ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.204.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 204

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
6 ta' Awwissu 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 706/2009 tal-5 ta’ Awwissu 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 707/2009 tal-5 ta' Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u l-investiment dirett barrani, fir-rigward tal-aġġornament tar-rekwiżiti ta’ dejta

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 708/2009 tal-5 ta' Awwissu 2009 li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 1915/83 rigward il-perjodu ta’ żmien għat-tressiq tal-prospetti tal-irziezet għas-sena tal-kontabilità tal-2008 mill-aġenzija ta’ kooperazzjoni tal-Italja

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 709/2009 tal-5 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 fir-rigward tal-limiti ta’ qbid għan-Norway pout fiż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 710/2009 tal-5 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f’dak li għandu x’jaqsam mal-iffissar ta’ regoli ddettaljati dwar il-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura u tal-alka tal-baħar

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 711/2009 tal-4 ta' Awwissu 2009 li jipprojbixxi s-sajd għal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-Komunità u dawk li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VIII u IX min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

35

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 712/2009 tal-5 ta’ Awwissu 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

37

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/600/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Awwissu 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti Stati Membri u reġjuni minnhom huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi bovina (notifikata bid-dokument numru C(2009) 6086)  ( 1 )

39

 

 

2009/601/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Awwissu 2009 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/233/KE fir-rigward tal-entrati għall-Ġermanja fil-lista tal-laboratorji awtorizzati biex jiċċekkjaw l-effikaċja tat-tilqim kontra l-idrofobja f’ċerti karnivori domestiċi (notifikata bid-dokument numru C(2009) 6105)  ( 1 )

43

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 649/2009, tat-23 ta’ Lulju 2009, li jadatta ċerti kwoti tal-ħut għall-2009 fil-kuntest tal-ġestjoni tal-kwoti tas-sajd minn sena għall-oħra ( ĠU L 192, 24.7.2009 )

44

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 706/2009

tal-5 ta’ Awwissu 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Awwissu 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fil-5 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

29,6

XS

22,4

ZZ

26,0

0707 00 05

MK

23,0

TR

111,0

ZZ

67,0

0709 90 70

TR

105,5

ZZ

105,5

0805 50 10

AR

65,3

UY

64,9

ZA

66,2

ZZ

65,5

0806 10 10

EG

154,0

MA

134,3

TR

148,9

ZA

127,3

ZZ

141,1

0808 10 80

AR

109,4

BR

62,0

CL

83,4

CN

96,2

NZ

92,0

US

93,5

ZA

80,8

ZZ

88,2

0808 20 50

AR

79,7

AU

112,1

CL

74,1

TR

143,1

ZA

88,5

ZZ

99,5

0809 20 95

TR

309,1

US

368,0

ZZ

338,6

0809 30

TR

141,9

ZZ

141,9

0809 40 05

BA

39,5

IL

142,4

ZZ

91,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 707/2009

tal-5 ta' Awwissu 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u l-investiment dirett barrani, fir-rigward tal-aġġornament tar-rekwiżiti ta’ dejta

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistiċi tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani.

(2)

Minħabba l-bidliet ekonomiċi u l-iżviluppi tekniċi fil-qasam tal-bilanċ tal-pagamenti, jeħtieġ li jiġu aġġornati b’mod regolari ir-rekwiżiti tad-dejta u li jiġi adottat il-livell ta’ analiżi stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 184/2005

(3)

L-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1161/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta Lulju 2005 dwar il-kompilazzjoni ta’ kontabilità mhux finanzjarja ta’ kull tliet xhur mis-settur istituzzjonali (2) rriżulta fi ħtieġa għall-bilanċ addizzjonali ta’ statistiċi ta’ pagamenti.

(4)

Sabiex titjieb il-preċiżjoni tal-aggregati għad-dħul u l-kont kurrenti fil-livell Komunitarju, biex tkun assigurata l-konsistenza bejn il-metodu ta’ aggregazzjoni għal Dħul minn Investiment tal-Portafoll (kont kurrenti) u flussi tal-Investiment tal-Portafoll (kont finanzjarju), u biex tkun assigurata konsistenza bejn il-kalkoli tal-Kummissjoni Ewropea (Eurostat) u dawk tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), hu meħtieġ li jiġu introdotti ċerti emendi tar-rekwiżiti tad-dejta f’Tabella 1 “Indikaturi tal-euro tal-bilanċ ta’ pagamenti” u Tabella 2 “Statistika ta’ kull tliet xhur ta’ bilanċ ta’ pagamenti” tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 184/2005.

(5)

L-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea u l-adozzjoni tal-euro mis-Slovenja, Ċipru, Malta u s-Slovakkja jeħtieġu bidliet korrispondenti li jridu jsiru fit-Tabella 6 “Livelli ta’ analiżi Ġeografika” tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 184/2005.

(6)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika fl-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (3), hu meħtieġ li jiġu adottati l-livelli ta’ analiżi tal-attività fit-Tabella 7 “Livelli ta’ analiżi tal-attività” tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 184/2005.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament, huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Bilanċ tal-Pagamenti stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 184/2005,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 35, 8.2.2005, p. 23.

(2)   ĠU L 191, 22.7.2005, p. 22.

(3)   ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 huwa emendat kif ġej:

1.

Mill-ewwel perjodu ta’ referenza fl-2009, punt 1 hu mibdul b’dan li ġej:

“1.   Indikaturi tal-Euro tal-Bilanċ ta’ Pagamenti

BOP Q

Dejta ta’ kull tliet xhur

Data ta’ skadenza:

t + 3 xhur (1)

Perjodiċità: Perjodu

L-ewwel perjodu ta’ referenza: l-ewwel kwart tal-2009

Il-kreditu

Debitu

Nett

Kont kurrenti

Merkanzija

Extra-UE

Extra-UE

Extra-UE

Servizzi

Extra UE

Extra UE

Extra UE

Dħul

Il-kumpens tal-impjegati

Extra-UE

Extra-UE

Extra-UE

—   

Dħul minn Investiment

Investiment Dirett

Extra-UE

Extra-UE

Extra-UE

Investiment tal-Portafoll

Extra UE

 

Dinja

Investiment ieħor

Extra-UE

Extra-UE

Extra-UE

Trasferimenti kurrenti

Extra-UE

Extra-UE

Extra-UE

2.

Mill-ewwel perjodu ta’ referenza fl-2009, il-punt 2 hu mibdul b’dan li ġej:

“2.   Statistiċi ta’ kull tliet xhur tal-bilanċ tal-pagamenti

BOP Q

Dejta ta’ kull tliet xhur

Data ta’ skadenza: t + 3 xhur

Perjodiċità: Perjodu

L-ewwel perjodu ta’ referenza: l-ewwel kwart tal-2009

Il-kreditu

Debitu

Nett

I.

Kont kurrenti

Dinja

Dinja

Dinja

Merkanzija

Livell 1

Livell 1

Livell 1

Servizzi

Livell 1

Livell 1

Livell 1

Transport

Livell 1

Livell 1

Livell 1

L-ivjaġġar

Livell 1

Livell 1

Livell 1

Servizzi ta’ komunikazzjoni

Livell 1

Livell 1

Livell 1

Servizzi ta’ kostruzzjoni

Livell 1

Livell 1

Livell 1

Servizzi ta’ assigurazzjoni

Livell 1

Livell 1

Livell 1

Is-servizzi finanzjarji

Livell 1

Livell 1

Livell 1

Kompjuter u servizzi ta’ informazzjoni

Livell 1

Livell 1

Livell 1

Drittijiet u ħlasijiet ta’ liċenzji

Livell 1

Livell 1

Livell 1

Servizzi oħra tan-negozju

Livell 1

Livell 1

Livell 1

Servizzi personali, kulturali, u ta’ divertiment

Livell 1

Livell 1

Livell 1

Servizzi tal-gvern, mhux inklużi x’imkien ieħor.

Livell 1

Livell 1

Livell 1

Dħul

Dinja

Dinja

Dinja

Il-kumpens tal-impjegati

Livell 1

Livell 1

Livell 1

Dħul minn Investiment

Dinja

Dinja

Dinja

Investiment Dirett

Livell 1

Livell 1

Livell 1

Dħul minn ishma

 (2)

 (2)

 (2)

Dividenti u qligħ li jitqassam

 (2)

 (2)

 (2)

Dħul ri-investit u qligħ li ma jitqassamx

 (2)

 (2)

 (2)

Dħul fuq id-debitu (imgħax)

 (2)

 (2)

 (2)

Investiment tal-Portafoll

livell 1

 

Dinja

Dħul minn ishma

 (2)

 

Dinja

Dħul fuq id-debitu (imgħax)

 (2)

 

Dinja

Investiment ieħor

Livell 1

Livell 1

Livell 1

Imgħax BPM5 (mhux aġġustat għal FISIM)

 (2)

 (2)

 (2)

Dħul attribwit lid-detenturi ta’ polza ta’ assigurazzjoni

 (2)

 (2)

 (2)

Oħrajn

 (2)

 (2)

 (2)

Dħul ta’ Oġġetti ta’ Memorandum

 

 

 

Imgħax SNA93 - Dħul fl-investiment (aġġustat għal FISIM)

 (2)

 

Dinja

Valur tal-FISIM

 (2)

 (2)

 (2)

Dħul fl-investiment - Imgħax BPM5 (aġġustat għal FISIM)

 (2)

 

Dinja

Dħul fl-investiment – għajr l-imgħax

 (2)

 

Dinja

Trasferimenti kurrenti

Livell 1

Livell 1

Livell 1

Il-Gvern Ġenerali

 (2)

 (2)

 (2)

It-taxxi fuq il-prodotti

 (2)

 (2)

 (2)

Taxxi oħra fuq il-produzzjoni

 (2)

 (2)

 (2)

Sussidji fuq il-prodotti

 (2)

 (2)

 (2)

Sussidji oħrajn fuq il-produzzjoni

 (2)

 (2)

 (2)

It-taxxi fuq id-dħul, il-ġid, eċċ.

 (2)

 (2)

 (2)

Kontribuzzjonijiet soċjali

 (2)

 (2)

 (2)

Benefiċċji soċjali minbarra trasferimenti soċjali mhux monetarji

 (2)

 (2)

 (2)

Trasferimenti kurrenti oħrajn tal-gvern ġenerali n.i.e.

 (2)

 (2)

 (2)

Setturi oħra

 (2)

 (2)

 (2)

Pagamenti tal-impjegati

 (2)

 (2)

 (2)

Trasferimenti oħra privati

 (2)

 (2)

 (2)

It-taxxi fuq il-prodotti

 (2)

 (2)

 (2)

Taxxi oħra fuq il-produzzjoni

 (2)

 (2)

 (2)

Sussidji fuq il-prodotti

 (2)

 (2)

 (2)

Sussidji oħrajn fuq il-produzzjoni

 (2)

 (2)

 (2)

It-taxxi fuq id-dħul, il-ġid, eċċ.

 (2)

 (2)

 (2)

Kontribuzzjonijiet soċjali

 (2)

 (2)

 (2)

Benefiċċji soċjali minbarra trasferimenti soċjali mhux monetarji

 (2)

 (2)

 (2)

Primjums netti tal-assigurazzjonijiet li mhumiex fuq il-ħajja

 (2)

 (2)

 (2)

Klejms tal-assigurazzjonijiet li mhumiex fuq il-ħajja

 (2)

 (2)

 (2)

Trasferimenti kurrenti oħrajn ta’ setturi oħrajn n.i.e.

 (2)

 (2)

 (2)

L-aġġustamenti għall-bidla fl-interess nett tal-unitajiet domestiċi fir-riservi tal-fondi tal-pensjonijiet

 (2)

 (2)

 (2)

II.

Kont kapitali

Livell 1

Livell 1

Livell 1

Trasferimenti ta’ kapital

 (2)

 (2)

 (2)

Taxxi fuq il-kapital

 (2)

 (2)

 (2)

Għotjiet ta’ investiment u trasferimenti tal-kapital oħrajn

 (2)

 (2)

 (2)

Akkwist/trasferiment ta’ assi mhux prodotti, mhux finanzjarji

 (2)

 (2)

 (2)

 

Assi netti

Reponsabbiltajiet netti

Nett

III.

Kont finanzjarju

 

 

 

Investiment Dirett

 

 

Livell 1

Barra mill-pajjiż

 

 

Livell 1

Kapital tal-ishma

 

 

Livell 1

Qligħ riinvestit

 

 

Livell 1

Kapital ieħor

 

 

Livell 1

Fl-ekonomija dikjaranti

 

 

Livell 1

Kapital tal-ishma

 

 

Livell 1

Qligħ riinvestit

 

 

Livell 1

Kapital ieħor

 

 

Livell 1

Investiment tal-Portafoll

Livell 1

Dinja

 

Id-derivati finanzjarji

 

 

Dinja

Investiment ieħor

Livell 1

Livell 1

Livell 1

Assi ta’ riżerva uffiċjali

Dinja

 

 

IV.

Żbalji netti u omissjonijiet

 

 

Dinja

3.

Il-punt 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-tabella, il-kolonna “Livell 1” hi emendata kif ġej:

(i)

l-entrata “D3 UE-25 (Intra-UE-25)” hi mibdula bl-entrata “V1 UE-27 (Intra-UE-27)”;

(ii)

l-entrata “D5 Extra-UE-25” hi mibdula bl-entrata “V2 Extra-UE-27”;

(iii)

l-entrata “Z8 Extra-UE-25 mhux allokati” hi mibdula bl-entrata “Z8 Extra-UE-27 mhux allokati”;

(b)

fit-tabella, il-kolonna “Level 2” hi emendata kif ġej:

(i)

l-entrata “D3 UE-25 (Intra-UE-25)” hi mibdula bl-entrata “V1 UE-27 Intra-UE-27)”;

(ii)

l-entrata “D5 Extra-UE-25” hi mibdula bl-entrata “V2 Extra-UE-27”;

(iii)

l-entrata “BG Bulgarija” hija mħassra;

(iv)

l-entrata “RO Rumanija” hija mħassra;

(v)

l-entrata “Z8 Extra-UE-25 mhux allokati” hi mibdula bl-entrata “Z8 Extra UE-27 mhux allokati”;

(c)

fit-tabella, il-kolonna “Livell 3” hi emendata kif ġej:

(i)

l-entrata “CS Serbja u Montenegro” hija mħassra;

(ii)

l-entrata “ME Montenegro” hi mdaħħla wara l-entrata “MD Moldova, Repubblika ta’”;

(iii)

l-entrata “RS Serbja” hi mdaħħla wara l-entrata “QA Qatar”.

4.

Bit-trażmissjoni annwali bħala l-bidu fl-2011 punt 7 ġie mibdul b’dan li ġej:

“7.   Livelli ta’ analiżi ta’ attività

Livell 1

Livell 2

NACE Rev. 2

 

AGRIKOLTURA, FORESTRIJA U SAJD

sec A

MINJIERI U BARRIERI

MINJIERI U BARRIERI

taqsima B

 

L-estrazzjoni ta’ żejt mhux raffinat, gass naturali u attivitajiet ta’ servizzi ta’ sapport marbuta mal-minjieri

div 06, 09

MANIFATTURA

MANIFATTURA

taqsima C

 

Prodotti tal-ikel, xorb u tabakk

div 10, 11, 12

 

TOTAL ta’ attivitajiet ta’ tessuti u ta’ injam

div 13, 14, 16, 17, 18

 

Tessuti u oġġetti li jintlibsu

div 13, 14

 

Injam, karta, stampar u riproduzzjoni

div 16, 17, 18

Żejt mhux raffinat, kimiċi, prodotti farmaċewtiċi, prodotti tal-gomma u tal-plastik

TOTAL ta’ żejt mhux raffinat, kimiċi, prodotti farmaċewtiċi, prodotti tal-gomma u tal-plastik

div 19, 20, 21, 22

 

Prodotti mill-Kokk u miż-żejt raffinat

div 19

 

Kimiċi u prodotti kimiċi

div 20

 

Prodotti mill-gomma u mill-plastik

div 22

 

TOTAL ta’ prodotti tal-metall u tal-makkinarju

div 24, 25, 26, 28

 

Metalli bażiċi u prodotti ta’ metall iffabbrikat

div 24, 25

Prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi

Prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi

div 26

 

Makkinarju u tagħmir m.k.b.

div 28

Vetturi, tagħmir ta’ trasport ieħor

TOTAL ta’ vetturi & tagħmir ta’ trasport ieħor

div 29, 30

 

Vetturi bil-mutur, trejlers jew semi-trejlers

div 29

 

Tagħmir tat-trasport ieħor

div 30

 

TOTAL ta’ manifattura oħra

div 15, 23, 27, 31, 32, 33

PROVVISTA TA’ ELETTRIKU, GASS, STIM U ARJA KKUNDIZZJONATA

PROVVISTA TA’ ELETTRIKU, GASS, STIM U ARJA KKUNDIZZJONATA

taqsima D

PROVVISTA tal-ILMA SISTEMA TA’ DRENAĠĠI, IMMANIĠĠAR tal-ISKART U ATTIVITAJIET TA’ RIMEDJAZZJONI

PROVVISTA tal-ILMA SISTEMA TA’ DRENAĠĠI, IMMANIĠĠAR tal-ISKART U ATTIVITAJIET TA’ RIMEDJAZZJONI

taqsima E

 

Il-ġbir, it-trattament u l-provvista tal-ilma

div 36

 

Sistema ta’ drenaġġi, immaniġġar tal-iskart u attivitajiet ta’ rimedjazzjoni

div 37, 38, 39

IL-KOSTRUZZJONI

IL-KOSTRUZZJONI

taqsima F

TOTAL TA’ SERVIZZI

TOTAL TA’ SERVIZZI

taqsima G, H, I, J, K, L, M, N O, P, Q, R, S, T, U

NEGOZJU BL-INGROSSA U BL-IMNUT; TISWIJA TA’ VETTURI BIL-MUTUR U TA’ MUTURI

NEGOZJU BL-INGROSSA U BL-IMNUT; TISWIJA TA’ VETTURI BIL-MUTUR U TA’ MUTURI

taqsima G

 

Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut u tiswija ta’ vetturi bil-mutur u ta’ muturi

div 45

 

Kummerċ bl-ingrossa, ħlief għall-vetturi bil-mutur u muturi

div 46

 

Kummerċ bl-imnut, ħlief għall-vetturi bil-mutur u muturi

div 47

TRASPORTAZZJONI U ĦŻIN TAL-MERKANZIJA

TRASPORTAZZJONI U ĦŻIN TAL-MERKANZIJA

taqsima H

 

TOTAL ta’ trasport u ħżin tal-merkanzija

div 49, 50, 51, 52

 

Trasport minn fuq l-art u trasport minn ġol-katusi

div 49

 

Trasport fuq l-ilma

div 50

 

Trasport bl-ajru

div 51

 

Il-ħżin tal-merkanzija u attivatijiet ta’ sapport għat-trasportazzjoni

div 52

 

Attivitajiet ta’ posta u dawk ta’ kurjer

div 53

AKKOMODAZZJONI U ATTIVITAJIET TA’ SERVIZZ TA’ IKEL

AKKOMODAZZJONI U ATTIVITAJIET TA’ SERVIZZ TA’ IKEL

taqsima I

INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI

INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI

taqsima J

 

Attivitajiet ċinematografiċi, ta’ vidjo, produzzjoni ta’ programmi għat-televixin u attivitajiet ta’ divertiment oħrajn

div 59, 60

 

Telekomunikazzjonijiet

div 61

 

Attivitajiet oħra ta’ informazzjoni u komunikazzjoni

div 58, 62, 63

ATTIVITAJIET FINANZJARJI U tal-ASSIGURAZZJONI

ATTIVITAJIET FINANZJARJI U tal-ASSIGURAZZJONI

taqsima K

 

Intermedjazzjoni finanzjarja, ħlief il-fondi ġejjin mill-assigurazzjoni jew mill-pensjoni

div 64

 

Attivitajiet ta’ kumpaniji possedenti

grupp 64.2

 

Assigurazzjoni, fondi ġejjin minn assigurazzjoni fuq oħra u minn pensjoni, ħlief għas-sigurtà soċjali obbligatorja

div 65

 

Attivitajiet finanzjarji oħra

div 66

 

ATTIVITAJIET TA’ PROPJETÀ TA’ BENI IMMOBBLI

taqsima L

ATTIVITAJIET PROFESSJONALI, XJENTIFIĊI U TEKNIĊI

ATTIVITAJIET PROFESSJONALI, XJENTIFIĊI U TEKNIĊI

taqsima M

 

Attivitajiet legali u dawk marbuta mal-kontabilità

div 69

 

Attivitajiet legali

grupp 69.1

 

Attivitajiet marbuta mal-kontabilità, maż-żamma tal-kotba u mal-verifika; konsulenza dwar it-taxxa

grupp 69.2

 

Attivitajiet tal-kwartieri ġenerali; attivitajiet ta’ konsulenza maniġerjali

div 70

 

Attivitajiet tal-kwartieri ġenerali;

grupp 70.1

 

Attivitajiet ta’ konsulenza maniġerjali

grupp 70.2

 

Attivitajiet ta’ arkitettura u ta’ inġinerija ittestjar u analiżi tekniċi

div 71

Riċerka xjentifika u żvilupp

Riċerka xjentifika u żvilupp

div 72

 

Reklamar u analiżi tas-suq

div 73

 

Reklamar

grupp 73.1

 

Analiżi tas-suq u stħarriġ tal-opinjoni pubblika

grupp 73.2

 

Attivitajiet oħra professjonali, kemm xjentifiċi kif ukoll tekniċi, u attivitajiet veterinarji

div 74, 75

 

ATTIVITAJIET AMMINISTRATTIVI U TA’ SERVIZZI TA’ SAPPORT

taqsima N

 

Attivitajiet ta’ kiri u ta’ kiri fit-tul

div 77

 

Attivitajiet amministrattivi oħra u dawk marbuta ma’ servizzi ta’ sapport

div 78, 79, 80, 81, 82

 

L-EDUKAZZJONI

taqsima P

 

ATTIVITAJIET TA’ SAĦĦA UMANA U TA’ ĦIDMA SOĊJALI

taqsima Q

ARTI, DIVERTIMENT U RIKREAZZJONI

ARTI, DIVERTIMENT U RIKREAZZJONI

taqsima R

 

Attivitajiet kreattivi, marbuta mal-arti u mad-divertiment

div 90

 

Libreriji, arkivji, mużewijiet u attivitajiet kulturali oħra

div 91

 

Attivitajiet ta’ sport u oħrajn marbuta ma’ rikreazzjoni; attivitajiet tal-logħob tal-flus u l-imħatri

div 92, 93

 

ATTIVITAJIET TA’ SERVIZZI OĦRA

taqsima S

 

Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet bi sħubija

div 94

 

Tiswija ta’ kompjuters u ta’ oġġetti personali u tad-dar, attivitajiet oħra ta’ servizz personali

div 95, 96

 

Mhux allokati

 

 

Xiri privat u bejgħ ta proprjetà immobbli

 


(1)  

t

=

perjodu ta’ referenza (kull sena jew kull tliet xhur).”

(2)  Id-Dinja, Intra-UE, fiż-Żona tal-Euro, Extra Żona tal-Euro, Istituzzjonijiet tal-UE”


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 708/2009

tal-5 ta' Awwissu 2009

li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 1915/83 rigward il-perjodu ta’ żmien għat-tressiq tal-prospetti tal-irziezet għas-sena tal-kontabilità tal-2008 mill-aġenzija ta’ kooperazzjoni tal-Italja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament Nru 79/65/KEE tal-Kunsill tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Billi:

(1)

It-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1915/83 tat-13 ta’ Lulju 1983 dwar regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni dwar iż-żamma ta’ kontijiet biex ikun determinat id-dħul ta’ ażjendi agrikoli (2) jipprovdi li mis-sena tal-kontabilità tal-2005 ‘l quddiem, l-aġenzija ta’ kooperazzjoni għandha tgħaddi l-prospetti kollha tal-irziezet lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard minn 12-il xahar wara t-tmiem tas-sena tal-kontabilità inkwistjoni.

(2)

Bħala miżura ta’ eċċezzjoni għas-sena tal-kontabilità tal-2008, huwa xieraq li l-Italja tingħata perjodu itwal biex tibgħat id-dejta sabiex tkun tista’ tlesti t-tiġdid tas-sistema tal-IT li tintuża għall-ipproċessar tad-dejta tal-kontabilità miġbura biex jiġi ddeterminat id-dħul tal-azjendi agrikoli.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Komunitarju għan-Netwerk ta’ Dejta tal-Kontabilità tal-Irziezet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’deroga mit-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 1915/83, għas-sena tal-kontabilità tal-2008, l-aġenzija ta’ kooperazzjoni tal-Italja għandha tgħaddi l-prospetti tal-irziezet lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard minn 15-il xahar wara tmiem dik is-sena tal-kontabilità.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU 109, 23.6.1965, p. 1859-65.

(2)   ĠU L 190, 14.7.1983, p. 25.


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 709/2009

tal-5 ta’ Awwissu 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 fir-rigward tal-limiti ta’ qbid għan-Norway pout fiż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu;

Billi:

(1)

Il-limiti preliminari ta’ qbid għall-istokk ta’ Norway pout fiż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES huma stabbiliti fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 43/2009.

(2)

Skont l-Artikolu 5(5) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tirrevedi dawk il-limiti tal-qbid fid-dawl tal-informazzjoni xjentifika miġbura matul l-ewwel semestru tal-2009.

(3)

Fid-dawl tal-informazzjoni xjentifika miġbura fl-ewwel semestru tal-2009, il-limiti finali tal-qbid għan-Norway pout fiż-żoni konċernati għandhom jiġu ffissati.

(4)

Skont il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, jekk il-qbid fl-2009 jilħaq total ta’ 157 000 tunnellata fiż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES, li jikkorrispondu għal valur tal-mortalità tal-ħut ta’ 0,6, dan għandu jwassal biex l-istokk jinżamm ogħla mil-limiti prekawzjonarji.

(5)

In-Norway pout huwa stokk tal-Baħar tat-Tramuntana li jinqasam flimkien man-Norveġja, iżda li bħalissa mhuwiex taħt ġestjoni konġunta bejn iż-żewġ Partijiet. Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament għandhom ikunu konformi mal-konsultazzjonijiet li saru man-Norveġja skont id-dispożizzjonijiet tal-Memorjal Maqbul tal-konklużjonijiet tal-konsultazzjonijiet tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja tal-10 ta’ Diċembru 2008.

(6)

Konsegwentement, is-sehem tal-Komunità mill-qabdiet totali permessi (TAC) tan-Norway pout fiż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES għandhom jiġu stabbiliti għal 75 % ta’ 157 000 tunnellata.

(7)

Skont l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 43/2009, il-limiti tal-qbid għall-istokk ta’ merlangu fiż-żona IIIa tal-ICES, għall-istokk ta’ merlangu fiż-żona IV tal-ICES u tal-ilmijiet tal-KE taż-żona IIa tal-ICES, għall-istokkijiet ta’ haddock fiż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIIb, IIIc u IIId, u għall-istokk ta’ haddock fiż-żona IV tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIa jistgħu jiġu riveduti mill-Kummissjoni bħala konsegwenza tar-reviżjoni tal-limiti tal-qbid għall-istokk ta’ Norway pout, biex jitqies il-qbid inċidentali industrijali ta’ dawk l-istokkijiet fis-sajd għan-Norway pout. Madankollu, reviżjoni bħal din għandha tirriżulta f’nuqqas fl-ammonti ta’ haddock u merlangu li jinħattu għall-konsum uman u f’żieda fl-ammonti li jinħattu għall-użu industrijali. Għalhekk, huwa preferibbli li l-limiti tal-qbid għal dawn l-istokkijiet jitħallew kif inhuma u li s-sajd għan-Norway pout jieqaf hekk kif jintlaħqu l-estimi eżistenti tal-livelli tal-qbid inċidentali tal-haddock u tal-merlangu.

(8)

Il-limiti tal-qbid għall-istokkijiet tal-merlangu u tal-haddock fiż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIIb, IIIc u IIId għandhom jibqgħu kif inhuma għall-bqija tal-2009 ukoll fid-dawl tas-sajd limitat għan-Norway pout f’dawn iż-żoni u fl-assenza ta’ previżjonijiet ġodda għall-qbid inċidentali tal-haddock u tal-merlangu f’sajd industrijali ieħor li jopera f’dawn iż-żoni.

(9)

In-Norway pout hija speċi li ma tgħix għal żmien twil. Konsegwentement il-kwantitajiet il-ġodda tal-limiti tal-qbid għandhom ikunu implimentati mill-aktar fis possibbli, sabiex tkun żgurata l-operazzjoni kontinwa tas-sajd.

(10)

L-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 43/2009 għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 43/2009 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 43/2009, l-annotazzjoni dwar l-istokk ta’ Norway pout fiż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV tal-ICES għandha tinbidel b’dan li ġej:

‘Speċi

:

Norway pout

Trisopterus esmarki

Żona

:

IIIa; L-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV

NOP/2A3A4.

Id-Danimarka

116 642  (1)

TAC Analitiku.

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

Il-Ġermanja

22  (1)  (2)

L-Olanda

86  (1)  (2)

KE

116 750

in-Norveġja

1 000  (3)

TAC

Mhux rilevanti


(1)  Din il-kwota tista’ tkun mistada biss sakemm il-qbid inċidentali tal-merlangu fiż-żona IIIa tal-ICES, tal-merlangu fiż-żona IV tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa tal-ICES, tal-haddock fiż-żona IIIa tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIIb, IIIc u IIId tal-ICES, u tal-haddock fiż-żona IV tal-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IIa tal-ICES jibqgħu taħt il-kwantitajiet stmati għall-qbid inċidentali industrijali murija fin-noti f’qiegħ il-paġna tat-tabelli tal-limiti tal-qbid għal dawk l-istokkijiet.

(2)  Il-kwota tista’ tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa, IIIa u IV tal-ICES.

(3)  Din il-kwota tista’ tiġi mistada biss fiż-żona ICES IV u VIa fit-Tramuntana ta’ 56°30′ N.’


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 710/2009

tal-5 ta’ Awwissu 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f’dak li għandu x’jaqsam mal-iffissar ta’ regoli ddettaljati dwar il-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura u tal-alka tal-baħar

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda [jħassar] ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 11, 13(3), 15(2), 16(1) u (3)(a) u (c), 17(2) u 18(5), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(3), l-Artikoli 22(1), 28(6), u 38(a), (b), (c), u l-Artikolu 40 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007, u b’mod partikulari t-Titolu III tiegħu jistabbilixxi rekwiżiti bażiċi f’dak li għandu x’jaqsam mal-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura u tal-alka. Ir-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu stabbiliti billi jiġi emendat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (2), li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(2)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar strateġija għall-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura Ewropea (3) tippreżenta viżjoni għall-iżvilupp ta’ dan is-settur fuq perjodu ta’ għaxar snin sabiex ikun hemm industrija stabbli fiż-żoni rurali u f’dawk kostali li tipprovdi alternattivi lill-industrija tas-sajd f’termini tal-prodotti u tal-impjiegi. Il-Komunikazzjoni saħqet fuq il-potenzjal tal-produzzjoni tal-akkwakultura organika u fuq ir-rekwiżit li jkunu żviluppati normi u kriterji.

(3)

Sabiex ikun żgurat ftehim komuni, għandhom ikunu ssuplimentati u kkoreġuti t-tifsiriet kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 sabiex ikunu evitati l-ambigwitajiet u tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar il-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura u tal-alka.

(4)

Iż-żona għat-tkabbir akkwatiku tal-alka u tal-annimali tal-akkwakultura organiċi hija importanti ferm sabiex jitkabbru prodotti kemm sikuri kif ukoll ta’ kwalità għolja b’impatt minimu fuq l-ambjent akkwatiku. Il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-kwalità tal-ilmijiet u tal-kontaminanti fl-ikel, inklużi d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (4), id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (id-Direttiva Kwadru [ta’ qafas] dwar l-Istrateġija Marina) (5), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (6), u r-Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 (7), (KE) Nru 853/2004 (8), u (KE) Nru 854/2004 (9), tipprovdi għal għanijiet ambjentali għall-ilma u tiżgura ikel ta’ kwalità għolja. Għaldaqstant huwa xieraq li jitfassal pjan dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-produzzjoni tal-alka u tal-akkwakultura li jispeċifika l-miżuri, bħat-tnaqqis tal-iskart.

(5)

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (10), id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi (11), u d-Direttiva tal-Kunsill 79/403/KEE tat-2 ta’ April 1979 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (12) għandhom jiżguraw interazzjoni tajba mal-ambjent filwaqt li jqisu l-impatt ta’ dawn l-attivitajiet fuq l-għanijiet ambjentali għall-ilma mniżżlin fl-applikazzjoni tad-Direttivi 2000/60/KE u 2008/56/KE. Għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex titfassal valutazzjoni ambjentali li tkopri l-aqwa adattament għall-ambjent tal-madwar u t-taffija ta’ effetti negattivi possibbli. Għandu jitqies li t-tali valutazzjonijiet għandhom jiżguraw li l-produzzjoni organika tal-alka u tal-annimali tal-akkwakultura, li hija attività pjuttost ġdida meta mqabbla mal-agrikultura organika, għandha mhux biss tkun aċċettabbli għall-ambjent, iżda li, meta mqabbla ma’ għażliet oħrajn, din għandha tkun taqbel l-iktar mal-interessi pubbliċi wesgħin u għandha tkun kemm adattata għall-ambjent kif ukoll sostenibbli.

(6)

Il-mezz solubbli speċifiku tal-ilma jeħtieġ li unitajiet organiċi tal-produzzjoni tal-akkwakultura jkunu separati b’mod xieraq minn dawk li mhumiex organiċi; u għalhekk għandhom jiġu stabbiliti miżuri xierqa għal din is-separazzjoni. Minħabba l-varjabbiltà tas-sitwazzjonijiet rigward kemm l-ambjent tal-ilma ħelu kif ukoll dak tal-baħar mal-Komunità kollha, huwa preferibbli li jkunu stabbiliti distanzi adegwati ta’ separazzjoni fuq il-livell tal-Istati Membri, peress li l-Istati Membru huma l-aktar li jistgħu jittrattaw is-separazzjoni minħabba n-natura eteroġena ta’ ambjenti akkwatiċi bħal dawn.

(7)

It-tkabbir tal-alka jista’ jkun ta’ benefiċċju f’ċerti aspetti bħat-tneħħija tan-nutrijenti u jista’ jħaffef il-polikultura (it-tkabbir ta’ iktar minn speċi waħda fl-istess żona (“polyculture”)). Trid tingħata attenzjoni biex ma tinqatax iżżejjed l-alka selvaġġa sabiex din titħalla terġa’ ttella’, u jkun żgurat li l-produzzjoni ma toħloqx impatt sinifikanti fuq l-istat tal-ambjent akkwatiku.

(8)

L-Istati Membri qed iħabbtu wiċċhom ma’ nuqqasijiet dejjem jiżdiedu fil-forniment ta’ għelejjel organiċi tal-proteini. Fl-istess ħin, l-importazzjoni tal-għalf organiku tal-proteini ma kinitx biżżejjed biex tissodisfa l-ħtiġijiet. Iż-żona kollha għat-tkabbir tal-għelejjel organiċi tal-proteini mhix kbira biżżejjed biex tissodisfa l-ħtieġa għall-proteini organiċi; għalhekk, għandu jitħalla jintuża għalf tal-proteini li ġej minn biċċiet agrikoli li jkunu fl-ewwel sena tal-bidla tagħhom, skont ċerti kundizzjonijiet.

(9)

Minħabba l-istadju bikri tal-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura, l-istokk organiku għar-riproduzzjoni (“broodstock”) mhuwiex disponibbli fi kwantitajiet li huma biżżejjed. Għandha ssir dispożizzjoni sabiex jiddaħħlu, taħt ċerti kundizzjonijiet, stokk għar-riproduzzjoni u ħut żgħir li mhumiex organiċi.

(10)

Il-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura għandha tiżgura li jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-annimali, li jkunu speċifiċi għall-ispeċi. F’dan ir-rigward, il-prattiki tat-trobbija, u s-sistemi tal-ġestjoni u taż-żamma għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-benesseri tal-annimali. Għandhom isiru dispożizzjonijiet dwar il-bini xieraq tal-gaġeġ u tan-nases fil-baħar kif ukoll dwar is-sistemi ta’ trobbija fuq l-art. Sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-annimali qerrieda u l-parassiti u sabiex il-benesseri u s-saħħa tal-annimali jkunu tajbin ferm, għandhom ikunu stabbiliti d-densitajiet massimi tal-istokk. Għandhom ikunu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi, filwaqt li titqies il-firxa wiesgħa tal-ispeċijiet bi ħtiġijiet partikulari.

(11)

L-iżvilupp tekniku ta’ dan l-aħħar wassal għal użu dejjem ikbar ta’ sistemi magħluqin taċ-ċirkulazzjoni mill-ġdid fil-produzzjoni tal-akkwakultura; it-tali sistemi jiddependu fuq kontribut estern u fuq ħafna enerġija imma jippermettu li titnaqqas it-tnixxija tal-iskart u li jkun evitat il-ħrib. Minħabba l-prinċipju li l-produzzjoni organika għandha tkun kemm jista’ jkun qrib tan-natura, l-użu ta’ tali sistemi ma għandux ikun permess fil-produzzjoni organika sakemm ma jkunx disponibbli aktar tagħrif. Għandu jkun possibbli l-użu eċċezzjonali tagħhom biss għall-qagħda speċifika tal-produzzjoni tal-mafqsiet u tal-mixtliet.

(12)

Il-prinċipji ġenerali tal-produzzjoni organika, li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, għandhom jissejsu fuq disinn u ġestjoni xierqa tal-proċessi bijoloġiċi, imsejsin fuq sistemi ekoloġiċi li jużaw riżorsi naturali li jkunu jinsabu fis-sistema nnifisha, permezz ta’ metodi li fihom ikun hemm, b’mod partikulari, l-akkwakultura li tkun konformi mal-prinċipju tal-isfruttament sostenibbli tas-sajd. Huma jinkludu wkoll dispożizzjoni dwar il-prinċipju li, fil-produzzjoni tal-akkwakultura, għandha tinżamm il-bijodiversità tal-ekosistemi akkwatiċi naturali. Mill-bqija, dawn il-prinċipji jissejsu fuq valutazzjoni tar-riskju, u fuq l-użu ta’ miżuri preventivi u ta’ prekawzjoni, fejn dan ikun xieraq. Għal dan il-għan, għandu jkun iċċarat li, li wieħed jagħti bidu għall proċess tar-riproduzzjoni b’mod artifiċjali permezz tal-ormoni u tad-derivati tal-ormoni mhuwiex kompatibbli mal-kunċett tal-produzzjoni organika u ta’ dak li jaħsbu l-konsumaturi dwar il-prodotti organiċi tal-akkwakultura u li, għalhekk, it-tali sustanzi ma għandhomx jintużaw fl-akkwakultura organika.

(13)

L-għalf tal-annimali tal-akkwakultura għandu jissodisfa l-ħtiġijiet nutrizzjonali u għandu jissodisfa wkoll ir-rekwiżit tas-saħħa li għalf li ġej minn speċi partikulari ma jintużax bħala għalf għall-istess speċi kif stabbilit fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (13). Għaldaqstant huwa xieraq li wieħed jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-annimali tal-akkwakultura li huma karnivori u għal dawk li mhumiex.

(14)

Il-materja prima għall-għalf tal-ħut u l-krustaċej organiċi li huma karnivori għandu jkun ġej, preferibbilment, mill-isfruttament sostenibbli tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 5(o) tar-Regolament 834/2007 u kif iddefinit fl-Artikolu 3(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar [l-isfruttament] sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [Politika Komuni tas-Sajd] (14) jew minn għalf organiku li ġej minn sorsi tal-akkwakultura organiċi. Minħabba l-istadju bikri tal-akkwakultura organika u tas-sajd sostenibbli, jista’ jkun hemm nuqqas ta’ għalf organiku jew ta’ għalf li ġej mis-sajd sostenibbli, għalhekk għandu jkun hemm dispożizzjonijiet għall-użu tal-għalf mhux organiku, imsejsin fuq ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1774/2002 (15), li jistabbilixxi regoli tas-saħħa għall-materjali li ġejjin mill-ħut li jistgħu jintużaw fl-akkwakultura u li jipprojbixxi l-għalf ta’ ċerti materjali li ġejjin mill-ħut fl-istabbiliment lill-ħut fl-istabbiliment li jkun tal-istess speċi.

(15)

Għall-għanijiet tal-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura u tal-alka, jistgħu jintużaw ċerti materjali għall-għalf, addittivi tal-għalf u għajnuniet għall-ipproċessar li mhumiex organiċi, skont kundizzjonijiet iddefiniti tajjeb. Il-materjali l-ġodda kkonċernati għandhom jingħataw awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Abbażi tar-rakkomandazzjoni ta’ grupp espert (16) imwaqqaf apposta dwar “L-għalf tal-ħut u l-materjali għat-tindif fl-akkwakultura organika” li kkonkluda li t-tali sustanzi li diġà huma mniżżlin fl-Annessi V u VI tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 u li huma awtorizzati għall-produzzjoni organika tal-bhejjem għandhom jitħallew jintużaw ukoll fl-akkwakultura organika u li ċerti sustanzi huma essenzjali għal ċerti speċi partikulari ta’ ħut, it-tali sustanzi għandhom jiżdiedu mal-Anness VI ta’ dak ir-Regolament.

(16)

It-tkabbir ta’ molluski bivalvi li jieklu billi jiffiltraw l-ilma jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-kwalità tal-ilma ta’ mal-kosta permezz tat-tneħħija tan-nutrijenti, u l-użu tagħhom jista’ jħaffef ukoll il-polikultura. Għandhom ikunu stabbiliti regoli speċifiċi għall-molluski billi jitqies li dawn ma għandhomx bżonn jingħataw għalf supplimentari u li, b’hekk, f’dan ir-rigward, l-impatt ambjentali jista’ jkun iktar baxx milli f’oqsma oħra tal-akkwakultura.

(17)

Il-ġestjoni ta’ saħħet l-annimali għandha tkun ibbażata l-aktar fuq il-prevenzjoni tal-mard. Il-miżuri li dwarhom hemm dispożizzjoni f’dan ir-Regolament ma għandhomx jagħmlu ħsara lid-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet [ir-rekwiżiti] tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (17), fil-każ tat-trattament veterinarju. Għandhom jitħallew jintużaw ċerti sustanzi għat-tindif tat-tagħmir u tal-faċilitajiet tal-produzzjoni, għat-trattamenti għal kontra t-tkabbir ta’ ħaxix tal-baħar magħhom u għad-diżinfezzjoni tagħhom, skont kundizzjonijiet iddefiniti. Meta jkun hemm annimali ħajjin preżenti, l-użu ta’ sustanzi għad-diżinfezzjoni jeħtieġ jingħata attenzjoni partikulari u jeħtieġ miżuri sabiex ikun żgurat li l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx ta’ ħsara. It-tali sustanzi għandhom jingħataw awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Abbażi tar-rakkomandazzjoni ta’ grupp espert imwaqqaf apposta, it-tali sustanzi għandhom jitniżżlu fl-Anness.

(18)

Għandhom ikunu stabbiliti regoli speċifiċi għat-trattament veterinarju, li jikklassifikaw it-tipi ta’ trattamenti differenti u jistabbilixxu limiti għall-frekwenza tal-użu fil-każ tat-trattamenti allopatiċi.

(19)

Meta jkun qed jitqandel u jinġarr il-ħut ħaj, għandha tittieħed prekawzjoni sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet fiżjoloġiċi tiegħu.

(20)

Il-bidla għall-metodu organiku ta’ produzzjoni teħtieġ li l-mezzi kollha jkunu adattati għall-metodu organiku għal żmien speċifiku. Għandhom ikunu stabbiliti perjodi speċifiċi għall-bidla skont is-sistemi tal-produzzjoni ta’ qabel.

(22)

Jidher li ċerti Annessi għar-Regolament (KE) Nru 889/2007 fihom xi żbalji. Għalhekk, għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex jitranġaw dawn l-iżbalji.

(22)

Għandhom ikunu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar rekwiżiti speċifiċi tal-kontroll li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi tal-akkwakultura.

(23)

Għandhom ikunu stabbiliti ċerti miżuri tranżizzjonali sabiex tkun iffaċilitata l-bidla ta’ stabbilimenti li diġà qed jipproduċu b’mod organiku skont l-istandards nazzjonali jew privati għar-regoli l-ġodda Komunitarji.

(24)

L-akkwakultura organika hija qasam tal-produzzjoni organika pjuttost ġdid meta mqabbel mal-agrikultura organika, fejn teżisti esperjenza twila fuq il-livell tal-irziezet. Minħabba l-interess dejjem jikber tal-konsumaturi fil-prodotti organiċi tal-akkwakultura, x’aktarx li se jkun hemm aktar żvilupp fil-bidla tal-unitajiet tal-akkwakultura għall-produzzjoni organika. Dan dalwaqt se jwassal għal iktar esperjenza u iktar għarfien tekniku. Barra minn hekk, ir-riċerka ppjanata mistennija ssarraf f’għarfien ġdid b’mod partikulari dwar is-sistemi taż-żamma, il-ħtieġa għal ingredjenti mhux organiċi tal-għalf u d-densitajiet ta’ ħażna għal ċerti speċijiet. L-għarfien u l-iżvilupp tekniku l-ġodda, li għandhom iwasslu għal titjib fl-akkwakultura organika, għandhom ikunu riflessi fir-regoli tal-produzzjoni. Għalhekk, għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex ikun hemm analiżi tal-leġislazzjoni attwali bil-ħsieb li tkun immodifikata fejn xieraq.

(25)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(26)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

(a)

speċijiet tal-bhejjem ta’ xort’oħra minn dawk imsemmija fl-Artikolu 7; kif ukoll

(b)

annimali tal-akkwakultura ta’ xort’oħra minn dawk imsemmija fl-Artikolu 25a.

Madanakollu, it-Titolu II, it-Titolu III u t-Titolu IV għandhom japplikaw mutatis mutandis għat-tali prodotti sakemm ikunu stabbiliti regoli tal-produzzjoni ddettaljati għal dawk il-prodotti fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.”

(2)

L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (f) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(f)

‘unità tal-produzzjoni’ tfisser l-assi kollha li għandhom jintużaw għal settur tal-produzzjoni bħall-post tal-produzzjoni, il-biċċiet agrikoli, il-mergħat, l-ispazji fil-beraħ, l-istrutturi tal-bhejjem, il-vaski tal-ħut, is-sistemi taż-żamma tal-alka jew tal-annimali tal-akkwakultura, il-konċessjonijiet ta’ max-xatt jew ta’ qiegħ il-baħar, il-post għall-ħażna tal-għelejjel, il-prodotti tal-għelejjel, il-prodotti tal-alka, il-prodotti tal-annimali, il-materja prima u kwalunkwe prodott użat (‘input’) ieħor rilevanti għal dan is-settur speċifiku tal-produzzjoni;”

(b)

wara l-punt (i) għandhom jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“(j)

‘faċilità magħluqa taċ-ċirkulazzjoni mill-ġdid tal-akkwakultura’ tfisser faċilità li fiha l-akkwakultura sseħħ f’ambjent magħluq fuq l-art jew fuq bastiment u li tinvolvi ċ-ċirkulazzjoni mill-ġdid tal-ilma, u li tiddependi fuq kontribut permanenti estern tal-enerġija sabiex ikun stabbilizzat l-ambjent tal-annimali tal-akkwakultura;

(k)

‘l-enerġija minn sorsi rinnovabbli’ tfisser sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li mhumiex fossili: ir-riħ, ix-xemx, l-enerġija ġeotermali, il-mewġ, il-marea, l-idroenerġija, il-gass mill-miżbliet, il-gass mill-impjanti li jittrattaw id-drenaġġ u l-bijogassijiet;

(l)

‘il-mafqsiet’ tfisser il-postijiet għat-tgħammir, it-tifqis u t-trobbija matul l-ewwel stadji tal-ħajja tal-annimali tal-akkwakultura, b’mod partikulari tal-ħut tal-ġewnaħ u tal-frott tal-baħar;

(m)

‘il-mixtliet’ tfisser il-postijiet fejn tkun applikata sistema intermedja tal-biedja, bejn l-istadji tat-tifqis u tat-tkabbir għad-daqs tas-suq. L-istadju tal-mixtliet jitlesta fl-ewwel terz taċ-ċiklu tal-produzzjoni ħlief għall-ispeċijiet li jkunu qed jgħaddu mill-proċess tal-adattament tal-ħut mill-ilma ħelu għall-ilma baħar (‘smoltification’);

(n)

‘it-tniġġis’ fil-qafas tal-produzzjoni tal-akkwakultura u tal-alka tfisser l-introduzzjoni ta’ sustanzi jew ta’ enerġija, b’mod dirett jew mhux, fl-ambjent akkwatiku kif imfisser fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/56/KE (*1) u fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE (*2), fl-ilmijiet fejn japplikaw rispettivament;

(o)

‘il-polikultura’ fil-qafas tal-produzzjoni tal-akkwakultura u tal-alka tfisser it-trobbija ta’ żewġ speċijiet jew iktar fl-istess unità ta’ kultura, li normalment ikunu minn livelli trofiċi differenti;

(p)

‘iċ-ċiklu tal-produzzjoni’ fil-qafas tal-produzzjoni tal-akkwakultura u tal-alka tfisser it-tul ta’ ħajja ta’ annimal tal-akkwakultura jew tal-alka mill-istadju l-iktar bikri tal-ħajja sal-qbid jew il-qtugħ;

(q)

‘l-ispeċijiet imkabbrin lokalment’ fil-qafas tal-produzzjoni tal-akkwakultura u tal-alka tfisser dawk l-ispeċijiet li la huma speċijiet aljeni u lanqas mhuma speċijiet li ma jinstabux lokalment skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/2007 (*3). Dawk l-ispeċijiet imniżżlin fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 708/2007 jistgħu jitqiesu bħala speċijiet imkabbrin lokalment.

(r)

‘id-densità tal-istokk’ fil-qafas tal-akkwakultura tfisser il-piż tal-annimali ħajjin għal kull metru kubu ta’ ilma fi kwalunkwe ħin matul il-fażi tat-tkabbir għad-daqs tas-suq u, fil-każ tal-ħut ċatt u l-gambli, il-piż għal kull metru kwadru tal-wiċċ.

(*1)   ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19."

(*2)   ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1."

(*3)   ĠU L 168, 28.6.2007, p. 1.” "

(3)

Fit-Titolu II għandu jiżdied il-Kapitolu 1a li ġej:

KAPITOLU 1a

Il-produzzjoni tal-alka

Artikolu 6a

L-ambitu

Dan il-Kapitolu jistabbilixxi regoli tal-produzzjoni ddettaljati għall-ġbir u t-tkabbir tal-alka. Japplika mutatis mutandis għall-produzzjoni tal-algi marini ta’ ħafna ċelloli kollha jew tal-fitoplankton u tal-mikroalgi għall-użu wara bħala għalf għall-annimali tal-akkwakultura.

Artikolu 6b

Kemm il-midjum akkwatiku huwa adattat u l-pjan dwar il-ġestjoni sostenibbli

1.   Il-ħidmiet għandhom iseħħu f’postijiet li mhumiex suġġetti għat-tniġġis minn prodotti jew sustanzi li mhumiex awtorizzati għall-produzzjoni organika, jew minn pollutanti li jikkompromettu n-natura organika tal-prodotti.

2.   L-unitajiet organiċi tal-produzzjoni tal-akkwakultura għandhom ikunu separati b’mod xieraq minn dawk li mhumiex organiċi. It-tali miżuri ta’ separazzjoni għandhom jissejsu fuq il-qagħda naturali, fuq sistemi separati tat-tixrid tal-ilma, fuq id-distanzi, il-flussi tal-marea u l-post tal-unità organika tal-produzzjoni jkunx favur jew kontra l-kurrent. L-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw postijiet jew żoni li huma jqisu li mhumiex adattati għall-qbid tal-akkwakultura organika jew għall-qtugħ tal-alka organika u jistgħu jiffissaw ukoll id-distanzi minimi ta’ separazzjoni bejn l-unitajiet tal-produzzjoni organika u dawk tal-produzzjoni li mhix organika.

F’każ li l-Istati Membri jkunu ffissaw distanzi minimi ta’ separazzjoni, għandhom jgħaddu dan it-tagħrif lill-operaturi, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

3.   Għall-ħidmiet il-ġodda kollha li jkunu qed japplikaw għall-produzzjoni organika u li jkunu qed jipproduċu iktar minn 20 tunnellata ta’ prodotti tal-akkwakultura fis-sena, għandha tkun meħtieġa valutazzjoni ambjentali li tkun proporzjonata mal-unità tal-produzzjoni sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet tal-unità tal-produzzjoni u tal-ambjent immedjat tagħha u l-effetti li probabbli jkollha meta tibda titħaddem. L-operatur għandu jipprovdi l-valutazzjoni ambjentali lill-korp jew lill-awtorità ta’ kontroll. Il-kontenut tal-valutazzjoni ambjentali għandu jissejjes fuq l-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE (*4). Jekk l-unità tkun diġà suġġetta għal valutazzjoni ekwivalenti, allura l-użu tagħha għandu jkun permess għal dan il-għan.

4.   L-operatur għandu jipprovdi pjan dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-qbid tal-akkwakultura u tal-qtugħ tal-alka li jkun proporzjonat mal-unità tal-produzzjoni.

Il-pjan għandu jkun aġġornat kull sena u għandu jagħti dettalji dwar l-effetti ambjentali tal-ħidma u dwar il-monitoraġġ ambjentali li għandu jsir, u jniżżel il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-impatti negattivi fuq l-ambjenti akkwatiċi u terrestri tal-madwar, inkluż, fejn applikabbli, it-tnixxija ta’ nutrijenti fl-ambjent għal kull ċiklu tal-produzzjoni jew fis-sena. Il-pjan għandu jirreġistra s-sorveljanza u t-tiswija tat-tagħmir tekniku.

5.   L-operaturi tan-negozji tal-akkwakultura u tal-alka għandhom jużaw, bi preferenza, sorsi tal-enerġija rinnovabbli u jirriċiklaw il-materjali, u għandhom ifasslu, bħala parti mill-pjan dwar il-ġestjoni sostenibbli, skeda għat-tnaqqis tal-iskart li għandha tkun implimentata meta jinbdew il-ħidmiet. Fejn ikun possibbli, l-użu tas-sħana li tibqa’ għandu jkun illimitat għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

6.   Għall-qtugħ tal-alka għandha ssir stima ta’ darba tal-bijomassa fil-bidu.

Artikolu 6c

Il-qtugħ sostenibbli tal-alka selvaġġa

1.   Għandhom jinżammu kontijiet dokumentarji fl-unità jew fuq il-post u dawn għandhom igħinu lill-operatur jidentifika u lill-awtorità jew lill-korp ta’ kontroll jivverifika li dawk li jaqtgħu l-alka jkunu fornew biss alka selvaġġa prodotta skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007.

2.   Il-qtugħ għandu jsir b’tali mod li l-ammonti maqtugħa ma joħolqux impatt sinifikanti fuq l-istat tal-ambjent akkwatiku. Għandhom jittieħdu miżuri sabiex ikun żgurat li l-alka tkun tista’ terġa’ ttella’, bħal per eżempju t-teknika tal-qtugħ, id-daqs minimu, l-età, iċ-ċikli tar-riproduzzjoni u d-daqs tal-alka li jkun għad baqa’.

3.   Jekk l-alka tinqata’ minn żona komuni jew maqsuma għall-qtugħ tal-alka, għandu jkun hemm evidenza dokumentarja li l-ammont maqtugħ kollu huwa f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

4.   F’dak li għandu x’jaqsam mal-Artikolu 73b(2)(b) u (c), dawn ir-reġistri jridu jagħtu evidenza ta’ ġestjoni sostenibbli u ta’ ebda impatt fit-tul fuq iż-żoni għall-qtugħ.

Artikolu 6d

It-tkabbir tal-alka

1.   Il-kultura tal-alka fil-baħar għandha tuża biss nutrijenti li jinsabu b’mod naturali fl-ambjent jew li jkunu ġejjin mill-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura, li preferibbilment tkun tinsab fil-qrib bħala parti minn sistema ta’ polikultura.

2.   F’faċilitajiet fuq l-art fejn jintużaw sorsi esterni ta’ nutrijenti, il-livelli tan-nutrijenti fl-ilma li jkun ħiereġ ‘il barra minnhom għandhom ikunu l-istess jew inqas mill-ilma li jkun dieħel fihom, b’mod li jista’ jkun ivverifikat. Jistgħu jintużaw biss in-nutrijenti li ġejjin mill-pjanti jew mill-minerali u hekk kif imniżżel fl-Anness I.

3.   Id-densità tal-kultura jew l-intensità operattiva għandha tiġi rreġistrata u għandha żżomm l-integrità tal-ambjent akkwatiku billi jkun żgurat li ma tinqabiżx il-kwantità massima tal-alka li tista’ tiġi appoġġata mingħajr effetti negattivi fuq l-ambjent.

4.   Il-ħbula u tagħmir ieħor użat biex titkabbar l-alka għandu jerġa’ jintuża jew jiġi rriċiklat fejn ikun possibbli.

Artikolu 6e

Il-miżuri għal kontra t-tkabbir ta’ ħaxix tal-baħar mat-tagħmir u t-tindif tat-tagħmir u tal-faċilitajiet tal-produzzjoni

1.   Organiżmi bijoloġiċi li jikbru mat-tagħmir għandhom jitneħħew biss b’mezzi fiżiċi jew bl-idejn u, fejn ikun xieraq, għandhom jerġgħu jintefgħu fil-baħar ‘il bogħod mill-istabbiliment.

2.   It-tindif tat-tagħmir u tal-faċilitajiet għandu jsir biss permezz ta’ miżuri fiżiċi jew mekkaniċi. F’każ li dan ma jkunx biżżejjed, jistgħu jintużaw biss is-sustanzi kif imniżżlin fit-Taqsima 2 tal-Anness VII.

(*4)   ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40.” "

(4)

Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

2.   “Sa 20 % tal-ammont medju totali ta’ prodotti tal-għalf mogħtija lill-bhejjem jista’ jkun ġej mill-imrieħ jew mill-ħsad ta’ mergħat permanenti, minn biċċiet agrikoli perenni tal-għalf jew mill-għelejjel tal-proteini, miżrugħin skont ġestjoni organika f’artijiet li jkunu fl-ewwel sena tal-bidla tagħhom, dejjem jekk dawn ikunu parti mill-istabbiliment stess u ma jkunux iffurmaw parti minn unità organika tal-produzzjoni ta’ dak l-istess stabbiliment fl-aħħar ħames snin. F’każ li jkunu qed jintużaw kemm prodotti tal-għalf fil-fażi tal-konverżjoni kif ukoll prodotti tal-għalf minn biċċiet agrikoli li jkunu fl-ewwel sena tal-bidla tagħhom, il-perċentwal tal-ammont totali tat-tali prodotti tal-għalf meħudin flimkien m’għandux jaqbeż il-perċentwali massimi stabbiliti fil-paragrafu 1.”

(5)

Fit-Titolu II għandu jiżdied il-Kapitolu 2a li ġej:

KAPITOLU 2a

Il-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura

Taqsima 1

Ir-regoli ġenerali

Artikolu 25a

L-ambitu

Dan il-Kapitolu jistabbilixxi regoli tal-produzzjoni ddettaljati għall-ispeċijiet tal-ħut, tal-krustaċej, tal-ekinodermi u tal-molluski kif koperti mill-Anness XIIIa.

Japplika mutatis mutandis għaż-żooplankton, għall-mikrokrustaċej, għar-rotiferi, għad-dud u għall-annimali akkwatiċi l-oħra għall-għalf.

Artikolu 25b

Kemm il-midjum akkwatiku huwa adattat u l-pjan dwar il-ġestjoni sostenibbli

1.   Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6b(1) sa (5) għandhom japplikaw għal dan il-Kapitolu.

2.   Miżuri preventivi u ta’ difiża meħudin kontra l-predaturi skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (*5) u skont ir-regoli nazzjonali għandhom jitniżżlu fil-pjan dwar il-ġestjoni sostenibbli.

3.   Għandu jkun hemm koordinazzjoni li tista’ tkun ivverifikata bejn l-operaturi li ħidmiethom imissu ma’ ta’ xulxin huma u jfasslu l-pjanijiet tagħhom dwar il-ġestjoni, fejn dan ikun applikabbli.

4.   Għall-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura fil-vaski tal-ħut, fit-tankijiet u fil-korsi, l-istabbilimenti għandhom ikunu mgħammra jew b’tankijiet jew vaski b’saff naturali biex jiffiltraw l-ilma, jew b’vaski fejn joqgħod in-naqal, jew b’filtri bijoloġiċi jew mekkaniċi biex jiġbru n-nutrijenti tal-iskart jew għandhom jużaw l-alka u/jew l-annimali (bivalvi u l-algi) li jikkontribwixxu għat-titjib tal-kwalità tal-ilma li jkun ħiereġ ‘il barra minnhom. Fejn ikun xieraq, għandu jkun hemm monitoraġġ tal-ilma li jkun ħiereġ ‘il barra minnhom f’perjodi regolari.

Artikolu 25c

Il-produzzjoni fl-istess ħin ta’ annimali tal-akkwakultura li huma organiċi u ta’ dawk li mhumiex

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tħalli lill-mafqsiet u lill-mixtliet ikabbru kemm ħut żgħir organiku u mhux fl-istess stabbiliment, dejjem jekk l-unitajiet ikunu fiżikament separati b’mod ċar u jekk ikun hemm sistema separata tad-distribuzzjoni tal-ilma.

2.   Fil-każ tal-produzzjoni tat-tkabbir għad-daqs tas-suq, l-awtorità kompetenti tista’ tħalli unitajiet organiċi tal-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura u dawk li mhumiex organiċi fl-istess stabbiliment, dejjem jekk ikun hemm konformità mal-Artikolu 6b(2) ta’ dan ir-Regolament u f’każ fejn ikunu involuti fażijiet differenti tal-produzzjoni u perjodi differenti tat-tqandil tal-annimali tal-akkwakultura.

3.   L-operaturi għandhom iżommu evidenza dokumentarja tal-użu tad-dispożizzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu.

Taqsima 2

L-oriġini tal-annimali tal-akkwakultura

Artikolu 25d

L-oriġini tal-annimali tal-akkwakultura li huma organiċi

1.   Għandhom jintużaw speċi mkabbrin lokalment u t-tgħammir għandu jimmira li joħloq razez li huma iktar adattati għall-kundizzjonijiet tat-tkabbir, għas-saħħa tajba, u għall-użu tajjeb tar-riżorsi tal-għalf. Il-korp jew l-awtorità ta’ kontroll għandhom jingħataw evidenza dokumentarja dwar l-oriġini u t-trattament tagħhom.

2.   Għandhom jingħażlu speċi li jistgħu jitkabbru mingħajr ma ssir ħsara sinifikanti lill-istokks selvaġġi.

Artikolu 25e

L-oriġini u l-ġestjoni ta’ annimali tal-akkwakultura li mhumiex organiċi

1.   Għall-għanijiet tat-tgħammir jew tat-titjib tal-istokk ġenetiku u f’każ fejn ma jkunx hemm annimali organiċi tal-akkwakultura disponibbli, jistgħu jiddaħħlu fl-istabbiliment annimali selvaġġi tal-akkwakultura maqbudin jew annimali tal-akkwakultura mhux organiċi. It-tali annimali għandhom jinżammu skont ġestjoni organika għal mill-anqas tliet xhur qabel ma jkunu jistgħu jintużaw għat-tgħammir.

2.   Għall-għanijiet tat-tismin u f’każ fejn ma jkunx hemm annimali organiċi tal-akkwakultura żgħar disponibbli, jistgħu jiddaħħlu fl-istabbiliment annimali tal-akkwakultura żgħar mhux organiċi. Tal-inqas l-aħħar żewġ terzi ta’ tul iċ-ċiklu tal-produzzjoni għandu jseħħ skont ġestjoni organika.

3.   Il-perċentwal massimu ta’ ħut żgħir tal-akkwakultura mhux organiku mdaħħal fl-istabbiliment għandu jkun ta’: 80 % sal-31 ta’ Diċembru 2011, 50 % sal-31 ta’ Diċembru 2013 u 0 % sal-31 ta’ Diċembru 2015.

4.   Għall-għanijiet tat-tismin, il-qbid ta’ ħut żgħir selvaġġ tal-akkwakultura huwa restritt b’mod speċifiku għall-każijiet li ġejjin:

(a)

l-influss naturali ta’ larvi u ħut żgħir tal-ħut u tal-krustaċej meta jkunu qed jimtlew il-vaski, is-sistemi taż-żamma u ż-żoni magħluqin;

(b)

is-sallur ta’ inqas minn sena, dejjem jekk ikun implimentat pjan għall-ġestjoni tas-sallur approvat għal dak il-post u r-riproduzzjoni artifiċjali tas-sallur tibqa’ ma tissolviex.

Taqsima 3

Il-prattiki tat-trobbija tal-akkwakultura

Artikolu 25f

Ir-regoli ġenerali tat-trobbija tal-akkwakultura

1.   L-ambjent tat-trobbija tal-annimali tal-akkwakultura għandu jitfassal b’tali mod li, skont il-ħtiġijiet speċifiċi tal-ispeċi tagħhom, l-annimali tal-akkwakultura għandhom:

(a)

ikollhom biżżejjed spazju għall-benesseri tagħhom;

(b)

jinżammu f’ilma ta’ kwalità tajba li jkollu biżżejjed livelli ta’ ossiġnu; u

(c)

jinżammu f’temperatura u f’kundizzjonijiet tad-dawl skont ir-rekwiżiti tal-ispeċi u filwaqt li jitqies il-post ġeografiku;

(d)

fil-każ tal-ħut tal-ilma ħelu, il-qiegħ għandu jkun joqrob kemm jista’ jkun lejn il-kundizzjonijiet naturali;

(e)

fil-każ tal-karpjun, il-qiegħ se jkun art naturali.

2.   Id-densità tal-istokk hija mogħtija fl-Anness XIIIa skont l-ispeċi jew il-grupp ta’ speċijiet. Filwaqt li jitqiesu l-effetti tad-densità tal-istokk fuq il-benesseri tal-ħut fl-istabbiliment, għandhom ikunu mmonitorjati l-kundizzjoni tal-ħut (bħall-ħsara lill-ġwienaħ, feriti oħrajn, ir-rata tat-tkabbir, l-imġiba espressa u s-saħħa ġenerali) u l-kwalità tal-ilma.

3.   Id-disinn u l-bini tas-sistemi akkwatiċi taż-żamma għandhom jipprovdu rati ta’ ġiri tal-ilma u parametri fiżjokimiċi li jissalvagwardjaw is-saħħa u l-benesseri tal-annimali u jipprovdu għall-ħtiġijiet ta’ mġibithom.

4.   Is-sistemi taż-żamma għandhom jitfasslu, jitqiegħdu u jitħaddmu sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ inċidenti li fihom jaħarbu l-annimali.

5.   Jekk jaħarbu l-ħut jew il-krustaċej, għandha tittieħed azzjoni xierqa sabiex jitnaqqas l-impatt fuq l-ekosistema tal-post, inkluż il-qbid mill-ġdid, fejn ikun xieraq. Għandha tinżamm evidenza dokumentarja.

Artikolu 25g

Ir-regoli speċifiċi għas-sistemi akkwatiċi taż-żamma

1.   Il-faċilitajiet magħluqa taċ-ċirkulazzjoni mill-ġdid tal-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura mhumiex permessi, ħlief għall-mafqsiet u għall-mixtliet, u ħlief għall-produzzjoni ta’ speċijiet użati bħala organiżmi organiċi tal-għalf.

2.   L-unitajiet tat-trobbija fuq l-art għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għal sistemi bl-ilma dieħel u ħiereġ minnhom, għandu jkun possibbli li wieħed jimmonitorja u jikkontrolla r-rata ta’ ġiri tal-ilma u l-kwalità kemm tal-ilma li jkun dieħel fihom kif ukoll tal-ilma li jkun ħiereġ ‘il barra minnhom;

(b)

tal-anqas ħamsa fil-mija miż-żona ta’ mad-dawra tal-istabbiliment (‘iż-żona fejn jiltaqgħu l-art u l-ilma’) għandu jkollha veġetazzjoni naturali.

3.   Is-sistemi taż-żamma fil-baħar għandhom:

(a)

ikunu jinsabu f’post fejn ir-rata ta’ ġiri tal-ilma, il-fond tal-ilma u t-tibdil tal-ammont tal-ilma jkunu xierqa biex jitnaqqas l-impatt fuq qiegħ il-baħar u fuq l-ammont tal-ilma tal-madwar;

(b)

ikollhom disinn, bini u manteniment tal-gaġeġ li jkunu adegwati f’dak li għandu x’jaqsam mal-esponiment tagħhom għall-ambjent ta’ ħidma.

4.   It-tisħin u t-tberrid artifiċjali tal-ilma għandu jkun permess biss fil-mafqsiet u l-mixtliet. Għat-tisħin u t-tberrid tal-ilma fl-istadji kollha tal-produzzjoni jista’ jintuża ilma naturali mill-ispieri.

Artikolu 25h

Il-ġestjoni tal-annimali tal-akkwakultura

1.   Għandu jitnaqqas kemm jista’ jkun it-tqandil tal-annimali tal-akkwakultura, u dan għandu jitwettaq bl-ikbar attenzjoni u għandhom jintużaw it-tagħmir u l-protokolli xierqa sabiex jiġu evitati l-istress u l-ħsara fiżika assoċjati mal-proċeduri tat-tqandil. L-istokk għar-riproduzzjoni għandu jitqandel b’mod li jitnaqqsu kemm jista’ jkun il-ħsara fiżika u l-istress u, fejn ikun xieraq, billi jingħata l-loppju. Il-ħidmiet tal-gradazzjoni għandhom ikunu llimitati kemm jista’ jkun u għandhom jitwettqu skont il-bżonn sabiex ikun żgurat il-benesseri tal-ħut.

2.   Għandhom japplikaw ir-restrizzjonijiet li ġejjin fuq l-użu tad-dawl artifiċjali:

(a)

sabiex jittawwal il-ħin naturali tal-ġurnata, dan ma għandux jaqbeż massimu li jirrispetta l-ħtiġijiet etoloġiċi, il-kundizzjonijiet ġeografiċi u s-saħħa ġenerali tal-annimali fl-istabbiliment, u dan il-massimu ma għandux jaqbeż is-16-il siegħa kuljum, ħlief għall-għanijiet tar-riproduzzjoni;

(b)

Għandhom ikunu evitati bidliet f’salt fl-intensità tad-dawl waqt il-ħin tal-bidla billi jintużaw bozoz li jistgħu jitbaxxew bil-mod il-mod jew dawl fl-isfond.

3.   Għandha titħalla tingħata l-arja sabiex ikunu żgurati l-benesseri u s-saħħa tal-annimali skont il-kundizzjoni li l-arjaturi mekkaniċi għandhom jitħaddmu preferibbilment b’sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

Kwalunkwe tali użu għandu jitniżżel fir-reġistru dwar il-produzzjoni tal-akkwakultura.

4.   L-ossiġnu likwidu jista’ jintuża biss għall-użi marbutin mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali u ma’ perjodi kritiċi tal-produzzjoni jew tal-ġarr, fil-każijiet li ġejjin:

(a)

f’każ li jkun hemm, b’mod eċċezzjonali, żieda fit-temperatura, tnaqqis fil-pressjoni tal-arja jew tniġġis bi żball;

(b)

fil-każ ta’ proċeduri ta’ darba fil tal-ġestjoni tal-istokk bħat-teħid ta’ kampjuni u l-għażla;

(c)

sabiex tkun żgurata s-sopravivenza tal-istokk tal-istabbiliment.

Għandha tinżamm evidenza dokumentarja.

5.   It-tekniki tal-qatla għandhom jitilfu lill-ħut minn sensihom u jneħħulhom il-ħila li jħossu l-uġigħ mill-ewwel. Għandhom jitqiesu d-differenzi fid-daqs tal-qbid, fl-ispeċijiet, u fis-siti tal-produzzjoni meta jkunu qed jiġu kkunsidrati l-aqwa metodi għall-qatla.

Taqsima 4

It-tgħammir

Artikolu 25i

Il-projbizzjoni tal-ormoni

L-użu tal-ormoni u tad-derivati tal-ormoni mhuwiex permess.

Taqsima 5

L-għalf tal-ħut, tal-krustaċej u tal-ekinodermi

Artikolu 25j

Ir-regoli ġenerali dwar l-għalf

Ir-reġimi tal-għalf għandhom jitfasslu bil-prijoritajiet li ġejjin:

(a)

is-saħħa tal-annimali;

(b)

kwalità għolja tal-prodotti, inkluż tal-kompożizzjoni nutrizzjonali, li għandha tiżgura kwalità għolja tal-prodott aħħari li jista’ jittiekel;

(c)

impatt baxx fuq l-ambjent.

Artikolu 25k

Ir-regoli speċifiċi dwar l-għalf għall-annimali tal-akkwakultura li huma karnivori

1.   L-għalf għall-annimali tal-akkwakultura li huma karnivori għandu jinġieb skont il-prijoritajiet li ġejjin:

(a)

prodotti organiċi tal-għalf li ġejjin mill-akkwakultura;

(b)

ikel u żejt tal-ħut mill-bċejjeċ maqtugħin mill-akkwakultura organika;

(c)

ikel u żejt tal-ħut u ingredjenti li ġejjin mill-ħut u li ġejjin mill-bċejjeċ maqtugħin mill-ħut li jkun diġà nqabad għall-konsum min-nies permezz tas-sajd sostenibbli;

(d)

materjali organiċi għall-għalf li ġejjin mill-pjanti u mill-annimali kif imniżżlin fl-Anness V u f’konformità mar-restrizzjoni stabbilita fih.

2.   Jekk ma jkunx disponibbli l-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, jista’ jintuża ikel tal-ħut u żejt tal-ħut mill-bċejjeċ maqtugħin mill-akkwakultura mhux organika jew bċejjeċ maqtugħin mill-ħut maqbud għall-konsum min-nies għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2014. It-tali materjal tal-għalf ma għandux jaqbeż it-30 % tal-porzjon ta’ kuljum.

3.   Il-porzjon tal-għalf jista’ jinkludi sa massimu ta’ 60 % ta’ prodotti organiċi tal-pjanti.

4.   Astażantin li jkun ġej l-aktar minn sorsi organiċi, bħal mill-qxur tal-krustaċej organiċi, jista’ jintuża fil-porzjon tal-għalf tas-salamun u tat-troti fil-limitu tal-ħtiġijiet fiżjoloġiċi tagħhom. Jekk ma jkunux disponibbli s-sorsi organiċi, jistgħu jintużaw sorsi naturali tal-astażantin (bħall-ħmira tat-tip ‘Phaffia’).

Artikolu 25l

Ir-regoli speċifiċi dwar l-għalf għal ċerti annimali tal-akkwakultura

1.   L-annimali tal-akkwakultura kif imsemmija fit-Taqsimiet 6, 7 u 9 tal-Anness XIIIa għandhom jingħalfu b’għalf li jkun disponibbli b’mod naturali fil-vaski u fil-lagi.

2.   F’każ fejn ma jkunux disponibbli riżorsi naturali tal-għalf fi kwantitajiet li jkunu biżżejjed, kif imsemmi fil-paragrafu 1, jista’ jintuża għalf organiku li ġej mill-pjanti li, preferibbilment, ikunu tkabbru fl-istabbiliment stess, jew l-alka. L-operaturi għandhom iżommu evidenza dokumentarja dwar il-ħtieġa li jintuża għalf addizzjonali.

3.   F’każ fejn l-għalf naturali jkun issuplimentat skont il-paragrafu 2, il-porzjon tal-għalf tal-ispeċijiet kif imsemmi fit-taqsima 7 u tas-‘siamese catfish’ (Pangasius sp.) kif imsemmi fit-taqsima 9 jista’ jinkludi sa massimu ta’ 10 % ta’ ikel tal-ħut jew żejt tal-ħut li ġej mis-sajd sostenibbli.

Artikolu 25m

Prodotti u sustanzi kif imsemmija fl-Artikolu 15(1)(d)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007

1.   Fl-akkwakultura organika jistgħu jintużaw materjali għall-għalf li ġejjin mill-annimali u mill-minerali biss jekk dawn ikunu mniżżlin fl-Anness V.

2.   Addittivi tal-għalf, ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni tal-annimali u għajnuniet għall-ipproċessar jistgħu jintużaw jekk ikunu mniżżlin fl-Anness VI u jekk ikunu konformi mar-restrizzjonijiet stabbiliti fih.

Taqsima 6

Ir-regoli speċifiċi għall-molluski

Artikolu 25n

Iż-żona għat-tkabbir

1.   It-tkabbir tal-molluski bivalvi jista’ jitwettaq fl-istess żona tal-ilma bħat-tkabbir organiku tal-ħut tal-ġewnaħ u tal-alka f’sistema ta’ polikultura li għandha tiġi ddokumentata fil-pjan dwar il-ġestjoni sostenibbli. Il-molluski bivalvi jistgħu jitkabbru wkoll flimkien mal-molluski gasteropodi, bħall-brankutli, fil-polikultura.

2.   Il-produzzjoni organika tal-molluski bivalvi għandha titwettaq f’żoni ddelimitati b’żubruni, kannizzati jew b’marki ċari oħrajn u għandha tkun ristretta, kif xieraq, bi xbieki, gaġeġ jew mezzi oħra magħmulin mill-bniedem.

3.   L-istabbilimenti organiċi tal-frott tal-baħar għandhom inaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskju għal speċijiet li huma ta’ interess għall-konservazzjoni. Jekk jintużaw xbieki tal-predaturi, id-disinn tagħhom ma għandux jippermetti li ssir ħsara lill-għasafar li jogħdsu.

Artikolu 25o

Il-ġbir taż-żerriegħa

1.   Dejjem jekk ma ssirx ħsara sinifikanti lill-ambjent u jekk ikun permess mil-leġiżlazzjoni tal-post, tista’ tintuża żerriegħa selvaġġa minn barra l-limiti tal-unità tal-produzzjoni fil-każ tal-frott tal-baħar bivalvi, dejjem jekk din tkun ġejja minn:

(a)

irqajja’ ta’ ħut li wisq probabbli ma jifilħux għat-temp xitwi jew li jkunu ta’ ammont ikbar milli hemm bżonn, jew

(b)

irqajja’ naturali ta’ żerriegħa tal-frott tal-baħar fit-tagħmir użat għall-ġbir.

Għandhom jinżammu reġistri dwar meta, kif u minn fejn inġabret iż-żerriegħa selvaġġa sabiex tkun tista’ tiġi ttraċċata ż-żona tal-ġbir.

Madanakollu, iż-żerriegħa mill-mafqsiet tal-frott tal-baħar bivalvi li mhumiex organiċi tista’ tiddaħħal fl-unitajiet organiċi tal-produzzjoni bil-perċentwali massimi li ġejjin: 80 % sal-31 ta’ Diċembru 2011, 50 % sal-31 ta’ Diċembru 2013 u 0 % sal-31 ta’ Diċembru 2015.

2.   Fil-każ tal-gajdra tat-tip Crassostrea gigas, għandha tingħata preferenza lill-istokk li jkun tgħammar b’mod selettiv sabiex jitnaqqas il-bidien fis-selvaġġ.

Artikolu 25p

Il-ġestjoni

1.   Fil-produzzjoni għandha tintuża densità tal-istokk li ma tkunx iktar minn dik użata fir-reġjun għall-frott tal-baħar li mhuwiex organiku. L-aġġustamenti għall-għażla, għat-tnaqqis u għad-densità tal-istokk għandhom isiru skont il-bijomassa u sabiex jiżguraw il-benesseri tal-annimali u l-kwalità għolja tal-prodotti.

2.   Organiżmi bijoloġiċi li jikbru mat-tagħmir għandhom jitneħħew b’mezzi fiżiċi jew bl-idejn u, fejn xieraq, jerġgħu jintefgħu fil-baħar ‘il bogħod mill-istabbilimenti tal-frott tal-baħar. Matul iċ-ċiklu tal-produzzjoni, il-frott tal-baħar jista’ jiġi ttrattat darba b’soluzzjoni tal-ġir sabiex ikunu kkontrollati organiżmi li jikbru mat-tagħmir li jkunu qed jikkompetu magħhom.

Artikolu 25q

Ir-regoli dwar it-tkabbir

1.   It-tkabbir fuq il-ħbula tal-maskli u b’metodi oħrajn imniżżlin fit-Taqsima 8 tal-Anness XIIIa jista’ jkun eliġibbli għall-produzzjoni organika.

2.   Il-molluski jistgħu jitkabbru f’qiegħ il-baħar biss jekk dan ma jwassal għall-ebda impatt ambjentali sinifikanti fis-siti tal-ġbir u tat-tkabbir. L-evidenza li dan it-tkabbir għandu impatt ambjentali minimu għandha tkun appoġġata bi kwestjonarju u b’rapport dwar iż-żona sfruttata li għandhom jingħataw lill-korp jew lill-awtorità ta’ kontroll mill-operatur. Ir-rapport għandu jiżdied mal-pjan dwar il-ġestjoni sostenibbli bħala kapitolu separat.

Artikolu 25r

Ir-regoli speċifiċi dwar it-tkabbir tal-gajdar

Huwa permess it-tkabbir f’basktijiet fuq il-kavalletti. Dawn, flimkien ma’ strutturi oħrajn li fihom jinżamm il-gajdar, għandhom jitpoġġew b’tali mod li tkun evitata l-formazzjoni ta’ barriera waħda sħiħa mal-kosta. L-istokk għandu jitqiegħed b’attenzjoni kbira fl-irqajja’ skont il-flussi tal-marea sabiex il-produzzjoni tittejjeb kemm jista’ jkun. Il-produzzjoni għandha tissodisfa l-kriterji mniżżlin fit-Taqsima 8 tal-Anness XIIIa.

Taqsima 7

Il-prevenzjoni tal-mard u t-trattament veterinarju

Artikolu 25s

Ir-regoli ġenerali dwar il-prevenzjoni tal-mard

1.   F’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/88/KE, il-pjan dwar il-ġestjoni tas-saħħa tal-annimali għandu jagħti dettalji dwar il-prattiki tal-bijosigurtà u tal-prevenzjoni tal-mard, inkluż ftehim bil-miktub dwar konsulenza dwar is-saħħa li tkun proporzjonata mal-unità tal-produzzjoni minn servizzi kkwalifikati fis-saħħa tal-annimali tal-akkwakultura li għandhom iżuru l-istabbiliment tal-inqas darba fis-sena u tal-inqas darba kull sentejn fil-każ tal-frott tal-baħar bivalvi.

2.   Is-sistemi, it-tagħmir u l-għodod tal-istabbilimenti għandhom jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati sewwa. Jistgħu jintużaw biss il-prodotti mniżżlin fit-Taqsimiet 2.1 sa 2.2 tal-Anness VII.

3.   F’dak li għandu x’jaqsam mas-serħan:

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi dwar jekk hux meħtieġ is-serħan u dwar it-tul ta’ żmien xieraq li għandu jkun applikat u ddokumentat wara kull ċiklu ta’ produzzjoni fis-sistemi taż-żamma tal-ilma miftuħin fil-baħar. Is-serħan huwa rrakkomandat ukoll għal metodi ta’ produzzjoni oħrajn li jużaw it-tankijiet, il-vaski tal-ħut u l-gaġeġ;

(b)

dan ma għandux ikun obbligatorju għat-tkabbir tal-molluski bivalvi;

(c)

matul il-perjodu tas-serħan, il-gaġġa jew l-istruttura l-oħra użata għall-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura titbattal, tiġi ddiżinfettata u titħalla battala qabel ma terġa’ tintuża.

4.   Fejn ikun xieraq, l-għalf tal-ħut li ma jkunx ittiekel, il-ħmieġ tal-ħut u l-annimali mejtin għandhom jitneħħew mill-ewwel sabiex ikun evitat kull riskju ta’ ħsara ambjentali sinifikanti f’dak li għandu x’jaqsam mal-kwalità tal-ilma, sabiex jitnaqqsu r-riskji tal-mard, u jkun evitat li jkunu attratti insetti jew mammali gerriema.

5.   Id-dawl ultravjola u l-ożonu jistgħu jintużaw biss fil-mafqsiet u fil-mixtliet.

6.   Għall-kontroll bijoloġiku tal-ektoparassiti, għandha tingħata preferenza lill-użu ta’ ħut iktar nadif.

Artikolu 25t

It-trattamenti veterinarji

1.   Meta titfaċċa problema tas-saħħa minkejja l-miżuri preventivi sabiex tkun żgurata s-saħħa tal-annimali skont l-Artikolu 15(1)(f)(i) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, jistgħu jintużaw it-trattamenti veterinarji li ġejjin f’din l-ordni ta’ preferenza:

(a)

sustanzi mill-pjanti, mill-annimali jew mill-minerali f’sustanza dilwita omeopatika;

(b)

pjanti u l-estratti tagħhom li ma għandhomx effetti anestetiċi; u

(c)

sustanzi bħal l-oligoelementi, il-metalli, l-immunostimulanti naturali, jew il-probijotiċi awtorizzati.

2.   L-użu tat-trattamenti allopatiċi huwa llimitat għal żewġ korsijiet ta’ trattament fis-sena, ħlief għat-tilqim u għall-iskemi obbligatorji ta’ qerda. Madanakollu, fil-każ ta’ ċiklu ta’ produzzjoni ta’ inqas minn sena, japplika limitu ta’ trattament allopatiku wieħed. Jekk jinqabżu l-limiti msemmija għat-trattamenti allopatiċi, l-annimali tal-akkwakultura kkonċernati ma jistgħux jinbiegħu bħala prodotti organiċi.

3.   L-użu tat-trattamenti kontra l-parassiti, li ma jinkludix l-iskemi obbligatorji tal-kontroll imħaddma mill-Istati Membri, għandu jkun illimitat għal darbtejn fis-sena jewinkella għal darba fis-sena f’każ li ċ-ċiklu tal-produzzjoni jkun ta’ inqas minn 18-il xahar.

4.   Il-perjodu ta’ rtirar tat-trattamenti veterinarji allopatiċi u tat-trattamenti kontra l-parassiti skont il-paragrafu 3, inklużi tat-trattamenti skont l-iskemi obbligatorji tal-kontroll u ta’ qerda, għandu jkun id-doppju tal-perjodu legali ta’ rtirar kif imsemmi fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/82/KE, jew, f’każ li dan il-perjodu ma jkunx speċifikat, ta’ 48 siegħa.

5.   Kull meta jintużaw prodotti mediċinali veterinarji, it-tali użu għandu jkun mistqarr lill-korp jew lill-awtorità ta’ kontroll qabel ma dawn l-annimali jitqiegħdu fis-suq bħala annimali organiċi. L-istokk li jkun ġie ttrattat għandu jkun jista’ jkun identifikat b’mod ċar.

(*5)   ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.” "

(6)

Fil-Kapitolu 3 tat-Titolu II, għandu jiżdied l-Artikolu 29a li ġej wara l-Artikolu 29:

“Artikolu 29a

Id-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-alka

1.   Jekk il-prodott aħħari tkun l-alka friska, għandu jintuża l-ilma baħar biex tinħasel l-alka li jkun għadha kemm inqatgħet.

Jekk il-prodott aħħari tkun l-alka mnixxfa, jista’ jintuża wkoll l-ilma tax-xorb għall-ħasil. Jista’ jintuża l-melħ għat-tneħħija tal-irtuba.

2.   Għat-tnixxif, ma għandux ikun permess l-użu ta’ fjammi diretti li jkunu f’kuntatt dirett mal-alka. F’każ li jintużaw ħbula jew tagħmir ieħor waqt il-proċess tat-tnixxif, dawn ma għandhomx ikollhom trattamenti għal kontra t-tkabbir ta’ ħaxix tal-baħar magħhom jew sustanzi għat-tindif jew għad-diżinfezzjoni ħlief meta l-prodott ikun imniżżel fl-Anness VII għal dan il-għan.”

(7)

Fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II, għandu jiżdied l-Artikolu 32a li ġej:

“Artikolu 32a

Il-ġarr tal-ħut ħaj

1.   Il-ħut ħaj għandu jinġarr f’tankijiet xierqa li jkun fihom ilma nadif li jissodisfa l-ħtiġijiet fiżjoloġiċi tagħhom f’termini tat-temperatura u tal-ossiġnu maħlul.

2.   Qabel ma jinġarru l-ħut u l-prodotti tal-ħut organiċi, it-tankijiet għandhom jitnaddfu, jkunu ddiżinfettati u jitlaħalħu sewwa.

3.   Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet sabiex jitnaqqas l-istress. Waqt il-ġarr, id-densità ma għandhiex tkun ta’ livell li jkun ta’ ħsara għall-ispeċi.

4.   Għandha tinżamm evidenza dokumentarja għall-paragrafi 1 sa 3.”

(8)

Fl-Artikolu 35, il-paragrafi 2 u 3 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“2.   Fil-każ ta’ unitajiet organiċi tal-produzzjoni tal-pjanti, tal-alka, tal-bhejjem u tal-annimali tal-akkwakultura, il-ħażna ta’ prodotti wżati (‘input’) differenti minn dawk awtorizzati skont dan ir-Regolament hija pprojbita fl-unità tal-produzzjoni.

3.   Fl-istabbilimenti jistgħu jinħażnu prodotti mediċinali veterinarji allopatiċi u antibijotiċi dejjem jekk dawn ikunu ġew preskritti minn veterinarju b’rabta mat-trattament kif imsemmi fl-Artikoli 14(1)(e)(ii) u 15(1)(f)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, jekk jinħażnu f’post issorveljat u jekk jitniżżlu fir-reġistru tal-bhejjem kif imsemmi fl-Artikolu 76 ta’ dan ir-Regolament, jew, kif xieraq, fir-reġistri dwar il-produzzjoni tal-akkwakultura kif imsemmi fl-Artikolu 79b ta’ dan ir-Regolament.”

(9)

Fil-Kapitolu 5 tat-Titolu II, għandu jiżdied l-Artikolu 36a li ġej:

“Artikolu 36a

L-alka

1.   Għal sit għall-qtugħ tal-alka, il-perjodu għall-bidla għandu jkun ta’ sitt xhur.

2.   Għal unità għat-tkabbir tal-alka, il-perjodu għall-bidla għandu jkun jew ta’ sitt xhur jew ta’ ċiklu wieħed sħiħ tal-produzzjoni, skont liema minnhom ikun l-itwal.”

(10)

Fil-Kapitolu 5 tat-Titolu II, għandu jiżdied l-Artikolu 38a li ġej wara l-Artikolu 38:

“Artikolu 38a

Il-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura

1.   Għat-tipi ta’ faċilitajiet tal-akkwakultura li ġejjin, inklużi l-annimali tal-akkwakultura li diġà jeżistu, għandhom japplikaw il-perjodi għall-bidla li ġejjin għall-unitajiet tal-produzzjoni tal-akkwakultura:

(a)

perjodu għall-bidla ta’ 24 xahar għall-faċilitajiet li ma jistgħux jitbattlu mill-ilma, jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati;

(b)

perjodu għall-bidla ta’ 12-il xahar għall-faċilitajiet li tbattlu mill-ilma jew li sserrħu;

(c)

perjodu għall-bidla ta’ sitt xhur għall-faċilitajiet li tbattlu mill-ilma, li tnaddfu u li ġew iddiżinfettati;

(d)

perjodu għall-bidla ta’ tliet xhur għall-faċilitajiet li jkunu fl-ilma baħar, inklużi dawk li jkunu qed ikabbru l-molluski bivalvi.

2.   L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tagħraf bħala parti mill-perjodu għall-bidla, b’mod retroattiv, kwalunkwe perjodu li jkun iddokumentat qabel li fih il-faċilitajiet ma jkunux ġew ittrattati jew esposti għal prodotti li ma jkunux awtorizzati għall-produzzjoni organika.”

(11)

L-intestatura tal-Artikolu 43 għandha tinbidel b’dan li ġej:

“L-użu ta’ għalf għall-bhejjem li mhuwiex organiku u li ġej mill-pjanti u mill-annimali”;

(12)

Fl-Artikolu 59, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għall-ikel tal-annimali domestiċi u għall-għalf għall-annimali tal-pil u r-rix.”

(13)

Fl-Artikolu 60, il-paragrafu 1(a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

l-għalf ipproċessat huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u, b’mod partikulari, mal-Artikolu 14(1)(d)(iv) u (v) għall-bhejjem u mal-Artikolu 15(1)(d) għall-annimali tal-akkwakultura u mal-Artikolu 18 tiegħu;”

(14)

Fit-Titolu IV għandu jiżdied il-Kapitolu 2a li ġej:

KAPITOLU 2a

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-kontroll tal-alka

Artikolu 73a

L-arranġamenti tal-kontroll għall-alka

Meta s-sistema ta’ kontroll li tkun tapplika b’mod speċifiku għall-alka tkun implimentata għall-ewwel darba, id-deskrizzjoni sħiħa tas-sit imsemmi fl-Artikolu 63(1)(a) għandha tinkludi:

(a)

deskrizzjoni sħiħa tal-istallazzjonijiet fuq l-art u fil-baħar;

(b)

il-valutazzjoni ambjentali kif deskritta fl-Artikolu 6b(3), fejn applikabbli;

(c)

il-pjan dwar il-ġestjoni sostenibbli kif deskritt fl-Artikolu 6b(4), fejn applikabbli;

(d)

għall-alka selvaġġa, għandhom jitfasslu deskrizzjoni sħiħa u mappa taż-żoni tal-ġbir ta’ mal-kosta u ta’ ġol-baħar, u taż-żoni ta’ fuq l-art fejn jitwettqu l-attivitajiet ta’ wara l-ġbir.

Artikolu 73b

Ir-reġistri dwar il-produzzjoni tal-alka

1.   Ir-reġistri dwar il-produzzjoni tal-alka għandhom jimtlew mill-operatur bħala reġistru u għandhom dejjem jinżammu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet jew tal-korpi ta’ kontroll fil-post tal-istabbiliment. Dan għandu jinkludi tal-anqas it-tagħrif li ġej:

(a)

lista tal-ispeċijiet, id-data u l-ammont maqtugħ;

(b)

id-data tal-applikazzjoni, it-tip u l-ammont ta’ fertilizzant użat.

2.   Għall-ġbir tal-alka selvaġġa, ir-reġistru għandu jinkludi wkoll:

(a)

l-istorja tal-attività tal-qtugħ għal kull speċi fl-irqajja’ msemmija;

(b)

l-istima (tal-volum) tal-qtugħ kull staġun;

(c)

l-għejjun possibbli ta’ tniġġis tal-irqajja’ tal-qtugħ;

(d)

ir-rendiment annwali sostenibbli għal kull roqgħa.”

(15)

Fit-Titolu IV għandu jiżdied il-Kapitolu 3a li ġej:

KAPITOLU 3a

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-kontroll tal-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura

Artikolu 79a

L-arranġamenti tal-kontroll għall-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura

Meta s-sistema ta’ kontroll li tkun tapplika b’mod speċifiku għall-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura tkun implimentata għall-ewwel darba, id-deskrizzjoni sħiħa tal-unità msemmija fl-Artikolu 63(1)(a) għandha tinkludi:

(a)

deskrizzjoni sħiħa tal-istallazzjonijiet fuq l-art u fil-baħar;

(b)

il-valutazzjoni ambjentali kif deskritta fl-Artikolu 6b(3), fejn applikabbli;

(c)

il-pjan dwar il-ġestjoni sostenibbli kif deskritt fl-Artikolu 6b(4), fejn applikabbli;

(d)

fil-każ tal-molluski, taqsira tal-kapitolu speċjali tal-pjan dwar il-ġestjoni sostenibbli, kif meħtieġ mill-Artikolu 25q(2).

Artikolu 79b

Ir-reġistri dwar il-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura

L-operatur għandu jipprovdi t-tagħrif li ġej fil-forma ta’ reġistru li għandu jinżamm aġġornat u li għandu dejjem jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet jew tal-korpi ta’ kontroll fil-post tal-istabbiliment:

(a)

l-oriġini, id-data tal-wasla u l-perjodu għall-bidla tal-annimali li jkunu waslu fl-istabbiliment;

(b)

l-għadd ta’ lottijiet, l-età, il-piż u d-destinazzjoni tal-annimali li jkunu qed jitilqu mill-istabbiliment;

(c)

reġistri dwar il-ħarbiet tal-ħut;

(d)

għall-ħut, it-tip u l-ammont ta’ għalf u, fil-każ tal-karpjun u ta’ speċijiet relatati, reġistru dokumentarju dwar l-użu ta’ għalf addizzjonali;

(e)

it-trattamenti veterinarji, inklużi d-dettalji dwar l-għan tagħhom, id-data u l-metodu tal-applikazzjoni tagħhom, it-tip ta’ prodott użat u l-perjodu ta’ rtirar;

(f)

il-miżuri għall-prevenzjoni tal-mard, inklużi d-dettalji dwar is-serħan, it-tindif u t-trattament tal-ilma.

Artikolu 79c

Żjarat speċifiċi tal-kontroll tal-molluski bivalvi

Għall-produzzjoni tal-molluski bivalvi, għandhom jitwettqu żjarat ta’ spezzjoni qabel u waqt il-produzzjoni massima tal-bijomassa.

Artikolu 79d

Diversi unitajiet ta’ produzzjoni mmexxija mill-istess operatur

Meta operatur ikun imexxi diversi unitajiet tal-produzzjoni kif ipprovdut fl-Artikolu 25c, l-unitajiet li jipproduċu annimali tal-akkwakultura li mhumiex organiċi wkoll għandhom ikunu suġġetti għas-sistema ta’ kontroll kif stabbilita fil-Kapitolu 1 u f’dan il-Kapitolu.”

(16)

L-intestatura tal-Kapitolu 4 tat-Titolu IV għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Ir-rekwiżiti tal-kontroll tal-unitajiet li jħejju l-prodotti tal-pjanti, tal-alka, tal-bhejjem u tal-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tal-ikel magħmulin minnhom”

(17)

L-intestatura tal-Kapitolu 5 tat-Titolu IV għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Ir-rekwiżiti tal-kontroll tal-importazzjonijiet tal-prodotti organiċi minn pajjiżi terzi”

(18)

Fl-Artikolu 93(2) għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(e)

l-għadd ta’ unitajiet organiċi tal-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura,

(f)

il-volum tal-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura,

(g)

jekk wieħed irid, l-għadd ta’ unitajiet organiċi tal-alka u l-volum tal-produzzjoni organika tal-alka.”

(19)

Fl-Artikolu 95, il-paragrafu 6 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“6.   Għall-għanijiet tal-Artikolu 12(1)(j) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u sakemm is-sustanzi speċifiċi jkunu inklużi skont l-Artikolu 16(1)(f) ta’ dak ir-Regolament, jistgħu jintużaw biss prodotti awtorizzati mill-awtorità kompetenti.”

(20)

Fl-Artikolu 95 għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“11.   Għal perjodu ta’ żmien li jiskadi fl-1 ta’ Lulju 2013, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza ‘l dawk l-unitajiet tal-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura u tal-alka li, qabel ma jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, ikunu stabbiliti u jkunu jipproduċu skont regoli organiċi aċċettati b’mod nazzjonali, iżommu l-istat organiku tagħhom waqt li jkunu qed jadattaw ruħhom għar-regoli ta’ dan ir-Regolament, dejjem jekk ma jkunx hemm tniġġis mhux dovut tal-ilmijiet b’sustanzi li mhumiex permessi fil-produzzjoni organika. L-operaturi li jibbenefikaw minn din il-miżura għandhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti bil-faċilitajiet, il-vaski tal-ħut, il-gaġeġ u l-lottijiet tal-alka kkonċernati.”

(21)

L-Annessi għandhom jiġu emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika sa mill-1 ta’ Lulju 2010, ħlief fil-każijiet li ġejjin:

(a)

il-punt 4 tal-Artikolu 1 għandu jibda japplika minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament;

(b)

il-miżuri korrettivi li dwarhom hemm dispożizzjoni fil-punt 19 tal-Artikolu 1 u fil-punt 1(b) u (c) tal-Anness għandhom jibdew japplikaw minn meta jibda japplika r-Regolament (KE) Nru 889/2008.

Dan ir-Regolament jista’ jkun rivedut fuq il-bażi ta’ proposti rilevanti mill-Istati Membri, li jkunu akkumpanjati minn motivazzjoni ġġustifikata kif dovut, bil-ħsieb li jkun immodifikat mill-1 ta’ Lulju 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1.

(3)  COM(2002) 511, 19.9.2002.

(4)   ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

(5)   ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.

(6)   ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.

(7)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(8)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(9)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(10)   ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40.

(11)   ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(12)   ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1.

(13)   ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(14)   ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(15)   ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

(16)  Rakkomandazzjonijiet mill-grupp espert imwaqqaf apposta dwar “L-għalf tal-ħut u l-materjali għat-tindif fil-produzzjoni tal-akkwakultura u tal-alka organika”, 20.11.2008, www.organic-farming.europa.eu.

(17)   ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.


ANNESS

L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandhom jiġu emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

L-intestatura għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Il-fertilizzanti, il-kondizzjonaturi tal-ħamrija u n-nutrijenti msemmija fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 6d(2)”

(b)

Il-linja tal-intestatura u l-ewwel linja tat-tabella għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“Awtorizzazzjoni

Isem

Prodotti komposti jew prodotti li fihom biss il-materjali mniżżlin hawn taħt

Deskrizzjoni, rekwiżiti tal-kompożizzjoni, u kundizzjonijiet għall-użu

A

Demel mill-irziezet

Prodotti li jinkludu taħlita tal-ħmieġ tal-annimali u ta’ materjal magħmul mill-ħaxix (il-friex tal-annimali)

Hija pprojbita l-oriġini mill-agrikultura industrijali”

(ċ)

Fil-ħdax-il linja tat-tabella, l-aħħar kaxxa għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Għall-fêr: konċentrazzjoni massima ta’ materja niexfa tal-kromju (VI) f’mg. għal kull kg. ta’ 0”

(2)

L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:

Fit-Taqsima 1, fis-sitt linja għall-majjali għat-tismin, għandha tiżdied ir-raba’ sottolinja:

“Ta’ iktar minn 110 kg.

1,5

1,2 ”

(3)

L-Anness V għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

L-intestatura għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Materjali għall-għalf imsemmija fl-Artikolu 22(1), (2) u (3) u fl-Artikoli 25k(1)(d) u 25m(1)”

(b)

fit-Taqsima 2.2, ir-raba’ inċiż għandu jinbidel b’dan li ġej:

“—

Idrolisati u proteolisati miksubin minn azzjoni tal-enżimi, kemm jekk ikunu f’forma solubbli u kemm jekk le, ipprovduti biss lill-annimali tal-akkwakultura u lill-bhejjem iż-żgħar.”

(ċ)

Fit-Taqsima 2.2, għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

Ikla tal-krustaċej”

(4)

L-Anness VI għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

L-intestatura għandha tinbidel b’dan li ġej:

“L-addittivi tal-għalf u ċerti sustanzi użati fin-nutrizzjoni tal-annimali msemmija fl-Artikolu 22(4) u fl-Artikolu 25m(2)”

(b)

It-tieni inċiż tat-Taqsima 1.1(a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“—

Vitamini artifiċjali li jkunu l-istess bħall-vitamini naturali għall-annimali monogastriċi u għall-annimali tal-akkwakultura;”

(ċ)

It-Taqsima 1.3 għandha tiġi emendata kif ġej:

(i)

il-punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(b)   Sustanzi antiossidanti

E306

Estratti ta’ oriġini naturali li fihom ħafna tokoferol użati bħala antiossidanti,

Sustanzi antiossidanti naturali (li l-użu tagħhom huwa ristrett għall-għalf għall-akkwakultura).”

(ii)

wara l-punt (d) għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

“(e)   emulsjonanti u stabbilizzaturi:

Leċitina minn sorsi organiċi (li l-użu tagħha huwa ristrett għall-għalf għall-akkwakultura)”

(5)

L-Anness VII għandu jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS VII

Prodotti għat-tindif u għad-diżinfezzjoni

1.

Prodotti għat-tindif u għad-diżinfezzjoni tal-bini u tal-istallazzjonijiet tal-produzzjoni tal-bhejjem imsemmija fl-Artikolu 23(4):

Il-potassju u s-sapun tas-sodju,

L-ilma u l-fwar,

Il-ħalib tal-ġir,

Il-ġir,

Il-ġir verġni,

L-ipoklorit tas-sodju (per eż. il-bliċ likwidu),

Is-soder,

Il-potassju kawstiku,

Il-perossidu tal-idroġenu,

L-essenzi naturali tal-pjanti,

L-aċidu ċitriku, peraċetiku, formiku, lattiku, ossaliku u aċetiku,

L-alkoħol,

L-aċidu nitriku (it-tagħmir tal-maħleb),

L-aċidu fosforiku (it-tagħmir tal-maħleb),

Il-formaldeide,

Prodotti għat-tindif u għad-diżinfezzjoni tal-irjus tal-bżieżel u tal-faċilitajiet tal-ħlib,

Il-karbonat tas-sodju.

2.

Prodotti għat-tindif u għad-diżinfezzjoni tal-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura u tal-alka msemmija fl-Artikoli 6e(2), 25s(2) u 29a.

2.1.

Sustanzi għat-tindif u għad-diżinfezzjoni tat-tagħmir u tal-faċilitajiet meta ma jkunx hemm annimali tal-akkwakultura:

l-ożonu,

il-klorur tas-sodju (il-melħ),

l-ipoklorit tas-sodju,

l-ipoklorit tal-kalċju,

il-ġir (CaO, l-ossidu tal-kalċju),

is-soder,

l-alkoħol,

il-perossidu tal-idroġenu,

l-aċidi organiċi (l-aċidu aċetiku, l-aċidu lattiku u l-aċidu ċitriku),

l-aċidu umiku,

l-aċidi perossiaċetiċi,

il-jodofori,

il-kupru (is-sulfat tar-ram): sal-31 ta’ Diċembru 2015 biss,

il-permanganat tal-potassju,

l-aċidi peraċetiċi u peroktanojċi,

kejk taż-żerriegħa tat-te magħmul miż-żerriegħa naturali tal-kamelja (li l-użu tiegħu huwa ristrett għall-produzzjoni tal-gambli).

2.2.

Lista llimitata ta’ sustanzi li jistgħu jintużaw meta jkun hemm l-annimali tal-akkwakultura:

il-ġir (il-karbonat tal-kalċju) għall-kontroll tal-aċidità (tal-pH),

id-dolomit għall-korrezzjoni tal-aċidità (tal-pH) (li l-użu tiegħu huwa ristrett għall-produzzjoni tal-gambli)”.

(6)

It-tabella fit-Taqsima A tal-Anness VIII għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

Wara r-raba’ linja, għandha tiddaħħal il-linja li ġejja:

“B

E 223

Il-metabisulfit tas-sodju

 

X

Il-krustaċej (2)”

(b)

Wara l-erbatax-il linja, għandha tiddaħħal il-linja li ġejja:

“B

E 330

L-aċidu ċitriku

 

X

Il-krustaċej u l-molluski (2)”

(7)

L-Anness XII għandu jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS XII

Mudell tal-evidenza dokumentarja lill-operatur skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 imsemmi fl-Artikolu 68 ta’ dan ir-Regolament

Image 1

Test ta 'immaġni

(8)

L-Anness XIIIa li ġej għandu jiddaħħal wara l-Anness XIII:

“ANNESS XIIIA

Taqsima 1

Il-produzzjoni organika tal-familja tas-salamun fl-ilma ħelu:

It-trota (Salmo trutta) – Ir-‘rainbow trout’ (Oncorhynchus mykiss) – L-‘American brook trout’ (Salvelinus fontinalis) – Is-salamun (Salmo salar) – Iċ-‘charr’ (Salvelinus alpinus) – Il-‘grayling’ (Thymallus thymallus) – L-‘American lake trout’ (jew il-‘grey trout’) (Salvelinus namaycush) – Il-‘huchen’ (Hucho hucho)

Is-sistema tal-produzzjoni

Is-sistemi tat-tismin fl-istabbilimenti jridu jingħalfu minn sistemi miftuħin. Ir-rata ta’ ġiri tal-ilma trid tiżgura li jkun hemm mill-inqas 60 % tas-saturazzjoni tal-ossiġnu għall-istokk u trid tiżgura l-kumdità tagħhom u tiżgura t-tneħħija tal-ilma li jkun ħiereġ ’il barra mill-istabbiliment.

Id-densità massima tal-istokk

L-ispeċijiet tal-familja tas-salamun li mhumiex imniżżlin hawn taħt: 15-il kg. għal kull metru kubu

Is-salamun: 20 kg. għal kull metru kubu

It-trota u r-‘rainbow trout’: 25 kg. għal kull metru kubu

L-“Arctic charr”: 20 kg. għal kull metru kubu

Taqsima 2

Il-produzzjoni organika tal-familja tas-salamun fl-ilma baħar:

Is-salamun (Salmo salar), It-trota (Salmo trutta) – Ir-‘rainbow trout’ (Oncorhynchus mykiss)

Id-densità massima tal-istokk

10 kg. għal kull metru kubu fin-nases

Taqsima 3

Il-produzzjoni organika tal-merluzz (Gadus morhua) u ta’ Gadidae oħrajn, tal-ispnott (Dicentrarchus labrax), tal-awrat (Sparus aurata), tal-gurbell (Argyrosomus regius), tal-barbun imperjali (Psetta maxima [= Scopthalmus maximux]), tal-pagru komuni (Pagrus pagrus [= Sparus pagrus]), tal-pixxitanbur aħmar (Sciaenops ocellatus) u ta’ Sparidae oħrajn, u tal-i“spinefoot” (Siganus spp)

Is-sistema tal-produzzjoni

F’sistemi taż-żamma tal-ilma miftuħin fil-baħar (fin-nases/fil-gaġeġ) b’veloċità minima tal-kurrent tal-baħar biex ikun ipprovdut l-aħjar benesseri possibbli għall-ħut jew f'sistemi miftuħin fuq l-art.

Id-densità massima tal-istokk

Għall-ħut kollu ħlief għall-barbun imperjali: 15-il kg. għal kull metru kubu

Għall-barbun imperjali: 25 kg. għal kull metru kwadru

Taqsima 4

Il-produzzjoni organika tal-ispnott, tal-awrat, tal-gurbell, tal-mulett (Liza, Mugil) u tas-sallur (Anguilla spp) f’vaski tal-art f’żoni tal-marea u fil-laguni ta’ mal-kosta

Is-sistema taż-żamma

Għadajjar tradizzjonali tas-salini mibdula f’unitajiet tal-produzzjoni tal-akkwakultura u vaski tal-art simili f’żoni tal-marea

Is-sistema tal-produzzjoni

Għandu jkun hemm bdil adegwat tal-ilma biex ikun żgurat il-benesseri tal-ispeċijiet.

Tal-anqas 50 % mid-digi jridu jkunu mgħottija bil-pjanti

Huma meħtieġa vaski għat-tisfija tal-impuritajiet ibbażati f'art mistagħdra

Id-densità massima tal-istokk

4 kg. għal kull metru kubu

Taqsima 5

Il-produzzjoni organika tal-istorjun fl-ilma ħelu:

L-ispeċi kkonċernata: Il-familja tal-Acipenser

Is-sistema tal-produzzjoni

Ir-rata ta’ ġiri tal-ilma f’kull unità tat-trobbija għandha tkun biżżejjed biex tiżgura l-benesseri tal-annimali

L-ilma li jkun ħiereġ ’il barra minnhom għandu jkun tal-istess kwalità bħal dak li jkun dieħel fihom

Id-densità massima tal-istokk

30 kg. għal kull metru kubu

Taqsima 6

Il-produzzjoni organika tal-ħut fl-ilmijiet interni:

L-ispeċi kkonċernata: Il-familja tal-karpjun (tal-Cyprinidae) u speċijiet oħrajn relatati fil-kuntest tal-polikultura, inklużi l-‘perch’, il-lizz, il-‘catfish’, il-koregonidi (‘coregonids’) u l-istorjun.

Is-sistema tal-produzzjoni

F’vaski tal-ħut li għandhom jitbattlu kompletament mill-ilma kull tant żmien u fil-lagi. Il-lagi jridu jkunu ddedikati biss għall-produzzjoni organika, inkluż l-għelejjel li jitkabbru fiż-żoni nexfin.

Iż-żona għall-qbid tal-ħut għandha tkun mgħammra b’kalanka ta’ ilma nadif u għandha tkun ta’ daqs li jipprovdi lill-ħut l-iktar kumdità possibbli. Il-ħut għandu jinħażen fl-ilma nadif wara li jinqabad.

L-iffertilizzar organiku u minerali tal-vaski u tal-lagi għandu jsir skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 b’applikazzjoni massima ta’ 20 kg. ta’ nitroġenu għal kull ettaru.

Mhumiex permessi t-trattamenti li fihom jintużaw sustanzi kimiċi sintetiċi sabiex jiġu kkontrollati l-idrofiti u l-kopertura tal-pjanti fl-ilmijiet tal-produzzjoni.

Għandhom jinżammu ż-żoni tal-veġetazzjoni spontanja madwar l-unitajiet tal-ilmijiet interni bħala żoni ta’ lqugħ għaż-żoni tal-art esterni li ma jkunux involuti fil-ħidma tat-tkabbir skont ir-regoli tal-akkwakultura organika.

Għat-tkabbir għad-daqs tas-suq, għandha tintuża “l-polikultura” bil-kundizzjoni li l-kriterji stabbiliti f’dawn l-ispeċifikazzjonijiet għall-ispeċijiet l-oħrajn tal-ħut tal-lagi jinżammu kif dovut

Ir-rendiment tal-istabbiliment

Il-produzzjoni totali tal-ispeċijiet hija llimitata għal 1 500 kg. ta’ ħut għal kull ettaru fis-sena.

Taqsima 7

Il-produzzjoni organika tal-gambli u tal-gambli tal-ilma ħelu (Macrobrachium sp.)

It-twaqqif tal-unità jew tal-unitajiet tal-produzzjoni

Dawn għandhom ikunu f’żoni tat-tafal moxa sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt ambjentali tal-bini tal-vaska. Il-vaski għandhom jinbnew bit-tafal naturali li jkun hemm diġà. Mhix permessa l-qerda tal-mangrovja.

Iż-żmien għall-bidla

Sitt xhur għal kull vaska, li jikkorrispondu mat-tul ta’ ħajja normali ta’ gamblu fl-istabbiliment.

L-oriġini tal-istokk għar-riproduzzjoni

Wara tliet snin ta’ ħidma, tal-anqas nofs l-istokk għar-riproduzzjoni għandu jkun domestiku. In-nofs l-ieħor għandu jkun stokk għar-riproduzzjoni ħieles mill-patoġenu u li jkun ġej mis-sajd sostenibbli. Għandu jkun implimentat proċess ta’ eżaminazzjoni obbligatorja fuq l-ewwel u t-tieni ġenerazzjoni qabel ma dawn jiddaħħlu fl-istabbiliment.

L-asportazzjoni taz-zokk jiċċaqlaq li fuqu jkollu l-għajn

Mhux permess.

Id-densitajiet massimi tal-istokk u l-limiti massimi tal-produzzjoni fl-istabbiliment

Iż-żrigħ: massimu ta’ 22 larva li għadhom kemm għaddew mill-istadju tal-larvi imma li għad jonqoshom xi karatteristiċi, għal kull metru kwadru

Il-bijomassa massima istantanja: 240 gramma għal kull metru kwadru

Taqsima 8

Il-molluski u l-ekinodermi

Is-sistemi tal-produzzjoni

Il-konzijiet, iċ-ċattri, it-tkabbir f’qiegħ il-baħar, ix-xbieki, il-gaġeġ, it-tilari, il-lampari, l-arbli ‘bouchot’ jew is-sistemi l-oħra taż-żamma.

Għat-tkabbir tal-maskli fuq iċ-ċattri, l-għadd ta’ ħbula għall-kultivazzjoni tal-maskli ma għandux jaqbeż il-wieħed għal kull metru kwadru ta’ erja tal-wiċċ. It-tul massimu ta’ kull ħabel għall-kultivazzjoni tal-maskli ma għandux jaqbeż l-20 metru. Ma għandux ikun hemm traqqiq tal-ħbula għall-kultivazzjoni tal-maskli waqt iċ-ċiklu tal-produzzjoni. Madanakollu, il-ħbula għall-kultivazzjoni tal-maskli jistgħu jiġu sottodiviżi, dejjem jekk ma tiżdiedx id-densità tal-istokk tal-bidu.

Taqsima 9

Ħut tal-ilma ħelu tropikali: Il-‘milkfish’ (Chanos chanos), it-tilapja (Oreochromis sp.), is-‘siamese catfish’ (Pangasius sp.)

Is-sistemi tal-produzzjoni

Il-vaski u n-nases

Id-densità massima tal-istokk

Pangasius: 10 kg. għal kull metru kubu

Oreochromis: 20 kg. għal kull metru kubu

Taqsima 10

Speċijiet oħrajn tal-annimali tal-akkwakultura: l-ebda speċi oħra”


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/35


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 711/2009

tal-4 ta' Awwissu 2009

li jipprojbixxi s-sajd għal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-Komunità u dawk li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VIII u IX min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (3) jistabbilixxi l-kwoti għall-2009 u l-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2009.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2009 lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandhom jitqiesu eżawriti mid-data li tidher f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)   ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)   ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)   ĠU L 352, 31.12.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

1/DSS

Stat membru

PRT

Stokk

GFB/89-

Speċi

Lipp tal-qawwi (Phycis blennoides)

Żona

L-Ilmijiet Komunitarji u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VIII u IX

Data

15 ta’ Lulju 2009


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 712/2009

tal-5 ta’ Awwissu 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 685/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Awwissu 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fil-5 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)   ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.

(4)   ĠU L 197, 29.7.2009, р. 65.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-6 ta’ Awwissu 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

32,58

1,51

1701 11 90  (1)

32,58

5,24

1701 12 10  (1)

32,58

1,38

1701 12 90  (1)

32,58

4,83

1701 91 00  (2)

35,60

7,43

1701 99 10  (2)

35,60

3,66

1701 99 90  (2)

35,60

3,66

1702 90 95  (3)

0,36

0,31


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Awwissu 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti Stati Membri u reġjuni minnhom huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi bovina

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 6086)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/600/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Anness A(II)(7) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tipprovdi li Stat Membru jew parti minn Stat Membru jista' jiġi ddikjarat bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi bovina fir-rigward ta' merħliet bovini, suġġett għall-konformità ma’ ċerti kondizzjonijiet stabbiliti f’dik id-Direttiva.

(2)

Il-listi tal-Istati Membri u reġjuni minnhom iddikjarati ħielsa mill-bruċellożi bovina huma stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, bruċellożi u lewkożi bovina enzootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (2).

(3)

L-Irlanda u l-Polonja ressqu quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tat-territorju sħiħ tagħhom biex dawn l-Istati Membri jistgħu jkunu kkunsidrati bħala Stati Membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi bovina.

(4)

Wara l-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni li tressqet mill-Irlanda u mill-Polonja, it-territorju sħiħ ta' dawn l-Istati Membri għandu jiġi rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi bovina.

(5)

Il-Portugall ressaq quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet xierqa stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE rigward il-gżejjer ta' Faial u Santa Maria fir-reġjun awtonomu tal-Azores sabiex dawn il-gżejjer jistgħu jitqiesu reġjuni uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi bovina fil-Portugall.

(6)

Barra minn dan, Spanja ressqet quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet xierqa stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE rigward il-provinċji ta' Santa Cruz de Tenerife u Las Palmas fi Spanja sabiex dawn il-provinċji jistgħu jitqiesu reġjuni uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi bovina fi Spanja.

(7)

Wara l-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni li tressqet milll-Portugall u minn Spanja, il-gżejjer u l-provinċji kkonċernati għandhom jiġu rikonoxxuti bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi bovina f'dawk l-Istati Membri.

(8)

Id-Deċiżjoni 2003/467/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE hu emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)   ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74.


ANNESS

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huwa emendat kif ġej:

“ANNESS II

KAPITOLU 1

Stati Membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi

Kodiċi ISO

Stat Membru

BE

Il-Belġju

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DK

Id-Danimarka

DE

Il-Ġermanja

IE

L-Irlanda

FR

Franza

LU

Il-Lussemburgu

NL

L-Olanda

AT

L-Awstrija

PL

Il-Polonja

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

FI

Il-Finlandja

SE

L-Iżvezja

KAPITOLU 2

Reġjuni tal-Istati Membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi

Fl-Italja:

Ir-Reġjun tal-Abruzzo: Il-Provinċja ta’ Pescara;

Ir-Reġjun tal-Emilia-Romagna: Il-Provinċji ta’ Bologna, Ferrara, Forli-Cesena, Modena, Parma, Piacenza, Ravenna, Reggio Emilia, Rimini;

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia;

Ir-Reġjun tal-Lazio: Il-Provinċja ta’ Rieti;

Ir-Reġjun tal-Liguria: Il-Provinċji ta’ Imperia, Savona;

Ir-Reġjun tal-Lombardia: Il-Provinċji ta’ Bergamo, Brescia, Como, Cremona, Lecco, Lodi, Mantova, Milano, Pavia, Sondrio, Varese;

Ir-Reġjun tal-Marche;

Ir-Reġjun tal-Piemonte;

Ir-Regjun tal-Puglia: Il-Provinċja ta’ Brindisi;

Ir-Reġjun ta’ Sardegna: Il-Provinċji ta’ Cagliari, Nuoro, Oristano, Sassari;

Ir-Reġjun tat-Toscana;

Ir-Reġjun tat-Trentino-Alto Adige: Il-Provinċji ta’ Bolzano, Trento;

Ir-Reġjun tal-Umbria: Il-Provinċji ta’ Perugia, Terni;

Ir-Reġjun tal-Veneto;

Fil-Portugall:

Ir-Reġjun Awtonomu tal-Azores: Il-gżejjer ta’ Corvo, Faial, Flores, Graciosa, Pico, Santa Maria.

Fi Spanja:

Il-Provinċja ta' Santa Cruz de Tenerife;

Il-Provinċja ta' Las Palmas.

Fir-Renju Unit:

Il-Gran Brittanja: L-Ingilterra, l-Iskozja, Wales.”


6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Awwissu 2009

li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/233/KE fir-rigward tal-entrati għall-Ġermanja fil-lista tal-laboratorji awtorizzati biex jiċċekkjaw l-effikaċja tat-tilqim kontra l-idrofobja f’ċerti karnivori domestiċi

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 6105)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/601/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta’ Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2000/258/KE ħatret lil-laboratorju tal-Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments de Nancy (il-laboratorju tal-AFSSA, Nancy), Franza, bħala l-istituzzjoni speċifika responsabbli sabiex tistabbilixxi l-kriterji meħtieġa għall-istandardizzazzjoni tat-testijiet seroloġiċi biex tissegwa l-effettività tal-vaċċini tal-idrofobija.

(2)

Dik id-Deċiżjoni tistipula wkoll li l-Laboratorju tal-AFSSA, Nancy, għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-elenku ta' dawk il-laboratorji Komunitarji li għandhom jingħataw l-awtorizzazzjoni biex iwettqu dawn it-testijiet seroloġiċi. Għaldaqstant, il-Laboratorju tal-AFSSA, Nancy, iħaddem il-proċedura stabbilita tal-verifika tal-profiċjenza biex jevalwa l-laboratorji qabel toħroġ l-awtorizzazzjoni biex jitwettqu t-testijiet seroloġiċi.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/233/KE tal-4 ta' Marzu 2004 li tawtorizza l-laboratorji sabiex jiċċekkjaw l-effikaċja tal-vaċċinazzjoni kontra l-idrofobja fuq ċerti annimali domestiċi karnivori (2), tistabbilixxi lista ta’ laboratorji awtorizzati fl-Istati Membri li ġew approvati fuq il-bażi tar-riżultati tal-verifika tal-profiċjenza kkomunikati mil-Laboratorju tal-AFSSA, Nancy.

(4)

Il-Ġermanja talbet li laboratorju minnhom jitneħħa mil-lista ta’ laboratorji awtorizzati stipulati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/233/KE, fir-rigward tal-entrati għal dak l-Istat Membru.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2004/233/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/233/KE, l-entrata nru 3 għall-Ġermanja għandha titħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.

(2)   ĠU L 71, 10.3.2004, p. 30


Rettifika

6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/44


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 649/2009, tat-23 ta’ Lulju 2009, li jadatta ċerti kwoti tal-ħut għall-2009 fil-kuntest tal-ġestjoni tal-kwoti tas-sajd minn sena għall-oħra

( Il-Ġurnal Ufficiali tal-Unjoni Ewropea L 192, 24 ta’ Lulju 2009 )

F’paġna 22, Anness I, fil-kolonna “Kwota finali 2008” linja ESP, ALF/3X14-Alfonsinos:

flok:

“ 74 ”,

aqra:

“ 76 ”.