|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2009.207.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
|
Werrej |
|
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI |
|
|
|
|
2009/606/KE |
|
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
|
11.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 726/2009
tal-10 ta’ Awwissu 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Awwissu 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MK |
29,6 |
|
XS |
23,3 |
|
|
ZZ |
26,5 |
|
|
0707 00 05 |
MK |
27,9 |
|
TR |
103,3 |
|
|
ZZ |
65,6 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
105,2 |
|
ZZ |
105,2 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
67,6 |
|
NZ |
63,1 |
|
|
TR |
92,6 |
|
|
UY |
61,1 |
|
|
ZA |
65,7 |
|
|
ZZ |
70,0 |
|
|
0806 10 10 |
EG |
153,7 |
|
MA |
103,9 |
|
|
TR |
142,8 |
|
|
ZA |
135,5 |
|
|
ZZ |
134,0 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
103,9 |
|
BR |
69,7 |
|
|
CL |
82,7 |
|
|
CN |
96,2 |
|
|
NZ |
85,6 |
|
|
US |
85,1 |
|
|
ZA |
78,6 |
|
|
ZZ |
86,0 |
|
|
0808 20 50 |
AR |
60,7 |
|
AU |
112,1 |
|
|
CL |
101,7 |
|
|
TR |
142,1 |
|
|
ZA |
88,0 |
|
|
ZZ |
100,9 |
|
|
0809 30 |
TR |
134,9 |
|
ZZ |
134,9 |
|
|
0809 40 05 |
IL |
123,8 |
|
ZZ |
123,8 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
11.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 727/2009
tal-10 ta’ Awwissu 2009
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 712/2009 (4). |
|
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Awwissu 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-11 ta’ Awwissu 2009
|
(EUR) |
||
|
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
|
1701 11 10 (1) |
34,37 |
0,98 |
|
1701 11 90 (1) |
34,37 |
4,59 |
|
1701 12 10 (1) |
34,37 |
0,84 |
|
1701 12 90 (1) |
34,37 |
4,30 |
|
1701 91 00 (2) |
37,40 |
6,53 |
|
1701 99 10 (2) |
37,40 |
3,12 |
|
1701 99 90 (2) |
37,40 |
3,12 |
|
1702 90 95 (3) |
0,37 |
0,30 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
|
11.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 728/2009
tal-10 ta’ Awwissu 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 696/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Awwissu 2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2009 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 696/2009 (3). |
|
(2) |
Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 696/2009. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 696/2009 għandu jiġi emendat skond dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 696/2009 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-11 ta’ Awwissu 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS I
Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-11 ta’ Awwissu 2009
|
Kodiċi NK |
Isem tal-merkanziji |
Dazju tal-importazzjoni (1) (EUR/t) |
|
1001 10 00 |
QAMĦ iebes ta' kwalità għolja |
0,00 |
|
ta' kwalità medja |
0,00 |
|
|
ta' kwalità baxxa |
5,54 |
|
|
1001 90 91 |
QAMĦ għaż-żrigħ |
0,00 |
|
ex 1001 90 99 |
QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ |
0,00 |
|
1002 00 00 |
SEGALA |
65,86 |
|
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu |
27,91 |
|
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2) |
27,91 |
|
1007 00 90 |
SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ |
70,85 |
(1) Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':
|
— |
EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta' |
|
— |
EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.
ANNESS II
Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I
31.7.2009-7.8.2009
|
(1) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(1) Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(2) Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(3) Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
|
11.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 729/2009
tal-10 ta’ Awwissu 2009
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Ciauscolo (IĠP))
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Ciauscolo” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE:
Klassi 1.2. Prodotti magħmulin mil-laħam (imsajrin, immelħin, affumikati, eċċ.)
L-ITALJA
Ciauscolo (IĠP)
|
11.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 730/2009
tal-10 ta’ Awwissu 2009
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fis-subżoni tal-Baħar Baltiku 22-24; tal-ilmijiet tal-KE minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) [il-Politika Komuni tas-Sajd], u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2) [għall-Politika Komuni tas-Sajd], u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1322/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2009 (3) jistipula l-kwoti għall-2009. |
|
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2009. |
|
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandu jkun ipprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti ż-żamma abbord, it-trasbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2009.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
ANNESS
|
Nru |
E2/PL/BS/001 |
|
Stat membru |
Il-Polonja |
|
Stokk |
HER/3B23; HER/3C22; HER/3D24 |
|
Speċi |
HER - Aringa (Clupea harengus) |
|
Żona |
Subdiviżjonijiet 22-24 tal-Baħar Baltiku (3BC+24) |
|
Data |
8 ta’ Lulju 2009 |
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI
|
11.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/12 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2009 TAL-KUMITAT KONĠUNT KE-EFTA DWAR TRANSITU KOMUNI
tal-31 ta’ Lulju 2009
li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta' transitu komuni
(2009/606/KE)
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta' transitu komuni (1) (il-Konvenzjoni), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(3)(a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Konvenzjoni tistabbilixxi miżuri speċifiċi, b'mod partikolari fir-rigward ta' garanziji li għandhom jiġu pprovduti, fir-rigward ta' merkanzija li tinvolvi riskju ikbar ta' frodi matul l-operazzjoni ta' transitu. L-Anness I mal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni jinkludi lista ta' tali merkanzija. |
|
(2) |
Ir-reviżjoni regolari tal-lista fl-Anness I tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni li twettqet skont l-Artikolu 1 tal-Appendiċi I abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-Partijiet Kontraenti, uriet li ċerta merkanzija li tidher f'dik il-lista mhijiex meqjusa aktar li tinvolvi riskju ikbar ta' frodi. Min-naħa l-oħra, fil-lista għandhom jiżdiedu prodotti oħrajn. Għaldaqstant huwa adatt li l-lista tigi aġġustata kif meħtieġ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness I mal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2009.
Magħmula f’Oslo, il-31 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-President
Bjørn RØSE
ANNESS
“ANNESS I
OĠĠETTI LI JINVOLVU RISKJU IKBAR TA' FRODI
(kif imsemmi fl-Artikolu 1(3) tal-Appendiċi I)
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
|
Kodiċi HS |
Deskrizzjoni tal-merkanzija |
Kwantitajiet massimi |
Kodiċi ta' Merkanzija Sensittiva (1) |
Rata minima ta’ garanzija individwali |
|
0207 12 0207 14 |
Laħam u ġewwieni li jittiekel, tat-tjur taħt l-intestatura 0105, ta' tjur tal-ispeċi Gallus Domesticus, iffriżati |
3 000 kg |
|
— |
|
1701 11 |
Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrożju kimikament pur, f'forma solida |
7 000 kg |
|
— |
|
1701 12 |
|
|
|
— |
|
1701 91 |
|
|
|
— |
|
1701 99 |
|
|
|
— |
|
2208 20 |
Spirti, likuri u xarbiet oħra bl-alkoħol |
5 hl |
|
EUR 2 500 /hl alkoħol pur |
|
2208 30 |
|
|
|
|
|
2208 40 |
|
|
|
|
|
2208 50 |
|
|
|
|
|
2208 60 |
|
|
|
|
|
2208 70 |
|
|
|
|
|
ex ex 2208 90 |
|
|
1 |
|
|
2402 20 |
Sigarretti li fihom it-tabakk |
35 000 biċċa |
|
EUR 120/1 000 biċċa |
|
2403 10 |
Tabakk għat-tipjip, kemm jekk għandu kif ukoll jekk m'għandux sostituti tat-tabakk fi kwalunkwe proporzjon |
35 kg |
|
— |
(1) Meta jkun hemm skambju ta’ data tat-transitu li juża tekniki ta’ proċessar elettroniku tad-data u l-Kodiċi HS mhuwiex biżżejjed biex jidentifika mingħajr ambigwità l-oġġetti elenkati fil-kolonna 2, għandhom jintużaw kemm il-Kodiċi ta' Merkanzija Sensittiva fil-kolonna 4 kif ukoll il-Kodiċi HS fil-kolonna 1.”
Rettifika
|
11.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/14 |
Rettifika tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 133, 22 ta' Mejju 2008 )
Fil-paġna 82, fl-Artikolu 27(1), l-ewwel subparagrafu
Flok:
“1. Qabel it-12 ta' Mejju 2010 …”
Aqra:
“1. Qabel il-11 ta' Ġunju 2010 …”
Fil-paġna 82, fl-Artikolu 27(1), it-tieni paragrafu
Flok:
“… mit-12 ta' Mejju 2010.”
Aqra:
“… mill-11 ta’ Ġunju 2010.”
Fil-paġna 82, fl-Artikolu 27(2)
Flok:
“2. Il-Kummissjoni għandha twettaq kull ħames snin, u għall-ewwel darba it-12 ta' Mejju 2013 …”
Aqra:
“2. Il-Kummissjoni għandha twettaq kull ħames snin, u għall-ewwel darba il-11 ta' Ġunju 2013 …”
Fil-paġna 83, fl-Artikolu 29
Flok:
“… b'effett mit-12 ta' Mejju 2010.”
Aqra:
“… b'effett mill-11 ta’ Ġunju 2010.”