ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.171.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 171

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
1 ta' Lulju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 569/2009 tat-30 ta’ Ġunju 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 570/2009 tat-30 ta’ Ġunju 2009 li jffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2009

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 571/2009 tat-30 ta’ Ġunju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-istabbiliment ta’ sistema ta’ kwoti fir-rigward tal-produzzjoni tal-lamtu tal-patata

6

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2009/501/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Jannar 2009 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim li jġedded il-Ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja

17

Ftehim li jġedded il-ftehim ta’ koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja

19

 

 

2009/502/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Jannar 2009 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità tal-Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ New Zealand

27

Ftehim dwar koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ New Zealand

28

 

 

2009/503/KE

 

*

Deċiżjoni Nru 3/2009 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-AKP-KE tal-5 ta’ Ġunju 2009 li ġġedded il-membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI)

36

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/504/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom li tistabbilixxi l-arranġamenti għat-trażmissjoni ta’ ċerta informazzjoni lill-Kummissjoni mill-Istati Membri taħt is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Kummissjoni (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4072)

37

 

 

2009/505/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ġunju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2008/788/KE li tistabbilixxi l-ammonti netti li jirriżultaw mill-modulazzjoni fakultattiva fil-Portugall għas-snin 2009-2012 (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 5095)

46

 

 

2009/506/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ġunju 2009 li taħtar il-membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni ( 1 )

47

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 tal-20 ta' Jannar 2009, li jikkonċerna l-kompożizzjoni u l-ittikkettjar ta' oġġetti tal-ikel għal dawk li ma taqbilx magħhom il-glutina ( ĠU L 16, 21.1.2009 )

48

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

1.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 569/2009

tat-30 ta’ Ġunju 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

46,5

MK

21,6

TR

97,2

ZZ

55,1

0707 00 05

MK

27,4

TR

76,9

ZZ

52,2

0709 90 70

TR

94,2

ZZ

94,2

0805 50 10

AR

50,1

TR

64,2

ZA

64,9

ZZ

59,7

0808 10 80

AR

78,9

BR

74,6

CL

89,4

CN

97,8

NZ

106,2

US

101,3

UY

55,1

ZA

85,9

ZZ

86,2

0809 10 00

TR

232,2

US

172,2

ZZ

202,2

0809 20 95

SY

197,7

TR

323,1

ZZ

260,4

0809 30

TR

92,3

US

175,8

ZZ

134,1

0809 40 05

US

196,2

ZZ

196,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


1.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 570/2009

tat-30 ta’ Ġunju 2009

li jffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 , ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 u 1007 00 90 , huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Lulju 2009, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2009

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

42,90

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

17,34

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

17,34

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

47,89


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

16.6.2009-29.6.2009

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

196,08

110,57

Prezz FOB USA

207,47

197,47

177,47

96,57

Tariffa fuq il-Golf

13,57

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

8,67

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

20,53  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

17,56  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


1.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 571/2009

tat-30 ta’ Ġunju 2009

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-istabbiliment ta’ sistema ta’ kwoti fir-rigward tal-produzzjoni tal-lamtu tal-patata

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 85 u 95a(3) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2236/2003 tat-23 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94 li jistabbilixxi sistema ta’ kwoti fir-rigward tal-produzzjoni tal-lamtu mill [tal]-patata (2) ġie emendat b’mod sostanzjali bosta drabi (3). Ladarba għandhom isiru emendi ġodda, fl-interess taċ-ċarezza għandu jitfassal mill-ġdid.

(2)

Dawn l-emendi ġodda huma meħtieġa wara l-emendi tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (4).

(3)

Sabiex tibbenefika mill-għajunua Komunitarja taħt is-sistema ta’ kwoti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, impriżi li jipproduċu lamtu tal-patata għandhom jikkonkludi il-kuntratti ta’ kultivazzjoni mal-produtturi tal-patata.

(4)

Jeħtieġ li jiġu speċifikati liema materji għandhom ikunu koperti b’kuntratt ta’ kultivazzjoni bejn impriża li tipproduċi lamtu tal-patata u produttur biex ma tħallix li jiġu konklużi kuntratti fejn tinqabeż is-subkwota tal-impriża. Dawn l-impriżi għandhom ikunu pprojbiti milli jaċċettaw konsenji ta’ patata li mhumiex koperti b’kuntratt ta’ kultivazzjoni, minħabba li dan joħloq riskju għall-effettività tas-sistema tal-kwota u tal-ħtieġa li l-prezz minimu stipulat fl-Artikolu 95a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jitħallas għall-patata kollha intenzjonata għal produzzjoni tal-lamtu; Madankollu, għandu jkun possibbli, fejn raġunijiet klimatiċi iwasslu għal produzzjoni f’erjas koperti b’kuntratt dwar kultivazzjoni ta’ kwantità akbar ta’ patata jew ta’ patata b’kontenut akbar ta’ lamtu li kien oriġinarjament previst, għal impriża li tipproduċi lamtu tal-patata li taċċetta patata bħal din sakemm tħallas il-prezz minimu.

(5)

Patata li jkollha kontenut ta’ lamtu anqas ta’ minn 13 % ma tistax tiġi ikkunsidrata bħala patata intenzjonata għall-manifattura ta’ lamtu tal-patata. Patata b’kontenut ta’ lamtu anqas minn 13 % m’għandhiex tiġi aċċettata minn impriżi li jipproduċu l-lamtu. Il-Kummissjoni għandha, fejn raġunijiet klimatiċi iwasslu għal kontenut ta’ lamtu aktar baxx, u fuq talba ta’ Stat Membru, tkun tista’ tawtorizza, taħt ċertu kundizzjonijiet, li patata b’kontenut ta’ lamtu anqas minn 13 % tiġi aċċettata.

(6)

Għandhom jiġu introdotti miżuri ta’ spezzjoni biex jiżguraw li lamtu prodott skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament biss jagħti lok għal ħlas tal-primjum. Sabiex ikunu protetti l-produtturi tal-patata intenzjonata għall-produzzjoni tal-lamtu, huwa kruċjali li l-prezz minimu stabbilit fl-Artikolu 95a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jitħallas għall-patata kollha. Huwa għalhekk neċessarju li jkun hemm dispożizzjoni għal sanzjonijiet fejn il-prezz minimu ma jkunx tħallas, jew fejn impriżi li jipproduċu l-lamtu jkunu aċċettaw patata mhux koperta minn kuntratt dwar kultivazzjoni.

(7)

Jenħtieġu regoli biex jiżguraw li lamtu tal-patata prodott li jaqbeż is-subkwota tal-impriża li tipproduċi l-lamtu jkun esportat mingħajr rifużjoni fuq l-esportazzjoni, kif jitlob l-Artikolu 84a(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. F’każ ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu applikati sanzjonijiet.

(8)

Huwa neċessarju li jiġi speċifikat x’jiġri mis-subkwota ta’ impriżi li jipproduċu l-lamtu li jingħaqdu, jibdlu s-sjieda jew li jieqfu joperaw.

(9)

Huwa neċessarju li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jingħataw is-setgħa li jikkontrollaw it-tħaddim tas-sistema tal-kwota. Għandha tiġi speċifikata l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata mill-impriżi li jipproduċu lamtu tal-patata lill-Istat Membru, u mill-Istat Membru lill-Kummissjoni.

(10)

Skont il-Parti I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 il-lamtu tal-patata huwa prodott kopert mir-regoli taċ-ċereali. Għalhekk, l-istess sena tas-suq bħal taċ-ċereali, tapplika għal-lamtu tal-patata. L-Artikolu 204(5) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li fir-rigward tal-lamtu tal-patata, it-Taqsima IIIa tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II ta’ dak ir-Regolament tapplika sa tmiem is-sena tas-suq 2011/2012 għal-lamtu tal-patata. Għalhekk dan ir-Regolament għandu japplika sa dik id-data.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DEFINIZZJONIJIET – SISTEMA TA’ KWOTA

Artikolu 1

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)   “kwota”: il-kwota stabbilita għal kull Stat Membru mill-Artikolu 84a(1) u l-Anness Xa tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(b)   “subkwota”: dik il-parti tal-kwota allokata mill-Istat Membru lil impriża li tipproduċi l-lamtu;

(c)   “impriża li tipproduċi l-lamtu”: kull persuna naturali jew legali stabbilita fuq it-territorju tal-Istat Membru konċernat li tircievi is-subkwota u l-primjum li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 95a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(d)   “produttur”: kull persuna naturali jew legali jew grupp ta’ persuni bħal dawn, li tforni/jfornu lill-impriżi li jipproduċu l-lamtu patata prodotta minnha jew minn membri tagħha, f’isimha jew għan-nom tagħha b’kuntratt ta’ kultivazzjoni konkluż minnha jew f’isimha;

(e)   “kuntratt ta’ kultivazzjoni”: kull kuntratt konkluż bejn produttur jew grupp ta’ produtturi u l-impriż li jipproduċi l-lamtu;

(f)   “patata”: patata intenzjonata għall-manifattura ta’ lamtu tal-patata kif imsemmi fl-Artikolu 77 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 b’kontenut ta’ lamtu ta’ mill-anqas 13 %;

(g)   “lamtu mhux ipproċessat”: lamtu prodott taħt il-kodiċi tan-NM 1108 13 00 li m’għadda minn ebda proċess;

(h)   “amalgamazzjoni ta’ impriżi li jipproduċu l-lamtu”: il-konsolidament f’impriża waħda ta’ żewġ jew aktar impriżi li jipproduċu l-lamtu;

(i)   “trasferiment ta’ sjieda ta’ impriża li tipproduċi l-lamtu”: nomina jew assorbiment tal-assi ta’ impriża fil-pussess ta’ subkwota, lil impriża waħda jew aktar li jipproduċu l-lamtu;

(j)   “trasferiment ta’ sjieda ta’ fabbrika li tipproduċi l-lamtu”: l-għotja ta’ sjieda ta’ unita teknika, inkluż it-tagħmir kollu meħtieġ għall-manifattura tal-lamtu, lil impriża waħda jew aktar, li tirriżulta fl-assorbiment parzjali jew totali tal-post l-aktar imbiegħed tal-impriża li qed tagħmel l-għotja;

(k)   “it-twellija ta’ fabbrika”: il-kuntratt ta’ twellija ta’ unità teknika li tinkludi l-impjant kollu meħtieġ għall-manifattura tal-lamtu, bil-għan li titħaddem, konkluż għal perjodu ta’ mill-anqas tliet snin tas-suq konsekuttivi ma’ impriża li hija stabbilita fl-istess Stat Membru bħall-fabbrika konċernata, jekk, wara li t-twellija tkun effettiva, l-impriża li twelli l-fabbrika tista’ tkun meqjusa bħala impriża waħdanija li tipproduċi l-lamtu għal produzzjoni kollha tagħha;

(l)   “għajnuna għal patata tal-lamtu”: għajnuna stabbilita għall-bdiewa li jipproduċu patata intenzjonata għall-manifattura tal-lamtu tal-patata kif imsemmi fl-Artikolu 77 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Artikolu 2

Meta japplika l-Artikolu 84a(5) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, is-subkwoti allokati jiġu aġġustati skont il-każ fil-bidu tas-sena tas-suq wara dik li fiha tkun inqabżet is-subkwota.

KAPITOLU II

SISTEMA TA’ PREZZ U ĦLAS

Artikolu 3

1.   Kuntratt ta’ kultivazzjoni għandu jkun konkluż għal kull sena tas-suq. Kull kuntratt għandu jkollu numru ta’ identifikazzjoni u jinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-produttur jew grupp ta’ produtturi;

(b)

l-isem u l-indirizz ta’ l-impriża li tipproduċi l-lamtu;

(c)

l-erjas kkultivati mogħtija f’ettari b’żewġ deċimali u identifikati f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (5) li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll (IACS);

(d)

il-kwantità ta’ patata f’tunnellati prevista li tinħasad hemmhekk u mqassma lill-impriża li tipproduċi l-lamtu:

(e)

il-medja prevista ta’ kontenut ta’ lamtu tal-patata, abbażi tal-kontenut medju tal-lamtu tal-patata mqassma mill-produttur lill-impriża li tipproduċi l-lamtu tul l-aħħar tliet snin tas-suq jew, jekk din l-informazzjoni mhix disponibbli, abbażi tal-kontenut medju għall-erja tal-provvista;

(f)

impenn mill-impriża li tipproduċi l-lamtu biex tħallas lill-produttur il-prezz minimu li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 95a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

2.   Biex jiġu assigurati l-kontrolli meħtieġa, kull impriża li tipproduċi l-lamtu għandha tibgħat lill-awtorità kompetenti qabel il-bidu tas-sena tas-suq sommarju tal-kuntratti, inkluż għal kull kuntratt, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-inirizz tal-produttur, l-erjas kultivati, u t-tunnellaġġ imniżżel fil-kuntratt, espressi f’termini ta’ ekwivalenza f’lamtu, qabel data li għandha tiġi iffissata mill-Istat Membru qabel il-bidu tas-sena tas-suq.

3.   It-total f’ekwivalenza ta’ lamtu tal-kwantitajiet imniżżla fil-kuntratti ta’ kultivazzjoni m’għandux jaqbeż is-subkwota stabbilita għall-impriża konċernata li tipproduċi l-lamtu.

4.   Fejn il-kwantità prodotta fir-realtà taħt kuntratt ta’ kultivazzjoni f’ekwivalenza ta’ lamtu taqbeż il-kwantità mniżżla fil-kuntratt, dik il-kwantità tista’ tiġi kkonenjata, jekk l-impriża li tipproduċi lamtu tagħżel hekk, sakemm il-prezz minimu li hemm referenza għalih fl-Artikolu 95a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huwa mħallas għaliha.

5.   Impriża li tipproduċi l-lamtu tista’ ma tilqax konsenji ta’ patata mhux koperta minn kuntratt ta’ kultivazzjoni.

Artikolu 4

1.   Il-konsenji ta’ patata għandhom isiru jew fl-impriżi li jipproduċu l-lamtu stess, jew fil-postijiet fejn dawn jitqassmu.

2.   Il-piż tal-patata u l-kontenut tal-lamtu għandu jiġi kkalkulat b’konformità mal-Artikoli 5 u 6 u għandu jsir fil-waqt tat-tqassim u bl-awtorizzazzjoni ta’ spettur approvat mill-Istat Membru.

Artikolu 5

1.   Meta hekk meħtieġ għall-iskopijiet ta’ wieħed mill-metodi msemmija fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2235/2003 (6), il-piż gross tal-patata għandu jkun determinat għal kull tagħbija fil-waqt tal-kunsinna b’użu komparattiv ta’ użin tal-mezzi tat-trasport użat, mgħobbi u vojt.

2.   Il-piż nett tal-patata għandu jkun stabbilit b’wieħed mill-metodi mfissra fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2235/2003.

3.   Kunsinni li jiġu accettati għandu jkollhom kontenut ta’ lamtu ta’ mhux inqas minn 13 %.

Madankollu, impriżi li jipproduċu l-lamtu jistgħu jaċcettaw kunsinni ta’ patata b’kontenut ta’ lamtu taħt it-13 %, sakemm il-kwantità ta’ lamtu li jista’ jiġi manifatturat minn din il-patata ma taqbiżx 1 % tas-subkwota. il-prezz minimu li għandu jitħallas f’dan il-każ għandu jkun dak validu għhal kontenut tal-lamtu ta’ 13 %.

Artikolu 6

Il-kontenut ta’ lamtu tal-patata għandu jkun stabbilit fuq il-bażi ta’ piż taħt l-ilma validu għal 5 050 gramma ta’ patata fornuta.

L-ilma wżat għandu jkun nadif u mingħajr xi sustanza miżjuda u t-temperatura tiegħu ma għandhiex tkun inqas minn 18 °C.

Artikolu 7

1.   Il-primjum għandu jingħata lil impriżi li jipproduċu l-lamtu għal lamtu prodott minn patata ta’ kwalità tajba u ġusta għal bejgħ, fuq il-bażi tal-kwantità ta’ patata użata u l-kontenut tal-lamtu tagħha, bir-rati stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2235/2003 sa ma tintlaħaq il-kwantità ta’ lamtu li għaliha huma jkollhom is-subkwota. L-ebda primjum m’għandu jingħata għal lamtu prodott minn patata li mhix ta’ kwalità tajba u ġusta għal bejgħ u lanqas għal lamtu prodott minn patata li l-kontenut tal-lamtu tagħha huwa inqas minn 13 %, ħlief fejn ikun japplika it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(3).

Fejn il-kontenut tal-lamtu tal-patata huwa kkalkulat bl-iskali Reimann jew Parrow u jikkorrispondi mal-figura li tidher fuq firxa ta’ żewġ jew tliet linji fit-tieni kolonna fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2235/2003, ir-rati applikabbli għandhom ikunu dawk tat-tieni jew it-tielet linja.

2.   Fejn fil-lottijiet konsenjati jkun hemm 25 % jew aktar ta’ patata li giet magħzula permezz ta għarbiel li għandu toqba kwadra ta’ 28 mm (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “dak li jintrema wara li jissaffa” (tailings)), il-piż nett użat biex ikun stabbilit il-prezz minimu li għandu jitħallas mill-impriża li tipproduċi l-lamtu għandu jitnaqqas kif ġej:

Perċentwal ta’ dak li jintrema wara li jissaffa

Perċentwal tat-tnaqqis

25 sa 30 %

10  %

31 sa 40 %

15  %

41 sa 50 %

20  %

Jekk il-lottijiet ikollhom aktar minn 50 % li jintrema wara li jissaffa, dawn għandhom jiġu ttrattati permezz ta’ ftehim reċiproku u m’għandu jitħallas l-ebda primjum fuqhom.

Il-perċentwal ta’ dak li jintrema wara li jissaffa għandu jkun stabbilit fl-istess waqt li jkun stabbilit il-piż nett.

3.   L-osservanza tal-limiti tas-subkwota mill-impriżi li jipproduċu l-lamtu għandha tiġi stabbilita abbażi tal-kwantità u l-kontenut tal-lamtu tal-patata użata, skont ir-rati stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2235/2003.

Artikolu 8

1.   Għandha tinħareġ formola ta’ irċevuta taħt ir-responsabbiltà konġunta tal-impriża li tipproduċi l-lamtu, l-ispettur approvat u l-fornitur. L-impriża li tipproduċi l-lamtu għandha tagħti kopja lil produttur u żżomm l-oriġinali għaliha sabiex tkun tista’, jekk meħtieġ, tinbagħat lill-aġenzija responsabbli mill-monitoraġġ tal-primjums.

2.   Il-formola tal-irċevuta għandu jkollha talanqas l-informazzjoni li ġejja, meta din toħroġ mill-operazzjonijiet li jsiru skont l-Artikoli 4 sa 7:

(a)

data tal-konsenja;

(b)

numru tal-konsenja;

(c)

numru tal-kuntratt tal-kultivazzjoni;

(d)

isem u indirizz tal-produttur tal-patata;

(e)

piż tal-mezz tat-trasport mal-wasla fl-impriża li tipproduċi l-lamtu jew fil-post fejn isir it-tqassim;

(f)

piż tal-mezz tat-trasport wara li jinħatt u jitneħħa l-ħamrija residwa;

(g)

piż gross tal-konsenja;

(h)

tnaqqis tal-materjal estranju u l-piż tal-ilma assorbit waqt il-ħasil, espress bħala perċentwal u applikat għal piż gross tal-konsenja;

(i)

tnaqqis, espress f’piż, applikat għall-piż gross tal-kunsinna bħala riżultat ta’ materjal żejjed;

(j)

perċentwal li jintrema wara li jissaffa;

(k)

piż nett totali tal-konsenja (piż gross imnaqqas, inkluż l-korrezzjoni għal dak li jintrema wara li jissaffa);

(l)

kontenut ta’ lamtu, espress f’perċentwal jew piż taħt l-ilma;

(m)

prezz għal kull unità li jrid jitħallas.

Artikolu 9

Għal kull produttur, l-impriża li tipproduċi l-lamtu għandha tfassal formola mqassra ta’ ħlas li jkollha dawn id-dettalji li ġejjin:

(a)

isem tal-impriża li tipproduċi l-lamtu);

(b)

isem u indirzz tal-produttur tal-patata;

(c)

numru tal-kuntratt tal-kultivazzjoni;

(d)

data u numru tal-irċevuti;

(e)

piż nett ta’ kull konsenja wara li jsir kull tnaqqis kif previst fl-Artikolu 8(2);

(f)

prezz għal kull unità għal kull konsenja;

(g)

ammont totali li jrid jingħata lil min ikabbar;

(h)

l-ammonti mħallsa lill-produttur tal-patata u d-data li fiha jsir il-ħlas;

(i)

firma u timbru tal-manifattur tal-lamtu.

KAPITOLU III

ĦLASIJIET – PENALI

Artikolu 10

1.   Il-ħlas tal-primjum li hemm referenza għalih fl-Artikolu 95a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jkun soġġett għall-kundizzjoni li l-impriża li tipproduċi l-lamtu tipprovdi prova li r-rekwiżiti li ġejjin ġew sodisfatti:

(a)

il-lamtu rilevanti kien prodott matul is-sena tas-suq konċernata;

(b)

il-prezz li tħallas lill-produtturi mhuwiex inqas min dak li hemm referenza għalih fl-Artikolu 95a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fl-istadju tal-konsenja lill-fabbrika għall-kwantità sħiħa ta’ patata prodotta fil-Komunità u użata għall-produzzjoni tal-lamtu;

(c)

il-lamtu konċernat ġie prodotti minn patata koperta mill-kuntratti tal-kultivazzjoni msemmija fl-Artikolu 3.

2.   Il-prova li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 għandha tiġi fornuta billi tintbagħat il-formola mqassra ta’ ħlas prevista fl-Artikolu 9, akkumpanjata jew b’ċertifikazzjoni li jkun sar il-ħlas mill-produttur jew b’vawċer maħruġ mill-istituzzjoni finanzjarja li ħalset fuq ordni tal-manifattur tal-lamtu, li jiċċertifika li jkun sar dak il-ħlas.

3.   Il-primjum ta’ impriżi li jipproduċu l-lamtu għandu jitħallas mill-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu jiġi manifatturat il-lamtu tal-patata fi żmien erba’ xhur wara d-data ta’ meta ngħatat il-prova msemmija fil-paragarfu 1.

Artikolu 11

1.   L-Istati Membri għandhom jintroduċu arranġamenti biex issir spezzjoni fuq il-post biex jiġu vverifikati l-operazzjonijiet li jagħtu titolu għal primjum u l-konformità mas-subkwota stabbilita għal kull impriża li tipproduċi l-lamtu. Biex ikunu jistgħu jagħmlu dawn l-ispezzjonijiet, l-ispetturi għandu jkollhom aċċess għar-reġistri tal-istokk u l-kotba tal-kontijiet tal-impriżi li jipproduċu l-lamtu, u għall-postijiet fejn isiru l-manifattura u l-ħażna.

Matul kull perjodu tal-ipproċessar, spezzjoni għandha tkopri l-proċess sħiħ ta’ mill-inqas 10 % tal-patata fornuta mill-impriża li tipproduċi l-lamtu.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw kif inhu xieraq lil kull impriża li tipproduċi l-lamtu bl-ammonti ta’ lamtu li bihom tkun qabżet is-subkwota.

3.   Jekk l-entità kompetenti tistabbilixxi li r-rekwiżit speċifikat fl-Artikolu 10(1)(b) ma kienx rispettata mill-impriża li tipproduċi l-lamtu, dik l-impriża, sakemm ma jkunx hemm forza maġġuri, ma tibqax intitolata b’mod sħiħ jew parzjali, għal primjums, kif ġej:

(a)

jekk ir-rekwiżit ma kienx rispettat fir-rigward ta’ kwantità ta’ lamtu inqas minn 20 % tal-kwantità totali ta’ lamtu prodott mill-impriża, il-primjum mogħti għandu jitnaqqas b’ħames darbiet il-perċentwal konċernat

(b)

jekk il-perċentwal konċernat ikun 20 jew aktar, l-ebda primjum m’għandu jingħata.

4.   Jekk kontravenzjoni tal-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 3(5) hija stabbilita, il-primjum imħallas għas-subkwota għandu jitnaqqas kif ġej:

(a)

jekk l-ispezzjoni turi kwantità ta’ ekwivalenza ta’ lamtu aċċettata mill-impriża ta’ inqas minn 10 % tas-subkwota tagħha, il-primjums totali li jridu jitħallsu lill-impriża għas-sena tas-suq konċernata għandhom jitnaqqsu b’10 darbiet il-perċentwal irreġistrat;

(b)

jekk il-kwantità mhux koperta minn kuntratti ta’ produzzjoni hija akbar mill-ammont speċifikat fil-punt (a), l-ebda primjum ma għandu jingħata għas-sena tas-suq konċernata; barra minn hekk, l-ebda primjum ma għandu jitħallas lill-impriża għas-sena tas-suq li jmiss.

5.   Jekk, kuntrarju għat-tieni subparagrafu tal l-Artikolu 5(3), il-lamtu li jista’ jkun manifatturat minn konsenji aċċettati b’kontenut ta’ lamtu taħt it-13 %:

(a)

jaqbeż il-1 % tas-subkwota tal-impriża li tipproduċi l-lamtu, l-ebda primjum ma għandu jingħata għall-kwantità żejda; barra minn hekk, il-primjum mogħti għas-subkwota għandu jitnaqqas b’għaxar darbiet il-perċentwali żejjed irreġistrat;

(b)

jaqbeż il-11 % tas-subkwota tal-impriża li tipproduċi l-lamtu; l-ebda primjum m’għandu jingħata għas-sena tas-suq konċernata; barra minn hekk, l-impriża li tipproduċi l-lamtu ma tkunx eliġibbli għall-primjum għas-sena tas-suq li jmiss.

6.   Spezzjonijiet li jsiru skont dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kull verifika oħra li ssir mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 12

1.   L-operazzjoni ta’ esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 84a(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha titqies li tkun seħħet meta:

(a)

l-entità kompetenti tal-Istat Membru fejn issir il-produzzjoni, irrespettivament mill-Istat Membru li minnu kien esportat il-lamtu, tkun irċeviet il-prova msemmija fl-Artikolu 13(2);

(b)

l-Istat Membru li jkun esporta jkun aċcetta d-dikjarazzjoni rilevanti tal-esportazzjoni qabel l-1 ta’ Jannar wara t-tmiem tas-sena tas-suq li matulha l-lamtu kien prodott;

(c)

(c) il-lamtu konċernat ikun telaq mit-territorju tad-dwana tal-Komunità mhux aktar tard minn 60 jum wara l-1 ta’ Jannar kif speċifikat fil-punt (b);

(d)

il-prodott kien esportat mingħajr rifużjoni.

Ħlief f’każi ta’ forza maġġuri, jekk il-kundizzjonijiet kollha stipulati fl-ewwel subparagrafu ma jkunux osservati, kull kwantità ta’ lamtu li taqbeż is-subkwota għandha titqies bħala li tkun intużat għas-suq intern.

2.   F’każi ta’ forza maġġuri, l-entità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu kien prodott il-lamtu għandha tadotta miżuri xierqa għaċ-ċirkustanzi ċċitati mill-parti konċernata.

Meta l-lamtu jiġi esportat mit-territorju ta’ Stat Membru li mhux dak li fih kien prodott, dawk il-miżuri għandhom jittieħdu wara li jkunu ntlaqgħu l-kummenti tal-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru.

3.   Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Artikolu 36 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 (7) ma jistax jiġi invokat.

Artikolu 13

1.   Permezz ta’ deroga minn Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 (8) il-garanzija għal-liċenzji tal-esportazzjoni għandha tkun EUR 23 għal kull tunnellata.

2.   Prova li l-impriża li tipproduċi l-lamtu konċernata tkun osservat l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(1) għandha tiġi fornuta lill-entità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu kien prodott il-lamtu, qabel l-1 ta’ April tas-sena kalendarja wara t-tmiem tas-sena tas-suq li matulha kien prodott.

3.   Din il-prova għandha tingħata permezz tal-għotja ta’:

(a)

liċenzja ta’ esportazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kif imsemmi fil-paragrafu 2 lill-impriża li tipproduċi l-lamtu konċernata, li tkun tinkludi waħda mill-annotazzjonijiet imniżżla fl-Anness I, b’deroga mill-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 388/2009 (9);

(b)

id-dokumenti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 31 u 32 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (10) meħtieġa għar-rilaxx tal-garanzija;

(c)

dikjarazzjoni mill-impriża li tipproduċi l-lamtu li tiċċertifika li tkun ipproduċiet il-lamtu.

4.   Meta il-lamtu mhux proċessat prodott minn impriża li tipproduċi l-lamtu jkun maħżun għall-esportazzjoni f’silo, maħżen jew konenitur barra l-fabbrika tal-manifattur fl-Istat Membru fejn issir il-produzzjoni, jew f’xi Stat Membru ieħor, fejn lamtu mhux ipproċessat ieħor prodott minn impriżi oħrajn, jew mill-istess waħda huwa wkoll maħzun b’tali mod li l-prodotti maħżuna ma jintagħrfux fiżikament minn xulxin, dawn il-prodotti kollha għandhom jitpoġġew taħt superviżjoni amministrattiva li toffri garanziji ekwivalenti għal dawk tas-servizzi doganali sakemm tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 12(1)(b), u għandhom jitpoġġew taħt superviżjoni doganali hekk kif tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni.

Fiċ-ċirkustanzi li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu meta t-tneħħija mill-istokk isseħħ qabel l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(1)(b), għandha tingħata prova mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn saret il-ħażna.

Meta t-tneħħija mill-istokk isseħħ wara l-aċċettzzjoni tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(1)(b), għandha tingħata prova fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 32(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru fejn saret il-ħażna.

Il-prova msemmija fit-tieni u fit-tielet subparagrafi għandha tiċċertifika t-tneħħija mill-istokk tal-prodott konċernat jew il-kwantità korrispondenti sostitwita fi ħdan it-tifsira tal-ewwel subparagrafu.

Artikolu 14

1.   L-Istat Membru konċernat għandu jimponi fuq il-kwantitajiet li huma kkunsidrati li ntużaw fis-suq intern, skont it-tifsira tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1), fil-kaz ta’ lamtu mhux ipproċessat jew kull prodott li ġej minnu elenkat fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 388/2009 jew li jaqa’ fl-iskop tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 (11), ammont ta’ rata fissa kkalkulat f’tunnellati ta’ lamtu mhux ipproċessat u ugwali għat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli f’tunnellati ta’ lamtu taħt il-kodiċi tan-NM 1108 13 00 matul is-sena tas-suq li matulha l-lamtu jew prodotti li ġejjin minnu kienu prodotti, miżjuda b’10 %.

2.   L-Istat Membru konċernat għandu, qabel l-1 ta’ Mejju wara l-1 ta’ Jannar kif speċifikat fl-Artikolu 12(1)(b), javża lill-impriżi li jipproduċu l-lamtu bl-ammont totali li għandu jitħallas.

Dak l-ammont totali għandu jitħallas mill-impriżi li jipproduċu l-lamtu konċernat sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Mejju ta’ dik is-sena.

Artikolu 15

1.   Fl-eventwalità ta’ amalgamazzjoni bejn impriżi li jipproduċu l-lamtu, l-Istat Membru għandu jalloka lil dik l-impriża riżultanti mill-amalgamazzjoni, subkwota ugwali għas-somma tas-subkwoti allokati qabel l-amalgamazzjoni lill-impriżi konċernati li jipproduċu l-lamtu.

Fl-eventwalità ta’ trasferiment ta’ sjieda ta’ impriża li tipproduċi l-lamtu, l-Istat Membru għandu jalloka lis-sid il-ġdid is-subkwota tal-impriża trasferita lilu. Fejn ikun hemm aktar minn impriża trasferita waħda, is-subkwota għandha tkun allokata bi proporzjon għall-produzzjoni ta’ lamtu li kull waħda tkun assorbit;

Fl-eventwalità tat-trasferiment ta’ sjieda ta’ fabbrika li tipproduċi l-lamtu, l-Istat Membru għandu jnaqqas is-subkwota tal-impriża li tkun qed titrasferixxi s-sjieda tal-fabbrika u jżid is-subkwota tal-impriża/i li t/jipproduċi/u l-lamtu li jixtru l-fabbrikakkonċernata bil-kwantità mnaqqsa, bi proporzjon għall-produzzjoni assorbita.

2.   Fl-eventwalità ta’ għeluq ta’ impriża li tipproduċi l-lamtu, jew fabbrika waħda jew aktar li jipproduċu l-lamtu, f’ċirkostanzi barra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru jista’ jalloka s-subkwoti involuti bl-istess għeluq lill-impriża waħda jew aktar li jipproduċu l-lamtu.

3.   Fl-eventwalità tat-twellija ta’ fabbrika li tappartjeni lil impriża li tipproduċi l-lamtu, l-Istat Membru għandu jnaqqas is-subkwota tal-impriża li toffri l-fabbrika għat-twellija u jalloka l-porzjon imnaqqas mis-subkwota lill-impriża li twelli l-fabbrika biex tipproduċi l-lamtu fiha.

Jekk il-kirja tiġi mitmuma qabel it-terminu kif imsemmi fl-Artikolu 1(k), l-aġġustament tas-subkwota konformi mal-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkanċellat retroattivament mill-Istat Membru mid-data effettiva tat-twellija.

4.   Jekk wara l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tieqaf il-produzzjoni fil-fabbriki ta’ waħda jew aktar mill-impriżi li jipproduċu l-lamtu li jkunu ngħaqdu, u b’hekk thedded serjament il-produzzjoni kontinwa tal-patata għall-manifattura tal-lamtu fl-erja li qabel kienet tforni din/dawn l-impriża/i, l-Istat Membru jista’ jidderiġi l-impriża magħquda biex tittrasferixxi lill-Istat Membru is-subkwota li inizjalment kienet allokata lill-intrapriża li l-fabbriki tagħha sadanittant jkunu waqqfu l-produzzjoni. Kwalunkwe kwota trasferita skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tista’ tiġi allokata mill-ġdid mill-Istat Membru lil kwalunkwe impriża li tipproduċi l-lamtu li timpenja ruħha li timmanifattura l-lamtu fl-erja konċernata.

Artikolu 16

Meta l-għeluq tal-impriża jew il-fabbrika, l-amalagamazzjoni jew it-trasferiment iseħħu bejn l-1 ta’ Lulju u l-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, il-miżuri msemmija fl-Artikolu 15 għandhom jidħlu fis-seħħ għas-sena tas-suq attwali ta’ matul dak il-perjodu.

Meta l-għeluq tal-impriża jew il-fabbrika, l-amalgamazzjoni jew it-trasferiment iseħħu bejn l-1 ta’ April u t-30 ta’ Ġunju tal-istess sena, il-miżuri msemmija fl-Artikolu 15 għandhom jidħlu fis-seħħ għas-sena tas-suq ta’ wara dak il-perjodu.

KAPITOLU IV

NOTIFIKI

Artikolu 17

L-impriżi li jipproduċu l-lamtu għandhom, sa data ffissata mill-Istat Membru konċernat, jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti:

bil-kwantitajiet ta’ patata tal-lamtu li jkunu bbenefikaw mill-għajnuna prevista fl-Artikolu 77 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009,

bil-kwantitajiet tal-lamtu tal-patata li fuqha tħallas il-primjum previst fl-Artikolu 95a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 18

1.   Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena tas-suq, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

bil-kwantitajiet tal-patata tal-lamtu li kkwalifikaw skont l-Artikolu 77 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009; meta tkun intużat patata mkabbra fi Stati Membri oħrajn, il-kwantitajiet għandhom jinqassmu skont l-Istat Membru tal-oriġini;

(b)

bil-kwantitajiet tal-lamtu li fuqha tħallas il-primjum previst fl-Artikolu 95a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(c)

bil-kwantitajiet u s-subkwoti għall-impriżi li jipproduċu l-lamtu li jintlaqtu bl-Artikolu 84a(5) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 matul is-sena tas-suq u s-subkwoti disponibbli għas-sena tas-suq li jkun imiss;

(d)

bil-kwantitajiet li jridu jiġu esportatti mingħajr rifużjoni skont l-Artikolu 84a(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(e)

bil-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 11(3) u (4) ta’ dan ir-Regolament;

(f)

bil-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 14(1) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Fejn l-Artikolu 15 ikun japplika, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena tas-suq, l-informazzjoni dettaljata kollha marbuta miegħu, flimkien ma’ dokumenti li juru li l-kundizzjonijiet stabbiliti ġew osservati.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 19

Ir-Regolament (KE) Nru 2236/2003 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 20

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2009.

Għandu japplika għas-snin tas-suq 2009/2010, 2010/2011 u 2011/2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2009

Ghall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 339, 24.12.2003, p. 45.

(3)  Ara l-Anness II.

(4)   ĠU L 30, 31.10.2009, p. 16.

(5)   ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18.

(6)   ĠU L 339, 24.12.2003, p. 36.

(7)   ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11.

(8)   ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12.

(9)   ĠU L 118, 13.5.2009, p. 72.

(10)   ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(11)   ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24.


ANNESS I

Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(3)(a)

Bil-Bulgariż

:

За износ без възстановяване в съответствие с член 84а, параграф 4 от Регламент (ЕО) № 1234/2007

Bl-Ispanjol

:

Para exportación sin restitución, de conformidad con el artículo 84 bis, apartado 4 del Reglamento (CE) no 1234/2007

Biċ-Ċek

:

K vývozu bez náhrady podle článku 84a odst. 4 nařízení (ES) č. 1234/2007

Bid-Daniż

:

Skal eksporteres uden restitution, jf. artikel 84a, stk. 4 i forordning (EF) nr. 1234/2007

Bil-Ġermaniż

:

Ausfuhr ohne Erstattung gemäß Artikel 84a Absatz 4 der Verordnung (EG) Nr. 1234/2007

Bl-Estonjan

:

Eksportimiseks ilma eksporditoetuseta määruse (EÜ) nr 1234/2007 artikli 84a lõike 4 kohaselt

Bil-Grieg

:

Προς εξαγωγή χωρίς επιστροφή σύμφωνα με το άρθρο 84α παράγραφος 4 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1234/2007

Bl-Ingliż

:

For export without refund under Article 84a(4) of Regulation (EC) No 1234/2007

Bil-Franċiż

:

À exporter sans restitution conformément à l'article 84 bis, paragraphe 4, du règlement (CE) no 1234/2007

Bit-Taljan

:

Da esportare senza restituzione a norma dell'articolo 84 bis, paragrafo 4 del regolamento (CE) n. 1234/2007

Bil-Latvjan

:

Eksportam bez kompensācijas saskaņā ar Regulas (EK) Nr. 1234/2007 84.a panta 4. punktu

Bil-Litwan

:

Eksportui be grąžinamosios išmokos pagal Reglamento (EB) Nr. 1234/2007 84a straipsnio 4 dalį

Bl-Ungeriż

:

Visszatérítés nélkül exportálandó az 1234/2007/EK rendelet 84a cikke 4. bekezdése szerint

Bil-Malti

:

Għall-esportazzjoni mingħajr rifużjoni skont l-Artikolu 84a (4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007

Bl-Olandiż

:

Overeenkomstig artikel 84 bis, lid 4 van Verordening (EG) nr. 1234/2007 zonder restitutie uit te voeren

Bil-Pollakk

:

Wywóz bez refundacji zgodnie z art. 84a ust. 4 rozporządzenia (WE) nr 1234/2007

Bil-Portugiż

:

A exportar sem restituição em conformidade com o n.o 4 do artigo 84.o-A do Regulamento (CE) n.o 1234/2007

Bir-Rumen

:

Pentru export fără restituire conform articolului 84a alineatul (4) din Regulamentul (CE) nr. 1234/2007

Bis-Slovakk

:

Na vývoz bez náhrady podľa článku 84a ods. 4 nariadenia (ES) č. 1234/2007

Bis-Sloven

:

Za izvoz brez nadomestila v skladu s členom 84a (4) Uredbe (ES) št. 1234/2007

Bil-Finlandiż

:

Viedään tuetta asetuksen (EY) N:o 1234/2007 84a artiklan 4 kohdan mukaisesti

Bl-Iżvediż

:

För export utan exportbidrag enligt artikel 84a.4 i förordning (EG) nr 1234/2007


ANNESS II

Ir-Regolament imħassar bl-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2236/2003

(ĠU L 339, 24.12.2003, p. 45)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1950/2005

(ĠU L 312, 24.12.2003, p. 45)

L-Artikolu 9 u l-Anness VIII biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1713/2006

(ĠU L 321, 21.11.2006, p. 11)

L-Artikolu 13 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006

(ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52)

L-Artikolu 25 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1996/2006

(ĠU L 398, 30.12.2006, p. 1)

l-Artikolu 14 u l-Anness X biss


ANNESS III

Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 2236/2003

Dan ir-Regolament

L-Artikoli 1 sa 9

L-Artikoli 1 sa 9

L-Artikolu 10(1), is-sentenza tal-bidu

L-Artikolu 10(1), is-sentenza tal-bidu

L-Artikolu 10(1), l-ewwel inċiż

L-Artikolu 10(1)(a)

L-Artikolu 10(1), it-tieni inċiż

L-Artikolu 10(1)(b)

L-Artikolu 10(1), it-tielet inċiż

L-Artikolu 10(1)(c)

L-Artikolu 10(2) u (3)

L-Artikolu 10(2) u (3)

L-Artikolu 11(1) u (2)

L-Artikolu 11(1) u (2)

L-Artikolu 11(3), is-sentenza tal-bidu

L-Artikolu 11(3), is-sentenza tal-bidu

L-Artikolu 11(3), l-ewwel inċiż

L-Artikolu 11(3)(a)

L-Artikolu 11(3), it-tieni inċiż

L-Artikolu 11(3)(b)

L-Artikolu 11(4), is-sentenza tal-bidu

L-Artikolu 11(4), is-sentenza tal-bidu

L-Artikolu 11(4), l-ewwel inċiż

L-Artikolu 11(4)(a)

L-Artikolu 11(4), it-tieni inċiż

L-Artikolu 11(4)(b)

L-Artikolu 11(5), is-sentenza tal-bidu

L-Artikolu 11(5), is-sentenza tal-bidu

L-Artikolu 11(5), l-ewwel inċiż

L-Artikolu 11(5)(a)

L-Artikolu 11(5), it-tieni inċiż

L-Artikolu 11(5)(b)

L-Artikolu 11(6)

L-Artikolu 11(6)

L-Artikoli 12 u 13

L-Artikoli 12 u 13

L-Artikolu 15

L-Artikolu 14

L-Artikolu 16

L-Artikolu 15

L-Artikolu 17

L-Artikolu 16

L-Artikolu 18

L-Artikolu 17

L-Artikolu 19

L-Artikolu 18

L-Artikolu 21

L-Artikolu 19

L-Artikolu 22, l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 20, l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 22, it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 20, it-tieni subparagrafu

Anness

L-Anness I

L-Anness II

L-Anness III


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

1.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Jannar 2009

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim li jġedded il-Ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja

(2009/501/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari it-tieni paragrafu tal-Artikolu 170, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2), u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1)

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2002/648/KE (2), il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”).

(2)

L-Artikolu 11(b) tal-Ftehim jipprevedi li l-Ftehim għandu jiġi finalizzat għal perjodu inizjali ta’ ħames snin u jista’ jiġġedded bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet wara evalwazzjoni matul l-aħħar sena ta’ kull perjodu suċċessiv.

(3)

Fil-laqgħa tal-Kumitat ta’ Tmexxija għax-Xjenza u t-Teknoloġija KE-Indja li saret fi Brussell fil-15 u s-16 ta’ Novembru 2006, iż-żewġ Partijiet esprimew l-interess tagħhom għat-tiġdid tal-Ftehim għal ħames snin oħra.

(4)

Il-kontenut materjali tal-Ftehim imġedded huwa identiku għall-kontenut materjali tal-Ftehim li skada fl-14 ta’ Ottubru 2007. Il-partijiet jikkunsidraw li t-tiġdid rapidu tal-Ftehim ikun fl-interess taż-żewġ naħat.

(5)

Il-Ftehim huwa bbażat fuq il-prinċipji tas-sħubija għal benefiċċji reċiproċi bbilanċjati, reċiproċità, skambju f’waqtu tal-informazzjoni u protezzjoni adatta tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

(6)

Il-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Indja dwar is-sħubija u l-iżvilupp (3), iffirmat fl-20 ta’ Diċembru 1993, jipprevedi li l-Partijiet Kontraenti jimpenjaw ruħhom biex jistabbilixxu proċeduri adegwati li jiffaċilitaw l-akbar livell ta’ parteċipazzjoni mix-xjenzati u ċ-ċentri ta’ riċerka tagħhom f’koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija.

(7)

Il-koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija hija wkoll waħda mill-oqsma msemmija fil-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt ta’ Sħubija Strateġika tal-Indja-UE tas-7 ta’ Settembru 2005 li, fost l-oħrajn, ifittex li jżid il-mobbiltà, l-iskambji u l-aċċess tar-riċerkaturi bejn l-Indja u l-Ewropa.

(8)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tas-26 ta’ Novembru 2007, il-Kunsill awtorizza l-iffirmar tal-Ftehim li jġedded il-Ftehim (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim imġedded”) f’isem il-Komunità.

(9)

Il-Ftehim imġedded ġie ffimat fit-30 ta’ Novembru 2007.

(10)

Il-Ftehim imġedded għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim li jġedded il-Ftehim dwar il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim imġedded huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem il-Komunità, jinnotifika lir-Repubblika tal-Indja bit-tlestija tal-proċeduri interni meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim imġedded, konformement mal-Artikolu 11(a) tal-Ftehim (4).

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GANDALOVIČ


(1)  L-Opinjoni tat-8 ta’ Lulju 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)   ĠU L 213, 9.8.2002, p. 29.

(3)   ĠU L 223, 27.8.1994, p. 24.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim imġedded ser tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


FTEHIM

li jġedded il-ftehim ta’ koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem “il-Komunità”,

minn naħa waħda, u

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA tal-INDJA, minn hawn ‘il quddiem “l-Indja”,

min-naħa l-oħra,

minn hawn ‘il quddiem “il-Partijiet”,

WAQT LI JIKKUNSIDRAW l-importanza tax-xjenza u t-teknoloġija għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħhom,

B’RIKONOXXIMENT li l-Komunità u l-Indja għandhom objettivi komuni ta’ riċerka u teknoloġija komuni f’għadd ta’ oqsma ta’ interess komuni, u li jistgħu jinkisbu vantaġġi reċiproki jekk il-Partijiet jiffaċilitaw il-koperazzjoni,

WAQT LI JINNOTAW li kien hemm koperazzjoni attiva u skambju ta’ informazzjoni f’għadd ta’ oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi taħt il-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità u l-Indja dwar Sħubija u Żvilupp iffirmat fl-20 ta’ Diċembru 1993,

WAQT LI JIKKUNSIDRAW il-konklużjonijiet tas-Summit UE-Indja f’Ħelsinki f’Ottubru 2006, fejn ġie dikjarat: “Il-mexxejja huma ħerqana għat-tiġdid tal-ftehim Xjentifiku u Teknoloġiku UE-Indja fl-2007”,

ĦERQANA li jespandu l-koperazzjoni fir-riċerka xjentifika u teknoloġika bl-għan li jsaħħu t-twettiq ta’ attivitajiet koperattivi fl-oqsma ta’ interess komuni u l-inkoraġġiment għall-applikazzjoni tar-riżultati ta’ tali koperazzjoni għall-vantaġġi ekonomiċi u soċjali tagħhom,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Skop

Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw attivitajiet koperattivi ta’ riċerka u żvilupp fl-oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ interess komuni bejn il-Komunità u l-Indja.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

(a)

‘attività koperattiva’ tfisser kwalunkwe attività li l-Partijiet iwettqu jew isostnu, skont dan il-Ftehim, u tinkludi riċerka konġunta;

(b)

‘informazzjoni’ tfisser data xjentifika jew teknika, riżultati jew metodi ta’ riċerka u żvilupp derivanti minn riċerka konġunta mwettqa taħt dan il-Ftehim u kwalunkwe data oħra li l-parteċipanti jqisu ta’ ħtieġa għal attivitajiet koperattivi, inklużi, skont il-ħtieġa, dawk mill-Partijiet stess;

(ċ)

‘proprjetà intellettwali’ għandha jkollha t-tifsira definita fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali, magħmula fi Stokkolma fl-14 ta’ Lulju 1967;

(d)

‘riċerka konġunta’ tfisser proġett ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku jew ta’ dimostrazzjoni li jkun implimentat bl-għajnuna finanzjarja minn waħda jew miż-żewġ Partijiet u li jinvolvi kollaborazzjoni bejn parteċipanti kemm mill-Komunità kif ukoll mill-Indja u li jkun denominat bil-miktub bħala riċerka konġunta mill-Partijiet jew mill-Aġenti Eżekuttivi. Fejn il-fondi jingħataw minn Parti waħda biss, id-denominazzjoni għandha ssir minn dik il-Parti u mill-parteċipant f’dak il-proġett;

(e)

‘parteċipant’ jew ‘entitajiet ta’ riċerka’ tfisser kwalunkwe persuna, istituzzjoni akkademika, istitut tar-riċerka jew kwalunkwe entità ġuridika oħra jew impriża jew ditta stabbilita fil-Komunità jew fl-Indja involuta f’attivitajiet koperattivi inklużi l-Partijiet infushom.

Artikolu 3

Prinċipji

Il-koperazzjoni għandha titmexxa fuq il-bażi tal-prinċipji li ġejjin:

(a)

sħubija għal benefiċċji reċiproċi bilanċjati;

(b)

aċċess reċiproku għall-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku mwettqa minn kull Parti;

(ċ)

skambju f’waqtu ta’ informazzjoni li tista’ tinċidi fuq attivitajiet koperattivi;

(d)

protezzjoni adegwata ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

Artikolu 4

L-ambitu tal-koperazzjoni

Il-koperazzjoni taħt dan il-Ftehim tista’ tkopri l-attivitajiet kollha ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni, minn hawn ‘il quddiem ‘RTD’, inklużi fil-programm qafas taħt l-Artikolu 164 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u kull attività simili tal-RTD fl-Indja fl-oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi korrispondenti.

Dan il-Ftehim ma għandux jinċidi fuq il-parteċipazzjoni tal-Indja f’attivitajiet oħra Komunitarji.

Artikolu 5

Forom ta’ koperazzjoni

L-attivitajiet koperattivi jistgħu jieħdu l-forom li ġejjin:

parteċipazzjoni ta’ entitajiet Indjani ta’ riċerka fil-proġetti tal-RTD taħt il-programm qafas u parteċipazzjoni reċiproka tal-entitajiet ta’ riċerka stabbiliti fil-Komunità fil-proġetti Indjani f’oqsma simili tal-RTD. Tali parteċipazzjoni hija suġġetta għar-regoli u l-proċeduri applikabbli f’kull Parti,

proġetti konġunti tal-RTD; il-proġetti konġunti tal-RTD għandhom ikunu implimentati meta l-parteċipanti jkunu żviluppaw pjan ta’ amministrazzjoni tat-teknoloġija (dwar id-disseminazzjoni u l-użu tal-konoxxenza, kif ukoll id-drittijiet ta’ aċċess għaliha), kif indikat fl-Anness,

l-akkomunament tal-proġetti tal-RTD diġà implementati skont il-proċeduri applikabbli fil-programmi tal-RTD ta’ kull Parti,

żjajjar u skambji ta’ xjenzati u esperti tekniċi,

organizzazzjoni konġunta ta’ seminars xjentifiċi, konferenzi, simpożji u laqgħat ta’ ħidma (workshops), kif ukoll parteċipazzjoni ta’ esperti f’dawk l-attivitajiet,

azzjonijiet miftiehma għad-disseminazzjoni ta’ riżultati/skambju ta’ esperjenzi fir-rigward ta’ proġetti konġunti tal-RTD li jkunu ġew finanzjati,

skambji u kondiviżjoni ta’ tagħmir u materjali, inkluż l-użu kondiviż ta’ faċilitajiet ta’ riċerka avvanzata,

skambji ta’ informazzjoni dwar il-prattika, il-liġijiet, ir-regolamenti u l-programmi rilevanti għall-koperazzjoni taħt dan il-Ftehim,

kwalunkwe forma oħra rakkomandata mill-Kumitat ta’ Tmexxija u meqjusa konformi mal-linji politiċi u proċeduri applikabbli fiż-żewġ Partijiet.

Artikolu 6

Koordinazzjoni u faċilitazzjoni ta’ attivitajiet koperattivi

(a)

Il-koordinazzjoni u l-faċilitazzjoni ta’ attivitajiet koperattivi taħt dan il-Ftehim għandhom isiru, f’isem l-Indja, mill-Ministeru tax-Xjenza u t-Teknoloġija (Dipartiment tax-Xjenza u t-Teknoloġija) u, f’isem il-Komunità, mis-servizzi tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li jaġixxu bħala aġenti eżekuttivi.

(b)

L-aġenti eżekuttivi għandhom jistabbilixxu Kumitat ta’ Tmexxija għall-Koperazzjoni fix-Xjenza u t-Teknoloġija, minn hawn ‘il quddiem il-‘Kumitat ta’ Tmexxija’ għall-amministrazzjoni ta’ dan il-Ftehim; dan il-Kumitat għandu jikkonsisti minn numru ugwali ta’ rappreżentanti uffiċjali ta’ kull Parti u għandu jkollu Ko-Presidenti mill-Partijiet; dan għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

(c)

Il-funzjonijiet tal-Kumitat ta’ Tmexxija għandhom jinkludu:

(i)

il-promozzjoni u s-sorveljanza tal-attivitajiet koperattivi differenti msemmija fl-Artikolu 4, kif ukoll ta’ dawk li għandhom jiġu implimentati fil-qafas ta’ attivitajiet Komunitarji oħra mhux koperti mill-programm qafas, iżda li jistgħu jinċidu fuq u jtejbu l-koperazzjoni taħt dan il-Ftehim;

(ii)

il-faċilitazzjoni tal-iżvilupp ta’ proġetti konġunti tal-RTD, li għandhom jiġu sponsorjati fuq bażi ta’ kondiviżjoni ta’ spejjeż mill-Partijiet, riċevuti bi tweġiba għal test approvat ta’ Sejħa Konġunta għal Proposta maħruġa simultanjament mill-Aġenti Eżekuttivi. Il-proġetti konġunti għandhom jintgħażlu minn kull Parti skont il-proċess rispettiv ta’ għażla ta’ kull Parti bil-parteċipazzjoni possibbli ta’ esperti miż-żewġ naħat;

(iii)

l-indikazzjoni, għas-sena ta’ wara, skont l-ewwel u t-tieni inċiż tal-Artikolu 5, fost is-setturi potenzjali għall-koperazzjoni fl-RTD, ta’ dawk is-setturi jew subsetturi prijoritarji ta’ interess reċiproku li fihom titfittex il-koperazzjoni;

(iv)

it-tressiq ta’ proposta, skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 5, lill-parteċipanti taż-żewġ Partijiet għall-akkomunament tal-proġetti tagħhom li għandu jkun ta’ vantaġġ reċiproku u komplementari;

(v)

il-preżentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet skont ir-raba’ sat-tmien inċiżi tal-Artikolu 5;

(vi)

l-għoti ta’ pariri lill-Partijiet dwar metodi għat-tisħiħ u t-titjib tal-koperazzjoni konsistenti mal-prinċipji stabbiliti f’dan il-Ftehim;

(vii)

ir-reviżjoni tal-funzjonament u l-implimentazzjoni effikaċi ta’ dan il-Ftehim, inkluża tal-attivitajiet li jaqgħu taħtu;

(viii)

il-preżentazzjoni ta’ rapport kull sena lill-Partijiet dwar l-istatus, il-livell milħuq u l-effikaċja tal-koperazzjoni mwettqa taħt dan il-Ftehim. Dan ir-rapport għandu jkun trażmess lill-Kummissjoni Konġunta stabbilita fil-qafas tal-Ftehim għall-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Indja dwar Sħubija u Żvilupp.

(d)

Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu, bħala regola ġenerali, jiltaqa’ kull sena, preferibbilment qabel il-laqgħa tal-Kummissjoni Konġunta stabbilita fil-qafas tal-Ftehim għall-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Indja dwar Sħubija u Żvilupp, u skont skeda miftiehma konġuntement; il-laqgħat għandhom isiru darba fil-Komunità u darba fl-Indja. Jistgħu jkunu organizzati laqgħat straordinarji fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet.

(e)

Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat ta’ Tmexxija għandhom isiru b’consensus. Għandhom jittieħdu il-minuti, li jinkludu rekord ta’ deċiżjonijiet u tal-punti prinċipali diskussi, f’kull laqgħa. Għandu jkun hemm qbil dwar dawn il-minuti mill-Ko-Presidenti nominati tal-Kumitat ta’ Tmexxija.

(f)

Għal-Laqgħa tal-Kumitat ta’ Tmexxija, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni tal-parteċipanti għandhom jitħallsu mill-Partijiet li magħhom huma jkunu relatati. Kwalunkwe spiża oħra assoċjati mal-Laqgħa tal-Kumitat ta’ Tmexxija għandha titħallas mill-Parti ospitanti.

Artikolu 7

Finanzjament

(a)

L-attivitajiet koperattivi għandhom ikunu suġġetti għad-disponibbiltà ta’ fondi adegwati u għal-liġijiet u regolamenti (inklużi dawk dwar eżenzjonijiet fiskali u doganali) applikabbli fit-territorji ta’ kull Parti u skont il-linji politiċi u l-programmi tal-Partijiet.

(b)

L-ispejjeż li jintefqu fuq attivitajiet koperattivi magħżula għandhom jinqasmu mill-parteċipanti mingħajr ebda trasferiment ta’ fondi minn Parti għall-oħra.

(c)

Arranġament implimentattiv jispeċifika f’iżjed dettall il-modalitajiet amministrattivi u finanzjarji preċiżi għall-attivitajiet koperattivi.

(d)

Il-proġetti tal-RTD, li jinvolvu l-Indja, sponsorjati taħt attivitajiet Komunitarji li mhumiex koperti mill-programm qafas għandhom ikunu esklużi mid-dispożizzjonijiet speċifikati f’(b) u (c).

Artikolu 8

Dħul ta’ persunal u tagħmir

Kull Parti għandha tieħu kull pass raġonevoli u tagħmel ħilitha kollha, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli fit-territorji ta’ kull Parti, sabiex tiffaċilita d-dħul u l-permanenza fit-territorju tagħha, kif ukoll il-ħruġ minnha, ta’ persuni u tagħmir involuti jew użati f’attivitajiet koperattivi identifikati mill-Partijiet taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 9

Tixrid u użu ta’ informazzjoni

Id-disseminazzjoni u l-użu tal-informazzjoni, u l-amministrazzjoni, l-allokazzjoni u l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jirriżultaw minn riċerka konġunta taħt dan il-Ftehim għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti tal-Anness. Dan l-Anness għandu jkun parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 10

Applikazzjoni territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fih it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea huwa applikat u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat, u min-naħa l-oħra, għat-territorju tal-Indja. Dan ma għandux jostakola t-twettiq ta’ azzjonijiet koperattivi fl-ibħra miftuħa, fl-ispazju barra mill-atmosfera tad-dinja, jew fit-territorju ta’ pajjiżi terzi, skont il-liġi internazzjonali.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ, terminazzjoni u riżoluzzjoni ta’ disputi

(a)

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-kitba li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ikunu twettqu kompletament.

(b)

Dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż għal perjodu inizjali ta’ ħames snin u jista’ jiġġedded bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet wara valutazzjoni matul l-aħħar sena tal-perjodu msemmi hawnhekk.

(c)

Dan il-Ftehim jista jiġi emendat bi ftehim bejn il-Partijiet. L-emendamenti għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha il-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-kitba li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għall-emendament ta’ dan il-Ftehim ikunu twettqu kompletament.

(d)

Dan il-Ftehim jista’ jiġi terminat fi kwalunkwe waqt minn kull waħda mill-Partijiet bi pre-avviż bil-miktub ta’ sitt xhur. L-iskadenza u t-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim ma għandhomx jinċidu fuq il-validità jew it-tul ta’ kwalunkwe arranġament li jkun sar taħtu, jew ta’ kwalunkwe dritt u obbligi speċifiċi li jkunu mmaturaw konformement mal-Anness.

(e)

Il-kwistjonijiet jew id-disputi kollha relatati mal-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu riżolti permezz ta’ ftehim reċiproku bejn il-Partijiet.

Artikolu 12

Dan il-Ftehim huwa mfassal duplikatament bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża kif ukoll bil-Ħindi, b’kull test minn dawn ugwalment awtentiku.

B’xiehda ta’ dan, dawk hawn taħt iffirmati, debitament awtorizzati għalhekk, iffirmaw dan il-Ftehim.

Съставено в Ню Делхи на тридесети ноември две хиляди и седма година.

Hecho en Nueva Delhi, el treinta de noviembre de dos mil siete.

V Dillí dne třicátého listopadu dva tisíce sedm.

Udfærdiget i New Delhi den tredivte november to tusind og syv.

Geschehen zu New Delhi am dreißigsten November zweitausendsieben.

Kahe tuhande seitsmenda aasta novembrikuu kolmekümnendal päeval New Delhis.

Έγινε στo Nέο Δελχί, στις τριάντα Νοεμβρίου δύο χιλιάδες επτά.

Done at New Delhi on the thirtieth day of November in the year two thousand and seven.

Fait à New Delhi, le trente novembre deux mille sept.

Fatto a Nuova Delhi, addì trenta novembre duemilasette.

Ņūdeli, divtūkstoš septītā gada trīsdesmitajā novembrī.

Priimta du tūkstančiai septintųjų metų lapkričio trisdešimtą dieną Naujajame Delyje.

Kelt Újdelhiben, a kétezer-hetedik év november harmincadik napján.

Magħmul fi New Delhi, fit-tletin jum ta' Novembru tas-sena elfejn u sebgħa.

Gedaan te New Delhi, de dertigste november tweeduizend zeven.

Sporządzono w Nowym Delhi, dnia trzydziestego listopada roku dwa tysiące siódmego.

Feito em Nova Delhi, em trinta de Novembro de dois mil e sete.

Întocmit la New Delhi, la treizeci noiembrie două mii șapte.

V Dillí tridsiateho novembra dvetisícsedem.

V New Delhiju, dne tridesetega novembra leta dva tisoč sedem.

Tehty New Delhissä kolmantenakymmenentenä päivänä marraskuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.

Som skedde i New Delhi den trettionde november țjugohundrasju.

Image 1

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské spolecenství

På vegne af Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαïκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos Bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Gћall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Image 2

Image 3

За правителството на Република Индия

Por el Gobierno de la República de la India

Za vládu Indické republiky

På vegne af regeringen for Republikken Indien

Für die Regierung der Republik Indien

India Vabariigi valitsuse nimel

Για την κυβέρνηση της Δημοκρατίας της Ινδίας

For the Government of the Republic of India

Pour le gouvernement de la République de l'Inde

Per il governo della Republica dell'India

Indijas Republikas valdības vārdā

Indijos Respublikos Vyriausybės vardu

Az Indiai Köztársaság kormánya részéről

Għall-Gvern tar-Repubblika ta' l-Indja

Voor de Regering van de Republiek India

W imieniu Rządu Republiki Indii

Pelo Governo da República Índia

Pentru Guvernul Republicii India

Za vládu Indickej republiky

Za Vlado Republike Indije

Intian tasavallan hallituksen puolesta

För Republiken Indiens regering

Image 4

Image 5

ANNESS

DRITTIJIET TA’ PROPRJETÀ INTELLETTWALI

Id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali maħluqa jew fornita taħt il-Ftehim għandhom ikunu allokati kif previst f’dan l-Anness.

APPLIKAZZJONI

Dan l-Anness huwa applikabbli għar-riċerka konġunta mwettqa skont il-Ftehim, ħlief jekk jiftiehmu diversament il-Partijiet.

I.   Id-dritt ta’ proprjetà, allokazzjoni u eżerċizzju ta’ drittijiet

1.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “proprjetà intellettwali” hija definita fl-Artikolu 2(c) tal-Ftehim.

2.

Dan l-Anness jindirizza l-allokazzjoni ta’ drittijiet u interesi tal-Partijiet u tal-parteċipanti tagħhom. Kull Parti u l-parteċipanti tagħha għandhom jiżguraw li l-Parti l-oħra u l-parteċipanti tagħha jkunu jistgħu jakkwistaw id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali allokati lilha skont dan l-Anness. Dan l-Anness la jbiddel u lanqas jippreġudika diversament l-allokazzjoni ta’ drittijiet, interessi u drittijiet tal-awtur bejn Parti u ċ-ċittadini jew parteċipanti tagħha, u r-regoli ta’ disseminazzjoni u użu tal-informazzjoni, li jkunu determinati mil-liġijiet u l-prassi ta’ kull Parti.

3.

Il-Partijiet għandhom ukoll ikunu ggwidati minn, u l-arranġamenti kontrattwali għandhom jipprovdu għal, dawn il-prinċipji li ġejjin:

(a)

protezzjoni effettiva tal-proprjetà intellettwali. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li huma u/jew il-parteċipanti tagħhom jinnotifikaw lil xulxin fi żmien raġonevoli dwar il-ħolqien ta’ kwalunkwe proprjetà intellettwali li jsir taħt il-Ftehim jew arranġamenti tal-implimentazzjoni u li jfittxu protezzjoni għal tali proprjetà intellettwali f’waqtha;

(b)

l-isfruttament effettiv tar-riżultati, billi jittieħed kont tal-kontribuzzjonijiet tal-Partijiet u l-parteċipanti tagħhom;

(c)

trattament mhux diskriminatorju tal-parteċipanti mill-Parti l-oħra meta mqabbel mat-trattament mogħti lill-parteċipanti proprji, fir-rigward tad-dritt ta’ proprjetà, użu u disseminazzjoni fir-rigward ta’ informazzjoni u fir-rigward tad-dritt tal-proprjetà intellettwali u tal-allokazzjoni u eżerċizzju ta’ drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(d)

protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali tan-negozju.

4.

Il-parteċipanti għandhom jiżviluppaw flimkien Pjan ta’ Amministrazzjoni tat-Teknoloġija (PAT). Il-PAT huwa ftehim speċifiku li għandu jiġi konkluż bejn il-parteċipanti tar-riċerka konġunta li jiddefinixxi d-drittijiet u l-obbligi rispettivi tagħhom, inklużi dawk fir-rigward tad-dritt ta’ proprjetà u tal-użu, inkluża l-pubblikazzjoni, ta’ informazzjoni u proprjetà intellettwali li għandha tinħoloq matul riċerka konġunta. Fir-rigward ta’ proprjetà intellettwali (PI), il-PAT normalment ser jindirizza, fost affarijiet oħra, id-dritt ta’ proprjetà, protezzjoni, drittijiet tal-utent għall-finijiet ta’ riċerka u żvilupp, sfruttament u disseminazzjoni, inklużi arranġamenti għall-pubblikazzjoni konġunta, id-drittijiet u l-obbligi ta’ riċerkaturi fuq żjara u proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ disputi. Il-PAT għandu wkoll jindirizza informazzjoni prominenti u ta’ sfond, l-għoti ta’ liċenzji u elementi kunsinnabbli. Il-PAT għandu jiġi żviluppat fi ħdan ir-regoli u r-regolamenti fis-seħħ f’kull Parti b’konsiderazzjoni għall-għanijiet tar-riċerka konġunta, il-kontributi finanzjarji jew kontributi oħra relattivi tal-Partijiet u l-parteċipanti, il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-għoti tal-liċenzji skont it-territorju jew l-oqsma tal-użu, ir-rekwiżiti imposti mil-liġijiet applikabbli, il-bżonn ta’ proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ disputi u fatturi oħrajn meqjusa xierqa mill-parteċipanti. Id-drittijiet u l-obbligi li jikkonċernaw ir-riċerka ġenerata minn riċerkaturi fuq żjara (i.e. riċerkaturi li ma jkunux ġejjin minn Parti jew parteċipant) fir-rigward tal-PI għandhom ukoll ikunu indirizzati fil-pjanijiet teknoloġiċi konġunti ta’ tmexxija. Il-PAT għandu jiġi approvat mill-aġenzija responsabbli għall-għoti tal-fondi, jew mid-dipartiment tal-Parti involuta fil-finanzjament tar-riċerka, qabel il-konklużjoni tar-riċerka speċifika u tal-kuntratti ta’ koperazzjoni fl-iżvilupp li magħha huma jkunu mehmuża.

5.

L-informazzjoni jew il-proprjetà intellettwali maħluqa matul riċerka konġunta u mhux indirizzati f’PAT tiġi allokata skont il-prinċipji stabbiliti fl-istess PAT. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil li ma jistax jissolva bil-proċedura miftiehma ta’ riżoluzzjoni ta’ disputi, tali informazzjoni jew PI għandhom ikunu proprjetà tal-parteċipanti kollha konġuntement involuti fir-riċerka konġunta li minnha ħarġet l-informazzjoni jew il-PI. Kull parteċipant li għalih tapplika din id-dispożizzjoni għandu jkollu d-dritt li juża tali informazzjoni jew PI għall-isfruttament kummerċjali tiegħu stess mingħajr limitazzjoni ġeografika.

6.

Skont il-liġijiet applikabbli, kull Parti għandha tiżgura li l-Parti l-oħra u l-parteċipanti tagħha jistgħu ikollhom id-drittijiet tal-PI allokati lilhom.

7.

Filwaqt li jżommu l-kundizzjoni ta’ kompetizzjoni fl-oqsma affetwati mill-Ftehim, kull Parti għandha tagħmel li tista’ sabiex tiżgura li d-drittijiet miksuba skont il-Ftehim, u arranġamenti magħmula taħtu, ikunu eżerċitati b’mod li jinkoraġġixxu, partikolarment

(i)

id-disseminazzjoni u l-użu ta’ informazzjoni maħluqa, żvelata jew b’xi mod ieħor magħmula disponibbli taħt dan il-Ftehim, u

(ii)

l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ standards internazzjonali.

8.

It-terminazzjoni jew l-iskadenza tal-Ftehim ma jaffettwawx drittijiet jew obbligi tal-parteċipanti fir-rigward tal-proprjetà intellettwali fir-rigward ta’ proġetti kurrenti approvati skont dan l-Anness.

II.   Xogħlijiet bid-drittijiet tal-awtur u xogħlijiet letterarji xjentifiċi

Id-drittijiet tal-awtur li jkunu tal-Partijiet jew tal-parteċipanti tagħhom għandhom jingħataw trattament konsistenti mal-Konvenzjoni ta’ Berne (Att ta’ Pariġi 1971) u mal-Ftehim TRIPS. Bla ħsara għat-Taqsima III, u sakemm mhux miftiehem mod ieħor fil-PAT, ir-riżultati ta’ riċerka għandhom jiġu pubblikati konġuntement mill-Partijiet jew parteċipanti. Bla ħsara għal din ir-regola ġenerali msemmija, għandhom japplikaw l-proċeduri li ġejjin:

1.

Fil-każ ta’ pubblikazzjoni minn Parti jew entitajiet pubbliċi ta’ dik il-Parti ta’ ġurnali, artikoli, rapporti, kotba, inklużi video u software xjentifiċi u tekniċi li ġejjin minn riċerka konġunta skont il-Ftehim, il-Parti l-oħra tkun intitolata għal liċenza fid-dinja kollha, mhux esklussiva, irrevokabbli, mingħajr drittijiet tal-awtur sabiex tittraduċi, tirriproduċi, tadatta, tittrasmetti, u tqassam pubblikament tali xogħolijiet.

2.

Il-Partijiet għandhom jaħdmu sabiex jiddisseminaw xogħlijiet letterarji ta’ karattru xjentifiku li jkunu ġejjin mir-riċerka konġunta skont il-Ftehim u pubblikati minn pubblikaturi indipendenti bl-aktar mod mifrux possibbli.

3.

Il-kopji kollha ta’ xogħol bid-dritt tal-awtur li ser ikunu distribwiti pubblikament u preparati taħt din id-dispożizzjoni, għandhom juru l-isem/ismijiet tal-awtur(i) tax-xogħol sakemm l-awtur ma jkunx espliċitament jixtieq li jibqa’ anonimu. Il-kopji għandhom ukoll jillustraw rikonoxximent viżibbli b’mod ċar tal-appoġġ koperattiv tal-Partijiet.

III.   Informazzjoni mhux żvelata

A.   Informazzjoni dokumentata mhux żvelata

1.

Kull Parti, l-aġenziji tagħha jew il-parteċipanti tagħha, kif xieraq, għandhom jidentifikaw kmieni kemm jista’ jkun, u preferibbilment fil-PAT, l-informazzjoni li huma jixtiequ tibqa’ mhux żvelata fir-rigward tal-Ftehim, b’kont meħud inter alia tal-kriterji li ġejjin:

(a)

is-segretezza tal-informazzjoni fis-sens li ma tkunx, bħala entità jew fil-konfigurazzjoni preċiża jew fil-muntaġġ tal-komponenti tagħha, ġeneralment magħrufa fost, jew aċċessibbli fil-pront b’mezzi legali għal, esperti fl-oqsma;

(b)

il-valur kummerċjali attwali jew potenzjali tal-informazzjoni bis-saħħa tas-segretezza tagħha;

(c)

il-protezzjoni preċedenti tal-informazzjoni fis-sens li din kienet suġġetta għal passi li kienu raġonevoli fiċ-ċirkostanzi minn persuni leċitament fil-kontroll, sabiex jippreżervaw is-segretezza tagħha. Il-Partijiet u l-parteċipanti tagħhom jistgħu f’ċerti każijiet jaqblu li, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, xi partijiet tal-informazzjoni jew l-informazzjoni kollha provduta, skambjata jew maħluqa matul ir-riċerka konġunta skont il-Ftehim, ma tistax tiġi żvelata.

2.

Kull Parti għandha tiżgura li hija u l-parteċipanti tagħha jidentifikaw b’mod ċar l-informazzjoni mhux żvelata, per eżempju permezz ta’ marka adatta jew indikazzjoni restrittiva. Dan japplika wkoll għal xi riproduzzjoni tal-informazzjoni msemmija, fit-totalità jew parzjalment. Parti li qed tirċievi informazzjoni mhux żvelata skont il-Ftehim għandha tirrispetta n-natura privileġġata tagħha. Dawn il-limitazzjonijiet għandhom awtomatikament jintemmu meta din l-informazzjoni tiġi żvelata mill-proprjetarju fid-dominju pubbliku.

3.

L-informazzjoni mhux żvelata komunikata taħt dan il-Ftehim tista’ tiġi disseminata mill-Parti riċeventi lil persuni fi ħdan jew impjegati mill-Parti riċeventi u dipartimenti oħra konċernati jew aġenziji tal-Parti riċeventi awtorizzati għall-finijiet speċifiċi ta’ riċerka konġunta kurrenti, sakemm kwalunkwe informazzjoni mhux żvelata disseminata b’dan il-mod għandha tkun skont ftehim bil-miktub ta’ kunfidenzalità u għandha tkun rikonoxxibbli fil-pront bħala tali, kif stabbilit hawn fuq.

4.

Bil-kunsens bil-miktub bil-quddiem tal-Parti li tipprovdi l-informazzjoni mhux żvelata permezz ta’ dan il-Ftehim, il-Parti riċeventi tista’ tiddissemina tali informazzjoni mhux żvelata b’mod aktar wiesa’ milli kif diversament permess fil-paragrafu 3. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw fl-iżvilupp ta’ proċeduri għat-talba jew otteniment tal-kunsens miktub bil-quddiem għal tali dissiminazzjoni aktar wiesgħa, u kull Parti għandha tagħti tali approvazzjoni sal-limitu permissibbli skont il-politika, ir-regolamenti u l-liġijiet domestiċi tagħha.

B.   Informazzjoni non-dokumentarja mhux żvelata

L-informazzjoni non-dokumentarja mhux svelata jew informazzjoni kunfidenzjali oħra li tingħata f’konferenzi u laqgħat oħra li jsiru taħt il-Ftehim, jew l-informazzjoni li tinkiseb mis-sekondar ta’ persunal, mill-użu tal-faċilitajiet, jew minn proġetti konġunti għandhom jiġu trattati mill-Partijiet jew mill-parteċipanti tagħhom skont il-prinċipji speċifikati għall-informazzjoni dokumentarja fil-Ftehim; bil-kundizzjoni, madankollu, li r-riċevitur ta’ tali informazzjoni mhux żvelata jew informazzjoni oħra kunfidenzali jew privileġġata ikun ġie infurmat minn qabel u bil-miktub dwar in-natura kunfidenzali tal-informazzjoni li ser tkun komunikata.

C.   Kontroll

Kull Parti għandha tagħmel dak li tista’ sabiex tiżgura li informazzjoni mhux żvelata li tkun irċeviet taħt dan il-Ftehim tkun kontrollata kif previst hawnhekk. Jekk waħda mill-Partijiet issir taf li hija sejra tkun, jew li raġonevolment hija mistennija li ssir, inkapaċi milli tissodisfa d-dispożizzjonijiet li jipprojbixxu d-disseminazzjoni tat-Taqsimiet A u B, hija għandha immedjatament tinforma lill-Parti l-oħra. Il-Partijiet għandhom sussegwentement jikkonsultaw bejniethom sabiex jiddefinixxu l-azzjoni xierqa li għandha tittieħed.


1.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Jannar 2009

dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità tal-Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ New Zealand

(2009/502/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 170 flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

BILLI:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika mal-Gvern ta’ New Zealand.

(2)

Il-Ftehim ġie ffirmat fis-16 ta’ Lulju 2008 fi Brussell, suġġett għal konklużjoni f’data futura.

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ New Zealand (2) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Komunità u tadotta l-pożizzjoni tal-Komunità li għandha tittieħed fil-Kumitat Konġunt dwar il-Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika stabbilit skont l-Artikolu 6(1) tal-Ftehim fir-rigward tal-emendi tekniċi għall-Ftehim taħt l-Artikolu 6(3)(c) tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill, f’isem il-Komunità Ewropea, għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 13(1) tal-Ftehim.

Magħmula fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GANDALOVIČ


(1)  L-Opinjoni mogħtija fil-21 ta’ Ottubru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Ara d-dokument 10118/08.


FTEHIM

dwar koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ New Zealand

IL-KOMUNITÀ EWROPEA (minn hawn ‘il quddiem “il-Komunità”)

u

L-GVERN TA’ NEW ZEALAND,

minn hawn ‘il quddiem jissejħu konġuntement “il-Partijiet”;

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li l-Partijiet qed isegwu attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni teknoloġika f’numru ta’ oqsma ta’ interess komuni, u billi huma konxji tal-espansjoni rapida tal-konoxxenza xjentifika u tal-kontribuzzjoni pożittiva tagħha fil-promozzjoni ta’ koperazzjoni bilaterali u internazzjonali;

FILWAQT LI JINNOTAW li kien hemm koperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni f’numru ta’ oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi taħt l-Arranġament bejn il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern ta’ New Zealand għal Koperazzjoni fix-Xjenza u fit-Teknoloġija tas-17 ta’ Mejju 1991;

FILWAQT LI JIXTIEQU jespandu l-ambitu tal-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika f’numru ta’ oqsma ta’ interess komuni permezz tal-ħolqien ta’ sħubija produttiva għal finijiet paċifiċi u ta’ benefiċċju reċiproku;

FILWAQT LI JINNOTAW li tali koperazzjoni u l-applikazzjoni tar-riżultati ta’ tali koperazzjoni se jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Partijiet; u

FILWAQT LI JIXTIEQU jistabbilixxu qafas formali sabiex ikunu implimentati l-attivitajiet koperattivi ġenerali li se jsaħħu l-koperazzjoni “fix-xjenza u fit-teknoloġija” bejn il-Partijiet;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

1.

“Attivitajiet Koperattivi” tfisser kemm Attivitajiet Koperattivi Diretti kif ukoll Attivitajiet Koperattivi Indiretti.

2.

“Attivitajiet Koperattivi Diretti” tfisser attivitajiet koperattivi mwettqa fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija bejn il-Partijiet jew l-aġenti eżekuttivi tagħhom.

3.

“Attivitajiet Koperattivi Indiretti” tfisser attivitajiet koperattivi, għajr Attivitajiet Koperattivi Diretti, fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija mwettqa bejn il-Gvern ta’ New Zealand jew il-Parteċipanti ta’ New Zealand, minn naħa waħda, u l-Komunità jew il-Parteċipanti tal-Komunità, min-naħa l-oħra, permezz ta’:

(a)

il-parteċipazzjoni tal-Gvern ta’ New Zealand jew il-Parteċipanti ta’ New Zealand Participants fil-Programm Komunitarju ta’ Qafas skont l-Artikolu 166 tat-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ewropea (minn hawn ‘il quddiem “il-Programm ta’ Qafas”); u

(b)

il-parteċipazzjoni tal-Komunità jew il-Parteċipanti tal-Komunità fil-programmi jew fil-proġetti ta’ riċerka fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija fi New Zealand simili għal dawk koperti mill-Programm ta’ Qafas.

4.

“Proprjetà Intelletwali” għandha jkollha t-tifsira mogħtija fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intelletwali, li saret fi Stokkolma fil-14 ta’ Lulju 1967.

5.

“Parteċipant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li jkollha r-residenza ordinarja tagħha fi New Zealand jew fil-Komunità, jew kwalunkwe persuna ġuridika kostitwita fi New Zealand jew fil-Komunità li jkollha personalità ġuridika u li tista’ jkollha drittijiet u tkun suġġetta għal obbligi ta’ kwalunkwe tip f’isimha u ma tinkludix lill-Partijiet. Sabiex ikunu evitati dubbji, l-Entitajiet tal-Kuruna ta’ New Zealand huma Parteċipanti u mhumiex inklużi fit-tifsira ta’ “Parti”. Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-KE se jkun kemm Parteċipant sabiex jipparteċipa f’Attivitajiet Koperattivi Indiretti, kif ukoll aġent eżekuttiv, sabiex iwettaq Attivitajiet Koperattivi Diretti.

Artikolu 2

Għan u Prinċipji

1.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu, jiżviluppaw u jiffaċilitaw l-Attivitajiet Koperattivi għal finijiet paċifiċi skont dan il-Ftehim u skont il-liġijiet u r-regolamenti taż-żewġ Partijiet.

2.   L-Attivitajiet Koperattivi għandhom jitwettqu fuq il-bażi tal-prinċipji li ġejjin:

(a)

kontribuzzjonijiet u benefiċċji reċiproċi u ekwi;

(b)

aċċess reċiproku tal-Parteċipanti għal programmi jew għal proġetti ta’ riċerka operati jew finanzjati mill-Parti l-oħra;

(c)

skambju f’waqtu ta’ informazzjoni li tista’ tikkonċerna Attivitajiet Koperattivi;

(d)

promozzjoni ta’ soċjetajiet bbażati fuq il-konoxxenza għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali taż-żewġ Partijiet; u

(e)

il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali skont l-Artikolu 8.

Artikolu 3

Attivitajiet Koperattivi

1.   L-Attivitajiet Koperattivi Direttivi skont dan il-Ftehim jistgħu jinkludu:

(a)

laqgħat ta’ diversi forom, inklużi dawk ta’ esperti, sabiex ikun hemm diskussjoni u skambju ta’ informazzjoni dwar suġġetti xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ natura ġenerali jew speċifika u sabiex ikunu identifikati proġetti u programmi ta’ riċerka u żvilupp li jistgħu jitwettqu fuq bażi koperattiva;

(b)

skambju ta’ informazzjoni dwar attivitajiet, politiki, prattiki, liġijiet u regolamenti li jikkonċernaw ir-riċerka u l-iżvilupp;

(c)

żjarat u skambji ta’ xjenzati, persunal tekniku u esperti oħrajn fuq suġġetti ġenerali jew speċifiċi; u

(d)

forom oħrajn ta’ attivitajiet fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija, inkluża l-implimentazzjoni ta’ proġetti u ta’ programmi koperattivi, li jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet dwarhom mill-Kumitat Konġunt li jissemma fl-Artikolu 6, skont il-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tal-Partijiet.

2.   Sabiex jiġu żviluppati Attivitajiet Koperattivi Indiretti, kwalunkwe Parteċipant ta’ New Zealand jew kwalunkwe Parteċipant tal-Komunità jista’ jikkollabora fi kwalunkwe programm jew proġett ta’ riċerka operat jew finanzjat mill-Parti l-oħra, bil-qbil tal-Parteċipanti l-oħra f’dak il-programm jew f’dak il-proġett u skont il-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tal-Partijiet u skont ir-regoli rilevanti ta’ parteċipazzjoni f’dawn il-programmi jew proġetti.

3.   Fil-qafas ta’ dan il-Ftehim, f’każ li Parti waħda tikkonkludi kuntratt ma’ Parteċipant tal-Parti l-oħra għal Attività Koperattiva Indiretta, il-Parti l-oħra, meta tintalab tagħmel dan, għandha tagħmel ħilitha sabiex tipprovdi kwalunkwe għajnuna raġonevoli u fattibbli, kif jista’ jkun meħtieġ jew ta’ għajnuna għall-Parti tal-ewwel, għall-implimentazzjoni mingħajr xkiel ta’ tali kuntratt.

4.   Il-koordinazzjoni u l-faċilitazzjoni ta’ Attivitajiet Koperattivi skont dan il-Ftehim għandhom jitwettqu, f’isem New Zealand, mill-Ministeru għar-Riċerka, ix-Xjenza u t-Teknoloġija jew mill-aġenzija suċċessura tiegħu, u f’isem il-Komunità, mis-servizzi tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li għandhom jaġixxu bħala aġenti eżekuttivi.

Artikolu 4

Arranġamenti Implimentattivi

1.   Fejn ikun il-każ, l-Attivitajiet Koperattivi jistgħu jsiru skont l-arranġamenti implimentattivi bejn il-Partijiet jew bejn il-Kummissjoni u organizzazzjonijiet ta’ New Zealand li jiffinanzjaw il-programmi jew il-proġetti ta’ riċerka f’isem il-Gvern ta’ New Zealand. Dawn l-arranġamenti jistgħu jistabbilixxu:

(a)

in-natura u l-perijodu ta’ ż-żmien tal-koperazzjoni f’qasam speċifiku jew għal għan speċifiku;

(b)

it-trattament tal-Proprjetà Intelletwali ġġenerata mill-koperazzjoni, konsistenti ma’ dan il-Ftehim;

(c)

kwalunkwe impenn ta’ finanzjament applikabbli;

(d)

l-allokazzjoni tal-ispejjeż assoċjati mal-koperazzjoni; u

(e)

kwalunkwe kwistjoni rilevanti oħra.

2.   L-Attivitajiet Koperattivi li jkunu għaddejjin meta jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim għandhom ikunu inkorporati f’dan il-Ftehim minn dik id-data.

Artikolu 5

Dħul ta’ Persunal u ta’ Tagħmir

Skond il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti tal-Partijiet u tal-Istati Membri tal-UE, kull Parti għandha tiffaċilita d-dħul fi u l-ħruġ mit-territorju tagħha ta’ persunal, materjal u tagħmir tal-Parteċipanti involuti fi jew li ntużaw f’Attivitajiet Koperattivi.

Artikolu 6

Kumitat Konġunt

1.   Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan il-Ftehim, l-aġenti eżekuttivi għandhom jistabbilixxu Kumitat Konġunt dwar il-Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika (minn hawn ‘il quddiem “il-Kumitat Konġunt”). Il-Kumitat Konġunt għandu jikkonsisti mir-rappreżentati ta’ kull Parti u għandu jkun ko-presjedut mir-rappreżentanti taż-żewġ Partijiet.

2.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’, għall-inqas kull sentejn, b’mod alternat fi New Zealand u fil-Komunità.

3.   Il-funzjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom ikunu li:

(a)

jiskambja fehmiet u informazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ politika xjentifika u teknoloġika;

(b)

jagħmel rakkomodazzjonijiet lill-Partijiet rigward l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, inklużi l-identifikazzjoni u r-rakkomodazzjoni ta’ żidiet mal-Attivitajiet Koperattivi li jissemmew fl-Artikolu 3 u miżuri konkreti sabiex jittejjeb l-aċċess reċiproku pprovdut fl-Artikolu 3(2);

(c)

mingħajr preġudizzju għall-proċessi domestiċi ta’ approvazzjoni ta’ kull Parti, jagħmel emendi tekniċi għal dan il-Ftehim kif ikun meħtieġ; u

(d)

f’kull laqgħa, jirrivedi u jipprovdi rapport lill-Partijiet dwar l-istatus, il-kisbiet, u l-effikaċja tal-Attivitajiet Koperattivi, inklużi l-aċċess reċiproku pprovdut skont l-Artikolu 3(2) u l-arranġamenti ta’ kull Parti għal riċerkaturi fuq żjarat.

4.   Il-Kumitat Konġunt għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċeduri tiegħu stess. Id-deċiżjonijiet tiegħu għandhom jintlaħqu b’kunsens.

5.   L-ispejjeż tar-rappreżentanti għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt, bħall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni, għandhom jitħallsu mill-Parti li magħha jkunu relatati. Kwalunkwe spiża oħra assoċjata ma’ dawn il-laqgħat għandha titħallas mill-Parti ospitanti.

Artikolu 7

Finanzjament

1.   L-implimentazzjoni ta’dan il-Ftehim min-naħa ta’ kull Parti għandha tkun suġġetta għad-disponibbiltà ta’ fondi approprjati u għal-liġijiet u għar-regolamenti applikabbli ta’ dik il-Parti.

2.   L-ispejjeż tal-Attivitajiet Koperattivi għandhom jitħallsu kif ikun deċiż mill-Parteċipanti jew mill-Partijiet involuti.

3.   Meta Parti waħda tipprovdi sostenn finanzjarju lill-Parteċipanti tal-Parti l-oħra b’konnessjoni ma’ Attivitajiet Koperattivi Indiretti, kwalunkwe għotja u kontribuzzjoni finanzjarja jew ta’ xort’oħra mingħand il-Parti li qed tagħti l-finanzjament lill-Parteċipanti tal-Parti l-oħra b’sostenn ta’ dawk l-attivitajiet għandhom jingħataw eżenzjoni fiskali skont il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti fis-seħħ fit-territorji ta’ kull Parti fiż-żmien li jsiru tali għotjiet u kontribuzzjonijiet finanzjarji jew ta’ xort’oħra.

Artikolu 8

L-Informazzjoni u d-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali

1.   L-informazzjoni xjentifika u teknoloġika li ma tkunx relatata ma’ proprjetà li tirriżulta minn Attivitajiet Koperativi tista’ titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet permezz ta’ mezzi użati fil-prattika u skont il-proċeduri ġenerali tagħha.

2.   Kull Parti għandha tiżgura ruħha li t-trattament li tagħti lid-drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali u lill-obbligi tal-Parteċipanti f’Attivitajiet Koperattivi Indiretti, u lid-drittijiet u lill-obbligi relatati li jirriżultaw minn tali parteċipazzjoni, għandu jkun konsistenti mal-liġijiet u mar-regolamenti u mal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, inkluż il-Ftehim dwar Aspetti Relatati mal-Kummerċ tad-Drittijiet ta’ Proprjetà Intelletwali, l-Anness IC għall-Ftehim ta’ Marrakesh li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ kif ukoll l-Att ta’ Pariġi tal-24 ta’ Lulju 1971 tal-Konvenzjoni ta’ Berne għall-Protezzjoni tax-Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi u l-Att ta’ Stokkolma tal-14 ta’ Lulju 1967 tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi dwar il-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali.

3.   Kull Parti għandha tiżgura ruħha li l-Parteċipanti f’Attivitajiet Koperattivi Indiretti tal-Parti l-oħra għandu jkollhom l-istess trattament rigward il-Proprjetà Intelletwali kif jingħata lill-Parteċipanti tal-ewwel Parti skont ir-regoli rilevanti ta’ parteċipazzjoni ta’ kull programm jew proġett ta’ riċerka, jew skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tagħha.

Artikolu 9

Applikazzjoni Territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika:

(a)

għat-territorji fejn jiġi applikat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u fil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat; u

(b)

għat-territorju ta’ New Zealand.

Dan m’għandux jimpedixxi t-twettiq ta’ Attivitajiet Koperattivi fl-ibħra miftuħa, fl-ispazju jew fit-territorju ta’ pajjiżi terzi, skont id-dritt internazzjonali.

Artikolu 10

Strumenti ta’ Ftehim oħrajn u Riżoluzzjoni ta’ Disputi

1.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim m’għandhomx jippreġudikaw id-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet fi strumenti ta’ Ftehim eżistenti u/jew futuri bejn il-Partijiet, jew bejn kwalunkwe Stat Membru tal-Komunità u l-Gvern ta’ New Zealand.

2.   Kwalunkwe kwistjoni jew disputa relatata mal-interpretazzjoni jew mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha tiġi riżolta b’konsultazzjoni bejn il-Partijiet.

Artikolu 11

L-Istatus tal-Anness

L-Anness ma’ dan il-Ftehim jikkostitwixxi arranġament mhux vinkolanti bejn l-aġenti eżekuttivi rigward id-drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali u drittijiet oħrajn ta’ proprjetà maħluqa jew introdotti matul Attivitajiet Koperattivi Diretti.

Artikolu 12

Emendament

Ħlief għall-emendi tekniċi li jsiru mill-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 6(3)(c), dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat bil-kunsens reċiproku tal-Partijiet permezz tal-iskambju ta’ noti diplomatiċi. Ħlief jekk il-Partijiet jiftiehmu mod ieħor, emenda għandha tidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jiskambjaw noti diplomatiċi li jinformaw lil xulxin li tlestew il-proċeduri interni rispettivi tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-emenda.

Artikolu 13

Dħul fis-Seħħ u Terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jiskambjaw noti diplomatiċi li jinformaw lil xulxin li tlestew il-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

2.   Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għal perijodu inizjali ta’ ħames snin. Sakemm kwalunkwe waħda mill-Partijiet ma tinnotifikax lill-oħra li dan il-Ftehim jittermina fi tmiem il-perijodu inizjali, dan il-Ftehim għandu jkompli jibqa’ fis-seħħ wara l-perijodu inizjali sakemm kwalunkwe waħda mill-Partijiet ma tavżax lill-Parti l-oħra bil-miktub bil-ħsieb li jkollha li tittermina dan il-Ftehim. F’każ bħal dan, dan il-Ftehim għandu jieqaf ikollu effett sitt xhur wara li tiġi riċevuta tali notifika.

3.   It-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe Attività Koperattiva li tkun għadha ma twettqitx bis-sħiħ fi żmien it-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim jew għal kwalunkwe dritt u obbligu speċifiċi li jkunu akkumulaw konformement mal-Anness għal dan il-Ftehim.

B’XIEHDA TA’ DAN, is-sottoskritti, billi huwa debitament awtorizzat għal dan mill-Komunità Ewropea u mill-Gvern ta’ New Zealand rispettivament, iffirmaw dan il-Ftehim.

MAGĦMUL duplikatament fi Brussell, fis-sittax-il jum ta’ Lulju, tas-sena elfejn u tmienja, bl-Ingliż, bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Eston, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u biż-Żvediż, b’kull test ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на шестнадесети юли две хиляди и осма година.

Hecho en Bruselas, el dieciséis de julio de dos mil ocho.

V Bruselu dne šestnáctého července dva tisíce osm.

Udfærdiget i Bruxelles den sekstende juli to tusind og otte.

Geschehen zu Brüssel am sechzehnten Juli zweitausendacht.

Kahe tuhande kaheksanda aasta juulikuu kuueteistkümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δεκαέξι Ιουλίου δύο χιλιάδες οκτώ.

Done at Brussels on the sixteenth day of July in the year two thousand and eight.

Fait à Bruxelles, le seize juillet deux mille huit.

Fatto a Bruxelles, addì sedici luglio duemilaotto.

Briselē, divtūkstoš astotā gada sešpadsmitajā jūlijā.

Priimta du tūkstančiai aštuntų metų liepos šešioliktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-nyolcadik év július tizenhatodik napján.

Magħmul fi Brussell, fis-sittax-il jum ta’ Lulju tas-sena elfejn u tmienja.

Gedaan te Brussel, de zestiende juli tweeduizend acht.

Sporządzono w Brukseli, dnia szesnastego lipca roku dwa tysiące ósmego.

Feito em Bruxelas, em dezasseis de Julho de dois mil e oito.

Întocmit la Bruxelles, la data de șaisprezece iulie două mii opt.

V Bruseli šestnásteho júla dvetisícosem.

V Bruslju, dne šestnajstega julija leta dva tisoč osem.

Tehty Brysselissä kuudentenatoista päivänä heinäkuuta vuonna kaksituhattakahdeksan.

Som skedde i Bryssel den sextonde juli tjugohundraåtta.

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

På vegne af Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunitá Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapen

Image 6

Image 7

За правителството на Нова Зеландия

Por el Gobierno de Nueva Zelanda

Za vládu Nového Zélandu

På vegne af New Zealands regering

Für die Regierung Neuseelands

Uus-Meremaa valitsuse nimel

Για την κυβέρνηση της Νέας Ζηλανδίας

For the Government of New Zealand

Pour le gouvernement de la Nouvelle-Zélande

Per il governo della Nuova Zelanda

Jaunzēlandes valdības vārdā

Naujosios Zelandijos Vyriausybės vardu

Új-Zéland kormánya részéről

Għall-Gvern ta’ New Zealand

Voor de regering van Nieuw-Zeeland

W imieniu rządu Noweij Zelandii

Pelo Governo da Nova Zelândia

Pentru Guvernul Noii Zeelande

Za vládu Nového Zélandu

Za vlado Nove Zelandije

Uuden-Seelannin hallituksen puolesta

För Nya Zeelands regering

Image 8

ANNESS

Arranġament dwar id-drittijiet ta’ Proprjetà Intelletwali u drittijiet oħrajn ta’ proprjetà maħluqa jew introdotti matul Attivitajiet Koperattivi Direttivi bejn New Zealand u l-Komunità Ewropea

Il-Ministeru għar-Riċkera, ix-Xjenza u t-Teknoloġija u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (“l-aġenti eżekuttivi”), konsistentement mal-Artikolu 11 tal-Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ New Zealand (“il-Ftehim”) qablu dwar il-punti li ġejjin fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali maħluqa jew introdotti matul Attivitajiet Koperattivi Diretti (kif definiti fl-Artikolu 1 tal-Ftehim) skont il-Ftehim:

1.

Sakemm l-aġenti eżekuttivi flimkien ma jiddeċidux mod ieħor, ir-regoli li ġejjin se japplikaw għad-drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali maħluqa jew introdotti mill-Partijiet matul Attivitajiet Koordinattivi Diretti:

(a)

Il-Parti li toħloq il-Proprjetà Intelletwali tkun il-proprjetarja b’mod sħiħ. F’każi fejn il-Proprjetà Intelletwali inħolqot konġuntement u s-sehem rispettiv tax-xogħol miż-żewġ Partijiet ma jistax jiġi aċċertat, il-Partijiet ikunu ko-proprjetarji tal-Proprjetà Intelletwali.

(b)

Ħlief kif ġie stabbilit fil-paragrafu 2, il-Parti li tkun il-proprjetarja tal-Proprjetà Intelletwali, jew li tintroduċiha, tagħti lill-Parti l-oħra d-drittijiet ta’ aċċess meħtieġa sabiex twettaq kwalunkwe Attività Koperattiva Diretta. Tali drittijiet ta’ aċċess se jingħataw fuq bażi ħielsa mir-royalties.

(c)

Ħlief kif ġie stabbilit fil-paragrafu 2, fejn il-Partijiet ikunu ko-proprjetarji ta’ Proprjetà Intelletwali, kull Parti tagħti lill-Parti l-oħra liċenzja mhux esklussiva, irrevokabbli u ħielsa mir-royalties sabiex tuża u tesplojta dik il-Proprjetà Intelletwali għall-finijiet tal-Parti l-oħra.

2.

Sakemm l-aġenti eżekuttivi flimkien ma jiddeċidux mod ieħor, ir-regoli li ġejjin se japplikaw għall-copyrights u għad-drittijiet relatati tal-Partijiet maħluqa jew introdotti mill-Partijiet matul Attivitajiet Koperattivi Diretti:

(a)

Meta Parti tippubblika data, informazzjoni jew riżultati xjentifika u teknika, li tirriżulta minn u tkun relatata ma’ Attivitajiet Koperattivi, permezz ta’ ġurnali, artikoli, rapporti, kotba, l-Internet, jew f’forom oħrajn, inklużi vidjos u tagħmir għall-ħażna elettronika, il-Parti tal-pubblikazzjoni se tagħmel ħilitha kollha sabiex tikseb għall-Parti l-oħra, liċenzji esklussivi, irrevokabbli u ħielsa mir-royalties fil-pajjiżi kollha fejn tkun disponibbli l-protezzjoni tal-copyright, sabiex tittraduċi, tirriproduċi, tadatta, tittrażmetti u pubblikament tiddistribwixxi tali xogħlijiet. Madankollu, il-Parti tal-pubblikazzjoni m’għandha l-ebda obbligu li tikseb tali liċenzji mingħand partijiet terzi li l-Parti tal-pubblikazzjoni, fi żmien l-ewwel pubblikazzjoni, ma kinitx taf li kienu proprjetarji ta’ kwalunkwe Proprjetà Intelletwali f’tali xogħlijiet.

(b)

Il-kopji kollha pubblikament distribwiti ta’ xogħol bil-copyright skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2(a) se jindikaw l-isem jew ismijiet tal-awtur jew awturi tax-xogħol sakemm l-awtur jew awturi espliċitament jirrifjutaw li jissemmew. Se juru wkoll rikonoxximent viżibbli b’mod ċar tas-sostenn koperattiv tal-Partijiet.

3.

Sakemm l-aġenti eżekuttivi flimkien ma jiddeċidux mod ieħor, il-Proprjetà Intelletwali kollha fil-paragrafi 1 u 2 tiġi provduta mingħajr ebda garanzija, espliċita jew impliċita, inklużi garanziji dwar idoneità għal xi għan partikolari, dwar xi titolu jew protezzjoni kontra ksur.

4.

Sakemm l-aġenti eżekuttivi flimkien ma jiddeċidux mod ieħor, ir-regoli li ġejjin se japplikaw għall-informazzjoni mhux żvelata tal-Partijiet:

(a)

Meta tikkomunika lill-Parti l-oħra informazzjoni meħtieġa sabiex jitwettqu Attivitajiet Koperattivi Diretti, kull Parti se tidentifika l-informazzjoni li tixtieq li tibqa’ mhux żvelata (“informazzjoni mhux żvelata”).

(b)

Parti li tirċievi informazzjoni mhux żvelata tista’ tikkomunika dik l-informazzjoni lill-aġenziji tagħha, lil persuni impjegati permezz ta’ dawn l-aġenziji, għall-għan speċifiku li jitwettqu Attivitajiet Koperattivi Diretti. Il-Parti riċeventi se timponi obbligu ta’ kunfidenzjalità għal tali informazzjoni mhux żvelata fuq l-aġenziji, l-impjegati tagħhom u partijiet terzi, inklużi l-kuntratturi u s-sotto-kuntratturi.

(c)

Bil-kunsens bil-miktub minn qabel tal-Parti li tipprovdi l-informazzjoni mhux żvelata biss, il-Parti l-oħra għandha tiddissemina tali informazzjoni mhux żvelata b’mod aktar ġenerali milli huwa permess fil-paragrafu 4(b). Il-Partijiet se jikkoperaw sabiex jiżviluppaw proċeduri sabiex jintalab u jinkiseb kunsens minn qabel bil-miktub għal tali disseminazzjoni aktar ġenerali. Meta tintalab tagħmel dan, kull Parti se tagħti tali kunsens sal-punt li tkun permessa mil-liġijiet u mir-regolamenti tagħha.

(d)

L-informazzjoni li tirriżulta minn seminars, laqgħat, assignments ta’ persunal u mill-użu ta’ faċilitajiet li saru arranġamenti għalihom skont il-Ftehim se tkun ittrattata bħala informazzjoni mhux żvelata meta l-Parti li tipprovdi l-informazzjoni tidentifikaha bħala tali, skont il-paragrafu 4(a).

(e)

Jekk Parti waħda ssir konxja li, jew qed tistenna li mhux se tkun tista’ tissodisfa r-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet tad-disseminazzjoni ta’ dan l-Anness, se tinforma immedjatament lill-Parti l-oħra. Wara dan il-Partijiet se jikkonsultaw lil xulxin sabiex jiddefinixxu kors xieraq ta’ azzjoni.

5.

Dan l-Arranġament jista’ jiġi modifikat bil-kunsens reċiproku bil-miktub tal-aġenti eżekuttivi.

6.

Dan l-Arranġament se jibda jkollu effett fil-jum li l-Ftehim jidħol fis-seħħ.


1.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/36


DEĊIŻJONI Nru 3/2009 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI TAL-AKP-KE

tal-5 ta’ Ġunju 2009

li ġġedded il-membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI)

(2009/503/KE)

IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-KE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u l-Paċifiku (“l-AKP”) min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Kotonù (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif rivedut bil-Ftehim (2) li jemenda dak il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(7) tal-Anness III tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni Nru 2/2008 tas-7 ta’ Marzu 2008, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-KE ħatar il-membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (tliet membri tal-UE u tliet membri tal-AKP) għal mandat ta’ ħames snin, soġġett għal reviżjoni wara sena għall-membri tal-UE u wara sentejn u nofs għall-membri tal-AKP.

(2)

L-Unjoni Ewropea wriet l-intenzjoni tagħha li ġġedded il-membri tal-UE għal dan il-Bord għall-bqija tal-mandat li għad fadal, u li tippreżenta l-ismijiet ta’ tliet kandidati ġodda.

(3)

Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru l-membri ġodda għall-Bord Eżekuttiv,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin għandhom jinħatru bħala membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi b’sostituzzjoni tas-Sur Jens Peter BREITENGROSS, is-Sur Philippe GAUTIER u s-Sur Sean MAGEE:

Is-Sur Bayo AKINDEINDE, is-Sur Giovannangelo MONTECCHI PALAZZI u s-Sinjura Vera VENCLIKOVA.

Artikolu 2

Għaldaqstant, u għall-bqija tal-mandat, jiġifieri tas-6 ta’ Marzu 2013, il-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI huwa magħmul kif ġej:

Is-Sur Ibrahim IDDI ANGO,

Is-Sur Adrien SIBOMANA,

Is-Sinjura Valerie Patricia VEIRA,

Is-Sur Bayo AKINDEINDE,

Is-Sur Giovannangelo MONTECCHI PALAZZI,

Is-Sinjura Vera VENCLIKOVA.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-KE

Il-President

Joseph MA’AHANUA


(1)   ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.


Il-Kummissjoni

1.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' Mejju 2009

li temenda d-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom li tistabbilixxi l-arranġamenti għat-trażmissjoni ta’ ċerta informazzjoni lill-Kummissjoni mill-Istati Membri taħt is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Kummissjoni

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4072)

(2009/504/KE, Euratom)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007, dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 17(3) u (5) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-riżorsi proprji, kif imsemmi fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/245/KE, Euratom (3) stabbilixxiet mudelli għad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet għar-riżorsi proprji tal-Istati Membri li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni.

(2)

Wara l-implimentazzjoni fil-liġi tal-Komunità tal-ftehim konklużi waqt l-Uruguay Round, m’għad hemm l-ebda differenza sostanzjali bejn id-dazji agrikoli u dawk doganali. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom ma tagħmilx din id-distinzjoni. Huwa għalhekk xieraq li titneħħa din id-distinzjoni mill-mudelli li jinsabu fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom.

(3)

Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (4) introduċa, fost miżuri oħrajn, piż fuq il-produzzjoni biex tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-ispejjeż u taxxa fuq l-ammont tal-bilanċ żejjed sabiex tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta’ bilanċi żejda. Barra dan, taħt ċerti kondizzjonijiet, ammonti ta’ darba jridu jitħallsu għall-kwoti addizzjonali ta’ zokkor u għall-kwoti supplementari ta’ isoglukożju. Peress li dawn l-imposti huma riżorsi proprji, bħala konsegwenza l-mudelli li jinsabu fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom iridu jiġu adattati.

(4)

Huwa xieraq li wieħed jibbenefika mill-esperjenza miksuba mill-Istati Membri fit-trażmissjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 6(3)(a) u (b) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 u li tittejjeb il-preżentazzjoni tal-formoli mfasslin b’konformità mal-mudelli li jinsabu fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/245/KE, Euratom tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni u tistabbilixxi mudell għat-trażmissjoni f’każijiet fejn l-ammonti jiġu ddikjarati jew jitqiesu bħala rrekuperabbli, hekk kif imsemmija fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000.

(6)

B’kunsiderazzjoni tal-esperjenza miksuba fil-qafas tat-trażmissjoni tal-informazzjoni relevanti, jeħtieġ li jittieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-elementi kollha meħtieġa għall-eżami komplet tal-każijiet meqjusa irrekuperabbli rrappurtati mill-Istati Membri jintbagħtu lill-Kummissjoni.

(7)

Is-sistemi previsti għat-trażmissjoni tar-rapporti u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni għandhom ikunu adattati għaż-żieda fin-numru tal-każijiet meqjusa irrekuperabbli permezz tal-introduzzjoni ta’ sistema ġdida elettronika għall-ġestjoni u l-informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jużaw biex jibgħatu r-rapporti tagħhom b’mod elettroniku.

(8)

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2028/2004 (5) introduċa fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 distinzjoni ċara bejn ir-rapporti relatati mal-każijiet fejn id-drittijiet stabbiliti huma ddikjarati jew meqjusa irrekuperabbli, kif imsemmija fl-Artikolu 17(3), it-tielet subparagrafu tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 u r-rapporti annwali kif imsemmija fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000. Huwa għalhekk xieraq li jkunu definiti l-arranġamenti preċiżi għall-formola standard li għandha tintuża għal kull wieħed minn dawn ir-rapporti.

(9)

Għandu jingħata tul ta’ żmien xieraq biex tiġi applikata t-trażmissjoni tad-dikjarazzjonijiet emendati,

(10)

Id-Deċiżjoni 97/245/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1(1), il-parti tas-sentenza “fl-Artikolu 6(3)(a) u (b) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1552/89” hi mibdula b’dan li jmiss, “fl-Artikolu 6(4), l-ewwel subparagrafu, punti (a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 (*1).

(2)

Fl-Artikolu 2(1), il-parti tas-sentenza “fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1552/89” hi mibdula b’dan li jmiss, “fl-Artikolu 6(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) nru 1150/2000”

(3)

L-Artikolu 3 hu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness VI għar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000.

2.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu b’mod elettroniku l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(3), it-tielet subparagrafu tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 billi jużaw sistema elettronika għall-ġestjoni u l-informazzjoni.

3.   L-Anness VII jistabbilixxi l-mudell tar-rapporti imsemmi fl-Artikolu 17(3), it-tielet subparagrafu tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000.”

4.

L-Anness I hu mibdul bit-test li jinsab fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

5.

L-Anness III hu mibdul bit-test li jinsab fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

6.

L-Anness VI hu mibdul bit-test li jinsab fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

7.

L-Anness VII li jinsab fl-Anness IV ta’ din id-Direttiva għandu jkun miżjud.

Artikolu 2

Id-dikjarazzjonijiet stabbiliti skont il-mudelli li jinsabu fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom, kif emendati minn din id-Deċiżjoni, huma trażmessi l-ewwel darba rispettivament għax-xahar ta’ Ġunju 2009 għal dawk ta’ kull xahar u għat-tieni trimestru tal-2009 għal dawk trimestrali.

Artikolu 3

Is-sistema elettronika għall-ġestjoni u l-informazzjoni u l-mudell imsemmija fl-Artikolu 3(2) u (3) rispettivament tad-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom, kif emendat minn din id-Deċiżjoni, ser ikunu użati mid-data kkomunikata mill-Kummissjoni lill-Istati Membri.

Sakemm toħroġ din il-komunikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness VI tad-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom, kif emendat mid-Deċiżjoni 2002/235/KE, Euratom (6).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi-President


(1)   ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.

(2)   ĠU L 130, 31.5.2000, p. 1.

(3)   ĠU L 97, 12.4.1997, p. 12.

(4)   ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

(5)   ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 162.

(6)   ĠU L 79, 22.3.2002, p. 61.


ANNESS I

“ANNESS I

KONT ‘A’ TAR-RIŻORSI PROPRJI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Dikjarazzjoni tal-intitolamenti stabbiliti  (*1)

Stat Membru:

Xahar/sena

(fil-munita nazzjonali)

TIP TA' RIŻORS

Referenza tal-Istat Membru

(mhux obbligatorju)

Verifiki matul ix-xahar (1)

(1)

Ammonti rkuprati minn kont separat

(2)

Korrezzjonijiet tal-verifiki preċedenti (2)

Ammonti gross

(5) = (1) + (2) + (3) – (4)

Ammonti nett

(6)

+

(3)

(4)

1210

Dazji doganali esklużi d-dazji tas-sisa protettivi u ta' kontra d-dumbing

 

 

 

 

 

 

 

1230

Dazji tas-sisa protettivi u ta' kontra d-dumbing fuq il-prodotti

 

 

 

 

 

 

 

1240

Dazji tas-sisa protettivi u ta' kontra d-dumbing fuq is-servizzi

 

 

 

 

 

 

 

12

DAZJI DOGANALI

 

 

 

 

 

 

 

1100

Imposti fuq il-produzzjoni relatati mas-sena kummerċjali 2005/2006 u mas-snin preċedenti

 

 

 

 

 

 

 

1110

Imposti fuq il-ħażna taz-zokkor

 

 

 

 

 

 

 

1130

Spejjeż imposti fuq il-produzzjoni taz-zokkor C, tal-isoglukożju C u tal-ixropp tal-inulin C mhux esportata, u fuq zokkor C u isoglukożju C sostitut

 

 

 

 

 

 

 

1170

Taxxa fuq il-produzzjoni

 

 

 

 

 

 

 

1180

Ammonti ta' darba fuq kwota addizzjonali taz-zokkor u kwota supplementari tal-isoglukożju

 

 

 

 

 

 

 

1190

Ammont tal-bilanċ żejjed

 

 

 

 

 

 

 

11

IMPOSTI FUQ IZ-ZOKKOR

 

 

 

 

 

 

 

Total 12 + 11

 

 

 

 

 

 

 

 

— 25 % spejjeż tal-ġbir

— 10 % spejjeż tal-ġbir (3)

 

 

 

Total li jrid jitħallas lill-KE

 

 


(*1)  Inklużi l-intitolamenti stabbiliti bħala riżultat tal-kontrolli u każijiet ta' frodi u irregolaritajiet li nstabu.”

(1)  Inkluż l-korrezzjonijiet ta' kontabbilità.

(2)  Korrezzjonijiet tal-verifiki inizjali, b'mod partikolari każijiet ta' rkupru wara l-iżdoganar. Għaz-zokkor, il-korrezzjonijiet tas-snin preċedenti jridu jsemmu s-sena kkonċernata.

(3)  Ir-rata ta' tnaqqis ta' 10 % għandha tiġi applikata lill-ammonti li, skont ir-regoli tal-Komunità, kellhom ikunu disponibbli qabel it-28 ta' Frar 2001.


ANNESS II

“ANNESS III

KONT SEPARAT TAR-RIŻORSI PROPRJI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA  (*1)

Dikjarazzjoni tal-intitolamenti stabbiliti mhux inkluża fil-kont ‘A’

Stat Membru:

Kwart ta' sena/Sena:

(fil-munita nazzjonali)

TIP TAR-RIŻORS

Pendenti mill-kwart ta' sena preċedenti

(1)

Intitolamenti stabbiliti għall-kwart ta' sena

(2)

Korrezzjonijiet tal-verifiki (Art 8) ( 2 ) (1)

(3)

Ammonti li ma jistgħux ikunu disponibbli (Art. 17(2)) (2)

(4)

Total

(1 + 2 ± 3 – 4)

(5)

Ammonti rkuprati matul il-kwart ta' sena (3)

(6)

Pendenti fl-aħħar tal-kwart ta' sena kurrenti

(7) = (5) – (6)

1210

Dazji doganali esklużi d-dazji tas-sisa protettivi u ta' kontra d-dumping

 

 

 

 

 

 

 

1230

Dazji tas-sisa protettivi u ta' kontra d-dumping fuq il-prodotti

 

 

 

 

 

 

 

1240

Dazji tas-sisa protettivi u ta' kontra d-dumping fuq is-servizzi

 

 

 

 

 

 

 

12

DAZJI DOGANALI

 

 

 

 

 

 

 

1100

Imposti fuq il-produzzjoni relatati mas-sena kummerċjali 2005/2006 u mas-snin preċedenti

 

 

 

 

 

 

 

1110

Imposti fuq il-ħażna taz-zokkorerċjali 2005/2006 u mas-snin preċedenti

 

 

 

 

 

 

 

1130

Spejjeż imposti fuq il-produzzjoni taz-zokkor C, tal-iżoglukożju C u tal-ixropp tal-inulin C mhux esportata, u fuq zokkor C u isoglukożju sostitut

 

 

 

 

 

 

 

1170

Taxxi fuq il-produzzjoni

 

 

 

 

 

 

 

1180

Ammonti ta' darba fuq kwota addizzjonali taz-zokkor u kwota supplementari tal-isoglukożju

 

 

 

 

 

 

 

1190

Ammont tal-bilanċ żejjed

 

 

 

 

 

 

 

11

IMPOSTI FUQ IZ-ZOKKOR

 

 

 

 

 

 

 

Total 12 + 11

 

 

 

 

 

 

 

 

Stima tal-ammont li l-irkupru tagħhom huwa inċert (4)

 


(*1)  Il-kont ‘B’ skont l-Artikolu 6(3)(b) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000, inklużi l-intitolamenti stabbiliti bħala riżultat tal-ispezzjonijiet u każijiet ta' frodi u irregolaritajiet li nstabu.”

(1)  Il-korrezzjonijiet tal-verifiki għandha tinftiehem li tfisser korrezzjonijiet, inkluż il-kanċellazzjonijiet li jirriżultaw minn reviżjoni ta' verifiki inizjali li ġejjin minn kwarti ta' sena preċedenti. Minhhom infushom huma differenti minn dawk imdaħlin fil-kolonna (4)

(2)  Il-każijiet kollha għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness IIIa li trid tintbagħt lura fl-istess żmien tad-dikjarazzjoni ta' kwart ta' sena. It-total ta' din il-kolonna (4) u t-total tal-Anness IIIa għandhom ikunu l-istess.

(3)  It-total ta' din il-kolonna għandu jkun l-istess bħat-total mogħti fil-kolonna (2) tad-dikjarazzjoni tal-kont ‘A’ għat-tliet xhur ikkonċernati.

(4)  Obbligatorju għall-aħħar kwart ta' sena ta' kull sena. Jekk l-istima tkun żero, trid tiddaħħal il-kelma ‘xejn’.


ANNESS III

“ANNESS VI

RAPPORT ANNWALI

imsemmi fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000

20…

Stat Membru …

1.   Attività ta’ kontroll tal-Istati Membri

Attivitajiet ta’ kontroll

Għadd

Dikjarazzjonijiet doganali aċċetati (proċedura doganali jew l-użu doganali kkonċernati)

 

Dikjarazzjonijiet doganali kkontrollati wara l-iżdoganar, il-proċedura doganali jew l-użu doganali kkonċernati (kontrolli wara l-iżdoganar)

 

Għadd totali tal-persunal assenjat fis-servizzi doganali fuq livell nazzjonali (1)

 

Għadd totali tal-persunal assenjat fil-kontrolli wara l-iżdoganar fuq livell nazzjonali

 

2.   Kwistjonijiet ta’ prinċipju

Lista tal-kwistjonijiet l-iktar importanti rigward il-verifiki, id-dħul fil-kontijiet u d-disponibbiltà tal-intitolamenti li nstabu fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000, inkluż dawk imqajma fi kwistjonijiet ta’ tilwim.

(fejn ikun meħtieġ, kompli fl-anness tar-rapport li jirreferi għal dan il-punt)


(1)  Total globali tal-persunal (espressi f’irġiel/nisa kull sena).


ANNESS IV

“ANNESS VII

Komunikazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000

Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, kull informazzjoni għandha tiġi pprovduta jekk tkun disponibbli u relevanti. L-ammonti kollha għandhom ikunu indikati fil-munita tal-Istat Membru kkonċernat fil-mument tat-trażmissjoni tal-komunikazzjoni.

1.   DEJTA ĠENERALI

L-Istat Membru …

Ir-referenza tal-komunikazzjoni …

(il-kodiċi tal-Istat Membru/sena ta’ referenza/numru tas-serje tas-sena ta’ referenza)

Ir-referenza għal dokument ta’ informazzjoni relatat mibgħut minn qabel b’mod konformi mal-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 …

Il-ġustifikazzjoni tan-nuqqas ta’ referenza għad-dokument ta’ informazzjoni msemmi qabel …

Il-każ marbut ma’ kontroll tal-KE (iva/le)

Ir-referenza għall-kontroll relatat tal-KE …

L-ammont totali rrekuperabbli …

L-awtorità li ddikjarat l-ammont irrekuperabbli jew li nnutat li l-ammont hu meqjus irrekuperabbli …

Ir-referenza nazzjonali tad-deċiżjoni amministrattiva tal-irrekuperabbiltà …

(Ara t-tieni kolonna tal-Anness IIIa tad-Deċiżjoni 97/245/KE kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/246/KE  (1))

Id-data tad-deċiżjoni amministrattiva tal-irrekuperabbiltà…

Id-data meta l-ammont ġie meqjus irrekuperabbli…

2.   L-ORIĠINI TAD-DEJN

Id-data jew perjodu li matulu sar id-dejn …

Il-bażi legali tal-oriġini tad-dejn …

(Il-bażijiet legali li jippreċedu r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92  (2) għandhom ikunu indikati billi jkun użat l-Artikolu relevanti tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92)

Sitwazzjoni doganali …

(Il-proċedura doganali fis-seħħ, is-sitwazzjoni tal-merkanziji jew it-trattament doganali approvat fil-mument tal-oriġini tad-dejn doganali)

Id-dettalji addizzjonali li għandhom ikunu indikati fil-każ tas-sistemi ta’ tranżitu: …

Id-data(i) tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali …

L-Istat(i) Membru(i) tat-tluq jew tad-dħul fil-Komunità (kodiċi ISO) …

L-Istat(i) Membru(i) ta’ destinazzjoni jew ta’ ħruġ mill-Komunità (kodiċi ISO) …

In-numru(i) tal-carnet TIR …

It-tip ta’ kontroll li wassal għall-verifiki tal-intitolament: …

Il-kontrolli mhux marbuta mal-aċċetazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali …

Il-kontrolli mwettqa matul l-iżdoganar ta’ dikjarazzjoni doganali inkluż teħid ta’ kampjun. …

Il-kontrolli mwettqa wara l-iżdoganar iżda qabel ir-rilaxx tal-proċedura doganali …

Il-kontrolli mwettqa wara r-rilaxx tal-proċedura doganali għall-merkanziji …

Il-kontrolli wara l-iżdoganar u t-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa …

Id-data(i) tar-rilaxx għandha tiġi kkomunikata fil-każ ta’ sitwazzjoni doganali li tinvolvi miżuri sospensivi …

Id-deskrizzjoni konċiża tal-avvenimenti li wasslu għall-osservazzjoni tal-intitolament …

3.   GĦAJNUNA REĊIPROKA

Il-każ ta’ għajnuna reċiproka (MA) skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (3) li jinvolvi s-servizzi tal-Kummissjoni (iva/le)

Ir-referenza tal-komunikazzjoni tal-MA …

Id-data meta ġiet riċevuta: …

Ir-rimarki (mhux obbligatorju): …

4.   VERIFIKA TAL-INTITOLAMENT

L-uffiċċju tal-verifika …

Id-data tal-verifika …

Ir-referenza tal-kontabbilità tal-verifika (mhux obbligatorju) …

Id-data ta’ inklużjoni fil-kont B (Artikolu 6 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000) …

Ir-referenza tal-kontabbilità fil-kont B (mhux obbligatorju) …

L-ammont totali stabbilit …

L-ammont ta’ dazji doganali u agrikoli stabbiliti bl-eċċezzjoni tad-dazji tas-sisa protettivi u ta’ kontra d-dumping …

L-ammont tad-dazji tas-sisa protettivi u ta’ kontra d-dumping stabbiliti …

L-ammont ta’ imposti fuq iz-zokkor/iżoglukożju stabbiliti …

L-ammont tad-dazji tas-sisa nazzjonali u tal-VAT stabbiliti korrispondenti (mhux obbligatorju) …

L-ammont totali tal-korrezzjoni (żieda jew tnaqqis) imwettqa wara l-ewwel osservazzjoni …

L-ammont tal-korrezzjoni (żieda jew tnaqqis) tad-dazji doganali u agrikoli mwettqa wara l-ewwel verifika bl-eċċezzjoni tad-dazji tas-sisa protettivi u ta’ kontra ddumping …

L-ammont tal-korrezzjoni (żieda jew tnaqqis) tad-dazji tas-sisa protettivi u ta’ kontra d-dumping mwettqa wara l-ewwel verifika …

L-ammont tal-korrezzjoni (żieda jew tnaqqis) tal-imposti fuq iz-zokkor/isoglukożju mwettqa wara l-ewwel verifika …

L-ammont tal-korrezzjoni (żieda jew tnaqqis) tad-dazji tas-sisa nazzjonali u tal-VAT korrispondenti mwettqa wara l-ewwel verifika (mhux obbligatorju) …

L-ammont totali tal-garanzija …

(L-ammont li jkopri r-riżorsi proprji tal-Komunità u fejn hu xieraq id-dazji nazzjonali. Dan jista’ jkun 0 f’każ ta’ eżenzjoni jew f’każ li l-garanzija ma ġietx ippreżentata)

Il-parti tal-garanzija li għandha tiġi allokata għar-riżorsi proprji tal-Komunità …

It-tip ta’ garanzija (obbligatorja, mhux obbligatorju, mhux prevista) …

It-tip ta’ garanzija obbligatorja …

Ir-raġuni għaliex garanzija prevista ma ġietx ippreżentata …

L-ammont tal-garanzija disponibbli għall-Komunità …

Id-data meta l-ammont tal-garanzija sar disponibbli …

5.   PROĊEDURA TA’ RKUPRU

(Jekk ikun hemm diversi debituri għall-istess dejn, din l-informazzjoni li ġejja għandha tkun ipprovduta għal kull wieħed minnhom:)

Id-debitur prinċipali jew id-debitur b’mod konġunt …

Id-data tan-notifika tad-dejn …

Id-data(i) tat-tfakkiriet għall-ħlas …

Il-verifika soġġetta għall-appell skont l-Artikolu 243(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 (iva/le)

Il-livelli milħuqa fil-proċedura ta’ appell …

Id-data tal-ewwel appell ippreżentat …

Id-data tan-notifika tas-sentenza definittiva …

Rimarki (mhux obbligatorju): …

Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni skont l-Artikoli 222 u 244 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u l-Artikolu 876a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (4) (iva/le)

Id-depożitu ta’ garanzija fil-każ ta’ sospensjoni (iva/le)

L-ammont tal-garanzija fil-każ ta’ sospensjoni …

Ir-raġunijiet għaliex l-ebda garanzija ma ġiet ippreżentata fil-każ ta’ sospensjoni …

(L-Istati Membri jridu jippreċiżaw jekk kienx hemm eżenzjoni ta’ garanzija minħabba diffikultajiet ekonomiċi u soċjali prevedibbli jew le kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw din id-deċiżjoni)

Il-faċilitajiet ta’ ħlas skont l-Artikolu 229 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 (ebda talba/talba miċħuda/talba aċċetata)

Id-deskrizzjoni tal-faċilitajiet ta’ ħlas …

Id-depożitu ta’ garanzija skont ir-regoli dwar il-faċilitajiet ta’ ħlas (iva/le)

L-ammont tal-garanzija marbuta mal-faċilitajiet ta’ ħlas …

Ir-raġuni għaliex l-ebda garanzija ma ġiet iddepożitata fil-każ ta’ faċilitajiet ta’ ħlas …

(L-Istati Membri jridu jippreċiżaw jekk kienx hemm eżenzjoni ta’ garanzija minħabba diffikultajiet ekonomiċi u soċjali prevedibbli jew le kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw din id-deċiżjoni)

Id-data ta’ ħruġ tal-ordni ta’ infurzar …

In-notifika tal-ordni ta’ infurzar (iva/le)

Id-data tan-notifika tal-ordni ta’ infurzar …

Il-Kummenti dwar l-ordni ta’ infurzar (mhux obbligatorju) …

Id-data tal-ewwel ħlas …

L-ammont tal-ewwel ħlas …

Id-data tal-aħħar ħlas …

L-ammont tal-aħħar ħlas …

L-ammont totali imħallas …

Id-data(i) tas-sekwestri …

L-ammont miksub permezz ta’ sekwestru …

Kummenti dwar is-sekwestru (mhux obbligatorju) …

Id-data ta’ ftuħ tal-proċeduri ta’ falliment/likwidazzjoni/insolvenza …

Id-data tad-dikjarazzjoni tal-pretensjoni fil-qafas ta’ dawn il-proċeduri …

Id-data tal-għeluq tal-proċeduri ta’ falliment/likwidazzjoni/insolvenza …

L-ammont tar-riżorsi proprji rkuprati fil-qafas tal-proċedura ta’ falliment/likwidazzjoni/insolvenza …

L-għajnuna reċiproka għall-irkupru pprovdut minn Stati Membri oħrajn (Direttiva tal-Kunsill 2008/55/KE (5) jew Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE (6)) (iva/le)

Ir-referenza tal-għajnuna reċiproka għall-irkupru …

L-Istat Membru mitlub …

Id-data tat-talba …

L-ammont irkuprat …

Id-data tat-tweġiba …

Il-kummenti dwar it-tweġiba (b’mod partikolari jekk l-Istat Membru mitlub ikun naqas milli jaġġixxi) …

6.   RAĠUNIJIET GĦALIEX L-IRKUPRU KIEN IMPOSSIBBLI GĦALL-AMMONT LI KIEN GĦAD FADAL

(F’din il-parti, l-Istati Membri għandhom jindikaw b’mod ċar pereżempju l-miżuri kollha ta’ implimentazzjoni konkreti meħuda u r-raġunijiet għaliex fil-każ ta’ proċedura ta’ falliment/likwidazzjoni/insolvenza, l-ammont rċevut ma kienx biżżejjed biex ikopri d-dejn jew għaliex ikopri parti biss mid-dejn)

(L-Istati Membri mhumiex mistennija li jipprovdu informazzjoni li diġà kienu kkomunikaw fil-punti 1 sa 5)

7.   INFORMAZZJONI OĦRA


(1)   ĠU L 89, 28.3.2006, p. 46.

(2)   ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(3)   ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1.

(4)   OJ L 253, 11.10.1993, p. 1.

(5)   ĠU L 150, 10.6.2008, p. 28.

(6)   ĠU L 73, 19.3.1976, p. 18.”


1.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' Ġunju 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2008/788/KE li tistabbilixxi l-ammonti netti li jirriżultaw mill-modulazzjoni fakultattiva fil-Portugall għas-snin 2009-2012

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 5095)

(It-test bil-Portugiż biss huwa awtentiku)

(2009/505/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi regoli għal modulazzjoni volontarja [fakultattiva] ta’ pagamenti diretti previsti fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/788/KE (2) tistabbilixxi l-ammonti netti li jirriżultaw mill-modulazzjoni fakultattiva fil-Portugall għas-snin 2009-2012.

(2)

L-Artikolu 1(5) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007 jipprovdi li r-rati stabbiliti bl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (3), imnaqqsa b’5 punti perċentwali, għandhom jitnaqqsu mir-rati tal-modulazzjoni fakultattiva applikata mill-Istati Membri. B’konsegwenza, l-ammonti netti li jirriżultaw mill-modulazzjoni fakultattiva għandhom jitnaqqsu.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/788/KE tiġi emendata,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2008/788/KE jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

L-ammonti netti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni fakultattiva għall-Portugall għas-snin 2009-2012 huma kif ġej:

Miljuni ta’ EUR

2009

2010

2011

2012

32,8

29,0

25,0

21,0 ”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tibda tapplika mis-sena tal-baġit 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Portugall.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 325.

(2)   ĠU L 271, 11.10.2008, p. 44.

(3)   ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.


1.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' Ġunju 2009

li taħtar il-membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/506/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni (1), b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tat-3 ta’ April 2009,

Billi:

(1)

Il-mandat ta’ erba’ membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinal Orfni, minn hawn ‘il quddiem “il-Kumitat”, stabbilit skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 141/2000, skada fil-15 ta’ April 2009. Membru tal-Kumitat li skadielu l-mandat tiegħu nħatar mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ Rakkomandazzjoni mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini. Tliet membri oħra li skadielhom il-mandat tagħhom inħatru mill-Kummissjoni biex jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti. Għaldaqstant, jinħtieġ li jinħatru erba’ membri fil-Kumitat.

(2)

L-Aġenzija Ewopea għall-Mediċini rrakkomandat persuna għall-ħatra.

(3)

Il-membri tal-Kumitat għandhom jinħatru għal perjodu ta’ tliet snin li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-persuna segwenti qiegħda b’hekk tinħatar membru tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Kumitat, biex tirrappreżenta lill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti għal terminu ta’ tliet snin, mill-1 ta’ Lulju 2009,

Is-Sinjura Lesley Claire GREENE

2.   Il-persuni segwenti qegħdin b’hekk jerġgħu jinħatru membri tal-Kumitat biex jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijet tal-pazjenti għal terminu ta’ tliet snin, mill-1 ta’ Lulju 2009,

 

Is-Sinjura Birthe Byskov HOLM

 

Dr Marie Pauline EVERS

Artikolu 2

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, il-persuna segwenti qiegħda b’hekk tinħatar mill-ġdid membru tal-Kumitat għal terminu ta’ tliet snin, mill-1 ta’ Lulju 2009,

Dr David LYONS.

Magħmula fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)   ĠU L 18, 22.1.2000, p. 1.


Rettifika

1.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/48


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 tal-20 ta' Jannar 2009, li jikkonċerna l-kompożizzjoni u l-ittikkettjar ta' oġġetti tal-ikel għal dawk li ma taqbilx magħhom il-glutina

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 16, 21 ta' Jannar 2009 )

F'paġna 4, fl-Artikolu 2 (b):

namiesto:

“ ‘glutina’ tfisser frazzjoni ta’ proteini minn qamħ, segala, xgħir, ħafur jew il-varjetajiet imħallta tagħhom u dawk derivati minnhom, li ċerti …”.

má byť:

“ ‘glutina’ tfisser frazzjoni ta’ proteini minn qamħ, segala, xgħir, ħafur jew il-varjetajiet imħallta tagħhom u dawk derivati minnha (mill-frazzjoni), li ċerti …”