ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.222.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 222

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
25 ta' Awwissu 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2009/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b’żewġ jew bi tliet roti ( 1 )

1

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

DIRETTIVI

25.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 222/1


DIRETTIVA 2009/67/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Lulju 2009

dwar l-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b’żewġ jew bi tliet roti

(verżjoni kodifikata)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/92/KEE tad-29 ta’ Ottubru 1993 dwar l-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b’żewġ jew bi tliet roti (3) ġiet emendata (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata.

(2)

Id-Direttiva 93/92/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE msemmija fid-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta kif sostitwita bid-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/24/KE tat-18 ta’ Marzu 2002 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta (5), u li tistabbilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta, rigward l-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl. Dawk il-preskrizzjonijiet tekniċi huma dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE stabbilita fid-Direttiva 2002/24/KE għal kull tip ta’ vettura. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet imsemmija fid-Direttiva 2002/24/KE dwar vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta, komponenti u unitajiet tekniċi separati japplikaw għal din id-Direttiva.

(3)

F’kull Stat Membru l-apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl imwaħħal fuq vetturi b’żewġ jew bi tliet roti għandu jkollhom ċerti karatteristiċi tekniċi stabbiliti b’disposizzjonijiet mandatarji. Huwa meħtieġ li jiġu mfassla rekwiżiti armonizzati li jikkonċernaw it-twaħħil ta’ dak l-apparat sabiex il-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip KE stabbilita fid-Direttiva 2002/24/KE tkun tista’ tiġi applikata għal kull vettura.

(4)

Għandu jiġi speċifikat li tagħmir tad-dawl ta’ tip approvat għal vetturi fil-kategoriji M1 u N1, b’mod konformi mad-Direttivi rilevanti, jistgħu jiġu installati wkoll fuq vetturi bil-mutur b’żewġ jew tliet roti. Għandhom isiru wkoll dispożizzjonijiet li jippermettu l-installazzjoni mhux tassativa ta’ lampi taċ-ċpar fuq quddiem, lampi taċ-ċpar fuq wara, lampi tar-rivers, u tagħmir ta’ twissija ta’ perikolu fuq ċiklomuturi bi tliet roti u lightquadricycles.

(5)

Sabiex jiġi faċilitat l-aċċess għas-swieq ta’ pajjiżi li m’humiex parti mill-Komunità jidher li, sa fejn huma konċernati l-muturi b’żewġ roti, hemm bżonn li tiġi stabbilita ekwivalenza bejn ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u dawk tar-Regolament Nru 53 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (6) (UNECE).

(6)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness VII, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tapplika għall-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq it-tipi kollha ta’ vetturi kif imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/24/KE.

Artikolu 2

Il-proċedura li tirregola l-għoti tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b’żewġ jew bi tliet roti u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-moviment liberu ta’ dawn il-vetturi għandha tkun kif stabbilita fid-Direttiva 2002/24/KE.

Artikolu 3

1.   Skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2002/24/KE, l-ekwivalenza bejn ir-rewiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva għal motoċikletti b’żewġ roti u dawk stabbiliti fir-Regolament UNECE Nru 53, hija hawnhekk rikonoxxuta.

2.   L-awtoritajiet tal-Istati Membri li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti għandhom jaċċettaw l-approvazzjonijiet mogħtija skont ir-rekwiżiti tar-Regolament UNECE Nru 53, kif ukoll il-marki tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti bħala alternattivi għall-approvazzjonijiet korrispondenti mogħtija skont ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 4

L-emendi kollha neċessarji sabiex ir-rekwiżiti tal-Annessi I sa VI jiġu adattati għall-progress tekniku, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2002/24/KE.

Artikolu 5

1.   L-Istati Membri ma għandhomx, għal raġunijiet marbuta mal-istallazzjoni ta’ apparati ta’ dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl:

jirrifjutaw, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew

jipprojibixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta,

jekk l-istallazzjoni ta’ apparati ta’ dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal kull tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta għal raġunijiet marbuta mal-istallazzjoni ta’ apparati ta’ dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl jekk ir-rekwiziti din id-Direttiva ma jkunux sodisfatti.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 6

Id-Direttiva 93/92/KEE, kif emendata mid-Direttiva elenkata fl-Anness VII, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness VII, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII.

Artikolu 7

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU C 151, 17.6.2008, p. 12.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2009.

(3)  ĠU L 311, 14.12.1993, p. 1.

(4)  Ara l-Anness VII, Parti A.

(5)  ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1.

(6)  E/ECE/TRANS/505/Add.52/Amend. 1.


LISTA TAL-ANNESSI

ANNESS I:

Definizzjonijiet u rekwiżiti ġenerali

Appendiċi 1:

Is-superfiċi, l-assi u ċ-ċentru ta’ referenza ta’ lampi u l-angoli ta’ viżibilità ġeometrika

Appendiċi 2:

Definizzjoni tal-kuluri tal-lampi

ANNESS II:

Rekwiżiti li japplikaw għal mopeds ta’ żewġ roti

Appendiċi 1:

Il-viżibilità tad-dwal ħomor lejn il-quddiem u d-dwal bojod lejn in-naħa ta’ wara

Appendiċi 2:

Disinn ta’ arranġament

Appendiċi 3:

Dokument ta’ informazzjoni dwar l-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq tip ta’ moped ta’ żewġ roti

Appendiċi 4:

Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti għall-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq tip ta’ moped ta’ żewġ roti

ANNESS III:

Rekwiżitili japplikaw għal mopeds ta’ tliet roti u roti żgħar ta’ erba’ roti

Appendiċi 1:

Il-viżibilità tad-dwal ħomor lejn il-quddiem u d-dwal bojod lejn in-naħa ta’ wara

Appendiċi 2:

Disinn ta’ arranġament

Appendiċi 3:

Dokument ta’ informazzjoni dwar l-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq tip ta’ moped ta’ tliet roti

Appendiċi 4:

Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti għall-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq tip ta’ moped ta’ tliet roti

ANNESS IV:

Rekwiżiti li japplikaw għall-motoċikletti ta’ żewġ roti

Appendiċi 1:

Il-viżibilità tad-dwal ħomor lejn il-quddiem u d-dwal bojod lejn in-naħa ta’ wara

Appendiċi 2:

Disinn ta’ arranġament

Appendiċi 3:

Dokument ta’ informazzjoni dwar l-installazzjoni ta’ apparat li jixgħel u li jagħmel sinjal bid-dawl fuq tip ta’ motoċikletta ta’ żewġ roti

Appendiċi 4:

Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti għall-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq tip ta’ motoċikletta ta’ żewġ roti

ANNESS V:

Rekwiżiti li japplikaw għall-motoċikletti b’side-car

Appendiċi 1:

Il-viżibilità tad-dwal ħomor lejn il-quddiem u d-dwal bojod lejn in-naħa ta’ wara

Appendiċi 2:

Disinn ta’ arranġament

Appendiċi 3:

Dokument ta’ informazzjoni dwar l-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq tip ta’ motoċikletta b’side-car

Appendiċi 4:

Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti għall-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq tip ta’ motoċikletta b’side-car

ANNESS VI:

Rekwiżiti li japplikaw għal triċikletti

Appendiċi 1:

Il-viżibilità tad-dwal ħomor lejn il-quddiem u d-dwal bojod lejn in-naħa ta’ wara

Appendiċi 2:

Disinn ta’ arranġament

Appendiċi 3:

Dokument ta’ informazzjoni dwar l-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq tip ta’ triċikletta

Appendiċi 4:

Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti għall-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq tip ta’ triċikletta

ANNESS VII:

PARTI A: Direttiva mħassra flimkien mal-emendamenti suċċessivi tagħha

PARTI B: Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

ANNESS VIII:

Tabella ta’ korrelazzjoni

ANNESS I

DEFINIZZJONIJIET U REKWIŻITI ĠENERALI

A.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

1.   tip ta’ vettura

f’dak li għandu x’jaqsam mal-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl tfisser vetturi li mhumiex differenti f’aspetti essenzjali bħal:

1.1.   il-qisien u l-forma ta’ barra tal-vettura;

1.2.   in-numru u l-pożizzjoni tal-apparati;

is-segwenti huma wkoll ikkunsidrati li m’humiex’vetturi ta’ tip differenti':

1.3.1.   vetturi li huma differenti fit-tifsira tal-punti 1.1 u 1.2, imma li mhumiex differenti b’tali mod li din il-bidla twassal għall-bidla fit-tip, fin-numru, fil-pożizzjoni u l-viżibilità ġeometrika tal-lampi stabbiliti għat-tip ta’ vettura kkonċernata;

1.3.2.   vetturi li fuqhom huma mwaħħla jew m’hemmx imwaħħla lampi mhux obbligatorji li għandhom l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent bħala riżultat ta’ din id-Direttiva

2.   pjan trasversali

ifisser pjan vertikali perpendikolari mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura;

3.   vettura mhux mgħobbija

tfisser il-vettura mingħajr sewwieq, passiġġier jew tagħbija, imma b’ammont sħiħ ta’ karburat u t-tagħmir tal-għodda normali li jinġarr abbord.

4.   apparat

tfisser komponent jew assoċjazzjoni ta’ komponenti użati sabiex iwettqu funzjoni waħda jew aktar;

5.   lampa

tfisser apparat iddisinjat biex idawwal it-triq jew biex jarmi sinjal bid-dawl lill-utenti l-oħra tat-triq. Il-lampi li jixegħlu l-pjanċa ta’ reġistrazzjoni u r-rifletturi ta’ wara huma wkoll ikkunsidrati bħala lampi;

5.1.   lampa waħda

tfisser apparat jew biċċa minn apparat, li għandu funzjoni waħda u superfiċi li ddawwal waħda u sorsa waħda jew aktar ta’ dawl. Għall-iskopijiet ta’ installazzjoni fuq vettura, “lampa waħda” tfisser ukoll kull assemblea ta’ żewġ lampi indipendenti jew miġbura flimkien, kemm jekk identiċi jew jekk le, li għandhom l-istess funzjoni, jekk huma installati b’tali mod li l-projezzjonijiet tas-superfiċi li jdawlu tal-lampi fuq pjan trasversali mogħti jokkupaw mhux inqas minn 60 % tal-iżgħar rettangolu li jdawwar l-imsemmija projezzjonijiet tas-superfiċi li jixegħlu.

F’dan il-każ, kull waħda minn dawn il-lampi, meta hemm bżonn ta’ approvazzjoni, għandha tiġi approvata bħala lampa tat-tip “D”.

5.2.   lampi ekwivalenti

tfisser lampi li għandhom l-istess funzjoni u li huma awtorizzati fil-pajjiż fejn hija rreġistrata l-vettura; dawn il-lampi jista’ jkollhom karatteristiċi differenti minn ta’ dawk li huma installati fuq il-vettura meta din tiġi approvata, bil-kondizzjoni li huma jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-Anness.

5.3.   lampi indipendenti

tfisser lampi li għandhom superfiċi li ddawwal, sorsa ta’ dawl u qafas tal-lampa separati;

5.4.   lampi miġburin flimkien

tfisser lampi li għandhom superfiċi li ddawwal u sorsa ta’ dawl separata, imma li għandhom qafas tal-lampa komuni;

5.5.   lampi magħqudin

tfisser lampi li għandhom superfiċi li ddawwal separata imma sorsa ta’ dawl u qafas tal-lampa komuni;

5.6.   lampi reċiprokament inkorporati

tfisser apparati li għandhom sorsa ta’ dawl separata jew sorsa ta’ dawl waħda li jaħdmu f’kondizzjonijiet differenti (eż. differenzi ottiċi, mekkaniċi jew elettriċi), superfiċi li jdawlu totalment jew parzjalmnet komuni u qafas tal-lampa komuni;

5.7.   lampa ta’ quddiem main-beam (il-fanal ewlieni)

tfisser il-lampa użata biex iddawwal it-triq fuq distanza twila n-naħa ta’ quddiem tal-vettura;

5.8.   lampa ta’ quddiem dipped beam (il-fanal ewlieni bid-dawl mitfuħ ’l isfel)

tfisser il-lampa użata biex iddawwal it-triq ta’ quddiem il-vettura mingħajr ma tikkawża tgħammix eżaġerat jew skonfort għas-sewwieqa li jkunu ġejjin min-naħa l-oħra u għall-utenti l-oħra tat-triq;

5.9.   lampa li tindika d-direzzjoni

tfisser il-lampa użata biex tindika lil min ikun qed juża t-triq, li s-sewwieq bi ħsiebu jbiddel id-direzzjoni lejn il-lemin jew lejn ix-xellug;

5.10.   lampa ta’ waqfien

tfisser il-lampa użata biex tindika lil kull min ikun qed juża t-triq fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura li s-sewwieq ta’ din tal-aħħar qed juża l-brejkijiet.

5.11.   Lampa ta’ quddiem

tfisser il-lampa użata biex tindika l-preżenza tal-vettura meta xi ħadd ikun qed iħares minn naħa ta’ quddiem;

5.12.   Lampa ta’ wara

tfisser il-lampa użata biex tindika l-preżenza tal-vettura meta xi ħadd ikun qed iħares minn naħa ta’ wara;

5.13.   lampa taċ-ċpar ta’ quddiem

tfisser il-lampa użata biex jittejjeb it-tidwil tat-triq fil-każ ta’ ċpar, silġ, maltempata b’xita qliel jew sħab tat-trab;

5.14.   lampa taċ-ċpar ta’ wara

tfisser il-lampa użata biex tagħmel lill-vettura aktar viżibbli minn wara fi ċpar oħxon;

5.15.   lampa li turi li l-karrozza se tkun sejra timxi b’lura

tfisser lampa użata biex iddawwal it-triq fuq wara tal-vettura u biex tavża lil min ikun qed juża t-triq li l-vettura sejra timxi b’lura.

5.16.   sinjal li javża li hemm periklu

tfisser it-tħaddim simultaneju tal-lampi kollha li jindikaw id-direzzjoni biex dan jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-vettura hija temporanjament ta’ periklu għall-utenti l-oħra tat-triq.

5.17.   lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara

tfisser l-apparat użat biex idawwal l-ispazju maħsub biex jakkomoda l-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara; dan jista’ jikkonsisti f’bosta elementi ottiċi;

5.18.   riflettur ta’ wara

tfisser l-apparat użat biex jindika l-preżenza ta’ vettura bir-rifless tad-dawl li joħroġ minn sorsa ta’ dawl mhux konnessa mal-vettura, fejn l-osservatur ikun qiegħed viċin din is-sorsa; għall-finijiet ta’ dan l-Anness ir-rifletturi tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni mhumiex ikkunsidrati bħala rifletturi;

6.   superfiċi li ddawwal (ara l-Appendiċi I)

6.1.   superfiċi li tarmi d-dawl ta’ apparat li jixgħel jew ta’ riflettur

tfisser it-totalità jew parti mis-superfiċi esterjuri tal-materjal transluċidu kif iddikjarat fit-talba għall-approvazzjoni mill-fabbrikant tal-appart fuq id-disinn (ara l-Appendiċi 1);

6.2.   superfiċi li ddawwal ta’ strument li jixgħel (ara l-punti 5.7, 5.8, 5.13 u 5.15)

tfisser il-projezzjoni ortogonali tal-apertura sħiħa tar-riflettur jew fil-każ tal-lampi ta’ quddiem b’riflettur ellissojdali tal-lenti ta’ projezzjoni, fuq pjan trasversali. Jekk l-apparat li jixgħel m’għandux riflettur, tapplika d-definizzjoni tal-punt 6.3. Jekk is-superfiċi li tarmi d-dawl tal-lampa testendi fuq parti biss tal-apertura sħiħa tar-riflettur, allura, għandha tiġi kkunsidrata biss il-projezzjoni ta’ dik il-parti. Fil-każ ta’ lampa dipped-beam, is-superfiċi li ddawwal hija llimitata bit-traċċa apparanti tal-qtugħ fuq il-lenti. Jekk ir-riflettur u l-lenti jistgħu jiġu aġġustati relattivament wieħed mal-ieħor, għandu jintuża l-aġġustament medju;

6.3.   superfiċi li ddawwal ta’ apparat li jarmi d-dawl li mhux ir-riflettur (ara minn punti 5.9 sa 5.12, 5.14, 5.16 u 5.17)

tfisser il-projezzjoni ortogonali tal-lampa fi pjan perpendikolari mal-assi ta’ referenza tagħha u f’kuntatt mas-superfiċi li tarmi d-dawl ta’ barra tal-lampa, fejn din il-projezzjoni tiġi llimitata bit-trufijiet ta’ lqugħ li qiegħed f’dan il-pjan, fejn kull wieħed iħalli biss 98 % tal-intensità luminuża totali tad-dawl li tippersisti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza; biex jiġi ddeterminat il-limitu l-aktar baxx, il-limitu l-aktar għoli u l-limitu laterali tas-superfiċi li ddawwal, għandu jintuża biss ilqugħ li għandu xfar orizzontali jew vertikali;

6.4.   superfiċi li ddawwal ta’ riflettur (ara l-punt 5.18)

tfisser il-projezzjoni ortogonali ta’ riflettur fi pjan perpendikolari mal-assi ta’ referenza tiegħu u llimitata bi pjanijiet li jmissu t-trufijiet ta’ barra tas-superjfiċi li tipproġetta d-dawl tar-riflettur u paralleli ma’ dan l-assi. Biex jiġu ddeterminati l-inqas, l-ogħla u l-limiti laterali tas-superfiċi li ddawwal, għandhom jintużaw biss pjanijiet orizzontali u vertikali;

7.   superfiċi apparenti

għal direzzjoni definita ta’ osservazzjoni tfisser, fuq talba tal-manifattur jew tar-rappreżentant akkreditat kif xieraq tiegħu, il-projezzjoni ortoganli ta’ jew:

il-limiti tas-superfiċi li ddawwal ipproġettata fuq is-superfiċi ta’ barra tal-lenti (a-b), jew

is-superfiċi li tarmi d-dawl (c-d),

fi pjan perpendikolari mad-direzzjoni ta’ osservazzjoni u tanġenzjali mal-punt l-aktar ‘il barra tal-lenti (ara d-dijagrammi tal-Appendiċi 1);

8.   assi ta’ referenza

tfisser l-assi karatteristiċi tal-lampa ddeterminati mill-fabbrikant (tal-lampa) għall-użu bħala d-direzzjoni ta’ referenza (H = 0o, V = 0o) għall-angoli tal-kamp għal kejl fotometriku u għal meta l-lampa titwaħħal fuq il-vettura;

9.   ċentru ta’ referenza

tfisser l-intersezzjoni tal-assi ta’ referenza mas-superfiċi li tarmi d-dawl, fejn iċ-ċentru ta’ referenza jiġi speċifikat mill-fabbrikant tal-lampa;

10.   angoli ta’ viżibilità ġeometrika

tfisser l-angoli li jiddeterminaw il-kamp tal-angolu solidu minimu li fih is-superfiċi apparenti tal-lampa jrid ikun viżibbli. Dan il-kamp huwa ddeterminat bis-segmenti tal-isfera li ċ-ċentru tagħha jikkoinċidi maċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa u l-ekwatur huwa parallel mal-art. Dawn is-segmenti huma ddeterminati b’relazzjoni mal-assi ta’ referenza. L-angoli orizzontali β jikkorrispondu mal-lonġitudni u l-angoli vertikali α mal-latitudni. Ma jrid ikun hemm l-ebda ostakolu fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-angoli ta’ viżibilità ġeometrika għall-propagazzjoni ta’ dawl minn kwalunkwe parti tas-superfiċi apparenti tal-lampa osservata minn infinità.

Jekk il-kejl jittieħed aktar qrib tal-lampa, jrid ikun hemm bidla parallela fid-direzzjoni tal-osservazzjoni biex tinkiseb l-istess eżattezza. L-ebda akkont m’għandu jittieħed ta’ ostakoli fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-angoli ta’ viżibilità ġeometrika, jekk dawn kienu diġà preżenti meta l-lampa rċevit l-approvazzjoni tat-tip.

Jekk, meta tiġi installata l-lampa, xi parti mis-superfiċi apparenti tal-lampa tinħeba b’xi partijiet tal-vettura, trid tinġieb prova li dik il-parti tal-lampa mhux moħbija b’ostakoli xorta tikkonforma mal-valuri fotometriċi stabbiliti għall-approvazzjoni tal-apparat bħala unita ottika (ara l-Appendiċi 1);

11.   tarf l-iktar ‘il barra

fuq kwalunkwe naħa tal-vettura tfisser il-pjan parallel mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura u li jikkoinċidi mat-tarf laterali ta’ barra, mingħajr ma jittieħed każ tal-projezzjoni(jiet) ta’:

11.1.   il-mirja ta’ viżjoni anterjuri;

11.2.   il-lampi li jindikaw id-direzzjoni;

12.   il-wisa’ ġenerali

tfisser id-distanza bejn iż-żewġ pjanijiet vertikali definiti fil-punt 11;

13.   id-distanza ta’ bejn żewġ lampi li jippuntaw lejn l-istess direzzjoni

tfisser id-distanza ta’ bejn il-projezzjonijiet ortogonali, fi pjan perpendikolari mal-assi ta’ referenza, tal-limiti ta’ barra taż-żewġ superfiċi li jdawlu kif iddefinit, skont il-każ, fil-punt 6;

14.   xhieda apparenti tat-tħaddim

tfisser ix-xhieda apparenti li juri jekk l-apparat li ġie azzjonat hux qed jaħdem sewwa jew le;

15.   xhieda apparenti ta’ ċirkuwitu magħluq

tfisser ix-xhieda apparenti li turi li apparat ġie mixgħul imma li ma jurix jekk hux qed jaħdem sewwa jew le.

B.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

1.   L-istrumenti tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl iridu jkunu mwaħħla b’tali mod li, f’kondizzjonijiet normali ta’ użu u minkejja li jistgħu jkunu suġġetti għal xi vibrazzjonijiet, iżommu l-karatteristiċi stabbiliti u jippermettu li l-vettura tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. B’mod partikolari, ma jridx ikun possibbli li l-aġġustament tal-lampi jiġi interrott b’mod involontarju.

2.   Il-lampi li jdawlu jridu jiġu mwaħħla b’tali mod li l-allinjament tagħhom jista’ jiġi ssettjat b’mod korrett.

3.   Għall-apparati kollha li jagħmlu sinjal bid-dawl, l-assi ta’ referenza tal-lampa meta mwaħħla fuq il-vettura jrid ikun perpendikolari mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura fil-każ tar-rifletturi tal-ġenb u parallelli ma’ dak il-pjan fil-każ ta’ kull apparat li jagħmel sinjal ieħor. F’kull direzzjoni hija permessa tolleranza ta’ 3o.

B’żieda ma dan, xi struzzjonijiet speċifiċi fir-rigward tat-tagħmir, li huma stabbiliti mill-fabbrikant irid ikun hemm konformità magħhom.

4.   L-għoli u l-allinjament tal-lampi huma ċċekkjati, fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi, meta l-vettura ma tkunx mgħobbija u tkun imqiegħda fuq superfiċi orizzontali ċatta, bil-pjan lonġitudinali medjan tagħha b’mod vertikali u bil-manubriju jew ir-rota tal-istering fil-pożizzjoni dritta. Il-pressjoni tat-tajer trid tkun dik speċifikata mill-fabbrikant għall-kondizzjonijiet speċifiċi ta’ tagħbija stabbiliti.

Fin-nuqqas ta’ rekwiżiti speċifiċi, il-lampi li jagħmlu par iridu:

5.1.   jitwaħħlu mal-vettura b’mod simetriku b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan;

5.2.   ikunu simetriċi wieħed mal-ieħor b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan;

5.3.   jissodisfaw l-istess rekwiżiti kolorimetriċi;

5.4.   ikollhom karatteristiċi fotometriċi sostanzjalment identiċi.

6.   Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi, il-lampi li għandhom funzjonijiet differenti jistgħu jkunu indipendenti jew miġbura flimkien, magħquda jew inkorporati reċiprokament fi strument wieħed, sakemm kull waħda mill-lampi tikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw għaliha.

7.   L-għoli massimu mill-art huwa mkejjel mill-punt l-aktar għoli u l-għoli minimu mill-punt l-aktar baxx tas-superfiċi li ddawwal. L-għoli minimu ‘l fuq mill-art tal-lampi dipped-beam irid jiġi mkejjel mit-tarf ta’ isfel tal-lenti, jew tar-riflettur jekk dan tal-aħħar huwa aktar għoli.

8.   Fin-nuqqas ta’ rekwiżiti speċifiċi, l-ebda lampa barra mil-lampi li jindikaw id-direzzjoni u s-sinjal li javża li hemm periklu, ma jistgħu jarmu dawl li jteptep (flashing light).

L-ebda lampa ħamra ma trid tkun viżibbli fuq quddiem u l-ebda lampa bajda barra l-lampa mwaħħla li turi li l-karozza tkun sejra timxi b’lura ma trid tkun viżibbli fuq wara. Din il-kondizzjoni hija vverifikata kif ġej (ara d-disinn skont it-tip ta’ vetturi b’żewġ roti jew bi tliet roti li hemm fl-Appendiċi 1 għall-Annessi II sa VI):

9.1.   għall-viżibilità ta’ lampa ħamra fuq in-naħa ta’ quddiem: ma jrid ikun hemm l-ebda viżibilità diretta ta’ lampa ħamra jekk din tidher minn osservatur li jkun miexi fiż-Żona 1 fi pjan trasversali li qiegħed 25 m ‘il quddiem mill-parti ta’ quddiem nett tal-vettura;

9.2.   għall-viżibilità ta’ lampa bajda fuq in-naħa ta’ wara: ma jrid ikun hemm l-ebda viżibilità diretta ta’ lampa bajda jekk din tidher minn osservatur li jkun miexi fiż-Żona 2 fi pjan trasversali li qiegħed 25 m wara l-parti ta’ waranett tal-vettura;

Iż-żona 1 u 2, kif jidhru minn osservatur, huma limitati fil-pjanijiet rispettivi tagħhom kif ġej:

9.3.1.   għal dak li jirrigwarda l-għoli, żewġ pjanijiet orizzontali li huma 1 m u 2,2 m rispettivament 'il fuq mill-art;

9.3.2.   f’dak li għandu x’jaqsam mal-wisa’, b’żewġ pjani vertikali li jagħmlu angolu ta’ 15o minn quddiem u minn wara rispettivament, u barra l-vettura b’referenza għall-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura. Dawn il-pjanijiet fihom, rispettivament, il-linji vertikali tal-intersezzjoni tal-pjanijiet vertikali paralleli mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u li jirrappreżentaw il-wisa’ ġenerali tagħha, u tal-pjanijiet trasversali li jirrappreżentaw it-tul ġenerali tal-vettura.

10.   Il-konnessjonijiet elettriċi jridu jkunu tali li l-lampa ta’ quddiem jew il-lampa dipped-beam, jekk ma jkunx hemm lampa ta’ quddiem, il-lampa ta’ wara u l-lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni jistgħu jinxtegħlu u jintfew biss simultanjament.

11.   Fin-nuqqas ta’ rekwiżiti speċifiċi, il-konnessjonijiet elettriċi jridu jkunu tali li l-lampa main-beam, il-lampa dipped-beam u l-lampa taċ-ċpar ma jistgħux jinxtegħlu sakemm il-lampi li hemm referenza għalihom fil- punt 10 ma jkunux mixgħula wkoll. Madankollu, dan ir-rekwiżit ma japplikax għal-lampi ta’ quddiem main-beam jew dipped-beam meta t-twissijiet ottiċi tagħhom jikkonsistu f’li l-lampi ta’ quddiem main-beam jixegħlu b’mod intermittenti f’intervalli qosra, jew f’li l-lampi ta’ quddiem dipped-beam jixegħlu b’mod intermittenti f’intervalli qosra jew f’li l-lampi ta’ quddiem dipped-beam u main-beam jixegħlu alternattivament f’intervalli qosra.

12.   Xhieda apparenti

12.1.   Ix-xhieda apparenti kollha jridu jkunu viżibbli b’mod ċar għas-sewwieq fil-pożizzjoni normali ta’ sewqan.

12.2.   Meta tkun saret disposizzjoni għal xhieda apparenti ta’ ċirkuwitu magħluq dan jista’ jiġi sostitwit b’xhieda apparenti tat-tħaddim.

13.   Il-kuluri magħmula mil-lampi

Il-kuluri magħmula mil-lampi huma kif ġej:

Lampa ta’ quddiem main-beam

:

abjad,

Riflettur ta’ quddiem mhux trijangulari

:

abjad,

Lampa ta’ quddiem dipped-beam

:

abjad,

Lampa li tindika d-direzzjoni

:

ambra,

Lampa ta’ waqfien

:

aħmar,

Il-pożizzjoni tal-lampa ta’ quddiem

:

abjad,

Il-pożizzjoni tal-lampa ta’ wara

:

aħmar,

Lampa taċ-ċpar ta’ quddiem

:

abjad/isfar,

Lampa taċ-ċpar ta’ wara

:

aħmar,

Lampa li turi li l-karozza tkun sejra timxi bl-ura

:

abjad,

Sinjal li javża li hemm periklu

:

ambra,

Lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara

:

abjad,

Riflettur tal-ġenb mhux trijangulari

:

ambra,

Riflettur ta’ wara mhux trijangulari

:

aħmar,

Riflettur tal-pedala

:

ambra.

Id-definizzjoni tal-kuluri tal-lampi trid tkun kif huwa stabbilit fl-Appendiċi 2.

14.   L-apparat kollu li jixgħel u li jagħmel sinjal bid-dawl irid ikollu l-approvazzjoni tat-tip tal-komponent. Mandankollu, sad-dħul fis-seħħ ta’ disposizzjonijiet armonizzati li jikkonċernaw apparat li jixgħel u li jagħmel sinjal bid-dawl ta’ mopeds b’magni ta’ mhux aktar minn 0,5 kW u b’veloċità massima li ma taqbiżx il-25 km/siegħa, dawn il-mopeds jistgħu jiġu mgħammra b’lampi ta’ quddiem dipped-beam u/jew b’lampi ta’ wara li ma jkunux ġew approvati. F’każijiet bħal dawn, il-fabbrikant irid jiddikjara li l-apparati kkonċernati jkunu konformi mal-istandard ISO 6742/1. Għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti addizzjonali skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2002/24/KE.

Appendiċi 1

Is-superfiċi, l-assi u ċ-ċentru ta’ referenza tal-lampi u l-angoli ta’ viżibilità ġeometrika

Image

NB: Minkejja d-disinn, is-superfiċi apparenti għandha tiġi kkunsidrata bħala tanġent mas-supefiċi li tarmi d-dawl.

Appendiċi 2

Definizzjoni tal-kuluri tal-lampi

KOORDINATI TRIKORMATIĊI

Aħmar

Limitu lejn l-isfar

y ≤ 0,335

Limitu lejn il-vjola

z ≤ 0,008

Abjad

Limitu lejn l-ikħal

x ≥ 0,310

Limitu lejn l-isfar

x ≤ 0,500

Limitu lejn l-aħdar

y ≤ 0,150 + 0,640x

Limitu lejn l-aħdar

y ≤ 0,440

Limitu lejn il-vjola

y ≥ 0,050 + 0,750x

Limitu lejn l-aħmar

y ≥ 0,382

Isfar

Limitu lejn l-aħmar

y ≥ 0,138 + 0,580x

Limitu lejn l-aħdar

y ≤ 1,29x — 0,100

Limitu lejn l-abjad

y ≥ — x + 0,940

y ≥ 0,440

Limitu lejn il-valur spettrali

y ≤ — x + 0,992

Ambra

Limitu lejn l-isfar

y ≤ 0,429

Limitu lejn l-aħmar

y ≥ 0,398

Limitu lejn l-abjad

z ≤ 0,007

Biex jiġu ċċekkjati l-limiti ta’ hawn fuq tintuża għajn li jkollha temperatura tal-kulur ta’ 2 856 K (Kummissjoni Internazzjonali fuq it-Tidwil (ICI) Standard A).

ANNESS II

REKWIŻITI LI JIKKONĊERNAW IL-MOPEDS TA’ ŻEWĠ ROTI

Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-punt B(14) tal-Anness I, il-mopeds kollha ta’ żewġ roti jridu jiġu mgħammra bl-apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl elankati hawn taħt:

1.1.   lampa ta’ quddiem dipped beam;

1.2.   lampa tal-pożizzjoni ta’ wara;

1.3.   lampa ta’ waqfien. Din il-ħtieġa ma tapplikax għal mopeds koperti b’eżenzjoni bħal dik ipprovduta fl-Anness I, punt B(14);

1.4.   rifletturi ta’ wara fuq il-ġenb mhux trijangulari:

1.5.   rifletturi ta’ wara mhux trijangulari:

1.6.   rifletturi tal-pedali biss meta l-mopeds ta’ żewġ roti huma mgħammra b’pedali li ma jistgħux jinġibdu ‘l ġewwa.

Barra minn hekk, il-mopeds kollha ta’ żewġ roti jistgħu jiġu mgħammra bl-apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl li ġejjin:

2.1.   lampa ta’ quddiem main-beam;

2.2.   lampi li jindikaw id-direzzjoni;

2.3.   lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara;

2.4.   lampa tal-pożizzjoni ta’ quddiem;

2.5.   riflettur ta’ quddiem mhux trijangulari.

3.   Kull wieħed mill-apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl li hemm referenza dwarhom fil-punti 1 u 2 jridu jiġu mwaħħla biex ikunu konformi mad-disposizzjonijiet xierqa tal-punt 6.

4.   Ma jistgħux jeħlu apparati oħra tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl minn barra dawk li hemm referenza dwarhom fil-punti 1 u 2.

5.   Id-dawl u t-tagħmir ta’ sinjalazzjoni tad-dawl msemmija fil-punti 1 u 2 u l-approvazzjoni tat-tip għal motoċikli, b’mod konformi mad-Direttiva 97/24/KE, jew approvazzjoni tat-tip għal vetturi fil-kategoriji M1 u N1, b’konformità mad-Direttivi 76/757/KEE, 76/758/KEE, 76/759/KEE, 76/760/KEE, 76/761/KEE, 76/762/KEE, 77/538/KEE jew 77/539/KEE rilevanti, għandhom ikunu permessi ukoll fuq ċiklomuturi.

6.   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TAT-TWAĦĦIL

6.1.   Lampa ta’ quddiem main-beam

6.1.1.   Numru: wieħed jew tnejn.

6.1.2.   Disinn tal-arranġament: l-ebda speċifikazzjonijiet individwali.

6.1.3.   Pożizzjoni

6.1.3.1.   Wisa’:

lampa ta’ quddiem main-beam indipendenti tista’ titwaħħal fuq jew taħt jew ħdejn lampa oħra ta’ quddiem: jekk dawn il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa ta’ quddiem main-beam trid tkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; jekk dawn il-lampi qegħdin waħda ħdejn l-oħra iċ-ċentru ta’ referenza tagħhom irid ikun simetriku b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

lampa ta’ quddiem main-beam li hi inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem trid teħel b’tali mod li l-punt ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; madankollu, meta l-vettura tkun mgħammra wkoll b’lampa ta’ quddiem dipped-beam indipendenti ħdejn il-lampa ta’ quddiem main-beam, iċ-ċentru ta’ referenza tagħhom irid ikun simetriku f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

żewġ lampi ta’ quddiem main-beam li waħda minnhom jew it-tnejn huma inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem, iridu jitwaħħlu b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

6.1.3.2.   It-tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit huwa kkunsidrat li jkun ġie sodisfatt jekk id-dawl mitfugħ ma jiddisturbax lis-sewwieq kemm direttament jew indirettament permezz tal-mirja ta’ viżjoni anterjuri u/jew is-superfiċi tal-vettura li jirriflettu.

6.1.3.3.   Fi kwalunkwe każ, id-distanza ta’ bejn it-tarf tas-superfiċi li ddawwal ta’ lampa indipendenti ta’ quddiem main-beam u t-tarf ta’ dik ta’ lampa ta’ quddiem dipped-beam ma tridx teċċedi 200 mm.

6.1.3.4.   Id-distanza li tissepara s-superfiċi li jdawlu taż-żewġ lampi ta’ quddiem main-beam ma tridx teċċedi 200 mm.

6.1.4.   Viżibilità ġeometrika

Anki fiż-żoni li ma jidhrux li jiddawlu fid-direzzjoni ta’ osservazzjoni kkunsidrata, s-superfiċi li ddawwal trid tkun viżibbli minn ġewwa żona diverġenti illimitata b’generatrices li jmissu l-kontorn sħiħ tas-superfiċi li ddawwal u li jiffurmaw angolu ta’ 5o tal-anqas mal-assi ta’ referenza tal-lampa ta’ quddiem. Il-kontorn tal-projezzjoni tas-superfiċi li ddawwal għal fuq pjan trasversali li huwa tanġent mal-parti ta’ quddiem tal-lenti tal-lampa ta’ quddiem main-beam huwa kkunsidrat li huwa l-oriġini tal-angoli ta’ viżibilità ġeometrika.

6.1.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ quddiem

Tista’ timpernja mal-angolu tal-istering.

6.1.6.   Tista’ tinġabar flimkien mal-lampa ta’ quddiem dipped-beam u mal-lampa ta’ quddiem.

6.1.7.   Ma tistax tiġi magħquda ma’ kwalunkwe lampa oħra.

Tista’ tiġi inkorporata reċiprokament:

6.1.8.1.   mal-lampa ta’ quddiem dipped beam;

6.1.8.2.   mal-lampa taċ-ċpar ta’ quddiem.

6.1.9.   Konnessjonijiet elettriċi

Il-lampi ta’ quddiem main-beam iridu jixegħlu simultanjament. Il-lampi ta’ quddiem main-beam kollha jridu jixegħlu meta jkun hemm qlib minn dipped-beam għal main-beam. Il-lampi ta’ quddiem main-beam kollha jridu jintfew simultanjament meta jkun hemm qlib minn main-beam għal dipped-beam. Il-lampi ta’ quddiem dipped-beam jistgħu jibqgħu mixgħula fl-istess ħin mal-main beams.

6.1.10.   Xhieda attwali ta’ ċirkuwitu magħluq: mandatorju.

Dawl ta’ twissija ikħal li ma jteptipx

6.2.   Lampa ta’ quddiem dipped beam

6.2.1.   Numru: wieħed jew tnejn.

6.2.2.   Disinn tal-arranġament: l-ebda speċifikazzjonijiet individwali.

6.2.3.   Pożizzjoni

6.2.3.1.   Wisa’:

lampa ta’ quddiem dipped-beam indipendenti tista’ tiġi installata fuq jew taħt jew ħdejn lampa oħra ta’ quddiem: jekk dawn il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa ta’ quddiem dipped-beam trid tkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; jekk dawn il-lampi qegħdin waħda ħdejn l-oħra iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

lampa ta’ quddiem dipped-beam li hi inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem trid tiġi installata b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura. Madankollu, meta l-vettura tkun mgħammra wkoll b’lampa ta’ quddiem main-beam indipendenti ħdejn il-lampa ta’ quddiem dipped-beam, iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

żewġ lampi ta’ quddiem dipped-beam li waħda minnhom jew it-tnejn huma inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem, iridu jitwaħħlu b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

6.2.3.2.   Għoli: minimu ta’ 500 mm u massimu ta’ 1 200 mm ‘l fuq mill-art.

6.2.3.3.   Tul: fuq in-naħa ta’ quddiem tal-vettura dan ir-rekwiżit huwa kkunsidrat sodisfatt jekk id-dawl mormi ma jikkawżax skonfort lis-sewwieq kemm direttament kif ukoll indirettament permezz tal-mirja ta’ viżjoni anterjuri u/jew tas-superfiċi li jirriflettu tal-vettura.

6.2.3.4.   Fil-każ ta’ żewġ lampi ta’ quddiem dipped-beam id-distanza li tissepara s-superfiċi li jdawlu ma tridx taqbeż 200 mm.

6.2.4.   Viżibilità ġeometrika

Iddeterminata bl-angoli α u β kif speċifikat fil- punt A(10) tal-Anness I:

α

=

15° ‘il fuq and 10° 'l isfel;

β

=

45° lejn ix-xellug u lejn il-lemin jekk hemm biss lampa waħda ta’ quddiem dipped-beam

45° ‘l barra u 10° 'il ġewwa jekk hemm żewġ lampi ta’ quddiem dipped-beam.

Il-preżenza ta’ pannelli jew oġġetti oħra ta’ tagħmir ħdejn id-dawl ma jistax ikollhom effetti sekondarji li jikkażaw skonfort għall-utenti l-oħra tat-triq.

6.2.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ quddiem

Tista’ timxi b’konformità mal-angolu tal-istering.

6.2.6.   Tista’ tinġabar flimkien mal-lampa ta’ quddiem main-beam u mal-lampa ta’ quddiem.

6.2.7.   Ma tistax tiġi magħquda ma’ kwalunkwe lampa oħra.

6.2.8.   Tista’ tiġi inkorporata reċiprokament mal-lampa ta’ quddiem main-beam u mal-lampa ta’ quddiem.

6.2.9.   Konnessjonijiet elettriċi

Il-kontroll biex ikun hemm bidla għal dipped-beam irid jitfi l-lampi ta’ quddiem main-beam kollha simultanjament, billi l-lampi ta’ quddiem dipped-beam jistgħu jibqgħu mixgħula fl-istess ħin mal-lampi main-beam.

6.2.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: mhux obbligatorju.

Dawl ta’ indikazzjoni aħdar li ma jteptipx.

6.2.11.   Rekwiżiti oħra: xejn.

6.3.   Lampi li jindikaw id-direzzjoni

6.3.1.   Numru: tnejn fuq kull naħa.

6.3.2.   Disinn tal-arranġament: żewġ lampi li jindikaw id-direzzjoni fuq quddiem u tnejn fuq wara.

6.3.3.   Pożizzjoni

Wisa’:

Dan li ġej japplika simultanjament għal-lampi ta’ quddiem li jindikaw id-direzzjoni

6.3.3.1.1.1.   irid ikun hemm distanza minima ta’ 240 mm bejn is-superfiċi li jdawlu;

6.3.3.1.1.2.   iridu jkunu ‘l barra mill-pjanijiet lonġitudinali vertikali li huma tanġent mat-trufijiet ta’ barra tas-superfiċi li jdawlu tal-lampa/i ta’ quddiem.

6.3.3.1.1.3.   Distanza minima bejn is-superfiċi li jdawlu tal-indikaturi u l-eqreb lampa ta’ quddiem dipped-beam ta’:

75 mm fil-każ ta’ intensità minima tal-indikatur ta’ 90 cd,

40 mm fil-każ ta’ intensità minima tal-indikatur ta’ 175 cd,

20 mm fil-każ ta’ intensità minima tal-indikatur ta’ 250 cd,

≤ 20 mm fil-każ ta’ intensità minima tal-indikatur ta’ 400 cd.

6.3.3.1.2.   Id-distanza ta’ bejn it-trufijiet ta’ ġewwa tas-superfiċi li jdawlu tal-lampi tal-indikaturi ta’ wara trid tkun tal-anqas 180 mm.

6.3.3.2.   Għoli: minimu 350 mm, massimu 1 200 mm ‘il fuq mill-art.

6.3.3.3.   Tul: id-distanza lejn ‘il quddiem bejn il-pjan trasversali li jikkorrispondi mal-estremità lonġitudinali ta’ waranett tal-vettura u ċ-ċentru ta’ referenza tal-indikaturi ta’ wara ma tridx taqbeż 300 mm.

6.3.4.   Viżibilità ġeometrika

Angoli orizzontali: ara l-Appendiċi 2.

Angoli vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk il-lampi huma inqas minn 750 mm ‘il fuq mill-art.

6.3.5.   Allinjament

Il-lampi li jindikaw id-direzzjoni jistgħu jimxu b’konformità mal-angolu tal-istering

6.3.6.   Jistgħu jinġabru flimkien ma’ lampa jew lampi oħra.

6.3.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ kwalunkwe lampa oħra.

6.3.8.   Ma jistgħux jiġu inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra.

6.3.9.   Konnessjonijiet elettriċi

Il-lampi li jindikaw id-direzzjoni jridu jixegħlu indipendentement minn lampi oħrajn. Il-lampi kollha li jindikaw id-direzzjoni fuq naħa waħda tal-vettura jridu jixegħlu u jintfew permezz ta’ kontroll wieħed.

6.3.10.   Telltale għat-tħaddim: mhux obbligatorju.

Dan jista’ jkun ottiku jew li jinstema’ jew it-tnejn. Jekk huwa ottiku jrid ikun dawl aħdar li jteptep u viżibbli f’kondizzjonijiet normali ta’ tħaddim. Irid jintefa’ jew jibqa’ mixgħul mingħajr ma jteptep jew juri bidla fil-frekwenza fil-każ li waħda mil-lampi li jindikaw id-direzzjoni ma tkunx qed taħdem sew. Jekk dan hu li jistema’ biss, irid ikun jinstema’ b’mod ċar u juri l-istess kondizzjonijiet ta’ tħaddim bħat-telltale ottiku.

6.3.11.   Rekwiżiti oħra

Il-karatteristiċi elenkati hawn taħt iridu jitkejlu mill-ġeneratur elettriku li jissuplixxi l-kurrent lil dawk iċ-ċirkuwiti biss li huma essenzjali għat-tħaddim tal-magna u tal-apparati tad-dawl.

6.3.11.1.   L-attwazzjoni tal-kontroll tal-apparat li jagħmel sinjal bid-dawl trid tkun segwita bit-tidwil tal-lampa f’massimu ta’ sekonda u t-tifi tal-ewwel lampa f’massimu ta’ sekonda u nofs.

Fil-każ tal-vetturi kollha li l-lampi li jindikaw id-direzzjoni tagħhom għandhom provvista ta’ kurrent dirett:

6.3.11.2.1.   Il-frekwenza tat-teptip tad-dawl trid tkun 90 ± 30 darba fil-minuta;

6.3.11.2.2.   il-lampi li jindikaw id-direzzjoni fuq l-istess naħa tal-vettura jridu jteptpu bl-istess frekwenza u fl-istess ħin.

Meta l-vettura hija mgħammra b’lampi li jindikaw id-direzzjoni li għandhom provvista ta’ kurrent li jalterna, meta l-veloċità tal-magna tkun bejn 50 u 100 % tal-veloċità li tikkorrispondi mal-veloċità massima tal-vettura:

6.3.11.3.1.   id-dawl irid iteptep fi frekwenza ta’ 90 ± 30 darba fil-minuta;

6.3.11.3.2.   il-lampi li jindikaw id-direzzjoni jistgħu jteptpu fuq l-istess naħa tal-vettura jew simultanjament jew jalternaw. Il-lampi ta’ quddiem ma jridux ikunu viżibbli minn wara u l-lampi ta’ wara ma jridux ikunu viżibbli minn quddiem fiż-żoni definiti fl-Appendiċi 1.

Meta l-lampi li jindikaw id-direzzjoni mwaħħla fuq il-vettura għandhom provvista ta’ kurrent li jalterna, meta l-veloċità tal-magna tkun bejn il-veloċità tal-vettura wieqfa speċifikata mill-fabbrikant u 50 % tal-veloċità li tikkorrispondi mal-veloċità massima tal-vettura:

6.3.11.4.1.   il-frekwenza tat-teptip trid tkun bejn 90 + 30 u 90 – 45 darba fil-minuta;

6.3.11.4.2.   il-lampi li jindikaw id-direzzjoni fuq l-istess naħa tal-vettura jistgħu jteptpu jew simultanjament jew jalternaw. Il-lampi ta’ quddiem ma jridux ikunu viżibbli minn wara u l-lampi ta’ wara ma jridux ikunu viżibbli minn quddiem fiż-żoni definiti fl-Appendiċi 1.

6.3.11.5.   Fil-każ ta’ ħsara, barra dik ta’ ċirkuwitu qasir, ta’ waħda mil-lampi li jindikaw id-direzzjoni, l-oħrajn għandhom ikomplu jteptpu jew jibqgħu mixgħula, imma l-frekewnza f’din il-kondizzjoni tista’ tkun differenti minn dik speċifikata.

6.4.   Lampi ta’ waqfien

6.4.1.   Numru: waħda jew tnejn.

6.4.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.4.3.   Pożizzjoni

6.4.3.1.   Wisa’: jekk hemm biss lampa waħda ta’ waqfien iċ-ċentru ta’ referenza tagħha jrid ikun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura, jew jekk ikun hemm żewġ lampi, dawn iridu jkunu simetriċi mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

6.4.3.2.   Għoli: minimu 250 mm, massimu 1 500 mm ‘il fuq mill-art.

6.4.3.3.   Tul: fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura.

6.4.4.   Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 45° lejn ix-xellug u lejn il-lemin.

Angolu vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk il-lampa hija inqas minn 750 mm ‘il fuq mill-art.

6.4.5.   Allinjament: fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura.

6.4.6.   Jistgħu jinġabru flimkien ma’ lampa jew lampi oħra ta’ wara.

6.4.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ lampa oħra.

6.4.8.   Jistgħu jiġu inkorporati reċiprokament mal-lampa ta’ wara.

6.4.9.   Konnessjoni elettrika ta’ tħaddim: iridu jixegħlu kull darba li jiġi applikat tal-anqas wieħed mill-brejkijiet.

6.4.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: ipprojbit.

6.5.   Lampi ta’ quddiem

6.5.1.   Numru: waħda jew tnejn.

6.5.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.5.3.   Pożizzjoni

6.5.3.1.   Wisa’:

lampa waħda ta’ quddiem indipendenti tista’ teħel fuq jew taħt jew ħdejn lampa oħra ta’ quddiem: jekk dawn il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa ta’ quddiem trid tkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; jekk dawn il-lampi qegħdin waħda ħdejn l-oħra iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

lampa ta’ quddiem li hi inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem trid tiġi installata b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

żewġ lampi ta’ quddiem li waħda minnhom jew it-tnejn huma inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem, iridu jitwaħħlu b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

6.5.3.2.   Għoli: minimu 350 mm, massimu 1 200 mm ‘il fuq mill-art.

6.5.3.3.   Tul: fuq quddiem tal-vettura.

6.5.4.   Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 80° lejn ix-xellug u lejn il-lemin jekk hemm lampa waħda; 80° lejn in-naħa ta’ barra u 45° lejn in-naħa ta’ ġewwa jekk hemm żewġ lampi.

Angolu vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk il-lampa hija inqas minn 750 mm ‘il fuq mill-art.

6.5.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ quddiem

Tista’ timpernja bħala funzjoni tal-angolu tal-istering.

6.5.6.   Tista’ tinġabar flimkien ma’ kwalunkwe lampa oħra ta’ quddiem.

6.5.7.   Tista’ tiġi inkorporata reċiprokament ma’ kwalunkwe lampa oħra ta’ quddiem.

6.5.8.   Konnessjonijiet elettriċi ta’ tħaddim: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.5.9.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: mhux obbligatorju.

Dawl indikatur aħdar li ma jteptipx.

6.5.10.   Rekwiżiti oħra: xejn

6.6.   Lampi ta’ wara

6.6.1.   Numru: waħda jew tnejn.

6.6.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.6.3.   Pożizzjoni

6.6.3.1.   Wisa’: jekk hemm biss lampa waħda, iċ-ċentru ta’ referenza tagħha jrid ikun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura, jew jekk ikun hemm żewġ lampi, dawn iridu jkunu simetriċi mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

6.6.3.2.   Għoli: minimu 250 mm, massimu 1 500 mm ‘il fuq mill-art.

6.6.3.3.   Tul: fuq wara tal-vettura.

6.6.4.   Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 80° lejn ix-xellug u lejn il-lemin jekk hemm lampa waħda; 80° lejn in-naħa ta’ barra u 45° lejn in-naħa ta’ ġewwa jekk hemm żewġ lampi.

Angolu vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk il-lampa hija inqas minn 750 mm ‘il fuq mill-art.

6.6.5.   Allinjament lejn in-naħa ta’ wara.

6.6.6.   Tista’ tinġabar flimkien ma’ kwalunkwe lampa oħra ta’ quddiem.

6.6.7.   Tista’ tiġi inkorporata reċiprokament mal-lampa tal-waqfien jew mar-riflettur mhux trijangulari ta’ wara, jew mat-tnejn.

6.6.8.   Konnessjonijiet elettriċi ta’ tħaddim: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.6.9.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: mhux obbligatorju.

Il-funzjoni tiegħu tista’ titwettaq mill-apparat ipprovdut, fejn dan hu addattat, għal-lampa ta’ quddiem.

6.6.10.   Rekwiżiti oħra: xejn

6.7.   Rifletturi tal-ġenb mhux trijangulari

6.7.1.   Numru fuq kull naħa: wieħed jew tnejn klassi IA (1).

6.7.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.7.3.   Pożizzjoni

6.7.3.1.   Wisa’: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.7.3.2.   Għoli: 300 mm minimu, 900 mm massimu ‘l fuq mill-art.

6.7.3.3.   Tul: għandu jkun tali, li f’kondizzjonijiet normali, l-apparat ma’ jistax jiġi mgħotti mis-sewwieq jew mill-passiġġier, jew bi ħwejjiġhom.

6.7.4.   Viżibilità ġeometrika

Angoli orizzontali: 30° ‘il quddiem u lura.

Angoli vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk ir-riflettur huwa inqas minn 750 mm ‘il fuq mill-art.

6.7.5.   Allinjament: il-fus ta’ referenza tar-rifletturi ta’ wara għandu jkun perpendikulari mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura u ppożizzjonata ‘l barra.

Rifletturi ta’ wara fuq quddiem jistgħu jkunu impernjati f’ linja mal-angolu tal-istering.

6.7.6.   Jistgħu jinġabru flimkien ma’ apparati oħra li jagħmlu sinjal.

6.8.   Rifletturi ta’ wara mhux trijangulari:

6.8.1.   Numru: wieħed Klassi IA (2).

6.8.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.8.3.   Pożizzjoni

6.8.3.1.   Wisa’: iċ-ċentru ta’ referenza jrid ikun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

6.8.3.2.   Għoli: minimu 250 mm, massimu 900 mm ‘il fuq mill-art.

6.8.3.3.   Tul: fuq wara tal-vettura.

6.8.4.   Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 30° lejn ix-xellug u lejn il-lemin.

Angolu vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk ir-riflettur huwa inqas minn 750 mm ‘il fuq mill-art.

6.8.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ wara.

6.8.6.   Jista’ jinġabar flimkien ma’ kwalunkwe lampa oħra.

6.8.7.   Rekwiżitioħra:

is-superfiċi illuminanti tar-riflettur jista’ jkollha partijiet komuni ma’ kwalunkwe lampa ħamra oħra ta’ wara.

6.9.   Rifletturi tal-pedali

6.9.1.   Kull pedala ta’ moped ta’ żewġ roti trid tiġi mgħammra b’żewġ rifletturi.

6.9.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.9.3.   Rekwiżiti oħra

Is-superfiċi li ddawwal tar-riflettur trid tkun imdaħħla fil-frejm tagħha. Ir-rifletturi jridu jiġu installati fil-bodi tal-pedala b’tali mod li jkunu viżibbli b’mod ċar kemm minn quddiem kif ukoll minn wara tal-vettura. L-assi ta’ referenza tar-rifletturi, li l-forma tagħhom trid tkun addattata għall-bodi tal-pedala, u mqiegħda f’angolu rett mal-assi tal-pedala. Ir-rifletturi tal-pedala jridu jiġu mmuntati biss fuq il-pedali tal-vettura, li permezz ta’ krankijiet jew ta’ apparati simili, jistgħu jaġixxu bħala mezz ta’ propulsjon minflok il-magna. Dawn iridu jiġu mmuntati fuq il-pedali li jservu ta’ kontrolli tal-vettura jew biss bħala serħan is-saqajn għas-sewwieq jew għall-passiġġier.

6.10.   Riflettur ta’ quddiem mhux trijangulari

6.10.1.   Numru: wieħed tal-Klassi IA (2).

6.10.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.10.3.   Pożizzjoni

6.10.3.1.   Wisa’: iċ-ċentru ta’ referenza jrid ikun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura;

6.10.3.2.   Għoli: minimu 400 mm, massimu 1 200 mm ‘il fuq mill-art;

6.10.3.3.   Tul: fuq quddiem tal-vettura.

6.10.4.   Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 30° lejn ix-xellug u lejn il-lemin

Angolu vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk ir-riflettur huwa inqas minn 750 mm ‘il fuq mill-art.

6.10.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ quddiem.

Jista’ jimpernja b’konformità mal-angolu tal-istering.

6.10.6.   Jistgħu jinġabru flimkien ma’ lampa jew lampi oħra.

6.10.7.   Speċifikazzjonijiet oħra: xejn

6.11.   Lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara

6.11.1.   Numru: waħda.

Il-lampa tista’ tikkonsisti f’diversi elementi ottiċi maħsuba biex idawlu l-pożizzjoni tal-pjanċa.

6.11.2.

Disinn tal-arranġament

B’tali mod li l-lampa ddawwal il-pożizzjoni riżervata għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni.

6.11.3.

Pożizzjoni

6.11.3.1.

Wisa’

6.11.3.2.

Għoli

6.11.3.3.

Tul

6.11.4.

Viżibilità ġeometrika

6.11.5.

Allinjament

6.11.6.   Jistgħu jinġabru flimkien ma’ lampa jew lampi oħra ta’ wara.

6.11.7.   Jistgħu jingħaqdu mal-lampa ta’ wara.

6.11.8.   Ma jistgħux jiġu inkorporati reċiprokament ma’ xi lampa oħra.

6.11.9.   Konnessjonijiet elettriċi ta’ tħaddim: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.11.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: mhux obbligatorju.

It-tħaddim tiegħu jrid jiġi assigurat mill-istess telltale kif huwa pprovdut għal-lampa tal-pożizzjoni.

6.11.11.   Rekwiżiti oħra: xejn.


(1)  Skont il-klassifika mwaqqfa fid-Direttiva 76/757/KEE.

(2)  Skont il-klassifika mwaqqfa fid-Direttiva 76/757/KEE.

Appendiċi 1

Il-Viżibilità tad-dwal ħomor fuq quddiem u d-dwal bojod fuq wara

(Ara l-punt B(9) tal-Anness I u l-punt 6.3.11.4.2 ta’ dan l-Anness)

Image Image

Appendiċi 2

Disinn tal-arranġament

Image

Appendiċi 3

Dokument ta’ informazzjoni dwar l-installazzjoni ta’ apparat li jixgħel u li jagħmel sinjal bid-dawl fuq tip ta’ moped ta’ żewġ roti

(irid jiġi mhemuż mal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti meta din hija sottomessa separatament mill-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura)

Numru ta’ referenza (allokat mill-applikant): …

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent fir-rigward ta’ l-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq moped ta’ żewġ roti għandha jkollha l-informazzjoni mwaqqfa fl-Anness II tad-Direttiva 2002/24/KE taħt A, il-punti:

0.1,

0.2,

minn 0.4 sa 0.6,

minn 8 sa 8,4.

Appendiċi 4

Isem ta’ l-amminstrazzjoni

Ċertifikat ta’l-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq it-tip ta’ moped ta’ żewġ roti

MUDELL

Nru tar-rapport … mis-servizz tekniku … fil-(data) …

Nru tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti … Nru tal-estensjoni …

1.   Ditta (isem kummerċjali) tal-vettura tal-fabbrikant) …

2.   tip ta’ vettura …

3.   L-isem u l-indirizz tal-fabbrikant …

4.   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-fabbrikant (jekk ikun hemm) …

Apparati tad-dawl mandatarji installati fuq il-vettura sottomessa għall-verifiki (1): …

5.1.   Lampa ta’ quddiem dipped beam

5.2.   Lampi ta’ wara

5.3.   Rifletturi tal-ġenb mhux trijangulari

5.4.   Rifletturi ta’ wara mhux trijangulari

5.5.   Rifletturi tal-pedali (2)

5.6.   Lampa/i tal-waqfien (3)

Apparati tad-dawl mhux obbligatorji preżenti fuq il-vettura sottomessa għall-verifiki (1):

6.1.   Lampa ta’ quddiem main-beam: iva/le (*)

6.2.   Lampa li tindika d-direzzjoni: iva/le (*)

6.3.   Lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara: iva/le (*)

6.4.   Lampi ta’ quddiem: iva/le (*)

6.5.   Riflettur ta’ quddiem mhux trijangulari: iva/le (*)

7.   Varjanti …

8.   Il-vettura ġiet sottomessa għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti fil-(data) …

9.   L-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti ġiet mogħtija/irrifjutata (*)

10.   Post …

11.   Data …

12.   Firma …


(1)  Iddikjara fuq karta separata għal kull apparat it-tipi ta’ apparati identifikati kif xieraq li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ installazzjoni ta’ dan l-Anness.

(2)  Biss għal mopeds ta’ żewġ roti mgħammra b’pedali.

(3)  Barra l-mopeds koperti b’eċċezzjoni bħal dik ipprovduta fil- punt B 14 tal-Anness I.

(*)  Aqta’ fejn ma japplikax.

ANNESS III

REKWIŻITI LI JIKKONĊERNAW MOPEDS TA’ TLIET ROTI U ROTI ŻGĦAR TA’ ERBA’ ROTI

Il-mopeds kollha ta’ żewġ roti jistgħu jiġu mgħammra bl-apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl li ġejjin:

1.1.   lampa ta’ quddiem dipped beam;

1.2.   lampa ta’ quddiem;

1.3.   lampa ta’ wara;

1.4.   rifletturi ta’ wara mhux trijangulari:

1.5.   rifletturi tal-pedali biss meta l-mopeds ta’ tliet roti huma mgħammra b’pedali;

1.6.   lampa ta’ waqfien;

1.7.   lampi li jindikaw id-direzzjoni għal mopeds ta’ tliet roti b’bodi magħluq.

Barra minn hekk, il-mopeds kollha ta’ tliet roti jistgħu jiġu mgħammra bl-apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl li ġejjin:

2.1.   lampa ta’ quddiem main-beam;

2.2.   lampi li jindikaw id-direzzjoni għal mopeds ta’ tliet roti mingħajr bodi magħluq.

2.3.   lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara;

2.4.   rifletturi tal-ġenb mhux trijangulari;

2.5.   il-lampa taċ-ċpar ta’ wara;

2.6.   il-lampa taċ-ċpar ta’ quddiem;

2.7.   il-lampa tar-rivers;

2.8.   it-tagħmir li jwissi dwar periklu.

3.   Kull wieħed mill-apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl msemmija fil- punti 1 u 2 jridu jiġu mwaħħla skont id-disposizzjonijiet addattati tal- punt 6 hawn taħt.

4.   Ma jistgħux jeħlu apparati oħra tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl barra dawk msemmija fil- punti 1 u 2.

5.   Id-dawl u t-tagħmir ta’ sinjlazzjoni tad-dawl msemmija fil- punti 1 u 2 u l-approvazzjoni tat-tip għal motoċikli, b’mod konformi mad-Direttiva 97/24/KE, jew l-approvazzjoni tat-tip għal vetturi fil-kategoriji M1 u N1, b’konformita mad-Direttivi 76/757/KEE, 76/758/KEE, 76/759/KEE, 76/760/KEE, 76/761/KEE, 76/762/KEE, 77/538/KEE jew 77/539/KEE rilevanti, għandhom ikunu permessi ukoll fuq ċiklomuturi bi tliet roti u light quadricycles.

6.   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TAT-TWAĦĦIL

6.1.   Lampa ta’ quddiem main-beam

6.1.1.   Numru: waħda jew tnejn.

Madankollu, fil-każ ta’ mopeds ta’ tliet roti b’wisa’ massimu li jaqbeż 1 300 mm, hemm bżonn ta’ żewġ lampi main-beam.

6.1.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.1.3.   Pożizzjoni

6.1.3.1.   Wisa’:

lampa ta’ quddiem main-beam indipendenti tista’ titwaħħal fuq jew taħt jew ħdejn lampa oħra ta’ quddiem: jekk dawn il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa ta’ quddiem main-beam trid tkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; jekk dawn il-lampi qegħdin waħda ħdejn l-oħra iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

lampa ta’ quddiem main-beam li hi inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem trid teħel b’tali mod li l-punt ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; madankollu, meta l-vettura tkun mgħammra wkoll b’lampa ta’ quddiem dipped-beam indipendenti ħdejn il-lampa ta’ quddiem main-beam, iċ-ċentru ta’ referenza tagħhom irid ikun simetriku f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

żewġ lampi ta’ quddiem main-beam li waħda minnhom jew it-tnejn huma inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem, iridu jitwaħħlu b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

6.1.3.2.   It-tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit huwa kkunsidrat sodisfatt jekk id-dawl mitfugħ ma jiddisturbax lis-sewwieq kemm direttament jew indirettament permezz tal-mirja ta’ viżjoni anterjuri u/jew is-superfiċi oħra li jirriflettu tal-vettura.

6.1.3.3.   Fil-każ ta’ lampa waħda ta’ quddiem main-beam indipendenti, id-distanza ta’ bejn it-tarf tas-superfiċi li ddawwal u t-tarf tal-lampa ta’ quddiem dipped-beam ma tridx taqbeż 200 mm għal kull par lampi.

6.1.4.   Viżibilità ġeometrika

Anki fiż-żoni li ma jidhrux li jiddawlu fid-direzzjoni ta’ osservazzjoni kkunsidrata, is-superfiċi li ddawwal trid tkun viżibbli minn ġewwa erja diverġenti illimitata b’generatrices li jmissu l-kontorn sħiħ tas-superfiċi li ddawwal u li jiffurmaw angolu ta’ 5o tal-anqas mal-assi ta’ referenza tal-lampa ta’ quddiem. Il-kontorn tal-projezzjoni tas-superfiċi li ddawwal għal fuq pjan trasversali li huwa tanġent mal-parti ta’ quddiem tal-lenti tal-lampa ta’ quddiem main-beam huwa kkunsidrat li huwa l-oriġini tal-angoli ta’ viżibilità ġeometrika.

6.1.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ quddiem.

Tista’ timxi fl-istess linja mal-angolu tal-istering.

6.1.6.   Tista’ tinġabar flimkien mal-lampa ta’ quddiem dipped-beam u mal-lampa ta’ quddiem.

6.1.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ kwalunkwe lampa oħra.

Jistgħu jiġu inkorporati reċiprokament:

6.1.8.1.   mal-lampa ta’ quddiem dipped beam;

6.1.8.2.   mal-lampa taċ-ċpar ta’ quddiem.

6.1.9.   Konnessjonijiet elettriċi

Il-lampi ta’ quddiem main-beam iridu jixegħlu simultanjament. Il-lampi ta’ quddiem main-beam kollha jridu jixegħlu meta jkun hemm qlib minn dipped-beam għal main-beam. Il-lampi ta’ quddiem main-beam kollha jridu jintfew simultanjament meta jkun hemm qlib minn main-beam għal dipped-beam. Il-lampi ta’ quddiem dipped-beam jistgħu jibqgħu mixgħula fl-istess ħin mal-main beams.

6.1.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: mhux obbligatorju.

Dawl ta’ twissija blu li ma jteptipx.

6.2.   Lampa ta’ quddiem dipped beam

6.2.1.   Numru: waħda jew tnejn.

Madankollu, fil-każ ta’ mopeds ta’ tliet roti b’wisa’ massimu li jaqbeż 1 300 mm, hemm bżonn ta’ żewġ lampi ta’ quddiem dipped-beam.

6.2.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjoni partikolari.

6.2.3.   Pożizzjoni

6.2.3.1.   Wisa’:

lampa ta’ quddiem dipped-beam indipendenti tista’ tiġi installata fuq jew taħt jew ħdejn lampa oħra ta’ quddiem: jekk dawn il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa ta’ quddiem dipped-beam trid tkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; jekk dawn il-lampi qegħdin waħda ħdejn l-oħra ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

lampa ta’ quddiem dipped-beam li hi inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem trid tiġi installata b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura. Madankollu, meta l-vettura tkun mgħammra wkoll b’lampa ta’ quddiem main-beam indipendenti ħdejn il-lampa ta’ quddiem dipped-beam, iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

żewġ lampi ta’ quddiem dipped-beam li waħda minnhom jew it-tnejn huma inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem, iridu jitwaħħlu b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

Fil-każ ta’ vettura b’żewġ lampi ta’ quddiem dipped-beam IDEM:

it-trufijiet tas-superfiċi li ddawwal l-aktar ‘il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura ma jridux ikunu aktar minn 400 mm mit-tarf l-aktar ‘il bogħod tal-vettura,

it-trufijiet ta’ ġewwa tas-superfiċi li jdawlu jridu jkunu tal-anqas 500 mm ‘il bogħod minn xulxin. Din id-distanza tista’ tiġi ridotta għal 400 mm jekk il-wisa’ massimu tal-vettura huwa inqas minn 1 300 mm.

6.2.3.2.   Għoli: minimu ta’ 500 mm u massimu ta’ 1 200 mm ‘il fuq mill-art.

6.2.3.3.   Tul: fuq in-naħa ta’ quddiem tal-vettura dan ir-rekwiżit huwa kkunsidrat sodisfatt jekk id-dawl mormi ma jikkawżax skonfort lis-sewwieq kemm direttament kif ukoll indirettament permezz tal-mirja ta’ viżjoni anterjuri u/jew tas-superfiċi oħra li jirriflettu tal-vettura.

6.2.4.   Viżibilità ġeometrika

Iddeterminata bl-angoli α u β kif speċifikat fil-punt A(10) tal-Anness I:

α

=

15° ‘il fuq and 10° ‘l isfel;

β

=

45° lejn ix-xellug u lejn il-lemin jekk hemm biss lampa waħda ta’ quddiem dipped-beam;

45° ‘il barra u 10° ‘il ġewwa jekk hemm żewġ lampi ta’ quddiem dipped beam.

6.2.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ quddiem.

Tista’ timxi fl-istess linja mal-angolu tal-istering.

6.2.6.   Tista’ tinġabar flimkien mal-lampa ta’ quddiem main-beam u mal-lampa ta’ quddiem.

6.2.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ kwalunkwe lampa oħra.

6.2.8.   Tista’ tiġi inkorporata reċiprokament mal-lampa ta’ quddiem main-beam u mal-lampa ta’ quddiem.

6.2.9.   Konnessjonijiet elettriċi

Il-kontroll biex ikun hemm bidla għal dipped-beam irid jitfi l-lampi ta’ quddiem main-beam kollha simultanjament, billi l-lampi ta’ quddiem dipped-beam jistgħu jibqgħu mixgħula fl-istess ħin mal-lampi main-beam.

6.2.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: mhux obbligatorju.

Dawl ta’ indikazzjoni aħdar li ma jteptipx.

6.2.11.   Rekwiżiti oħra: xejn

6.3.   Lampi li jindikaw id-direzzjoni

6.3.1.   Numru: tnejn fuq kull naħa.

6.3.2.   Disinn tal-arranġament: żewġ lampi li jindikaw id-direzzjoni fuq quddiem u tnejn fuq wara.

6.3.3.   Pożizzjoni

6.3.3.1.   Wisa’:

it-trufijiet tas-superfiċi li ddawwal l-aktar ‘il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura ma jridux ikunu aktar minn 400 mm mit-tarf l-aktar ‘il bogħod tal-vettura,

it-trufijiet ta’ ġewwa tas-superfiċi li jdawlu jridu jkunu tal-anqas 500 mm ‘l bogħod minn xulxin.

irid ikun hemm distanza minima bejn is-superfiċi li jdawlu tal-eqreb indikaturi u lampa ta’ quddiem dipped-beam ta’:

75 mm fil-każ ta’ intensità minima tal-indikatur ta’ 90 cd,

40 mm fil-każ ta’ intensità minima tal-indikatur ta’ 175 cd,

20 mm fil-każ ta’ intensità minima tal-indikatur ta’ 250 cd,

≤ 20 mm fil-każ ta’ intensità minima tal-indikatur ta’ 400 cd.

6.3.3.2.   Għoli: minimu 350 mm, massimu 1 500 mm ‘il fuq mill-art.

6.3.4.   Viżibilità ġeometrika

Angoli orizzontali: ara l-Appendiċi 2.

Angoli vertikali: 15° ‘il fuq mill-orizzontal.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk il-lampi huma inqas minn 750 mm ‘il fuq mill-art.

6.3.5.   Allinjament

Il-lampi li jindikaw id-direzzjoni jistgħu jimxu b’konformità mal-angolu tal-istering

6.3.6.   Jistgħu jinġabru flimkien ma’ lampa jew lampi oħra.

6.3.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ kwalunkwe lampa oħra.

6.3.8.   Ma jistgħux jiġu inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra.

6.3.9.   Konnessjonijiet elettriċi

Il-lampi li jindikaw id-direzzjoni jridu jixegħlu indipendentement minn lampi oħrajn. Il-lampi kollha li jindikaw id-direzzjoni fuq naħa waħda tal-vettura jridu jixegħlu u jintfew permezz ta’ kontroll wieħed.

6.3.10.   Telltale għat-tħaddim: obbligatorju.

Dan jista’ jkun ottiku jew li jinstema’ jew it-tnejn. Jekk ikun ottiku jrid ikun aħdar u tat-tip li jteptep. Irid ikun viżibbli f’kondizzjonijiet normali ta’ tħaddim. Irid jintefa’ jew jibqa’ mixgħul mingħajr ma jteptep jew juri bidla fil-frekwenza fil-każ li waħda mil-lampi li jindikaw id-direzzjoni ma tkunx qed taħdem sew. Jekk dan hu li jistema’ biss, irid ikun jinstema’ b’mod ċar u juri l-istess kondizzjonijiet ta’ tħaddim bħat-telltale ottiku.

6.3.11.   Rekwiżiti oħra

Il-karatteristiċi elenkati hawn taħt iridu jitkejlu mill-ġeneratur elettriku li jissuplixxi l-kurrent lil dawk iċ-ċirkuwiti biss li huma essenzjali għat-tħaddim tal-magna u tal-apparati tad-dawl.

6.3.11.1.   L-attwazzjoni tal-kontroll tal-apparat li jagħmel sinjal bid-dawl trid tkun segwita bit-tidwil tal-lampa f’massimu ta’ sekonda u t-tifi tal-ewwel lampa f’massimu ta’ sekonda u nofs.

Fil-każ tal-vetturi kolha li l-lampi li jindikaw id-direzzjoni tagħhom għandhom provvista ta’ kurrent dirett:

6.3.11.2.1.   Il-frekwenza tat-teptip tad-dawl trid tkun 90 ± 30 darba fil-minuta;

6.3.11.2.2.   il-lampi li jindikaw id-direzzjoni fuq l-istess naħa tal-vettura jridu jteptpu bl-istess frekwenza u fl-istess ħin.

Meta l-vettura hija mgħammra b’lampi li jindikaw id-direzzjoni li għandhom provvista ta’ kurrent li jalterna, meta l-veloċità tal-magna tkun bejn 50 u 100 % tal-veloċità li tikkorrispondi mal-veloċità massima tal-vettura:

6.3.11.3.1.   id-dawl irid iteptep fi frekwenza ta’ 90 ± 30 darba fil-minuta;

6.3.11.3.2.   il-lampi li jindikaw id-direzzjoni jistgħu jteptpu fuq l-istess naħa tal-vettura jew simultanjament jew jalternaw. Il-lampi ta’ quddiem ma jridux ikunu viżibbli minn wara u l-lampi ta’ wara ma jridux ikunu viżibbli minn quddiem fiż-żoni definiti fl-Appendiċi 1.

Meta l-lampi li jindikaw id-direzzjoni mwaħħla fuq il-vettura għandhom provvista ta’ kurrent li jalterna, meta l-veloċità tal-magna tkun bejn il-veloċità tal-vettura wieqfa speċifikata mill-fabbrikant u 50 % tal-veloċità li tikkorrispondi mal-veloċità massima tal-vettura:

6.3.11.4.1.   il-frekwenza tat-teptip trid tkun bejn 90 + 30 u 90 – 45 darba fil-minuta;

6.3.11.4.2.   il-lampi li jindikaw id-direzzjoni fuq l-istess naħa tal-vettura jistgħu jteptpu jew simultanjament jew jalternaw. Il-lampi ta’ quddiem ma jridux ikunu viżibbli minn wara u l-lampi ta’ wara ma jridux ikunu viżibbli minn quddiem fiż-żoni definiti fl-Appendiċi 1.

6.3.11.5.   Fil-każ ta’ ħsara, barra dik ta’ ċirkuwitu qasir, ta’ waħda mil-lampi li jindikaw id-direzzjoni, l-oħrajn għandhom ikomplu jteptpu jew jibqgħu mixgħula, imma l-frekwenza f’din il-kondizzjoni tista’ tkun differenti minn dik speċifikata.

6.4.   Lampi ta’ waqfien

6.4.1.   Numru: waħda jew tnejn.

Madankollu, għal mopeds ta’ tliet roti ta’ wisa’ massimu li jaqbeż 1 300 mm, hemm bżonn ta’ żewġ lampi ta’ waqfien.

6.4.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.4.3.   Pożizzjoni

6.4.3.1.   Wisa’: jekk hemm biss lampa waħda ta’ waqfien iċ-ċentru ta’ referenza tagħha jrid ikun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura, jew jekk ikun hemm żewġ lampi, dawn iridu jkunu simetriċi mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura. Fil-każ ta’ vetturi b’żewġ roti fuq wara: tal-anqas 600 mm bejn iż-żewġ lampi. Id-distanza tista’ tiġi ridotta għal 400 mm jekk il-wisa’ massimu tal-vettura huwa inqas minn 1 300 mm.

6.4.3.2.   Għoli: minimu 250 mm, massimu 1 500 mm ‘il fuq mill-art.

6.4.3.3.   Tul: fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura.

6.4.4.   Viżibilità ġeometrika:

Angolu orizzontali: 45° lejn ix-xellug u lejn il-lemin.

Angolu vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk il-lampa hija inqas minn 750 mm ‘l fuq mill-art.

6.4.5.   Allinjament: fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura.

6.4.6.   Jistgħu jinġabru flimkien ma’ lampa jew lampi oħra ta’ wara.

6.4.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ kwalunkwe lampa oħra.

6.4.8.   Jistgħu jiġu inkorporati reċiprokament mal-lampa ta’ wara.

6.4.9.   Konnessjonijiet elettriċi: iridu jixegħlu kull darba li jiġi applikat tal-anqas wieħed mill-brejkijiet.

6.4.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: ipprojbit.

6.5.   Lampi ta’ quddiem

6.5.1.   Numru: waħda jew tnejn.

Madankollu, fil-każ ta’ mopeds ta’ tliet roti b’wisa’ massimu li jaqbeż 1 300 mm, hemm bżonn ta’ żewġ lampi ta’ quddiem.

6.5.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.5.3.   Pożizzjoni

6.5.3.1.   Wisa’:

lampa waħda ta’ quddiem indipendenti tista’ teħel fuq jew taħt jew ħdejn lampa oħra ta’ quddiem: jekk dawn il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa ta’ quddiem irid ikun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; jekk dawn il-lampi qegħdin waħda ħdejn l-oħra ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

lampa ta’ quddiem li hi inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem trid tiġi installata b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

żewġ lampi ta’ quddiem li waħda minnhom jew it-tnejn huma inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem, iridu jitwaħħlu b’tali mod li ċ-ċentri ġeometriċi tagħhom ikunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

Fil-każ ta’ vettura b’żewġ lampi ta’ quddiem:

it-trufijiet tas-superfiċi li ddawwal l-aktar ‘il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura ma jridux ikunu aktar minn 400 mm mill-parti l-aktar ‘il bogħod tal-vettura,

ix-xfar interni tal-uċuħ li jilluminaw għandhom ikunu mill-inqas 500 mm bejn waħda u l-oħra. Dik id-distanza tista’ tkun imnaqqsa għal 400 mm jekk il-wisa’ massima tal-vettura tkun anqas minn 1 300 mm.

6.5.3.2.   Għoli: minimu 350 mm, massimu 1 200 mm ‘il fuq mill-art.

6.5.3.3.   Tul: fuq quddiem tal-vettura.

6.5.4.   Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 80° lejn ix-xellug u lejn il-lemin jekk hemm lampa waħda; 80° lejn in-naħa ta’ barra u 45° lejn in-naħa ta’ ġewwa jekk hemm żewġ lampi.

Angolu vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk il-lampa hija inqas minn 750 mm ‘il fuq mill-art.

6.5.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ quddiem

Tista’ timxi fl-istess linja mal-angolu tal-istering.

6.5.6.   Tista’ tinġabar flimkien ma’ kwalunkwe lampa oħra ta’ quddiem.

6.5.7.   Tista’ tiġi inkorporata reċiprokament ma’ kwalunkwe lampa oħra ta’ quddiem.

6.5.8.   Konnessjonijiet elettriċi: m’hemmx speċifikazzjoni partikolari.

6.5.9.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: mhux obbligatorju.

Dawl indikatur aħdar li ma jteptipx.

6.5.10.   Rekwiżiti oħra: xejn

6.6.   Lampi ta’ wara

6.6.1.   Numru: waħda jew tnejn.

Madankollu, għal mopeds ta’ tliet roti ta’ wisa’ massimu li jaqbeż 1 300 mm, hemm bżonn ta’ żewġ lampi ta’ wara.

6.6.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.6.3.   Pożizzjoni

6.6.3.1.   Wisa’: jekk hemm biss lampa waħda, iċ-ċentru ta’ referenza tagħha jrid ikun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; jekk ikun hemm żewġ lampi, dawn iridu jkunu simetriċi mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura. Fil-każ ta’ vetturi b’żewġ roti fuq wara: tal-anqas 600 mm bejn iż-żewġ lampi. Din id-distanza tista tiġi ridotta għal 400 mm jekk il-wisa’ massimu tal-vettura huwa inqas minn 1 300 mm.

6.6.3.2.   Għoli: minimu 250 mm, massimu 1 500 mm ‘il fuq mill-art.

6.6.3.3.   Tul: fuq wara tal-vettura.

6.6.4.   Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 80° lejn ix-xellug u lejn il-lemin jekk hemm lampa waħda; 80° lejn in-naħa ta’ barra u 45° lejn in-naħa ta’ ġewwa jekk hemm żewġ lampi.

Angolu vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk il-lampa hija inqas minn 750 mm ‘il fuq mill-art.

6.6.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ wara.

6.6.6.   Jista’ jinġabar flimkien ma’ xi lampa oħra ta’ wara.

6.6.7.   Tista’ tiġi inkorporata reċiprokament mal-lampa tal-waqfien jew mar-riflettur mhux trijangulari ta’ wara, jew mat-tnejn.

6.6.8.   Konnessjonijiet elettriċi: m’hemmx speċifikazzjoni partikolari.

6.6.9.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: mhux obbligatorju.

Il-funzjoni tiegħu tista’ titwettaq mill-apparat ipprovdut, fejn dan hu addattat, għal-lampa ta’ quddiem.

6.6.10.   Rekwiżiti oħra: xejn

6.7.   Rifletturi ta’ wara mhux trijangulari

6.7.1.   Numru: wieħed jew tnejn Klassi IA (1).

Madankollu, fil-każ ta’ mopeds ta’ tliet roti b’wisa’ massimu li jaqbeż 1 000 mm, hemm bżonn ta’ żewġ rifletturi mhux trijangulari ta’ wara.

6.7.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.7.3.   Pożizzjoni

6.7.3.1.   Wisa’: jekk hemm biss riflettur wieħed, iċ-ċentru ta’ referenza tiegħu jrid ikun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura, jew jekk ikun hemm żewġ rifletturi, dawn iridu jkunu simetriċi mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

Fil-każ ta’ vettura b’żewġ rifletturi ta’ wara:

il-punt tas-superfiċi li ddawwal l-aktar ‘il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura ma jridx ikun aktar minn 400 mm mill-parti l-aktar ‘il bogħod tal-vettura,

it-trufijiet ta’ ġewwa tar-rifletturi jridu jkunu tal-anqas 500 mm ‘il bogħod minn xulxin. Din id-distanza tista’ tiġi ridotta għal 400 mm jekk il-wisa’ massimu tal-vettura huwa inqas minn 1 300 mm.

6.7.3.2.   Għoli: minimu 250 mm, massimu 900 mm ‘il fuq mill-art.

6.7.3.3.   Tul: fuq wara tal-vettura.

6.7.4.   Viżibilità ġeometrika

Angoli orizzontali: 30° lejn ix-xellug u lejn il-lemin.

Angolu vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk ir-riflettur huwa inqas minn 750 mm ‘il fuq mill-art.

6.7.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ wara.

6.7.6.   Jista’ jinġabar flimkien ma’ kwalunkwe lampa oħra.

6.7.7.   Rekwiżiti oħra

Is-superfiċi illuminanti tar-riflettur jista’ jkollha partijiet komuni ma’ kwalunkwe lampa ħamra oħra ta’ wara.

6.8.   Rifletturi tal-pedali

Kull pedala ta’ moped ta’ tliet roti trid tiġi mgħammra b’żewġ rifletturi. Iridu jitwaħħlu b’tali mod li s-superfiċi mħaddma jkunu esterni mill-pedala nnifisha, u perpendikolari mal-pjan li jerfa’ tal-pedala, mal-assi ottiċi tagħhom paralleli mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

6.8.1.   Numru: erba’ rifletturi jew gruppi ta’ rifletturi.

6.8.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.8.3.   Rekwiżiti oħra

Is-superfiċi li ddawwal tar-riflettur trid tkun imdaħħla fil-frejm tagħha. Ir-rifletturi jridu jiġu installati fil-bodi tal-pedala b’tali mod li jkunu viżibbli b’mod ċar kemm minn quddiem kif ukoll minn wara tal-vettura. L-assi ta’ referenza tar-rifletturi, li l-forma tagħhom trid tkun addattata għall-bodi tal-pedala, mqiegħda f’angolu rett mal-assi tal-pedala. Ir-rifletturi tal-pedala jridu jiġu mmuntati biss fuq il-pedali tal-vettura, li permezz ta’ krankijiet jew ta’ apparati simili, jistgħu jaġixxu bħala mezz ta’ propulsjon minflok il-magna. Dawn iridu jiġu mmuntati fuq il-pedali li jservu ta’ kontrolli tal-vettura jew biss bħala serħan is-saqajn għas-sewwieq jew għall-passiġġier.

6.9.   Rifletturi tal-ġenb mhux trijangulari

6.9.1.   Numru fuq kull naħa: wieħed jew tnejn tal-Klassi IA (2).

6.9.2.   Disinn tal-arranġamenti: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.9.3.   Pożizzjoni

6.9.3.1.   Wisa’: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.9.3.2.   Għoli: minimu 300 mm, massimu 900 mm ‘il fuq mill-art.

6.9.3.3.   Tul: irid jkun tali, li f’kondizzjonijiet normali, l-apparat ma’ jistax jiġi moħbi mis-sewwieq jew mill-passiġġier, jew bi ħwejjiġhom.

6.9.4.   Viżibilità ġeometrika

Angoli orizzontali: 30° ‘il quddiem u lura.

Angoli vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk ir-riflettur huwa inqas minn 750 mm ‘il fuq mill-art.

6.9.5.   Pożizzjoni: l-assi ta’ referenza tar-rifletturi jridu jkunu perpendikolari mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura u mqiegħda ‘l barra. Ir-rifletturi ta’ quddiem jistgħu jiċċaqalqu b’konformità mal-angolu tal-istering.

6.9.6.   Jistgħu jinġabru flimkien ma’ apparati oħra li jagħmlu sinjal.

6.10.   Lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara

6.10.1.   Numru: waħda.

Il-lampa tista’ tikkonsisti f’diversi elementi ottiċi maħsuba biex idawlu l-pożizzjoni tal-pjanċa.

6.10.2.

Disinn tal-arranġament

B’tali mod li l-lampa ddawwal il-pożizzjoni riżervata għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni.

6.10.3.

Pożizzjoni

6.10.3.1.

Wisa’

6.10.3.2.

Għoli

6.10.3.3.

Tul

6.10.4.

Viżibilità ġeometrika

6.10.5.

Allinjament

6.10.6.   Jistgħu jinġabru flimkien ma’ lampa jew lampi oħra ta’ wara.

6.10.7.   Jistgħu jingħaqdu mal-lampa ta’ wara.

6.10.8.   Ma jistgħux jiġu inkorporati reċiprokament ma’ xi lampa oħra.

6.10.9.   Konnessjonijiet elettriċi ta’ tħaddim: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.10.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: mhux obbligatorju.

It-tħaddim tiegħu jrid jiġi assigurat mill-istess telltale kif huwa pprovdut għal-lampa tal-pożizzjoni.

6.10.11.   Rekwiżiti oħra: xejn

6.11.   Lampi taċ-ċpar fuq quddiem

6.11.1.   Dispożizzjonijiet identiċi għal dawk stabbilti fil-punti 6.7.1 sa 6.7.11 tal-Anness VI.

6.12.   Lampi taċ-ċpar fuq wara

6.12.1.   Dispożizzjonijiet identiċi għal dawk stabbilti fil-punti 6.8.1 sa 6.8.11 tal-Anness VI.

6.13.   Lampi tar-rivers

6.13.1.   Dispożizzjonijiet identiċi għal dawk stabbilti fil-punti 6.9.1 sa 6.9.10 tal-Anness VI.

6.14.   Tagħmir ta’ twissija dwar periklu

6.14.1.   Dispożizzjonijiet identiċi għal dawk stabbilti fil-punti 6.10.1 sa 6.10.4 tal-Anness VI.


(1)  Skont il-klassifika mwaqqfa fid-Direttiva 76/757/KEE.

(2)  Skont il-klassifika mwaqqfa fid-Direttiva 76/757/KEE.

Appendiċi 1

Il-Viżibilità tad-dwal ħomor fuq quddiem u d-dwal bojod fuq wara

(Ara l-punt B(9) tal-Anness I u l-punt 6.3.11.4.2 ta’ dan l-Anness)

Image Image

Appendiċi 2

Disinn tal-arranġament

Lampa li tindika d-direzzjoni — Viżibilità ġeometrika

Image

Appendiċi 3

Dokument ta’ informazzjoni dwar l-installazzjoni ta’ apparat li jixgħel u li jagħmel sinjal bid-dawl fuq tip ta’ moped ta’ tliet roti

(Li jrid jiġi mhemuż mal-applikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti meta din hi sottomessa separatament mill-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura)

Numru ta’ referenza (allokat mill-applikant): …

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent fir-rigward ta’ l-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq moped ta’ tliet roti għandha jkollha l-informazzjoni mwaqqfa fl-Anness II tad-Direttiva 2002/24/KE taħt A, il-punti:

0.1,

0.2,

minn 0.4 sa 0.6,

minn 8 sa 8,4.

Appendiċi 4

Isem ta’ l-amminstrazzjoni

Ċertifikat ta’l-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti għall-installazzjoni ta’ apparat li jixgħel u li jagħmel sinjal bid-dawl fuq it-tip ta’ moped ta’ żewġ roti

MUDELL

Nru tar-rapport … mis-servizz tekniku … fil-(data) …

Approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti … Nru tal-estensjoni …

1.   Ditta (isem kummerċjali) tal-vettura tal-fabbrikant) …

2.   tip ta’ vettura …

3.   L-isem u l-indirizz tal-fabbrikant …

4.   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-fabbrikant (jekk ikun hemm) …

Apparati tad-dawl mandatarji installati fuq il-vettura sottomessa għall-verifiki (1): …

5.1.   Lampa ta’ quddiem dipped beam

5.2.   Lampi ta’ quddiem

5.3.   Lampi ta’ wara

5.4.   Rifletturi ta’ wara mhux trijangulari

5.5.   Rifletturi tal-pedali (2)

5.6.   Lampi li jindikaw id-direzzjoni għal mopeds ta’ tliet roti b’bodi magħluq

5.7.   Lampa ta’ waqfien

Apparati tad-dawl mhux obbligatorji installati fuq il-vettura sottomessa għall-verifiki (1):

6.1.   Lampa ta’ quddiem main-beam: iva/le (*)

6.2.   Lampi li jindikaw id-direzzjoni: għal mopeds ta’ tliet roti mingħajr bodi magħluq: iva/le (*)

6.3.   Rifletturi tal-ġenb mhux trijangulari: iva/le (*)

6.4.   Lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara: iva/le (*)

7.   Varjanti …

8.   Il-vettura ġiet sottomessa għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti fil-(data) …

9.   L-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti ġiet mogħtija/irrifjutata (*)

10.   Post …

11.   Data …

12.   Firma …


(1)  Iddikjara fuq karta separata għal kull apparat it-tipi ta’ apparat identifikati kif xieraq li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ installazzjoni ta’ dan l-Anness.

(2)  Biss fil-każ ta’ mopeds ta’ tliet roti li għandhom il-pedali.

(*)  Aqta’ fejn ma japplikax.

ANNESS IV

REKWIŻITI LI JIKKONĊERNAW IL-MOTOĊIKLETTI B’ŻEWĠ ROTI

Il-motoċikletti kollha ta’ żewġ roti jistgħu jiġu mgħammra bl-apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl li ġejjin:

1.1.   lampa ta’ quddiem main-beam;

1.2.   lampa dipped beam;

1.3.   lampi li jindikaw id-direzzjoni;

1.4.   lampa ta’ waqfien;

1.5.   lampa ta’ quddiem;

1.6.   Lampa ta’ wara:

1.7.   lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara;

1.8.   riflettur ta’ wara mhux trijangulari:

Barra minn hekk, il-motoċikletti kollha ta’ żewġ roti jistgħu jiġu mgħammra bl-apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl li ġejjin:

2.1.   lampa taċ-ċpar ta’ quddiem;

2.2.   lampa taċ-ċpar ta’ wara;

2.3.   sinjal li javża li hemm periklu;

2.4.   rifletturi tal-ġenb mhux trijangulari.

3.   Kull wieħed mill-apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl msemmija fil- punti 1 u 2 jridu jiġu mwaħħla skont id-dispożizzjonijiet addattati tal- punt 6.

4.   Ma jistgħux jeħlu apparati oħra tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl barra dawk msemmija fil- punti 1 u 2.

5.   Id-dawl u t-tagħmir ta’ sinjalazzjoni tad-dawl msemmija fil- punti 1 u 2 u l-approvazzjoni tat-tip għal vetturi fil-kategoriji M1 u N1, b’mod konformi mad-Direttivi 76/757/KEE, 76/758/KEE, 76/759/KEE, 76/760/KEE, 76/761/KEE, 76/762/KEE, 77/538/KEE jew 77/539/KEE rilevanti, għandhom ikunu permessi ukoll fuq motoċikli.

6.   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TAT-TWAĦĦIL

6.1.   Lampa ta’ quddiem main-beam

6.1.1.   Numru: waħda jew tnejn.

6.1.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.1.3.   Pożizzjoni

6.1.3.1.   Wisa’:

lampa ta’ quddiem main-beam indipendenti tista’ titwaħħal fuq, taħt jew ħdejn lampa oħra ta’ quddiem: jekk dawn il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa ta’ quddiem main-beam trid tkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; jekk dawn il-lampi qegħdin waħda ħdejn l-oħra iċ-ċentru ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

lampa ta’ quddiem main-beam li hi inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem trid tiġi installata b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura. Madankollu, meta l-vettura tkun mgħammra wkoll b’lampa ta’ quddiem dipped-beam indipendenti ħdejn il-lampa ta’ quddiem main-beam, iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

żewġ lampi ta’ quddiem main-beam li waħda minnhom jew it-tnejn huma inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem, iridu jitwaħħlu b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

6.1.3.2.   It-tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit huwa kkunsidrat li sodisfatt jekk id-dawl mitfugħ ma jiddisturbax lis-sewwieq kemm direttament jew indirettament permezz tal-mirja ta’ viżjoni anterjuri u/jew is-superfiċi l-oħra li jirriflettu tal-vettura.

6.1.3.3.   Fi kwalunkwe każ, id-distanza ta’ bejn it-tarf tas-superfiċi li ddawwal ta’ lampa ta’ quddiem main-beam indipendenti u t-tarf ta’ dik ta’ lampa ta’ quddiem dipped-beam ma tridx taqbeż 200 mm.

6.1.3.4.   Fil-każ ta’ żewġ lampi ta’ quddiem main-beam: id-distanza li tissepara s-superfiċi li jdawlu taż-żewġ lampi ta’ quddiem main-beam ma tridx taqbeż 200 mm.

6.1.4.   Viżibilità ġeometrika

Anki fiż-żoni li ma jidhrux li jiddawlu fid-direzzjoni ta’ osservazzjoni kkunsidrata, s-superfiċi li ddawwal trid tkun viżibbli minn ġewwa erja diverġenti illimitata b’generatrices li jmissu l-kontorn sħiħ tas-superfiċi li ddawwal u li jiffurmaw angolu ta’ 5° tal-anqas mal-assi ta’ referenza tal-lampa ta’ quddiem. Il-kontorn tal-projezzjoni tas-superfiċi li ddawwal għal fuq pjan trasversali li huwa tanġent mal-parti ta’ quddiem tal-lenti tal-lampa ta’ quddiem main-beam huwa kkunsidrat li huwa l-oriġini tal-angoli ta’ viżibilità ġeometrika.

6.1.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ quddiem.

Tista’ timxi fl-istess linja mal-angolu tal-istering.

6.1.6.   Tista’ tinġabar flimkien mal-lampa ta’ quddiem dipped-beam u mal-lampi l-oħra ta’ quddiem.

6.1.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ kwalunkwe lampa oħra.

Jistgħu jiġu inkorporati reċiprokament:

6.1.8.1.   mal-lampa ta’ quddiem dipped beam;

6.1.8.2.   mal-lampa taċ-ċpar ta’ quddiem;

6.1.8.3.   mal-lampa taċ-ċpar ta’ quddiem.

6.1.9.   Konnessjonijiet elettriċi

Il-lampi ta’ quddiem main-beam iridu jixegħlu simultanjament. Il-lampi ta’ quddiem main-beam kollha jridu jixegħlu meta jkun hemm qlib minn dipped-beam għal main-beam. Il-lampi ta’ quddiem main-beam kollha jridu jintfew simultanjament meta jkun hemm qlib minn main-beam għal dipped-beam. Il-lampi ta’ quddiem dipped-beam jistgħu jibqgħu mixgħula fl-istess ħin mal-main beams.

6.1.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: obbligatorju.

Dawl ta’ twissija blu li ma jteptipx

6.1.11.   Rekwiżiti oħra: l-intensità massima tal-lampi ta’ quddiem main-beam li jistgħu jinxtegħlu fl-istess ħin ma tridx taqbeż 225 000 cd (valur tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti).

6.2.   Lampa ta’ quddiem dipped beam

6.2.1.   Numru: waħda jew tnejn.

6.2.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet partikolari.

6.2.3.   Pożizzjoni

6.2.3.1.   Wisa’:

lampa ta’ quddiem dipped-beam indipendenti tista’ tiġi installata fuq jew taħt jew ħdejn lampa oħra ta’ quddiem: jekk dawn il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa ta’ quddiem dipped-beam trid tkun fil-pjan lonġitudinali medju tal-vettura; jekk dawn il-lampi qegħdin waħda ħdejn l-oħra iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

lampa ta’ quddiem dipped-beam li hi inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem trid tiġi installata b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura. Madankollu, meta l-vettura tkun mgħammra wkoll b’lampa ta’ quddiem main-beam indipendenti ħdejn il-lampa ta’ quddiem dipped-beam, iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

żewġ lampi ta’ quddiem dipped-beam li waħda minnhom jew it-tnejn huma inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem, iridu jitwaħħlu b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

6.2.3.2.   Għoli: minimu ta’ 500 mm u massimu ta’ 1 200 mm ‘il fuq mill-art.

6.2.3.3.   Tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit huwa kkunsidrat sodisfatt jekk id-dawl mitfugħ ma jiddisturbax lis-sewwieq kemm direttament jew indirettament permezz tal-mirja ta’ viżjoni anterjuri u/jew is-superfiċi oħra li jirriflettu tal-vettura.

6.2.3.4.   Fil-każ ta’ żewġ lampi ta’ quddiem dipped-beam id-distanza li tissepara s-superfiċi li jdawlu ma tridx taqbeż 200 mm.

6.2.4.   Viżibilità ġeometrika

Iddeterminata bl-angoli α u β kif speċifikat fil-punt A(10) tal-Anness I:

α

=

15° ‘il fuq and 10° ‘l isfel;

β

=

45° lejn ix-xellug u lejn il-lemin jekk hemm biss lampa waħda ta’ quddiem dipped-beam;

45° ‘il barra u 10° ‘il ġewwa jekk hemm żewġ lampi ta’ quddiem dipped-beam.

Il-preżenza ta’ pannelli jew oġġetti oħra ta’ tagħmir ħdejn id-dawl ma jistax ikollhom effetti sekondarji li jikkawżaw skonfort għal min ikun qed juża t-triq.

6.2.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ quddiem.

Tista’ timxi fl-istess linja mal-angolu tal-istering.

L-inklinazzjoni vertikali tad-dipped beam trid tibqa’ bejn –0,5 u –2,5 %, barra fil-każ fejn huwa preżenti apparat ta’ aġġustament estern.

6.2.6.   Tista’ tinġabar flimkien mal-lampa ta’ quddiem main-beam u ma’ lampi oħra ta’ quddiem.

6.2.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ kwalunkwe lampa oħra.

6.2.8.   Tista’ tiġi inkorporata reċiprokament mal-lampa ta’ quddiem main-beam u mal-lampi l-oħra ta’ quddiem.

6.2.9.   Konnessjonijiet elettriċi

Il-kontroll biex ikun hemm bidla għal dipped-beam irid jitfi l-lampi ta’ quddiem main-beam kollha simultanjament, billi l-lampi ta’ quddiem dipped-beam jistgħu jibqgħu mixgħula fl-istess ħin mal-lampi main-beam.

6.2.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: mhux obbligatorju.

Dawl ta’ indikazzjoni aħdar li ma jteptipx.

6.2.11.   Rekwiżiti oħra: xejn

6.3.   Lampi li jindikaw id-direzzjoni

6.3.1.   Numru: tnejn fuq kull naħa.

6.3.2.   Disinn tal-arranġament: żewġ lampi li jindikaw id-direzzjoni fuq quddiem u tnejn fuq wara.

6.3.3.   Pożizzjoni

Wisa’:

dan li ġej japplika simultanjament għal-lampi ta’ quddiem li jindikaw id-direzzjoni

6.3.3.1.1.1.   irid ikun hemm distanza minima ta’ 240 mm bejn is-superfiċi li jdawlu;

6.3.3.1.1.2.   iridu jkunu ‘l barra mill-pjanijiet lonġitudinali vertikali li huma tanġent mat-trufijiet ta’ barra tas-superfiċi li jdawlu tal-lampa/i prinċipali ta’ quddiem;

6.3.3.1.1.3.   distanza minima bejn is-superfiċi li jdawlu tal-indikaturi u l-eqreb lampa ta’ quddiem dipped-beam ta’:

75 mm fil-każ ta’ intensità minima tal-indikatur ta’ 90 cd,

40 mm fil-każ ta’ intensità minima tal-indikatur ta’ 175 cd,

20 mm fil-każ ta’ intensità minima tal-indikatur ta’ 250 cd,

≤ 20 mm fil-każ ta’ intensità minima tal-indikatur ta’ 400 cd.

6.3.3.1.2.   Id-distanza ta’ bejn it-trufijiet ta’ ġewwa tas-superfiċi li jdawlu tal-lampi tal-indikaturi ta’ wara jridu jkunu tal-anqas 180 mm, suġġetta għall-konformità mar-rekwiżiti tal- punt A(10) tal-Anness I, anke meta titwaħħal il-pjanċa tar-reġistrazzjoni.

6.3.3.2.   Għoli: minimu 350 mm, massimu 1 200 mm ‘il fuq mill-art.

6.3.3.3.   Tul: id-distanza lejn ‘il quddiem bejn il-pjan trasversali li jikkorrispondi mal-estremità lonġitudinali ta’ waranett tal-vettura u ċ-ċentru ta’ referenza tal-indikaturi ta’ wara ma tridx taqbeż 300 mm.

6.3.4.   Viżibilità ġeometrika

Angoli orizzontali: ara l-Appendiċi 2.

Angoli vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk il-lampi huma inqas minn 750 mm ‘il fuq mill-art.

6.3.5.   Allinjament

Il-lampi li jindikaw id-direzzjoni jistgħu jimxu b’konformità mal-angolu tal-istering

6.3.6.   Jistgħu jinġabru flimkien ma’ lampa jew lampi oħra.

6.3.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ kwalunkwe lampa oħra.

6.3.8.   Ma jistgħux jiġu inkorporati reċiprokament ma’ xi lampa oħra.

6.3.9.   Konnessjonijiet elettriċi:

Il-lampi li jindikaw id-direzzjoni jridu jixegħlu indipendentement minn lampi oħrajn. Il-lampi kollha li jindikaw id-direzzjoni fuq naħa waħda tal-vettura jridu jixegħlu u jintfew permezz ta’ kontroll wieħed.

6.3.10.   Telltale għat-tħaddim: mhux obbligatorju.

Dan jista’ jkun ottiku jew li jinstema’ jew it-tnejn. Jekk huwa ottiku jrid ikun dawl aħdar li jteptep u viżibbli f’kondizzjonijiet normali ta’ tħaddim. Irid jintefa’ jew jibqa’ mixgħul mingħajr ma jteptep jew juri bidla fil-frekwenza fil-każ li waħda mil-lampi li jindikaw id-direzzjoni ma tkunx qed taħdem sew. Jekk dan hu li jistema’ biss, irid ikun jinstema’ b’mod ċar u juri l-istess kondizzjonijiet ta’ tħaddim bħat-telltale ottiku.

6.3.11.   Rekwiżiti oħra

1Il-karatteristiċi elenkati hawn taħt iridu jitkejlu mill-ġeneratur elettriku li jissuplixxi l-kurrent lil dawk iċ-ċirkuwiti biss li huma essenzjali għat-tħaddim tal-magna u tal-apparati tad-dawl.

6.3.11.1.   L-attwazzjoni tal-kontroll tal-apparat li jagħmel sinjal bid-dawl trid tkun segwita bit-tidwil tal-lampa f’massimu ta’ sekonda u l-ewwel tifi tal-lampa f’massimu ta’ sekonda u nofs.

Fil-każ tal-vetturi kollha li l-lampi li jindikaw id-direzzjoni tagħhom għandhom provvista ta’ kurrent dirett:

6.3.11.2.1.   Il-frekwenza tat-teptip tad-dawl trid tkun 90 ± 30 darba fil-minuta;

6.3.11.2.2.   il-lampi li jindikaw id-direzzjoni fuq l-istess naħa tal-vettura jridu jteptpu bl-istess frekwenza u fl-istess ħin.

Meta l-vettura hija mgħammra b’lampi li jindikaw id-direzzjoni li għandhom provvista ta’ kurrent li jalterna, meta l-veloċità tal-magna tkun bejn 50 u 100 % tal-veloċità li tikkorrispondi mal-veloċità massima tal-vettura:

6.3.11.3.1.   id-dawl irid iteptep fi frekwenza ta’ 90 ± 30 darba fil-minuta;

6.3.11.3.2.   il-lampi li jindikaw id-direzzjoni jistgħu jteptpu fuq l-istess naħa tal-vettura jew simultanjament jew jalternaw. Il-lampi ta’ quddiem ma jridux ikunu viżibbli minn wara u l-lampi ta’ wara ma jridux ikunu viżibbli minn quddiem fiż-żoni definiti fl-Appendiċi 1.

Meta l-lampi li jindikaw id-direzzjoni mwaħħla fuq il-vettura għandhom provvista ta’ kurrent li jalterna, meta l-veloċità tal-magna tkun bejn il-veloċità tal-vettura wieqfa speċifikata mill-fabbrikant u 50 % tal-veloċità li tikkorrispondi mal-veloċità massima tal-vettura:

6.3.11.4.1.   il-frekwenza tat-teptip trid tkun bejn 90 + 30 u 90 – 45 darba fil-minuta;

6.3.11.4.2.   il-lampi li jindikaw id-direzzjoni fuq l-istess naħa tal-vettura jistgħu jteptpu jew simultanjament jew jalternaw. Il-lampi ta’ quddiem ma jridux ikunu viżibbli minn wara u l-lampi ta’ wara ma jridux ikunu viżibbli minn quddiem fiż-żoni definiti fl-Appendiċi 1.

6.3.11.5.   Fil-każ ta’ ħsara, barra dik ta’ ċirkuwitu qasir, ta’ waħda mil-lampi li jindikaw id-direzzjoni, l-oħrajn għandhom ikomplu jteptpu jew jibqgħu mixgħula, imma l-frekwenza f’din il-kondizzjoni tista’ tkun differenti minn dik speċifikata.

6.4.   Lampi ta’ waqfien

6.4.1.   Numru: waħda jew tnejn.

6.4.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.4.3.   Pożizzjoni

6.4.3.1.   Wisa’: jekk hemm biss lampa waħda ta’ waqfien iċ-ċentru ta’ referenza tagħha jrid ikun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura, jew jekk ikun hemm żewġ lampi, dawn iridu jkunu simetriċi mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

6.4.3.2.   Għoli: minimu 250 mm, massimu 1 500 mm ‘il fuq mill-art.

6.4.3.3.   Tul: fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura.

6.4.4.   Viżibilità ġeometrika:

Angolu orizzontali: 45° lejn ix-xellug u lejn il-lemin.

Angolu vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk il-lampa hija inqas minn 750 mm ‘il fuq mill-art.

6.4.5.   Allinjament: fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura.

6.4.6.   Jistgħu jinġabru flimkien ma’ lampa jew lampi oħra ta’ wara.

6.4.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ kwalunkwe lampa oħra.

6.4.8.   Jistgħu jiġu inkorporati reċiprokament mal-lampa ta’ wara.

6.4.9.   Konnessjoni elettrika: iridu jixegħlu kull darba li jiġi applikat tal-anqas wieħed mill-brejkijiet.

6.4.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: ipprojbit.

6.5.   Lampi ta’ quddiem

6.5.1.   Numru: waħda jew tnejn.

6.5.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.5.3.   Pożizzjoni

6.5.3.1.   Wisa’:

lampa waħda ta’ quddiem indipendenti tista’ teħel fuq jew taħt jew ħdejn lampa oħra ta’ quddiem: jekk dawn il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa ta’ quddiem main-beam trid tkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; jekk dawn il-lampi qegħdin waħda ħdejn l-oħra ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

lampa ta’ quddiem li hi inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem trid tiġi installata b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

żewġ lampi ta’ quddiem li waħda minnhom jew it-tnejn huma inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem, iridu jitwaħħlu b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

6.5.3.2.   Għoli: minimu 350 mm, massimu 1 200 mm ‘il fuq mill-art.

6.5.3.3.   Tul: fuq quddiem tal-vettura.

6.5.4.   Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 80° lejn ix-xellug u lejn il-lemin jekk hemm lampa waħda; 80° lejn in-naħa ta’ barra u 45° lejn in-naħa ta’ ġewwa jekk hemm żewġ lampi.

Angolu vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk il-lampa hija inqas minn 750 mm ‘il fuq mill-art.

6.5.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ quddiem

Tista’ timxi fl-istess linja mal-angolu tal-istering.

6.5.6.   Tista’ tinġabar flimkien ma’ kwalunkwe lampa oħra ta’ quddiem.

6.5.7.   Tista’ tiġi inkorporata reċiprokament ma’ kwalunkwe lampa oħra ta’ quddiem.

6.5.8.   Konnessjonijiet elettriċi: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.5.9.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: obbligatorju.

Dawl aħdar ta’ indikazzjoni li ma jteptipx; dan it-telltale mhuwiex bżonjuż jekk id-dawl tal-pannell tal-istrumenti jista’ jinxtegħel u jintefa’ biss flimkien tal-lampa tal-pożizzjoni.

6.5.10.   Rekwiżiti oħra: xejn

6.6.   Lampi ta’ wara

6.6.1.   Numru: waħda jew tnejn.

6.6.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.6.3.   Pożizzjoni

6.6.3.1.   Wisa’: jekk hemm biss lampa waħda, iċ-ċentru ta’ referenza tagħha jrid ikun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura, jew jekk ikun hemm żewġ lampi, dawn iridu jkunu simetriċi mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

6.6.3.2.   Għoli: minimu 250 mm, massimu 1 500 mm ‘il fuq mill-art.

6.6.3.3.   Tul: fuq wara tal-vettura.

6.6.4.   Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 80° lejn ix-xellug u lejn il-lemin jekk hemm lampa waħda; 80° lejn in-naħa ta’ barra u 45° lejn in-naħa ta’ ġewwa jekk hemm żewġ lampi.

Angolu vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk il-lampa hija inqas minn 750 mm ‘il fuq mill-art.

6.6.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ wara.

6.6.6.   Jista’ jinġabar flimkien ma’ xi lampa oħra ta’ wara.

6.6.7.   Jistgħu jingħaqdu mal-lampa tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara.

6.6.8.   Tista’ tiġi inkorporata reċiprokament mal-lampa tal-waqfien jew mar-riflettur mhux trijangulari ta’ wara, jew mat-tnejn jew mal-lampa taċ-ċpar ta’ wara.

6.6.9.   Konnessjonijiet elettriċi: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.6.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: mhux obbligatorju.

Il-funzjoni tiegħu tista’ titwettaq mill-apparat ipprovdut, fejn dan hu addattat, għal-lampa ta’ quddiem.

6.6.11.   Rekwiżiti oħra: xejn

6.7.   Lampi taċ-ċpar ta’ quddiem

6.7.1.   Numru: waħda jew tnejn.

6.7.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.7.3.   Pożizzjoni

6.7.3.1.   Wisa’:

lampa taċ-ċpar ta’ quddiem tista’ titwaħħal fuq, taħt jew ħdejn lampa ta’ quddiem oħra; jekk dawn il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa taċ-ċpar ta’ quddiem irid ikun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; jekk iż-żewġ lampi qegħdin ħdejn xulxin, iċ-ċentru ta’ referenza tagħhom irid ikun simetriku b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura;

lampa taċ-ċpar ta’ quddiem li hi inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem trid tiġi installata b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

żewġ lampi taċ-ċpar ta’ quddiem li waħda minnhom jew it-tnejn huma inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem, iridu jitwaħħlu b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

6.7.3.2.   Għoli: minimu ta’ 250 mm ‘il fuq mill-art. L-ebda punt fuq is-superfiċi li ddawwal ma jrid ikun aktar għoli mill-aktar punt għoli tas-superfiċi li ddawwal tal-lampa ta’ quddiem dipped-beam.

6.7.3.3.   Tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit huwa kkunsidrat sodisfatt jekk id-dawl mitfugħ ma jiddisturbax lis-sewwieq kemm direttament jew indirettament permezz tal-mirja ta’ viżjoni anterjuri u/jew is-superfiċi oħra li jirriflettu tal-vettura.

6.7.4.   Viżibilità ġeometrika

Din hi iddeterminata bl-angoli α u β kif definit fil- punt A(10) tal-Anness I:

α

=

5° ‘il fuq u ‘l isfel;

β

=

45° lejn ix-xelluq u lejn il-lemin fil-każ ta’ lampa mhux ċentrali, fejn l-angolu intern irid ikun β = 10°.

6.7.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ quddiem

Tista’ timxi fl-istess linja mal-angolu tal-istering.

6.7.6.   Tista’ tinġabar flimkien mal-lampi l-oħra ta’ quddiem.

6.7.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ xi lampa oħra ta’ quddiem.

6.7.8.   Tista’ tiġi inkorporata reċiprokament ma’ lampa ta’ quddiem main-beam u ma’ lampa ta’ quddiem.

6.7.9.   Konnessjonijiet elettriċi

Irid ikun possibbli li l-lampa taċ-ċpar ta’ quddiem tinxtegħel jew tintefa’ indipendentement mil-lampa ta’ quddiem main-beam jew il-lampa dipped-beam.

6.7.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: mhux obbligatorju.

Dawl ta’ indikazzjoni aħdar li ma jteptipx.

6.7.11.   Rekwiżiti oħra: xejn

6.8.   Lampi taċ-ċpar ta’ wara

6.8.1.   Numru: waħda jew tnejn.

6.8.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.8.3.   Pożizzjoni

6.8.3.1.   Wisa’: lampa waħda indipendenti taċ-ċpar ta’ wara tista’ titwaħħal fuq, taħt jew ħdejn lampa oħra ta’ wara; jekk il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tagħha jrid ikun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura, jekk il-lampi qegħdin ħdejn xulxin iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom jridu jkunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura. Lampa taċ-ċpar ta’ quddiem li hi inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ wara trid tiġi installata b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

6.8.3.2.   Għoli: minimu 250 mm, massimu 900 mm ‘il fuq mill-art.

6.8.3.3.   Tul: fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura.

6.8.3.4.   Id-distanza ta’ bejn is-superfiċi li ddawwal tal-lampa taċ-ċpar ta’ wara u dik tal-lampa ta’ waqfien trid tkun tal-anqas 100 mm.

6.8.4.   Viżibilità ġeometrika

Di hi ddeterminata bl-angoli α u β kif definit fil- punt A(10) tal-Anness I:

α

=

5° ‘il fuq and 5° ‘l isfel;

β

=

25° lejn ix-xellug u lejn il-lemin.

6.8.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ wara

6.8.6.   Jista’ jinġabar flimkien ma’ xi lampa oħra ta’ wara.

6.8.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ kwalunkwe lampa oħra.

6.8.8.   Jistgħu jiġu inkorporati reċiprokament ma’ lampa ta’ wara.

6.8.9.   Konnessjonijiet elettriċi

Il-lampa ma tistax tkun mixgħula sakemm waħda minn dawn il-lampi li ġejjin ma tkunx mixgħula wkoll: il-lampa ta’ quddiem main-beam, il-lampa ta’ quddiem dipped-beam, jew il-lampa taċ-ċpar ta’ quddiem.

Jekk ikun hemm lampa taċ-ċpar ta’ quddiem, irid ikun possibbli li l-lampa taċ-ċpar ta’ wara tintefa indipendentement mil-lampa taċ-ċpar ta’ quddiem.

6.8.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: obbligatorju.

Dawl indikatur ambra li ma jteptipx.

6.8.11.   Rekwiżiti oħra: xejn

6.9.   Sinjal li javża li hemm periklu

6.9.1.   Rekwiżiti identiċi għal dawk stabbiliti fil- punti 6.3 sa 6.3.8.

6.9.2.   Konnessjonijiet elettriċi

Is-sinjal irid jiġi azzjonat b’kontroll separat li jippermetti li l-indikaturi tad-direzzjoni jkollhom provvista ta’ kurrent simultanjament.

6.9.3.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: obbligatorju.

Dawl aħmar li jteptep jew, jekk ma jkunx hemm telltale separat, it-tħaddim simultanju tat-telltales speċifikati fil- punt 6.3.10.

6.9.4.   Rekwiżiti oħra

Id-dawl irid iteptep fi frekwenza ta’ 90 ± 30 darba fil-minuta. L-attwazzjoni tal-kontroll tal-apparat li jagħmel sinjal bid-dawl trid tkun segwita bit-tidwil tal-lampa f’massimu ta’ sekonda u l-ewwel tifi tal-lampa f’massimu ta’ sekonda u nofs.

Irid ikun possibbli li s-sinjal li javża li s-sinjal li javża li hemm periklu jiġi attwat anki jekk l-apparat li jixgħel jew jitfi l-magna jkun f’pożizzjoni tali li din tal-aħħar ma tkunx tista’ titħaddem.

6.10.   Lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara

6.10.1.   Numru: waħda.

Il-lampa tista’ tikkonsisti f’diversi elementi ottiċi maħsuba biex idawlu l-pożizzjoni tal-pjanċa.

6.10.2.

Disinn tal-arranġament

B’tali mod li l-lampa ddawwal il-pożizzjoni riżervata għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni.

6.10.3.

Pożizzjoni

6.10.3.1.

Wisa’

6.10.3.2.

Għoli

6.10.3.3.

Tul

6.10.4.

Viżibilità ġeometrika

6.10.5.

Allinjament

6.10.6.   Jistgħu jinġabru flimkien ma’ lampa jew lampi oħra ta’ wara.

6.10.7.   Jistgħu jingħaqdu mal-lampa ta’ wara.

6.10.8.   Ma jistgħux jiġu inkorporati reċiprokament ma’ xi lampa oħra.

6.10.9.   Konnessjonijiet elettriċi ta’ tħaddim: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.10.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: mhux obbligatorju.

It-tħaddim tiegħu jrid jiġi assigurat mill-istess telltale kif huwa pprovdut għal-lampa tal-pożizzjoni.

6.10.11.   Rekwiżiti oħra: xejn

6.11.   Rifletturi tal-ġenb mhux trijangulari

6.11.1.   Numru fuq kull naħa: wieħed jew tnejn Klassi IA (1).

6.11.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.11.3.   Pożizzjoni

6.11.3.1.   Wisa’: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.11.3.2.   Għoli: 300 mm minimu, 900 mm massimu ‘l fuq mill-art.

6.11.3.3.   Tul: irid jkun tali, li f’kondizzjonijiet normali, l-apparat ma’ jistax jiġi mgħotti mis-sewwieq jew mill-passiġġier, jew bi ħwejjiġhom.

6.11.4.   Viżibilità ġeometrika

Angoli orizzontali: 30° ‘il quddiem u lura.

Angoli vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk l-għoli tar-riflettur huwa inqas minn 750 mm.

6.11.5.   Allinjament: l-assi ta’ referenza tar-rifletturi jridu jkunu perpendikolari mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura u mqiegħda ‘l barra. Ir-rifletturi ta’ quddiem jistgħu jiċċaqalqu b’konformità mal-angolu tal-istering.

6.11.6.   Jistgħu jinġabru flimkien mal-apparati l-oħra li jagħmlu sinjal.

6.12.   Rifletturi ta’ wara mhux trijangulari:

6.12.1.   Numru: wieħed, Klassi IA (1).

6.12.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.12.3.   Pożizzjoni

6.12.3.1.   Wisa’: iċ-ċentru ta’ referenza jrid ikun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

6.12.3.2.   Għoli: minimu 250 mm, massimu 900 mm ‘il fuq mill-art.

6.12.3.3.   Tul: fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura.

6.12.4.   Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 30° lejn ix-xellug u lejn il-lemin.

Angolu vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk l-għoli tar-riflettur huwa inqas minn 750 mm.

6.12.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ wara

6.12.6.   Jista’ jinġabar flimkien ma’ kwalunkwe lampa oħra.

6.12.7.   Is-superfiċi li ddawwal tar-riflettur jista’ jkollha partijiet komuni ma’ kwalunkwe lampa ħamra oħra ta’ wara.


(1)  Skont il-klassifika mwaqqfa fid-Direttiva 76/757/KEE.

Appendiċi 1

Il-Viżibilità tad-dwal ħomor fuq quddiem u d-dwal bojod fuq wara

(Ara l-punt B(9) tal-Anness I u l-punt 6.3.11.4.2 ta’ dan l-Anness)

Image Image

Appendiċi 2

Disinn tal-arranġament

Image

Appendiċi 3

Dokument ta’ informazzjoni dwar l-installazzjoni ta’ apparat li jixgħel u li jagħmel sinjal bid-dawl fuq tip ta’ motoċikletta ta’ żewġ roti

(Li jrid jiġi mhemuż mal-applikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti meta din hi sottomessa separatament mill-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura)

Numru ta’ referenza (allokat mill-applikant): …

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent fir-rigward ta’ l-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq moped ta’ żewġ roti għamdha jkollha l-informazzjoni mwaqqfa fl-Anness II tad-Direttiva 2002/24/KE taħt A, il-punti:

0.1,

0.2,

minn 0.4 sa 0.6,

minn 8 sa 8,4.

Appendiċi 4

Isem ta’ l-amminstrazzjoni

Ċertifikat ta’l-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti għall-installazzjoni ta’ apparat li jixgħel u li jagħmel sinjal bid-dawl fuq it-tip ta’ moped ta’ żewġ roti

MUDELL

Nru tar-rapport … mis-servizz tekniku … fil-(data) …

Nru tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti … Nru tal-estensjoni …

1.   Ditta (isem kummerċjali) tal-vettura tal-fabbrikant) …

2.   Tip ta’ vettura …

3.   L-isem u l-indirizz tal-fabbrikant …

4.   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-fabbrikant (jekk ikun hemm) …

Apparati tad-dawl mandatarji installati fuq il-vettura sottomessa għall-verifiki (1):

5.1.   Lampa ta’ quddiem main-beam

5.2.   Lampa ta’ quddiem dipped beam

5.3.   Lampi li jindikaw id-direzzjoni

5.4.   Lampi ta’ waqfien

5.5.   Lampi ta’ quddiem

5.6.   Lampi ta’ wara

5.7.   Lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara

5.8.   Rifletturi ta’ wara mhux trijangulari:

Apparati tad-dawl mhux obbligatorji installati fuq il-vettura sottomessa għall-verifiki (1):

6.1.   Lampi taċ-ċpar ta’ quddiem: iva/le (*)

6.2.   Lampi taċ-ċpar ta’ wara: iva/le (*)

6.3.   Sinjal li javża li hemm periklu: iva/le (*)

6.4.   Rifletturi tal-ġenb mhux trijangulari: iva/le (*)

7.   Varjanti …

8.   Il-vettura ġiet sottomessa għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti fil-(data) …

9.   L-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti ġiet mogħtija/irrifjutata (*)

10.   Post …

11.   Data …

12.   Firma …


(1)  Iddikjara fuq karta separata għal kull apparat it-tipi ta’ apparat identifikati kif xieraq li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ installazzjoni ta’ dan l-Anness.

(*)  Aqta’ fejn ma japplikax.

ANNESS V

REKWIŻITI LI JIKKONĊERNAW IL-MOTOĊIKLETTI B’SIDE-CAR

Il-motoċikletti kollha b’side-car jistgħu jiġu mgħammra bl-apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl li ġejjin:

1.1.   lampa ta’ quddiem main-beam;

1.2.   lampa ta’ quddiem dipped beam;

1.3.   lampi li jindikaw id-direzzjoni;

1.4.   lampa ta’ waqfien;

1.5.   lampa ta’ quddiem;

1.6.   lampa ta’ wara;

1.7.   lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara;

1.8.   riflettur ta’ wara mhux trijangulari:

Il-motoċikletti kollha b’side-car jistgħu wkoll jiġu mgħammra bl-apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl li ġejjin:

2.1.   lampa taċ-ċpar ta’ quddiem;

2.2.   lampa taċ-ċpar ta’ wara;

2.3.   sinjal li javża li hemm periklu;

2.4.   rifletturi tal-ġenb mhux trijangulari;

3.   Kull wieħed mill-apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl li hemm referenza għalihom fil- punti 1 u 2 jridu jiġu mwaħħla skont id-disposizzjonijiet addattati tal- punti 6.

4.   Ma jistgħux jeħlu apparati oħra tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl barra dawk li hemm referenza għalihom fil- punti 1 u 2.

5.   Id-dawl u t-tagħmir ta’ sinjalazzjoni tad-dawl msemmija fil- punti 1 u 2 u l-approvazzjoni tat-tip għal vetturi fil-kategoriji M1 u N1, b’mod konformi mad-Direttivi 76/757/KEE, 76/758/KEE, 76/759/KEE, 76/760/KEE, 76/761/KEE, 76/762/KEE, 77/538/KEE jew 77/539/KEE rilevanti, għandhom ikunu permessi wkoll fuq motoċikli bis-sidecar.

6.   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TAT-TWAĦĦIL

6.1.   Lampa ta’ quddiem main-beam

6.1.1.   Numru: waħda jew tnejn.

6.1.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.1.3.   Pożizzjoni

6.1.3.1.   Wisa’:

lampa ta’ quddiem main-beam indipendenti tista’ titwaħħal fuq, taħt jew ħdejn lampa oħra ta’ quddiem: jekk dawn il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa ta’ quddiem main-beam trid tkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-motoċikletta; jekk dawn il-lampi qegħdin waħda ħdejn l-oħra ċ-ċentru ta’ referenza tagħhom irid ikun simetriku b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-motoċikletta,

lampa ta’ quddiem main-beam li hi inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem trid tiġi installata b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-motoċikletta. Madankollu, meta l-motoċikletta tkun mgħammra wkoll b’lampa ta’ quddiem dipped-beam indipendenti ħdejn il-lampa ta’ quddiem main-beam, iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-motoċikletta,

żewġ lampi ta’ quddiem main-beam li waħda minnhom jew it-tnejn huma inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem, iridu jitwaħħlu b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-motoċikletta.

6.1.3.2.   It-tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit huwa kkunsidrat sodisfatt jekk id-dawl mitfugħ ma jiddisturbax lis-sewwieq kemm direttament jew indirettament permezz tal-mirja ta’ viżjoni anterjuri u/jew is-superfiċi oħra li jirriflettu tal-vettura.

6.1.3.3.   Fi kwalunkwe każ, id-distanza ta’ bejn it-tarf tas-superfiċi li ddawwal ta’ lampa ta’ quddiem main-beam indipendenti u t-tarf ta’ dik ta’ lampa ta’ quddiem dipped-beam ma tridx taqbeż 200 mm.

6.1.3.4.   Id-distanza li tissepara s-superfiċi li jdawlu taż-żewġ lampi ta’ quddiem main-beam ma tridx taqbeż 200 mm.

6.1.4.   Viżibilità ġeometrika

Anki fiż-żoni li ma jidhrux li jiddawlu fid-direzzjoni ta’ osservazzjoni kkunsidrata, s-superfiċi li ddawwal trid tkun viżibbli minn ġewwa erja diverġenti illimitata b’generatrices li jmissu l-kontorn sħiħ tas-superfiċi li ddawwal u li jiffurmaw angolu ta’ 5° tal-anqas mal-assi ta’ referenza tal-lampa ta’ quddiem. Il-kontorn tal-projezzjoni tas-superfiċi li ddawwal għal fuq pjan trasversali li huwa tanġent mal-parti ta’ quddiem tal-lenti tal-lampa ta’ quddiem main-beam huwa kkunsidrat li huwa l-oriġini tal-angoli ta’ viżibilità ġeometrika.

6.1.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ quddiem.

Tista’ timxi fl-istess linja mal-angolu tal-istering.

6.1.6.   Tista’ tinġabar flimkien mal-lampa ta’ quddiem dipped-beam u mal-lampi l-oħra ta’ quddiem.

6.1.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ kwalunkwe lampa oħra.

Jistgħu jiġu inkorporati reċiprokament:

6.1.8.1.   mal-lampa ta’ quddiem dipped beam;

6.1.8.2.   mal-lampa taċ-ċpar ta’ quddiem;

6.1.8.3.   mal-lampa taċ-ċpar ta’ quddiem.

6.1.9.   Konnessjonijiet elettriċi

Il-lampi ta’ quddiem main-beam iridu jixegħlu simultanjament. Meta jkun hemm qlib minn dipped-beam għal main-beam il-lampi kollha ta’ quddiem main-beam iridu jixegħlu. Meta jkun hemm bidla minn main-beam għal dipped beam, il-lampi ta’ quddiem main-beam kollha jridu jintfew simultanjament. Il-lampi ta’ quddiem dipped-beam jistgħu jibqgħu mixgħula fl-istess ħin mal-main beams.

6.1.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: obbligatorju.

Dawl ta’ twissija blu li ma jteptipx

6.1.11.   Rekwiżiti oħra: l-intensità massima tal-lampi ta’ quddiem main-beam li jistgħu jinxtegħlu fl-istess ħin ma tridx taqbeż 225 000 cd (valur tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti).

6.2.   Lampa ta’ quddiem dipped beam

6.2.1.   Numru: waħda jew tnejn.

6.2.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.2.3.   Pożizzjoni

6.2.3.1.   Wisa’:

lampa ta’ quddiem dipped-beam indipendenti tista’ tiġi installata fuq jew taħt jew ħdejn lampa oħra ta’ quddiem: jekk dawn il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa ta’ quddiem dipped-beam trid tkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-motoċikletta; jekk dawn il-lampi qegħdin waħda ħdejn l-oħra ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-motoċikletta,

lampa ta’ quddiem dipped-beam li hi inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem trid tiġi installata b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-motoċikletta. Madankollu, meta l-motoċikletta tkun mgħammra wkoll b’lampa ta’ quddiem main-beam indipendenti ħdejn il-lampa ta’ quddiem dipped-beam, iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-motoċikletta,

żewġ lampi ta’ quddiem dipped-beam li waħda minnhom jew it-tnejn huma inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem, iridu jitwaħħlu b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-motoċikletta.

6.2.3.2.   Għoli: minimu ta’ 500 mm u massimu ta’ 1 200 mm ‘il fuq mill-art.

6.2.3.3.   Tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit huwa kkunsidrat sodisfatt jekk id-dawl mitfugħ ma jiddisturbax lis-sewwieq kemm direttament jew indirettament permezz tal-mirja ta’ viżjoni anterjuri u/jew is-superfiċi oħra li jirriflettu tal-vettura.

6.2.3.4.   Fil-każ ta’ żewġ lampi ta’ quddiem dipped-beam id-distanza li tissepara s-superfiċi li jdawlu ma tridx taqbeż 200 mm.

6.2.4.   Viżibilità ġeometrika

Iddeterminata bl-angoli α u β kif speċifikat fil- punt A(10) tal-Anness I:

α

=

15° ‘il fuq and 10° ‘l isfel;

β

=

45 lejn ix-xellug u lejn il-lemin jekk hemm biss lampa waħda ta’ quddiem dipped-beam;

45° ‘il barra u 10° ‘il ġewwa jekk hemm żewġ lampi ta’ quddiem dipped-beam.

Il-preżenza ta’ pannelli jew oġġetti oħra ta’ tagħmir ħdejn id-dawl ma jistax ikollhom effetti sekondarji li jikkawżaw skonfort għal min ikun qed juża t-triq.

6.2.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ quddiem.

Tista’ timxi fl-istess linja mal-angolu tal-istering.

L-inklinazzjoni vertikali tad-dipped beam trid tibqa’ bejn –0,5 % u –2,5 %, barra fil-każ fejn huwa preżenti apparat ta’ aġġustament estern.

6.2.6.   Tista’ tinġabar flimkien mal-lampa ta’ quddiem main-beam u ma’ lampi oħra ta’ quddiem.

6.2.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ kwalunkwe lampa oħra.

6.2.8.   Tista’ tiġi inkorporata reċiprokament mal-lampa ta’ quddiem main-beam u mal-lampi l-oħra ta’ quddiem.

6.2.9.   Konnessjonijiet elettriċi

Il-kontroll biex ikun hemm bidla għal dipped-beam irid jitfi l-lampi ta’ quddiem main-beam kollha simultanjament, billi l-lampi ta’ quddiem dipped-beam jistgħu jibqgħu mixgħula fl-istess ħin mal-lampi main-beam.

6.2.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: mhux obbligatorju.

Dawl ta’ indikazzjoni aħdar li ma jteptipx.

6.2.11.   Rekwiżiti oħra: xejn

6.3.   Lampi li jindikaw id-direzzjoni

6.3.1.   Numru: tnejn fuq kull naħa.

6.3.2.   Disinn tal-arranġament: żewġ lampi li jindikaw id-direzzjoni fuq quddiem u tnejn fuq wara.

6.3.3.   Pożizzjoni

6.3.3.1.   Wisa’:

it-trufijiet tas-superfiċi li jdawlu l-aktar ‘il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura ma jridux ikunu aktar minn 400 mm mit-tarf l-aktar ‘il bogħod tal-vettura,

it-trufijiet ta’ ġewwa tas-superfiċi li jdawlu jridu jkunu tal-anqas 600 mm ‘il bogħod minn xulxin,

irid ikun hemm distanza minima bejn is-superfiċi li jdawlu tal-indikaturi u l-eqreb lampa ta’ quddiem dipped-beam ta’:

75 mm fil-każ ta’ intensità minima tal-indikatur ta’ 90 cd,

40 mm fil-każ ta’ intensità minima tal-indikatur ta’ 175 cd,

20 mm fil-każ ta’ intensità minima tal-indikatur ta’ 250 cd,

≤ 20 mm fil-każ ta’ intensità minima tal-indikatur ta’ 400 cd.

6.3.3.2.   Tul: id-distanza lejn ‘il quddiem bejn il-pjan trasversali li jikkorrispondi mal-estremità lonġitudinali estrema ta’ waranett tal-vettura u ċ-ċentru ta’ referenza tal-indikaturi ta’ wara ma tridx taqbeż it-300 mm. L-indikatur tad-direzzjoni ta’ quddiem fuq is-side-car irid ikun quddiem l-assi taċ-ċentru tas-side-car u l-indikatur tad-direzzjoni ta’ wara jrid ikun wara l-assi taċ-ċentru tas-side-car.

6.3.4.   Viżibilità ġeometrika

Angoli orizzontali: ara l-Appendiċi 2.

Angoli vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk il-lampi huma inqas minn 750 mm ‘il fuq mill-art.

6.3.5.   Allinjament

Il-lampi li jindikaw id-direzzjoni jistgħu jimxu b’konformità mal-angolu tal-istering

6.3.6.   Jistgħu jinġabru flimkien ma’ lampa jew lampi oħra.

6.3.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ kwalunkwe lampa oħra.

6.3.8.   Ma jistgħux jiġu inkorporati reċiprokament ma’ xi lampa oħra.

6.3.9.   Konnessjonijiet elettriċi

Il-lampi li jindikaw id-direzzjoni jridu jixegħlu indipendentement minn lampi oħrajn. Il-lampi kollha li jindikaw id-direzzjoni fuq naħa waħda tal-vettura jridu jixegħlu u jintfew permezz ta’ kontroll wieħed.

6.3.10.   Telltale għat-tħaddim: mhux obbligatorju.

Dan jista’ jkun ottiku jew li jinstema’ jew it-tnejn. Jekk huwa ottiku jrid ikun dawl aħdar li jteptep u viżibbli f’kondizzjonijiet normali ta’ tħaddim. Irid jintefa’ jew jibqa’ mixgħul mingħajr ma jteptep jew juri bidla fil-frekwenza fil-każ li waħda mil-lampi li jindikaw id-direzzjoni ma tkunx qed taħdem sew. Jekk dan hu li jistema’ biss, irid ikun jinstema’ b’mod ċar u juri l-istess kondizzjonijiet ta’ tħaddim bħat-telltale ottiku.

6.3.11.   Rekwiżiti oħra

Il-karatteristiċi elenkati hawn taħt iridu jitkejlu mill-ġeneratur elettriku li jissuplixxi l-kurrent lil dawk iċ-ċirkuwiti biss li huma essenzjali għat-tħaddim tal-magna u tal-apparati tad-dawl.

6.3.11.1.   L-attwazzjoni tal-apparat li jagħmel sinjal bid-dawl trid tkun segwita bit-tidwil tal-lampa f’massimu ta’ sekonda u l-ewwel tifi tal-lampa f’massimu ta’ sekonda u nofs.

Fil-każ tal-vetturi kollha li l-lampi li jindikaw id-direzzjoni tagħhom għandhom provvista ta’ kurrent dirett:

6.3.11.2.1.   Il-frekwenza tat-teptip tad-dawl trid tkun 90 ± 30 darba fil-minuta;

6.3.11.2.2.   il-lampi li jindikaw id-direzzjoni fuq l-istess naħa tal-vettura jridu jteptpu bl-istess frekwenza u fl-istess ħin.

Meta l-vettura hija mgħammra b’lampi li jindikaw id-direzzjoni li għandhom provvista ta’ kurrent li jalterna, meta l-veloċità tal-magna tkun bejn 50 u 100 % tal-veloċità li tikkorrispondi mal-veloċità massima tal-vettura:

6.3.11.3.1.   id-dawl irid iteptep fi frekwenza ta’ 90 ± 30 darba fil-minuta;

6.3.11.3.2.   il-lampi li jindikaw id-direzzjoni jistgħu jteptpu fuq l-istess naħa tal-vettura jew simultanjament jew jalternaw. Il-lampi ta’ quddiem ma jridux ikunu viżibbli minn wara u l-lampi ta’ wara ma jridux ikunu viżibbli minn quddiem fiż-żoni definiti fl-Appendiċi 1.

Meta l-lampi li jindikaw id-direzzjoni mwaħħla fuq il-vettura għandhom provvista ta’ kurrent li jalterna, meta l-veloċità tal-magna tkun bejn il-veloċità tal-vettura wieqfa speċifikata mill-fabbrikant u 50 % tal-veloċità li tikkorrispondi mal-veloċità massima tal-vettura:

6.3.11.4.1.   il-frekwenza tat-teptip trid tkun bejn 90 + 30 u 90 – 45 darba fil-minuta;

6.3.11.4.2.   il-lampi li jindikaw id-direzzjoni fuq l-istess naħa tal-vettura jistgħu jteptpu jew simultanjament jew jalternaw. Il-lampi ta’ quddiem ma jridux ikunu viżibbli minn wara u l-lampi ta’ wara ma jridux ikunu viżibbli minn quddiem fiż-żoni definiti fl-Appendiċi 1.

6.3.11.5.   Fil-każ ta’ ħsara, barra dik ta’ ċirkuwitu qasir, ta’ waħda mil-lampi li jindikaw id-direzzjoni, l-oħrajn għandhom ikomplu jteptpu jew jibqgħu mixgħula, imma l-frekwenza f’din il-kondizzjoni tista’ tkun differenti minn dik speċifikata.

6.4.   Lampi ta’ waqfien

6.4.1.   Numru: wieħed jew tlieta (li wieħed minnhom biss fuq is-side-car)

6.4.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.4.3.   Pożizzjoni

6.4.3.1.   Wisa’: id-distanza laterali bejn it-tarf ta’ barranett tas-superfiċi li jdawlu tal-lampi ta’ waqfien ta’ barranett u l-wisa’ ġenerali ma tridx taqbeż 400 mm. Meta jkun hemm it-tielet lampa ta’ waqfien, din trid tkun simetrika mal-lampa ta’ waqfien li ma tkunx imwaħħla mas-side-car b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-motoċikletta.

6.4.3.2.   Għoli: minimu 250 mm, massimu 1 500 mm ‘il fuq mill-art.

6.4.3.3.   Tul: fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura.

6.4.4.   Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 45° lejn ix-xellug u lejn il-lemin. Meta jkun hemm lampa ta’ waqfien imwaħħla mas-side-car: 45° ‘il barra u 10° ‘il ġewwa

Angolu vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk il-lampa hija inqas minn 750 mm ‘il fuq mill-art.

6.4.5.   Allinjament: fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura.

6.4.6.   Jistgħu jinġabru flimkien ma’ lampa jew lampi oħra ta’ wara.

6.4.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ kwalunkwe lampa oħra.

6.4.8.   Jistgħu jiġu inkorporati reċiprokament mal-lampa ta’ wara.

6.4.9.   Konnessjonijiet elettriċi: iridu jixegħlu kull darba li jiġi applikat tal-anqas wieħed mill-brejkijiet.

6.4.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: ipprojbit.

6.5.   Lampi ta’ quddiem

6.5.1.   Numru: tnejn jew tlieta (waħda biss fuq is-side-car).

6.5.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.5.3.   Pożizzjoni

6.5.3.1.   Wisa’: id-distanza laterali bejn it-tarf ta’ barranett tas-superfiċi li jdawlu taż-żewġ lampi ta’ quddiem u t-trufijiet ta’ barranett tal-vettura ma tridx taqbeż 400 mm. Meta jkun hemm it-tielet lampa ta’ waqfien, din trid tkun simetrika mal-lampa ta’ quddiem li mhix dik imwaħħla mas-side-car, b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-motoċikletta.

6.5.3.2.   Għoli: minimu 350 mm, massimu 1 200 mm ‘il fuq mill-art.

6.5.3.3.   Tul: fuq quddiem tal-vettura.

6.5.4.   Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 80° ‘il barra u 45° ‘il ġewwa

Angolu vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5° jekk il-lampa hija inqas minn 750 mm ‘il fuq mill-art.

6.5.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ quddiem

Tista’ timxi fl-istess linja mal-angolu tal-istering.

6.5.6.   Tista’ tinġabar flimkien ma’ kwalunkwe lampa oħra ta’ quddiem.

6.5.7.   Tista’ tiġi inkorporata reċiprokament ma’ kwalunkwe lampa oħra ta’ quddiem.

6.5.8.   Konnessjonijiet elettriċi: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.5.9.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: obbligatorju.

Dawl aħdar ta’ indikazzjoni li ma jteptipx; dan it-telltale mhuwiex bżonnjuż jekk id-dawl tad-dashboard jista’ jinxtegħel u jintefa’ biss simultanjament mal-lampa tal-pożizzjoni.

6.5.10.   Rekwiżiti oħra: xejn

6.6.   Lampi ta’ wara

6.6.1.   Numru: tnejn jew tlieta (waħda biss fuq is-side-car).

6.6.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.6.3.   Pożizzjoni

6.6.3.1.   Wisa’: id-distanza laterali bejn it-tarf ta’ barranett tas-superfiċi li jdawlu tal-lampi ta’ wara ta’ barranett u t-trufijiet ta’ barranett tal-vettura ma tridx taqbeż 400 mm. Meta jkun hemm it-tielet lampa ta’ waqfien, din trid tkun simetrika mal-lampa ta’ quddiem li mhix dik imwaħħla mas-side-car, b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-motoċikletta.

6.6.3.2.   Għoli: minimu 250 mm, massimu 1 500 mm ‘il fuq mill-art.

6.6.3.3.   Tul: fuq wara tal-vettura.

6.6.4.   Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 80° ‘il barra u 45° ‘il ġewwa

Angolu vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk il-lampa hija inqas minn 750 mm ‘il fuq mill-art.

6.6.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ wara.

6.6.6.   Jista’ jinġabar flimkien ma’ xi lampa oħra ta’ wara.

6.6.7.   Jistgħu jingħaqdu mal-lampa tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara.

6.6.8.   Tista’ tiġi inkorporata reċiprokament mal-lampa tal-waqfien jew mar-riflettur mhux trijangulari ta’ wara, jew mat-tnejn jew mal-lampa taċ-ċpar ta’ wara.

6.6.9.   Konnessjonijiet elettriċi: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.6.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: mhux obbligatorju.

Il-funzjoni tiegħu tista’ titwettaq mill-apparat ipprovdut, fejn dan hu addattat, għal-lampa ta’ quddiem.

6.6.11.   Rekwiżiti oħra: xejn

6.7.   Lampi taċ-ċpar ta’ quddiem

6.7.1.   Numru: waħda jew tnejn.

6.7.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.7.3.   Pożizzjoni

6.7.3.1.   Wisa’:

lampa waħda ta’ quddiem indipendenti tista’ teħel fuq jew taħt jew ħdejn lampa oħra ta’ quddiem: jekk dawn il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa ta’ quddiem main-beam trid tkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; jekk dawn il-lampi qegħdin waħda ħdejn l-oħra ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

lampa ta’ quddiem li hi inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem trid tiġi installata b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

żewġ lampi ta’ quddiem li waħda minnhom jew it-tnejn huma inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem, iridu jitwaħħlu b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

6.7.3.2.   Għoli: minimu ta’ 250 mm ‘il fuq mill-art. L-ebda punt fuq is-superfiċi li ddawwal ma jrid ikun aktar għoli mill-aktar punt għoli tas-superfiċi li ddawwal tal-lampa ta’ quddiem dipped-beam.

6.7.3.3.   Tul: fuq in-naħa ta’ quddiem tal-vettura dan ir-rekwiżit huwa kkunsidrat sodisfatt jekk id-dawl mormi ma jikkawżax skonfort lis-sewwieq kemm direttament kif ukoll indirettament permezz tal-mirja ta’ viżjoni anterjuri u/jew tas-superfiċi oħra li jirriflettu tal-vettura.

6.7.4.   Viżibilità ġeometrika

Din hija ddeterminata bl-angoli α u β kif definit fil- punt A(10) tal-Anness I:

α

=

5° ‘il fuq u ‘l isfel;

β

=

45° ‘il barra u 10° ‘il ġewwa

6.7.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ quddiem

Tista’ timxi fl-istess linja mal-angolu tal-istering.

6.7.6.   Tista’ tinġabar flimkien mal-lampi l-oħra ta’ quddiem.

6.7.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ xi lampa oħra ta’ quddiem.

6.7.8.   Tista’ tiġi inkorporata reċiprokament ma’ lampa ta’ quddiem main-beam u ma’ lampa ta’ quddiem.

6.7.9.   Konnessjonijiet elettriċi

Irid ikun possibbli li l-lampa taċ-ċpar ta’ quddiem tinxtegħel jew tintefa’ indipendentement mil-lampa ta’ quddiem main-beam jew il-lampa dipped-beam.

6.7.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: mhux obbligatorju.

Dawl ta’ indikazzjoni aħdar li ma jteptipx.

6.7.11.   Rekwiżiti oħra: xejn

6.8.   Lampi taċ-ċpar ta’ wara

6.8.1.   Numru: waħda jew tnejn.

6.8.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.8.3.   Pożizzjoni

6.8.3.1.   Wisa’: meta lampa waħda taċ-ċpar hija mwaħħla, il-pożizzjoni tagħha f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura trid tkun fuq in-naħa faċċata ta’ dik mitluba mir-regolamenti tal-moviment tal-vetturi tal-Istat Membru fejn trid tiġi rreġistrata.

6.8.3.2.   Għoli: minimu 250 mm, massimu 900 mm ‘il fuq mill-art.

6.8.3.3.   Tul: fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura.

6.8.3.4.   Id-distanza ta’ bejn is-superfiċi li ddawwal tal-lampa taċ-ċpar ta’ wara u dik tal-lampa ta’ waqfien trid tkun tal-anqas 100 mm.

6.8.4.   Viżibilità ġeometrika

Din hija ddeterminata bl-angoli α u β kif definit fis-sezzjoni A 10 tal-Anness I:

α

=

5° ‘il fuq and 5° ‘l isfel;

β

=

25° lejn ix-xellug u lejn il-lemin.

6.8.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ wara

6.8.6.   Jista’ jinġabar flimkien ma’ xi lampa oħra ta’ wara.

6.8.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ kwalunkwe lampa oħra.

6.8.8.   Jistgħu jiġu inkorporati reċiprokament ma’ lampa ta’ wara.

6.8.9.   Konnessjonijiet elettriċi

Il-lampa ma tistax tkun mixgħula sakemm waħda minn dawn il-lampi li ġejjin ma tkunx mixgħula wkoll: il-lampa ta’ quddiem main-beam, il-lampa ta’ quddiem dipped-beam, jew il-lampa taċ-ċpar ta’ quddiem.

Jekk ikun hemm lampa taċ-ċpar ta’ quddiem, irid ikun possibbli li l-lampa taċ-ċpar ta’ wara tintefa indipendentement mil-lampa taċ-ċpar ta’ quddiem.

6.8.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: obbligatorju.

Dawl indikatur ambra li ma jteptipx.

6.8.11.   Rekwiżiti oħra: xejn

6.9.   Sinjal li javża li hemm periklu

6.9.1.   Rekwiżiti identiċi għal dawk stabbiliti fil- punti 6.3 sa 6.3.8.

6.9.2.   Konnessjonijiet elettriċi

Is-sinjal irid jiġi azzjonat b’kontroll separat li jippermetti li l-indikaturi tad-direzzjoni jkollhom provvista ta’ kurrent simultanjament.

6.9.3.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: obbligatorju.

Dawl aħmar li jteptep jew, jekk ma jkunx hemm telltale separat, it-tħaddim simultanju tat-telltales speċifikati fil- punt 6.3.10.

6.9.4.   Rekwiżiti oħra

Id-dawl irid iteptep fi frekwenza ta’ 90 ± 30 darba fil-minuta. L-attwazzjoni tal-kontroll tal-apparat li jagħmel sinjal bid-dawl trid tkun segwita bit-tidwil tal-lampa f’massimu ta’ sekonda u l-ewwel tifi tal-lampa f’massimu ta’ sekonda u nofs.

Irid ikun possibbli li s-sinjal li javża li s-sinjal li javża li hemm periklu jiġi attwat anki jekk l-apparat li jixgħel jew jitfi l-magna jkun f’pożizzjoni tali li din tal-aħħar ma tkunx tista’ titħaddem.

6.10.   Lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara

6.10.1.   Numru: waħda.

Il-lampa tista’ tikkonsisti f’diversi elementi ottiċi maħsuba biex idawlu l-pożizzjoni tal-pjanċa.

6.10.2.

Disinn tal-arranġament

B’tali mod li l-lampa ddawwal il-pożizzjoni riservata għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni.

6.10.3.

Pożizzjoni

6.10.3.1.

Wisa’

6.10.3.2.

Għoli

6.10.3.3.

Tul

6.10.4.

Viżibilità ġeometrika

6.10.5.

Allinjament

6.10.6.   Jistgħu jinġabru flimkien ma’ lampa jew lampi oħra ta’ wara.

6.10.7.   Jistgħu jingħaqdu mal-lampa ta’ wara.

6.10.8.   Ma jistgħux jiġu inkorporati reċiprokament ma’ xi lampa oħra.

6.10.9.   Konnessjonijiet elettriċi: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.10.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: mhux obbligatorju.

It-tħaddim tiegħu jrid jiġi assigurat mill-istess telltale kif huwa pprovdut għal-lampa tal-pożizzjoni.

6.10.11.   Rekwiżiti oħra: xejn

6.11.   Rifletturi tal-ġenb mhux trijangulari

6.11.1.   Numru fuq kull naħa: wieħed jew tnejn Klassi IA (1).

6.11.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.11.3.   Pożizzjoni

6.11.3.1.   Wisa’: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.11.3.2.   Għoli: 300 mm minimu, 900 mm massimu ‘l fuq mill-art.

6.11.3.3.   Tul: irid jkun tali, li f’kondizzjonijiet normali, l-apparat ma’ jistax jiġi mgħotti mis-sewwieq jew mill-passiġġier, jew bi ħwejjiġhom.

6.11.4.   Viżibilità ġeometrika

Angoli orizzontali: 30° ‘il quddiem u lura.

Angoli vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk l-għoli tar-riflettur huwa inqas minn 750 mm.

6.11.5.   Allinjament: l-assi ta’ referenza tar-rifletturi jridu jkunu perpendikolari mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura u mqiegħda ‘l barra. Ir-rifletturi ta’ quddiem jistgħu jiċċaqalqu b’konformità mal-angolu tal-istering.

6.11.6.   Jistgħu jinġabru flimkien mal-apparati l-oħra li jagħmlu sinjal.

6.12.   Rifletturi ta’ wara mhux trijangulari.

6.12.1.   Numru: wieħed, Klassi IA (1).

6.12.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.12.3.   Pożizzjoni

6.12.3.1.   Wisa’:

it-trufijiet tas-superfiċi li ddawwal l-aktar ‘il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura ma jridux ikunu aktar minn 400 mm mit-tarf l-aktar ‘il bogħod tal-vettura,

it-trufijiet ta’ ġewwa tar-rifletturi jridu jkunu tal-anqas 500 mm ‘il bogħod minn xulxin. Din id-distanza tista’ tiġi ridotta għal 400 mm jekk il-wisa’ massimu tal-vettura huwa inqas minn 1 300 mm.

6.12.3.2.   Għoli: minimu 250 mm, massimu 900 mm ‘il fuq mill-art.

6.12.3.3.   Tul: fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura.

6.12.4.   Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 30° ‘il barra u 10° ‘il ġewwa

Angolu vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk l-għoli tar-riflettur huwa inqas minn 750 mm.

6.12.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ wara

6.12.6.   Jista’ jinġabar flimkien ma’ kwalunkwe lampa oħra.

6.12.7.   Is-superfiċi li ddawwal tar-riflettur jista’ jkollha partijiet komuni ma’ kwalunkwe lampa ħamra oħra ta’ wara.


(1)  Skont il-klassifika mwaqqfa fid-Direttiva 76/757/KEE.

Appendiċi 1

Il-Viżibilità tad-dwal ħomor fuq quddiem u d-dwal bojod fuq wara

(Ara l-punt B(9) fl-Anness 1 u l-punt 6.3.11.4.2 f’dan l-Anness)

Image Image

Appendiċi 2

Disinn tal-arranġament

Żewġ lampi li jindikaw id-direzzjoni fuq quddiem u fuq wara

Image

Appendiċi 3

Dokument ta’ informazzjoni dwar l-installazzjoni ta’ apparat li jixgħel u li jagħmel sinjal bid-dawl fuq tip ta’ motoċikletta b’side-car

(Li jrid jiġi mhemuż mal-applikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti meta din hi sottomessa separatament mill-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura)

Numru ta’ referenza (allokat mill-applikant): …

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent fir-rigward ta’ l-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq tip ta’ mutur b’side car għandha jkollha l-informazzjoni mwaqqfa fl-Anness II tad-Direttiva 2002/24/KE taħt A, il-punti:

0.1,

0.2,

minn 0.4 sa 0.6,

minn 8 sa 8,4.

Appendiċi 4

Isem ta’ l-amminstrazzjoni

Ċertifikat ta’l-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti għall-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq it-tip ta’ motoċikletta b’side-car

MUDELL

Nru tar-rapport … mis-servizz tekniku … fil-(data) …

Nru tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti … Nru tal-estensjoni …

1.   Ditta (isem kummerċjali) tal-vettura tal-fabbrikant) …

2.   Tip ta’ vettura …

3.   L-isem u l-indirizz tal-fabbrikant …

4.   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-fabbrikant (jekk ikun hemm) …

Apparati tad-dawl mandatarji installati fuq il-vettura sottomessa għall-verifiki (1): …

5.1.   Lampa ta’ quddiem main-beam

5.2.   Lampa ta’ quddiem dipped beam

5.3.   Lampi li jindikaw id-direzzjoni

5.4.   Lampi ta’ waqfien

5.5.   Lampi ta’ quddiem

5.6.   Lampi ta’ wara

5.7.   Lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara

5.8.   Rifletturi ta’ wara mhux trijangulari:

Apparati tad-dawl mhux obbligatorji installati fuq il-vettura sottomessa ghall-verifiki (1):

6.1.   Lampi taċ-ċpar ta’ quddiem: iva/le (*)

6.2.   Lampi taċ-ċpar ta’ wara: iva/le (*)

6.3.   Sinjal li javża li hemm periklu: iva/le (*)

6.4.   Rifletturi tal-ġenb mhux trijangulari: iva/le (*)

7.   Varjanti …

8.   Il-vettura ġiet sottomessa għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti fil-(data) …

9.   L-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti ġiet mogħtija/irrifjutata (*)

10.   Post …

11.   Data …

12.   Firma …


(1)  Iddikjara fuq karta separata għal kull apparat it-tipi ta’ apparati identifikati kif xieraq li jissodisfaw il-kondiizjonijiet ta’ installazzjoni ta’ dan l-Anness.

(*)  Aqta’ fejn ma japplikax.

ANNESS VI

REKWIŻITI LI JIKKONĊERNAW IT-TRIĊIKLETTI

It-triċikletti kollha jistgħu jiġu mgħammra bl-apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl li ġejjin:

1.1.   lampa ta’ quddiem main-beam;

1.2.   lampa ta’ quddiem dipped beam;

1.3.   lampi li jindikaw id-direzzjoni;

1.4.   lampa ta’ waqfien;

1.5.   lampa ta’ quddiem;

1.6.   lampa ta’ wara:

1.7.   lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara;

1.8.   riflettur ta’ wara mhux trijangulari;

1.9.   sinjal li javża li hemm periklu.

Barra minn hekk, it-triċikletti kollha jistgħu jiġu mgħammra bl-apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl li ġejjin:

2.1.   lampa taċ-ċpar ta’ quddiem;

2.2.   lampa taċ-ċpar ta’ wara;

2.3.   lampa li turi li l-karrozza se tirriversja;

2.4.   rifletturi tal-ġenb mhux trijangulari.

3.   Kull wieħed mill-apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl msemmija fil- punti 1 u 2 jridu jiġu mwaħħla skont id-disposizzjonijiet addattati tal- punt 6.

4.   Ma jistgħux jeħlu apparati oħra tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl barra dawk msemmija fil- punti 1 u 2.

5.   Id-dawl u t-tagħmir għas-sinjalazzjoni bid-dawl msemmija fil- punti 1 u 2 u l-approvazzjoni tat-tip għal vetturi fil-kategoriji M1 u N1, b’mod konformi mad-Direttivi 76/757/KEE, 76/758/KEE, 76/759/KEE, 76/760/KEE, 76/761/KEE, 76/762/KEE, 77/538/KEE jew 77/539/KEE rilevanti, għandhom ikunu permessi wkoll fuq tricycles.

6.   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TAT-TWAĦĦIL

6.1.   Lampa ta’ quddiem main-beam

6.1.1.   Numru: waħda jew tnejn.

Madankollu, għat-triċikletti b’wisa’ massimu li jaqbeż 1 300 mm, hemm bżonn ta’ żewġ lampi ta’ quddiem main-beam.

6.1.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.1.3.   Pożizzjoni

6.1.3.1.   Wisa’:

lampa ta’ quddiem main-beam indipendenti tista’ titwaħħal fuq, taħt jew ħdejn lampa oħra ta’ quddiem: jekk dawn il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa ta’ quddiem main-beam trid tkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; jekk dawn il-lampi qegħdin waħda ħdejn l-oħra ċ-ċentru ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

lampa ta’ quddiem main-beam li hi inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem trid tiġi installata b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura. Madankollu, meta l-vettura tkun mgħammra wkoll b’lampa ta’ quddiem dipped-beam indipendenti ħdejn il-lampa ta’ quddiem main-beam, iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

żewġ lampi ta’ quddiem main-beam li waħda minnhom jew it-tnejn huma inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem, iridu jitwaħħlu b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

6.1.3.2.   It-tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit huwa kkunsidrat sodisfatt jekk id-dawl mitfugħ ma jiddisturbax lis-sewwieq kemm direttament jew indirettament permezz tal-mirja ta’ viżjoni anterjuri u/jew is-superfiċi oħra li jirriflettu tal-vettura.

6.1.3.3.   Fi kwalunkwe każ, id-distanza ta’ bejn it-tarf tas-superfiċi li ddawwal ta’ lampa ta’ quddiem main-beam indipendenti u t-tarf ta’ dik ta’ lampa ta’ quddiem dipped-beam ma tridx taqbeż 200 mm.

6.1.4.   Viżibilità ġeometrika

Anki fiż-żoni li ma jidhrux li jiddawlu fid-direzzjoni ta’ osservazzjoni kkunsidrata, is-superfiċi li ddawwal trid tkun viżibbli minn ġewwa erja diverġenti illimitata b’generatrices li jmissu l-kontorn sħiħ tas-superfiċi li ddawwal u li jiffurmaw angolu ta’ 5° tal-anqas mal-assi ta’ referenza tal-lampa ta’ quddiem. Il-kontorn tal-projezzjoni tas-superfiċi li ddawwal għal fuq pjan trasversali li huwa tanġent mal-parti ta’ quddiem tal-lenti tal-lampa ta’ quddiem main-beam huwa kkunsidrat li huwa l-oriġini tal-angoli ta’ viżibilità ġeometrika.

6.1.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ quddiem.

Tista’ timxi fl-istess linja mal-angolu tal-istering.

6.1.6.   Tista’ tinġabar flimkien mal-lampa ta’ quddiem dipped-beam u mal-lampi l-oħra ta’ quddiem.

6.1.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ kwalunkwe lampa oħra.

Jistgħu jiġu inkorporati reċiprokament:

6.1.8.1.   mal-lampa ta’ quddiem dipped beam;

6.1.8.2.   mal-lampa ta’ quddiem;

6.1.8.3.   mal-lampa taċ-ċpar ta’ quddiem.

6.1.9.   Konnessjonijiet elettriċi

Il-lampi ta’ quddiem main-beam iridu jixegħlu simultanjament. Meta jkun hemm qlib minn dipped-beam għal main-beam il-lampi kollha ta’ quddiem main-beam iridu jixegħlu. Meta jkun hemm bidla minn main-beam għal dipped beam, il-lampi ta’ quddiem main-beam kollha jridu jintfew simultanjament. Il-lampi ta’ quddiem dipped-beam jistgħu jibqgħu mixgħula fl-istess ħin mal-main beams.

6.1.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: mhux obbligatorju.

Dawl ta’ twissija blu li ma jteptipx

6.1.11.   Rekwiżiti oħra: l-intensità massima tal-lampi ta’ quddiem main-beam li jistgħu jinxtegħlu fl-istess ħin ma tridx taqbeż 225 000 cd (valur tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti).

6.2.   Lampa ta’ quddiem dipped beam

6.2.1.   Numru: waħda jew tnejn.

Madankollu, għat-triċikletti b’wisa’ massimu li jaqbeż 1 300 mm, hemm bżonn ta’ żewġ lampi ta’ quddiem dipped-beam.

6.2.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.2.3.   Pożizzjoni

6.2.3.1.   Wisa’:

lampa ta’ quddiem dipped-beam indipendenti tista’ tiġi installata fuq jew taħt jew ħdejn lampa oħra ta’ quddiem: jekk dawn il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa ta’ quddiem dipped-beam trid tkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; jekk dawn il-lampi qegħdin waħda ħdejn l-oħra ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

lampa ta’ quddiem dipped-beam li hi inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem trid tiġi installata b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura. Madankollu, meta l-vettura tkun mgħammra wkoll b’lampa ta’ quddiem main-beam indipendenti ħdejn il-lampa ta’ quddiem dipped-beam, iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

żewġ lampi ta’ quddiem dipped-beam li waħda minnhom jew it-tnejn huma inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem, iridu jitwaħħlu b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

Fil-każ ta’ vettura b’żewġ lampi ta’ quddiem dipped-beam:

it-trufijiet tas-superfiċi li ddawwal l-aktar ‘il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura ma jridux ikunu aktar minn 400 mm mit-tarf l-aktar ‘il bogħod tal-vettura,

it-trufijiet ta’ ġewwanett tas-superfiċi li jdawlu jridu jkunu tal-anqas 500 mm ‘il bogħod minn xulxin. Din id-distanza tista’ tiġi ridotta għal 400 mm jekk il-wisa’ massimu tal-vettura huwa inqas minn 1 300 mm.

6.2.3.2.   Għoli: minimu ta’ 500 mm u massimu ta’ 1 200 mm ‘l fuq mill-art.

6.2.3.3.   Tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit huwa kkunsidrat sodisfatt jekk id-dawl mitfugħ ma jiddisturbax lis-sewwieq kemm direttament jew indirettament permezz tal-mirja ta’ viżjoni anterjuri u/jew is-superfiċi oħra li jirriflettu tal-vettura.

6.2.4.   Viżibilità ġeometrika

Iddeterminata bl-angoli α u β kif speċifikat fil- punt A(10) tal-Anness I:

α

=

15° ‘il fuq and 10° ‘l isfel;

β

=

45° lejn ix-xellug u lejn il-lemin jekk hemm biss lampa waħda ta’ quddiem dipped-beam.

45° ‘l barra u 10° ‘l ġewwa jekk hemm żewġ lampi ta’ quddiem dipped-beam.

Il-preżenza ta’ pannelli jew oġġetti oħra ta’ tagħmir ħdejn id-dawl ma jistax ikollhom effetti sekondarji li jikkawżaw skonfort għal min ikun qed juża t-triq.

6.2.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ quddiem.

Tista’ timxi fl-istess linja mal-angolu tal-istering.

L-inklinazzjoni vertikali tad-dipped beam trid tibqa’ bejn –0,5 u –2,5 %, barra fil-każ fejn huwa preżenti apparat ta’ aġġustament estern.

6.2.6.   Tista’ tinġabar flimkien mal-lampa ta’ quddiem main-beam u ma’ lampi oħra ta’ quddiem.

6.2.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ kwalunkwe lampa oħra.

6.2.8.   Tista’ tiġi inkorporata reċiprokament mal-lampa ta’ quddiem main-beam u mal-lampi l-oħra ta’ quddiem.

6.2.9.   Konnessjonijiet elettriċi

Il-kontroll biex ikun hemm bidla għal dipped-beam irid jitfi l-lampi ta’ quddiem main-beam kollha simultanjament, billi l-lampi ta’ quddiem dipped-beam jistgħu jibqgħu mixgħula fl-istess ħin mal-lampi main-beam.

6.2.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: mhux obbligatorju.

Dawl ta’ indikazzjoni aħdar li ma jteptipx.

6.2.11.   Rekwiżiti oħra: xejn

6.3.   Lampi li jindikaw id-direzzjoni

6.3.1.   Numru: tnejn fuq kull naħa.

Huwa permess ukoll indikatur tad-direzzjoni wieħed fuq kull naħa.

6.3.2.   Disinn tal-arranġament: żewġ lampi li jindikaw id-direzzjoni fuq quddiem u tnejn fuq wara.

6.3.3.   Pożizzjoni

6.3.3.1.   Wisa’:

it-trufijiet tas-superfiċi li jdawlu l-aktar ‘il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura ma jridux ikunu aktar minn 400 mm mit-tarf l-aktar ‘il bogħod tal-vettura,

it-trufijiet ta’ ġewwa tas-superfiċi li jdawlu jridu jkunu tal-anqas 500 mm ‘il bogħod minn xulxin,

irid ikun hemm distanza minima bejn is-superfiċi li jdawlu tal-indikaturi u l-eqreb lampa ta’ quddiem dipped-beam ta’:

75 mm fil-każ ta’ intensità minima tal-indikatur ta’ 90 cd,

40 mm fil-każ ta’ intensità minima tal-indikatur ta’ 175 cd,

20 mm fil-każ ta’ intensità minima tal-indikatur ta’ 250 cd,

≤ 20 mm fil-każ ta’ intensità minima tal-indikatur ta’ 400 cd.

6.3.3.2.   Għoli: minimu ta’ 350 mm u massimu ta’ 1 500 mm ‘il fuq mill-art.

6.3.4.   Viżibilità ġeometrika

Angoli orizzontali: ara l-Appendiċi 2.

Angoli vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk il-lampi huma inqas minn 750 mm ‘il fuq mill-art.

6.3.5.   Allinjament

Il-lampi li jindikaw id-direzzjoni jistgħu jimxu b’konformità mal-angolu tal-istering

6.3.6.   Jistgħu jinġabru flimkien ma’ lampa jew lampi oħra.

6.3.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ kwalunkwe lampa oħra.

6.3.8.   Ma jistgħux jiġu inkorporati reċiprokament ma’ xi lampa oħra.

6.3.9.   Konnessjonijiet elettriċi:

Il-lampi li jindikaw id-direzzjoni jridu jixegħlu indipendentement minn lampi oħrajn. Il-lampi kollha li jindikaw id-direzzjoni fuq naħa waħda tal-vettura jridu jixegħlu u jintfew permezz ta’ kontroll wieħed.

6.3.10.   Telltale għat-tħaddim: obbligatorju.

Dan jista’ jkun ottiku jew li jinstema’ jew it-tnejn. Jekk huwa ottiku irid ikun dawl aħdar li jteptep u viżibbli f’kondizzjonijiet normali ta’ tħaddim. Irid jintefa’ jew jibqa’ mixgħul mingħajr ma jteptep jew juri bidla fil-frekwenza fil-każ li waħda mil-lampi li jindikaw id-direzzjoni ma tkunx qed taħdem sew. Jekk ikun kompletament li jinstema’, irid jistema’ b’mod ċar u juri bidla ċara ta’ frekwenza fil-każ li ma jibdiex jaħdem sew.

6.3.11.   Rekwiżiti oħra

Il-karatteristiċi elenkati hawn taħt iridu jitkejlu mill-ġeneratur elettriku li jissuplixxi l-kurrent lil dawk iċ-ċirkuwiti biss li huma essenzjali għat-tħaddim tal-magna u tal-apparati tad-dawl.

6.3.11.1.   L-attwazzjoni tal-apparat li jagħmel sinjal bid-dawl trid tkun segwita bit-tidwil tal-lampa f’massimu ta’ sekonda u l-ewwel tifi tal-lampa f’massimu ta’ sekonda u nofs.

Fil-każ tal-vetturi kollha li l-lampi li jindikaw id-direzzjoni tagħhom għandhom provvista ta’ kurrent dirett:

6.3.11.2.1.   il-frekwenza tat-teptip tad-dawl trid tkun 90 ± 30 darba fil-minuta;

6.3.11.2.2.   il-lampi li jindikaw id-direzzjoni fuq l-istess naħa tal-vettura jridu jteptpu bl-istess frekwenza u fl-istess ħin.

Meta l-vettura hija mgħammra b’lampi li jindikaw id-direzzjoni li għandhom provvista ta’ kurrent li jalterna, meta l-veloċità tal-magna tkun bejn 50 u 100 % tal-veloċità li tikkorrispondi mal-veloċità massima tal-vettura:

6.3.11.3.1.   id-dawl irid iteptep fi frekwenza ta’ 90 ± 30 darba fil-minuta;

6.3.11.3.2.   il-lampi li jindikaw id-direzzjoni jistgħu jteptpu fuq l-istess naħa tal-vettura jew simultanjament jew jalternaw. Il-lampi ta’ quddiem ma jridux ikunu viżibbli minn wara u l-lampi ta’ wara ma jridux ikunu viżibbli minn quddiem fiż-żoni definiti fl-Appendiċi 1.

Meta l-lampi li jindikaw id-direzzjoni mwaħħla fuq il-vettura għandhom provvista ta’ kurrent li jalterna, meta l-veloċità tal-magna tkun bejn il-veloċità tal-vettura wieqfa speċifikata mill-fabbrikant u 50 % tal-veloċità li tikkorrispondi mal-veloċità massima tal-vettura:

6.3.11.4.1.   il-frekwenza tat-teptip trid tkun bejn 90 + 30 u 90 – 45 darba fil-minuta;

6.3.11.4.2.   il-lampi li jindikaw id-direzzjoni fuq l-istess naħa tal-vettura jistgħu jteptpu jew simultanjament jew jalternaw. Il-lampi ta’ quddiem ma jridux ikunu viżibbli minn wara u l-lampi ta’ wara ma jridux ikunu viżibbli minn quddiem fiż-żoni definiti fl-Appendiċi 1.

6.3.11.5.   Fil-każ ta’ ħsara, barra dik ta’ ċirkuwitu qasir, ta’ waħda mil-lampi li jindikaw id-direzzjoni, l-oħrajn għandhom ikomplu jteptpu jew jibqgħu mixgħula, imma l-frekewnza f’din il-kondizzjoni tista’ tkun differenti minn dik speċifikata, sakemm il-vettura m’hix mgħammra b’telltale.

6.4.   Lampi ta’ waqfien

6.4.1.   Numru: waħda jew tnejn.

Madankollu, għal triċikletti ta’ wisa’ massimu li jaqbeż 1 300 mm, hemm bżonn ta’ żewġ lampi ta’ waqfien.

6.4.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.4.3.   Pożizzjoni

6.4.3.1.   Wisa’: jekk hemm biss lampa waħda ta’ waqfien iċ-ċentru ta’ referenza tagħha jrid ikun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura, jew jekk ikun hemm żewġ lampi, dawn iridu jkunu simetriċi mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

Fil-każ ta’ vetturi b’żewġ roti fuq wara: tal-anqas 600 mm bejn iż-żewġ lampi. Id-distanza tista’ tiġi ridotta għal 400 mm jekk il-wisa’ massimu tal-vettura huwa inqas minn 1 300 mm.

6.4.3.2.   Għoli: minimu 250 mm, massimu 1 500 mm ‘il fuq mill-art.

6.4.3.3.   Tul: fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura.

6.4.4.   Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 45° lejn ix-xellug u lejn il-lemin.

Angolu vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk il-lampa hija inqas minn 750 mm ‘il fuq mill-art.

6.4.5.   Allinjament: fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura.

6.4.6.   Jistgħu jinġabru flimkien ma’ lampa jew lampi oħra ta’ wara.

6.4.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ kwalunkwe lampa oħra.

6.4.8.   Jistgħu jiġu inkorporati reċiprokament mal-lampa ta’ wara.

6.4.9.   Konnessjonijiet elettriċi: iridu jixegħlu kull darba li jiġi applikat tal-anqas wieħed mill-brejkijiet.

6.4.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: ipprojbit.

6.5.   Lampi ta’ quddiem

6.5.1.   Numru: waħda jew tnejn.

Madankollu, fil-każ ta’ triċikletti b’wisa’ massimu li jaqbeż l-1 300 mm, hemm bżonn ta’ żewġ lampi ta’ quddiem.

6.5.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.5.3.   Pożizzjoni

6.5.3.1.   Wisa’:

lampa waħda ta’ quddiem indipendenti tista’ teħel fuq jew taħt jew ħdejn lampa oħra ta’ quddiem: jekk dawn il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa ta’ quddiem main-beam trid tkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; jekk dawn il-lampi qegħdin waħda ħdejn l-oħra ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura,

lampa ta’ quddiem li hi inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem trid tiġi installata b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

żewġ lampi ta’ quddiem li waħda minnhom jew it-tnejn huma magħquda ma’ lampa oħra ta’ quddiem, iridu jitwaħħlu b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

Fil-każ ta’ vettura b’żewġ lampi ta’ quddiem:

it-trufijiet tas-superfiċi li jdawlu l-aktar ‘il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura ma jridux ikunu aktar minn 400 mm mill-parti l-aktar ‘il bogħod tal-vettura,

ix-xfar interni tal-uċuħ li jilluminaw għandhom ikunu mill-inqas 500 mm bejn waħda u l-oħra. Dik id-distanza tista’ tkun imnaqqsa għal 400 mm jekk il-wisa’ massima tal-vettura tkun anqas minn 1 300 mm.

6.5.3.2.   Għoli: minimu 350 mm, massimu 1 200 mm ‘il fuq mill-art.

6.5.3.3.   Tul: fuq quddiem tal-vettura.

6.5.4.   Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 80° lejn ix-xellug u lejn il-lemin jekk hemm lampa waħda; 80° lejn in-naħa ta’ barra u 45° lejn in-naħa ta’ ġewwa jekk hemm żewġ lampi.

Angolu vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk il-lampa hija inqas minn 750 mm ‘il fuq mill-art.

6.5.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ quddiem

Tista’ timxi fl-istess linja mal-angolu tal-istering.

6.5.6.   Tista’ tinġabar flimkien ma’ kwalunkwe lampa oħra ta’ quddiem.

6.5.7.   Tista’ tiġi inkorporata reċiprokament ma’ kwalunkwe lampa oħra ta’ quddiem.

6.5.8.   Konnessjonijiet elettriċi: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.5.9.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: obbligatorju.

Dawl aħdar ta’ indikazzjoni li ma jteptipx; dan it-telltale mhuwiex bżonnjuż jekk id-dawl tad-dashboard jista’ jinxtegħel u jintefa’ biss simultanjament mal-lampa tal-pożizzjoni.

6.5.10.   Rekwiżiti oħra: xejn

6.6.   Lampi ta’ wara

6.6.1.   Numru: waħda jew tnejn.

Madankollu, għal triċikletti ta’ wisa’ massimu li jaqbeż 1 300 mm, hemm bżonn ta’ żewġ lampi ta’ wara.

6.6.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.6.3.   Pożizzjoni

6.6.3.1.   Wisa’: jekk hemm biss lampa waħda, iċ-ċentru ta’ referenza tagħha jrid ikun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura, jew jekk ikun hemm żewġ lampi, dawn iridu jkunu simetriċi mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura. Fil-każ ta’ vetturi li għandhom żewġ roti ta’ wara dawn iridu jkunu tal-anqas 600 mm ‘il bogħod minn xulxin. Din id-distanza trid tiġi ridotta għal 400 mm jekk il-wisa’ massimu tal-vettura huwa inqas minn 1 300 mm.

6.6.3.2.   Għoli: minimu 250 mm, massimu 1 500 mm ‘il fuq mill-art.

6.6.3.3.   Tul: fuq wara tal-vettura.

6.6.4.   Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 80° lejn ix-xellug u lejn il-lemin jekk hemm lampa waħda; 80° lejn in-naħa ta’ barra u 45° lejn in-naħa ta’ ġewwa jekk hemm żewġ lampi.

Angolu vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk il-lampa hija inqas minn 750 mm ‘il fuq mill-art.

6.6.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ wara.

6.6.6.   Jista’ jinġabar flimkien ma’ xi lampa oħra ta’ wara.

6.6.7.   Jistgħu jingħaqdu mal-lampa tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara.

6.6.8.   Tista’ tiġi inkorporata reċiprokament mal-lampa tal-waqfien jew mar-riflettur mhux trijangulari ta’ wara, jew mat-tnejn jew mal-lampa taċ-ċpar ta’ wara.

6.6.9.   Konnessjonijiet elettriċi: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.6.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: mhux obbligatorju.

Il-funzjoni tiegħu tista’ titwettaq mill-apparat ipprovdut, fejn dan hu addattat, għal-lampa ta’ quddiem.

6.6.11.   Rekwiżiti oħra: xejn

6.7.   Lampi taċ-ċpar ta’ quddiem

6.7.1.   Numru: waħda jew tnejn.

6.7.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.7.3.   Pożizzjoni

6.7.3.1.   Wisa’:

lampa taċ-ċpar ta’ quddiem tista’ titwaħħal fuq, taħt jew ħdejn lampa ta’ quddiem oħra; jekk dawn il-lampi qegħdin waħda fuq l-oħra, iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa taċ-ċpar ta’ quddiem irid ikun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; jekk iż-żewġ lampi qegħdin ħdejn xulxin, iċ-ċentru ta’ referenza tagħhom irid ikun simetriku b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura;

lampa taċ-ċpar ta’ quddiem li hi inkorporata reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem trid tiġi installata b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħha jkun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

żewġ lampi taċ-ċpar ta’ quddiem li waħda minnhom jew it-tnejn huma inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra ta’ quddiem, iridu jitwaħħlu b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

it-trufijiet tas-superfiċi li ddawwal l-aktar ‘il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura ma tridx tkun aktar ‘il bogħod minn 400 mm mit-tarf l-aktar ‘il bogħod tal-vettura.

6.7.3.2.   Għoli: minimu ta’ 250 mm ‘il fuq mill-art. L-ebda punt fuq is-superfiċi li ddawwal ma jridx ikun aktar għoli mill-aktar punt għoli tas-superfiċi li ddawwal tal-lampa ta’ quddiem dipped-beam.

6.7.3.3.   Tul: fuq in-naħa ta’ quddiem tal-vettura dan ir-rekwiżit huwa kkunsidrat sodisfatt jekk id-dawl mormi ma jikkawżawx skonfort lis-sewwieq kemm direttament kif ukoll indirettament permezz tal-mirja ta’ viżjoni anterjuri u/jew tas-superfiċi oħra li jirriflettu tal-vettura.

6.7.4.   Viżibilità ġeometrika

Din hija ddeterminata bl-angoli α u β kif definit fil- punt A(10) tal-Anness I:

α

=

5° ‘il fuq u ‘l isfel;

β

=

45° lejn ix-xelluq u lejn il-lemin fil-każ ta’ lampa mhux ċentrali, fejn l-angolu intern irid ikun β = 10°.

6.7.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ quddiem

Tista’ timxi fl-istess linja mal-angolu tal-istering.

6.7.6.   Tista’ tinġabar flimkien mal-lampi l-oħra ta’ quddiem.

6.7.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ xi lampa oħra ta’ quddiem.

6.7.8.   Tista’ tiġi inkorporata reċiprokament ma’ lampa ta’ quddiem main-beam u ma’ lampa ta’ quddiem.

6.7.9.   Konnessjonijiet elettriċi

Irid ikun possibbli li l-lampa taċ-ċpar ta’ quddiem tinxtegħel jew tintefa’ indipendentement mil-lampa ta’ quddiem main-beam jew il-lampa dipped-beam.

6.7.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: mhux obbligatorju.

Dawl ta’ indikazzjoni aħdar li ma jteptipx.

6.7.11.   Rekwiżiti oħra: xejn

6.8.   Lampi taċ-ċpar ta’ wara

6.8.1.   Numru: waħda jew tnejn.

6.8.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.8.3.   Pożizzjoni

6.8.3.1.   Wisa’: jekk hemm biss lampa taċ-ċpar waħda, iċ-ċentru ta’ referenza tagħha jrid ikun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura, jew jekk ikun hemm żewġ lampi taċ-ċpar, dawn iridu jkunu simetriċi b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura. Fil-każ ta’ vetturi b’żewġ roti fuq wara: tal-anqas 600 mm bejn iż-żewġ lampi. Din id-distanza tista’ tiġi ridotta għal 400 mm jekk il-wisa’ massimu tal-vettura huwa inqas minn 1 300 mm.

6.8.3.2.   Għoli: minimu 250 mm, massimu 1 000 mm ‘il fuq mill-art.

6.8.3.3.   Tul: fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura. Jekk ikun hemm lampa waħda taċ-ċpar, din trid tkun fuq in-naħa tal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura faċċata tad-direzzjoni normali tal-moviment; iċ-ċentru ta’ referenza jista’ jkun ukoll fuq il-pjan lonġitudinali ta’ simetrija tal-vettura.

6.8.3.4.   Id-distanza ta’ bejn is-superfiċi li ddawwal tal-lampa taċ-ċpar ta’ wara u dik tal-lampa ta’ waqfien trid tkun tal-anqas 100 mm.

6.8.4.   Viżibilità ġeometrika

Din hija ddeterminata bl-angoli α u β kif definit fil- punt A(10) tal-Anness I:

α

=

5° ‘il fuq and 5° ‘l isfel;

β

=

25 lejn ix-xellug u lejn il-lemin.

6.8.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ wara

6.8.6.   Jista’ jinġabar flimkien ma’ xi lampa oħra ta’ wara.

6.8.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ kwalunkwe lampa oħra.

6.8.8.   Jistgħu jiġu inkorporati reċiprokament ma’ lampa ta’ wara.

6.8.9.   Konnessjonijiet elettriċi

Il-lampa ma tistax tkun mixgħula sakemm waħda minn dawn il-lampi li ġejjin ma tkunx mixgħula wkoll: il-lampa ta’ quddiem main-beam, il-lampa ta’ quddiem dipped-beam, jew il-lampa taċ-ċpar ta’ quddiem.

6.8.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: obbligatorju.

Dawl indikatur ambra li ma jteptipx.

6.8.11.   Rekwiżiti oħra: xejn

6.9.   Lampi li juru li l-karrozza se tirriversja

6.9.1.   Numru: waħda jew tnejn.

6.9.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.9.3.   Pożizzjoni

6.9.3.1.   Wisa’: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.9.3.2.   Għoli: minimu 250 mm, massimu 1 200 mm ‘il fuq mill-art.

6.9.3.3.   Tul: fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura.

6.9.4.   Viżibilità ġeometrika

Din hija ddeterminata bl-angoli α u β kif speċifikat fil- punt A(10) tal-Anness I:

α

=

15° ‘il fuq and 5° ‘l isfel;

β

=

45° lejn ix-xellug u lejn il-lemin jekk hemm biss lampa waħda;

β

=

45° ‘il barra u 30° ‘il ġewwa jekk hemm żewġ lampi.

6.9.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ wara.

6.9.6.   Jista’ jinġabar flimkien ma’ xi lampa oħra ta’ wara.

6.9.7.   Ma jistgħux jingħaqdu ma’ kwalunkwe lampa oħra.

6.9.8.   Ma jistgħux jiġu inkorporati reċiprokament ma’ lampa oħra.

6.9.9.   Konnessjonijiet elettriċi

Il-lampa ma tistax tkun mixgħula sakemm il-ger tar-rivers ma jkunx ingaġġat u l-apparat li jitfi lill-magna jkun f’pożizzjoni li jippermetti li l-magna taħdem. Ma jridx ikun possibbli għal-lampa li tkun mixgħula jew tibqa’ mixgħula jekk waħda minn dawn il-kondizzjonijiet mhix verifikata.

6.9.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: mhux obbligatorju.

6.10.   Sinjal li javża li hemm periklu

6.10.1.   Rekwiżiti identiċi għal dawk stabbiliti fil- punti 6.3 sa 6.3.8.

6.10.2.   Konnessjonijiet elettriċi

Is-sinjal irid jiġi azzjonat b’kontroll separat li jippermetti li l-indikaturi tad-direzzjoni jkollhom provvista ta’ kurrent simultanjament.

6.10.3.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: obbligatorju.

Dawl aħmar li jteptep jew, jekk ma jkunx hemm telltale separat, it-tħaddim simultanju tat-telltales speċifikati fil- punt 6.3.10.

6.10.4.   Rekwiżiti oħra

Id-dawl irid iteptep fil-frekwenza ta’ 90 ± 30 darba fil-minuta. L-attwazzjoni tal-kontroll tal-apparat li jagħmel sinjal bid-dawl trid tkun segwita bit-tidwil tal-lampa f’massimu ta’ sekonda u l-ewwel tifi tal-lampa f’massimu ta’ sekonda u nofs.

Irid ikun possibbli li s-sinjal li javża li s-sinjal li javża li hemm periklu jiġi attwat anki jekk l-apparat li jixgħel jew jitfi l-magna jkun f’pożizzjoni tali li din tal-aħħar ma tkunx tista’ titħaddem.

6.11.   Lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara

6.11.1.   Numru: waħda.

Il-lampa tista’ tikkonsisti f’diversi elementi ottiċi maħsuba biex idawlu l-pożizzjoni tal-pjanċa.

6.11.2.

Disinn tal-arranġament

B’tali mod li l-lampa ddawwal il-pożizzjoni riżervata għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni.

6.11.3.

Pożizzjoni

6.11.3.1.

Wisa’

6.11.3.2.

Għoli

6.11.3.3.

Tul

6.11.4.

Viżibilità ġeometrika

6.11.5.

Allinjament

6.11.6.   Jistgħu jinġabru flimkien ma’ lampa jew lampi oħra ta’ wara.

6.11.7.   Jistgħu jingħaqdu mal-lampa ta’ wara.

6.11.8.   Ma jistgħux jiġu inkorporati reċiprokament ma’ xi lampa oħra.

6.11.9.   Konnessjonijiet elettriċi: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.11.10.   Telltale ta’ ċirkuwitu magħluq: mhux obbligatorju.

It-tħaddim tiegħu jrid jiġi assigurat mill-istess telltale kif huwa pprovdut għal-lampa tal-pożizzjoni.

6.11.11.   Rekwiżiti oħra: xejn

6.12.   Rifletturi ta’ wara mhux trijangulari.

6.12.1.   Numru: wieħed jew tnejn Klassi IA (1).

Madankollu, fil-każ ta’ triċikletti b’wisa’ massimu li jaqbeż 1 000 mm, hemm bżonn ta’ żewġ rifletturi mhux trijangulari ta’ wara.

6.12.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.12.3.   Pożizzjoni

6.12.3.1.   Wisa’: jekk hemm biss riflettur wieħed, iċ-ċentru ta’ referenza tiegħu jrid ikun fil-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura, jew jekk ikun hemm żewġ rifletturi, dawn iridu jkunu simetriċi mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura. Fil-każ ta’ vettura li għandha żewġ rifletturi ta’ wara, it-trufijiet tas-superfiċi li ddawwal l-aktar ‘il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura ma jridux ikunu aktar minn 400 mm mill-parti ta’ barranett tal-vettura. It-trufijiet ta’ ġewwa tar-rifletturi jridu jkunu tal-anqas 500 mm ‘il bogħod minn xulxin. Din id-distanza tista’ tiġi ridotta għal 400 mm jekk il-wisa’ massimu tal-vettura huwa inqas minn 1 300 mm.

6.12.3.2.   Għoli: 250 mm minimu, 900 mm massimu ‘l fuq mill-art.

6.12.3.3.   Tul: fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura.

6.12.4.   Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 30° lejn ix-xellug u lejn il-lemin.

Angolu vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk l-għoli tar-riflettur huwa inqas minn 750 mm.

6.12.5.   Allinjament: lejn in-naħa ta’ wara

6.12.6.   Jista’ jinġabar flimkien ma’ kwalunkwe lampa oħra.

6.12.7.   Rekwiżiti oħra:

Is-superfiċi li ddawwal tar-riflettur jista’ jkollha partijiet komuni ma’ kwalunkwe lampa ħamra oħra ta’ wara.fuq wara.

6.13.   Rifletturi tal-ġenb mhux trijangulari

6.13.1.   Numru fuq kull naħa: wieħed jew tnejn Klassi IA (1).

6.13.2.   Disinn tal-arranġament: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.13.3.   Pożizzjoni

6.13.3.1.   Wisa’: m’hemmx speċifikazzjonijiet individwali.

6.13.3.2.   Għoli: 300 mm minimu, 900 mm massimu ‘l fuq mill-art.

6.13.3.3.   Tul: irid jkun tali, li f’kondizzjonijiet normali, l-apparat ma jistax jiġi moħbi mis-sewwieq jew mill-passiġġier, jew bi ħwejjiġhom, mgħotti bis-sewwieq jew bil-passiġġier, jew bi ħwejjiġhom

6.13.4.   Viżibilità ġeometrika

Angoli orizzontali: 30° ‘il quddiem u lura.

Angoli vertikali: 15° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontal jista’ jitnaqqas għal 5° jekk l-għoli tar-riflettur huwa inqas minn 750 mm.

6.13.5.   Allinjament: l-assi ta’ referenza tar-rifletturi jridu jkunu perpendikolari mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura u mqiegħda ‘l barra. Ir-rifletturi ta’ quddiem jistgħu jiċċaqalqu b’konformità mal-angolu tal-istering.

6.13.6.   Jistgħu jinġabru flimkien mal-apparati l-oħra li jagħmlu sinjal.


(1)  Skont il-klassifika mwaqqfa fid-Direttiva 76/757/KEE.

Appendiċi 1

Il-Viżibilità tad-dwal ħomor fuq quddiem u d-dwal bojod fuq wara

(Ara l-punt B(9) tal-Anness I u l-punti 6.3.11.3.2 u 6.3.11.4.2 ta’ dan l-Anness)

Image Image

Appendiċi 2

Disinn tal-arranġament

Lampa li tindika d-direzzjoni — Viżibilità ġeometrika

Image

Appendiċi 3

Dokument ta’ informazzjoni dwar l-installazzjoni ta’ apparat li jixgħel u li jagħmel sinjal bid-dawl fuq tip ta’ triċikletta

(Li jrid jiġi mhemuż mal-applikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti meta din hi sottomessa separatament mill-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura)

Numru ta’ referenza (allokat mill-applikant) …

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent fir-rigward ta’ l-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjali bid-dawl fuq tip ta’ triċikletta għandha jkollha l-infirmazzjoni mwaqqfa fl-Anness II tad-Direttiva 2002/24/KE taħt A, il-punti:

0.1,

0.2,

minn 0.4 sa 0.6,

minn 8 sa 8,4.

Appendiċi 4

Isem ta’ l-amminstrazzjoni

Ċertifikat ta’l-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq tip ta’ triċikletta

MUDELL

Nru tar-rapport mis-servizz tekniku… fil-…(data) …

Nru tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti … Nru tal-estensjoni …

1.   Ditta (isem kummerċjali) tal-vettura tal-fabbrikant) …

2.   Tip ta’ vettura …

3.   L-isem u l-indirizz tal-fabbrikant …

4.   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-fabbrikant (jekk ikim hemm) …

Apparati tad-dawl mandatarji installati fuq il-vettura sottomessa ghall-verifiki (1): …

5.1.   Lampa ta’ quddiem main-beam

5.2.   Lampa ta’ quddiem dipped beam

5.3.   Lampi li jindikaw id-direzzjoni

5.4.   Lampi ta’ waqfien

5.5.   Lampi ta’ quddiem

5.6.   Lampi ta’ wara

5.7.   Lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara

5.8.   Rifletturi ta’ wara mhux trijangulari

Apparati tad-dawl mhux obbligatorji installati fuq il-vettura sottomessa għall-verifiki (1):

6.1.   Lampi taċ-ċpar ta’ quddiem: iva/le (*)

6.2.   Lampi taċ-ċpar ta’ wara: iva/le (*)

6.3.   Lampa li turi li l-karozza se tirriversja: iva/le (*)

6.4.   Sinjal li javża li hemm periklu: iva/le (*)

6.5.   Rifletturi tal-ġenb mhux trijangulari: iva/le (*)

7.   Varjanti …

8.   Il-vettura ġiet sottomessa għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti fil-(data) …

9.   L-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti ġiet mogħtija/irrifjutata (*)

10.   Post …

11.   Data …

12.   Firma …


(1)  Iddikjara fuq karta separata għal kull apparat it-tipi ta’ apparati identifikati kif xieraq li jissodisfaw il-kondiizjonijiet ta’ installazzjoni ta’ dan l-Anness.

(*)  Aqta’ fejn ma japplikax.

ANNESS VII

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 6)

Direttiva tal-Kunsill 93/92/KEE

(ĠU L 311, 14.12.1993, p. 1)

Direttiva tal-Kummissjoni 2000/73/KE

(ĠU L 300, 29.11.2000, p. 20)

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 6)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

93/92/KEE

fl-1 ta’ Mejju 1995.

1 ta’ Novembru 1995 (1)

2000/73/KE

fil-31 ta’ Diċembru 2001.

1 ta’ Jannar 2002 (2)


(1)  Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/92/KEE:

“Mid-data msemmija fl-ewwel sottoparagrafu l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet konnessi mal-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl, jipprojbixxu l-bidu tad-dħul fis-servizz ta’ vetturi li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.”

(2)  Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2000/73/KE:

“1.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2002, Stati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li jirreferu għall- istallazzjoni ta’ dawl u tagħmir ta’ sinjalazzjoni ta’ dawl:

jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE għal kull tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ jew tliet roti, jew

jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, bejgħ jew dħul fis-servizz ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ jew tliet roti,

jekk l-istallazzjoni tad-dawl u tagħmir ta’ sinjalazzjoni ta’ dawl tikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva 93/92/KEE, kif emendata permezz ta’ din id-Direttiva.

2.   B’effett mill-1 ta’ Lulju 2002, Stati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE għal kull tip ġdid ta’ vettura bil-mutur b’żewġ jew tliet roti għal raġunijiet li jirreferu għall-istallazzjoni ta’ dawl u tagħmir ta’ sinjalazzjoni ta’ dawl jekk ir-rekwiżiti tad-Direttiva 93/92/KEE, kif emendata permezz ta’ din id-Direttiva, ma jkunux eżawriti.”

ANNESS VIII

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 93/92/KEE

Direttiva 2000/73/KE

Din id-Direttiva

Artikoli 1 u 2

 

Artikoli 1 u 2

Artikolu 3 l-ewwel paragrafu

 

Artikolu 3(1)

Artikolu 3 it-tieni paragrafu

 

Artikolu 3(2)

Artikolu 4

 

Artikolu 4

Artikolu 5

 

Artikolu 6(1)

 

 

Artikolu 2(1)

Artikolu 5(1)

 

Artikolu 2(2)

Artikolu 5(2)

Artikolu 6(2)

 

Artikolu 5(3)

 

Artikoli 6 u 7

Artikolu 7

 

Artikolu 8

Annessi I-VI

 

Annessi I-VI

 

Anness VII

 

Anness VIII