ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.223.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 223

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
26 ta' Awwissu 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 770/2009 tal-25 ta’ Awwissu 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 771/2009 tal-25 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigwrad ta’ ċerti standards tal-kummerċjalizzazzjoni fis-settur tal-frott u ħxejjex

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 772/2009 tal-25 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq it-tadam

20

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2009 tal-20 ta’ Awwissu 2009 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz f'VI; l-ilmijiet tal-KE ta' Vb; l-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali ta' XII u XIV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

22

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 774/2009 tal-25 ta' Awwissu 2009 li jemenda għall-112 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

24

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/112/KE tal-25 ta’ Awwissu 2009 li temenda d-Direttiva Kunsill 91/439/KEE dwar il-liċenzji tas-sewqan

26

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/113/KE tal-25 ta’ Awwissu 2009 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan

31

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

26.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 223/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 770/2009

tal-25 ta’ Awwissu 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Awwissu 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

33,6

XS

19,8

ZZ

26,7

0707 00 05

MK

33,2

TR

103,0

ZZ

68,1

0709 90 70

TR

107,8

ZZ

107,8

0805 50 10

AR

76,0

UY

94,9

ZA

67,3

ZZ

79,4

0806 10 10

EG

174,8

IL

86,7

TR

106,8

ZA

151,7

ZZ

130,0

0808 10 80

AR

114,4

BR

61,1

CL

82,9

NZ

85,6

US

95,4

UY

42,1

ZA

83,2

ZZ

80,7

0808 20 50

AR

113,9

CN

60,3

TR

130,3

ZA

102,4

ZZ

101,7

0809 30

TR

123,3

ZZ

123,3

0809 40 05

TR

90,9

ZZ

90,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


26.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 223/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 771/2009

tal-25 ta’ Awwissu 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigwrad ta’ ċerti standards tal-kummerċjalizzazzjoni fis-settur tal-frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 103a u l-Artikolu 121(a) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2) ġie emendat b’mod sinifikanti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1221/2008 (3) b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet għall-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. Madankollu, għandha tiġi kkjarifikata dispożizzjoni li għadha kif iddaħħlet għall-prodotti li għandhom jiġu eżentati mill-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni.

(2)

L-Artikolu 53(7) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jipprovdi li l-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għall-perjodu ta’ referenza għandu jiġi kkalkulat skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fil-perjodu ta’ referenza msemmi f’dak l-Artikolu. Ikun xieraq li dan il-prinċipju jiġi applikat ukoll għall-valur tal-produzzjoni kkumerċjalizzata minn gruppi tal-produtturi.

(3)

Fl-2008 il-Grupp ta’ Ħidma tal-Istandards tal-Kwalità Agrikola tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) irreveda l-istandards tal-UNECE għall-ħass, l-indivja bil-weraq mibrum u l-indivja bil-weraq wiesa’ (Batavian), il-lanġas u t-tadam. Sabiex jiġu evitati osktakli inutli għall-kummerċ, fejn jeżistu standards speċifiċi għall-frott u l-ħxejjex fil-livell Komunitarju, dawn l-istandards għandhom ikunu l-istess bħall-istandards tal-UNECE. Għalhekk, l-istandards speċifiċi għal dawk il-frott u l-ħxejjex ipprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandhom jinġiebu konformi mal-istandards ġodda tal-UNECE.

(4)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3(3b), il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

faqqiegħ mhux ikkultivat bil-kodiċi NM 0709 59”;

(2)

Fl-Artikolu 44, għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandu jiġi kkalkulat skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fir-rigward tal-perjodu li għalih tintalab l-għajnuna.”;

(3)

Il-Taqsimiet 4, 6 u 10 tat-Taqsima B tal-Anness I għandhom jiġu mibdula bit-test fit-Taqsimiet A, B u C fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Awwissu 2009

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 336, 13.12.2008, p. 1.


ANNESS

TAQSIMA A

Taqsima 4:   “ L-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni għall-ħass, l-indivja bil-weraq mibrum u l-indivja bil-weraq wiesa’ (Batavian)

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTTI

Dan l-istandard japplika għal:

ħass ta’ varjetajiet (kultivari) imkabbra minn:

Lactuca sativa L. var. capitata L. (ħass (kaboċċjat) inkluż ħass tat-tip ‘Cripshead’ u ‘Iceberg’),

Lactuca sativa L. var. longifolia Lam. (ħass Cos jew Romaine),

Lactuca sativa L. var. crispa L. (ħass għat-tqattigħ),

inkroċji ta’ dawn il-varjetajiet u

indivja bil-weraq mibrum tal-varjetajiet (kultivari) imkabbra miċ-Cichorium endivia L. var. crispum Lam. u

indivja (escaroles) bil-weraq wiesa’ (Batavian) tal-varjetajiet (kultivari) imkabbra miċ-Cichorium endivia L. var. latifolium Lam.

li għandhom jitfornew friski lill-konsumatur.

Dan l-istandard ma japplikax għall-prodotti maħsuba għall-ipproċessar industrijali, prodotti ppreżentati werqa werqa, ħass bl-għeruq jew ħass fil-qsari.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiġu ddefiniti r-rekwiżiti tal-kwalità tal-prodotti wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

A.   Rewkiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranza permessa, il-prodotti għandhom ikunu:

intatti

f’kundizzjoni tajba; prodotti affettwati minn tranġit jew taħsir li jagħmluhom mhux tajbin għall-konsum huma esklużi

imnaddfa, jiġifieri prattikament mingħajr ebda ħamrija jew kwalunkwe element ieħor li jikbru fih kif ukoll prattikament mingħajr l-ebda materja barranija oħra viżibbli

friski fid-dehra

prattikament ħielsa mill-organiżmi li jagħmlu l-ħsara

prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-organiżmi li jagħmlu l-ħsara

minfuħin

mhux fi stat li jinbidlu f’żerriegħa

ħielsa minn umdità esterna anormali

ħielsa minn kwalunkwe riħa u/jew togħma barranija.

Fil-każ tal-ħass, huwa permess telf ta’ lewn fl-aħmar, ikkaġunat minn temperatura baxxa matul it-tkabbir, sakemm ma jaffettwax b’mod serju d-dehra tal-prodott.

L-għeruq għandhom jiġu maqtugħa qrib il-bażi tal-weraq ta’ barra u l-qatgħa għandha tkun pulita.

Il-prodotti għandhom ikunu ta’ żvilupp normali. L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-prodotti għandhom ikunu tali li jippermettulhom:

jifilħu għat-trasport u l-ġarr

jaslu f’kundizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni.

B.   Klassifikazzjoni

Il-prodotti huma kklassifikati f’żewġ klassijiet, kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi I

Prodotti f’din il-klassi għandhom ikunu ta’ kwalità tajba. Għandhom ikunu karatteristiċi tal-varjetà jew it-tip kummerċjali, speċjalment fil-lewn.

Il-prodotti għandhom ikunu wkoll:

iffurmati sew

sodi, filwaqt li jitqiesu l-metodi tal-koltivazzjoni u t-tip ta’ prodott

ħielsa minn ħsara jew taħsir li ma jibqgħux tajbin għall-ikel

ħielsa minn ħsara mill-ġlata.

Il-ħass kaboċċjat għandu jkollu qalba waħda ffurmata sewwa. Iżda, fil-każ ta’ ħass kaboċċjat li jitkabbar taħt kenn, il-qalba tista’ tkun żgħira.

Il-ħass Cos għandu jkollu qalba, li tista’ tkun żgħira.

Il-qalba tal-indivja bil-weraq mibrum u tal-indivja bil-weraq wiesa’ (Batavian) għandha tkun ta’ lewn isfar.

(ii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi prodotti li ma jikkwalifikawx għall-inklużjoni fil-Klassi I, iżda li jissoddisfaw ir-rekwiżiti minimi speċifikati hawn fuq.

Il-prodotti għandhom ikunu:

raġonevolment iffurmati sew

ħielsa minn ħsara u taħsir li jistgħu, tant li b’mod serju ma jibqgħux tajbin għall-ikel.

Jistgħu jiġu permessi d-difetti li ġejjin sakemm il-prodotti jżommu l-karatteristiċi essenzjali tagħhom fejn jidħlu l-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

ftit telf ta’ lewn

ħsara ħafifa kkważata mill-organiżmi li jagħmlu l-ħsara.

Il-ħass kaboċċjat għandu jkollu qalba, li tista’ tkun żgħira. Iżda, fil-każ ta’ ħass kaboċċjat li jitkabbar taħt kenn, huwa permess li l-qalba tkun nieqsa.

Il-ħass Cos jista’ ma jkollux qalba.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs ikun iddeterminat mill-piż ta’ unità waħda.

A.   Piż minimu

Il-piż minimu għall-Klassijiet I u II huwa:

 

Imkabbra fil-beraħ

Imkabbra taħt kenn

Ħass kaboċċjat (barra mill-ħass tat-tip “Crisphead” u “Iceberg”) u l-ħass Cos jew Romaine (barra mill-ħass tat-tip “Little gem”)

150 g

100 g

Ħass tat-tip “Crisphead” u “Iceberg”

300 g

200 g

Ħass għat-tqattigħ u tat-tip “Little gem”

100 g

100 g

Indivja bil-weraq mibrum u indivja bil-weraq wiesa’

200 g

150 g

B.   Uniformità

(a)   Ħass

Fil-klassijiet kollha, id-differenza bejn l-eħfef u l-itqal unità f’kull pakkett ma għandhiex taqbeż:

l-40 g meta l-eħfef unità tiżen anqas minn 150 g kull unità

l-100 g meta l-eħfef unità tiżen bejn 150 g u 300 g kull unità

l-150 g meta l-eħfef unità tiżen bejn 300 g u 450 g kull unità

it-300 g meta l-eħfef unità tiżen aktar minn 450 g kull unità.

(b)   Indivja bil-weraq mibrum u bil-weraq wiesa’ (Batavian)

Fil-klassijiet kollha, id-differenza bejn l-eħfef u l-itqal unità f’kull pakkett ma għandhiex taqbeż it-300 g.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

It-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd tal-unitajiet, li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħqu dawk tal-Klassi II. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 1 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodott li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II u l-anqas ir-rekwiżiti minimi. Prodott affettwat minn tranġit jew taħsir li jagħmlu mhux tajjeb għall-konsum huwa eskluż.

(ii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd tal-unitajiet, li ma jissodisfawx la r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Prodotti affettwati minn tranġit jew taħsir li jagħmluhom mhux tajbin għall-konsum huma esklużi.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd tal-unitajiet, li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqs, iżda li l-piż tagħhom ma jkunux ivarja b’aktar jew b’anqas minn 10 % tad-daqs involut.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett għandu jkun uniformi u jkun fih biss prodotti tal-istess oriġini, varjetà jew tal-istess tip, kwalità u daqs kummerċjali.

Madankollu, tista’ tkun ippakkjata flimkien f’unità tal-bejgħ, taħlita ta’ prodotti ta’ lewn, varjetajiet u/jew tipi kummerċjali distintivament differenti (1), sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull lewn, varjetà u/jew tipi kummerċjali konċernat, fl-oriġini.

Madankollu, il-parti tal-kontenut tal-pakkett li tidher għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Ippakkjar

Il-prodotti għandhom jiġu ppakkjati b’mod li jitħarsu sew. Għandhom ikunu ppakkjati b’mod raġonevoli li jqis id-daqs u t-tip tal-ippakkjar, mingħajr spazji vojta jew tgħaffiġ.

Il-materjali wżati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodott. L-użu ta’ materjali, partikolarment tal-karta jew it-timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess sakemm l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla mhux tossika.

Il-pakketti ma għandu jkun fihom l-ebda materjal barrani.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (2) għandu jkollu d-dettalji li ġejjin f’ittri miġbura fuq l-istess naħa, leġġibbli u indelibbli, u viżibbli minn barra:

A.   Identifikazzjoni

Min ippakkja u/jew min Bagħat/ġarr:

L-isem u l-indirizz fiżiku (eż. it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż)

jew

marka ta’ kodiċi rrikonnoxxuta uffiċjalment mill-awtorità nazzjonali (3).

B.   Tip ta’ prodott

‘Ħass’, ‘ħass Butterhead’, ‘Batavia’, ‘ħass Iceberg’, ‘ħass Cos’, ‘ħass għat-tqattigħ’ (jew, per eżempju u jekk xieraq, ‘Oak Leaf’, ‘Lollo bionda’, ‘Lollo rossa’), ‘indivja bil-weraq mibrum’ jew ‘indivja bil-weraq wiesa’ (Batavian)’ jew kliem sinonimu ieħor jekk il-kontenut ma jkunx jidher minn barra

‘Little gem’ fejn xieraq jew sinonimi oħra

Indikazzjoni ‘imkabbra taħt kenn’, jew xi indikazzjoni oħra xierqa, fejn xieraq

Isem il-varjetà (fakultattiv)

Fil-każ ta’ unitajiet għall-bejgħ li jkun fihom taħlita ta’ kuluri, varjetajiet u/jew tipi kummerċjali ta’ prodott distintivament differenti, ‘Taħlita ta’ ħass’, jew denominazzjoni ekwivalenti. Jekk il-prodotti ma jkunux jidhru minn barra, il-kuluri, il-varjetajiet jew it-tipi kummerċjali tal-unitajiet għall-bejgħ għandhom ikunu indikati.

C.   Oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn tkabbru, jew isem in-nazzjon, ir-reġjun jew il-post lokali.

Fil-każ ta’ pakketti għall-bejgħ li jkun fihom taħlita ta’ lwien, varjetajiet u/jew tipi kummerċjali ta’ prodotti distintivament minn oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini jeħtiġilha tidher ħdejn isem il-kulur, il-varjetà u/jew it-tipi kummerċjali konċernati.

D.   Speċifikazzjonijiet kummerċjali

Klassi

Daqs, espress skont il-piż minimu għal kull unità jew l-għadd ta’ unitajiet

Piż nett (fakultattiv).

E.   Marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti ma għandhomx jinkludu indikazzjonijiet li jistgħu jiżgwidaw. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f’nota; li tkun f’pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.”

TAQSIMA B

Taqsima 6:   Standard tal-kummerċjalizzazzjoni għal-lanġas

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal-lanġas tal-varjetajiet (kultivari) imkabbra mill-Pyrus communis L. li jitfornow friski lill-konsumatur, esklużi l-lanġas għall-ipproċessar industrijali.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiġu ddefiniti r-rekwiżiti tal-kwalità tal-lanġas, wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, skont id-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-lanġas għandhom ikunu:

intatti

f’kundizzjoni tajba; prodotti affettwati minn tranġit jew taħsir li jagħmluhom mhux tajbin għall-konsum huma esklużi

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli

prattikament ħielsa mill-organiżmi li jagħmlu l-ħsara

ħielsa minn ħsara kkawżata mill-organiżimi li jagħmlu l-ħsara li taffettwa l-laħam

ħielsa minn umdità esterna anormali

ħielsa minn kwalunkwe riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-lanġas għandhom ikunu tali li jippermettulhom:

li komplu jsiru u jilħqu l-istat misjur meħtieġ skont il-karatteristiċi tal-varjetà

li jifilħu għat-trasport u l-ġarr

li jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Klassifikazzjoni

Il-lanġas huma kklassifikati fi tlett klassijiet iddefiniti kif ġej:

(i)   Klassi ‘Extra’

Il-lanġas f’din il-klassi għandhom ikunu ta’ kwalità superjuri. L-għamla, id-daqs u l-lewn, għandhom ikunu karatteristiċi tal-varjetà u z-zokk għandu jkun intatt.

Il-laħam għandu jkun f’kundizzjoni perfetta, u l-qoxra ħielsa minn ħmura samranija raffa.

Għandhom ikunu ħielsa minn difetti ħlief għal difetti superfiċjali ħfief sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-frotta, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

Il-lanġas ma għandhomx ikunu mrammla.

(ii)   Klassi I

Il-lanġas ta’ din il-klassi għandhom ikunu ta’ kwalità tajba. L-għamla, id-daqs u l-lewn, għandhom ikunu karatteristiċi tal-varjetà (4).

Il-laħam għandu jkun f’kundizzjoni perfetta, u l-qoxra ħielsa minn ħmura samranija raffa.

Id-difetti ħfief li ġejjin jistgħu, madankollu, jiġu permessi, fuq frott individwali sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma

difett żgħir fl-iżvilupp

difetti żgħar fil-lewn

difetti żgħar fil-qoxra li ma għandhomx ikunu aktar minn:

2 ċm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija

1 ċm2 tal-erja totali tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief l-iskorċa (Venturia pirina u V. inaequalis), li ma għandhiex teċċedi 0.25 ċm2 bħala erja totali

brix ħafif li l-erja tiegħu ma teċċedix 1 ċm2.

Iz-zokk jista’ jkollu ħsara żgħira.

Il-lanġas ma għandhomx ikunu mrammla.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi lanġas li ma jikkwalifikawx għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Il-laħam għandu jkun ħieles minn difetti kbar.

Jistgħu jiġu permessi d-difetti li ġejjin sakemm il-lanġas iżommu l-karatteristiċi essenzjali tagħhom fir-rigward tal-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma

difetti fl-iżvilupp

difetti fil-lewn

ftit ħmura samranija raffa,

id-difetti tal-qoxra ma għandhomx ikunu akbar minn:

4 ċm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija

2.5 ċm2 tal-erja totali tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief l-iskorċa (Venturia pirina u V. inaequalis), li ma għandhiex teċċedi aktar minn 1 ċm2 bħala erja totali

brix ħafif li l-erja tiegħu ma teċċedix 2 ċm2.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali.

Daqs minimu huwa meħtieġ għal kull klassi kif ġej:

 

‘Extra’

Klassi I

Klassi II

Varjetajiet ta’ frott kbir2

60 mm

55 mm

55 mm

Varjetajiet oħra

55 mm

50 mm

45 mm

Il-lanġas tas-sajf inklużi fl-anness għal dan l-istandard ma jeħtiġilhomx jissodisfaw d-daqs minimu.

Biex jiġi żgurat li jkun hemm uniformità tad-daqs fil-pakkett, id-differenza fid-dijametru bejn frott fl-istess pakkett għandha tkun ristretta għal:

5 mm għall-frott tal-Klassi ‘Extra’ u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f’ringieli u f’safef

10 mm għall-frott tal-Klassi I ippakkjat sfuż fil-pakkett jew fil-pakketti għall-konsumatur.

Ma hemmx limitu tal-uniformità tad-daqs għall-frott tal-Klassi II ippakkjat sfuż fil-pakkett jew fil-pakketti għall-konsumatur.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

It-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   KlassiExtra

Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-lanġas li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħqu dawk tal-Klassi I. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodott li jissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-lanġas li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħqu dawk tal-Klassi II. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 1 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodott li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-Klassi II u l-anqas ir-rekwiżiti minimi. Prodotti affettwati minn tranġit jew taħsir li jagħmluhom mhux tajbin għall-konsum huma esklużi. Lanġas mingħajr żokk ma humiex inklużi f’din it-tolleranza.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-lanġas li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Prodotti affettwati minn tranġit jew taħsir li jagħmluhom mhux tajbin għall-konsum huma esklużi.

Fil-limiti ta’ din it-tolleranza, huwa permess massimu ta’ 2 % fl-għadd jew fil-piż tal-frott li juri d-difetti li gejjin:

ħsara ħafifa jew xquq li ma fiqux

traċċi żgħar ħafna ta’ taħsir

il-preżenza ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara fuq l-intern u/jew ħsara fil-laħam ikkawżata minn organiżmi li jagħmlu l-ħsara.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha:

(a)

għal frott li huwa soġġett għar-regoli tal-uniformità, 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frott li jikkorrespondi għad-daqs immedjatament aktar jew inqas dak immarkat fuq il-pakkett, u għall-frott ikklassifikat fl-iżgħar grad hija permessa, varjazzjoni massima ta’ 5 mm inqas mill-minimu;

(b)

għal frott li mhuwiex soġġett għar-regoli tal-uniformità, 10 %, skont l-għadd jew il-piż, iżgħar mid-daqs minimu stipulat, b’varjazzjoni massima ta’ 5 mm iżgħar mid-daqs minimu.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontentut ta’ kull pakkett għandu jkun uniformi u jkun fih biss lanġas tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u daqs (jekk imkejlin) u misjurin l-istess.

Fil-każ tal-Klassi ‘Extra’, l-uniformità tapplika wkoll għal-lewn.

Madankollu, taħlita ta’ lanġas ta’ varjetajiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f’unità tal-bejgħ (5), sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà konċernata, fl-oriġini.

Madankollu, il-parti tal-kontenut li tidher tal-ippakkjar għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Ippakkjar

Il-lanġas għandhom ikunu ppakkjati b’tali mod li l-prodotti jkunu protetti sew.

Il-materjali wżati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. Jista’ jsir użu ta’ materjali, partikolarment il-karta jew it-timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali sakemm l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla mhux tossika.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra.

Il-pakketti ma għandu jkun fihom l-ebda materjal barrani.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (6) għandu juri d-dettalji li ġejjin b’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati leġġibbli u indellibbli, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Min ippakkja u/jew min Bagħat/ġarr:

L-isem u l-indirizz fiżiku (eż. it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż)

jew

marka ta’ kodiċi rrikonnoxxuta uffiċjalment mill-awtorità nazzjonali (7).

B.   Tip ta’ prodott

‘Lanġas’ jekk il-kontenut ma jkunx jidher minn barra.

Isem il-varjetà. Fil-każ ta’ unitajiet għall-bejgħ li fihom taħlita ta’ lanġas ta’ varjetajiet differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti.

C.   Oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġni u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn tkabbru, jew isem in-nazzjon, ir-reġjun jew il-post lokali. Fil-każ ta’ unitajiet għall-bejgħ li jkun fihom taħlita ta’ lanġas ta’ varjetajiet distintivament differenti ta’ oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà konċernata.

D.   Speċifikazzjonijiet kummerċjali

Klassi

Daqs jew, għal frott ippakkjat f’ringieli u safef, l-għadd ta’ unitajiet. Jekk l-identifikazzjoni hija skont id-daqs, din għandha tiġi espressa:

(a)

għal prodotti soġġetti għar-regoli tal-uniformità, skont id-dijametri minimi u massimi

(b)

għal prodotti li mhumiex soġġetti għar-regoli tal-uniformità, skont id-dijametru tal-iżgħar frotta fil-pakkett segwita bi “u akbar” jew denominazzjoni ekwivalenti jew, fejn xieraq, id-dijametru tal-ikbar frotta fil-pakkett.

E.   Marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta ikun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti ma għandhomx jinkludu indikazzjonijiet li jistgħu jiżgwidaw. Meta dawn il-pakketti jinġarru f’pelits, id-dettalji għandhom ikunu indikati f’nota li tkun f’post ovvju fuq tal-anqas żewġ naħat tal-palit.

Appendiċi

Kriterji tad-daqs għal-lanġas

K

=

Varjetà ta’ frott kbir

LS

=

Lanġas tas-sajf, li għalihom mhux meħtieġ daqs minimu.

Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetarjiet ta’ lanġas ta’ frotta kbira u tas-sajf

Frott żgħir u varjetajiet oħra li ma jidhrux fil-lista jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-daqs għal varjetajiet oħrajn kif deskritti fit-Taqsima III tal-istandard.

Uħud mill-varjetajiet elenkati fil-lista li ġejja jistgħu jiġu kkummerċjalizzati b’ismijiet li għalihom intalbet jew inkisbet protezzjoni tat-trademark f’pajjiż jew aktar. L-ewwel u t-tieni kolonna tat-tabella ta’ hawn taħt ma humiex intiżi li jinkludu dawn l-ismijiet kummerċjali. Referenzi għal trademarks magħrufa ġew inklużi fit-tielet kolonna għal skopijiet ta’ tagħrif biss.

Varjetà

Sinonimi

Isem kummerċjali

Daqs

Abbé Fétel

Abate Fetel

 

K

Abugo o Siete en Boca

 

 

LS

Aka

 

 

LS

Alka

 

 

K

Alsa

 

 

K

Amfora

 

 

K

Alexandrine Douillard

 

 

K

Bergamotten

 

 

LS

Beurré Alexandre Lucas

Lucas

 

K

Beurré Bosc

Bosc, Beurré d’Apremont, Empereur Alexandre, Kaiser Alexander

 

K

Beurré Clairgeau

 

 

K

Beurré

Hardenpont

 

K

Beurré Giffard

 

 

LS

Beurré précoce Morettini

Morettini

 

LS

Blanca de Aranjuez

Agua de Aranjuez, Espadona, Blanquilla

 

LS

Carusella

 

 

LS

Castell

Castell de Verano

 

LS

Colorée de Juillet

Bunte Juli

 

LS

Comice rouge

 

 

K

Concorde

 

 

K

Condoula

 

 

LS

Coscia

Ercolini

 

LS

Curé

Curato, Pastoren, Del cura de Ouro, Espadon de invierno, Bella de Berry, Lombardia de Rioja, Batall de Campana

 

K

D’Anjou

 

 

K

Dita

 

 

K

D. Joaquina

Doyenné de Juillet

 

LS

Doyenné d’hiver

Winterdechant

 

K

Doyenné du Comice

Comice, Vereinsdechant

 

K

Erika

 

 

K

Etrusca

 

 

LS

Flamingo

 

 

K

Forelle

 

 

K

Général Leclerc

 

Amber Grace™

K

Gentile

 

 

LS

Golden Russet Bosc

 

 

K

Grand champion

 

 

K

Harrow Delight

 

 

K

Jeanne d’Arc

 

 

K

Joséphine

 

 

K

Kieffer

 

 

K

Klapa Mīlule

 

 

K

Leonardeta

Mosqueruela, Margallon, Colorada de Alcanadre, Leonarda de Magallon

 

LS

Lombacad

 

Cascade®

K

Moscatella

 

 

LS

Mramornaja

 

 

K

Mustafabey

 

 

LS

Packham’s Triumph

Williams d’Automne

 

K

Passe Crassane

Passa Crassana

 

K

Perita de San Juan

 

 

LS

Pérola

 

 

LS

Pitmaston

Williams Duchesse

 

K

Précoce de Trévoux

Trévoux

 

LS

Président Drouard

 

 

K

Rosemarie

 

 

K

Suvenirs

 

 

K

Santa Maria

Santa Maria Morettini

 

LS

Spadoncina

Agua de Verano, Agua de Agosto

 

LS

Taylors Gold

 

 

K

Triomphe de Vienne

 

 

K

Vasarine Sviestine

 

 

K

Williams Bon Chrétien

Bon Chrétien, Bartlett, Williams, Summer Bartlett

 

K

TAQSIMA C

Taqsima 10:   L-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni għat-tadam

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal tadam ta’ varjetajiet (kultivari) imkabbrin mill-Lycopersicum esculentum Mill li għandu jitforna frisk lill-konsumatur, eskluż it-tadam għall-ipproċessar industrijali.

It-tadam jista’ jiġi kklassifikat f’erba’ tipi kummerċjali:

‘tond’

‘ċatt (imfellel)’

‘bżenguli’ jew ‘tawwali’

tadam ‘cherry’ (inkluż it-tadam tal-‘cocktail’)

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

Il-għan tal-istandard huwa li jiġu ddefiniti r-rekwiżiti tal-kwalità tat-tadam wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

A.   Rewkiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, it-tadam għandu jkun:

intatt

f’kundizzjoni tajba, prodotti affettwati mit-tranġit jew it-taħsir b’tali mod li jkunux tajbin għall-konsum huma esklużi

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli

frisk fid-dehra

prattikament ħieles mill-organiżmi li jagħmlu l-ħsara

ħieles minn ħsara kkawżata mill-organiżmi li jagħmlu l-ħsara li taffettwa l-laħam

ħieles minn umdità esterna anormali

ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma barranija.

Fil-każ ta’ tadam fl-għenieqed, iz-zkuk għandhom ikunu friski, f’kundizzjoni tajba, nodfa u ħielsa mill-weraq kollha u minn kull materjal barrani viżibbli.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tat-tadam għandhom ikunu tali li jippermettulu:

li jiflaħ għat-trasport u l-ġarr

li jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Klassifikazzjoni

It-tadam huwa kklassifikat fi tliet kategoriji kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi ‘Extra’

It-tadam ta’ din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità superjuri. Għandu jkollu laħam sod u l-forma, id-dehra u l-iżvilupp għandhom ikunu karatteristiċi tal-varjetà.

Lewnu, skont l-istat misjur tiegħu, għandu jkun tali li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-aħħar subparagrafu tal-paragrafu A ta’ hawn fuq.

Għandu jkun ħieles mid-dwawar ħodor u difetti oħra, għajr difetti superfiċjali ħfief ħafna, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

It-tadam ta’ din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità tajba. Għandu jkun raġjonevolment sod u karatteristiku tal-varjetà.

Għandu jkun ħieles minn qsim u dwawar ħodor viżibbli. Id-difetti żgħar segwenti, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma

difetti żgħar fil-lewn

difetti żgħar fil-qoxra

brix ħafif ħafna.

Barra minn hekk, it-tadam ‘ċatt (imfellel)’ jista’ jkollu:

xquq li fiequ u mhux itwal minn 1 ċm

mingħajr protuberanzi eċċessivi

żokra żgħira iżda mingħajr tapp (niexef bħal sufra)

tapp (niexef bħal sufra) mal-istigma sa 1 ċm2

barxa fina tal-fjura f’għamla tawwalija (bħal ħjata), iżda mhux itwal minn żewġ terżi tal-akbar dijametru tal-frotta.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi t-tadam li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Għandu jkun raġjonevolment sod (iżda jista’ jkun kemxejn anqas sod minn tal-Klassi I) u ma għandux juri xquq li ma għalqux.

Jistgħu jitħallew id-difetti li ġejjin, sakemm it-tadam iżomm il-karatteristiċi essenzali tiegħu rigward il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma, fl-iżvilupp u l-lewn

difetti jew brix fil-qoxra, sakemm il-frott ma jkunx affettwat serjament

xquq imfejqa ta’ mhux aktar minn 3 ċm tul għat-tadam tond, ċatt (imfellel) jew bżenguli.

Barra minn hekk, it-tadam ‘ċatt (imfellel)’ jista’ jkollu:

protuberanzi iktar qawwija minn dawk permessi fil-Klassi I, imma mingħajr ma’ jitilfu l-forma tagħhom

żokra

tapp (niexef bħal sufra) mal-istigma sa 2 ċm2

barxa fina tal-fjura f’għamla tawwalija (bħal ħjata).

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs jiġi ddeterminat skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali, skont il-piż, jew skont l-għadd.

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma għandhomx japplikaw għat-tadam fl-għenieqed, u huma fakultattivi għall-Klassi II.

Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fid-daqs:

(a)

Id-differenza massima fid-dijametru bejn it-tadam fl-istess pakkett ma għandhiex tkun aktar minn:

10 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun inqas minn 50 mm

15 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun ta’ 50 mm u aktar iżda inqas minn 70 mm

20 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun ta’ 70 mm u aktar iżda inqas minn 100 mm

ma hemmx limitu għad-differenza fid-dijametru għal frott ta’ 100 mm jew aktar.

Fil-każ li jkunu applikati kodiċijiet għad-daqs, għandhom jintużaw il-kodiċijiet u l-firxiet fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tad-daqs

Dijametru (mm)

0

≤ 20

1

> 20 ≤ 25

2

> 25 ≤ 30

3

> 30 ≤ 35

4

> 35 ≤ 40

5

> 40 ≤ 47

6

> 47 ≤ 57

7

> 57 ≤ 67

8

> 67 ≤ 82

9

> 82 ≤ 102

10

> 102

(b)

Għal tadam imkejjel skont il-piż jew l-għadd, id-differenza fid-daqs għandha tkun konsistenti ma’ (a).

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

It-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi ‘Extra’

Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħaq dawk tal-Klassi I. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodotti li jissodisfaw r-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-Klassi II. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 1 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodotti li la jissodisfaw r-rekwiżiti tal-Klassi II u l-anqas ir-rekwiżiti minimi. Prodotti affettwati minn tranġit jew taħsir li jagħmluhom mhux tajbin għall-konsum huma esklużi. Fil-każ tal-għenieqed tat-tadam, 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam maqtugħ miz-zokk.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam li la jissodisfa ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Prodotti affettwati minn tranġit jew taħsir li jagħmluhom mhux tajbin għall-konsum huma esklużi. Fil-każ tal-għenieqed tat-tadam, 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam maqtugħ miz-zokk.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam li d-daqs tiegħu huwa immedjatement akbar jew iżgħar minn dak speċifikat.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu fih biss tadam tal-istess oriġini, varjetà, jew tip kummerċjali, kwalità, u daqs (jekk ikun tkejjel).

L-istat imsajjar u l-lewn tat-tadam fil-Klassi ‘Extra’ u l-Klassi I għandhom ikunu prattikament uniformi. Barra minn hekk, it-tul tat-tadam ‘bżenguli’ għandu jkun uniformi biżżejjed.

Madankollu, tista’ tkun ippakkjata flimkien f’unità tal-bejgħ taħlita ta’ tadam ta’ lewn, varjetajiet u/jew tipi kummerċjali distintivament differenti (8), sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull lewn, varjetà u/jew tip kummerċjali konċernat, fl-oriġini.

Madankollu, il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Ippakkjar

It-tadam għandu jkun ippakkjat b’tali mod li l-prodotti jkunu protetti kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, partikolarment tal-karta jew it-timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess sakemm l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla mhux tossika.

Il-pakketti ma għandu ikun fihom l-ebda materjal barrani.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (9) għandu jkollu d-dettalji li ġejjin f’ittri miġbura fuq l-istess naħa, stampati leġibbli u indelibbli u viżibbli minn barra:

A.   Identifikazzjoni

Min ippakkja u/jew min Bagħat/ġarr:

L-isem u l-indirizz fiżiku (eż. it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż)

jew

marka ta’ kodiċi rrikonnoxxuta uffiċjalment mill-awtorità nazzjonali (10).

B.   Tip ta’ prodott

‘Tadam’ jew ‘għenieqed tat-tadam’ u t-tip kummerċjali jekk il-kontenuti ma jkunux jidhru minn barra. Dawn id-dettalji dejjem għandhom ikunu pprovduti għat-tadam ‘cherry’ (jew ‘cocktail’), kemm jekk f’għenieqed kif ukoll jekk le.

‘Taħlita ta’ tadam’, jew denominazzjoni ekwivalenti, fil-każ ta’ unitajiet għall-bejgħ li jkun fihom taħlita ta’ lwien, varjetajiet u/jew tipi kummerċjali ta’ tadam distintivament differenti. Jekk il-prodotti ma jkunux jidhru minn barra, l-ilwien, il-varjetajiet jew it-tipi kummerċjali tal-unitajiet għall-bejgħ għandhom ikunu indikati.

Isem il-varjetà (fakultattiv).

C.   Oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn tkabbru, jew isem in-nazzjon, ir-reġjun jew il-post lokali.

Fil-każ ta’ pakketti għall-bejgħ li jkun fihom taħlita ta’ kuluri, varjetajiet u/jew tipi kummerċjali ta’ tadam distintivament differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini jeħtiġilha tidher ħdejn isem il-lewn, il-varjetà u/jew it-tip kummerċjali konċernati.

D.   Speċifikazzjonijiet kummerċjali

Klassi

Id-daqs (jekk imkejjel), espress f’dijametri minimi u massimi.

E.   Marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta ikun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti ma għandhomx jinkludu indikazzjonijiet li jistgħu jiżgwidaw. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f’nota; li tkun f’pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.


(1)  L-unità tal-bejgħ għandha tkun maħsuba biex tinxtara sħiħa.

(2)  L-unitajiet tal-pakketti tal-prodotti ppakkjati minn qabel għall-bejgħ direttament lill-konsumatur ma għandhomx ikunu soġġetti għal dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar iżda għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti nazzjonali. Madankollu, l-immarkar imsemmi għandu f’kull każ ikun jidher fuq l-ippakkjar tat-trasport li jkun fih dawn l-unitajiet ta’ pakketti.

(3)  Il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ għadd ta’ pajjiżi teħtieġ id-dikjarazzjoni espliċita tal-isem u l-indirizz. Madankollu, fil-każ fejn tintuża marka ta’ kodiċi, ir-referenza ‘min ippakkja u/jew min bagħat (jew taqsiriet ekwivalenti)’ għandha tkun indikata b’rabta mill-qrib mal-marka tal-kodiċi, u qabel il-marka tal-kodiċi għandu jkun hemm il-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż li jagħraf, jekk mhux tal-pajjiż tal-oriġini.

(4)  Lista mhux eżawrijenti ta’ varjetajiet ta’ lanġas bi frott kbir u tas-sajf hija inkluża fl-Anness għal dan l-istandard.

(5)  L-unità tal-bejgħ għandha tkun maħsuba biex tinxtara sħiħa.

(6)  L-unitajiet tal-pakketti tal-prodotti ppakkjati minn qabel għall-bejgħ direttament lill-konsumatur ma għandhomx ikunu soġġetti għal dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar iżda għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti nazzjonali. Madankollu, l-immarkar imsemmi għandu f’kull każ ikun jidher fuq l-ippakkjar tat-trasport li jkun fih dawn l-unitajiet ta’ pakketti.

(7)  Il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ għadd ta’ pajjiżi teħtieġ id-dikjarazzjoni espliċita tal-isem u l-indirizz. Madankollu, fil-każ fejn tintuża marka ta’ kodiċi, ir-referenza ‘min ippakkja u/jew min bagħat (jew taqsiriet ekwivalenti)’ għandha tkun indikata b’rabta mill-qrib mal-marka tal-kodiċi, u qabel il-marka tal-kodiċi għandu jkun hemm il-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż li jagħraf, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini.

(8)  L-unità tal-bejgħ għandha tkun maħsuba biex tinxtara sħiħa.

(9)  ‘L-unitajiet tal-pakketti tal-prodott ippakkjati minn qabel għall-bejgħ direttament lill-konsumatur ma għandhomx ikunu soġġetti għal dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar iżda għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti nazzjonali. Madankollu, l-immarkar imsemmi għandu f’kull każ ikun jidher fuq l-ippakkjar tat-trasport li jkun fih dawn l-unitajiet ta’ pakketti’.

(10)  Il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ għadd ta’ pajjiżi teħtieġ id-dikjarazzjoni espliċita tal-isem u l-indirizz. Madankollu, fil-każ fejn tintuża marka ta’ kodiċi, ir-referenza ‘min ippakkja u/jew min bagħat (jew taqsiriet ekwivalenti)’ għandha tkun indikata b’rabta mill-qrib mal-marka tal-kodiċi, u qabel il-marka tal-kodiċi għandu jkun hemm il-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż li jagħraf, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini.”


26.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 223/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 772/2009

tal-25 ta’ Awwissu 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq it-tadam

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [(Ir-Regolament dwar l-OKS Unika)] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (2) jistipula sorveljanza tal-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness XVII għalih. Dik is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(2)

Għall-għanijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż matul is-Serje tal-Urugwaj ta’ negozjati multilaterali dwar il-kummerċ u fid-dawl tal-aħħar dejta disponibbli għall-2006, l-2007 u l-2008, il-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali tat-tadam għandhom jiġu aġġustati.

(3)

B’riżultat ta’ dan, ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jinbidel bit-test muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS XVII

DAZJI TA’ IMPORTAZZJONI ADDIZZJONALI: TITOLU IV, KAPITOLU II, TAQSIMA 2

Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata li tkun indikativa biss. L-ambitu tad-dazji addizzjonali għall-finijiet ta’ dan l-Anness huwa ddeterminat mill-ambitu tal-kodiċijiet NM kif jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Nru tas-Serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Perjodu tal-iskattar

Livell tal-iskattar

(tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

l-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju

415 907

78.0020

l-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

40 107

78.0065

0707 00 05

Ħjar

l-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru

19 309

78.0075

l-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April

17 223

78.0085

0709 90 80

Qaqoċċ

l-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju

16 421

78.0100

0709 90 70

Zukkini

l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

65 893

78.0110

0805 10 20

Larinġ

l-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju

700 277

78.0120

0805 20 10

Klementin

l-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

385 569

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolin (inklużi t-tangerines u s-satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili

l-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

95 620

78.0155

0805 50 10

Lumi

l-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru

329 947

78.0160

l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju

61 422

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

il-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru

89 140

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu

824 442

78.0180

l-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

327 526

78.0220

0808 20 50

Lanġas

l-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April

223 485

78.0235

l-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru

70 116

78.0250

0809 10 00

Berquq

l-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

5 785

78.0265

0809 20 95

Ċiras, ħlief għaċ-ċiras qares

il-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu

133 425

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż nuċiprisk

il-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

131 459

78.0280

0809 40 05

Għanbaqar

il-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

129 925 ”


26.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 223/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 773/2009

tal-20 ta’ Awwissu 2009

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz f'VI; l-ilmijiet tal-KE ta' Vb; l-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali ta' XII u XIV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2009.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2009.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandu jkun ipprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.


ANNESS

Nru

7/T&Q

Stat membru

Franza

Stokk

COD/561214

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

VI; l-ilmijiet tal-KE ta' Vb; l-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali ta' XII u XIV

Data

1.7.2009


26.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 223/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 774/2009

tal-25 ta' Awwissu 2009

li jemenda għall-112 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi s-sekwestru ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-10 ta’ Awwissu 2009, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandhom jitħassru:

(1)

Ali Ghaleb Himmat. Indirizz: (a) Via Posero 2, CH-6911 Campione D’Italia, l-Italja (b) postijiet oħrajn fl-Italja, (c) is-Sirja. Data tat-twelid: 16.6.1938. Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja. Ċittadinanza: Taljana mill-1990.

(2)

Mustapha Nasri Ben Abdul Kader Ait El Hadi. Data tat-twelid: 5.3.1962. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuneżija. Ċittadinanza: Alġerina (b) Ġermaniża. Tagħrif ieħor: iben Abdelkader u Amina Aissaoui. Residenti f'Bonn, il-Ġermanja, minn Frar 1999.


DIRETTIVI

26.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 223/26


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/112/KE

tal-25 ta’ Awwissu 2009

li temenda d-Direttiva Kunsill 91/439/KEE dwar il-liċenzji tas-sewqan

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE tad-29 ta’ Lulju 1991 dwar il-liċenzji tas-sewqan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7a(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-rekwiżiti minimi tal-idonejità medika għas-sewqan mhumiex armonizzati għalkollox. L-Istati Membri jistgħu jimponu standards aktar stretti mir-rekwiżiti minimi Ewropej, kif stipulati fl-Anness III fil-punt 5 tad-Direttiva 91/439/KEE.

(2)

Peress li l-eżistenza ta’ rekwiżiti differenti fi Stati Membri differenti tista’ taffettwa l-prinċipju ta’ moviment liberu l-Kunsill talab speċifikament għal reviżjoni tal-istandards mediċi għal-liċenzjar tas-sewwieqa kif stipulat fl-Anness III għad-Direttiva 91/439/KEE fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Ġunju 2000.

(3)

F’konformità ma’ din ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill, il-Kummissjoni issuġġeriet li għandu jkun hemm ħidma fuq perjodu ta’ żmien medju u twil sabiex jiġi adattat l-Anness III għall-progress xjentifiku u tekniku kif stipulat fl-Artikolu 7a(2) tad-Direttiva 91/439/KEE.

(4)

Il-vista, id-dijabete u l-epilessija ġew identifikati bħala kundizzjonijiet mediċi li jaffettwaw l-idonejità għas-sewqan li kien meħtieġ li jiġu kkunsidrati; għal dan il-għan twaqqfu gruppi ta’ ħidma li fihom hemm speċjalisti magħżula mill-Istati Membri.

(5)

Dawn il-gruppi ta’ ħidma pproduċew rapporti sabiex jiġu aġġornati l-punti rilevanti tal-Anness III għad-Direttiva 91/439/KEE.

(6)

Id-Direttiva 91/439/KEE għandha, għalhekk, tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-liċenzji tas-sewqan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III għad-Direttiva 91/439/KEE ġie emendat kif muri fl-Anness.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn sena mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza dakinhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 237, 24.8.1991, p. 1.


ANNESS

L-Anness III għad-Direttiva 91/439/KEE hu emendat kif ġej:

(1)

Il-punt 6 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“VISTA

6.

L-applikanti kollha għal liċenzja tas-sewqan għandhom jgħaddu minn investigazzjoni xierqa sabiex jiġi żgurat li għandhom vista ċara biżżejjed sabiex isuqu vetturi bil-mutur. Fejn ikun hemm raġuni ta’ dubju jekk il-vista tal-applikant hix adegwata, dan/din għandu/għandha jiġi/tiġi eżaminat/a minn awtorità medika kompetenti. F’dan l-eżami għandha tingħata attenzjoni, b’mod partikolari, għal dan li ġej: l-akutezza fil-vista, il-kamp viżiv, il-vista f’dawl newwiemi, is-sensittività għad-dija u l-kuntrast, id-diplopija u funzjonijiet oħra tal-vista li jistgħu jikkompromettu s-sewqan sikur.

Għas-sewwieqa tal-Grupp 1, il-liċenzja tista’ tingħata f’‘każijiet eċċezzjonali’ fejn il-livell tal-kamp jew tal-akutezza fil-vista ma jkunux intlaħqu; f’każijiet bħal dawn is-sewwieq għandu jsirlu eżami minn awtorità medika kompetenti sabiex jintwera li m’hemm l-ebda ħsara oħra fil-funzjoni tal-vista, inklużi s-sensittività għad-dija u l-kuntrast u l-vista f’dawl newwiemi. Is-sewwieq jew l-applikant għandu wkoll isirlu test prattiku pożittiv minn awtorità kompetenti.

Grupp 1:

6.1.

L-applikanti għal-liċenzja tas-sewqan jew għat-tiġdid ta’ din il-liċenzja għandu jkollhom akutezza binokulari fil-vista, bil-lentijiet korrettivi jekk meħtieġa, ta’ mill-inqas 0,5 meta jintużaw iż-żewġ għajnejn flimkien.

Barra minn hekk, il-firxa orizzontali tal-vista għandha tkun ta’ mhux inqas minn 120 grad, l-estensjoni għandha tkun tal-inqas 50 grad fuq il-lemin u fuq ix-xellug u 20 grad ‘il fuq u ‘l isfel. Ma għandux ikun hemm difetti f’radju mill-20 grad ċentrali.

Meta tinstab jew tiġi ddikjarata marda progressiva tal-għajnejn, jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu l-liċenzji tas-sewqan bil-kundizzjoni li l-applikant isirlu eżami regolari minn awtorità medika kompetenti.

6.2.

L-applikanti għal-liċenzja tas-sewqan, jew għat-tiġdid ta’ tali liċenzja, li jkollhom telf funzjonali totali tal-vista f’għajn waħda jew li jużaw għajn waħda biss (eż. fil-każ tad-diplopija) għandu jkollhom akutezza fil-vista ta’ mill-inqas 0,5, bil-lentijiet korrettivi jekk meħtieġa. L-awtorità medika kompetenti għandha tiċċertifika li din il-kundizzjoni ta’ vista monokulari kienet ilha teżisti biżżejjed hekk li tippermetti l-addattament u li l-kamp viżiv f’din l-għajn jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 6.1.

6.3.

Wara żvilupp reċenti tad-diplopija jew wara t-telf ta’ vista f’għajn waħda, għandu jkun hemm perjodu ta’ adattament xieraq (pereżempju sitt xhur), li matulhom mhux permess sewqan. Wara dan il-perjodu, is-sewqan ikun permess biss wara opinjoni favorevoli mingħand esperti tal-vista u tas-sewqan.

Grupp 2:

6.4.

L-applikanti għal-liċenzja tas-sewqan jew għat-tiġdid ta’ tali liċenzja għandu jkollhom akutezza fil-vista, bil-lentijiet korrettivi jekk meħtieġa, ta’ mill-inqas 0,8 fl-aħjar għajn u ta’ mill-inqas 0,1 fl-agħar għajn. Jekk jintużaw lentijiet korrettivi biex jintlaħqu l-valuri ta’ 0,8 u 0.1, l-akutezza minima (0,8 u 0,1) għandha tintlaħaq jew b’korrezzjoni permezz ta’ nuċċali b’qawwa ta’ mhux aktar minn + tmien dijopteri, jew bl-għajnuna ta’ lentijiet tal-kuntatt. Il-korrezzjoni jeħtieġ li tkun ittollerata sew.

Barra minn hekk, il-kamp orizzontali tal-vista biż-żewġ għajnejn għandha tkun ta’ mhux inqas minn 160 grad, l-estensjoni għandha tkun tal-inqas 70 grad fuq il-lemin u fuq ix-xellug u 30 grad ‘il fuq u ‘l isfel. Ma għandux ikun hemm difetti f’radju mit-30 grad ċentrali.

Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li jsofru minn sensittività għall-kuntrast imnaqqsa jew minn diplopija.

Wara telf sostanzjali ta’ vista minn għajn waħda, għandu jkun hemm perjodu ta’ adattament xieraq (pereżempju sitt xhur), li matulhom il-persuna ma titħalliex issuq. Wara dan il-perjodu, is-sewqan ikun permess biss wara opinjoni favorevoli mingħand esperti tal-vista u tas-sewqan.”

(2)

Il-punt 10 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“DIABETES MELLITUS

10.

Fil-paragrafi li ġejjin, ipogliċemija severa tfisser li hi meħtieġa l-għajnuna ta’ persuna oħra u ipogliċemija rikorrenti hija definita bħala t-tieni ipogliċemija severa matul perjodu ta’ 12-il xahar.

Grupp 1:

10.1.

Il-liċenzji tas-sewqan għall-applikanti jew għas-sewwieqa li jsofru minn diabetes mellitus jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu. Meta jkunu qed jiġu ttrattati b’mediċina, għandhom ikunu suġġetti għal opinjoni medika awtorizzata u reviżjoni medika regolari, kif xieraq għal kull każ, iżda l-intervall ma għandux ikun ta’ iktar minn ħames snin.

10.2.

La għandhom jinħarġu u lanqas jiġġeddu l-liċenzji tas-sewqan għall-applikanti jew għas-sewwieqa li għandhom ipogliċemija rikorrenti severa u/jew għarfien ħażin tal-ipogliċemija. Sewwieq bid-dijabete għandu juri għarfien tar-riskju tal-ipogliċemija u kontroll xieraq tal-kundizzjoni.

Grupp 2:

10.3.

Tista’ tingħata kunsiderazzjoni għall-ħruġ/tiġdid ta’ liċenzji tal-Grupp 2 għal sewwieqa bid-diabetes mellitus. Meta jkunu qed jiġu ttrattati b’mediċina li għandha r-riskju li ġġib l-ipogliċemija (jiġifieri, bl-insulina u xi pilloli), il-kriterji li ġejjin għandhom japplikaw:

ma kien hemm l-ebda avveniment ta’ ipogliċemija severa fl-aħħar 12-il xahar,

is-sewwieq huwa totalment konxju mill-ipogliċemija,

is-sewwieq għandu juri kontroll adegwat tal-kundizzjoni permezz ta’ monitoraġġ regolari taz-zokkor fid-demm, tal-inqas darbtejn kuljum u f’ħinijiet rilevanti għas-sewqan,

is-sewwieq għandu juri għarfien tar-riskji tal-ipogliċemija,

m’hemm l-ebda kumplikazzjoni oħra tad-dijabete li tipprojbixxi s-sewqan.

Barra minn hekk, f’dawn il-każijiet, tali liċenzji għandhom jinħarġu skont l-opinjoni ta’ awtorità medika kompetenti u vista medika regolari, li ssir f’intervalli ta’ mhux iktar minn tliet snin.

10.4.

Avveniment ta’ ipogliċemija severa waqt li wieħed ikun imqajjem, anke jekk ma jkunx relatat mas-sewqan, għandu jkun irrappurtat u għandu jagħti lok għall-valutazzjoni mill-ġdid tal-istat tal-liċenzja.”

(3)

Il-punt 12 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“EPILESSIJA

12.

L-attakki epilettiċi jew disturbi oħra għall-għarrieda fl-istat tal-koxjenza huma ta’ periklu serju għas-sikurezza fuq it-triq jekk iseħħu meta persuna tkun qiegħda ssuq vettura li taħdem bil-mutur.

L-epilessija hija definita bħala żewġ attakki epilettiċi jew aktar b’inqas minn ħames snin bejn kull attakk. Attakk epilettiku pprovokat huwa ddefinit bħala attakk li ġie kkawżat minn fattur rikonoxxut li jista’ jiġi evitat.

Persuna li kellha attakk inizjali jew iżolat jew telf ta’ koxjenza għandha tingħata l-parir li ma ssuqx. Ikun meħtieġ rapport ta’ speċjalista li jistabbilixxi l-perjodu li tulu s-sewqan se jkun ipprojbit u s-segwitu rikjest.

Huwa estremament importanti li s-sindromu speċifiku tal-epilessija tal-persuna u t-tip ta’ attakk ikunu identifikati biex tkun tista’ ssir evalwazzjoni xierqa tas-sikurezza tas-sewqan tal-persuna (inkluż ir-riskju ta’ attakki ulterjuri) u t-terapija xierqa li għandha tingħata. Dan għandu jsir minn newrologu.

Grupp 1:

12.1.

Is-sewwieqa evalwati taħt il-grupp 1 bl-epilessija għandu jkollhom il-liċenzja riveduta sakemm għal tal-inqas ħames snin ma jkun tahom l-ebda attakk.

Jekk il-persuna għandha l-epilessija, il-kriterji għal liċenzja mingħajr kundizzjonijiet ma jkunux intlaħqu. L-Awtorità tal-Liċenzji għandha tiġi nnotifikata.

12.2.

Attakki ta’ epilessija provokati: l-applikant li kellu attakk ta’ epilessija provokat minħabba fattur provokattiv rikonoxxut li x’aktarx ma jerġax iseħħ waqt li jkun qed isuq jista’ jiġi ddikjarat li jista’ jsuq fuq bażi individwali, skont opinjoni newroloġika (il-valutazzjoni għandha tkun, fejn xieraq, f’konformità ma’ taqsimiet oħra tal-Anness III, eż. fil-każ ta’ alkoħol jew komorbidità oħra).

12.3.

L-ewwel attakk jew attakk individwali mhux provokat: l-applikant li kellu l-ewwel attakk mhux provokat ta’ epilessija jista’ jiġi ddikjarat li jista’ jsuq wara perjodu ta’ sitt xhur mingħajr attakki, jekk kien hemm valutazzjoni medika xierqa. L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jħallu sewwieqa b’indikaturi pronostiċi rikonoxxuti tajbin isuqu qabel.

12.4.

Telf ieħor ta’ koxjenza: It-telf ta’ koxjenza għandu jiġi vvalutat skont ir-riskju li dan jerġa’ jiġri waqt is-sewqan.

12.5.

Epilessija: Is-sewwieqa jew l-applikanti jistgħu jiġu ddikkjarati tajbin biex isuqu wara perjodu ta’ sena mingħajr attakki ulterjuri.

12.6.

Attakki li jseħħu esklussivament waqt l-irqad: L-applikant jew is-sewwieq li qatt ma bata minn attakki ħlief waqt l-irqad jista’ jiġi ddikjarat tajjeb biex isuq sakemm dan il-mudell ġie stabbilit għal perjodu li ma għandux ikun inqas mill-perjodu ta’ mingħajr attakki meħtieġ għall-epilessija. Jekk iseħħ attakk waqt li wieħed ikun imqajjem, ikun meħtieġ perjodu ta’ sena mingħajr avveniment ieħor qabel ma tingħata l-liċenzja (ara ‘Epilessija’).

12.7.

Attakki mingħajr ma tiġi affettwata l-koxjenza jew il-kapaċità li taġixxi: L-applikant jew is-sewwieq li qatt ma bata minn attakki ħlief minn attakki li ġie muri esklussivament li la jaffettwaw il-koxjenza u lanqas ma jikkawżaw xi tfixkil funzjonali jista’ jiġi ddikjarat tajjeb biex isuq sakemm dan il-mudell ġie stabbilit għal perjodu li ma għandux ikun inqas mill-perjodu ta’ mingħajr attakki meħtieġ għall-epilessija. Jekk iseħħ kull tip ta’ attakk ieħor, ikun meħtieġ perjodu ta’ sena mingħajr avveniment ieħor qabel ma tingħata l-liċenzja (ara ‘Epilessija’).

12.8.

Attakki minħabba tibdil li sar min-naħa tat-tabib jew tnaqqis tat-terapija kontra l-epilessija: Il-pazjent jista’ jingħata l-parir biex ma jsuqx mill-bidu tal-perjodu tal-irtirar ‘il quddiem għal perjodu ta’ sitt xhur wara li jitwaqqaflu t-trattament. L-attakki li jseħħu waqt tibdil fuq parir tat-tabib jew irtirar ta’ mediċina jeħtieġu tliet xhur mingħajr sewqan jekk jerġa’ jibda t-trattament li kien effettiv qabel.

12.9.

Wara operazzjoni ta’ kura għall-epilessija: ara ‘Epilessija’.

Grupp 2:

12.10.

L-applikant għandu jkun mingħajr mediċina kontra l-epilessija għall-perjodu meħtieġ mingħajr attakki. Kien hemm segwitu mediku xieraq. Waqt investigazzjoni newroloġika estensiva, l-ebda patoloġija tal-moħħ ma ġiet stabbilita u m’hemm l-ebda attività epilettika fuq l-elettroenċefalogramm (EEG). Għandhom isiru EEG u valutazzjoni newroloġika xierqa wara episodju akut.

12.11.

Attakki ta’ epilessija provokati: L-applikant li kellu attakk provokat ta’ epilessija minħabba fattur provokattiv rikonoxxut li x’aktarx ma jerġax iseħħ waqt li jkun qed isuq jista’ jiġi ddikjarat kapaċi jsuq fuq bażi individwali, skont opinjoni newroloġika. Għandhom isiru EEG u valutazzjoni newroloġika xierqa wara episodju akut.

Persuna b’ferita strutturali intraċerebrali li għandha riskju akbar ta’ attakki ma għandhiex tkun tista’ ssuq vetturi tal-grupp 2 sakemm ir-riskju tal-epilessija ma jkunx niżel għal mill-inqas 2 % kull sena. Il-valutazzjoni għandha tkun, jekk xieraq, f’konformità mat-taqsimiet l-oħra rilevanti tal-Anness III (eż. fil-każ tal-alkoħol).

12.12.

L-ewwel attakk jew attakk individwali mhux provokat: l-applikant li kellu l-ewwel attakk ta’ epilessija mhux provokat jista’ jiġi ddikjarat li jista’ jsuq meta jgħaddu ħames snin mingħajr attakki ulterjuri mingħajr l-għajnuna ta’ drogi kontra l-epilessija, jekk kien hemm valutazzjoni newrloġika xierqa. L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jħallu sewwieqa b’indikaturi pronostiċi rikonoxxuti tajbin isuqu qabel.

12.13.

Telf ieħor ta’ koxjenza: It-telf ta’ koxjenza għandu jiġi vvalutat skont ir-riskju li dan jerġa’ jseħħ waqt is-sewqan. Ir-riskju li jerġa’ jseħħ għandu jkun ta’ 2 % kull sena jew inqas.

12.14.

Epilessija: Għandhom jgħaddu 10 snin mingħajr attakki ulterjuri mingħajr l-għajnuna ta’ drogi kontra l-epilessija. L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jħallu sewwieqa b’indikaturi pronostiċi rikonoxxuti tajbin isuqu qabel. Dan japplika wkoll f’każ ta’ ‘epilessija fil-minorenni’.

Ċertu mard (eż. malformazzjoni arterjovenuża jew emorraġija intraċerebrali) joħolqu riskju akbar ta’ attakki, anke jekk l-attakki jkunu għadhom ma seħħux. F’sitwazzjoni bħal din, għandha ssir valutazzjoni minn awtorità medika kompetenti; ir-riskju li jkun hemm attakk għandu jkun ta’ 2 % kull sena jew inqas sabiex tingħata l-liċenzja.”


26.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 223/31


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/113/KE

tal-25 ta’ Awwissu 2009

li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

Ir-rekwiżiti minimi tal-idonejità medika għas-sewqan mhumiex armonizzati għalkollox. L-Istati Membri jistgħu jimponu standards aktar stretti mir-rekwiżiti minimi Ewropej, kif stipulati fl-Anness III fil-punt 5 tad-Direttiva 2006/126/KE.

(2)

Peress li l-eżistenza ta’ rekwiżiti differenti fi Stati Membri differenti tista’ taffettwa l-prinċipju ta’ moviment liberu l-Kunsill talab speċifikament għal reviżjoni tal-istandards mediċi għal-liċenzjar tas-sewwieqa fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Ġunju 2000.

(3)

F’konformità ma’ din ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill, il-Kummissjoni issuġġeriet li għandu jkun hemm ħidma fuq perjodu ta’ żmien medju u twil sabiex jiġi adattat l-Anness III għall-progress xjentifiku u tekniku kif stipulat fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2006/126/KE.

(4)

Il-vista, id-dijabete u l-epilessija ġew identifikati bħala kundizzjonijiet mediċi li jaffettwaw l-idonejità għas-sewqan u li kien meħtieġ li jiġu kkunsidrati; għal dan il-għan twaqqfu gruppi ta’ ħidma li fihom hemm speċjalisti magħżula mill-Istati Membri.

(5)

Dawn il-gruppi ta’ ħidma pproduċew rapporti sabiex jiġu aġġornati l-punti rilevanti tal-Anness III għad-Direttiva 2006/126/KE.

(6)

Id-Direttiva 2006/126/KE għandha, għalhekk, tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-liċenzji tas-sewqan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III għad-Direttiva 2006/126/KE ġie emendat kif muri fl-Anness.

Artikolu 2

(1)   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn sena mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza dakinhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir it-tali referenza.

(2)   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, il-25 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 403, 30 12.2006, p. 18.


ANNESS

L-Anness III għad-Direttiva 2006/126/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-punt 6 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“VISTA

6.

L-applikanti kollha għal liċenzja tas-sewqan għandhom jgħaddu minn investigazzjoni xierqa sabiex jiġi żgurat li għandhom vista ċara biżżejjed sabiex isuqu vetturi bil-mutur. Fejn ikun hemm raġuni ta’ dubju dwar jekk il-vista tal-applikant hix adegwata, dan/din għandu/għandha jiġi/tiġi eżaminat/a minn awtorità medika kompetenti. F’dan l-eżami għandha tingħata attenzjoni, b’mod partikolari, għal dan li ġej: l-akutezza fil-vista, il-kamp viżiv, il-vista f’dawl newwiemi, is-sensittività għad-dija u l-kuntrast, id-diplopija u funzjonijiet oħra tal-vista li jistgħu jikkompromettu s-sewqan sikur.

Għas-sewwieqa tal-Grupp 1, il-liċenzja tista’ tingħata f′‘każijiet eċċezzjonali’ fejn l-istandard tal-kamp jew tal-akutezza fil-vista ma jkunux intlaħqu; f’każijiet bħal dawn is-sewwieq għandu jsirlu eżami minn awtorità medika kompetenti sabiex jintwera li m’hemm l-ebda ħsara oħra fil-funzjoni tal-vista, inklużi s-sensittività għad-dija u l-kuntrast u l-vista f’dawl newwiemi. Is-sewwieq jew l-applikant għandu wkoll isirlu test prattiku pożittiv minn awtorità kompetenti.

Grupp 1:

6.1.

L-applikanti għal-liċenzja tas-sewqan jew għat-tiġdid ta’ din il-liċenzja għandu jkollhom akutezza binokulari fil-vista, bil-lentijiet korrettivi jekk meħtieġa, ta’ mill-inqas 0,5 meta jintużaw iż-żewġ għajnejn flimkien.

Barra minn hekk, il-firxa orizzontali tal-vista għandha tkun ta’ mhux inqas minn 120 grad, l-estensjoni għandha tkun tal-inqas 50 grad fuq il-lemin u fuq ix-xellug u 20 grad ‘il fuq u ‘l isfel. Ma għandux ikun hemm difetti f’radju mill-20 grad ċentrali.

Meta tinstab jew tiġi ddikjarata marda progressiva tal-għajnejn, jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu l-liċenzji tas-sewqan bil-kundizzjoni li l-applikant isirlu eżami regolari minn awtorità medika kompetenti.

6.2.

L-applikanti għal-liċenzja tas-sewqan, jew għat-tiġdid ta’ tali liċenzja, li jkollhom telf funzjonali totali tal-vista f’għajn waħda jew li jużaw għajn waħda biss (eż. fil-każ tad-diplopija) għandu jkollhom akutezza fil-vista ta’ mill-inqas 0,5, bil-lentijiet korrettivi jekk meħtieġa. L-awtorità medika kompetenti għandha tiċċertifika li din il-kundizzjoni ta’ vista monokulari kienet ilha teżisti biżżejjed hekk li tippermetti l-addattament u li l-kamp tal-vista f’din l-għajn jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 6.1.

6.3.

Wara żvilupp reċenti tad-diplopija jew wara t-telf ta’ vista f’għajn waħda, għandu jkun hemm perjodu ta’ adattament xieraq (pereżempju sitt xhur), li matulhom mhux permess sewqan. Wara dan il-perjodu, is-sewqan ikun permess biss wara opinjoni favorevoli mingħand esperti tal-vista u tas-sewqan.

Grupp 2:

6.4.

L-applikanti għal-liċenzja tas-sewqan jew għat-tiġdid ta’ tali liċenzja għandu jkollhom akutezza fil-vista, bil-lentijiet korrettivi jekk meħtieġa, ta’ mill-inqas 0,8 fl-aħjar għajn u ta’ mill-inqas 0,1 fl-agħar għajn. Jekk jintużaw lentijiet korrettivi biex jintlaħqu l-valuri ta’ 0,8 u 0,1, l-akutezza minima (0,8 u 0,1) għandha tintlaħaq jew b’korrezzjoni permezz ta’ nuċċali b’qawwa ta’ mhux aktar minn + tmien dijopteri, jew bl-għajnuna ta’ lentijiet tal-kuntatt. Il-korrezzjoni jeħtieġ li tkun ittollerata sew.

Barra minn hekk, il-kamp orizzontali tal-vista biż-żewġ għajnejn għandha tkun ta’ mhux inqas minn 160 grad, l-estensjoni għandha tkun tal-inqas 70 grad fuq il-lemin u fuq ix-xellug u 30 grad ’il fuq u ’l isfel. Ma għandux ikun hemm difetti f’radju mit-30 grad ċentrali.

Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li jsofru minn sensittività għall-kuntrast imnaqqsa jew minn diplopija.

Wara telf sostanzjali ta’ vista minn għajn waħda, għandu jkun hemm perjodu ta’ adattament xieraq (pereżempju sitt xhur), li matulhom il-persuna ma titħalliex issuq. Wara dan il-perjodu, is-sewqan ikun permess biss wara opinjoni favorevoli mingħand esperti tal-vista u tas-sewqan.”

(2)

Il-punt 10 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“DIABETES MELLITUS

10.

Fil-paragrafi li ġejjin, ipogliċemija severa tfisser li hi meħtieġa l-għajnuna ta’ persuna oħra u ipogliċemija rikorrenti hija ddefinita bħala t-tieni ipogliċemija severa matul perjodu ta’ 12-il xahar.

Grupp 1:

10.1.

Il-liċenzji tas-sewqan għall-applikanti jew għas-sewwieqa li jsofru minn diabetes mellitus jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu. Meta jkunu qed jiġu ttrattati b’mediċina, għandhom ikunu suġġetti għal opinjoni medika awtorizzata u reviżjoni medika regolari, kif xieraq għal kull każ, iżda l-intervall ma għandux ikun ta’ iktar minn ħames snin.

10.2.

La għandhom jinħarġu u lanqas jiġġeddu l-liċenzji tas-sewqan għall-applikanti jew għas-sewwieqa li għandhom ipogliċemija rikorrenti severa u/jew għarfien ħażin tal-ipogliċemija. Sewwieq bid-dijabete għandu juri għarfien tar-riskju tal-ipogliċemija u kontroll xieraq tal-kundizzjoni.

Grupp 2:

10.3.

Tista’ tingħata kunsiderazzjoni għall-ħruġ/it-tiġdid ta’ liċenzji tal-Grupp 2 għal sewwieqa bid-diabetes mellitus. Meta jkunu qed jiġu ttrattati b’mediċina li għandha r-riskju li ġġib l-ipogliċemija (jiġifieri, bl-insulina u xi pilloli), il-kriterji li ġejjin għandhom japplikaw:

ma kien hemm l-ebda avveniment ta’ ipogliċemija severa fl-aħħar 12-il xahar,

is-sewwieq huwa totalment konxju mill-ipogliċemija,

is-sewwieq għandu juri kontroll adegwat tal-kundizzjoni permezz ta’ monitoraġġ regolari taz-zokkor fid-demm, tal-inqas darbtejn kuljum u f’ħinijiet rilevanti għas-sewqan,

is-sewwieq għandu juri għarfien tar-riskji tal-ipogliċemija,

m’hemm l-ebda kumplikazzjoni oħra tad-dijabete li tipprojbixxi s-sewqan.

Barra minn hekk, f’dawn il-każijiet, tali liċenzji għandhom jinħarġu skont l-opinjoni ta’ awtorità medika kompetenti u vista medika regolari, li ssir f’intervalli ta’ mhux iktar minn tliet snin.

10.4.

Avveniment ta’ ipogliċemija severa waqt li wieħed ikun imqajjem, anke jekk ma jkunx relatat mas-sewqan, għandu jkun irrappurtat u għandu jagħti lok għall-valutazzjoni mill-ġdid tal-istat tal-liċenzja.”

(3)

Il-punt 12 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“EPILESSIJA

12.

L-attakki epilettiċi jew disturbi oħra għall-għarrieda fl-istat ta’ koxjenza huma ta’ periklu serju għas-sikurezza fit-triq jekk iseħħu meta persuna tkun qiegħda ssuq vettura li taħdem bil-mutur.

L-epilessija hija ddefinita bħala żewġ attakki epilettiċi jew aktar b’inqas minn ħames snin bejn kull attakk. Attakk epilettiku pprovokat huwa ddefinit bħala attakk li ġie kkawżat minn fattur rikonoxxut li jista’ jiġi evitat.

Persuna li kellha attakk inizjali jew iżolat jew telf ta’ koxjenza għandha tingħata l-parir li ma ssuqx. Ikun meħtieġ rapport ta’ speċjalista li jistabbilixxi l-perjodu li tulu s-sewqan se jkun ipprojbit u s-segwitu rikjest.

Huwa estremament importanti li s-sindromu speċifiku tal-epilessija tal-persuna u t-tip ta’ attakk ikunu identifikati biex tkun tista’ ssir evalwazzjoni xierqa tas-sikurezza tas-sewqan tal-persuna (inkluż ir-riskju ta’ attakki ulterjuri) u t-terapija xierqa li għandha tingħata. Dan għandu jsir minn newrologu.

Grupp 1:

12.1.

Is-sewwieqa evalwati taħt il-grupp 1 bl-epilessija għandu jkollhom il-liċenzja riveduta sakemm għal tal-inqas ħames snin ma jkun tahom l-ebda attakk.

Jekk il-persuna għandha l-epilessija, il-kriterji għal liċenzja mingħajr kundizzjonijiet ma jkunux intlaħqu. L-Awtorità tal-Liċenzji għandha tiġi nnotifikata.

12.2.

Attakki ta’ epilessija provokati: l-applikant li kellu attakk ta’ epilessija provokat minħabba fattur provokattiv rikonoxxut li x’aktarx ma jerġax iseħħ waqt li jkun qed isuq jista’ jiġi ddikjarat li jista’ jsuq fuq bażi individwali, skont opinjoni newroloġika (il-valutazzjoni għandha tkun, fejn xieraq, f’konformità ma’ taqsimiet oħra tal-Anness III, eż. fil-każ ta’ alkoħol jew komorbidità oħra).

12.3.

L-ewwel attakk jew attakk individwali mhux provokat: l-applikant li kellu l-ewwel attakk mhux provokat ta’ epilessija jista’ jiġi ddikjarat li jista’ jsuq wara perjodu ta’ sitt xhur mingħajr attakki, jekk kien hemm valutazzjoni medika xierqa. L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jħallu sewwieqa b’indikaturi pronostiċi rikonoxxuti tajbin isuqu qabel.

12.4.

Telf ieħor ta’ koxjenza: It-telf ta’ koxjenza għandu jiġi vvalutat skont ir-riskju li dan jerġa’ jiġri waqt is-sewqan.

12.5.

Epilessija: Is-sewwieqa jew l-applikanti jistgħu jiġu ddikkjarati tajbin biex isuqu wara perjodu ta’ sena mingħajr attakki ulterjuri.

12.6.

Attakki li jseħħu esklussivament waqt l-irqad: L-applikant jew is-sewwieq li qatt ma bata minn attakki ħlief waqt l-irqad jista’ jiġi ddikjarat tajjeb biex isuq sakemm dan il-mudell ġie stabbilit għal perjodu li ma għandux ikun inqas mill-perjodu ta’ mingħajr attakki meħtieġ għall-epilessija. Jekk iseħħ attakk waqt li wieħed ikun imqajjem, ikun meħtieġ perjodu ta’ sena mingħajr avveniment ieħor qabel ma tingħata l-liċenzja (ara ‘Epilessija’).

12.7.

Attakki fejn il-koxjenza jew il-kapaċità li taġixxi ma jiġux affettwati: L-applikant jew is-sewwieq li qatt ma bata minn attakki ħlief minn attakki fejn intwera esklussivament li la jaffettwaw il-koxjenza u lanqas ma jikkawżaw xi tfixkil funzjonali jista’ jiġi ddikjarat tajjeb biex isuq sakemm dan il-mudell ġie stabbilit għal perjodu li ma għandux ikun inqas mill-perjodu ta’ mingħajr attakki meħtieġ għall-epilessija. Jekk iseħħ kull tip ta’ attakk ieħor, ikun meħtieġ perjodu ta’ sena mingħajr avveniment ieħor qabel ma tingħata l-liċenzja (ara ‘Epilessija’).

12.8.

Attakki minħabba tibdil li sar min-naħa tat-tabib jew tnaqqis tat-terapija kontra l-epilessija: Il-pazjent jista’ jingħata l-parir biex ma jsuqx mill-bidu tal-perjodu tal-irtirar ‘il quddiem għal perjodu ta’ sitt xhur wara li jitwaqqaflu t-trattament. L-attakki li jseħħu waqt tibdil fuq parir tat-tabib jew irtirar ta’ mediċina jeħtieġu tliet xhur mingħajr sewqan jekk jerġa’ jinbeda t-trattament li kien effettiv qabel.

12.9.

Wara operazzjoni ta’ kura għall-epilessija: ara ‘Epilessija’.

Grupp 2:

12.10.

L-applikant għandu jkun mingħajr mediċina kontra l-epilessija għall-perjodu meħtieġ mingħajr attakki. Kien hemm segwitu mediku xieraq. Waqt investigazzjoni newroloġika estensiva, l-ebda patoloġija tal-moħħ ma ġiet stabbilita u m’hemm l-ebda attività epilettika fuq l-elettroenċefalogramm (EEG). Għandhom isiru EEG u valutazzjoni newroloġika xierqa wara episodju akut.

12.11.

Attakki ta’ epilessija provokati: L-applikant li kellu attakk provokat ta’ epilessija minħabba fattur provokattiv rikonoxxut li x’aktarx ma jerġax iseħħ waqt li jkun qed isuq jista’ jiġi ddikjarat li jista’ jsuq fuq bażi individwali, skont opinjoni newroloġika. Għandhom isiru EEG u valutazzjoni newroloġika xierqa wara episodju akut.

Persuna b’ferita strutturali intraċerebrali li għandha riskju akbar ta’ attakki ma għandhiex tkun tista’ ssuq vetturi tal-grupp 2 sakemm ir-riskju tal-epilessija ma jkunx niżel għal mill-inqas 2 % kull sena. Il-valutazzjoni għandha tkun, jekk xieraq, f’konformità mat-taqsimiet l-oħra rilevanti tal-Anness III (eż. fil-każ tal-alkoħol).

12.12.

L-ewwel attakk jew attakk individwali mhux provokat: l-applikant li kellu l-ewwel attakk ta’ epilessija mhux provokat jista’ jiġi ddikjarat li jista’ jsuq meta jgħaddu ħames snin mingħajr attakki ulterjuri mingħajr l-għajnuna ta’ drogi kontra l-epilessija, jekk kien hemm valutazzjoni newroloġika xierqa. L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jħallu sewwieqa b’indikaturi pronostiċi rikonoxxuti tajbin isuqu qabel.

12.13.

Telf ieħor ta’ koxjenza: It-telf ta’ koxjenza għandu jiġi vvalutat skont ir-riskju li dan jerġa’ jseħħ waqt is-sewqan. Ir-riskju li jerġa jseħħ għandu jkun ta’ 2 % kull sena jew inqas.

12.14.

Epilessija: Għandhom jgħaddu 10 snin mingħajr attakki ulterjuri mingħajr l-għajnuna ta’ drogi kontra l-epilessija. L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jħallu sewwieqa b’indikaturi pronostiċi rikonoxxuti tajbin isuqu qabel. Dan japplika wkoll f’każ ta’ ‘epilessija fil-minorenni’.

Ċertu mard (eż. malformazzjoni arterjovenuża jew emorraġija intraċerebrali) joħolqu riskju akbar ta’ attakki, anke jekk l-attakki jkunu għadhom ma seħħux. F’sitwazzjoni bħal din, għandha ssir valutazzjoni minn awtorità medika kompetenti; ir-riskju li jkun hemm attakk għandu jkun ta’ 2 % kull sena jew inqas sabiex tingħata l-liċenzja.”