ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.180.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 180

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
11 ta' Lulju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2009 tal-10 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 609/2009 tat-8 ta’ Lulju 2009 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Maqgħuda

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 610/2009 tal-10 ta’ lulju 2009 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwota tariffarja fuq iċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw fiċ-Ċili (Verżjoni kodifikata)

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 611/2009 tal-10 ta' Lulju 2009 li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1276/2008 dwar il-monitoraġġ, permezz ta’ verifiki fiżiċi tal-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli li qegħdin jirċievu rifużjonijiet jew somom oħra

15

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2009/536/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009 dwar il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri

16

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/537/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 2009 li temenda l-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5314)  ( 1 )

18

 

 

2009/538/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2008/456/KE li tistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu mill-2007 sal-2013 bħala parti mill-programm ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri, ir-regoli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u l-eliġibilità ta’ nefqiet fuq proġetti kofinanzjati mill-Fond (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5373)

20

 

 

2009/539/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2000/96/KE dwar mard li jittieħed li għandu jiġi kopert b'mod progressiv fin-network tal-Komunità taħt id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5457)  ( 1 )

22

 

 

2009/540/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2002/253/KE fir-rigward tad-definizzjonijiet tal-każijiet irrapportati bħala Influwenza A(H1N1) lin-netwerk tal-Komunità (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5465)  ( 1 )

24

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 438/2009 tas-26 ta’ Mejju 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji Komunitarji għal barrin, baqar u erieħ, għajr dawk maħsuba għat-tbiċċir, ta’ ċerti razez Alpini u tal-muntanji ( ĠU L 128, 27.5.2009 )

25

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

11.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 180/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 608/2009

tal-10 ta’ Lulju 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

36,3

ZZ

36,3

0707 00 05

TR

89,1

ZZ

89,1

0709 90 70

TR

101,9

ZZ

101,9

0805 50 10

AR

55,8

MK

25,1

TR

41,9

ZA

64,8

ZZ

46,9

0808 10 80

AR

88,4

BR

75,2

CL

86,7

CN

90,9

NZ

98,4

US

98,7

UY

116,5

ZA

81,3

ZZ

92,0

0808 20 50

AR

91,4

CL

84,4

NZ

87,2

ZA

100,8

ZZ

91,0

0809 10 00

TR

203,3

XS

107,8

ZZ

155,6

0809 20 95

TR

284,5

ZZ

284,5

0809 30

TR

124,7

ZZ

124,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


11.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 180/3


IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 609/2009

tat-8 ta’ Lulju 2009

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Maqgħuda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni b’mod uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri rigward il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella li tinsab fl-Anness għandha tkun ikklassifikata taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2, għar-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3 ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa approprjat li jiġi pprovdut li informazzjoni vinkolanti tat-tariffa li tkun inħarġet mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri fir-rigward tal-klassifika ta' merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li ma tkunx skont dan ir-Regolament, tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tkompli tiġi invokata mid-detentur, taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mfassla fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Maqgħuda taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott f’forma granulari ta’ (% bil-piż):

anhydrous betaine

95,8

ilma

1,5

kalċjusteariku (aġent ta' kontra t-tgħaqqid)

1,0

u l-bqija huma impuritajiet

Il-prodott huwa wżat fi preparamenti tat-tip użat fl-għalf tal-annimali.

2923 90 00

Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 1 (a) u 1(f) tal-Kapitolu 29 u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 2923 u 2923 90 00 .

Il-prodott barra minn anhydrous betaine u ilma fih biss kalċjusteariku (aġent ta’ kontra t-tgħaqqid) u impuritajiet u konsegwentement jissodisfaw il-kliem tan-Noti 1(a) u 1(f) tal-Kapitolu 29.

Betaine mhux vitamina jew provitamina tal-intestatura 2936 . Huwa melħ tal-ammonju intramolekulari quartenery [ara wkoll in-Noti Spjegati tas-Sistema Armonizzata (HS EN) tal-intestatura 2923 , paragrafu 4 (6)]. B’hekk, il-prodott għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura 2923 .


11.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 180/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 610/2009

tal-10 ta’ lulju 2009

li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwota tariffarja fuq iċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw fiċ-Ċili

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 144(1) u 148 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 297/2003 tas-17 ta’ Frar 2003 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwota tariffarja fuq iċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw fiċ-Ċili (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Il-ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra (4), jistipula fl-Artikolu 71(5) mill-1 ta’ Frar 2003, se tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 1 000 tunellata ta’ ċanga u vitella li se tkun miżjuda annwalment b’100 tunellata.

(3)

Il-kwoti kkonċernati għandhom ikunu amministrati permezz tal-użu tal-liċenzji tal-importazzjoni. Għal dan il-għan, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta’ tariffi tal-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti minn sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni (5), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni u ċertifikati tal-iffissar bil-quddiem għall-prodotti agrikoli (6) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta’ April 2008 dwar ir-regoli li jridu jiġu applikati għal-liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (7) huma applikabbli soġġetti għal ċerti derogi.

(4)

Iċ-Ċili obbliga ruħu li joħroġ ċertifikati ta’ awtentiċità għall-prodotti inkwistjoni li jattestaw li l-oġġetti joriġinaw fiċ-Ċili. Il-mudell u r-regoli għall-użu taċ-ċertifikat ta’ awtentiċità jridu jiġu stipulati.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 810/2008 tal-11 ta’ Awissu 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għal laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja friska, imkessħa u ffriżata u għal laħam tal-buflu ffriżat (8) jipprovdi għal ċertifikati ta’ awtentiċità għal perjodi ta’ 12-il xahar li jibdew mill-1 ta’ Lulju ta’ sena waħda għal numru ta’ kwoti taċ-ċanga u kwoti tal-vitella. Sabiex jiġi żgurat illi l-importazzjonijiet kollha jiġu ġestiti b’mod uniformi, għandhom jiġu stipulati regoli ta’ implimentazzjoni simili għall-kwoti taċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw fiċ-Ċili.

(6)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni xierqa tal-importazzjonjiet tal-prodotti kkonċernati, il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu suġġetti għall-verifika qabel jinħarġu, b’mod partikolari l-annotazzjonijiet fuq iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità.

(7)

Ir-rifużjoni sħiħa tad-dazji ta’ importazzjoni bħala riżultat tal-eżenzjoni mid-dazju li hija applikabbli mill-1 ta’ Frar 2003 ġiet applikata skont l-Artikolu 236 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarj (9) u bl-Artikoli 878 et seq tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistipula dispożizzjonjiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (10).

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Taħt il-kwota tariffarja stipulata fl-Artikolu 71(5) tal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra, il-prodotti li joriġinaw fiċ-Ċili li hemm referenza għalihom fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu importati, eżenti mid-dazju li hemm stipulat fit-tariffa doganali komuni, matul il-perjodi mill-1 ta’ Lulju ta’ sena sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, skont id-dispożizzjonjiet ta’ dan ir-Regolament.

Il-kwantità tal-prodotti msemmijin fl-ewwel paragrafu għandhom ikunu kif indikat fl-Anness I għal kull perjodu ta’ importazzjoni.

Artikolu 2

Il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ir-Regolament (KE) Nru 376/2008 u r-Regolament (KE) Nru 382/2008 għandhom japplikaw ħlief fejn hemm previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.

Artikolu 3

1.   Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jagħtu lok għal obbligu ta’ importazzjoni mill-pajjiż speċifiku. It-Taqsima 8 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji għandhom juru l-pajjiż tal-oriġini u l-kaxxa li tindika l-kelma “iva” għandha tkun immarkata.

2.   It-Taqsima 20 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzja tal-importazzjoni u l-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikun fihom in-numru ta’ serje 09.4181 u waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Anness II.

Artikolu 4

1.   Għandu jiġi mħejji ċertifikat ta’ awtentiċità li jiddikjara li l-prodotti joriġinaw fiċ-Ċili mill-awtorità tal-ħruġ msemmija fl-Artikolu 8 skont l-Artikolu 7.

L-oriġinal taċ-ċertifikat tal-awtentiċità u kopja tiegħu ċċertifikata kif xieraq għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-awtorità kompetenti”) fiż-żmien li ssir l-applikazzjoni inizjali għal liċenzja tal-importazzjoni konnessa maċ-ċertifikat tal-awtentiċità.

2.   Sakemm il-limitu tal-kwantità speċifikat fiċ-ċertifikat ma jiġix maqbuż, iktar minn liċenzja tal-importazzjoni waħda tista’ tinħareġ taħt ċertifikat ta’ awtentiċità wieħed. Fejn dan ikun il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tikkonferma ċ-ċertifikat ta’ awtentiċità sabiex tindika l-kwantitajiet attribwiti.

3.   Ġaladarba tkun sodisfatta li l-informazzjoni kollha fiċ-ċertifikat ta’ awtentiċità tikkorrispondi għal dik li tasal kull ġimgħa mill-Kummissjoni dwar is-suġġett, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ liċenzji tal-importazzjoni. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-liċenzja ta’ importazzjoni tista’ tinħareġ.

Artikolu 5

1.   Minkejja l-Artikolu 4, l-awtorità kompetenti tista’ toħroġ liċenzja ta’ importazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

(a)

l-oriġinali taċ-ċertifikat ta’ awtentiċità ġie ppreżentat iżda l-informazzjoni tal-Kummissjoni dwaru tkun għadha ma waslitx;

(b)

l-oriġinali taċ-ċertifikat ta’ awtentiċità ma ġiex ippreżentat u l-informazzjoni tal-Kummissjoni dwaru tkun għadha ma waslitx;

(c)

l-oriġinali taċ-ċertifikat ta’ awtentiċità ġie ppreżentat u l-informazzjoni tal-Kummissjoni dwaru tkun waslet iżda xi informazzjoni ma tkunx taqbel.

2.   Fil-każijiet msemmijin fil-paragrafu 1, l-ammont tal-garanzija li jrid jiġi ddepożitat fir-rigward tal-liċenzji ta’ importazzjoni għandu jkun ta’ ammont ekwivalenti għar-rata sħiħa ta’ dazju doganali għall-prodotti inkwistjoni taħt it-tariffa doganali komuni li tkun applikabbli fil-ġurnata li fiha ssir l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni.

Ġaladarba jirċievu l-oriġinali taċ-ċertifikat ta’ awtentiċità u l-informazzjoni tal-Kummissjoni fuqu, u li jivverifikaw li d-dejta tkun tajba, l-Istati Membri għandhom jirrilaxxaw il-garanzija msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Il-preżentazzjoni lill-awtorità kompetenti taċ-ċertifikat ta’ awtentiċità oriġinali meħtieġ mil-leġiżlazzjoni qabel il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja ta’ importazzjoni kkonċernata jiskadi tikkostitwixxi rekwiżit primarju fit-tifsira tal-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (11) fir-rigward tal-garanzija msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Kwalunkwe ammonti tal-garanzija msemmijin fl-ewwel subparagrafu li mhumiex rilaxxati jiġu mitlufa u jinżammu bħala dazju doganali.

Artikolu 6

Iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità u l-liċenzji ta’ importazzjoni għandhom it-tnejn ikunu validi għal tliet xhur mid-data tal-ħruġ rispettiva tagħhom.

Madanakollu, il-perjodu ta’ validità ma jistax jiskadi iktar tard mit-30 ta’ Ġunju li jmiss wara d-data tal-ħruġ tagħhom.

Artikolu 7

1.   Iċ-ċertifikat ta’ awtentiċità msemmi fl-Artikolu 4 għandu jiġi magħmul f’oriġinali wieħed u mhux inqas minn kopja waħda skont il-mudell fl-Anness III.

Il-formoli għandhom ikunu ta’ qies approssimattiv ta’ 210 × 297 mm u l-karta għandha tiżen mhux inqas minn 40 g/m2.

2.   Il-formoli għandhom ikunu stampati u mimlija f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità; jistgħu jiġu wkoll stampati u mimlija fil-lingwa uffiċjali taċ-Ċili.

3.   Iċ-certifikati ta’ awtentiċità għandu jkollhom numru ta’ serje individwali li jkun allokat mill-awtoritajiet tal-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 8. Il-kopji għandhom ikollhom l-istess numru ta’ serje bħall-oriġinali.

4.   L-oriġinali u l-kopji taċ-ċertifikat ta’ awtentiċità jistgħu jkunu ttajpjati jew miktubin bl-idejn. Fl-aħħar każ, għandhom jiġu mimlijin b’inka sewda u b’ittri majuskoli.

5.   Iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità jkunu biss validi jekk ikunu debitament mimlijin u kkonfermati mill-awtorità tal-ħruġ msemmija fl-Artikolu 8.

Iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità għandhom jitqiesu li ġew debitament ikkonfermati jekk jispeċifikaw id-data u l-post tal-ħruġ u jekk ikollhom it-timbru tal-awtorità tal-ħruġ u l-firma tal-persuna jew persuni awtorizzati li jiffirmawhom.

It-timbru jista’ jiġi sostitwit minn siġill stampat fuq iċ-ċertifikat ta’ awtentiċità oriġinali u fuq kull kopja tiegħu.

Artikolu 8

1.   L-entità awtorizzata miċ-Ċili sabiex toħroġ iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-awtorità tal-ħruġ”), li hija stabbilita fl-Anness IV, għandha:

(a)

tobbliga ruħha li tivverifika l-annotazzjonijiet fuq iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità;

(b)

tobbliga ruħha li tagħti lill-Kummissjoni, għallinqas darba fil-ġimgħa, kull informazzjoni li jista’ jkollha bżonn sabiex tivverifika l-annotazzjonjiet fuq iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità.

2.   L-Anness IV jista’ jiġi revedut mill-Kummissjoni jekk l-awtorità tal-ħruġ ma tibqax tiġi rikonoxxuta, jekk ma twettaqx wieħed mill-obbligi tagħha jew jekk awtorità tal-ħruġ ġdida tiġi maħtura.

Artikolu 9

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kampjun tal-impronti tat-timbru użati mill-awtorità tal-ħruġ u l-ismijiet u l-firem tal-persuni awtorizzati biex jiffirmaw iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità li jkunu kkomunikati lilha mill-awtorità fiċ-Ċili.

Artikolu 10

1.   Bħala deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, li għalihom inħarġu liċenzji ta’ importazzjoni fil-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni;

(b)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottobru wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, koperti minn liċenzji ta’ importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq wara tal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-kwantitajiet li nħarġu għalihom.

2.   Mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tal-prodotti li effettivament ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni.

Madankollu, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, mill-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa mill-1 ta’ Lulju 2009.

3.   In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandhom isiru kif ġie indikat fl-Annessi V, VI u VII ta’ dan ir-Regolament u għandhom jintużaw il-kategoriji tal-prodotti indikati fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 382/2008.

Artikolu 11

Ir-Regolament (KE) Nru 297/2003 jitħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IX.

Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 43, 18.2.2003, p. 26.

(3)  Ara l-Anness VIII.

(4)  ĠU L 352, 30.12.2002, p. 3.

(5)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(6)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(7)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10.

(8)  ĠU L 219, 14.8.2008, p. 3.

(9)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(10)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(11)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.


ANNESS I

Prodotti li jibbenefikaw mill-konċessjoni tariffarja msemmija fl-Artikolu 1:

Numru ta’ serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata skontata fuq dazju doganali

%

Kwantità annwali mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010

(Piż nett tal-prodott, tunnellati)

Żieda annwali mill-1 ta’ Lulju 2010

(Piż nett tal-prodott, tunnellati)

09.4181

0201 20

0201 30 00

0202 20

0202 30

Ċanga jew vitella friski, mkesħħa jew iffriżati (1)

100

1 650

100


(1)  “Laħam iffriżat” tfisser laħam li, meta jiddaħħal fit-territorju doganali tal-Komunità, ikollu temperatura interna ta’ –12 °C jew inqas.


ANNESS II

Annotazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 3(2)

:

bil-Bulgaru

:

Регламент (ЕО) № 610/2009

:

bl-Ispanjol

:

Reglamento (CE) no 610/2009

:

biċ-Ċek

:

Nařízení (ES) č. 610/2009

:

bid-Daniż

:

Forordning (EF) nr. 610/2009

:

bil-Ġermaniż

:

Verordnung (EG) Nr. 610/2009

:

bl-Estonjan

:

Määrus (EÜ) nr 610/2009

:

bil-Grieg

:

Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 610/2009

:

bl-Ingliż

:

Regulation (EC) No 610/2009

:

bil-Franċiż

:

Règlement (CE) no 610/2009

:

bit-Taljan

:

Regolamento (CE) n. 610/2009

:

bil-Latvjan

:

Regula (EK) Nr. 610/2009

:

bil-Litwen

:

Reglamentas (EB) Nr. 610/2009

:

bl-Ungeriż

:

610/2009/EK rendelet

:

bil-Malti

:

Regolament (KE) Nru 610/2009

:

bl-Olandiż

:

Verordening (EG) nr. 610/2009

:

bil-Pollakk

:

Rozporządzenie (WE) nr 610/2009

:

bil-Portugiż

:

Regulamento (CE) n.o 610/2009

:

bir-Rumen

:

Regulamentul (CE) nr. 610/2009

:

bis-Slovakk

:

Nariadenie (ES) č. 610/2009

:

bis-Sloven

:

Uredba (ES) št. 610/2009

:

bil-Finlandiż

:

Asetus (EY) N:o 610/2009

:

biż-Żvediz

:

Förordning (EG) nr 610/2009


ANNESS III

Formola kampjun taċ-ċertifikat ta' awtentiċità

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

Il-korp awtorizzat miċ-Ċili għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ awtentiċità:

Asociación Gremial de Plantas Faenadoras Frigoríficas de Carnes de Chile

Teatinos 20 – Oficina 55

Santiago

Chile


ANNESS V

In-notifika tal-liċenzji ta’ importazzjoni (maħruġa) – Ir-Regolament (KE) Nru 610/2009

L-Istat Membru: …

L-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 610/2009

Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni

Minn: … lil: …


In-Nru tal-Ordni

Il-kategorija jew kategoriji tal-prodott (1)

Il-kwantità

(piż tal-prodott f’kilogrammi)

09.4181

 

 


(1)  Il-kategorija jew kategoriji tal-prodott kif ġie ndikat fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 382/2008.


ANNESS VI

In-notifika tal-liċenzji ta’ importazzjoni (il-kwantitajiet li ma ntużawx) – Ir-Regolament (KE) Nru 610/2009

L-Istat Membru: …

L-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 610/2009

Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom ma ntużawx il-liċenzji ta’ importazzjoni

Minn: … lil: …


In-Nru tal-Ordni

Il-kategorija jew kategoriji tal-prodott (1)

Il-kwantità li ma ntużatx

(piż tal-prodott f’kilogrammi)

09.4181

 

 


(1)  Il-kategorija jew kategoriji tal-prodott kif ġie ndikat fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 382/2008.


ANNESS VII

In-notifika tal-kwantitajiet tal-prodotti imqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa — Ir-Regolament (KE) Nru 610/2009

L-Istat Membru: …

L-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 610/2009

Il-kwantitajiet tal-prodotti imqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa:

Minn: … lil: … (il-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni).


In-Nru tal-Ordni

Il-kategorija jew kategoriji tal-prodott (1)

Il-kwantità imqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa

(piż tal-prodott f’kilogrammi)

09.4181

 

 


(1)  Il-kategorija jew kategoriji tal-prodott kif ġie ndikat fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 382/2008.


ANNESS VIII

Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 297/2003

(ĠU L 43, 18.2.2003, p. 26)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1118/2004

(ĠU L 217, 17.6.2004, p. 10)

Artikolu 9 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1965/2006

(ĠU L 312, 22.11.2008, p. 274-291)

Artikolu 5 u Anness V biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 567/2007

(ĠU L 133, 25.5.2007, p. 13)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 332/2008

(ĠU L 102, 12.4.2008, p. 17)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 749/2008

(ĠU L 202, 31.7.2008, p. 37)

Artikolu 1 u Anness I biss


ANNESS IX

Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 297/2003

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1

Artikoli 2 sa 9

Artikoli 2 sa 9

Artikolu 9a

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 10, l-ewwel paragrafu

Artikolu 12

Artikolu 10, it-tieni paragrafu

Anness I

Anness I

Anness IA

Anness II

Anness II

Anness III

Anness III

Anness IV

Anness IV

Anness V

Anness V

Anness VI

Anness VI

Anness VII

Anness VIII

Anness IX


11.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 180/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 611/2009

tal-10 ta' Lulju 2009

li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1276/2008 dwar il-monitoraġġ, permezz ta’ verifiki fiżiċi tal-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli li qegħdin jirċievu rifużjonijiet jew somom oħra

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 170(c) u 194(a), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 11(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1276/2008 (2) u l-Anness II għal dak ir-Regolament jikkorrispondu rispettivament, skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IX għal dak ir-Regolament, l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3122/94 tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistabbilixxi kriterji għall-analiżi ta’ riskji rigward il-prodotti tal-agrikoltura li jirċievu rifużjonijiet (3). B’mod partikolari, il-punt (a) tal-Artikolu 11(5) tar-Regolament (KE) Nru 1276/2008 jikkorrispondi għall-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 3122/94. Madankollu, fejn l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 3122/94 jirreferi għal kriterji stipulati fit-tieni paragrafu komplet tal-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament, l-Artikolu 11(5)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1276/2008 jirreferi biss għall-kriterji stipulati fil-punt 1 tal-Anness tiegħu.

(2)

Billi n-notifika dwar l-analiżi tar-riskju għandha tkopri kull element ta' riskju rilevanti, kif kien diġà stipulat fir-Regolament (KE) Nru 3122/94, il-limitu għall-punt 1 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1276/2008 fl-Artikolu 11(5)(a) ta' dak ir-Regolament għandu jiġi kkoreġut skont dan.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENTI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 11(5) tar-Regolament (KE) Nru 1276/2008, il-punt (a) jiġi mibdul b'dan li ġej:

“(a)

il-miżuri meħuda, inklużi l-istruzzjonijiet lid-dipartimenti nazzjonali, biex japplikaw is-sistema ta' għażla fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju, fid-dawl tal-kriterji msemmija fl-Anness II;”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 53.

(3)  ĠU L 330, 21.12.1994, p. 31.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

11.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 180/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Lulju 2009

dwar il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri

(2009/536/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Impjiegi,

Billi:

(1)

L-Istrateġija ta’ Lisbona, kif ġiet imġedda fl-2005, poġġiet l-enfasi fuq it-tkabbir u l-impjiegi. Il-Linji Gwida dwar l-Impjiegi tal-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi u l-Linji Gwida Ġenerali tal-Politika Ekonomika kienu adottati bħala pakkett integrat, fejn l-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi għandha r-rwol prinċipali fl-implimentazzjoni tal-għanijiet tas-suq tal-impjiegi u x-xogħol tal-Istrateġija ta’ Lisbona.

(2)

L-eżami tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tal-Istati Membri li jinsab fl-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi juri li l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħmlu kull sforz biex jindirizzaw l-oqsma ta’ prijorità li ġejjin: jiġu attirati u jinżammu aktar nies fl-impjieg, jiżdiedu n-nies li lesti jaħdmu u jiġu modernizzati s-sistemi għall-ħarsien soċjali; titjieb l-addattabbiltà tal-ħaddiema u tal-intrapriżi; u jiżdied l-investiment fil-kapital uman permezz ta’ edukazzjoni u ħiliet aħjar.

(3)

Fid-dawl tal-kriżi ekonomika attwali, il-Linji Gwida għandhom iservu wkoll bħala għodda biex jintlaħqu l-isfidi immedjati ta’ żieda fil-qgħad u l-esklużjoni soċjali. Il-linji politiċi fit-terminu immedjat jinkludu linji politiċi integrati ta’ flessigurtà biex tiġi ffaċilitata t-transizzjoni għax-xogħol, it-tqabbil tan-nies qiegħda ma’ impjiegi disponibbli, u titjib tal-ħiliet.

(4)

Fid-dawl tal-eżami tal-Kummissjoni tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma, il-fokus irid ikun fuq l-implimentazzjoni effettiva u f’waqtha tagħhom, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali għall-miri u l-livelli ta’ referenza maqbula u l-involviment tal-imsieħba soċjali.

(5)

Il-Linji Gwida dwar l-Impjiegi ġew adottati fl-2008 b’validità ta’ tliet snin, li matulhom l-aġġornament tagħhom għandu jkun strettament limitat.

(6)

L-Istati Membri għandhom jesploraw l-użu tal-Fond Soċjali Ewropew meta jiġu biex jimplimentaw il-Linji Gwida dwar l-Impjiegi.

(7)

fid-dawl tan-natura integrata tal-pakkett tal-linji gwida, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw bis-sħiħ il-Linji Gwida Ġenerali tal-Politika Ekonomika,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri kif imniżżla fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/618/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (3) qed jinżammu għall-2009 u għandhom jitqiesu mill-Istati Membri fil-linji politiċi tagħhom dwar l-impjiegi.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BORG


(1)  Opinjoni tal-11 ta’ Marzu 2009 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tat-13 ta’ Marzu 2009 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 198, 26.7.2008, p. 47.


Il-Kummissjoni

11.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 180/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Lulju 2009

li temenda l-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5314)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/537/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu (f) tat-Taqsima B tal-Kapitolu 4 tal-Anness VI tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bulgarija ngħatat perjodi ta’ tranżizzjoni bl-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija biex ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1).

(2)

Il-Bulgarija pprovdiet garanziji li tliet stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib lestew il-proċess ta’ aġġornament tagħhom u issa huma konformi bis-sħiħ mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Wieħed minn dawk l-istabbilimenti għandu l-permess li jirċievi u jipproċessa l-ħalib nej konformi u mhux konformi mingħajr separazzjoni. Għalhekk hu għandu jiżdied mal-lista tal-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI. Stabbiliment wieħed tal-ipproċessar tal-ħalib elenkat fil-Kapitolu I se jipproċessa biss ħalib nej konformi u għalhekk għandu jkun ikkunsidrat bħala stabbiliment approvat tal-UE tal-ipproċessar tal-ħalib. Dan l-istabbiliment għalhekk għandu jitneħħa mil-lista tal-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI.

(3)

L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.


ANNESS

Il-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija huwa emendat kif ġej:

1.

tiġi miżjuda d-daħla li ġejja:

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

“47

2812010

ET‘Mladost-2-Yanko Yanev’

Yambol, ul. ‘Yambolen’ 13”

(2)

l-annotazzjoni li ġejja għandha titħassar:

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

“22

BG 2012043

‘Agroprodukt’ OOD

gr.Sliven

kv.Industrialen”


11.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 180/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Lulju 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2008/456/KE li tistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu mill-2007 sal-2013 bħala parti mill-programm ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni” fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri, ir-regoli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u l-eliġibilità ta’ nefqiet fuq proġetti kofinanzjati mill-Fond

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5373)

(It-testi fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Germaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol u Żvediż biss huma awtentiċi)

(2009/538/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu mill-2007 sal-2013 bħala parti mill-programm ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni” (1), b’mod partikolari l-Artikoli 25 u 37(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-dawl tal-esperjenzi b’segwitu għat-tnedija tal-Fond, hu xieraq li jiġi estiż il-perjodu ta’ eleġibilità tal-programmi annwali sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jimplimentaw il-Fond b’mod effettiv u tiġi adottata l-iskeda taż-żmien għas-sottomissjoni tar-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali.

(2)

Huwa wkoll xieraq li tiġi adattata l-proċedura għas-sottomissjoni tal-programmi annwali riveduti mill-Istati Membri.

(3)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka implimentat id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE fil-liġi nazzjonali tagħha u għaldaqstant hija marbuta b’din id-Deċiżjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, li ma japplikawx għar-Renju Unit, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (2) sabiex jipparteċipa f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/926/KE sussegwenti tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar id-dħul fis-seħħ ta’ partijiet mill-acquis ta’ Schengen mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq. Għalhekk ir-Renju Unit mhux marbut minnha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

Din id-deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li ma japplikawx għall-Irlanda, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda sabiex tipparteċipa f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen. Għalhekk l-Irlanda mhix marbuta jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fl-ambitu tat-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (4), li jaqgħu taħt l-oqsma msemmija fl-Artikolu 1, punti A u B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mir-Repubblika tal-Iżlanda u mir-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (5).

(7)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fl-ambitu tat-tifsira tal-Ftehim iffirmat mill-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni ta’ din tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen li jaqgħu taħt l-oqsma msemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat komuni “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni”,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/456/KE (6) hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 23(1) qed jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Sabiex jiġi rivedut il-programm annwali approvat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 23(4) tal-att bażiku, l-Istat Membru kkonċernat għandu jressaq abbozz tal-programm annwali rivedut lill-Kummissjoni mill-inqas tliet xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ eleġibilità. Il-Kummissjoni għandha teżamina u, mill-aktar fis possibbli, tapprova l-programm rivedut skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23(4) tal-att bażiku.”;

2.

Fil-Punt 4.1 tal-Anness V, Parti A, il-kliem “Lista tal-irkupri kollha pendenti fit-30 ta’ Ġunju tas-sena N + 2 (N = sena ta’ dan il-programm annwali)” jiġi mibdul mill-kliem “Lista tal-irkupri pendenti kollha sitt xhur wara l-iskadenzi ta’ eleġibilità għan-nefqa”.

3.

Fl-Anness XI, il-Punt I.4.1 huwa mibdul b’dan li ġej:

“1.

L-ispejjeż relatati ma’ proġett għandhom ikunu ġġenerati u l-ħlasijiet rispettivi (ħlief għad-deprezzament) li jkunu saru wara l-1 ta’ Jannar tas-sena msemmija fid-deċiżjoni tal-finanzjament li tapprova l-programmi annwali tal-Istati Membri. Il-perjodu tal-eliġibilità huwa sat-30 ta’ Ġunju tas-sena N (*)+2, jiġifieri li l-ispejjeż relatati ma’ proġett għandhom ikunu ġġenerati qabel din id-data.

(*)  Fejn ‘N’ hija s-sena msemmija fid-deċiżjoni tal-finanzjament li tapprova l-programmi annwali tal-Istati Membri.”"

4.

Fl-Anness XI, il-Punt V.3. huwa mibdul b’dan li ġej:

“3.

L-attivitajiet marbuta mal-assistenza teknika għandhom jitwettqu u l-ħlasijiet korrispondenti li jkunu saru wara l-1 ta’ Jannar tas-sena msemmija fid-deċiżjoni dwar il-finanzjament li tkun approvat il-programmi annwali tal-Istati Membri. Il-perjodu ta’ eleġibilità jdum mhux aktar tard mill-iskadenza għas-sottomissjoni tar-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-programmi annwali kollha li għalihom ma sarx il-pagament tal-bilanċ fid-data tal-adozzjoni tiegħu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, lir-Repubblika tal-Ungerija, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Renju tal-Olanda, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja u lir-Renju tal-Iżvezja.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 144, 6.6.2007, p. 22.

(2)  ĠU L 395, 31.12.2007, p. 70.

(3)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(4)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(5)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(6)  ĠU L 167, 27.6.2008, p. 1.


11.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 180/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Lulju 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2000/96/KE dwar mard li jittieħed li għandu jiġi kopert b'mod progressiv fin-network tal-Komunità taħt id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5457)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/539/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta' network għas-sorveljanza epidemoloġika u kontroll ta' mard li jinxtered fil-Komunità (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 3(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/96/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar mard li jittieħed li għandu jiġi kopert b'mod progressiv fin-network tal-Komunità taħt id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), telenka ċertu mard li jittieħed li għandu jiġi kopert minn sorveljanza epidemjoloġika fin-netwerk, inluż “Mard li jista' jiġi evitat b'tilqim”. Din il-kategorija tinkludi mard li hemm diġà tilqim disponibbli għalih, u mard ieħor li għalih it-tagħrif xjentifiku u tekniku huwa disponibbli għall-elaborazzjoni u l-produzzjoni ta' tilqim fi ħdan perjodu relattivament qasir.

(2)

Reċentement ħareġ vajrus patoġeniku ġdid tal-influwenza li t-trażmissjoni minn bniedem għal ieħor ġiet irreġistrata fl-Amerika ta' Fuq, u li diġà infirex ma' diversi Stati Membri. Peress li din is-sitwazzjoni epidemika ġdida toħloq riskju serju għal evoluzzjoni ta' influwenza pandemika, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa identifikat il-mard ikkawżat minn dak il-vajrus bħala emerġenza tas-saħħa pubblika ta' tħassib internazzjonali skont ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005).

(3)

Din il-marda ġdida għandha tiġi kklassifikata fil-kategorija ta' “Mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim” kif, anki jekk l-ebda tilqim m'hu disponibbli bħalissa għall-prevenzjoni tagħha, it-tagħrif xjentifiku u tekniku huwa disponibbli għall-elaborazzjoni u l-produzzjoni ta' tilqim hekk kif jiġi definittivament identifikat l-oriġini tagħha.

(4)

Dan il-vajrus huwa kopert taħt “Influwenza” diġà msemmija fil-punt 2.1 tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2000/96/KE Madankollu, fid-dawl tal-pandemija potenzjali maħluqa minn dan il-vajrus u l-ħtieġa ta' koordinazzjoni immedjata u effiċjenti bejn il-Komunità u l-Istati Membri f'dak ir-rigward, dan il-vajrus għandu jissemmaspeċifikament bħala wieħed mit-tipi possibbli tal-vajrus tal-influwenza. Din l-indikazzjoni speċifika min-naħa tagħha tippermetti l-adozzjoni ta' definizzjoni ta' każ speċifiku skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/253/KE tad-19 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi d-definizzjonijiet ta' każ għar-rappurtaġġ ta' mard li jinxtered fin-netwerk tal-Komunità permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u għalhekk komunikazzjoni ta' informazzjoni mmirata aħjar fi ħdan in-netwerk Komunitarju skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2119/98/KE.

(5)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/363/KE tat-30 ta' April 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2002/253/KE li tistabbilixxi d-definizzjonijiet ta' każ għar-rappurtaġġ ta' mard li jinxtered fin-netwerk tal-Komunità permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) diġà introduċiet definizzjoni tal-każ speċifiku Influwenza A (H1N1) fl-Anness għad-Deċiżjoni 2002/253/KE. Għalhekk jinħtieġ li jingħata effett retroattiv għal din id-Deċiżjoni sabiex ikun żgurat li huwa applikabbli mill-istess data bħad-Deċiżjoni 2009/363/KE.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-punt 2.1. tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2000/96/KE, it-terminu “Influenza” huwa sostitwit minn “Influwenza inkluż Influwenza A (H1N1)”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-30 ta' April 2009.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 28; 3.2.2000, p. 50.

(3)  ĠU L 86, 3.4.2002, p. 44.

(4)  ĠU L 110, 1.5.2009, p. 58.


11.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 180/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Lulju 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2002/253/KE fir-rigward tad-definizzjonijiet tal-każijiet irrapportati bħala Influwenza A(H1N1) lin-netwerk tal-Komunità

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5465)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/540/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta’ netwerk għas-sorveljanza epidemoloġika u kontroll ta’ mard li jinxtered fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(c) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/253/KE tad-19 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi d-definizzjonijiet tal-każ għar-rappurtaġġ ta’ mard li jinxtered fin-netwerk tal-Komunità permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), id-definizzjonijiet tal-każ imniżżla fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni għandhom ikunu aġġornati safejn meħtieġ fuq il-bażi tal-aħħar dejta xjentifika.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/363/KE tat-30 ta’ April 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2002/253/KE li tistabbilixxi d-definizzjonijiet tal-każ għar-rapurtaġġ ta’ mard li jinxtered fin-network tal-Komunità permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) introduċiet definizzjoni ġdida ta’ każijiet relatati mat-tifqigħa fl-Amerika ta’ Fuq tal-vajrus ġdid tal-influwenza u ċ-ċirkostanzi reċenti ta’ każijiet f’diversi Stati Membri.

(3)

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa sadattant uffiċjalment iddefinixxiet il-marda attwali permezz tal-frażi “Influenza A(H1N1)”. Għalhekk meħtieġ li tiġi aġġornata d-Deċiżjoni 2002/253/KE sabiex jintuża dan l-isem minflok l-isem mogħti lill-vajrus mid-Deċiżjoni 2009/363/KE.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2002/253/KE, l-intestatura “A(H1N1) IL-VIRUS ĠDID TAL-INFLUWENZA (L-HEKK IMSEJJAĦ A(H1N1) IL-VAJRUS TAL-INFLUWENZA TAL-ĦNIEŻER U L-VAJRUS TAL-INFLUWENZA MESSIKANA) (1)” qed tiġi mibdula bl-intestatura “INFLUWENZA A(H1N1)”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 86, 3.4.2002, p. 44.

(3)  ĠU L 110, 1.5.2009, p. 58.


Rettifika

11.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 180/25


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 438/2009 tas-26 ta’ Mejju 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji Komunitarji għal barrin, baqar u erieħ, għajr dawk maħsuba għat-tbiċċir, ta’ ċerti razez Alpini u tal-muntanji

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-unjoni Ewropea L 128 tas-27 ta' Mejju 2009 )

F'paġna 58, l-Artikolu 2(2):

minflok:

“09.4197”,

aqra:

“09.0115”.