ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.181.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 181

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
14 ta' Lulju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 613/2009 tas-6 ta' Lulju 2009 dwar l-iffissar tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2008 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, aġenti temporanji u aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 dwar is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (Verżjoni kodifikata)

8

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 615/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE dwar l-approvazzjoni ta’ kompartimenti għat-tjur u ta’ kompartimenti ta’ għasafar tal-gaġġa oħrajn fir-rigward tal-influwenza avjarja u miżuri ta’ bijosikurezza preventivi addizzjonali f’kompartimenti simili ( 1 )

16

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri

 

 

2009/541/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tat-8 ta' Lulju 2009 ħatra ta’ mħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

25

 

 

2009/542/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tat-8 ta' Lulju 2009 ħatra ta’ mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

26

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/543/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Awwissu 2008 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra (notifikata bid-dokument numru C(2008) 4452)  ( 1 )

27

 

 

2009/544/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Awwissu 2008 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ ġewwa (notifikata bid-dokument numru C(2008) 4453)  ( 1 )

39

 

 

2009/545/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2009 li tistabbilixxi t-tqassim annwali, skont l-Istati Membri, tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 69(2a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 2006/636/KE (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5307)

49

 

 

2009/546/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Lulju 2009 li teżenta l-esplorazzjoni u l-isfruttament taż-żejt u tal-gass fl-Olanda mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5381)  ( 1 )

53

 

 

2009/547/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2000/57/KE dwar is-sistema ta’ twissija u tweġiba bikrija għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li jittieħed taħt id-Deċiżjoni 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5515)  ( 1 )

57

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

14.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 613/2009

tas-6 ta' Lulju 2009

dwar l-iffissar tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2008 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, aġenti temporanji u aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijet tal-Impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet, stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Anness X tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Jeħtieġ li jiġi kkunsidrat l-iżvilupp tal-għoli tal-ħajja fil-pajjiżi barra l-Komunità u li jiġu stipulati għaldaqstant il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2008 għall-pagi mħallsa, fil-munita tal-pajjiż ta’ xogħol tagħhom, lill-uffiċjali, aġenti temporanji u aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu fil-pajjiżi terzi.

(2)

Il-koeffiċjenti korrettivi li kienu suġġetti għal ħlas fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 624/2008 (2) jistgħu jwasslu għall-aġġustamenti pożittivi jew negattivi għall-pagi b’effett retroattiv.

(3)

Għandu jsir provvediment għall-ħlas ta’ arretrati fil-każ ta’ żidiet fir-rimunerazzjoni minħabba l-koeffiċjenti korrettivi l-ġodda

(4)

Jeħtieġ li jiġi previst ħlas lura ta’ pagamenti żejda fil-kaz ta’ tnaqqis tal-pagi minħabba l-koeffiċjenti korrettivi l-ġodda, għall-perjodu kkalkulat bejn l-1 ta’ Lulju 2008 u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(5)

Jeħtieġ li jiġi previst li rkupru eventwali jkun jista’ jsir biss fuq perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u li l-effetti tiegħu jkunu jistgħu jitqassmu fuq perjodu ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar minn din id-data, b’analoġija ma’ dak li hu previst għall-koeffiċjenti korrettivi applikabbli fi ħdan il-Komunità għall-pagi u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-ewwel Artikolu

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għall-ħlas tal-uffiċjali, aġenti temporanji u aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jservu fil-pajjiżi terzi mħallsa fil-munita tal-pajjiż tax-xogħol għandhom ikunu kif jidhru fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta’ dawn ir-rimunerazzjonijiet huma stabbiliti f’konformità mal-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu mad-data indikata fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 2

1.   L-istituzzjonijiet għandhom iħallsu arretrati fil-każ ta’ żieda tal-pagi minħabba l-koeffiċjenti korrettivi stipulati fl-Anness.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti retroattivi negattivi fuq ir-rimunerazzjoni fl-eventwalità ta’ tnaqqis bħala riżultat tal-koeffiċjenti korrettivi muri fl-Anness, għall-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2008 u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

L-aġġustamenti retroattivi li jinvolvu ħlas lura ta’ pagamenti żejda għandhom ikunu limitati għal perjodu ta’ sitt xhur qabel id-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-ħlas lura jitqassam fuq perjodu ta’ mhux aktar minn tnax il-xahar mill-istess data.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BILDT


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(2)  ĠU L 172, 2.7.2008, p. 1.


ANNESS

 

PAJJIŻ ASSENJAT

Koeffiċjenti korrettivi

Lulju 2008

 (*)

L-Afganistan

0

 

L-Afrika ta’ Isfel

46,9

 

L-Albanija

78,5

 

L-Alġerija

87,5

 

L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

71,1

 

L-Angola

112,8

 

L-Arabja Sawdita

79,1

 

L-Arġentina

54,7

 

L-Armenja

71,1

 

L-Awstralja

108,5

 

L-Ażerbajġan

72,9

 

Il-Bangladexx

45,4

 

Barbados

105,5

 

Il-Belarus

62,7

 

Benin

92,9

 

Il-Bolivja

49,5

 

Il-Bożnja u Ħerzegovina (Sarajevo)

78,6

 

Il-Bożnja u Ħerzegovina (Banja Luka)

62,7

 

Il-Botswana

46

 

Il-Brażil

95,5

 

Il-Burkina Faso

96,5

 (*)

Il-Burundi

0

 

Il-Kambodja

62,7

 

Il-Kamerun

109,7

 

Il-Kanada

78,9

 

Cape Verde

74,4

 

Iċ-Ċilì

57,7

 

Iċ-Ċina

74,6

 

Ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża

103,1

 

Il-Kolombja

79,2

 

Il-Kongo (Brazzaville)

129,1

 

Il-Korea ta’ Isfel

90,7

 

Il-Kosta Rika

68,7

 

Il-Kosta tal-Avorju

99,9

 

Il-Kroazja

106,3

 

Kuba

73,5

 

Id-Djibouti

85,4

 

L-Eġittu

33,8

 

El Salvador

63,6

 

Ekwador

57,9

 

L-Eritrea

41,9

 

L-Istati Uniti (New York)

91,5

 

L-Istati Uniti (Washington)

85

 

L-Etjopja

77,8

 

Il-Gabon

110,4

 

Il-Gambja

70,3

 

Il-Ġeorġja

99,7

 

Il-Ghana

54,3

 

Il-Gwatemala

70,7

 

Il-Ginea (Conakry)

55,7

 

Il-Ginea-Bissaw

114,6

 

Gujana

53,5

 

Haiti

104,2

 

Il-Ħonduras

60,3

 

Ħong Kong

83,4

 

Il-Gżejjer Fiġi

72,2

 

Il-Gżejjer Salomon

85,6

 

L-Indja

50,9

 

L-Indoneżja (Banda Aceh)

49,5

 

L-Indoneżja (Jakarta)

69,1

 (*)

L-Iraq

0

 

L-Iżrael

118,9

 

Il-Ġamajka

86,1

 

Il-Ġappun (Tokyo)

105

 

Il-Ġordan

70

 

Il-Każakstan (Almaty)

75,6

 

Il-Każakstan (Astana)

71

 

Il-Kenja

73,8

 

Il-Kirgistan

86,7

 

Kosovo (Pristina)

57,5

 

Il-Laos

77,6

 

Lésotho

47,3

 

Il-Libanu

80

 (*)

Il-Liberja

0

 

Il-Madagaskar

84,2

 

Il-Malasja

65,8

 

Il-Malawi

63,6

 

Il-Mali

83,5

 

Il-Marokk

86,9

 

Il-Mauritius

72,6

 

Il-Mawritanja

61,2

 

Il-Messiku

69,7

 

Ir-Repubblika tal-Moldavja

67,1

 

Il-Montenegro

68,9

 

Il-Możambik

71,9

 

In-Namibja

57,5

 

In-Nepal

66

 

In-Nikaragwa

46,2

 

In-Niġer

85,7

 

In-Niġerja

93

 

In-Norveġja

131,2

 

Il-Kaledonja Ġdida

140,4

 

New Zealand

89,8

 

L-Uganda

69,9

 

L-Użbekistan

45,4

 

Il-Pakistan

43,9

 

Il-Panama

52,2

 

Il-Papwa-Ginea l-Ġdida

73,5

 

Il-Paragwaj

83,6

 

Il-Perù

67,4

 

Il-Filippini

61

 

Ir-Repubblika Afrikana Ċentrali

113,1

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (Kinshasa)

112,3

 

Ir-Repubblika Dominikana

58,2

 

Ir-Russja

121,8

 

Ir-Rwanda

82,7

 

Is-Samoa

65,5

 

Is-Senegal

88,1

 

Serbie (Belgrade)

73,9

 

Sierra Leone

68,9

 

Singapor

95,8

 

Is-Sudan

50

 

Sri Lanka

58,1

 

Sud-Soudan (Juba)

87,6

 

L-Iżvizzera (Ġinevra)

112,2

 

L-Iżvizzera (Ġinevra)

108

 

Is-Surinam

39,7

 

Is-Sważiland

46,4

 

Is-Sirja

66,8

 

It-Taġikistan

61,2

 

It-Tajwan

77,3

 

It-Tanzanija

61,4

 

Iċ-Chad

129,3

 

It-Tajlandja

52,4

 

It-Timor tal-Lvant

56,6

 

It-Togo

87

 

It-Tonga

85

 

Trinidad u Tobago

61,6

 

It-Tuniżija

68,7

 

It-Turkija

80,7

 

L-Ukraina

109,4

 

L-Urugwaj

73,2

 

Il-Vanwatu

105,6

 

Il-Veneżwela

61

 

Il-Vjetnam

40,2

 

Il-Jemen

57

 

Iż-Żambja

63,2

 (*)

Iż-Żimbabwe

0


(*)  Mhux disponibbli


14.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/8


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 614/2009

tas-7 ta’ Lulju 2009

dwar is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 26, 87, 88, 89, 132, 133 u 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2783/75 tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (2) ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, dan ir-Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

L-ovalbumin, li mhix inkluża fl-Anness I għat-Trattat, mhix suġġetta għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet agrarji tat-Trattat, filwaqt li l-isfar tal-bajd huwa.

(3)

Minn dan tirriżulta sitwazzjoni li tista’ taffettwa ħażin l-effiċjenza tal-politika agrikola komuni fis-settur tal-bajd.

(4)

Biex tinkiseb soluzzjoni bbilanċjata, trid titwaqqaf sistema ta’ kummerċ komuni għall-ovalbumin li tkun tikkorrispondi ma’ dik imwaqqfa għall-bajd. Huwa meħtieġ li l-applikazzjoni ta’ din is-sistema tiġi estiża għal-lactalbumin, minħabba l-fatt li dan tal-aħħar tista’, ħafna drabi, tiġi ssostitwita bl-ovalbumin.

(5)

B’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (4), ġiet stabbilita sistema waħda fis-suq għall-bajd fil-Komunità.

(6)

Is-sistema tal-kummerċ li tintuża’ għall-albumini għandha ssegwi s-sistema li hemm fis-seħħ għall-bajd, minħabba d-dipendenza tal-prodotti tal-ewwel fuq tal-aħħar.

(7)

Taħt in-negozjati ta’ kummerċ multilaterali tar-Round tal-Urugwaj, il-Komunità nnegozjat diversi ftehim. Bosta minn dawn il-ftehim għandhom x’jaqsmu mal-agrikoltura, b’mod partikolari mal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (5).

(8)

Il-Ftehim dwar l-Agrikoltura jeħtieġ it-tneħħija ta’ taxxi varjabbli fuq l-importazzjoni u tal-miżuri oħra u ħlasijiet fuq l-importazzjoni. Ir-rati ta’ dazji doganali applikabbli għal prodotti agrikoli skont il-Ftehim dwar l-Agrikoltura għandhom jiġu stabbiliti fit-Tariffa Doganali Komuni.

(9)

Il-prezzijiet tal-ovalbumin normalment isegwu l-prezzijiet tal-bajd, li jkunu differenti fil-Komunità u fis-suq dinji. Il-prezz tal-bajd m’huwiex l-uniku fattur minbarra l-ispejjeż għall-ipproċessar li jaffettwaw il-prezz tal-albumina fis-suq dinji. 1 Sabiex jinżamm livell minimu ta’ ħarsien kontra l-effetti negattivi fuq is-suq bħala konsegwenza tal-ħlas ta’ tariffi, il-Ftehim dwar l-Agrikoltura tippermetti l-applikazzjoni ta’ dazji doganali addizjonali taħt kondizzjonijiet definiti b’mod preċiż, iżda biss għal prodotti suġġetti għall-ħlas ta’ tariffi.

(10)

Il-Ftehim dwar l-Agrikoltura jipprovdi għal serje ta’ kwoti tariffarji taħt arranġamenti għall-aċċess kurrenti u minimu. Il-kondizzjonijiet applikabbli għal dawn il-kwoti huma stabbiliti fid-dettall fil-Ftehim dwar l-Agrikoltura. Minħabba n-numru kbir ta’ kwoti u sabiex jiġi assigurat li jkunu implimentati b’mod effettiv kemm jista’ jkun, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ftuħ u għall-amministrazzjoni tagħhom bl-użu tal-proċedura tal-kumitat tal-amministrazzjoni.

(11)

Bis-saħħa tar-relazzjoni ekonomika mill-qrib li teżisti bejn id-diversi prodotti tal-bajd, jeħtieġ li jsir provvediment dwar il-possibbiltà li jiġu adottati, fil-każ tal-ovalbumin u l-lactalbumin, l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni li jkunu jikkorrispondu safejn ikun possibbli mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni stabbiliti għall-prodotti msemmija fil-punt (s) tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(12)

Fl-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd, l-esklużjoni minn rikors għall-arranġamenti għat-traffiku ta’ proċessar intern jaqa’ esklussivament fil-kompetenza tal-Kunsill. Fil-kondizzjonijiet ekonomiċi li joriġinaw taħt il-Ftehim dwar l-Agrikoltura, jista’ jinħass neċessarju li wieħed jirreaġixxi malajr għal problemi tas-suq li joriġinaw mill-applikazzjoni tal-arranġamenti msemmija. F’dak ir-rigward il-kompetenza għandha tingħata lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri urġenti li huma limitati fiż-żmien,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPTIOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

Kemm-il darba dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati ta’ dazju fit-Tariffa Doganali Komuni għandhom japplikaw għall-prodotti li ġejjin:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

3502

Albumini (inklużi konċentrati ta’ żewġ proteini tax-xorrox jew iktar, li jikkontjenu skont il-piż iktar minn 80 % proteini tax-xorrox, ikkalkulati fuq materja niexfa), albuminati u derivati oħrajn tal-albumina:

– Albumina tal-bajd:

ex 3502 11

– – Niexfa:

3502 11 90

Oħrajn (minbarra mhux xieraq, jew li għandu jsir mhux xieraq għall-konsum mill-bniedem)

ex 3502 19

– – Oħrajn:

3502 19 90

Oħrajn (minbarra mhux xieraq, jew li għandu jsir mhux xieraq għall-konsum mill-bniedem)

ex 3502 20

– Albumina tal-ħalib, inklużi konċentrati ta’ żewġ proteini tax-xorrox jew iktar:

– – Minbarra (mhux xieraq, jew li għandu jsir mhux xieraq għall-konsum mill-bniedem)

3502 20 91

– – – Niexfa (per eżempju f’folji, qxur, biċċiet irqaq, trab)

3502 20 99

– – – Oħrajn

KAPITOLU II

KUMMERĊ MA’ PAJJIŻI TERZI

Artikolu 2

1.   Importazzjonijiet fil-Komunità ta’ kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 1 jistgħu jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenza ta’ importazzjoni.

2.   Liċenzji ta’ importazzjoni għandhom jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta’ stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni tal-Artikoli 4.

3.   Liċenzji ta’ importazzjoni għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha. Tali liċenzji għandhom jinħarġu suġġetti għat-tfigħ ta’ garanzija ta’ sigurtà li l-prodotti huma impurtati matul terminu ta’ validità tal-liċenzja; għajr f’każijiet ta’ force majeure, is-sigurtà titneħħa fit-total jew f’parti jekk l-importazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu.

4.   It-terminu tal-validita tal-liċenzi ta’ importazzjoni u regoli dettaljati oħra għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandhom ikunu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 3

1.   Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta’ wieħed jew aktar minn dawn il-prodotti bir-rata ta’ dazju stipulatafit-Tariffa Doganali Komuni għandhom ikunu suġġetti għal pagament ta’ dazju fuq l-importazzjoni addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li ser jiddisturbaw is-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jistgħu ma jkunux proporzjonati mal-għan maħsub.

2.   Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista’ jkun impost għandhom ikunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Il-volumi tal-bidu li għandhom jinqabżu għal imposta ta’ dazju ta’ importazzjoni addizzjonali għandhom ikunu stabbiliti partikolarment abbażi ta’ importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta’ qabel is-sena li fiha l-effetti avversi msemmija fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu.

3.   Il-prezzijiet ta’ importazzjoni li għandhom jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ dazju ta’ importazzjoni addizzjonali għandhom ikunu deċiżi abbażi tal-prezz ta’ importazzjoni cif tal-kunsinna in kwistjoni.

Il-prezz ta’ importazzjoni cif ikun ivverifikat għal dan l-iskop abbażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott fis-suq dinji jew fis-suq ta’ importazzjoni tal-Komunità għal dak il-prodott.

4.   Il-Kummissjoni għandha taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3 skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment:

(a)

il-prodotti li magħhom għandu jkun applikat dazju ta’ importazzjoni addizzjonali taħt it-termini tal-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura;

(b)

il-kriterja l-oħra meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura.

Artikolu 4

1.   Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi fil-qafas tar-Round tal-Urugwaj tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali għandhom ikunu miftuħa u amministrati skont ir-regoli dettaljati adottati taħt il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

2.   Il-kwoti għandhom ikunu amministrati bl-applikazzjoni ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin jew b’għaqda tagħhom:

(a)

il-metodu bbażat fuq ordni kronoloġika tal-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet (il-prinċipju tal-ewwel li jidħlu, l-ewwel li jinqdew);

(b)

il-metodu tad-distribuzzjoni fi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba meta kienu ppreżentati l-applikazzjonijiet (bl-użu tal-metodu tal-eżami simultanju);

(c)

il-metodu bbażat fuq it-teħid in konsiderazzjoni tal-mudelli tal-kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-metodu tal-wasliet tradizzjonali/ġodda).

Metodi adegwati oħra jistgħu jkunu adottati.

Dawn iridu jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi kkonċernati.

3.   Fejn ikun meħtieġ, il-metodu ta’ amministrazzjoni għandu jikkunsidra l-bżonnijiet tal-provvista tas-suq tal-Komunità kif ukoll il-bżonn li dan iżomm l-ekwilibriju tiegħu u dan jista’ jkun ibbażat fuq metodi li kienu diġà użati fil-passat għal kwoti simili għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li jkun ġejjin mill-ftehimiet milħuqa matul ir-Round tal-Urugwaj ta’ negozjati kummerċjali multilaterali.

4.   Ir-regoli dettaljati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu għal kwoti annwali, imqassma kif imiss matul is-sena, jekk ikun hemm bżonn jinfetħu u fejn xieraq għal:

(a)

garanziji li jkopru n-natura, l-provenjenza u l-oriġini tal-prodott;

(b)

għarfien tad-dokument użat għall-verifika tal-garanziji msemmija fil-punt (a); u

(c)

kondizzjonijiet taħt liema l-liċenzji ta’ importazzjoni jinħarġu u t-terminu tal-validità tagħhom.

Artikolu 5

Fejn il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità jogħlew b’mod sinifikattiv u fejn dik is-sitwazzjoni hemm ċans li tkompli, u b’hekk tiddisturba jew thedded li tiddisturba dak is-suq, miżuri xierqa jistgħu jittieħdu.

Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skont il-proċedura tal-votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat għandu, jekk ikun meħtieġ, jaddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 6

Fil-każ tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1, jistgħu jiġu addottati standards tal-kummerċjalizzazzjoni li, suġġett għall-ħtieġa li jitqiesu l-karatteristiċi ta’ dawn il-prodotti, għandhom ikunu jikkorrispondu għall-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni previsti fl-Artikolu 116 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-prodotti elenkati fil-Parti XIX tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament. B’mod partikolari, l-istandards jistgħu jkunu relatati mal-għoti ta’ grad skont il-kwalità, l-ippakkjar, il-ħażna, it-trasport, il-preżentazzjoni u l-immarkar.

L-istandards, l-ambitu tagħhom u r-regoli għall-applikazzjoni tagħhom għandhom jiġu adottati mill-Kunsill waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mressqa mill-Kummissjoni.

Artikolu 7

1.   Safejn hu meħtieġ għall-ħidma tajba tal-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd u dan ir-Regolament, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ votazzjoni stipulata fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’, f’każijiet speċjali, jipprojbixxi fit-total jew f’parti l-użu ta’ arranġamenti ta’ pproċessar ’il ġewwa fir-rigward ta’ prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament li huma maħsuba għall-manifattura tal-prodotti mniżżla f’dak l-Artikolu.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tinqala’ b’urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità jkun disturbat jew jista’ jkun iddisturbat minn arranġamenti ta’ pproċessar ’il ġewwa, il-Kummissjoni, fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, għandha tiddeċiedi fuq il-miżuri meħtieġa. Il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom ikun mgħarrfa b’tali miżuri, li għandhom ikunu validi għal mhux aktar minn sitt xhur u għandhom ikunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba mingħand Stat Membru, din għandha tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba.

3.   Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jikkonferma, jemenda jew iħassar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imħassra.

Artikolu 8

1.   Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament. In-nomenklatura tariffarja li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni.

2.   Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament jew f’dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej għandu jkun ipprojbit fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi:

(a)

li jkollu jitħallas kwalunkwe ħlas li jkollu effett ekwivalenti għal dazju doganali;

(b)

l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha effett ekwivalenti.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 9

Il-prodotti speċifikati fl-Artikolu 1 li jkunu mmanifatturati jew miksuba minn prodotti li għalihom ma japplikawx l-Artikoli 23(2) u 24 tat-Trattat m’għandhomx ikunu aċċettati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità.

Artikolu 10

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jgħarrfu lil xulxin dwar l-informazzjoni neċessarja għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għandhom jiġu adottati regoli għall-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ din l-informazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 11

Ir-Regolament (KEE) Nru 2783/75 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness II.

Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BORG


(1)  Opinjoni tat-13 ta’ Jannar 2009 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 104.

(3)  Ara l-Anness I.

(4)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS I

REGOLAMENT IMĦASSAR FLIMKIEN MA’ LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI TIEGĦU

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75

(OV L 282, 1.11.1975., 104. lpp)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4001/87

(ĠU L 377, 31.12.1987, p. 44)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3290/94

(ĠU L 349, 31.12.1994, p. 105)

Parti B tal-Anness XII biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95

(ĠU L 305, 19.12.1995, p. 49)

Punt 6 tal-Artikolu 1 biss


ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KEE) Nru 2783/75

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(4)

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(2), formulazzjoni tal-bidu

Artikolu 4(2), formulazzjoni tal-bidu

Artikolu 4(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż

Artikolu 4(2), punti (a), (b) u (c)

Artikolu 4(3) u (4)

Artikolu 4(3) u (4)

Artikoli 5 sa 7

Artikoli 5 sa 7

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(2), formulazzjoni tal-bidu

Artikolu 8(2), formulazzjoni tal-bidu

Artikolu 8(2), l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 8(2), punti (a) u (b)

Artikoli 9 u 10

Artikoli 9 u 10

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 11

Artikolu 12

Anness

Anness I

Anness II


14.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 615/2009

tat-13 ta’ Lulju 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

35,0

ZZ

35,0

0707 00 05

TR

102,6

ZZ

102,6

0709 90 70

TR

103,0

ZZ

103,0

0805 50 10

AR

61,1

TR

53,0

ZA

66,7

ZZ

60,3

0808 10 80

AR

80,2

BR

76,0

CL

83,0

CN

91,0

NZ

97,1

US

99,3

ZA

83,8

ZZ

87,2

0808 20 50

AR

74,9

CL

85,2

NZ

87,2

ZA

104,7

ZZ

88,0

0809 10 00

HR

90,0

TR

200,7

XS

103,5

ZZ

131,4

0809 20 95

TR

276,4

ZZ

276,4

0809 30

TR

134,2

ZZ

134,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


14.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 616/2009

tat-13 ta’ Lulju 2009

li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE dwar l-approvazzjoni ta’ kompartimenti għat-tjur u ta’ kompartimenti ta’ għasafar tal-gaġġa oħrajn fir-rigward tal-influwenza avjarja u miżuri ta’ bijosikurezza preventivi addizzjonali f’kompartimenti simili

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3, u l-Artikoli 34(4) u 63(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-2004, l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (l-OIE) introduċiet kunċett ta’ kompartimentalizzazzjoni fil-kapitlu dwar it-tqassim ta’ territorju f’żoni u r-reġjonalizzazzjoni tal-Kodiċi dwar is-Saħħa tal-Annimali Terrestri (2) (“il-Kodiċi”).

(2)

Fil-Kapitolu 4.3, il-Kodiċi jiddeskrivi t-tqassim ta’ territorju f’żoni u l-kompartimentalizzazzjoni bħala “proċeduri implimentati minn pajjiż skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu bil-ħsieb li jiddefinixxu subpopolazzjonijiet ta’ status ta’ saħħa differenti fi ħdan it-territorju tiegħu minħabba finijiet marbuta mal-kontroll tal-mard u/jew ma’ kummerċ internazzjonali.” Għalkemm il-kunsiderazzjonijiet ta’ spazju u ġestjoni tajba għandhom sehem kbir fl-applikazzjoni taż-żewġ kunċetti, it-tqassim ta’ territorju f’żoni japplika għal subpopolazzjoni ta’ annimali ddefinita primarjament fuq bażi ġeografika (b’referenza għal fruntieri naturali, artifiċjali u legali), filwaqt li l-kompartimentalizzazzjoni tapplika għal subpopolazzjoni ta’ annimali ddefinita primarjament bil-prattiki tal-ġestjoni u t-trobbija tal-annimali marbuta mal-bijosikurezza.

(3)

Barra minn dan, il-Kapitolu 4.4 dwar l-applikazzjoni tal-kompartimentalizzazzjoni jipprovdi qafas strutturat għall-applikazzjoni u r-rikonoxximent tal-kompartimenti fil-pajjiżi. Kompartiment jista’ jkun magħmul minn bosta stabbilimenti u jista’ jiġi approvat għal mard/a partikolari tal-annimali, imsejjes fuq pjan ta’ bijosikurezza dettaljat u dokumentat imfassal u implimentat għall-mard/a ikkonċernat/a. L-approvazzjoni inizjali ta’ kompartiment preferibbilment għandha ssir f’pajjiż, territorju jew żona ħelsin mill-mard, qabel ma jkun hemm tifqigħa tal-mard/a speċfiku/a. Dan hu partikolarment importanti fil-każ ta’ mard li jittieħed faċilment, bħalma hi l-influwenza avjarja patoġenika. Fil-każ ta’ tifqigħa, il-kompartimentalizzazzjoni tista’ tintuża biex ikun iffaċilitat il-kummerċ.

(4)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija ġdida dwar Saħħet l-Annimali għall-Unjoni Ewropea (2007-2013) fejn “Il-prevenzjoni hija aqwa mill-kura” (3) (“l-istrateġija ġdida dwar saħħet l-annimali”) tipprovdi direzzjoni għall-iżvilupp ta’ politika dwar saħħet l-annimali għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013. L-istrateġija ġdida dwar saħħet l-annimali għandha l-għan li tenfasizza miżuri ta’ prekawzjoni, ta’ sorveljanza tal-mard, ta’ kontrolli u ta’ riċerka, sabiex tnaqqas l-inċidenza ta’ mard tal-annimali u timminimizza l-impatt ta’ tifqigħat meta dawn iseħħu.

(5)

Il-bijosikurezza għandha importanza kbira fl-istrateġija l-ġdida dwar saħħet l-annimali. Barra minn dan, il-kompartimentalizzazzjoni għandha tinkoraġġixxi lill-bdiewa fil-Komunità biex japplikaw miżuri ta’ bijosikurezza minħabba li l-kompartimentalizzazzjoni tiffaċilita kummerċ sikur b’mod li twassal vantaġġi ċari lill-bdiewa filwaqt li, fl-istess ħin, tilqa’ kontra l-mard tal-annimali.

(6)

F’dak ir-rigward, dan ir-Regolament għandu jistipula r-regoli għall-approvazzjoni, is-sospensjoni u l-irtirar tal-approvazzjoni tal-kompartimenti fir-rigward tal-influwenza avjarja. Regoli bħal dawn għandhom iqisu l-Kodiċi bil-għan ta’ approċċ konsistenti fil-ġlieda kontra t-tixrid tal-influwenza avjarja filwaqt li jqisu l-istatus differenti ta’ saħħa tal-kompartimenti approvati.

(7)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tistipula ċerti miżuri preventivi dwar is-sorveljanza u l-iskoperta bikrija tal-influwenza avjarja u l-miżuri minimi ta’ kontroll u r-restrizzjonijiet fuq il-moviment li għandhom jiġu applikati fil-każ li din il-marda tfaqqa’ fit-tjur jew f’għasafar tal-gaġġa oħrajn. Uħud minn dawk il-miżuri jridu jiġu applikati fil-kompartimenti tat-tjur jew f’kompartimenti ta’ għasafar tal-gaġġa oħrajn, kif imfisser f’dik id-Direttiva.

(8)

Id-Direttiva 2005/94/KE tipprovdi definizzjoni ta’ kompartimenti tat-tjur u ta’ kompartimenti ta’ għasafar tal-gaġġa oħrajn u tistipula wkoll li miżuri addizzjonali ta’ bijosikurezza jistgħu jiġu applikati f’dawk il-kompartimenti sabiex jilqgħu kontra t-tifrix tal-influwenza avjarja.

(9)

Id-Direttiva 2005/94/KE tistipula li l-Istati Membri għandhom iwettqu programmi ta’ sorveljanza sabiex jindunaw bil-prevalenza ta’ infezzjonijiet bis-subtipi tal-virus tal-influwenza avjarja H5 u H7 fi speċijiet ta’ tajr differenti. Għal dak il-għan, programmi mandatorji ta’ sorveljanza għall-influwenza avjarja huma approvati ta’ kull sena mill-Istati Membri. L-approvazzjoni tal-kompartimenti fi Stat Membru għandha, għaldaqstant, tkun suġġetta għall-approvazzjoni tal-programm nazzjonali ta’ sorveljanza tal-Istat Membru kkonċernat.

(10)

Id-Deċiżjoni 2006/437/KE tal-4 ta’ Awwissu 2006 li tapprova Manwal Dijanjostiku għall-influwenza tat-tjur kif previst fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4) tistabbilixxi l-proċeduri dijanjostiċi, il-metodi tal-kampjunar u l-kriterji għall-valutazzjoni tar-riżultati tat-testijiet fil-laboratorju għall-konferma ta’ tifqigħa tal-influwenza avjarja. Għall-finijiet ta’ konsistenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja f’dan il-qasam, dawk il-proċeduri u metodi għandhom jiġu segwiti fil-qafas ta’ kompartiment.

(11)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ proċeduri b’mezzi elettroniċi bejn l-Istati Membri, u biex tkun żgurata t-trasparenza u li kollox jinftiehem sewwa, huwa importanti li l-informazzjoni dwar il-kompartimenti approvati, u dwar kwalunkwe ħruġ, sospensjoni jew irtirar ta’ approvazzjoni tkun disponibbli bl-aktar mod effiċjenti madwar il-Komunità. L-Istati Membri għandhom, għaldaqstant, jistabbilixxu l-paġni ta’ informazzjoni fuq l-Internet li jkun fihom tali informazzjoni, u l-websajt tal-Kummissjoni għandha turi l-links għal dawn il-paġni.

(12)

Il-miżuri li hemm f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

IS-SUĠĠETT, L-AMBITU U D-DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli għall-approvazzjoni min-naħa tal-Istati Membri ta’ kompartimenti tat-tjur u ta’ kompartimenti ta’ għasafar oħrajn tal-gaġġa, b’rabta mal-influwenza avjarja (minn issa ‘l quddiem “il-kompartimenti”), u jipprovdi għal miżuri addizzjonali ta’ bijosikurezza biex jiġu implimentati f’kompartimenti bħal dawn biex jingħatalhom status ta’ saħħa differenti fir-rigward tal-influwenza avjarja.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“il-pjan ta’ bijosikurezza” tfisser il-miżuri kollha ta’ bijosikurezza li qegħdin jiġu implimentati fil-livell tal-istabbiliment;

2.

“is-sistema komuni tal-ġestjoni tal-bijosikurezza” tfisser:

(a)

ir-regoli komuni li jirregolaw il-funzjonament tal-kompartiment; u

(b)

il-miżuri inġenerali marbuta mal-bijosikurezza fl-istabbilimenti kollha li jiffurmaw il-kompartiment, skont il-pjanijiet ta’ bijosikurezza tagħhom;

3.

“il-maniġer tal-kompartiment” tfisser il-persuna li hija formalment responsabbli mill-kompartiment, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 3, 4 u 5, u li jinkludi x-xogħol ta’:

(a)

sorveljanza tal-azzjonijiet kollha mwettqa fil-kompartiment b’rabta mas-sistema komuni tal-ġestjoni tal-bijosikurezza, partikolarment għall-implimentazzjoni u s-sorveljanza ta’ dik is-sistema,

(b)

is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ bijosikurezza tal-istabbilimenti min-naħa tas-sidien tat-tjur jew ta’ għasafar oħrajn tal-gaġġa jew ta’ dawk li jieħdu ħsiebhom; u

(c)

iżomm kuntatt mal-awtorità kompetenti;

4.

“stabbiliment tal-ħruġ” tirreferi għall-istabbiliment li minnu jkunu se jinħarġu ‘l barra mill-kompartiment tjur u għasafar oħrajn tal-gaġġa, kif ukoll flieles li jkunu faqqsu l-ġurnata ta’ qabel jew bajd tat-tfaqqis jew inkella għall-ikel (minn hawn ‘il quddiem “il-prodotti”;

5.

“l-istabbiliment ta’ min jissupplixxi” tirreferri għall-istabbiliment li minnu l-prodotti jkunu se jinħarġu mill-istabbiliment tal-ħruġ jew stabbiliment ieħor fi ħdan il-kompartiment;

6.

“il-partijiet kollha involuti” tfisser il-maniġers tal-kompartiment, operaturi tan-negozju inklużi l-operaturi tan-negozju tal-ikel u tal-għalf, kif imfisser fl-Artikolu 3(3) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), sidien tal-annimali jew min jieħu ħsiebhom, produtturi tal-farmaċewtika, jew industriji oħra li jwasslu l-prodotti fil-kompartiment jew li jipprovdu servizzi għalih.

KAPITOLU II

L-APPROVAZJONI TAL-KOMPARTIMENTI

Artikolu 3

L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tal-kompartimenti

1.   L-applikazzjonijiet volontarji għall-approvazzjoni tal-kompartimenti (minn issa ‘l quddiem imsejħa “l-applikazzjonijiet”) għandhom jitressqu lill-awtorità kompetenti mill-maniġer tal-kompartiment.

2.   L-applikazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem tal-maniġer tal-kompartiment, il-kwalifiki u l-pożizzjoni tiegħu jew tagħha, id-dettalji tal-kuntatt u l-indirizz tal-kompartiment;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-kompartiment, kif prevista fil-Parti 1 tal-Anness;

(c)

deskrizzjoni tas-sistema komuni tal-ġestjoni tal-bijosikurezza u tal-pjanijiet tal-bijosikurezza tal-istabbiliment li jiffurmaw il-kompartiment, kif previst fil-Parti 2 tal-Anness;

(d)

informazzjoni dettaljata dwar il-miżuri, il-kriterji u r-rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza tal-mard, partikolarment il-protezzjoni speċifika kontra l-influwenza avjarja u s-sorveljanza tagħha, kif previst fil-Parti 3 tal-Anness.

Artikolu 4

Il-ħruġ tal-approvazzjoni tal-kompartimenti

1.   L-approvazzjoni inizjali ta’ kompartiment għandha tinħareġ biss mill-awtorità kompetenti għall-kompartimenti li jinsabu fit-territorju, jew f’parti mit-territorju ta’ Stat Membru, fejn ma japplikaw ebda restrizzjonijiet fir-rigward tal-influwenza avjarja, u dan b’konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja.

L-approvazzjoni inizjali ta’ kompartiment għandha tinħareġ biss fi Stat Membru fejn ikun ġie approvat il-programm nazzjonali ta’ sorveljanza biex wieħed jinduna bil-prevalenza ta’ infezzjonijiet bis-subtipi tal-virus tal-influwenza avjarja H5 and H7 fi speċijiet ta’ tajr differenti.

2.   Qabel ma toħroġ approvazzjoni għal kompartiment, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li fil-kompartiment:

(a)

tkun ittieħdet azzjoni għall-protezzjoni speċifika kontra l-influwenza avjarja u għas-sorveljanza tagħha għal perjodu ta’ mill-inqas sitt xhur qabel id-data tal-applikazzjoni, kif mitlub fil-Parti 3 tal-Anness (inkluż tal-inqas proċedura waħda tal-ittestjar kif mitlub fil-punt 4 tal-Parti 3 tal-Anness), u li ma tkunx instabet preżenza tal-influwenza avjarja fl-istabbilimenti li jiffurmaw il-kompartiment tul dak il-perjodu;

(b)

fejn hu l-każ, il-pjanijiet għat-titqib ikunu saru skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja;

(c)

l-informazzjoni mressqa skont l-Artikolu 3(2) hija kompleta u preċiża;

(d)

tkun ġiet implimentata sistema komuni tal-ġestjoni tal-bijosikurezza, kif stipulat fil-punt 1 tal-Parti 2 tal-Anness, u din tkun uriet li hi biżżejjed biex tiżgura status ta’ saħħa differenti fir-rigward tal-influwenza avjarja għall-popolazzjoni tat-tjur u ta’ għasafar tal-gaġġa oħrajn tal-kompartiment;

(e)

ikun sar kontroll uffiċjali fuq is-sit li jkollu riżultati favorevoli fir-rigward tal-punti (a) sal-punt (d).

3.   Il-kompartiment għandu jkollu isem wieħed biss u għandu jinħariġlu numru wieħed biss ta’ approvazzjoni.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li wara l-ħruġ tal-approvazzjoni ta’ kompartiment, dan ikun elenkat minnufih fil-lista ta’ kompartimenti approvati fuq il-paġna tal-informazzjoni fuq l-Internet prevista fl-Artikolu 9(1) b’informazzjoni dettaljata b’rabta ma’ fejn jinsabu l-istabbilimenti li jiffurmaw il-kompartiment u jekk dawn humiex stabbilimenti ta’ ħruġ jew inkella ta’ min jissupplixxi (“lista ta’ kompartimenti approvati”).

KAPITOLU III

IL-KUNDIZZJONIJIET GĦAŻ-ŻAMMA TAL-APPROVAZZJONI TAL-KOMPARTIMENTI

Artikolu 5

Ir-responsabbiltajiet u d-dmirijiet tal-maniġer tal-kompartiment

Wara li tinħareġ l-approvazzjoni ta’ kompartiment, il-maniġer tal-kompartiment għandu:

1.

isegwi u jissorvelja l-kompartiment sabiex jiżgura li dan jibqa’ konformi mal-informazzjoni mressqa skont l-Artikolu 3(2) u l-kriterji u r-rekwiżiti stipulati fl-Anness; b’mod partikolari, din l-informazzjoni għandha tinżamm aġġornata u għandha tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti meta din titlobha;

2.

jiżgura li l-attivitajiet marbuta mas-sorveljanza tal-marda, b’mod partikolari s-sorveljanza għall-influwenza avjarja, isiru skont is-sistema komuni tal-ġestjoni ta’ bijosikurezza u skont kull pjan ta’ bijosikurezza tal-istabbilimenti li jiffurmaw il-kompartiment, u li:

(a)

ikun hemm fis-seħħ sistema ta’ twissija minn kmieni ta’ meta wieħed jinduna bil-preżenza tal-influwenza avjarja; kif ukoll kampjunar u testijiet dijanjostiċi mwettqa skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/437/KE u l-Parti 3 tal-Anness għal dan ir-Regolament;

(b)

il-pjanijiet ta’ sorveljanza kif stipulati fil-punt 4 tal-Parti 3 ikunu aġġornati fil-każ tal-identifikazzjoni ta’ riskju ogħla ta’ bidu tal-influwenza avjarja;

(c)

it-testijiet dijanjostiċi kollha tal-influwenza avjarja jsiru f’laboratorji approvati uffiċjalment għal dak il-għan mill-awtorità kompetenti; l-informazzjoni dwar is-sorveljanza flimkien mar-riżultati jkunu disponibbli għall-awtorità kompetenti;

(d)

kwalunkwe riżultat inkonklużiv jew pożittiv tas-sorveljanza fil-kompartiment għandu jkun irrappurtat minnufih lill-awtorità kompetenti, u dan sabiex il-kampjuni relatati jkunu jistgħu jintbagħtu għal konferma lil-laboratorju nazzjonali ta’ referenza jew lil-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għall-influwenza avjarja;

3.

jiżgura li kwalunkwe vaċċinazzjoni applikata ssir skont is-sistema komuni tal-ġestjoni tal-bijosikurezza u ta’ kull pjan għall-bijosikurezza tal-istabbilimenti li jiffurmaw il-kompartiment, u li l-pjanijiet u l-proċeduri ta’ vaċċinazzjoni jkunu disponibbli għall-awtorità kompetenti meta din titlobhom.

4.

jorganizza l-verifiki interni u esterni regolari biex jiggarantixxi li l-miżuri kollha ta’ bijosikurezza, l-attivitajiet ta’ sorveljanza u s-sistema ta’ traċċabbiltà huma implimentati b’mod effettiv fil-kompartiment u jżomm ir-riżultati ta’ tali verifiki, inkluż ta’ dawk li jsiru fil-qafas ta’ sistema li tassigura l-kwalità, sabiex dawn ikunu disponibbli għall-awtorità kompetenti meta din titlobhom.

5.

jinforma minnufih lill-awtorità kompetenti f’każ li:

(a)

il-kompartiment ma jibqax konformi mal-informazzjoni mressqa skont l-Artikolu 3(2) jew il-kriterji u r-rekwiżiti stipulati fl-Anness;

(b)

is-sistema komuni tal-ġestjoni tal-bijosikurezza jew pjan ta’ bijosikurezza jkunu ġew emendati jew adattati għas-sitwazzjoni epidemjoloġika, inkluż meta stabbiliment jiġi miżjud jew irtirat mill-kompartiment.

Artikolu 6

Ir-responsabbiltajiet u d-dmirijiet tal-awtorità kompetenti

1.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jiġu esegwiti l-kontrolli uffiċjali tar-riskju tal-kompartimenti li jsiru fuq is-sit sabiex ikun ivverifikat jekk dawn ikunux għadhom konformi mal-informazzjoni mressqa skont l-Artikolu 3(2) u l-kriterji u r-rekwiżiti stipulati fl-Anness (“kontrolli”).

2.   Il-kontrolli għandhom isiru perjodikament abbażi:

(a)

tas-sitwazzjoni epidemjoloġika ġewwa u barra l-kompartiment, partikolarment b’rabta mal-influwenza avjarja;

(b)

l-informazzjoni li tikkonċerna kwalunkwe emendi jew adattamenti lis-sistema komuni tal-ġestjoni tal-bijosikurezza jew lill-pjanijiet ta’ bijosikurezza tal-istabbilimenti li jiffurmaw il-kompartiment, kif previst fl-Artikolu 5(5)(b).

3.   L-awtorità kompetenti tkun responsabbli minn kwalunkwe ċertifikazzjoni li tikkonferma li l-prodotti jkunu ġejjin minn kompartiment approvat.

KAPITOLU IV

IS-SOSPENSJONI JEW L-IRTIRAR TA’ APPROVAZZJONI TA’ KOMPARTIMENTI

Artikolu 7

Sospensjoni ta’ approvazzjoni ta’ kompartimenti

1.   Jekk kontroll, jew l-informazzjoni epidemjoloġika relatata mal-kompartiment jindikaw li dan ma għadux konformi mal-informazzjoni mressqa skont l-Artikolu 3(2), jew il-kriterji u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness, l-awtorità kompetenti għandha tissospendi minnufih l-approvazzjoni tal-kompartiment ikkonċernat u l-maniġer tal-kompartiment għandu jiżgura li tittieħed azzjoni fil-pront biex tiġi korretta tali nonkonformità.

2.   Wara s-sospensjoni tal-approvazzjoni ta’ kompartiment, l-awtorità kompetenti għandha tissospendi kwalunkwe ċertifikazzjoni li tikkonferma li l-prodotti jkunu ġejjin minn kompartiment approvat;

3.   Meta l-approvazzjoni ta’ kompartiment tkun ġiet sospiża, l-awtorità kompetenti ma għandhiex twaqqaf is-sospensjoni sakemm tkun ivverifikat li tkun tnediet azzjoni korrettiva fi żmien 30 jum mid-data tas-sospensjoni u li jkun sar kontroll sussegwenti b’riżultati favorevoli.

Artikolu 8

L-irtirar tal-approvazzjoni ta’ kompartimenti

1.   L-awtorità kompetenti għandha tirtira l-approvazzjoni tal-kompartiment meta, wara sospensjoni tal-kompartiment b’konformità mal-Artikolu 7(1), il-kontroll sussegwenti b’konformità mal-Artikolu 7(3) juri li:

(a)

il-kompartiment jibqa’ mhux konformi mal-informazzjoni mressqa skont l-Artikolu 3(2) jew il-kriterji u r-rekwiżiti stipulati fl-Anness; jew

(b)

tkun faqqgħet l-influwenza avjarja fil-kompartiment.

2.   Wara l-irtirar ta’ approvazzjoni ta’ kompartiment, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

twaqqaf kull ċertifikazzjoni li tivverifika li l-prodotti jkunu ġejjin minn kompartiment approvat;

(b)

tħassar l-isem tal-kompartiment mil-lista ta’ kompartimenti approvati.

3.   Wara li l-isem ta’ kompartiment jitħassar mil-lista ta’ kompartimenti approvati, dan jista’ jerġa’ jiddaħħal biss wara applikazzjoni ġdida b’konformità mal-Kapitolu II.

KAPITOLU V

PAĠNA TAL-INFORMAZZJONI FUQ L-INTERNET U D-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 9

Paġna tal-informazzjoni fuq l-Internet

1.   L-Istati Membri għandhom:

(a)

jistabbilixxu lista ta’ kompartimenti approvati bl-informazzjoni mitluba fl-Artikolu 4(3) u (4);

(b)

jistabbilixxu paġna tal-informazzjoni fuq l-Internet biex jagħmlu lista ta’ kompartimenti approvati li tkun disponibbli elettronikament;

(c)

jikkomunikaw l-indirizz tal-Internet tal-paġni tal-informazzjoni fuq l-Internet lill-Kummissjoni;

(d)

iżommu l-paġna tal-informazzjoni tagħhom fuq l-Internet aġġornata filwaqt li jqisu, mingħajr dewmien, kull approvazzjoni ġdida tal-kompartimenti, jew l-irtirar tagħha;

2.   Il-Kummissjoni għandha tgħin lill-Istati Membri biex ipoġġu din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku billi tipprovdi l-indirizz tal-Internet tal-websajt tagħha li għandha tindika l-links nazzjonali għall-paġni tal-informazzjoni fuq l-Internet.

Artikolu 10

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(2)  http://www.oie.int/eng/normes/mcode/en_sommaire.htm (Terrestrial Animal Health Code 2008).

(3)  COM 539(2007) finali.

(4)  ĠU L 237, 31.8.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


ANNESS

Il-KRITERJI U R-REKWIŻITI GĦALL-KOMPARTIMENTI

IL-PARTI 1.

Deskrizzjoni tal-kompartiment kif imsemmi fl-Artikolu 3(2)(b)

Id-deskrizzjoni tal-kompartiment, kif stipulat fl-Artikolu 3(2)(b), għandha tkun imsejsa fuq mappa (jew mapep) tas-sit tal-kompartiment li turi d-demarkazzjonijiet tiegħu, b’mod li jkun indikat b’mod preċiż il-post tal-komponenti kollha inklużi l-istabbilimenti u l-bini tagħhom, kif ukoll l-unitajiet imħaddma kollha relatati, bħalma huma l-faċilitajiet tal-ipproċessar u l-ħżin tal-għalf, u faċilitajiet oħra ta’ ħżin ta’ materjal.

Fl-applikazzjoni għandha tiġi inkluża biżżejjed informazzjoni sabiex tipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-kompartiment, b’mod partikolari:

1.

Informazzjoni dwar il-fatturi infrastrutturali u l-kontribuzzjoni tagħhom għal separazzjoni epidemjoloġika bejn it-tjur u għasafar tal-gaġġa oħrajn fil-kompartiment u popolazzjonijiet ta’ annimali bi status ta’ saħħa differenti, inkluż:

(a)

deskrizzjoni tat-tip ta’ attività u l-prodotti li joħorġu mill-kompartiment, inklużi l-kapaċitajiet kollha tal-bini u n-numru ta’ tjur u ta’ għasafar tal-gaġġa oħrajn li hemm preżenti;

(b)

flow chart li tindika fid-dettall l-attivitajiet kollha mwettqa fil-kompartiment, u r-responsabbiltajiet, ir-rwoli u l-interrelazzjonijiet tal-partijiet kollha involuti;

(c)

deskrizzjoni tal-interazzjonijiet fis-seħħ bejn l-istabbilimenti li jiffurmaw il-kompartiment, inkluża dijagramma tal-bini kollu li jindika r-rabta bejniethom;

(d)

deskrizzjoni tal-mezz tat-trasport tal-annimal u tal-prodotti ġejjin mill-annimal, ir-rotot li jittieħdu normalment, u l-postijiet fejn dawn il-mezzi jiġu maħsula kif ukoll ipparkjati.

2.

L-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-influwenza avjarja u dwar il-fatturi tar-riskju, inkluż l-elementi li ġejjin:

(a)

l-istorja epidemjoloġika tal-istabbilimenti li jiffurmaw il-kompartiment, u b’mod partikolari l-istatus ta’ saħħa tagħhom u kull informazzjoni oħra b’rabta mal-influwenza avjarja;

(b)

iċ-ċaqliq lejn, ‘il barra minn, jew inkella ġewwa l-kompartiment (‘dħul, ħruġ’), bħalma huwa ċ-ċaqliq ta’ persuni, prodotti, annimali oħrajn, prodotti ġejjin mill-annimali jew prodotti oħra li jkunu f’kuntatt mal-annimali, vetturi tat-trasport, tagħmir, għalf tal-annimali, provvista tal-ilma u drenaġġ;

(c)

il-preżenza ta’ tjur oħrajn u ta’ għasafar tal-gaġġa oħrajn fil-viċinat tal-kompartiment, inkluża d-densità (bħall-irziezet fejn issir it-trobbija jew it-tismin, irziezet fuq skala domestika, swieq, ċentri ta’ ġbir, biċċeriji, żuwijiet);

(d)

il-fatturi ta’ riskju ambjentali, bħalma huma l-kanali, il-postijiet fejn l-annimali jistrieħu jew jitħalltu b’mod naturali (inklużi r-rotot migratorji tal-għasafar selvaġġi), il-preżenza ta’ ġrieden jew annimali oħra gerriema, il-preżenza storika tal-aġent tal-influwenza avjarja fl-ambjent;

(e)

il-fatturi tar-riskju u l-passaġġi potenzjali għad-dħul u l-firxa tal-influwenza avjarja fi ħdan il-kompartiment b’konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja u/jew standards u linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (l-OIE);

(f)

is-seħħ ta’ sistema ta’ twissija minn kmieni sabiex tinforma lill-awtorità kompetenti bis-sejbiet ta’ kull fattur ta’ riskju u tal-passaġġi potenzjali kif stipulat fil-punt (e).

IL-PARTI 2.

Deskrizzjoni tas-sistema komuni tal-ġestjoni tal-bijosikurezza u tal-pjanijiet ta’ bijosikurezza, kif stipulat fl-Artikolu 3(2)(b)

1.

Is-sistema komuni tal-ġestjoni tal-bijosikurezza għandha tinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

prattiki tajbin b’rabta mal-iġjene tal-annimali;

(b)

sistema ta’ traċċabbiltà għaċ-ċaqliq kollu bejn l-istabbilimenti li jiffurmaw il-kompartiment u għad-dħul u l-ħruġ kollu; is-sistema ta’ traċċabbiltà għandha tkun dokumentata kontinwament u tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti f’kull mument;

(c)

pjan komuni ta’ analiżi tal-periklu u punti kritiċi ta’ kontroll (il-pjan HACCP);

(d)

il-pjanijiet ta’ bijosikurezza tal-istabbilimenti li jiffurmaw il-kompartiment u valutazzjoni tal-effettività tagħhom b’konformità ma’ livell ta’ riskju definit.

2.

Il-pjanijiet ta’ bijosikurezza tal-istabbilimenti fl-ambitu tas-sistema komuni tal-ġestjoni tal-bijosikurezza għandhom jinkludu tal-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

sistema ta’ implimentazzjoni dokumentata ta’ pjan tal-iġjene tal-istaff, inklużi prattiki ta’ iġjene ġenerali u speċifiċi, taħriġ ġenerali u speċifiku għall-persunal permanenti u temporanju u l-proċedura għall-kontroll ta’ dak il-pjan tal-iġjene, inkluża regola li l-persunal (i) ma jistax iżomm għandu tjur jew għasafar oħra u (ii) lanqas ma jista’ jkollu kuntatt mill-qrib mat-tjur jew għasafar oħra għajr dawk li jinsabu fil-kompartiment għal perjodu ta’ mill-inqas 72 siegħa qabel ma jidħol fl-istabbiliment; jista’ jintalab perjodu iqsar ta’ żmien fil-każ ta’ ħtieġa urġenti ta’ staff speċifiku, imma dan fl-ebda każ ma għandu jkun ta’ anqas minn 24 siegħa u l-proċedura li tnaqqas ir-riskju għandha tkun deskritta fil-pjan ta’ bijosikurezza;

(b)

il-flussi tal-prodotti u tal-persunal, deskritt f’dijagramma li turi l-bini kollu tal-istabbiliment b’livelli b’kodiċi bil-kulur tal-bijosikurezza; għandu jkun hemm barriera għall-fini tal-iġjene minn żona għal oħra, li fejn hu l-każ ikollha d-doċċo, bil-postijiet nodfa u maħmuġin separati f’kull punt ta’ dħul għall-bini;

(c)

pjan li jirregola ċ-ċaqliq ta’ kull persuna li tidħol jew li toħroġ mill-bini, li jiddistingwi persuni jew viżitaturi awtorizzati jew mhux awtorizzati, li jinkludi deskrizzjoni tal-barrieri fiżiċi (bħalma huma ċ-ċnut tal-ħaxix, ċnut tal-ġebel, jew kull barriera oħra li tiddefinixxi, b’mod ċar, id-dawra kollha tal-bini tal-istabbiliment), sinjali, xtiebi msakkra u punti ta’ dħul għall-bini; il-viżitaturi minn barra (inkluż l-awdituri jew l-ispetturi) għandhom jintalbu biex ma jkunu għamlu l-ebda kuntatt ma’ tjur jew għasafar oħra għal perjodu ta’ mill-inqas 72 siegħa qabel ma jidħlu fl-istabbiliment; jista’ jintalab perjodu itwal skont il-fatturi ta’ riskju (bħal, ngħidu aħna, viżitaturi li jkunu ġejjin minn żona ta’ protezzjoni u sorveljanza); jista’ jintalab perjodu iqsar ta’ żmien għall-veterinarji uffiċjali jew fil-każ ta’ ħtieġa urġenti ta’ intervent estern speċifiku (eżempju, minn konsulent jew veterinarju) imma dan fl-ebda każ ma għandu jkun ta’ anqas minn 24 siegħa u l-proċedura li tnaqqas ir-riskju għandha tkun deskritta fil-pjan ta’ bijosikurezza.

(d)

pjan li jirregola u li jirreġistra ċ-ċaqliq tal-vetturi lejn l-istabbilimenti, barra minnhom jew inkella bejniethom, inklużi l-vetturi privati jew dawk ta’ twassil (bħal dawk tal-għalf, tal-annimali, jew provvisti oħra); rekord taċ-ċaqliq kollu tal-vetturi għandu jkun disponibbli;

(e)

sistema ta’ traċċabbiltà tal-annimali jew tal-prodotti, li tippermetti t-traċċar taċ-ċaqliq kollu lejn l-istabbilimenti, ‘il barra minnhom jew inkella bejniethom (dħul, ħruġ);

(f)

protokoll li jilqa’ kontra l-kontaminazzjoni, inkluża l-kontaminazzjoni mill-provvista, il-ġarr, il-ħżin, it-twassil u r-rimi ta’:

(i)

ħwejjeġ marbuta mal-imballaġġ (bħalma hu l-użu ta’ materjal tal-imballaġġ ġdid jew diżinfettat);

(ii)

ħwejjeġ marbuta mal-mistrieħ tal-annimali (bħal żmien adegwat ta’ kwarantina għall-ħżin jew id-diżinfettar ta’ materjal li jistrieħu fuqu l-annimali);

(iii)

għalf (bħalma hu l-użu ta’ sistemi tal-għalf fil-magħluq);

(iv)

ilma (bħalma hi s-sistema interna għat-trattament tal-ilma);

(v)

prodotti li huma fdal tal-annimali bħall-karkassi, demel, bajd maħmuġ jew imkisser jew bajd mejjet;

(g)

pjan għad-tindif u d-diżinfettar tal-istabbiliment, tat-tagħmir tiegħu u tal-materjal użat; għandu jkun disponibbli protokoll speċifiku dwar it-tindif u d-diżinfettar tal-vetturi;

(h)

pjan ta’ kontroll tal-organiżmi ta’ ħsara, inklużi l-annimali gerriema u annimali oħra selvaġġi, li jistabbilixxi barrieri fiżiċi u miżuri fil-każ li tinstab evidenza ta’ xi attività minnhom;

(i)

pjan tal-HACCP marbut mal-influwenza avjarja, żviluppat skont is-seba’ stadji (jiġifieri l-analiżi tal-perikli, il-lista ta’ punti kritiċi tal-kontroll (PKK), il-limiti kritiċi, il-proċeduri tas-sorveljanza, l-azzjonijiet korrettivi, il-verifika u r-reġistrazzjoni), u li għandu jinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin.

(i)

dejta dwar il-produzzjoni tat-tjur jew għasafar tal-gaġġa oħrajn u dejta oħra b’relazzjoni ma’ perjodi definiti (l-istorja ta’ diżapprovazzjoni u mortalità, dettalji tal-medikamenti użati, għasafar li faqqsu, dejta marbuta mal-għalf tal-annimali u mal-konsum tal-ilma);

(ii)

informazzjoni marbuta mal-kontrolli kliniċi u mal-pjanijiet għall-kampjunar għas-sorveljanza attiva u passiva u analiżijiet tat-testijiet analitiċi ((kemm isiru spissi?), il-metodi, ir-riżultati);

(iii)

reġistru ta’ viżitaturi fl-istabbiliment, b’biżżejjed dettall biex jiġi ttraċċat u kkuntattjat kwalunkwe viżitatur;

(iv)

informazzjoni li tikkonċerna kull programm ta’ vaċċinazzjoni li jkun ġie applikat, inkluż it-tip ta’ titqiba użata u kull kemm din ingħatat, kif ukoll id-dati tal-amministrazzjoni;

(v)

rekords ta’ informazzjoni dettaljati dwar l-azzjonijiet korrettivi li jkunu saru u l-punti kritiċi ta’ kontroll relatati li ma jkunux ġew osservati.

Il-partijiet kollha involuti għandhom ikunu kompletament konxji mir-regoli tal-pjan tal-HACCP u jsegwuhom. Il-pjan huwa l-għodda tal-ġestjoni tal-kompartiment li tiggarantixxi l-miżuri ta’ bijosikurezza u l-prattiki ta’ ġestjoni.

Il-pjan tal-HACCP għandu jqis il-lista ta’ perikli u passaġġi li jridu jiġu identifikati minn qabel. Dan għandu jkun adattabbli għal-livell ta’ riskju u jinkludi azzjonijiet deskritti li jkunu jridu jittieħdu fil-każ ta’ riskju miżjud, bħalma hi l-frekwenza tal-kampjunar.

3.

Azzjonijiet korrettivi u aġġornamenti

Is-sistema komuni tal-ġestjoni tal-bijosikurezza u l-pjanijiet ta’ bijosikurezza għandhom jiddeskrivu jekk ksur partikolari għandux jitqies bħala wieħed minuri jew maġġuri kif ukoll l-azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu.

Il-pjanijiet ta’ bijosikurezza għandhom ikunu aġġornati skont il-livell tar-riskju, partikolarment fejn ikun hemm suspett jew konferma uffiċjali ta’ tifqigħa tal-influwenza avjarja fl-Istat Membru jew fir-reġjun jew żona li fihom ikun jinsab il-kompartiment (bħat-tqegħid ta’ restrizzjonijiet fuq iċ-ċaqliq tal-vetturi, il-materjali, l-annimali u/jew il-persunal, jew l-implimentazzjoni ta’ proċeduri addizzjonali ta’ diżinfettar).

IL-PARTI 3.

Protezzjoni speċifika kontra l-influwenza avjarja u sorveljanza tagħha

1.

Għandu jkun hemm sistema fiżika adegwata li tipprevjeni lil-għasafar jiġu f’kuntatt mal-għasafar selvaġġi u li tilqa’ kontra kull kontaminazzjoni tal-għalf, tal-ilma jew ir-ramel ta’ qiegħ il-gaġġa fejn jinġabar il-ħmieġ. L-ambjent dirett tal-istabbilimenti ma għandux jattira lill-għasafar selvaġġi.

2.

Kontroll tad-dħul u tal-ħruġ

(a)

Id-dijagramma li għaliha saret referenza f’punt (1)(a) ta’ Parti 1 għandha tindika l-post ta’ kull tip ta’ tjur u għasafar tal-gaġġa oħrajn, li jinkludu t-tjur tar-razza, il-bużnanniet, in-nanniet, il-ġenituri u l-annimali tal-produzzjoni, kif ukoll il-qtajja’, l-imqafas, is-siti tat-trobbija, is-siti fejn ibidu, is-siti tal-provi, l-imħażen tal-bajd u kull post fejn jinżammu l-bajd jew l-għasafar; din għandha tindika l-flussi tal-prodotti bejn dawk il-postijiet

(b)

Protokoll dettaljat għandu jirregola ċ-ċaqliq tat-tjur jew għasafar oħrajn tal-gaġġa, il-bajd tagħhom u prodotti relatati oħra; it-tjur jew għasafar oħrajn tal-gaġġa, il-bajd tagħhom u prodotti relatati oħra li jidħlu fi kwalunkwe stabbiliment tal-kompartiment għandhom jiġu minn stabbiliment li jkollu l-istess status ta’ saħħa fir-rigward tal-influwenza avjarja u/jew ikunu ċċekkjati biex ikun żgurat li dawn ma jippreżentaw ebda riskju ta’ introduzzjoni ta’ influwenza avjarja.

(c)

It-tjur jew għasafar oħrajn tal-gaġġa u l-bajd tat-tfaqqis li jkunu mċaqalqa lejn il-kompartiment jew fi ħdanu għandhom ikunu identifikati b’tali mod li l-istorja tagħhom tkun tista’ tiġi verifikata; qtajja’ ta’ għasafar u/jew il-bajd għandu jkollhom identifikazzjoni dokumentata kif jixraq.

(d)

Fil-każ ta’ sit fejn jinżammu għasafar ta’ etajiet differenti, protokoll bil-miktub għandu jirregola ż-żieda jew it-tneħħija ta’ tjur jew għasafar oħrajn tal-gaġġa, u l-ħasil u d-diżinfettar tal-gaġeġ li jinġarru fihom.

3.

L-istess kompartiment ma jistax jinkludi fih stabbilimenti ta’ tjur u stabbilimenti ta’ għasafar oħrajn tal-gaġġa. L-istess stabbiliment ma jistax jiġbor fih speċijiet differenti ta’ tjur, għajr għall-imqafas.

4.

Fil-kompartiment, il-pjan ta’ sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-maniġer tal-kompartiment għandu jinkludi sorveljanza attiva kontinwa li għandha ssir fuq 20 kampjun tad-demm meħuda addoċċ mit-tjur, jew għasafar oħrajn tal-gaġġa, tal-istess unità ta’ produzzjoni għall-ittestjar seroloġiku għall-influwenza avjarja.

(a)

tal-inqas kull sitt xhur tul il-perjodu ta’ produzzjoni meta ebda tifqigħa ta’ influwenza avjarja ferm patoġenika (HPAI) fit-tjur jew għasafar oħrajn tal-gaġġa ma tkun ġiet ikkonfermata tul is-sitt xhur ta’ qabel fit-territorju tal-Istat Membru.

(b)

tal-inqas kull tliet xhur meta tkun ġiet ikkonfermata tifqigħa tal-HPAI fit-tjur jew għasafar oħrajn tal-gaġġa tul is-sitt xhur ta’ qabel fit-territorju tal-Istat Membru;

(c)

meta l-kompartiment ikun jinsab fi ħdan żona b’restrizzjonijiet fuq iċ-ċaqliq minħabba tifqigħa ta’ influwenza avjarja b’konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, fi żmien ġimgħa minn dakinhar tat-tifqigħa u tal-inqas kull 21 jum; barra minn dan, u bla ħsara għal kull dispożizzjoni speċifika tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-pjan ta’ sorveljanza għandu jkun aġġornat u jinkludi sorveljanza klinika aktar b’saħħitha u sorveljanza viroloġika attiva, imwettqa fi żmien ġimgħa minn dakinhar tat-tifqigħa u tal-inqas kull 21 jum minn hemm ‘il quddiem, fuq:

(i)

kampjun ta’ 20 kampjun fuq tajjara trakeali/orofarinġeali u 20 kampjun fuq tajjara kloakali meħuda adoċċ mit-tjur u l-annimali oħrajn tal-gaġġa li jkunu fl-istess unità ta’ produzzjoni; u

(ii)

kampjuni meħuda minn ħames għasafar morda jew mejta, jekk ikun hemm minnhom.

5.

Is-sistema ta’ twissija minn kmieni stabbilita fl-Artikolu 5(2) għandha tkun ibbażata fuq protokoll bil-miktub li jispeċifika l-proċeduri ta’ rappurtar. B’mod partikolari din għandha tiġi adattata għall-ispeċi differenti ta’ tjur u għasafar tal-gaġġa oħrajn u s-suxxettibbiltà rispettiva tagħhom għall-influwenza avjarja, u għandha:

(a)

tippreskrivi livelli ta’ azzjoni, bħalma hi l-mortalità indaqs jew ogħla minn limitu definit, tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-għalf u/jew tal-ilma u/jew fil-produzzjoni tal-bajd, tibdil fl-imġiba u indikaturi rilevanti oħrajn;

(b)

tiddeskrivi l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu;

(c)

tinkludi lista tal-persunal responsabbli li jkun irid jiġi notifikat.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri

14.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/25


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tat-8 ta' Lulju 2009

ħatra ta’ mħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

(2009/541/KE, Euratom)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 140 tiegħu,

Billi, skont l-Artikoli 5 u 7, flimkien mal-Artikolu 47, tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u wara r-riżenja tas-Sur Daniel SVABY, għandu jinħatar imħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-bqija tal-mandat tas-Sur Daniel SVABY, jiġifieri sal-31 ta’ Awwissu 2010,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Juraj SCHWARCZ hu maħtur imħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2009 sal-31 ta’ Awwissu 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2009.

Il-President

C. DANIELSSON


14.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/26


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tat-8 ta' Lulju 2009

ħatra ta’ mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

(2009/542/KE, Euratom)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 223 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 139 tiegħu,

Billi, skont l-Artikoli 5 u 7 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u b’konsegwenza tar-riżenja tas-Sur Peter JANN, għandu jiġi maħtur imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għall-bqija tal-mandat tas-Sur Peter JANN, jiġifieri sas-6 ta’ Ottubru 2012,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sinjura Maria BERGER hija maħtura mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2009 sas-6 ta’ Ottubru 2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2009

Il-President

C. DANIELSSON


Il-Kummissjoni

14.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta' Awwissu 2008

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra

(notifikata bid-dokument numru C(2008) 4452)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/543/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta tal-għoti tal-ekotikketta Komunitarja (1), u b’mod partikulari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 l-ekotikketta Komunitarja tista’ tingħata lil prodott li jkollu karatteristiċi li jippermettulu li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal titjib f’dak li għandu x’jaqsam ma’ aspetti ambjentali ewlenin.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li l-kriterji speċifiċi dwar l-ekotikketta għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi ta’ prodotti.

(3)

Huwa xieraq li tiġi adottata deċiżjoni ġdida li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra.

(4)

Il-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ erba’ snin.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma msejsa fuq l-abbozz tal-kriterji żviluppat mill-Bord għall-Ittikkettjar-Ekoloġiku tal-Unjoni Ewropea stabbilit bl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-grupp ta’ prodotti “iż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra” għandu jinkludi ż-żebgħa u l-verniċ dekorattiv u protettiv ta’ barra, likwidi li jlewnu lill-injam u l-prodotti relatati għall-użu fuq il-bini u l-għamara ta’ barra, għall-art u ċ-ċnut, f’konformità mal-paragrafu 2, għall-użu mid-dilettanti (id-“do-it-yourself”) u mill-professjonisti; u li ġew żviluppati primarjament għall-użu ta’ barra u qed jitmexxew fis-suq bħala tali.

Dan jinkludi, fost l-oħrajn, il-kisi u ż-żebgħa tal-art; prodotti li jingħataw lewn ħafif mid-distributuri fuq talba tad-dekoraturi dilettanti jew professjonali; sistemi li jagħtu l-lewn; żebgħa dekorattiva f’forma likwida jew bħala pejst li tista’ tkun ġiet ikkundizzjonata minn qabel, mogħtija lewn ħafif jew imħejjija mill-manifattur sabiex taqdi l-bżonnijiet tal-konsumaturi, inkluż iż-żebgħa tal-injam, il-likwidi li jlewnu lill-injam u lid-“decking”, il-kisi tal-bini u ż-żebgħa tal-aħħar passata għall-metall (ħlief għaż-żebgħa tal-aħħar passata u tal-ewwel passata ta’ kontra l-korrużjoni) kif ukoll iż-żebgħa tal-ewwel passata (u ż-żebgħa ta’ taħt) tat-tali sistemi ta’ prodotti.

2.   “Żebgħa” tfisser materjal għall-kisi, f’forma likwida jew bħala pejst jew trab, miżjud bil-pigment, u li meta jiġi applikat fuq wiċċ li jrid jinżebagħ, joħloq saff opak li jkollu karatteristiċi protettivi, dekorattivi jew karatteristiċi tekniċi speċifiċi.

“Verniċ” tfisser materjal għall-kisi trasparenti li meta jiġi applikat fuq wiċċ li jrid jinżebagħ joħloq saff trasparenti u solidu li jkollu karatteristiċi protettivi, dekorattivi jew karatteristiċi tekniċi speċifiċi.

Wara li jkunu applikati, iż-żebgħa jew il-verniċ jinxfu u jiffurmaw kisi solidu, aderenti u protettiv.

Iż-żebgħa u l-verniċ dekorattiv huma tipi ta’ żebgħa u verniċ li jiġu applikati fuq il-bini, it-tirqim u l-aċċessorji tiegħu, kif ukoll fuq l-għamara, l-art u ċ-ċnut ta’ barra, għal għanijiet dekorattivi u protettivi. Huma jiġu applikati fuq il-post. L-għan tagħhom huwa dekorattiv, filwaqt li fl-istess ħin jipprovdu l-protezzjoni.

Il-likwidi li jlewnu lill-injam (il-“lasures”) huma kisjiet li jiffurmaw saff trasparenti jew semi-trasparenti, biex jiddekoraw u jipproteġu l-injam kontra l-effetti tat-temp, u li jippermettu ż-żamma tiegħu b’mod faċli.

Il-kisi tal-bini huwa kisi li jifforma saff dekorattiv u protettiv għall-użu fuq il-konkos, fuq iċ-ċangar bil-briks (li jista’ jinżebagħ), fuq iċ-ċangar bil-blokok, fl-ewwel passata ġibs, fuq is-siment tas-silikat tal-kalċju jew li jkun imsaħħaħ bil-fibra. Huma maħsuba b’mod prinċipali għall-użu fuq barra, iżda jistgħu jintużaw fuq ġewwa wkoll, jew fuq is-suffitti jew is-soqfa tal-gallariji.

“Sistemi li jagħtu l-lewn” huma metodu kif wieħed iħejji ż-żebgħa tal-kulur billi jħallat “bażi” ma’ lwien ħfief ikkuluriti.

3.   Il-prodotti li ġejjin m’humiex inklużi fil-grupp ta’ prodotti:

(a)

il-kisi ta’ kontra l-korrużjoni;

(b)

il-kisi ta’ kontra l-akkumulu ta’ depożitu ta’ materjali;

(ċ)

il-prodotti għall-konservazzjoni tal-injam;

(d)

il-kisi għall-użi industrijali u professjonali partikulari, inkluż il-kisi li jiflaħ għall-istrapazz (“heavy-duty”);

(e)

kwalunkwe prodott li ġie żviluppat primarjament għall-użu fuq ġewwa u li jitmexxa fis-suq bħala tali.

Artikolu 2

1.   Sabiex jingħataw l-ekotikketta Komunitarja skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 u suġġetti għall-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, iż-żebgħa u l-verniċ għandhom jaqgħu fi ħdan il-grupp ta’ prodotti “iż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra”, kif iddefinit fl-Artikolu 1, u għandhom ikunu konformi mal-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-kisi ta’ rendiment reattiv li jkun fih żewġ pakketti u jkun għal użu aħħari speċifiku għandu jkun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

iż-żewġ komponenti tiegħu jridu, individwalment, ikunu konformi mal-kriterji ekoloġiċi mniżżlin fl-Anness (ħlief għall-kriterju għall-Komposti Organiċi Volatili);

(b)

irid ikun jinkludi tagħrif li jispjega li l-komponenti individwali ma għandhomx jintużaw b’mod separat jew jitħalltu ma’ prodotti oħrajn;

(ċ)

Madanakollu, il-prodott aħħari li jkun lest għall-użu wkoll għandu jkun konformi mal-kriterji ekoloġiċi, inkluż mal-kriterju għall-Komposti Organiċi Volatili (il-VOC).

3.   Il-kisi li jkun immexxi fis-suq kemm għall-użu fuq barra kif ukoll għall-użu fuq ġewwa jrid ikun jissodisfa kemm il-kriterji għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra mniżżlin f’din id-Deċiżjoni kif ukoll il-kriterji għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ ġewwa mniżżlin fid-Deċiżjoni 2009/544/KE (2).

Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “iż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom ikunu validi sa 18.8.2012 li tkun erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Għal raġunijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi mogħti lill-grupp ta’ prodotti “iż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra” se jkun in-numru “33”.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, it-13 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Olli REHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(2)  Ara paġna 39 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

A.   IL-QAFAS

L-għanijiet tal-kriterji

Dawn il-kriterji għandhom l-għan partikolari li:

jkun hemm l-użu effiċjenti tal-prodotti u t-tnaqqis tal-iskart,

jkun hemm it-tnaqqis tar-riskji ambjentali u ta’ riskji oħrajn (bħalma hu l-ożonu troposferiku) billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-solventi,

jkun hemm it-tnaqqis ta’ żbokk ta’ sustanzi tossiċi jew ta’ sustanzi li jniġġsu b’xi mod ieħor fl-ilmijiet. Il-kriterji huma ffissati f’livelli li jippromwovu l-ittikkettjar tal-prodotti taż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra li għandhom impatt inqas fuq l-ambjent.

Ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u tal-verifika huma indikati f’kull kriterju.

Fejn l-applikant huwa mitlub jagħti dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti ta’ testijiet, jew evidenza oħra sabiex juri li hemm konformità mal-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur/mill-fornituri tiegħu u/jew mill-fornitur/mill-fornituri tagħhom, eċċ., kif xieraq.

Fejn xieraq, metodi ta’ ttestjar minbarra dawk indikati għal kull kriterju jistgħu jintużaw jekk dawn huma aċċettati mill-korp kompetenti li jkun qed jivvaluta l-applikazzjoni bħala ekwivalenti.

Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jeħtieġu dokumentazzjoni ta’ evidenza u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

Huwa rrakkomandat li l-korpi kompetenti jqisu l-implimentazzjoni ta’ skemi rikonoxxuti tal-ġestjoni ambjentali, bħall-iskema “EMAS” jew l-“EN ISO14001”, meta jkunu qed jivvalutaw l-applikazzjonijiet u jkunu qed jimmonitorjaw il-konformita mal-kriterji (Nota: mhux meħtieġ li wieħed jimplimenta dawn it-tipi ta’ skemi ta’ ġestjoni).

Fejn il-kriterji jirreferu għall-ingredjenti, dawn jinkludu s-sustanzi u l-preparazzjonijiet. It-tifsiriet tal-kliem “sustanzi” u “preparazzjonijiet” huma mogħtija fir-Regolament REACH (ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (1).

Għal kull sustanza mdaħħla li tkun qed tintuża mill-applikant għandha tingħata l-formulazzjoni eżatta tal-prodott lill-korp kompetenti. Kwalunkwe sustanza, inkluż l-impuritajiet, li jkun hemm f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,01 % (m/m) għandhom jiġu rrappurtati, sakemm ma tkunx speċifikata konċentrazzjoni iktar baxxa x’imkien ieħor fil-kriterji.

B.   IL-KRITERJI EKOLOĠIĊI

Il-kriterji kollha għandhom japplikaw għaż-żebgħa u l-verniċ fil-pakkett tagħhom, ħlief għall-kriterju nru 3 li għandu x’jaqsam mal-limiti tal-VOC. F’konformità mad-Direttiva 2004/42/KE (2) al-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-limiti tal-VOC għandhom x’jaqsmu mal-prodott li jkun lest għall-użu u b’hekk il-kontenut massimu tal-VOC għandu jiġi kkalkulat abbażi ta’ kwalunkwe żieda rrakkomandata bħas-sustanzi li jagħtu l-kulur u/jew li jrattbu ż-żebgħa. Għal dan il-kalkolu, se tkun meħtieġa d-dejta li tingħata mill-fornituri tal-materja prima f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontenut tas-solidi, il-kontenut tal-VOC u d-densità tal-prodott.

Il-kriterji nru 1 u 2 japplikaw biss għaż-żebgħa bajda u għaż-żebgħa ta’ kulur ċar (inkluż iż-żebgħa tal-aħħar passata, iż-żebgħa tal-ewwel passata, iż-żebgħa ta’ taħt, u/jew iż-żebgħa intermedjarja).

Għas-sistemi li jagħtu l-lewn, il-kriterji nru 1 u 2 japplikaw biss għall-bażi l-bajda (il-bażi li jkun fiha l-akbar ammont ta’ TiO2). F’każijiet fejn il-bażi l-bajda ma tkunx tista’ tilħaq ir-rekwiżit ta’ talanqas 6 m2 għal kull litru f’qawwa opaċizzanti ta’ 98 % skont il-kriterju nru 7(a), il-kriterji se jkunu ntlaħqu wara li jingħata lewn ħafif sabiex jiġi prodott il-kulur standard RAL 9010.

Il-kriterji nru 1 u 2 ma japplikawx għall-kisi trasparenti.

1.   Il-pigmenti l-bojod

Il-kontenut tal-pigment l-abjad (il-pigmenti l-bojod inorganiċi li jkollhom indiċi rifrattiv ogħla minn 1,8): Iż-żebgħa għandu jkollha kontenut ta’ pigment abjad daqs jew inqas minn 38 gm. għal kull m2 ta’ saff niexef, b’opaċità ta’ 98 %. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-verniċ u għal-likwidi li jlewnu lill-injam.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jew jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu jewinkella jagħti l-kontenut tal-pigmenti l-bojod u r-rata li biha dawn jixterdu, flimkien ma’ kalkolu ddettaljat li juri li hemm konformità ma’ dan il-kriterju.

2.   Id-diossidu tat-titanju

Id-diossidu tat-titanju: L-emissjonijiet u r-rimi tal-iskart mill-produzzjoni ta’ kwalunkwe pigment tad-diossidu tat-titanju li jkun intuża m’għandux jaqbeż il-livelli li ġejjin (kif meħudin mid-Dokument ta’ Referenza dwar l-Aqwa Teknoloġija Disponibbli għall-Manifattura ta’ Volumi Kbar ta’ Kimiċi Inorganiċi (BREF) (Awwissu 2007)):

l-emissjonijiet tal-SOx (espressi bħala SO2): 266 mg. għal kull m2 ta’ saff niexef (opaċità ta’ 98 %),

l-iskart tas-sulfat: 19-il°gm għal kull m2 ta’ saff niexef (opaċità ta’ 98 %),

l-iskart tal-klorur: 3,9, 6,8 u 12,5 gm għal kull m2 ta’ saff niexef (opaċità ta’ 98 %) rispettivament għar-rutil naturali, għar-rutil sintetiku u għall-fdalijiet tal-metalli mhux maħdumin.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jew jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu jewinkella jagħti dokumentazzjoni ta’ evidenza li turi l-livelli rispettivi tal-emissjonijiet u tar-rimi tal-iskart għal dawn il-parametri, il-kontenut tad-diossidu tat-titanju tal-prodott, ir-rata li biha dan jixtered, flimkien ma’ kalkoli ddettaljati li juru li hemm konformità ma’ dan il-kriterju.

3.   Il-komposti organiċi volatili (il-VOC)

Il-kontenut tal-komposti organiċi volatili (il-VOC) ma għandux jaqbeż il-livelli li ġejjin:

Il-Klassifika tal-Prodott (Id-Direttiva 2004/42/KE)

Il-limiti tal-VOC (gm/l inkluż l-ilma)

Il-kisi għall-ħitan ta’ barra ta’ wiċċ li jrid jinżebagħ li jkun minerali

40

Iż-żebgħa għat-tirqim ta’ barra u għall-kisi minn barra għall-injam u l-metall inkluż iż-żebgħa ta’ taħt

90

Il-verniċ u l-likwidi li jlewnu lill-injam għat-tirqim ta’ barra, inklużi l-likwidi li jlewnu lill-injam opaki

90

Il-likwidi li jlewnu lill-injam ta’ barra b’binja minima

75

Iż-żebgħa tal-ewwel passata (għall-użu fuq barra)

15

Iż-żebgħa tal-ewwel passata li tgħaqqad (għall-użu fuq barra)

15

Il-kisi ta’ rendiment li jkun fih pakkett wieħed

100

Il-kisi ta’ rendiment reattiv li jkun fih żewġ pakketti u jkun għal użu aħħari speċifiku eż. għall-art

100

F’dan il-kuntest il-komposti organiċi volatili (il-VOC) ifissru kwalunkwe kompost organiku li jkollu temperatura tat-togħlija inizjali ta’ 250 °C jew inqas, imkejla fi pressjoni standard ta’ 101,3kPa kif iddefinita fid-Direttiva 2004/42/KE. Is-subkategoriji għaż-żebgħa u l-verniċ mogħtija fid-Direttiva huma użati sabiex jiġu ddefiniti l-limiti tal-VOC. Dawk il-kategoriji li huma relevanti għall-kisi ta’ barra biss huma murija hawnhekk.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju. L-applikant għandu jindika l-kontenut tal-VOC għall-prodotti kollha.

4.   L-idrokarboni aromatiċi volatili (VAH)

L-idrokarboni aromatiċi volatili (VAH) ma għandhomx jiżdiedu b’mod dirett mal-prodott qabel jew waqt li jkun qed jingħata lewn ħafif (fejn huwa applikabbli); madanakollu, l-ingredjenti li jinkludu l-VAH jistgħu jiżdiedu sa ammont li permezz tiegħu l-kontenut tal-VAH fil-prodott aħħari ma jaqbiżx iż-0,1 % (m/m).

F’dan il-kuntest, l-idrokarboni aromatiċi volatili (VAH) ifissru kwalunkwe kompost organiku, kif iddefinit fid-Direttiva 2004/42/KE, li jkollu temperatura tat-togħlija inizjali ta’ 250 °C jew inqas, imkejla fi pressjoni standard ta’ 101,3kPa, u li jkollu talanqas nukleu wieħed aromatiku fil-formula strutturali żviluppata tiegħu.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju, li fiha jiddikjara li ma żdidux VAH ħlief fl-ingredjenti li kienu mmanifatturati minn qabel u, fejn applikabli, għandu jipprovdi dikjarazzjoni mill-fornituri tal-ingredjent li fiha jkun ikkonfermat il-kontenut tal-VAH tiegħu.

5.   Il-metalli tqal

Il-metalli tqal li ġejjin jew il-komposti tagħhom ma għandhomx jintużaw bħala ingredjenti fil-prodott jew fil-lewn ħafif (kif inhu applikabbli) (kemm bħala sustanza kif ukoll bħala parti minn kwalunkwe preparazzjoni użata): il-kadmju, iċ-ċomb, il-kromju VI, il-merkurju, l-arseniku, il-barju (ħlief is-sulfat tal-barju), is-silenju, l-antimonju.

Il-kobalt ukoll ma għandux jiżdied bħala ingredjent ħlief għall-imluħ tal-kobalt li jkunu użati bħala sustanza għat-tnixxif fiż-żebgħa alkidika. Dawn jistgħu jintużaw sa konċentrazzjoni li ma taqbiżx iż-0,05 % (m/m) fil-prodott aħħari, imkejla bħala metall tal-kobalt. Il-kobalt fil-pigmenti huwa wkoll eżenti minn dan ir-rekwiżit.

Huwa aċċettat li dawn l-ingredjenti jista’ jkollhom traċċi ta’ dawn il-metalli sa 0,01 % (m/m) li jiġu mill-impuritajiet fil-materja prima.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju, kif ukoll dikjarazzjonijiet mill-fornituri tal-ingredjenti (fejn applikabbli).

6.   Is-sustanzi perikolużi

(a)

Il-prodott: Il-prodott ma għandux ikun ikklassifikat bħala tossiku ħafna, tossiku, perikoluż għall-ambjent, karċinoġeniku, tossiku għar-riproduzzjoni, ta’ ħsara, korrużiv, mutaġeniku jew bħala irritant (fejn dan hu minħabba l-preżenza ta’ ingredjenti mmarkati R43 biss) f’konformità mad-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), qabel jew wara li jingħata lewn ħafif (fejn applikabbli).

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ formola bid-dejta dwar is-sikurezza tal-materjali tal-prodott li tkun tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tar-Regolament REACH.

(b)

L-ingredjenti (tossiċi ħafna, tossiċi, karċinoġeniċi, mutaġeniċi, tossiċi għar-riproduzzjoni): Ma jista’ jintuża l-ebda ingredjent, inkluż dawk użati meta jingħata lewn ħafif (jekk ikun applikabbli) li waqt li jkun qed jiġi applikat ikun ingħatalu jew jista’ jkun ingħatalu kwalunkwe waħda mill-frażijiet ta’ riskju (jew kombinazzjonijiet tagħhom) li ġejjin:

R23 (tossiku jekk ikun hemm inalazzjoni)

R24 (tossiku jekk ikun hemm kuntatt mal-ġilda)

R25 (tossiku jekk jinbela’)

R26 (tossiku ħafna jekk ikun hemm inalazzjoni)

R27 (tossiku ħafna jekk ikun hemm kuntatt mal-ġilda)

R28 (tossiku ħafna jekk jinbela’)

R33 (periklu ta’ effetti kumulattivi)

R39 (periklu ta’ effetti serji ħafna li huma irriversibbli)

R40 (evidenza limitata ta’ effett karċinoġeniku)

R42 (jista’ jikkawża sensibilizzazzjoni jekk ikun hemm inalazzjoni)

R45 (jista’ jikkawża l-kanċer)

R46 (jista’ jikkawża ħsara ġenetika li tintiret)

R48 (periklu ta’ ħsara serja għas-saħħa jekk ikun hemm esponiment fit-tul)

R49 (jista’ jikkawża l-kanċer jekk ikun hemm inalazzjoni)

R60 (jista’ jnaqqas il-fertilità)

R61 (jista’ jikkawża ħsara lit-tarbija mhux imwielda)

R62 (riskju possibbli li tonqos il-fertilità)

R63 (riskju possibbli ta’ ħsara lit-tarbija mhux imwielda)

R68 (riskju possibbli ta’ effetti li huma irriversibbli)

kif inhu stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (4), u l-emendi sussegwenti tagħha. Madanakollu, l-ingredjenti attivi użati bħala preżervattivi fil-formula u li huma mogħtija kwalunkwe waħda mill-frażijiet ta’ riskju R23, R24, R25, R26, R27, R28, R39, R40 jew R48 (jew kombinazzjonijiet tagħhom) jistgħu jintużaw sa limitu ta’ 0,1 % (m/m) tal-formulazzjoni totali taż-żebgħa.

B’mod alternattiv, tista’ titqies is-Sistema Globali Armonizzata ta’ klassifika (GHS) (5). F’dan il-każ ma għandhomx jintużaw l-ingredjenti, inkluż dawk użati meta jingħata lewn ħafif (jekk ikun applikabbli) li jkunu kklassifikati bil-mod li ġej (jew kombinazzjonijiet tagħhom):

Tossiċità Akuta (orali) – Il-Kategorija Nru I, II, III

Tossiċità Akuta (għall-ġilda) – Il-Kategorija Nru I, II, III

Tossiċità Akuta (inalazzjoni) – Il-Kategorija Nru I, II, III

Sensibilizzazzjoni Respiratorja – Il-Kategorija Nru I

Sustanzi Mutaġeniċi – Il-Kategorija Nru I, II

Sustanzi Karċinoġeniċi - Il-Kategorija Nru I, II

Sustanzi Tossiċi għar-Riproduzzjoni – Il-Kategorija Nru I, II

Tossiċità Sistemika li Tolqot Organu Speċifiku (esponiment ta’ darba) - Il-Kategorija Nru I, II

Tossiċità Sistemika li Tolqot Organu Speċifiku (esponiment ripetut) - Il-Kategorija Nru I, II

kif inhu stabbilit fl-ST/SG/AC.10/30 (6) u rivedut fl-ST/SG/AC.10/34/Add.3 dwar is-Sistema Globali Armonizzata dwar il-Klassifika u l-Ittikkettjar tal-Kimiki. Madanakollu, ingredjenti attivi li jintużaw bħala preżervattivi fil-formula u li tingħatalhom kwalunkwe waħda mill-kategoriji tal-GHS li ġejjin, jistgħu jintużaw sa limitu ta’ 0,1 % (m/m) tal-formulazzjoni totali taż-żebgħa:

Tossiċità Akuta (orali, għall-ġilda, inalazzjoni) – I, II, III (orali u għall-ġilda biss);

Tossiċità Sistemika li Tolqot Organu Speċifiku (esponiment ta’ darba u/jew ripetut) - I, II (jew kombinazzjonijiet tagħhom) u;

Karċinoġeniċità tal-Kategorija Nru II.

Il-Metil Etil Ketoksim jista’ jintuża fiż-żebgħa alkidika sa limitu ta’ 0,3 % (m/m).

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ formola bid-dejta dwar is-sikurezza tal-materjali tal-prodott li tkun tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tar-Regolament REACH.

(c)

L-ingredjenti (perikolużi għall-ambjent): L-ebda ingredjent, inkluż dawk użati meta jingħata lewn ħafif (jekk ikun applikabbli) li waqt li jkun qed jiġi applikat ikun ingħatalu jew jista’ jkun ingħatalu kwalunkwe waħda mill-frażijiet ta’ riskju li ġejjin, ma jista’ jaqbeż it-2 % (m/m).

N R50 (tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi),

(tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi, jista’ jikkawża effetti negattivi fit-tul fl-ambjent akkwatiku),

(tossiku għall-organiżmi akkwatiċi, jista’ jikkawża effetti negattivi fit-tul fl-ambjent akkwatiku),

(ta’ ħsara għall-organiżmi akkwatiċi, jista’ jikkawża effetti negattivi fit-tul fl-ambjent akkwatiku),

R51 (tossiku għall-organiżmi akkwatiċi),

R52 (ta’ ħsara għall-organiżmi akkwatiċi),

R53 (jista’ jikkawża effetti negattivi fit-tul fl-ambjent akkwatiku),

kif inhu stabbilit fid-Direttiva 67/548/KEE jew fid-Direttiva 1999/45/KE,

B’mod alternattiv, tista’ titqies is-Sistema Globali Armonizzata dwar il-klassifika (GHS) (7). F’dan il-każ l-ebda ingredjent, inkluż dawk użati meta jingħata lewn ħafif (jekk ikun applikabbli), li waqt li jkun qed jiġi applikat ikun ingħata jew jista’ jingħata kwalunkwe waħda mill-kategoriji li ġejjin, ma jista’ jaqbeż it-2 % (m/m):

Il-kategoriji tat-Tossiċità Akkwatika (u l-kombinazzjonijiet tagħhom):

Akuta Nru I, II, III

Kronika Nru I, II, III, IV

kif inhu stabbilit fl-ST/SG/AC.10/30 u rivedut fl-ST/SG/AC.10/34/Add.3 dwar is-Sistema Globali Armonizzata dwar il-Klassifika u l-Ittikkettjar tal-Kimiki.

F’kull każ, is-somma totali tal-ingredjenti kollha li, waqt li jkunu qed jiġu applikati, jkunu ngħataw jew jistgħu jingħataw kwalunkwe waħda minn dawn il-frażijiet ta’ riskju (jew kombinazzjonijiet tagħhom) jew kwalunkwe waħda minn dawn il-klassifiki tal-GHS, m’għandhiex taqbeż l-4 % (m/m).

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-ammonja jew għall-alkil tal-ammonja.

Dan ir-rekwiżit ma jaffettwax l-obbligu li jiġi ssodisfat ir-rekwiżit imniżżel fil-kriterju 6(a) t’hawn fuq.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ formoli bid-dejta dwar il-lista tal-ingredjenti u dwar is-sikurezza tal-materjali ta’ kull ingredjent, li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness II tar-Regolament REACH.

(d)

L-alkilfenoletoksilati (APEOs): L-APEOs ma għandhomx jintużaw fil-prodott qabel jew waqt li jkun qed jingħata lewn ħafif (jekk ikun applikabbli).

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju.

(e)

Il-komposti tal-iżotijażolinon: Il-kontenut tal-komposti tal-iżotijażolinon fil-prodott ma għandhomx jaqbżu ż-0,05 % (m/m) qabel jew wara li jingħata lewn ħafif (jekk ikun applikabbli). Għall-kisi għall-injam, il-komposti tal-iżotijażolinon ma għandhomx jaqbżu ż-0,2 % (m/m). Bl-istess mod, il-kontenut tat-taħlita ta’ 5-kloro-2-metil-2H-iżotijażol-3-on (KE Nru 247-500-7) u 2-metil-2H-iżotijażol-3-on (KE Nru 220-239-6) (3:1) ma għandux jaqbeż iż-0,0015 % (m/m).

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, li jindika l-ammonti (jekk ikunu ntużaw).

(f)

Is-sulfonati tal-alkil perfluworinati (PFAS), l-aċidi karboksiliċi perfluworinati (PFCA), inkluż l-Aċidu Perfluworooktanojku (PFOA) u s-sustanzi relatati li huma elenkati fil-listi tal-OECD msejħin “Il-listi preliminari tal-PFOS, PFAS, PFOA, PFCA, il-komposti relatati u l-kimiki li jistgħu jiddegradaw f’PFCA (kif riveduti fl-2007)” mhumiex permessi fil-prodott. Il-lista tal-OECD qed tingħata fl-Anness ta’ dan id-dokument dwar il-kriterji.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju.

(g)

Il-formaldeide: Ma għandhomx jiżdiedu formaldeidi liberi. Donaturi tal-formaldeide jistgħu jiżdiedu biss f’tali kwantitajiet li jiżguraw li l-kontenut aħħari tal-formaldeidi liberi li jirriżultaw wara li jingħata lewn ħafif (jekk ikun applikabbli) ma jaqbiżx iż-0,001 % (m/m).

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju. Barra minn hekk, l-applikant għandu jipprovdi r-riżultati ta’ testijiet mogħtija mill-fornituri tal-materja prima li jkunu wżaw il-metodu ta’ ttestjar VdL-RL 03 (il-Linja ta’ gwida nru 3 tal-VdL) “Il-konċentrazzjoni tal-formaldeide fil-bott iddeterminata permezz tal-metodu tal-aċetil-aċeton” kif ukoll il-kalkoli li jorbtu d-dejta minn dawn it-testijiet mal-prodott aħħari sabiex juru li l-konċentrazzjoni aħħarija massima possibbli tal-formaldeide rrilaxxat minn sustanzi li jirrilaxxaw il-formaldeide mhix ogħla minn 0 001 % (m/m). B’mod alternattiv, il-formaldeide li ġej mid-donaturi tal-formaldeide jista’ jitkejjel fil-prodott aħħari bbażat fuq il-kromatografija f’fażi likwida, b’rendiment għoli, bl-użu ta’ metodu nazzjonali standard jew metodu vvalidat kif deskritt fl-ISO/IEC 17025.

(h)

Is-Solventi Organiċi Aloġenati: Minkejja l-kriterji nri 6a, 6b u 6c, qabel jew waqt li jkun qed jingħata lewn ħafif (fejn huwa applikabbli), fil-prodott jistgħu jintużaw biss il-komposti aloġenati li waqt li jkunu qed jiġu applikati, jkunu ġew ivvalutati għar-riskju u ma jkunux ġew ikklassifikati bil-frażijiet ta’ riskju (jew kombinazzjonijiet tagħhom): R26/27, R45, R48/20/22, R50, R51, R52, R53, R50/53, R51/53, R52/53 u R59 f’konformità mad-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju.

(i)

Il-ftalati: Minkejja l-kriterji nri 6a, 6b u 6c, qabel jew waqt li jkun qed jingħata lewn ħafif (fejn huwa applikabbli), fil-prodott jistgħu jintużaw biss il-ftalati li waqt li jkunu qed jiġu applikati, jkunu ġew ivvalutati għar-riskju u ma jkunux ġew ikklassifikati bil-frażijiet ta’ riskju (jew kombinazzjonijiet tagħhom): R60, R61, R62, R50, R51, R52, R53, R50/53, R51/53, u R52/53, f’konformità mad-Direttiva 67/548/KEE u l-emendi tagħha. Barra minn hekk, id-DNOP (ftalat tad-di-n-oktil), id-DINP (ftalat tad-di-iżononil), u d-DIDP (ftalat tad-di-iżodekil) mhumiex permessi fil-prodott.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju.

7.   Kemm hu tajjeb għall-użu

(a)

Ir-rata ta’ tixrid: Iż-żebgħa l-bajda u ż-żebgħa ta’ kulur ċar (inkluż iż-żebgħa tal-aħħar passata, iż-żebgħa tal-ewwel passata, iż-żebgħa ta’ taħt, u/jew iż-żebgħa intermedjarja) għandu jkollhom rata ta’ tixrid (f’qawwa opaċizzanti ta’ 98 %) ta’ mill-inqas 6 m2 għal kull litru tal-prodott.

Għas-sistemi li jagħtu l-lewn, dan il-kriterju japplika biss għall-bażi l-bajda (il-bażi li jkun fiha l-akbar ammont ta’ TiO2). F’każ li l-bażi l-bajda ma tkunx tista’ tilħaq ir-rekwiżit ta’ mill-inqas 6 m2 għal kull litru f’qawwa opaċizzanti ta’ 98 %, il-kriterju se jkun intlaħaq wara li jingħata lewn ħafif lill-bażi l-bajda sabiex jiġi prodott il-kulur standard RAL 9010. Dan il-kriterju m’għandux japplika għall-bażijiet l-oħrajn kollha użati fil-manifattura ta’ prodotti li jkunu ngħataw lewn ħafif – dawn huma bażijiet li b’mod ġenerali jkun fihom inqas TiO2, u li ma jkunux jistgħu jilħqu r-rekwiżit ta’ mill-inqas 6 m2 għal kull litru tal-prodott f’qawwa opaċizzanti ta’ 98 %. Għaż-żebgħa li tkun parti minn sistema li tagħti l-lewn, l-applikant għandu javża lill-utent aħħari fuq il-pakkett tal-prodott u/jew fuq il-POS dwar liema kulur jew liema żebgħa tal-ewwel passata/żebgħa ta’ taħt (jekk possibbli li tkun ingħatat l-Ekotikketta Ewropea) għandu jintuża bħala l-kisi tal-bażi qabel ma jiġi applikat il-kulur iktar skur.

Iż-żebgħa tal-ewwel passata li jkollha karatteristiċi speċifiċi sabiex tibblokka/tissiġilla u tippenetra/tgħaqqad u ż-żebgħa tal-ewwel passata li jkollha karatteristiċi speċjali ta’ adeżjoni mal-uċuħ tal-aluminju u l-uċuħ iggalvanizzati għandu jkollha rata ta’ tixrid (f’qawwa opaċizzanti ta’ 98 %) ta’ mill-inqas 6 m2 għal kull litru tal-prodott.

Iż-żebgħa elastomerika għandu jkollha rata ta’ tixrid (f’qawwa opaċizzanti ta’ 98 %) ta’ mill-inqas 4 m2 għal kull litru tal-prodott.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-verniċ, għal-likwidi li jlewnu lill-injam, għall-kisi tal-art, għaż-żebgħa tal-art, għaż-żebgħa ta’ taħt, għaż-żebgħa l-oħra ta’ adeżjoni tal-ewwel passata, jew għal kwalunkwe kisi trasparenti ieħor.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodu ISO 6504/1 (Iż-żebgħa u l-verniċ – id-determinazzjoni tal-qawwa opaċizzanti – Il-Parti nru 1: il-metodu Kubelka-Munk għaż-żebgħa l-bajda u ż-żebgħa ta’ kulur ċar) jew 6504/3 (Il-Parti nru 3: id-determinazzjoni tal-proporzjon tal-kuntrast (l-opaċità) għaż-żebgħa ta’ kulur ċar f’rata fissa ta’ tixrid), jew bil-metodu NF T 30 073 (jew ekwivalenti) (għal żebgħa ddiżinjata speċjalment sabiex toħloq effett dekorattiv tridimensjonali u kkaratterizzata minn kisja magħquda ħafna). Għall-bażijiet użati fil-manifattura ta’ prodotti li jkunu ngħataw lewn ħafif li ma jkunux evalwati skont ir-rekwiżiti msemmijin hawn fuq, l-applikant għandu juri evidenza li l-utent aħħari ġie avżat biex juża żebgħa tal-ewwel passata u/jew żebgħa ta’ taħt griża (jew ta’ kulur ieħor rilevanti) qabel ma juża l-prodott.

(b)

Ir-reżistenza għall-ilma: Il-verniċ, il-kisi u ż-żebgħa tal-art għandu jkollhom reżistenza għall-ilma, kif iddeterminat bl-ISO 2812-3, hekk li wara li jkunu esposti għalih għal 24 siegħa u jkollhom 16-il siegħa biex jinxfu, ma jkollhom l-ebda tibdil fil-lostru jew fil-kulur.

Il-valutazzjoni u l-verifika:L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodu ISO 2812-3 (Iż-żebgħa u l-verniċ – id-determinazzjoni tar-reżistenza għal-likwidi – Il-Parti nru 3: Metodu li juża midjum assorbenti).

(c)

L-adeżjoni: Iż-żebgħa tal-bini (ħlief għaż-żebgħa trasparenti tal-ewwel passata) għandha tgħaddi mit-test tal-qligħ (“pull-off”) EN 24624 (ISO 4624) għall-adeżjoni, u l-kisi tal-art, iż-żebgħa tal-art u ż-żebgħa ta’ taħt għall-konkos, il-kisi għall-injam u għall-metall għandhom iġibu marka ta’ mill-inqas 2 fil-metodu tal-qatgħa djagonali EN 2409 għall-adeżjoni. Huwa u jitwettaq it-test EN 24624, f’każ fejn is-saħħa tal-koeżjoni tal-wiċċ li jrid jinżebagħ tkun inqas mis-saħħa ta’ adeżjoni taż-żebgħa, allura l-prodott jitqies li għadda mit-test, mill-bqija l-adeżjoni taż-żebgħa trid tkun ogħla mill-valur ta’ 1.5MPa li fih prodott ikun għadda mit-test.

L-applikant għandu jevalwa ż-żebgħa tal-ewwel passata u/jew iż-żebgħa tal-aħħar passata waħedhom jew it-tnejn li huma bħala parti minn sistema (meta tiġi ttestjata s-sistema għandha tkun tirrigwarda prodotti li jekk possibbli jkunu ngħataw l-Ekotikketta Ewropea (ħlief għas-sistemi ddiżinjati għall-uċuħ tal-metall). Meta ż-żebgħa tal-aħħar passata tkun qed tiġi ttestjata waħedha din se titqies l-agħar każ possibbli f’dak li għandu x’jaqsam mal-adeżjoni.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodu EN ISO 2409 jew EN 24624 (ISO 4624), kif applikabbli.

(d)

Il-brix: Il-kisi u ż-żebgħa tal-art għandu jkollhom reżistenza għall-brix li ma taqbiżx is-70 mg ta’ telf tal-piż wara 1 000 ċiklu ta’ ttestjar b’piż ta’ 1 000 gm u rota tas-CS10 skont l-EN ISO 7784-2:2006.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodu EN ISO 7784-2:2006 li juri l-konformità ma’ dan il-kriterju.

(e)

L-effetti tat-temp: Iż-żebgħa tal-aħħar passata għall-bini u ż-żebgħa tal-aħħar passata għall-injam u għall-metall, inkluż il-verniċ, għandhom ikunu esposti għall-effetti tat-temp artifiċjali f’apparat li jinkludi lampi fluworexxenti tal-UV u sprej tal-kondensazzjoni jew tal-ilma skont 11507:2007. Iż-żebgħa tal-bini għandha tkun esposta għall-kundizzjonijiet ta’ ttestjar għal 1 000 siegħa, waqt li ż-żebgħa tal-aħħar passata għall-injam u għall-metall (inkluż il-verniċ) għandha tkun esposta għall-kundizzjonijiet ta’ ttestjar għal 500 siegħa. Il-kundizzjonijiet ta’ ttestjar huma: UVA 4 sigħat/60 °C + umdità 4 sigħat/50 °C.

B’mod alternattiv, iż-żebgħa tal-aħħar passata u l-verniċ għall-injam jistgħu jkunu esposti għall-effetti tat-temp għal 500 siegħa fl-apparat tal-effetti aċċellerati tat-temp QUV b’esponiment ċikliku bir-radjazzjoni tal-UV(A) u bit-tifrix tal-isprej skont EN 927-6.

It-tibdil fil-kulur tal-kampjuni li jkunu esposti għall-effetti tat-temp ma għandux ikun ta’ iktar minn ΔΕ*=4 u t-tnaqqis fil-lostru tal-verniċ ma għandux ikun ta’ iktar minn 30 % tal-valur inizjali tiegħu. Il-lostru għandu jitkejjel billi jintuża l-ISO 2813. Il-kriterju għat-tibdil fil-kulur ma japplikax għall-bażijiet u l-verniċ trasparenti.

Għall-kisi tal-aħħar passata tal-bini u għaż-żebgħa tal-aħħar passata għall-injam u għall-metall (fejn ikun applikabbli), it-tfarfir tal-kulur għandu jkun ittestjat bil-metodu EN ISO 4628-6:2007 wara li l-kampjuni jkunu ġew esposti għall-effetti tat-temp. Il-kisi għandu jġib marka ta’ 1,5 jew marka aħjar (0,5 jew 1,0) f’dan it-test. Fl-istandard hemm referenzi illustrati.

Il-parametri li ġejjin ukoll għandhom ikunu evalwati għall-kisi tal-aħħar passata tal-bini u għaż-żebgħa tal-aħħar passata għall-injam u għall-metall wara li l-kampjuni jkunu ġew esposti għall-effetti tat-temp.

It-twaqqigħ ta’ frak taż-żebgħa skont l-ISO 4628-5:2003; densità tal-farka ta’ 2 jew inqas, daqs tal-farka ta’ 2 jew inqas

It-tixqiq taż-żebgħa skont l-ISO 4628-4:2003; ammont tat-tixqiq ta’ 2 jew inqas, daqs tat-tixqiqa ta’ 3 jew inqas

It-tligħ ta’ bżieżaq fiż-żebgħa skont l-ISO 4628-2:2003; densità tat-tligħ ta’ 3 jew inqas, daqs tal-biċċa l-imtella’ ta’ 3 jew inqas

Minħabba l-għadd kbir ta’ kuluri possibbli għal ilwien ħfief, dawn it-testijiet se jkunu llimitati għaż-żebgħa ta’ bażi użata.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapporti tat-test magħmul jew bl-użu tal-ISO11507:2007 skont il-parametri speċifikati, jew bl-użu tal-EN 927-6, jew tat-tnejn (jekk ikunu relevanti). Barra minn hekk, l-applikant għandu jipprovdi rapporti tat-test magħmul bl-użu tal-EN ISO 4628-2, 4, 5, u 6 fejn applikabbli. L-applikant għandu wkoll jipprovdi dikjarazzjoni li (fejn applikabbli) it-tibdil fil-kulur tal-kisi jaqa’ fi ħdan il-parametru stabbilit f’dan id-dokument.

(f)

Il-permeabbiltà tal-fwar tal-ilma: Fejn ikun qed jingħad li ż-żebgħa ta’ barra għall-bini u għal fuq il-konkos tħalli l-arja tgħaddi minnha, iż-żebgħa għandha tiġi kklassifikata fil-Klassi Nru II (permeabbiltà medja tal-fwar) jew fi klassi aħjar skont il-metodu ta’ ttestjar EN ISO 7783-2. Minħabba l-għadd kbir ta’ kuluri potenzjali għal ilwien ħfief, dan il-kriterju se jkun illimitat għall-ittestjar taż-żebgħa ta’ bażi użata; dan ir-rekwiżit ma japplikax għaż-żebgħa trasparenti tal-ewwel passata.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodoloġija tal-EN ISO 7783-2.

(g)

Il-permeabbiltà tal-ilma f’forma likwida: Fejn ikun qed jingħad li ż-żebgħa ta’ barra għall-bini u għal fuq il-konkos ma tħallix l-ilma jidħol jew li hi elastomerika, il-kisi għandu jiġi kklassifikat fil-Klassi Nru III (permeabbiltà baxxa tal-likwidu) skont il-metodu msejjaħ id-DIN EN 1062-3:1999. Minħabba l-għadd kbir ta’ kuluri potenzjali għal ilwien ħfief, dan il-kriterju se jkun illimitat għall-ittestjar taż-żebgħa ta’ bażi użata. Iż-żebgħa tal-bini l-oħra kollha se tkun ikklassifikata fil-Klassi Nru II (permeabbiltà medja tal-likwidu) jew fi klassi aħjar skont il-metodu ta’ ttestjar DIN EN 1062-3:1999.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodoloġija tad-DIN EN 1062-3:1999.

(h)

Ir-reżistenza fungali: Fejn ikun qed jingħad li l-kisi tal-aħħar passata tal-bini għandu karatteristiċi ta’ kontra l-fungi, il-kisi għandu jkollu marka ta’ 2 jew marka aħjar (kopertura fungali ta’ inqas minn 10 %), kif iddeterminat bil-metodu msejjaħ il-BS 3900:G6. Minħabba l-għadd kbir ta’ kuluri possibbli għal ilwien ħfief, dan il-kriterju se jkun illimitat għall-ittestjar taż-żebgħa ta’ bażi użata.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodoloġija tal-BS 3900:G6.

(i)

L-għeluq tat-tixqiq: Fejn ikun qed jingħad li ż-żebgħa tal-bini (jew għal fuq il-konkos) għandha karatteristiċi elastomeriċi, din għandha tkun ikklassifikata tal-inqas bħala A1 fi 23 °C skont id-DIN EN 1062-7:2004. Minħabba l-għadd kbir ta’ kuluri potenzjali għal ilwien ħfief, dan il-kriterju se jkun illimitat għall-ittestjar taż-żebgħa ta’ bażi użata.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodoloġija tad-DIN EN 1062-7:2004.

(j)

Ir-reżistenza għall-alkali: Iż-żebgħa tal-bini u ż-żebgħa tal-ewwel passata m’għandhom juru l-ebda ħsara li tidher meta l-kisi jkun immarkat għal 24 siegħa b’soluzzjoni ta’ 10 % tal-NaOH skont il-metodu msejjaħ l-ISO 2812-4:2007. L-evalwazzjoni ssir wara perjodu ta’ rkupru ta’ 24 siegħa biex jinxfu.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodoloġija tal-ISO 2812-4:2007.

8.   Tagħrif għall-konsumatur

It-tagħrif ta’ hawn taħt għandu jintwera fuq il-pakkett jew ikun mehmuż mal-pakkett:

l-użu, il-wiċċ li jrid jinżebagħ u l-kundizzjonijiet għall-użu li l-prodott ikun maħsub għalihom. Dan għandu jinkludi pariri dwar il-ħidma preparatorja eċċ., bħalma huma l-preparazzjoni korretta tal-wiċċ li jrid jinżebagħ, pariri fuq kif għandu jintuża fuq barra (fejn xieraq), jew it-temperatura;

rakkomandazzjonijiet ta’ kif għandhom jitnaddfu l-għodda u l-ġestjoni xierqa tal-iskart (sabiex jitnaqqas it-tniġġis tal-ilma). Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu adattati għat-tip ta’ prodott ikkonċernat u għall-qasam tal-applikazzjoni kkonċernat u jistgħu jinkludu stampi li jispjegaw l-użu fejn xieraq;

rakkomandazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet ta’ ħażna tal-prodott wara li jinfetaħ (sabiex jiġi llimitat l-iskart solidu), inklużi pariri fuq is-sikurezza fejn xieraq;

għall-kisi iktar skur li għalih ma japplikax il-krietrju 7(a), għandu jingħata parir dwar l-użu taż-żebgħa tal-ewwel passata jew taż-żebgħa tal-bażi l-korretta (jekk possibbli li tkun ingħatat l-Ekotikketta Ewropea);

test li jagħti parir li ż-żebgħa li ma tintużax teħtieġ ġestjoni speċjalizzata sabiex tintrema b’mod sikur fl-ambjent u li għaldaqstant m’għandhiex tintrema mal-iskart domestiku jew tinxtered ‘il barra. Għandu jintalab parir dwar ir-rimi u l-ġbir mill-awtorità lokali,

rakkomandazzjonijiet dwar miżuri preventivi ta’ protezzjoni għal min ikun qed jiżbogħ. It-test li ġej (jew test ekwivalenti) għandu jintwera fuq il-pakkett jew ikun mehmuż mal-pakkett:

Għal aktar tagħrif dwar ir-raġuni għaliex dan il-prodott ingħata l-Fjura, jekk jogħġbok żur is-sit tal-Internet li ġej: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel.

Il-valutazzjoni u l-verifika: Għandu jingħata kampjun tal-pakkett tal-prodott mal-applikazzjoni, flimkien ma’ dikjarazzjoni korrispondenti dwar il-konformità ma’ dawn il-kriterji, kif xieraq.

9.   It-tagħrif li jidher fuq l-ekotikketta

Il-kaxxa nru 2 tal-ekotikketta għandu jkollha l-kliem li ġej:

rendiment tajjeb għall-użu fuq barra,

is-sustanzi perikolużi huma ristretti,

kontenut baxx ta’ solventi

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jagħti kampjun tal-pakkett tal-prodott li juri t-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87.

(3)  ĠU L 200, 30.7.1999, p.1.

(4)  ĠU L 196, 16.8.1967, p. 1.

(5)  Fis-27 ta’ Ġunju 2007, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettjar u l-ippakkjar tas-sustanzi u t-taħlitiet, u li jemenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006” (COM(2007) 355 finali). Għal aktar tagħrif dwar kif is-sistema eżistenti u l-GHS jikkoinċidu f’ċerti partijiet irreferi għall-Anness VII fil-Volum III tal-proposta li ġiet adottata: http://ec.europa.eu/enterprise/reach/docs/ghs/ghs_prop_vol_iii_en.pdf

(6)  Il-Kumitat ta’ Esperti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Trasport ta’ Prodotti Perikolużi u dwar is-Sistema Globali Armonizzata dwar il-Klassifika u l-Ittikkettjar tal-Kimiki: http://www.unece.org/trans/main/dgdb/dgcomm/ac10rep.html

(7)  Ara nota 5 ta' qiegħ il-paġna.


14.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Awwissu 2008

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ ġewwa

(notifikata bid-dokument numru C(2008) 4453)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/544/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta tal-għoti tal-ekotikketta Komunitarja (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 l-ekotikketta Komunitarja tista’ tingħata lil prodott li jkollu karatteristiċi li jippermettulu li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal titjib f’dak li għandu x’jaqsam ma’ aspetti ambjentali ewlenin.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li l-kriterji speċifiċi dwar l-ekotikketta, imsejsa fuq l-abbozz tal-kriterji żviluppat mill-Bord għall-Ittikkettjar Ekoloġiku tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi ta’ prodotti.

(3)

Huwa jipprovdi wkoll li r-reviżjoni tal-kriterji dwar l-ekotikketta, kif ukoll tar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati magħhom, għandha sseħħ fi żmien xieraq qabel ma jintemm il-perjodu tal-validità tal-kriterji speċifiċi għal kull grupp ta’ prodotti kkonċernat.

(4)

B’segwitu għar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, twettqet reviżjoni fil-ħin tal-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll tar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati li kienu ġew stabbliliti bid-Deċiżjoni 2002/739/KE tat-3 ta’ Settembru 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u verniċi ta’ ġewwa u li temenda d-Deċiżjoni 1999/10/KE (2). Dawn il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati magħhom huma validi sat-28 ta’ Frar 2009.

(5)

Fil-kuntest ta’ din ir-reviżjoni, huwa xieraq li titbiddel it-tifsira tal-grupp ta’ prodotti u li jiġu stabbiliti kriterji ekoloġiċi ġodda, sabiex jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq.

(6)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2002/739/KE għandha tinbidel.

(7)

Il-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

(8)

Għandu jitħalla perjodu tranżitorju għall-produtturi li l-prodotti tagħhom ikunu ngħataw l-ekotikketta għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ ġewwa qabel 18.8.2008 jew li jkunu applikaw għaliha qabel 18.8.2008 sabiex ikollhom ħin biżżejjed biex jadattaw il-prodotti tagħhom sabiex jiġu f’konformità mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti. Għall-finijiet taċ-ċertezza legali, sat-28 ta’ Frar 2009, il-produtturi għandhom jitħallew iressqu applikazzjonijiet magħmulin skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2002/739/KE jew skont il-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. Wara din id-data, għandhom japplikaw biss il-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

(9)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-grupp ta’ prodotti “iż-żebgħa u l-verniċ ta’ ġewwa” għandu jinkludi ż-żebgħa u l-verniċ dekorattiv ta’ ġewwa, il-likwidi li jlewnu l-injam u l-prodotti relatati, kif iddefiniti fil-paragrafu 2, maħsubin għall-użu mid-dilettanti (id-“do-it-yourself”) u mill-professjonisti, u li ġew żviluppati primarjament għall-użu fuq ġewwa u qed jitmexxew fis-suq bħala tali.

Dan jinkludi, fost l-oħrajn, il-kisi u ż-żebgħa tal-art; il-prodotti li jingħataw lewn ħafif mid-distributuri fuq talba tad-dekoraturi dilettanti jew professjonali; is-sistemi li jagħtu l-lewn; iż-żebgħa dekorattiva f’forma likwida jew bħala pejst li tista’ tkun ġiet ikkundizzjonata minn qabel, mogħtija lewn ħafif jew imħejjija mill-manifattur sabiex taqdi l-bżonnijiet tal-konsumaturi, inkluż iż-żebgħa tal-ewwel passata u ż-żebgħa ta’ taħt tat-tali sistemi ta’ prodotti.

2.   “Żebgħa” tfisser materjal għall-kisi, f’forma likwida jew bħala pejst jew trab, miżjud bil-pigment, u li meta jiġi applikat fuq wiċċ li jrid jinżebagħ, joħloq saff opak li jkollu karatteristiċi protettivi, dekorattivi jew karatteristiċi tekniċi speċifiċi.

“Verniċ” tfisser materjal għall-kisi trasparenti li meta jiġi applikat fuq wiċċ li jrid jinżebagħ joħloq saff trasparenti u solidu li jkollu karatteristiċi protettivi, dekorattivi jew karatteristiċi tekniċi speċifiċi.

“Iż-żebgħa u l-verniċ dekorattiv” tfisser żebgħa u verniċ li jiġu applikati fuq il-bini, it-tirqim u l-aċċessorji tiegħu, għal għanijiet dekorattivi u protettivi. Huma jiġu applikati fil-post. Filwaqt li l-għan prinċipali tagħhom huwa dekorattiv, fl-istess ħin huma jipprovdu wkoll il-protezzjoni.

“Il-likwidi li jlewnu l-injam” (il-“lasures”) tfisser kisjiet li jiffurmaw saff trasparenti jew semi-trasparenti, biex jiddekoraw u jipproteġu l-injam kontra l-effetti tat-temp, u li jippermettu ż-żamma tiegħu b’mod faċli.

“Sistemi li jagħtu l-lewn” huma metodu kif wieħed iħejji ż-żebgħa tal-kulur billi jħallat “bażi” ma’ lwien ħfief ikkuluriti.

3.   Il-grupp ta’ prodotti ma għandux jinkludi:

(a)

il-kisi ta’ kontra l-korrużjoni;

(b)

il-kisi ta’ kontra l-akkumulu ta’ depożitu ta’ materjali;

(c)

il-prodotti għall-konservazzjoni tal-injam;

(d)

il-kisi għall-użi industrijali u professjonali partikolari, inkluż il-kisi li jiflaħ għall-istrapazz (“heavy-duty”);

(e)

il-kisi tal-faċċati;

(f)

kwalunkwe prodott li ġie żviluppat primarjament għall-użu fuq barra u li jitmexxa fis-suq bħala tali.

Artikolu 2

1.   Sabiex jingħataw l-ekotikketta Komunitarja skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 u suġġetti għall-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, iż-żebgħa u l-verniċ għandhom jaqgħu fi ħdan il-grupp ta’ prodotti “iż-żebgħa u l-verniċ ta’ ġewwa”, kif iddefinit fl-Artikolu 1, u għandhom ikunu konformi mal-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-kisi ta’ rendiment reattiv li jkun fih żewġ pakketti u jkun għal użu aħħari speċifiku għandu jkun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

iż-żewġ komponenti tiegħu jridu, individwalment, ikunu konformi mal-kriterji ekoloġiċi mniżżlin fl-Anness (ħlief għall-kriterju għall-Komposti Organiċi Volatili);

(b)

irid ikun jinkludi tagħrif li jispjega li l-komponenti individwali ma għandhomx jintużaw b’mod separat jew jitħalltu ma’ prodotti oħrajn.

(c)

Madankollu, il-prodott aħħari li jkun lest għall-użu wkoll għandu jkun konformi mal-kriterji ekoloġiċi, inkluż mal-kriterju għall-Komposti Organiċi Volatili (il-VOC).

3.   Il-kisi li jkun immexxi fis-suq kemm għall-użu fuq barra kif ukoll għall-użu fuq ġewwa jrid ikun jissodisfa kemm il-kriterji għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ ġewwa mniżżlin f’din id-Deċiżjoni kif ukoll il-kriterji għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra mniżżlin fid-Deċiżjoni 2009/543/KE (3).

Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “iż-żebgħa u l-verniċ ta’ ġewwa”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom ikunu validi sa erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Għal raġunijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi mogħti lill-grupp ta’ prodotti “iż-żebgħa u l-verniċ ta’ ġewwa” se jkun in-numru “07”.

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni 2002/739/KE hija mħassra.

Artikolu 6

1.   L-ekotikketti li jkunu ngħataw qabel 18.8.2008 għal prodotti li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta’ prodotti “iż-żebgħa u l-verniċ ta’ ġewwa” jistgħu jibqgħu jintużaw sat-28 ta’ Frar 2009.

2.   F’każ ta’ applikazzjonijiet għall-għoti tal-ekotikketta għal prodotti li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta’ prodotti “iż-żebgħa u l-verniċ ta’ ġewwa” li jkunu tressqu qabel 18.8.2008 dawk il-prodotti għandhom jingħataw l-ekotikketta skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2002/739/KE. F’każijiet bħal dawn, l-ekotikketta tista’ tintuża sat-28 ta’ Frar 2009.

3.   L-applikazzjonijiet għall-għoti tal-ekotikketta għal prodotti li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta’ prodotti “iż-żebgħa u l-verniċ ta’ ġewwa” li jkunu tressqu wara 18.8.2008 iżda qabel l-1 ta’ Marzu 2009 jistgħu jkunu msejsa jew fuq il-kriterji mniżżlin fid-Deċiżjoni 2002/739/KE jewinkella fuq il-kriterji mniżżlin f’din id-Deċiżjoni.

F’każ ta’ applikazzjoni li tkun imsejsa fuq il-kriterji mniżżlin fid-Deċiżjoni 2002/739/KE, l-ekotikketta tista’ tintuża sat-28 ta’ Frar 2009.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, it-13 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Olli REHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 236, 4.9.2002, p. 4.

(3)  Ara paġna 27 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

A.   IL-QAFAS

L-għanijiet tal-kriterji

Dawn il-kriterji għandhom l-għan partikolari li:

jkun hemm l-użu effiċjenti tal-prodotti u t-tnaqqis tal-iskart,

jkun hemm it-tnaqqis tar-riskji ambjentali u ta’ riskji oħrajn (bħalma hu l-ożonu troposferiku) billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-solventi,

jkun hemm it-tnaqqis ta’ żbokk ta’ sustanzi tossiċi jew ta’ sustanzi li jniġġsu b’xi mod ieħor fl-ilmijiet. Il-kriterji huma ffissati f’livelli li jippromwovu l-ittikkettjar tal-prodotti taż-żebgħa u l-verniċ ta’ ġewwa li għandhom impatt inqas fuq l-ambjent.

Ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u tal-verifika huma indikati f’kull kriterju.

Fejn l-applikant huwa mitlub jagħti dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti ta’ testijiet, jew evidenza oħra sabiex juri li hemm konformità mal-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur/mill-fornituri tiegħu u/jew mill-fornitur/mill-fornituri tagħhom, eċċ., kif xieraq.

Fejn xieraq, metodi ta’ ttestjar minbarra dawk indikati għal kull kriterju jistgħu jintużaw jekk dawn huma aċċettati mill-korp kompetenti li jkun qed jivvaluta l-applikazzjoni bħala ekwivalenti.

Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jeħtieġu dokumentazzjoni ta’ evidenza u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

Huwa rrakkomandat li l-korpi kompetenti jqisu l-implimentazzjoni ta’ skemi rikonoxxuti tal-ġestjoni ambjentali, bħall-iskema “EMAS” jew l-“EN ISO14001”, meta jkunu qed jivvalutaw l-applikazzjonijiet u jkunu qed jimmonitorjaw il-konformità mal-kriterji (Nota: mhux meħtieġ li wieħed jimplimenta dawn it-tipi ta’ skemi ta’ ġestjoni).

Fejn il-kriterji jirreferu għall-ingredjenti, dawn jinkludu s-sustanzi u l-preparazzjonijiet. It-tifsiriet tal-kliem “sustanzi” u “preparazzjonijiet” huma mogħtija fir-Regolament REACH (ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)).

Għal kull sustanza mdaħħla li tkun qed tintuża mill-applikant għandha tingħata l-formulazzjoni eżatta tal-prodott lill-korp kompetenti. Kwalunkwe sustanza, inkluż l-impuritajiet, li jkun hemm f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,01 % (m/m) għandha tiġi rrappurtata, sakemm ma tkunx speċifikata konċentrazzjoni iktar baxxa x’imkien ieħor fil-kriterji.

B.   IL-KRITERJI EKOLOĠIĊI

Il-kriterji kollha għandhom japplikaw għaż-żebgħa u l-verniċ fil-pakkett tagħhom, ħlief għall-kriterju nru 3 li għandu x’jaqsam mal-limiti tal-VOC. F’konformità mad-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-limiti tal-VOC għandhom x’jaqsmu mal-prodott li jkun lest għall-użu u b’hekk il-kontenut massimu tal-VOC għandu jiġi kkalkulat abbażi ta’ kwalunkwe żieda rrakkomandata bħas-sustanzi li jagħtu l-kulur u/jew li jrattbu ż-żebgħa. Għal dan il-kalkolu, se tkun meħtieġa d-dejta li tingħata mill-fornituri tal-materja prima f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontenut tas-solidi, il-kontenut tal-VOC u d-densità tal-prodott.

Il-kriterji nru 1 u 2 japplikaw biss għaż-żebgħa bajda u għaż-żebgħa ta’ kulur ċar (inkluż iż-żebgħa tal-aħħar passata, iż-żebgħa tal-ewwel passata, iż-żebgħa ta’ taħt, u/jew iż-żebgħa intermedjarja).

Għas-sistemi li jagħtu l-lewn, il-kriterji nru 1 u 2 japplikaw biss għall-bażi l-bajda (il-bażi li jkun fiha l-akbar ammont ta’ TiO2). F’każijiet fejn il-bażi l-bajda ma tkunx tista’ tilħaq ir-rekwiżit ta’ talanqas 8 m2 għal kull litru f’qawwa opaċizzanti ta’ 98 % skont il-kriterju nru 7(a), il-kriterji se jkunu ntlaħqu wara li jingħata lewn ħafif sabiex jiġi prodott il-kulur standard RAL 9010.

Il-kriterji nru 1 u 2 ma japplikawx għall-kisi trasparenti.

1.   Il-pigmenti l-bojod

Il-kontenut tal-pigment l-abjad (il-pigmenti l-bojod inorganiċi li jkollhom indiċi rifrattiv ogħla minn 1.8): Iż-żebgħa għandu jkollha kontenut ta’ pigment abjad daqs jew inqas minn 36 gm għal kull m2 ta’ saff niexef, b’opaċità ta’ 98 %. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-verniċ u għal-likwidi li jlewnu l-injam.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jew jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu jewinkella jipprovdi dokumentazzjoni li turi l-kontenut tal-pigmenti l-bojod u r-rata li biha dawn jixterdu, flimkien ma’ kalkolu ddettaljat li juri li hemm konformità ma’ dan il-kriterju.

2.   Id-diossidu tat-titanju

Id-diossidu tat-titanju: L-emissjonijiet u r-rimi tal-iskart mill-produzzjoni ta’ kwalunkwe pigment tad-diossidu tat-titanju li jkun intuża ma għandux jaqbeż il-livelli li ġejjin (kif meħudin mid-Dokument ta’ Referenza dwar l-Aqwa Teknoloġija Disponibbli għall-Manifattura ta’ Volumi Kbar ta’ Kimiċi Inorganiċi (BREF) (Awwissu 2007)):

l-emissjonijiet tal-SOx (espressi bħala SO2): 252 mg għal kull m2 ta’ saff niexef (opaċità ta’ 98 %),

l-iskart tas-sulfat: 18-il gm għal kull m2 ta’ saff niexef (opaċità ta’ 98 %),

l-iskart tal-klorur: 3,7, 6,4 u 11,9 gm għal kull m2 ta’ saff niexef (opaċità ta’ 98 %) rispettivament għar-rutil naturali, għar-rutil sintetiku u għall-fdalijiet tal-metall mhux maħdum.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jew jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu jewinkella jagħti dokumentazzjoni ta’ evidenza li turi l-livelli rispettivi tal-emissjonijiet u tar-rimi tal-iskart għal dawn il-parametri, il-kontenut tad-diossidu tat-titanju tal-prodott, ir-rata li biha dan jixtered, flimkien ma’ kalkoli ddettaljati li juru li hemm konformità ma’ dan il-kriterju.

3.   Il-komposti organiċi volatili (il-VOC)

Il-kontenut tal-komposti organiċi volatili (il-VOC) ma għandux jaqbeż il-livelli li ġejjin:

Il-Klassifika tal-Prodott (Id-Direttiva 2004/42/KE)

Il-limiti tal-VOC (gm/l inkluż l-ilma)

Iż-żebgħa matta ta’ ġewwa (għall-ħitan/għas-soqfa) (Lostru < 25 f’60 °)

15

Iż-żebgħa li tleqq ta’ ġewwa (għall-ħitan/għas-soqfa) (Lostru > 25 f’60 °)

60

Iż-żebgħa għat-tirqim ta’ ġewwa u għall-kisi fuq ġewwa għall-injam u l-metall inkluż iż-żebgħa ta’ taħt

90

Il-verniċ u l-likwidi li jlewnu l-injam għat-tirqim ta’ ġewwa, inklużi l-likwidi li jlewnu l-injam opaki

75

Il-likwidi li jlewnu l-injam ta’ ġewwa b’binja minima

75

Iż-żebgħa tal-ewwel passata

15

Iż-żebgħa tal-ewwel passata li tgħaqqad

15

Il-kisi ta’ rendiment li jkun fih pakkett wieħed

100

Il-kisi ta’ rendiment reattiv li jkun fih żewġ pakketti u jkun għal użu aħħari speċifiku eż. għall-art

100

Il-kisi b’effett dekorattiv

90

F’dan il-kuntest il-komposti organiċi volatili (il-VOC) ifissru kwalunkwe kompost organiku li jkollu temperatura tat-togħlija inizjali ta’ 250 °C jew inqas, imkejla fi pressjoni standard ta’ 101.3kPa kif iddefinita fid-Direttiva 2004/42/KE. Is-subkategoriji għaż-żebgħa u l-verniċ mogħtija fid-Direttiva huma użati sabiex jiġu ddefiniti l-limiti tal-VOC. Dawk il-kategoriji li huma rilevanti għall-kisi ta’ ġewwa biss huma murija hawnhekk.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju. L-applikant għandu jindika l-kontenut tal-VOC għall-prodotti kollha.

4.   L-idrokarboni aromatiċi volatili (VAH)

L-idrokarboni aromatiċi volatili (VAH) ma għandhomx jiżdiedu b’mod dirett mal-prodott qabel jew waqt li jkun qed jingħata lewn ħafif (fejn huwa applikabbli); madankollu, l-ingredjenti li jinkludu l-VAH jistgħu jiżdiedu sa ammont li permezz tiegħu l-kontenut tal-VAH fil-prodott aħħari ma jaqbiżx iż-0,1 % (m/m).

F’dan il-kuntest, l-idrokarboni aromatiċi volatili (VAH) ifissru kwalunkwe kompost organiku, kif iddefinit fid-Direttiva 2004/42/KE, li jkollu temperatura tat-togħlija inizjali ta’ 250 °C jew inqas, imkejla fi pressjoni standard ta’ 101,3kPa, u li jkollu talanqas nukleu wieħed aromatiku fil-formula strutturali żviluppata tiegħu.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju, li fiha jiddikjara li ma żdidux VAH ħlief fl-ingredjenti li kienu mmanifatturati minn qabel u, fejn applikabli, għandu jipprovdi dikjarazzjoni mill-fornituri tal-ingredjent li fiha jkun ikkonfermat il-kontenut tal-VAH tiegħu.

5.   Il-metalli tqal

Il-metalli tqal li ġejjin jew il-komposti tagħhom ma għandhomx jintużaw bħala ingredjenti fil-prodott jew fil-lewn ħafif (kif inhu applikabbli) (kemm bħala sustanza kif ukoll bħala parti minn kwalunkwe preparazzjoni użata): il-kadmju, iċ-ċomb, il-kromju VI, il-merkurju, l-arseniku, il-barju (ħlief is-sulfat tal-barju), is-silenju, l-antimonju.

Il-kobalt ukoll ma għandux jiżdied bħala ingredjent ħlief għall-imluħ tal-kobalt li jkunu użati bħala sustanza għat-tnixxif fiż-żebgħa alkidika. Dawn jistgħu jintużaw sa konċentrazzjoni li ma taqbiżx iż-0,05 % (m/m) fil-prodott aħħari, imkejla bħala metall tal-kobalt. Il-kobalt fil-pigmenti huwa wkoll eżenti minn dan ir-rekwiżit.

Huwa aċċettat li dawn l-ingredjenti jista’ jkollhom traċċi ta’ dawn il-metalli sa 0,01 % (m/m) li jiġu mill-impuritajiet fil-materja prima.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju, kif ukoll dikjarazzjonijiet mill-fornituri tal-ingredjenti (fejn applikabbli).

6.   Is-sustanzi perikolużi

(a)

Il-prodott: Il-prodott ma għandux ikun ikklassifikat bħala tossiku ħafna, tossiku, perikoluż għall-ambjent, karċinoġeniku, tossiku għar-riproduzzjoni, ta’ ħsara, korrużiv, mutaġeniku jew bħala irritant (fejn dan hu minħabba l-preżenza ta’ ingredjenti mmarkati R43 biss) f’konformità mad-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), qabel jew wara li jingħata lewn ħafif (fejn applikabbli).

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ formola bid-dejta dwar is-sikurezza tal-materjali tal-prodott li tkun tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tar-Regolament REACH.

(b)

L-ingredjenti (tossiċi ħafna, tossiċi, karċinoġeniċi, mutaġeniċi, tossiċi għar-riproduzzjoni): Ma jista’ jintuża l-ebda ingredjent, inkluż dawk użati meta jingħata lewn ħafif (jekk ikun applikabbli) li waqt li jkun qed jiġi applikat jissodisfa l-kriterji tal-klassifika ta’ kwalunkwe waħda mill-frażijiet ta’ riskju (jew kombinazzjonijiet tagħhom) li ġejjin:

R23 (tossiku jekk ikun hemm inalazzjoni)

R24 (tossiku jekk ikun hemm kuntatt mal-ġilda)

R25 (tossiku jekk jinbela’)

R26 (tossiku ħafna jekk ikun hemm inalazzjoni)

R27 (tossiku ħafna jekk ikun hemm kuntatt mal-ġilda)

R28 (tossiku ħafna jekk jinbela’)

R33 (periklu ta’ effetti kumulattivi)

R39 (periklu ta’ effetti serji ħafna li huma irriversibbli)

R40 (evidenza limitata ta’ effett karċinoġeniku)

R42 (jista’ jikkawża sensibilizzazzjoni jekk ikun hemm inalazzjoni)

R45 (jista’ jikkawża l-kanċer)

R46 (jista’ jikkawża ħsara ġenetika li tintiret)

R48 (periklu ta’ ħsara serja għas-saħħa jekk ikun hemm esponiment fit-tul)

R49 (jista’ jikkawża l-kanċer jekk ikun hemm inalazzjoni)

R60 (jista’ jnaqqas il-fertilità)

R61 (jista’ jikkawża ħsara lit-tarbija mhux imwielda)

R62 (riskju possibbli li tonqos il-fertilità)

R63 (riskju possibbli ta’ ħsara lit-tarbija mhux imwielda)

R68 (riskju possibbli ta’ effetti li huma irriversibbli)

kif inhu stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (4) jew fid-Direttiva 1999/45/KE. Madankollu, l-ingredjenti attivi użati bħala preżervattivi fil-formula u li huma mogħtija kwalunkwe waħda mill-frażijiet ta’ riskju R23, R24, R25, R26, R27, R28, R39, R40 jew R48 (jew kombinazzjonijiet tagħhom) jistgħu jintużaw sa limitu ta’ 0,1 % (m/m) tal-formulazzjoni totali taż-żebgħa.

B’mod alternattiv, tista’ titqies is-Sistema Globali Armonizzata ta’ klassifika (GHS) (5). F’dan il-każ ma għandhomx jintużaw l-ingredjenti, inkluż dawk użati meta jingħata lewn ħafif (jekk ikun applikabbli) li jkunu kklassifikati bil-mod li ġej (jew kombinazzjonijiet tagħhom):

Tossiċità Akuta (orali) – Il-Kategorija Nru I, II, III

Tossiċità Akuta (għall-ġilda) – Il-Kategorija Nru I, II, III

Tossiċità Akuta (inalazzjoni) – Il-Kategorija Nru I, II, III

Sensibilizzazzjoni Respiratorja - Il-Kategorija Nru I

Sustanzi Mutaġeniċi - Il-Kategorija Nru I, II

Sustanzi Karċinoġeniċi - Il-Kategorija Nru I, II

Sustanzi Tossiċi għar-Riproduzzjoni - Il-Kategorija Nru I, II

Tossiċità Sistemika li Tolqot Organu Speċifiku (esponiment ta’ darba) - Il-Kategorija Nru I, II

Tossiċità Sistemika li Tolqot Organu Speċifiku (esponiment ripetut) - Il-Kategorija Nru I, II

kif inhu stabbilit fl-ST/SG/AC.10/30 (6) u rivedut fl-ST/SG/AC.10/34/Add.3 dwar is-Sistema Globali Armonizzata dwar il-Klassifika u l-Ittikkettjar tal-Kimiki. Madankollu, ingredjenti attivi li jintużaw bħala preżervattivi fil-formula u li tingħatalhom kwalunkwe waħda mill-kategoriji tal-GHS li ġejjin, jistgħu jintużaw sa limitu ta’ 0,1 % (m/m) tal-formulazzjoni totali taż-żebgħa:

Tossiċità Akuta (orali, għall-ġilda, inalazzjoni) – I, II, III (orali u għall-ġilda biss);

Tossiċità Sistemika li Tolqot Organu Speċifiku (esponiment ta’ darba u/jew ripetut) - I, II (jew kombinazzjonijiet tagħhom) u;

Karċinoġeniċità tal-Kategorija Nru II.

Il-Metil Etil Ketoksim jista’ jintuża fiż-żebgħa alkidika sa limitu ta’ 0,3 % (m/m).

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ formola bid-dejta dwar is-sikurezza tal-materjali tal-prodott li tkun tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tar-Regolament REACH.

(c)

L-ingredjenti (perikolużi għall-ambjent): L-ebda ingredjent, inkluż dawk użati meta jingħata lewn ħafif (jekk ikun applikabbli) li waqt li jkun qed jiġi applikat jissodisfa l-kriterji tal-klassifika ta’ kwalunkwe waħda mill-frażijiet ta’ riskju (jew kombinazzjonijiet tagħhom) li ġejjin, ma jista’ jaqbeż it-2 % (m/m):

N R50 (tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi),

(tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi, jista’ jikkawża effetti negattivi fit-tul fl-ambjent akkwatiku),

(tossiku għall-organiżmi akkwatiċi, jista’ jikkawża effetti negattivi fit-tul fl-ambjent akkwatiku),

(ta’ ħsara għall-organiżmi akkwatiċi, jista’ jikkawża effetti negattivi fit-tul fl-ambjent akkwatiku),

R51 (tossiku għall-organiżmi akkwatiċi),

R52 (ta’ ħsara għall-organiżmi akkwatiċi),

R53 (jista’ jikkawża effetti negattivi fit-tul fl-ambjent akkwatiku),

kif inhu stabbilit fid-Direttiva 67/548/KEE jew fid-Direttiva 1999/45/KE.

B’mod alternattiv, tista’ titqies is-Sistema Globali Armonizzata dwar il-klassifika (GHS) (7). F’dan il-każ l-ebda ingredjent, inkluż dawk użati meta jingħata lewn ħafif (jekk ikun applikabbli), li waqt li jkun qed jiġi applikat ikun ingħata jew jista’ jingħata kwalunkwe waħda mill-kategoriji li ġejjin, ma jista’ jaqbeż it-2 % (m/m):

Il-kategoriji tat-Tossiċità Akkwatika (u l-kombinazzjonijiet tagħhom):

Akuta Nru I, II, III

Kronika Nru I, II, III, IV

kif inhu stabbilit fl-ST/SG/AC.10/30 u rivedut fl-ST/SG/AC.10/34/Add.3 dwar is-Sistema Globali Armonizzata dwar il-Klassifika u l-Ittikkettjar tal-Kimiki.

F’kull każ, is-somma totali tal-ingredjenti kollha li, waqt li jkunu qed jiġu applikati, jkunu ngħataw jew jistgħu jingħataw kwalunkwe waħda minn dawn il-frażijiet ta’ riskju (jew kombinazzjonijiet tagħhom) jew kwalunkwe waħda minn dawn il-klassifiki tal-GHS, m’għandhiex taqbeż l-4 % (m/m).

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-ammonja u għall-alkil tal-ammonja.

Dan ir-rekwiżit ma jaffettwax l-obbligu li jiġi ssodisfat ir-rekwiżit imniżżel fil-kriterju 6(a) ta’ hawn fuq.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ formoli bid-dejta dwar il-lista tal-ingredjenti u dwar is-sikurezza tal-materjali ta’ kull ingredjent, li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness II tar-Regolament REACH.

(d)

L-alkilfenoletoksilati (APEOs): L-APEOs ma għandhomx jintużaw fil-prodott qabel jew waqt li jkun qed jingħata lewn ħafif (jekk ikun applikabbli).

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju.

(e)

Il-komposti tal-iżotijażolinon: Il-kontenut tal-komposti tal-iżotijażolinon fil-prodott ma għandhomx jaqbżu ż-0,05 % (m/m) qabel jew wara li jingħata lewn ħafif (jekk ikun applikabbli). Bl-istess mod, il-kontenut tat-taħlita ta’ 5-kloro-2-metil-2H-iżotijażol-3-on (KE Nru 247-500-7) u 2-metil-2H-iżotijażol-3-on (KE Nru 220-239-6) (3:1) ma għandux jaqbeż iż-0.0015 % (m/m).

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, li jindika l-ammonti (jekk ikunu ntużaw).

(f)

Is-sulfonati tal-alkil perfluworinati (PFAS), l-aċidi karboksiliċi perfluworinati (PFCA), inkluż l-Aċidu Perfluworooktanojku (PFOA) u s-sustanzi relatati li huma elenkati fil-listi tal-OECD msejħin “Il-listi preliminari tal-PFOS, PFAS, PFOA, PFCA, il-komposti relatati u l-kimiki li jistgħu jiddegradaw f’PFCA (kif riveduti fl-2007)” mhumiex permessi fil-prodott. Il-lista tal-OECD qed tingħata fl-Anness ta’ dan id-dokument dwar il-kriterji.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju.

(g)

Il-formaldeide: Ma għandhomx jiżdiedu formaldeidi liberi. Donaturi tal-formaldeide jistgħu jiżdiedu biss f’tali kwantitajiet li jiżguraw li l-kontenut aħħari tal-formaldeidi liberi li jirriżultaw wara li jingħata lewn ħafif (jekk ikun applikabbli) ma jaqbiżx iż-0,001 % (m/m).

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju. Barra minn hekk, l-applikant għandu jipprovdi r-riżultati ta’ testijiet mogħtija mill-fornituri tal-materja prima li jkunu użaw il-metodu ta’ ttestjar VdL-RL 03 (il-Linja ta’ gwida nru 3 tal-VdL) “Il-konċentrazzjoni tal-formaldeide fil-bott iddeterminata permezz tal-metodu tal-aċetil-aċeton” kif ukoll il-kalkoli li jorbtu d-dejta minn dawn it-testijiet mal-prodott aħħari sabiex juru li l-konċentrazzjoni aħħarija massima possibbli tal-formaldeide rrilaxxat minn sustanzi li jirrilaxxaw il-formaldeide mhix ogħla minn 0,001 % (m/m). B’mod alternattiv, il-formaldeide li ġej mid-donaturi tal-formaldeide jista’ jitkejjel fil-prodott aħħari bl-użu ta’ standard ibbażat fuq il-kromatografija f’fażi likwida, b’rendiment għoli.

(h)

Is-Solventi Organiċi Aloġenati: Minkejja l-kriterji nri 6a, 6b u 6c, qabel jew waqt li jkun qed jingħata lewn ħafif (fejn huwa applikabbli), fil-prodott jistgħu jintużaw biss il-komposti aloġenati li waqt li jkunu qed jiġu applikati, jkunu ġew ivvalutati għar-riskju u ma jkunux ġew ikklassifikati bil-frażijiet ta’ riskju (jew kombinazzjonijiet tagħhom): R26/27, R45, R48/20/22, R50, R51, R52, R53, R50/53, R51/53, R52/53 u R59 f’konformità mad-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju.

(i)

Il-ftalati: Minkejja l-kriterji nri 6a, 6b u 6c, qabel jew waqt li jkun qed jingħata lewn ħafif (fejn huwa applikabbli), fil-prodott jistgħu jintużaw biss il-ftalati li waqt li jkunu qed jiġu applikati, ikunu ġew ivvalutati għar-riskju u ma jkunux ġew ikklassifikati bil-frażijiet ta’ riskju (jew kombinazzjonijiet tagħhom): R60, R61, R62, R50, R51, R52, R53, R50/53, R51/53, u R52/53, f’konformità mad-Direttiva 67/548/KEE u l-emendi tagħha. Barra minn hekk, id-DNOP (ftalat tad-di-n-oktil), id-DINP (ftalat tad-di-iżononil), u d-DIDP (ftalat tad-di-iżodekil) mhumiex permessi fil-prodott.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju.

7.   Kemm hu tajjeb għall-użu

(a)

Ir-rata ta’ tixrid: Iż-żebgħa l-bajda u ż-żebgħa ta’ kulur ċar (inkluż iż-żebgħa tal-aħħar passata, iż-żebgħa tal-ewwel passata, iż-żebgħa ta’ taħt, u/jew iż-żebgħa intermedjarja) għandu jkollhom rata ta’ tixrid (f’qawwa opaċizzanti ta’ 98 %) ta’ mill-inqas 8 m2 għal kull litru tal-prodott.

Għas-sistemi li jagħtu l-lewn, dan il-kriterju japplika biss għall-bażi l-bajda (il-bażi li jkun fiha l-akbar ammont ta’ TiO2). F’każijiet fejn il-bażi l-bajda ma tkunx tista’ tilħaq ir-rekwiżit ta’ mill-inqas 8 m2 għal kull litru f’qawwa opaċizzanti ta’ 98 %, il-kriterju se jkun intlaħaq wara li jingħata lewn ħafif lill-bażi l-bajda sabiex jiġi prodott il-kulur standard RAL 9010. Dan il-kriterju ma għandux japplika għall-bażijiet l-oħrajn kollha użati fil-manifattura ta’ prodotti li jkunu ngħataw lewn ħafif – dawn huma bażijiet li b’mod ġenerali jkun fihom inqas TiO2, u li ma jkunux jistgħu jilħqu r-rekwiżit ta’ mill-inqas 8 m2 għal kull litru tal-prodott f’qawwa opaċizzanti ta’ 98 %. Għaż-żebgħa li tkun parti minn sistema li tagħti l-lewn, l-applikant għandu javża lill-utent aħħari fuq il-pakkett tal-prodott u/jew fuq il-POS dwar liema kulur jew liema żebgħa tal-ewwel passata/żebgħa ta’ taħt (jekk possibbli li tkun ingħatat l-Ekotikketta Komunitarja) għandu jintuża bħala l-kisi tal-bażi qabel ma jiġi applikat il-kulur iktar skur.

Iż-żebgħa tal-ewwel passata li jkollha karatteristiċi speċifiċi sabiex tibblokka/tissiġilla u tippenetra/tgħaqqad u ż-żebgħa tal-ewwel passata li jkollha karatteristiċi speċjali ta’ adeżjoni mal-uċuħ tal-aluminju u l-uċuħ iggalvanizzati għandu jkollha rata ta’ tixrid (f’qawwa opaċizzanti ta’ 98 %) ta’ mill-inqas 6 m2 għal kull litru tal-prodott.

Il-kisi dekorattiv magħqud (żebgħa li hi ddiżinjata speċjalment sabiex toħloq effett dekorattiv tridimensjonali u li għalhekk hija kkaratterizzata minn kisja magħquda ħafna) għandu, b’mod alternattiv, ikollu saħħa ta’ tixrid ta’ 1 m2 għal kull kilogramm tal-prodott.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-verniċ, għal-likwidi li jlewnu l-injam, għall-kisi tal-art, għaż-żebgħa tal-art, għaż-żebgħa ta’ taħt, għaż-żebgħa ta’ adeżjoni tal-ewwel passata, jew għal kwalunkwe kisi trasparenti ieħor.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodu ISO 6504/1 (Iż-żebgħa u l-verniċ – id-determinazzjoni tal-qawwa opaċizzanti – Il-Parti nru 1: il-metodu Kubelka-Munk għaż-żebgħa l-bajda u ż-żebgħa ta’ kulur ċar) jew 6504/3 (Il-Parti nru 3: id-determinazzjoni tal-proporzjon tal-kuntrast (l-opaċità) għaż-żebgħa ta’ kulur ċar f’rata fissa ta’ tixrid), jew bil-metodu NF T 30 073 (jew ekwivalenti) għal żebgħa ddiżinjata speċjalment sabiex toħloq effett dekorattiv tridimensjonali u kkaratterizzata minn kisja magħquda ħafna. Għall-bażijiet użati fil-manifattura ta’ prodotti li jkunu ngħataw lewn ħafif li ma jkunux evalwati skont ir-rekwiżiti msemmijin hawn fuq, l-applikant għandu juri evidenza dwar kif l-utent aħħari se jkun avżat biex juża żebgħa tal-ewwel passata u/jew żebgħa ta’ taħt griża (jew ta’ kulur ieħor rilevanti) qabel ma juża l-prodott.

(b)

Ir-reżistenza għall-għorik waqt il-ħasil: Iż-żebgħa għall-ħitan (skont l-EN 13300) li għaliha jkun qed jingħad li tista’ tinħasel, titnaddaf jew tingħorok (kemm jekk fuq il-prodott kif ukoll f’materjal relatat mat-tmexxija tiegħu fis-suq), għandu jkollha reżistenza għall-għorik waqt il-ħasil kif imkejla bl-EN 13300 u bl-EN ISO 11998 tal-klassi nru 2 jew aħjar (mingħajr ma taqbeż l-20 mikron wara 200 ċiklu).

Minħabba l-firxa potenzjali wiesgħa ta’ kuluri possibbli għal ilwien ħfief, dan il-kriterju se jkun illimitat għall-ittestjar tal-bażijiet għall-għoti ta’ lewn ħafif.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test skont l-EN 13300 magħmul bil-metodu EN ISO 11198 (Test għat-tnaddif u għar-reżistenza għall-għorik) u, fil-każ taż-żebgħa għas-soqfa, evidenza (fuq il-pakkett tal-prodott jew fuq il-materjal relatat mat-tmexxija fis-suq) li l-utent aħħari ġie mgħarraf li l-prodott ma ġiex ittestjat għar-reżistenza għall-għorik waqt il-ħasil.

(c)

Ir-reżistenza għall-ilma: Il-verniċ, il-kisi u ż-żebgħa tal-art għandu jkollhom reżistenza għall-ilma, kif iddeterminat bl-ISO 2812-3, hekk li wara li jkunu esposti għalih għal 24 siegħa u jkollhom 16-il siegħa biex jinxfu, ma jkollhom l-ebda tibdil fil-lostru jew fil-kulur.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodu ISO 2812-3 (Iż-żebgħa u l-verniċ – id-determinazzjoni tar-reżistenza għal-likwidi – Il-Parti nru 3: Metodu li juża midjum assorbenti).

(d)

L-adeżjoni: Il-kisi tal-art, iż-żebgħa tal-art u ż-żebgħa ta’ taħt tal-art, tal-metall u tal-injam għandhom iġibu marka ta’ mill-inqas 2 fit-test EN 2409 għall-adeżjoni. F’każ fejn is-saħħa tal-koeżjoni tal-wiċċ li jrid jinżebagħ tkun inqas mis-saħħa ta’ adeżjoni taż-żebgħa, iż-żebgħa tal-ewwel passata tal-bini, miżjuda bil-pigment, għandha tgħaddi mit-test tal-qligħ (“pull-off”) EN 24624 (ISO 4624), mill-bqija l-adeżjoni taż-żebgħa trid tkun ogħla mill-valur ta’ 1,5MPa li fih prodott ikun għadda mit-test.

Iż-żebgħa trasparenti tal-ewwel passata mhix inkluża f’dan ir-rekwiżit.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodu EN ISO 2409 jew EN 24624 (ISO 4624), kif applikabbli.

(e)

Il-brix: Il-kisi u ż-żebgħa tal-art għandu jkollhom reżistenza għall-brix li ma taqbiżx is-70 mg ta’ telf tal-piż wara 1 000 ċiklu ta’ ttestjar b’piż ta’ 1 000 gm u rota tas-CS10 skont l-EN ISO 7784-2:2006.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test magħmul bil-metodu EN ISO 7784-2:2006 li juri l-konformità ma’ dan il-kriterju.

8.   Tagħrif għall-konsumatur

It-tagħrif ta’ hawn taħt għandu jintwera fuq il-pakkett jew ikun mehmuż mal-pakkett:

l-użu, il-wiċċ li jrid jinżebagħ u l-kundizzjonijiet għall-użu li l-prodott ikun maħsub għalihom. Dan għandu jinkludi pariri dwar il-ħidma preparatorja eċċ., bħalma huma l-preparazzjoni korretta tal-wiċċ li jrid jinżebagħ, pariri fuq kif għandu jintuża fuq ġewwa (fejn xieraq), jew it-temperatura;

rakkomandazzjonijiet ta’ kif għandhom jitnaddfu l-għodda u l-ġestjoni xierqa tal-iskart (sabiex jitnaqqas it-tniġġis tal-ilma). Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu adattati għat-tip ta’ prodott ikkonċernat u għall-qasam tal-applikazzjoni kkonċernat u jistgħu jinkludu stampi li jispjegaw l-użu fejn xieraq;

rakkomandazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet ta’ ħażna tal-prodott wara li jinfetaħ (sabiex jiġi llimitat l-iskart solidu), inklużi pariri fuq is-sikurezza fejn xieraq;

għall-kisi iktar skur li għalih ma japplikax il-kriterju 7(a), għandu jingħata parir dwar l-użu taż-żebgħa tal-ewwel passata jew taż-żebgħa tal-bażi l-korretta (jekk possibbli li tkun ingħatat l-Ekotikketta Komunitarja);

għall-kisi dekorattiv magħqud, test li jgħarraf li din hija żebgħa li hija ddiżinjata speċjalment sabiex toħloq effett dekorattiv tridimensjonali;

test li jagħti parir li ż-żebgħa li ma tintużax teħtieġ ġestjoni speċjalizzata sabiex tintrema b’mod sikur fl-ambjent u li għaldaqstant m’għandhiex tintrema mal-iskart domestiku. Għandu jintalab parir dwar ir-rimi u l-ġbir mill-awtorità lokali,

rakkomandazzjonijiet dwar miżuri preventivi ta’ protezzjoni għal min ikun qed jiżbogħ. It-test li ġej (jew test ekwivalenti) għandu jintwera fuq il-pakkett jew ikun mehmuż mal-pakkett:

“Għal aktar tagħrif dwar ir-raġuni għaliex dan il-prodott ingħata l-Fjura, jekk jogħġbok żur is-sit tal-Internet li ġej: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel.”

Il-valutazzjoni u l-verifika: Għandu jingħata kampjun tal-pakkett tal-prodott mal-applikazzjoni meta din titressaq, flimkien ma’ dikjarazzjoni korrispondenti dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju, kif xieraq.

9.   It-tagħrif li jidher fuq l-ekotikketta

Il-kaxxa nru 2 tal-ekotikketta għandu jkollha l-kliem li ġej:

rendiment tajjeb għall-użu fuq ġewwa

is-sustanzi perikolużi huma ristretti

kontenut baxx ta’ solventi.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jagħti kampjun tal-pakkett tal-prodott li juri t-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni dwar il-konformità ma’ dan il-kriterju.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87.

(3)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.

(4)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(5)  Fis-27 ta’ Ġunju 2007, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettjar u l-ippakkjar tas-sustanzi u t-taħlitiet, u li jemenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006” (COM(2007) 355 finali). Għal aktar tagħrif dwar kif is-sistema eżistenti u l-GHS jikkoinċidu f’ċerti partijiet irreferi għall-Anness VII fil-Volum III tal-proposta li ġiet adottata: http://ec.europa.eu/enterprise/reach/docs/ghs/ghs_prop_vol_iii_en.pdf

(6)  Il-Kumitat ta’ Esperti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Trasport ta’ Prodotti Perikolużi u dwar is-Sistema Globali Armonizzata dwar il-Klassifika u l-Ittikkettjar tal-Kimiki: http://www.unece.org/trans/main/dgdb/dgcomm/ac10rep.html

(7)  Ara nota 5 ta’ qiegħ il-paġna.


14.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta' Lulju 2009

li tistabbilixxi t-tqassim annwali, skont l-Istati Membri, tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 69(2a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 2006/636/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5307)

(2009/545/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 69(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Minħabba l-introduzzjoni tar-regoli ġodda ta’ modulazzjoni, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (2), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 4101/KE (3) inbidlet bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2009/379/KE tal-11 ta’ Mejju 2009 li tiffissal-ammonti li, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 378/2007, (KE) Nru 479/2008 u (KE) Nru 73/2009, huma disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti li huma disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (4).

(2)

Minħabba li l-ammonti totali tal-approprjazzjonijiet tal-impenn żdiedu b’EUR 600 miljun u b’EUR 420 miljun għas-snin 2009 u 2010 rispettivament, liema żieda kienet deċiża fil-qafas tal-ftehim dwar il-Pjan Ewropew ta’ Rilanċ Ekonomiku (EERP), id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/493/KE (5) ġiet emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2009/434/KE (6). Biex tkun żgurata l-konsistenza, dawn l-ammonti għandhom jiġu ffissati skont l-Istati Membri wara li jiġu segwiti l-kriterji tat-tqassim.

(3)

Minħabba l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2009/379/KE u tad-Deċiżjoni Nru 2009/434/KE, l-ammonti li huma disponibbli għall-FAEŻR għandhom jiġu adattati u jiżdiedu mat-tqassim annwali tal-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2000/636/KE tat-12 ta’ Settembru 2006 li tistabbilixxi l-analiżi annwali mill-Istati Membri tal-ammont għall-għajnuna Komunitarja għall-iżvilupp rurali għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2007 (7) u l-31 ta’ Diċembru 2013 għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammont imsemmi fl-Artikolu 69(2a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 huwa ffissat skont is-sena u skont l-Istat Membru fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/636/KE għandu jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-sena tal-baġit 2009.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(3)  ĠU L 163, 15.6.2006, p. 10.

(4)  ĠU L 117, 12.5.2009, p. 10.

(5)  ĠU L 195, 15.7.2006, p. 22.

(6)  ĠU L 144, 9.6.2009, p. 25.

(7)  ĠU L 261, 22.9.2006, p. 32.


ANNESS I

It-tqassim skont l-Istati Membri tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 69(2a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005:

(Prezzijiet kurrenti f’EUR)

 

2009

2010

Il-Belġju

2 220 000

1 554 000

Il-Bulgarija

19 500 000

13 650 000

Ir-Repubblika Ċeka

21 000 000

14 700 000

Id-Danimarka

1 740 000

1 218 000

Il-Ġermanja

50 340 000

35 238 000

L-Estonja

5 340 000

3 738 000

L-Irlanda

15 780 000

11 046 000

Il-Greċja

24 720 000

17 304 000

Spanja

44 880 000

31 416 000

Franza

35 520 000

24 864 000

L-Italja

56 520 000

39 564 000

Ċipru

1 200 000

840 000

Il-Latvja

7 800 000

5 460 000

Il-Litwanja

13 020 000

9 114 000

Il-Lussemburgu

600 000

420 000

L-Ungerija

28 440 000

19 908 000

Malta

600 000

420 000

L-Olanda

2 280 000

1 596 000

L-Awstrija

27 180 000

19 026 000

Il-Polonja

98 700 000

69 090 000

Il-Portugall

26 940 000

18 858 000

Ir-Rumanija

59 820 000

41 874 000

Is-Slovenja

6 780 000

4 746 000

Is-Slovakkja

14 700 000

10 290 000

Il-Finlandja

14 580 000

10 206 000

L-Iżvezja

12 420 000

8 694 000

Ir-Renju Unit

7 380 000

5 166 000

Total

600 000 000

420 000 000


ANNESS II

“ANNESS

It-tqassim skont l-Istat Membru tal-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali (mill-2007 sal-2013)

(prezzijiet kurrenti f’EUR)

 

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Total 2007-2013

ammont minimu għar-reġjuni li jistgħu jibbenefikaw mill-Mira ta’ Konverġenza Total

Il-Belġju

63 991 299

63 957 784

62 458 083

70 637 509

73 167 519

75 495 480

77 776 632

487 484 306

40 744 223

Il-Bulgarija (*)

244 055 793

337 144 772

456 843 751

412 748 664

398 058 913

397 696 922

395 699 781

2 642 248 596

692 192 783

Ir-Repubblika Ċeka

396 623 321

392 638 892

409 036 387

415 632 774

406 640 636

412 672 094

424 262 250

2 857 506 354

1 635 417 906

Id-Danimarka

62 592 573

66 344 571

67 411 254

85 052 762

91 231 467

98 797 618

106 488 551

577 918 796

0

Il-Ġermanja

1 184 995 564

1 186 941 705

1 202 865 574

1 311 256 553

1 322 959 200

1 355 761 509

1 387 114 950

8 951 895 055

3 174 037 771

L-Estonja

95 608 462

95 569 377

101 036 594

104 667 353

104 639 066

108 913 401

113 302 602

723 736 855

387 221 654

L-Irlanda

373 683 516

355 014 220

346 851 422

363 518 252

351 698 528

352 271 063

351 503 589

2 494 540 590

0

Il-Greċja

461 376 206

463 470 078

482 113 090

492 922 509

665 568 186

669 030 398

671 747 957

3 906 228 424

1 905 697 195

Spanja

286 654 092

1 277 647 305

1 320 830 901

1 400 090 047

1 227 613 000

1 255 978 191

1 284 264 263

8 053 077 799

3 178 127 204

Franza

931 041 833

942 359 146

947 341 939

1 091 752 155

1 169 090 147

1 223 917 557

1 278 994 332

7 584 497 109

568 263 981

L-Italja

1 142 143 461

1 135 428 298

1 183 870 921

1 256 577 236

1 403 606 589

1 422 949 382

1 441 205 996

8 985 781 883

3 341 091 825

Ċipru

26 704 860

24 772 842

23 949 762

23 911 507

22 402 714

21 783 947

21 037 942

164 563 574

0

Il-Latvja

152 867 493

147 768 241

150 342 483

153 226 381

148 781 700

150 188 774

151 198 432

1 054 373 504

327 682 815

Il-Litwanja

260 974 835

248 836 020

249 948 998

253 855 536

248 002 433

250 278 098

253 898 173

1 765 794 093

679 189 192

Il-Lussemburgu

14 421 997

13 661 411

13 255 487

13 838 190

13 287 289

13 281 368

13 212 084

94 957 826

0

L-Ungerija

570 811 818

537 525 661

527 075 432

529 160 494

547 603 625

563 304 619

584 609 743

3 860 091 392

2 496 094 593

Malta

12 434 359

11 527 788

11 256 597

10 964 212

10 347 884

10 459 190

10 663 325

77 653 355

18 077 067

L-Olanda

70 536 869

72 638 338

73 671 337

87 111 293

90 406 648

96 082 449

102 750 233

593 197 167

0

L-Awstrija

628 154 610

594 709 669

580 732 057

586 983 505

556 070 574

545 968 629

532 956 948

4 025 575 992

31 938 190

Il-Polonja

1 989 717 841

1 932 933 351

1 971 439 817

1 935 872 838

1 860 573 543

1 857 244 519

1 851 146 247

13 398 928 156

6 997 976 121

Il-Portugall

560 524 173

562 491 944

584 180 154

625 419 895

611 642 601

611 692 105

610 872 156

4 166 823 028

2 180 735 857

Ir-Rumanija (**)

0

1 146 687 683

1 502 691 530

1 401 644 651

1 357 854 634

1 359 146 997

1 356 173 250

8 124 198 745

1 995 991 720

Is-Slovenja

149 549 387

139 868 094

136 508 049

134 100 946

124 076 091

118 858 866

113 031 296

915 992 729

287 815 759

Is-Slovakkja

303 163 265

286 531 906

282 749 256

266 600 239

263 028 387

275 025 447

319 809 578

1 996 908 078

1 106 011 592

Il-Finlandja

335 121 543

316 143 440

308 265 407

313 973 134

298 490 092

294 408 238

288 617 053

2 155 018 907

0

L-Iżvezja

292 133 703

277 225 207

270 816 031

280 491 463

269 775 513

268 860 755

266 759 282

1 926 061 954

0

Ir-Renju Unit

263 996 373

645 001 582

706 122 271

746 326 084

748 994 332

752 455 626

749 224 152

4 612 120 420

188 337 515

Total

10 873 879 246

13 274 839 325

13 973 664 584

14 368 336 182

14 385 611 311

14 562 523 242

14 758 320 797

96 197 174 687

31 232 644 963


(*)  Għas-snin 2007, 2008 u 2009, l-approprjazzjonijiet mit-taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG huma ta’ EUR 193 715 561, EUR 263 453 163 u EUR 337 004 104 rispettivament.

(**)  Għas-snin 2007, 2008 u 2009, l-approprjazzjonijiet mit-taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG huma ta’ EUR 610 786 223, EUR 831 389 081 u EUR 1 058 369 098 rispettivament.”


14.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta' Lulju 2009

li teżenta l-esplorazzjoni u l-isfruttament taż-żejt u tal-gass fl-Olanda mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5381)

(It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/546/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(5) u (6) tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talba mressqa minn Nederlandse Aardolie Maatschappij B.V. (minn hawn ‘il quddiem “NAM”) permezz ta’ ittra elettronika fis-26 ta’ Frar 2009,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi,

Billi:

I.   FATTI

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 93/676/KEE (2), l-entitajiet kontraenti li jesploraw jew jestraġġu ż-żejt jew il-gass fl-Olanda kienu awtorizzati japplikaw sistema alternattiva minflok is-sett normali ta’ regoli pprovdut fl-ambitu tad-Direttiva applikabbli dak iż-żmien. Is-sistema alternattiva ġiebet magħha ċerti obbligi ta’ statistika u obbligu tar-rispett tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ akkwist kompetittiv fir-rigward tal-għoti ta’ kuntratti ta’ provvisti, xogħlijiet u servizzi, b’mod partikolari dwar it-tagħrif li l-entità tagħmel disponibbli lill-operaturi ekonomiċi dwar l-intenzjonijiet tagħha rigward l-akkwisti. L-effetti ta’ dik id-Deċiżjoni kienu salvagwardati mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tad-Direttiva Nru 2004/17/KE, permezz tal-Artikolu 27 ta’ dik l-istess Direttiva, meta ħadet post id-Direttiva ta’ qabilha.

(2)

Fis-26 ta’ Frar 2009, NAM bagħtet talba skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva Nru 2004/17/KE lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika. Skont l-l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(5), il-Kummissjoni għarrfet lill-awtoritajiet Olandiżi dwar dan permezz ta’ ittra tal-5 ta’ Marzu 2009, li għaliha l-awtoritajiet Olandiżi wieġbu b’ittra elettronika fis-26 ta’ Marzu 2009. Fid-9 ta’ Marzu 2009, il-Kummissjoni, permezz ta’ ittra elettronika, talbet ukoll għal iktar tagħrif mingħand NAM, li bagħtitu fit-23 ta’ Marzu 2009 b’ittra elettronika.

(3)

It-talba mressqa minn NAM tikkonċerna l-esplorazzjoni u l-isfruttament taż-żejt u l-gass fl-Olanda. Skont id-Deċiżjonjijiet tal-Kummissjoni dwar l-Amalgamazzjonijiet (3) li ttieħdu qabel, f’din it-talba, ġew deskritti tliet attivitajiet distinti li NAM hija attiva fihom:

(a)

l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali

(b)

il-produzzjoni taż-żejt, u

(c)

il-produzzjoni tal-gass naturali.

Skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ssemmew hawn fuq, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni “produzzjoni” tinkludi wkoll “żvilupp”, jiġifieri t-twaqqif ta’ infrastruttura xierqa li hija meħtieġa għall-produzzjoni tal-ġejjieni (pjattaformi taż-żejt, pajpijiet, terminals, eċċ.).

II.   QAFAS LEGALI

(4)

L-Artikolu 30 tad-Direttiva Nru 2004/17/KE jipprovdi li l-kuntratti maħsuba biex jgħinu fit-twettiq ta’ waħda mill-attivitajiet li għalihom tapplika d-Direttiva Nru 2004/17/KE ma għandhomx ikunu soġġetti għal dik id-Direttiva jekk, fl-Istat Membru fejn titwettaq l-attività, din hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom l-aċċess mhuwiex ristrett. L-esponiment dirett huwa vvalutat abbażi ta’ kriterji oġġettivi, li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur ikkonċernat. L-aċċess ma jitqiesx limitat jekk l-Istat Membru jkun implimenta u applika l-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti li tiftaħ settur partikolari jew parti minnu.

(5)

Ġaladarba l-Olanda implimentat u applikat id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (4), l-aċċess għas-suq ma għandux jitqies ristrett skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(3) tad-Direttiva Nru 2004/17/KE. L-esponiment dirett għall-kompetizzjoni f’suq partikolari għandu jiġi evalwat abbażi ta’ diversi kriterji, li l-ebda wieħed minnhom ma hu deċiżiv per se.

(6)

Fir-rigward tas-swieq ikkonċernati b’din id-deċiżjoni, is-sehem tas-suq tal-atturi ewlenin f’suq partikolari jikkostitwixxi kriterju li għandu jittieħed in konsiderazzjoni. Il-livell ta’ konċentrazzjoni f’dawk is-swieq huwa kriterju ieħor. Billi l-kundizzjonijiet ivarjaw għall-attivitajiet differenti li tolqothom din id-Deċiżjoni, l-eżami tas-sitwazzjoni kompetittiva għandu jikkunsidra s-sitwazzjonijiet differenti fi swieq differenti.

(7)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni.

III.   VALUTAZZJONI

(8)

Kull waħda mit-tliet attivitajiet li huma s-suġġett ta’ din it-talba (l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali, il-produzzjoni taż-żejt u l-gass naturali) ttieħdu inkonsiderazzjoni sabiex jikkostitwixxu swieq separati tal-prodotti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ttieħdu qabel, liema deċiżjonijiet huma msemmija fil-Premessa 3 ta’ hawn fuq. Għalhekk għandhom jiġu eżaminati b’mod separat.

L-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali

(9)

Skont il-prattika stabbilita mill-Kummissjoni (5), l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali tikkostitwixxi suq wieħed rilevanti tal-prodotti, minħabba li mhuwiex possibbli li jkun determinat mill-bidu nett jekk l-esplorazzjoni hijiex se tirriżulta fis-sejbien taż-żejt jew tal-gass naturali. Din il-prattika tal-Kummissjoni hija bil-wisq iktar stabbilita minħabba li ilha teżisti u li minn dejjem kienet l-istess tant li l-ambitu ġeografiku ta’ dan is-suq huwa mifrux madwar id-dinja.

(10)

Hemm tliet modi distinti kif jitkejlu l-ishma tas-suq tal-operaturi li huma attivi fl-esplorazzjoni: in-nefqa kapitali, ir-riżervi ppruvati u l-produzzjoni prevista. Xi drabi, in-nefqa kapitali kienet tintuża bħala parametru fl-evalwazzjoni tal-ishma tas-suq tal-operaturi fis-suq tal-esplorazzjoni (6). Madankollu, instab li mhijiex parametru xieraq, fost l-oħrajn minħabba d-differenzi kbar bejn il-livelli meħtieġa ta’ investimenti li huma meħtieġa f’żoni ġeografiċi differenti. Għalhekk, jinħass il-bżonn ta’ investimenti ikbar sabiex issir esplorazzjoni taż-żejt u tal-gass fil-Baħar tat-Tramuntana milli biex issir esplorazzjoni, pereżempju, fil-Lvant Nofsani. Min-naħa l-oħra, ġew applikati żewġ parametri oħra, sabiex ikunu vvalutati l-ishma tas-suq tal-operaturi ekonomiċi f’dan is-settur, jiġifieri s-sehem tagħhom f’riżervi ppruvati u fil-produzzjoni prevista (7).

(11)

Skont l-informazzjoni disponibbli, mill-31 ta’ Diċembru 2007, ir-riżervi ppruvati taż-żejt u tal-gass flimkien laħqu total ta’ 378.6 biljun metru kubu standard ekwivalenti ta’ żejt (minn hawn ‘il quddiem “Sm3 o. e.”) madwar id-dinja kollha (8). Fl-Olanda, mill-1 ta’ Jannar 2008, ir-riżervi ppruvati taż-żejt u tal-gass flimkien ammontaw għal ftit iktar minn 1 426 biljun Sm3 o. e. (9), jew ftit iktar minn 3.7 ‰. Għalhekk, is-sehem li għandha NAM huwa saħansitra iżgħar. Skont l-informazzjoni disponibbli, is-sehem ta’ NAM mis-suq għandu jitqies ukoll bħala negliġibbli f’każ li l-produzzjoni prevista kienet użata bħala kejl. Għalhekk, filwaqt li bħalissa NAM tipproduċi b’rata ta’ 0.04 miljun barmil kuljum ta’ żejt, din mistennija tiżdied għal 0.06 miljun barmil kuljum bis-saħħa ta’ skjerament sħiħ mill-ġdid tal-bjar taż-żejt li jinsabu f’Schoonebeek fil-Lvant tal-Olanda, dan għandu, madankollu, jitqies fuq l-isfond ta’ produzzjoni ta’ kuljum taż-żejt, madwar id-dinja, ta’ 81 533 miljun barmil taż-żejt, u għandu għalhekk ikun ekwivalenti għal sehem ta’ madwar 0.7 ‰. Meta wieħed iqis ukoll li l-grad ta’ konċentrazzjoni fis-suq tal-esplorazzjoni, li ħlief għall-kumpaniji li huma proprjetà tal-istat, huwa kkaratterizzat mill-preżenza ta’ tliet atturi internazzjonali privati li huma integrati vertikalment bħalma huma l-kumpaniji kbar nett (BP, ExxonMobil u Shell) kif ukoll ċertu għadd ta’ atturi msejħa “kbar ħafna”, dawn il-fatturi għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni.

Il-produzzjoni taż-żejt

(12)

Skont prattika stabbilita tal-Kummissjoni (10), l-iżvilupp u l-produzzjoni taż-żejt (mhux raffinat) huwa suq tal-prodotti għalih li jħaddan id-dinja kollha. Fl-2007, skont l-informazzjoni disponibbli (11), il-produzzjoni kollha ta’ kuljum taż-żejt madwar id-dinja telgħet għal 81 533 miljun barmil. F’dik is-sena stess, NAM ipproduċiet total ta’ 0.04 miljun barmil kuljum, liema rata wasslitha li jkollha 0.49 ‰ sehem mis-suq. Meta wieħed iqis ukoll li l-grad ta’ konċentrazzjoni fis-suq tal-produzzjoni taż-żejt mhux raffinat, li ħlief għall-kumpaniji li huma proprjetà tal-istat, huwa kkaratterizzat mill-preżenza ta’ tliet atturi internazzjonali li huma integrati vertikalment bħalma huma l-kumpaniji kbar nett (BP, ExxonMobil u Shell), li skont l-informazzjoni disponibbli, il-partijiet rispettivi fil-produzzjoni taż-żejt tagħhom fl-2007 ammontaw għal 3.08 %, 2.32 % u 2.96 %, kif ukoll minħabba li ċertu għadd ta’ atturi msejħa “kbar ħafna” (12), dawn il-fatturi għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni ta’ esponiment dirett għall-kompetizzjoni.

Il-produzzjoni tal-gass naturali

(13)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (13) preċedenti dwar il-forniment tal-gass lill-konsumaturi aħħarin iddistingwiet bejn il-Gass b’Valur Kalorifiku Baxx (LCV) u l-Gass b’Valur Kalorifiku Għoli (HCV). Il-Kummissjoni qieset ukoll jekk il-provvisti tal-Gass Naturali Likwifikat (LNG) għandhomx ikunu distinti mill-provvisti tal-gass naturali li jgħaddu mill-pajpijiet (14). Madankollu, Deċiżjoni tal-Kummissjoni sussegwenti (15) dwar, fost l-oħrajn,. l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-gass naturali għadha ma kkonfermatx, għall-fini ta’ dik id-Deċiżjoni, jekk eżistewx swieq separati għall-Gass b’Valur Kalorifiku Baxx (LCV), għall-Gass b’Valur Kalorifiku Għoli (HCV) u għall-Gass Naturali Likwifkat (LNG), “ġaladarba l-valutazzjoni aħħarija mhijex affettwata, irrispettivament mid-definizzjoni adottata”. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-kwistjoni tista’ tibqa’ ma tiġix ikkonfermata għar-raġunijiet li ġejjin:

NAM ma tipproduċix LNG;

Mill-1 ta’ Lulju 2008, NAM, li topera biss fl-Olanda, fejn l-iSpot market għall-gass, l-hekk imsejjaħ Title Transfer Facility (“TTF”), ma għadux jagħmel distinzjoni bejn LCV u HCV. Barra minn dan, minn dakinhar Gas Transport Services (li jmexxi n-netwerk Olandiża tal-gass naturali) għandu kontroll sħiħ tal-konverżjoni tal-kwalità. Għaldaqstant it-trasportaturi ma jeħtiġilhomx jirriżervaw il-kapaċità tal-konverżjoni.

(14)

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, is-suq relevanti tal-prodott jista’ għalhekk jitħalla miftuħ kif ġara fil-produzzjoni tal-gass naturali b’mod ġenerali, mingħajr ma ssir distinzjoni bejn l-LCV, l-HCV u l-LNG. F’dak li jirrigwarda suq ġeografiku, Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni preċedenti (16) qiesu li dan jinkludi ż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u possibilment ir-Russja u l-Alġerija wkoll.

(15)

Skont l-informazzjoni disponibbli (17), fl-2007, il-produzzjoni kollha tal-gass fl-UE laħqet 191.9 biljun Sm3 u dik fiż-ŻEE laħqet 281.6 biljun Sm3. Fl-2007, NAM ipproduċiet 50 biljun Sm3, u b’hekk kellha sehem ta’ 17.76 % mis-suq. Għall-2007, il-produzzjoni fir-Russja u l-Alġerija laħqet 607.4 u 83.0 biljun Sm3 rispettivament. Għalhekk il-produzzjoni fiż-ŻEE flimkien mal-produzzjoni tar-Russja u l-Alġerija laħqet total ta’ 972 biljun Sm3, li minnu NAM għandha sehem ta’ 5.14 %. Meta wieħed iqis ukoll il-grad ta’ konċentrazzjoni fis-suq tal-produzzjoni tal-gass naturali, li huwa kkaraterizzat mill-preżenza tat-tliet kumpaniji kbar nett (BP, ExxonMobil u Shell) kif ukoll ta’ atturi oħrajn kbar ħafna bħalma hija l-Gazprom tar-Russja, dawn il-fatturi għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni.

IV.   KONKLUŻJONIJIET

(16)

Minħabba l-fatturi eżaminati fil-premessi (3) sa (15), il-kundizzjoni ta’ esponiment dirett għall-kompetizzjoni stabbilita fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE għandha titqies li hija milħuqa fl-Olanda fir-rigward tas-servizzi li ġejjin:

(d)

l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali

(e)

il-produzzjoni taż-żejt, u

(f)

il-produzzjoni tal-gass naturali.

(17)

Billi l-kundizzjoni ta’ aċċess mhux ristrett għas-suq titqies li ntlaħqet, id-Direttiva Nru 2004/17/KE ma għandhiex tapplika meta entitajiet kontraenti jagħtu kuntratti intiżi biex jippermettu li jitwettqu fl-Olanda s-servizzi elenkati fil-punti (a) sa (c) tal-premessa 16, u lanqas meta jiġu organizzati konkorsi ta’ disinn għat-twettiq ta’ attività bħal din fl-Olanda.

(18)

Din id-Deċiżjoni hi bbażata fuq is-sitwazzjoni ġuridika u fattwali kif kienet fi Frar u f’Marzu 2009, kif toħroġ mill-informazzjoni mressqa minn NAM u r-Renju tal-Olanda. Din tista’ tiġi riveduta, jekk bidliet sinifikanti fis-sitwazzjoni legali jew fattwali jfissru li l-kundizzjonijiet għall-applikabilità tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE ma jibqgħux sodisfatti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Direttiva Nru 2004/17/KE ma għandhiex tapplika għal kuntratti mogħtija minn entitajiet kontraenti u li huma intiżi biex jippermettu t-twettiq tas-servizzi li ġejjin fl-Olanda:

(a)

l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass naturali

(b)

il-produzzjoni taż-żejt, u

(c)

il-produzzjoni tal-gass naturali.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Olanda.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Diċembru 1993 li tistabbilixxi li l-isfruttament taż-żoni ġeografiċi għall-esplorazzjoni jew l-estrazzjoni taż-żejt jew il-gass fl-Olanda ma jikkostitwix attività definita fl-Artikolu 2(2)(b)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 90/531/KEE u li l-entitajiet li jwettqu t-tali attività mhumiex meqjusa li joperaw fl-ambitu tad-drittijiet speċjali jew esklussivi fl-Olanda fit-tifsira tal-Artikolu 2(3)(b) tad-Direttiva, ĠU L 316, 17.12.1993, p. 41.

(3)  Ara b’mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2004/284/KE tad-29 ta’ Settembru 1999 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u l-Ftehim taż-ŻEE (Każ Nru IV/M.1383 - Exxon/Mobil) u deċiżjonijiet sussegwenti, inter alia d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2007 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni (Każ Nru COMP/M.4545 STATOIL/HYDRO) skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.

(4)  ĠU L 79, 29.3.1996, p. 30.

(5)  Ara b’mod partikolari d-Deċiżjoni Exxon/Mobil imsemmija hawn fuq u, iktar riċenti, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2007 li tiddikjara li konċentrazzjoni għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni (Każ Nru COMP/M.4934 – KAZMUNAIGAZ/ROMPETROL) skont ir-Regolament tal-Kunsill 139/2004.

(6)  Ara b’mod partikolari d-Deċiżjoni msemmija hawn fuq bejn Exxon/Mobil (il-paragrafi 23-24).

(7)  Ara b’mod partikolari d-Deċiżjoni msemmija hawn ta’ Exxon/Mobil (il-paragrafi 25 u 27).

(8)  Ara l-punt 5.2.1 tal-applikazzjoni u s-sorsi kkwotati hemmhekk, b’mod partikolari d-dokument BP Statistical Review of World Energy, Ġunju 2008, li huwa mehmuż magħhom.

(9)  Jiġifieri, 1 390 biljun Sm3 gass, daqs 1 390 miljun Sm3 o. e., u 36.6 miljun Sm3 żejt, flimkien jammontaw għal 1 426 600 000 Sm3.

(10)  Ara b’mod partikolari d-Deċiżjoni msemmija hawn fuq Exxon/Mobil u, iktar riċenti, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2007 li tiddikjara li konċentrazzjoni għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni (Każ Nru COMP/M.4934 - KAZMUNAIGAZ/ROMPETROL) skont ir-Regolament tal-Kunsill 139/2004.

(11)  Ara p. 8 tal-“BP Statistical Review of World Energy, Ġunju 2008”, anness mal-applikazzjoni, f’li ġej “BP Statistics”.

(12)  Li l-ishma tas-suq huma iżgħar minn dawk li għandhom il-kumpaniji kbar nett.

(13)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2007/194/KE li ttieħdet fl-14 ta’ Novembru 2006 li tiddikjara li konċentrazzjoni għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.4180 — Gaz de France/Suez), ĠU L 88, 29.3.2007, p. 47.

(14)  Ara b’mod partikolari d-Deċiżjoni msemmija hawn fuq tal-Gaz de France/Suez.

(15)  Il-każ Nru M4545 imsemmi hawn fuq, punt 12.

(16)  Ara pereżempju d-Deċiżjonijiet imsemmija taħt il-Premessa 3 hawn fuq.

(17)  Ara b’mod partikolari l-“BP Statistics” maħruġa mill-BP, p. 24.


14.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/57


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Lulju 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2000/57/KE dwar is-sistema ta’ twissija u tweġiba bikrija għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li jittieħed taħt id-Deċiżjoni 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5515)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/547/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta’ network għas-sorveljanza epidemoloġika u kontroll ta’ mard li jinxtered fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(5) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/57/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar is-sistema ta’ twissija u tweġiba bikrija għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li jittieħed taħt id-Deċiżjoni 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tiddefinixxi każijiet relatati ma’ mard li jittieħed li jridu jiġu kkomunikati mill-awtoritajiet kompetenti tas-saħħa pubblika tal-Istati Membri lill-komponent tas-sistema ta’ twissija u tweġiba bikrija (EWRS) tan-netwerk Komunitarju, u twaqqaf proċeduri ġenerali għall-iskambju tal-informazzjoni f’dawk il-każijiet, biex isiru konsultazzjoni u koordinazzjoni tal-miżuri fost l-Istati Membri u flimkien mal-Kummissjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2000/57/KE torbot ukoll lill-awtoritajiet pubbliċi ta’ kull Stat Membru biex jiġbru u jpartu t-tagħrif kollu meħtieġ dwar il-każijiet ta’ mard li jittieħed, eż. bl-użu tas-sistema nazzjonali ta’ sorveljanza, il-komponent epidemjoloġiku tan-netwerk Komunitarju jew kwalunkwe sistema oħra ta’ ġbir tal-Komunità.

(3)

Il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard li jittieħed huma definiti fid-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE bħala firxa ta’ miżuri, inkluża investigazzjoni epidemjoloġika, meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tas-saħħa pubblika fl-Istati Membri għall-prevenzjoni u l-waqfien tat-tixrid tal-mard li jittieħed. Dawn il-miżuri jkopru attivitajiet ta’ rintraċċar tal-kuntatt u flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti fil-pussess tal-awtorità tas-saħħa pubblika kompetenti nazzjonali dwar każ relatat ma’ mard li jittieħed jingħaddew minnufih lill-Istati Membri l-oħra kollha u lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, Stat Membru li beħsiebu jieħu miżuri għandu fil-prinċipju jinforma bil-quddiem lin-netwerk Komunitarju dwar in-natura u l-ambitu ta’ dawk il-miżuri, kif ukoll jikkonsulta u jikkoordina dawk l-azzjonijiet mal-Istati Membri l-oħra flimkien mal-Kummissjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni 2000/57/KE għandha tirrifletti b’mod ċar id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE b’relazzjoni mal-miżuri meħuda jew li hemm ħsieb li jiġu adottati għall-prevenzjoni u l-waqfien tat-tixrid ta’ mard li jittieħed.

(5)

Barra minn hekk, id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005) jorbot lill-komunità internazzjonali biex jipprovdu reazzjoni tas-saħħa pubblika għat-tixrid internazzjonali tal-mard b’modi li huma proporzjonati u ristretti għar-riskji għas-saħħa pubblika, u li jevitaw interferenza bla bżonn mat-traffiku u l-kummerċ internazzjonali.

(6)

Fil-każ ta’ ġrajja relatata ma’ marda li tittieħed bil-potenzjal ta’ dimensjoni tal-UE li teħtieġ miżuri ta’ rintraċċar tal-kuntatt, l-Istati Membri jikkolaboraw ma’ xulxin flimkien mal-Kummissjoni permezz tal-EWRS sabiex jiġu identifikati persuni infettati u individwi potenzjalment fil-periklu. Kollaborazzjoni ta’ dan it-tip tista’ tinvolvi skambju ta’ dejta personali sensittiva ta’ każijiet umani kkonfermati jew suspettati bejn l-Istati Membri kkonċernati mill-proċedura ta’ rintraċċar tal-kuntatt.

(7)

L-ipproċessar ta’ dejta personali relatata mas-saħħa hija fil-prinċipju pprojbita mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (3) u mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (4). Barra minn hekk l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE jgħid fost l-oħrajn li d-dispożizzjonijiet tiegħu għandhom japplikaw bla ħsara għad-Direttiva 95/46/KE.

(8)

Għar-raġunijiet ta’ saħħa pubblika, l-ipproċessar ta’ dejta bħal din hija koperta mill-eżenzjoni mogħtija mill-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, safejn ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ mediċina preventiva, djanjożi medika u l-għoti ta’ kura jew trattament jew il-ġestjoni ta’ servizzi tal-kura tas-saħħa, u meta dik id-dejta tkun pproċessata minn professjonist tas-saħħa li tkun suġġetta skont il-liġijiet nazzjonali jew regoli stabbiliti minn entitajiet kompetenti nazzjonali għall-obbligu tas-sigriet professjonali jew minn persuna oħra suġġetta għall-istess obbligu ta’ segretezza. Barra minn hekk, l-Artikolu 23(1) tar-Regolamenti tas-Saħħa Internazzjonali (2005), li daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2007, jistipula li l-Istati Partijiet għall-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) jista’ jkollhom bżonn għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika, inklużi finijiet ta’ rintraċċar tal-kuntatt, mal-wasla jew it-tluq, ċerta dejta li tirrigwarda vjaġġaturi.

(9)

Apparti dan, l-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet ta’ rintraċċar tal-kuntatt għandu jitqies bħala legali sakemm ikun hemm bżonnu sabiex ikunu protetti interessi vitali tas-suġġett tad-dejta, b’konformità mal-Artikolu 7(d) tad-Direttiva 95/46/KE u mal-Artikolu 5(e) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, kif ukoll għar-rendiment ta’ kompitu mwettaq fl-interess pubbliku, skont, rispettivament, l-Artikolu 7(e) u 5(a) ta’ dawn l-atti Komunitarji.

(10)

Il-Kummissjoni, iċ-Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ salvagwardji xierqa b’relazzjoni mal-ipproċessar ta’ dejta personali għall-fini ta’ rintraċċar tal-kuntatt, b’mod partikolari rigward l-użu ta’ deroga mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, li jiżguraw li jipproċessaw dejta personali fl-EWRS b’konformità, rispettivament, mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Direttiva 95/46/KE.

(11)

B’mod partikolari fil-komunikazzjoni tad-dejta personali fi ħdan l-EWRS bil-ħsieb li tal-prevenzjoni u l-waqfien tat-tixrid ta’ mard li jittieħed, l-awtoritajiet kompetenti tas-saħħa pubblika tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li dejta personali tkun adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva meta mqabbla ma’ dik il-fini kif ukoll mhux ipproċessata għal finijiet oħra, u li hija preċiża, aġġornata meta jkun hemm bżonn u miżmuma għal mhux iktar milli hemm bżonn għal dik il-fini; huma għandhom jiżguraw ukoll li persuni suġġetti għal rintraċċar tal-kuntatt huma informati kif xieraq bl-ipproċessar, bid-dejta pproċessata, bid-drittijiet għall-aċċess u t-tranġar ta’ dejta li tikkonċernahom, sakemm dan ma jinstabx li hu impossibbli jew jinvolvi sforz sproporzjonat, u li l-livelli xierqa ta’ kunfidenzjalità u sikurezza jiddaħħlu fis-seħħ fi ħdan l-EWRS biex jitħares l-ipproċessar ta’ dejta tali.

(12)

Fir-rapport tagħha tal-2007 (5) dwar l-operat tal-EWRS, il-Kummissjoni enfasizzat il-bżonn għall-introduzzjoni fi ħdan l-EWRS ta’ funzjonalità ta’ messaġġi selettivi biex jiġi garantit kanal esklussiv ta’ komunikazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati biss minn każijiet speċifiċi relatati fost l-oħrajn ma’ attivitajiet ta’ rintraċċar tal-kuntatt. L-użu ta’ din il-funzjonalità selettiva tipprovdi salvagwardji xierqa kull meta dejta personali tkun ikkomunikata permezz tal-EWRS u għandha tiżgura li, għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, dejta personali adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva biss hija ċċirkulata fi ħdan l-EWRS, b’konformità mal-Artikolu 4(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva 95/46/KE. Għal dawn ir-raġunijiet l-użu ta’ funzjonalità tal-messaġġi selettivi għandha tkun ristretta għal notifiki li jinvolvu l-komunikazzjoni ta’ dejta personali rilevanti, sabiex tkun kompatibbli mal-obbligi tal-Istati Membri skont l-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE.

(13)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2000/57/KE hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1(2) il-kliem “tagħrif dwar dawn il-ġrajjiet” jinbidel b’“tagħrif dwar dawn il-ġrajjiet u miżuri maħsuba jew adottati b’reazzjoni għal dawk il-ġrajjiet jew indikazzjonijiet għal ġrajjiet bħalhom”.

2.

L-Artikolu 2a li ġej qed jiġi miżjud:

“Artikolu 2a

1.   Dan l-Artikolu għandu japplika għal miżuri implimentati sabiex tirrintraċċa persuni esposti għal sors ta’ aġenti infettużi, u li huma potenzjalment fil-periklu ta’ żvilupp jew li żviluppaw marda li tittieħed ta’ rilevanza Komunitarja b’konformità mal-kriterji stipulati fl-Anness I (minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘rintraċċar tal-kuntatt’).

2.   Fil-komunikazzjoni ta’ dejta personali rilevanti għal finijiet ta’ rintraċċar tal-kuntatt permezz ta’ sistema ta’ twissija u reazzjoni bikrija, sakemm dik id-dejta tkun meħtieġa u disponibbli, l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika kompetenti ta’ Stat Membru għandhom jużaw funzjonalità ta’ messaġġi selettivi li jiggarantixxu salvagwardji xierqa ta’ protezzjoni tad-dejta. Il-kanal ta’ komunikazzjoni għandu jkun limitat għall-Istati Membri kkonċernati mir-rintraċċar tal-kuntatt.

3.   Meta dak it-tagħrif jiġi ċċirkolat permezz tal-funzjonalità tal-messaġġi selettivi, l-awtoritajiet kompetenti tas-saħħa pubblika ta’ dak l-Istat Membru għandhom jirreferu għal każ jew miżura kkomunikata preċedentement lin-netwerk Komunitarju.

4.   Għall-fini tal-paragrafu 2, lista indikattiva tad-dejta personali hija pprovduta fl-Anness III.

5.   Meta tiġi kkomunikata u ċċirkolata dejta personali permezz tal-funzjonalità ta’ messaġġi selettivi, l-awtoritajiet tas-saħħa kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**).”

(*)  ĠU L 281, 23.11.1995. p. 31."

(**)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1."

(3)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Kull sena, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu rapport analitiku tal-każijiet, il-miżuri maħsuba jew adottati għal dawk il-każijiet u l-proċeduri applikati fi ħdan is-sistema ta’ twissija u reazzjoni bikrija. Minbarra dan, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jistgħu fil-ħin dovut jirrapportaw dwar każijiet speċifiċi ta’ sinifikanza partikolari.”

(4)

It-test fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni jiżdied bħala l-Anness III.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.1.2000, p. 32.

(3)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(4)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(5)  Ir-Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-operat tas-Sistemi ta’ Rispons u Twissija minn Stadji Preliminari (EWRS) tan-Network Komunitarju għas-sorveljanza epidemjoloġika tal-mard li jinxtered matul is-snin 2004 u l-2005 (Id-Deċiżjoni 2000/57/KE) tal-20 ta’ Marzu 2007 (COM(2007) 121 finali).


ANNESS

L-Anness III li ġej jiżdied mad-Deċiżjoni 2000/57/KE:

“ANNESS III

Lista indikattiva ta’ dejta personali għall-fini ta’ rintraċċar tal-kuntatt

1.

INFORMAZZJONI PERSONALI

Ismijiet u kunjomijiet;

Nazzjonalità, data tat-twelid, sess;

Tip ta’ dokument tal-identità, numru u l-awtorità li ħarġitu;

L-indirizz attwali tad-dar (isem tat-triq u nru, belt, pajjiż, kodiċi postali);

Numri tat-telefown (mowbajl, residenzjali, tan-negozju);

Indirizz elettroniku (privat, negozju).

2.

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-VJAĠĠ

Dejta tal-mezz tat-trasport (eż numru tat-titjira, data tat-titjira, isem il-vapur, numru tal-pjanċa);

Numru/i tas-sedil;

Numru/i tal-kabina.

3.

INFORMAZZJONI TA’ KUNTATT

Ismijiet tal-persuni li nżaru/postijiet ta’ alloġġ;

Dati u indirizzi tal-postijiet ta’ alloġġ (isem it-triq u n-nru, belt, pajjiż, kodiċi postali);

Numri tat-telefown (mowbajl, residenzjali, tan-negozju);

Indirizz elettroniku (privat, negozju).

4.

INFORMAZZJONI DWAR IL-PERSUNI AKKUMPANJATI

Ismijiet u kunjomijiet;

Nazzjonalità;

Informazzjoni personali kif stipulat fil-punt 1, inċiżi 3-6.

5.

DETTALJI TA’ KUNTATT TA’ EMERĠENZA

Isem il-persuna li trid tiġi kkuntattjata;

Indirizz (isem it-triq u nru, belt, pajjiż, kodiċi postali);

Numri tat-telefown (mowbajl, residenzjali, tan-negozju);

Indirizz elettroniku (privat, negozju)”.