għalhekk ġew imposti u miżmuma l-penali u l-imgħax previst fil-ftehim tal-programm (127).

4.10.5.   Valutazzjoni

4.10.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

(239)

Din il-miżura ma taqax fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat billi tirrigwarda esklussivament attivitajiet ċivili.

4.10.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

(240)

Il-Kummissjoni tosserva li l-awtoritajiet Griegi pprovdew informazzjoni dettaljata dwar il-kuntratti kkonċernati, kif mitlub fid-deċiżjoni tal-estensjoni. Fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, id-dubji mqajma mill-Kummissjoni ġew immitigati. Fil-fatt, HSY ħallset il-penali u l-ammonti ta’ mgħax rilevanti skont l-obbligi kuntrattwali tagħha, u, meta saru n-negozjati mill-ġdid tal-kuntratti, il-Kummissjoni ma sabitx evidenza li n-negozjati ġodda ma sarux skont prattika kummerċjali aċċettata. Kif rikonoxxut minn Elefsis innifsu, id-dewmien fit-twettiq tal-kuntratti sewa lil HSY għexieren ta’ miljuni ta’ euros, preċiżament għaliex OSE u ISAP talbu l-ħlas tal-penali u l-imgħax għal inadempjenza, jew, inkella, il-forniment ta’ vetturi tal-ferrovija ekwivalenti. Dwar l-argument ta’ Elefsis li OSE u ISAP, kieku kienu kumpaniji privati, kienu jirrifjutaw l-emendi kollha proposti mill-konsorzju, u b’hekk jitolbu l-ħlas kollu tal-penali u l-imgħax għal inadempjenza u jitolbu l-ħlas malajr f’kontanti pjuttost milli jifirxu l-pagamenti fuq perjodu itwal, jista’ jingħad li dan huwa improbabbli ħafna. Fil-fatt, kieku OSE u ISAP adottaw approċċ daqstant inflessibbli qabel it-tmiem tal-bejgħ ta’ HSY, dan probabbli kien jiskoraġġixxi lill-proprjetarju l-ġdid milli jixtri t-tarzna. Kif se jiġi spjegat fl-analiżi tal-miżura E18c, it-tarzna, mingħajr dan il-bejgħ, wisq probabbli kienet tfalli. Anki wara x-xiri minn HDW/Ferrostaal, il-qagħda finanzjarja tat-tarzna ma marritx għall-aħjar. Għalhekk, kieku OSE u ISAP adottaw approċċ totalment inflessibbli, kien hemm riskju reali li HSY kienet tfalli. Dan ifisser li t-twettiq tal-kuntratti eżistenti kien jitwaqqaf. Dan ifisser li OSE u ISAP kien ikollhom jorganizzaw sejħa ġdida għall-offerti, il-kuntratt kien jingħata lil fornitur ġdid, u l-konsenja kienet tiġi ttardjata b’diversi snin. F’ċirkustanzi bħal dawn, il-Kummissjoni tqis li xerrej f’ekonomija tas-suq jista’ jaċċetta negozjar ġdid parzjali li jippermetti t-tlestija tal-kuntratt eżistenti f’qafas ta’ żmien raġonevoli, b’mod li x-xerrej finalment jirċievi l-materjal ordnat tal-ferrovija b’dewmien limitat. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li l-probabbiltà li l-kuntratti jitlestew f’qafas ta’ żmien raġonevoli żdiedet meta HSY ġiet privatizzata billi s-sid privat il-ġdid kellu esperjenza fl-immaniġġar ta’ proġetti kumplessi u kien kumpanija privata motivata mill-profitt u għalhekk ħerqan li jillimita d-dewmien biex inaqqas il-konsegwenzi finanzjarji negattivi.

(241)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li m’hemmx evidenza konvinċenti li l-imġiba ta’ OSE u ISAP ma kinitx tkun aċċettabbli għal kumpanija privata f’ċirkustanzi simili. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-mod li bih ġew implimentati l-kuntratti ma’ OSE u ISAP u l-bidliet limitati fil-kuntratti aċċettati minn OSE fl-2002-03 ma jinvolvux elementi ta’ għajnuna.

4.11.   Self ta’ ETVA biex jiffinanzja l-kuntratt ta’ Strintzis (miżura E13a)

4.11.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

(242)

Fid-29 ta’ Ottubru 1999, ETVA ta self ta’ GRD 16.9-il biljun (EUR 49.7 miljun) lil HSY biex tiffinanzja l-bini taż-żewġ laneċ ordnati mill-kumpanija Strintzis. Ir-rata tal-imgħax kienet LIBOR (128) u 100 punt bażi. F’Ġunju 2001, inħolqot ipoteka preferenzjali fuq iż-żewġ bastimenti li kienu qegħdin jinbnew. Is-self tħallas lura b’mod sħiħ lill-bank sellief fit-8 ta’ Ottubru 2004.

4.11.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

(243)

Id-deċiżjoni tal-estensjoni qajmet dubji dwar jekk iċ-ċessjoni ta’ ipoteka fuq il-bastimenti u l-primjums tal-assigurazzjoni kinux jikkostitwixxu sigurtà suffiċjenti. Barra minn hekk, kien jidher li s-self ingħata mill-ewwel lil HSY, filwaqt li dan kellu jingħata b’mod parallel mal-ispejjeż tal-kostruzzjoni. Aktar minn hekk, ir-rata tal-imgħax dehret insuffiċjenti fid-dawl tad-diffikultajiet tat-tarzna. Fl-aħħar nett, il-kombinazzjoni ta’ dan is-self u l-miżura li jmiss (miżura E13b) tindika li parti sostanzjali mill-finanzjament taż-żewġ bastimenti ordnati minn Strintzis kienet megħjuna minn ETVA.

4.11.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

(244)

Elefsis isostni li l-ebda bank privat ma kien jagħti dan is-self. L-ewwel nett ETVA ma kellu ebda sigurtà meta ġie konkluż is-self billi l-ipoteka fuq il-bastimenti nħolqot ferm wara. Barra minn hekk, Elefsis jaqbel li l-valur tas-suq tal-bwieq fil-kostruzzjoni huwa baxx.

4.11.4.   Kummenti mill-Greċja

(245)

Il-Greċja u HSY jisħqu li l-kundizzjonijiet tas-self kienu tas-soltu għal dak iż-żmien. Ir-rapport Deloitte jikkonferma li kemm il-bank speċifiku (ETVA) kif ukoll il-banek Griegi b’mod ġenerali kienu qegħdin jagħtu self lill-kumpaniji b’rata ta’ mgħax simili. HSY tagħti dettalji dwar is-sigurtajiet li ngħataw lil ETVA fiż-żmien tal-kuntratt tas-self (ċessjoni tal-prezz taż-żewġ bastimenti, tal-indennizzi, u tal-klejms kontra terza parti li jirriżultaw mill-karta jew b’mod ġenerali l-użu tal-bastimenti) u aktar tard (l-ipoteka fuq il-bastimenti), u tikkonkludi li dawn kienu adegwati. Il-Greċja tagħti wkoll il-kalendarju skont liema s-self ġie mogħti minn ETVA lil HSY u li juri li dan tħallas b’mod parallel mal-evoluzzjoni tal-ispejjeż tal-kostruzzjoni.

4.11.5.   Valutazzjoni

4.11.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

(246)

Din il-miżura ma taqax fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat billi tappoġġa direttament attività ċivili.

4.11.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

(247)

Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjonijiet li ġejjin. Dan is-self ġie konkluż wara Ġunju 1999, fi żmien meta l-ebda bank ma kien ikompli jsellef lil HSY. Il-Greċja ssostni li s-sigurtà marbuta mas-self naqqset ir-riskju tant li l-għoti tas-self kien ikun aċċettabbli għal investitur privat. Din id-dikjarazzjoni ma tistax tiġi aċċettata. Iċ-ċessjoni tal-prezz tal-bastimenti tirrappreżenta sigurtà soda biss jekk it-tarzna ttemm b’suċċess il-bini tal-bastiment, li mhuwiex ċert. Jekk it-tarzna tfalli waqt il-bini tal-bastiment, din is-sigurtà ma jkollha ebda valur billi l-prezz tax-xiri ma jkunx jista’ jintalab mingħand Strintzis billi dan tal-aħħar ma jkunx irċieva l-bastimenti ordnati (129). Dan ifisser li s-sigurtà tkun bla valur preċiżament fix-xenarju li fih tkun meħtieġa. Rigward il-kostituzzjoni ta’ ipoteka fuq kull wieħed mill-bastimenti taħt kostruzzjoni, din ġiet mogħtija biss lil ETVA f’Ġunju 2001, wara sewwa li nħareġ is-self lil HSY. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-valur tal-bastimenti taħt kostruzzjoni huwa relattivament baxx u huma diffiċli biex jinbiegħu. Eżempju ta’ dan jinsab f’dan il-każ. Fil-fatt, HSY ma rnexxilhiex tlesti l-bini taż-żewġ bastimenti u, għalhekk, il-kuntratt ma’ Strintzis ġie revokat f’Lulju 2002. HSY kellha bżonn mhux inqas minn sentejn biex tbigħ il-bwieq li kienu qegħdin jinbnew u HSY rċeviet biss EUR 14-il miljun, li jikkorrispondi biss għal terz tal-ammont missellef minn ETVA biex tiġi ffinanzjata l-kostruzzjoni.

(248)

Rigward id-dikjarazzjoni tal-Greċja, HSY u Deloitte li r-rata tal-imgħax tas-self mogħti lil HSY kienet simili għar-rata ta’ ħafna self ieħor mogħti matul l-istess perjodu minn ETVA u mill-banek Griegi, hija ma turix li s-self mogħti lil HSY mhuwiex għajnuna. Fil-fatt, il-Greċja, HSY u Deloitte la analizzaw u lanqas urew li l-qagħda finanzjarja tal-partijiet l-oħra li ssellfu li ntużaw bħala punt ta’ tqabbil kienet simili għal dik ta’ HSY, jiġifieri li l-qagħda finanzjarja tagħhom kienet ħażina daqs dik ta’ HSY. Għalhekk huma ma wrewx li l-banek privati kienu lesti li jsellfu lill-kumpaniji f’diffikultà b’rata ta’ mgħax simili għal dik tas-self preżenti. Li wieħed iqabbel ir-rata tal-imgħax ta’ self mogħti lil kumpaniji differenti mingħajr ma jiġi vverifikat li r-riskju li refgħu l-kumpaniji selliefa huwa simili huwa eżerċizzju inutli. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-ebda investitur f’ekonomija tas-suq f’ċirkustanzi simili ma kien jagħti dan is-self lil HSY, li għalhekk jikkostitwixxi għajnuna. Billi, kuntrarju għar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, din ingħatat mingħajr notifika minn qabel, tikkostitwixxi għajnuna illegali.

4.11.5.3.   Kumpatibbiltà mas-suq komuni

(249)

Il-Kummissjoni tosserva li l-għajnuna tikkostitwixxi għajnuna operattiva billi tnaqqas l-ispejjeż li HSY normalment kien ikollha ġġorr fil-qafas ta’ kuntratti kummerċjali. Kif konkluż aktar ‘il fuq, is-self fil-fatt ippermetta lil HSY li tagħmel dan il-kuntratt kummerċjali, li ma kinitx tkun tista’ tiffinanzjah billi tiġbor fondi mis-suq. Il-Kummissjoni tosserva li, fuq il-bażi tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1540/98, l-għajnuna operattiva relatata mal-kuntratti kienet awtorizzata għal kuntratti ta’ bini tal-bastimenti ffirmati sal-31 ta’ Diċembru 2000. Madankollu, HSY ma kinitx intitolata li tirċievi għajnuna għall-kuntratt ma’ Strintzis billi HSY qatt ma lestiet il-bastimenti, huma qatt ma ġew ikkonsenjati, u l-kuntratt ma’ Strintzis ġie kkanċellat (130). Barra minn hekk, il-bwieq inbiegħu biss lil xerrej ġdid fl-2004, jiġifieri diversi snin wara l-31 ta’ Diċembru 2000.

(250)

Billi l-għajnuna hija illegali u inkumpatibbli, trid tiġi rkuprata. Billi s-self ġie mħallas lura, parti mill-vantaġġ li rċeviet HSY diġà ġie rtirat. Madankollu, bis-saħħa ta’ dan is-self ta’ ETVA, HSY kellha għad-dispożizzjoni tagħha l-ammont tas-self għal diversi snin, ammont li kieku HSY ma kienx ikollha għad-dispożizzjoni tagħha matul dak il-perjodu. Dan il-vantaġġ jeħtieġ li jiġi rkuprat ukoll. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li għandha tiġi rkuprata għajnuna li tammonta għad-differenza bejn ir-rata tal-imgħax imħallsa lil ETVA u r-rata tal-imgħax għall-Greċja (131) flimkien ma’ 600 bps għall-perjodu mill-ħlas tas-self lil HSY sad-data ta’ meta s-self ġie assigurat b’ipoteka fuq il-bwieq. Għall-perjodu minn dak iż-żmien ‘il quddiem sal-ħlas lura tas-self, l-għajnuna li trid tiġi rkuprata hija d-differenza bejn ir-rata tal-imgħax imħallsa lil ETVA u r-rata ta’ referenza għall-Greċja flimkien ma’ 400 bps. It-tnaqqis b’terz ta’ dan il-primjum għar-riskju jirrifletti l-fatt li l-ipoteka fuq il-bwieq kienet se tnaqqas parzjalment it-telf tas-sellief fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas minn HSY, u għalhekk naqqset ir-riskju tas-self għal ETVA. B’mod partikolari, kif indikat ftit ilu, HSY irnexxielha tbigħ il-bwieq bi prezz bejn wieħed u ieħor ekwivalenti għal terz tal-flus missellfa mingħand ETVA.

4.12.   Garanzija ta’ ETVA fir-rigward tal-kuntratt ma’ Strintzis (miżura E13b)

4.12.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

(251)

Fl-1999, HSY użat żewġ garanziji minn ETVA biex tassigura l-ħlasijiet bil-quddiem ta’ Strintzis li kienu jammontaw għal EUR 6,6 miljuni. Il-garanziji kienu kkanċellati f’Lulju 2002 meta l-kuntratt għall-bini tal-bastimenti ma’ Strintzis ġie kkanċellat.

4.12.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

(252)

Id-deċiżjoni tal-estensjoni tqis li ż-żewġ garanziji, li t-termini tagħhom ma kinux magħrufa fiż-żmien tad-deċiżjoni, jistgħu jikkostitwixxu għajnuna.

4.12.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

(253)

Elefsis jenfasizza l-fatt li l-Istat/ETVA fl-istess ħin assuma r-rwol ta’ garanti, kreditur, azzjonist u l-akbar klijent ta’ HSY. Billi għamel dan, l-Istat kien qiegħed ipoġġu ruħu f’sitwazzjoni ta’ riskju finanzjarju serju. Billi assuma dan ir-rwol multiplu, l-Istat fil-fatt kien qiegħed jipprovdi finanzi mingħajr ebda assigurazzjoni billi f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas u/jew insolvenza tal-kumpanija, l-Istat ma jkollu ebda rimedju u jġarrab telf żgur billi l-valur tal-assi tat-tarzna jitqies bħala insuffiċjenti biex ikopri l-obbligazzjonijiet kollha.

4.12.4.   Kummenti mill-Greċja

(254)

Il-Greċja tindika li l-ewwel garanzija ngħatat fl-4 ta’ Marzu 1999 u t-tieni ngħatat fis-17 ta’ Ġunju 1999. Skont l-ewwel rapport Deloitte ppreżentat minn HSY, dawn kienu jammontaw rispettivament għal EUR 3,26 miljuni u EUR 3,38 miljuni. Il-Greċja tfakkar li ETVA ma ħallas ebda ammonti taħt il-garanziji wara l-kanċellazzjoni tal-kuntratt ma’ Strintzis fl-2002. Dan jipprova li HSY ma kinitx parti li tissellef b’riskju għoli li ma tħallasx. Barra minn hekk, il-Greċja u HSY jindikaw li bħala sigurtà għal din il-garanzija ta’ EUR 6,6 miljuni ETVA rċieva l-konċessjoni tad-dħul ta’ HSY li jirriżulta mill-Ftehim 39 mal-OSE, li l-prezz kuntrattwali tiegħu għal HSY kien jammonta għal EUR 8,5 miljuni. Il-konsulent jikkonferma li HSY setgħet irċeviet iż-żewġ garanziji mingħand bank privat.

4.12.5.   Valutazzjoni

4.12.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

(255)

Din il-miżura ma taqax fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat billi tappoġġa direttament attività ċivili.

4.12.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

(256)

Il-Kummissjoni tosserva li ż-żewġ garanziji ngħataw qabel it-30 ta’ Ġunju 1999. Kif spjegat aktar kmieni, il-Kummissjoni tqis li f’dak iż-żmien HSY kien għad kellha aċċess għas-suq finanzjarju, iżda bi prezz li kien jirrifletti s-sitwazzjoni ekonomika fraġli ħafna ta’ HSY.

(257)

Il-Greċja u HSY isostnu li l-konċessjoni tad-dħul li jirriżulta mill-Ftehim 39 ma’ OSE kienet sigurtà adegwata li tirrendi l-għoti tal-garanzija aċċettabbli għal investitur privat. Il-Kummissjoni tosserva li, f’każ li HSY tfalli, din is-sigurtà ma kinitx tippermetti lil bank li jirkupra l-flus. Fil-fatt, kieku HSY falliet, il-bini tal-vetturi tal-ferrovija kien jieqaf, ma kienet issir ebda konsenja lil OSE u ma seta’ jintalab ebda ħlas minn OSE taħt dak il-Ftehim (132). Il-Kummissjoni għalhekk ma tistax tifhem kif din is-sigurtà setgħet naqqset b’mod sinifikanti r-riskju ta’ self lil HSY.

(258)

HSY ma kinitx kapaċi tindika lill-Kummissjoni jew lill-konsulent tagħha stess (ara l-ewwel rapport Deloitte, paġna 4-9) jekk HSY kinitx kuntrattwalment obbligata jew le li tħallas primjum ta’ garanzija lil ETVA u x’kien il-livell ta’ dan il-primjum. Kif spjegat fil-valutazzjoni tal-miżura E12b, HSY suppost li kellha tħallas primjum annwali ta’ mill-anqas 480 punt bażi għal tali garanzija. Meta wieħed jikkunsidra l-livell tal-primjums l-oħra ta’ garanzija mħallsa minn HSY lil ETVA, huwa improbabbli ħafna li l-primjum ta’ garanzija li fil-fatt ħallset HSY kien għoli sa 480 punt bażi. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-garanzija mogħtija minn ETVA tikkostitwixxi għajnuna Mill-Istat, li tammonta għad-differenza bejn il-primjum ta’ garanzija annwali li fil-fatt tħallset lil ETVA u primjum ta’ garanzija ta’ 480 punt bażi. Billi, kuntrarju għar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, din ingħatat mingħajr notifika minn qabel, tikkostitwixxi għajnuna illegali.

4.12.5.3.   Kumpatibbiltà mas-suq komuni

(259)

Kif indikat fil-valutazzjoni tal-miżura E13a, il-Kummissjoni tqis li din it-tip ta’ għajnuna tikkostitwixxi għajnuna operattiva, li ma tistax tinstab kumpatibbli fuq il-bażi tar-Regolament Nru 1540/98. Din għalhekk hija illegali u inkumpatibbli u trid tiġi rkuprata.

4.13.   Garanzija Mill-Istat li tassigura self ta’ GRD 10 biljuni (EUR 29.3 miljun) (miżura E14)

4.13.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

(260)

Wara t-terremot ta’ Settembru 1999, fit-13 ta’ Jannar 2000 ETVA ta self ta’ GRD 10 biljuni (EUR 29.3 miljun) lil HSY, li kien assigurat b’garanzija Mill-Istat mogħtija b’deċiżjoni tal-Ministru tal-Finanzi datata 8 ta’ Diċembru 1999. ETVA ċċarġja rata ta’ mgħax ta’ EURIBOR u 125 punt bażi (133) u l-Istat iċċarġja primjum ta’ garanzija ta’ 100 punt bażi.

4.13.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

(261)

Minħabba l-qagħda finanzjarja ta’ HSY f’dak iż-żmien, huwa dubjuż li t-termini tal-garanzija kienu jkunu aċċettabbli għal invetitur f’ekonomija tas-suq. Rigward il-kumpatibbiltà fuq il-bażi tal-Artikolu 87(2)(b), il-Greċja ma wrietx li d-daqs tal-miżura kien proporzjonali mal-ħsara li sofriet HSY.

4.13.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

(262)

Elefsis iħoss li l-ebda bank ma kien isellef flus lil HSY f’dak iż-żmien minħabba l-qagħda finanzjarja tagħha. Il-garanzija għandha titqies bħala għajnuna kumpatibbli biss jekk tkun limitata għall-ammonti strettament neċessarji biex jagħmlu tajjeb għall-ħsara li tirriżulta minn diżastru naturali speċifiku.

4.13.4.   Kummenti mill-Greċja

(263)

Il-Greċja u HSY ma jaqblux li l-miżura hija selettiva billi l-garanzija ngħatat skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi 2322/1995, li tistipula t-termini u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ garanzija f’isem l-Istat Grieg lil kwalunkwe kumpanija li tapplika. Barra minn hekk, huma jsostnu li l-primjum ta’ garanzija ta’ 1 % kien ikun aċċettabbli għal investitur privat. Barra dan, HSY setgħet issellfet mis-suq mingħajr garanzija mill-Istat billi tuża forom oħra ta’ garanzija, bħal pereżempju ċ-ċessjoni tat-talbiet minn kuntratti kbar u l-ipotekar tal-assi tagħha. Anki kieku l-miżura kellha tikkostitwixxi għajnuna, din hija parzjalment kumpatibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 87(2)(b) sakemm l-imsemmi kapital ingħata bħala kumpens għall-ħsara li HSY ġarrbet minħabba t-terremot u taqa’ parzjalment taħt l-Artikolu 296 tat-Trattat safejn għandha x’taqsam direttament mal-attivitajiet militari ta’ HSY.

4.13.5.   Valutazzjoni

4.13.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

(264)

Rigward l-applikabilità tal-Artikolu 296, it-test tad-deċiżjoni li biha ETVA ddeċieda li jagħti s-self assigurat juri li ETVA kien ikkonċernat inter alia bit-tkomplija tal-attivitajiet militari ta’ HSY. Madankollu, ma hemm ebda dispożizzjoni kuntrattwali li tisforza lil HSY biex tuża s-self assigurat għall-iffinanzjar tal-attivitajiet militari. Fi kliem ieħor, ETVA ried iżomm lil HSY ħajja sabiex jiżgura t-tkomplija tal-attivitajiet militari, iżda ma assenjax is-self assigurat għall-finanzjament ta’ attività partikolari. HSY kienet ħielsa li tuża l-flus kif xtaqet. Kif diġà spjegat, għal dawn il-miżura li huma mogħtija lit-tarzna kollha kemm hi, il-Kummissjoni tqis li 25 % tas-self assigurat intuża għal attivitajiet ċivili u 75 % għal attivitajiet militari. Għalhekk, 25 % biss tal-garanzija Mill-Istat (jiġifieri ammont inizjali ta’ GRD 2,5 biljuni (EUR 7,34 miljuni) jrid jiġi valutat skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u jista’ jiġi rkuprat jekk jikkostitwixxi għajnuna inkumpatibbli. 75 % tal-garanzija Mill-Istat taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat u mhijiex koperta bir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

4.13.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

(265)

Dwar is-selettività tal-miżura, il-Kummissjoni diġà wriet fil-valutazzjoni tal-miżura E12b li l-Liġi 2322/1995 mhijiex miżura ġenerali.

(266)

Dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ, il-Kummissjoni tfakkar li s-self assigurat ingħata f’Jannar 2000, fi żmien meta l-ebda investitur f’ekonomija tas-suq ma kien jipprovdi self jew garanzija lil HSY, kif ġie konkluż qabel. Mingħajr garanzija mill-Istat, l-ebda bank ma kien jipprovdi self lil HSY. Il-garanzija mill-Istat għalhekk tat vantaġġ ċar lil HSY.

(267)

Bħala konklużjoni, dik il-parti tal-garanzija Mill-Istat mhux koperta bl-Artikolu 296 tat-Trattat tikkostitwixxi għajnuna. Billi, kuntrarju għar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 8(3) tat-Trattat, l-għajnuna ngħatat mingħajr notifika minn qabel, din tikkostitwixxi għajnuna illegali.

4.13.5.3.   Kumpatibbiltà mas-suq komuni

(268)

Rigward il-kumpatibbiltà ta’ din il-għajnuna fuq il-bażi tal-Artikolu 87(2)(b) tat-Trattat, l-ebda parti ma tikkontesta li t-terremot ta’ Settembru 1999 kien “diżastru naturali”. Filwaqt li l-kuntratt tas-self mhux biss ma ġiex iffirmat qabel it-13 ta’ Jannar 2000, HSY talbet dan il-finanzjament minn ETVA sa mill-ewwel ftit ġimgħat wara t-terremot. Skont l-awtoritajiet Griegi, il-ħsara għat-tarzna ammontat l-ewwel nett għall-prezz biex jiġu msewwija l-installazzjonijiet fiżiċi u, it-tieni, għall-ispejjeż iġġenerati mid-dewmien fl-eżekuzzjoni tal-kuntratti. Madankollu, il-Greċja ma ppreżentat ebda stima tat-tieni tip ta’ ħsara. Kieku l-Greċja xtaqet tikkumpensa lil HSY għall-aħħar tip ta’ spejjeż, hija kien imissha tal-anqas tipprova tikkwantifikahom u dan il-kalkolu kellu jsir fuq metodu verifikabbli. Billi dan ma sarx u billi l-għajnuna tista’ tinstab kumpatibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 87(2)(b) biss jekk tkun limitata strettament għall-kumpens għall-ħsara mġarrba, il-Kummissjoni tħoss li dawn l-ispejjeż ipotetiċi ma jikkostitwux bażi valida għall-kumpatibbiltà tal-għajnuna (134). Dwar l-ewwel tip ta’ spejjeż (it-tiswija tal-ħsarat fiżiċi), il-Kummissjoni tosserva li ma ġie stabbilit l-ebda mekkaniżmu biex jassigura li d-daqs tal-garanzija Mill-Istat jitnaqqas ladarba jiġi stabbilit eżattament id-daqs tal-ħsarat imġarrba u l-kumpens jitħallas lil HSY mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni. Fl-ittra tagħha tal-20 ta’ Ottubru 2004 (135), il-Greċja kkalkulat li l-ħsarat fiżiċi kienu jammontaw għal madwar GRD 3 biljuni (EUR 8,8 miljuni). Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li l-ammont li jaqbeż dawk il-figuri, jiġifieri EUR 20,5 miljun, ma kienx relatat mal-ħsarat ikkawżati mit-terremot. Min-naħa l-oħra, EUR 8,8 miljuni jistgħu jitqiesu proporzjonali mal-ħsarat imġarrba, iżda biss sal-ewwel kwart tal-2002, meta l-kumpaniji tal-assigurazzjoni ħallsu kumpens ta’ EUR 3,52 miljuni (136). Minn dik id-data, il-garanzija Mill-Istat suppost li tnaqqset b’ammont ekwivalenti. Għaldaqstant, minn dik id-data, il-bilanċ biss (EUR 8,8 miljuni – EUR 3,5 miljuni = EUR 5,3 miljuni) seta’ jitqies li jaqbel mal-ħsarat netti mġarrba (jiġifieri l-ħsarat imġarrba tnaqqas minnhom il-kumpens imħallas lil HSY mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni).

(269)

Kif indikat aktar kmieni, billi 75 % tas-self assigurat huwa kkunsidrat li jiffinanzja attivitajiet militari, 25 % biss tal-garanzija jaqa’ taħt kontroll tal-għajnuna mill-Istat u nstab li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Madankollu, huwa raġonevoli wkoll li wieħed jissupponi li 25 % biss tal-ħsara mġarrba minn HSY kienet relatata mal-attivitajiet ċivili tagħha minħabba li t-terremot għamel ħsara lill-faċilitajiet ta’ HSY mingħajr distinzjoni bejn il-faċilitajiet militari, il-faċilitajiet ċivili u l-faċilitajiet użati għaż-żewġ tipi ta’ attivitajiet. Fi kliem ieħor, m’hemm ebda raġuni biex wieħed jikkunsidra li 100 % tal-ħsara mġarrba minn HSY għandha tiġi ffinanzjata mill-25 % tal-garanzija Mill-Istat li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Konsegwentement, jistgħu jiġu kkunsidrati biss 25 % tal-ħsarat meta ssir valutazzjoni dwar jekk l-għajnuna mill-Istat hijiex proporzjonali jew le mal-ħsarat imġarrba. Bħala konklużjoni, mill-għajnuna Mill-Istat, ammont ekwivalenti għal 25 % tal-parti tal-garanzija Mill-Istat kkunsidrata proporzjonali mal-ħsara mġarrba (kif definita fil-paragrafu preċedenti) jikkostitwixxi għajnuna kumpatibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 87(2)(b). Fi kliem ieħor, mill-parti tal-garanzija Mill-Istat li tikkostitwixxi għajnuna, GRD 750 miljun (EUR 2,20 miljuni) – jiġifieri 25 % ta’ GRD 3 biljuni (EUR 8,8 miljuni) – huwa kumpatibbli mal-ħlas tal-kumpens mill-assiguraturi fl-ewwel kwart tal-2002. Wara dik id-data, EUR 1,32 miljun biss – jiġifieri 25 % ta’ GRD 3 biljuni (EUR 8,8 miljuni) bi tnaqqis ta’ EUR 3,52 miljuni – huwa kumpatibbli. Il-bqija tal-għajnuna mhijiex kumpatibbli mas-suq komuni.

(270)

Jekk il-garanzija Mill-Istat għadha ma tħallsitx, il-parti ta’ din il-garanzija li tikkostitwixxi għajnuna inkumpatibbli (jiġifieri 25 % tal-garanzija li għadha ma tħallsitx, tnaqqas minnha EUR 1,32 miljun li huwa kumpatibbli) għandha tiġi revokata immedjatament. Il-kanċellazzjoni tal-garanzija inkumpatibbli mhijiex biżżejjed biex treġġa’ lura s-sitwazzjoni inizjali. Fil-fatt, bis-saħħa tal-garanzija inkumpatibbli tal-Istat, HSY kellha għad-dispożizzjoni tagħha għal diversi snin garanzija li kieku ma kinitx tirċievi. Sabiex tiġi rkuprata din l-għajnuna inkumpatibbli addizzjonali, il-Kummissjoni tqis li, mill-għoti tas-self assigurat sat-tmiem tal-garanzija Mill-Istat inkumpatibbli, trid tiġi rkuprata għajnuna ugwali għad-differenza bejn il-prezz totali tal-garanzija assigurata (rata tal-imgħax flimkien mal-primjum ta’ garanzija mħallas minn HSY) u r-rata ta’ referenza għall-Greċja miżjuda b’600 bps. Dan l-ammont irid jiġi kkalkulat fir-rigward tal-parti tal-garanzija Mill-Istat li kienet tikkostitwixxi għajnuna inkumpatibbli.

4.14.   Self mogħti minn ETVA fl-1997 u fl-1998 (miżura E16)

4.14.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

(271)

Din il-miżura tikkonsisti minn tliet selfiet mogħtija minn ETVA lil HSY fl-1997 u fl-1998.

(272)

L-ewwel, fil-25 ta’ Lulju 1997 ETVA ta linja ta’ kreditu ta’ GRD 1,99 biljun (EUR 5,9 biljuni), b’data ta’ skadenza ffissata għall-31 ta’ Ottubru 1997. Hija kellha rata ta’ mgħax ta’ ATHIBOR u 200 punt bażi u ngħatat biex tkopri l-ħtiġijiet ta’ HSY għal kapital ta’ ħidma. Hija ġiet assigurata b’kontijiet riċevibbli mingħand il-Flotta Ellenika.

(273)

It-tieni, fil-15 ta’ Ottubru 1997 ETVA ta linja ta’ kreditu ta’ USD 10 miljuni, biex tkopri wkoll il-ħtiġijiet ta’ HSY għal kapital ta’ ħidma (137). Is-self kellu rata tal-imgħax ta’ LIBOR flimkien ma’ 130 punt bażi u kien assigurat kontra kontijiet riċevibbli mill-kuntratt mal-Flotta Griega. Fid-19 ta’ Mejju 1999 ETVA rċieva sigurtà addizzjonali għas-self permezz taċ-ċessjoni ta’ kull talba fir-rigward tal-Ftehim tal-Programm 1/97 li HSY kienet ikkonkludiet ma’ ISAP għall-bini u l-forniment ta’ 125 karozza tal-ferrovija. Is-self tħallas lura f’Jannar 2000.

(274)

It-tielet, fis-27 ta’ Jannar 1998 ETVA ta linja ta’ kreditu ta’ USD 5 miljuni, ukoll b’rata tal-imgħax ta’ LIBOR u 130 punt bażi. L-iskop kien ukoll li tkopri l-ħtiġijiet ta’ HSY għal kapital ta’ ħidma. Ma ġiet ipprovduta l-ebda sigurtà għal din it-tielet linja ta’ kreditu.

4.14.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

(275)

Id-deċiżjoni tal-estensjoni tindika li dawn is-selfiet jidhru li jikkostitwixxu għajnuna, li l-kumpatibbiltà tagħha hija dubjuża. Barra minn hekk, il-fatt li l-ewwel żewġ selfiet kienu assigurati b’ammonti dovuti mill-Flotta Ellenika ma jfissirx awtomatikament li dawn is-selfiet kienu koperti mill-Artikolu 296 tat-Trattat.

4.14.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

(276)

Elefsis jgħid li minħabba l-qagħda finanzjarja tat-tarzna f’dak il-mument, l-ebda bank privat ma kien jipprovdi dawn is-selfiet lil HSY.

4.14.4.   Kummenti mill-Greċja

(277)

Il-Greċja u HSY isostnu li ETVA kiseb sigurtà adegwata biċ-ċessjoni tat-talbiet fuq il-kontijiet riċevibbli mill-Flotta Ellenika. Il-Greċja tindika li dawn it-tliet selfiet tħallsu lura b’mod sħiħ lill-bank sellief u ssostni li kwalunkwe għajnuna illegali, quod non, ġiet irkuprata permezz tal-ħlas lura. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Griegi jiddikjaraw li, minħabba t-tip ta’ sigurtajiet ipprovduti lill-bank sellief u l-fatt li HSY kienet attiva prinċipalment fis-settur tad-difiża, il-Kummissjoni mhijiex permessa li tanalizza dawn il-miżuri fuq il-bażi tal-Artikolu 88 tat-Trattat tal-KE iżda trid tuża l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 298 tat-Trattat.

4.14.5.   Valutazzjoni

4.14.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

(278)

Rigward l-applikazzjoni tal-Artikoli 296 u 298 tat-Trattat, il-Kummissjoni tosserva li ż-żewġ faċilitajiet ta’ kreditu mogħtija fl-1997 kienu assigurati b’ammonti dovuti minn kuntratt militari. Madankollu, dan il-fatt waħdu ma jurix li l-faċilitajiet ingħataw biex jiffinanzjaw it-twettiq ta’ dawn il-kuntratti militari. Il-Greċja ma ressqitx evidenza li kien hemm obbligu kuntrattwali li jillimita l-użu ta’ dawn il-fondi għall-finanzjament tat-twettiq ta’ kuntratti militari. Mill-banda l-oħra, il-Greċja tindika li ż-żewġ selfiet ingħataw biex ikopru l-ħtiġijiet ta’ HSY għal kapital ta’ ħidma. L-ewwel rapport Deloitte jikkonferma li dawn ingħataw għal skopijiet ta’ kapital ta’ ħidma u ma jindikax li kienu assenjati għall-finanzjament ta’ attività partikolari. Dan huwa sostnut mill-fatt li ngħatat sigurtà addizzjonali relatata ma’ kuntratt ċivili (jiġifieri l-kuntratt ma’ ISAP) fir-rigward tal-faċilità ta’ kreditu ta’ USD 10 miljuni. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li dawn it-tliet selfiet iffinanzjaw lit-tarzna kollha kemm hi u mhux biss l-attivitajiet militari. Kif indikat fis-Sezzjoni 3.3, il-Kummissjoni għalhekk tqis li 25 % tas-selfiet iffinanzjaw l-attivitajiet ċivili ta’ HSY mhumiex koperti bl-Artikolu 296 u għalhekk jistgħu jiġu valutati skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

4.14.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

(279)

Dwar is-sigurtajiet ipprovduti – il-konċessjoni tal-kontijiet riċevibbli mill-kuntratt mal-Flotta Ellenika u ma’ ISAP – il-Kummissjoni tqis li dawn ma offrewx protezzjoni soda kontra t-telf f’każ li HSY tfalli. Fil-fatt, kieku HSY waqqfet l-operazzjonijiet tagħha, kien jieqaf it-twettiq tal-kuntratti li kien hemm mal-Flotta u ma’ ISAP. Billi l-ebda prodott ma kien jiġi kkonsenjat lill-Flotta u lil ISAP, dawn ma kinux ikunu responsabbli biex iħallsu l-prezz tax-xiri (138). Rigward l-eżistenza ta’ ammonti dovuti għall-prodotti diġà kkonsenjati lill-Flotta u lil ISAP, il-Greċja ma wrietx, l-ewwel nett, li dawn it-talbiet kienu jeżistu, it-tieni, li setgħu jinġabru u, it-tielet, li kienu jirrappreżentaw – fuq bażi kontinwa matul iż-żmien kollu tas-self – ammont kbir biżżejjed biex itaffi r-riskju tat-telf f’każ li HSY tfalli.

(280)

Kif konkluż fis-sezzjoni 3.1, fl-1997 u fl-1998, il-banek privati kienu jiċċarġjaw rata ta’ mgħax li tammonta għar-rata ta’ referenza flimkien ma’ 400 punt bażi, jiġifieri ATHIBOR u 700 punt bażi. Ma teżisti l-ebda rata ta’ referenza fid-dollaru. Madankollu, billi r-rata ta’ referenza f’muniti b’saħħithom ġiet stabbilita biż-żieda ta’ primjum ta’ 75 punt bażi (139) mar-rata ta’ bejn il-banek u billi ż-żewġ selfiet fid-dollaru kellhom rata tal-imgħax varjabbli mogħtija fuq LIBOR, il-Kummissjoni tħossha koerenti mal-approċċ preċedenti li tikkalkula l-ammont ta’ għajnuna fuq il-bażi ta’ US LIBOR u 475 punt bażi (jiġifieri US LIBOR u 75 punt bażi biex tinbena r-rata ta’ referenza, flimkien ma’ primjum tar-riskju ta’ 400 punt bażi biex jirrifletti r-riskju speċjali tas-self lil HSY). Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jidher li l-primjum iċċarġjat għal dawn it-tliet selfiet huwa inqas mir-rata li kienet tkun iċċarġjata minn investitur f’ekonomija tas-suq.

(281)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li dik il-parti ta’ dawn it-tliet selfiet li ma taqax taħt l-Artikolu 296, jiġifieri 25 % ta’ dawn is-selfiet, tinkludi għajnuna mill-Istat. L-għajnuna tammonta għad-differenza bejn ir-rata tal-imgħax iċċarġjata minn ETVA u r-rata tal-imgħax li kienet tkun iċċarġjata minn investitur f’ekonomija tas-suq, kif definit aktar ‘il fuq. Billi, kuntrarju għar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, hija ngħatat mingħajr notifika minn qabel, din tikkostitwixxi għajnuna illegali.

4.14.5.3.   Kumpatibbiltà mas-suq komuni

(282)

Dawn it-tliet selfiet ingħataw biex ikopru l-ħtiġijiet ta’ HSY għal kapital ta’ ħidma. Għalhekk huma jikkostitwixxu għajnuna operattiva, jiġifieri għajnuna mogħtija biex tiffinanzja l-operazzjoni tat-tarzna b’mod ġenerali u mhux proġett partikolari. Huma ngħataw fi żmien meta l-għajnuna għas-settur tal-bini tal-bastimenti kienet għadha rregolata bid-Direttiva 90/684/KEE. L-Artikolu 4 u 5 ta’ din id-Direttiva jipprovdi li tista’ tingħata għajnuna operattiva għal attivitajiet ta’ bini tal-bastimenti u ta’ konverżjoni tal-bastimenti, li huma t-tnejn definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva. Madankollu, fis-snin li matulhom ingħata s-self, jiġifieri l-1997 u l-1998, HSY ma kellhiex attivitajiet bħal dawn. Id-Direttiva 90/684/KEE tipprojbixxi għajnuna għat-tiswija tal-bastimenti, li kienet l-attività ċivili ewlenija ta’ HSY fl-1997 u fl-1998. L-għajnuna għalhekk ma tistax tinstab kumpatibbli mas-suq komuni u, billi ngħatat b’mod illegali, għandha tiġi rkuprata.

(283)

Kif enfasizzat mill-Greċja, is-self ġie rimborżat. L-għajnuna kif definita qabel għalhekk trid tiġi rkuprata għall-perjodu mill-ħruġ tas-self lil HSY sal-ħlas lura tiegħu.

4.15.   Kontrosussidjar bejn l-attivitajiet militari u ċivili sal-2001 (miżura E17)

4.15.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

(284)

Id-deċiżjoni tal-estensjoni tindika li donnu kien hemm kontrosussidjar bejn l-attivitajiet militari u ċivili. B’mod partikolari, hija tiddeskrivi żewġ każijiet fejn, fil-qafas tal-kuntratti militari, HSY rċeviet ħlasijiet kbar bil-quddiem li kienu jaqbżu l-ħtiġijiet immedjati tagħha li joħorġu mit-twettiq tal-kuntratt korrispondenti, b’mod li HSY setgħet tuża dawn il-flus biex tiffinanzja attivitajiet oħra. L-ewwel nett, ir-Rapport Amministrattiv ta’ HSY 2001 isemmi li “kienu riċevuti ammonti li jlaħħqu sa EUR 81,3 miljun bħala ħlasijiet bil-quddiem għal attivitajiet militari, iżda fil-biċċa l-kbira ntużaw fuq attivitajiet oħra u l-ispejjeż operattivi tal-kumpanija.” It-tieni, fis-sottomissjoni tiegħu fil-qafas ta’ azzjoni legali quddiem Qorti Griega, il-konsorzju HDW/Ferrostaal jindika li mill-anqas parti mill-fondi (stmata minn Elefsis li taqbeż EUR 40 miljun) li ngħatat HSY għall-bini tal-gunboats (kuntratt iffirmat fil-21 ta’ Diċembru 1999) intuża għal skopijiet oħra.

4.15.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

(285)

Id-deċiżjoni tal-estensjoni tafferma li meta dokumenti jirreferu b’mod espliċitu għall-użu ta’ fondi riċevuti għal kuntratti militari għal “attivitajiet oħra”, il-Kummissjoni hija libera li tiddubita li dawn il-fondi huma koperti bl-Artikolu 296 u ma jikkostitwux għajnuna Mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1). Id-deċiżjoni tal-estensjoni tirrikkmanda wkoll l-introduzzjoni ta’ kontijiet separati għall-attivitajiet ċivili u militari, sabiex ikun evitat li attivitajiet ċivili jiġu ffinanzjati b’għajnuna mill-Istat ipprovduta għall-attivitajiet militari.

4.15.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

(286)

Elefsis isostni li l-kontrosussidjar huwa diffiċli biex jinstab billi m’hemm ebda separazzjoni fil-kontabilità tal-attivitajiet ċivili u militari ta’ HSY. Madankollu, meta jiġu analizzati l-attivitajiet imwettqa mit-tarzna fl-2001, jirriżulta li l-attivitajiet militari kienu limitati. Għalhekk huwa evidenti li l-“attivitajiet oħra” li, skont ir-rapport Amministrattiv, ġew iffinanzjati, kienu prinċipalment attivitajiet ċivili.

(287)

TKMS/GNSH, li ssottomettiet kummenti biss dwar din il-miżura u li ġejja (miżura E18c), tqis li l-Artikolu 296(1)(a) tat-Trattat jirrikonoxxi li ċerti restrizzjonijiet fuq l-iżvelar tal-informazzjoni jistgħu jkunu ġġustifikati. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax titlob lill-Greċja sabiex tiżvela informazzjoni li tirrigwarda, pereżempju, l-ammonti eżatti minfuqa fuq proġetti militari differenti. It-tieni, TKMS/GNSH tiddikjara li m’hemm ebda bażi legali biex titlob is-separazzjoni tal-kontijiet bejn l-attivitajiet ċivili u militari.

4.15.4.   Kummenti mill-Greċja

(288)

Il-Greċja ssostni li sakemm l-ammonti msemmija fl-ilment kienu marbuta mal-attivitajiet ta’ difiża tat-tarzna, il-proċedura mibdija mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 88(2) tat-Trattat hija żbaljata u ultra vires. Jekk il-Kummissjoni taħseb li l-miżuri ħolqu distorsjoni fii-kompetizzjoni, hija għandha ssegwi l-proċedura deskritta fl-Artikolu 298 tat-Trattat. HSY tgħid ukoll li m’hemm ebda obbligu legali biex HSY iżżomm kontijiet separati. Ma teżisti l-ebda bażi legali għat-talba tal-Kummissjoni.

4.15.5.   Valutazzjoni

4.15.5.1.   Artikolu 296 tat-Trattat

(289)

Sabiex jiġi stabbilit jekk japplikawx l-Artikoli 296 u 298 tat-Trattat, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-fatti. Skont id-dokumenti kkwotati fid-deċiżjoni tal-ftuħ, għal mill-anqas diversi kwarti dawn il-ħlasijiet bil-quddiem ma ntużawx għall-iskop li jitwettaq il-kuntratt militari kkonċernat. La l-Greċja u lanqas HSY ma ċaħdu l-kwotazzjonijiet magħmula fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Barra minn hekk, il-kontijiet ta’ HSY jikkonfermaw li HSY irċeviet ħlasijiet bil-quddiem fl-2000 u fl-2001 mingħand il-Flotta li kienu ferm aktar mill-fondi meħtieġa fil-perjodu immedjat biex jiġi ffinanzjat it-twettiq tal-kuntratti militari korrispondenti. Pereżempju, il-karta tal-bilanċ tal-31 ta’ Diċembru 2001 (140) turi li l-ħlasijiet bil-quddiem riċevuti minn HSY għall-kuntratti tal-gunboats u għall-kuntratt tas-sottomarini kienu jammontaw rispettivament għal EUR 49,1 miljun u EUR 33,1 miljun. Fl-istess data, is-somma tal-inventarji, ix-xogħol għaddej, is-self għall-inventarji u d-debituri kummerċjali (fit-termini tal-kontabilità, dawn il-partiti huma riferuti bħala “assi kurrenti”) relatati mal-kuntratti għall-Flotta kienu jammontaw għal EUR 14,8-il miljun. Fi kliem ieħor, il-ħlasijiet bil-quddiem qabżu bis-somma ta’ EUR 67,4 miljun l-assi kurrenti li riedu jiġu ffinanzjati. Billi l-ammonti kkwotati fid-deċiżjoni tal-estensjoni ma kinux ikkontestati u billi sors differenti juri li jidhru li huma approssimazzjoni raġonevoli tar-realtà, il-Kummissjoni tikkonkludi li, għal mill-anqas sena, dawn il-ħlasijiet bil-quddiem ma ntużawx għall-iskop li jitwettqu l-kuntratti militari kkonċernati.

(290)

Rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 296 u 298 tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni tiċħad l-argument tal-Greċja li kwalunkwe ħlas bil-quddiem li tħallas fil-qafas ta’ kuntratt militari awtomatikament jaqa’ taħt l-Artikolu 296. Fil-każ preżenti, b’mod partikolari, il-maniġment ta’ HSY innifsu rrikonoxxa li xi ħlas bil-quddiem kien jaqbeż bil-bosta l-ammont meħtieġa għat-twettiq tal-kuntratti fil-perjodu immedjat u għalhekk intużaw temporanjament għal skopijiet oħra. Miżura taqa’ biss fl-ambitu tal-Artikolu 296 jekk il-Greċja tqisha bħala “meħtieġa għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali tal-sigurtà tagħha li huma marbuta mal-produzzjoni jew negozju f’armi, munizzjoni u materjal tal-gwerra”. Il-Kummissjoni tosserva li l-Greċja ma spjegatx għaliex il-parti tal-ħlasijiet bil-quddiem li kienet taqbeż il-fondi neċessarji sabiex jitwettqu l-proġetti militari kkonċernati kkontribwiet għall-“protezzjoni tal-interessi esssenzjali tas-sigurtà tagħha”. Il-Kummissjoni nnifisha ma tistax tifhem kif dak jista’ jkun il-każ billi t-tarzna ma kellhiex bżonnhom biex tipproduċi l-materjal tal-gwerra kkonċernat u ma użathomx għal dak il-għan. F’każ bħal dan, fejn il-fatti jindikaw li l-Artikolu 296 ma japplikax, il-Greċja kellha tispjega għaliex hija xorta waħda tqis li dawn il-ħlasijiet żejda bil-quddiem ikkontribwew għas-sigurtà tagħha. Billi dan ma sarx, il-Kummissjoni tikkonkludi li dawn il-ħlasijiet bil-quddiem, fil-perjodu li matulu ma kinux meħtieġa għat-twettiq tal-kuntratti militari kkonċernati, ma jaqgħux fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat tal-KE.

(291)

Billi l-ħlasijiet bil-quddiem għall-ewwel intużaw biex jiffinanzjaw l-attivitajiet kollha tat-tarzni, il-Kummissjoni tqis li 75 % ta’ dawn il-ħlasijiet bil-quddiem marru għal attivitajiet militari u 25 % għal attivitajiet ċivili. Fi kliem ieħor, għal mill-anqas sena, 25 % ta’ EUR 81.3 miljun u 25 % ta’ EUR 40 miljun kienu jaqgħu taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

4.15.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

(292)

Dawn il-ħlasijiet bil-quddiem żejda jikkostitwixxu self bla mgħax mogħti mill-Istat. Huma għalhekk jagħtu vantaġġ selettiv lil HSY. Wieħed jista’ jargumenta li jekk l-Istat jixtri prodotti b’mod li jkun aċċettabbli għal kumpanija privata, il-kuntratt tax-xiri – inklużi t-termini tiegħu bħall-ħlasijiet bil-quddiem – ma jistgħux jagħtu vantaġġ selettiv lill-produttur. Madankollu, fil-qafas tal-kuntratti militari mogħtija lil HSY, l-Istat qatt ma ġab ruħu b’mod aċċettabbli għal kumpanija privata li trid tixtri prodotti. B’mod partikolari, kumpanija privata kienet tfittex li tħallas l-inqas prezz possibbli billi tikkunsidra l-fornituri potenzjali kollha fid-dinja. Għall-kuntrarju, il-Greċja dejjem illimitat l-għażliet tagħha għal fornituri attivi fil-Greċja (jew għal konsorzji li kellhom membru attiv fil-Greċja), sabiex issostni l-impjiegi fil-Greċja u sabiex iżżomm il-kapaċità tal-produzzjoni ta’ prodotti militari fil-Greċja (141). Kumpanija privata għalhekk ma kinitx tikkonkludi dawn il-kuntratti tax-xiri. Barra minn hekk, kumpanija privata ma kinitx taċċetta li tagħmel ħlasijiet bil-quddiem li jaqbżu dak li kien meħtieġ biex jitwettqu l-ordnijiet tagħha, iżda kienet tipprova tillimita kemm jista’ jkun il-ħlasijiet bil-quddiem.

(293)

F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni tikkunsidra dawn il-ħlasijiet żejda bil-quddiem bħala self bla mgħax. Id-dokumenti msemmija qabel juru li tal-anqas matul sena waħda, dawn il-fondi ntużaw għal attivitajiet oħra differenti mit-twettiq tal-kuntratti kkonċernati (142). Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidrahom ekwivalenti għal sena self bla mgħax. Skont l-analiżi tal-affidabbiltà tal-kreditu ta’ HSY ippreżentata fis-sezzjoni 3.1 ta’ din id-deċiżjoni, l-ammont ta’ għajnuna inkluża f’dan is-self wara t-30 ta’ Ġunju 1999 huwa ugwali għar-rata ta’ referenza għall-Greċja flimkien ma’ 600 punt bażi. Billi, kuntrarju għar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, din ingħatat mingħajr notifika minn qabel, hija tikkostitwixxi għajnuna illegali.

4.15.5.3.   Kumpatibbiltà mas-suq komuni

(294)

Il-Kummissjoni ma sabitx bażi li fuqha din l-għajnuna setgħet tinstab kumpatibbli. Billi din l-għajnuna ssostni l-ħidma ġenerali tat-tarzna, tidher li hija għajnuna operattiva, iżda, kif diġà spjegat fil-valutazzjoni ta’ miżuri preċedenti, din it-tarzna ma kinitx intitolata li tirċievi għajnuna operattiva fl-1999, fl-2000 jew fl-2001.

(295)

Billi l-għajnuna hija illegali u inkumpatibbli, trid tiġi rkuprata.

(296)

Rigward is-separazzjoni tal-kontijiet, il-Kummissjoni se tittratta din il-kwistjoni fl-aħħar tad-deċiżjoni.

4.16.   Klawsola ta’ indennizz favur HDW/Ferrostaal f’każ li l-għajnuna tiġi rkuprata mingħand HSY (miżura E18c)

4.16.1.   Deskrizzjoni tal-miżura

(297)

Id-deċiżjoni tal-estensjoni tindika li l-Istat Grieg wiegħed li jikkumpensa lix-xerrej ta’ HSY (jiġifieri HDW/Ferrostaal) f’każ li l-għajnuna inkumpatibbli mogħtija qabel u fiż-żmien tal-privatizzazzjoni tiġi rkuprata mingħand HSY. Minn perspettiva legali, din il-garanzija ngħatat permezz ta’ mekkaniżmu f’żewġ fażijiet:

Fuq naħa waħda, ETVA ta garanzija lix-xerrej ta’ HSY (jiġifieri HDW/Ferrostaal). Skont din il-garanzija ta’ kumpens, ETVA kellu jikkumpensa lil HDW/Ferrostaal għal kwalunkwe għajnuna rkuprata mingħand HSY. Id-deċiżjoni tal-estensjoni tissottolinja li fil-Ftehim għall-bejgħ tas-sehem ta’ HSY (minn hawn ‘il quddiem “HSY SPA”) konkluż bejn ETVA u HDW/Ferrostaal fil-11 ta’ Ottubru 2001, ETVA, li f’dak il-mument kien għadu taħt il-kontroll tal-Istat, kien diġà wiegħed li jipprovdi din il-garanzija lil HDY/Ferrostaal. Il-garanzija mogħtija minn ETVA għalhekk tidher imputabbli lill-Istat.

Mill-banda l-oħra, l-Istat ipprovda garanzija lix-xerrej ta’ 57,7 % tal-ishma ta’ ETVA (jiġifieri l-Bank ta’ Piraeus). Skont din il-garanzija ta’ kumpens, l-Istat kellu jħallas lill-Bank ta’ Piraeus 100 % ta’ kwalunkwe ammont imħallas minn ETVA lix-xerrej ta’ HSY bħala konsegwenza ta’ garanzija ta’ kumpens mogħtija minn ETVA lix-xerrej ta’ HSY.

(298)

Il-graff segwenti turi l-istruttura tal-garanzija f’żewġ fażijiet, kif deskritt fid-deċiżjoni tal-estensjoni (il-linji kontinwi jindikaw il-flussi ta’ kumpens taħt kull waħda miż-żewġ fażijiet tal-garanzija, filwaqt li l-linja maqtugħa tindika s-sjieda wara l-għeluq tal-bejgħ ta’ HSY u ta’ 57,7 % tal-ishma ta’ ETVA).

Image

4.16.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

(299)

Id-deċiżjoni tal-estensjoni tindika li bejjiegħ privat ma kienx jagħti garanzija bħal din minħabba li mhijiex limitata fiż-żmien jew fl-ammont. Barra minn hekk, azzjonist f’ekonomija tas-suq kien jippreferi li jħalli lil HSY tfalli u tiġi likwidata milli jbigħha f’dawn iċ-ċirkustanzi. Fil-fatt, il-prezz tal-bejgħ riċevut mill-Istat kien biss ta’ EUR 6 miljuni u l-ħlasijiet ta’ kumpens li l-Istat kellu jistenna li jagħmel taħt il-garanzija kienu ferm akbar.

(300)

Filwaqt li l-benefiċjarju legali tal-garanzija f’żewġ fażijiet huwa HDW/Ferrostaal, id-deċiżjoni tal-estensjoni tindika li HSY hija l-benefiċjarju realital-mekkaniżmu kollu. Mingħajr provvediment bħal dan fuq kumpens mill-Istat, l-ebda investitur ma kien ikun lest li jixtri lil HSY. L-Istat Grieg irrikonoxxa b’mod espliċitu dan il-fatt. Għalhekk, huwa probabbli li mingħajr garanzija bħal din, HSY kienet tibqa’ ma tinbiegħx, ma kinitx tkun kapaċi tiffaċċja d-diffikultajiet finanzjarji tagħha, u kienet tfalli.

(301)

Id-deċiżjoni tal-estensjoni tindika wkoll li garanzija bħal din tidher inkumpatibbli per se billi ddgħajjef l-“effet utile” ta’ kwalunkwe deċiżjoni ta’ rkupru.

4.16.3.   Kummenti mill-partijiet interessati

(302)

Elefsis isostni, b’mod konsistenti mal-valutazzjoni inizjali tal-Kummissjoni, li l-ebda bejjiegħ privat ma kien jagħti tali garanzija illimitata. Elefsis jikkontesta l-argument tal-Kummissjoni li l-ebda investitur ma kien ikun lest li jixtri t-tarzna mingħajr provvediment bħal dan, billi Elefsis, li pparteċipa fil-proċedura tal-offerti u ried jixtri lil HSY, ma poġġiex dik il-kundizzjoni fl-offerta tiegħu għal HSY u kien lest li jixtri lil HSY mingħajr tali garanzija. Skont Elefsis, din il-garanzija ngħatat esklussivament lil HDW/Ferrostaal. Dawn tal-aħħar u HSY għalhekk huma l-benefiċjarji tal-garanzija.

(303)

Il-Bank ta’ Piraeus, li kkummenta biss dwar din il-miżura minħabba li hija l-unika waħda li fiha huwa involut direttament, jipprovdi diversi dokumenti li juru li ETVA kien diġà qabel li jagħti l-klawsola ta’ indennizz favur HDW/Ferrostaal fiż-żmien tal-konklużjoni tas-SPA ta’ HSY f’Ottubru 2001, fi żmien meta ETVA kien għadu kkontrollat mill-Istat. Il-Bank ta’ Piraeus jipproduċi kuntratti, dokumenti u artikli fl-istampa li juru li l-proċedura tal-privatizzazzjoni ta’ HSY kienet immexxija mill-Istat. Il-ftehim bejn il-gvern Grieg u l-Bank ta’ Piraeus, datat 20 ta’ Marzu 2002, jipprevedi li, minkejja li l-Bank ta’ Piraeus sar l-azzjonist maġġoritarju ta’ ETVA, il-proċess tal-privatizzazzjoni ta’ HSY ikompli jitmexxa mill-Istat. Fl-aħħar nett, il-Bank ta’ Piraeus juri li fl-istedina għall-offerti mibgħuta lil offerenti f’Lulju 2001, kien diġà stipulat b’mod espliċitu li jekk jiġi impost rkupru fuq HSY minħabba ksur potenzjali tar-regolamenti tal-UE fir-rigward tal-għajnuna mill-istat, l-ogħla offerent ma kienx se jkun responsabbli għall-ħlas ta’ tali rkupru.

(304)

TKMS/GNSH tindika li matul in-negozjati ma’ ETVA għax-xiri ta’ HSY, deher evidenti li HSY kienet irċeviet xi għajnuna finanzjarja mill-Istat Grieg. Madankollu, la l-firxa ta’ dawn il-miżuri u lanqas iċ-ċirkustanzi eżatti li bihom ittieħdu ma kienu magħrufa għax-xerrejja potenzjali. Matul il-proċess tal-offerti, ix-xerrejja ftit irċevew informazzjoni dwar id-diversi miżuri li issa huma s-suġġett ta’ din il-proċedura. Fi kliem ieħor, għax-xerrejja, l-implikazzjonijiet possibbli tal-għajnuna Mill-Istat ta’ HSY ma kinux kwantifikabbli. Sabiex tevita li tkun esposta għal kwalunkwe riskju minn għajnuna tal-imgħoddi jew preżenti, HDW/Ferrostaal insistiet li għandha tinkiseb approvazzjoni jew ittra ta’ soljiev/ċertifikazzjoni negattiva mingħand il-Kummissjoni għall-miżuri ta’ għajnuna fl-imgħoddi. Jekk dan ma jkunx possibbli, ix-xerrej għandu jissuġġerixxi forma aċċettabbli ta’ garanzija lill-bejjiegħ. Wara kuntatti mal-Kummissjoni, deher evidenti li din ma kinitx lesta li toħroġ tali ittra ta’ soljiev/ċertifikazzjoni negattiva. Fid-deċiżjoni ta’ amalgamazzjoni li tapprova l-akkwist ta’ HSY minn HDW/Ferrostaal, il-Kummissjoni nnifisha tirrikonoxxi li ma kienx magħruf id-daqs tas-sussidji. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-klawsola ta’ indennizz ġiet miftehma fil-31 ta’ Mejju 2002 bħala addendum għall-HSY SPA, li biha ETVA, bħala l-bejjiegħ ta’ HSY, iggarantixxa li jagħmel tajjeb għal kwalunkwe telf finanzjarju li x-xerrej jista’ jsofri f’każ ta’ rkupru tal-għajnuna mingħand HSY. TKMS/GNSH tikkonkludi li l-ebda investitur ma kien jaqbel li jixtri HSY mingħajr tali garanzija. Din id-dikjarazzjoni kienet ikkonfermata wkoll mit-tieni rapport Deloitte, li ġie ppreżentat minn TKMS/GNSH f’Ġunju 2007.

(305)

TKMS/GNSH tqis li l-miżura mhijiex imputabbli lill-Istat billi ngħatat minn ETVA fi żmien meta dan ma kienx għadu taħt il-kontroll tal-Istat. Fil-fatt, fuq il-bażi tas-SPA ta’ HSY li kienet konkluża f’Ottubru 2001, ma kien hemm ebda obbligu kuntrattwali għal ETVA biex jikkumpensa lil GNSH. ETVA ddeċieda li ma jagħtix din il-garanzija qabel Mejju 2002. TKMS/GNSH issostni wkoll li ETVA u l-Istat aġixxew bħala bejjiegħ privat. Il-probabbiltà li l-garanzija kien se jkollha titħallas kienet relattivament baxxa. Mill-banda l-oħra, kieku t-tarzna kellha tiġi likwidata, it-telf fuq is-self u l-garanziji mogħtija lil HSY kien jirrappreżenta ammonti ferm akbar (il-kalkolu li jiġġustifika din id-dikjarazzjoni ġie pprovdut fit-tieni rapport Deloitte ppreżentat minn TKMS/GNSH). Barra minn hekk, TKMS/GNSH tikkunsidra li l-garanzija mogħtija mill-Istat lill-Bank ta’ Piraeus fl-20 ta’ Marzu 2002 tipprevedi li l-Istat għandu jħallas indennizz lill-Bank ta’ Piraeus li jammonta biss għal 57,7 % ta’ kwalunkwe somma mħallsa minn ETVA lix-xerrej ta’ HSY (jiġifieri HDW/Ferrostaal). Mill-banda l-oħra, il-garanzija mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal fil-31 ta’ Mejju 2002 tipprovdi li ETVA għandu jħallas indennizz lil HDW/Ferrostaal li jammonta għal 100 % ta’ kwalunkwe għajnuna rkuprata mingħand HSY. TKMS/GNSH tikkonkludi li l-garanzija mogħtija minn ETVA fil-31 ta’ Mejju 2002 hija usa’ minn dik li rċieva l-Bank ta’ Piraeus fl-20 ta’ Marzu 2002. Għalhekk, dan ma jistax jifforma mekkaniżmu waħdieni ta’ garanzija u l-fatt li ETVA ta garanzija aktar wiesgħa jikkonferma li huwa aġixxa bħal kwalunkwe bejjiegħ privat.

(306)

TKMS/GNSH ma tarax għaliex tali provvediment ta’ indennizz seta’ jikkostitwixxi evażjoni tal-irkupru tal-għajnuna. Fil-fatt, kieku kellha tiġi rkuprata l-għajnuna mingħand HSY, l-Istat ma kienx ser jikkumpensa lil HSY, iżda lix-xerrej ta’ HSY (jiġifieri TKMS/GNSH, li hija s-suċċessur ta’ HDW/Ferrostaal).

(307)

TKMS/GNSH (143) tikkunsidra wkoll li l-garanzija mogħtija mill-Istat lill-Bank ta’ Piraeus tista’ tikkostitwixxi għajnuna lill-Bank ta’ Piraeus u lil ETVA.

4.16.4.   Kummenti mill-Greċja

(308)

Skont il-Greċja u HSY, il-klawsola ta’ indennizz mhijiex għajnuna. L-ewwel nett, mhijiex imputabbli lill-Istat billi ngħatat mill-Bank ETVA, fi żmien meta ma kienx għadu taħt il-kontroll tal-Istat. It-tieni, il-Greċja u HSY isostnu li l-Istat Grieg aġixxa bħala investitur tas-suq meta biegħ is-sehem tiegħu f’HSY fil-kapaċità tiegħu bħala l-azzjonist prinċipali ta’ ETVA. Il-garanzija mogħtija lix-xerrej mill-bejjiegħa ta’ HSY hija kundizzjoni standard u normali fil-ftehimiet kummerċjali. Fil-fatt, il-Greċja tfakkar li hija ma pprovdietx garanzija lil HSY fir-rigward tar-responsabilità tagħha li tħallas lura l-għajnuna Mill-Istat illegali, iżda lix-xerrej ta’ HSY. Tali indennizz jitfa’ piż fuq il-bejjiegħ irrispettivament minn jekk ikunx inkluż bħala klawsola fil-ftehim kummerċjali jew le. Id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-Istat Grieg kien jaf jew messu jkun jaf dwar l-ammont konsiderevoli ta’ miżuri oħra ta’ għajnuna li jistgħu jkunu illegali u inkumpatibbli u li l-ammonti jkollhom jiġu rkuprati u b’hekk jattivaw il-klawsola tal-indennizz, hija bla bażi. Fil-perjodu li fih ġiet ipprovduta l-klawsola tal-indennizz, ma kien hemm ebda deċiżjoni tal-Kummissjoni li tgħid li HSY kienet irċeviet għajnuna Mill-Istat illegali. Barra minn hekk, l-għeluq u l-likwidazzjoni ta’ HSY kienet tiġi ogħla għall-Istat, meta wieħed jikkunsidra l-prezz soċjali.

(309)

Barra minn hekk, HSY ma tarax kif hija setgħet tibbenefika finanzjarjament minn garanzija, li sar ftehim dwarha bejn il-Bank ETVA u HDW/Ferrostaal, jew minn garanzija miftehma bejn l-Istat Grieg u l-Bank ta’ Piraeus. Anki kieku HDW/Ferrostaal kellha tirċievi kumpens, il-konsorzju mhuwiex obbligat li jinjetta dan l-ammont f’HSY. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma turix ukoll kif il-klawsola tal-indennizz tista’ tinnewtralizza deċiżjoni ta’ rkupru. Skont il-każistika tal-Qrati, billi jħallas lura l-għajnuna, ir-reċipjent iċedi l-vantaġġ, u tkun tista’ tiġi rrestawrata s-sitwazzjoni ta’ qabel l-għoti tal-għajnuna.

(310)

Fl-aħħar nett, kieku l-Kummissjoni qieset l-klawsola tal-indennizz bħala għajnuna mill-Istat, il-Greċja ssostni li kienu japplikaw l-Artikolu 296 sa 298 tat-Trattat tal-KE. F’dan il-kuntest, HSY tindika li minħabba li l-Flotta Ellenika dejjem kienet l-aktar klijent importanti tat-tarzna, il-proċedura u t-termini tal-privatizzazzjoni, fosthom id-dħul fis-seħħ tal-Liġi 2941/2001, għandhom jiġu eżaminati fid-dawl tal-Istat-klijent, li għal raġunijiet ta’ difiża nazzjonali huwa interessat li jżomm il-ħidma u l-vijabilità tat-tarzna. F’dan il-każ, l-Istat Grieg adotta miżuri li kwalunkwe kumpanija privata li l-interessi tagħha huma relatati mal-vijabilità ta’ impriża oħra, kienet tadotta. Barra minn hekk, din il-valutazzjoni hija saħansitra aktar importanti meta l-Istat għandu l-obbligu li jġorr il-piż u t-telf tax-xoljiment u l-likwidazzjoni tal-kumpanija, li jkun jiswa aktar flus u għalhekk mhux profittabbli.

4.16.5.   Valutazzjoni

4.16.5.1.   L-Artikolu 296 tat-Trattat

(311)

Il-Kummissjoni tqis li l-miżura ma taqx fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat. Fil-fatt, il-mekkaniżmu tal-indennizz japplika f’każ li l-għajnuna Mill-Istat tiġi rkuprata mingħand HSY. Kif sostniet il-Greċja u ġie aċċettat konsistentement mill-Kummissjoni (144), l-attivitajiet militari ta’ HSY huma essenzjali għas-sigurtà tal-Greċja u jaqgħu taħt l-Artikolu 296; għalhekk ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ma japplikawx għalihom. Billi l-appoġġ Mill-Istat pprovdut għall-attivitajiet militari ta’ HSY huwa eżentat mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, kwalunkwe rkupru ta’ għajnuna Mill-Istat jista’ jkun biss l-irkupru ta’ għajnuna Mill-Istat pprovduta għall-attivitajiet ċivili ta’ HSY. Konsegwentement, din il-garanzija hija direttament u esklussivament relatata mal-attivitajiet ċivili ta’ HSY.

(312)

Xi partijiet isostnu li, mingħajr din il-garanzija, l-ebda investitur ma kien jixtri lil HSY u t-tarzna probabbli kienet tfalli. Għalhekk, anki jekk tirrigwarda esklussivament l-attivitajiet ċivili ta’ HSY, din il-miżura xorta waħda kienet indispensabbli biex tassigura l-attivitajiet militari ta’ HSY u għalhekk taqa’ taħt l-Artikolu 296. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta dan l-argument. Fuq il-bażi tal-Artikolu 296, il-Greċja setgħet tat lill-attivitajiet militari l-appoġġ finanzjarju li kellhom bżonn biex jiżguraw il-kontinwazzjoni tagħhom. Il-Greċja b’hekk evitat il-waqfien tal-attivitajiet militari. B’mod alternattiv, il-Greċja setgħet tat l-appoġġ finanzjarju meħtieġ sabiex tirrendi l-attivitajiet militari attraenti għal investitur potenzjali, b’mod li dawn l-attivitajiet militari kienu jinxtraw u l-kontinwazzjoni tagħhom assigurata. Investitur li jixtri l-attivitajiet militari ma kienx ikollu bżonn garanzija bħal din billi, kif għadu kemm ġie spjegat, ma setgħet tiġi rkuprata l-ebda għajnuna mill-attivitajiet militari ta’ HSY. Konsegwentement, din il-miżura kienet meħtieġa biss sabiex jinstab xerrej għal HSY kollha kemm hi, jiġifieri inklużi l-attivitajiet ċivili. L-effett ta’ din il-miżura għalhekk kien li jagħmilha possibbli li jinstab xerrej għall-attivitajiet ċivili ta’ HSY, u b’hekk tkun żgurata l-kontinwazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet. Hija għalhekk ma taqax fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat.

4.16.5.2.   Eżistenza tal-għajnuna

(313)

Billi xi partijiet jikkontestaw li ż-żewġ garanziji (jiġifieri dik mogħtija mill-Istat lill-Bank ta’ Piraeus u dik mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal) jikkostitwixxu mekkaniżmu waħdieni ta’ garanzija u li HSY hija l-benefiċjarju taż-żewġ garanziji, il-Kummissjoni l-ewwel se tivvaluta separatament il-garanzija mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal u turi li tikkostitwixxi għajnuna Mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

(314)

Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat, miżura trid tkun imputabbli lill-Istat. Xi partijiet jikkontestaw li l-garanzija mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal hija imputabbli lill-Istat. Huma jsostnu li d-deċiżjoni li tingħata din il-garanzija ttieħdet b’mod indipendenti u liberu minn ETVA. B’mod partikolari huma jsostnu li l-garanzija ngħatat fil-31 ta’ Mejju 2002 permezz tal-Addendum għall-HSY SPA, fi żmien meta ETVA ma kienx għadu taħt il-kontroll tal-Istat iżda taħt il-kontroll tal-Bank ta’ Piraeus. Il-Kummissjoni twarrab din id-dikjarazzjoni u tikkunsidra li hemm biżżejjed evidenza li l-miżura hija imputabbli lill-Istat:

L-ewwel nett, matul il-proċess tal-privatizzazzjoni ta’ HSY, din il-garanzija kienet qiegħda tidher fid-dokumenti ppreżentati lill-offerenti potenzjali (145). Fi kliem ieħor, diġà matul il-proċess tal-privatizzazzjoni, kien hemm il-wegħda li x-xerrej ta’ HSY kien se jiġi kkumpensat għal kull għajnuna Mill-Istat rkuprata mingħand HSY. Barra minn hekk, fl-14 ta’ Settembru 2001, ETVA ntrabat b’mod espliċitu u ċar li jipprovdi din il-garanzija lil HDW/Ferrostaal jekk l-Unjoni Ewropea tagħti l-approvazzjoni dwar l-għajnuna Mill-Istat mogħtija fl-imgħoddi u issa lil HSY (146). Il-klawsola 1.2.3 tal-HSY SPA ffirmata fil-11 ta’ Ottubru 2001 tirreferi b’mod espliċitu għad-dokument iffirmat fl-14 ta’ Settembru 2001. Id-diskussjoni rigward il-formulazzjoni preċiża tal-garanzija kompliet fix-xhur ta’ wara (147). Billi l-Kummissjoni ma tatx ittra ta’ soljiev/ċertifikazzjoni negattiva dwar l-għajnuniet imgħoddija u preżenti lil HSY, fil-31 ta’ Mejju 2002 ETVA kellha toħroġ il-garanzija favur HDW/Ferrostaal, kif kien ġie maqbul mill-partijiet fl-14 ta’ Settembru 2001 u fil-Klawsola 1.2.3 tal-HSY SPA. Dan kollu juri li, anki jekk l-Addendum li jinkludi l-garanzija lil HDW/Ferrostaal ġie ffirmat fil-31 ta’ Mejju 2002, ETVA diġà ntrabat li jagħti din il-garanzija (kieku l-UE ma awtorizzatx l-għajnuniet imgħoddija u preżenti) fi żmien meta ETVA kien għadu taħt il-kontroll tal-Istat. Fi kliem ieħor, l-Addendum tal-31 ta’ Mejju 2002 huwa t-twettiq ta’ kuntratt li ETVA daħal fih meta kien għadu taħt il-kontroll tal-Istat. Kif muri fis-sezzjoni 3.2 tad-deċiżjoni preżenti, meta ETVA kien taħt il-kontroll tal-Istat, l-azzjonijiet kollha li ħa favur HSY jistgħu jitqiesu bħala imputabbli lill-Istat (148). Dawn l-elementi kollha kienu kkonfermati mill-Greċja fl-ittra tagħha tat-23 ta’ Mejju 2005 (149),

It-tieni, anki kieku kellu jiġi kkunsidrat li, fuq il-bażi tad-dokumenti hawn fuq imsemmija konklużi minn ETVA meta kien taħt il-kontroll tal-Istat (jiġifieri sal-aħħar ta’ Marzu 2002), ma kien hemm l-ebda obbligu kuntrattwali ta’ ETVA biex jagħti din il-garanzija lil HDW/Ferrostaal, il-miżura xorta tkun imputabbli lill-Istat. Fil-fatt, il-Kummissjoni tosserva li l-Greċja kompliet timmaniġġja l-bejgħ ta’ HSY anki wara l-bejgħ ta’ ETVA lill-Bank ta’ Piraeus. L-Artikolu 8.2.2 tal-Ftehim tal-20 ta’ Marzu 2002 bejn l-Istat u l-Bank ta’ Piraeus jipprovdi li ETVA ma kienx se jkun responsabbli għall-proċess tal-bejgħ ta’ HSY, li kien se jkompli jmexxi l-Istat. L-Artikolu 8.2.2.(b) pereżempju jipprovdi li l-Istat “għandu jassumi l-kontroll, kura u responsabilità tal-atti u n-negozjati max-xerrej terz tal-Impriża f’Hellenic Shipyards”. Skont l-Artikolu 8.2.2 tal-Ftehim tal-20 ta’ Marzu 2002, il-Bank ta’ Piraeus b’ittra tat-28 ta’ Mejju 2002 talab il-ftehim tal-Istat rigward il-garanzija li ETVA kien beħsiebu jagħti lil HDW/Ferrostaal. L-Istat ta l-awtorizzazzjoni tiegħu b’ittra tal-31 ta’ Mejju 2002. Dan kollu juri li l-għoti tal-garanzija huwa imputabbli lill-Istat.

It-tielet, anki kieku kellhom jitwarrbu ż-żewġ punti preċedenti, il-garanzija xorta tkun għadha imputabbli lill-Istat. Il-Kummissjoni fil-fatt tosserva li l-Istat iddeċieda li jipprivatizza lil HSY (150). Meta l-Bank ta’ Piraeus ħa l-kontroll ta’ ETVA, huwa għalhekk kien obbligat bil-liġi li jipprivatizza lil HSY. Kif rikonoxxut minn TKMS/GNSH innifisha, HDW/Ferrostaal ma kinux jixtru lil HSY kieku ma rċevewx tali garanzija. Billi l-Istat iddeċieda li HSY kellha tinbiegħ, u billi l-għoti tal-garanzija kien indispensabbli sabiex tinbiegħ HSY, jista’ jiġi konkluż li l-Istat poġġa lil ETVA f’sitwazzjoni fejn huwa kien sfurzat joħroġ il-garanzija. Għaldaqstant, anki kieku kellu jiġi konkluż li ETVA ddeċieda li jagħti l-garanzija f’Mejju 2002 mingħajr ebda involvement dirett tal-Istat, il-miżura xorta tibqa’ imputabbli lill-Istat.

Ir-raba’, anki kieku kellhom jitwarrbu l-punti kollha preċedenti, għandu jiġi konkluż li ETVA aċċetta biss li jagħti l-garanzija fil-31 ta’ Mejju 2002 minħabba li l-azzjonist ta’ kontroll tiegħu (jiġifieri l-Bank ta’ Piraeus) kien irċieva garanzija mill-Istat li kienet tipproteġih kontra kwalunkwe dannu finanzjarju li jirriżulta minn din il-garanzija. Fil-fatt, kif se jintwera, investitur f’ekonomija tas-suq qatt ma kien se jagħti garanzija bħal din mingħajr ma jirċievi kontrogaranzija mill-Istat. L-għoti tal-garanzija seħħ biss minħabba li l-Istat kien ipproteġa l-unità ekonomika (jiġifieri l-grupp) li tat il-garanzija minn kwalunkwe konsegwenza negattiva (billi ta kontrogaranzija). F’każ bħal dan, fejn kumpanija sempliċement tittrasferixxi għajnuna lil kumpanija oħra, l-għoti tal-miżura huwa imputabbli lill-Istat.

(315)

Sabiex tikkostitwixxi għajnuna Mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat, miżura trid tkun iffinanzjata b’riżorsi tal-Istat. L-Avviż dwar il-garanziji jindika li “l-għajnuna tingħata fil-mument meta tingħata l-garanzija, mhux fil-mument meta tintalab il-garanzija jew fil-mument meta jsiru l-ħlasijiet skont it-termini tal-garanzija. Jekk garanzija tikkostitwix jew le għajnuna Mill-Istat […] irid jiġi valutat fil-mument li tingħata l-garanzija.” Kif indikat aktar ‘il fuq, il-Kummissjoni tqis li ETVA ntrabat kuntrattwalment li jagħti din il-garanzija lil HDW/Ferrostaal fi żmien meta l-Istat kien għadu jippossiedi l-maġġoranza kbira tal-ishma ta’ ETVA. Billi l-Avviż jindika li l-eżistenza tal-għajnuna trid tiġi analizzata fiż-żmien tal-għoti tal-garanzija u mhux wara meta tiġi invokata l-garanzija, jista’ jiġi konkluż li bir-rabta tiegħu li jagħti l-garanzija, l-Istat poġġa riżorsi Mill-Istat fir-riskju u għalhekk il-garanzija tinvolvi riżorsi tal-Istat. Il-fatt li ETVA ġie mibjugħ lill-Bank ta’ Piraeus ftit wara ma jaffettwax din il-konklużjoni. Fil-fatt, kieku l-Istat informa korrettament lill-offerenti dwar l-obbligi kuntrattwali ta’ ETVA (fosthom l-impenn ta’ ETVA li jipprovdi l-garanzija lil HDW/Ferrostaal jekk il-Kummissjoni ma toħroġx ittra ta’ soljiev), l-offerenti kienu jieħdu inkonsiderazzjoni dan l-impenn ta’ ETVA. Huma għalhekk aktarx li rrevedew ‘l isfel il-prezz li kienu lesti li jħallsu biex jixtru lil ETVA. Dan ifisser li l-Istat biegħ lil ETVA bi prezz aktar baxx u għalhekk tilef riżorsi. Kif indikat qabel, anki kieku kellu jiġi konkluż li, fiż-żmien meta ETVA kien għadu proprjetà tal-Istat, ETVA ma ntrabatx kuntrattwalment li joħroġ il-garanzija, il-Kummissjoni tqis li bid-deċiżjoni li jipprivatizza lil HSY f’Jannar 2001 (fi żmien meta ETVA kien għadu proprjetà tal-Istat), l-Istat poġġa lil ETVA f’sitwazzjoni fejn dan ġie sfurzat joħroġ tali garanzija billi din kien indispensabbli sabiex jinstab xerrej għal HSY. Dan ifisser li meta l-offerenti għamlu l-offerta tagħhom għal ETVA, huma bilfors li kkunsidraw il-fatt li ETVA kien se jkollu joħroġ din il-garanzija. Għalhekk, huma pproponew prezz aktar baxx għax-xiri ta’ ETVA u dan għalhekk iwassal għall-konklużjoni li ntilfu riżorsi tal-Istat.

(316)

Anki kieku kellu jiġi konkluż li meta l-Istat biegħ lil ETVA ma kien hemm l-ebda obbligu (jew kuntrattwali jew de facto) sabiex tinħareġ din il-garanzija, xorta jista’ jiġi dimostrat li l-garanzija mogħtija minn ETVA tinvolvi riżorsi Mill-Istat. Fil-fatt, l-Istat ta lix-xerrej ta’ ETVA (jiġifieri l-Bank ta’ Piraeus) garanzija li permezz tagħha l-Istat wiegħed li jħallas lura lill-Bank ta’ Piraeus 100 % ta’ kwalunkwe ammont li ETVA kien se jkollu jħallas taħt il-garanzija li ETVA kien se joħroġ favur HDW/Ferrostaal. Dan il-kontrogaranzija ngħatat f’kuntratti suċċessivi. Fil-Ftehim tat-18 ta’ Diċembru bejn l-Istat u l-Bank ta’ Piraeus għall-bejgħ ta’ 57,7 % ta’ ETVA, l-Istat intrabat li jħallas lill-Bank ta’ Piraeus 57,7 % ta’ kwalunkwe ammont li ETVA kien se jħallas lix-xerrej ta’ HSY. Fil-Ftehim tal-20 ta’ Marzu bejn l-istess partijiet u li emenda l-ftehim tat-18 ta’ Diċembru 2001, l-Istat intrabat li jħallas lill-Bank ta’ Piraeus 100 % ta’ kwalunkwe ammont li ETVA kien se jkollu jħallas lix-xerrej ta’ HSY (151). B’ittra datata 31 ta’ Mejju 2002 mibgħuta lill-Bank ta’ Piraeus, l-Istat ikkonferma lil dan tal-aħħar li huwa kien se jħallas lura 100 % ta’ kwalunkwe ammont li jħallas ETVA lix-xerrej ta’ HSY (152). Fi kliem ieħor, meta ETVA ffirma l-Addendum għal HSY SPA fil-31 ta’ Mejju 2002, il-Bank ta’ Piraeus kien irċieva garanzija mill-Istat li kienet tipprovdi li huwa kien se jiġi kkumpensat 100 % għal kwalunkwe ammont li ETVA kien se jkollu jħallas bħala konsegwenza tal-garanzija ppjanata li tingħata lil HDW/Ferrostaal (153). Dan juri li kwalunkwe ammont imħallas minn ETVA fl-aħħar mill-aħħar kien se jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-Istat u li l-garanzija tinvolvi riżorsi Mill-Istat.

(317)

Sabiex tiġi ppruvata l-eżistenza ta’ għajnuna Mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat, huwa neċessarju li jintwera li l-Istat ma ġabx ruħu kif kien jagħmel investitur f’ekonomija tas-suq f’ċirkustanzi simili. F’dan ir-rigward, il-Greċja, HSY u TKMS/GNSH isostnu li, f’ċirkustanzi simili, investitur f’ekonomija tas-suq kien jaċċetta li joħroġ din il-garanzija favur HDW/Ferrostaal. Huma jargumentaw li t-test tal-investitur f’ekonomija tas-suq għandu jiġi applikat fil-livell ta’ ETVA, li kienet l-entità legali li biegħet lil HSY, u fil-livell tal-gvern Grieg, li kien il-bejjiegħ ta’ ETVA.

(318)

Il-Kummissjoni tfakkar li, kif ġie indikat fis-Sezzjoni 3.2, meta ETVA xtara lil HSY u direttament wara injetta kapital biex iżommha ħajja, huwa ma aġixxiex bħal investitur f’ekonomija tas-suq iżda bħala awtorità pubblika li tat għajnuna biex iżżomm ħajja kumpanija meqjusa importanti għall-ekonomija Griega. Għalhekk, l-ebda investitur f’ekonomija tas-suq ma kien isib ruħu fis-sitwazzjoni ta’ ETVA. L-ebda investitur f’ekonomija tas-suq ma kien isib ruħu fis-sitwazzjoni li jbigħ dawn l-ishma ta’ HSY. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li t-test tal-investitur f’ekonomija tas-suq ma jistax jintuża f’dan il-każ biex jiġġustifika l-fatt li l-Istat qiegħed ipoġġi riżorsi addizzjonali tal-Istat f’riskju (billi jagħti l-garanzija).

(319)

Madankollu anki jekk wieħed jikkunsidra li t-test tal-investitur f’ekonomija tas-suq għandu jiġi applikat, il-Kummissjoni tqis li kieku l-Istat kien kumpanija privata li taġixxi taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, ma kienx jaċċetta li jagħti din il-garanzija. Kull wieħed waħdu mit-tliet punti li ġejjin hu biżżejjed biex jipprova dan.

(320)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tosserva li ETVA (u l-Istat permezz ta’ ETVA), filwaqt li kellu biss 51 % tal-ishma f’HSY (id-49 % l-oħra kienu proprjetà tal-impjegati (154)), wiegħed li jħallas lix-xerrej ta’ HSY (jiġifieri HDW/Ferrostaal) 100 % ta’ kwalunkwe għajnuna li tiġi rkuprata mingħand HSY. Investitur f’ekonomija tas-suq ma kienx jaċċetta li jagħti indennizz li jammonta għal 100 % tal-ħsara sofruta mill-kumpanija mibjugħa. F’ċerti ċirkustanzi, investitur f’ekonomija tas-suq jista’ jaċċetta li jieħu responsabilità għal ċerti obbligi futuri tal-kumpanija mibjugħa, iżda biss fi proporzjon ugwali għas-sehem tiegħu, li fil-każ preżenti kien ta’ 51 %. Investitur f’ekonomija tas-suq kien jitlob lill-azzjonisti l-oħra sabiex jassumu r-responsabbiltà għad-49 % l-oħra tal-obbligi kkonċernati. Billi aċċetta li jerfa’ 100 % tal-obbligi potenzjali kbar (ta’ min ifakkar li l-kuntratt ma jiddefinix limitu massimu għall-ħlasijiet ta’ kumpens) tal-kumpanija mibjugħa, ETVA għamel rigal lill-azzjonisti l-oħra ta’ HSY (jiġifieri l-impjegati). Investitur f’ekonomija tas-suq ma kienx jaċċetta li jagħmel rigal bħal dan billi jassumi obbligi potenzjali kbar tal-kumpanija mibjugħa fi proporzjon li jaqbeż bil-bosta s-sehem tiegħu. Għalhekk, mis-sempliċi fatt li l-garanzija ta’ kumpens mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal tammonta għal 100 % (jiġifieri minflok għal 51 %) tal-għajnuna li setgħet tiġi rkuprata mingħand HSY, jista’ jiġi konkluż li l-ebda investitur f’ekonomija tas-suq ma kien jipprovdi tali garanzija.

(321)

It-tieni, il-Greċja, HSY u TKMS/GNSH isostnu li l-qligħ nett (jiġifieri d-dħul tnaqqas minnu l-ispejjeż) kien ogħla jekk HSY tiġi mibjugħa (inklużi l-ħlasijiet dovuti taħt il-garanzija) – milli kieku HSY kellha tiġi likwidata. TKMS/GNSH issostni din id-dikjarazzjoni permezz tat-tieni rapport Deloitte. Dan ir-rapport iqabbel l-ispejjeż netti fiż-żewġ xenarji. Din l-analiżi ssir fil-livell ta’ ETVA u mbagħad fil-livell tal-Istat. Il-Kummissjoni tqis li l-applikazzjoni tat-test fil-livell ta’ ETVA huwa użu ħażin ta’ dan it-test. Fil-fatt, kif diskuss fis-sezzjoni 3.2, il-privatizzazzjoni ġiet deċiża u appoġġata finanzjarjament – ara pereżempju l-għajnuna Mill-Istat inkluża fil-Liġi 2941/2001 (155) – mill-gvern u ETVA qatt ma kien fil-pożizzjoni ta’ unità ekonomika indipendenti ħielsa li tfassal il-bejgħ ta’ HSY b’mod li jkabbar id-dħul tagħha u jnaqqas it-telf tagħha. Għalhekk huwa l-intervent tal-Istat kollu kemm hu li għandu jiġi eżaminat u mhux l-imġiba ta’ waħda mill-partijiet tiegħu.

(322)

Jekk it-test xorta waħda jiġi applikat fil-livell ta’ ETVA, wieħed irid iqabbel il-qligħ nett (jiġifieri d-dħul tnaqqas minnu l-ispejjeż) għal ETVA fil-każ ta’ likwidazzjoni ta’ HSY u fil-każ tal-bejgħ ta’ HSY. Fil-każ ta’ likwidazzjoni ta’ HSY, irid jiġi stabbilit x’ikunu l-ispejjeż magħmula minn ETVA. TKMS/GNSH issostni li t-telf ikun jammonta tal-anqas għas-self u l-garanziji mogħtija minn ETVA lil HSY u li ma kinux kontrogarantiti mill-Istat. Il-Kummissjoni tosserva, madankollu, li l-ebda waħda minn dawn is-selfiet u garanziji ma tikkostitwixxi spiża normali tal-likwidazzjoni ta’ kumpanija (156). Fil-fatt, dawn is-selfiet u l-garanziji kollha ngħataw minn ETVA bħala awtorità pubblika minħabba li jew kienu jikkostitwixxu għajnuna Mill-Istat għall-attivitajiet ċivili jew kienu miżuri biex jipproteġu s-sigurtà tal-Greċja skont l-Artikolu 296 tat-Trattat (157). Dawn is-selfiet u garanziji għalhekk ma jistgħux jiġu kkunsidrati meta jiġi applikat it-test tal-bejjiegħ f’ekonomija tas-suq. Għalhekk, jirriżulta li bħala operatur f’ekonomija tas-suq ETVA ma kien ikollu l-ebda spiża sinifikanti xi jġorr fil-każ ta’ likwidazzjoni ta’ HSY. Jekk HSY tinbiegħ, ETVA kien jirċievi l-prezz tal-bejgħ ta’ EUR 6 miljuni. Rigward l-ispejjeż sostnuti jekk tinbiegħ HSY, ETVA ried joħroġ il-garanzija li bħalissa qiegħda tiġi analizzata, li kienet illimitata fid-daqs u għalhekk kienet tfisser ħlasijiet potenzjali ta’ għexieren jew saħansitra mijiet ta’ miljuni ta’ Euro. Meta wieħed iqabbel iż-żewġ xenarji, jirriżulta li investitur f’ekonomija tas-suq kien jippreferi li jillikwida t-tarzna (158). ETVA għalhekk ma aġixxiex bħala investitur f’ekonomija tas-suq. Jekk il-paragun bejn il-bejgħ ta’ HSY u l-likwidazzjoni ta’ HSY isir fil-livell tal-Istat, dan iwassal eżatt għall-istess konklużjonijiet. Ma kienx hemm spejjeż kbar għall-Istat fil-kapaċità tiegħu bħala imprenditur/sid fil-każ ta’ likwidazzjoni ta’ HSY billi s-self u l-garanziji kollha mogħija mill-Istat (direttament jew permezz ta’ ETVA) lil HSY ingħataw mill-Istat bħala awtorità pubblika, minħabba li jew kienu jikkostitwixxu għajnuna Mill-Istat għall-attivitajiet ċivili jew miżuri biex jipproteġu s-sigurtà tal-Greċja skont l-Artikolu 296 tat-Trattat. Kieku kellha tinbiegħ HSY, l-Istat kien jirċievi biss ftit miljuni ta’ euros filwaqt li, minħabba li ta l-garanzija, huwa daħal fir-riskju li jkollu jħallas għexieren jew mijiet ta’ miljuni ta’ euros. Bħala konklużjoni, l-Istat ma aġixxiex b’mod aċċettabbli għal kumpanija private f’ċirkustanzi simili.

(323)

Il-Greċja, HSY u TKMS/GNSH isostnu li r-riskji ta’ HSY li jkollha tħallas lura l-għajnuna Mill-Istat kienu limitati ħafna, billi f’dak iż-żmien ma kienu għaddejjin ebda investigazzjonijiet mill-Kummissjoni. Għaldaqstant huma jsostnu li r-riskju għal ETVA u l-Istat li jkollhom iħallsu indennizz taħt il-garanzija kien żgħir. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta din id-dikjarazzjoni. Din qisha qiegħda tallega li, billi matul is-snin ta’ qabel il-Greċja kien irnexxielha taħbi l-fatt li kienet ingħatat għajnuna Mill-Istat illegali u inkumpatibbli lil HSY u l-użu ħażin ta’ għajnuna approvata qabel mill-Kummissjoni, hija setgħet tagħti din il-garanzija. Bħala argument sussidjarju, il-Kummissjoni tosserva li HDW/Ferrostaal insistiet fuq li tirċievi din il-garanzija u ma kinitx lesta li tiffirma l-konklużjoni tal-bejgħ ta’ HSY qabel ma tirċievi l-garanzija. L-importanza mogħtija lill-garanzija minn HDW/Ferrostaal hija prova li dan l-investitur privat kien iqis li l-probabbiltà li HSY kien se jkollha tħallas lura l-għajnuna mill-Istat ma kinitx żgħira. Il-fatt li, mill-bidu tal-proċedura tal-privatizzazzjoni, il-Greċja ntrabtet li tagħti garanzija bħal din lill-ogħla offerent tipprova wkoll li l-Greċja qieset li investitur privat kien isib garanzija bħal dik importanti ħafna (kundizzjoni sine qua non, skont l-ittra tal-Greċja tat-23 ta’ Mejju 2005 ikkwotata fin-nota 149 ta’ qiegħ il-paġna ta’ din id-deċiżjoni u skont it-tieni rapport Deloitte), li tista’ tkun il-każ biss jekk investitur privat iqis li l-probabbiltà ta’ rkupru mhijiex limitata ħafna.

(324)

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li f’dan il-kuntest fejn l-ammont ta’ għajnuna li seta’ jiġi rkuprat mingħand HSY kien diffiċli biex jiġi stmat, bejjiegħ f’ekonomija tas-suq li jkunu qiegħed ibigħ lil HSY kien tal-anqas idaħħal limitu massimu li jillimita l-ħlas potenzjali lix-xerrej, fil-kuntratt tal-bejgħ. Bejjiegħ f’ekonomija tas-suq ma kienx jaċċetta li jidħol fir-riskju li jkollu jħallas mijiet ta’ miljuni ta’ euros, anki kieku kellu jkun aċċettat li l-probabbiltà ta’ ħlas daqshekk għoli tista’ tkun żgħira ħafna. Għalhekk, il-fatt li ma ddaħħal l-ebda limitu massimu fil-garanzija jikkostitwixxi prova addizzjonali li ETVA u l-Istat ma aġixxewx b’mod aċċettabbli għal operatur f’ekonomija tas-suq.

(325)

It-tielet, meta jiġi valutat jekk l-Istat aġixxiex jew le bħala investitur f’ekonomija tas-suq, huwa neċessarju li jitqies l-intervent sħiħ tal-Istat. F’dan il-każ, l-Istat ta diversi ammonti kbar ta’ għajnuna biex jiffaċilita l-privatizzazzjoni ta’ HSY (jiġifieri l-għajnuna Mill-Istat inkluża fil-Liġi 2941/2001 (159)). B’mod partikolari huwa ħallas lura lill-ħaddiema ta’ HSY l-ammont ta’ EUR 4.3 miljuni li huma kienu investew fil-qafas tat-tliet żidiet kapitali ta’ HSY. Din il-miżura, li kienet immirata sabiex tassigura li l-impjegati ma jfixklux il-bejgħ ta’ HSY, ma kinitx tkun aċċettabbli għal investitur f’ekonomija tas-suq, fost ħwejjeġ oħra billi ma kien hemm l-ebda obbligu kuntrattwali biex jagħmel dan u barra minn hekk billi l-impjegati kien għad kellhom jagħtu EUR 24 miljun lil ETVA bħala l-prezz għax-xiri tal-ishma. Fl-aħħar nett, l-Istat talab lill-offerenti sabiex iħallsu parti mill-prezz tax-xiri ta’ HSY fil-forma ta’ żieda kapitali (160). Dawn l-elementi kollha juri li matul il-bejgħ ta’ HSY, l-Istat ma aġixxiex bil-għan li jimmassimizza d-dħul tiegħu u jnaqqas l-ispejjeż, iżda bil-għan li jiffaċilita l-bejgħ ta’ HSY u t-tkomplija tal-operazzjonijiet tat-tarzna. Għalhekk, matul il-bejgħ ta’ HSY, l-Istat Grieg ma ġabx ruħu bħala investitur f’ekonomija tas-suq.

(326)

Fuq il-bażi ta’ kull waħda minn dawn it-tliet konsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li investitur f’ekonomija tas-suq ma kienx jagħti l-garanzija.

(327)

Dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ u l-identifikazzjoni tal-benefiċjarju, il-Kummissjoni tqis li l-ebda investitur ma kien jixtri lil HSY sħiħa (jiġifieri bl-attivitajiet ċivili wkoll) mingħajr il-garanzija. It-tieni rapport Deloitte jikkonferma din il-konklużjoni: “Fuq il-bażi tal-esperjenza tagħna u l-analiżi ta’ hawn fuq, aħna nemmnu li l-ebda investitur razzjonali ma kien ikun lest li jakkwista lil HS u b’mod parallel jassumi kwalunkwe riskju addizzjonali relatat mal-għajnuna mill-Istat (li f’dak iż-żmien la kienet ċerta u lanqas kwantifikata mill-KE), għall-kumpanija li a) kienet taħt is-sjieda u ġestjoni ta’ kumpanija proprjetà tal-Istat (Bank ETVA) għal numru ta’ snin, u fl-istess ħin b) kellha pożizzjoni negattiva konsiderevoli fl-ekwità tal-azzjonisti, fost problemi operattivi oħra (jiġifieri produttività baxxa, spejjeż operattivi għolja, persunal żejjed, eċċ.).” Din il-konklużjoni hija kkonfermata wkoll mill-fatt li l-Greċja, li pprevediet li garanzija bħal din kienet se tkun neċessarja biex tattira investituri privati, wiegħdet fid-dokumenti tal-offerti li l-ogħla offerent kien se jirċievi tali garanzija (161). Din il-konklużjoni li garanzija bħal din kienet meħtieġa sabiex jinstab xerrej għal HSY hija loġika billi investitur li jwettaq diliġenza dovuta ta’ HSY kien isib li HSY kienet gawdiet minn diversi miżuri li setgħu jikkostitwixxu għajnuna li l-Kummissjoni setgħet suċċessivament titlob li jiġu rkuprati (162). Kuntrarju għal din il-konklużjoni, Elefsis isostni li din il-garanzija ma kinitx neċessarja u b’mod partikolari jsostni li huwa kien ikun lest li jixtri lil HSY mingħajr dik il-garanzija, xi ħaġa li hija illustrata mill-fatt li, fl-offerta tiegħu għax-xiri ta’ HSY, huwa ma poġġiex din il-garanzija bħala kundizzjoni biex jixtri lil HSY. Il-Kummissjoni tħoss li d-dikjarazzjoni ta’ Elefsis hija nieqsa mill-kredibilità. Il-Kummissjoni l-ewwel nett tfakkar li, anki jekk dan kien minnu li Elefsis ma talabx garanzija bħal din fl-offerta tiegħu, dan ma jippruvax li, kieku Elefsis intgħażel bħala l-offerent preferut, huwa ma kienx ser jitlob din il-garanzija fi stadju aktar tard tan-negozjati mal-bejjiegħ (163). Huwa probabbli ħafna li Elefsis kien jagħmel dan. Fil-fatt, malli HSY inbiegħet lil HDW/Ferrostaal, Elefsis beda jressaq ilmenti mal-Kummissjoni, li fihom isostni li HSY kienet ibbenefikat minn diversi miżuri kbar ta’ għajnuna li l-Kummissjoni għandha tirkupra. Investitur konvint li kumpanija rċeviet għexieren ta’ miljuni ta’ euro f’għajnuna inkumpatibbli mhuwiex ser jieħu r-riskju huwa nnifsu li jixtri l-kumpanija, ħlief jekk jirċievi garanzija. Il-Kummissjoni għalhekk twarrab id-dikjarazzjoni ta’ Elefsis u tqis li mingħajr din il-garanzija l-ebda investitur f’ekonomija tas-suq ma kien jixtri lil HSY fl-intier tagħha, jiġifieri HSY li jinkludi l-attivitajiet ċivili. Kif indikat qabel, kieku HSY ma nbigħetx, il-Greċja setgħet kompliet tgħin l-attivitajiet militari fuq il-bażi tal-Artikolu 296 tat-Trattat. Mill-banda l-oħra, minħabba l-Artikolu 87 tat-Trattat, il-Greċja ma kinitx titħalla tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet ċivili. Il-Kummissjoni tosserva li l-qagħda finanzjarja ta’ HSY ħżienet b’mod drammatiku bejn l-1998 u l-2002. Minkejja li HSY ma tippubblikax kontijiet separati għall-attivitajiet ċivili, huwa raġonevoli li wieħed jissupponi li dawn l-attivitajiet kienu qegħdin jagħmlu telf kbir matul dawk is-snin. Minbarra l-attività tat-tiswija tal-bastimenti, it-tliet kuntratti prinċipali mhux militari li twettqu matul dawn is-snin kienu l-kuntratti ma’ ISAP, OSE u Strintzis. Kif ġie spjegat f’din id-deċiżjoni (ara d-deskrizzjoni u l-valutazzjoni tal-miżura E12c), il-kuntratti ma’ ISAP u OSE twettqu b’dewmien sinifikanti, li ġiegħel li HSY tħallas penali għoljin u tipprovdi materjal tal-ferroviji mingħajr ħlas, li kien jirrappreżenta wkoll spiża għolja għal HSY. Għalhekk huwa evidenti li dawn il-kuntratti kienu qegħdin jagħmlu telf kbir. Kif ġie spjegat ukoll f’din id-deċiżjoni, il-kuntratt konkluż ma’ Strintzis fil-bidu tal-1999 kien falliment kbir għal HSY. Il-kuntratt ġie kkanċellat fl-2002, HSY kellha tħallas l-indennizzi kuntrattwali lil Strintzis u biegħet il-bwieq fl-2004 bi prezz li kien biss porzjon żgħir tal-għexieren ta’ miljuni ta’ euro fi spejjeż li HSY għamlet biex tibni dawn il-bwieq. Għalhekk dan il-kuntratt ukoll għamel telf kbir. Fl-aħħar nett, l-aħħar attività ċivili kienet it-tiswija tal-bastimenti. Dan huwa negozju b’marġinu baxx billi teżisti kompetizzjoni ħarxa bejn it-tarzni. Il-Kummissjoni għalhekk tiddubita kemm din l-attività ħalliet profitt, u, fi kwalunkwe każ, żgur li ma setgħetx tikkumpensa għat-telf kbir li rriżulta mill-kuntratti ma’ ISAP, OSE u Strintzis. Għalhekk huwa raġonevoli li wieħed jissupponi li l-attivitajiet ċivili kienu qegħdin jagħmlu telf kbir sal-2002. Kif intwera f’din id-deċiżjoni, dawn l-attivitajiet ġew appoġġati kostantement b’għajnuna, li parti minnha issa trid tiġi rkuprata. Fuq kollox, il-falliment sabiex jitwettqu sewwa l-kuntratti ma’ ISAP, OSE u Strintzis huwa prova li, kieku ma nxtrawx minn kumpanija kbira u kieku ma bbenefikawx mill-ħiliet tekniċi u ta’ ġestjoni tal-proġett ta’ din tal-aħħar, l-attivitajiet ċivili kienu jibqgħu jagħmlu t-telf. It-tieni rapport Deloitte jikkonferma li HSY kellha “problemi operattivi” (jiġifieri produttività baxxa, spejjeż operattivi għolja, persunal eċċessiv.). Konsegwentement, kieku l-attivitajiet ċivili ma nbigħux, huma kienu jieqfu ma jdumux (ħlief kieku l-Greċja kompliet tagħti għajnuna illegali u inkumpatibbli lil dawn l-attivitajiet). Fil-qosor, f’dan il-paragrafu l-Kummissjoni wriet li mingħajr din il-garanzija, l-ebda investitur ma kien jixtri l-attivitajiet ċivili ta’ HSY u, kieku dawn l-attivitajiet ma nxtrawx, huma kienu jieqfu fi żmien qasir. Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-benefiċjarju tal-garanzija hija HSY u l-vantaġġ kien li ppermettiet it-tkomplija tal-attivitajiet ċivili.

(328)

Elefsis ma jaqbilx mal-konklużjoni preċedenti rigward l-identifikazzjoni tal-benefiċjarju. Elefsis isostni li, minbarra HSY, HDW/Ferrostaal ukoll kienet benefiċjarja tal-garanzija mogħtija minn ETVA. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ din il-valutazzjoni. Kif intwera, fid-dokument tas-sejħa għall-offerti ppreżentat lill-offerenti, diġà kien indikat li huma kienu se jiġu kkumpensati jekk l-għajnuna Mill-Istat tiġi rkuprata mingħand HSY. Dan ifisser li meta HDW/Ferrostaal għamlet l-offerta tagħha għax-xiri ta’ HSY, hija assumiet li, jekk tiġi rkuprata xi għajnuna mingħand HSY, hija kienet se tirċievi indennizz korrispondenti mingħand ETVA (164). Fi kliem ieħor, il-prezz tax-xiri propost minn HDW/Ferrostaal diġà kien qiegħed jikkunsidra l-garanzija tal-indennizz. Il-garanzija għalhekk ma ffavorietx lil HDW/Ferrostaal.

(329)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-garanzija mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal tikkostitwixxi għajnuna Mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat u l-benefiċjarju ta’ din l-għajnuna hija HSY. Billi, kuntrarju għar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, l-għajnuna ngħatat mingħajr notifika minn qabel, din tikkostitwixxi għajnuna illegali.

(330)

Rigward il-garanzija mogħtija mill-Istat Grieg lill-Bank ta’ Piraeus, din ukoll tikkostitwixxi għajnuna. Hija miżura selettiva ffinanzjata b’riżorsi tal-Istat. Investitur f’ekonomija tas-suq li ried ibigħ lil ETVA ma kienx jagħti garanzija bħal din. Fil-fatt, l-unika ġustifikazzjoni għall-għoti ta’ din il-garanzija kienet il-garanzija mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal. Kieku din il-garanzija ma ngħatatx, ma kienx ikun neċessarju li tiġi pprovduta l-garanzija lill-Bank ta’ Piraeus. Billi, kif ġie spjegat, l-ebda investitur f’ekonomija tas-suq ma kien se jagħti l-garanzija mogħtija minn ETVA, li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, l-ebda investitur f’ekonomija tas-suq ma kien jagħti l-garanzija lill-Bank ta’ Piraeus (billi din il-garanzija ma kinitx tkun neċessarja, jiġifieri kienet tkun irrilevanti). Dwar l-identifikazzjoni tal-benefiċjarju tal-garanzija mogħtija mill-Istat lill-Bank ta’ Piraeus, il-Kummissjoni tfakkar li l-proċedura preżenti tirrigwarda għajnuna Mill-Istat potenzjali lil HSY. Ma jissemma l-ebda benefiċjarju potenzjali ieħor fid-deċiżjoni tal-estensjoni. Għalhekk, l-għajnuna lil HSY biss tista’ tiġi investigata fil-qafas tal-proċedura preżenti. Kieku l-garanzija mogħtija mill-Istat lill-Bank ta’ Piraeus kellha tikkostitwixi għajnuna lil HSY, din ma tikkostitwix għajnuna Mill-Istat addizzjonali apparti l-għajnuna Mill-Istat inkluża fil-garanzija mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal. Fil-fatt, huwa bis-saħħa ta’ din il-garanzija li investitur privat aċċetta li jixtri lil HSY u b’hekk ġew salvati l-attivitajiet ċivili ta’ HSY. Fi kliem ieħor, il-garanzija mogħtija mill-Istat lill-Bank ta’ Piraeus ma tipprovdix vantaġġ addizzjonali għal HSY u għalhekk tista’ ma tikkostitwix għajnuna addizzjonali lil HSY: il-vantaġġ kollu għal HSY huwa mogħti bil-garanzija mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal. F’din il-proċedura, li tirrigwarda għajnuna potenzjali mill-Istat lil HSY, il-Kummissjoni għalhekk m’għandhiex għalfejn tadotta opinjoni finali dwar l-identità tal-benefiċjarju tal-garanzija mogħtija mill-Istat Grieg lill-Bank ta’ Piraeus u l-Kummissjoni m’għandhiex għalfejn tinvestiga aktar din il-garanzija. Huwa biżżejjed li tiġi investigata l-ewwel garanzija – il-garanzija ta’ ETVA lil HDW/Ferrostaal – u li tiġi kkanċellata jekk tikkostitwixxi għajnuna inkumpatibbli lil HSY.

4.16.5.3.   Kumpatibbiltà mas-suq komuni

(331)

Rigward il-garanzija mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal, il-Kummissjoni ma tarax kif din l-għajnuna setgħet titqies kumpatibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 87(2) u (3) tat-Trattat. Dwar l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat, il-Kummissjoni tosserva li HSY kienet f’diffikultà. Il-Kummissjoni diġà indikat li l-għajnuna għall-bini tal-bastimenti mill-1 ta’ Jannar 1999 kienet irregolata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1540/98. L-Artikolu 5 jindika li l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni “tista’ b’mod eċċezzjonali titqies bħala kumpatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni li tikkonforma mal-linji gwida Komunitarji dwar għajnuna mill-Istat biex jiġu salvati u ristrutturati kumpaniji f’diffikultà”. Il-linji gwida applikabbli fiż-żmien tal-għoti tal-garanzija kienu l-linji gwida tal-1999 dwar R&R. Il-garanzija ma ssodisfatx b’mod ċar il-kundizzjonijiet kollha għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna stipulata fis-sezzjoni 3.2.2 tal-linji gwida. Pereżempju, taħt il-kundizzjoni (b) “Ritorn għall-vijabilità”, l-għoti tal-għajnuna jrid ikun “kundizzjonali fuq il-pjan ta’ ristrutturazzjoni li jrid jiġi approvat mill-Kummissjoni fil-każ ta’ kull miżura ta’ għajnuna individwali”. Il-Kummissjoni tosserva li l-għoti tal-garanzija ma kienx kundizzjonali fuq l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni. Barra minn hekk, dan il-pjan, billi ma ġiex ippreżentat lill-Kummissjoni, ma ġiex approvat minnha. Il-linji gwida jindikaw ukoll li “il-pjan irid jiġi sottomess fid-dettall kollu rilevanti lill-Kummissjoni”. Din il-prekonsultazzjoni tal-Kummissjoni kienet partikolarment neċessarja f’dan il-każ billi l-Kummissjoni kienet diġà approvat pjan ta’ ristrutturazzjoni fl-1997, li kien naqas milli jirrestawra l-vijabilità ta’ HSY. Il-garanzija kisret ukoll il-kundizzjoni ta’ “darba waħda, l-aħħar darba” stipulata fis-sezzjoni 3.2.3 tal-linji gwida tal-1999 dwar R&R. Fil-fatt, permezz tad-Deċiżjoni N 401/1997, il-Kummissjoni kienet awtorizzat għajnuna għall-investiment taħt id-Direttiva tal-Kunsill 90/684/KEE, li kienet tip ta’ għajnuna għar-ristrutturazzjoni (165). Kif innotat fl-analiżi tal-miżura P1, l-Istat ta din l-għajuna f’Diċembru 1997 (iżda ma ħallashiex). Kif intwera f’din id-deċiżjoni, il-kumpanija rċeviet diversi għajnuniet mhux notifikati u inkumpatibbli fis-snin ta’ qabel il-privatizzazzjoni tal-2001-02. L-għajnuna għar-ristrutturazzjoni awtorizzata bid-Deċiżjoni C 10/1994 ġiet mogħtija lit-tarzna iżda l-kundizzjonijiet marbuta mal-approvazzjoni tagħha ma ġewx irrispettati.

(332)

Billi l-garanzija mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal tikkostitwixxi għajnuna inkumpatibbli favur HSY, il-Kummissjoni tqis li din għandha tiġi mwaqqfa immedjatament.

4.16.5.4.   Projbizzjoni per se tal-garanzija

(333)

Kif indikat fid-deċiżjoni tal-estensjoni, il-garanzija mogħtija lil HDW/Ferrostaal hija inkumpatibbli mas-suq komuni għal raġuni oħra. Il-Kummissjoni tqis li din hija per se inkumpatibbli billi, peress li timpedixxi kwalunkwe rkupru ta’ għajnuna mingħand HSY milli jkollu “effet utile”, hija timpedixxi l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(334)

TKMS/GNSH u HSY jikkontestaw din il-pożizzjoni. B’mod partikolari, huma jfakkru li HSY ma hija r-riċevitur tal-ebda ħlas ta’ indennizz. Fil-fatt, il-garanzija maħruġa minn ETVA tassigura lil HDW/Ferrostaal u mhux lil HSY. Għaldaqstant, jekk il-Kummissjoni tordna l-ħlas lura tal-għajnuna, HSY ikollha tagħmel dan il-ħlas lura u dan iġib lura s-sitwazzjoni inizjali. TKMS/GNSH ma tistax tifhem għaliex il-kumpens ta’ TKMS/GNSH (bħala s-suċċessur ta’ HDW/Ferrostaal) għandu jinvalida din il-konklużjoni. Fil-fatt, ma kien hemm l-ebda obbligu għal TKMS/GNSH biex terġa’ tinvesti f’HSY l-indennizz li tirċievi.

(335)

Il-Kummissjoni tosserva li 100 % tal-ishma ta’ HSY ġew mixtrija minn HDW/Ferrostaal u issa huma miżmuma minn TKMS/GNSH. Dan ifisser li, anki jekk HSY u l-azzjonist tagħha huma żewġ entitajiet legali differenti, huma jiffurmaw unità ekonomika waħda. Bis-saħħa tal-garanzija, din l-unità ekonomika se tiġi kkumpensata 100 % għal kwalunkwe għajnuna li hija jkollha trodd lura lill-Istat. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li dan jikkostitwixxi tneħħija tal-“effet utile” ta’ kwalunkwe deċiżjoni ta’ rkupru.

(336)

Rigward in-nuqqas ta’ provvediment legali li jġiegħel lil TKMS/GNSH terġa’ tinjetta kwalunkwe kumpens riċevut f’HSY, il-Kummissjoni ma tistax tifhem kif dan jista’ jinvalida l-konklużjoni preċedenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li, filwaqt li ma hemm l-ebda obbligu, ma hemm ukoll l-ebda projbizzjoni biex tagħmel dan. Għalhekk, TKMS/GNSH setgħet tinjetta l-kumpens riċevut f’HSY. Barra minn hekk, wieħed jista’ raġonevolment jassumi li, billi TKMS huwa grupp ta’ suċċess, ir-riżorsi finanzjarji tiegħu huma allokati b’mod ottimali bejn l-entitajiet legali differenti tal-grupp. Għalhekk, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li, jekk entità legali waħda tal-grupp ikollha tħallas multa u entità legali oħra tirċievi kumpens għal dik il-multa, it-tmexxija tal-grupp tiddeċiedi li tittrasferixxi dan l-ammont lill-ewwel entità, u b’hekk terġa’ tistabbilixxi l-aħjar allokazzjoni tar-riżorsi bejn l-entitajiet legali differenti tal-grupp. Fi kliem ieħor, anki jekk ma hemm l-ebda obbligu biex TKMS/GMSH terġa’ tinjetta l-fondi f’HSY, huwa probabbli li l-maniġment se jiddeċiedi li jagħmel dan.

(337)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-garanzija mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal hija per se inkumpatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

5.   KONKLUŻJONI

(338)

Il-Kummissjoni sabet li, mis-sittax-il miżura koperti bil-proċedura ta’ investigazzjoni formali, xi wħud ma jikkostitwux għajnuna Mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87 (1), uħud jikkostitwixxu għajnuna kumpatibbli, diversi jikkostitwixxu għajnuna inkumpatibbli u bosta miżuri ta’ għajnuna approvati mill-Kummissjoni fl-imgħoddi ntużaw ħażin. Għall-każijiet ta’ għajnuna inkumpatibbli mogħtija bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat u għall-każijiet ta’ għajnuna użata ħażin, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-għajnuna għandha tiġi rkuprata.

(339)

Il-Kummissjoni tqis li l-problema segwenti tista’ tfixkel l-irkupru effettiv tal-għajnuna u li huwa meħtieġ li jiġu imposti kundizzjonijiet addizzjonali biex ikun evitat li dan iseħħ. Dan se jiġi spjegat fis-sezzjoni li jmiss.

5.1.   Ħtieġa li jiġi assigurat li r-rimborż tal-għajnuna li bbenefikaw minnha l-attivitajiet ċivili ta’ HSY ma jiġix iffinanzjat parzjalment mill-attivitajiet militari

(340)

Kif spjegat fis-Sezzjoni 3.3 u applikat għall-miżuri kkonċernati, il-Kummissjoni aċċettat li jekk l-għajnuna Mill-Istat ġiet ipprovduta lit-tarzna mingħajr ma kienet stanzjata biex tiffinanzja attività preċiża, jista’ jitqies li 75 % tal-għajnuna bbenefikaw minnha l-attivitajiet militari u 25 % ibbenefikaw minnha l-attivitajiet ċivili. Din il-konklużjoni toħroġ mill-fatt li HSY ma għandhiex kontijiet separati u għalhekk l-użu tal-fondi ma jistax jiġi intraċċat.

(341)

Madankollu, jekk il-Kummissjoni taċċetta li 75 % ta’ kwalunkwe dħul ta’ flus mill-Istat se tiffinanzja l-attivitajiet militari tat-tarzna, hija trid tikkonkludi wkoll li 75 % ta’ kwalunkwe ħruġ ta’ flus mit-tarzna se jiġi appoġġat mill-parti militari ta’ HSY. Fi kliem ieħor, 75 euroċenteżmu minn kull euro rkuprat mingħand HSY jitħallas mill-parti militari ta’ HSY. It-talba biex HSY tħallas lura l-għajnuna riċevuta mill-attivitajiet ċivili tista’ treġġa’ lura s-sitwazzjoni inizjali tal-attivitajiet ċivili tat-tarzna biss jekk il-Greċja tippreżenta evidenza soda lill-Kummissjoni li dan il-ħlas lura kien iffinanzjat esklussivament mill-parti ċivili tat-tarzna.

(342)

Fi kliem ieħor, billi l-maġġoranza tal-attivitajiet ta’ HSY huma militari u HSY ma żżommx kontijiet separati għall-attivitajiet ċivili, hemm riskju ċar li l-ħlas lura tal-għajnuna riċevuta mill-attivitajiet ċivili jiġi ffinanzjat prinċipalment b’fondi li kieku kienu jiffinanzjaw l-attivitajiet militari. L-irkupru li suppost kellu jinġarr kompletament mill-parti ċivili tat-tarzna jkun inġarr prinċipalment mill-parti militari. Billi l-Istat ipprovda appoġġ finanzjarju u finanzjament kbir u ripetut għall-attivitajiet militari ta’ HSY (166), l-użu ta’ fondi li altrimenti kienu jiffinanzjaw l-attivitajiet militari, favuri l-attivitajiet ċivili ta’ HSY, huwa simili għal trasferiment ta’ għajnuna Mill-Istat lill-attivitajiet ċivili tat-tarzna. Fi kliem ieħor, parti mill-appoġġ finanzjarju mogħti mill-Istat għall-attivitajiet militari tkun fil-fatt qiegħda tgħin l-attivitajiet ċivili ta’ HSY (u għalhekk ma taqax fil-kamp tal-applikazzjoni tal-Artikolu 296 tat-Trattat. Fil-fatt, dawn il-fondi ma jistgħux jitqiesu bħala neċessarji għall-finanzjament tal-produzzjoni militari għax ma jintużawx għal dak il-għan). Għalhekk ma kinitx se tiġi restawrata s-sitwazzjoni inizjali fis-swieq ċivili u, barra minn hekk, kienet se tingħata għajnuna inkumpatibbli addizzjonali għall-attivitajiet ċivili ta’ HSY.

(343)

Għaldaqstant, sabiex terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni inizjali li kien ikun hemm mingħajr l-għajnuna tal-Istat u biex jiġi evitat l-għoti ta’ għajnuna addizzjonali għall-attivitajiet ċivili, il-Greċja trid tassigura li l-għajnuna tiġi rkuprata esklussivament mill-parti ċivili tat-tarzna (167),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna favur l-ispejjeż tal-investimenti li għamlet HSY qabel il-31 ta’ Diċembru 2001 u li kienu relatati mal-programm ta’ investiment deskritt fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Lulju 1997 rigward il-każ N 401/1997 (din il-miżura ssemmiet il-miżura P1 fil-preambolu tad-deċiżjoni preżenti) taqa’ fl-ambitu tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Lulju 1997.

Kull għajnuna favur l-ispejjeż ta’ investimenti oħra li għamlet HSY – u b’mod partikolari l-ispejjeż ta’ investimenti li saru wara l-31 ta’ Diċembru 2001 – ma taqax fl-ambitu tad-deċiżjoni tal-15 ta’ Lulju 1997 u mhijiex kumpatibbli mas-suq komuni.

Artikolu 2

Il-garanzija li l-Greċja tat lil ETVA bid-deċiżjoni tat-8 ta’ Diċembru 1999 u li tkopri self ta’ GRD 4,67 miljuni (EUR 13,72-il miljun) mogħti minn ETVA lil HSY (din il-miżura ssemmiet il-miżura P2 fil-preambolu tad-deċiżjoni preżenti) tikkostitwixxi għajnuna, li ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat u li mhijiex kumpatibbli mas-suq komuni.

Jekk il-garanzija tkun għadha ma tħallsitx fid-data ta’ din id-deċiżjoni, il-garanzija tal-Istat għandha tiġi mwaqqfa immedjatament. Barra minn hekk, trid tiġi rkuprata l-għajnuna għall-perjodu mill-ħlas tas-self assigurat lil HSY sal-iskadenza tal-garanzija.

L-għajnuna li għandha tiġi rkuprata tammonta għad-differenza bejn ir-rata ta’ referenza tal-Greċja miżjuda b’600 punt bażi u l-prezz totali tas-self assigurat (ir-rata tal-imgħax flimkien mal-primjum tal-garanzija mħallsa minn HSY).

Artikolu 3

Is-self li jammonta għal GRD 1,56 biljun (EUR 4,58 miljuni) li ngħata f’Lulju 1999 minn ETVA lil HSY u ġie mħallas lura fl-2004 (din il-miżura ssemmiet il-miżura P3 fil-preambolu tad-deċiżjoni preżenti) jikkostitwixxi għajnuna, li ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE u li mhijiex kumpatibbli mas-suq komuni.

Għall-perjodu mill-ħruġ tas-self lil HSY sakemm ġie mħallas lura, l-għajnuna li trid tiġi rkuprata tammonta għad-differenza bejn ir-rata ta’ referenza għall-Greċja miżjuda b’600 punt bażi u r-rata tal-imgħax tas-self.

Artikolu 4

Is-self fuq sentejn li jammonta għal EUR 13,75-il miljun li ġie konkluż fil-31 ta’ Mejju 2002 bejn ETVA u HSY u qatt ma tħallas lil HSY (din il-miżura ssemmiet il-miżura P4 fil-preambolu tad-deċiżjoni preżenti) ma jikkostitwix għajnuna.

Artikolu 5

L-għajnuna li tammonta għal GRD 54 biljun (EUR 160 miljun) li ġiet awtorizzata bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Lulju 1997 rigward il-każ ta’ għajnuna Mill-Istat C 10/1994 (din il-miżura ssemmiet il-miżura E7 fil-preambolu tad-deċiżjoni preżenti) intużat ħażin u trid tiġi rkuprata.

Artikolu 6

L-għajnuna li tammonta għal EUR 29,5 miljun li ġiet awtorizzata bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ġunju 2002 fir-rigward tal-kawża N 513/2001 (din il-miżura ssemmiet il-miżura E8 fil-preambolu tad-deċiżjoni preżenti) intużat ħażin u trid tiġi rkuprata.

Artikolu 7

75 % tal-injezzjoni ta’ kapital li tammonta għal GRD 8,72 biljuni (EUR 25,6 miljun) magħmula minn ETVA f’HSY matul is-snin 1996 u 1997 (din il-miżura ssemmiet il-miżura E9 fil-preambolu tad-deċiżjoni preżenti) hija koperta bl-Artikolu 296 tat-Trattat. Il-25 % l-oħra tikkostitwixxi għajnuna li ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat u li hija kumpatibbli mas-suq komuni.

Artikolu 8

L-injezzjoni ta’ kapital li tammonta għal GRD 800 miljun (EUR 2,2 miljuni) magħmula minn ETVA fHSY fl-20 ta’ Mejju 1998 (din iż-żieda kapitali, kif ukoll it-tnejn li ġejjin, issemmew il-miżura E10 fil-preambolu ta’ din id-deċiżjoni) ma tikkostitwix għajnuna.

L-injezzjonijiet ta’ kapital li jammontaw għal GRD 321 miljun (EUR 0,9 miljun) u għal GRD 397 miljun (EUR 1,2 miljun) magħmula minn ETVA f’HSY rispettivament fl-24 ta’ Ġunju 1999 u fit-22 ta’ Mejju 2000, jikkostitwixxu għajnuna li ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat u li mhijiex kumpatibbli mas-suq komuni. Din l-għajnuna trid tiġi rkuprata.

Artikolu 9

Il-kontrogaranziji mogħtija mill-Istat lil ETVA sabiex jassigura l-garanziji li ETVA kien ħareġ fil-qafas tal-kuntratti li HSY ikkonkludiet mal-Organizzazzjoni Ellenika tal-Ferroviji (OSE) u mal-Ferroviji Elettriċi Ateni-Piraeus (ISAP) dawn il-miżuri ssemmew il-miżura E12b fil-preambolu tad-deċiżjoni preżenti) jikkostitwixxu għajnuna li ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE u li mhijiex kumpatibbli mas-suq komuni.

Fil-każ tal-kontrogaranziji marbuta mal-kuntratti ma’ ISAP, l-għajnuna tammonta għad-differenza bejn it-tariffa annwali ta’ 480 punt bażi (jiġifieri 4,8 %) u l-primjums li fil-fatt ħallset HSY (jiġifieri l-primjum ta’ garanzija mħallas lil ETVA flimkien mal-primjum ta’ garanzija mħallas lill-Istat). Din l-għajnuna trid tiġi rkuprata għall-perjodu sakemm skadew il-kontrogaranziji tal-Istat.

Fil-każ tal-kontrogaranziji relatati mal-kuntratti ma’ OSE, dawn iridu jitwaqqfu immedjatament jekk għadhom ma tħallsux. Barra minn hekk, trid tiġi rkuprata l-għajnuna għall-perjodu minn meta kienu fis-seħħ il-kontrogaranziji. L-għajnuna li trid tiġi rkuprata tammonta għad-differenza bejn it-tariffa annwali ta’ 680 punt bażi (jiġifieri 6,8 %) u l-primjums li fil-fatt ħallset HSY (jiġifieri l-primjum ta’ garanzija mħallas lil ETVA flimkien mal-primjum ta’ garanzija mħallas lill-Istat).

Artikolu 10

L-implimentazzjoni tal-kuntratti eżistenti bejn HSY fuq naħa waħda u OSE u ISAP fuq in-naħa l-oħra, kif ukoll l-emendi tal-kuntratti aċċettati minn OSE fl-2002-2003 (dawn il-miżuri ssemmew il-miżura E12c fil-preambolu tad-deċiżjoni preżenti), ma jikkostitwixxux għajnuna.

Artikolu 11

Is-self li jammonta għal GRD 16,9-il biljun (EUR 49,7 miljun) mogħti fid-29 ta’ Ottubru 1999 minn ETVA lil HSY u mħallas lura fl-2004 (din il-miżura ssemmiet il-miżura E13a fil-preambolu tad-deċiżjoni preżenti) jikkostitwixxi għajnuna li ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat u li hija inkumpatibbli mas-suq komuni.

L-għajnuna li trid tiġi rkuprata għall-perjodu sa Ġunju 2001 hija d-differenza bejn ir-rata ta’ referenza għall-Greċja miżjuda b’600 punt bażi u r-rata tal-imgħax li fil-fatt ħallset HSY lil ETVA.

Għall-perjodu minn hemmhekk ‘il quddiem sal-ħlas lura tas-self, l-għajnuna li trid tiġi rkuprata hija d-differenza bejn ir-rata ta’ referenza għall-Greċja miżjuda b’400 punt bażi u r-rata tal-imgħax li fil-fatt ħallset HSY lil ETVA.

Artikolu 12

Il-garanziji ta’ EUR 3,26 miljuni u EUR 3,38 miljuni mogħtija rispettivament minn ETVA fl-4 ta’ Marzu 1999 u fis-17 ta’ Ġunju 1999 u li ġew ikkanċellati fl-2002 (dawn il-miżuri ssemmew il-miżura E13b fil-preambolu ta’ din id-deċiżjoni) jikkostitwixxu għajnuna, li ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat u li hija inkumpatibbli ma-suq komuni.

L-għajnuna li trid tiġi rkuprata għall-perjodu sal-kanċellazzjoni tal-garanziji tammonta għad-differenza bejn il-primjum ta’ garanzija annwali ta’ 480 punt bażi (jiġifieri 4,8 %) u l-primjum ta’ garanzija li fil-fatt ħallset HSY.

Artikolu 13

75 % tal-garanzija Mill-Istat mogħtija fit-8 ta’ Diċembru 1999 biex tassigura self li jammonta għal GRD 10 biljuni (EUR 29,3 miljun) mogħti minn ETVA lil HSY (din il-miżura ssemmiet il-miżura E14 fil-preambolu ta’ din id-deċiżjoni) taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat.

Il-25 % l-oħra tal-garanzija mill-Istat ma jaqgħux fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat u jikkostitwixxu għajnuna li ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat. GRD 750 miljun (EUR 2,20 miljun) ta’ din l-għajnuna kienu kumpatibbli mas-suq komuni sal-31 ta’ Marzu 2002. Wara dik id-data, EUR 1,32 miljun biss kienu kumpatibbli mas-suq komuni. Il-bqija tal-għajnuna hija inkumpatibbli.

Jekk il-garanzija Mill-Istat għadha mhix imħallsa, il-parti ta’ din il-garanzija li tikkostitwixxi għajnuna inkumpatibbli (jiġifieri 25 % tal-garanzija li għadha ma tħallsitx, bi tnaqqis ta’ EUR 1,32 miljun li huwa kumpatibbli) trid titwaqqaf immedjatament.

Barra minn hekk, għall-perjodu mill-ħlas tas-self assigurat lil HSY sat-terminazzjoni tal-garanzija Mill-Istat inkumpatibbli, trid tiġi rkuprata għajnuna li tammonta għad-differenza bejn ir-rata ta’ referenza għall-Greċja miżjuda b’600 punt bażi u l-prezz totali tas-self assigurat (rata tal-imgħax flimkien mal-primjum ta’ garanzija mħallas minn HSY).

Din l-għajnuna hija kkalkulata fir-rigward ta’ dik il-parti tal-garanzija Mill-Istat li kienet tikkostitwixxi għajnuna inkumpatibbli.

Artikolu 14

75 % tas-self li jammonta għal GRD 1,99 biljun (EUR 5,9 miljuni), USD 10 miljuni u USD 5 miljuni mogħti rispettivament minn ETVA lil HSY fil-25 ta’ Lulju 1997, fil-15 ta’ Ottubru 1997 u fis-27 ta’ Jannar 1998 (dawn il-miżuri ssemmew il-miżura E16 fil-preambolu tad-deċiżjoni preżenti) jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 296 tat-Trattat.

Il-25 % l-oħra tas-self jikkostitwixxu għajnuna.

L-għajnuna inkluża fl-ewwel self, li kien denominat fi drachmas, tammonta għad-differenza bejn ir-rata ta’ referenza għall-Greċja miżjuda b’400 punt bażi u r-rata tal-imgħax imħallsa minn HSY. L-għajnuna inkluża fit-tieni u fit-tielet self, li kienu denominati f’dollari Amerikani, tammonta għad-differenza bejn US LIBOR miżjuda b’475 punt bażi u r-rata tal-imgħax imħallsa minn HSY.

Fit-tliet każijiet, l-għajnuna ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat u mhijiex kumpatibbli mas-suq komuni.

Din l-għajnuna għalhekk trid tiġi rkuprata.

Artikolu 15

25 % ta’ EUR 81,3 miljun u ta’ EUR 40 miljun, li jirrappreżentaw approssimazzjonijiet tal-ħlasijiet bil-quddiem li għamlet il-Flotta Griega fl-2000 u fl-2001 iżjed mill-ispejjeż li għamlet HSY fit-twettiq tal-kuntratti korrispondenti matul dak il-perjodu (dawn il-miżuri ssemmew il-miżura E17 fil-preambolu tad-deċiżjoni preżenti), jikkostitwixxu għajnuna matul sena waħda.

Din l-għajnuna ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat u mhijiex kumpatibbli mas-suq komuni. L-għajnuna li trid tiġi rkuprata tammonta għar-rata ta’ referenza għall-Greċja miżjuda b’600 punt bażi, li trid tingħadd matul sena waħda.

Artikolu 16

Il-garanzija ta’ kumpens mogħtija minn ETVA lil HDW/Ferrostaal li kienet tipprovdi li ETVA jikkumpensa lil HDW/Ferrostaal għal kull għajnuna Mill-Istat rkuprata mingħand HSY (din il-miżura kienet parti mill-miżura msemmija l-miżura E18c fil-preambolu ta’ din id-deċiżjoni) tikkostitwixxi għajnuna li ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat u li mhijiex kumpatibbli mas-suq komuni. Barra minn hekk, il-garanzija hija per se inkumpatibbli mas-suq komuni. Il-garanzija għalhekk għandha tiġi mwaqqfa immedjatament.

Artikolu 17

Billi l-għajnuna li għandha tiġi rkuprata, kif definita fl-Artikoli 2, 3, 5, 6, 8, 9 u 11-15, ibbenefikaw minnha esklussivament l-attivitajiet ċivili ta’ HSY, hija trid tiġi rkuprata mill-attivitajiet ċivili ta’ HSY. F’dan ir-rigward, il-Greċja trid tipprovdi evidenza dettaljata – fosthom konferma tal-kumpanija indipendenti li tivverifika l-kontijiet tagħha – li l-ħlas lura ġie ffinanzjat esklussivament mill-parti ċivili ta’ HSY.

Artikolu 18

1.   Il-Greċja għandha tirkupra mingħand HSY l-għajnuna li trid tiġi rkuprata kif definit fl-Artikoli 2, 3, 5, 6, 8, 9 u 11-15.

2.   Is-somom li għandhom jiġu rkuprati għandhom iġorru mgħax mid-data li fiha tpoġġew għad-dispożizzjoni ta’ HSY sal-irkupru attwali tagħhom.

3.   Ir-rata tal-imgħax għandha tiġi kkalkulata fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (168).

4.   L-irkupru tal-għajnuna għandu jkun immedjat u effettiv.

5.   Il-Greċja għandha tassigura li din id-deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur wara d-data ta’ notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 19

1.   Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, il-Greċja għandha tissottometti l-informazzjoni segwenti lill-Kummissjoni:

(a)

l-ammont (prinċipali u l-imgħaxijiet tal-irkupru) li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u li huma ppjanati biex tiġi rrispettata din id-Deċiżjoni;

(ċ)

dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna.

2.   Il-Greċja għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda biex tiġi implimentata din id-deċiżjoni sakemm jitlesta l-irkupru tal-għajnuna. Hija għandha tissottometti immedjatament, fuq talba tal-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u li huma ppjanati biex tiġi rrispettata din id-Deċiżjoni. Hija għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammont ta’ għajnuna u l-imgħax tal-irkupru li diġà ġie rkuprat mingħand il-benefiċjarju.

Artikolu 20

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Greċja.

Brussell, it-2 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Il-bidu tal-proċeduri tħabbar fil-ĠU C 202, 10.8.2004, p. 3. L-estensjoni tal-proċedura tħabbret fil-ĠU C 236, 30.9.2006, p. 40.

(2)  ĠU C 47, 12.2.1998, p. 3. Id-deċiżjoni ntbagħtet lill-Greċja fl-1 ta’ Awwissu 1997 (ittra SG(97)D 6556).

(3)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(4)  ĠU C 202, 10.8.2004, p. 3.

(5)  Ara nota 1 ta’ qiegħ il-paġna.

(6)  Ara nota 1 ta’ qiegħ il-paġna.

(7)  Ara nota 1 ta’ qiegħ il-paġna.

(8)  Fil-fatt, huwa mfakkar li kwalunkwe sottomissjoni ta’ parti interessata trid tintbagħat lill-Greċja għall-kummenti. Il-Greċja għandha xahar żmien biex twieġeb. Billi xi sottomissjonijiet kienu pjuttost voluminużi, il-Greċja setgħet talbet sabiex tingħata aktar żmien biex twieġeb. Jekk xi asserzjonijiet ma jkunux issostanzjati sew, il-Kummissjoni jista’ jkollha bżonn titlob għal aktar dokumenti biex isostnu dawn it-talbiet. Il-Kummissjoni jista’ jkollha bżonn tistaqsi wkoll lill-Greċja mistoqsijiet preċiżi dwar kwistjonijiet ġodda mqajma fis-sottomissjoni tal-parti interessata.

(9)  Din l-ittra għandha 65 paġna, flimkien ma’ 290 paġna ta’ annessi, l-ittra tal-24 ta’ April għandha 35 paġna, flimkien ma’ 900 paġna ta’ annessi u l-ittra tat-2 ta’ Ġunju għandha 63 paġna, flimkien ma’ 1 750 paġna ta’ annessi.

(10)  L-informazzjoni pprovduta f’din is-sezzjoni fil-biċċa l-kbira ġejja mid-dokument “Hellenic Shipyards S.A. – Confidential Information Memorandum – Alpha Finance/Commercial Bank of Greece/KPMG/Elias SP. Paraskevas” datat Marzu 2001, li tqassam lill-appaltaturi interessati. Kopja ta’ dan ir-rapport ġiet ipprovduta minn TKMS/GNSH fl-ittra tagħha tal-21 ta’ Ġunju 2007.

(11)  ĠU L 380, 31.12.1990, p. 27. Fl-Artikolu 10 hemm dispożizzjonijiet speċjali li jirreferu għall-Greċja.

(12)  ĠU C 88, 30.3.1993, p. 6.

(13)  ĠU C 138, 20.5.1994, p. 2.

(14)  PV(95) 1258, 26.7.1995, SEC(95) 1322/2, 24.7.1995.

(15)  ĠU C 68, 6.3.1996, p. 4.

(16)  ĠU C 80, 13.3.1997, p. 8.

(17)  ĠU L 148, 6.6.1997, p. 1.

(18)  ĠU C 306, 8.10.1997, p. 5.

(19)  L-amalgamazzjoni kienet awtorizzata mill-Kummissjoni taħt id-Deċiżjoni ta’ Amalgamazzjoni M.2772 tal-25.4.2002, ĠU C 143, 15.6.2002, p. 7.

(20)  L-amalgamazzjoni kienet awtorizzata mill-Kummissjoni taħt id-Deċiżjoni ta’ Amalgamazzjoni M.3596 tal-10.12.2004, ĠU C 103, 29.4.2006, p. 30.

(21)  L-amalgamazzjoni kienet awtorizzata mill-Kummissjoni taħt id-Deċiżjoni ta’ Amalgamazzjoni M.3932 tal-10.11.2005, ĠU C 287, 18.11.2005, p. 5.

(22)  ĠU C 186, 6.8.2002, p. 5.

(23)  ĠU L 75, 22.3.2005, p. 44.

(24)  L-awtoritajiet Griegi kkonfermaw din il-valutazzjoni fl-ittra tagħhom tal-20 ta’ Ottubru 2004.

(25)  Sezzjoni 2.1 tal-ittra tal-20 ta’ Ottubru 2004.

(26)  Sabiex jiġu valutati r-riżorsi proprji tal-kumpanija, l-ekwità netta hija ferm aktar rilevanti mill-kapital tal-ishma. Fil-fatt, l-ekwità netta tqis il-profitti miżmuma u t-telf tas-snin preċedenti, li rispettivament iżidu u jnaqqsu r-riżorsi proprji tal-kumpanija.

(27)  Is-sena finanzjarja 2003 kienet mill-1.1.2003 sat-30.9.2003.

(28)  ĠU C 273, 9.9.1997, p. 3.

(29)  Il-Kummissjoni tosserva li HSY ippruvat tissellef mis-suq b’rata aktar baxxa, iżda mingħajr suċċess. Dan il-fatt jidher mill-minuti tal-Bord tad-Diretturi ta’ HSY datati 1 ta’ Diċembru 1998 u 27 ta’ Jannar 1999, li kopji tagħhom kienu pprovduti minn TKMS/GNSH fl-ittra tagħha tal-21 ta’ Ġunju 2007. It-tentattiv biex tissellef mis-suq ġie rrappurtat ukoll fl-istampa (“Hellenic Shipyards set first euromarket loan”, Reuters News, 19 ta’ Marzu 1999).

(30)  Bis-saħħa tal-ħfir tad-dejn implimentat mill-Istat, HSY kienet kważi ħielsa mid-dejn, b’mod li l-ispejjeż tal-imgħaxijiet (jiġifieri r-rata tal-imgħax imħallsa lill-banek li sellfu) kienu baxxi ħafna fl-1997 u fl-1998 (dawn żdiedu b’mod drammatiku fis-snin ta’ wara). Kieku fl-1997 u fl-1998 l-ispejjeż tal-imgħaxijiet kienu f’livell aktar normali, ir-riżultati finanzjarji kienu jkunu inqas favorevoli u wisq probabbli ma kien jiġi rreġistrat ebda profitt fl-1998.

(31)  Il-pjan ta’ ristrutturazzjoni ħaseb ukoll għal żieda drammatika fil-attivitajiet ta’ konverżjoni ta’ bastimenti wara l-1998. HSY ma rnexxiliex tikseb dan il-għan.

(32)  Dan fil-fatt kien l-ewwel kuntratt għall-bini ta’ bastimenti li ġie konkluż ma’ kumpanija privata fi kważi għoxrin sena.

(33)  Mill-ewwel sena, il-kontijiet ta’ HSY kienu jinkludu provvediment għat-telf previst li jirriżulta mit-twettiq ta’ dan il-kuntratt. Fis-snin ta’ wara, l-ammont ta’ dawn il-provvedimenti żdied kull sena. Barra minn hekk, jidher li dawn il-provvedimenti ma kinux biżżejjed billi TKMS/GNSH bdiet proċedura kontra l-bejjiegħ ta’ HSY fuq dik il-kwistjoni. Rigward ir-raġunijiet għall-konklużjoni ta’ kuntratt li, meta jittieħed separatament, mhuwiex profittabbli, il-Kummissjoni tinnota li, bil-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt, il-maniġment probabbilment stenna li jkopri parti mill-ispejjeż fissi tat-tarzna (il-ktieb tal-ordnijiet għall-bini tal-bastimenti kien vojt dak iż-żmien) u għalhekk li jnaqqas it-telf mistenni tat-tarzna.

(34)  Dan il-kuntratt ġie rrappurtat mill-istampa. Ara pereżempju “Hellenic lands crucial submarine contract”, Lloyd’s List International, 30 ta’ Lulju 1999.

(35)  Skont paġni 5-12 tar-rapport tas-Servizzi ta’ Konsulenza Finanzjarja Deloitte (minn hawn ‘il quddiem “l-ewwel rapport Deloitte”) ppreżentat minn HSY b’appoġġ għall-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-bini tas-sottomarini kellu jibda biss fl-2003.

(36)  Skont artikli fl-istampa, f’Ottubru 1998 il-maniġment ta’ HSY kien diġà wissa lill-azzjonisti dwar id-diffikultajiet mistennija (ara l-artiklu tal-istampa kkwotat fin-nota 38 ta’ qiegħ il-paġna). Skont il-Minuti tal-Bord tad-Diretturi ta’ HSY datati 1 ta’ Diċembru 1998, kien mistenni telf għall-1999. Fil-bidu ta’ Diċembru 1999, il-maniġment ta’ HSY irrikonoxxa pubblikament li t-tarzna kienet ippjanata li tirreġistra telf ta’ GRD 10 biljuni (EUR 29 miljun) għas-sena 1999 u għas-sena 2000 (“Hellenic boss expects profit in 2001”, Lloyd’s List, 6 ta’ Diċembru 1999). Il-possibbiltà ta’ telf daqshekk kbir għall-1999 kien diġà rrappurtat mill-istampa f’Novembru 1999 (“Brown & Root team ousted from Hellenic”, Lloyd’s List, 19 ta’ Novembru 1999).

(37)  Ħlief kieku l-Istat ipprovda għajnuna addizzjonali (mhux kompatibbli) biex isostni l-attivitajiet ċivili tat-tarzna u appoġġ fuq skala kbira għall-attivitajiet militari.

(38)  Għaldaqstant, it-tarzna kienet f’riskju li ma tirċevix l-għajnuna għall-investiment imwiegħda mill-awtoritajiet Griegi, li ffissaw id-data tal-31 ta’ Diċembru 1999 sabiex jitlesta l-programm. Skont il-liġi Griega, sabiex jinkiseb prolungament ta’ dan il-perjodu, riedu jsiru tal-anqas 50 % tal-ispejjeż.

(39)  Fid-dokument “Hellenic Shipyards S.A. – Confidential Information Memorandum – Alpha Finance/Commercial Bank of Greece/KPMG/Elias SP. Paraskevas” datat Marzu 2001 u li ġie pprovdut lill-appaltaturi interessati (kopja ta’ dan id-dokument kienet ipprovduta minn TKMS/GNSH fl-ittra tagħha tal-21 ta’ Ġunju 2007), tidher id-deskrizzjoni segwenti: “Fl-1999 madankollu, ir-riżultati finanzjarji tal-Kumpanija reġgħu saru negattivi. Brown & Root insistew li jipproċedu bil-bidliet strutturali fil-persunal. Dawn il-bidliet ma ġewx aċċettati mill-Azzjonisti (Bank ETBA u l-Impjegati), u l-kuntratt ta’ Brown & Root ġie revokat” (paġna 15). L-artikli fl-istampa huma iżjed espliċiti: “Huwa maħsub li l-maniġment informa lis-sidien ta’ Hellenic sa minn Ottubru li għadda li din is-sena kienet se tkun sena ħażina sakemm ma jittiħdux miżuri sabiex jirrazzjonalizzaw l-impjegati, li huma l-proprjetarji konġunti tat-tarzna ma’ bank mill-Istat. Bil-flus jintefqu fuq il-modernizzar ta’ Hellenic għall-ewwel darba f’ħafna snin, it-tagħmir ġdid għamel il-problema rrappurtata tal-ħaddiema żejda aktar evidenti, iżda l-azzjonisti sal-lum irrifjutaw proposti sabiex jitnaqqsu minimu ta’ 250 impjieg, l-aktar klerikali. Fl-istess waqt, il-maniġment fittex li jintroduċi flessibilità akbar fil-prattiċi tax-xogħol tat-tarzna. Iżda r-riżultat prinċipali jidher li kien li jiġu antagonizzati l-mexxejja tal-unjins li fittxew it-tneħħija tat-tim amministrattiv magħmul minn tmien persuni, immexxija mis-Sur Groves, li huwa ssekondat minn Brown & Root tal-UK.”

(40)  Premessa 68 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ġunju 2004 dwar il-miżuri implimentati minn Spanja għal Siderúrgica Añón SA (ĠU L 311, 26.11.2005, p. 22); Premessa 42 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2002 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata minn Spanja għal Sniace SA (ĠU L 108, 30.4.2003, p. 35).

(41)  Ara nota 35 ta’ qiegħ il-paġna.

(42)  Paġna 5-19 tar-rapport.

(43)  Ara nota 29 ta’ qiegħ il-paġna.

(44)  Il-Kummissjoni hawnhekk tiddeskrivi xi wħud mill-iżbalji li jidhru f’Kapitlu 5.0 “Credit Worthiness of Hellenic Shipyards S.A” tal-ewwel rapport Deloitte.

L-ewwel, dwar l-“Implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Investiment (Status u Evoluzzjoni)”, l-ewwel rapport Deloitte f’paġna 5-4 isostni li fit-30 ta’ Ġunju 1999“l-ammont iċċertifikat qabeż il-50 % tal-investiment totali”. Madankollu, fir-realtà, l-ammont iċċertifikat fit-30 ta’ Ġunju 1999 kien jammonta għal 18 % tal-programm ta’ investiment totali. Dan juri li l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ investiment kienet bil-mod. Għalhekk l-“Istatus u l-Evoluzzjoni” tal-pjan kien fattur “negattiv” fit-tabella fil-paġna 5-2 tar-rapport.

It-tieni, dwar il-kriterji “Disponibilità ta’ proprjetà li tista’ tiġi ipotekata” (paġna 5-5 u 5-6), il-Kummissjoni tħoss li dan l-element huwa irrilevanti sabiex tevalwa jekk bank privat kienx jagħti s-self u l-garanziji mogħtija minn ETVA u l-Istat. Fil-fatt, is-self ta’ dawn tal-aħħar ma kien assigurat b’ebda dritt fuq il-proprjetà. Meta jivvaluta jekk self jew garanzija mogħtija mill-Istat tikkostitwixxix għajnuna, wieħed irid jivvaluta jekk din it-transazzjoni preċiża kinitx tkun aċċettabbli għal investitur privat. Il-Kummissjoni m’għandhiex għalfejn tivvaluta jekk HSY, billi tikkonkludi tip ieħor ta’ kuntratt li jagħti aktar dritt lil min isellef, kinitx tkun kapaċi tikseb is-self u l-garanziji. Anki jekk l-eżistenza ta’ proprjetà li setgħet tkun ipotekata tkun rilevanti, il-Kummissjoni tosserva li l-proprjetà eżistenti kienet diġà ipotekata għal ammont ta’ EUR 199 miljun sal-1998 u għal ammont ta’ EUR 51 miljun sal-2003. Għaldaqstant, sellief potenzjali kien ikun kapaċi jikseb biss dritt inizjali fuq parti limitata tal-proprjetà. Barra minn hekk, l-assi tanġibbli ta’ HSB kellhom valur ta’ likwidazzjoni baxx. Dan huwa kkonfermat mis-Servizzi ta’ Konsulenza Finanzjarja Deloitte nfushom f’paġna 8-8 u 8-9 tat-tieni rapport tagħhom miktub fit-18 ta’ Ġunju 2007 (minn hawn ‘il quddiem “it-tieni rapport Deloitte”) u ppreżentati min TKMS/GNSH b’appoġġ għall-ittra tagħha datata l-21 ta’ Ġunju 2007. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li d-“Disponibilità ta’ Proprjetà li tista’ tiġi ipotekata” hija irrilevanti fl-evalwazzjoni tal-miżuri, u, anki kieku tkun rilevanti, sellief potenzjali ma kienx jikkunsidra dan l-element daqshekk pożittiv daqskemm tindika Deloitte fl-ewwel rapport Deloitte.

It-tielet, id-“Disponibilità ta’ bini marbut ma’ xogħol li għaddej li jista’ jkun ipotekat” (paġna 5-7) mhix toffri protezzjoni solida għal kreditur jekk HSY ma tħallasx u twaqqaf l-attività. Fil-fatt, il-valur kummerċjali ta’ xogħol li jkun għadu għaddej huwa ġeneralment baxx meta mqabbel mal-fondi missellfa sabiex jinbena u meta mqabbel mal-valur tal-kuntratt. Dan kien illustrat miż-żewġ bwieq tal-laneċ ordnati mil-linji Strintzis, li nbiegħu bi prezz baxx u biss sentejn (jiġifieri mhux qabel minn) sentejn wara r-revoka tal-kuntratt għall-bini tal-bastimenti. Rigward it-twassil tar-riċevibbli lil bank li jsellef, din mhijiex protezzjoni b’saħħitha lanqas billi jekk it-tarzna twaqqaf l-attivitajiet tagħha, ix-xerrej ma jirċevix il-prodott ordnat u għalhekk ma jkollux iħalles il-prezz tax-xiri. Dan ifisser li s-sigurtà tkun bla siwi eżattament fix-xenarju fejn tkun meħtieġa. It-talbiet marbuta mal-għoti tal-kuntratti għalhekk ma jippermettux lill-bank li jsellef li jirkupra wisq flus fil-każ ta’ falliment ta’ HSY (ara, pereżempju, in-noti 128 u 131 ta’ qiegħ il-paġna tad-deċiżjoni preżenti). Konsegwentement, sellief potenzjali ma kienx jikkunsidra dan l-element b’mod pożittiv daqskemm tindika Deloitte fl-ewwel rapport Deloitte.

Ir-raba’, rigward is-“Self bankarju totali għall-proporzjon ta’ ekwità tal-azzjonisti u l-obbligazzjonijiet ta’ djun pendenti f’dak iż-żmien”, il-“Kuntratti ffirmati mal-Klijenti (il-ktieb tal-ordnijiet ta’ HS)”, l-“Evoluzzjoni tal-ġenerazzjoni tad-dħul” u l-“Evoluzzjoni tal-profittabilità”, il-Kummissjoni tirreferi għall-kummenti tagħha żviluppati aktar qabel fid-deċiżjoni preżenti. Fost affarijiet oħra, il-Kummissjoni tfakkar li sa mill-aħħar kwart tal-1998 seta’ jiġi previst li HSY kienet se turi telf fl-1999. Fix-xhur ta’ wara, deher evidenti li d-daqs ta’ dan it-telf kien se jkun kbir, u li kellu jkun mistenni wkoll telf kbir għas-sena 2000, b’mod li l-ekwità netta tal-HSY kienet kważi tispiċċa. Fil-qosor, il-Kummissjoni tħoss li l-ewwel rapport Deloitte ma jqisx li r-riżultati finanzjarji negattivi tas-snin 1999 u 2000 kienu diġà prevedibbli qabel il-bidu tas-sena rispettiva.

Il-ħames u l-aħħar, kif diġà spjegat, kwalunkwe sellief potenzjali kien jara ċ-ċirkustanzi u r-raġunijiet għala tneħħa l-maniġment eżistenti ta’ HSY bħala fattur negattiv. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni bħala “Mhux definibbli” f’paġna 5-2 ma tistax tiġi aċċettata mill-Kummissjoni.

(45)  Dan il-punt huwa żviluppat fis-sezzjoni li jmiss (sezzjoni 3.2) fejn il-Kummissjoni tanalizza l-imputabilità tal-imġiba ta’ ETVA għall-Istat. Li jkun bank għall-iżvilupp kien l-uniku mandat ta’ ETVA f’dak il-mument. Fin-nota 63 ta’ qiegħ il-paġna, l-awtoritajiet Griegi jindikaw ir-reazzjoni tagħhom għad-deċiżjoni ta’ estensjoni: “ETVA kien l-uniku bank għall-iżvilupp fil-Greċja, u għalhekk m’hemm ebda mod kif wieħed iqabbel l-attività għall-iżvilupp tiegħu ma’ dik ta’ istituzzjonijiet oħra ta’ kreditu.”

(46)  Ara nota 53 ta’ qiegħ il-paġna.

(47)  Rigward il-perjodu wara t-30 ta’ Ġunju 1999, il-Kummissjoni ma tarax ukoll x’“valur” kellu s-sehem ta’ HSY u għalhekk x’“valur” kien qiegħed jipprova jippreżerva ETVA. Fil-fatt, il-qagħda finanzjarja kienet tant ħażina li wieħed ma jirnexxilux jara kif l-ishma setgħu kellhom xi valur sinifikanti.

(48)  Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni (“Stardust”), Ġabra [2002], I-4397, paragrafu 52.

(49)  Ittra tal-5 ta’ Ottubru 2006, paragrafu 156.

(50)  Ittra tal-5 ta’ Ottubru 2006, paragrafu 156.

(51)  Il-Ftehim dwar ix-Xiri tal-Ishma ġie ffirmat fit-18 ta’ Diċembru 2001 u emendat fl-20 ta’ Marzu 2002, f’liema data sar l-għeluq tal-bejgħ.

(52)  Hemm bosta artikli fl-istampa li juru l-involviment tal-gvern f’dik id-deċiżjoni. Ara pereżempju “Deadline for Greek shipyard/Government to decide on purchase of Hellenic Shipyards”, Financial Times, 19 ta’ April 1985, “According to the Greek minister of national economy and shipping, Mr G. Arsenis, the government is under pressure to buy the Hellenic Shipyards because of the structure of Greek industry”, Lloyd’s List International, 29 ta’ Ġunju 1985, “Government to buy ailing Greek shipyard”, Financial Times, 17 ta’ Lulju 1985, “Mr A Drossoyannnis, the Greek Minister for National Defence, has announced that all future naval new building orders will be placed with Hellenic Shipyards”, Lloyd’s List International, 26 ta’ Lulju 1985, “Jobless shipyard workers march in Athens”, The Wall Street Journal, 12 ta’ Lulju 1985.

(53)  B’ittra tal-25 ta’ Novembru 1986, il-Greċja nnotifikat lill-Kummissjoni b’injezzjoni kapitali ta’ USD 58,3 miljun minn ETVA lil HSY. Il-każ kien irreġistrat taħt in-numru N 230/86. B’ittra tal-20 ta’ Marzu 1987 (referenza SG (87) D/3738), il-Kummissjoni infurmat lill-Greċja li l-injezzjoni ta’ kapital minn ETVA tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, li madankollu hija kompatibbli mas-suq komuni.

(54)  Kapitolu E (Artikolu 12-15) tal-Liġi 2367/1995.

(55)  Pereżempju l-Artikolu 13 tal-Liġi 2367/1995 kien jipprovdi għat-tnaqqis ta’ 600 min-numru ta’ ħaddiema fil-kumpanija u speċifika l-inċentivi għan-nies żejda. Barra dan, skont l-artikolu 14 ta’ din il-liġi, 99 % tad-djun eżistenti ta’ HSY dak iż-żmien kienu ser jiġu maħfura.

(56)  Kif indikat qabel, l-Istat fil-fatt beda jagħti għajnuniet kbar lil HSY malli xtraha.

(57)  Kif stabbilit qabel, HSY ma kellha ebda aċċess għall-banek mit-30 ta’ Ġunju 1999. Billi HSY ma setgħetx tissellef mis-suq u billi kienet f’qagħda finanzjarja prekarja, kieku ETVA rrifjuta li jagħti s-self jew talab rati tal-imgħax aktar għoljin, dan kien jiggrava d-diffikultajiet ta’ HSY (jew saħansitra wassal għall-falliment), xi ħaġa li ma kinitx tkun aċċettabbli għall-Istat. Għaldaqstant ETVA, minħabba l-influwenza tal-istat, ma kellu ebda għażla għajr li jagħti s-self mitlub minn HSY.

(58)  Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 93(2) tat-Trattat tal-KE lil Stati Membri u partijiet interessati oħra dwar l-għajnuna li l-Greċja tat lil Hellenic Shipyards plc, ĠU C 80, 13.3.1997, p. 8.

(59)  Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni (“Stardust”), Ġabra [2002], I-4397, paragrafu 56.

(60)  Ittra tal-awtoritajiet Griegi datata t-18 ta’ Settembru 2002 (irreġistrata mill-Kummissjoni fit-23 ta’ Settembru 2002 bin-numru A/36895), mibgħuta fil-qafas tal-kawża CP 101/2002.

(61)  Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni (“Stardust”), Ġabra [2002], I-4397, paragrafu 56.

(62)  Ittra tal-awtoritajiet Griegi datata l-20 ta’ Novembru 2003, mibgħuta fil-qafas tal-Kawża CP 101/2002.

(63)  Barra minn hekk, huma ngħataw flimkien mal-involviment diġà eżistenti ta’ ETVA f’HSY, b’mod li l-esponiment totali ta’ ETVA lejn HSY kien sinifikanti. Il-prova tas-sinifikat ta’ dan l-esponiment hija li r-Rapport Annwali ta’ ETVA tas-sena 2000 jirrikonoxxi d-dannu li sar lill-bank bl-involviment f’Hellenic Shipyards (p. 42-43).

(64)  L-ittra tal-Greċja datata l-15 ta’ Ġunju 2006 (il-proċedura tal-irkupru għandha n-numru CR 40/2002).

(65)  Fid-Deċiżjoni C 10/1994, il-Kummissjoni ma tivvalutax ir-rinunzja tad-djun li jirriżultaw mill-bini ta’ “bastimenti militari” minħabba li hija “attività li mhijiex fl-ambitu tat-Trattat tal-KE”. Bl-istess mod fid-deċiżjoni N 513/2001, il-Kummissjoni ma tivvalutax 75 % tal-għajnuna mill-Istat li tammonta għal EUR 118-il miljun minħabba li hija marbuta ma’ bini ta’ bastimenti militari.

(66)  Huwa mfakkar li HSY ma żammitx kontijiet separati bejn l-attivitajiet militari u ċivili matul is-snin ikkonċernati. Għaldaqstant, miżura tista’ tiġi kkunsidrata li tiffinanzja attività partikolari biss jekk id-deċiżjoni tal-għoti tindika eżatt liema attività hija ffinanzjata.

(67)  ĠU C 288, 9.10.1999, p. 2-18.

(68)  Matul l-istess sena, ir-rinunzja tad-djun relatati mal-attivitajiet militari tat-tarzna ma ġietx valutata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat mill-Kummissjoni.

(69)  Dan huwa ċar ukoll mill-kliem tad-Deċiżjoni C 10/1994.

(70)  Din kienet ukoll l-informazzjoni pprovduta lill-appaltaturi interessati waqt il-proċess ta’ privatizzazzjoni fl-2001, kif jista’ jiġi konkluż mir-rapport dwar id-“Diliġenza Dovuta” tad-19 ta’ Ġunju 2001 imwettaq minn Arthur Andersen għal HDW u Ferrostaal, p. 23 (ipprovdut bħala Appendiċi Ċ tar-rapport ippreżentat minn TKMS u GNSH fl-ittra tagħhom tal-21 ta’ Ġunju 2007).

(71)  Il-Kummissjoni tfakkar li l-privatizzazzjoni tal-2001-202 – u saħansitra anqas il-programm ta’ investiment matul dak il-perjodu – ma kinux mitluba mill-Kummissjoni.

(72)  Sezzjoni 1.3.b. tal-ittra datata l-20 ta’ Ottubru 2004.

(73)  Ammont ipprovdut f’EUR mill-awtoritajiet Griegi.

(74)  Din l-informazzjoni tidher fis-Sezzjoni 1.3 u fl-Annessi 4, 5 u 6 tal-ittra tal-Greċja datata l-20 ta’ Ottubru 2004.

(75)  ĠU C 71, 11.3.2000, p. 14

(76)  Ara nota 14 ta’ qiegħ il-paġna għall-ittra tal-Greċja tal-20 ta’ Ottubru 2004.

(77)  Il-Punt 2.1.2 tal-Avviż dwar il-garanziji jindika li “anki jekk qatt ma jsiru ħlasijiet mill-Istat taħt il-garanzija, xorta jista’ jkun hemm għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1). L-għajnuna tingħata fil-mument meta tingħata l-garanzija, mhux fil-mument meta tiġi invokata l-garanzija jew fil-mument meta jsiru l-ħlasijiet skont it-termini tal-garanzija. Jekk garanzija tirrappreżentax jew le għajnuna mill-Istat, u, jekk iva, x’jista’ jkun l-ammont ta’ dik l-għajnuna, irid jiġi valutat fil-mument li tingħata l-garanzija.”

(78)  Pereżempju, “Portugal shipyards” issemmew bħala kompetituri ta’ HSY f’paġna 10 tad-dokument “Hellenic Shipyards S.A. - Confidential Information Memorandum – Alpha Finance/Commercial Bank of Greece/KPMG/Elias SP. Paraskevas” datat Marzu 2001 u mqassam lill-appaltaturi interessati. Kopja ta’ dan ir-rapport ġie pprovdut minn TKMS/GNSH fl-ittra tagħha tal-21 ta’ Ġunju 2007.

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ ta’ Amalgamazzjoni Nru COMP/M.2772 – HDW/Ferrostaal/Hellenic Shipyard taħt l-intestatura “Definizzjoni ġeografika tas-suq” tindika li “il-partijiet jargumentaw, li s-suq għall-kostruzzjoni, it-tiswija u l-konverżjoni ta’ kull tip ta’ bastiment kummerċjali huwa dinji fl-ambitu ġeografiku, billi l-ispejjeż tat-trasport għall-bastimenti huma relattivament baxxi m’hemmx ostakoli sinifikanti għall-kummerċ.”

(79)  Il-Kummissjoni tosserva wkoll li d-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni u tal-Kunsill dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil HSY kienu bbażati fuq l-eżistenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u effett tal-kummerċ. Dawn id-deċiżjonijiet qatt ma ġew ikkontestati. Għaldaqstant, fl-evalwazzjoni tal-miżuri implimentati matul l-istess perjodu, mhijiex meħtieġa verifika estensiva tal-osservanza ta’ dawn iż-żewġ kriterji.

(80)  ĠU L 202, 18.7.1998, p. 1.

(81)  ĠU C 288, 9.10.1999, p. 2.

(82)  Din l-informazzjoni ġiet ipprovduta mill-Greċja fis-sezzjoni 1.3.a u l-Anness 4 tal-ittra tagħha tal-20 ta’ Ottubru 2004.

(83)  Kieku t-tarzna kienet waqqfet l-operazzjonijiet, l-organi ta’ kontroll kompetenti kienu jkunu jistgħu jiddeċiedu li ma jwettqu ebda kontroll fuq l-implimentazzjoni tal-pjan u għalhekk il-kundizzjoni li jitħallas l-ewwel porzjon ma kinitx tintlaħaq.

(84)  Fis-sezzjoni 1.2.2 “L-ewwel kontroll magħmul mill-organi kompetenti” (traduzzjoni Ingliża) tal-ittra tagħhom tal-20 ta’ Ottubru 2004, l-awtoritajiet Griegi jispjegaw li l-Ministeru tal-ekonomija nazzjonali kien tard fil-kitba tal-formola ta’ kontroll, bir-riżultat li l-iskadenza tal-31 ta’ Diċembru 1999 stabbilita fid-deċiżjoni tal-approvazzjoni mill-gvern ma kinitx tiġi rrispettata. Sabiex l-għajnuna titħallas wara dik id-data, l-awtoritajiet Griegi riedu jawtorizzaw estensjoni tal-perjodu biex jiġi implimentat il-pjan ta’ investiment. Id-deċiżjoni li tawtorizza l-estensjoni kienet tippresupponi l-estensjoni tal-kumitat għad-deċiżjoni nnifsu, li kienet ikkumplikata minn bidliet leġiżlattivi.

(85)  ĠU C 368, 23.12.1994, p. 12.

(86)  Id-differenza bejn iż-żewġ rati tal-imgħax trid tiġi mmultiplikata bil-prinċipali tas-self pendenti (jiġifieri li għadu ma tħallasx lura) matul is-sena inkwistjoni.

(87)  Bl-istess mod, l-Avviż dwar il-garanziji jindika li l-għajnuna tingħata meta tingħata l-garanzija u mhux f’data futura (ara nota 80 ta’ qiegħ il-paġna).

(88)  Fil-fatt, il-valur tas-suq ta’ self jiddependi fuq il-valur preżenti tal-likwidità futura, li titnaqqas billi tintuża rata tal-imgħax li tirrifletti r-riskju tas-self. Jekk ir-rata tal-imgħax stabbilita fil-kuntratt tas-self tkun inqas mill-aħħar rata ta’ mgħax, il-valur tas-suq jinżel immedjatament taħt il-valur nominali tas-self.

(89)  Kieku l-proprjetarju l-ġdid ta’ ETVA ddeċieda wara l-privatizzazzjoni li jtawwal self assigurat mhux mill-Istat lil hinn mill-maturità inizjali tiegħu, ma jkun hemm ebda għajnuna fil-perjodu lil hinn mill-maturità inizjali billi ma jkun hemm ebda riżorsi tal-Istat skont ir-raġunament li għadu kemm ġie spjegat.

(90)  Din l-informazzjoni ġiet ipprovduta mill-Greċja fis-Sezzjoni 1.3 u fl-Anness 6 tal-ittra tagħha tal-20 ta’ Ottubru 2004.

(91)  Ara n-nota 87 ta’ qiegħ il-paġna.

(92)  Wieħed jista’ jistaqsi għaliex ETVA kien iffirma l-kuntratt tas-self fil-31 ta’ Mejju 2002 jekk ma kellu ebda intenzjoni li jħallas l-ammont korrispondenti lil HSY. Il-Kummissjoni tosserva li d-data tal-kuntratt hija l-istess eżatt bħad-data tal-iffirmar tal-għeluq tal-bejgħ ta’ HSY. Għalhekk huwa probabbli li x-xerrejja ta’ HSY poġġew lil ETVA taħt pressjoni biex jagħti iżjed finanzjament lil HSY billi heddu li ma jaċċettawx l-għeluq tal-bejgħ. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ETVA probabbilment aċċetta li jikkonkludi dan il-kuntratt ta’ self, iżda inkluda dispożizzjonijiet fil-kuntratt li jippermettulu li jirrifjuta li jagħti s-self meta HSY titlob dan is-self. Kif se jiġi spjegat fil-valutazzjoni tal-miżura E18c, taħt is-sezzjoni 8.2.2 tal-kuntratt tal-20 ta’ Marzu 2002, il-Bank ta’ Piraeus kien mistenni li jgħin lill-Istat itemm il-bejgħ ta’ HSY. Fuq dik il-bażi, l-Istat probabbilment għamel ukoll pressjoni fuq ETVA biex jiffirma dan il-kuntratt ta’ self biex jiffaċilita l-għeluq tal-bejgħ ta’ HSY.

(93)  HSY issottomettiet kummenti dwar id-deċiżjoni ta’ estensjoni b’ittra tat-30 ta’ Ottubru 2006. Paragrafu 4 ta’ din l-ittra jindika li “minħabba l-fatt li HSY kienet ikkooperat mill-qrib mal-Istat Grieg fil-kuntest tat-tweġiba tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea, il-Kumpanija ma tħoss li hemm bżonn la li terġa’ tissottometti informazzjoni li diġà ġiet ippreżentat mill-Istat Grieg, u lanqas li terġa’ tippreżenta l-istess argumenti, li l-kontenut tagħhom hija tappoġġja b’mod sħiħ, iżda għall-iskop tal-kompletezza tat-tweġiba u sabiex tassisti lill-Kummissjoni fil-kompitu tagħha, hija se tiġbor fil-qosor l-argumenti li diġà tressqu u se tissottometti kwalunkwe evidenza ġdida li nġabret matul iż-żmien li għadda bejn it-tweġiba tal-Istat Grieg u t-tweġiba preżenti u se tippreżenta kwalunkwe argument ġdid jew supplimentari.” F’din id-deċiżjoni, il-kummenti ta’ HSY u tal-Greċja dwar id-deċiżjoni ta’ estensjoni għalhekk ser jingħaqdu, minflok ma jiġu ripetuti darbtejn l-argumenti.

(94)  Taħt id-Direttiva 90/684/KEE, l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni (Kapitolu III) hija maqsuma bejn għajnuna għall-investiment (Artikolu 6), għajnuna għall-għeluq (Artikolu 7), għajnuna għar-R&D (Artikolu 8) u għajnuna operattiva għar-ristrutturazzjoni (Artikoli 9 u 10).

(95)  Ittra tal-awtoritajiet Griegi datata l-15 ta’ Frar 2008, paragrafu 26.

(96)  Ittra tal-awtoritajiet Griegi datata d-19 ta’ Marzu 2007. Din kienet ripetuta fl-ittra tad-29 ta’ Ġunju 2007, paragrafu 62 u 63.

(97)  Id-dettalji ta’ din il-parteċipazzjoni se jiġu pprovduti fl-analiżi tal-miżura E10.

(98)  Ittra tal-awtoritajiet Griegi datata l-31 ta’ Marzu 2003, silta mit-tweġiba għall-mistoqsija 5.

(99)  Ittra tal-awtoritajiet Griegi datata d-29 ta’ Ġunju 2007, silta mill-paragrafi 49, 50 u 51.

(100)  Il-Kummissjoni ma setgħetx u fil-fatt ma injoratx li l-impjegati kellhom skopijiet bħall-preżervazzjoni tal-impjiegi u għalhekk ippruvaw jiddefendu dawn l-iskopijiet meta kienu qegħdin imexxu l-kumpanija tagħhom stess. Madankollu, il-prezz għoli tax-xiri kien ifisser li l-preżervazzjoni u ż-żieda fil-valur tal-ishma kienu se jsiru wkoll objettiv importanti għall-impjegati.

(101)  Ta’ min ifakkar li l-ħlas tal-prezz tax-xiri mill-impjegati permezz ta’ tnaqqis mill-pagi u l-allowances tagħhom, minbarra li kien stipulat fil-kuntratt ta’ Settembru 1995, kien ukoll stipulat fl-Artikolu 12 tal-Liġi 2367/1995.

(102)  Ta’ min ifakkar li ETVA seta’ inforza l-garanzija tiegħu fuq l-ishma kieku l-impjegati ma ħallsux il-prezz tax-xiri kif previst fil-kuntratt ta’ Settembru 1995.

(103)  Ta’ min ifakkar li l-ħlas tal-prezz tax-xiri mill-impjegati permezz ta’ tnaqqis mill-pagi u l-allowances tagħhom, minbarra li kien stipulat fil-kuntratt ta’ Settembru 1995, kien ukoll stipulat fl-Artikolu 12 tal-Liġi 2367/1995.

(104)  Fil-kuntratt ta’ Settembru 1995 kien indikat b’mod ċar li l-impjegati kellhom iħallsu b’mod parallel il-prezz tax-xiri u l-kontribuzzjoni għaż-żieda fil-kapital. Dan il-ħlas doppju għalhekk mhuwiex xi ħaġa li ma kinitx mistennija. Huwa parti essenzjali mill-kuntratt ta’ Settembru 1995. Il-Greċja messha vverifikat jekk id-dispożizzjonijiet bażiċi tal-kuntratt kinux vijabbli qabel ma ppreżentatu lill-Kummissjoni bħala privatizzazzjoni. Jekk id-dispożizzjonijiet essenzjali ta’ kuntratt li l-Greċja nnifisha ppreżentat lill-Kummissjoni jirriżultaw li ma jistgħux jiġu infurzati, irid jiġi konkluż li d-Deċiżjoni C 10/1994 kienet ibbażata fuq informazzjoni qarrieqa mill-Greċja u d-deċiżjoni għandha tiġi revokata.

(105)  Paragrafi 59 u 60 tal-ittra tal-awtoritajiet Griegi datata d-29 ta’ Ġunju 2007.

(106)  Paragrafu 191 tal-ittra tal-Greċja tal-5 ta’ Ottubru 2006 tindika: “Mill-31.12.1998 saż-żmien tal-bejgħ tal-ishma ta’ HSY lill-konsorzju HDW/FS (11.10.2001) kienet tnaqqset parti mis-salarji tal-azzjonisti impjegati, kif spjegat hawn fuq, bħala ħlas lil ETVA tal-prezz għax-xiri ta’ 49 % tal-ishma.” Stqarrija simili saret minn HSY fil-paragrafi 35 u 36 tal-ittra tagħha tal-31 ta’ Ottubru 2006. Qabel id-deċiżjoni tal-estensjoni, l-awtoritajiet Griegi kienu għamlu dikjarazzjonijiet simili fit-tmien kapitolu tal-ittra tagħhom tas-26 ta’ Mejju 2005. Barra minn hekk, f’diversi ittri l-Greċja indikat li l-impjegati kienu s-sidien ta’ 49 % tal-ishma. B’hekk, il-Greċja tat l-impressjoni li l-kuntratt ta’ Settembru 1995 kien ġie implimentat. Il-Kummissjoni skopriet biss wara li bdiet il-proċedura li l-Greċja ma kinitx implimentat il-liġi tagħha stess (jiġifieri l-Liġi 2367/1995), billi hija kienet trasferiet is-sjieda ta’ 49 % ta’ HSY lill-impjegati iżda ma kinitx implimentat il-bqija tal-kuntratt, jiġifieri li titlob il-ħlas tal-prezz tax-xiri minn għandhom. Mill-banda l-oħra, fl-ittra tagħhom tal-31 ta’ Marzu 2003, l-awtoritajiet Griegi kienu impliċitament issuġġerew li (parti mill-)impjegati ma kinux ħallsu (parti mill-)pagamenti annwali kif ippjanat.

(107)  L-ittri tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2007 mibgħuta lill-Greċja (mistoqsija 3) u tat-23 ta’ Awwissu 2007 mibgħuta lil HSY.

(108)  L-ittri tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2007 mibgħuta lill-Greċja (mistoqsija 4) u tat-23 ta’ Awwissu 2007 mibgħuta lil HSY. L-ittra tal-aħħar intbagħtet lill-Greċja għall-kummenti fit-13 ta’ Novembru 2007, u tat l-opportunità lill-Greċja biex tikkummenta għat-tieni darba.

(109)  Punti 2.3.c u 2.4 tal-ittra tal-Greċja tad-29 ta’ Ġunju 2007, l-ittra ta’ HSY tad-9 ta’ Ottubru 2007, u l-ittri tal-Greċja tal-14 ta’ Diċembru 2007 u tal-15 ta’ Frar 2008.

(110)  Fir-rigward tat-tiswija tal-ΚΕΥΜΑR fl-ewwel xhur tal-2003, il-Greċja ssostni li, billi t-tiswijiet kienu ferm aktar sofistikati milli f’każijiet oħra, huwa raġonevoli li wieħed jissupponi li l-persentaġġ tas-sigħat indiretti kien ta’ 25 % minflok 20 %.

(111)  Paragrafu 144 tal-ittra tal-Greċja tal-5 ta’ Ottubru 2006.

(*)  informazzjoni koperta bis-segretezza professjonali

(112)  L-ittra tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2004 (mistoqsija 2.2) li l-Greċja wieġbet għaliha bl-ittra tad-29 ta’ Ġunju 2007.

(113)  Wisq probabbli, din il-figura tindika kemm tiswa siegħa produttiva tal-impjegati ta’ HSY kull siegħa għal HSY f’sena partikolari. In-numru ta’ sigħat produttivi mwettqa minn ħaddiem huwa biss porzjon tan-numru ta’ sigħat imħallsa minn HSY lil dan il-ħaddiem. Dan in-numru jiddependi fuq bosta fatturi, speċjalment l-istruttura u l-effiċjenza tat-tarzna. Mill-banda l-oħra, is-sottokuntratturi huma f’kompetizzjoni ma’ xulxin. Għalhekk huma jridu jkunu kompetittivi u flessibbli. Huma għandhom spejjeż fissi limitati (jiġifieri l-ħaddiema permanenti) u l-ispejjeż tagħhom iridu jkunu baxxi. It-tarznari jużaw is-sottokuntratturi preċiżament għaliex huma irħas milli kieku jqabbdu iżjed ħaddiema huma nfushom.

(114)  Il-konsulent josserva:

 

“In-numru ta’ sigħat tax-xogħol għal kull persuna tas-sottokuntratturi jista’ jiġi derivat mill-ispejjeż, billi jintuża prezz medju ta’ siegħa siegħa li jkun komparabbli bejn sottokuntratturi tal-istess sengħa u pajjiż.

 

Skont ir-rapport “Żvilupp tal-Pagi 2006“ ippubblikat mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol, is-salarju minimu gross għal kull xahar huwa ugwali għal EUR 625,97 fil-Greċja u EUR 1 254,28 fi Franza.

 

Il-prezz tas-suq medju għal kull siegħa xogħol minn persuna fit-tiswija tal-bastimenti fi Franza jvarja bejn EUR 40 u EUR 50, billi jiġi applikat il-proporzjon ta’ 2 li jeżisti bejn Franza u l-Greċja għas-salarji minimi, wieħed jista’ jistenna prezz ta’ EUR 20 sa 25 għall-prezz tax-xogħol kull siegħa minn persuna fit-tiswija tal-bastimenti fil-Greċja.

 

Bħala riżultat tal-istħarriġ li għamilna, jidher li din ir-rata kienet tvarja bejn EUR 30 u 36 fil-bidu tal-2007. Dan il-prezz huwa l-prezz fatturat għal kull siegħa tax-xogħol diretta u tinkludi l-ispejjeż kollha relatati: sigħat indiretti, sigħat ta’ tmexxija, spejjeż ġenerali u spejjeż operattivi.

 

Billi ma sibniex fejn jinsabu l-pagi medji tas-settur tat-tiswija tal-bastimenti meta mqabbla mal-pagi minimi fiż-żewġ pajjiżi, nippreferu li nużaw figura konservattiva, u għalhekk l-istimi tagħna se jiġu kkalkulati bi prezzijiet tax-xogħol għal kull siegħa kull persuna li jvarjaw bejn 30 u 36 Euro fis-siegħa.

 

Ir-rati tax-xogħol għal kull siegħa tas-sottokuntratturi msemmija fl-anness 6 tas-sottomissjoni tal-Greċja lill-Kummissjoni huma kif ġej

(f’Euro)

Sena

Diretti

Jinkludu l-profitt (15 %) u l-ispejjeż indiretti (20 %), skont il-metodoloġija inkluża fl-anness 6 tas-sottomissjoni tal-Greċja

2002

25,97

40

2003

27,49

42,3

2004

(…)

(…)

2005

(…)

(…)

2006

(…)

(…)

 

Jekk nikkalkulaw il-kwantità sottokuntrattata ta’ sigħat tax-xogħol kull persuna bbażata fuq l-ispejjeż tax-xogħol kull siegħa kull persuna li jvarjaw bejn 30 u 36 Euro għall-2006 u derivati minn dawn iċ-ċifri għas-snin ta’ qabel billi nużaw l-indiċi ta’ eskalazzjoni ppubblikat mill-Eurostat, niksbu ċ-ċifri li ġejjin:

INDIĊI: Im-Ici-tot

2002

2003

(9 m)

2004

2005

2006

Indiċi tal-UE-27

108,9

112,8

116,5

119,7

121,6

Indiċi tal-Greċja

113,5

116,6

127,0

127,7

133,9

Bilanċ tax-xogħol ikkuntrattat

3 804 891

16 471 323

(…)

(…)

(…)

Stima tal-konsulent

Prezz ta’ siegħa xogħol kull persuna (valur minimu)

25,4

26,1

28,5

28,6

30

Sigħat diretti tax-xogħol kull persuna tas-sottokuntrattur (stima massima)

149 598

630 388

(…)

(…)

(…)

Stima tal-konsulent

Prezz ta’ siegħa xogħol kull persuna (valur massimu)

30,5

31,4

34,2

34,3

36

Sigħat diretti tax-xogħol kull persuna tas-sottokuntrattur (stima minima)

124 665

525 324

(…)

(…)

(…)

Ċifri għal Hellenic Shipyard

Prezz ta’ siegħa xogħol kull persuna

25,97

27,49

(…)

(…)

(…)

Prezz tax-xogħol għal kull siegħa + indirett + profitt

40,0

44,5

(…)

(…)

(…)

Sigħat diretti tax-xogħol kull persuna tas-sottokuntrattur

95 232

370 142

(…)

(…)

(…)“

(115)  L-ittra tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2004 (mistoqsija 2.2.d) li l-Greċja wieġbet għaliha bl-ittra tad-29 ta’ Ġunju 2007.

(116)  Kawża T-296/97 Alitalia vs Il-Kummissjoni, Ġabra [2000] II-3871, paragrafi 82 u 84.

(117)  B’mod partikolari, ETVA ma jistax, fuq naħa waħda, ma jimplimentax il-parti tal-kuntratt ta’ Settembru 1995 li tirrigward l-ħlas tal-prezz tax-xiri (jiġifieri ma jfittixx li jirċievi l-ħlasijiet annwali korrispondenti) u, fuq in-naħa oħra, isostni li fuq il-bażi tal-istess kuntratt huwa kien obbligat li jipparteċipa fiż-żidiet kapitali. Fi kliem ieħor, billi ETVA u l-Greċja kienu ddeċidew li ma jimplimentawx sewwa dispożizzjonijiet importanti tal-kuntratt, huma ma jistgħux fl-istess ħin jinvokaw b’mod selettiv dispożizzjonijiet oħra ta’ dan il-kuntratt biex isostnu li ETVA kien kuntrattwalment obbligat li jagħmel ċertu affarijiet (jiġifieri jipparteċia fiż-żidiet kapitali).

(118)  L-impjegati ta’ HSY ipparteċipaw fiż-żieda kapitali. Madankollu, huma ma sabux ruħhom fl-istess sitwazzjoni bħal ETVA. Fil-fatt, huma kienu diġà kisru l-kuntratt ta’ Settembru 1995 billi ma kinux qegħdin iħallsu l-prezz tax-xiri lil ETVA. Barra minn hekk, huma kienu f’sitwazzjoni differenti minn ETVA u minn investitur f’ekonomija tas-suq. Fil-fatt, huma kienu kkonċernati bil-preżervazzjoni tal-impjiegi tagħhom, li ħeġġithom sabiex jinvestu f’HSY, anki jekk ir-ritorn finanzjarju mistenni ma kienx suffiċjenti biex jikkonvinċi investitur f’ekonomija tas-suq sabiex jinvesti.

(119)  Il-Greċja pprovdiet kopja ta’ din il-liġi bħala Anness 10 tal-ittra tagħha tal-5 ta’ Ottubru 2006.

(120)  Mhuwiex għal kollox ċar mis-sottomissjonijiet tal-Greċja u ta’ HSY (inkluż ir-rapport Deloitte) jekk il-primjum kienx jammonta għal 0,4 % kull sena, iżda jitħallas kull tliet xhur, jew 0,4 % kull tliet xhur. Filwaqt li dan huwa importanti fil-proċedura tal-irkupru, huwa ma jbiddilx il-konklużjoni ta’ din id-deċiżjoni.

(121)  Din il-lista ġiet ipprovduta fil-paġni 3–11 u 3–12 tar-rapport, fil-qafas tal-analiżi tas-self ta’ GRD 10 biljuni li bbenefika minn garanzija mill-Istat mogħtija fuq il-bażi tal-Liġi 2322/1995 (miżura E14 ta’ din id-deċiżjoni).

(122)  Il-Kummissjoni awtorizzat skemi ta’ garanzija mingħajr għajnuna għall-bini ta’ bastimenti fil-Ġermanja (ĠU C 62, 11.3.2004, p. 3), l-Olanda (ĠU C 228, 17.9.2005, p. 10), Franza (ĠU C 259, 27.10.2006, p. 14) u l-Finlandja (ĠU C 152, 6.7.2007, p. 6). Dawn l-aħħar żewġ skemi jinkludu b’mod espliċitu garanziji fuq ħlasijiet bil-quddiem.

(123)  Billi l-Istat kellu 100 % ta’ ETVA meta dan tal-aħħar ta l-garanziji ta’ ħlas bil-quddiem, il-primjum ta’ garanzija mħallas minn HSY lil ETVA kien diġà remunerazzjoni għall-Istat.

(124)  L-emendi kienu kif ġej:

 

Ftehim tal-Programm 33a – SD 33a (Provvista ta’ 20 HA/A): il-penali kienu kkalkulati sal-31/12/2002 u rreġistrati fl-emendi bħala ammonti stabbiliti. Ġie maqbul li dawk l-ammonti għandhom jitħallsu f’10 pagamenti, bl-ewwel pagament irid jitħallas meta tiġi kkonsenjata l-ewwel vettura u d-disa’ pagamenti l-oħra jitħallsu meta ssir kull waħda mill-aħħar disa’ konsenji. Ġie maqbul li l-evoluzzjoni tal-penali kellha tieqaf mill-01/10/2003, bil-kundizzjoni li l-konsorzja (Siemens AG, Siemens SA u HSY) ifornu lill-OSE b’vetturi tal-ferrovija ekwivalenti. Il-konsorzju ssodisfa dik il-kundizzjoni biss parzjalment, u għalhekk l-OSE kkalkulat u talbet l-ammonti ta’ penali għall-perjodu kollu.

 

Ftehim tal-Programm 39 – SD 39 (Forniment ta’ 24 lokomottiva elettrika): il-penali kienu kkalkulati sal-31/12/2002 u rreġistrati fl-emendi bħala ammonti stabbiliti. Ġie maqbul li dawk l-ammonti għandhom jitħallsu f’10 pagamenti, bl-ewwel pagament isir meta tiġi kkonsenjata l-ewwel vettura u d-disa’ pagamenti l-oħra jitħallsu meta ssir kull waħda mill-aħħar disa’ konsenji. Ingħata perjodu bla penali bħala estensjoni taż-żmien ta’ konsenja. Ma sar l-ebda provvediment fir-rigward tal-vetturi tal-ferrovija ekwivalenti fil-każ tal-PA 39 SD 39, iżda l-iskeda tal-konsenja ġiet emendata. L-OSE talbet l-ammonti tal-klawsola tal-penali li kienu ġew stabbiliti sal-31/12/2002 u ġabrithom mingħand il-konsorzju (Siemens AG, Siemens SA u HSY).

 

Ftehim tal-Programm 35 – SD 35 (Forniment ta’ 29 vettura tal-ferrovija): ma ngħatax perjodu bla penali, u għalhekk l-OSE talbet u ġabret l-ammonti tal-klawsola tal-penali. Ġie ċċarġjat imgħax tan-nuqqas ta’ ħlas fuq l-ammonti tal-penali li ntalab għall-perjodu li fih ma tħallsux l-ammonti.

(125)  Saż-żmien tal-ittra tal-Greċja tal-5 ta’ Ottubru 2006, kienet inżammet is-somma ta’ EUR 9 932 511,99 u kien għad baqa’ tinżamm is-somma ta’ EUR 826 556.

(126)  Il-konsorzju għall-ftehim tal-programm kien jikkonsisti minn HSY, Siemens AG u ABB Daimler-Benz Transportation (Bombardier Transportation mill-1 ta’ Mejju 2001). Il-perċentwali ta’ implimentazzjoni għall-ftehim kienu 22,06 % tal-prezz totali finali mħallas għal HSY u 77,94 % għall-kumpaniji l-oħra.

(127)  Dak il-ftehim kien jipprovdi wkoll għall-konfigurazzjoni u l-installazzjoni ta’ protezzjoni awtomatika tal-ferroviji u sistema ta’ identifikazzjoni f’ħamsin unità multipla. L-iskeda kienet tipprovdi għat-tlestija tax-xogħol f’Jannar 2004. Fid-deċiżjoni Nru 578/4/4-9-2002 il-bord iddeċieda unanimament li jestendi ż-żmien ta’ konsenja sad-19 ta’ Mejju 2004, minħabba l-fatt li l-konsorzju ma kienx jaħti għad-dewmien. Ix-xogħol fl-aħħar nett tlesta fl-4 ta’ Ġunju 2004. Taħt il-paragrafu 14 tal-ftehim tal-programm, il-penali għan-nuqqas ta’ konformità ma’ żmien miftiehem għall-konsenja kellhom jibdew erbgħin ġurnata wara d-data kuntrattwali tal-konsenja u jekk biss il-fornitur kien jaħti għan-nuqqas ta’ konformità. Konsegwentement, ma kienx hemm raġuni biex jiġu imposti penali u mgħax minħabba dan id-dewmien.

(128)  Mhuwiex għal kollox ċar mis-sottomissjoni tal-Greċja u HSY (inkluż l-ewwel rapport Deloitte) jekk is-self inizjalment kienx denominat fid-drachmas jew fl-euros. It-tweġiba tal-Greċja għad-deċiżjoni tal-ftuħ tagħti biss ammonti f’euros u tindika rata ta’ mgħax ibbażata fuq tliet xhur Euribor. Mill-banda l-oħra, l-ewwel rapport Deloitte jindika li s-self ammonta għal GRD 16,92-il biljun u r-rata tal-imgħax kienet ibbażata fuq Libor. Din il-kwistjoni tista’ tiġi ċċarata fil-qafas tal-proċedura tal-irkupru.

(129)  Fl-ittra tagħhom tal-21 ta’ Ġunju 2007, TKMS u GNSH issottomettew it-tieni rapport Deloitte. Appendiċi C ta’ dan ir-rapport huwa “The Due Diligence Report on Hellenic Shipyards S.A.” bit-titolu “Copy for Presentation Purposes” u s-Sommarju Eżekuttiv ippreparat minn Arthur Andersen, datat 19 ta’ Ġunju 2001. Il-paġna 7 ta’ dan ir-rapport dwar id-diliġenza dovuta janalizza r-riċevibbli ta’ HSY, u jindika li d-dejn kummerċjali dovut minn Strintzis Lines “jista’ jinġabar biss mal-konsenja tal-bastimenti fl-2002.” Dan jikkonferma li, ħlief għall-ħlasijiet limitati bil-quddiem li kienu diġà tħallsu dak iż-żmien u għalhekk ma setgħux jinġabru aktar, il-bqija tal-prezz tax-xiri ma setax jinġabar qabel il-konsenja tal-bastimenti.

(130)  Fl-ittri datati 21 ta’ Ottubru 2004 u 17 ta’ Diċembru 2004 fil-Kawża CP 71/2002, l-awtoritajiet Griegi kkonfermaw li HSY applikat biex tirċievi għajnuna operattiva ta’ 9 % għaż-żewġ bastimenti, li ġiet aċċettata mill-Ministeru kompetenti. L-awtoritajiet Griegi madankollu kkonfermaw li fl-aħħar nett ma ngħatat ebda għajnuna billi HSY ma lestietx il-bini tal-bastimenti. Id-deċiżjonijiet tal-għoti kienu fl-aħħar mill-aħħar revokati. Miżura 13(c) tad-deċiżjoni tal-estensjoni tittratta dan is-suġġett.

(131)  Ara nota 127 ta’ qiegħ il-paġna.

(132)  Rigward il-possibilità li jinġabar dħul waqt it-twettiq tal-kuntratt (jiġifieri qabel il-konsenja), il-Kummissjoni għal darba oħra tirreferi għad-dokument ikkwotat fin-nota 132 ta’ qiegħ il-paġna ta’ din id-deċiżjoni, li jindika li fil-31 ta’ Diċembru 2000 id-dejn kummerċjali relatat mal-kuntratti ma’ OSE kien jammonta biss għal EUR 0,5 miljun. Barra minn hekk, id-dokument jindika li dawn l-ammonti dovutii se jiġu kkumpensati bil-ħlasijiet rispettivi bil-quddiem riċevuti. Dan juri li f’dak il-mument ma setgħu jinġabru l-ebda flus mingħand OSE.

(133)  Il-marġinu inizjali huwa 25 bps, li tela’ għal 125 bps mill-1 ta’ April 2000. Il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq l-ewwel rapport Deloitte.

(134)  L-artiklu li ġej mill-istampa jissuġġerixxi li l-attività tat-tiswija tal-bastimenti ma ġietx disturbata b’mod sinifikanti: “Contracts – Hellenic declares business as usual after Athens earthquake”, Lloyd’s List International, 14 ta’ Settembru 1999.

(135)  L-ittra li biha l-Greċja għamlet kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ.

(136)  Figura mill-ittra tal-Greċja datata d-29 ta’ Ġunju 2007.

(137)  Fid-19 ta’ Mejju 1999, din il-linja ta’ kreditu kienet konvertita minn USD għal EUR.

(138)  Rigward il-possibilità li jinġabru flus qabel il-konsenja tal-prodotti, il-Kummissjoni tirreferi għad-dokument ikkwotat fin-nota 132 ta’ qiegħ il-paġna, li hemm referenza għalih ukoll fin-nota 12 ta’ qiegħ il-paġna. Dan ir-rapport dwar id-diliġenza dovuta jirreferi għal perjodu wara l-ħlas lura tas-self li attwalment qiegħed jiġi valutat. Madankollu, huwa utli li jingħad li qabel il-konsenja ta’ prodott, ma jistgħu jinġabru kważi l-ebda flus. B’mod partikolari dan ir-rapport dwar id-diliġenza dovuti juri li fil-31 ta’ Diċembru 2000, ma setgħu jinġabru kważi l-ebda flus mingħand Strintzis, il-Flotta Griega, OSE u ISAP.

(139)  Ara l-avviż tal-Kummissjoni dwar il-metodu biex jiġu stabbiliti r-rati ta’ referenza u ta’ skont, ĠU C 273, 9.9.1997, p. 3.

(140)  Din il-karta tal-bilanċ tidher fid-dokumenti sottomessi minn TKMS u GNSH, deskritti fin-nota 128 ta’ qiegħ il-paġna ta’ din id-deċiżjoni.

(141)  Fil-każ tas-sottomarini, il-kundizzjonijiet imqiegħda mill-Istat Grieg iwasslu għar-riżultat li l-ewwel sottomarin kellu jinbena kompletament f’Kiel (il-Ġermanja) filwaqt li t-tnejn ta’ wara kellhom jiġu armati f’HSY (ara paragrafu 44 ta’ din id-deċiżjoni). Probabbli kien ikun irħas u aktar effiċjenti li t-tliet sottomarini kollha jiġu prodotti fil-Ġermanja. Kien ikun ukoll aktar razzjonali li ma tiġix inkluża HSY, li kienet kumpanija f’diffikultà u barra minn hekk ma kellha ebda esperjenza bis-sottomarini, fil-konsorzju.

(142)  F’mument minnhom, dawn il-fondi kienu meħtieġa biex ikopru l-ispejjeż iġġenerati mit-twettiq tal-kuntratti militari kkonċernati. F’dak il-mument, il-fondi ma kinux aktar disponibbli biex jiffinanzjaw attivitajiet oħra ta’ HSY. Fi kliem ieħor, parti mill-vantaġġ mogħti mill-Istat ġiet irtirata. Il-vantaġġ li fadal kien li matul il-kwarti preċedenti, it-tarzna kellha għad-dispożizzjoni tagħha l-fondi b’xejn, filwaqt li hija ma kinitx tkun tista’ tissellef dawk il-flus mill-banek.

(143)  Paġna 30 tal-ittra tat-30 ta’ Ottubru 2006.

(144)  Pereżempju, ir-rinunzja tad-dejn kbir ħafna relatat mal-attivitajiet militari ssemmiet fid-Deċiżjoni K 10/1994 tal-15 ta’ Lulju 1997 iżda ma ġietx valutata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-ispejjeż tal-għeluq marbuta mal-attivitajiet militari ssemmew fid-deċiżjoni N 513/2001 iżda ma ġietx valutata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, u l-istess sar għal diversi miżuri fid-deċiżjoni tal-estensjoni.

(145)  Pereżempju, l-istedina biex jiġu sottomessi offerti vinkolanti għall-akkwist tal-ishma ta’ Hellenic Shipyards S.A. datata t-2 ta’ Lulju 2001 tindika li “huwa stipulat li jekk tiġi imposta multa minħabba ksur potenzjali tar-regolamenti tal-KE fir-rigward tal-għajnuna mill-istat, l-ogħla appaltatur mhux se jkun responsabbli għall-ħlas ta’ multa simili. Din l-assigurazzjoni se tieħu preċedenza fuq it-trasferiment tal-Ishma.”

(146)  Il-minuti tal-laqgħa li saret fl-14 ta’ Settembru 2001, li ġew iffirmati mill-partijiet, jindikaw li “huwa miftiehem li l-awtorizzazzjoni tal-UE se tkun kundizzjoni li tippreċedi l-għeluq tal-kuntratt wara l-iffirmar tiegħu. B’mod alternattiv, f’każ li deċiżjoni bħal din tiġi ttardjata mill-UE […] jew ma tkunx sodisfaċenti, il-partijiet qablu li l-bank ETVA kien se jassumi l-obbligu li jipprovdi garanzija lil HDW-Ferrostaal b’rabta ma’ kwalunkwe kwistjonijiet pendenti relatati mal-UE, fir-rigward ta’ sussidji mill-Istat tal-imgħoddi u preżenti, jekk ikun hemm, relatati ma’ HSY.”

(147)  Pereżempju, f’ittra datata s-6 ta’ Diċembru 2001 u indirizzata lil HDW u kkupjata lil Ferrostaal, Alpha Finance, li kienet il-konsulent tal-Istat u ta’ ETVA tindika: “Ingħatajna struzzjonijiet mill-Ministeru tal-Iżvilupp u l-bank ETVA sabiex nipprovduk bil-lingwa mehmuża, proposta mill-bank ETVA, għal […] l-ittra ta’ garanzija li għandha tiġi pprovduta mill-bank ETVA lil HDW/Ferrostaal fil-każ li l-Klawsola 1.2.3 tal-Ftehim ma tiġix sodisfatta.” Fil-messaġġi bil-faks datati 23 ta’ Jannar 2002, 31 ta’ Jannar 2002 u 8 ta’ Marzu 2002, HDW bagħtet lil Alpha Finance kummenti dwar il-formulazzjoni eżatta tal-garanzija.

(148)  Il-Bank ta’ Piraeus issottometta diversi artikoli mill-istampa b’rabta mal-perjodu Ottubru 2001 sa Mejju li juru li l-gvern kien direttament involut fil-proċess tal-privatizzazzjoni ta’ HSY.

(149)  L-ittra tat-23 ta’ Mejju 2005 tindika:

“Il-bejgħ ta’ HSY sar bil-proċedura tad-denazzjonalizzazzjoni (Liġi 2001/1990). Il-proċedura tad-dikjarazzjoni, li kienet tippreċedi l-konklużjoni ta’, inizjalment il-kuntratt promissorju tal-11.10.2001, u, suċċessivament, il-kuntratt eżekuttiv (31.5.2002), kienet tinkludi l-kundizzjonijiet essenzjali kollha tat-trasferiment, kif ukoll il-konsenja tal-memorandum analitiku tal-konsulent finanzjarju (datat April 2001) u s-sottomissjoni tal-offerti. Matul dawn l-istadji kollha, li fihom il-partijiet kollha interessati (inkluż l-ilmentatur) kellhom aċċess għall-informazzjoni, ġiet stipulata l-kundizzjoni tal-garanzija.”

Għalhekk, kif sottolinjat ukoll fl-ittra tas-17.12.2004, hija ma tikkonċernax biss kundizzjoni legali u finanzjarja komuni, iżda wkoll kundizzjoni li hija inkluża fid-negozjati għall-privatizzazzjoni tat-Tarzna mill-bidu nett u, b’mod partikolari, fil-forma ta’ kundizzjoni (sine qua non) kritika, li mingħajrha ma kinitx tkun possibbli l-konklużjoni tal-bejgħ tal-ishma ta’ HSY. Hija karatteristika li, kif issemma aktar ‘il fuq, din il-kundizzjoni, bi stipulazzjonijiet differenti iżda dejjem bl-istess objettiv, jiġifieri t-tħaffif raġonevoli tat-transazzjoni fil-qafas tar-regoli tas-suq, tidher mill-bidu tal-proċedura tal-privatizzazzjoni fit-testi li ġejjin:

 

Id-Dikjarazzjoni tal-Konsulent

 

L-Istedina għas-Sottomissjoni ta’ Offerti Vinkolanti

 

L-Offerta tal-Impriża Xerrejja Konġunta (b’mod partikolari mingħajr ma kienet inkluża fid-Dikjarazzjoni tal-Ħruġ minn din il-kundizzjoni)

 

Fit-testi tan-Negozjati u, fl-aħħar nett,

 

Fil-Ftehim dwar ix-Xiri tal-Ishma tal-11 ta’ Ottubru 2001.

Għalhekk, id-dikjarazzjoni ta’ garanzija li hija inkluża mal-addendum tal-kuntratt ta’ garanzija tal-31.5.2002 kienet indirizzata lill-appaltatur kandidat mill-bidu nett u għalhekk ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat għax-xerrej finali. L-istess kundizzjoni kienet tkun valida għal kull appaltatur, billi, kif diġà ssemma, hija ġiet inkluża fil-proċedura tad-denazzjonalizzazzjoni. Huwa wkoll awtoevidenti li, billi l-proċedura tad-denazzjonalizzazzjoni bdiet fi Frar 2001 (fi żmien meta l-azzjonist prinċipali tal-Bank dak iż-żmien bejjiegħ ETVA kien l-Istat Grieg), l-Istat, bħala bejjiegħ ta’ ETVA lill-Bank ta’ Piraeus, kellu jipprovdi wkoll u fil-fatt ipprovda l-garanzija tiegħu stess lix-xerrej tal-ishma tiegħu f’ETVA (Bank ta’ Piraeus), fir-rigward tal-ass li kien għall-bejgħ, jiġifieri t-Tarznari, minħabba li l-bejjiegħ kellu jipprovdi tali garanzija. Dawn il-garanziji, kif diġà ġie enfasizzat, huma inklużi bi trasparenza u ċarezza assoluta fit-testi kuntrattwali kollha tad-denazzjonalizzazzjoni u prinċipalment fil-kuntratt promissorju tal-11.10.2001, jirrigwardaw il-karattru tat-transazzjoni (bejgħ ta’ assi definit), huma validi għall-appaltaturi kollha u ma jagħtu l-ebda benefiċċju addizzjonali lil ħadd. Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, hija ppruvata n-natura vera ta’ din il-garanzija (bħala kundizzjoni meħtieġa għat-transazzjoni u komuni taħt ir-regoli tas-suq), kif ukoll il-karattru vinkolanti tagħha, fuq il-bażi tal-proċeduri kollha li jippreċedu l-privatizzazzjoni iżda wkoll tal-Ftehim dwar il-Bejgħ-Xiri tal-ishma ta’ HSY tal-11.10.2001 innifsu, li suċċessivament kien segwit mill-Ftehim dwar il-Bejgħ-Xiri tal-ishma ta’ ETVA tat-18.10.2001 u l-Ewwel Att ta’ Emenda tat-18.3.2002 bejn ETVA u l-Istat Grieg. Il-punt fundamentali, madankollu, huwa – u dan huwa enfasizzat b’mod enfatiku – li l-kundizzjoni fuq il-garanzija hija inkluża fil-proċedura sħiħa tad-denazzjonalizzazzjoni u mhijiex stipulata għall-ewwel darba wara l-konklużjoni tal-kuntratt. Madankollu, hija ma tikkostitwix “invenzjoni” tal-aħħar minuta, kif jixtieq juri l-ilmentatur, li l-għan tagħha huwa li tevadi r-Regoli Komunitarji dwar il-legalità tal-għajnunijiet mill-Istat.

“L-Istat Grieg bħala bejjiegħ tal-ishma ta’ ETVA kellu, mhux biss fiż-żmien tal-kuntratt tat-18.10.2001, iżda wkoll skont il-liġi, jittrasferixxi lill-Bank ta’ Piraeus l-ishma tiegħu f’ETVA ħielsa minn kll obbligazzjoni. Minħabba li l-Bank ta’ Piraeus ma kellu ebda involvement fil-proċedura tal-privatizzazzjoni ta’ HSY, huwa għandu, skont il-liġi u d-drawwiet tat-transazzjoni, ikun assigurat kontra kwalunkwe obbligu li joħroġ mill-kuntratt tat-trasferiment ta’ HSY li fih huwa ma kienx qiegħed jipparteċipa. U hija din l-assigurazzjoni li l-garanzija tal-Istat Grieg tat-18.3.2002 tipprovdi għaliha. Din il-garanzija kienet tinftiehem waħidha u legali. L-Istat Grieg ta billi kellu obbligu kuntrattwali, li jaġixxi fil-konfront tal-Bank ta’ Piraeus bħala parti għal kuntrat, jiġifieri bħala fisku, u mhux bħala aġent ta’ poter pubbliku.”

Il-Kummissjoni tfakkar li fiż-żmien ta’ dik l-ittra, il-Greċja, fil-kummenti tagħha dwar l-allegazzjonijiet ta’ Elefsis li l-garanzija kienet tikkostitwixxi għajnuna lil HDW/Ferrostaal, xtaqet turi li din il-garanzija ma kinitx tikkostitwixxi vantaġġ mogħti b’mod selettiv lil HDW/Ferrostaal iżda kienet offruta lill-appaltaturi kollha (fosthom Elefsis) li pparteċipaw fil-proċess tal-privatizzazzjoni ta’ HSY. Fis-sottomissjonijiet suċċessivi tagħha lill-Kummissjoni, il-Greċja billi rrealizzat li l-Kummissjoni setgħet tikkunsidra din il-garanzija bħala għajnuna lil HSY, ippruvat tpoġġi fid-dubju l-imputabilità tal-miżura għall-Istat billi ssostni li l-garanzija ma ġietx konkluża qabel Mejju 2002, li hija kontradizzjoni totali tad-dikjarazzjonijiet magħmula fl-ittra tat-23 ta’ Mejju 2005.

(150)  Kif indikat fil-paragrafu 59 ta’ din id-deċiżjoni, il-privatizzazzjoni ġiet deċiża bid-deċiżjoni Nru.14/3-1-2001 tal-Kumitat Interministerjali rilevanti għall-Privatizzazzjoni.

(151)  Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-formulazzjoni u l-istruttura tal-ftehim tal-20 ta’ Marzu 2002 mhijiex ċara. L-Artikolu 8.2.4 tal-ftehim tal-20 ta’ Marzu 2002 jipprovdi li, fir-rigward tal-għajnuna inkluża fl-Artikolu 3 sa 6 tal-Liġi 2941/2001 (ara l-paragrafu 33 ta’ din id-deċiżjoni għal deskrizzjoni ta’ dik il-liġi), l-Istat kellu jħallas lill-Bank ta’ Piraeus 100 % tal-ammont li jitħallas minn ETVA lil HDW/Ferrostaal. Madankollu, fil-każ tal-irkupru ta’ għajnuna mhux inkluża fl-Artikoli 3-6 tal-Liġi 2941/2001, l-Artikolu 8.2.4 tal-ftehim tal-20 ta’ Marzu 2002 ma japplikax. Għalhekk, ikun applikabbli l-Artikolu 8.2.1. Dan l-artikolu jipprovdi li l-Istat iħalas lill-Bank ta’ Piraeus 57,7 % biss tal-ammont li jitħallas minn ETVA lil HDW/Ferrostaal. Madankollu, il-Kummissjoni tosserva li l-Artikolu 8.2.2 tal-ftehim jindika li, minkejja l-bejgħ tal-maġġoranza tal-ishma ta’ ETVA lill-Bank ta’ Piraeus, kien l-Istat – u mhux il-Bank ta’ Piraeus/ETVA – li kellu jmexxi l-bejgħ li kien għaddej ta’ HSY. Dan l-Artikolu, u b’mod partikolari l-punt 8.2.2(d), jindika li l-Istat iwiegħed li x-Xerrej (jiġifieri l-Bank ta’ Piraeus) ma jsofri l-ebda ħsara b’rabta mal-privatizzazzjoni ta’ Hellenic Shipyards. Billi, kif muri fl-Artikolu 8.2.4 (u mill-Artikolu 7.4 tal-Ftehim tat-18 ta’ Diċembru 2001), il-ftehim kien ibbażat fuq is-suppożizzjoni li l-Bank ta’ Piraeus u ETVA dalwaqt kienu se jingħaqdu, l-impenn meħud mill-Istat fl-Artikolu 8.2.2 ma kienx se jiġi rrispettat kieku dan kellu jħallas lill-Bank ta’ Piraeus 57,7 % biss tas-somma mħallsa minn ETVA lil HDW/Ferrostaal. Fi kliem ieħor, sabiex jiġi implimentat l-impenn meħud fil-paragrafu 8.2.2 – jiġifieri li jiġi żgurat li l-Bank ta’ Piraeus ma jsofrix mill-bejgħ ta’ HSY – il-mekkaniżmu stipulat fl-Artikolu 8.2.4 irid japplika fil-każijiet kollha ta’ rkupru tal-għajnuna, u mhux biss fil-każijiet ta’ rkupru tal-għajnuna li joħorġu mil-Liġi 2941/2001.

(152)  B’ittra datata t-28 ta’ Mejju 2002, il-Bank ta’ Piraeus ikkonsulta lill-gvern dwar il-formulazzjoni tal-garanzija li ETVA kien beħsiebu jagħti lil HDW/Ferrostaal u talab konferma li, jekk tiġi kkanċellata din il-garanzija, tapplika dik prevista fl-Artikolu 8.2.4 tal-Ftehim tal-20 ta’ Marzu 2002. B’ittra tal-31 ta’ Mejju 2002, il-gvern ta l-qbil tiegħu li ETVA joħroġ din il-garanzija u kkonferma li, f’każ li tiġi invokata, tapplika dik prevista fl-Artikolu 8.2.4. Dan ifisser li anki jekk, kuntrarju għall-konklużjoni preċedenti, il-ftehim tal-20 ta’ Marzu 2002 kien obbliga lill-Istat li jħallas lill-Bank ta’ Piraeus 57,7 % biss tal-ammont imħallas minn ETVA lil HDW/Ferrostaal, dan ġie mmodifikat bl-ittra tal-gvern tal-31 ta’ Mejju 2002, li tiddikjara b’mod ċar li l-mekkaniżmu pprovdut fl-Artikolu 8.2.4 tal-Ftehim tal-20 ta’ Marzu 2002 (jiġifieri kumpens ta’ 100 %) japplika.

(153)  Bi tweġiba għal mistoqsija preċiża mill-Kummissjoni mibgħuta b’ittra tat-12 ta’ Frar 2008, il-Greċja kkonfermat fl-ittra tagħha tat-3 ta’ Marzu 2008 li hija obbligata li tħallas lill-Bank ta’ Piraeus l-ammont sħiħ (jiġifieri 100 % u mhux 57,7 %) imħallas minn ETVA lil HDW/Ferrostaal.

(154)  Kif indikat fil-valutazzjoni tal-miżura E7, l-impjegati kienu s-sidien ta’ dawn l-ishma iżda ma ħallsux il-prezz tax-xiri li suppost kellhom iħallsu lil ETVA.

(155)  Ara l-paragrafu 33 għal deskrizzjoni ta’ dik il-liġi.

(156)  Kawża C-334/99 Repubblika Federali tal-Ġermanja vs il-Kummissjoni, paragrafi 133-141.

(157)  Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li, skont dak li taf hi, l-ebda waħda mis-selfiet u l-garanziji koperti bl-Artikolu 296 ma tikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fis-sezzjoni 3.1 ta’ din id-deċiżjoni. Għalhekk ma kinux ikunu aċċettabbli għal investitur f’ekonomija tas-suq.

(158)  Meta wieħed jikkunsidra l-istmellija tar-riskju tal-aġenti ekonomiċi, il-bejgħ ta’ HSY ikun preferut fuq il-likwidazzjoni ta’ HSY biss jekk l-aspettattiva statistika tal-ħlasijiet li jirriżultaw mill-garanzija tkun konsiderevolment anqas minn EUR 6 miljuni.

(159)  Ara l-paragrafu 33 għal deskrizzjoni ta’ dik il-liġi.

(160)  Din diġà ġiet analizzata mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-estensjoni, b’mod partikolari fid-deskrizzjoni u l-valutazzjoni tal-miżura 18(a). Il-Kummissjoni tinnota wkoll li t-tieni rapport Deloitte jindika: “Il-klawsola d) hawn fuq, rigward l-allokazzjoni tal-konsiderazzjoni bejn ammont destinat għal żieda kapitali tal-ishma u prezz offrut għall-ksib tal-ishma eżistenti, bi proporzjon stabbilit ta’ 2:1, mill-esperjenza tagħna fi transazzjonijiet simili, mhijiex terminu komuni ħafna. Madankollu, fid-dawl tal-problemi operattivi sinifikanti u l-qagħda finanzjarja sejra lura tal-Kumpanija, aħna nemmnu li d-deċiżjoni meħuda mill-Bejjiegħa (u l-Konsulenti tagħhom) li jiffissaw dawn it-termini kienet kemm razzjonali kif ukoll raġonevoli.” (paġna 9–2). Il-Kummissjoni tinterpreta din il-kwotazzjoni bħala konferma li din l-allokazzjoni tal-prezz tax-xiri kienet talba razzjonali u raġonevoli tal-Istat jekk wieħed jikkunsidra li l-għan tiegħu kien li jiżgura l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet ta’ HSY fuq il-perjodu fit-tul (mira bħala awtorità pubblika), u mhux jekk wieħed jikkunsidra li l-għan tiegħu kien li jimmassimizza d-dħul mill-bejgħ (mira bħala investitur f’ekonomija tas-suq).

(161)  Ara n-nota 149 ta’ qiegħ il-paġna.

(162)  Il-Kummissjoni ma tgħidx li diliġenza dovuta kienet tippermetti li jiġu identifikati l-miżuri kollha li għandhom jiġu rkuprati skont din id-deċiżjoni, iżda xi wħud minnhom. Fl-ittra tagħha tal-21 ta’ Ġunju 2007, TKMS/GNSH ippreżentat xi rapporti ta’ diliġenza dovuta li saru fl-2001 minn Arthur Andersen f’isem HDW/Ferrostaal. F’dawn ir-rapporti, Arthur Andersen jindika li mhuwiex eskluż li HSY irċeviet għajnuna mill-Istat li fil-futur għandha tiġi rkuprata.

(163)  B’mod partikolari, billi ETVA u l-Greċja wiegħdu li jagħtu din il-garanzija fid-dokument tal-offerti sottomess lill-appaltaturi, il-fatt li din il-garanzija ma ssemmietx bħala kundizzjoni fid-dokumenti tal-offerta sottomessi minn Elefis, ma kinux jimpeduh milli jitlobha iżjed tard fil-proċess tan-negozjati.

(164)  Dan il-punt huwa enfasizzat fit-tieni rapport Deloitte li jiddikjara li, kieku HDW/Ferrostaal kellha terfa’ r-riskju li jkollha tħallas lura l-għajnuna mill-Istat riċevuta minn HSY fis-snin ta’ qabel, hija ma kinitx tixtri lil HSY.

(165)  Dan huwa ċar mit-test tas-Seba’ Direttiva dwar il-Bini tal-Bastimenti u mill-istruttura tagħha, li fiha l-“Għajnuna għall-Investiment” hija parti minn “Kapitolu III Għajnuna għar-ristrutturazzjoni”.

(166)  Ara r-rinunzja kbira ħafna tad-dejn imsemmija fid-Deċiżjoni C 10/1994, il-ħlas tal-ispejjeż tal-għeluq imsemmi fid-deċiżjoni N 513/2001, u l-għajnuniet finanzjarji kollha pprovduti mill-Istat u li jaqgħu taħt l-Artikolu 296 li ssemmew fid-deċiżjoni tal-estensjoni.

(167)  Pereżempju, fir-rigward tal-appoġġ finanzjarju mill-Istat li ġie pprovdut lil HSY mingħajr ma kien indikat għall-finanzjament ta’ attività preċiża, il-Kummissjoni qieset li 25 % biss tal-appoġġ finanzjarju gawdew minnu l-attivitajiet ċivili. Madankollu, jekk tiġi rkuprata 25 % biss tal-għajnuna, 6,25 % biss (jiġifieri 25 % ta’ 25 %) tal-għajnuna mill-Istat fil-fatt ġiet irkuprata mill-attivitajiet ċivili. Dan ma jirrestawrax is-sitwazzjoni inizjali tal-attivitajiet ċivili ta’ HSY, minħabba li huma rċevew 25 % tal-għajnuna mill-Istat u se jroddu lura biss 6,25 %.

(168)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.


27.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 225/180


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Lulju 2008

dwar il-miżuri C 58/02 (ex N 118/02) li Franza implimentat favur is-Société Nationale Maritime Corse-Méditerranée (SNCM)

(notifikata bid-dokument numru C(2008) 3182)

(It-test Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/611/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom b’mod konformi mal-Artikoli msemmija (1) u wara li kkunsidrat dawn l-osservazzjonijiet,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fit-18 ta’ Frar 2002, ir-Repubblika Franċiża nnotifikat lill-Kummissjoni bi proġett ta’ għajnuna għar-ristrutturazzjoni favur is-Société Nationale Maritime Corse-Méditerranée (iktar ‘il quddiem imsejħa l-“SNCM”) (2), li tlesta fit-3 ta’ Lulju 2002 (3). L-għajnuna għar-ristrutturar innotifikata kienet tikkonsisti fil-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-SNCM permezz tal-Compagnie Générale Maritime et Financière (iktar ‘il quddiem “is-CGMF”) (4) għal ammont ta’ EUR 76 miljun.

(2)

B’ittra tad-19 ta’ Awwissu 2002, il-Kummissjoni nnotifikat lill-awtoritajiet Franċiżi bid-Deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali b’applikazzjoni tal-Artikolu 88(2) KE prevista fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (5).

(3)

Fit-8 ta’ Ottubru 2002 (6), l-awtoritajiet Franċiżi rrapportaw lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet tagħhom dwar id-Deċiżjoni tad-19 ta’ Awwissu 2002 (7).

(4)

B’talba mill-awtoritajiet Franċiżi, xi laqgħat ta’ xogħol kienu organizzati mas-servizzi tal-Kummissjoni fl-24 ta’ Ottubru 2002, fit-3 ta’ Diċembru 2002 u fil-25 ta’ Frar 2003.

(5)

Fil-qafas tal-ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni rċeviet xi osservazzjonijiet miż-żewġ impriżi, li huma il-Corsica Ferries France (iktar ‘il quddiem imsejħa “CFF”) fit-8 ta’ Jannar 2003 (8) u l-grupp Stef-TFE fis-7 ta’ Jannar 2003, kif ukoll mid-diversi awtoritajiet lokali Franċiżi fit-18 ta’ Diċembru 2002 u fid-9 u l-10 ta’ Jannar 2003. Hija bagħtet dawn l-osservazzjonijiet lil Franza għal kummenti permezz ta’ ittri tat-13 u s-16 ta’ Jannar u l-5 u l-21 ta’ Frar 2003.

(6)

L-awtoritajiet Franċiżi bagħtu lill-Kummissjoni l-kummenti tagħhom dwar l-osservazzjonijiet tas-CFF u tas-Stef-TFE fit-13 ta’ Frar 2003 (9) u fis-27 ta’ Mejju 2003 (10).

(7)

Fis-16 ta’ Jannar 2003, is-servizzi tal-Kummissjoni bagħtu talba għal informazzjoni supplementari li għaliha l-awtoritajiet Franċiżi wieġbu fil-21 ta’ Frar 2003.

(8)

B’ittra tal-10 ta’ Frar 2003 (11), l-awtoritajiet Franċiżi ressqu argumenti bl-iskop li juru li l-proġett ta’ għajnuna jissodisfa kompletament il-linji gwida Komunitarji għall-għajnuniet mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar tal-impriżi (12) (iktar ‘il quddiem imsejħa “il-linji gwida tal-1999”).

(9)

Fil-25 ta’ Frar 2003 (13), l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu kopja tal-ftehim tal-azzjonisti li jorbot lil SNCM u l-grupp Stef-TFE, fuq talba mill-Kummissjoni.

(10)

Bid-Deċiżjoni 2004/166/KE tad-9 ta’ Lulju 2003 (iktar ‘il quddiem “id-Deċiżjoni tal-2003”) (14), il-Kummissjoni approvat, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-allokazzjoni tal-għajnuna għar-ristrutturar favur l-SNCM li tista’ titħallas f’darbtejn, waħda ta’ EUR 66 miljun, u l-oħra ta’ ammont massimu ta’ EUR 10 miljun li għandu jkun stabbilit skont ir-rikavati netti mill-bejgħ tal-assi li sar wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2003.

(11)

Fit-13 ta’ Ottubru 2003, is-CFF ippreżentat rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-2003 quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-KE (iktar ‘il quddiem “il-Qorti tal-Prim’Istanza”) (kawża T-349/03).

(12)

Fit-8 ta’ Settembru 2004, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkunsidra li l-emendi mitluba minn Franza fit-23 ta’ Ġunju 2004, li huma l-bdil tal-bastiment Aliso bil-bastiment Asco fil-lista ta’ bastimenti li l-SNCM kienet awtorizzata li tuża wara d-Deċiżjoni tal-2003 u l-bejgħ tal-bastiment Aliso minflok il-bastiment Asco, ma kinux ta’ natura li jfixklu l-kumpatibbiltà mas-suq komuni tal-għajnuna għar-ristrutturar awtorizzata bid-Deċiżjoni tal-2003 (15).

(13)

Bid-Deċiżjoni tas-16 ta’ Marzu 2005 (iktar ‘il quddiem “id-Deċiżjoni tal-2005”), il-Kummissjoni approvat it-tieni ħlas tal-għajnuna għar-ristrutturar, għal ammont ta’ EUR 3.3 miljun, u dan iwassal l-ammont totali tal-għajnuna għar-ristrutturar awtorizzata għal EUR 69 292 400.

(14)

Fil-15 ta’ Ġunju 2005, fil-kawża T-349/03, il-Qorti annullat id-Deċiżjoni tal-2003 minħabba valutazzjoni żbaljata tal-ammont minimu tal-għajnuna. Il-konsegwenzi ta’ dan l-annullament kienu li l-Kummissjoni marret lura għall-istadju tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali miftuħa bid-Deċiżjoni tad-19 ta’ Awwissu 2002 u li d-Deċiżjonijiet tat-8 ta’ Settembru 2004 u tas-16 ta’ Marzu li kienu bbażati fuq id-Deċiżjoni annullata tal-2003 saru nulli.

(15)

Fil-25 ta’ Ottubru 2005 (16), l-awtoritajiet Franċiżi rrapportaw lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-qagħda finanzjarja tal-kumpanija min-notifika tal-pjan ta’ għajnuna sar-ristrutturar tat-18 ta’ Frar 2002.

(16)

Fis-17 ta’ Novembru 2005 (17), l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew informazzjoni dwar l-attwazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar tal-2002 u r-ristrutturar tal-kapital tal-SNCM stess (18).

(17)

Fil-15 ta’ Marzu 2006, l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu lill-Kummissjoni nota ta’ sinteżi dwar is-suq, il-pjan tan-negozju (il-parti dwar id-dħul) u rendikont tal-qligħ u t-telf (19). Xi dokumenti oħra ingħataw lis-servizzi tal-Kummissjoni fit-28 ta’ Marzu 2006 u s-7 ta’ April 2006 (20). F’din l-ittra tal-aħħar, l-awtoritajiet Franċiżi talbu wkoll lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li, minħabba n-natura tagħha ta’ “kumpens ta’ servizz pubbliku”, parti mill-għajnuna għar-ristrutturar tal-2002, b’mod partikolari l-ammont ta’ EUR 53,48 miljun, ma tkunx ikkwalifikata bħala miżura meħuda fil-qafas ta’ pjan ta’ ristrutturar iżda bħala non-għajnuna abbażi tal-ġurisprudenza Altmark  (21) jew bħala miżura awtonoma u indipendenti tal-pjan ta’ ristrutturar skont l-Artikolu 86(2), KE.

(18)

Fil-21 ta’ April 2006, proġett ta’ ċentralizzazzjoni, li bih l-impriżi Veolia Transport (iktar ‘il quddiem “VT”) (22) u Butler Capital Partners (iktar ‘il quddiem “BCP”) jieħdu l-kontroll komuni tal-SNCM (23), kien innotifikat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill (24). Deċiżjoni li tapprova din l-operazzjoni ta’ ċentralizzazzjoni kiened adottata mill-Kummissjoni fid-29 ta’ Mejju 2006 (25).

(19)

Fil-21 ta’ Ġunju 2006 (26), l-awtoritajiet Franċiżi rrapportaw lill-Kummissjoni d-Deċiżjoni tas-26 ta’ Mejju 2006 tal-ministeru tal-ekonomija, tal-finanzi u tal-industrija li japprova operazzjonijiet finanzjarji mwettqa mill-kumpanija CGMF, id-digriet nru 2006-606 tas-26 ta’ Mejju 2006 li jitrasferrixxi l-SNCM lis-settur privat kif ukoll id-Deċiżjoni tas-26 ta’ Mejju 2006 li japprova operazzjonijiet finanzjarji mwettqa mill-SNCF.

(20)

Informazzjoni dwar id-delega ta’ servizz pubbliku u l-għajnuniet ta’ natura soċjali relatati mas-servizz tat-trasport għall-Korsika ntbagħtet lill-Kummissjoni fis-7 ta’ Ġunju 2006 (27).

(21)

Fit-13 ta’ Settembru 2006, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE fir-rigward tal-miżuri ġodda implimentati favur l-SNCM waqt li ġie integrat il-pjan ta’ ristrutturar innotifikat fl-2002 (28) (iktar ‘il quddiem id-Deċiżjoni tal-2006).

(22)

Fis-16 ta’ Novembru 2006, Franza ippreżentat l-osservazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni fil-qafas tad-Deċiżjoni tal-2006 (29).

(23)

Wara li saritilha talba minn xi wħud mill-partijiet interessati biex iż-żmien għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet tagħhom jiġi estiż b’xahar (30), il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħti dan iż-żmien supplementari lil kull parti interessata (31).

(24)

Il-Kummissjoni rċeviet mill-CFF (32) u mill-STIM d’Orbigny (iktar ‘il quddiem “STIM”) (33) xi osservazzjonijiet li kienu rrapportati lill-awtoritajiet Franċiżi b’ittra tal-20 ta’ Frar 2007. Terza persuna interessata ippreżentat xi kummenti wkoll, li ntbagħtu wkoll lill-awtoritajiet Franċiżi, iżda li ġew irtirati fit-28 ta’ Mejju 2008.

(25)

L-awtoritajiet Franċiżi bagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-kummenti tat-terzi persuni interessati fit-30 ta’ April 2007 (34).

(26)

Fl-20 ta’ Diċembru 2007, is-CFF ippreżentat ilment abbażi tal-għajnuniet mill-Istat fil-konfront ta’ SNCM li lestiet tibgħat l-informazzjoni tal-15 ta’ Ġunju 2007 u tat-30 ta’ Novembru 2007. Dan l-ilment jirreferi għall-Artikolu 3 tal-Ftehim ġdida ta’ Delega ta’ Servizz Pubbliku ffirmata f’Ġunju 2007 bejn il-Awtorità Lokali ta’ Korsika u l-grupp Compagnie Méridionale de Navigation-SNCM għall-2007-2013. Skont is-CFF, l-implimentazzjoni ta’ din il-klawżola mmobilizzat riżorsi finanzjarji ġodda għall-SNCM ta’ madwar EUR 10 miljun għas-sena 2007. Barra minn hekk, il-kumpens imħallas lill-SNCM għall-obbligi ta’ servizzi pubbliċi huwa għajnuna mill-Istat, li barra min hekk hija illegali peress li ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni.

(27)

Peress li xi informazzjoni kienet irrapportata lill-Kummissjoni wara ż-żmien stipulat fil-bidu fit-13 ta’ Frar 2007 (35), il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bid-Deċiżjoni tagħha li ttawwal iż-żmien għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet tat-terzi persuni għall-14 ta’ Marzu 2008.

(28)

Il-Kummissjoni rrapportat fis-26 ta’ Marzu 2008 l-osservazzjonijiet tat-terzi persuni interessati lil Franza li tat il-kummenti tagħha fit-28 ta’ Marzu 2008, fl-10 ta’ April 2008 u fit-28 ta’ April 2008.

2.   IDENTIFIKAZZJONI TAL-BENEFIĊJARJU TAL-MIŻURI KOPERTI B’DIN ID-DEĊIŻJONI

(29)

Il-benefiċjarju tal-miżuri koperti b’din id-Deċiżjoni huwa s-Société Nationale Maritime Corse-Méditerranée (SNCM) li tiġbor fi ħdanha bosta sussidjarji fis-settur marittimu u li tieħu ħsieb it-trasport marittimu ta’ passiġġieri, karozzi u vetturi tqal bejn Franza kontinentali u Korsika, l-Italja (Sardinja) u l-Magreb (l-Alġerija u t-Tuneżija).

(30)

L-SNCM hija kumpanija b’responsabbiltà limitata li twaqqfet fl-1969 mill-amalgamazzjoni bejn il-Compagnie générale transatlantique u l-Compagnie de navigation mixte, it-tnejn mwaqqfa fl-1850. Dak iż-żmien kienet tissejjaħ Compagnie générale transméditerranéenne, u fl-1976 ingħatat isem ieħor li kien Société Nationale Maritime Corse-Méditerranée, wara li s-Société nationale des chemins de fer (SNCF) akkwistat ishma fiha. Il-kumpanija fil-fatt kienet intgħażlet mill-gvern Franċiż biex timplimenta l-prinċipju ta’ kontinwità territorjali mal-Korsika, jiġifieri l-allinjament tat-tariffi tat-trasport marittimu mat-tariffi tal-SNCF għat-trasport ferrovjarju, abbażi ta’ ftehim li sar fil-31 ta’ Marzu 1976 għal ħamsa u għoxrin sena. Il-Compagnie générale transatlantique kienet diġà inkarigata mill-gvern Franċiż għas-servizz tat-trasport tal-Korsika bi ftehim ieħor li sar fit-23 ta’ Diċembru 1948.

(31)

Meta saret in-notifika tal-kapitalizzazzjoni fl-2002, 20 % tal-ishma ta’ SNCM kienu l-proprjetà tal-SNCF u 80 % tal-CGMF. Wara li nħarġu l-ishma fl-SNCM fit-30 ta’ Mejju 2006 (ara l-punt 18 ta’ din id-Deċiżjoni), BCP u VT kellhom 38 % u 28 % rispettivament tal-kapital tal-SNCM, filwaqt li s-CGMF żammet 25 % tal-ishma (9 % tal-ishma huma rriżervati għall-impjegati).

(32)

Is-sussidjarji ewlenin tal-SNCM huma l-Compagnie Méridionale de Navigation (iktar ‘il quddiem “CMN”) (36), il-Compagnie Générale de Tourisme et d’Hôtellerie – (CGTH) (37), Aliso Voyage  (38), Sud-Cargos  (39), Société Aubagnaise de Restauration et d’Approvisionnement  (40), Ferrytour  (41) u Les Comptoirs du Sud  (42).

(33)

Wara t-trasferiment tal-bastimenti ta’ veloċità qawwija Aliso f’Settembru 2004 u Asco  (43) f’Mejju 2005, il-flotta tal-SNCM kienet tikkonsisti f’għaxar bastimenti (ħames car-ferries  (44), erba’ bastimenti mħalltin (merkanzija u passiġġieri) (45) u bastiment ta’ veloċità qawwija (NGV) li jopera l-aktar minn Nizza (46) u sebgħa minnhom f’pussess proprju (47).

(34)

Għall-fini ta’ kompletezza, jeħtieġ li nfakkru li s-servizzi ta’ trasport marittimu regolari bejn il-portijiet ta’ Franza kontinentali u ta’ Korsika ilhom jeżistu mill-1948 fil-qafas ta’ servizz pubbliku li tagħhom l-SNCM u s-CMN kienu l-konċessjonarji bejn l-1976 u l-2001 skont ftehim qafas konkluż fil-bidu għal ħamsa u għoxrin sena. Skont ir-regoli Komunitarji fis-seħħ (48) u wara s-sejħa għall-offerti Ewropea (49) organizzata mill-awtorità lokali ta’ Korsika (50), l-SNCM u s-CMN rebħu b’mod konġunt id-Delega ta’ Servizz Pubbliku (iktar ‘il quddiem “id-DSP”) li jirreferi għas-servizz ta’ trasport għal Korsika minn Marsilja bi skambju għal kumpens finanzjarju matul il-perijodu 2002-2006.

(35)

Billi d-DSP skadiet fl-aħħar tal-2006, is-servizz pubbliku marittimu indikat hawn taħt, li kien soġġett għal sejħa għall-offerti ġdida fuq livell Ewropew (51), ġie allokat lill-grupp SNCM - CMN mill-1 ta’ Mejju 2007 u sal-31 ta’ Diċembru 2013 għal sussidju ta’ madwar EUR 100 miljun fis-sena.

(36)

Fl-istess ħin, xi obbligi ta’ frekwenza tas-servizz huma imposti lill-operaturi kollha li jservu l-gżira minn Toulon jew Nizza. Fuq dawn il-linji, ir-residenti ta’ Korsika kif ukoll kategoriji oħra ta’ passiġġieri jibbenefikaw mill-2002 u sal-2013 minn għajnuniet soċjali stabbiliti skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2002 (52) u tal-24 ta’ April 2007 (53).

3.   KUNTEST KOMPETITTIV

(37)

L-SNCM taħdem b’mod partikolari f’żewġ swieq distinti kemm għat-traffiku tal-passiġġieri kif ukoll għat-traffiku tal-merkanzija: minn naħa, is-servizz ta’ trasport għall-Korsika u għall-Magreb, minn Franza, u min-naħa l-oħra, fuq bażi sekondarja, is-servizz ta’ trasport għall-Italja u għal Spanja.

3.1.   Is-servizz ta’ trasport għal Korsika

It-trasport tal-passiġġieri

(38)

Is-servizz ta’ trasport tal-passiġġieri għal Korsika huwa suq ferm staġjonali. Fil-fatt għandu l-ogħla livelli ta’ frekwenza skont l-istaġun li jistgħu jkunu għaxar darbiet aktar minn dawk tax-xhur bl-inqas attività, u dan iġiegħel lill-operaturi jeħtieġu flotta kbira biex jilħqu ma’ dawn il-livelli għoljin. Nofs il-fatturat jinkiseb f’Lulju u f’Awwissu. Hemm ukoll żbilanċ skont id-direzzjoni tal-vjaġġ, anke fl-aqwa perijodu tat-traffiku: f’Lulju, pereżempju, fit-tluq mill-kontinent il-bastimenti jkunu mimlijin iżda fir-ritorn ikunu kważi vojta. Minħabba dan, ir-rati ta’ tagħbija annwali medji tal-bastimenti huma relattivament baxxi.

(39)

L-SNCM hija l-operatur storiku li jservi rotot bejn Korsika u Franza kontinentali. B’mod ġenerali, żewġ terzi tal-attività tagħha jsiru bejn Marsilja u Korsika fil-qafas ta’ delega ta’ servizz pubbliku; l-aħħar terz tal-attività tagħha jsir minn rotot li għandhom sorsi jew destinazzjonijiet differenti (Nizza-Korsika, Toulon-Korsika, rotot internazzjonali lejn Sardinja jew il-Magreb).

(40)

L-SNCM eżistiet għal tul ta’ żmien f’sitwazzjoni ta’ monopolju fuq l-attività ewlenija tagħha. Mill-1996, madankollu, hija bdiet tiffaċċja kompetizzjoni li żviluppat malajr ħafna. Għalhekk, il-kumpanija Corsica Ferries France (CFF) hija l-protagonista dominanti fir-rotot marittimi bejn il-kontinent u Korsika u s-sehem tagħha fis-suq dejjem qed jikber. Għalkemm ilha teżisti f’dan is-suq biss mill-1996, it-traffiku tal-“passiġġieri” tas-CFF żdied bi […](informazzjoni koperta bis-segretezza professjonali) fis-sena bejn l-2000 u l-2005 u dan dejjem qed jikber. Għalhekk, illum, madwar […] tal-passiġġieri fuq il-baħar bejn il-kontinent u Korsika jużaw lanċa tas-CFF, waqt li […] biss jużaw bastiment tal-SNCM, filwaqt li s-CMN iġġorr il-bqija tal-passiġġieri, jiġifieri […].

(41)

Il-pożizzjoni akkwistata minn seba’ snin ‘il hawn mis-CFF fis-suq ikkunsidrat tidher ukoll fir-rigward tan-numru ta’ passiġġieri ttrasportati għal kull staġun bejn Korsika u Franza kontinentali. Mill-graff hawn taħt jidher li s-sehem fis-suq tas-CFF inbidel minn 45 % fl-2000 għal […]% fl-2007 u dak tal-SNCM minn 53 % għal […]% matul l-istess perijodu, b’differenza ta’ aktar minn miljun passiġġier ittrasportati.

Graff 1

Numru ta’ passiġġiera ttrasportati għal kull staġun (Mejju-Settembru) bejn Franza kontinentali u Korsika - staġuni mill-2000 sal-2007

Image

(42)

Il-kompetituri minuri l-oħra tal-SNCM fuq is-servizz ta’ trasport għal Korsika huma il-Compagnie Méridionale de Navigation (CMN), Moby Lines, Happy Lines u TRIS.

(43)

Dawn l-aħħar sentejn, l-offerta tal-SNCM u l-ishma tagħha fis-suq għar-rotot ma’ Korsika naqsu, bi tnaqqis ta’ […] % tal-offerta ta’ postijiet (-[…] % għar-rotot li jitilqu minn Nizza u -[…] % għal dawk minn Marsilja).

(44)

Għaldaqstant, il-fatt li l-ishma fis-suq qed ikomplu jonqsu juri li l-fiduċja tal-passiġġieri, li kienet effettwata ħafna mill-istrajks u t-taqlib li kien hemm minħabba l-kunflitti soċjali tal-2004 u l-2005, b’mod partikolari waqt il-privatizzazzjoni tal-impriża, qed terġa’ tinbena bil-mod ħafna. Din hija kundizzjoni neċessarja biex jieqaf it-tnaqqis tas-sehem fis-suq tal-SNCM li ġie osservat dawn l-aħħar snin. Iż-żieda, f’dan il-kuntest, tal-fatturat fl-2007 tagħti serħan tal-moħħ fir-rigward tal-vijabbiltà tal-impriża anke jekk illiberat bosta partijiet fis-suq għall-benefiċċju tal-unika kompetitriċi tagħha li s-sehem fis-suq tagħha huwa ferm akbar.

(45)

Is-suq tat-trasport marittimu tal-passiġġieri bejn il-kontinent u Korsika kiber b’medja ta’ 4 % f’dawn l-aħħar 15-il sena; dan it-tkabbir għandu jkompli, b’żieda ta’ […]% prevista wkoll għall-2008 u żieda moderata għas-snin ta’ wara. Għaldaqstant, ma jidhirx li hemm atturi ġodda li jixtiequ jiżviluppaw f’dan is-suq. Fl-okkażjoni tas-sejħa għall-offerti mnedija mill-Uffiċju tat-Trasport ta’ Korsika biex tiġi allokata, fil-perijodu 2007-2013, id-delega tas-servizz pubbliku ta’ servizz marittimu ta’ xi portijiet ta’ Korsika, ma kien hemm ebda applikazzjoni minbarra dawk tas-CFF u tal-SNCM-CMN, meta saħansitra risposti parzjali fuq rotta definita kienu possibbli.

(46)

Bħala l-kompetitriċi ewlenija tal-SNCM, is-CFF żiedet ħafna l-offerta tagħha tal-postijiet minn 500 000 sa […] miljun bejn l-1999 u l-2007 (li […]% taż-żieda saret bejn l-2006 u l-2007), u dan taha l-possibiltà li żżid it-traffiku tagħha (minn […] miljun fl-2005 sa […] miljun fl-2007) u s-sehem tagħha fis-suq. Madankollu din il-politika rriżultat f’rati ta’ tagħbija b’mod strutturali inqas għoljin għas-CFF milli għall-SNCM, b’differenza ta’ madwar […] punti perċentwali fl-2007. Għall-SNCM, ir-rata ta’ tagħbija medja fis-sena 2007 kienet […] %, li huwa normali meta nikkunsidraw li s-suq huwa ferm staġjonali (cfr. supra).

It-trasport tal-merkanzija

(47)

Għat-traffiku tat-trasport tal-merkanzija lejn Korsika, fl-2005 l-SNCM kellha madwar […] % tas-suq Marsilja-Toulon lejn Korsika.

(48)

Għat-traffiku tal-merkanzija ġenerali (mhux akkompanjati), l-SNCM u s-CMN għandhom kważi monopolju de facto. Fil-qafas tal-kuntratt tad-delega ta’ servizz pubbliku, iż-żewġ kumpaniji jagħmlu rotot frekwenti minn Marsilja sal-portijiet kollha ta’ Korsika.

(49)

Għat-trejlers akkompanjati, mgħobbija fuq laneċ, li jirrappreżentaw globalment 24 % tat-traffiku tal-merkanzija ġenerali mkejla f’metri lineari, hemm kompetizzjoni bejn l-operaturi kollha tal-passiġġieri. L-SNCM u s-CMN għandhom ukoll il-maġġoranza ta’ dan it-traffiku akkompanjat. L-operaturi l-oħra, b’mod partikolari s-CFF, għandhom 10 %, jiġifieri 2 % tas-suq globali.

(50)

Għall-vetturi awtomobilistiċi akkompanjati (54), mgħobbija fuq laneċ (madwar 24 % tat-traffiku tal-merkanzija ġenerali fl-2003), l-SNCM u s-CMN għandhom ukoll il-maġġoranza tas-suq inkwistjoni. Għaldaqstant, mill-2002, is-CFF żviluppat offerta u għandha madwar […] % tas-suq.

3.2.   Is-servizz ta’ trasport għall-Magreb

(51)

It-Tuneżija u l-Alġerija jirrappreżentaw suq kbir, ta’ madwar 5 miljun passiġġier, iddominat mit-trasport tal-ajru. F’dan il-kuntest, it-trasport marittimu jirrappreżenta madwar 15 % tal-flussi. Filwaqt li l-Alġerija tirrappreżenta suq marittimu sinifikattiv ta’ madwar 560 000 passiġġier, it-Tuneżija tirrappreżenta suq iżgħar ta’ madwar 250 000 passiġġier.

(52)

Is-suq tat-trasport marittimu ta’ Franza lejn il-Magreb kiber b’mod regolari f’dawn l-aħħar snin, b’madwar 13 % bejn l-2001 u l-2005. Minħabba l-perspettivi ta’ tkabbir tat-turiżmu lejn dan ir-reġjun, it-trasport marittimu għandu jikber b’rata annwali ta’ madwar 4 % sal-2010.

(53)

Fl-Alġerija, l-SNCM hija t-tieni l-akbar attur fis-suq wara l-Entreprise Nationale de Transport Maritime de Voyageurs (ENTMV), impriza pubblika tal-Alġerija. Is-sehem fis-suq tal-SNCM inbidel minn 24 % fl-2001 għal […] % fl-2005.

(54)

L-SNCM hija t-tieni l-akbar operatur fis-suq lejn it-Tuneżija wara l-Compagnie tunisienne de navigation (CTN). Għalkemm, mill-2001, l-SNCM tilfet xi ishma fis-suq għall-benefiċċju tas-CTN li minn 44 % saru […] % fl-2004, xorta waħda kien hemm titjib fl-2005 ([…] %).

4.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI KOPERTI B’DIN ID-DEĊIŻJONI

4.1.   Il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-SNCM fl-2002

4.1.1.   Deskrizzjoni

(55)

Wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2002 biex tawtorizza għajnuna ta’ salvataġġ lill-SNCM (55), l-awtoritajiet Fraċiżi nnotifikaw il-Kummissjoni fit-18 ta’ Frar 2002 bi proġett ta’ għajnuna għar-ristrutturar favur l-SNCM. Din il-miżura kienet tikkonsisti fil-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-SNCM, permezz tal-kumpanija ewlenija tagħha, is-CGMF, għall-ammont ta’ EUR 76 miljun, li EUR 46 miljun minnhom imorru għall-ispejjeż ta’ ristrutturar (56). Din iż-żieda fil-kapital kellha l-għan li żżid il-kapitali proprji tal-SNCM minn EUR 30 miljun għal EUR 106 miljun.

(56)

Skont il-linji gwida tal-1999, l-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw lill-Kummissjoni pjan ta’ ristrutturar (57) għall-SNCM li jsemmi ħames punti:

(i)

nuqqas fin-numru ta’ vjaġġi u l-iskjerament tal-bastimenti tagħha bejn ir-rotot diversi (nuqqas ta’ servizzi ta’ trasport lejn Korsika u żieda fis-servizz lejn il-Magreb) (58);

(ii)

tnaqqis ta’ erba’ bastimenti mill-flotta tagħha li kellu jġib EUR 21 miljun ta’ assi likwidi;

(iii)

it-trasferiment ta’ xi proprjetà;

(iv)

tnaqqis tal-impjegati (59) b’madwar 12 % li, flimkien ma’ politika ta’ salarju raġjonevoli, għandu jippermetti li jonqsu l-ispejjeż tal-ekwipaġġ minn EUR 61,8 miljun fl-2001 sa medja ta’ EUR […] miljun mill-2003 sal-2006 u l-ispejjeż fuq l-art minn EUR 50,3 miljun fl-2001 għal EUR […] miljun fl-istess perijodu;

(v)

it-tneħħija ta’ tnejn mis-sussidjarji tagħha, il-Compagnie Maritime Toulonnaise u l-kumpanija Corsica Marittima, li l-attivitajiet tagħhom li jkun fadal jittieħdu mill-SNCM.

(57)

Wara l-osservazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tad-19 ta’ Awwissu 2002, l-awtoritajiet Franċiżi ddeskrivew, fl-ittra tagħhom tal-31 ta’ Jannar 2003, it-titjib li sar fil-pjan ta’ ristrutturar fuq il-punti li ġejjin:

impenji u spjegazzjonijiet dwar il-politika tas-salarji,

pjan ta’ tnaqqis tal-infiq fix-xiri intermedjarju,

impenn li l-SNCM ma tkunx is-sors ta’ gwerra tariffarja mal-kompetituri tagħha fir-rigward ta’ Korsika.

(58)

Fuq dan l-aħħar punt, l-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li “l-SNCM tieħu dan l-impenn mingħajr riżervi, għaliex hija tikkunsidra li gwerra tariffarja de facto ma tkunx konformi mal-pożizzjoni strateġika tagħha, lanqas mal-interess tagħha, għax tirriżulta għal tnaqqis fid-dħul tagħha, u lanqas mal-prattiċi tas-soltu u l-għerf tas-sengħa tagħha”.

(59)

Fil-pjan ta’ ristrutturar tagħhom, l-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw lill-Kummissjoni mudell finanzjarju ddettaljat għall-perijodu 2002-2007 fuq il-bażi ta’ ipoteżijiet medjani dwar serje ta’ varjabbli (60). Il-perspettivi finanzjarji jindikaw, fost l-oħrajn, ritorn għal riżultati kurrenti pożittivi mill-2003.

Tabella 1

Mudell finanzjarju għall-perijodu 2002-2007

(f’EUR miljun)

 

2000

2001

2002

2002

2003

2004

2005

2006

2007

Miksub

Miksub

Pjan

Mikub

Pjan

Pjan

Pjan

Pjan

Pjan

Fatturat

204,9

204,1

178

205,8

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Sussidji għall-operat

85,4

86,7

74,5

77,7

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Riżultat kurrenti

–14,7

–5,1

1,2

–5,8

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Riżultat nett

–6,2

–40,4

23

4,2

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Fondi proprji

67,5

29,7

119

33,8

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Debiti finanzjarji netti (minbarra kiri)

135,8

134,5

67,7

144,8

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Proporzjoni finanzjarji

 

 

 

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Riżultat kurrenti/Fatturat + sussidji

–5  %

–2  %

0  %

–2  %

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Fondi proprji/debitu fil-bilanċ

50  %

22  %

176  %

23  %

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Ċifri 2000, 2001 u 2002 meħudin mir-rapporti annwali 2001 u 2002 tal-SNCM

(60)

Il-kontribuzzjoni kapitali ta’ EUR 76 miljun kif ukoll ir-ritorn għall-profitabilità tal-operat previst mill-2003, għandhom jippermettu, skont l-awtoritajiet Franċiżi, li jwasslu l-kapitali proprji mil-livell tagħhom ta’ madwar EUR 30 miljun fl-aħħar tas-sena 2001 għal EUR 120 miljun fuq żmien qasir (2003), imbagħad sa EUR […] miljun sal-aħħar tal-pjan (2006-2007). Dan għandu jippermetti tnaqqis tad-debitu finanzjarju ta’ EUR 145 miljun fl-2002 għal livelli ta’ […] sa EUR […] miljun mill-2003 sal-2005. Fl-aħħar snin tal-pjan, kienet prevista mill-kumpanija żieda fid-debitu għat-tiġdid, bħala sid uniku tagħhom, ta’ bastimenti wieħed jew tnejn.

(61)

L-awtoritajiet Franċiżi pprovdew ukoll studju ta’ sensittività tar-riżultati previsti mqabbla mal-ipoteżijiet ta’ ħidma relatati mat-traffiku fuq ir-rotot diversi. Fuq din il-bażi, is-simulazzjonijiet differenti juru li l-SNCM għandha terġa’ tikseb il-vijabbiltà fix-xenarju previst.

4.1.2.   Determinazzjoni tal-ammont tal-kapitalizzazzjoni mill-ġdid

(62)

Il-metodu magħżul mill-awtoritajiet Franċiżi (61) biex jiddeterminaw l-ammont tal-kapitalizzazzjoni mill-ġdid huwa li jikkalkulaw is-self nett fuq abbażi tal-proporzjon medju tal-fondi proprji fuq id-debiti finanzjarji osservati fl-2000 ma’ ħames kumpaniji marittimi Ewropej. Minkejja d-diskrepanzi fil-bilanċi ta’ dawn l-impriżi, il-medja magħżula mill-awtoritajiet Franċiżi hija ta’ 79 %. L-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li l-perspettivi finanzjarji għall-perijodu 2002 sal-2007 jirriżultaw fi proporzjon medju ta’ kapitali proprji fuq debiti finanzjarji ta’ 77 % b’kapitali proprji li jaslu sa EUR 169 miljun fl-2007. Livell ta’ fondi proprji bħal dan kellu jinkiseb permezz ta’ kapitalizzazzjoni mill-ġdid ta’ EUR 76 miljun kif ukoll is-suċċess tal-azzjonijiet previsti fil-pjan ta’ ristrutturar.

4.2.   Miżuri ta’ wara l-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-2002

4.2.1.   Rimarki preliminarji

(63)

Il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid u l-pjan ta’ ristrutturar tal-2002 ma tawx ir-riżultati previsti u, mill-2004 ‘il quddiem, il-qagħda ekonomika u finanzjarja tal-SNCM marret ħafna għall-agħar. Din id-deġenerazzjoni ġrat kemm minħabba fatturi interni (kunflitti soċjali, għanijiet ta’ produzzjoni li ma ntlaħqux biżżejjed jew tard wisq, telf tal-ishma fis-suq), minħabba fatturi esterni mill-SNCM (inqas interess lejn id-destinazzjoni ta’ Korsika, akkwist ta’ ishma fis-suq mis-CFF, żbalji amministrattivi min-naħa tal-Istat (62) kif ukoll minħabba ż-żieda fil-prezz tal-fjuwils.

(64)

Għalhekk, ir-riżultat kurrenti tal-SNCM wasal għal EUR -32,6 miljun fl-2004 u EUR -25,8 miljun fl-2005. Ir-riżultat nett kien ta’ EUR -29,7 miljun fl-2004 u EUR -28,8 miljun fl-2005.

(65)

Id-deġenerazzjoni tal-qagħda ekonomika u finanzjarja tal-SNCM wasslet lill-awtoritajiet Franċiżi biex ibiegħu aktar assi milli kien previst mill-pjan ta’ ristrutturar tal-2002 u mitlub mid-Deċiżjoni tal-2003 kif ukoll biex iniedu proċedura ta’ riċerka ta’ msieħba privati.

Tabella 2

Lista tal-assi mibjugħin mill-SNCM mill-2002  (63)

 

Dħul nett ta’ bejgħ

Data

Bejgħ propost fin-notifika tal-2002 (f’EUR)

25 165 000

 

Aliso (bħala sostitut tal-Asco, b’mod konformi mad-Deċiżjoni tat-8 ta’ Settembru 2004 tal-Kummissjoni)

(…)

30.9.2004

Napoléon

(…)

6.5.2002

Monte Rotondo

(…)

31.7.2002

Liberté

(…)

27.1.2003

Kumpless ta’ bini Schuman

(…)

20.1.2003

Bejgħ supplementari impost mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tad-9 ta’ Lulju 2003 (f’EUR)

5 022 600

 

SCI Espace Schuman

(…)

24.6.2003

Southern Trader

(…)

22.7.2003

Someca

(…)

30.4.2004

Amadeus

(…)

12.10.2004

CCM

[…] (64)

Bejgħ supplementari li sar mid-Deċiżjoni ta’ Lulju 2003 (f’EUR miljun)

12,6

 

Asco

(…)

24.5.2005

Sud Cargos

(…)

15.9.2005

Bejgħ ta’ appartamenti tal-kumpless ta’ bini tal-SNCM (li qabel kien jintuża mill-persunal tal-SNCM)

(…)

Minn Settembru 2003 sal-2006

Total (f’EUR miljun)

42,385

 

4.2.2.   Il-miżuri ta’ qabel il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-2002

(66)

Wara proċess ta’ għażla miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju (65), fl-aħħar sar Ftehim fit-13 ta’ Ottubru 2005 bejn l-Istat, BCP u VT f’kuntest soċjali u finanzjarju diffiċli ħafna. Għalhekk VT hija l-operatriċi industrijali tal-SNCM (sehem ta’ 28 %) filwaqt li l-BCP hija l-azzjonista ta’ referenza b’sehem ta’ 38 %. L-Istat impenja ruħu, b’mod partikolari għall-impjegati, li jibqa’ azzjonist tal-kumpanija b’25 % tal-ishma (66). BCP u VT stabbilixxew pjan ta’ negozju għall-SNCM li ġie ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea fis-7 ta’ April 2006.

Il-kontenut tal-Memorandum ta’ Ftehim

(67)

Il-Memorandum ta’ Ftehim li fih hemm imniżżel li 75 % tal-kapital tal-SNCM jingħata lil xerreja privati, ġie ffirmat fis-16 ta’ Mejju 2006 bejn il-partijiet (BCP, VT u CGMF).

(68)

Fis-Sezzjoni II tal-Memorandum ta’ Ftehim, huwa previst li is-CGMF timpenja ruħha biex tapprova, tissottoskrivi tillibera totalment żieda tal-kapitali tal-SNCM b’ammont globali ta’ EUR 142,5 miljun.

(69)

Wara ż-żieda fil-kapital, huwa previst li l-kapital azzjonarju tal-SNCM jitnaqqas bil-kanċellazzjoni ta’ ishma biex jasal sal-minimu legali għal kumpanija pubblika nnegozjata pubblikament.

(70)

Flimkien maż-żieda fil-kapital, is-CGMF timpenja ruħha li tagħmel disponibbli għall-SNCM, taħt forma ta’ ħlas minn qabel f’kont kurrenti, is-somma ta’ EUR 38,5 miljun. Dan il-ħlas minn qabel f’kont kurrenti, ser jiġi ttrasferit mill-SNCM f’idejn sekwestratarju (il-bank CIC), għandu jintuża għal finanzjament tal-frazzjoni tal-infiq magħruf bħala “ta’ ġenerożità” li jkompli mal-ammonti dovuti b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali u konvenzjonali fil-possibiltà ta’ pjan ta’ tnaqqis tal-impjegati implimentat mix-xerrejja (67). Il-ħlas tal-kumpensi li jsir minbarra l-indennizzi rċevuti b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali u konvenzjonali jsir fuq bażi individwali u speċifika li tikkorrispondi għal impjegati li telqu mill-impriżi u li l-kuntratt ta’ xogħol tagħhom ġie miksur.

(71)

Wara dawn l-operazzjonijiet, is-Sezzjoni III tal-Memorandum ta’ Ftehim jipprevedi li s-CGMF tbiegħ lil xerrejja privati l-ishma tagħha li jirrappreżentaw 75 % tal-ishma li jikkostitwixxu l-kapital azzjonarju tal-impriża u l-[…] li għandu jintuża biex tiġi ffinanzjata l-parti tal-pjan soċjali li jaqbeż l-obbligi kuntrattwali u legali.

(72)

Is-Sezzjoni III tal-Memorandum ta’ Ftehim jipprevedi wkoll is-sottoskrizzjoni konġunta u konkomitanti mix-xerrejja u s-CGMF ta’ ishma ġodda għal ammont totali ta’ EUR 35 miljun u ta’ kontribuzzjoni f’kont kurrenti ta’ EUR 8,75 miljun minn BCP/VT, li tkun disponibbli għall-SNCM skont il-ħtiġijiet tal-fondi tagħha. Fil-paragrafu III.2.7 tal-Memorandum ta’ Ftehim, huwa previst li l-valur tal-ishma tal-CGMF huwa l-istess, f’kull mument, bħall-valur nominali tal-bidu miżjud bi […]% tal-valur nominali liberu tiegħu, immultiplikat b’J/365, fejn J huwa n-numru ta’ jiem mid-data tat-twettiq, bi tnaqqis ta’ kull somma miksuba (pereżempju dividendi). Dawn ir-regoli ma japplikawx f’każ ta’ salvataġġ jew stralċ ġudizzjarju tal-kumpanija.

(73)

Il-Memorandum ta’ Ftehim (Sezzjoni III.5) għandu klawżola ta’ terminazzjoni tal-bejgħ tal-SNCM li tista’ tiġi pprattikata b’mod konkomitanti mix-xerrejja f’każ li jseħħ wieħed mill-avvenimenti li ġejjin minħabba li dawn l-ipoteżijiet ikollhom l-effett li jnaqqsu l-kredibbiltà tal-pjan tagħhom tan-negozju u terġa’ ssir vijabbli l-kumpanija:

ma jingħatax il-kuntratt ta’ delega ta’ servizz pubbliku ta’ servizz marittimu għal Korsika għall-perijodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2007 […],

kull Deċiżjoni negattiva tal-Kummissjoni Ewropea jew sentenza mill-Qorti tal-Prim’Istanza jew il-Qorti tal-Ġustizzja, bħal rifjut tal-operazzjoni jew l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet li għandhom impatt sostanzjali fuq il-valur tas-soċjetà, […].

(74)

Is-Sezzjoni VII tal-Memorandum ta’ Ftehim jipprevedi li s-CGMF tieħu f’idejha parti mill-obbligi soċjali tal-SNCM bl-ispejjeż tal-assigurazzjonijiet tas-saħħa tal-pensjonanti għall-ammont stmat għal EUR 15,5 miljun mill-jum li fih tiġi ttrasferita l-proprjetà tal-impriża.

(75)

Ir-regoli ta’ governanza tal-impriża huma speċifikati fis-Sezzjoni IV tal-Memorandum ta’ Ftehim. Huwa previst li ser ikun hemm emenda tal-metodu ta’ ġestjoni tal-SNCM li ser tinbidel f’kumpanija pubblika b’direttorat u kunsill ta’ sorveljanza. Dan tal-aħħar ser ikun magħmul minn 10, imbagħad minn 14-il membru. Il-presidenza tiegħu ser tingħata b’mod tranżitorju lil rappreżentat tal-Istat. Jekk id-DSP tiġi allokata lill-SNCM, il-President tal-kunsill ta’ sorveljanza jiġi ssostitwit minn rappreżentant tal-BCP. Id-direttorat għandu l-funzjoni li jassigura l-ġestjoni operattiva tal-SNCM.

(76)

Fis-26 ta’ Mejju 2006, il-gvern Franċiż ikkonferma l-bejgħ tal-SNCM kif ukoll il-miżuri msemmijin qabel.

Il-miżuri

(77)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, il-Memorandum ta’ Ftehim għandu tliet tipi ta’ miżuri tal-Istat li jiġġustifikaw investigazzjoni rigward l-iskema Komunitarja tal-għajnuniet mill-Istat:

il-bejgħ ta’ 100 % tal-SNCM bi prezz negattiv ta’ EUR 158 miljun (kontribuzzjoni kapitali ta’ EUR 142,5 miljun u l-ħlas tal-ispejjeż tal-assigurazzjoni tas-saħħa għal ammont ta’ EUR 15,5 miljun),

il-ħlas minn qabel f’kont kurrenti mis-CGMF għal ammont ta’ EUR 38,5 miljun favur l-impjegati li jingħataw is-sensja mill-SNCM,

ż-żieda fil-kapital ta’ EUR 8,75 miljun sottoskritt mis-CGMF b’mod konġunt u konkomitanti mal-kontribuzzjoni ta’ EUR 26,25 miljun li saret mill-VT u l-BCP.

5.   L-AMBITU TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI

(78)

Din id-Deċiżjoni finali tirrigwarda l-miżuri implimentati minn Franza favur l-SNCM mit-18 ta’ Frar 2002, li huma:

il-kontribuzzjoni fil-kapital tas-CGMF lill-SNCM għal ammont ta’ EUR 76 miljun fl-2002 (li 53,48 miljun minnhom huma għal obbligi ta’ servizz pubbliku u l-bilanċ għall-għajnuniet għar-ristrutturar),

il-prezz ta’ bejgħ negattiv tal-SNCM mis-CGMF għal ammont ta’ EUR 158 miljun;

il-kontribuzzjoni tas-CGMF ta’ EUR 8,75 miljun,

ir-responsabbiltà finanzjarja meħuda mis-CGMF ta’ ċerti miżuri soċjali supplimentari għal ammont ta’ EUR 38,5 miljun.

(79)

Din id-Deċiżjoni ma tirrigwardax l-investigazzjoni tal-kumpensi finanzjarji rċevuti jew li għandha tirċievi l-SNCM għall-obbligi ta’ servizz pubbliku għall-perijodu 2007-2013, li huma soġġetti għal proċedura separata.

6.   RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-ADOZZJONI TAD-DEĊIŻJONIJIET TAL-KUMMISSJONI TAL-2002 U L-2006

6.1.   Il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-2002

(80)

Fid-Deċiżjoni tagħha ta’ ftuħ tal-proċedura tad-19 ta’ Awwissu 2002, il-Kummissjoni, filwaqt li rrikonoxxiet lill-SNCM in-natura ta’ impriża f’diffikultà, esprimiet id-dubji tagħha dwar il-kumpatibbiltà tal-miżura nnotifikata mal-kriterji deskritti fil-punt 3.2.2 tal-linji gwida tal-1999 li kienu fis-seħħ dak iż-żmien.

(81)

Il-Kummissjoni esprimiet ċerti dubji fuq il-pjan ta’ ristrutturar minħabba n-nuqqas ta’ analiżi tar-raġunijiet ta’ telf tal-impriża. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għamlet xi mistoqsijiet dwar il-konnessjoni bejn it-telf u l-obbligi ta’ servizz pubbliku, l-impatt tal-politika tax-xiri ta’ bastimenti tal-SNCM fuq il-kontijiet tagħha ta’ qligħ u telf u l-miżuri previsti biex tiżdied il-produzzjoni tal-impriża.

(82)

Barra minn hekk il-Kummissjoni speċifikat xi difetti fil-pjan ta’ ristrutturar, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ miżuri konkreti biex jitnaqqas l-ammont tal-konsumi intermedjarji u n-nuqqas ta’ indikazzjoni fuq il-politika tariffarja futura tal-SNCM.

(83)

Il-Kummissjoni kellha xi dubji wkoll dwar ir-rilevanza tal-metodu ta’ kalkolu magħżul mill-awtoritajiet Franċiżi biex jiġi stabbilit l-ammont tal-kapitalizzazzjoni mill-ġdid u dwar xi ipoteżijiet magħżula biex jiġu stabbiliti xi simulazzjonijiet finanzjarji.

6.2.   L-estensjoni tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-2006

(84)

Bid-Deċiżjoni tagħha tat-13 ta’ Settembru 2006, il-Kummissjoni ddeċidiet li testendi l-proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-2002 għall-miżuri previsti fil-qafas tat-trasferiment tal-SNCM fis-settur privat.

(85)

L-ewwel nett, meta tiġi kkunsidrata l-istedina tal-awtoritajiet Franċiżi tas-7 ta’ April 2006 (ara l-punt 17 ta’ din id-Deċiżjoni) biex tiġi investigata parti mill-ammont tal-kontribuzzjoni fil-kapital tal-2002 fid-dawl tal-ġurisprudenza Altmark, il-Kummissjoni, rigward dan, kellha xi dubji dwar ir-rispett tal-kundizzjonijiet (b’mod partikolari t-tieni u r-raba’) imposti mill-Qorti Komunitarja fis-sentenza msemmija (68).

(86)

Fl-ipoteżi li dan l-ammont jiġi kkwalifikat bħala għajnuna kumpatibbli skont l-Artikolu 86(2), KE, il-Kummissjoni kienet tal-fehma, fid-Deċiżjoni tagħha tal-2006, li l-ammont il-ġdid ta’ għajnuna li għandu jiġi evalwat fid-dawl tal-linji gwida tal-għajnuniet għar-ristrutturar għandu jkun ta’ EUR 15,81 miljun. Minħabba li l-ammont tal-għajnuna għar-ristrutturar huwa ħafna aktar baxx minn dak li kien innotifikat fl-2002 u approvat fl-2003, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar l-opportunità li żżomm l-arranġamenti kollha imposti lill-SNCM mid-Deċiżjoni tal-2003.

(87)

Il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha wkoll fuq il-ħarsien tal-kundizzjonijiet imposti mid-Deċiżjoni tal-2003, jiġifieri l-prinċipju ta’ price leadership u n-numru ta’ vjaġġi għal Korsika.

(88)

Dwar il-prezz ta’ bejgħ negattiv tal-SNCM, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar il-konformità mal-prinċipju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq tal-kapitalizzazzjoni mill-ġdid mill-Istat li ssir qabel il-bejgħ tal-SNCM. B’mod partikolari, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar il-validità tal-kalkolu tal-ispejjeż tal-istralċ li l-Istat azzjonist għandu jħallas f’każ ta’ stralċ tal-SNCM.

(89)

Il-Kummissjoni ddubitat il-fatt li l-miżuri finanzjarji jistgħu jiġġustifikaw ruħhom skont il-linji gwida fuq l-għajnuniet għas-salvataġġ u għar-ristrutturar.

(90)

Hija esprimiet ukoll id-dubji tagħha fuq is-suġġett tat-tieni kapitalizzazzjoni mill-ġdid ta’ EUR 8,75 miljun rigward ir-rispett tal-prinċipji ta’ konkomitanza bejn l-investimenti privati u pubbliċi u l-identità tal-kundizzjonijiet ta’ sottoskrizzjoni skont il-ġurisprudenza.

(91)

Il-Kummissjoni fl-aħħar nett, esprimiet id-dubji tagħha għall-fatt li l-miżuri soċjali supplimentari ta’ EUR 38,5 miljun ta’ għajnuna għall-persuna jistgħu jkunu vantaġġ indirett għall-impriża. Hija speċifikat ukoll ir-riskju ta’ kontradizzjoni mat-teħid inkonsiderazzjoni tal-indenizzi supplementari ta’ tkeċċija bħala parti mir-riskji li għandu investitur prudenti.

7.   POŻIZZJONI TAL-AWTORITAJIET FRANĊIŻI

7.1.   Dwar il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-2002

7.1.1.   Dwar l-ammont ta’ EUR 53,48 miljun fid-dawl tal-ġurisprudenza Altmark

7.1.1.1.   Ir-rispett tal-erba’ kriterji Altmark

(92)

Fl-ittra tagħhom tas-7 ta’ April 2006 kif ukoll fil-qafas tal-kummenti ppreżentati wara d-Deċiżjoni tal-2006, l-awtoritajiet Franċiżi stiednu lill-Kummissjoni biex tosserva li minħabba n-natura tagħha ta’ “kumpens ta’ servizz pubbliku” għall-perijodu 1991-2001, parti miż-żieda tal-kapital tal-2002, jiġifieri EUR 53,48 miljun, mhijiex għajnuna mill-Istat fid-dawl tal-ġurisprudenza Altmark, meta jitqies il-fatt li l-erba’ kundizzjonijiet stabbiliti minn din il-ġurisprudenza huma sodisfati f’dan il-każ.

(93)

B’mod partikolari dwar it-tieni kundizzjoni Altmark, l-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li skont it-termini tas-sentenza Altmark, il-parametri ta’ kalkolu biss għandhom jiġu stabbiliti qabel b’mod oġġettiv u trasparenti. Madankollu, f’dan il-każ, huma jispeċifikaw li l-ammont ta’ EUR 53,48 miljun tħallas f’Novembru 2003 fuq il-bażi ta’ parametri ta’ kalkolu stabbiliti qabel il-perijodu msemmi (1991-2001) (69).

(94)

Għalhekk, skont Franza, il-fatt li l-ħlas tal-evalwazzjoni mill-ġdid għal kumpens inqas isir wara ma jikkontestax il-konklużjoni skont liema l-paratmetri ta’ kalkolu li fuq il-bażi tagħhom ikun ikkalkulat il-kumpens ta’ EUR 53,48 miljun kienu stabbiliti biċ-ċar b’mod oġġettiv u trasparenti qabel it-twettiq tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku.

(95)

Rigward ir-raba’ kundizzjoni Altmark, l-awtoritajiet Franċiżi jaħsbu li din timmira lejn il-kwalitajiet ta’ impriża li għandha r-responsabbiltà ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku li tissodisfa l-kwalifika ta’ amministratur tajjeb medju iżda ma tagħmel ebda referenza għal xi rekwiżit ta’ redditu minimu jew medju tal-impriża msemmija.

(96)

Rigward dan, l-awtoritajiet Franċiżi huma tal-fehma li l-SNCM tista’ tibbenefika minn “preżunzjoni ta’ ġestjoni tajba” fil-perijodu tal-1991 sal-2001 u li ma tista’ tingħata ebda “preżunzjoni ta’ ġestjoni ħażina” lil din minħabba t-telf finanzjarju biss li sar matul il-perijodu 1991-2001. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, it-telf tal-SNCM ma sarx minħabba ġestjoni ħażina iżda minħabba r-rigorożità tal-ftehimiet iffirmati fl-1991 u fl-1996 kif ukoll minħabba t-taqlib li seħħ f’daqqa fis-suq storiku ta’ din il-kumpanija minħabba t-tranżizzjoni minn sitwazzjoni ta’ monopolju għal ambjent ferm kompetittiv. Is-SNCM għalhekk ġabet ruħha bħala impriża medjament amministrata tajba.

(97)

Franza tispeċifika li l-operatur pubbliku kien l-unika impriża kapaċi tissodisfa dawn l-obbligi għal dak li għandu x’jaqsam ma’ regolarità annwali u l-frekwenza ta’ servizz u dan, minkejja li fl-1996 daħal operatur privat, li kien jagħmel ċerti rotot biss u unikament matul l-istaġun ta’ ħafna xogħol. Barra minn hekk m’hemmx impriża li stricto sensu l-infiq tagħha jista’ jservi bħala referenza biex jiġi ddeterminat jekk il-livell tal-kumpens allokat lill-SNCM jaqbiżx jew le l-ispejjeż li jsiru ta’ bilfors mit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku. Għalhekk, skont l-awtoritajiet Franċiżi, tkun ħaġa delikata jekk isir paragun bejn il-qafas tal-infiq tal-SNCM u dak ta’ kumpaniji marittimi oħra, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tal-attività ta’ din tal-aħħar u tas-suq li fih topera.

(98)

Minkejja l-impossibiltà prattika li tinstab impriża li tkun tista’ sservi bħala punt ta’ referenza għal dan il-perijodu, Franza hija tal-fehma li għamlet sforz biex tipprovdi, matul l-komunikazzjoni mal-Kummissjoni li saret fl-2005 u l-2006, xi elementi oġġettivi u li jistgħu jkunu ġġustifikati li jippermettu li jiġi stabbilit il-karattru ta’ “impriża medja, amministrata tajba u mgħammra b’mod adegwat” tal-SNCM u li jiġi osservat li r-raba’ kriterju fis-sentenza Altmark huwa ssodisfat (70).

(99)

Franza hija wkoll tal-fehma li paragun li jkun bbażat fuq l-elementi disponibbli relatati mal-qafas tal-infiq tas-CFF u ma’ dak tal-SNCM żgur ma jikkontradixxix il-preżunzjoni ta’ ġestjoni tajba tal-SNCM, l-aktar minħabba li dawn ma jippermettux li tiġi kkunsidrata parti mhux negliġibbli tal-infiq tal-attività ta’ servizz pubbliku li għandha x’taqsam mat-trasport tal-merkanzija.

(100)

Barra minn hekk, Franza tafferma li, f’xenarju bħal dan, huwa permess li jiġi kkunsidrat li l-ġurisprudenza li wasslet għas-sentenza Altmark (u b’mod partikolari s-sentenza Ferring) għandha tfisser verifika biss tan-nuqqas ta’ kumpens żejjed. Rigward dan, l-awtoritajiet Franċiżi jgħidu li s-sussidji allokati ma qabżux l-infiq li sar mill-SNCM b’mod effettiv minħabba l-obbligi ta’ servizz pubbliku li hija responsabbli għalihom, kif indikat il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tat-30 ta’ Ottubru 2001 (71).

(101)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi jaffermaw li l-fatt li l-ġurisprudenza Altmark tapplika għall-ftehim ta’ DSP tal-2002-2006 għandu jikkontribwixxi biex ineħħi d-dubji dwar l-applikabilità ta’ din il-ġurisprudenza għall-kumpensi ta’ spejjeż ta’ servizz pubbliku għall-perijodu mill-1991 sal-2001. Fil-fatt, skont Franza, il-kumpensi allokati mill-1991 sal-2001 u mill-2002 sal-2006 għandhom l-istess natura minħabba li l-parametri tad-definizzjoni tagħhom, jiġifieri l-eżiġenzi kbar ta’ servizz pubbliku, il-preżenza ta’ impriża waħda biss li tista’ tissodisfahom u skema ta’ kkunsidrar tal-infiq tan-negozju, huma identiċi.

(102)

B’konklużjoni, Franza għandha l-opinjoni li l-eżistenza tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, flimkien man-nuqqas ta’ kumpens żejjed fil-perijodu 1991-2001, jikkonferma li l-erba’ kundizzjonijiet Altmark ġew sodisfatti.

7.1.1.2.   Il-kumpatibbiltà tal-ammont ta’ EUR 53,48 miljun fid-dawl tal-Artikolu 86(2), KE

(103)

Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li dan l-intervent huwa għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) KE, l-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li din il-miżura awtonoma u indipendenti tal-pjan ta’ ristrutturar tal-2002 hija kumpatibbli skont l-Artikolu 86(2), KE, peress li din il-bażi ta’ kumpatibbiltà ma ġietx ikkontestata mill-Qorti fis-sentenza tagħha tal-2005.

(104)

L-awtoritajiet Franċiżi jinsistu għall-fatt li, f’dan ix-xenarju, l-ammont inkwistjoni huwa miżura li m’għandhiex tiġi evalwata fid-dawl tal-linji gwida dwar l-għajnuniet għar-ristrutturar tal-1999 u tal-2004 u, b’mod partikolari, m’għandhiex tiġi kkunsidrata fil-mument meta jiġu evalwati l-kundizzjonijiet imposti fil-pjan tal-2002. Fil-fatt, skont Franza, il-linji gwida dwar l-għajnuniet għar-ristrutturar tal-2004 (punt 68) ma jiġġustifikawx l-inklużjoni tat-EUR 53,48 miljun fl-għajnuniet għar-ristrutturar.

(105)

Rigward dan, Franza tafferma li l-ammont ta’ EUR 53,48 miljun li jkopri xi kumpensi ta’ spejjeż ta’ servizz pubbliku għall-perijodu tal-1991 sal-2001 mhijiex miżura allokata matul ir-ristrutturar, kemm jekk huwa l-pjan ta’ ristrutturar innotifikat fl-2002 kif ukoll it-twettiq tiegħu, iżda miżura li tiġi qabel il-pjanijiet tar-ristrutturar inkwistjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jargumentaw li miżura bl-iskop li tikkumpensa għall-ispejjeż li għandhom l-impriżi minħabba l-obbligi tagħhom ta’ servizz pubbliku m’għandhiex in-natura ta’ għajnuna għar-ristrutturar bħalma hija ddefinita fil-linji gwida.

(106)

L-awtoritajiet Franċiżi huma tal-fehma li, anke jekk dan l-ammont kien innotifikat fil-qafas ta’ injezzjoni finanzjarja globali għall-għajnuna għar-ristrutturar, il-Kummissjoni mhijiex marbuta bil-kwalifikazzjonijiet adottati mill-Istati Membri u li bil-kontra, għandha l-obbligu, jekk ikun il-każ, li tikkwalifika miżura mill-ġdid bħala waħda li mhijiex għajnuna mill-Istat jew bil-kontra li tikkwalifika miżura tal-Istat bħala għajnuna meta l-Istat Membru inkwistjoni ma jkunx ippreżentaha hekk.

7.1.2.   Dwar il-bilanċ innotifikat għall-għajnuniet għar-ristrutturar

(107)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, Franza hija tal-fehma li, jekk l-ammont ta’ EUR 53,48 miljun huwa ġġudikat bħala eżenti minn elementi ta’ għajnuna jew jekk ikun ikkwalifikat bħala għajnuna kumpatibbli skont l-Artikolu 86(2), KE, l-ammont tal-għajnuna li għandha tiġi kkunsidrata bħala għajnuna għar-ristrutturar skont in-notifika tal-2002 ma tkunx aktar ta’ EUR 76 miljun, iżda ta’ EUR 15,81 miljun.

7.2.   Dwar il-miżuri ta’ wara l-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-2002

(108)

Franza tfakkar, b’mod preliminari, li l-gravità tal-movimenti soċjali tal-2004/2005 u d-deġenerazzjoni tal-qagħda ekonomika u finanzjarja tal-SNCM ġiegħlu lill-Istat azzjonist inied f’Jannar 2005 proċedura ta’ selezzjoni ta’ investituri privati u jimplimenta miżuri ta’ emerġenza (b’mod partikolari l-bejgħ tal-Asco u tas-sehem fis-Sud Cargos (72).

7.2.1.   Dwar il-prezz ta’ bejgħ negattiv tal-SNCM

(109)

B’applikazzjoni tal-ġurisprudenza Komunitarja fil-qasam, l-awtoritajiet Franċiżi jistiednu lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li l-prezz ta’ bejgħ negattiv tal-SNCM ta’ EUR 158 miljun m’għandu ebda miżura li tikkwalifika bħala għajnuna skont l-Artikolu 87(1) KE, minħabba li l-Istat Franċiż aġixxa bħala investitur privat f’ekonomija tas-suq.

(110)

Fuq bażi preliminari, Franza tindika li l-prezz finali ta’ EUR 158 miljun, li huwa aktar baxx mill-prezz negattiv li x-xerrejja talbu fil-bidu skont il-verifika tal-kontijiet tal-SNCM tagħhom, huwa r-riżultat ta’ negozjar ta’ bejgħ ta’ kontroll li sar fil-qafas ta’ sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja, u għal dan, huwa tassew prezz tas-suq.

(111)

Franza tikkunsidra li, minħabba li din it-tfittxija ta’ sieħeb privat għall-SNCM saret fil-qafas ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja, li meta tlestiet ġiet magħżula l-aħjar offerta, il-prezz ta’ bejgħ huwa prezz ta’ suq.

(112)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-bejgħ bi prezz negattiv ta’ EUR 158 miljun sar fl-aktar kundizzjonijiet favorevoli għall-Istat b’mod konformi mal-ġurisprudenza Komunitarja u mal-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni u għalhekk ma fih ebda element ta’ għajnuna. Fil-fatt, Franza temmen li dan il-prezz negattiv huwa aktar baxx mill-ispiża ta’ stralċ li l-Istat kellu jħallas f’każ li kellu jsir stralċ tal-impriża.

(113)

Din il-konklużjoni timponi ruħha kemm meta jiġi applikat l-approċċ meħud mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (iktar ‘il quddiem ġurisprudenza Gröditzer (73) kif ukoll meta jiġi applikat l-approċċ ibbażat fuq l-analiżi tal-ispejjeż ta’ likwidazzjoni effettivi tal-SNCM (Deċiżjoni ABX (74).

(114)

Rigward l-ewwel metodu li huwa bbażat fuq il-ġurisprudenza Gröditzer, Franza tgħid li din is-sentenza kkonfermat l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tat-8 ta’ Lulju 1999, li skont din “il-valur biss tal-likwidazzjoni […] tal-assi, […], għadu jiġi kkunsidrat bħala nfiq tal-likwidazzjoni (75).

(115)

Rigward dan, ir-rapporti tas-CGMF (76) u l-Oddo-Hastings (77) jistmaw il-valur ta’ likwidazzjoni tal-assi b’minimu ta’ EUR[…] miljun fit-30 ta’ Settembru 2005 (78).

(116)

Għalhekk, inkwantu l-Istat bħala propjetarju azzjonist ta’ kumpanija huwa responsabbli għad-debiti tagħha biss sal-valur tal-likwidazzjoni tal-assi tagħhom (ġurisprudenza “Hytasa” (79), Franza tafferma li l-valur tal-likwidazzjoni tal-assi tal-kumpanija stmat għal minimu ta’ EUR[…] miljun huwa nettament ogħla mill-prezz negattiv ta’ bejgħ ta’ EUR 158 miljun.

(117)

Dwar it-tieni metodu, Franza tindika li dan jirriżulta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Belġju favur l-ABX Logistics, li fiha l-Kummissjoni investigat prezz ta’ bejgħ negattiv, li għandu, bħal f’dan il-każ, in-natura ta’ prezz ta’ suq, billi qabblitu mall-ispejjeż li l-Istat azzjonist ħallas b’mod effettiv fil-qafas ta’ likwidazzjoni bonarja jew ġudizzjarja bħal meta jiġu stmati minn terz indipendenti. Skont Franza, il-Kummissjoni tammetti b’mod partikolari f’din id-Deċiżjoni l-validità ta’ ċertu numru ta’ spejjeż li jistgħu jirriżultaw minn azzjoni biex tagħmel tajjeb għad-debiti mid-debituri jew mil-likwidazzjoni tal-fergħat l-oħra tal-grupp li jillikwida s-sussidjarja tiegħu.

(118)

Fuq il-bażi tar-rapporti CGMF u Oddo-Hastings imsemmijin qabel, l-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li l-ispejjeż reali kollha li kellha tħallas ir-Repubblika Franċiża bħala azzjonista, kienu bejn EUR[…] u […] miljun fit-30 ta’ Settembru 2005.

(119)

Dan il-metodu jikkunsidra b’mod partikolari r-riskju li kien ikollu l-Istat Franċiż li jiġi msejjaħ biex “jagħmel tajjeb għad-debiti” kieku ġie kkunsidrat minn qorti bħala diriġent de facto tal-SNCM. L-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li r-riskju ta’ azzjoni biex jagħmlu tajjeb għad-debiti ma jistax jiġi eskluż, b’mod partikolari fir-rigward ta’ preċedent stabbilit mill-Qorti ta’ Kassazzjoni (Cour de Cassation) fi Franza (80). Għalhekk, f’bosta ittri lill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi qalu li l-ipoteżi li l-Istat jiġi ordnat minn qorti nazzjonali biex jagħmel tajjeb għad-debiti tal-impriża li tidderiġi hija xenarju possibbli ħafna u li għandha tiġi kkunsidrata fil-kalkolu tal-infiq effettiv ta’ stralċ possibbli tal-SNCM.

(120)

Fit-30 ta’ Settembru 2005, il-valur li fadal tal-assi tal-SNCM (jiġifieri EUR[…] miljun) kien, wara l-ħlas tad-debiti privileġġati, EUR[…] miljun. L-elementi l-oħra ta’ nfiq kkunsidrati għall-azzjoni kontra l-Istat biex jagħmel tajjeb għad-debiti jinkludu b’mod partikolari l-ispejjeż għat-terminazzjoni tal-kuntratti ewlenin tal-operat, l-ispejjeż għat-terminazzjoni ta’ kiri tal-bastimenti u l-ħlas tad-debiti bla garanzija, u dan jirriżulta għal insuffiċjenza ta’ assi ta’ ammont ta’ EUR[…] miljun. L-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li l-Istat kellu jiġi ordnar iħallas bejn […] u […]% ta’ dan l-ammont.

(121)

Barra minn dan, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li, minħabba r-relazzjoni ta’ dipendenza mal-SNCM, u skont ġurisprudenza oħra Franċiża (81), l-istralċ tal-impriża setgħet iġġiegħel lill-qorti tordna l-ħlas tad-danni u interessi lill-impjegati. Skont din il-ġurisprudenza, l-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li kien ikun aktar possibbli li l-qorti tistabbilixxi l-ammont tal-indennizzi supplementari fuq il-bażi tal-indennizzi li setgħu jiġu mħallsa fil-qafas ta’ pjan soċjali ppreżentat qabel l-istralċ.

(122)

B’applikazzjoni tal-ġurisprudenza Aspocomp f’dan il-każ, Franza hija tal-fehma li l-Istat seta’ jkun mġiegħel jħallas xi indennizzi supplementari ta’ tkeċċija għal ammont totali bejn EUR[…] u […] miljun, li fl-aħħar seta’ jirriżulta għal infiq totali ta’ stralċ li għandu jitħallas mill-Istat ta’ bejn EUR[…] u […] miljun.

(123)

Skont dan l-approċċ, l-analiżi tal-ispejjeż effettivi li kellhom jitħallsu mill-Istat azzjonist turi li l-infiq għall-Istat tal-bejgħ tal-SNCM bi prezz negattiv ta’ EUR 158 miljun huwa inqas mill-infiq effettiv li kellu jħallas f’każ li jsir stralċ ġudizzjarju tal-impriża.

(124)

B’konklużjoni, l-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li dan l-ammont ma jistax jiġi kkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat.

7.2.2.   Dwar il-kontribuzzjoni fil-kapital konġunt tal-azzjonisti

(125)

Franza temmen li, permezz ta’ dan ix-xiri ta’ ishma, hija ġabet ruħha bħala investitur prudenti għaliex, minn naħa, hija intervjeniet b’mod konkomitanti u minoritarju mal-BCP u l-VT u, min-naħa l-oħra, dan is-sehem jibbenefika minn remunerazzjoni f’kapital fiss ta’ […]% kull sena, u dan jeżonera lill-Istat mir-riskju ta’ attwazzjoni tal-pjan tan-negozju. Fil-fatt, Franza tgħid li din ir-rata ta’ profitt hija sodisfaċenti ħafna għal investitur privat (82). Għaldaqstant hija tispeċifika li m’għandha titħallas ebda remunerazzjoni f’każ li jsir salvataġġ jew stralċ ġudizzjarju tal-SNCM jew eżerċizzju tal-klawżola riżoluttiva mix-xerreja.

7.2.3.   Dwar il-miżuri soċjali supplementari (għajnuna għall-persuna)

(126)

Franza tikkunsidra, waqr li tirreferi għall-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni, b’mod partikolari fil-kwistjoni SFP - Société française de production  (83), li dan il-finanzjament huwa għajnuna għall-persuna li mhuwiex ta’ benefiċċju lill-impriża. Għalhekk, l-implimentazzjoni permezz ta’ fondi pubbliċi ta’ miżuri soċjali supplimentari favur xi persuni li jingħataw is-sensja, mingħajr ma dawn il-miżuri jneħħu r-responsabiltajiet normali ta’ min iħaddem, taqa’ taħt il-politika soċjali tal-Istati Membri u ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

7.2.4.   Konklużjoni

(127)

Jekk il-Kummissjoni minkejja kollox tikkwalifika l-miżuri ġodda kollha jew parti minnhom bħala għajnuna mill-Istat, Franza tiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li l-miżuri ġodda, filwaqt li jassiguraw ir-ritorn għall-vijabbiltà tal-SNCM, jistgħu jippermettu ż-żamma ta’ kompetizzjoni fis-swieq inkwistjoni, b’mod partikolari fis-suq tas-servizz ta’ trasport għal Korsika. Dan l-element, skont Franza, huwa wieħed mill-prinċipji tal-linji gwida dwar is-salvataġġ ta’ impriża f’diffikultà bħalma kien imfakkar, f’dan il-każ, mill-Kummissjoni (paragrafu 283 ta’ Deċiżjoni annullata tagħha) u mill-Qorti tal-Prim’Istanza fis-sentenza tagħha tal-15 ta’ Ġunju 2005. B’mod partikolari, din tal-aħħar fakkret li l-Kummissjoni setgħet tikkonstata, fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni wiesgħa tagħha, li l-preżenza ta’ impriża kienet meħtieġa biex tipprevjeni l-ħolqien ta’ struttura oligopolistika msaħħaħ tas-swieq inkwistjoni.

(128)

Rigward l-iffissar tal-kumpensi li l-SNCM tista’ tiġi ordnata tħallas, Franza tissuġġerixxi li l-Kummissjoni tikkunsidra l-istruttura tas-suq. Għalhekk, tnaqqis fil-kapaċitajiet tal-SNCM jista’ jsaħħaħ il-pożizzjoni li issa hija dominanti tas-CFF fis-suq tas-servizz ta’ trasport għal Korsika (84).

(129)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-pjan għar-ristrutturar, kif kien aġġornat, huwa konformi mal-kriterji ta’ kumpatibbiltà maħruġa mill-Kummissjoni fil-linji gwida tagħha tal-1999 u l-2004. Il-miżuri kollha li jidhru fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-SNCM jippermettu wkoll li tiġi stabbilita mill-ġdid mill-aħħar tal-2009 il-vijabbiltà fuq żmien twil tal-SNCM u jkunu limitati għall-minimu meħtieġ għal dan ir-ritorn lejn il-vijabbiltà.

7.3.   Dwar it-tneħħija tar-restrizzjonijiet imposti mid-Deċiżjoni mħassra tal-2003

(130)

L-awtoritajiet Franċiżi jfakkru, minn naħa, li l-kundizzjonijiet imposti mid-Deċiżjoni tal-2003 kienu implimentati kollha u sodisfatti fil-perijodu 2003-2006. Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li dawn il-miżuri m’għadhomx meħtieġa biex jipprevjenu distorsjoni tal-kompetizzjoni u li ż-żamma tagħhom tkun kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità rigward il-limitazzjoni tal-ammont tal-għajnuniet għar-ristrutturar, li issa ġew mnaqqsa sa EUR 15,81 miljun. B’mod partikolari, l-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li għandhom jitneħħew il-kundizzjonijiet li għadhom jistgħu jkunu applikati, jiġifieri dawk li huma relatati mal-projbizzjoni li tiġi mmodernizzata l-flotta tal-SNCM, ir-rispett tal-prinċipju tal-price leadership għal dak li għandu x’jaqsam mat-tariffi u ż-żamma ta’ ċertu numru ta’ frekwenzi.

8.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI

8.1.   Dwar id-Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-2002

8.1.1.   Osservazzjonijiet ta’ Corsica Ferries (CFF)

(131)

Filwaqt li l-ewwel nett tikkontesta li l-SNCM hija impriża f’diffikultà skont il-linji gwida (85), is-CFF tqajjem dubji dwar il-kapaċità tal-SNCM li tibda tagħmel profitt fuq ir-rotot li mhumiex issussidjati. Is-CFF tosserva wkoll li, bil-kontra ta’ dak li jintqal fil-pjan għar-ristrutturar (86), is-servizz ta’ trasport għal Livorno għadu jsir.

(132)

Dwar il-kwistjoni ta’ tnaqqis tal-ispejjeż, is-CFF tikkundanna l-fatt li m’għandhiex aċċess għal ċerti elementi tal-pjan għar-ristrutturar li għalihom ir-rappreżentanti għamlu xi kritiki (87).

(133)

Is-CFF hija tal-opinjoni li l-kalkolu tal-awtoritajiet Franċiżi li wassal għall-ammont ta’ EUR 76 miljun huwa purament fittizju (88) filwaqt li jidhrilha li l-proporzjon tal-kapitali proprji mad-debiti finanzjarji ta’ 79 % stabbilit mill-awtoritajiet Franċiżi huwa eżaġerat (89). Għal dak li għandu x’jaqsam mal-ishma tal-SNCM, is-CFF tosserva li xi wħud mis-sussidjarji mhumiex utli għall-attivitajiet tal-kumpanija marittima (90).

(134)

B’konklużjoni, skont is-CFF, il-proġett ta’ għajnuna għandu l-għan li jevita r-Regolament dwar il-kabotaġġ u jġib fix-xejn is-sejħa għall-offerti li ħarġet għas-servizz ta’ trasport lejn Korsika minn Marsilja. Is-CFF tinsisti li l-għajnuna ppjanata ma twassalx biex is-SNCM tkun tista’ tagħmel offerta kummerċjali aktar agressiva. Hija tissuġġerixxi li għajnuna għar-ristrutturar tiġi allokata fl-2007 u biss jekk l-SNCM titlef is-sejħa għall-offerti li jmiss fl-2006, l-uniku xenarju li fil-fehma tagħha tabilħaqq jista’ jpoġġi lill-kumpanija marittima pubblika f’diffikultà.

8.1.2.   Osservazzjonijiet tal-grupp Stef-TFE  (91)

(135)

Il-grupp Stef-TFE jgħid uffiċjalment li l-ishma tal-SNCM fis-CMN għandhom jiġu analizzati bħala assi purament finanzjarji. Skont il-grupp Stef-TFE, is-CMN u l-SNCM huma indipendenti u f’kompetizzjoni ma’ xulxin għar-rotot minbarra dawk li jitilqu minn Marsilja, anke jekk it-tnejn huma kokontraenti fil-qafas tal-kuntratt ta’ delega ta’ servizz pubbliku.

(136)

L-ittra tindika li l-grupp Stef-TFE jimpenja ruħu “li jixtri l-ishma kollha jew parti minnhom u bi preferenza l-ishma kollha tal-SNCM fis-CMN”, li huwa jistma l-valur tagħhom għal bejn EUR 15 u 17 miljun, jekk il-Kummissjoni hija tal-fehma, fil-kundizzjonijiet li tista’ timponi fid-Deċiżjoni finali tagħha, li “bejgħ bħal dan huwa meħtieġ għal bilanċ fil-pjan tar-ristrutturar”.

8.1.3.   Osservazzjonijiet tar-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali

(137)

Is-sindku tal-belt ta’ Marsilja, il-president tal-Kunsill Ġenerali tal-Bouches-du-Rhône u l-president tal-Kunsill reġjonali Provence-Alpes-Côte d’Azur jenfasizzaw l-importanza ekonomika li għandha l-SNCM fl-ekonomija reġjonali.

(138)

Il-president tal-Kunsill Reġjonali Provence-Alpes-Côte d’Azur jgħid ukoll li l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex il-pjan għar-ristrutturar tal-SNCM jiggarantixxi l-vijabbiltà tal-impriżi jidhru li huma sodisfatti.

(139)

Il-president tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Assemblea ta’ Korsika bagħat deliberazzjoni ta’ din l-assemblea tat-18 ta’ Diċembru 2002 li fiha l-assemblea ta’ Korsika tat “opinjoni favur” il-proġett ta’ kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-SNCM.

8.1.4.   Osservazzjonijiet tal-Uffiċċju tat-Trasport ta’ Korsika

(140)

L-Uffiċju tat-Trasport ta’ Korsika (Office des Transports de Corse – OTC) (92) jenfasizza li għas-sejħa għall-offerti mnedija għall-kuntratt ta’ delega ta’ servizz pubbliku saret biss offerta waħda, dik tal-grupp CMN u SNCM. Bl-iskop li żżomm servizz ta’ trasport affidabbli u ta’ kwalità, l-awtorità lokali ta’ Korsika inkludiet fil-kuntratt xi mekkaniżmi finanzjarji ta’ kumpens jew ta’ korrezzjoni skont l-effiċjenza u l-affidabbiltà tas-servizzi. Fl-aħħarnett, huwa mfakkar li l-awtorità lokali ta’ Korsika kkunsidrat l-iżviluppi fl-offerta mill-1996 fis-servizz ta’ trasport mill-portijiet ta’ Franza kontinentali biex ma tillimitax l-obbligi ta’ servizz pubbliku għas-servizz ta’ trasport minn Marsilja biss.

(141)

L-OTC jindika wkoll li, billi l-SNCM hija l-unika kumpanija llum li hija kapaċi tissodisfa l-eżiġenzi tal-kuntratt għal dak li għandu x’jaqsam mat-traffiku ta’ passiġġieri, il-waqfien tal-eżistenza tagħha “iwassal minnufih għal nuqqas kbir ta’ servizzi”. Huwa jfakkar ukoll l-importanza tal-SNCM fl-ekonomija ta’ Korsika.

8.2.   Dwar id-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura tal-2006

8.2.1.   Osservazzjonijiet ta’ Corsica Ferries (CFF)

(142)

Is-CFF tenfasizza l-kobor tal-ammonti finanzjarji inkwistjoni, in-natura sproporzjonata tagħhom meta mqabblin mal-fatturat tal-SNCM u l-fatt li ġew imħallsa lill-SNCM qabel ma l-Kummizzjoni tat l-opinjoni tagħha dwar il-kwalifikazzjoni skont l-Artikolu 87(1) KE.

(143)

Is-CFF tiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li l-appoġġ tal-Istat Franċiż lill-SNCM huwa ta’ natura strateġika għall-iżvilupp tas-CFF. Dawn il-miżuri mhux awtorizzati jippermettu lill-SNCM li jkollha politika tariffarja agressiva ħafna fuq ir-rotot fejn is-CFF ilha attiva għal 10 snin u, fejn, għall-ewwel darba minn meta ġiet stabbilita, qiegħda titlef xi ishma fis-suq.

(144)

Is-CFF temmen li hemm modi alternattivi għall-preżenza tal-SNCM fuq ir-rotot kollha inkwistjoni, DSP u ‘l barra mid-DSP, li jista’ jkollhom ħafna vantaġġi kemm għall-SNCM kif ukoll għall-kompetizzjoni inġenerali. Rigward id-DSP (93), is-CFF temmen li l-SNCM għandha tnaqqas l-offerta tagħha fis-servizzi ta’ trasport li joperaw fil-qafas tad-DSP sabiex ma titħalliex tabbuża mill-pożizzjoni dominanti tagħha f’dan is-suq, sabiex jiġu evitati investimenti ġodda u sabiex jiġi stabbilit pjan soċjali limitat għal 120 post tax-xogħol staġjonali mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa li jeliminaw xi kuntratti għal żmien indefinit, li jiswew aktar flus. Għal dak li għandu x’jaqsam mar-rotot ‘il barra mid-DSP, is-CFF tissuġġerixxi l-irtirar mill-SNCM ta’ bastiment staġjonali.

8.2.1.1.   Dwar il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-2002

(145)

Rigward l-ammont ta’ EUR 53,48 miljun, is-CFF tqajjem il-kwistjoni li seta’ kien hemm għadd doppju fil-kalkolu tal-kumpens ta’ EUR 787 miljun awtorizzat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2001.

(146)

Is-CFF temmen li, minkejja l-fatt li l-ġurisprudenza Altmark ġiet wara l-iffirmar tad-DSP, il-kumpensi mħallsin fil-qafas tagħha għandhom jiġu investigati fid-dawl tal-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza msemmija. Rigward dan, is-CFF temmen li, minbarra l-ewwel kriterju, il-kriterji l-oħrajn Altmark ma ġewx sodisfatti.

(147)

Partikolarment rigward ir-raba’ kriterju Altmark, is-CFF taqbel mad-dubji tal-Kummissjoni dwar il-fatt li l-SNCM tista’ tiġi kkunsidrata bħala impriża li kienet amministrata b’mod tajjeb u mgħammra b’mod adegwat. Rigward dan, is-CFF tiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li madwar 50 % tat-telf tal-SNCM sar l-aktar fis-snin 2000 u 2001, u dan iġiegħel lil wieħed jaħseb li t-telf tal-SNCM ma sarx biss minħabba l-obbligi ta’ servizz pubbliku.

(148)

Rigward il-possibiltà li dan l-ammont jiġi evalwat fid-dawl tal-Artikolu 86(2), KE, is-CFF temmen li l-Qorti tal-Prim’Istanza talbet lill-Kummissjoni biex tagħmel evalwazzjoni limitata għall-kwalifikazzjoni ta’ dan l-ammont bħala għajnuna u mhux għall-ġustifikazzjoni tagħha skont l-Artikolu msemmi. Il-Kummissjoni tkun obbligata li tivverifika li dan l-ammont ma jkunx eċċessiv meta mqabbel mal-ispejjeż żejda li rriżultaw mill-obbligi ta’ servizz pubbliku.

8.2.1.2.   Dwar il-miżuri ta’ wara l-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-2002

(149)

Rigward il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti għall-bejgħ tal-kumpanija, is-CFF temmen li ma kinitx kompletament trasparenti minħabba li l-impriża magħżula, jiġifieri l-BCP, m’għadhiex fil-kmand operattiv tal-SNCM għaliex ittrasferixxiet postha lill-grupp VT. Barra minn hekk, billi l-kundizzjonijiet finanzjarji nbiddlu u saru aktar favorevoli għax-xerrejja, is-CFF ssaqsi dwar il-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-investituri li kellu jkun applikat sa mill-bidu tal-operazzjoni.

(150)

Rigward il-prezz ta’ bejgħ negattiv ta’ EUR 158 miljun, is-CFF tiddubita l-mod kif ġie applikat f’dan il-każ il-kriterju tal-investitur prudenti f’ekonomija tas-suq. Minn naħa, is-CFF ssaqsi jekk wieħed jistax jikkunsidra li l-operazzjoni inkwistjoni ġiet immexxija mill-Istat flimkien ma’ intervent sinifikattiv u konkomitanti tal-operaturi privati kkonċernati f’kundizzjonijiet komparabbli meta l-Istat ikkapitalizza mill-ġdid il-kumpanija qabel il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid konġunta tal-azzjonisti u l-pjan il-ġdid għar-ristrutturar. Min-naħa l-oħra, is-CFF temmen li, fid-dawl tal-kundizzjonijiet finanzjarji serji tal-SNCM, investitur prudenti kien jintervjeni qabel biex ma jħallix l-investiment tiegħu jonqos fil-valur (94).

(151)

Is-CFF temmen li r-referenza għall-kawża “ABX Logistics” mhijex relevanti. Minbarra l-fatt li ċ-ċirkostanzi ta’ din il-kawża ma jistgħux jiġu ttrasferiti għal dan il-każ, is-CFF tinnota kontribuzzjoni sinifikattiva mill-benefiċjarju għall-għajnuniet f’dik il-kawża, u dan żgur mhuwiex il-każ tal-SNCM. Barra minn hekk, skont is-CFF, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2006 ma kkunsidratx l-infiq relatat mar-riskju ta’ azzjonijiet ġudizzjarji fil-qafas ta’ stralċ tal-impriża kkonċernata. Rigward dan, is-CFF temmen li l-ġurisprudenza nazzjonali invokata minn Franza sabiex tiġġustifika l-infiq li huwa relatat mal-istralċ tal-SNCM mhijiex applikabbli għal dan il-każ (95).

(152)

Is-CFF temmen li l-applikazzjoni tal-ġurisprudenza Komunitarja “Gröditzer” u “Hytasa” għal dan il-każ jista’ biss iwassal għal konklużjoni li l-Istat ma ġabx ruħu bħala investitur privat minħabba li, skont il-ġurisprudenza msemmija, il-kontribuzzjoni f’kapital tal-Istat kien relatat mal-bejgħ ta’ 75 % tas-sehem tiegħu fl-SNCM li kompla naqqas il-prospetti ta’ profitti li seta’ jieħu lura.

(153)

Fl-aħħar, is-CFF temmen li l-paragun bejn l-ispejjeż ta’ stralċ u l-ispejjeż ta’ kapitalizzazzjoni mill-ġdid għandu jikkunsidra l-valur tal-assi, li huwa, fiż-żewġ każijiet, ittrasferit lix-xerrej. Is-CFF temmen li l-valur tal-assi mibjugħa lix-xerrejja jvarja bejn EUR 640 miljun u EUR 755 miljun (96), meta jiġi kkunsidrat li l-valur tas-suq tal-flotta użata mill-SNCM li s-CFF jistma li kien bejn EUR 644 u 664 miljun f’Awwissu 2006.

(154)

Rigward l-evalwazzjoni tal-miżuri ta’ wara l-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-2002 bħala għajnuniet għar-ristrutturar, is-CFF temmen li, jekk l-SNCM tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ impriża f’diffikultà skont il-linji gwida tal-2004 fil-perijodu ta’ qabel l-ewwel kapitalizzazzjoni mill-ġdid ta’ EUR 142,5 miljun, din il-kwalifikazzjoni ssir ferm kontestabbli għall-perijodu ta’ qabel it-tieni żieda fil-kapital ta’ EUR 8,75 miljun minħabba li l-fondi proprji tal-impriżi ġew mibnija mill-ġdid.

(155)

Rigward il-vijabbiltà tal-impriża, is-CFF tenfasizza li l-bejgħ tal-SNCM huwa parzjali biss u ma jistax jiġi rrevokat minħabba l-klawżoli riżoluttivi nnegozjati max-xerrejja. Dawn l-elementi jirrappreżentaw elementi importanti ta’ inċertezza dwar il-volontà u l-kapaċità tax-xerrejja li jsalvaw lill-SNCM u għalhekk jipotekaw il-perspettivi ta’ vijabbiltà sostenibbli tal-impriża. Barra minn dan, is-CFF tindika li, għall-kuntlarju ta’ dak li huwa mitlub mil-linji gwida tal-2004, l-awtoritajiet Franċiżi ma ppjanawx li jabbandunaw l-attivitajiet li jibqgħu jagħmlu telf strutturali anke wara r-ristrutturar (97). Barra minn hekk, is-CFF tesprimi xettiċiżmu dwar il-pjan ta’ tnaqqis tal-infiq meta l-flotta tal-SNCM kibret (98) u dwar il-pjan ta’ tnaqqis ta’ impjegati b’mod partikolari fid-dawl tal-falliment tal-pjan soċjali tal-2002.

(156)

Is-CFF tesprimi d-dubji tagħha dwar il-fatt li l-għajnuniet il-ġodda huma limitati għall-minimu minħabba, minn naħa waħda, nuqqas ta’ ċarezza dwar x’kienu jkopru l-ispejjeż soċjali u, min-naħa l-oħra, il-kontenut tal-minuti tal-Assemblea tal-SNCM tat-28 ta’ April 2006 li minnhom jidher li parti minn dawn l-għajnuniet servew biex ikopru t-telf operattiv tal-kumpanija fl-2006 u fl-2007. Is-CFF temmen ukoll li x-xerreja tal-SNCM ma jikkontribwux b’mod sostanzjali għar-ristrutturar tal-impriża.

(157)

Sabiex jiġu evitati distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni, is-CFF temmen li huwa meħtieġ li jerġgħu jiġu mġedda u speċifikati l-kumpensi imposti fuq l-SNCM fl-2003 kif ukoll li jiġu miżjuda kumpensi ġodda li jkunu relatati mat-tnaqqis tal-preżenza tal-SNCM fis-suq (99). Is-CFF temmen ukoll li parti tal-miżuri imposti fuq l-SNCM mid-Deċiżjoni tal-2003 ma ġewx sodisfatti (100).

(158)

Dwar in-natura tat-tieni kapitalizzazzjoni mill-ġdid ta’ EUR 8,75 miljun, is-CFF temmen li, minbarra l-konkomitanza tal-investiment pubbliku u privat, l-intervent privat għandu jkun sinifikattiv u għandu jsir f’kundizzjonijiet komparabbli b’mod li jkun ivvalidat l-intervent tal-Istat. Fil-każ inkwistjoni, dawn iż-żewġ kundizzjonijiet ma ġewx sodisfatti. Minn naħa waħda, is-sehem tax-xerrejja, strettament relatat mal-ewwel żieda fil-kapital ta’ EUR 142,5 miljun, mhuwiex sinifikattiv. Min-naħa l-oħra, l-intervent tax-xerrejja ma sarx f’kundizzjonijiet komparabbli ma’ dawk tal-Istat b’mod partikolari minħabba l-klawżoli riżoluttivi u l-profitt previst tas-sehem minoritarju tas-CGMF.

(159)

Dwar il-miżuri soċjali ta’ ammont ta’ EUR 38,5 miljun, is-CFF tikkontesta l-kwalifikazzjoni ta’ dan l-ammont bħala għajnuna għall-persuna. Fil-fatt, huwa veru li dan l-ammont jibbenefika direttament lill-impjegati tal-SNCM, iżda s-CFF tenfasizza li din il-miżura jista’ jkollha effetti pożittivi indiretti għall-SNCM, b’mod partikolari biex tikkalma l-klima soċjali.

8.2.2.   Osservazzjonijiet tal-STIM d’Orbigny (Grupp Stef-TFE)

8.2.2.1.   Dwar il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-2002

(160)

L-STIM tenfasizza li permezz il-ħlas ta’ EUR 53,48 miljun għal kumpensi ta’ servizz pubbliku l-Istat ikkumpensa lill-SNCM darbtejn għall-istess obbligi ta’ servizz pubbliku. Barra minn hekk, l-STIM temmen li dan il-ħlas ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza Altmark.

(161)

Rigward b’mod partikolari t-tieni u r-raba’ kriterji Altmark, l-STIM tikkontesta, minn naħa, l-eżistenza ta’ parametri stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti u, min-naħa l-oħra, il-komparabbiltà tal-proporzjonijiet tal-SNCM u tas-CMN fil-perijodu 1991-2001 (101) u taħseb, f’dan ir-rigward, li l-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni kienet influwenzata b’mod ċar (102).

8.2.2.2.   Dwar il-miżuri ta’ wara l-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-2002

(162)

Rigward il-prezz ta’ bejgħ negattiv ta’ EUR 158 miljun, l-STIM temmen li dan il-prezz mhuwiex prezz ta’ suq li ġej minn proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa u mhux diskriminatorja għax il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid saret f’kundizzjonijiet differenti minn dawk li normalment kellhom jiggwidaw investitur privat. L-STIM fil-fatt temmen li l-assi netti tal-kontabbiltà rivalutati għandhom jippermettu, fl-agħar ipoteżi, stralċ mingħajr infiq għall-Istat, jew anke li jwassal għal qligħ kapitali ta’ stralċ, li l-prezz ta’ bejgħ huwa baxx ħafna meta mqabbel mal-valur tal-impriża (stmata mill-STIM għal EUR 350 miljun) u li l-għajnuna hija sproporzjonata meta mqabbla mal-ħtiġijiet tal-impriża.

(163)

L-STIM tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-Kummissjoni għan-natura eżorbitanti tal-klawżola riżoluttiva tat-trasferiment lis-settur privat.

(164)

L-STIM fl-aħħar nett tikkontesta l-ġustifikazzjoni tal-bejgħ bi prezz negattiv li hija bbażata fuq l-ipoteżi ta’ stralċ diffiċli soċjalment, li ma tantx tidher realistika.

(165)

Dwar it-tieni kapitalizzazzjoni mill-ġdid ta’ 8,75 miljun, l-STIM temmen li din il-kontribuzzjoni fil-kapital ma tirrispettax il-prinċipju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq minħabba n-nuqqas ta’ garanziji ta’ qligħ fuq investiment. L-STIM tikkontesta l-argument relatat mal-konkomitanza tal-investiment privat u pubbliku biex din il-kontribuzzjoni ma tkunx ikkwalifikata bħala għajnuna mill-Istat. Konkomitanza simili, sakemm tiġi stabbilita, hija biss indikazzjoni u waħedha ma tistax tkun meqjusa bħala kriterju ta’ kwalifikazzjoni (103). L-STIM tafferma fl-aħħar nett li din il-kontribuzzjoni hija garanzija mogħtija lix-xerrejja mill-gvern Franċiż li l-SNCM hija tassew dik magħżula tad-DSP għas-servizz ta’ trasport għal Korsika.

(166)

Dwar it-EUR 38,5 miljun ta’ għajnuniet għall-persuna, l-STIM temmen li dan l-ammont fir-realtà għandu l-għan li jippermetti lill-SNCM tirrispetta ċerti aspetti essenzjali tal-pjan ta’ salvataġġ ippreżentat lill-Kummissjoni li ma ġewx implimentati, b’mod partikolari t-tnaqqis tal-impjegati.

8.2.2.3.   Dwar il-kumpatibbiltà mal-linji gwida tal-2004

(167)

L-STIM hija tal-opinjoni li l-għajnuniet li rċeviet l-SNCM mhumiex limitati għall-minimu. Il-kontribuzzjoni tal-SNCM u tax-xerrejja fil-pjan għar-ristrutturar mhijiex biżżejjed għall-kundizzjonijiet imposti fil-linji gwida tal-2003 u mhux ser ikun ipprovat li l-qagħda tal-SNCM kienet daqshekk eċċezzjonali li tiġġustifika kontribuzzjoni proprja inqas għolja. Barra minn dan, l-STIM tenfasizza n-natura sproporzjonata tal-għajnuniet allokati fl-2006 minħabba li dawn ippermettew lill-SNCM tibni xi riżervi biex tkopri t-telf fil-futur. Fl-aħħar nett, il-fatt li l-SNCM ma għamlitx pjanijiet li tbigħ l-assi mhux indispensabbli għas-sopravivenza tal-impriża jmur kontra l-eżiġenzi stabbiliti fil-linji gwida tal-2004.

(168)

L-STIM temmen li l-ammonti mħallsa kienu mħallsa bi ksur tal-prinċipju tal-uniċità stabbilit fil-linji gwida tal-2004. Id-deġenerazzjoni tal-qagħda finanzjarja tal-impriża kif ukoll il-kunflitti soċjali ma jistgħux jitqiesu bħala ċirkostanzi eċċezzjonali, imprevedibbli u mhux imputabbli lill-impriża benefiċjarja.

(169)

Għalhekk, l-STIM teżiġi kumpensi supplementari ta’ nofs l-għajnuniet mogħtija, jiġifieri EUR 98,25 miljun permezz ta’ bejgħ ta’ bastiment supplementari kif ukoll l-ishma diretti u indiretti tal-SNCM fis-CMN. Rigward dan, l-STIM tafferma li dawn l-ishma mhumiex strateġiċi skont il-linji gwida dwar l-għajnuniet għar-ristrutturar għax mhumiex “indispensabbli għas-sopravivenza tal-impriża” u lanqas m’għandhom in-natura ta’ assi li ma jistgħux jiġu ttrasferiti.

(170)

L-STIM tgħid uffiċjalment ukoll li s-sinerġiji li suppost hemm bejn l-SNCM u s-CMN ma jeżistux għax l-SNCM m’għandha ebda rwol effettiv fil-ġestjoni u l-iżvilupp tas-CMN. L-STIM tenfasizza fl-aħħar nett li l-patt ta’ azzjonist li jgħaqqad iż-żewġ intrapriżi ma baqax jeżisti wara l-15 ta’ Marzu 2006, id-data li fiha ntemm mis-CMN, kif kien osservat mill-Qorti ta’ Appell ta’ Pariġi.

8.2.3.   Osservazzjonijiet tal-SNCM

(171)

L-SNCM ippreżentat dokument lill-Kummissjoni li jevalwa l-qagħda ekonomika u kompetittiva, appoġġat minn parir legali li jevalwa, fil-qafas ta’ proċedura ta’ stralċ, ir-riskju ta’ kwalifikazzjoni ġudizzjarja tal-intervent tal-Istat bħala amministratur de facto tal-kumpanija għall-perijodu ta’ qabel ma saret il-privatizzazzjoni.

(172)

Meta ġiet ikkonsultata mill-SNCM, id-ditta […] wasslet għall-konklużjoni li, fuq il-bażi tad-dokumenti soċjali tal-kumpanija kkompletati bil-korrispondenza, l-interventi u t-tranżazzjonijiet tal-korpi ta’ kontroll, l-Istat Franċiż […] (104)  (105)  (106). Ir-rapport jenfasizza wkoll li […] (107). Fl-aħħar nett, l-istess rapport jindika li […].

(173)

Fuq din il-bażi, l-espert tal-SNCM jikkonkludi li huwa ferm probabbli li l-kwalità ta’ diriġent de facto tal-Istat Franċiż ġiet ikkonstatata mil-Qorti tal-Kummerċ ta’ Marsilja.

(174)

Barra minn hekk, jirriżulta mill-fatti, b’mod partikolari dawk li ġew stabbiliti minn rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, li xi żbalji fil-ġestjoni imputabbli għall-Istat Franċiż (108), diriġent de facto tal-SNCM, ikkontribwew għan-nuqqas ta’ assi osservat tal-SNCM. Id-dannu li rriżulta minn nuqqasijiet amministrattivi tal-Istat kien ta’ […].

(175)

F’dan il-kuntest, skont l-espert tal-SNCM, m’hemmx dubju li l-Istat Franċiż għandu jinżamm responsabbli biex jagħmel tajjeb għall-insuffiċjenza tal-assi kollha jew parti minnhom fil-qafas ta’ azzjoni biex tagħmel tajjeb għad-debiti, meta jitqies l-involviment qawwi tal-Istat fil-ġestjoni tal-SNCM, in-nuqqasijiet amministrattivi ċari tiegħu u fuq l-estensjoni tar-riżorsi finanzjarji tiegħu.

(176)

Abbażi tal-ġurisprudenza relatata, l-espert tal-SNCM jikkonkludi li, kieku sar stralċ tal-SNCM, l-Istat żgur kien ikollu jħallas id-debiti soċjali kollha tal-SNCM. Dan kien iwassal biex l-Istat azzjonist ikollu jagħmel tajjeb għal parti stmata bejn […] u […]% tal-insuffiċjenza tal-assi osservata (jiġifieri bejn EUR[…] u […] miljun). Għalhekk, bid-Deċiżjoni li jipprivatizza l-SNCM filwaqt li jsaħħaħ minn qabel il-fondi proprji tiegħu għal ammont ta’ EUR 158 miljun, l-Istat Franċiż aġixxa bħala investitur prudenti.

9.   KUMMENTI TA’ FRANZA DWAR L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI

9.1.   Kummenti ta’ Franza dwar l-osservazzjonijiet tal-partijiet interessati relatati mad-Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-2002

9.1.1.   Dwar l-osservazzjonijiet ta’ Corsica Ferries

(177)

L-awtoritajiet Franċiżi indikaw li parti mill-informazzjoni ppreżentata mis-CFF dwar l-offerta tal-SNCM mhijiex eżatta.

(178)

L-Istat Franċiż jemmen, kontra l-affermazzjonijiet tas-CFF, li l-pjan għar-ristrutturar kien stabbilit b’mod li jippermetti s-salvataġġ tal-SNCM fl-inqas żmien possibbli u li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-vijabbiltà tagħha fuq żmien medju u twil. L-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li parti kbira mill-programm ta’ tnaqqis tal-infiq diġà ġie implimentat (109). Barra minn hekk, fl-2001 l-SNCM ipprovdiet fondi ta’ EUR 21,3 miljun għall-finanzjament tal-miżuri ta’ ristrutturar, u b’mod partikolari tal-pjan ta’ ħarsien tax-xogħol.

(179)

Dwar id-determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna, l-awtoritajiet Franċiżi jikkonfermaw li proporzjon ta’ kapitali proprji fuq debitu globali ta’ 0,79 huwa karatteristiku ħafna tal-bilanċi proprji fil-maġġoranza tal-kumpaniji marittimi, ħlief f’sitwazzjoni partikolari (110).

9.1.2.   Dwar l-osservazzjonijiet ta’ Stef-TFE

(180)

L-awtoritajiet Franċiżi jaħsbu li d-deskrizzjoni li għamlet l-Stef-TFE tar-relazzjonijiet bejn l-SNCM u s-CMN fil-qafas tal-attwazzjoni tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku ma jikkorrispondix mar-realtà.

(181)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-għażla tal-metodu ta’ grupp temporanju ta’ impriża, fejn l-SNCM u s-CMN huma komandatarji delegati konġunti u mhux in solidum, fl-ebda mod ma “saret obbligatorja minħabba n-natura globali tal-konsultazzjoni”, għall-kuntlarju tal-osservazzjonijiet ta’ Stef-TFE. L-għażla li jinbena grupp SNCM-CMN hija r-riżultat ta’ analiżi magħmula miż-żewġ kumpaniji, skont liema tkomplija taħt din il-forma tas-sħubija storika u naturali tagħhom tagħtihom l-aħjar vantaġġi – b’mod partikolari rigward il-kompetittività – fil-qafas tas-sejħa għall-offerti. Id-dħul tas-CMN f’dan il-grupp għalhekk irriżulta minn għażla volontarja min-naħa tagħha, ibbażata fuq l-evalwazzjoni tal-interessi tagħha stess, u mhux minn obbligu li rriżulta mill-forma tas-sejħa għall-offerti.

(182)

L-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li, għall-kuntlarju tal-osservazzjonijiet ta’ Stef-TFE, iż-żewġ kumpaniji SNCM u CMN mhumiex indipendenti u lanqas f’kompetizzjoni diretta. Sitwazzjoni bħal din tmur kontra l-prinċipju stess tal-kuntratt ta’ delega ta’ servizz pubbliku uniku li fih huma kofirmatarji.

(183)

L-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li s-sehem tal-SNCM fil-kapital tas-CMN ma jistax jiġi analizzat bħala assi purament finanzjarju, kif jidher li tafferma Stef–TFE. Franza tiddefendi l-pożizzjoni li l-ishma tal-SNCM fis-CMN huma ta’ natura strateġika ħafna.. Il-bejgħ tagħhom skont hi fil-fatt ikun mhux biss aberrazzjoni industrijali iżda wkoll żball strateġiku kbir.

9.1.3.   Kummenti ta’ Franza dwar l-osservazzjonijiet ta’ rappreżentanti tal-kollettivitajiet lokali

(184)

Franza tapprova b’mod globali l-kontenut tal-ittra tal-president tar-reġjun Provence-Alpes-Côte d’Azur, iżda madankollu tixtieq tindika li, għall-kuntlarju ta’ dak li ġie affermat fil-punt 2 tal-ittra msemmija (111), l-offerta fuq is-servizz ta’ trasport bejn Franza kontinentali u Korsika mhuwiex “kbir biżżejjed meta mqabbel mad-domanda” u li l-politika tariffarja tal-SNCM taqbel mal-impenji li ħadet li ma tkunx il-kawża ta’ gwerra tariffarja u li ma tkunx “price leader”.

9.2.   Kummenti ta’ Franza dwar l-osservazzjonijiet tal-partijiet interessati rigward id-Deċiżjoni tal-2006

(185)

B’mod ġenerali, Franza tinnota li ħafna mill-osservazzjonijiet tal-STIM u s-CFF huma identiċi mal-kummenti li dawn il-kumpaniji kienu diġà għamlu lill-Kummissjoni fl-2003. B’mod partikolari, huma jispeċifikaw li l-kummenti tas-CFF kienu ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza fil-qafas tar-rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2003 u l-maġġoranza tagħhom diġà ġew irrifjutati kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Qorti tal-Prim’Istanza.

(186)

Dwar id-DSP għar-rotot Marsilja-Korsika, Franza tikkontesta kull argument li għandu l-għan li jindika li l-proċedura ta’ implimentazzjoni tal-ftehim tad-DSP kienet irregolari. Barra minn hekk, skont Franza, l-eżistenza ta’ dawn il-proċeduri nazzjonali quddiem qrati nazzjonali fil-kwalità tagħhom ta’ qrati Komunitarji tad-dritt komuni timplika li m’hemmx interess Komunitarju għall-Kummissjoni li tinvestiga l-kwistjonijiet relatati mal-proċedura ta’ implimentazzjoni tal-ftehim tad-DSP.

9.2.1.   Dwar it-twettiq antiċipat tal-miżuri previsti mill-ewwel pjan għar-ristrutturar u l-emendi tiegħu

(187)

Għar-rimarka ġenerali dwar l-implimentazzjoni antiċipata tal-miżuri kkwalifikati bħala għajnuniet minn Franza, l-awtoritajiet Franċiżi jirrispondu li l-implimentazzjoni msemmija hija ġustifikata mill-partikolarità tal-proċedura, jiġifieri l-annullament fl-2005 tad-Deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2003, u mhux mill-volontà tal-awtoritajiet Franċiżi li ma jkunux jafu sew l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mit-Trattat KE. Barra minn hekk, Franza tispeċifika li dejjem żammet lill-Kummissjoni infurmata dwar l-iżviluppi fil-kwistjoni u bid-diversi miżuri adottati minn Jannar 2005, skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

(188)

Rigward dawn l-aħħar miżuri, l-awtoritajiet Franċiżi jaħsbu li billi ebda waħda minnhom mhi meqjusa bħala għajnuna, l-Artikolu 88(3), KE in fine ma japplikax għalihom, u li, għalhekk, m’hemm ebda obbligu li l-attwazzjoni tagħhom tkun sospiża.

9.2.2.   Dwar il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-2002

(189)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li ma tefgħux dubju fuq l-applikabbilità tas-sentenza Altmark filwaqt illi osservaw, madankollu, xi diffikultajiet ta’ implimentazzjoni tat-test stabbilit f’din is-sentenza, minħabba li l-ammont inkwistjoni ġie stabbilit qablu u għalhekk ma setax jikkunsidra dawn il-kriterji ġodda.

(190)

Franza tispeċifika li t-EUR 53,48 miljun inkwistjoni huma parti mid-EUR 69,3 miljun li kienu ddikjarati bħala kumpatibbli mill-Kummissjoni fl-2003. Id-dubji li esprimiet il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-2006 għalhekk ma jikkonċernawx il-kumpatibbiltà ta’ dawn il-miżuri, li ma ġietx ikkontestata, kif jidher li tafferma l-STIM fl-osservazzjonijiet tagħha, iżda jirrigwardaw in-natura ta’ għajnuna ta’ dan l-ammont allokat bħala kumpens għall-ispejjeż ta’ servizz pubbliku.

(191)

Skont Franza, l-osservazzjonijiet tas-CFF u tal-STIM ma jikkontestawx l-applikabbiltà għal dan il-każ tal-ewwel u t-tieni kundizzjoni Altmark.

(192)

Rigward it-tielet kriterju Altmark, l-awtoritajiet Franċiżi jirrifjutaw l-argument magħmul mis-CFF u l-STIM skont liema l-ħlas ta’ dan l-ammont bilfors iwassal għal kumpens żejjed minħabba li l-Kummissjoni awtorizzat, bid-Deċiżjoni tagħha tat-30 ta’ Ottubru 2001, il-ħlas ta’ EUR 787 miljun bħala kumpensi għall-ispejjeż ta’ servizz pubbliku. Rigward dan, Franza tispeċifika li l-Kummissjoni, fid-Deċiżjoni tagħha tal-2003, effettivament ikkonstatat li l-obbligi ma ġewx ikkumpensati biżżejjed u li l-ammont ta’ EUR 53,48 miljun kien iġġustifikat bħala kumpens ta’ servizz pubbliku.

(193)

Dwar ir-raba’ kundizzjoni Altmark, l-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li, minkejja n-nuqqas ta’ impriża ta’ referenza u għalhekk tal-impossibiltà li jiġi stabbilit paragun globali bejn l-SNCM u impriżi oħra, kif ġie osservat ukoll mis-CFF, huma għamlu sforz li jipprovdu l-elementi li jippermettu li jsir l-aktar paragun preċiż possibbli ma’ xi impriżi simili, prinċipalment is-CMN. Franza tikkontesta wkoll l-argument mressaq mill-STIM u s-CFF, skont liema l-ispejjeż strutturali tal-SNCM huma akbar minn dawk tas-CMN. Anke jekk dan kien il-każ, l-awtoritajiet Franċiżi jaħsbu li l-proporzjonijiet ta’ produzzjoni tal-SNCM huma ferm qrib ta’ dawk tas-CMN. Bħala konklużjoni, l-SNCM kienet amministrata tajjeb daqs is-CMN, u li l-STIM f’ebda mument ma tikkwalifika bħala impriża amministrata ħażin.

(194)

Franza tispeċifika li t-telf li sar bejn l-1991 u l-2001 ma kienx imputabbli għad-DSP biss, kif jidher li trid tafferma s-CFF, iżda li l-obbligi ta’ servizz pubbliku ma ħallewx lill-SNCM tadatta ruħha għat-tibdil fix-xena kompetittiva. L-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw ukoll li dan it-telf ma kienx ikkonċentrat fil-perijodu 2000-2001 iżda żdied f’dan il-perijodu minħabba ż-żieda tal-vjaġġi magħmula mis-CFF.

(195)

Dwar il-kumpatibbiltà tat-EUR 53,48 miljun mħallsa bħala kumpensi għall-ispejjeż ta’ servizz pubbliku b’applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) KE, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li, minn naħa waħda, fid-Deċiżjoni tagħha tal-2003, il-Kummissjoni kienet diġà ddikjarat il-kumpatibbiltà ta’ dan l-ammont mal-Artikolu msemmi, u li, min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Prim’Istanza ma qajmet ebda dubju dwaru fis-sentenza tagħha tal-15 ta’ Ġunju 2005.

9.2.3.   Dwar il-miżuri ta’ wara l-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-2002

(196)

Rigward il-proċedura ta’ bejgħ, Franza tispeċifika li kienet qed tipprevedi mill-bidu tagħha xi kriterji ta’ selezzjoni li jibbażaw ruħhom b’mod partikolari fuq il-prezz propost għall-valutazzjoni tat-titoli tal-SNCM u, b’mod sekondarju, fuq parametri oħra (proġett industrijali, proġett soċjali, eċċ.), li fosthom hemm l-ammont li l-applikanti kienu lesti jinvestu fil-kumpanija għall-kapitalizzazzjoni mill-ġdid. Franza tikkontesta bis-sod l-argument tat-terzi persuni, skont liema l-proċedura ta’ tpoġġija għall-bejgħ ma kinitx trasparenti u tfakkar li, f’dan il-każ, l-Istat mar lil hinn mill-obbligi legali u regolamentari tiegħu, li diġà kienu qawwijin u vinkolanti, previsti fil-każ li jinbiegħu ishma pubbliċi. Franza tfakkar li l-iżvilupp li ġara wara l-offerta tal-BCP li tixtri 100 % tat-titoli tal-SNCM sar f’kuntest finanzjarju u soċjali diffiċli ħafna u li l-assoċjazzjoni tal-VT mal-offerta tal-BCP ma bidlitx it-termini kummerċjali u finanzjarji tal-operazzjoni (minbarra t-tqassim tal-kapital).

(197)

Rigward il-prezz negattiv ta’ EUR 158 miljun, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li, minħabba l-qagħda finanzjarja tal-SNCM fit-30 ta’ Settembru, l-impriża nbiegħet bi prezz tas-suq u li l-bejgħ kien aktar ta’ vantaġġ ekonomiku milli kien ikun l-istralċ tal-impriża. Rigward dan, l-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li l-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat għall-każ ta’ bejgħ tal-impriża li qiegħda qrib l-istralċ m’għandhiex tkun ikkunsidrata bħala sforz biex jinkiseb “intervent pubbliku redditizju”, iżda bħala prevenzjoni ta’ telf akbar li kien ikollu l-azzjonist permezz ta’ stralċ li jiswa aktar flus.

(198)

Rigward il-prezz imħallas, Franza tikkontesta l-argument skont liema l-SNCM inbiegħet bi prezz li ma jikkorrispondix għall-valur reali tagħha (112).

(199)

L-awtoritajiet Franċiżi jirrifjutaw ukoll l-argument tas-CFF li għamlu stima baxxa tal-valur tas-suq tal-flotta tal-SNCM, li s-CFF stmat bejn EUR 406,5 miljun u EUR 426,5 miljun. L-awtoritajiet Franċiżi jgħidu li l-bastimenti li ġew ikkunsidrati fil-kalokolu tas-CFF ma jikkorrispondux ma’ dawk li kienu fil-pussess tal-SNCM fit-30 ta’ Settembru 2005. L-assenza ta’ roħs applikat għall-valur tas-suq tal-bastimenti ma jikkunsidrax il-kuntest li fih seta’ sar stralċ ġudizzjarju ta’ dawn l-assi u fl-aħħar nett, id-data magħżula biex jiġi kkalkolat dan il-valur tas-suq, jiġifieri Awwissu 2006, mhijiex id-data tal-istralċ li seta’ sar tal-SNCM li għaliha għandha ssir referenza, li hija t-30 ta’ Settembru 2005. Barra minn hekk, Franza tinnota li, jekk jintuża l-kalkolu propost mis-CFF, il-prezz negattiv ikun tliet darbiet inqas mill-valur tal-likwidazzjoni tal-assi skont il-ġurisprudenza Gröditzer, u għalhekk dan kien ikun aħjar mill-ipoteżijiet ippreżentati lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet Franċiżi.

(200)

Għall-argument msemmi mis-CFF li jikkontesta l-applikazzjoni tal-ġurisprudenza Gröditzer billi jirreferi għall-fatt li l-kontribuzzjoni f’kapital tal-Istat fl-SNCM ġie kkollegat mal-bejgħ ta’ 75 % tal-ishma tagħha, li jnaqqas aktar il-prospetti li jerġa jinkiseb profitt, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li l-prezz ta’ bejgħ negattiv ta’ EUR 158 miljun jikkorrispondi fir-realtà għall-bejgħ tal-kapital kollhu tal-SNCM, li warajh sar investiment ġdid mill-Istat ta’ 25 % li jibbenefika minn redditu ta’ […]% fis-sena. Barra minn hekk, Franza tikkunsidra li r-redditu fuq l-investiment jibqa’ garantit minħabba s-sehem tiegħu fl-ishma tal-kumpanija ta’ 25 % għax dan is-sehem jibbenefika minn garanzija ta’ redditu għoli ħafna.

(201)

Franza tikkontesta wkoll l-argument tas-CFF dwar il-fatt li ma jistax jiġi applikat l-approċċ ABX għall-każ inkwistjoni, li huwa bbażat b’mod partikolari fuq l-analiżi tal-infiq ta’ stralċ effettiv tal-SNCM u fuq ir-riskju li l-Istat seta’ jitqies bħala responsabbli għad-debiti tal-impriża f’azzjoni biex wieħed jagħmel tajjeb għad-debiti bħalma kienet prevista fil-proċeduri kollettivi Franċiżi u kkonfermata mill-ġurisprudenza nazzjonali (sentenza tal-Qorti tal-Appell ta’ Rouen tat-22 ta’ Marzu 2005). Anke jekk l-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li l-aġir tagħhom bħala amministratur tal-SNCM ma jistax jiġi kkwalifikat bħala wieħed “kolpuż” għal din l-azzjoni, huma jinsistu fuq l-eżistenza ta’ riskju għoli li l-Istat jinżamm responsabbli minn qorti nazzjonali għall-insuffiċjenza ta’ assi tal-SNCM minħabba l-kriterji mhux riġidi ta’ kwalifikazzjoni ta’ nuqqas amministrattiv skont l-Artikolu L.651-2 tal-Kodiċi tal-Kummerċ u skont il-ġurisprudenza msemmija qabel li tista’ tkun trasposta għal din il-kawża.

(202)

Rigward il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid ta’ EUR 8,75 miljun, Franza tfakkar li, għall-kuntlarju tal-affermazzjoniet tas-CFF u l-STIM, din il-kontribuzzjoni f’kapital mhijiex għajnuna mill-Istat minħabba l-konkomitanza ta’ dan l-investiment, is-similarità tal-kundizzjonijiet tas-sottoskrizzjoni tiegħu u r-remunerazzjoni aktar għolja mill-medja miksuba mill-Istat permezz tas-CGMF.

(203)

B’mod partikolari, l-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li l-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-investituri ma ġiex affettwat mill-eżistenza tal-klawżoli reżoluttivi minħabba li dawn tal-aħħar kienu previsti fil-qafas tal-bejgħ ta’ 100 % tal-SNCM u mhux fil-qafas tal-kapitalizzazzjoni mill-ġdid ta’ EUR 35 miljun li saret wara dan.

(204)

Barra minn hekk, Franza tfakkar li l-investiment tagħha huwa ħafna aktar baxx minn dak tax-xerrejja minħabba li huwa l-ammont ta’ EUR 8,75 miljun biss li għandu jiġi mqabbel mal-investiment li sar mix-xerrejja (EUR 26,25 miljun). Fil-fatt, l-investigazzjoni tal-ewwel kapitalizzazzjoni mill-ġdid ta’ EUR 142,5 miljun kellha ssir biss fil-qafas tat-tqabbil mal-prezz tal-istralċ.

(205)

Fl-aħħar nett, Franza tikkontesta l-argument tal-STIM dwar il-fatt li din il-kontribuzzjoni tista’ tkun garanzija mogħtija lix-xerrejja privati li l-SNCM hija tassew dik magħżula fid-DSP għas-servizz ta’ trasport ta’ Korsika. L-awtoritajiet Franċiżi jargumentaw li din iż-żieda fil-kapital hija prudenti u indipendenti mill-effiċjenza tal-impriża u li l-allokazzjoni tad-DSP lill-SNCM ma tippermettix li jitjieb ir-redditu mistenni ta’ dan l-investiment.

(206)

Dwar it-EUR 38,5 miljun ta’ miżuri soċjali, Franza terġa’ ssemmi l-argument skont liema dawn il-miżuri huma għajnuniet għall-persuna u li l-ħlas tagħhom mill-Istat ma jistax jiġi kkunsidrat li qed jipprovdi vantaġġ indirett lill-impriża minħabba li dawn huma addizzjonali għall-obbligi legali u kuntrattwali li għandha l-SNCM. Barra minn hekk, Franza tfakkar li dawn il-miżuri ma jippermettux li jitilqu l-impjegati li jibqgħu, fin-nuqqas ta’ dawk il-miżuri, taħt ir-responsabbiltà tal-SNCM.

(207)

Għall-kuntlarju tal-argument tas-CFF, l-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li t-EUR 38,5 miljun ma jikkorrispondux mal-implimentazzjoni tat-tnaqqis tal-impjegati previst fil-qafas tal-pjan soċjali tal-2003 għax dan it-tnaqqis kien, minkejja d-dewmien, diġà implimentat. Il-pjan soċjali l-ġdid għalhekk jikkomplementa l-ewwel miżuri soċjali tal-2003.

9.2.4.   Dwar il-kumpatibbiltà mal-linji gwida

(208)

Franza hija tal-fehma li, fid-dawl ta’ dak li ssemma qabel, l-ammont tal-għajnuna li għandu jiġi evalwat fid-dawl tal-linji gwida huwa ta’ EUR 15,81 miljun.

(209)

Għall-kuntlarju tal-affermazzjonijiet tas-CFF, l-awtoritajiet Franċiżi jaħsbu li, skont il-punt 11 tal-linji gwida tal-2004, l-ewwel kapitalizzazzjoni mill-ġdid, filwaqt li ppermettiet lill-SNCM li terġa’ tibni l-fondi proprji tagħha, ma wasslithiex biex titlef in-natura tagħha ta’ impriża f’diffikultà minħabba li din il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid kellha l-għan li tassigura ż-żamma tal-attività tal-kumpanija.

(210)

Franza tirrifjuta l-allegazzjonijiet tas-CFF skont liema hija ma kellhiex tagħmel injezzjonijiet finanzjarji ġodda fl-impriża billi l-SNCM setgħet tirrikorri għal self mill-bank. Rigward dan, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li, fl-24 ta’ Awwissu 2005, il-banek kienu rrifjutaw l-allokazzjoni ta’ self ġdid barra mill-baġit favur l-SNCM u li, għalhekk, l-uniċi alternattivi possibbli kienu l-privatizzazzjoni jew l-istralċ tal-impriża.

(211)

Franza tikkontesta l-argumenti tas-CFF u l-STIM dwar il-falliment tal-pjan għar-ristrutturar tal-2002 li, minkejja ċertu dewmien, kien implimentat u ppermetta li jintlaħqu l-għanijiet fl-2005. Id-deġenerazzjoni tal-qagħda ekonomika u finanzjarja tal-SNCM minħabba xi fatturi estraneji għall-impriża stess wasslet għall-ħtieġa ta’ estensjoni tal-pjan innotifikat fl-2002 u l-introduzzjoni ta’ miżuri ġodda.

(212)

Franza hija tal-fehma li l-SNCM għandha prospetti tajbin ta’ salvataġġ u li l-miżuri previsti mill-azzjonisti l-ġodda, b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-pjan soċjali, it-titjib tas-servizz ta’ trasport u t-tiġdid ta’ ċerti bastimenti, ser jippermettu r-ritorn għall-vijabbiltà tal-impriża. Rigward dan, Franza tosserva li miħabba d-dħul mid-DSP (madwar […] tal-fatturat tal-SNCM) u meta jiġi kkunsidrat il-kobor tal-ispejjeż fissi u d-diffikultajiet tal-iskjerament tas-6 bastimenti li jintużaw għar-rotta Marsilja-Korsika, id-DSP hija element essenzjali tal-istrateġija tal-impriża u l-vijabbiltà tagħha.

(213)

Dwar il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu, Franza hija tal-fehma li hija llimitat għall-minimu possibbli l-ispejjeż ta’ ristrutturar meħtieġ biex issir l-implimentazzjoni tar-ristrutturar. Dwar dan, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li, bħalma ammettiet il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tal-2003, l-impriża stess ikkontribwiet biżżejjed għall-pjan għar-ristrutturar mir-riżorsi tagħha stess bil-bejgħ ta’ assi għal ammont ta’ EUR 30,2 miljun. Barra minn dan, meta jiġi kkunsidrat bejgħ ieħor li għamlet l-SNCM għal ammont ta’ EUR 12,2 miljun, it-total tal-kontribuzzjonijiet tal-impriża stess jammontaw għal EUR 42,4 miljun. Franza hija tal-fehma li dan l-ammont huwa ferm ogħla mill-ammont ta’ kontribuzzjonijiet proprji meħtieġa biex jiġu approvati xi għajnuniet għar-ristrutturar, li finalment jammontaw għal EUR 15,81 miljun għax il-miżuri l-oħra mhumiex għajnuniet mill-Istat.

9.2.5.   Dwar il-kundizzjonijiet imposti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2003 u dwar kumpensi ġodda possibbli

(214)

Għall-kuntlarju tal-allegazzjonijiet tal-STIM u s-CFF, l-awtoritajiet Franċiżi jaffermaw li ssodisfaw il-kundizzjonijiet kollha imposti mid-Deċiżjoni tal-2003, li kienu marbutin magħhom sal-aħħar tal-2006, b’mod partikolari ż-żamma tal-flotta bi 11-il bastiment u l-applikazzjoni ta’ tariffi aktar baxxi minn dawk tal-kompetituri tagħhom.

(215)

Barra minn hekk, Franza hija tal-fehma li, fil-qafas tad-Deċiżjoni finali ġdida, il-livell tal-kumpensi li l-SNCM għandha tiġi ordnata tħallas għandu jkun adattat minħabba li l-ammont tal-għajnuniet għar-ristrutturar issa huwa ta’ EUR 15,81 miljun minflok EUR 69,3 miljun.

(216)

Rigward dan, Franza tikkontesta l-osservazzjonijiet tal-STIM dwar il-possibbiltajiet li l-Kummissjoni timponi lill-SNCM bħala kumpens li tittrasferixxi s-sehem tagħha fis-CMN. Franza tikkontesta l-argument tal-STIM, skont liema d-definizzjoni ta’ assi strateġiċi ġiet ikkontestata fil-linji gwida tal-2004 meta mqabbla ma’ dawk tal-1999.

(217)

Rigward il-miżuri invokati mis-CFF li għandhom l-għan li jnaqqsu l-preżenza tal-SNCM fis-suq, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li, bħalma semmiet ukoll il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tal-2003 (punt 87), is-swieq ikkonċernati (Franza – Korsika- u l-Magreb) m’għandhomx kapaċità żejda u li konfigurazzjoni mill-ġdid tar-rotot lejn Korsika taħt u ‘l barra mid-DSP tista’ terġa’ tpoġġi l-vijabilitŕ tal-impriża fil-periklu.

(218)

Rigward l-argument tas-CFF skont liema l-implimentazzjoni tal-miżuri deskritti hawn fuq għall-benefiċċju tal-SNCM jista’ joħloq periklu serju li tiġi eliminata mis-suq tar-rotta Franza kontinentali-Korsika l-kompetitriċi ewlenija tagħha, jiġifieri CFF, l-awtoritajiet Franċiżi jargumentaw li, skont il-konfigurazzjoni attwali tas-suq li fih s-CFF hija maġġoritarja, iż-żamma ta’ qafas kompetittiv jiddependi fuq l-awtorizzazzjoni ta’ pjan għar-ristrutturar tal-SNCM u fuq il-preżenza ta’ din tal-aħħar fis-suq inkwistjoni.

10.   APPREZZAMENT TAL-MIŻURI

(219)

L-Artikolu 87(1) KE jgħid li, “bla ħsara ta’ kull deroga kontemplata f’dan it-Trattat, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq komuni”.

(220)

Il-kwalifikazzjoni ta’ miżura nazzjonali bħala għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) KE tippreżumi li l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin huma sodisfatti, jiġifieri: (1) il-miżura inkwistjoni tagħti vantaġġ ekonomiku selettiv; (2) dan il-vantaġġ ikun iffinanzjat mir-riżorsi tal-Istat; (3) dan il-vantaġġ iwassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni u, fl-aħħar nett; (4) dan il-vantaġġ jolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri (113).

(221)

Il-Kummissjoni tosserva li l-SNCM rċeviet xi riżorsi tal-Istat bl-ammont totali ta’ EUR 274,54 miljun permezz tas-CGMF li hija 100 % proprjetà tal-Istat Franċiż.

(222)

Billi l-SNCM topera fis-settur tat-trasport marittimu, miftuħ għall-kompetizzjoni intra-Ewropea, il-vantaġġ ekonomiku li setgħet irċeviet jista’ jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u jista’ jolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(223)

Iċ-ċirkostanza li fiha s-suq tal-kabotaġġ mal-gżejjer tal-Mediterran kien, sal-1 ta’ Jannar 1999, b’mod temporanju eżentat mill-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta’ Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (114) ma tippermettix li jiġi eskluż a priori li s-sussidji mħallsa għas-servizz tar-rotot ta’ kabotaġġ mal-gżejjer tal-Mediterran fil-qafas tad-DSP setgħu jolqtu l-kummerċ bejn l-Istati Membri u jwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni.

(224)

Fi kwalunkwe każ, anke jekk xi sussidji allokati għas-servizz tar-rotot ta’ kabotaġġ setgħu ma laqtux il-kummerċ u ma jwasslux għal distorsjoni tal-kompetizzjoni qabel l-1 ta’ Jannar 1999, il-qagħda nbidlet minn dik id-data ‘l hawn, għax, skont ir-Regolament Nru (KEE) 3577/92, l-attivitajiet ta’ kabotaġġ huma miftuħa għall-operaturi Komunitarji kollha. Barra minn dan, għandu jiġi speċifikat li l-SNCM ma tagħmilx biss trasport ta’ kabotaġġ iżda topera wkoll fis-suq tat-trasport marittimu internazzjonali, li kien illiberalizzat mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86 tat-22 ta’ Diċembru 1986 li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (115).

(225)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li f’dan il-każ l-aħħar tliet kriterji tal-Artikolu 87(1) KE msemmija fil-punt 220 ta’ din id-Deċiżjoni, huma sodisfatti. Is-sezzjonijiet li ġejjin jinvestigaw suċċessivament għal kull miżura l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku selettiv u, jekk ikun il-każ, il-kumpatibbiltà mas-suq komuni tal-miżuri kkwalifikati bħala għajnuna mill-Istat.

10.1.   Il-kontribuzzjoni f’kapital ta’ EUR 53,48 miljun bħala kumpens ta’ servizz pubbliku

(226)

Għalkemm fid-Deċiżjoni tagħha tal-2003, il-Kummissjoni ammettiet in-natura ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku ta’ parti minn dawn is-EUR 76 miljun, li tammonta għal EUR 53,48 miljun, għas-servizz ta’ trasport ta’ Korsika bejn l-1991 u l-2001, il-Kummissjoni kienet evalwat il-kontribuzzjoni f’kapital kollha, jiġifieri EUR 76 miljun, għall-għajnuniet għar-ristrutturar minħabba li dan l-ammont kien innotifikat mill-awtoritajiet Franċiżi bħala tali. Fis-sentenza tagħha tal-15 ta’ Ġunju 2005 li annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2003, il-Qorti Komunitarja talbet lill-Kummissjoni biex teżamina l-ammont ta’ EUR 53,48 miljun fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2004 fil-kawża Altmark.

(227)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi talbu lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li, minħabba n-natura tagħha ta’ “kumpens ta’ servizz pubbliku”, parti mill-għajnuna għar-ristrutturar tal-2002 titqies li mhix għajnuna fid-dawl tal-ġurisprudenza Altmark.

(228)

Billi l-awtoritajiet Franċiżi invokaw l-applikazzjoni għal dan il-każ tal-ġurisprudenza Altmark u, jekk applikabbli, tad-deroga prevista fl-Artikolu 86(2) KE, il-Kummissjoni hija obbligata li tagħti l-opinjoni tagħha rigward dan, peress li dawn l-argumenti għandhom importanza essenzjali fl-argumentazzjoni ta’ Franza (116).

10.1.1.   Rimarki preliminari

Dwar l-applikabbiltà tal-ġurisprudenza Altmark għall-każ inkwistjoni

(229)

B’mod preliminari, il-Kummissjoni tfakkar li minkejja l-fatt li s-sentenza Altmark inqatgħet wara l-implimentazzjoni tal-miżura msemmija qabel, il-kriterji stabbiliti mill-Qorti Komunitarja f’dik is-sentenza għandhom jiġu applikati għal dan il-każ.

(230)

Fil-fatt, bħalma fakkret reċentement il-Qorti tal-Prim’Istanza (117), il-Qorti tal-Ġustizzja ma llimitatx, fiż-żmien, l-ambitu tal-prinċipji li ġew stabbiliti fis-sentenza Altmark. Fin-nuqqas ta’ limitazzjoni fiż-żmien f’dan is-sens, dawn il-prinċipji li jirriżultaw minn interpretazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE huma għalhekk applikabbli għas-sitwazzjoni fattwali u ġuridika ta’ din il-kawża.

Dwar id-determinazzjoni tal-ammont tal-kumpens mogħti għas-servizz pubbliku

(231)

L-ewwel nett għandu jiġi osservat li l-SNCM kellha xi defiċits kbar bejn l-1991 u l-2001, għas-servizzi ta’ trasport kollha ta’ Korsika li għandhom l-obbligu ta’ servizz pubbliku, minkejja s-sussidji tal-Istat awtorizzati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2001 (118). Il-Kummissjoni fil-fatt semmiet fil-punt 105 ta’ din id-Deċiżjoni li t-telf akkumulat qabel it-taxxa għall-perijodu 1991-1999 għas-servizz ta’ trasport ta’ Korsika (119), bħalma kien iddeterminat fir-rapport tal-espert magħżul mill-Kummissjoni, u inklużi s-sussidji rċevuti, kien ta’ 217 miljun Frank Franċiż, jiġifieri EUR 33,08 miljun.

(232)

Għal dak li għandu x’jaqsam mas-snin 2000 u 2001 (120), il-Kummissjoni użat l-istess approċċ bħal tar-rapport imsemmi qabel u kkalkolat mill-ġdid, mill-kontijiet analitiċi ta’ qligħ u telf ipprovduti, ir-riżultat qabel it-taxxa billi naqqset il-kontribuzzjonijiet għar-ristrutturar li kienu diġà inklużi fl-ispejjeż tar-ristrutturar kif innotifikati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni setgħet tivverifika, mill-kontijiet annwali tal-impriża, li ma sar ebda bejgħ ta’ tagħmir navali matul dawn is-sentejn.

(233)

Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li t-telf tas-sena 2002 fis-servizz ta’ trasport ta’ Marsilja-Korsika ma tistax tiġi kkunsidrata, minħabba l-fatt li, mill-1 ta’ Jannar 2002, it-tariffi tal-użu tas-servizz ta’ trasport ta’ Korsika minn Marsilja u l-ammonti tal-kumpens finanzjarju kienu ddefiniti bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-SNCM b’mod kuntrattwali, għall-kuntlarju ta’ dak li sar għall-Ftehimiet tal-1991 u l-1996.

(234)

Barra minn hekk, skont l-approċċ u l-motivazzjoni tad-Deċiżjoni tal-2001, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjonijiet li ġejjin:

Tabella 3

Kont ta’ qligħ u telf analitiku għall-perijodu 1991-2001

Netwerk Korsika

2001

2000

1991-1999 (121)

Total 1991-2001

Miljun FRF

EUR miljun

Miljun FRF

EUR miljun

Miljun FRF

EUR miljun

Miljun FRF

EUR miljun

Riżultat qabel it-taxxa

– 302,575

–46,127

–40,256

–6,137

– 216,98

–33,078

– 559,811

–85,343

Donazzjonijiet proviżjonijiet/deprezzament Liamone (122)

96,895

14,771

0,000

0,000

0,000

0,000

96,895

14,771

Donazzjonijiet proviżjonijiet/Pjan Soċjali

112,110

17,091

0,000

0,000

0,000

0,000

112,110

17,091

Korrezzjoni qligħ kapitali (QK) fuq bastimenti

0,000

0,000

0,000

0,000

182,100

27,761

182,100

27,761

Riżultat qabel it-taxxa u barra mill-QK u barra mir-ristrutturar

–93,571

–14,265

–40,256

–6,137

– 216,980

–33,078

– 350,807

–53,480

(235)

Bħala total, it-telf akkumulat irreġistrat mill-SNCM fis-servizz ta’ trasport Marsilja-Korsika inklużi s-sussidji tal-Istat awtorizzati mid-Deċiżjoni tal-2001 u korretti bil-qligħ kapitali fuq bastimenti mibjugħin matul dan il-perijodu u bl-ispejjeż tar-ristrutturar, kien ta’ EUR 53,48 miljun għall-perijodu kollu 1991-2001.

(236)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, mill-kontribuzzjoni f’kapital ta’ EUR 76 miljun nnotifikata fl-2002 (123), EUR 53,48 miljun jistgħu jitqiesu bħala kumpens ta’ servizz pubbliku.

10.1.2.   Eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku fid-dawl tal-ġurisprudenza Altmark

(237)

Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, kemm-il darba intervent tal-Istat jitqies bħala kumpens li jirrapreżenta l-ħlas għas-servizzi pprovduti mill-impriża benefiċjarja biex twettaq obbligi ta’ servizz pubbliku, b’mod li din l-impriża ma tibbenefikax, fir-realtà, minn vantaġġ finanzjarju u li l-intervent imsemmi għalhekk m’għandux l-effett li jpoġġi din l-impriża f’pożizzjoni kompetittiva aktar favorevoli meta mqabbla mal-impriżi li jikkompetu magħha, tali intervent ma jaqax taħt l-Artikolu 87(1) KE.

(238)

Madankollu, sabiex kumpens bħal dan ikun jista’ jaħrab mill-kwalifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat, ċertu numru ta’ kundizzjonjiet kumulattivi għandhom jiġu sodisfatti (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 67 ta’ din id-Deċiżjoni).

(239)

Rigward b’mod partikolari r-raba’ kriterju użat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Altmark, għandu jiġi osservat li l-SNCM ma ntgħażlitx wara proċedura ta’ sejħa pubblika li tippermetti li jintgħażel l-applikant kapaċi li jipprovdi dawn is-servizzi bl-inqas spiża għall-awtorità lokali.

(240)

Fin-nuqqas ta’ proċedura ta’ sejħa pubblika għall-offerti, il-Kummissjoni hija tal-fehma li huwa l-Istat Membru li għandu juri li l-livell tal-kumpens imħallas lill-SNCM ma jaqbiżx l-ispejjeż li jkollha impriża medja, amministrata tajjeb u mgħammra b’mod adegwat, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul relatat kif ukoll qligħ raġonevoli għat-twettiq ta’ dawn l-obbligi, skont ir-rekwiżiti tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(241)

F’dan il-każ, l-awtoritajiet Franċiżi jammettu huma stess fin-noti tagħhom tas-16 ta’ Novembru 2006 li fil-prattika huwa impossibbli li tinstab impriża li tista’ sservi bħala punt ta’ referenza għal dan il-perijodu 1991-2001 għall-obbligi ta’ servizz pubbliku li kellha l-SNCM, billi din tal-aħħar hija l-unika impriża li hija kapaċi tissodisfa dawn l-obbligi. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-awtoritajiet Franċiżi għamlu ħilithom biex jipprovdu xi elementi li jippermettu li jsir l-aktar paragun preċiż possibbli ma’ xi impriżi simili, b’mod partikolari mas-CMN, filwaqt li jiġi enfasizzat li dawn l-impriżi m’għandhomx l-istess kundizzjonijiet ta’ operat bħal dawk imposti fuq SNCM mill-ftehimiet ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku bejn l-1991 u l-2001.

(242)

Rigward dan, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, meta tiġi kkunsidrata l-argumentazzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi, dawn tal-aħħar ma wrewx kif l-impriżi li ġġudikaw ruħhom bħala simili jistgħu jkunu l-punt ta’ referenza bħal m’huwa mitlub mill-ġurisprudenza Komunitarja. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tosserva li l-informazzjoni mogħtija minn Franza dwar dawn l-impriżi ma tippermettilhiex li tevalwa l-livell ta’ similarità invokat u lanqas li tanalizza l-impatt tad-differenzi fil-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni msemmija fuq il-paragun li għandu jsir għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-raba’ kriterju msemmi hawn fuq.

(243)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, fuq il-bażi ta’ informazzjoni u statistiċi mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi fil-qafas ta’ din il-proċedura, dawn għadhom ma stabilixxewx li r-raba’ kriterju Altmark huwa ssodisfat.

(244)

Fid-dawl tal-iżviluppi msemmijin qabel, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura inkwistjoni tat vantaġġ ekonomiku lill-SNCM. Billi l-miżura kienet ta’ benefiċċju għall-SNCM biss, dan il-vantaġġ ekonomiku huwa selettiv. Għalhekk, il-kumpens allokat lill-SNCM fil-qafas tal-ftehimiet tal-1991 u l-1996 għal ammont ta’ EUR 53,48 miljun huwa għajnuna mill-Istat, skont l-Artikolu 87(1) KE.

10.1.3.   Kumpatibbiltà mas-suq komuni tal-miżura inkwistjoni skont l-Artikolu 86(2) KE

(245)

Billi l-awtoritajiet Franċiżi invokaw id-deroga prevista fl-Artikolu 86(2), KE, il-Kummissjoni ser tuża l-istess approċċ u l-istess motivazzjoni bħal dawk tad-Deċiżjoni tal-2001 biex tevalwa l-miżura inkwistjoni.

(246)

Skont dan l-Artikolu, il-ħlas ta’ għajnuna mill-Istat jista’ jaħrab mill-projbizzjoni tal-Artikolu 87 tat-Trattat KE, b’kundizzjoni li l-għajnuna inkwistjoni jkollha biss l-għan li tikkumpensal-ispejjeż żejda li jirriżultaw mit-twettiq tal-missjoni partikolari li għandha l-impriża li hija responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali u li l-allokazzjoni tal-għajnuna tkun meħtieġa sabiex l-impriża msemmija tkun tista’ tissodisfa l-obbligi tagħha ta’ servizz pubbliku fil-kundizzjonijiet ta’ bilanċ ekonomiku.

(247)

Meta tiġi kkunsidrata l-ġurisprudenza applikabbli għall-perijodu 1991-2001 (124), il-Kummissjoni għandha, bħal m’għamlet fid-Deċiżjoni tagħha tal-2001:

tivverifika li s-servizzi li l-ġestjoni tagħhom ġiet fdata lill-SNCM jaqgħu taħt il-kwalifikazzjoni ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali u,

tinvestiga kemm huwa adegwat l-ammont tas-sussidji allokati lill-SNCM fil-qafas tal-obbligi ta’ servizz pubbliku relatati mas-servizz ta’ trasport marittimu ta’ Korsika għall-ispejjeż żejda li ġarrbet l-SNCM biex tissodisfa l-ħtiġijiet fundamentali tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku.

Ġustifikazzjoni tas-servizz pubbliku

(248)

F’dan il-każ, rigward il-kumpensi mħallsa fil-perijodu 1991-2001, bħalma osservat il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tal-2001, l-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq l-SNCM u s-CMN jirriżultaw minn żewġ ftehimiet li jsiru għal ħames snin, iffirmati minn dawn tal-aħħar u l-Uffiċju tat-Trasport ta’ Korsika (Office de transport de la Corse – OTC). Dawn il-ftehimiet, li l-bażi ġuridika tagħhom hija l-ftehim qafas 1976-2001, speċifikaw ir-regoli ta’ attwazzjoni tas-servizz pubbliku rispettivament għall-perijodi 1991-1996 u 1996-2001. Huma stipulaw ukoll il-prinċipji ta’ ħlas tas-sussidju fiss meħud mill-għoti ta’ kontinwità territorjali bħala kumpens għall-obbligi imposti.

(249)

Rigward il-kwistjoni jekk dawn l-obbligi jwieġbux għal ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku, il-Kummissjoni osservat fid-Deċiżjoni tagħha tal-2001 imsemmija qabel li l-ftehim qafas u l-ftehimiet ta’ kull ħames snin jwieġbu għall-prinċipju tal-kontinwità territorjali li għandu l-għan li jillimita l-iżvantaġġi li għandha l-insularità u li jassigura s-servizz ta’ trasport ta’ Korsika skont regoli li jkunu l-aktar qrib possibbli ma’ dawk tar-rotot purament kontinentali. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li dan il-għan, li jirriżulta minn interess pubbliku leġittimu ma ntlaħaqx storikament sempliċement minħabba l-forzi tas-suq (125).

(250)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-sistema ta’ servizz ta’ trasport prevista mill-ftehim qafas u l-ftehimiet ta’ kull ħames snin iwieġbu għal ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku.

Natura mhux fissa tal-kumpens

(251)

Bħalma osservat il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tal-2001, l-SNCM rċeviet fil-perijodu 1991-2001 skont il-qafas legali deskritt hawn fuq sussidju annwali fiss li l-ammont tiegħu kien stabbilit għal ħames snin u revedut kull sena skont l-iżvilupp tad-dħul intern gross tas-suq, kif ukoll xi informazzjoni u kontijiet analitiċi konvenzjonali ppreżentati mill-SNCM.

(252)

Fil-punt 30 tad-Deċiżjoni tagħha tal-2001, il-Kummissjoni tinnota l-fatt li “skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim tal-1976 (126), l-ammont tas-sussidju annwali huwa mħallas fil-forma ta’ tnax-il pagament identiċi kull xahar. Sabiex tkun tista’ ssir il-likwidazzjoni definittiva tas-sussidju, l-SNCM għandha tippreżenta, l-aktar tard fl-1 ta’ Lulju ta’ kull sena, ir-riżultati tagħha għas-sena finanzjarja ta’ qabel approvati mill-kontrollur tal-Istat. Ir-rifużjonijiet li jistgħu jsiru mill-SNCM jitnaqqsu mill-ħlasijiet akkont tas-sena finanzjarja kurrenti. Is-sistema għar-regolarizzazzjoni tal-ħlasijiet minn qabel tipprevedi wkoll xi ħlasijiet oħra mill-Istat. Il-ftehimiet konklużi wara jipprevedu wkoll xi penali jekk, matul sena waħda, in-numru ta’ rotot ta’ bażi mhux moqdija mill-SNCM jaqbeż 2 % tan-numru tar-rotot ta’ bażi previsti fil-Ftehim. L-awtorità tal-liċenzji tista’ wkoll tinnotifika lill-SNCM tnaqqis fl-għoti fiss ta’ kontinwità territorjali fil-każ li jkun hemm xi inċidenti sinifikattivi li jwasslu għat-twaqqif tas-servizz pubbliku”.

(253)

Fil-punt 82 ta’ din l-istess Deċiżjoni, il-Kummissjoni tindika li t-tieni parti ta’ dan il-punt IV jistipola li “ Fl-ipoteżi li l-kundizzjonijiet ekonomiċi u b’mod partikolari, l-ispejjeż tal-operat u l-livelli ta’ traffiku li servu bħala bażi għall-kalkolu tas-sussidju, jiddegradaw b’mod sustanzjali, l-SNCM u l-OTC għandhom javviċinaw lil xulxin biex jistudjaw flimkien il-miżuri li għandhom jiġu implimentati għal dak li għandu x’jaqsam mas-servizz ta’ trasport, tariffi jew aġġustament ‘il fuq tal-ammont tal-għotja sabiex jiġi stabbilit mill-ġdid il-bilanċ finanzjarju tal-kumpanija.”

(254)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, u kif ikkonkludiet fid-Deċiżjoni tagħha tal-2001, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kumpens ta’ EUR 53,48 miljun imħallas mill-Istat mhuwiex fiss minħabba l-mekkaniżmu li jippermetti li jpatti għall-iżbilanċ finanzjarju li jirriżulta mid-diskrepenza bejn l-ispejjeż tal-operat reali u l-ispejjeż li ntużaw bħala bażi għall-kalkolu tas-sussidju.

Adegwatezza tal-kumpensi għall-ispejjeż ta’ servizz pubbliku

(255)

Bħalma osservat il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tal-2001 (127), il-kumpensi finanzjarji rċevuti dak iż-żmien b’applikazzjoni tal-ftehimiet ta’ kull ħames snin tal-1991 u l-1996 ma ppermettux lill-SNCM li tpatti kompletament għat-telf relatat mal-obbligi ta’ servizzi pubbliċi. Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li dan il-kumpens nieqes kien ta’ EUR 53,48 miljun.

(256)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ammont ta’ EUR 53,48 miljun mħallas mill-Istat huwa ugwali għall-kumpens nieqes osservat għall-perijodu 1991-2001 u għalhekk huwa adegwat għall-ispejjeż netti mġarrba mill-missjoni ta’ servizz pubbliku li l-SNCM hija s-suġġett tiegħu.

10.1.4.   Konklużjoni

(257)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni temmen li l-miżura inkwistjoni hija għajnuna mill-Istat, kumpatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 86(2) KE. Billi l-miżura ġiet implimentata fl-14 ta’ Novembru 2003, il-Kummissjoni tosserva li din l-għajnuna hija illegali.

(258)

F’dan il-kuntest, l-ammont ta’ għajnuna li għandu jiġi kkunsidrat bħala għajnuna għar-ristrutturar skont in-notifika tal-2002 huwa ta’ EUR 22,52 miljun (128). Dan l-ammont jiżdied mal-miżuri nnotifikati fl-2006 jekk dawn ikunu għajnuniet għar-ristrutturar (ara s-sezzjoni 10.5 ta’ din id-Deċiżjoni).

10.2.   Il-bejgħ tal-SNCM bi prezz ta’ bejgħ negattiv ta’ EUR 158 miljun

(259)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tinvestiga jekk il-kontribuzzjoni f’kapital tal-Istat ta’ EUR 158 miljun ta’ qabel il-bejgħ tal-SNCM lil xerrejja privati, jiġifieri in fine il-prezz ta’ bejgħ negattiv tal-impriża għal ammont ekwivalenti, hijiex eżenti minn elementi ta’ għajnuna mill-Istat.

(260)

Proċedura pubblika ta’ selezzjoni miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja li twassal biex l-Istat ibiegħ l-impriża wara kapitalizzazzjoni mill-ġdid li tkun saret qabel (għal ammont aktar għoli mill-prezz tal-bejgħ) mhux neċessarjament tippermetti li tiġi eskluża l-preżenza ta’ għajnuna li tista’ tibbenefika kemm lill-impriża privatizzata kif ukoll lix-xerrej tagħha (129).

10.2.1.   Qafas ġuridiku ta’ referenza

(261)

Sabiex wieħed jivverifika jekk xi impriża bbenefikatx minn vantaġġ ekonomiku li rriżulta minn xi kontribuzzjoni f’kapital tal-Istat, il-Kummissjoni tapplika, bħala regola, il-kriterju tal-“investitur privat li jopera f’ekonomika tas-suq” (iktar ‘il quddiem “il-kriterju tal-investitur privat”). Il-kriterju tal-investitur privat huwa parti mill-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn is-setturi pubbliċi u privati li jirriżulta mill-Artikolu 295 tat-Trattat KE. Skont dan il-prinċipju, il-kapital li jitpoġġa għad-dispożizzjoni ta’ impriża mill-Istat, direttament jew indirettament, f’ċirkostanzi li jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet normali tas-suq, m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala għajnuniet mill-Istat (130).

(262)

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista’ b’mod partikolari tevalwa jekk min jipprovdi r-riżorsi jkunx aġixxa bħala investitur privat li segwa politika strutturali, globali jew settorjali, u ggwidata minn perspettivi ta’ redditu fuq żmien twil tal-kapital investit. Il-validità ta’ dan l-approċċ ġie approvat mill-qrati Komunitarji fil-kuntest ta’ bosta kawżi (131).

(263)

Skont ġurisprudenza kostanti, kontribuzzjoni f’kapital magħmul minn investitur pubbliku fin-nuqqas ta’ kull prospett ta’ profitt, anke fuq żmien twil, hija għajnuna mill-Istat (132).

(264)

Il-qorti Komunitarja stabbilixxiet wkoll li investitur privat li jsegwi politika strutturali, globali jew settorjali ggwidata minn perspettivi ta’ redditu fuq żmien twil ma jistax jippermetti lilu nnsifsu b’mod raġonevoli, wara snin ta’ telf bla interruzzjoni, li jipproċedi għal kontribuzzjoni f’kapitali li, f’termini ekonomiċi, mhux biss huwa aktar għali minn likwidazzjoni tal-assi, iżda huwa wkoll relatat mal-bejgħ tal-impriża, u dan ineħħilha kull prospett ta’ qligħ, anke fit-tul (133).

(265)

B’mod aktar preċiż, fis-sentenza tagħha “Gröditzer”, il-Qorti tal-Ġustizzja ġġudikat li, sabiex jiġi deteminat jekk il-privatizzazzjoni ta’ impriża bi prezz ta’ bejgħ negattiv għandhiex xi elementi ta’ għajnuna mill-Istat: “għandu jiġi evalwat jekk, f’ċirkostanzi simili, investitur privat ta’ livell li jista’ jiġi mqabbel ma dak ta’ korpi li jamministraw is-settur pubbliku setax jiġi mħajjar li jipproċedi għal kontribuzzjonijiet f’kapital tal-istess daqs fil-qafas tal-bejgħ tal-impriża msemmija jew jekk kienx jagħżel li tiġi stralċjata” (134).

10.2.2.   Applikazzjoni għal dan il-każ

(266)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, sabiex tiġi ddeteminata n-natura tal-għajnuna tal-miżura inkwistjoni, il-Kummissjoni għandha “tevalwa jekk is-soluzzjoni magħżula mill-Istat hijiex, fl-assolut, u meta mqabbla ma’ kull soluzzjoni oħra inkluża dik li ma jsir ebda intervent, l-inqas għalja, u jekk dan iwassalx għall-konklużjoni, jekk ikun il-każ, li l-Istat aġixxa bħala investitur privat” (135).

10.2.2.1.   Dwar ir-rispett tal-prinċipju tal-azzjonist privat f’ekonomija tas-suq

(267)

F’dan il-kuntest, għandu jiġi osservat li l-gruppi kbar ta’ impriżi ma jistgħux attwalment, meta jipproċedu għall-għeluq ta’ siti jew stralċ ta’ sussidjarji, ma jinterressawx ruħhom fil-konsegwenzi soċjali li jirriżultaw minn tali għeluq jew stralċ.

(268)

Għalhekk bosta drabi huma jimplimentaw pjanijiet soċjali li jistgħu jinkludu miżuri ta’ assenjazzjoni mill-ġdid tal-persunal, għajnuna biex isibu xogħol ġdid, kumpensi għat-terminazzjoni tal-impjieg, jew anke azzjonijiet relatati man-nisġa ekonomika lokali, li jagħmlu aktar minn dak li jimponu l-liġi u l-ftehimiet kollettivi.

(269)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tosserva li l-SNCM hija kumpanija kkontrollata mill-Istat permezz tal-grupp CGMF (Compagnie Maritime Générale et Financière).

(270)

Il-Kummissjoni temmen li, fl-ipoteżi ta’ stralċ tal-SNCM (136), miżuri bħal dawn kienu jiġu stabbiliti b’mod supplementari mal-obbligi legali bl-għan li ma ssirx ħsara lill-immaġni tal-marka tal-kumpanija holding li lilha tappartjeni u tal-azzjonist finali tagħha (137).

(271)

Il-Kummissjoni tfakkar li l-prospett tal-istralċ tal-impriża fl-2004 ikkawża taqlib soċjali kbir. Il-kunflitt soċjali qawwi ta’ Settembru 2004 pereżempju mblokka l-flotta tal-SNCM għal 16-il jum. Il-Kummissjoni żiedet tgħid li l-awtoritajiet Franċiżi wrew fuq il-bażi ta’ figuri li dawn il-movimenti soċjali tal-2004, filwaqt li għamlu ħsara lill-immaġni tal-marka tal-kumpanija holding f’għajnejn il-klijentela, għamlu ħsara kbira fin-numru ta’ passiġġieri li ġġorr l-SNCM u, għalhekk, lill-fatturat tal-impriża. Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll li b’konsegwenza tal-klima soċjali mwiegħra tas-sajf tal-2004 li għamlet ħsara lill-qagħda finanzjarja tal-SNCM, l-azzjonist tal-impriża stabbilixxa fir-rebbiegħa tal-2005 pjan soċjali, sospiż f’April 2005, b’konsultazzjoni mat-trejdjunjins. Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni temmen li jirriżulta li, fl-ipoteżi ta’ stralċ tal-SNCM, in-nuqqas ta’ ħlas, mill-grupp CGMF, tal-indennizzi supplementari ta’ terminazzjoni tal-impjieg żgur jagħmel ħsara lill-immaġni tal-marka tal-kumpanija holding li lilha tappartjeni u tal-azzjonist finali tagħha.

(272)

Għalhekk, il-Kummissjoni temmen li l-ispejjeż relatati ma’ dawn il-miżuri għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-ispejjeż tal-istralċ. Dawn l-ispejjeż għalhekk kellhom jiġu imputati fuq il-valur ta’ stralċ tal-SNCM kemm-il darba dan kien pożittiv u/jew mħallas direttament mis-CGMF/l-Istat bħala azzjonist. Il-Kummissjoni temmen li kull soluzzjoni oħra ma tkunx qed tikkunsidra r-realtà soċjali li gruppi kbar ta’ impriżi qegħdin jiffaċċjaw illum (138).

(273)

Sabiex jiġi kkwantifikat l-infiq ta’ stralċ għall-azzjonist, il-Kummissjoni tadotta ipoteżi a minima li tikkorrispondi biss għall-indennizzi supplementari ta’ terminazzjoni tal-impjieg.

(274)

Rigward dan, l-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li, fuq il-bażi tal-pjan soċjali tal-2005, li huwa bbażat fuq il-pjan soċjali tal-2002, il-medda li għandha tintgħażel hija bejn EUR […] sa […] għal kull impjegat, jiġifieri ammont totali bejn EUR […] miljun u […] miljun. L-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li l-figura l-aktar baxxa tal-medda msemmija qabel tikkunsidra l-fatt li l-infiq tal-pjan soċjali ta’ referenza huwa mkabbar minħabba l-proporzjon ferm kbir ta’ impjegati li qegħdin joqorbu lejn l-età tal-pensjoni u li t-tluq tagħhom isir f’kundizzjonijiet ta’ vantaġġ partikolari. Barra minn hekk, huwa wkoll ikkunsidrat il-fatt li l-kuntest ta’ stralċ tal-kumpanija u tat-tkeċċija tal-persunal kollu ma jistax ikun mqabbel ma dak ta’ aġġustament tal-impjegati li jippermetti t-tkomplija tal-attivitajiet bħal m’huwa il-każ fil-pjan soċjali ta’ referenza.

(275)

L-espert tal-Kummissjoni għamel analiżi komparattiva tal-figuri mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi mal-pjanijiet soċjali implimentati fi Franza dan l-aħħar. Il-pjan soċjali ta’ Hewlett Packard fl-2003 ġie jiswa EUR 214 000 għal kull persuna u fl-2005 bejn EUR 50 000 u 400 000. Fl-2004, il-pjan soċjali implimentat minn Péchiney, wara l-amalgamazzjoni ma’ Alcan, ġie jiswa EUR 128 000 għal kull persuna. Għall-pjan soċjali ta’ Giat Industries fl-2004, l-ispiża totali għal kull impjegat kienet madwar EUR 162 000 meta mqabbla ma’ EUR 71 000 għal Gemplus fl-2002 u EUR 69 000 għal Danone (attività gallettini) fl-2001. Fl-2002, Yves Saint Laurent Haute Couture ħabbar pjan soċjali b’EUR 115 000 għal kull impjegat. Il-pjan Power 8 mħabbar minn Airbus France fi Frar 2007 kien jipprevedi nfiq għal kull impjegat ta’ EUR 68 000 (139). Fl-2008, l-infiq tal-pjan soċjali ta’ Michelin kien EUR 157 400 għal kull impjegat.

(276)

Rigward il-ħaddiema tat-tarzna, il-Kummissjoni tispeċifika li l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tematiku pubbliku tagħha ta’ Lulju 2006 “Il-portijiet Franċiżi jiffaċċjaw bidliet fit-trasport marittimu: l-urġenza tal-azzjoni” tfakkar l-infiq totali għal kull persuna tal-pjan soċjali tal-2004, jiġifieri EUR 145 000 għal kull tluq għall-portijiet awtonomi u EUR 209 000 għal kull tluq mill-port ta’ Marsilja.

(277)

Il-Kummissjoni tfakkar li d-Deċiżjoni tagħha tas-17 ta’ Lulju 2002 relatata mas-Société Française de Production tippermetti li turi l-prezz tal-ġenerożità f’każ ta’ privatizzazzjoni ta’ impriża f’diffikultà. Għalhekk, il-ġenerożità irriżultat fi spiża għall-Istat ta’ EUR 43,1 miljun (jiġifieri EUR 151 000 għal kull impjegat, il-pjan kien jipprevedi t-tluq ta’ 285 impjegati) li jingħaqad mal-infiq ta’ EUR 5,3 miljun tal-obbligi legali u kuntrattwali (jiġifieri total ta’ nfiq ta’ EUR 169 000 għal kull impjegat).

(278)

Fid-dawl ta’ din l-analiżi komparattiva, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ipoteżi ta’ EUR […] imħallsa lil kull impjegat bħala indennizzi supplementari ta’ tkeċċija hija koerenti mal-infiq għal kull impjegat tal-pjanijiet soċjali implimentanti mill-azzjonisti privati fl-istess perijodu.

(279)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ipoteżi ta’ tkeċċija tal-persunal kollu tal-SNCM fil-qafas ta’ stralċ tal-impriża hija l-ipoteżi l-aktar probabbli, b’mod partikolari għax l-allokament tad-DSP għall-perijodu 2007-2013 kien għadu ma kienx is-suġġett ta’ sejħa għall-offerti u, għalhekk, ta’ Deċiżjoni definittiva. Barra minn hekk, minħabba l-qagħda finanzjarja preokkupanti tal-SNCM, huwa fil-fatt improbabbli li pjan ta’ kontinwazzjoni tal-attività kien ġie stabbilit b’mod li l-impriża tkun soġġetta għal salvataġġ ġudizzjarju u li tkun tista’ tiġi evitata t-tkeċċija tal-impjegati.

(280)

Fid-dawl tal-elementi hawn fuq, il-Kummissjoni għażlet l-ammont totali ta’ EUR […] miljun li s-CGMF (l-Istat) kellu jalloka għall-indennizzi supplementari ta’ tkeċċija.

(281)

F’dan l-istadju tal-analiżi, il-Kummissjoni għanda tistipola l-valur ta’ stralċ tal-SNCM minbarra l-indennizzi supplementari ta’ tkeċċija. Hija fil-fatt id-differenza bejn dan il-valur ta’ stralċ, sakemm ikun pożittiv, u l-indennizzi supplementari ta’ tkeċċija li għandha tkun mqabbla mal-prezz negattiv li rriżulta mill-bejgħ sabiex jiġi vverifikat jekk l-Istat ġabx ruħu bħala investitur privat f’ekonomija tas-suq. Għal dan, il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq il-kalkolu tal-assi netti evalwati mill-ġdid. Skont il-metodu l-assi netti evalwati mill-ġdid, l-insuffiċjenza tal-assi hija osservata meta l-valur ekonomiku tal-assi reali (ġeneralment aktar għoli mill-valur nett tal-kontabilità) ma jkoprix il-valur ekonomiku tad-debiti reali.

(282)

Għall-finijiet li tiġi osservata l-insuffiċjenza tal-assi f’dan il-każ, il-Kummissjoni bl-għajnuna tal-espert tagħha (140), vverifikat bħalma huwa spjegat hawn taħt li fit-30 ta’ Settembru 2005 il-valur tal-assi tal-SNCM ma kienx biżżejjed biex jitħallsu l-kredituri privileġġati u l-kredituri mhux privileġġati (inklużi l-impjegati bħala kredituri klassiċi).

Dwar l-għażla tal-metodu ta’ evalwazzjoni

(283)

Il-Kummissjoni temmen li l-valutazzjoni tal-assi netti hija metodu wżat ħafna biex jiġu valorizzati kumpanija fis-settur tat-trasport marittimu. Hija taħseb ukoll li dan il-metodu huwa b’mod partikolari adattat għall-qagħda tal-SNCM minħabba li l-azzjonist ta’ referenza tagħha bħala għażla alternattiva għall-bejgħ għandu biss l-għażla li jiddikjara l-falliment tal-kumpanija li mbagħad isir l-istralċ tagħha.

(284)

Dwar metodi oħra ta’ valutazzjoni, b’mod partikolari l-metodu tal-likwiditajiet liberi operattivi aġġornati, il-Kummissjoni temmen li, meta jiġi kkunsidrat il-fatt li hija tippreżumi li titkompla l-attività tal-kumpanija, li mhuwiex il-każ tal-SNCM, dan mhuwiex rilevanti għall-każ inkwistjoni.

Dwar id-data ta’ referenza

(285)

Il-Kummissjoni għandha tagħżel it-30 ta’ Settembru 2005 bħala d-data ta’ referenza għall-evalwazzjoni tal-SNCM minħabba li hija d-data li fiha ġiet effettivament magħmula l-għażla bejn l-aċċettazzjoni tal-offerta ta’ xiri jew l-istralċ tal-kumpanija, billi d-Deċiżjoni dwar is-selezzjoni ta’ BCP ittieħdet fis-27 ta’ Settembru 2005.

Dwar il-valur tal-assi tal-SNCM

(286)

Il-Kummissjoni tosserva b’mod partikolari li l-azzjonist tal-SNCM ipproċeda, b’kollaborazzjoni mad-ditta Ernst & Young, għal kwantifikazzjoni tal-ispiża tal-istralċ tal-impriża (ir-rapport CGMF imsemmi qabel) fit-30 ta’ Settembru 2005 li ġie vverifikat mill-ġdid minn Oddo Corporate Finance u d-ditta Paul Hastings. Il-Kummissjoni tfakkar li r-rapport Oddo-Hastings imsemmi qabel ta valur lill-assi tal-SNCM ta’ EUR […] miljun.

(287)

Rigward il-valutazzjoni tal-flotta f’pussess proprju (141), billi l-valur tas-suq gross tal-bastimenti tal-SNCM kien stmat mis-sensar speċjalizzat SAB għal EUR […] miljun fit-30 ta’ Settembru 2005, il-flotta tal-SNCM kienet ivvalutata mir-rapport Oddo għal EUR […] miljun wara skont fuq il-valur (142), kummissjoni u senserija (143) u riskju ġudizzjarju (144).

Tabella 4

Xenarji ta’ valutazzjoni tal-assi tal-SNCM fit-30 ta’ Settembru 2005

(f’EUR miljun)

 

Valur tal-assi

rapport Oddo

Valur tal-assi

espert Kummissjoni

Assi fissi intanġibbli

Assi fissi tanġibbli

 

 

Flotta f’pussess proprju

(…)

(…)

Bini (145)

(…)

(…)

Assi finanzjarji (146)

(…)

(…)

Assi fissi

(…)

(…)

Stokks

Ħlasijiet minn quddiem u depożiti

Krediti klijenti

(…)

(…)

Krediti oħra (147)

(…)

(…)

Fondi netti

(…)

Ħlasijiet bil-quddiem u dħul dovut

Assi oħra

(…)

(…)

Total tal-assi

(…)

(…)

(288)

Mill-qari tat-tabella hawn fuq, il-Kummissjoni tosserva li l-flotta tal-bastimenti hija l-element ewlieni tal-valutazzjoni tal-assi tal-impriża. Rigward dan, l-espert tal-Kummissjoni kien tal-fehma, wara li għamel meta kien possibbli analiżi komparattiva, li l-iskont fuq il-valur tas-suq gross tal-bastimenti u r-riskju ġudizzjarju kienu koerenti. Fuq din il-bażi, huwa kkonkluda li m’għandux argumenti biex jirrifjuta l-evalwazzjoni tal-valur tal-flotta stabbilita mill-Istat Franċiż.

(289)

Dwar l-iskont, il-Kummissjoni temmen li l-livell tiegħu huwa koerenti mal-iskonti li saru fil-bejgħ ta’ bastimenti f’każ ta’ stralċ ġudizzjarju. Skont l-espert tal-Kummissjoni, ir-Régie des Transports Maritimes pereżempju, kumpanija nazzjonali tal-Belġju li tieħu ħsieb ir-rotta Ostende-Ramsgate, biegħet żewġ car ferries fl-1997 bi skontijiet stmati għal 35 % u 45 %. Fi żmien aktar reċenti, il-kumpanija Festival Cruises biegħet tliet bastimenti tal-kruċieri bi skont medju ta’ 20 %. L-iskonti li saru f’każijiet simili għalhekk huma ta’ ammonti simili tal-iskontijiet applikati mill-awtoritajiet Franċiżi fil-każ inkwistjoni.

(290)

Dwar ir-riskju ġudizzjarju, billi ma saret ebda transazzjoni komparabbli fis-suq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-argumenti li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tar-riskju ġudizzjarju huma koerenti maċ-ċokon tas-suq għal bastimenti ta’ dan it-tip, li ġew maħluqa għal użu speċifiku.

(291)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-espert indipendenti tagħha rreveda l-valutazzjoni tal-assi finanzjarji ‘l fuq, b’mod partikolari dik tas-sehem tal-SNCM fis-CMN (minn EUR […] miljun għal EUR […] miljun). F’dan ir-rigward, minħabba l-offerta ta’ xiri mill-ġdid ta’ dan is-sehem minn Stef-TFE għal EUR […] miljun ippreżentata lill-Kummissjoni fil-qafas ta’ din l-istruzzjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-valutazzjoni tas-sehem tal-SNCM fis-CMN ta’ EUR […] miljun hija raġonevoli f’kuntest ta’ stralċ tal-kumpanija.

(292)

Dwar il-valutazzjoni tal-punti l-oħra tal-assi, l-espert tal-Kummissjon m’għamilx oġġezzjoni partikolari. Għaldaqstant ma żammx il-punt “fondi netti” billi dan kien f’defiċit. Il-Kummissjoni temmen li fil-fatt dan il-punt għandu jiġi elenkat mad-debiti tal-SNCM.

(293)

Meta jiġu kkunsidrati l-aġġustamenti li saru, il-Kummissjoni tivvaluta l-assi tal-SNCM għal EUR […] miljun fit-30 ta’ Settembru 2005.

Dwar il-valutazzjoni tad-debiti tal-SNCM

(294)

Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi jikkwantifikaw l-ammont dovut għall-krediti privileġġati għal EUR […] miljun u għal EUR […] miljun l-ammont dovut għall-krediti mhux privileġġati (minbarra l-indennizzi supplementari ta’ tkeċċija).

(295)

Fir-rigward tad-debiti soċjali, b’mod partikolari, l-awtoritajiet Franċiżi jivvalutaw l-infiq tal-pjan soċjali konvenzjonali għal EUR […] miljun. L-infiq relatat mal-pjan soċjali konvenzjonali ġie stabbilit fuq bażi individwali li jikkunsidra t-tip ta’ kuntratt (kuntratt indefinit – contrat à durée indéterminée CDI u kuntratt għal żmien fiss – contrat à durée déterminée CDD), l-istatuti u ftehimiet kollettivi applikabbli (persunal ta’ fuq il-bastimenti, persunal sedentarju u persunal ġenerali), l-anzjanità, il-kategorija u r-remunerazzjoni ta’ kull impjegat. Dan l-ammont ikopri l-indennizzi ta’ avviż bil-quddiem (EUR […] miljun), l-indennizzi tal-lif imħallas fuq l-avviż bil-quddiem (EUR […] miljun), l-indennizzi konvenzjonali ta’ tkeċċija (EUR […] miljun) u l-kontribuzzjoni Delalande (EUR […] miljun) (148).

(296)

L-infiq tal-pjan soċjali extra-konvenzjonali huwa vvalutat mill-awtoritajiet Franċiżi għal EUR […] miljun. Dan il-pjan soċjali jiġbor il-miżuri ta’ appoġġ kollha li huma relatati mal-obbligi legali u regolamentari tal-SNCM għal dak li għandu x’jaqsam ma’ tkeċċija (149) u l-ispejjeż indiretti relatati mal-pjanijiet soċjali konvenzjonali (150).

(297)

L-infiq tax-xoljiment tal-kuntratti ewlenin tal-operat għandu x’jaqsam l-aktar mal-implikazzjoni tal-garanzija bankarja ta’ ammont ta’ EUR […] miljun mogħtija bħala garanzija għat-twettiq tajjeb mill-SNCM tal-obbligi tagħha ta’ servizz publiku li magħha tiġi miżjuda l-penali prevista fil-ftehim imsemmi, ugwali għal […]% tal-kumpens finanzjarju ta’ referenza ta’ ammont ta’ EUR […] miljun għas-sena 2005, jiġifieri madwar EUR […] miljun f’każ li l-mandatarju ma jissodisfax l-obbligi tiegħu.

(298)

Rigward id-debiti netti relatati mal-bejgħ tal-bastimenti b’leasing (151), l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw li, fuq il-bażi ta’ ċerti ipoteżijiet (152), id-dħul nett ta’ bejgħ huwa evalwat, mis-sensar speċjalizzat SAB, għal EUR […] miljun fit-30 ta’ Settembru 2005 wara skont, kummissjoni u senserija u nfiq finanzjarju ta’ ġarr. L-ekonomiji ta’ taxxi u debiti bankarji huma EUR […] miljun, għad hemm bilanċ ta’ debiti bankarji relatati mal-bastimenti mħallsa bin-nifs li għandhom jitħallsu lura ta’ EUR […] miljun.

Tabella 5

Xenarji ta’ valutazzjoni tad-debiti tal-SNCM fit-30 ta’ Settembru 2005

(f’EUR miljun)

 

Valur tad-debitu

rapport Oddo

Valur tad-debitu

Espert tal-Kummissjoni

Debiti privileġġati inklużi:

 

 

Debiti soċjali u tat-taxxa

(…)

(…)

Debiti finanzjarji garantiti minn assi (153)

(…)

(…)

Infiq tal-pjan soċjali konvenzjonali

(…)

(…)

Infiq tal-assigurazzjonijiet tas-saħħa tal-pensjonanti (154)

(…)

(…)

Infiq tal-proċedura ta’ stralċ

(…)

(…)

Telf ta’ produzzjoni temporanju (155)

(…)

(…)

Ħlas tal-kredituri privileġġati

(…)

(…)

Debiti bla garanzija (156)

(…)

(…)

Infiq tal-pjan soċjali extra-konvenzjonali

(…)

(…)

Infiq għat-terminu tal-kuntratti ewlenin ta’ produzzjoni

(…)

(…)

Infiq supplementari relatat mal-bejgħ tal-bastimenti mħallsa bin-nifs

(…)

(…)

Eżenzjoni tal-kredituri mhux privileġġati

(…)

(…)

(299)

Il-Kummissjon tinnota li d-debitu soċjali huwa l-elementi ewlieni tad-debiti tal-SNCM. Rigward id-debitu soċjali privileġġjat, jiġifieri l-infiq tal-pjan soċjali konvenzjonali, l-espert tal-Kummissjoni vverifika l-formoli ta’ kalkolu tal-komponenti kollha tal-pjan fuq il-bażi ta’ kontijiet u ma osserva ebda anomalija jew żball. Meta kkunsidrat din il-verifika, il-Kummissjoni temmen li l-ammont ta’ EUR […] miljun mħallas bil-quddiem mill-awtoritajiet Franċiżi għall-pjan soċjali konvenzjonali huwa raġonevoli.

(300)

Rigward it-telf operattiv temporanju, il-Kummissjoni temmen li l-istima hija prudenti skont il-leġiżlazzjoni, b’mod partikolari l-Artikoli L.622-10 tal-Kodiċi tal-Kummerċ u 119-2 tad-Digriet Nru 85-1388 tas-27 ta’ Diċembru 1985 skont liema l-SNCM tista’ tkun obbligata mill-Qorti tal-Kummerċ kompetenti li tkompli n-negozju tagħha għal terminu ta’ xahrejn li jista’ jiġi mġedded b’talba tal-ministeru pubbliku minħabba l-obbligi tagħha ta’ servizz pubbliku.

(301)

Rigward id-debiti bla garanzija, l-espert tal-Kummissjoni ma għamilx oġġezzjoni partikolari. Għaldaqstant emenda l-ammont ta’ EUR […] miljun mill-ammont ta’ EUR […] miljun li jirriżulta mill-eżami mill-ġdid tal-punt tal-assi “Fondi netti”. Il-Kummissjoni temmen li dan l-eżami mill-ġdid huwa fl-istess livell mal-emendi li saru fil-valutazzjoni tal-assi tal-SNCM.

(302)

Rigward l-infiq tal-pjan soċjali extra-konvenzjonali (minbarra l-indennizzi supplementari ta’ tkeċċija), l-espert tal-Kummissjoni jemmen li l-ammont tal-infiq tal-kwistjonijiet ġuridiċi għandu jkun mibdul għal EUR […] miljun minflok il-[…] miljun mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi. Fuq dan il-punt, il-Kummissjoni hija tal-fehma li żgur li t-trejdjunjins ser jitolbu kwalifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratti fuq żmien fiss f’kuntratti indefiniti (157), iżda hija taħseb li l-figuri għandhom jikkonċernaw l-impjegati b’kuntratt għal żmien fiss biss li għalihom kważi żgur hemm dan ir-riskju (jiġifieri […] kuntratti għal żmien fiss). Meta jiġi kkunsidrat salarju gross fix-xahar ta’ EUR […] b’kumpens ta’ 9 xhur salarju għall-ewwel […] kuntratti għal żmien fiss u 6 xhur għal […] ta’ wara, l-ammont jiġi stabbilit għal EUR […] miljun.

(303)

Rigward id-debitu nett li għandu x’jaqsam mal-bejgħ tal-bastimenti mħallsa bin-nifs, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ipoteżijiet sottostanti għall-kalkolu huma ġġustifikati b’mod partikolari minħabba l-istruttura tal-kuntratti tal-EIG, li tillimita kull sostituzzjoni ta’ terzi fl-SNCM u tikkundizzjona l-benefiċċji għat-taxxa għall-użu tal-bastimenti taħt il-bandiera Franċiża. Huwa wkoll iġġustifikat li r-riskju ġudizzjarju ma japplikax fil-qafas tal-bastimenti użati bi ħlas bin-nifs għax dawn huma mibjugħin mill-banek kredituri tal-EIG. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni temmen li huwa ġġustifikat li nfiq finanzjarju ta’ ġarr ikun kkunsidrat bejn it-30 ta’ Settembru 2005 u d-data ta’ bejgħ effettiv tal-bastiment.

(304)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni temmen li fit-30 ta’ Settembru 2005 id-debitu privileġġjat tal-SNCM kien ta’ EUR […] miljun u d-debitu mhux privileġġjat tal-SNCM kien ta’ EUR […] miljun.

Dwar l-osservazzjoni tal-insuffiċjenza tal-assi

(305)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni temmen li fit-30 ta’ Settembru 2005 il-valur tal-assi tal-SNCM (jiġifieri EUR […] miljun) ma kienx biżżejjed biex jitħallsu l-kredituri privileġġati (jiġifieri EUR […] miljun) u l-kredituri mhux privileġġati (jiġifieri EUR […] miljun).

Konklużjoni

(306)

F’kuntest bħal dan, fin-nuqqas ta’ azzjoni biex tagħmel tajjeb għad-debiti (ara hawn taħt), u meta jiġi kkunsidrat il-punt 273 ta’ din id-Deċiżjoni u l-insuffiċjenza tal-assi, il-prezz ta’ stralċ tal-SNCM mis-CGMF ikun limitat għall-ispejjeż tal-indennizzi supplementari ta’ tkeċċija, jiġifieri EUR […] miljun.

(307)

Minn dan jirriżulta li l-għażla li saret mill-awtoritajiet Franċiżi li tinbiegħ l-SNCM bi prezz negattiv ta’ EUR 158 miljun li għandu jkun imqabbel mal-prezz minimu ta’ stralċ ta’ EUR […] miljun tista’ tiġi kkunsidrata bħala konformi mal-għażla li kien jagħmel grupp privat ta’ impriżi f’ekonomija tas-suq.

10.2.2.2.   Konsegwenzi ta’ stralċ ġudizzjarju tal-SNCM

(308)

Il-Kummissjoni investigat ukoll l-argument tal-awtoritajiet Franċiżi skont liema l-Istat, bħala azzjonist maġġoritarju, jista’ jiġi msejjaħ biex jagħmel tajjeb għad-debiti f’każ ta’ stralċ tal-impriża (ara hawn taħt). F’dan il-każ, skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-kalkolu tal-prezz tal-istralċ għall-Istat azzjonist għandu jikkunsidra l-liġi nazzjonali kif qalet il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ABX Logistics tagħha (158) u dan għandu jiġi evalwat każ b’każ, billi jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur (159) u ċ-ċirkostanzi tal-każ.

(309)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li fit-28 ta’ Marzu 2006 l-awtoritajiet Franċiżi ippreżentawlha dokumenti li juru li l-azzjonist tal-SNCM kien ipproċeda għar-riċerka tas-soluzzjoni l-inqas għalja għalih filwaqt li investiga fl-istess ħin u mill-bidu żewġ opzjonijiet, li huma l-istralċ tal-impriża u l-bejgħ tagħha bi prezz negattiv.

(310)

Fuq il-bażi tal-investigazzjonijiet tal-esperti msemmijin qabel ppreżentati lill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li l-ispejjeż reali kollha li kien ikollha tħallas ir-Repubblika Franċiża bħala azzjonista, permezz tas-CGMF, kienu jkunu bejn EUR […] u […] miljun fit-30 ta’ Settembru 2005. Din l-istima tikkunsidra b’mod partikolari r-riskju li l-Istat Franċiż jintalab biex “jagħmel tajjeb għad-debiti” jekk xi qorti tikkunsidrah bħala direttur de facto tal-SNCM u tikkunsidra wkoll ir-riskju li l-Istat ikollu jħallas l-indennizzi supplementari ta’ tkeċċija lill-persunal imkeċċi. L-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li dawn ir-riskji għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-prezz effettiv kieku sar stralċ tal-SNCM.

(311)

Minn dan tirriżulta l-kwistjoni tal-valutazzjoni tal-ispejjeż reali kollha li probabbilment jkollha tħallas Franza bħala azzjonista f’każ li jsir stralċ ġudizzjarju tal-SNCM sabiex jiġi ddeterminat jekk, meta jiġu kkunsidrati l-possibbiltajiet li tiġi mitluba tħallas dawn l-ispejjeż u meta jiġi kkunsidrat l-ammont kbir tagħhom (160), azzjonist privat prudenti jippreferix ibiegħ is-sussidjarja tiegħu minnufih bi prezz negattiv ta’ EUR 158 miljun milli jieħu dan ir-riskju.

(a)   Dwar il-possibiltà li l-Istat jiġi ordnat biex jagħmel tajjeb għad-debiti

(312)

Skont il-liġi Franċiża, l-istralċjatarju ta’ kumpanija li qed isir stralċ tagħha għandu l-poter li jibda azzjoni ghad-danni kontra d-diretturi l-antiki tal-kumpanija, li hija msejħa “action en comblement de passif” (azzjoni biex tagħmel tajjeb għad-debiti), f’każ ta’ riżoluzzjoni ta’ pjan ta’ protezzjoni jew ta’ salvataġġ ġudizzjarju kif ukoll fil-każ li jsir stralċ ġudizzjarju (161).

(313)

L-introduzzjoni ta’ azzjoni biex tagħmel tajjeb għad-debiti kontra d-diretturi l-antiki tal-kumpanija li qed tfalli hija mmotivata mill-ħtieġa li jerġa’ jinbena l-patrimonju tal-kumpanija, li hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-istralċjarju.

(314)

F’bosta ittri lill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi sostnew li l-ipoteżi li l-Istat jiġi ordnat minn qorti nazzjonali biex jagħmel tajjeb għad-debiti tal-impriża mmexxija minnu huwa xenarju possibbli ħafna u li din għandha tiġi inkluża fil-kalkolu tal-infiq effettiv ta’ stralċ possibbli tal-SNCM.

(315)

Fin-noti tagħha tat-28 ta’ Frar 2008, l-SNCM pprovdiet rapport ta’ esperti li jevalwa l-konsegwenzi ġuridiċi ta’ azzjoni kontra l-Istat Franċiż biex jagħmel tajjeb għad-debitu. Dan ir-rapport jikkonkludi li qorti tal-kummerċ li quddiemha titressaq din il-kawża probabbilment jiddeċiedi li l-Istat huwa responsabbli fuq din il-bażi u jordnalu jħallas id-debiti soċjali kollha tal-SNCM.

(316)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li, minħabba l-insuffiċjenza tal-assi osservata fl-SNCM (ara hawn fuq) u meta jiġi kkunsidrat l-impenn possibbli tar-responsabbiltà ċivili tal-istralċjarju f’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni fuq il-bażi tal-liġi tal-1985 u d-dritt ta’ azzjoni għall-kredituri mill-2005, kien wisq probbabbli tinftetaħ azzjoni kontra l-Istat Franċiż biex jagħmel tajjeb għad-debiti fl-ipoteżi li jsir stralċ ġudizzjarju tal-SNCM (162).

(317)

Il-leġiżlazzjoni rilevanti tipprevedi li d-debiti soċjali tal-kumpanija li qed isir stralċ tagħha jistgħu jitpoġġew taħt ir-responsabbiltà tad-diretturi antiki de jure jew de facto kemm-il darba jiġu sodisfatti erba’ kundizzjonijiet.

(i)   Ir-rikonoxximent tal-Istat bħala direttur de jure jew de facto tal-impriża li qiegħed isir l-istralċ ġudizzjarju tagħha  (163)

(318)

Fil-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni tinnota li l-espert tal-SNCM ipprovda analiżi dettaljata li wasslet għall-konklużjoni li l-Istat Franċiż kien wisq probbabbli jkun ikkwalifikat bħala amministratur de facto tal-SNCM. Fil-qofol, ir-rapport tal-espert imsemmi hawn fuq wera, b’mod konformi mal-ġurisprudenza rilevanti (164), li l-Istat kien għamel azzjonijiet pożittivi ta’ ġestjoni u direzzjoni li żgur ma kellhomx x’jaqsmu mal-kontrolli amministrattivi stabbiliti mil-liġi u fuq żmien twil. B’mod partikolari, skont ir-rapport tal-espert tal-SNCM, l-Istat ħa xi Deċiżjonijiet fil-qafas tal-poteri ta’ kontroll li stabbilixxa hu stess, u għalhekk fixkel il-poteri ta’ kontroll tiegħu biex jieħu xi Deċiżjonijiet għall-impriża minflok id-diretturi li kellhom il-poter li jieħdu dawn id-Deċiżjonijiet. Barra minn hekk, jidher li l-korpi diriġenti tal-SNCM fil-fatt ma kellhom ebda indipendenza mill-Istat fil-ġestjoni tal-impriża. Fl-aħħar nett, jidher li l-Istat issostitwixxa ruħu mal-korpi diriġenti tal-SNCM billi ħa d-Deċiżjonijiet strateġiċi waħdu mingħajr ma informa lil dawn id-diriġenti.

(319)

Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi, fin-noti tagħhom tat-28 ta’ Marzu 2008, ma oġġezzjonawx għall-kwalifikazzjoni tal-Istat Franċiż bħala amministratur de facto tal-SNCM. Fl-ittra tagħhom tal-20 ta’ Novembru 2006, l-awtoritajiet Franċiżi indikaw huma stess li l-qorti ma tonqosx milli jikkwalifika l-Istat azzjonista tal-SNCM bħala diriġent de facto tal-impriża. Għaldaqstant, huwa evidenti li dikjarazzjoni bħal din, ippreżentata fil-qafas ta’ proċedura relatata mal-għajnuniet mill-Istat, ma tistax tkun biżżejjed waħedha biex tistabbilixxi bi dritt jekk qorti tikkunsidrax l-awtoritajiet nazzjonali bħala diriġenti de facto tal-impriża benefiċjarja tal-miżuri inkwistjoni u, fuq kollox, il-livell ta’ probabbiltà ta’ eventwalità bħal din.

(320)

Fiċ-ċirkostanzi tal-każ, mhuwiex meħtieġ mill-Kummissjoni li tagħti l-opinjoni tagħha aktar dwar l-evalwazzjoni tal-elementi invokati mill-awtoritajiet Franċiżi, meta tiġi kkunsidrata l-konklużjoni li waslet għaliha l-Kummissjoni fis-sezzjoni 10.2.2.1 hawn fuq.

(ii)   L-eżistenza ta’ nuqqas jew nuqqasijiet amministrattivi mill-Istat Franċiż, id-diriġent de facto tal-impriża li qed isir stralċ ġudizzjarju tagħha

(321)

Fil-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni tinnota li r-rapport tal-espert tal-SNCM, fuq il-bażi ta’ lista mhux eżawrjenti ta’ elementi bbażati fuq il-fatti, semma serje ta’ elementi sabiex juri li l-Istat, bħala diriġent de facto tal-SNCM, kien responsabbli għal xi nuqqasijiet amministrattivi.

(322)

B’mod partikolari, huwa indikat li l-Istat Franċiż għamel kien responsabbli għal nuqqasijiet fil-qasam tal-investimenti […]. L-Istat kien responsabbli għal bosta nuqqasijiet amministrattivi fil-qasam tal-[…].

(323)

Rigward dan, […] (165). Fl-ittra tagħhom tat-30 ta’ April 2007, l-awtoritajiet Franċiżi kkwalifikaw bħala għoli ħafna r-riskju ta’ kundanna tal-Istat għar-risponsabbiltà minħabba l-kriterji […] ta’ kwalifikazzjoni ta’ nuqqas amministrattiv skont l-Artikolu L.651-2 tal-Kodiċi tal-Kummerċ. Għaldaqstant, huwa ċar li dikjarazzjoni bħal din, magħmula fil-qafas ta’ proċedura fil-qasam tal-għajnuniet mill-Istat, ma tistax tkun biżżejjed waħedha biex tistabbilixxi bi dritt jekk qorti tikkunsidrax li l-awtoritajiet nazzjonali huma responsabbli għan-nuqqasijiet imsemmijin u, fuq kollox, il-livell ta’ probabbiltà ta’ eventwalità bħal din.

(iii)   L-osservazzjoni ta’ insuffiċjenza tal-assi

(324)

F’dan il-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni tosserva li, fl-ittra tagħhom tas-16 ta’ Novembru 2006, l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew evalwazzjoni tal-insuffiċjenza tal-assi tal-SNCM fuq il-bażi tar-rapporti tal-esperti tas-CGMF u tal-Oddo-Hastings imsemmijin qabel. Il-Kummissjoni tinnota li l-investigazzjoni tal-esperti tal-SNCM dwar l-azzjoni biex tagħmel tajjeb għad-debiti ppreżentata lill-Kummissjoni fi Frar 2008 tibbaża ruħha fuq dawn l-istess rapporti biex turi l-eżistenza ta’ insuffiċjenza tal-assi fil-każ li jsir stralċ ġudizzjarju tal-impriża. B’mod partikolari, ir-rapport Oddo-Hastings juri li hemm insuffiċjenza ta’ assi b’ammont ta’ EUR […] miljun fit-30 ta’ Settembru 2005, ikkalkolat bħala d-differenza bejn, minn naħa waħda, il-valur tal-assi tal-SNCM (EUR […] miljun) u, min-naħa l-oħra, il-valur tad-debiti tal-impriża (debiti privileġġati u mhux privileġġati vvalutati rispettivament għal EUR […] miljun u għal […] miljun).

(325)

Il-Kummissjoni tinnota li skont il-leġiżlazzjoni Franċiża msemmija qabel, ikun hemm insuffiċjenza tal-assi meta l-istralċjarju tal-impriża ma jkollux biżżejjed assi biex iħallas lill-kredituri privileġġati u mhux privileġġati. B’mod aktar partikolari, rigward il-krediti soċjali tal-impriża, id-debitu soċjali tal-impriża huwa a minima magħmul mid-debiti tas-salarju klassiċi, jiġifieri dawk li għandhom is-sors tagħhom direttament fil-kuntratt tax-xogħol, fil-ftehim kollettiv jew fil-liġi u li huma b’mod awtomatiku mniżżlin mill-istralċjarju fid-debiti tal-impriża (166).

(326)

Il-Kummissjoni kkalkolat minn qabel l-insuffiċjenza tal-assi tal-SNCM għal EUR […] miljun fit-30 ta’ Settembru 2005.

(iv)   L-eżistenza ta’ ness ta’ kawżalità każwali bejn in-nuqqasijiet u l-insuffiċjenza tal-assi osservata

(327)

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, fil-liġi Franċiża, min iressaq l-azzjoni biex tagħmel tajjeb għad-debiti m’għandux jiddetermina l-ammont taż-żieda tad-debitu ġġenerat min-nuqqas amministrattiv tad-diriġent. Id-diriġent ta’ persuna ġuridika jista’ jiġi ddikjarat responsabbli, fuq il-bażi tal-Artikolu L.624-3 tal-Kodiċi tal-Kummerċ, anke jekk in-nuqqas amministrattiv li jkun għamel ikun biss waħda mill-kawżi tal-insuffiċjenza tal-assi u jista’ jiġi ordnat iħallas id-debiti soċjali kollha jew parti minnhom, anke jekk in-nuqqas huwa l-oriġini ta’ parti minnhom biss (167).

(328)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li l-espert tal-SNCM jikkwalifika bħala evidenti l-konnessjoni bejn in-nuqqasijiet amministrattivi u l-insuffiċjenza tal-assi osservata. Fuq il-bażi tal-istimi ppreżentati mill-espert, il-preġudizzju finanzjarju li rriżulta mil-lista mhux eżawrjenti tan-nuqqasijiet amministrattivi tal-Istat imniżżlin fil-punt 322 ta’ din id-Deċjiżjoni kien ta’ EUR […] miljun (168).

(329)

L-awtoritajiet Franċiżi […] (169).

(330)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi, fin-noti tagħhom tas-16 ta’ Novembru 2006, is-27 ta’ April 2007 u t-28 ta’ Marzu 2008, […] (170). L-awtoritajiet Franċiżi […] (171). L-awtoritajiet Franċiżi ammettew huma stess, fl-ittra tagħhom tas-16 ta’ Novembru 2005, li “kien ċar li l-Istat azzjonist, li l-qorti żgur kien jikkwalifika bħala diriġent de facto tal-SNCM, kumpanija b’responsabbiltà limitata, kien probabbilment jiġi kkundannat skont l-Artikolu L651-2 tal-Kodiċi tal-Kummerċ li jħallas it-total tal-insuffiċjenza tal-assi tal-SNCM”.

(331)

Fiċ-ċirkostanzi tal-każ, mhuwiex meħtieġ mill-Kummissjoni li tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-evalwazzjoni tal-elementi invokati mill-awtoritajiet Franċiżi, meta tiġi kkunsidrata l-konklużjoni li waslet għaliha l-Kummissjoni fis-sezzjoni 10.2.2.1 hawn fuq.

(b)   Tal-istima tal-infiq totali tal-istralċ ġudizzjarju tal-SNCM

Determinazzjoni tal-parti tal-insuffiċjenza tal-assi li għandu jħallas id-diriġent de facto

(332)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, fl-istat attwali tal-każ, il-Kummissjoni m’għandhiex tistabbilixxi l-prezz ekonomiku reali tal-implikazzjoni tar-responsabbiltà tal-azzjonist.

(333)

Rigward dan, il-Kummissjoni tinnota li, fuq il-bażi tal-Artikolu L.624-3 tal-Kodiċi tal-Kummerċ, id-diriġent de jure jew de facto tal-kumpanija li qed isir stralċ tagħha huwa kkundannat, f’ċirkostanzi bħal dawn, li jħallas it-total tal-insuffiċjenza tal-assi osservata jew parti minnha.

(334)

Il-Kummissjoni tosserva li l-Artikolu msemmi hawn fuq iħalli lill-maġistrati l-libertà kollha biex jiġġudikaw jekk id-diriġent għandu jiġi ikkundannat biex iħallas it-total jew parti mid-debiti soċjali. Fid-dawl tal-ġurisprudenza rilevanti, jidher li l-Qrati u t-Tribunali huma sensittivi għall-aġir tad-diriġent li qed jiġi mħarrek u jiffurmaw il-kundanni skont il-konstatazzjonijiet li jistgħu jistabbilixxu.

(335)

Bħal m’huwa indikat hawn fuq, l-awtoritajiet Franċiżi jemmnu li l-Istat Franċiż għandu jħallas parti stmata bejn […] u […] % tal-insuffiċjenza tal-assi osservata, jiġifieri medda ta’ bejn EUR […] miljun u […] miljun.

(336)

Il-Kummissjoni tenfasizza li, f’kuntest simili ta’ dak tal-SNCM li jien jikkonċerna l-kumpanija Les Mines de Salsignes, sotto-sussidjarja tal-BRGM (stabbiliment pubbliku ta’ natura industrijali u kummerċjali) (172), l-Awka tal-Kummerċ tal-Qorti ta’ Kassazzjoni ikkundannat lill-BRGM u lill-sussdijarji tagħha bħala diriġent de facto in solidum mad-diriġenti l-oħra tal-kumpanija Les Mines de Salsignes biex tħallas l-insuffiċjenza tal-assi kollha (173). Is-sehem tad-debiti soċjali li kellu jitħallas mill-kumpanija Coframines u l-BRGM u għalhekk in fine l-Istat, laħaq 73,6 %. Skont din id-Deċiżjoni, il-Qorti osservat li l-Bord tad-Diretturi tpoġġa fi stat ta’ dipendenza fil-konfront taż-żewġ entitajiet ikkunsidrati.

(337)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni temmen li l-awtoritajiet Franċiżi ma wrewx, fid-dawl tar-regoli rigward l-għajnuniet mill-Istat, b’liema mod in-nuqqasijiet amministrattivi tal-Istat imsemmijin qabel li jaffettwaw lill-impriża huma nuqqasijiet li kull azzjonist ieħor privat f’ekonomija tas-suq seta’ jagħmel. Fil-fatt, rigward dan, wieħed għandu jenfasizza li żbalji bħal dawn biss, stabbiliti kif dovut, jistgħu jiġu ikkunsidrati sabiex jiġi ddeterminat jekk, fir-rigward tar-riskju li jiġi ikkundannat li jħallas dawn l-ispejjeż u fir-rigward tal-ammont ta’ dawn l-ispejjeż (jiġifieri l-valur nett aġġornat tar-riskju ta’ kundanna fil-futur), operatur privat prudenti kien jippreferi jħallas prezz negattiv ta’ EUR 158 miljun milli jieħu dan ir-riskju. Fil-fatt, wieħed ma jistax jikkunsidra li investitur privat kien ser iwettaq nuqqasijiet immotivati minn fatturi mhux intraprenditorjali, iżda ta’ natura ġenerali (pereżempju għal xi finijiet soċjali jew ta’ żvilupp reġjonali).

(338)

Il-Kummissjoni ma tinnegax li, f’ċerti każi eċċezzjonali, ċerti leġiżlazzjonijiet nazzjonali jipprevedu l-possibiltà għal terzi li jieħdu azzjoni kontra l-azzjonisti ta’ kumpanija stralċjata, b’mod partikolari jekk dawn l-azzjonisti jistgħu jitqiesu bħala diriġenti de jure jew de facto li wettqu nuqqasijiet amministrattivi li jolqtu b’mod ħażin lill-impriża. Għaldaqstant, anke jekk possibiltà bħal din teżisti fil-liġi Franċiża, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-awtoritajiet Franċiżi ma neħħewx biżżejjed id-dubji tal-Kummissjoni f’dan il-każ, dwar l-argumenti fuq ir-riskju li, jekk isir stralċ tal-SNCM, l-Istat Franċiż jiġi ikkundannat biex jagħmel tajjeb għad-debiti ta’ din il-kumpanija. Għaldaqstant mhuwiex meħtieġ li wieħed jasal għal konklużjoni fuq dan l-aspett f’din id-Deċiżjoni meta tiġi ikkunsidrata l-konklużjoni li waslet għaliha l-Kummissjoni fis-sezzjoni 10.2.2.1 hawn fuq.

Determinazzjoni ta’ ħlas possibbli tal-indennizzi supplementari ta’ tkeċċija fl-ipoteżi li jsir stralċ ġudizzjarju tal-SNCM

(339)

Barra minn hekk l-insuffiċjenza tal-assi, skont l-awtoritajiet Franċiżi, meta tiġi ikkunsidrata l-ġurisprudenza f’dan il-qasam (174), qorti żgur kienet tkun imġiegħla tikkundanna l-Istat Franċiż biex iħallas l-indennizzi supplementari ta’ tkeċċija (jiġifieri bejn EUR […] u […] miljun). Skont l-awtoritajiet Franċiżi, it-total tal-ispejjeż reali li r-Repubblika Franċiża kien ikollha tħallas bħala azzjonista kienu jilħqu medda ta’ bejn EUR […] miljun u […] miljun.

(340)

L-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li, f’sentenzi reċenti, il-qrati Franċiżi ikkundannaw lid-diriġent de jure jew de facto biex iħallas, minbarra l-insuffiċjenza tal-assi, l-indennizzi supplementari ta’ tkeċċija kkalkolati fuq il-bażi ta’ pjan soċjali stabbilit mill-impriża qabel ma jsir l-istralċ tagħha.

(341)

L-awtoritajiet Franċiżi jindikaw b’mod partikolari li, fil-kawża Aspocomp, il-kumpanija Franċiża Aspocomp SAS, li 99 % tal-ishma tagħha huma tal-kumpanija Finlandiża Aspocomp Group Oyj, kienet iffirmat ftehim ta’ impriża fit-18 ta’ Jannar 2002 li jiddeskrivi l-kundizzjonijiet tal-għoti tal-indennizzi ta’ pjan soċjali li jikkonċerna 210 impjegat minn total ta’ 550. Dan il-ftehim kien jiddeskrivi b’mod partikolari l-ammont tal-indennizzi ta’ kumpens u supplementari kif ukoll l-għajnuniet għat-tluq volontarju. Madankollu, wara tibdil ta’ strateġija tal-grupp, il-kumpanija ewlenija Aspocomp Group Oyj iddeċidiet fil-21 ta’ Frar 2002 li ma tiffinanzjax aktar is-sussidjarja tagħha Aspocomp SAS u għalhekk wasslet biex jiġi ppreżentat rikors għall-istralċ volontarju ta’ din tal-aħħar. Din id-Deċiżjoni impedixxiet de facto lis-sussidjarja milli tissodisfa l-impenji tagħha meħuda fil-qafas tal-ftehim tal-impriża u ġiegħelitha tkeċċi l-impjegati l-oħra kollha.

(342)

F’dan il-kuntest, is-sentenza tal-Qorti tal-Appell ta’ Rouen ikkonfermat id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-Tribunal Industrijali ta’ Evreux u għalhekk ikkundannat lill-kumpanija Aspocomp Group Oyj, li kienet tikkontrolla 99 % tal-ġestjoni tas-sussidjarja tagħha, biex tħallas: (i) lill-impjegati kkonċernati mill-ftehim ta’ impriża, it-total tal-indennizzi ta’ kumpens u supplementari previsti f’dan l-uniku ftehim ta’ impriża, kif ukoll id-danni u l-interessi għat-tkeċċija mingħajr kawża reali u serja u (ii) lill-impjegati mkeċċija fil-qafas tal-istralċ volontarju tal-Aspocomp xi indennizzi ekwivalenti meta jiġi kkunsidrat li billi ma ssodisfatx l-impenji meħuda, il-kumpanija prinċipali aġixxiet b’mod żleali u b’nuqqas ta’ serjetà kundannabbli.

(343)

Fil-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni tosserva li mid-dokumenti fil-fajl jirriżulta li pjan soċjali nnegozjat, ibbażat fuq il-pjan soċjali tal-2002 u implimentat fir-rebbiegħa tal-2005, ġie sospiż fil-25 ta’ April 2005 mill-azzjonist tal-SNCM mingħajr ma sar djaologu mal-bord tad-diretturi tal-impriża. Barra minn hekk il-Kummissjoni tinnota li l-elaborazzjoni ta’ dan il-pjan soċjali sar qabel ma l-Istat ddeċieda li jbiegħ l-SNCM.

(344)

Il-Kummissjoni temmen li, kieku sar stralċ tal-SNCM, l-impjegati tal-impriża ma kienux ser jonqsu milli jiġbdu l-attenzjoni għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-pjan soċjali quddiem il-ġusitizzja.

(345)

Sabiex approċċ bħal dan ikun rilevanti f’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tevalwa (i) jekk qorti kinitx ser tikkundanna lill-Istat Membru talli ssospenda, mingħajr djalogu mal-bord tad-diretturi tal-impriża l-pjan soċjali inkwistjoni, (ii) l-ammont li l-Istat Membru seta’ jiġi kkundannat iħallas f’eventwalità bħal din u (iii) il-livell ta’ probabbiltà ta’ eventwalità bħal din (175).

(346)

Il-Kummissjoni tinnota li sentenza tal-Awla tal-Kummerċ tal-Qorti ta’ Kassazzjoni, li fiha l-Qorti tindika li hija lesta tapprova azzjoni għad-danni kontra kumpanija dominanti li l-imġieba ħażina tagħha rriżultat fil-falliment tas-sussidjarja, u għalhekk, fit-tkeċċija kollettiva (176), issegwi l-istess linja tal-ġurisprudenza Aspocomp.

(347)

Għaldaqstant rigward dan, il-Kummissjoni tinnota li l-prinċipju li rriżulta mis-sentenza tal-Qorti tal-Appell ta’ Rouen s’issa ma ġietx ikkonfermata minn sentenzi oħra tal-istess natura. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-awtoritajiet Franċiżi ma neħħewx biżżejjed id-dubji tal-Kummissjoni dwar il-fatt li l-azzjonist tal-SNCM sab ruħu espost, b’ċertezza suffiċjenti, għall-implikazzjoni tar-responsabbiltà tiegħu u għall-ħlas ta’ indennizzi supplementari ta’ tkeċċija fuq il-bażi ta’ din il-ġurisprudenza. Għaldaqstant mhuwiex meħtieġ li wieħed jasal għal konklużjoni fuq dan l-aspett f’din id-Deċiżjoni meta tiġi ikkunsidrata l-konklużjoni li waslet għaliha l-Kummissjoni fis-sezzjoni 10.2.2.1 hawn fuq.

10.2.2.3.   Konklużjoni

(348)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma, fuq il-bażi ta’ dak li ntqal qabel, li l-għażla li tinbiegħ l-SNCM bi prezz negattiv ta’ EUR 158 miljun hija konformi mal-għażla li kien jagħmel grupp privat f’ekonomija tas-suq meta jiġu kkunsidrati l-ispejjeż soċjali li kien jimplika stralċ tal-impriża.

(349)

Il-Kummissjoni bbażat l-analiżi msemmija qabel fuq l-uniċi ipoteżijiet li dehrilha li huma raġonevoli u mmotivati biżżejjed. Dawn l-istimi jġiegħlu lil wieħed jikkunsidra li d-differenza bejn ix-xenarju magħżul mill-awtoritajiet Franċiżi u s-soluzzjoni alternattiva hija għallinqas EUR […] miljun, u din għandha tkopri biżżejjed żball possibbli fuq l-istimi magħżula wara l-analiżi.

(350)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-prezz negattiv ta’ EUR 158 miljun jirriżulta minn negozjati kummerċjali bejn l-Istat u x-xerrejja privati wara sejħa miftuħa għall-offerti pubblika, trasparenti mhux diskriminatorja u mhux kondizzjonali. Rigward dan, il-Kummissjoni tikkunsidra li dan il-prezz li huwa l-aktar negattiv possibbli, huwa prezz tas-suq.

(351)

Minkejja l-limiti msemmijin fil-punt 284 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tindika li l-espert tal-Kummissjoni vverifika xi xenarji ta’ valutazzjoni tal-SNCM fuq il-bażi tal-metodu tal-likwiditajiet liberi operattivi aġġornati li rriżultaw minn rapport tal-Bank HSBC ordnat mill-awtoritajiet Franċiżi. L-espert tal-Kummissjoni jemmen li l-kalkoli tal-HSBC saru b’mod korrett. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dawn is-simulazzjonijiet, wieħed jista’ jikkonkludi li l-prezz imħallas għall-SNCM huwa koerenti mal-valur tal-impriża stmat fuq il-bażi tal-metodu tal-likwiditajiet liberi operattivi aġġornati waqt l-operazzjoni.

(352)

Mis-sezzjoni 10.2.2.1 hawn fuq jirriżulta, mingħajr ma kien hemm il-ħtieġa li tinsab konklużjoni fuq l-elementi esposti fis-sezzjoni 10.2.2.2 hawn fuq, li l-miżura msemmija ma tagħtix vantaġġ ekonomiku lill-SNCM u lanqas lix-xerrejja privati. Għalhekk, il-kontribuzzjoni f’kapital tal-Istat ta’ EUR 158 miljun li ngħatat qabel il-bejgħ tal-impriża lix-xerrejja privati, jiġifieri l-prezz ta’ bejgħ negattiv ta’ EUR 158 miljun, mhijiex għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) KE.

10.3.   Il-kontribuzzjoni f’kapital tas-CGMF għal ammont ta’ EUR 8,75 miljun

10.3.1.   Qafas ġuridiku ta’ referenza

(353)

Jekk l-intervent tal-awtoritajiet pubbliċi inkwistjoni jsir b’mod konkomitanti ma’ intervent sinjifijattiv ta’ operaturi privati, li jsir f’kundizzjonijiet simili, l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku tista’ tkun eskluża minnufih (177).

(354)

Il-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni, ikkonfermata mill-qorti Komunitarja, teskludi minnufih in-natura ta’ għajnuna tal-kontribuzzjoni f’kapital tal-Istat f’ċirkostanzi bħal dawn kemm-il darba jiġu sodisfatti tliet kundizzjonijiet:

l-intervent privat għandu jiġi mill-operaturi ekonomiċi. Dan mhuwiex il-każ tal-ishma reċiproki tal-impjegati fil-kapital tal-impriża kkonċernata (178),

l-intervent privat għandu jkun sinifikattiv. Dan mhuwiex il-każ pereżempju ta’ intervent privat li huwa biss 3,3 % tal-ammont inkwistjoni (179),

l-intervent privat għandu wkoll ikun konkomitanti mal-intervent pubbliku. Il-Qorti għalhekk ikkonfermat l-analiżi tal-Kummissjoni li tgħid li l-kontribuzzjonijiet pubbliċi jistgħu jkunu għajnuna mill-Istat meta xi investimenti privati fl-istess impriża jsiru biss wara l-allokazzjoni tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi (180). Għaldaqstant il-Kummissjoni taċċetta li tikkunsidra xi kultant intervent privat li jsir ftit wara intervent pubbliku, b’mod partikolari meta l-investitur privat ikun diġà ffirma ittra ta’ intenzjoni fil-mument meta jsir l-intervent pubbliku (181).

10.3.2.   Applikazzjoni għal dan il-każ

(355)

Il-Kummissjoni tosserva l-ewwel nett li l-ishma tal-SNCM inbiegħu lil operaturi ekonomiċi, BCP u VT. Wara l-operazzjoni ta’ bejgħ, l-Istat kellu jagħti kontribut lill-impriża b’mod konkomitanti ta’ ammont ta’ EUR 8,75 miljun sabiex is-sehem tiegħu ta’ 25 % fl-SNCM jinżamm konformi mal-impenn tiegħu b’mod partikolari mal-impjegati.

(356)

Imbagħad, il-kontribuzzjoni tal-Istat Franċiż ta’ EUR 8,75 miljun għandha tiġi mqabbla mal-kontribuzzjoni tax-xerrejja privati, jiġifieri EUR 26,25 miljun. Dan it-tqassim jirriżulta, bħalma kien indikat hawn fuq, mill-impenn tal-awtoritajiet Franċiżi biex iżommu 25 % tas-sehem fl-impriża kkonċernata. Billi l-intervent privat huwa fuq 75 % tal-ammont totali, il-Kummissjoni temmen li huwa sinifikattiv. Fuq bażi supplimentari, il-Kummissjoni tenfasizza wkoll li l-imsieħba privati għandhom struttura finanzjarja solida, li x-xiri tal-SNCM jintegra ruħu perfettament fl-istrateġija intraprenditorjali tagħhom u li l-pjan ta’ kummerċ ta’ dawn ix-xerrejja jipprevedi r-restawr tal-vijabbiltà għall-aħħar tas-sena 2009.

(357)

Fl-aħħar nett, rigward il-konkomitanza taż-żewġ operazzjonijiet ta’ kontribuzzjoni f’kapital, l-espert tal-Kummissjoni vverifika li dawn il-kapitali kienu mħallsa mill-azzjonisti kollha tal-SNCM, inkluża s-CGMF.

(358)

Kien ivverifikat li, fil-31 ta’ Mejju 2006, il-kunsill ta’ amministrazzjoni tal-SNCM osserva li l-operazzjonijiet kollha msemmijin qabel, saru. B’mod partikolari, iż-żieda tal-kapital konġunt u konkomitanti tal-azzjonisti kollha għal ammont ta’ EUR 35 miljun saret fil-31 ta’ Mejju 2006. Din saret f’żewġ stadji konkomitanti: (i) l-ewwel żieda tal-kapital bi […] ishma kienet sottoskritta totalment mix-xerrejja, fi flus u b’mod nominali (EUR […]), u (ii) żieda oħra tal-kapital bi […] ishma (kwart minnhom mħallsa) li parti minnha kienet sottoskritta mix-xerrejja ([…] ishma, jiġifieri ammont ta’ EUR 26,25 miljun) u mill-Istat Franċiż permezz tas-CGMF ([…] ishma, jiġifieri ammont ta’ EUR 8,75 miljun), bl-istess kundizzjonijiet, jiġifieri sottoskrizzjoni fi flus għal ammont nominali ta’ EUR […].

(359)

Il-kontribuzzjonijiet f’kapitali pubbliċi u privati huma għalhekk strettament konkomitanti.

(360)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza biex tiġi eskluża minnufih in-natura ta’ għajnuna tal-miżura inkwistjoni huma sodisfatti. Għalhekk, il-Kummissjoni temmen li l-kontribuzzjoni f’kapital tal-Istat Franċiż ta’ ammont ta’ EUR 8,75 miljun ma jagħtix vantaġġ ekonomiku lill-SNCM minħabba l-fatt li din il-kontribuzzjoni saret flimkien ma’ kontribuzzjoni ta’ kapitali privati f’kundizzjonijiet simili skont il-ġurisprudenza Komunitarja.

(361)

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li r-rata ta’ remunerazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-Istat, jiġifieri […]% kull sena, hija profitt adegwat fuq żmien twil tal-kapitali investiti għal investitur privat.

(362)

Rigward dan, il-Kummissjoni tosserva fil-fatt li r-redditu fiss tal-investiment f’kapital tal-Istat fl-SNCM jeżonera lil din tal-aħħar minn kull riskju ta’ attwazzjoni tal-pjan ta’ kummerċ peress li dan ir-redditu m’huwa marbut xejn mal-effiċjenza (‘il fuq jew ‘il isfel) tal-impriża. Għalhekk l-allokazzjoni tad-DSP lill-SNCM mhux ser jippermetti lill-Istat li jtejjeb ir-redditu mistenni tas-sehem tiegħu.

(363)

L-espert tal-Kummissjoni kkonkluda li f’termini ta’ riskji l-kontribuzzjoni f’kapital tal-Istat Franċiż kienet aktar simili għal obbligu b’rata fissa milli għal investiment f’ishma. Minn dan jirriżulta li r-rata ta’ remunerazzjoni ta’ […] % għandha tiġi mqabbla mar-rata tal-obbligi tas-settur privat Franċiż meta kienet qed issir l-operazzjoni. Skont l-espert tal-Kummissjoni, din ir-rata kienet ta’ 4,15 % fl-aħħar tax-xahar ta’ Mejju 2006.

(364)

Fl-aħħar nett il-Kummissjoni temmen li l-eżistenza tal-klawżola riżoluttiva ta’ bejgħ tal-SNCM m’hijiex ta’ tali natura li tnaqqas il-kredibbità tal-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-investituri. Din il-klawżola fil-fatt tirrigwarda l-bejgħ totali tal-SNCM lix-xerrejja privati u mhux l-investiment (EUR 35 miljun) konkomitanti tax-xerrejja privati (EUR 26,25 miljun) u l-Istat (EUR 8,75 miljun) fl-SNCM ipprivatizzata.

(365)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni tosserva li l-miżura inkwistjoni mhijiex għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) KE.

10.4.   Il-miżuri ta’ għajnuna għall-persuna (EUR 38,5 miljun)

10.4.1.   Qafas ġuridiku ta’ referenza

(366)

Sabiex jiġi evalwat jekk miżura tagħtix vantaġġ ekonomiku lill-impriża, “għandu […] jiġi determinat jekk l-impriża benefiċjarja tiksibx vantaġġ ekonomiku li ma kienx ikollha f’kundizzjonijiet normali tas-suq” (182) jew bil-kontra jekk hija tevitax li “tħallas l-ispejjeż li normalment kellhom ikunu ta’ piż fuq ir-riżorsi finanzjarji proprji tal-impriża u li għalhekk jimpedixxu li l-forzi fis-suq jipproduċu l-konsegwenzi normali tagħhom” (183).

(367)

Skont ġurisprudenza kostanti, spiża normali hija spiża li normalment impriża għandha tħallas fil-qafas tal-ġestjoni ta’ kuljum tagħha jew tal-attivitajiet normali tagħha (184). B’mod aktar preċiż, il-Qorti tindika li t-tnaqqis ta’ spejjeż soċjali huwa għajnuna mill-Istat jekk din il-miżura “għandha l-għan li teżonera parzjalment l-impriżi ta’ settur industrijali partikolari mir-responsabbiltajiet soċjali finanzjarji li jirriżultaw mill-applikazzjoni normali tas-sistema ġenerali ta’ sigurtà soċjali mingħajr ma din l-eżonerazzjoni tiġi ġġustifikata min-natura jew l-iskop ta’ din is-sistema” (185). B’din is-sentenza, il-Qorti tindika b’mod ċar li l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku għandha tiġi stabbilita skont is-sistema ġenerali ta’ sigurtŕ soċjali, u għalhekk jiġi applikat raġonament simili għal dak użat għall-kawżi fiskali.

(368)

Fl-20 ta’ Settembru 2001, il-Qorti kkonfermat dan l-approċċ: “għajnuna hija tnaqqis fil-piż li normalment ikollu l-baġit tal-impriża minħabba n-natura jew l-iskop tas-sistema ta’ spejjeż inkwistjoni, filwaqt li spiża speċjali hija bil-kontra spiża supplementari meta mqabbla ma’ dawn l-ispejjeż normali” (186).

(369)

Għalhekk, biex jiġi identifikat dak li huwa vantaġġ, skont il-ġurisprudenza relatata mal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, huwa importanti ħafna li tiġi determinata r-regola ta’ referenza jew is-sistema komuni applikabbli, fil-qafas ta’ sistema ġuridika speċifika, li fiha jiġi mqabbel dan il-vantaġġ (187). Rigward dan, il-Qorti ddeċidiet ukoll li d-determinazzjoni tal-qafas ta’ referenza għandha importanza kbira fil-każ tal-miżuri fiskali għax l-eżistenza nnifisha ta’ vantaġġ tista’ tiġi stabbilita biss f’tassazzjoni msejħa “normali”, jiġifieri r-rata ta’ tassazzjoni fis-seħħ fiż-żona ġeografika ta’ referenza (188).

(370)

Barra minn dan, skont ġurisdprudenza kostanti, “Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 92 tat-Trattat, ma tagħmilx differenza jekk il-qagħda tal-allegat benefiċjarju tal-miżura tkunx marret għall-aħjar jew għall-agħar meta mqabbla mal-istat tad-dritt preċedenti jew jekk, għall-kuntlarju ta’ dan, ma tkunx evolviet matul iż-żmien […]. Għandu biss jiġi determinat jekk, fil-kuntest ta’ sistema ġuridika partikolari, miżura tal-Istat tkunx tali li tiffavorixxi “ċerti impriżi jew ċerti produtturi” fis-sens tal-Artikolu 92(1) tat-Trattat, meta mqabbla ma’ impriżi oħra li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika paragunabbli fir-rigward tal-għan segwit mill-miżura kkonċernata” (189).

10.4.2.   Applikazzjoni għal dan il-każ

(371)

Mill-ġurisprudenza u l-prattika deċiżjonali (190) tal-Kummissjoni jirriżulta li, biex tiġi eskluża n-natura ta’ għajnuna mill-miżura inkwistjoni, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-miżura ma tħaffifx il-piż għall-SNCM tal-ispejjeż relatati mal-ġestjoni ta’ kuljum tagħha, jiġifieri f’ dan il-każ mill-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni normali tal-leġiżlazzjoni soċjali applikabbli għas-settur fil-qafas tat-terminazzjoni tal-kuntratt tax-xogħol.

(372)

Rigward dan, il-Kummissjoni tosserva li, skont il-memorandum ta’ ftehim iffirmat bejn il-partijiet, il-kont sekwestratarju jista’ jintuża biss biex jiffinanzja kumpensi mħallsin lil xi individwi li l-kuntratt tagħhom mal-SCNM ġie mitmum minn qabel. Għalhekk, dawn il-miżuri m’għandhomx l-għan u lanqas l-effet li jagħmlu possibbli t-tluq tal-impjegati li, fin-nuqqas ta’ dawn il-miżuri, setgħu jibqgħu taħt ir-responsabbiltà finanzjarja tal-SNCM.

(373)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-allokazzjoni ta’ dawn il-kumpensi lill-persunal imkeċċi wara l-bejgħ tal-SNCM ġie approvat mill-Istat qua awtorità pubblika u mhux mill-impriża.

(374)

Barra minn dan, il-Kummissjoni tinnota li dawn il-miżuri soċjali supplementari jaqbżu l-indennizzi previsti mil-leġiżlazzjoni soċjali u mill-ftehimiet kollettivi applikabbli. L-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dawn tal-aħħar għalhekk jibqgħu kollha taħt ir-responsabbiltà finanzjarja tal-SNCM.

(375)

Fl-aħħar nett il-Kummissjoni tosserva li dawn il-miżuri soċjali supplementari ser ikunu implimentati fl-eventwalità ta’ pjan ta’ tnaqqis tal-impjegati implimentat mix-xerrejja meta tinbiegħ l-SNCM. Fi kliem ieħor, dawn il-kumpensi ma jikkorrispondux għat-twettiq tal-pjanijiet ta’ tnaqqis tal-impjegati previsti fil-kuntest tal-pjan għar-ristrutturar tal-2002.

(376)

Għalhekk, il-Kummissjoni temmen li l-infiq tal-indennizzi soċjali supplementari ma jaqbilx mal-infiq tal-pjanijiet soċjali ta’ qabel il-bejgħ li tħallas mill-Istat, u lanqas mal-infiq soċjali stmat hawn fuq fil-qafas ta’ stralċ ġudizzjarju tal-SNCM.

(377)

Minn dan jirriżulta li l-miżuri soċjali supplementari mhumiex spejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni normali tal-leġiżlazzjoni soċjali applikabbli fil-qafas tat-terminazzjoni tal-kuntratt tax-xogħol.

(378)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li, anke jekk jiġi miżjud l-ammont ta’ EUR 38,5 miljun mal-kontribuzzjoni f’kapital tal-Istat tal-ammont ta’ EUR 142,5 miljun, il-prezz ta’ bejgħ negattiv korrett, jiġifieri EUR 196,50 miljun, jibqa’ ħafna aktar baxx mill-prezz ta’ stralċ ġudizzjarju tal-SNCM (ara l-punt 3 ta’ din id-Deċiżjoni).

(379)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel u skont il-prattika deċiżjonali tagħha (191), il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-implimentazzjoni permezz ta’ fondi pubbliċi tal-miżuri soċjali supplementari favur il-persuni mkeċċija, mingħajr ma dawn il-miżuri jħaffu l-ispejjeż normali ta’ min iħaddem, hija relatata mal-politika soċjali tal-Istati Membri u mhijiex għajnuna diretta, skont l-Artikolu 87(1) KE. Il-Kummissjoni temmen li lanqas m’hija għajnuna indiretta minħabba li l-persunal jibbenefika minnha meta jiġi mkeċċi biss.

10.5.   Il-bilanċ ta’ EUR 22,52 miljun innotifikat bħala għajnuniet għar-ristrutturar

(380)

Abbażi ta’ dak li ntqal qabel, u skont il-punt 258 ta’ din id-Deċiżjoni, l-ammont tas-sussidju li għandu jiġi evalwat bħala għajnuniet mill-Istat minbarra kumpens ta’ servizz pubbliku huwa ta’ EUR 22,52 miljun (192) u jirrappreżenta parti tal-injezzjoni ta’ kapitali nnotifikat mill-awtoritajiet Franċiżi fl-2002.

(381)

Il-Kummissjoni temmen li dan l-ammont jagħti lill-SNCM vantaġġ ekonomiku selettiv u, għalhekk, temmen li dan is-sussidju huwa għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) KE.

10.5.1.   Kumpatibbiltà tal-miżura mal-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuniet għas-salvataġġ u għar-ristrutturar

(382)

Il-miżura inkwistjoni kienet innotifikata fl-2002 mill-awtoritajiet Franċiżi skont il-linji gwida Komunitarji li jikkonċernaw l-għajnuniet għas-salvataġġ u għar-ristrutturar tal-1999 (193).

(383)

L-orjentazzjonijiet Komunitarji dwar l-għajnuniet mill-Istat għat-trasport marittimu (194) jirreferu għal dak li għandu x’jaqsam mal-evalwazzjoni tal-għajnuniet għar-ristrutturar għall-kumpaniji marittimi, għal-linji gwida msemmijin hawn fuq. Skont il-punt 19 ta’ dawn il-linji gwida, “l-unika bażi ta’ kumpatibbiltà għall-għajnuniet għas-salvataġġ u għar-ristrutturar allokati lill-impriżi f’diffikultà huwa l-Artikolu 87(3)(c)”.

(384)

Rigward il-kumpatibbiltà ta’ għajnuna mill-Istat għar-ristrutturar mal-Artikolu 87(3)(c) KE, jirriżulta mill-ġurisprudenza li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tagħti r-raġunijiet għalfejn hija tikkunsidra li l-għajnuniet huma ġġustifikati skont il-kundizzjonijiet previsti mil-linji gwida, b’mod partikolari, l-eżistenza ta’ pjan għar-ristrutturar, demostrazzjoni sodisfaċenti tal-vijabbiltà fuq żmien twil u l-karattru proporzjonat tal-għajnuniet rigward il-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju tagħha.

Natura ta’ impriża f’diffikultà

(385)

Biex tkun eliġibbli għal għajnuna għar-ristrutturar l-impriża għandha tkun tista’ tiġi kkwalifikata bħala impriża f’diffikultà skont il-linji gwida tal-1999 (195).

(386)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tfakkar li hija osservat li dan il-kriterju kien issodisfat kemm fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2002 dwar l-għajnuna għas-salvataġġ favur l-SNCM (196) kif ukoll f’dik tad-19 ta’ Awwissu 2002 li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali għall-proġett ta’ kapitalizzazzjoni mill-ġdid, fuq il-bażi tal-kontijiet annwali tal-SNCM għas-sena 2001.

(387)

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni vverifikat li l-SNCM kienet tissodisfa din il-kundizzjoni abbażi tal-kontijiet annwali tal-impriża għas-sena 2002. Għalhekk, il-kapitali proprji esklużi l-provvisti regolamentati (197) jibqgħu negattivi b’EUR – 26,5 miljun fl-2002, wara EUR – 30,7 miljun fl-2001. Livell bħal dan jirriżulta mill-għibien ta’ aktar minn nofs il-kapital azzjonarju tal-impriża, il-kapital azzjonarju li aktar minn kwart tiegħu għeb matul it-12-il xhar ta’ wara n-notifika, u għalhekk ġiet ivverifikata l-kundizzjoni suffiċjenti u mhux meħtieġa deskritta fil-punt 5a) tal-linji gwida.

(388)

Minbarra l-bidla fil-kapital azzjonarju, il-Kummissjoni tosserva inter alia li:

bejn l-2001 u l-2002, ir-riżultat kurrenti qabel it-taxxi nbidel minn EUR – 5,1 miljun fl-2001 għal EUR – 5,8 miljun fl-2002, billi t-telf nett fl-2002 seta’ jiġi mnaqqas biss bil-bejgħ ta’ xi bastimenti,

il-kapaċità ta’ awto-finanzjament tal-SNCM li kien jilħaq EUR 39,2 miljun fl-aħħar tal-2001, sar EUR 35,7 miljun fl-aħħar tal-2002,

id-debiti finanzjarji netti esklużi l-kuntratti tal-leasing żdiedu minn EUR 135,8 miljun sa EUR144, 8 miljun bejn l-2000 u l-2002,

l-ispejjeż finanzjarji (interessi u spejjeż simili) żdiedu minn EUR 7,0 miljun fl-2000 sa EUR 9,503 miljun fl-2002.

(389)

L-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw ukoll lill-Kummissjoni li l-banek jirrifjutaw li jselfulha l-flus minħabba d-djun tagħha, minkejja l-fatt li l-SNCM ipproponiet li tagħti bħala garanzija l-aħħar bastimenti tagħha li m’għandhomx ipoteki jew restrizzjonijiet simili oħra.

(390)

Fl-aħħar nett, il-kuntratt ta’ DSP xejn ma jbiddel din l-analiżi. Dan il-kuntratt żgur ser jippermetti lill-SNCM, b’mod konġunt mas-suċċess tal-pjan għar-ristrutturar, li fl-aħħar tilħaq riżultati ta’ produzzjoni pożittivi, iżda madankollu n-nuqqas kbir tagħha ta’ fondi proprji, id-debiti li qed jiżdiedu u l-prezz tal-miżuri operattivi tal-pjan għar-ristrutturar għandhom iwasslu lill-kumpanija, wara ċertu żmien, għall-insolvenza.

(391)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni temmen li l-SNCM tissodisfa kemm il-kundizzjoni prevista fil-punt 5a) tal-linji gwida tal-1999 kif ukoll dik prevista fil-punt 6. Għalhekk hija tinnota li, fl-2002, l-SNCM kienet impriża f’diffikultà skont dawn il-linji gwida.

Ritorn għall-vijabbiltà (punti 31 sa 34 tal-linji gwida)

(392)

Skont il-linji gwida tal-1999, l-għajnuna tiġi allokata b’kundizzjoni li jiġi implimentat pjan għar-ristrutturar li jkun ivvalidat mill-Kummissjoni. Bħalma hu indikat fil-punt 79 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-2006, u billi l-Kummissjoni qalet li l-miżuri ta’ wara n-notifika tal-2002 ma kinux għajnuniet mill-Istat, il-Kummissjoni temmen li l-kumpatibbiltà tal-kontribuzzjoni f’kapital għal ammont ta’ EUR 22,52 miljun mal-linji gwida tal-1999 għandha tiġi investigata fid-dawl tal-pjan għar-ristrutturar tal-2002. “Fil-fatt wieħed għandu jerġa’ jpoġġi ruħu fil-kuntest ta’ dak iż-żmien meta l-miżuri ta’ appoġġ finanzjarji ttieħdu biex […] jastjeni minn kull evalwazzjoni bbażata fuq sitwazzjoni posterjuri” (198).

(393)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi, il-Kummissjoni tinnota li minkejja l-fatt li l-pjan għar-ristrutturar tal-2002 jipprevedi ritorn għal stat redditizju mill-2003 bis-saħħa tal-azzjonijiet li saru essenzjalment fis-snin 2002 u 2003, xorta waħda l-SNCM tilħaq livell ta’ fondi proprji “suffiċjenti” fl-2005-2006 biss. Il-Kummissjoni għalhekk tistabbilixxi l-31 ta’ Diċembru 2006 bħala t-tmiem tal-perijodu tar-ristrutturar.

(394)

Ir-ritorn għal stat redditizju tas-servizz ta’ trasport bejn Marsilja u Korsika huwa previst fil-qrib u l-Magreb huwa diġà attività li qed tagħmel profitt. L-attività minn Nizza biss baqgħet l-aktar inċerta iżda l-piż tagħha qed jonqos u d-deprezzament antiċipat tal-Liamone fl-2001 ser jiffaċilita r-ritorn għal riżultati pożittivi fuq din il-linja. Il-Kummissjoni taċċetta wkoll l-argument skont liema l-preżenza, anke jekk żgħira, ta’ servizz ta’ trasport minn Nizza tibqa’ meħtieġa għall-pożizzjoni tal-kumpanija fis-suq kollu. L-iskjerament għall-Magreb ser jikkontribwixxi biex tonqos id-dipendenza tal-kumpanija fuq is-servizz ta’ trasport storiku u għandu wkoll jikkontribwixxi għar-ritorn għall-vijabbiltà meta jiġu kkunsidrati l-[…].

(395)

Rigward il-vijabbiltà fuq medda ta’ żmien twil, jiġifieri wara t-tmiem tal-kuntratt attwali ta’ DSP, il-Kummissjoni temmen li l-implimentazzjoni tal-pjan għandha tippermetti lill-impriża tiffaċċja l-kompetizzjoni b’mod effikaċi meta jiġu mġedda l-kuntratti. Fl-aħħar nett hija tinnota li, anke f’xenarju ta’ telf parzjali, jiġifieri car-ferry wieħed, dan il-kuntratt għandu jippermetti lill-kumpanija żżomm riżultati pożittivi. Jekk it-telf ta’ dan il-kuntratt jirriżulta fi tnaqqis ta’ 40 % jew aktar tad-dħul tal-kumpanija fuq is-suq storiku tagħha, bħalma kien previst ukoll f’xenarju ieħor, il-Kummissjoni hija tal-fehma li dan ikun xenarju, b’appoġġ pubbliku jew mingħajru, ftit pjanijiet għar-ristrutturar ikunu kapaċi jikkontrollaw u li jkun kmieni wisq f’dan l-istadju li wieħed jipprevedih.

(396)

Rigward l-“ipoteżijiet realistiċi dwar il-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni fil-futur”, il-Kummissjoni tikkunsidra l-istudju tas-suq bħala wieħed serju u temmen li huwa bażi tajba biex jiġu stabbiliti xenarji ta’ bidla fl-impriża.

(397)

Il-Kummissjoni tinnota li sabiex jiġi assigurat ir-ritorn għall-vijabbiltà tal-impriża, il-pjan għar-ristrutturar jipprevedi li t-titjib tal-vijabbiltà jirriżulta prinċipalment mill-miżuri interni bħal mhuma kontroll aħjar tal-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u produttività aħjar. Barra minn hekk, għalkemm it-titjib tal-qagħda finanzjarja tal-SNCM jintlaħaq permezz tal-iskjerament tal-attivitajiet tagħha fis-servizz ta’ trasport tal-Magreb meta jiġu kkunsidrati l-prospetti ta’ tkabbir ta’ dan is-suq, il-pjan għar-ristrutturar tal-2002 jinkludi wkoll xi miżuri għall-waqfien ta’ ċerti attivitajiet, b’mod partikolari tas-sussidjarja Taljana tagħha, Corsica Marittima.

(398)

Il-Kummissjoni temmen li l-effett tal-miżuri inklużi fil-pjan innotifikat u s-suċċess tiegħu ma jiddependux fuq l-iżviluppi fis-suq, bl-eċċezzjoni tal-progress fil-Magreb li jikkorrispondi l-aktar għal ritorn għall-pożizzjoni li kellha l-SNCM san-nofs tas-snin 1990.

(399)

Barra dan, il-Kummissjoni tinnota l-fatt li l-pjan għar-ristrutturar jikkunsidra l-qagħda u l-iżviluppi prevedibbli tal-provvista u tad-domanda fis-suq tal-prodotti kkonċernati, b’xenarji li juru ipoteżijiet ottimisti, pessimisti u medji kif ukoll il-punti speċifiċi b’saħħithom u dgħajfin tal-SNCM.

(400)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni temmen li l-pjan għar-ristrutturar għandu jipproponi tibdil tal-SNCM biex din tal-aħħar tkun tista’ tkopri, fi tmiem ir-ristrutturar, l-ispejjeż kollha tagħha, inklużi l-ispejjeż ta’ amortizzazzjoni u l-ispejjeż finanzjarji.

(401)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummisjoni tosserva li, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli dak iż-żmien meta ttieħdu l-miżuri finanzjarji ta’ appoġġ finanzjarju, il-kriterju relatat mal-vijabbiltà tal-impriża huwa ssodisfat.

Prevenzjoni ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni bla bżonn (punti 35 sa 39 tal-linji gwida)

(402)

Skont il-punt 35 tal-linji gwida msemmijin, għandhom jittieħdu xi miżuri biex jitnaqqsu sa fejn huwa possibbli, il-konsegwenzi ħżiena tal-għajnuna għall-kompetituri. Jekk dan ma jsirx, l-għajnuna għandha ttitqies li tmur kontra l-interess komuni u għalhekk mhux kumpatibbli mas-suq komuni.

(403)

F’dan il-każ, din il-kundizzjoni għandha tfisser limitazzjoni tal-preżenza li l-impriża tista’ żżomm fuq is-suq storiku tagħha, jiġifieri s-servizz ta’ trasport għal Korsika, li huwa wkoll dak li fih qiegħda tiffaċċja kompetizzjoni minn kumpaniji stabbiliti fil-Komunità, li mhuwiex il-każ fis-servizz ta’ trasport għall-Magreb.

(404)

Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li s-suq tas-servizzi ta’ trasport lejn Korsika mhuwiex suq ta’ kapaċità żejda, meta jiġu kkunsidrati l-istaġjonalità qawwija u ż-żieda kbira fit-traffiku. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li r-rata ta’ tagħbija medja tal-bastimenti tal-kompetitur ewlieni tal-SNCM hija inqas minn dik tal-kumpanija pubblika. Billi s-suq mhuwiex wieħed ta’ kapaċità żejda skont il-linji gwida, m’hemmx il-ħtieġa li wieħed jikkontribwixxi għar-ristrutturar finanzjarju tiegħu. Il-bejgħ ta’ bastimenti – pjuttost mill-qerda tagħhom – għalhekk jirrappreżenta tnaqqis fil-kapaċità ammissibbli fid-dawl tal-linji gwida.

(405)

Il-limitazzjoni jew it-tnaqqis ta’ bilfors tal-preżenza fuq is-suq jew is-swieq inkwistjoni li fihom topera l-impriża jirrappreżentaw fil-fatt kumpens għall-kompetituri, kumpens li d-daqs tiegħu għandu jkun relatat mal-effetti ta’ distorsjoni li ser tikkawża jew li tista’ tikkawża l-għajnuna għar-ristrutturar.

(406)

Il-pjan għar-ristrutturar jikkontribwixxi b’mod sinifikattiv għat-tnaqqis tal-preżenza tal-impriża fis-suq tagħha, bi profitt dirett għall-kompetituri tagħha, minħabba l-implimentazzjoni tal-elementi li ġejjin:

l-għeluq tas-sussidjarja Corsica Marittima (82 000 passiġġier fl-2000), li kienet responsabbli għar-rotot bejn l-Italja u Korsika, u għalhekk l-irtirar tal-grupp SNCM mis-suq relatat mas-servizzi ta’ trasport bejn l-Italja u Korsika,

il-kważi-irtirar tal-SNCM mir-rotot bejn Toulon u Korsika, suq li kien jirrappreżenta fl-2002 mhux inqas minn 460 000 passiġġier,

il-limitazzjoni tan-numru totali ta’ postijiet offruti u tan-numru ta’ vjaġġi magħmula kull sena mill-SNCM mill-2003, b’mod partikolari fuq is-servizz ta’ trasport bejn Nizza u Korsika,

il-bejgħ ta’ erba’ bastimenti.

(407)

Fuq il-medda kollha tal-Golf ta’ Ġenova u ta’ Toulon, l-SNCM tnaqqas l-offerta tagħha b’aktar minn miljun post kull sena meta mqabbla mal-2001, jiġifieri diviżjoni b’aktar minn 2, għall-profitt immedjat tal-kompetituri tagħha, meta fil-fatt huma dawn ir-rotot li qed jikbru l-aktar.

(408)

Għalkemm huma ta’ daqs sostanzjali, ma’ dawn il-miżuri ġie impost l-obbligu għall-SNCM biex ma tiffinanzjax, matul il-perijodu tar-ristrutturar, investimenti ġodda, minbarra l-ispejjeż tal-iskjerament tal-attività lejn il-Magreb integrati fil-pjan għar-ristrutturar.

(409)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni temmen li l-kriterju relatat mal-prevenzjoni ta’ distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux dovuti huwa ssodisfat.

Għajnuna limitata għall-minimu (punti 40 u 41 tal-linji gwida)

(410)

L-ammont tal-għajnuna għandu jiġi limitat għall-minimu possibbli li huwa meħtieġ biex jippermetti r-ristrutturar skont il-finanzi disponibbli tal-impriża, tal-azzjonisti tagħha u tal-grupp kummerċjali li hija parti minnu, fl-istess ħin ma jtaqqal l-opportunitajiet għar-ritorn għall-vijabbiltà.

(411)

Fid-Deċiżjoni tagħha tad-19 ta’ Awwissu 2002, il-Kummissjoni kienet esprimiet id-dubji tagħha fuq il-metodu tal-kalkolu ppreżentat mill-awtoritajiet Franċiżi biex jiġi ddeterminat l-ammont tal-għajnuna. Minkejja l-ispjegazzjonijiet supplementari pprovduti minn Franza, il-Kummissjoni xorta għamlet l-evalwazzjoni tagħha stess.

(412)

Fil-fatt, rigward l-approċċ magħżul mill-awtoritajiet Franċiżi, jiġifieri dak li huwa bbażat fuq il-proporzjon tal-fondi proprji fuq id-debiti, il-Kummissjoni temmen li:

il-panel ta’ ħames impriżi magħżula mill-awtoritajiet Franċiżi ma jirrappreżentax biżżejjed lis-settur ta’ trasport marittimu ta’ kabotaġġ,

ir-rata ta’ 79 % li rriżultat minn dan il-panel ta’ impriżi għall-proporzjon tal-fondi proprji fuq debiti finanzjarji wkoll mhuwa b’ebda mod indikatur kredibbli tas-saħħa ta’ impriża,

l-awtoritajiet Franċiżi ma spjegawx xi jkopri eżattament l-ammont tad-debiti finanzjarji ta’ dawn il-ħames kumpaniji u għalhekk ma setgħux jiggarantixxu li dawn l-istatistiċi huma omoġenji mal-ammont ta’ debitu tal-SNCM, bħalma kien imniżżel fil-pjan għar-ristrutturar,

l-awtoritajiet Franċiżi ma pprovawx li r-rata ta’ 79 % li rriżultat minn dan il-panel ta’ impriżi għall-proporzjon tal-fondi proprji fuq debiti finanzjarji hija rrispettata b’mod effikaċi għall-perijodu 2002-2007 fil-mudell finanzjarju inkluż fil-pjan għar-ristrutturar.

(413)

Rigward l-approċċi l-oħra li kienu proposti minn Franza biex juru li l-kontribuzzjoni f’kapitali kienet limitata għall-minimu, il-Kummissjoni kkritikat ir-rilevanza tagħhom (199).

(414)

Fil-fatt, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-kontribuzzjoni f’kapital għandu jkollha bħala għan ewlieni mhux li żżid il-fondi proprji tal-impriża (sempliċi ristrutturar finanzjarju) iżda li tgħin l-impriża li tgħaddi mill-qagħda ta’ monopolju tagħha taħt is-sistema tal-ftehim tal-1976 għal sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni. Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni qed issibha diffiċli biex tikkalkula l-ammont tal-għajnuna fuq il-bażi tal-metodu magħżul mill-awtoritajiet Franċiżi, minħabba d-diffikultà li jiġi definit il-livell adattat tal-fondi proprji għall-SNCM. Fil-fatt, il-Kummissjoni tinnota li billi żżid jew tnaqqas ċerti impriżi fil-panel magħżul mill-awtoritajiet Franċiżi, il-proporzjon medju tal-fondi proprji fuq debiti jista’ jvarja b’mod sinifikattiv.

(415)

Il-Kummissjoni temmen li l-għajnuna għar-ristrutturar tista’ tkopri l-ispejjeż tad-diversi azzjonijiet previsti fil-pjan għar-ristrutturar (ristrutturar operattiv) meħtieġa minħabba t-tibdil fil-kuntest ġuridiku u kompetittiv tal-kumpanija. Rigward l-ispejjeż relatati mal-miżuri operattivi tar-ristrutturar, il-Kummissjoni tagħżel il-figura ta’ EUR 46 miljun (ara l-punt 55 ta’ din id-Deċiżjoni) (200).

(416)

Rigward il-kalkolu preċiż tal-ħtieġa ta’ għajnuna tal-SNCM, il-Kummissjoni tfakkar li “wieħed għandu jerġa’ jpoġġi ruħu fil-kuntest ta’ dak iż-żmien meta l-miżuri ta’ appoġġ finanzjarji ttieħdu biex […] ma ssirx evalwazzjoni fuq sitwazzjoni posterjuri” (201).

(417)

Fil-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni tinnota, fid-dawl tal-punt 40 tal-linji gwida, li sar xi bejgħ sinifikattiv ta’ assi, essenzjalment bastimenti, ta’ ammont ta’ EUR 26,25 miljun ta’ dħul nett tad-debiti finanzjarji assoċjati (202), bejn it-18 ta’ Frar 2002, id-data tan-notifika mill-awtoritajiet Franċiżi tal-għajnuna għar-ristrutturar, u d-9 ta’ Lulju 2003, id-data li fiha l-Kummissjoni tat id-Deċiżjoni tagħha għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna għar-ristrutturar.

(418)

Madankollu, dan il-bejgħ mhuwiex biżżejjed biex terġa’ ssir vijabbli l-SNCM li l-qagħda finanzjarja tagħha baqgħet ikkaratterizzata b’debiti sinifikattivi (EUR 19,75 miljun) wara din l-operazzjoni. Billi l-SNCM ma tistax tieħu self mill-bank, anke jekk tipproponi garanzija ta’ ipoteka bl-aħħar bastimenti tagħha li m’għandhomx ipoteki jew piżijiet oħra, il-Kummissjoni temmen li l-impriża mhijiex kapaċi li ssib riżorsi proprji oħra biex tiffinanzja r-ristrutturar tagħha.

(419)

Meta tikkunsidra dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li ammont ta’ EUR 19,75 miljun huwa ġġustifikat sabiex jippermetti lill-impriża li ssib il-metodu għall-vijabbiltà malajr.

(420)

Il-Kummissjoni għalhekk temmen li mill-bilanċ innotifikat fil-bidu għall-għajnuniet għar-ristrutturar, jiġifieri EUR 22,52 miljun, EUR 19,75 miljun biss jistgħu jkunu ġġustifikati fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tal-assi likwidi tal-SNCM u l-bejgħ tal-assi li sar fid-9 ta’ Lulju 2003, b’kundizzjoni li jiġi kkunsidrat id-dħul mill-bejgħ (ara hawn taħt) li kien impost mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tal-2003 u li sar bħala żieda mal-bejgħ previst fil-pjan għar-ristrutturar.

Rispett tal-prinċipju ta’ non-rikorrenza

(421)

Il-linji gwida (203) jirrikjedu li kumpanija li fil-passat diġà bbenefikat minn għajnuna għar-ristrutturar normalment ma tistax tirċievi oħra fl-għaxar snin ta’ wara t-tmiem tal-perijodu ta’ ristrutturar. Fl-inventarju tal-għajnuniet li bbenefikat minnhom l-SNCM, ma tidher ebda għajnuna għar-ristrutturar. Fil-fatt dan huwa l-ewwel ristrutturar tal-SNCM mit-twaqqif tagħha fl-1976.

10.5.2.   Dwar iż-żamma tal-miżuri ta’ kumpens

(422)

Bħalma ssuġġerixxiet il-Qorti tal-Prim’Istanza fis-sentenza tagħha tal-2005 u kif huwa indikat fil-punt 137 tad-Deċiżjoni ta’ estensjoni tal-2006, ir-reviżjoni ‘l isfel tal-ammont ta’ għajnuna vvalidat skont il-linji gwida 1999, tqajjem dubju dwar iż-żamma tal-miżuri ta’ kumpens imposti mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tal-2003.

(423)

Pro memoria, bid-Deċiżjoni tagħha tal-2003, il-Kummissjoni kienet approvat injezzjoni ta’ kapitali ta’ ammont ta’ EUR 76 miljun skont il-linji gwida tal-1999 filwaqt li imponiet il-kundizzjonijiet li ġejjin (204):

(i)

li ma jinxtrawx bastimenti ġodda u l-projbizzjoni li tiffirma kuntratti ta’ bini, ta’ ordni jew kiri ta’ bastimenti ġodda jew irranġati mill-ġdid sal-31 ta’ Diċembru 2006;

(ii)

l-użu esklużiv tal-ħdax-il bastiment li kienu diġà fil-pussess tal-SNCM sal-31 ta’ Diċembru 2006;

(iii)

il-bejgħ tal-ishma diretti u indiretti tagħha kollha f’Amadeus France, il- Compagnie Corse Méditerranée, is-Société Civile Immobilière (SCI) Schuman, is-Société méditerranéenne d’investissements et de participations, u s-Someca;

(iv)

in-nuqqas ta’ kwalunkwe politika tariffarja għat-tariffi ppublikati, bl-għan li toffri prezzijiet aktar baxxi minn dawk tal-kompetituri tagħha għad-destinazzjonijiet u s-servizzi ekwivalenti u għall-istess dati sal-31 ta’ Diċembru 2006;

(v)

il-limitazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2006 tan-numru annwali ta’ vjaġġi ta’ bastimenti fuq ir-rotot marittimi diversi ma’ Korsika.

(424)

L-espert tal-Kummissjoni vverifika l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet kollha imposti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2003.

(425)

Huwa kkonferma l-ħarsien tal-kundizzjonijiet relatati mal-projbizzjoni li jinxtraw bastimenti (kundizzjoni i hawn fuq). Rigward dan, għandu jiġi enfassizzat li l-bastiment Superfast imsemmi mill-ġdid Jean Nicoli nxtara mill-kumpanija VT u kien ingħata għad-disponibilità permezz ta’ kiri tal-bastiment lill-SNCM, mix-xahar ta’ Frar 2007, fil-fatt wara t-tmiem tal-perijodu stabbilit mid-Deċiżjoni tal-2003 (205).

(426)

Rigward l-użu tal-flotta eżistenti tal-SNCM (kundizzjoni ii hawn fuq), l-espert tal-Kummissjoni kkonferma li l-SNCM kienet żammet il-flotta tagħha b’10 bastimenti, jiġifieri wieħed inqas mil-limitu ta’ 11-il-bastiment impost mid-Deċiżjoni tal-2003, wara li ġie sostitwit l-Aliso bl-Asco fl-2004 (206) u wara l-bejgħ tal-Asco fl-24 ta’ Mejju 2005.

(427)

Rigward is-sostituzzjoni tal-Aliso bl-Asco, il-Kummissjoni tinnota l-ewwel nett li l-bastimenti Asco u Aliso huma żewġ “sisterships” jiġifieri żewġ bastimenti identiċi, mibnijin bl-istess pjanijiet mill-istess tarzna. Għandhom eżattament l-istess dimensjonijiet, l-istess forma u l-istess kapaċità. Il-Kummissjoni temmen li s-sostituzzjoni taż-żewġ bastimenti ma kellhiex l-għan li żżid il-kapaċità tal-SNCM. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li l-possibiltà li tbiddel il-kompożizzjoni tal-flotta awtorizzata tal-SNCM tista’ sseħħ biss għal raġunijiet indipendenti mill-volontà tal-SNCM. F’dan il-każ, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-problemi li kellha l-SNCM fil-bejgħ tal-bastiment Asco kienu indipendenti mill-volontà tal-kumpanija. Il-Kummissjoni temmen ukoll li anke jekk l-SNCM sabet xerrej għall-Aliso minflok l-Asco, il-bejgħ tal-Aliso kien, fl-effetti tiegħu fuq il-kapaċità tal-SNCM, ekwivalenti għal dak tal-Asco u li l-impenji tal-awtoritajiet Franċiżi li jikkonformaw mal-pjan tar-ristrutturar kienu sodisfatti għal dak li għandu x’jaqsam mal-bejgħ tal-erba’ bastimenti tal-flotta operattivi tal-SNCM.

(428)

Barra minn hekk, l-espert osserva, fuq il-bażi tad-dokumenti tal-kontijiet, li l-bejgħ kollu tal-assi imposti mid-Deċiżjoni tal-2003 (kundizzjoni iii hawn fuq) sar. Id-dħul nett ta’ bejgħ jammonta għal EUR 5,02 miljun (207). Il-Kummissjoni tenfsizza li minbarra l-bejgħ previst mill-pjan għar-ristrutturar tal-2002 jew impost mid-Deċiżjoni tal-2003, l-SNCM irċeviet bil-bejgħ ta’ xi assi (208), li ġie vverifikat mill-espert tal-Kummissjoni, dħul nett tal-bejgħ ta’ EUR 12,6 miljun.

(429)

Rigward il-kundizzjoni tan-nuqqas ta’ “price leadership” (209), l-espert tal-Kummissjoni vverifika minn naħa l-eżistenza fl-SNCM ta’ proċedura li għandha l-għan li tivverifika li din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata. Min-naħa l-oħra, huwa investiga l-applikazzjoni ta’ din il-kundizzjoni mill-SNCM fid-diversi rotot fil-perijodu ta’ bejn is-16 ta’ Marzu 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2006 (210). Fuq il-bażi ta’ din il-verifika, l-espert tal-Kummissjoni jikkonkludi li, fil-[…]% tal-każijiet il-biljetti maħruġa mill-SNCM issodisfaw il-kundizzjoni iv. Il-Kummissjoni tinnota li, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi, l-SNCM għadha s’issa għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet iv u v anke jekk id-Deċiżjoni tal-2003 temmet dawn il-kundizzjonijiet fil-31 ta’ Diċembru 2006.

(430)

Rigward il-kundizzjoni v, l-espert osserva li l-SNCM kienet irrispettat in-numru ta’ vjaġġi għas-snin ta’ referenza 2005 u 2006. Madankollu, hija qabżet l-istandards tan-numru massimu ta’ postijiet offruti fuq ir-rotot ta’ Marsilja fl-2005 u l-2006 kif ukoll, b’mod limitat ħafna, dawk tan-numru massimu ta’ metri lineari offruti, għar-rotot ta’ Toulon fl-2005 u l-2006 u Marsilja fl-2006.

(431)

Madankollu dwar dan il-punt tal-aħħar, il-Kummissjoni tinnota li, għall-postijiet, il-kunċett ta’ esklużività tal-kabini għal familja waħda tagħmilha diffiċli biex issir stima ta’ kemm inqabeż l-istandard. B’hekk, din l-unika ċirkostanza ma tistax tippermetti li wieħed jikkunsidra li l-SNCM falliet li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġew imposti lilha mid-Deċiżjoni tal-2003.

(432)

Wara li tikkunsidra dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-SNCM implimentat il-miżuri ta’ kumpens imposti mid-Deċiżjoni tal-2003.

10.5.3.   Konklużjoni

(433)

Il-Kummissjoni tosserva li l-miżuri ta’ kumpens tad-Deċiżjoni tal-2003 ġew sodisfatti kważi kollha. Meta jiġi kkunsidrat it-tnaqqis kbir tal-ammont ta’ għajnuna approvat skont il-linji gwida 1999 meta mqabbel mal-ammont approvat fl-2003, li ġiegħel lill-Kummissjoni timponi l-kundizzjonijiet imsemmija, il-Kummissjoni ma taħsibx li huwa meħtieġ li timponi kundizzjonijiet u obbligi supplementari sabiex ma jkunx hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni li tmur kontra l-interess komuni.

(434)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel u meta jiġi kkunsidrat l-ammont eżatt tad-dħul nett tal-bejgħ iddeterminat meta ġiet adottata id-Deċiżjoni tal-2005, il-Kummissjoni temmen li l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kontribuzzjoni f’kapital ta’ EUR 15,81 miljun (211) hija kumpatibbli mal-Artikolu 87(3)(c) KE.

11.   KONKLUŻJONI

(435)

B’konklużjoni, il-Kummissjoni temmen li l-miżuri li huma s-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni mhumiex għajnuniet skont l-Artikolu 87(1) KE jew huma għajnuniet kumpatibbli mas-suq komuni.

(436)

Il-Kummissjoni ssejjaħ lil Franza:

biex tispeċifika lill-Kummissjoni fl-inqas żmien possibbli u l-aktar tard fi 15-il jum ta’ xogħol mid-data li tasal din id-Deċiżjoni, l-elementi li hija tikkunsidra li għandhom ikunu koperti mill-obbligu tas-sigriet professjonali skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999,

li tinforma lill-benefiċjarju tal-għajnuna b’din id-Deċiżjoni fl-inqas żmien possibbli filwaqt li taħbi jekk ikun il-każ ċerti elementi li hija taħseb li huma koperti mis-sigriet professjonali u li l-komunikazzjoni tagħhom lill-benefiċjarju tal-għajnuna tista’ tagħmel ħsara lil xi wħud mill-partijiet interessati u li tindikalu fil-verżjoni li tagħtih, jekk ikun il-każ, l-elementi l-oħra li hija tikkunsidra li jaqgħu taħt is-sigriet professjonali u li ma ġewx moħbija.

(437)

Il-Kummissjoni tfakkar lil Franza li skont il-linji gwida, normalment ma tkunx tista’ tiġi prevista għajnuna oħra għar-ristrutturar, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, imprevedibbli u mhux imputabbli lill-impriża, matul l-għaxar snin ta’ wara t-tmiem tal-perijodu għar-ristrutturar, jiġifieri f’dan il-każ, il-31 ta’ Diċembru 2006;

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kumpens imħallas mill-Istat Franċiż lill-SNCM li jammonta għal EUR 53,48 miljun għall-obbligi ta’ servizz pubbliku għall-perijodu 1991-2001 huwa għajnuna mill-Istat illegali skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE, iżda huwa kumpatibbli mas-suq komuni skont l-Atikolu 86(2) tal-istess Trattat.

Il-prezz ta’ bejgħ negattiv tal-SNCM ta’ EUR 158 miljun, il-ħlas mis-CGMF tal-miżuri soċjali fir-rigward tal-impjegati għal ammont ta’ EUR 38,5 miljun u l-kapitalizzazzjoni mill-ġdid konġunta u konkomitanti tal-SNCM mis-CGMF għal ammont ta’ EUR 8,75 miljun mhumiex għajnuniet mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE.

L-għajnuna għar-ristrutturar ta’ ammont ta’ EUR 15,81 miljun li Franza implimentat favur is-Société Nationale Maritime Corse-Méditerranée (SNCM) hija għajnuna mill-Istat illegali skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE, iżda hija kumpatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 86(2) tal-istess Trattat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmula fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni,

Antonio TAJANI

Il-Viċi-President


(1)  ĠU C 308, 11.12.2002, p. 29.

(2)  Dan il-pjan ta’ ristrutturar kien is-segwitu tan-notifika magħmula mill-awtoritajiet Franċiżi fl-20 ta’ Diċembru 2001 ta’ ħlas mill-fondi allokat mill-Compagnie Générale Maritime et Financière lill-SNCM għal ammont totali ta’ EUR 22.5 miljun bħala għajnuna ta’ salvataġġ. B’Deċiżjoni tas-17 ta’ Lulju 2002 (ĠU C 148, 25.6.2003, p. 7), iktar ‘il quddiem imsejħa d-Deċiżjoni tal-2002, il-Kummissjoni awtorizzat l-għajnuna għas-salvataġġ favur l-SNCM fil-qafas tal-proċedura preliminari ta’ investigazzjoni tal-għajnuniet previsti mill-Artikolu 88(3) KE. Fid-19 ta’ Novembru 2002, l-awtoritajiet Franċiżi taw lill-Kummissjoni kopja tal-ftehimiet tal-ħlas tal-fondi bejn l-SNCM u s-CGMF kif ukoll il-provi tar-rimborż tal-ħlas tas-CMGF lill-SNCM b’żewġ trasferimenti li saru fit-13 ta’ Mejju u fl-14 ta’ Ġunju 2002.

(3)  Irreġistrat taħt ir-referenza TREN A/61846.

(4)  Is-CGMF hija kumpanija holding finanzjarja 100 % proprjetà tal-Istat Franċiż li sservi bħala intermedjarja għal dan tal-aħħar għal kull operazzjoni ta’ trasport marittimu, ta’ armament u ta’ kiri ta’ bastimenti fil-Mediterran.

(5)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1. Billi l-awtoritajiet Franċiżi talbu fil-11 ta’ Settembru 2002 il-korrezzjoni ta’ xi żbalji fil-fatti fid-Deċiżjoni tad-19 ta’ Awwissu 2002, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni fis-27 ta’ Novembru 2002 li temenda d-Deċiżjoni tad-19 ta’ Awwissu 2002 (ippubblikata fil-ĠU C 308, 11.12.2002, p. 29). Il-partijiet interessati ġew mistiedna biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-proġett ta’ għajnuna minn din id-data.

(6)  Fil-11 ta’ Settembru 2002, l-awtoritajiet Franċiżi talbu aktar żmien biex jagħtu l-kummenti tagħhom għad-Deċiżjoni tad-19 ta’ Awwissu 2002, u dan iż-żmien ġie approvat mis-servizzi tal-Kummissjoni fis-17 ta’ Settembru 2002.

(7)  Irreġistrati taħt ir-referenza SG(2002) A/10050.

(8)  Irreġistrati fil-15 ta’ Jannar 2003 taħt ir-referenza DG TREN A/10962.

(9)  Irreġistrata taħt ir-referenza SG(2003) A/1691.

(10)  Irreġistrat taħt ir-referenza TREN A/21531.

(11)  Irreġistrata taħt ir-referenza SG(2003) A/1546.

(12)  ĠU C 288, 9.10.1999, p. 2.

(13)  Irreġistrat taħt ir-referenza TREN A/21701.

(14)  ĠU L 61, 27.2.2004, p. 13. B’Deċiżjoni tat-8 ta’ Settembru 2004 (hawn taħt id-Deċiżjoni tal-2004), il-Kummissjoni għamlet emenda marġinali għad-Deċiżjoni tal-2003, li tippermetti lill-SNCM tibdel il-bastiment Aliso mal-Asco, jekk ikun il-każ, permezz ta’ emenda tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-2003.

(15)  ĠU L 19, 21.1.2005, p. 70.

(16)  Irreġistrat taħt ir-referenza TREN A/27546.

(17)  Irreġistrat taħt ir-referenza TREN A/30842.

(18)  Xi informazzjoni oħra ngħatat b’ittra tat-30 ta’ Novembru 2005 (SG(2005) A/10782), l-14 ta’ Diċembru 2005 (SG(2005)A/11122), u t-30 ta’ Diċembru 2005 (TRENA/10016).

(19)  Irreġistrat taħt ir-referenza TREN A/16904.

(20)  Irreġistrat taħt ir-referenza TREN A/19105.

(21)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans GmbH e. Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH, (280/00, Ġabra p. 7747).

(22)  Veolia Transport hija 100 % sussidjarja ta’ Veolia Environnement. Hija toffri taħt l-isem Connex servizzi ta’ trasport tal-passiġġiera għall-awtoritajiet pubbliċi (trasport kollettiv fl-agglomerazzjoni, trasport kollettiv interurbani u reġjonali) u tamministra għal dan l-iskop netwerks tat-triq u tal-ferrovija u, fi grad iżgħar, xi servizzi tat-trasport marittimu.

(23)  ĠU C 103, 29.4.2006, p. 28.

(24)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(25)  ĠU C 148, 24.6.2006, p. 42.

(26)  Irreġistrat taħt ir-referenza TREN A/25295.

(27)  Irreġistrat taħt ir-referenza TREN/A/24111.

(28)  ĠU C 303, 13.12.2006, p. 53.

(29)  Irreġistrat taħt ir-referenza TREN/A/37907.

(30)  Mill-grupp Stef-TFE fit-28 ta’ Diċembru 2007 (A/20313) u minn Corsica Ferries fis-27 ta’ Diċembru 2006 (A/20056).

(31)  Ittri tal-4 ta’ Jannar 2007 (D 2007 300067) indirizzati lill-grupp Stef-TFE u (D 2007 300068) lill-grupp Corsica Ferries.

(32)  Il-11 ta’ Jannar, is-16 ta’ Jannar u d-9 ta’ Frar 2007 irreġistrati rispettivament taħt ir-referenzi TREN/A/21142, A/21669 u A/23798.

(33)  It-13 ta’ Frar 2007 irreġistrati taħt ir-referenzi TREN/A/24473 u TREN/A/23981.

(34)  Irreġistrat mis-servizzi tal-Kummissjoni taħt in-Nru TREN/A/30979. L-awtoritajiet Franċiżi talbu u ngħataw żewġ estenzjonijiet taż-żmien ta’ xahar biex jagħtu l-kummenti tagħhom b’ittra tal-15 ta’ Marzu 2007 u d-19 ta’ April 2007 irreġistrati taħt ir-referenza TREN/A/27002 u A/29928.

(35)  Din l-informazzjoni ġiet irrapportata mis-CFF fil-15.3.2007 (TREN/A/27058), fis-27.9.2007 (TREN/A/43510 tal-1.10.2007), fit-30.11.2007 (TREN/A/49918 tas-6.12.2007), fl-20.12.2007 (TREN/A/51600 tas-26.12.2007), fl-14 ta’ Marzu 2008 (TREN/A/87084), minn Stim fl-20.12.2007 (TREN/A/51391) u mill-SNCM fit-28 ta’ Frar 2008 (TREN/A/85681). Franza rrapportat ukoll xi informazzjoni fil-21.12.2007 (TREN/A/51441), fis-7.1.2008 (TREN/A/86344) u fit-8.2.2008 (TREN/A/83661). Dokumenti oħra ngħataw mill-awtoritajiet Franċiżi waqt laqgħa ta’ ħidma fid-29 ta’ Frar 2008.

(36)  L-SNCM għandha sehem mhux maġġoritarju dirett ta’ 45 % fis-CMN u sehem mhux maġġoritarju indirett permezz tal-Compagnie Générale de Tourisme et d’Hôtellerie (CGTH) ta’ 24,1 %. Il-kontroll effettiv ingħata mill-1992 lill-grupp Stef-TFE permezz tas-sehem tiegħu ta’ 49 % fil-Compagnie Méridionale de Participations (CMP). L-SNCM u s-CMN kienu msieħba fil-qafas tad-DSP fil-perijodu 2001-2006 u ffirmaw b’mod konġunt il-kuntratt il-ġdid ta’ delega ta’ servizz pubbliku għall-perijodu 2007-2012/2013.

(37)  Is-CGTH hija kumpanija holding, 100 % proprjetà tal-SNCM.

(38)  Aliso Voyage huwa l-kanal ta’ distribuzzjoni proprju tal-SNCM. Magħmula minn 17-il aġenzija mqassma ma’ Franza kollha, din il-kumpanija tamministra l-bejgħ tal-biljetti marittimi li 49,9 % minnhom huma biljetti tas- SNCM.

(39)  Meta ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-2003, l-SNCM kellha. b’parità mal-grupp tat-trasport Delmas, sehem fil-kumpanija marittima Franċiża ta’ trasport tal-merkanzija Sud-Cargos, li hija speċjalizzata fis-servizz ta’ trasport għall-Marokk. Dan is-sehem inbiegħ fl-aħħar tal-2005 għal ammont ta’ EUR […] (informazzjoni koperta bis-segretezza professjonali) miljun bħalma jirriżulta mill-pjan ta’ investiment 2005 mogħti mill-awtoritajiet Franċiżi fit-28 ta’ Marzu 2006.

(40)  L-SNCM għandha 100 % tal-ishma ta’ din il-kumpanija li tassigura l-provvista tal-ikel għall-bastimenti tal-SNCM.

(41)  Ferrytour, li hija soċjetà en nom collectif li 100 % tal-ishma tagħha huma tal-SNCM, teżerċita l-funzjoni ta’ organizzatriċi tal-vjaġġi. Hija toffri vjaġġi fuq il-baħar għal Korsika, Sardinja u t-Tuneżija iżda wkoll titjiriet lejn numru kbir ta’ destinazzjonijiet. Hija toffri wkoll, bħala servizz sekondarju, kruċieri żgħar u servizzi għat-turiżmu tan-negozju.

(42)  Comptoirs du Sud, li hija sussidjarja stabbilita fl-1996 u 100 % proprjetà tal-SNCM, tamministra l-ħwienet kollha fuq il-bastimenti.

(43)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 12.

(44)  In-Napoléon Bonaparte (kapaċità ta’ 2 150 passiġġier u 708 vettura, saħħa ta’ 43 MW, veloċità ta’ 23,8 mil nawtiku fis-siegħa), bastiment kbir car-ferry lussuż; id-Danielle Casanova l-ġdid li tlesta f’Mejju 2002 (kapaċità ta’ 2 204 passiġġier u 700 vettura, saħħa ta’ 37,8 MW, veloċità ta’ 23,8 mil nawtiku fis-siegħa), li huwa wkoll bastiment kbir car-ferry lussuż; l-Ile de Beauté (kapaċità ta’ 1 554 passiġġier u 520 vettura, saħħa ta’ 37,8 MW, veloċità ta’ 21,5 mil nawtiku fis-siegħa), beda jintuża fl-1979 u ġie rrestawrat fl-1989/1990; il-Méditerranée (kapaċità 2 254 passiġġier u 800 vettura, saħħa ta’ 35,8 MW, veloċità ta’ 24 mil nawtiku fis-siegħa) u l-Corse (kapaċità 2 150 passiġġier u 600 vettura, saħħa ta’ 27,56 MW, veloċità ta’ 23,5 mil nawtiku fis-siegħa).

(45)  Il-Paglia Orba, (kapaċità 500 passiġġier, 2 000 metru lineari ta’ trasport tal-merkanzija u 120 vettura, saħħa ta’ 19,7 MW, veloċità ta’ 19-il mil nawtiku fis-siegħa); il-Monte d’Oro (kapaċità 508 passiġġier, 1 615 metru ta’ trasport tal-merkanzija u 130 vettura, saħħa ta’ 14,8 MW, veloċità ta’ 19,5-il mil tal-baħar); il-Monte Cinto (kapaċità 111 passiġġier, 1 200 metru ta’ trasport tal-merkanzija, saħħa ta’ 8,8 MW, veloċità ta’ 18-il mil nawtiku fis-siegħa); minn Mejju 2003, il-Pascal Paoli (kapaċità 594 passiġġier, 2 300 metru ta’ trasport tal-merkanzija u 130 vettura, saħħa ta’ 37,8 MW, veloċità ta’ 23 mil nawtiku fis-siegħa).

(46)  In-NGV Liamone (kapaċità 1 116 passiġġier u 250 vettura, saħħa ta’ 65 MW, veloċità ta’ 42 mil nawtiku fis-siegħa) li jagħmel ukoll vjaġġi għal Toulon.

(47)  Kollha, ħlief Danielle Casanova, Pascal Paoli, Liamone fi ħlas bin-nifs.

(48)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta’ Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7).

(49)  ĠU S 2001/10 – 007-005.

(50)  Awtorità tal-liċenzji għall-obbligi ta’ servizz pubbliku mill-1991 skont il-Liġi Franċiża msemmija Nru 91-428 tat-13 ta’ Mejju 1991.

(51)  ĠU 2006/S 100-107350.

(52)  Għajnuna tal-Istat Nru 781/2001 awtorizzata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2.7.2002, ĠU C 186, 6.8.2002, p. 3.

(53)  Għajnuna tal-Istat Nru 13/2007 awtorizzata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ April 2007, ippubblikata fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/transports_2007.htm

(54)  Ix-xufier jakkompanja l-vetturi kollha matul il-vjaġġ. F’ċerti każijiet, xufier jista’ jgħabbi l-vettura fit-tluq u ieħor iħottha meta tasal. Dan huwa mniżżel bħala traffiku akkompanjat, kuntlarju għat-traffiku ro-ro li bih it-trejler jivvjaġġa mingħajr mutur.

(55)  ĠU C 148, 25.06.2003, p. 7.

(56)  Dan l-ammont huwa ddettaljat kif ġej: EUR 20,4 miljun għall-pjan ta’ ristrutturar innifsu, EUR 1,8 miljun għall-ispejjeż ta’ żarmar tal-bastimenti għall-bejgħ, EUR 14,8 miljun diprezzament tal-Liamone u EUR 9 miljun infiq għat-iskjerament mill-ġdid tal-attività lejn il-Magreb.

(57)  Dan il-pjan kien adottat fis-17 ta’ Diċembru 2001 mill-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-SNCM.

(58)  Il-pjan ta’ ristrutturar kien jipprevedi tnaqqis fin-numru ta’ vjaġġi minn 4 138 (3 835 għall-SNCM u 303 għas-sussidjarja tagħha Corsica Marittima) sa 3 410 fl-2003 bit-tibdil li ġej fis-servizz:

it-tibdil tas-servizz ta’ trasport bejn Marsilja u Korsika skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku 2001-2006,

l-eliminazzjoni kważi totali tar-rotot bejn Toulon u Korsika,

it-tnaqqis fir-rotot bejn Nizza u Korsika,

t-twaqqif tar-rotta Livorno-Bastia b’materjal speċifiku, mwaqqfa b’mod effettiv fl-2003,

it-tisħiħ tas-servizz ta’ trasport mill-Alġerija u mit-Tuneżija bil-bastimenti il-“Méditerranée”, l-“Ile de Beauté” u l-“Corse” u t-twaqqif tar-rotta li titlaq minn Ġenova u t-Tuneżija.

(59)  It-tnaqqis tal-impjegati għandu jsir permezz ta’ tluq naturali jew antiċipat abbażi ta’ xi kriterji ta’ età (twaqqif antiċipat tal-attività), xi lif ta’ mobilità u billi ma jiġux issostitwiti l-kuntratti bi żmien definit. Għaldaqstant dawn għandhom jirrappreżentaw nfiq stmat ta’ EUR 20,4 miljun għall-SNCM.

(60)  bħat-traffiku, it-tkabbir previst tad-dħul intern gross (1,5 %), ir-rata tas-self (5,5 %), ir-rata tar-redditu tal-prodotti finanzjarji (4,5 %) u r-rata tad-debiti fuq żmien qasir (5 %).

(61)  L-awtoritajiet Franċiżi semmew żewġ metodi oħra li eliminaw għax kienu jinkludu nfiq għoli wisq.

L-ewwel metodu ta’ evalwazzjoni kien li jingħaddu l-ispejjeż kollha tal-miżuri ta’ ristrutturar. Dan jippermetti li jintlaħaq self nett ta’EUR 90,9 miljun, billi jitnaqqsu:

it-telf akkumulat tal-1991 sal-2001, jiġifieri EUR 41,7 miljun (jiġifieri EUR 29 miljun – ċifra vvalidata bid-Deċiżjoni 2002/149/KE tat-30 ta’ Ottubru 2001 (ĠU L 50, 21.2.2002, p. 66), EUR 6,1 miljun għall-2000 u EUR 6,6 miljun, qabel l-ispejjeż ta’ ristrutturar, għall-2001),

it-tnaqqis tar-riżorsi li jikkonsisti f’ammortizzamenti derogatorji bejn l-istess dati, jiġifieri EUR 24 miljun (l-ammont jonqos minn EUR 86 sa 62 miljun fil-bilanċ fil-perijodu, u dan ifisser l-estensjoni tal-perijodu tal-ħlas regolari minn tnax għal għoxrin sena, użu inqas ta’ din ir-riżorsa u użu ta’ “ħlas bin-nifs” għall-aħħar unitajiet ikkunsinnati),

il-qligħ kapitali tat-trasferiment li rriżulta minn dan ir-ristrutturar, jiġifieri EUR 21 miljun, li ġej mit-tnaqqis tas-self nett u,

l-effett akkumulat tal-ispejjeż ta’ ristrutturar li huma ta’ EUR 46,2 miljun (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 56).

It-tieni metodu ta’ evalwazzjoni kien li jiġi ddeterminat l-ammont tal-kapitali proprji meħtieġa mill-banek għall-flotta kollha, bl-għarfien li dawn tal-aħħar jitolbu b’mod ġenerali biex jiffinanzjaw ix-xiri ta’ bastiment mill-fondi proprji li jikkorispondi għal 20 sa 25 % tal-valur tal-bastiment. Il-kalkolu magħmul mill-awtoritajiet Franċiżi, fuq il-bażi ta’ nfiq ta’ akkwist storiku tal-flotta ta’ EUR 843 miljun, wassal għal ħtiġijiet f’fondi proprji minn EUR 157 sa 196 miljun. Meta sar it-tnaqqis mill-kapital proprju li kien hemm fl-2001, dan l-approċċ wassal għal ħtieġa ta’ kapitalizzazzjoni mill-ġdid minn EUR 101 sa 140 miljun.

(62)  Ara infra.

(63)  Fil-pjan tagħha ta’ ristrutturar tal-2002, l-SNCM pprevediet li żżarma u tbiegħ erbgħa mill-bastimenti tagħha: in-Napoléon, il-Liberté, il-Monte Rotondo u l-NGV Asco, hekk kif din tal-aħħar ġiet issostitwita fil-fatt mill-bastiment sistership tagħha Aliso. Dawn il-bastimenti llum inbiegħu kollha. Id-dħul nett ta’ bejgħ osservat kien ta’ EUR 25 165 000.

B’mod konformi mad-Deċiżjoni tal-2003, l-SNCM biegħet l-ishma tagħha lill-SCI Espace Shuman, Southerna Trader, Someca, Amadeus u CCM għal dħul nett ta’ bejgħ ta’ EUR 5,02 miljun.

Mid-Deċiżjoni tal-2003, l-SNCM biegħet is-sehem tagħha fis-Sud Cargos, il-bastiment Asco u xi appartamenti tal-kumpless ta’ bini tal-SNCM għal ammont ta’ EUR 12,2 miljun.

(64)  […]

(65)  Il-proċess ta’ għażla tal-imsieħba privati sar mis-26 ta’ Jannar 2005 sal-aħħar ta’ Settembru 2005.

Fis-26 ta’ Jannar u s-17 ta’ Frar 2005, il-Gvern Franċiż qal li ser jibda jfittex sieħeb privat biex jieħu ishma fl-SNCM, isaħħaħ l-istruttura finanzjarja tagħha u jakkumpanjaha fil-bidliet meħtieġa għall-iżvilupp tagħha.

Wara li tiġi nnominata persuna indipendenti biex tissorvelja l-proċess ta’ riċerka, l-Agence des Participation de l’Etat (“APE”) tat mandat lil bank konsulent (“HSBC”) biex jikkuntattja xi xerreja prospettivi.

F’dan il-qafas, tnejn u sebgħin investitur industrijali u finanzjarji ġew ikkuntattjati, bl-għan li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet finanzjarji ta’ offerta li għandha l-għan li tiffaċċja l-proġett industrijali tal-kumpanija u li żżomm ix-xogħol u l-attwazzjoni tajba tas-servizz pubbliku. […] minnhom urew nuqqas ta’ interess, […] ftehimiet ta’ kunfidenzjalità ġew iffirmati u ntbagħtu […] memorandum ta’ spjega. […] kumpaniji ppreżentaw xi offerti fl-ewwel ftuħ fil-5 ta’ April 2005 u tliet offerti ([…], […] u […]) ġew milqugħa fit-tieni ftuħ fis-17 ta’ Ġunju 2005 kif ukoll nuqqas ta’ interess għal sehem minoritarju ([…]). Tliet offerti ġew milqugħa għat-tielet ftuħ fit-28 ta’ Lulju 2005.

Fl-14 ta’ Settembru 2005, kull impriża ġiet mistiedna biex terġa’ tagħti l-offerta tagħha fissa u definita qabel il-15 ta’ Settembru 2005. F’din id-data, billi l-kumpanija […] irtirat l-offerta tagħha, is-servizzi tal-Istat laqgħu żewġ offerti fissi ta’ kontribuzzjoni f’kapital u ta’ teħid mill-ġdid tat-total tal-kapital li ġej mill-gruppi Franċiżi Butler Capital Partners (BCP) u […].

Fis-27 ta’ Settembru 2005, Franza ppubblikat stqarrija uffiċjali li tindika li, fuq il-bażi ta’ eżami fid-dettall taż-żewġ offerti, intgħażlet l-offerta tal-grupp BCP peress li, minbarra li kienet l-aktar waħda aċċettabbli mil-lat finanzjarju, hija tissodisfa wkoll l-interessi tal-kumpanija, tas-servizz pubbliku u tax-xogħol. L-offerta tal-bidu tal-BCP kienet tipproponi prezz negattiv ta’ EUR […] miljun u kienet l-aktar stima baxxa tal-prezz negattiv.

Din l-offerta inizjali tax-xerrejja prospettivi kienet tipprevedi espliċitament il-possibbiltà li tinbidel l-offerta tal-bidu skont il-verifiki tal-kontijiet li saru. L-awtoritajiet Franċiżi indikaw li l-prezz tal-bidu ġie rrivedut ‘il fuq wara l-verifika tal-kontijiet li ngħataw fis-16 ta’ Diċembru 2005 minħabba xi elementi oġġettivi li effettwaw il-kuntest regolamentarju u ekonomiku li fih topera l-SNCM u li sar wara li ġiet ppreżentata l-offerta fil-15 ta’ Settembru 2005. Il-prezz negattiv għalhekk ġie mibdul għal EUR […] miljun.

In-negozjati li saru bejn l-awtoritajiet Franċiżi u x-xerrejja futuri wasslu biex din iċ-ċifra tilħaq EUR 142,5 miljun, miżjuda bil-ħlas ta’ parti mill-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-pensjonanti tal-SNCM (jiġifieri EUR 15,5 miljun).

(66)  Il-proċess intern tal-SNCM rigward l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ kapitalizzazzjoni mill-ġdid u ta’ privatizzazzjoni beda b’mod uffiċjali fit-12 ta’ April 2006 u ntemm fil-31 ta’ Mejju 2006. Għandu jiġi speċifikat li fis-27 ta’ Novembru 2007, l-għoti ta’ ishma lill-impjegati ma ġiex implimentat.

(67)  Dan il-mekkaniżmu huwa previst fl-Artikolu II.2 tal-protokoll ta’ bejgħ tas-16 ta’ Mejju 2006 li jimponi li dan il-kont għandu jintuża “Għall-finanzjament tal-porzjon tal-infiq tat-tluq volontariu possibbli jew ksur ta’ xi kuntratti tax-xogħol […] li jiżdied mal-ammonti ta’ kull natura li għandhom jitħallsu minn min iħaddem b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali u kuntrattwali”. Is-sekwestratarju għandu “id-dmir li jillibera l-fondi malli l-impjegati kkonċernati li ma kinux soġġetti għal assenjazzjoni interna mill-ġdid għall-grupp SNCM jitilqu b’mod effettiv mill-kumpanija u li jillibera l-bilanċ tal-ammont issekwestrat meta jlesti d-dmir tiegħu ta’ sekwestratarju”. […].

(68)  L-erba’ kriterji Altmark huma dawn li ġejjin:

(i)

l-impriża benefiċjarja għandha tassew tkun responsabbli għat-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku u dawn l-obbligi għandhom ikunu ddefiniti b’mod ċar;

(ii)

il-parametri li fuq il-bażi tagħhom jiġi kkalkolat il-kumpens għandhom jiġu stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti, sabiex jiġi evitat li jkun vantaġġ ekonomiku li jista’ jiffavorixxi l-impriża benefiċjarja meta mqabbla ma’ xi impriżi kompetituri;

(iii)

il-kumpens ma jistax jaqbeż dak meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż kollha jew parti minnhom li rriżultaw mit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, filwaqt li jiġi kkunsidrat xi dħul li relatat ma’ dan kif ukoll il-benefiċċju raġjonevoli għat-twettiq ta’ dawn l-obbligi;

(iv)

meta l-għażla tal-impriża li għandha tkun responszbbli għat-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku, f’każ konkret, ma ssirx fil-qafas ta’ proċedura ta’ suq pubbliku li jippermetti li jintgħażel l-applikant li huwa kapaċi li jipprovdi dawn is-servizzi bl-inqas infiq għall-awtorità, il-livell tal-kumpens meħtieġ għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ analiżi tal-infiq li impriża medja, amministrata sew u mgħammra b’mod adegwat b’mezzi ta’ trasport sabiex tkun tista’ tissodisfa l-eżiġenzi ta’ servizz pubbliku mitluba, seta’ jkollha biex timplimenta dawn l-obbligi, filwaqt li jiġi kkunsidrat d-dħul relatat ma’ dan kif ukoll il-benefiċċju raġjonevoli għat-twettiq ta’ dawn l-obbligi.

(69)  Rigward dan, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru wkoll li l-kumpensi ġew ikkalkolati fuq il-bażi preċiża tal-obbligi (numru ta’ vjaġġi, postijiet offerti, mezz ta’ sostituzzjoni, tariffa massima, eċċ.) u għalhekk xi parametri li jidhru fil-ftehimiet ta’ kull ħames snin ta’ servizz pubbliku li saru fl-1991 u l-1996 bejn l-SNCM u l-awtorità pubblika kompetenti u li dawn il-konvenzjonijiet kienu jipprevedu wkoll aġġustament tal-kumpens skont id-dħul li sar.

(70)  B’mod partikolari, l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew, fl-ittra tagħhom tat-8 ta’ Ottubru 2002 (TREN/A/10050), xi elementi li jistgħu juru li l-qafas tal-infiq tan-negozju tal-SNCM għall-perijodu 1991 sal-2001 seta’ jitqabbel ma’ dak ta’ xi impriżi simili ta’ trasport marittimu ta’ passiġġieri, bħal mhuma Brittany Ferries, Seafrance u s-CMN. Rigward din tal-aħħar, l-awtoritajiet Franċiżi ġġudikaw l-effettività tal-SNCM billi qabblu l-attività tal-ġarr ta’ merkanzija kif ukoll passiġġieri. Dawn iż-żewġ kumpaniji kienu joperaw f’kuntest simili, kważi bl-istess bastimenti (3 bastimenti li jġorru merkanzija u passiġġieri għas-CMN u 4 bastimenti li jġorru merkanzija u passiġġieri għall-SNCM) u lejn l-istess destinazzjonijiet. L-istatistiċi miġbura fil-perijodu 1991-2001 ippermettew li jiġi vverifikat li l-proporzjonijiet ta’ produttività (paragun bejn l-ispejjeż tas-salarji minn naħa u l-fatturat, il-vjaġġi u l-bastimenti min-naħa l-oħra) għall-attività tal-bastimenti li jġorru l-merkanzija u l-passiġġieri li huma differenti fl-1993, huma kważi l-istess fil-perijodu eżaminat. Għalhekk, dawn l-istatistiċi juru li matul dan il-perijodu, il-proporzjonijiet ta’ produttività tal-SNCM saru kważi l-istess bħal dawk ta’ impriża medja fis-settur.

(71)  ĠU L 50, 21.2.2002, p. 66. Fil-fatt, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li, wara r-rapport tal-espert magħżul mill-Kummissjoni dwar l-istatistiċi tal-kontijiet u tal-ġestjoni ppreżentati mill-awtoritajiet Franċiżi, din tal-aħħar ikkonkludiet fil-paragrafu 98 tad-Deċiżjoni tagħha tat-30 ta’ Ottubru 2001“li s-sussidji ta’ servizz pubbliku ma servewx biex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-attivitajiet kompetittivi tal-SNCM. Is-separazzjoni tal-kontijiet relatati mal-għotja ta’ dan is-servizz u l-verifiki tal-kontijiet li saru mill-awtoritajiet ta’ kontroll reġjonali u nazzjonali jippermettu wkoll li jiġi ggarantit li l-kontijiet annwali li jittraċċaw l-użu tas-sussidju ta’ kontinwità territorjali jagħtu dehra preċiża tal-infiq tal-għotja tas-servizz pubbliku”.

(72)  L-awtoritajiet Franċiżi kienu ddefendew fl-2002 in-natura strateġika tas-sehem tal-SNCM f’Sud-Cargos. L-iżviluppi fit-traffiku tal-merkanzija (żvilupp tal-kontejner għad-detriment tat-traffiku roro), ix-xiri mill-ġdid ta’ Delmas, azzjonist ieħor ta’ Sud-Cargos, minn CMA CGM u d-diffikultajiet ekonomiċi ta’ Sud-Cargos huma fatturi li jispjegaw għaliex dan is-sehem ma baqax jiġi kkunsidrat bħala wieħed strateġiku u seta’ jinbiegħ fl-2005 mill-SNCM.

(73)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Jannar 2003, Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (334/99, Ġabra, p. I-1139).

(74)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2005 dwar l-għajnuna tal-Istat implimentata mill-Belġju favur l-ABX Logistics Nru K 53/2003 (ex NN 62/2003) – ĠU L 383, 28.12.2006, p. 21.

(75)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 1999 dwar l-għajnuna tal-Istat implimentata mill-Ġermanja favur il-Gröditzer Stahlwerke GmbH u s-sussidjarja tagħha Walzwrk Burg GmbH, ĠU L 292, 13.11.1999.

(76)  Dan ir-rapport ingħata lill-Kummissjoni f’Marzu tal-2006 u ġie stabbilit mis-CGMF bl-appoġġ ta’ Ernst & Young, l-awditur legali tal-SNCM (hawn taħt “rapport CGMF”).

(77)  Ir-rapport stabbilit fid-29 ta’ Marzu 2006 minn Oddo Corporate Finance u d-ditta kummerċjali Paul Hastings (rapport Oddo) ingħata fis-7 ta’ April 2006 lill-Kummisjoni. Dan jikkonsisti f’reviżjoni kritika, mitluba mill-Agence des Participations de l’Etat (APE) tar-rapporti CGMF u approċċ tal-ispejjeż tal-istralċ iġġudikati bħala aċċettabbli fuq il-livell Komunitarju.

(78)  meta jitqiesu l-assi fissi tanġibbli (EUR[…] miljun) u finanzjarji (EUR[…] miljun), debiti tal-klijenti (EUR[…] miljun), debiti oħra (EUR[…] miljun) u defiċit tal-fondi ta’ – EUR[…] miljun. Franza speċifikat li stima aktar realistika, li tikkunsidra xi elementi finanzjarji oħra, twassal dan il-valur għal EUR[…] miljun.

(79)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Settembru 1994, Spanja vs Il-Kummissjoni (278/92, 279/92 u 280/92, Ġabra p. I-4103).

(80)  Sentenza Nru 98-15129 tal-Qorti ta’ Kassazzjoni tas-6 ta’ Frar 2001. Din il-kawża tikkonċerna stabbiliment pubbliku, il-BRGM (Bureau de Recherches Géologiques et Minières) li ġie ordnat iħallas it-total tal-insuffiċjenza tal-assi tas-sussidjarja tiegħu, il-Mines de Salsignes, minħabba li d-direttur tagħha, il-BRGM, minkejja l-għarfien tiegħu tal-kundizzjonijiet ta’ diġenerazzjoni tal-attività u tal-avviżi mogħtija, aġixxa b’mod irresponsabbli billi ħalla l-attività tkompli.

(81)  Kawża Aspocomp Group Oyj; sentenza tal-Qorti tal-Appell (Cour d’Appel) ta’ Rouen tat-22 ta’ Marzu 2005.

(82)  Bħala paragun, ir-rata ta’ redditu ta’ OAT (Obligation Assimilable du Trésor, bond maħruġ mill-Istat Franċiż) ta’ maturità ta’ 30 sena, 10 snin, 5 snin u sentejn huma ta’ 3,95 %, 3,82 %, 3,75 % u 3,72 % rispettivament fil-31 ta’ Ottubru 2006.

(83)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2002, Société Française de Production, C(2002) 2593 fin – ĠU C 071, 25.3.2003 p. 3.

(84)  Fil-fatt, skont studju tas-suq indipendenti rraportat minn Franza f’dan ir-rigward, is-CFF issa għandha madwar […] % tas-suq tal-passiġġieri filwaqt li l-SNCM minn 82 % ta’ ishma fis-suq fl-2000 wasslet sa […]% fl-2005 u kellha żieda kbira fis-suq tat-trasport tal-merkanzija li fih l-SNCM għadha t-trasportatur ewlieni bis-saħħa tas-sehem tagħha fis-CMN.

(85)  Is-CFF tfakkar li l-kuntratt ta’ delega ta’ servizz pubbliku jassigura lill-kumpanija sussidju pubbliku ta’ madwar medja ta’ EUR 64,3 miljun kull sena, jiġifieri total ta’ EUR 321,5 miljun fuq medda ta’ ħames snin. Skont hi, l-Artikolu 5 tal-kuntratt ta’ delega ta’ servizz pubbliku jiggarantixxi lill-SNCM likwidità ta’ EUR 72,8 miljun. Barra minn dan, Corsica Ferries tispeċifika li mill-EUR 40,6 miljun ta’ telf irreġistrati fl-2001 mill-SNCM, EUR 15-il miljun ġejjin minn deprezzament ta’ bastiment applikat għall-NGV Liamone.

(86)  Id-Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura kienet tindika li l-pjan għar-ristrutturar kien jipprevedi, fost l-oħrajn, “l-għeluq tar-rotta Bastia-Livorno b’materjal speċifiku”.

(87)  Il-kritiki magħmula mis-CFF kienu rigward il-punti li ġejjin: ebda tnaqqis reali tal-impjegati, ebda mobilizzazzjoni tal-ishma tal-SNCM għall-isforz tar-ristrutturar, ma ġiex ikkunsidrat il-qligħ kapitali fuq il-bastimenti.

(88)  Is-somma ta’ EUR 76 miljun tikkorrispondi skont is-CFF għall-500 miljun Frank Franċiż (FRF) li l-kumpanija għandha titlef mal-allokazzjoni ta’ kontinwità territorjali fil-perijodu l-ġdid 2002-2006.

(89)  meta mqabbel mal-proporzjonijiet li stmat hija stess fuq kampjun ta’ għaxar kumpaniji marittimi. Dawn il-proporzjonjiet ivarjaw minn 23,69 % (għal Moby Lines) sa 55,09 % (għal Grimaldi) u 49,7 % għas-CMN.

(90)  Is-CFF issemmi s-sehem ta’ 50 % fil-kumpanija marittima Sud-Cargos, is-sehem ta’ 13 % f’Amadeus, impriża speċjalizzata fis-sistemi ta’ riżervazzjoni fit-trasport tal-ajru, is-sehem fis-CMN u l-patrimonju immobiljari tas-CGTH.

(91)  Azzjonist ta’ referenza tas-CMN.

(92)  Għall-fini ta’ informazzjoni, l-OTC hija l-awtorità li tikkonċedi, b’mod konġunt mal-kollettività territorjali ta’ Korsika, il-kuntratt ta’ delega ta’ servizz pubbliku.

(93)  Dwar id-DSP relatata mar-rotot Marsilja-Korsika, il-maġġoranza tal-osservazzjonijiet tas-CFF huma relatati mal-proċedura ta’ allokazzjoni tad-DSP il-ġdida fil-perijodu 2007-2012/2013 u l-modi kontroversjali mnedija mis-CCF quddiem it-tribunali nazzjonali, li wara ma ġewx milqugħa mill-qrati nazzjonali.

(94)  Rigward dan, is-CFF tfakkar li, fit-tieni semestru 2005, proċedura ta’ twissija infetħet quddiem il-Qorti tal-Kummerċ (Tribunal de commerce) ta’ Marsilja u li setgħet issir petizzjoni għal falliment mill-ħarifa tal-2005 għat-telf stmat fl-2005 ta’ EUR 30 miljun.

(95)  Fil-fatt, skont is-CFF, il-Qorti ta’ Kassazzjoni, fil-kawża tal-Minjieri u prodotti kimiċi ta’ Salsignes, ma tinvoka ebda responsabbiltà diretta tal-Istat azzjonist f’każ li jsir stralċ ta’ xi impriża li jkun azzjonist tagħha iżda pjuttost il-possibbiltà li jidderiġi xi azzjoni għall-ħlas tad-debiti soċjali kontra stabbiliment pubbliku ta’ natura industrijali u kummerċjali u l-impossibbiltà tad-diretturi tagħhom li jeħilsu mill-obbligi tagħhom billi jappellaw għall-intervent tal-awtoritajiet pubbliċi.

Rigward l-applikabbiltà għal dan il-każ tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Appell ta’ Rouen fil-kawża Aspocomp, is-CFF qalet b’mod uffiċjali li l-każ suġġett ta’ din il-ġurisprudenza, li jirrigwarda kumpanija prinċipali li ġiet ordnata tħallas lill-impjegati ta’ sussidjarja tagħha kumpensi soċjali għan-“nuqqas ta’ rispett ta’ ftehim” approvat minn din tal-ewwel, m’għandux x’jaqsam maċ-ċirkostanzi tal-kwistjoni SNCM. Għalhekk żgur hemm riskju li s-CGMF jew l-Istat jiġi ordnat iħallas xi kumpensi ta’ tkeċċija f’każ li jsir stralċ ġudizzjarju. Barra minn hekk, is-CFF tiddubita dwar l-istima f’numri tal-ispejjeż soċjali l-oħra minħabba l-fatt li jidhru li mhux qed jaqblu skont l-esperti li ġew mitluba jistabbilixxuhom.

(96)  Għal din ir-raġuni, is-CFF temmen li l-valur reali tal-bastimenti bħalma kien indikat mill-SNCM fil-preżentazzjoni tal-offerta tagħha fil-qafas tad-DSP kellu jiġi kkunsidrat fl-istima tal-assi tal-SNCM magħmula mir-rapporti Oddo u CGMF.

(97)  Skont is-CFF, Franza insistiet fuq in-natura essenzjali tal-integrità tas-servizz ta’ trasport minn Nizza, fuq iż-żamma tal-flotta fuq il-livell attwali u fuq in-natura meqjusa strateġika tas-sehem tal-SNCM fil-grupp CMN.

(98)  Fl-1 ta’ Jannar 2007 bl-introduzzjoni tas-Superfast X.

(99)  Is-CFF tipproponi li tillimita Għal-livell tal-2005 il-kapaċitajiet offruti fuq kull wieħed mis-swieq kompetittivi (Nizza, it-Tuneżija u l-Alġerija), li ma tiftaħx rotot ġodda oħra u li tbiddel f’ġarr ta’ merkanzija kif ukoll ta’ passiġġieri s-servizz ta’ trasport Marsilja-Korsika sabiex jonqsu l-ispejjeż.

(100)  Jidher li l-SNCM xtrat xi bastimenti ġodda bi ksur tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2003. Barra minn hekk, l-SNCM ma biegħetx is-sehem tagħha fis-CCM bi ksur tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni. Fl-aħħar nett, l-SNCM kienet qiegħda tippratika mill-2003 politika tariffarja aggressiva bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk offruti mis-CFF bi ksur tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni msemmija (biljetti sa 30 % inqas għoljin għall-istess servizzi jew simili).

(101)  Minħabba, minn naħa waħda, in-nuqqas ta’ għarfien tal-metodi tal-kontabbiltà u ta’ imputazzjoni analitika rispettivi taż-żewġ kumpaniji u, min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tas-CMN f’dan l-istudju.

(102)  Skont l-STIM, l-SNCM għamlet stima baxxa tar-riżultati finanzjarji tagħha apposta. Skont il-verifika ta’ espert indipendenti għall-Uffiċju tat-Trasport ta’ Korsika, id-defiċit eċċessiv tan-netwerk f’Korsika tal-SNCM kien ta’ 125 miljun Frank Franċiż (madwar EUR 19-il miljun) għas-snin 1996-2001, meta jiġi eskluż ir-riżultat eċċezzjonali tal-2001.

(103)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Mejju 2003, L-Italja u SIM 2 Multimedia vs Il-Kummissjoni (328/99 u 399/00, Ġabra, p.I-4035).

(104)  Fost il-fatti invokati minn dan ir-rapport, jidher li […].

(105)  B’appoġġ għal rapport tal-Qorti tal-Awdituri, ir-rapport isemmi pereżempju li […].

(106)  Fost il-fatti invokati minn dan ir-rapport, jidher li […].

(107)  L-Istat pereżempju […].

(108)  Ir-rapport ikkritika fost oħrajn in-nuqqasijiet amministrattivi li ġejjin: […].

(109)  Il-mezzi nawtiċi tnaqqsu u l-programm ta’ bejgħ tal-assi qed iseħħ b’mod konformi mal-proġett industrijali. Is-servizzi ta’ trasport ġew estiżi mill-ġdid u l-pjan ta’ azzjoni tat-tnaqqis tal-konsumi intermedjarji qed jagħti l-ewwel frott. Fl-aħħar nett, is-sezzjoni xogħol tal-proġett industrijali qed jiġi implimentat b’mod progressiv.

(110)  Rigward il-proporzjoni ta’ 0,497 mħabbar minn Corsica Ferries għas-CMN fl-2001, mhuwiex eżatt għax ma jinkludix id-disponibbiltajiet tal-assi fil-bilanċ. Meta ġie korrett dan in-nuqqas, il-proporzjoni tas-CMN huwa 0,557. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, dan il-livell xorta mhuwiex biżżejjed għas-CMN u s-sitwazzjoni tal-fondi diffiċli li ffaċċjat s-CMN fl-2002 hija l-prova. Is-CMN fil-fatt kellha tissellef sa EUR 8 miljun minn Stef-TFE biex tiffinanzja defiċit tal-fondi mhux kopert mill-banek.

(111)  Fl-ittra tiegħu tad-9 ta’ Jannar 2003, il-Kunsill Reġjonali Provence-Alpes-Côte d’Azur semma fil-fatt l-istudju tas-suq li kien ingħata lill-Kummissjoni fil-qafas tan-notifika u li huwa kellu kopja tiegħu filwaqt li speċifika l-osservazzjoni li ġejja: “L-offerta [dwar is-servizz ta’ trasport bejn Korsika u l-kontinent Franċiż] hija kbira żżejjed meta mqabbla mad-domanda. Ir-rata ta’ tagħbija tal-bastimenti tvarja b’medja ta’ 20 % fix-xitwa u 50 % fis-sajf.”

(112)  B’mod partikolari, hija tirrifjuta l-istima tal-valur tal-impriża ta’ madwar EUR 350 miljun li saret mill-STIM li tikkunsidra biss l-elementi tal-bilanċ li jtejbu l-valorizzazzjoni minn fondi proprji tal-kontabbiltà (provvedimenti għad-deprezzament, qligħ kapitali sekondarju tal-bastimenti eċċ.) mingħajr ma jiġu kkunsidrati l-elementi ta’ debiti li jistgħu jnaqqsuha. Dan il-metodu ta’ kalkolu ta’ natura purament konstabilistika ma jaqbilx mar-realtà ekonomika ta’ impriża marittima, bħal m’hija l-SNCM, li fil-bilanċ għandha assi li jidhru li huma ta’ valur iżda li għandha wkoll redittu limitat u debiti kbar ‘il barra mill-bilanċ.

(113)  Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Jannar 2006, Ministero dell’Economia e delle Finanze vs Cassa di Risparmio di Firenze (222/04, Ġabra p. I-289, punt 129).

(114)  ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7.

(115)  ĠU L 378, 31.12.1986, p. 1.

(116)  Il-Kummissjoni mhijiex obbligata li jieħu pożizzjoni fuq l-argumenti kollha invokati quddiemha mill-partijiet interessati, iżda huwa biżżejjed li tesponi l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ġuridiċi li huma ta’ importanza essenzjali fir-ratio tad-Deċiżjoni (sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Ġunju 1995, Siemens/Kummissjoni, (459/93, Ġabra p. II-1675, punt 31) u tat-13 ta’ Ġunju 2000, EPAC vs Il-Kummissjoni, (204/97 u 270/97, Ġabra p. II-2267, punt 35).

(117)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-12 ta’ Frar 2008, BUPA et vs Il-Kummissjoni (289/03).

(118)  Ara f’dan ir-rigward id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2001 dwar l-għajnuniet tal-Istat imħallsa minn Franza lill-SNCM – ĠU L 50, 21.2.2002 p. 66.

(119)  Riżultat imnaqqas mill-qligħ kapitali tal-bejgħ fuq il-bastimenti.

(120)  Għal dawn is-sentejn li jikkorrispondu għall-aħħar sentejn tal-applikazzjoni tal-Ftehim tal-1996, ir-rapport tal-espert ta’ dak iż-żmien ma setax, minħabba nuqqas ta’ informazzjoni disponibbli dak iż-żmien, jikkalkula r-riżultat miksub b’kontabilità analitika għal dak li għandu x’jaqsam mas-servizz ta’ trasport ta’ Korsika.

(121)  Informazzjoni li tirriżulta mid-Deċiżjoni 2002/149/KE.

(122)  Kreditu ta’ EUR 14,8 miljun inġabar fl-2001 għall-NGV Liamone. L-għan tiegħu huwa li jwassal l-infiq annwali tal-bastiment għall-istess livell ta’ dak ta’ bastiment adattat għar-restrizzjonijiet ġodda imposti fuq din ir-rotta u ffinanzjati fl-istess kundizzjonijiet. Dan il-kreditu nġabar skont ir-regoli ta’ kontabbiltà li fuq il-bażi tagħhom impriża għandha tikkoreġi l-bilanċ tagħha billi tikkunsidra deprezzament eċċezzjonali malli tara li wieħed mill-assi tagħha jkollu valur reali jew valur tas-suq inqas mill-valur ta’ kontabbiltà tiegħu.

(123)  B’mod konformi mal-prattika deċiżjonali tagħha, il-Kummissjoni hija indifferenti għal mezz ta’ kumpens użat mill-Istat sakemm tkun tista’ tivverifika n-nuqqas ta’ sussidju minn naħat diversi favur xi attivitajiet kompetittivi. Ara b’mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Marzu 2002 dwar l-għajnuniet tal-Istat allokati mill-Italja favur il-Poste Italiane SpA (ĠU L 282, 19.10.2002 p. 29) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2003 dwar iz-zieda fil-kapital ta’ EUR 297,5 miljun favur La Poste Belge/De Post (ĠU C 241, 8.10.2003 p. 13).

(124)  Barra minn dan, jeħtieġ li wieħed ifakkar li l-Kummissjoni stabbilixxiet fl-1997 l-gwida Komunitarja dwar l-għajnuniet tal-Istat għat-trasport marittimu, li tispeċifika l-kundizzjonijiet li fihom l-għajnuniet tal-Istat allokati bħala kumpens għall-obbligi ta’ servizz pubbliku jitqiesu li huma kumpatibbli mas-suq komuni – ĠU C 205, 5.7.1997, p. 5.

(125)  Ara d-Deċiżjoni 2002/149/KE tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2001 – ĠU L 50, 21.2.2002 p. 66.

(126)  Kundizzjonijiet tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Istat, imsemmijin fil-punt IV tal-ftehim ta’ kull ħames snin bejn l-SNCM u l-OTC għall-perijodu 1996-2001.

(127)  B’mod partikolari, bħalma indikat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 70 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni vverifikat l-eżistenza ta’ separazzjoni tal-kontijiet relatati mal-għoti tas-servizzi msemmija għall-perijodu investigat.

(128)  Dan l-ammont jirriżulta mid-differenza bejn l-ammont innotifikat fil-bidu (EUR 76 miljun) u l-ammont mħallas għall-obbligi ta’ servizz pubbliku (EUR 53,48 miljun).

(129)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Jannar 2003, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (334/99, Ġabra, p. I-1139, paragrafu 142).

(130)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri: applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 80/723/KEE tal-Kummissjoni lill-impriżi pubbliċi tas-settur tal-manifattura, ĠU C 307, 13.11.1993, p. 3, punt 11. Din il-komunikazzjoni hija relatata mas-settur tal manifattura, iżda tapplika wkoll b’analoġija għas-setturi ekonomiċi l-oħra kollha.

(131)  Ara b’mod partikolari s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-6 ta’ Marzu 2003, Westdeutsche Landesbank Girozentrale vs Il-Kummissjoni (233/99, Ġabra, p.II-435).

(132)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-21 ta’ Jannar 1999, Neue Maxhütte Stahlwerke GmbH u Lech-Stahlwerke GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (2/96 u 129/95, Ġabra, p. II-17, paragrafu 116).

(133)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Settembru 1994, Spanja c vs Il-Kummissjoni, (278/92, 279/92 u 280/92, Ġabra p. I-4103).

(134)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Jannar 2003, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (334/99, Ġabra 2003, p.I-1139).

(135)  Deċiżjoni 98/204/KE tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Lulju 1997 li tapprova b’mod kundizzjonali l-għajnuniet allokati minn Franza lill-grupp GAN, ĠU L 78, 16.3.1998, p. 1.

(136)  Ara rigward dan id-Deċiżjoni 2006/947/KE tas-7 ta’ Diċembru 2005 dwar l-għajnuna tal-Istat implimentata mill-Belġju favur l-ABX Logistics (ĠU L 383, 28.12.2006, p. 21).

(137)  Ara f’dan ir-rigward is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 1991, L-Italja vs il-Kummissjoni (Ġabra 1991, p. I-1433).

(138)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni 92/266/KEE tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Novembru 1991 dwar l-attivitajiet ta’ rikonverżjoni tal-gruppi industrijali Franċiżi minbarra l-industriji tal-azzar u tal-faħam u l-Compagnie générale maritime skont l-Artikoli 92 sa 94 tat-Trattat KEE, ĠU L 138, l-21 ta’ Mejju 1992, p. 24. Ara wkoll il-pjanijiet soċjali li huma msemmijin hawn taħt.

(139)  Għaldaqstant għandu jiġi osservat li nofs il-persunal kien jikkonsisti f’impjegati temporanji jew sottokuntratturi li jaħdmu fuq il-post. Għalhekk wieħed jista’ jissoponi li l-infiq għal kull impjegat għal 5 000 post tax-xogħol rigward il-persunal Airbus permanenti kien ħafna aktar għoli.

(140)  Wara proċedura ta’ sejħa għall-offerti, il-Kummissjoni innominat espert indipendenti, Moore Stephens, Chartered Accountants, li r-rapport finali tiegħu ingħata fil-25 ta’ Jannar 2008.

(141)  Dawn huma s-7 bastimenti li ġejjin: Corse, Ile de Beauté, Méditerranée, Napoléon Bonaparte, Paglia Orba, Monte d’Oro, Monte Cino.

(142)  Dan it-tnaqqis, li huwa EUR[…] miljun (jiġifieri medja ta’ bejn […] u […]% tal-valur tas-suq gross), huwa inter alia ġġustifikat bl-ispeċifiċità tal-bastimenti tal-SNCM li huma adattati għas-servizz ta’ trasport offrut mill-impriża, bl-istat tal-bastimenti u bil-kuntest ta’ tpoġġija fis-suq tal-flotta kollha (b’mod partikolari l-pożizzjoni dgħajfa ta’ min qed ibiegħ). Il-valorizzazzjoni ta’ BRS tibbaża ruħha b’mod partikolari fuq l-ipoteżi ta’ bejgħ ta’ bastimenti kompletament f’posthom u aġġornati, fi stat tajjeb ta’ manutenzjoni u jaħdmu tajjeb fil-kundizzjonijiet kummerċjali normali.

(143)  Stmat għal EUR[…] miljun.

(144)  Ir-riskju ġudizzjarju huwa ġġustifikat mill-probabbiltà li l-istralċjarju ikun imġiegħel li jipproċedi malajr għall-bejgħ tal-bastimenti u b’effett ta’ konġestjoni tas-suq minħabba l-kapaċità limitata tiegħu ta’ assorbiment.

(145)  Rigward il-bini (inkluż l-uffiċċju prinċipali tal-SNCM), l-awtoritatjiet Franċiżi jispeċifikaw li l-valur ta’ stralċ magħżul huwa bbażat fuq l-evalwazzjoni ta’ espert fil-bini f’Novembru 2003 aġġornata bi +[…]% sabiex tiġi kkunsidrata ż-żieda fil-prezzijiet.

(146)  L-assi finanzjarji jikkonċernaw essenzjalment l-investimenti f’ekwità tal-SNCM f’Sudcargos, Aliso, CGTH, CMN u Ferrytour.

(147)  Dan l-oġġett fil-lista jikkonċerna essenzjalment xi krediti sovrani, b’mod partikolari il-kumpens għall-obbligi ta’ servizz pubbliku tax-xahar ta’ Settembru 2005 u l-ħlas lura tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali ta’ min iħaddem mill-Assedic għas-sena finanzjarja 2004.

Sorsi: rapport Oddo-Hastings, rapport tal-espert tal-Kummissjoni

(148)  Dan huwa obbligu stabbilit fl-Artikolu L.321-13 tal-kodiċi tax-xogħol li jipprevedi l-ħlas minn dak li jimpjega ta’ kumpens meta jitkeċċa impjegat ta’ għallinqas 50 sena.

(149)  Infiq għar-riġenerazzjoni tal-oqsma tax-xogħol (EUR[…] miljun), infiq tal-ftehimiet ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid (EUR[…] miljun), infiq tal-unit ta’ appoġġ u ta’ għajnuna għall-klassifikazzjoni mill-ġdid bl-isem “mobilità” (EUR[…] miljun).

(150)  Infiq għat-tkeċċija tal-persunal b’kuntratt SNCM issekondat lill-kumpaniji affiljati u tal-persunal tas-sussidjarji li sar l-istralċ tagħhom (EUR[…] miljun) u nfiq tal-kwistjonijiet relatati mat-terminu tal-kuntratti tax-xogħol u għat-talbiet ta’ kwalifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt tax-xogħol (EUR[…] miljun).

(151)  Fit-30 ta’ Settembru 2005, l-SNCM kienet qed tuża tliet bastimenti f’ħlas bin-nifs: l-NGV Liamone (fil-pussess ta’ EIG Véronique Bail), id-Danielle Casanova (EIG Joliette Bail) u l-Pascal Paoli (EIG Castellane Bail).

(152)  L-ipoteżijiet sottostanti għal din l-evalwazzjoni huma dawn li ġejjin:

l-SNCM twaqqaf il-kuntratti ta’ ħlas bin-nifs tagħha sat-30 ta’ Settembru 2005, li jfisser li l-bastimenti jiġu rritornati lill-propjetarji rispettivi tagħhom (EIG) u li ma titħallas ebda kirja,

l-opzjonijiet ta’ xiri ma jistgħux ikunu pprattikati,

il-bastimenti jinbiegħu mill-banek kredituri tal-EIG sat-30 ta’ Settembru 2005; id-dħul nett tal-bejgħ tal-bastimenti jintuża b’mod prijoritarju għall-ħlas tad-debiti bankarji u tat-taxxa.

(153)  Il-bastimenti Napoléon Bonaparte u Paglia Orba jiggarantixxu l-ammont tas-self għall-bastimenti li serva għall-finanzjament tagħhom.

(154)  Dan il-punt huwa relatat mal-użanza li permezz tagħha l-SNCM timpenja ruħha li tħallas parti mill-ispejjeż tal-assigurazzjoni supplementari favur il-pensjonanti tagħha.

(155)  Sakemm jispiċċa l-istralċ. It-telf temporanju għandu bħala ipoteżi sottostanti l-ħlas tal-impjegati f’xahar wieħed biss. Dan jikludi wkoll l-infiq ta’ żarmar tal-bastimenti f’pussess proprju, mhux imnaqqas mill-valur tal-assi. Dan l-infiq jikkorrispondi għall-waqfien tal-bastimenti fil-moll sakemm isir il-bejgħ tagħhom.

(156)  Id-debiti bla garanzija huma mqassma kif ġej: proviżjonijiet għal riskji u spejjeż (EUR[…] miljun), debiti relatati/ishma (EUR[…] miljun), fornituri tan-negozju (EUR[…] miljun), rappreżentazzjoni ġenerali (EUR[…] miljun), debiti tal-grupp u l-imsieħba (EUR[…] miljun), kont ta’ regolarizzazzjoni tad-debitu (EUR[…] miljun).

Sorsi: rapport Oddo-Hastings, rapport tal-espert tal-Kummissjoni

(157)  Minħabba l-użu intensiv mill-SNCM ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien fiss.

(158)  Fid-Deċiżjoni tagħha 2006/947/KE tas-7 ta’ Diċembru 2005 dwar l-għajnuna tal-Istat implimentata mill-Belġju favur l-ABX Logistics (ĠU L 383, 28.12.2006, p. 21), il-Kummissjoni indikat: “Il-Kummissjoni ma tinnegax li, f’ċerti każi eċċezzjonali, ċerti leġiżlazzjonijiet nazzjonali jipprevedu l-possibbiltà għal terzi li jduru kontra l-azzjonisti ta’ kumpanija li sar stralċ tagħha, b’mod partikolari jekk dawn l-azzjonisti jistgħu jiġu kkunsidrati bħala […] u/jew jekk għamlu xi żbalji fil-ġestjoni. Għaldaqstant, f’dan il-każ, anke jekk fil-liġi Franċiża teżisti possibbiltà bħal din u għalkemm l-awtoritajiet Belġjani pprovdew ċertu numru ta’ indikazzjonijiet dwar dan ir-riskju, dawn għadhom ma neħħewx biżżejjed id-dubji espressi, fil-każ inkwistjoni, meta saret l-estensjoni tal-proċedura f’April 2005. Il-Kummissjoni tikkonkludi li mhuwiex leġittimu f’dan il-każ, li jiġu inklużi mal-ispejjeż ta’ dan ix-xenarju t-EUR 58 miljun, relatati, skont l-awtoritajiet Belġjani, mar-riskju ta’ […]

(159)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna li Franza ddeċidiet li talloka lis-Société Marseillaise de crédit (ĠU C 49, 19.2.1997, p. 2).

(160)  jiġifieri l-valur aġġornat nett tar-riskju ta’ kundanna fil-futur, meta jiġi kkunsidrat il-fatt li l-persuni akkużati bħala responsabbli għad-debitu jkollhom jiddefendu ruħhom kontra allegazzjoni bħal din.

(161)  Liġi Nru 85-98 tal-25 ta’ Jannar 1985 dwar is-salvataġġ u l-istralċ ġudizzjarju tal-impriżi kkodifikata fil-Kodiċi tal-Kummerċ fl-Artikoli L620-1 u ta’ wara; Liġi Nru 2005-845 tas-26 ta’ Lulju 2005 dwar il-protezzjoni, is-salvataġġ u l-istralċ tal-impriżi, ikkodifikata fl-Artikoli 620-1 sa 670-8 tal-Kodiċi tal-Kummerċ.

(162)  Ix-xenarju ta’ riżoluzzjoni ta’ pjan ta’ protezzjoni mhuwiex applikabbli għall-każ inkwistjoni minħabba li l-Liġi tal-2005 daħlet fis-seħħ wara filwaqt li, fuq il-bażi tal-elementi li għandha l-Kummissjoni, xejn ma jippermetti li wieħed jikkonkludi li salvataġġ ġudizzjarju possibbli tal-SNCM kien ifalli.

(163)  Fit-termini tal-Liġijiet rilevanti, l-impriżi pubbliċi li għandhom statut taħt id-dritt privat jaqgħu taħt il-qasam ta’ applikazzjoni tal-liġijiet imsemmijin qabel li jirregolamentaw l-istralċ ġudizzjarju. Barra minn dan, il-leġiżlazzjoni tippermetti l-impenn tar-responsabbiltà tal-persuni legali ggvernati mil-liġi pubblika bħala diriġent fil-qafas ta’ azzjoni biex tagħmel tajjeb għad-debiti.

(164)  Il-ġurisprudenza Franċiża teżiġi mid-diriġent de facto li jkun għamel xi atti pożittivi ta’ ġestjoni jew ta’ direzzjoni b’mod rikorrenti.

(165)  Reazzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi għal ċerti osservazzjonijiet ppreżentati mill-SNCM (ara il-punt 172 ta’ din id-Deċiżjoni).

(166)  Huwa interessanti li wieħed jinnota li minbarra d-debiti tas-salarju klassiċi, hemm ukoll debiti tas-salarju ġuridiċi li s-sors tagħhom jinsab f’Deċiżjoni meħuda mill-ġuriżdizzjonijiet tat-Tribunal Industrijali. Fil-każ in kwistjoni, l-impjegat iressaq it-talba tiegħu quddiem il-ġuriżdizzjoni tat-Tribunal Industrijali biex jiġġudika l-validità tagħha u meta din it-talba tiġi aċċettata tkun imniżżla fid-dikjarazzjoni tad-debiti tal-kumpanija.

(167)  Sentenza tal-Qorti ta’ Kassazzjoni, it-30 ta’ Novembru 1993, Nru 91-20 554, Bull. civ. IV, Nru 440, p. 319.

(168)  Din l-evalwazzjoni saret minn Sorgem Evaluation Konsulent f’investimenti finanzjarji. L-awtur tal-evalwazzjoni, Maurice Nussenbaum, huwa espert finanzjarju fil-Qorti ta’ Appell ta’ Pariġi u approvat mill-Qorti ta’ Kassazzjoni.

(169)  Reazzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi għal ċerti osservazzjonijiet ppreżentati mill-SNCM (ara il-punt 174 ta’ din id-Deċiżjoni).

(170)  Reazzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi għal ċerti osservazzjonijiet ppreżentati mill-SNCM (ara il-punti 175 u 176 ta’ din id-Deċiżjoni).

(171)  Reazzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi għal ċerti osservazzjonijiet ppreżentati mill-SNCM (ara il-punti 175 u 176 ta’ din id-Deċiżjoni).

(172)  Bureau de Recherches Géologiques et Minières – Uffiċju għar-Riċerka Ġeologika u tal-Minjieri (BRGM).

(173)  Ara pereżempju s-sentenza tal-Qorti ta’ Kassazzjoni tas-6 ta’ Frar 2001 Nru 98-15129.

(174)  Ara b’mod partikolari ż-żewġ sentenzi li tat il-Qorti tal-Appell ta’ Rouen fit-22 ta’ Marzu 2005 – sentenza Nru RG 04/02549 Aspocomp Group Oyj u sentenza Nru RG 01/02667 – 04/02675.

(175)  Minħabba l-fatt li l-persuni akkużati li ssospendew b’mod żbaljat dan il-pjan kienu probabbilment jiddefendu ruħhom bil-qawwa biex ma jassumux ir-responsabbiltà tagħhom stess.

(176)  Cass. com., id-19 ta’ April 2005, Métaleurop.

(177)  Applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat KE għall-ishma reċiproki tal-awtoritajiet pubbliċi, Rapport KE 9/1984, punt 3.2. iii.

(178)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-12 ta’ Diċembru 2000, Alitalia vs Il-Kummissjoni (296/97, Ġabra, p. II-3871).

(179)  Ara pereżempju s-Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-12 ta’ Diċembru 1996, Air France vs Il-Kummissjoni (358/94, Ġabra pp. II-2109, punt 70).

(180)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 1990, Franza vs Il-Kummissjoni (301/87, Ġabra, pp. I-307, punt 40).

(181)  Ara l-komunikazzjoni dwar għajnuna possibbli inkluża fi proġett ta’ kontribuzzjonijiet ta’ kapitali pubbliċi fil-kapital ta’ Klöckner Stahl, ĠU C 390, 31.12.1994, p. 1.

(182)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Lulju 1996, SFEI (39/94, Ġabra, pp. I-3547, paragrafu 60).

(183)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 1990, Franza/Kummissjoni (301/87, Ġabra, pp. I-307, paragrafu 41).

(184)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ Settembru 2000, Confederación Española de Transporte de Mercancías (CETM) vs Il-Kummissjoni (55/99, Ġabra, p. II-03207, paragrafu 82).

(185)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Lulju 1974, L-Italja vs Il-Kummissjoni (173/73, Ġabra, 709, paragrafu 33).

(186)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Settembru 2001, HJ Banks (390/98, Ġabra, p. I-6117, paragrafu 33).

(187)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2004, Salzgitter vs Il-Kummissjoni (308/00, Ġabra p. II-1933, paragrafu 79). Ara wkoll il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli relatati mal-għajnuniet tal-Istat għall-miżuri li jaqgħu taħt is-sistema ta’ tassazzjoni diretta tal-impriżi (ĠU C 384, 10.12.1998, p. 3, punt 16).

(188)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2006, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni (88/03, Ġabra, p. I-7115, paragrafu 56).

(189)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline GmbH (143/99, Ġabra, p. I-8365, paragrafu 41).

(190)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2007 dwar ir-riforma tal-finanzjament tal-pensjonijiet fis-settur bankarju fil-Greċja (ĠU C 308, 19.12.2007, p. 9) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2007 dwar l-għajnuniet tal-Istat allokati minn Franza għal dak li għandu x’jaqsam mar-riforma tal-metodu ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-impjegati tal-Istat li jaħdmu ma’ La Poste (ĠU L 63, 7.3.2008, p. 16).

(191)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummisjoni tas-17 ta’ Lulju 2002 dwar is-Société française de production (ĠU C 71, 25.3.2003, p. 3). “Il-finanzjament mill-Istat ta’ pjan ta’ tnaqqis tal-impjegati li jippermetti lil impriża li teħles minn parti tal-persunal tagħha, mingħajr ma jkollha tħallas l-ispejjeż kollha, huwa vantaġġ selettiv li jista’jkun soġġett għall-projbizzjoni tal-għajnuniet tal-Istat. Min-naħa l-oħra, l-implimentazzjoni permezz ta’ fondi pubbliċi ta’ miżuri soċjali supplementari favur il-persunal imkeċċi, mingħajr ma dawn il-miżuri jħaffu lil dak li jimpjega mill-ispejjeż normali tiegħu, hija relatata mal-politika soċjali tal-Istati Membri u mhijiex għajnuna fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE. […] L-SFP ser tħallas l-ispejjeż kollha. Barra minn hekk, il-miżuri soċjali supplementari għall-profitt tal-persunal imkeċċi tal-SFP li ser ikunu implimentati meta l-persunal jitlaq l-impriża, ma tilliberax lil din tal-aħħar mill-obbligi tagħha u mhumiex għajnuna tal-Istat favur l-SFP.

(192)  Dan l-ammont huwa r-riżultat tad-differenza bejn l-ammont innotifikat b’mod effettiv (EUR 76 miljun) u l-ammont approvat bħala kumpens ta’ servizz pubbliku (EUR 53,48 miljun).

(193)  ĠU C 288, 9.10.1999, p. 2.

(194)  ĠU C 205, 5.7.1997, p. 5.

(195)  Ara l-punt 30 tal-linji gwida tal-2002.

(196)  Deċiżjoni msemmija qabel.

(197)  Il-provvisti regolamentati huma spejjeż li ddaħħlu fil-kontijiet b’applikazzjoni tar-regoli fiskali.

(198)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (482/99, Ġabra 2002, p.I-4397, paragrafu 71).

(199)  L-ewwel metodu alternattiv, ibbażat fuq il-kapitali proprji meħtieġa biex jiġi assigurat il-finanzjament tal-flotta eżistenti, jidher li mhux adattat minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Franċiżi użaw fil-kalkolu l-valur tax-xiri tal-flotta u mhux il-valur tas-suq fl-2002. Fil-fatt, jekk kumpanija ġdida kellha tinbena bl-istess flotta bħal dik tal-SNCM kif inhi llum, hija għandu jkollha kapitali proprji skont il-valur tax-xiri tal-bastimenti kollha u mhux skont il-valur tagħhom ta’ kostruzzjoni. Barra minn hekk, approċċ bħal dan ma kkunsidrax l-assi kbar l-oħra bħas-sistema komputerizzata ta’ riżervazzjoni jew il-bini tal-uffiċċju prinċipali.

It-tieni metodu alternattiv, ibbażat fuq l-ispejjeż mħallsa mill-SNCM, jidher li huwa aktar adattat għall-Kummissjoni. Madankollu il-Kummissjoni tixtieq tirrevedi l-ammont ta’ EUR 41,7 miljun tat-telf li sar qabel, b’mod partikolari biex jiġi kkunsidrat ir-riżultat 2002 u tal-uniku telf relatat mas-servizz ta’ trasport ta’ Korsika qabel l-1999.

(200)  Għandu jiġi osservat li l-espert indipendenti tal-Kummissjoni kkwantifika l-infiq reali tal-pjan għar-ristrutturar tal-2002 għal […] fuq il-bażi tal-kontatibilità tal-SNCM.

(201)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni (482/99, Ġabra 2002, p. I-4397, paragrafu 71).

(202)  Ara t-Tabella 2 ta’ din id-Deċiżjoni. Dan l-ammont jinkludi l-bejgħ tal-assi li sar bid-Deċiżjoni tal-2003, jiġifieri l-bejgħ tal-bastimenti Napoléon, Monte Rotondo u Liberté kif ukoll il-bejgħ tal-bini (kumpless ta’ bini Schuman u SCI Espace Schuman).

(203)  Ara l-punt 48 tal-linji gwida.

(204)  Ara l-Anness 1.

(205)  Għandu jiġi osservat li, fil-11 ta’ Diċembru 2007, sar konvenju għal Jean Nicoli bejn il-VT u xerrej terz għal trasferiment ta’ propjetà li sar f’April 2008.

(206)  Innotifikat lill-Kummissjoni b’ittra tat-23 ta’ Ġunju 2004.

(207)  Dan l-ammont jinkludi l-bejgħ tal-SCI Espace Schuman (EUR[…] miljun) li sar fl-24 ta’ Ġunju 2003, iżda ma jinkludix id-dħul nett ta’ bejgħ negattiv relatat mal-bejgħ tal-bastiment Aliso (EUR[…] miljun) li sar fit-30 ta’ Settembru 2004.

(208)  Il-bastiment Asco, is-sehem f’Sudcargos u l-kumpless ta’ bini.

(209)  Il-Kummissjoni temmen li, fil-qafas tal-evalwazzjoni tal-ħarsien tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-2003, wieħed għandu jikkunsidra l-prezzijiet iddikjarati, jiġifieri l-prezzijiet li jidhru fuq kull tip ta’ pubbliċità jew f’kull komunikazzjoni pubblika li l-SNCM tista’ tqassam. Din il-kundizzjoni ma tapplikax għall-prezzijiet tas-sistema ta’ reżervazzjoni komputerizzata tal-SNCM għax dawn it-tariffi huma, kemm għall-SNCM kif ukoll għall-kompetituri tagħha, soġġetti għal kwoti b’mod dinamiku mill-“yield management”. Il-konfigurazzjoni tas-sistemi ma tippermettix lil wieħed jinduna bid-disponibbiltà tat-tariffi speċjali tal-kompetituri tal-SNCM u, għalhekk, li jivverifika l-assenza ta’ price leadership fl-SNCM.

(210)  Fil-fatt jidher li, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi, l-SNCM qatt ma ddikjarat bejn id-9 ta’ Lulju 2003 u s-16 ta’ Marzu 2005 permezz tal-komunikazzjoni tagħha tal-kumpanija, bil-kampanji ta’ pubbliċità jew kwalunkwe dokument pubbliku, xi prezzijiet aktar baxxi minn dawk iddikjarati mill-kompetituri tagħha.

(211)  Dan l-ammont huwa id-differenza bejn il-ħtiġijiet netti ta’ fondi tal-SNCM (jiġifieri EUR 19,75 miljun) u d-dħul nett tal-bejgħ tal-assi li rriżulta mid-Deċiżjoni tal-2003 (jiġifieri EUR[…] miljun li jikkorrispondu għal bejgħ tal-bastiment Aliso u tal-ishma f’Southern Trader, Someca u Amadeus). Dan iwassal il-kontribuzzjoni f’kapital totali allokata mill-Istat lill-SNCM għal EUR 69,29 miljun.


ANNESS I

PARTI OPERATTIVA TAD-DEĊIŻJONI TAL-2003

Artikolu 1

L-għajnuna għar-ristrutturar li Franza qed tipprevedi li timplimenta favur is-Société Nationale Maritime Corse-Méditerranée (SNCM) hija kumpatibbli mas-suq komuni, bil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 2 sa 5.

Artikolu 2

L-SNCM għandha tastjeni ruħha, min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni u sal-31 ta’ Diċembru 2006, milli tixtri bastimenti ġodda u milli tiffirma kuntratti ta’ bini, ta’ ordni jew ta’ kiri għal bastimenti ġodda jew irranġati mil-ġdid.

L-SNCM tista’, min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni u sal-31 ta’ Diċembru 2006, topera l-11-il bastiment biss li diġà qegħdin fil-pussess tal-impriża SNCM, li huma: in-Napoléon Bonaparte, id-Danielle Casanova, l-Île de Beauté, il-Corse, il-Liamone, l-Aliso, il-Méditerranée, il-Pascal Paoli, il-Paglia Orba, il-Monte Cinto u il-Monte d’Oro.

Jekk l-SNCM jkollha tibdel, minħabba xi avvenimenti li huma indipendenti mill-volontà tagħha, wieħed mill-bastimenti tagħha qabel il-31 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni tkun tista’ tawtorizza dan it-tibdil fuq il-bażi ta’ notifika motivata kif dovut minn Franza.

Artikolu 3

Il-grupp SNCM għandu jbiegħ l-ishma kollha diretti u indiretti tiegħu fil-kumpaniji li ġejjin:

Amadeus France;

Il-Compagnie Corse Méditerranée;

Il-kumpanija tal-proprjetà Schuman;

Is-Société Méditerranéenne d’Investissements et de Participations;

Is-Someca.

Minflok tbiegħ l-ishma tagħha fis-Société Méditerranéenne d’Investissements et de Participations, l-SNCM tista’ tbiegħ l-uniċi assi ta’ din il-kumpanija, is-Southern Trader, u tagħlaq din is-sussidjarja.

Il-bejgħ jista’ jsir, bl-għażla tal-awtoritajiet Franċiżi, jew b’offerta pubblika ta’ bejgħ, jew b’sejħa għal proposti b’pubbliċità minn qabel li toffri żmien għal risposta ta’ għallinqas xahrejn.

Franza għandha tagħti lill-Kummissjoni l-provi tal-bejgħ kollu li sar. Jekk l-SNCM tirċievi numru żgħir ta’ offerti, hija ma tistax tinvoka dan il-fatt bħala raġuni biex ma jsirx il-bejgħ. Jekk ma jkunx hemm offerti u jekk Franza tkun tista’ tagħti evidenza li ttieħdu l-miżuri ta’ pubbliċità kollha meħtieġa, il-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel inċiż tkun ikkunsidrata li ġiet sodisfatta.

Artikolu 4

Għar-rotot kollha lejn Korsika, l-SNCM għandha tastjeni ruħha, min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni u sal-31 ta’ Diċembru 2006, milli jkollha politika tariffarja għat-tariffi ppubblikati, bl-għan li toffri prezzijiet aktar baxxi minn dawk tal-kompetituri kollha tagħha għal destinazzjonijiet u servizzi ekwivalenti u għall-istess dati.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni kull meta ssib li l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni ma jiġux sodisfatti, u b’mod partikolari l-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel paragrafu.

Il-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel paragrafu tiġi ssodisfata jekk kuljum l-orħos prezzijiet irriklamati mill-SNCM ikunu ogħla mill-orħos prezzijiet promozzjonali rriklamati minn kull kompetitur tagħha għal destinazzjonijiet u servizzi ekwivalenti.

Il-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel paragrafu ma tapplikax iżjed jekk il-prezzijiet tal-imsemmija kompetituri jaqbżu t-tariffi tal-SNCM li kienu fis-seħħ fis-sena ta’ referenza 1996, ikkoreġuti skont l-inflazzjoni.

Qabel it-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, Franza għandha tinforma lill-Kummissjoni bl-elementi kollha meħtieġa biex turi li din il-kundizzjoni tkun ġiet issodisfata fis-sena kalendarja ta’ qabel fir-rigward tal-vjaġġi kollha minn u lejn Korsika.

Artikolu 5

Skont l-impenji li daħlu għalihom l-awtoritajiet Franċiżi fil-pjan għar-ristrutturar, in-numru fis-sena ta’ vjaġġi bir-ritorn ta’ bastimenti fuq id-diversi rotot tal-baħar minn u lejn Korsika huwa sal-31 ta’ Diċembru 2006 limitat għal-livelli indikati fit-Tabella 3 ta’ din id-Deċiżjoni (1), ħlief għal raġunijiet eċċezzjonali li SNCM mhijiex reponsabbli għalihom iżda li jobbligawha tittrasferixxi vjaġġi bir-ritorn lejn portijiet oħra, u ħlief għal kull tibdil li jsir fl-obbligi ta’ servizz pubbliku tal-kumpannija.

Artikolu 6

Franza hija awtorizzata li tikkapitalizza mill-ġdid lill-SNCM permezz tal-ewwel ħlas ta’ EUR 66 miljun mid-data li fiha din id-Deċiżjoni tiġi nnotifikata.

Sal-aħħar tal-perijodu tar-ristrutturar, jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, fuq talba tal-awtoritajiet Franċiżi, li tawtorizza t-tieni ħlas lill-SNCM li jikkorrispondi għad-differenza bejn l-EUR 10 miljun li jibqa’ u d-dħul mill-bejgħ meħtieġ fl-Artikolu 3, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-artikolu.

Deċiżjoni bħal din tista’ tittieħed biss jekk l-azzjonijiet meħtieġa fl-Artikolu 3 ikunu twettqu, id-dħul mill-bejgħ ma jaqbiżx EUR 10 miljun u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2, 4 u 5 jiġu sodisfatti, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li tiftaħ, fejn xieraq, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali għan-nuqqas ta’ ħarsien ta’ waħda minn dawn il-kundizzjonijiet. Jekk dan ma jseħħx, it-tieni parti tal-għajnuna m’għandhiex titħallas.

Artikolu 7

Fi żmien sitt xhur mid-data li fiha din id-Deċiżjoni tiġi nnotifikata, Franza għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri li tkun ħadet sabiex tikkonforma magħha.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.


(1)  Ara l-Anness 2 ta’ din id-Deċiżjoni.


ANNESS II

TABELLA 3 TAD-DEĊIŻJONI TAL-2003

Żviluppi fl-offerta tal-SNCM

 

Numru ta’ vjaġġi

Postijiet offruti

Metri lineari offruti

2001

> 2003

2001

> 2003

2001

> 2003

Marsilja-Korsika

1 881

(…)

1 723 050

(…)

1 469 000

(…)

Toulon-Korsika

187

(…)

303 650

(…)

0

(…)

Golf ta’ Ġenova

1 768

(…)

1 708 700

(…)

0

(…)

Sub-Totali Ewropa

3 836

3 067

3 735 400

2 357 500

1 469 000

(…)

Magreb

302

372

444 000

635 000

0

0

Total

4 138

3 439

4 179 400

2 992 500

1 469 000

[…]