ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.208.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 208

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
12 ta' Awwissu 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 731/2009 tal-11 ta’ Awwissu 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 732/2009 tal-10 ta’ Awwissu 2009 li jemenda għall-111-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 733/2009 tal-11 ta’ Awwissu 2009 li jadotta miżuri ta’ emerġenza għas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-forma tal-ftuħ tax-xiri tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat bi proċedura ta’ sejħa għall-offerti għall-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2009 u t-30 ta’ Novembru 2009

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 734/2009 tal-11 ta’ Awwissu 2009 li jiftaħ investigazzjoni rigward il-possibiltà li ġew evitati miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1858/2005 dwar importazzjonijiet ta’ ċerti ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina permezz ta' importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar ikkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malażja u kemm jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 735/2009 tal-11 ta’ Awwissu 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

11

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2009 tal-11 ta’ Awwissu 2009 dwar il-kwistjoni tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet li tressqu fl-ewwel 4 ijiem ta' Awwissu 2009 skont il-kwota tariffarja għaċ-ċanga ta' kwalità għolja amministrata mir-Regolament (KE) Nru 620/2009

13

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2009 tal-11 ta’ Awwissu 2009 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mit-3 ta’ Awwissu sas-7 ta’ Awwissu 2009 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 738/2009 ta' 11 Awwissu 2009 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċi fiż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-KE ta' CECAF 34.1.1 min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

19

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/607/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja lill-kisi iebes (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5613)  ( 1 )

21

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2009 tat-23 ta' Marzu 2009 li jemenda l-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-azoxystrobin u l-fludioxonil f’ċerti prodotti jew fuqhom ( ĠU L 81, 27.3.2009 )

39

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

12.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 731/2009

tal-11 ta’ Awwissu 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Awwissu 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

29,6

XS

23,3

ZZ

26,5

0707 00 05

MK

27,9

TR

100,7

ZZ

64,3

0709 90 70

TR

101,7

ZZ

101,7

0805 50 10

AR

56,5

NZ

63,1

TR

92,6

UY

69,2

ZA

63,9

ZZ

69,1

0806 10 10

EG

166,6

MA

141,6

TR

145,0

US

223,1

ZA

142,3

ZZ

163,7

0808 10 80

AR

111,7

BR

71,6

CL

83,7

CN

96,2

NZ

81,2

US

87,1

ZA

80,4

ZZ

87,4

0808 20 50

AR

60,7

AU

112,1

CL

101,7

CN

59,6

TR

139,2

ZA

91,3

ZZ

94,1

0809 30

TR

134,9

ZZ

134,9

0809 40 05

IL

123,1

ZZ

123,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


12.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 732/2009

tal-10 ta’ Awwissu 2009

li jemenda għall-111-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban tal-Afganistan (1), u b’ mod partikolari fl-ewwel inċiż tiegħu tal-Artikolu 7(1),

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. Kien jinkludi s-sur Uthman Omar Mahmoud.

(2)

Il-Qorti ta’ Prim’Istanza ddeċidiet fil-11 ta’ Ġunju 2009 (2) li tannulla Regolament (KE) Nru 881/2002, f’dak li jirrigwarda s-sur Omar Mohammed Othman.

(3)

Qabel is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza, il-Kummissjoni ppublikat avviż (3) għall-attenzjoni tas-Sur Uthman Omar Mahmoud sabiex jinfurmawh li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar Al Qaida u t-Taliban tan-NU pprovda r-raġunijiet għall-elenkar, li jkunu komunikati meta mitluba bl-iskop li jagħtuh l-opportunità li jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dawn ir-raġunjiet. Barra minn hekk, permezz tal-kommunikazzjoni datata 12 ta’ Ġunju 2009. ir-raġunjiet għall-elenkar ġew notifikati lis-Sur Uthman Omar Mahmoud, fl-indirizz tal-avukat tiegħu, fejn intalab jagħti l-opinjoni tiegħu sal-14 ta’ Lulju 2009.

(4)

Il-Kummissjoni ma rċiviet ebda kumment dwar ir-raġunijiet għall-elenkar mill-persuna elenkata.

(5)

Il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u ta' riżorsi ekonomiċi, imfassla mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar Al Qaida u t-Taliban tan-NU, tinkludi lis-Sur Uthman Omar Mahmoud.

(6)

Għal dan il-għan, is-Sur Uthman Omar Mahmoud għandu jiżdied fl-Anness I.

(7)

Il-Kumitat tas-Sanzjonijiet emenda l-informazzjoni dwar l-identità fit-24 ta' Marzu 2009. L-informazzjoni ppubblikata (4) li tikkonċerna s-Sur Uthman Omar Mahmoud għandha tiġi aġġornata.

(8)

Dan ir-Regolament għandu japplika mit-30 ta' Mejju 2002, meta wieħed iqis in-natura preventiva u l-għanijiet tal-iffirżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 u l-ħtieġa li jiġu protetti l-interessi leġittimi tal-operaturi ekonomiċi, li kienu qed jistrieħu fuq il-legalità tar-Regolament annullat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mit-30 ta' Mejju 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(2)  Sentenza tal-kawża T-318/01, Omar Mohammed Othman vs. il-Kunsill (għadha ma ġietx ippubblikata).

(3)  ĠU C 80, 3.4.2009, p. 12.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 374/2008 (ĠU L 113, 25.4.2008, p. 15).


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

“Uthman Omar Mahmoud (magħruf ukoll bħala (a) Uthman, Al-Samman, (b) Uthman, Umar, (c) Al-Filistini, (d) Abu Qatada, (e) Takfiri, Abu Umr, (f) Abu Umar, Abu Omar, (g) Umar, Abu Umar, (e) Abu Ismail). Data tat-twelid: (a) 30.12.1960, (b) 13.12.1960. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.10.2001. Tagħrif ieħor: Detenut fir-Renju Unit sakemm jitlestew il-proċedimenti ta’ deportazzjoni (sa Marzu 2009).”


12.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 733/2009

tal-11 ta’ Awwissu 2009

li jadotta miżuri ta’ emerġenza għas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-forma tal-ftuħ tax-xiri tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat bi proċedura ta’ sejħa għall-offerti għall-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2009 u t-30 ta’ Novembru 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 191, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-prezzijiet tas-suq dinji għall-prodotti tal-ħalib ċedew b’mod notevoli minħabba żieda fil-provvista dinjija u tnaqqis fid-domanda f’konnessjoni mal-kriżi finanzjarja u ekonomika. Il-prezzijiet tas-suq Komunitarju għall-prodotti tal-ħalib waqgħu b’mod sinifikanti. B’riżultat ta’ kombinazzjoni ta’ miżuri tas-suq li ttieħdu fil-bidu ta’ din is-sena l-prezzijiet komunitarji stabbilizzaw ruħhom fil-livelli tal-prezz tal-appoġġ. Jeħtieġ li dawn il-miżuri ta’ appoġġ għas-suq, partikolarment l-intervent pubbliku, ikomplu japplikaw sakemm ikun hemm in-neċessità sabiex jiġi evitat deterjorament ulterjuri fil-prezzijiet u tfixkil fis-suq Komunitarju.

(2)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq kurrenti u prevedibbli huwa meħtieġ li l-intervent pubbliku għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat ikompli wara l-31 ta’ Awwissu 2009.

(3)

Il-Kummissjoni għamlet proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar estensjoni għall-2009 u l-2010 tal-perjodu għall-intervent pubbliku għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat kif ipprovdut fl-Artikolu 11(e) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, li ntlaqgħet tajjeb mill-Kunsill.

(4)

Fid-dawl tal-urġenza li biha dawn il-miżuri jridu jittieħdu peress li l-perjodu tal-intervent jagħlaq fil-31 ta’ Awwissu 2009 u l-problema prattika li, wara l-elezzjonijiet riċenti, il-Parlament Ewropew x’aktarx ma jkunx fil-pożizzjoni li joffri opinjoni fi żmien xieraq, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri meħtieġa ta’ emerġenza.

(5)

L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 105/2008 (2) jistabbilixxi r-regoli li għandhom jitħarsu meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li x-xiri tal-butir għandu jsir skont proċedura ta’ sejħa għall-offerti.

(6)

L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2001 (3) jistabbilixxi r-regoli li għandhom jitħarsu meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li x-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għandu jsir skont proċedura ta’ sejħa għall-offerti.

(7)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċjali fis-suq tal-ħalib u sabiex is-sistema tkun aktar effiċjenti, huwa xieraq li, permezz ta’ deroga mir-Regolamenti (KE) Nru 214/2001 u (KE) Nru 105/2008, il-frekwenza tas-sejħiet għall-offerti tiżdied għal darbtejn fix-xahar.

(8)

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, dan ir-Regolament jipprovdi għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-operaturi u għahekk ma hemmx bżonn ta’ avviż separat għas-sejħa tal-offerti. Sabiex ikun garantit li l-operaturi jkollhom l-aktar informazzjoni aġġornata dwar id-dettalji tal-kuntatt tal-aġenziji tal-ħlas, huwa xieraq li l-informazzjoni tkun ippubblikata b’mezzi aktar effettivi ta’ komunikazzjoni mill-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9)

L-estensjoni tal-perjodu tal-intervent għandha tapplika għall-perjodu limitat ta’ tliet xhur biss - mill-1 ta’ Settembru sat-30 ta’ Novembru 2009.

(10)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

BUTIR

Artikolu 1

Ix-xiri tal-butir bi proċedura ta’ sejħa għall-offerti hija miftuħa mill-1 ta’ Settembru 2009 sat-30 ta’ Novembru 2009, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 105/2008 u f’dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   B’deroga mill-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 105/2008, l-iskadenza għat-tressiq ta’ offerti b’risposta għall-istediniet individwali għall-offerti hija l-11:00 (ħin ta’ Brussell) fl-ewwel u t-tielet nhar ta’ Tlieta tax-xahar.

F’każ li t-Tlieta tkun festa pubblika, l-iskadenza għandha tkun il-11.00 (ħin ta’ Brussell) tal-jum tax-xogħol ta’ qabel.

L-iskadenza għat-tressiq tal-offerti għall-ewwel sejħa individwali għall-offerti hija l-1 ta’ Settembru 2009 fis-11.00 (ħin ta’ Brussell).

2.   B’deroga mill-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 105/2008 mhu se jkun ippubblikat ebda avviż ta’ sejħa għall-offerti (4).

KAPITOLU II

TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT

Artikolu 3

Ix-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat bi proċedura ta’ sejħa għall-offerti hija miftuħa mill-1 ta’ Settembru 2009 sat-30 ta’ Novembru 2009, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 214/2001 u f’dan ir-Regolament.

Artikolu 4

1.   B’deroga mill-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 214/2001, l-iskadenza għat-tressiq ta’ offerti b’risposta għall-istediniet individwali għall-offerti hija l-11:00 (ħin ta’ Brussell) fl-ewwel u t-tielet Tlieta tax-xahar.

F’każ li t-Tlieta tkun festa pubblika, l-iskadenza għandha tkun il-11.00 (ħin ta’ Brussell) tal-jum tax-xogħol ta’ qabel.

L-iskadenza għat-tressiq tal-offerti għall-ewwel sejħa individwali għall-offerti hija l-1 ta’ Settembru 2009 fis-11.00 (ħin ta’ Brussell).

2.   B’deroga mill-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 214/2001 mhu se jkun ippubblikat l-ebda avviż ta’ sejħa għall-offerti (4).

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007 p. 1.

(2)  ĠU L 32, 6.2.2008, p. 3.

(3)  ĠU L 37, 7.2.2001, p. 100.

(4)  L-indirizz relevanti tal-aġenziji tal-ħlas huma disponibbli fuq is-sit tal-Kummissjoni Ewropea CIRCA (http://circa.europa.eu/Public/irc/agri/lait/library).


12.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 734/2009

tal-11 ta’ Awwissu 2009

li jiftaħ investigazzjoni rigward il-possibiltà li ġew evitati miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1858/2005 dwar importazzjonijiet ta’ ċerti ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina permezz ta' importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar ikkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malażja u kemm jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b' mod partikolari l-Artikoli 13(3), 14(3) u 14(5) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   IT-TALBA

(1)

Il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-possibiltà li ġew evitati miżuri anti-dumping imposti fuq l-importazzjoni ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

(2)

It-talba ntbagħtet fid-29 ta’ Ġunju 2009 mill-Kumitat Kollaborattiv tal-industriji tal-ħbula tal-wajer tal-UE (EWRIS – EU Wire Rope Industries) f'isem il-produtturi Komunitarji ta’ ħbula u kejbils tal-azzar.

2.   IL-PRODOTT

(3)

Il-prodott ikkonċernat minn din il-possibiltà li ġew evitati miżuri anti-dumping huwa ħbula u kejbils tal-azzar inklużi l-ħbula kolja, esklużi l-ħbula u kejbils magħmula minn azzar li ma jsaddadx, b'dimensjoni trasversali massima ta’ aktar minn 3 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, bħalissa klassifikabbli bil-kodiċi tan-NM ex ex 7312 10 81, ex ex 7312 10 83, ex ex 7312 10 85, ex ex 7312 10 89 u ex ex 7312 10 98 (“il-prodott ikkonċernat”).

(4)

Il-prodott investigat huwa ħbula u kejbils tal-azzar inkluż l-ħbula kolja, esklużi l-ħbula u kejbils magħmula minn azzar li ma jsaddadx, b'dimensjoni trasversali massima ta’ aktar minn 3 mm, kkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malażja (“il-prodott investigat”), bħalissa klassifikabbli bl-istess kodiċi bħall-prodott ikkonċernat.

3.   IL-MIŻURI EŻISTENTI

(5)

Il-miżuri attwalment fis-seħħ u li possibbilment dwarhom qed ikun hemm evażjoni huma l-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1858/2005 (2), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 283/2009 (3).

4.   IL-BAŻI

(6)

It-talba tinkludi biżżejjed xhieda prima facie li l-miżuri anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina qegħdin jiġu evitati permezz ta' trasbord ta' ħbula u kejbils tal-azzar mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malażja.

L-evidenza mressqa hija kif ġejja:

(7)

It-talba turi bidla sinifikanti fil-mod kif seħħ il-kummerċ li jinvolvi l-esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malażja lejn il-Komunità wara l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq il-prodott ikkonċernat, u li mhemmx raġuni dovuta suffiċjenti jew ġustifikazzjoni ħlief l-impożizzjoni tad-dazju għal bidla ta’ din ix-xorta.

(8)

Dan it-tibdil fil-mod kif isir il-kummerċ jidher li jibda mit-trasbord ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina vija r-Repubblika tal-Korea u l-Malażja.

(9)

Barra minn hekk, it-talba tinkludi biżżejjed evidenza prima facie li l-effetti ta' rimedju tal-miżuri antidumping eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat qegħdin jiddgħajfu kemm f’termini ta’ kwalità kif ukoll ta’ prezz. Volumi sinifikanti ta' importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malażja jidhru li ħadu post l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, hemm biżżejjed evidenza li din iż-żieda fil-volum tal-importazzjonijiet qiegħda ssir bi prezzijiet ferm taħt il-prezz li ma jikkawżax danni stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti.

(10)

Finalment, it-talba tinkludi biżżejjed xhieda prima facie illi l-prezzijiet tal-prodott investigat qegħdin ikunu oġġett ta' dumping fir-rigward tal-valur normali stabbilit qabel għall-prodott ikkonċernat.

(11)

Jekk fil-proċess tal-investigazzjoni tkun identifikata prassi ta' evażjoni vija r-Repubblika tal-Korea u l-Malażja koperta mill-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, għajr it-trasbord, l-investigazzjoni tista’ tkopri din il-prassi wkoll.

5.   IL-PROĊEDURA

(12)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet illi hemm biżżejjed evidenza għal bidu ta' investigazzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku u li tagħmel l-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malażja u kemm jekk le, suġġetti għal reġistrazzjoni, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

5.1.   Il-kwestjonarji

(13)

Sabiex tikseb l-informazzjoni meqjusa neċessarja għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-esportaturi/produtturi u lill-assoċjazzjonijiet tal-esportaturi/produtturi ġewwa r-Repubblika tal-Korea u l-Malażja, lill-esportaturi/produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-esportaturi/produtturi ġewwa r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, lill-esportaturi/produtturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet tal-esportaturi/produtturi magħrufa ġewwa l-Komunità u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, tar-Repubblika tal-Korea u tal-Malażja. Tagħrif, kif xieraq, jista' jintalab ukoll mill-industrija Komunitarja.

(14)

F'kull każ, il-partijiet kollha interessati għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, iżda mhux aktar tard mil-limitu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament biex ikunu jafu jekk humiex elenkati fit-talba u jitolbu kwestjonarju fil-limitu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament, billi l-limitu taż-żmien stipulat fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament japplika għall-partijiet interessati kollha.

(15)

L-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u tar-Repubblika tal-Korea u tal-Malażja se jkunu nnotifikati bil-bidu tal-investigazzjoni.

5.2.   Il-ġbir tat-tagħrif u s-seduti ta' smigħ

(16)

Il-partijiet interessati kollha huma b'dan mistiedna jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati, sakemm ikunu għamlu talba bil-miktub u wrew li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu.

5.3.   L-eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri

(17)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott investigat jistgħu jkunu eżentati mir-reġistrazzjoni jew mill-miżuri jekk l-importazzjoni ma tikkostitwix evażjoni.

(18)

Billi l-possibiltà ta' evażjoni ssir barra mill-Komunità, eżenzjonijiet jistgħu jingħataw, skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, lill-produtturi tal-prodott investigat li jistgħu juru li ma huma relatati mal-ebda produttur suġġett għall-miżuri u li jinstabu li mhumiex involuti fi prassi ta’ evażjoni kif iddefinit fl-Artikoli 13(1) u 13(2) tar-Regolament bażiku. Il-produtturi li jixtiequ jiksbu eżenzjoni għandhom jibagħtu talba b’evidenza xierqa ta' sostenn fil-limitu taż-żmien stipulat fl-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-Regolament.

6.   IR-REĠISTRAZZJONI

(19)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott investigat għandhom ikunu suġġetti għal reġistrazzjoni sabiex ikun żgurat li, jekk mill-investigazzjoni jinstab li kien hemm evażjoni, ammont xieraq ta' dazji tal-anti-dumping jistgħu jinġabru b’mod retroattiv mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ din ix-xorta mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malażja.

7.   IL-LIMITI TAŻ-ŻMIEN

(20)

Fl-interess ta' amministrazzjoni soda, għandhom jiġu stabbiliti limiti ta' żmien li matulhom:

(21)

Ta' min jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta ruħha fil-limiti taż-żmien imsemmijin fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

8.   IN-NUQQAS TA’ KOOPERAZZJONI

(22)

F’każ li xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għal tagħrif meħtieġ jew ma tipprovdihx fil-limiti ta’ żmien stipulati, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(23)

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, dak it-tagħrif għandu jitwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli. Jekk xi parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

9.   L-ISKEDA TAL-INVESTIGAZZJONI

(24)

L-investigazzjoni għandha tiġi konkluża, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, fi żmien disa' xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

10.   L-IPPROĊESSAR TA’ DEJTA PERSONALI

(25)

Ta’ min jinnota li kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta (4).

11.   L-UFFIĊJAL GĦAS-SEDUTI TA' SMIGĦ

(26)

Ta’ min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom, dawn ikunu jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal għas-Seduti ta' Smigħ tad-DĠ għall-Kummerċ. Dan jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, filwaqt li joffri, fejn ikun meħtieġ, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f'dan il-proċediment, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni taż-żmien preskritt u t-trattament tas-sottomissjoni tal-opinjonijiet bil-miktub u/jew bil-fomm. Għal aktar informazzjoni u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni fuq l-internet tal-Uffiċjal għas-Seduti ta' Smigħ fuq il-websajt tad-DĠ għall-Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'dan qed tinbeda investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, sabiex ikun iddeterminat jekk l-importazzjonijiet fil-Komunita' ta' ħbula u kejbils tal-azzar inklużi l-ħbula kolja, esklużi l-ħbula u kejbils magħmula minn azzar li ma jsaddadx, b'dimensjoni trasversali massima ta' aktar minn 3 mm, ikkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malażja u kemm jekk le, bħalissa klassifikati bil-kodiċi tan-NM ex ex 7312 10 81, ex ex 7312 10 83, ex ex 7312 10 85, ex ex 7312 10 89 u ex ex 7312 10 98 (kodiċi TARIC 7312108113, 7312108313, 7312108513, 7312108913 u 7312109813) humiex qed jevadu l-miżuri imposti mir-Regolament (KE) Nru 1858/2005.

Artikolu 2

L-awtoritajiet doganali huma permezz ta' dan mitluba, skont l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, li jieħdu l-passi xierqa sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet fil-Komunità identifikati fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' Regolament, titlob lill-awtoritajiet doganali jwaqqfu r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet lejn il-Komunità ta' prodotti mmanifatturati mill-produtturi li jkunu applikaw għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni u li jkunu nstabu li ma jkunux qegħdin jevadu d-dazji tal-anti-dumping.

Artikolu 3

1.   Il-kwestjonarji għandhom jintalbu minn għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Il-partijiet interessati, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom iridu jitqiesu waqt l-investigazzjoni, iridu jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, iressqu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

3.   Il-produtturi fir-Repubblika tal-Korea u fil-Malażja li jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri għandhom jippreżentaw it-talba flimkien ma' evidenza ta' sostenn fl-istess limitu ta’ żmien ta’ 37 ġurnata.

4.   Il-partijiet interessati jistgħu japplikaw ukoll biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta’ żmien ta’ 37 jum.

5.   Kull tagħrif, kull talba għal seduta jew għal kwestjonarju kif ukoll kull talba għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri trid issir bil-miktub (mhux f’format elettroniku, sakemm mhux speċifikat mod ieħor) u trid tindika l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Kull preżentazzjoni bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan ir-Regolament, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandha tkun immarkata bħala “Limitata (5) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandha tkun akkumpanjata minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate General for Trade

Directorate H

Office: N-105 4/92

B-1049 Brussels

IL-BELĠJU

Faks +32 22956505

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Catherine ASHTON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 299, 16.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 94, 8.4.2009, p. 5.

(4)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(5)  Dan ifisser li d-dokument ikun għal użu intern biss. Hu protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Anti-dumping).


12.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 735/2009

tal-11 ta’ Awwissu 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 727/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Awwissu 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.

(4)  ĠU L 207, 11.8.2009, р. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-12 ta’ Awwissu 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

37,14

0,14

1701 11 90  (1)

37,14

3,76

1701 12 10  (1)

37,14

0,01

1701 12 90  (1)

37,14

3,47

1701 91 00  (2)

39,21

5,71

1701 99 10  (2)

39,21

2,57

1701 99 90  (2)

39,21

2,57

1702 90 95  (3)

0,39

0,29


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


12.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 736/2009

tal-11 ta’ Awwissu 2009

dwar il-kwistjoni tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet li tressqu fl-ewwel 4 ijiem ta' Awwissu 2009 skont il-kwota tariffarja għaċ-ċanga ta' kwalità għolja amministrata mir-Regolament (KE) Nru 620/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 620/2009 tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2009 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja tal-importazzjoni għaċ-ċanga ta' kwalità għolja (3) jistipula regoli dettaljati għat-tressiq u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni.

(2)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jipprovdi li, f'każijiet fejn il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu tal-kwota, il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni għandhom ikunu ffissati għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni għal-liċenzja. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni li tressqu skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 620/2009 bejn l-1 u l-4 ta’ Awwissu 2009 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, għandhom ikunu deċiżi l-estent li bih jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni u l-koeffiċjent tal-allokazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni koperti mill-kwota li ġġib in-numru tas-serje 09.4449 u li tressqu bejn l-1 u l-4 ta’ Awwissu 2009 skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 620/2009, għandhom jiġu mmultiplikati b'koeffiċjent tal-allokazzjoni ta’ 0,753327 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 182, 15.7.2009, p. 25.


12.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 737/2009

tal-11 ta’ Awwissu 2009

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mit-3 ta’ Awwissu sas-7 ta’ Awwissu 2009 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi, għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, regoli dettaljati għall-applikazzjoni għall-importazzjoni u l-irfinar ta' prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest ta' ċerti kwoti tariffarji u ċerti ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tressqu lill-awtoritajiet kompetenti fil-perjodu mit-3 ta’ Awwissu sas-7 ta’ Awwissu 2009 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew ir-Regolament (KE) Nru 508/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjonijiet fil-Bulgarija u r-Rumanija taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għal provvista lil raffineriji fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 (3), għal kwantità totali li hija daqs, jew aktar minn, dik disponibbli għan-numru tas-serje 09.4335 (2008-2009).

(2)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skont il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u/jew tinforma lill-Istati Membri li jkun intlaħaq il-limitu li kien iffissat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mit-3 ta’ Awwissu sas-7 ta’ Awwissu 2009 f'konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007, għandhom jinħarġu liċenzji fil-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 122, 11.5.2007, p. 1.


ANNESS

Zokkor Preferenzjali; l-AKP u l-Indja

Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 3.8.2009-7.8.2009

Limitu

09.4331

Il-Barbados

0

Intlaħqu

09.4332

Il-Beliż

100

 

09.4333

Il-Kosta tal-Avorju

100

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

100

 

09.4335

Il-Fiġi

100

Intlaħqu

09.4336

Il-Ġeorġja

100

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

100

 

09.4340

Il-Madagaskar

0

Intlaħqu

09.4341

Il-Malawi

100

 

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

100

 

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Surinam

 

09.4346

Is-Sważiland

100

 

09.4347

It-Tanzanija

0

Intlaħqu

09.4348

Trinidad u Tobago

100

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

100

 


Zokkor Preferenzjali; l-AKP u l-Indja

Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq Lulju-Settembru 2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 3.8.2009-7.8.2009

Limitu

09.4331

Il-Barbados

100

 

09.4332

Il-Beliż

100

 

09.4333

Il-Kosta tal-Avorju

100

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

100

 

09.4335

Il-Fiġi

100

 

09.4336

Il-Ġeorġja

100

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

100

 

09.4340

Il-Madagaskar

100

 

09.4341

Il-Malawi

0

Intlaħqu

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

100

 

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Surinam

 

09.4346

Is-Sważiland

100

 

09.4347

It-Tanzanija

100

 

09.4348

Trinidad u Tobago

100

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

0

Intlaħqu


Zokkor kumplementari

Il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 3.8.2009-7.8.2009

Limitu

09.4315

L-Indja

100

 

09.4316

Pajjiżi firmatarji tal-Protokoll AKP

100

 


Zokkor konċessjonijiet CXL

Il-Kapitolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 3.8.2009-7.8.2009

Limitu

09.4317

L-Awstralja

0

Intlaħqu

09.4318

Il-Brażil

0

Intlaħqu

09.4319

Kuba

0

Intlaħqu

09.4320

Pajjiżi terzi oħra

0

Intlaħqu


Zokkor Balkani

Il-Kapitolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 3.8.2009-7.8.2009

Limitu

09.4324

L-Albanija

100

 

09.4325

Il-Bożnja u Ħerzegovina

0

Intlaħqu

09.4326

Is-Serbja u l-Kosovo (*)

100

 

09.4327

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

100

 

09.4328

Il-Kroazja

100

 


Zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali u industrijali

Il-Kapitolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Tip

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 3.8.2009-7.8.2009

Limitu

09.4380

Eċċezzjonali

 

09.4390

Industrijali

100

 


Zokkor APE supplimentari

Il-Kapitolu VIII bis tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 3.8.2009-7.8.2009

Limitu

09.4431

Il-Komoros, Il-Madagaskar, Il-Mawrizju, is-Seychelles, Iż-Żambja, iż-Żimbabwe

100

 

09.4432

Il-Burundi, il-Kenja, ir-Rwanda, it-Tanzanija, l-Uganda

100

 

09.4433

Is-Sważiland

100

 

09.4434

Il-Możambik

0

Intlaħqu

09.4435

Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Beliż, Dominika, ir-Repubblika id-Dominikana, Grenada, il-Gujana, Ħaiti, il-Ġamajka, Saint Kitts u Nevis, Santa Luċija, u l-Grenadini, is-Surinam, it-Trinidad u Tobago

0

Intlaħqu

09.4436

Ir-Repubblika Dominikana

0

Intlaħqu

09.4437

Il-Fiġi, il-Papwa-Ginea Ġdida

100

 


L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Tip

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 3.8.2009-7.8.2009

Limitu

09.4365

Il-Bulgarija

0

Intlaħqu

09.4366

Ir-Rumanija

0

Intlaħqu


(*)  Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.


12.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 738/2009

ta' 11 Awwissu 2009

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċi fiż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-KE ta' CECAF 34.1.1 min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2009.

(2)

Skont it-tagħrif li wasal għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2009.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbud minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p.1

(3)  ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.


ANNESS

Nru

8/T&Q

Stat membru

Il-Portugall

Stokk

ANF/8C3411

Speċi

Petriċi (Lophiidae)

Żona

VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-KE ta' CECAF 34.1.1

Data

22 ta’ Lulju 2009


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

12.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Lulju 2009

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja lill-kisi iebes

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5613)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/607/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta tal-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord għat-Tikkettar Ekoloġiku tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, l-eko-tikketta Komunitarja tista’ tingħata lil prodott li jkollu l-karatteristiċi li jippermettulu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-titjib f’dak li għandu x’jaqsam ma’ aspetti ambjentali prinċipali.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li l-kriterji speċifiċi tal-eko-tikketta, imfassla abbażi tal-kriterji abbozzati mill-Bord għat-Tikkettar Ekoloġiku tal-Unjoni Ewropea, iridu jiġu stabbiliti skont il-gruppi ta’ prodotti.

(3)

Huwa jipprovdi wkoll li r-reviżjoni tal-kriterji tal-eko-tikketta, kif ukoll tar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika marbutin ma’ dawk il-kriterji, trid isseħħ fi żmien xieraq qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ validità tal-kriterji speċifikati għal kull grupp ta’ prodotti kkonċernat.

(4)

B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, twettqet reviżjoni f’waqtha tal-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll tar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika marbutin magħhom stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/272/KE tat-25 ta’ Marzu 2002 li tistabilixxi l-kriterji ekoloġiċi sabiex tingħata l-eko-tikketta Komunitarja lill-kisi iebes tal-art (2). Dawk il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika marbutin magħhom huma validi sal-31 ta’ Marzu 2010.

(5)

Fid-dawl ta’ dik ir-reviżjoni, huwa xieraq li jitbiddlu t-titolu u d-definizzjoni tal-grupp ta’ prodotti u li jiġu stabbiliti kriterji ekoloġiċi ġodda, sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq.

(6)

Hemm lok li l-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika marbutin magħhom, ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(7)

Għalhekk hemm lok li d-Deċiżjoni 2002/272/KE tiġi sostitwita.

(8)

Hemm lok li l-produtturi li l-prodotti tagħhom ingħataw l-eko-tikketta għall-kisi iebes abbażi tal-kriterji li jinsabu fid-Deċiżjoni 2002/272/KE, jingħataw perjodu tranżitorju biex ikollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-prodotti tagħhom biex ikunu konformi mal-kriterji u mar-rekwiżiti riveduti. Hemm lok ukoll li l-produtturi jitħallew iressqu applikazzjonijiet magħmulin skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2002/272/KE jew skont il-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni sakemm tiskadi l-validità ta’ dik id-Deċiżjoni.

(9)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-grupp ta’ prodotti “kisi iebes” għandu jikkonsisti – għal użu intern/estern, bla ebda funzjoni strutturali rilevanti – f’ġebel naturali, ġebel agglomerat, unitajiet taċ-ċangatura tal-konkrit, madum terrazzo, madum taċ-ċeramika u madum tat-tafal. Għal kisi iebes, il-kriterji jistgħu jiġu applikati kemm għall-kisi tal-art kif ukoll tal-ħajt, jekk il-proċess tal-produzzjoni jkun identiku u jintużaw l-istess materjali u metodi ta’ manifattura.

Artikolu 2

Sabiex tingħata l-eko-tikketta Komunitarja lill-prodotti li jaqgħu fil-grupp ta’ prodotti kisi iebes skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 (minn hawn ‘il quddiem “l-eko-tikketta”), il-kisi iebes għandu jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “kisi iebes”, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika marbutin magħhom, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Għall-finijiet amministrattivi n-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta’ prodotti “kisi iebes” għandu jkun “021”.

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni 2002/272/KE hija mħassra.

Artikolu 6

1.   L-applikazzjonijiet għall-eko-tikketta għal prodotti li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta’ prodotti kisi iebes imressqa qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni 2002/272/KE.

2.   L-applikazzjonijiet għall-eko-tikketta għal prodotti li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta’ prodotti kisi iebes imressqa mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2010 jistgħu jkunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2002/272/KE jew fuq il-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li fuqhom huma bbażati.

3.   Meta l-eko-tikketta tingħata abbażi ta’ applikazzjoni evalwata skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2002/272/KE, dik l-eko-tikketta tista’ tintuża għal tnax-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 94, 11.4.2002, p. 13.


ANNESS

QAFAS

Għanijiet tal-kriterji

Dawn il-kriterji għandhom l-għan, b'mod partikolari, li jippromwovu:

it-tnaqqis tal-impatti fuq il-habitat u r-riżorsi assoċjati,

it-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija,

it-tnaqqis tar-rilaxx ta’ sustanzi tossiċi jew li jniġġsu xorta oħra fl-ambjent,

it-tnaqqis fl-użu ta' sustanzi perikolużi fil-materjali u fil-prodotti lesti,

is-sikurezza u nuqqas tar-riskju għas-saħħa fl-ambjent ħaj,

l-informazzjoni li tippermetti lill-konsumatur juża l-prodott b’mod effiċjenti li jimminimizza l-impatt ambjentali kollu.

Il-kriterji huma stipulati f'livelli li jippromwovu t-tikkettar tal-kisi iebes li jiġi prodott b’impatt ambjentali baxx.

Rekwiżiti tal-valutazzjoni u l-verifika

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u l-verifika huma indikati f’kull kriterju.

Dan il-grupp jista' jinqasam fi “prodotti Naturali” u “prodotti Proċessati”.

Il-“prodotti Naturali” jinkludu l-Ġebel Naturali, li kif iddefinit bis-CEN TC 246 huma biċċiet ta' blat naturali, u jinkludi l-irħam, il-granit u ġebel ieħor naturali.

Ġebel “ieħor” naturali tirreferi għal ġebel naturali li l-karatteristiċi tekniċi tiegħu huma fil-biċċa l-kbira differenti minn dawk tal-irħam u l-granit kif iddefiniti bis-CEN/TC 246/N.237 EN 12670. “Ġebel naturali – Terminoloġija”. Ġeneralment, dan il-ġebel diffiċli tillostrah sa ma jiġi jleqq u mhux dejjem jiġi estratt fi blokok: il-ġebel ramli, il-kwarżit, il-lavanja, it-tufa, is-skist.

Il-grupp ta' “prodotti proċessati” jista’ jkompli jinqasam fi prodotti mwebbsa u prodotti moħmija. “Prodotti mwebbsa” huma ġebel agglomerat, unitajiet taċ-ċangatura tal-konkrit u madum terrazzo. “Prodotti moħmija” huma l-madum taċ-ċeramika u l-madum tat-tafal.

“Ġebel Agglomerat” huwa l-prodotti industrijali manifatturati minn taħlita ta’ aggregati, fil-biċċa l-kbira min-naqal ta' ġebel naturali, u lega kif iddefinit fil-JWG 229/246 EN 14618. In-naqal huwa normalment magħmul minn granulat tal-barrieri tal-irħam u l-granit u l-lega hija magħmula mill-komponenti artifiċjali bħal reżina mhux saturata tal-poliester jew siment idrawliku. Dan il-grupp jinkludi wkoll il-ġebel artifiċjali u l-irħam ikkumpattat.

“L-unitajiet taċ-ċangatura tal-konkrit” huma prodotti għall-kisja ta' fuq tal-art billi jitħallat ir-ramel, iż-żrar, is-siment, pigmenti u addittivi inorganiċi, u l-vibrokompressjoni kif iddefinit mis-CENT/TC 178. Dan il-grupp jinkludi wkoll iċ-ċangaturi tal-konkrit u l-madum tal-konkrit.

“Il-madum terrazzo” huwa element ikkumpattat sewwa ta’ għamla u ħxuna uniformi, li jissodisfa r-rekwiżiti ġeometriċi speċifiċi kif iddefiniti mis-CENT/TC 229. Il-madum ikun b'saff wieħed jew saff doppju. Dak b’saff wieħed huwa madum magħmul kompletament minn granuli jew laqx ta’ aggregat xieraq, imqiegħed f'siment griż u abjad u ilma. Il-madum b’saff doppju huma madum terrazzo magħmul mill-ewwel wiċċ jew saff protettiv (b’kompożizzjoni ta' saff wieħed) u tieni saff, magħruf bħala sapport jew saff bażi tal-konkrit, li l-wiċċ tiegħu ma jkunx espost matul l-użu normali u li jista' jitneħħa parzjalment.

“Il-madum taċ-ċeramika” huwa ċangaturi rqaq tat-tafal u/jew materja prima inorganika oħra bħalma huma l-feldspar u l-kwartz kif iddefiniti mis-CENT/TC 67. Dawn is-soltu jingħataw l-għamla bl-estrużjoni jew bil-pressa f’temperatura normali, imnixxfa u sussegwentement imsajra f’temperaturi suffiċjenti sabiex jiżviluppaw il-karatteristiċi meħtieġa. Il-madum jista’ jkun glejżjat jew le, mhux kombustibbli u ġeneralment mhux affettwat bid-dawl.

“Il-madum tat-tafal” huwa unitajiet li jissodisfaw ċerti rekwiżiti ta' għamla u daqs, użati għall-filata tal-wiċċ tal-pavimenti u prodotti predominantament mit-tafal jew minn materjali oħra, biż-żidiet kif iddefiniti mis-CEN 178 jew mingħajrhom.

Meta xieraq, jistgħu jintużaw metodi oħra minn dawk indikati għal kull kriterju jekk l-ekwivalenza tagħhom tiġi aċċettata mill-Entità Kompetenti li tivvaluta l-applikazzjoni.

Meta possibbli, it-testijiet għandhom jitwettqu minn laboratorji akkreditati kif xieraq jew laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali espressi fl-istandard EN ISO 17025.

Meta xieraq, l-Entitajiet Kompetenti jistgħu jeżiġu dokumentazzjoni ta' sostenn u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

Huwa rakkomandat lill-Entitajiet Kompetenti li jqisu l-implimentazzjoni ta’ skemi rikonoxxuti tal-ġestjoni tal-ambjent, bħal l-EMAS, l-ISO14001 meta jivvalutaw applikazzjonijiet u jimmonitorjaw il-konformità mal-kriterji (nota: mhux meħtieġ li jiġu implimentati tali skemi ta’ ġestjoni).

KISI IEBES

KRITERJI

1.   Estrazzjoni ta’ prodotti naturali

1.1.   Ġestjoni tal-estrazzjoni (għall-prodotti naturali biss)

Rekwiżiti ġenerali

Il-ġestjoni tal-estrazzjoni tal-materja prima tal-ġebel naturali għandha tiġi “mmarkata” skont matriċi ta’ 6 indikaturi ewlenin. Il-marka totali għandha tkun ibbażata fuq l-għadd tal-marki individwali mogħtija lil kull indikatur, immultiplikat b'piż korrettiv (W). Il-barrieri għandhom jiksbu marka ppiżata ta’ mill-anqas 19-il punt sabiex ikunu eleġibbli biex jingħataw l-eko-tikketta. Barra minn dan, il-marka għal kull indikatur għandha tkun ogħla jew anqas mil-limitu speċifikat, kif xieraq.

Ara l-matriċi fil-paġna ta' wara.

Barra mit-tabella tal-marki, għandhom jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet mandatorji kollha li ġejjin:

ma għandu jkun hemm interferenza ma’ xi ilma fil-fond u kkonfinat taħt l-art,

ma għandu jkun hemm l-ebda interferenza ma' mases ta' ilma tal-wiċċ b'ilqugħ ċivili jew nixxigħat, jew jekk il-massa tal-ilma tkun inkluża fir-Reġistru taż-Żoni Protetti stabbilit bid-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jew jekk ir-rata medja tal-fluss tal-ilma tkun > 5m3/s,

għandu jkun hemm sistema magħluqa għall-irkupru tal-ilma tal-iskart sabiex jiġi evitat t-tixrid tal-iskart tal-qtugħ fl-ambjent u li titfa’ fis-sistema tar-riċiklaġġ. L-ilma għandu jkun kontenut fil-qrib sewwa tal-post fejn jintuża fil-ħidmiet tal-barrieri u għandu mbagħad jgħaddi minn pajpijiet magħluqa lejn l-impjant adattat tal-proċessar. Wara li jitnaddaf, l-ilma għandu jiġi rriċiklat.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-kalkolu tal-“marka” totali tiegħu (ippiżata kif xieraq), u dejta relatata għal kull wieħed mis-sitt indikaturi (li turi fost l-oħrajn li kull marka hija ogħla mill-marka minima, jekk jkun hemm waħda), skont il-matriċi tal-paġna ta' wara u l-istruzzjonijiet korrispondenti fl-Appendiċi Tekniku – A1. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dokumentazzjoni xierqa u/jew dikjarazzjonijiet li jixhdu l-konformità mal-kriterji kollha msemmija hawn fuq.

Matriċi għall-immarkar tal-ġestjoni tal-estrazzjoni tal-materja prima tal-ġebel naturali

Indikatur

Noti

Marka

5

(eċċellenti)

3

(tajjeb)

1

(suffiċjenti)

limitu

Piżijiet relattivi

I.1.

Proporzjon tar-riċiklaġġ tal-ilma

Formula

Ara l-Appendiċi Tekniku - A3

> 80

80 – 70

69 – 65

< 65

W3

I.2.

proporzjon tal-impatt tal-barriera

m2 erja affettwata (faċċata tal-barriera + erja attiva tar-rimi) / m2 erja awtorizzata

[%]

< 15

15 – 30

31 – 50

> 50

W1, W2

I.3.

Ħela ta' riżorsi naturali

m3 materjal użabbli / m3 materjal estratt

[%]

> 50

50 – 35

34 – 25

< 25

I.4.

Kwalità tal-arja

Valur annwali tal-limitu mkejjel matul it-tarf tal-erja tal-Barriera.

PM 10 partikuli sospiżi [μg/Nm3]

Metodu tal-ittestjar EN 12341

< 20

20 – 100

101 – 150

> 150

W2

I.5.

Kwalità tal-ilma

Solidi sospiżi [mg/l]

Metodu tal-ittestjar ISO 5667 - 17

< 15

15 – 30

31 – 40

> 40

W1, W2, W3

I.6.

Storbju

Imkejjel matul it-tarf tal-erja tal-Barriera (dB(A))

Metodu tal-ittestjar ISO 1996-1

< 30

30 – 55

56 – 60

> 60

W2

Lista tal-piżijiet (għandha tintuża biss meta speċifikat):

 

W1. Protezzjoni tal-ħamrija: (ippiżar: 0,3 – 0,8, ara t-tabella) għall-indikaturi tal-proporzjon tal-impatt tal-barriera (I.2) u tal-kwalità tal-ilma (I.5), jitqiesu tliet valuri differenti ta’ piżijiet, bħala funzjoni tal-potenzjalitajiet tal-użu tal-art (għad-dettalji ara l-Appendiċi Tekniku – A1):

Protezzjoni tal-ħamrija

Klassijiet I – II

Klassijiet III – IV – V

Klassijiet VI – VII – VIII

Piż

0,3

0,5

0,8

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa, fosthom mappa, dwar il-klassifika tal-kapaċità tal-art tas-sit tal-barriera.

 

W2. Densità tal-popolazzjoni taż-żoni abitati f’raġġ ta' 5 km (distanza) mis-sit tal-barriera: (ippiżar: 0.5 – 0.9, ara t-tabella) l-indikaturi tal-Proporzjon tal-impatt tal-barriera (I.2), tal-kwalità tal-arja (I.4), tal-kwalità tal-ilma (I.5) u tal-istorbju (I.6) huma ppiżati abbażi ta' tliet meded ta' densità:

Densità tal-popolazzjoni

> 100 abitant/km2

20 sa 100 abitant/km2

< 20 abitant/km2

Piż

0,5 (0,6)

0,7 (0,84)

0,9

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi mappa u dokumentazzjoni xierqa sabiex tiġi vverifikata d-densità tal-popolazzjoni li tinsab f’raġġ ta' 5 km (distanza) mit-tarf tal-barriera (erja awtorizzata). Fil-każ ta’ barrieri eżistenti u espansjoni tal-abitat fl-erja kkonċernata, għandu jintuża l-fattur tal-piż indikat bejn il-parenteżi. Dan ma jirreferix għall-estensjonijiet maġġuri ta' erjas diġà awtorizzati ta’ dawn il-barrieri (> 75 %).

 

W3. (ippiżar: 0,5) - Jekk il-barriera tinterferixxi ma' mases ta’ ilma tal-wiċċ (rata medja < 5m3/s) ikun hemm piż ta’ 0,5 fuq iż-żewġ indikaturi tal-proporzjon tar-riċiklaġġ tal-ilma (I.1) u tal-kwalità tal-ilma (I.5).

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa sabiex juri jekk ikunx hemm interferenzi bejn il-barriera u l-massa tal-ilma tal-wiċċ jew le.

1.2.   Ġestjoni tal-estrazzjoni (għall-prodotti kollha tal-kisi iebes)

Il-materja prima użata fil-produzzjoni tal-kisi iebes għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin għall-attivitajiet relatati mal-estrazzjoni:

Parametru

Rekwiżit

Proġett tal-attività tal-estrazzjoni u tar-riabilitazzjoni tal-ambjent

L-applikant għandu jipprovdi rapport tekniku li jinkludi d-dokumenti li gejjin:

 

l-awtorizzazzjoni tal-attività tal-estrazzjoni;

 

il-pjan tar-riabilitazzjoni tal-ambjent u/jew rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali;

 

il-mappa li tindika fejn qiegħda l-barriera;

 

id-dikjarazzjoni tal-konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (2) (habitat) u d-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE (3) (għasafar) (4). F'żoni barra mill-Komunità, huwa meħtieġ rapport tekniku simili li juri l-konformità mal-konservazzjoni tad-Diversità Bijoloġika tal-NU (1992) u jipprovdi informazzjoni dwar kwalunkwe strateġija u pjan ta' azzjoni nazzjonali, jekk disponibbli.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi d-dejta u d-dokumenti relatati inkluża mappa taż-żona. Jekk l-attività tal-estrazzjoni mhijiex ġestita direttament mill-produtturi, id-dokumentazzjoni għandha tintalab dejjem mingħand l-estrattur(i).

2.   L-għażla tal-materji prima (għall-prodotti kollha tal-kisi tal-art)

Dawn ir-rekwiżiti japplikaw kemm għall-materja prima u sekondarja jew irkuprata użata fil-proċessi tal-produzzjoni u għall-prodotti semiproċessati (5) (taħlitiet) li jinxtraw esternament (jiġifieri l-fornituri għandhom jikkonformaw ukoll mal-kriterji.)

2.1.   Assenza ta' frażijiet ta' riskju fil-materja prima

L-ebda sustanza jew preparazzjoni li għandha, jew li tista’ tingħatalha waqt l-applikazzjoni, xi waħda minn dawn il-frażijiet ta’ riskju li ġejjin (jew kombinazzjonijiet tagħhom):

R45 (jisgħu jikkawżaw l-kanċer),

R46 (jistgħu jikkawżaw ħsara ġenetika li tintiret),

R49 (jistgħu jikkawżaw l-kanċer permezz tal-ġbid tan-nifs),

R50 (tossiċi ħafna għall-organiżmi akwatiċi),

R51 (tossiċi għall-organiżmi akkwatiċi),

R52 (jagħmlu l-ħsara lill-organiżmi akkwatiċi),

R53 (jistgħu jikkawżaw effetti negattivi li jdumu fit-tul fl-ambjent akkwatiku),

R54 (tossiċi għall-flora),

R55 (tossiċi għall-fawna),

R56 (tossiċi għall-organiżmi tal-ħamrija),

R57 (tossiċi għan-naħal),

R58 (jistgħu jikkaġunaw effetti negattivi li jdum fit-tul fl-ambjent),

R59 (perikolużi għas-saff tal-ożonu),

R60 (jistgħu jagħmlu ħsara lill-fertilità),

R61 (jistgħu jikkawżaw ħsara lit-trabi li għadhom ma twildux),

R62 (riskju possibbli li jagħmlu ħsara lill-fertilità),

R63 (riskju possibbli li jagħmlu ħsara lit-trabi li għandhom ma twildux),

R68 (riskju possibbli ta’ effetti irriversibbli),

kif stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (id-Direttiva dwar is-Sustanzi Perikolużi) (6), u fid-dawl tad-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva dwar il-Preparazzjonijiet Perikolużi) (7), ma tista' tiżdied mal-materja prima.

Alternattivament, il-klassifikazzjoni tista' titqies skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). F'dan il-każ l-ebda sustanza jew preparazzjoni ma tista' tiżdied mal-materja prima li għandha, jew li tista’ tingħatalha waqt l-applikazzjoni, dikjarazzjonijiet ta' periklu li ġejjin (jew kombinazzjonijiet tagħhom): H350, H340, H350i, H400, H410, H411, H412, H413, EUH059, H360F, H360D, H361f, H361d, H360FD, H361fd, H360Fd, H360Df, H341.

Minħabba l-vantaġġi ambjentali tar-riċiklaġġ tal-materjali, dawn il-kriterji ma japplikawx għall-kwota tal-materjali riċiklati f'sistema magħluqa (9) użati fil-proċess u kif iddefinit fl-Appendiċi A2.

Valutazzjoni u verifika: fit-termini ta’ analiżi kimika u mineraloġika, il-formulazzjoni tal-materjal għandha tiġi pprovduta mill-applikant flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità mal-kriterji msemmija hawn fuq.

2.2.   Limitazzjoni tal-preżenza ta' xi sustanzi fl-addittivi (għall-madum glejżjat biss)

Meta fil-gleżjar jintużaw iċ-ċomb, il-kadmju u l-antimonju (jew kwalunkwe mill-komponenti tagħhom), il-kontenut tagħhom ma għandux jaqbeż il-limiti speċifiċi li ġejjin:

(% f'piż tal-glejż)

Parametru

Limitu

Ċomb

0,5

Kadmju

0,1

Antimonju

0,25

Valutazzjoni u verifika: fit-termini ta’ analiżi kimika u mineraloġika, il-formulazzjoni tal-materjal għandha tiġi pprovduta mill-applikant flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità mal-limiti msemmija hawn fuq.

2.3.   Limitazzjoni tal-preżenza ta' ażbestos u reżini tal-poliester fil-materjali

Ma għandu jkun l-ebda ażbestos fil-materja prima użata għall-prodotti naturali u proċessati, kif stipulat fid-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE (11).

L-użu tar-reżini tal-poliester fil-produzzjoni għandu jkun limitat b’10 % tal-piż totali tal-materja prima.

Valutazzjoni u verifika: fit-termini ta’ analiżi kimika u mineraloġika, il-formulazzjoni tal-materjal għandha tiġi pprovduta mill-applikant flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti msemmija hawn fuq.

3.   Il-ħidmiet tal-finitura (għall-prodotti naturali biss)

Il-ħidmiet tal-finitura fuq il-prodotti naturali għandhom isiru skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

Parametru

Limiti (aċċettati)

Metodu tal-ittestjar

Emissjonijiet ta' partikuli fl-arja

PM10 < 150 μg/Nm3

EN 12341

Emissjonijiet ta' stirene fl-arja

< 210 mg/Nm3

 

Proporzjon tar-riċiklaġġ tal-ilma

Formula

Appendiċi Tekniku – A3

Emissjonijiet ta' solidi sospiżi fl-ilma

< 40 mg/l

ISO 5667-17

Emissjonijiet Cd fl-ilma

< 0,015 mg/l

ISO 8288

Emissjonijiet Cr(VI) fl-ilma

< 0,15 mg/l

ISO 11083

Emissjonijiet Fe fl-ilma

< 1,5 mg/l

ISO 6332

Emissjonijiet Pb fl-ilma

< 0,15 mg/l

ISO 8288

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-analiżi korrispondenti u r-rapporti tat-testijiet għall kull parametru tal-emissjoni mkejjel fil-punti kollha tal-emissjoni. Meta ma jiġi speċifikat l-ebda test, jew jissemma bħala għall-użu fil-verifika jew fil-monitoraġġ, il-entitajiet kompetenti għandhom joqogħdu kif xieraq fuq id-dikjarazzjonijiet u d-dokumentazzjoni pprovduti mill-applikant u/jew minn verifiki indipendenti.

4.   Il-proċess tal-produzzjoni (għall-prodotti proċessati biss)

4.1.   Konsum ta' enerġija

Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi kkalkolat bħala rekwiżit tal-enerġija għall-proċess (PER) għall-ġebel agglomerat u l-madum terrazzo jew bħala rekwiżit tal-enerġija għall-ħami(ERF) għall-madum taċ-ċeramika u l-madum tat-tafal.

(a)   Il-limitu tar-rekwiżit tal-enerġija għall-proċess (PER)

Ir-rekwiżit tal-enerġija għall-proċess (PER) għall-proċessi tal-produzzjoni tal-ġebel agglomerat u l-madum terrazzo ma għandux jaqbeż il-livelli li ġejjin:

 

Rekwiżit (MJ/kg)

Metodu tal-ittestjar

Ġebel agglomerat

1,6

Appendiċi tekniku – A4

Madum terrazzo

1,3

Appendiċi tekniku – A4

Nota: ir-rekwiżiti kollha huma espressi f'MJ kull kg ta' prodott finali lest għall-bejgħ. Dan il-kriterju ma japplikax għall-unitajiet taċ-ċangatura tal-konkrit.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jikkalkula l-PER skont l-istruzzjonijiet fl-Appendiċi Tekniku – A4 u jipprovdi r-riżultati u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn relatati.

(b)   Il-limitu tar-rekwiżit tal-enerġija għat-tisjir (ERF)

Il-fażijiet tar-rekwiżit tal-enerġija għall-ħami (ERF) għall-madum taċ-ċeramika u l-madum tat-tafal ma għandhomx jaqbżu r-rekwiżiti li ġejjin:

 

Rekwiżit (MJ/kg)

Metodu tal-ittestjar

Madum taċ-ċeramika u tat-tafal

3,5

Appendiċi tekniku – A4

Nota: rekwiżit espress f'MJ kull kg ta' prodott finali lest għall-bejgħ.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jikkalkola l-ERF skont l-istruzzjonijiet fl-Appendiċi Tekniku – A4 u jipprovdi r-riżultati u d-dokumentazzjoni relatati ta’ sostenn.

4.2.   Konsum u użu tal-ilma

(a)

Il-konsum tal-ilma fil-fażi tal-produzzjoni, mill-preparazzjoni tal-materja prima sal-ħidmiet tal-ħami, għall-prodotti moħmija ma għandux jaqbeż ir-rekwiżiti li ġejjin:

(Litri/kg ta' prodott)

Parametru

Rekwiżit

Konsum Speċifiku ta' Ilma Frisk (Cwp-a)

1

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-kalkolu tal-konsum speċifiku ta' ilma frisk kif indikat fl-Appendiċi Tekniku – A5. Għall-ilma frisk għandhom jitqiesu biss ilma tal-pjan, ilma baxx jew ilma mill-akwadotti.

(b)

L-ilma tal-iskart prodott mill-proċess inkluż fil-katina tal-produzzjoni għandu jilħaq proporzjon tar-riċiklaġġ ta’ mill-anqas 90 %. Il-proporzjon tar-riċiklaġġ għandu jiġi kkalkolat bħala l-proporzjon bejn l-ilma tal-iskart irriċiklat jew irkuprat permezz tal-applikazzjoni ta' taħtilta ta' miżuri għall-ottomizzazzjoni tal-proċess u sistemi tat-trattament tal-ilma tal-iskart tal-proċess, internament jew esternament fl-impjant, u t-total tal-ilma li ma jibqax fil-proċess, kif iddefinit f’Appendiċi Tekniku – A3.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-kalkolu tal-proporzjon tar-riċiklaġġ inkluża d-dejta mhux ipproċessata dwar it-total ta' ilma tal-iskart prodott, ilma rriċiklat u l-kwantità u s-sors ta' ilma frisk użat fil-proċess.

4.3.   Emissjonijiet fl-arja

(a)   Ġebel agglomerat

L-emissjonijiet fl-arja għall-parametri li ġejjin għall-proċess kollu tal-produzzjoni ma għandhomx jaqbżu dan li ġej:

Parametri

Valur tal-limitu (mg/m2)

Metodu tal-Ittestjar

Materjal partikulat (Trab)

300

EN 13284-1

Ossidi tan-nitroġenu (bħala NOx)

1 200

EN 14792

Dijossidu tal-kubrit (SO2)

850

EN 14791

Stirene

2 000

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni u rapporti tat-testijiet xierqa għal kull parametru ta' emissjoni msemmi hawn fuq, skont l-indikazzjonijiet tal-Appendiċi Tekniku – A6. Meta ma jiġi speċifikat l-ebda metodu ta' ttestjar, jew jissemma bħala għall-użu fil-verifika jew fil-monitoraġġ, l-entitajiet kompetenti għandhom joqogħdu kif xieraq fuq id-dikjarazzjonijiet u d-dokumentazzjoni provduti mill-applikant u/jew fuq verifiki indipendenti.

(b)   Madum taċ-ċeramika

L-emissjonijiet totali fl-arja ta' materjali partikulati għall-pressa, il-glejżar u t-tnixxif bl-isprej (“emissjonijiet kiesħa”) ma għandhomx jaqbżu 5 g/m2.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni u rapporti tat-testijiet xierqa, skont l-indikazzjonijiet tal-Appendiċi Tekniku – A6.

L-emissjonijiet fl-arja fil-fażi tat-tisjir biss ma għandhomx jaqbżu dan li ġej:

Parametri

Valur tal-limitu (mg/m2)

Metodu tal-Ittestjar

Materjal partikulat (Trab)

200

EN 13284-1

Fluworidi (bħala HF)

200

ISO 15713

Ossidi tan-nitroġenu (bħala NOx)

2 500

EN 14792

Dijossidu tal-kubrit (SO2)

Kontenut ta' kubrit fil-materja prima ≤ 0,25 %

1 500

EN 14791

Dijossidu tal-kubrit (SO2)

Kontenut ta' kubrit fil-materja prima > 0,25 %

5 000

EN 14791

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni u rapporti tat-testijiet xierqa għal kull parametru ta' emissjoni msemmi hawn fuq, skont l-indikazzjonijiet tal-Appendiċi Tekniku – A6.

(c)   Madum tat-tafal

L-emissjonijiet fl-arja għall-parametri li ġejjin għall-fażi tat-tisjir tal-madum tat-tafal ma għandhomx jaqbżu l-limiti speċifiċi kkalkolati bil-formula:

Valur (mg/m2) = Rata tal-emissjoni (mg/[m2 (erja) × cm (ħxuna)])

li t-tabella li ġejja tirreferi għaliha:

Parametri

Rata tal-emissjoni (mg/m2* cm)

Valur tal-limitu (mg/m2)

Metodu tal-Ittestjar

Materjal partikulat (Trab)

250

1 000

EN 13284

Fluworidi (bħala HF)

200

800

ISO 15713

Ossidi tan-nitroġenu (bħala NOx)

3 000

12 000

EN 14792

Dijossidu tal-kubrit (SO2)

2 000

8 000

EN 14791

Il-limiti kkalkolati b'dan il-mod ma għandhomx jaqbżu l-limiti tal-valuri mogħtija fit-tabella.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni u rapporti tat-testijiet xierqa għal kull parametru ta' emissjoni msemmi hawn fuq, skont l-indikazzjonijiet tal-Appendiċi Tekniku – A6.

(d)   Madum terrazzo u l-unitajiet taċ-ċangatura tal-konkrit

L-emissjonijiet fl-arja għall-parametri li ġejjin għall-proċess kollu tal-produzzjoni ma għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin:

Parametri

Limitu (mg/m2)

Metodu tal-Ittestjar

Materjal partikulat (Trab)

300

EN 13284-1

Ossidi tan-nitroġenu (bħala NOx)

2 000

EN 14792

Dijossidu tal-kubrit (SO2)

1 500

EN 14791

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni u rapporti tat-testijiet xierqa għal kull parametru ta' emissjoni msemmi hawn fuq, skont l-indikazzjonijiet tal-Appendiċi Tekniku – A6.

4.4.   Emissjonijiet fl-ilma

Wara t-trattament tal-ilma tal-iskart, sewwa jekk fis-sit u sewwa jekk ‘il barra minnu, il-parametri ma għandhomx jaqbżu l-limiti li ġejin:

Parametru

Limitu

Metodi tal-ittestjar

Emissjonijiet ta' solidi sospiżi fl-ilma

40 mg/l

ISO 5667-17

Emissjonijiet Cd fl-ilma

0,015 mg/l

ISO 8288

Emissjonijiet Cr(VI) fl-ilma

0,15 mg/l

ISO 11083

Emissjonijiet Fe fl-ilma (12)

1,5 mg/l

ISO 6332

Emissjonijiet Pb fl-ilma

0,15 mg/l

ISO 8288

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni u rapporti ta' testijiet xierqa li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju.

4.5.   Siment

L-użu tal-materja prima għall-produzzjoni tas-siment għandu jkun konsistenti mal-ġestjoni tal-estrazzjoni għar-rekwiżiti tal-prodotti proċessati (il-Kriterju 1.2).

Dawk il-prodotti li jużaw is-siment fil-proċess tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

is-siment inkluż f’kwalunkwe prodott għandu jiġi prodott bl-użu ta’ mhux iktar minn 3 800 MJ/t ta' rekwiżit ta' enerġija għall-proċess (PER), ikkalkolat kif spjegat fl-Appendiċi Tekniku – A4,

is-siment inkluż f’kwalunkwe prodott għandu jiġi prodott f'rispett tal-limiti tal-emissjonijiet fl-arja li ġejjin:

Parametru

Massimu Attwali (g/t)

Metodi tal-ittestjar

Trab

65

EN 13284-1

SO2

350

EN 14791

NOx

900

EN 14792

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi r-rapporti tat-testijiet u d-dokumentazzjoni relevanti u relatati mal-PER u l-emissjonijiet fl-arja li joriġinaw mill-poduzzjoni tas-siment.

5.   Ġestjoni tal-iskart

L-impjanti kollha involuti fil-produzzjoni tal-prodott għandu jkollhom sistema għal ġestjoni tal-iskart u l-prodotti residwi li joriġinaw mill-produzzjoni tal-prodott. Is-sistema għandha tkun iddokumentata u spjegata fil-formula tal-applikazzjoni u għandha mill-anqas tinkludi informazzjoni dwar it-tliet punti li ġejjin:

proċeduri għas-separazzjoni u l-użu ta’ materjali riċiklabbli mill-iskart prodott,

proċeduri għar-riċiklu tal-materjali għal użi oħra,

proċeduri għall-ġestjoni u r-rimi tal-iskart perikoluż.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa.

5.1.   Ġestjoni tal-iskart (għall-prodotti naturali biss)

L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa dwar il-ġestjoni tal-iskart li joriġina mill-barriera u mill-ħidmiet ta' finitura. Il-ġestjoni tal-iskart u l-użu mill-ġdid tal-prodotti sekondarji (il-qtugħ inkluż) għandhom jiġu ddikjarati.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti skont id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

5.2.   Irkupru tal-iskart (għall-prodotti pproċessati biss)

L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa dwar il-proċeduri adottati għar-riċiklaġġ tal-prodotti sekondarji li joriġinaw mill-proċess. L-applikant għandu jipprovdi rapport li jinkludi l-informazzjoni li gejja:

tip u kwantità ta' skart irkuprat,

tip ta' rimi,

informazzjoni dwar l-użu mill-ġdid (internament jew esternament mill-proċess tal-produzzjoni) tal-iskart u l-materjali sekondarji fil-produzzjoni ta' prodotti ġodda.

Mill-anqas 85 % (skont il-piż) tal-iskart totali ġġenerat mill-proċess jew mill-proċessi (14) għandhom jiġu rkuprati skont il-kundizzjonijiet u d-definizzjonijiet ġenerali stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE (15).

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa msejsa fuq, per eżempju, il-karti tal-bilanċ tal-massa u/jew is-sistemi tar-rappurtar ambjentali li juru r-rati tal-irkupru miksuba esternament jew internament, per eżempju, permezz tar-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid jew ir-riklamazzjoni/riġenerazzjoni.

6.   Fażi tal-użu

6.1.   Rilaxx ta' sustanzi perikolużi (madum glejżjat biss)

Sabiex jiġi kkontrollat ir-rilaxx potenzjali ta' sustanzi perikolużi fil-fażi tal-użu u fit-tmiem tal-ħajja tal-maduma gglejżjata, il-prodotti għandhom jiġu vverifikati skont it-test EN ISO 10545-15. Ma għandhomx jinqabżu l-limiti li ġejjin:

Parametru

Limitu (mg/m2)

Metodu tal-ittestjar

Pb

80

EN ISO 10545-15

Cd

7

EN ISO 10545-15

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi analiżi u rapporti ta' testijiet rigward il-parametri tal-emissjonijiet imsemmija hawn fuq. Dan għandu jinkludi dikjarazzjoni tal-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (16) u mal-istandards armonizzati rilevanti maħluqa mis-CEN hekk kif jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropej.

7.   Imballaġġ

Il-kartun użat għall-imballaġġ tal-prodott finali għandu jkun iddiżinjat biex jerġa’ jintuża jew 70 % minnu jkunu magħmul minn materjali riċiklati.

Valutazzjoni u verifika: kampjun tal-imballaġġ tal-prodott għandu jingħata flimkien ma' dikjarazzjoni korrispondenti ta’ konformità mar-rekwiżiti kollha.

8.   Kemm hu tajjeb għall-użu

Il-prodott għandu jkun tajjeb għall-użu. Din l-evidenza tista' tinkludi dejta minn metodi ISO, CEN jew ekwivalenti ta' ttestjar xierqa, bħalma huma proċeduri ta' ttestjar nazzjonali jew interni.

Għandha tiġi speċifikata b'mod ċar indikazzjoni tat-tip ta' użu li għalih huwa tajjeb il-prodott: ħajt, art jew ħajt/art jekk adatt għaż-żewġ għanijiet.

Valutazzjoni u verifika: għandhom jingħataw id-dettalji tal-proċeduri tat-testijiet u r-riżultati, flimkien ma’ dikjarazzjoni illi l-prodott huwa tajjeb għal użu abbażi ta' kull informazzjoni oħra dwar l-aħjar applikazzjoni mill-utent aħħari. Skont id-Direttiva 89/106/KEE prodott huwa preżunt tajjeb għall-użu jekk jikkonforma ma’ standard armonizzat, approvazzjoni teknika Ewropea jew speċifikazzjoni teknika mhux armonizzata rikonoxxuta fil-livell Komunitarju. It-timbru tal-konformità “CE” għall-prodotti tal-bini jipprovdi lill-prodotturi b'attestazzjoni tal-konformità li tingħaraf faċilment u tista' titqies suffiċjenti f'dan il-kuntest.

9.   Informazzjoni għall-konsumatur

Il-prodott għandu jinbiegħ bl-infromazzjoni rilevanti għall-utent, li tipprovdi pariri dwar l-aħjar użu ġenerali, tekniku u xieraq tal-prodott kif ukoll dwar il-manutenzjoni tiegħu. Għandu jkollu l-informazzjoni li ġejja fuq l-imballaġġ u/jew fid-dokumentazzjoni li takkumpanja l-prodott:

(a)

l-informazzjoni li l-prodott ingħata l-eko-tikketta Komunitarja flimkien ma’ spjega qasira imma speċifika dwar it-tifsira ta' dan flimkien mal-informazzjoni ġenerali prevista fil-kaxxa 2 tal-logo;

(b)

rakkomandazzjonijiet dwar l-użu u l-manutenzjoni tal-prodott. Din l-infromazzjoni għandha tenfasizza l-istruzzjonijiet rilevanti kollha partikolarment dawk li jirreferu għall-manutenzjoni u l-użu tal-prodotti. Kif xieraq, għandha ssir referenza għall-karatteristiċi tal-użu tal-prodott f’kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli u kundizzjonijiet oħra, per eżempju r-reżistenza għall-ġlata/l-assorbiment tal-ilma, ir-reżistenza għat-tbajja, ir-reżistenza għall-kimiċi, it-tħejjija meħtieġa tas-sodda, l-istruzzjonijiet tat-tindif u t-tipi rrakkomandati ta’ aġenti tat-tindif u tal-intervalli taż-żmien bejn it-tindif. L-informazzjoni għandha tinkludi wkoll kwalunkwe indikazzjoni possibbli dwar it-tul potenzjali tal-ħajja mistennija tal-prodott f’termini tekniċi, jew bħala medja jew bħala firxa tal-valur;

(c)

indikazzjoni ta' kif isir ir-riċiklaġġ jew ir-rimi;

(d)

informazzjoni dwar l-eko-tikketta Komunitarja u l-gruppi ta’ prodotti relatati magħha, inkluż it-test li ġej (jew l-ekwivalenti): “għal iktar informazzjoni żur il-website tal-eko-tikketta tal-UE: http://www.ecolabel.eu”

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-imballaġġ u/jew it-testi magħluqa fih.

10.   Informazzjoni li tidher fuq l-eko-tikketta

Il-Kaxxa 2 tal-eko-tikketta għandha tinkludi t-test li ġej:

 

Prodotti naturali:

impatt imnaqqas tal-estrazzjoni fuq il-habitat u r-riżorsi naturali,

emissjonijiet limitati mill-ħidmiet ta' finitura,

informazzjoni aħjar għall-konsumatur u l-ġestjoni tal-iskart.

 

Prodotti pproċessati:

konsum imnaqqas ta’ enerġija fil-proċessi tal-produzzjoni,

emissjonijiet imnaqqsa fl-arja u fl-ilma,

informazzjoni aħjar għall-konsumatur u l-ġestjoni tal-iskart.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-imballaġġ u/jew it-testi magħluqa fih.


(1)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(3)  ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1.

(4)  Għal informazzjoni dettaljata ara http://ec.europa.eu/environment/nature/index_en.htm

(5)  Prodotti semiproċessati huma taħlitiet bilanċjati ta' materja prima differenti lesti biex jiddaħħlu fil-proċess tal-produzzjoni.

(6)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(7)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.

(8)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(9)  “Riċiklaġġ f'ċirkuwitu magħluq” tfisser “ir-riċiklaġġ ta' prodott ta' skart fl-istess prodott. Għal materjal sekondarju li jinħoloq minn proċess tal-produzzjoni (bħall-fdalijiet u dak li jibqa’), ‘riċiklaġġ f'ċirkuwitu magħluq’ tfisser li l-materjali jerġgħu jintużaw fl-istess proċess”.

(10)  Il-glejż huwa s-sustanzi kollha applikati fuq il-wiċċ tal-madum bejn l-iffurmar tal-madum u l-fażi tal-ħamja.

(11)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.

(12)  Il-parametru Fe huwa applikabbli għall-prodotti proċessati kollha minbarra għall-madum taċ- ċeramika.

(13)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15.

(14)  L-iskart mill-proċess ma jinkludix l-iskart tal-manutenzjoni, l-iskart organiku u l-iskart urban prodott minn attivitajiet awżiljari u tal-uffiċċju.

(15)  ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39.

(16)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.

Appendiċi tekniku għal kisi iebes

L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġ ikkalkolata, imkejla jew ittestjata għall-perjodu immedjatament qabel l-applikazzjoni. Il-kejl għandu jkun rappreżentattiv għas-sensiliet rispettivi tat-testijiet u għandu jkun konsistenti għall-partijiet kollha tal-applikazzjoni kif xieraq.

A1   Estrazzjoni tal-materja prima – definizzjonijiet tal-indikaturi u l-piżijiet

Ilma ta’ taħt l-art ikkonfinat

L-espressjoni “ilma taħt l-art ikkonfinat” tidentifika ilma taħt l-art artesjan.

Rata medja tal-mases tal-ilma tal-wiċċ

Ir-rata medja tal-korsija tal-ilma li tinterferixxi mal-barriera għandha tiġi kkalkolata billi titqies l-erja awtorizzata tal-barriera kkunsidrata. Il-kalkolu għandu jsir billi s-sezzjoni tal-massa tal-ilma tiġi mmultiplikata bil-veloċità tal-ilma. Il-valuri għandhom ikunu rappreżentattivi ta’ mill-anqas 12-il xahar.

Deskrizzjoni tal-indikaturi

I.1.   Proporzjon tar-riċiklaġġ tal-ilma

Ara A3.

I.2.   proporzjon tal-impatt tal-barriera

Il-kalkolu tal-I.2 jikkonsisti fil-kejl tal-erja affetwata li tinkludi l-faċċata tal-barriera u l-erjas tar-rimi, u l-erja awtorizzata. Dawn l-erjas għandhom jitkejlu waqt attivitajiet ta’ ħidma.

I.3.   Skart ta’ riżorsi naturali

Il-kalkolu tal-I.3 jikkonsisti fl-evalwazzjoni tal-matejal użabbli u tal-volum totali estratt kull sena. Il-materjal użabbli jirreferi għall-volum kollu li jista’ jintuża f’xi proċess: per eżempju, il-blokki kummerċjali, il-materjali aggregati u kull ħaġa oħra adatta għal proċessar ulterjuri u użu.

I.4.   Kwalità tal-arja

Dan l-indikatur huwa deskritt fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE (1). Il-kalkolu tal-I.4 jikkonsisti fil-kejl, matul it-tarf tal-erja tal-barriera, tal-partikuli sospiżi PM 10 abbażi tar-rekwiżiti speċifiċi tal-metodu tal-ittestjar u d-disposizzjonijiet ġenerali ta’ dik id-Direttiva (il-PM 10 huma ddefiniti fl-Artikolu 2(11)). Il-metodu tal-ittestjar huwa ddefinit fl-EN 12341.

I.5.   Kwalità tal-ilma

Dan l-indikatur iqis l-emissjonijiet totali ta’ solidi sospiżi wara t-trattament tal-ilma tal-wiċċ li jkun ħiereġ ’il barra mis-sit tal-barriera. Il-kalkolu tal-I.5 jikkonsisti fil-kejl tas-solidi sospiżi kollha bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li jidher fl-ISO 5667-17.

I.6.   Storbju

Dan l-indikatur iqis l-livell ta’ storbju rreġistrat matul it-tarf tal-erja tal-barriera. Il-ħsejjes mhux implussivi għandhom jitkejlu. Il-kalkolu tal-I.6 jikkonsisti fil-kejl tal-istorbju bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li jidher fl-ISO 1996-1.

Deskrizzjoni tal-piż:

W1.   Klassifikazzjoni tal-kapaċità tal-protezzjoni tal-ħamrija/l-art

Skont l-indikazzjoni tal-Bureau Ewropew tal-Ħamrija, l-art hija ggradata fi tmien klassijiet ta’ kapaċità abbażi tal-potenzjalitajiet tagħha u tal-gravità tal-limitazzjonijiet tagħha għat-tkabbir tal-uċuħ tar-raba’. Deskrizzjoni indikattiva tal-klassijiet hija kif ġej:

ħamrija tal-Klassi I għandha limitazzjonijiet ħfief li jirrestrinġu l-użu tagħha,

ħamrija tal-Klassi II għandha limitazzjonijiet moderati li jnaqqsu l-għażla tal-pjanti jew li jeħtieġu prattiċi moderati għall-konservazzjoni,

ħamrija tal-Klassi III għandha limitazzjonijiet severi li jnaqqsu l-għażla tal-pjanti jew jeħtieġu prattiċi speċjali għall-konservazzjoni, jew it-tnejn,

ħamrija tal-Klassi IV għandha limitazzjonijiet severi li jirrestrinġu l-għażla tal-pjanti jew jeħtieġu ġestjoni b’attenzjoni kbira, jew it-tnejn,

ħamrija tal-Klassi V għandha ftit jew l-ebda riskju ta’ erożjoni imma għandha limitazzjonijiet oħra, li mhux prattiku li tneħħihom, li jillimitaw l-użu tagħha l-aktar għall-mergħa, il-kaċċa, il-foresti jew għall-ikel u l-kenn tas-selvaġġina,

ħamrija tal-Klassi VI għandha limitazzjonijiet severi li ġeneralment jagħmluha inadatta għall-koltivazzjoni u jillimitaw l-użu tagħha l-aktar għall-mergħa, il-kaċċa, il-foresti jew għall-ikel u l-kenn tas-selvaġġina,

ħamrija tal-Klassi VII għandha limitazzjonijiet severi ħafna li jagħmluha inadatta għall-koltivazzjoni u li jirristrinġu l-użu tagħha l-aktar għall-mergħa, il-foresti jew is-selvaġġina,

ħamrija u erjas mixxellanji tal-Klassi VIII għandhom limitazzjonijiet li ma jippermettux l-użu għall-produzzjoni kummerċjali tal-pjanti u jillimitaw l-użu tagħhom għall-għanijiet tar-rikreazzjoni, is-selvaġġina, jew il-provvista tal-ilma jew l-estetika.

A2   Għażla tal-materja prima

“Riċiklaġġ f’sistema magħluqa” tfisser ir-riċiklaġġ ta’ prodott tal-iskart fl-istess tip ta’ prodott; għal “materjal Sekondarju” li jinħoloq minn proċess tal-produzzjoni (bħall-fdalijiet u dak li jibqa’), “riċiklaġġ f’sistema magħluqa” tfisser li l-materjal jerġa’ jintuża fl-istess proċess.

A3   Proporzjon tar-riċiklaġġ tal-ilma

Il-kalkolu tal-proporzjon tar-riċiklaġġ tal-ilma għandu jkun konsistenti mal-formula li ġejja msejsa fuq ir-rati enfasizzati fil-Figura A1.

Formula

Image

L-ilma tal-iskart tfisser biss l-ilma użat fl-impjanti tal-proċessar u ma jinkludix l-ilma frisk li jiġi mix-xita u l-ilma ta’ taħt il-ħamrija.

A4   Kalkolu tal-konsum tal-enerġija (PER, ERF)

Meta jingħata kalkolu tar-rekwiżit tal-enerġija għall-proċess (PER) jew ir-rekwiżit tal-enerġija għat-tisjir (ERF), għandhom jitqiesu t-trasportaturi korretti tal-enerġija għall-impjant kollu jew għall-fażi tat-tisjir biss. Il-valuri grossi kalorifiċi (il-valur l-għoli tas-sħana) tal-fjuwil għandhom jintużaw biex l-unitajiet tal-enerġija jiġu kkonvertiti f’MJ (it-Tabella A1). Fil-każ li jintuża fjuwil ieħor, għandu jissemma l-valur kalorifiku użat għall-kalkolu. L-elettriku jfisser l-elettriku nett impurtat li jkun ġej mill-grid u l-ġenerazzjoni interna tal-elettriku mkejla bħala qawwa elettrika.

L-evalwazzjoni tal-PER għall-produzzjoni tal-ġebel agglomerat għandha tqis l-enerġija kollha li dieħla fl-impjant tal-produzzjoni kemm bħala fjuwil kif ukoll bħala elettriku.

L-evalwazzjoni tal-PER għall-produzzjoni tal-madum terrazzo għandha tqis l-enerġija kollha li dieħla fl-impjant tal-produzzjoni kemm bħala fjuwil kif ukoll bħala elettriku.

L-evalwazzjoni tar-ERF għall-produzzjoni tal-madum taċ-ċeramika għandha tqis l-enerġija kollha li dieħla fl-ifran bħala fjuwil fil-fażi tat-tisjir.

L-evalwazzjoni tar-ERF għall-produzzjoni tal-madum tat-tafal għandha tqis l-enerġija kollha li dieħla fl-ifran bħala fjuwil fil-fażi tat-tisjir.

L-evalwazzjoni tal-PER għall-produzzjoni tas-siment għandha tqis l-enerġija kollha li dieħla fis-sistema tal-produzzjoni kemm bħala fjuwil kif ukoll bħala elettriku.

Tabella A1

Tabella għall-kalkolu tar-PER jew tar-ERF (ara t-test għall-ispjegi)

Perjodu ta’ produzzjoni

Jiem

Minn

Sa

 

Produzzjoni (kg)

 

Fjuwil

Kwantità

Unitajiet

Fattur ta’ konverżjoni

Enerġija (MJ)

Gass naturali

 

kg

54,1

 

Gass naturali

 

Nm3

38,8

 

Butan

 

kg

49,3

 

Pitrolju

 

kg

46,5

 

Petrol

 

kg

52,7

 

Diżil

 

kg

44,6

 

Gas oil

 

kg

45,2

 

Żejt fjuwil tqil

 

kg

42,7

 

Faħam Xott tal-fwar

 

kg

30,6

 

Antraċite

 

kg

29,7

 

Faħam tal-injam

 

kg

33,7

 

Kokk Industrijali

 

kg

27,9

 

Elettriku (mill-grid)

 

kWh

3,6

 

Enerġija totali

 

Konsum speċifiku ta’ enerġija (MJ/kg ta’ prodott)

 

A5   Kalkolu tal-konsum tal-ilma

Il-Konsum Speċifiku tal-Ilma Frisk għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

CWp-a = (Wp + Wa)/Pt

Cwp-a

=

Konsum Speċifiku tal-Ilma Frisk. Ir-riżultati huma espressi f’ m3/tunnellata, ekwivalenti għal l/kg;

Pt

=

produzzjoni totali maħżuna f’tunnellati;

Wp

=

ilma mill-bjar u intenzjonat esklussivament għall-użu industrijali (mingħajr l-ilma mill-bjar għall-użu domestiku, irrigazzjoni u kwalunkwe użu ieħor mhux industrijali), f’m3;

Wa

=

ilma mill-akwadott u intenzjonat esklużivament għall-użu industrijali (mingħajr l-ilma mill-akwadott għall-użu domestiku, irrigazzjoni u kwalunkwe użu ieħor mhux industrijali), f’m3.

Il-parametri tas-sistema japplikaw mill-materja prima sax-xogħol tat-tisjir.

A6   Emissjonijiet fl-arja (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-fatturi tal-emissjonijiet tat-tniġġis fl-arja għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

għandha tiġi kkalkolata l-konċentrazzjoni tal-egżost tal-gass mitfugħ fl-ambjent għal kull parametru kkunsidrat fit-tabelli,

il-kejl użat għall-kalkolu għandu jsiru permezz tal-metodi tal-ittestjar indikati fit-tabelli,

il-kampjuni għandhom ikunu rappreżentattivi tal-produzzjoni kkunsidrata.


(1)  ĠU L 163, 29.6.1999, p. 41.

(2)  W tfisser l-ilma tal-iskart rilaxxat fl-ambjent.


Rettifika

12.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/39


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2009 tat-23 ta' Marzu 2009 li jemenda l-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-azoxystrobin u l-fludioxonil f’ċerti prodotti jew fuqhom

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 81, 27 ta' Marzu 2009 )

F’Paġna 10, fl-Anness, fil-punt 2 (Il-linji għall-fludioxonil qed jinbidlu b’dan li ġej), fit-Tabella:

minflok:

“Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs (a)

Fludioxonil

140030

Ħawħ

5 ”

aqra:

“Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs (a)

Fludioxonil

140030

Ħawħ

7 ”