ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.151.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 151

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
16 ta' Ġunju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 499/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 li testendi d-dazju definittiv anti-dumping impost bir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 fuq l-importazzjonijiet tal-pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkunsinnati mit-Tajlandja, kemm jekk ikun iddikjarat li oriġinaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 500/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2005 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

6

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 501/2009 tal-15 ta’ Ġunju 2009 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar id-Deċiżjoni 2009/62/KE

14

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 502/2009 tal-15 ta’ Ġunju 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

17

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 503/2009 tal-15 ta’ Ġunju 2009 li jffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Ġunju 2009

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 504/2009 tal-15 ta' Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 546/2003 dwar ċerti notifiki li jirrigwardjaw l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75, (KEE) Nru 2777/75 u (KEE) Nru 2783/75 fis-setturi tal-bajd u l-laħam tat-tjur

22

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/2009 tal-15 ta' Ġunju 2009 li jaġġusta l-obbligi tal-konsenja għaz-zokkor tal-kannamieli li għandu jiġi importat skont il-Protokoll AKP u l-Ftehim mal-Indja għall-perjodu ta’ konsenja 2008/2009 u għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Lulju 2009

23

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 506/2009 tal-15 ta’ Ġunju 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Olej rydzowy (STG)]

26

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2009 tal-15 ta' Ġunju 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Abbacchio Romano (IĠP))

27

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 508/2009 tal-15 ta' Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam mal-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur

28

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

 

 

2009/463/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni tat-18 ta’ Mejju 2009 dwar Pożizzjoni tal-Komunità fir-rigward ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE - Albanija li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu inklużi r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni

31

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/464/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ġunju 2009 li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tal-fajl li tressaq għal eżami dettaljat fid-dawl tal-inklużjoni possibbli tal-fluopyram fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4437)  ( 1 )

37

 

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

 

 

2009/465/KE

 

*

Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE (BĊE/2009/13)

39

 

 

III   Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/466/PESK tal-15 ta’ Ġunju 2009 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK dwar il-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea mwettqa fil-qafas tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo)

40

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/467/PESK tal-15 ta’ Ġunju 2009 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Afganistan u l-Pakistan u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2009/135/PESK

41

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/468/PESK tal-15 ta’ Ġunju 2009 li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2009/67/PESK

45

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1276/2008 tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-monitoraġġ, permezz ta’ verifiki fiżiċi tal-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli li qegħdin jirċievu rifużjonijiet jew somom oħra ( ĠU L 339, 18.12.2008 )

51

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 499/2009

tal-11 ta' Ġunju 2009

li testendi d-dazju definittiv anti-dumping impost bir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 fuq l-importazzjonijiet tal-pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkunsinnati mit-Tajlandja, kemm jekk ikun iddikjarat li oriġinaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA

1.   Il-miżuri eżistenti

(1)

Wara investigazzjoni (l-“investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 (2) (ir-“Regolament oriġinali”), impona dazju definittiv tal-antidumping fuq l-importazzjoni ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom (“HPT”jew il-“prodott ikkonċernat”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”).

(2)

Permezz tar-Regolament Nru 684/2008 (3) il-Kunsill ikkjarifika d-definizzjoni tal-oġġett tal-investigazzjoni oriġinali.

2.   Il-Bidu Ex-Officio

(3)

Wara l-investigazzjoni oriġinali, l-evidenza li kellha l-Kummissjoni wriet li l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjoni tal-HPT oriġinati mir-RPĊ qegħdin jiġu evitati permezz ta’ attivitajiet tal-immuntar tal-HPT (il-“prodott investigat”) fit-Tajlandja.

(4)

F’termini sodi l-evidenza prima facie għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni wriet li:

saret bidla sinifikanti fir-rutina tal-kummerċ li tinvolvi l-esportazzjoni mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajlandja lejn il-Komunità wara l-impożizzjoni tal-miżuri fuq il-prodott ikkonċernat, u ma hemmx raġuni biżżejjed jew ġustifikazzjoni għal tibdil bħal dan ħlief għall-impożizzjoni tad-dazju,

din il-bidla fir-rutina tal-kummerċ tidher li ġejja mill-attivitajiet tal-immuntar tal-HPT fit-Tajlandja,

l-effetti rimedjanti tal-miżuri eżistenti anti-dumping fuq il-prodott ikkonċernat kienu qegħdin jiddgħajjfu kemm fil-kwantità kif ukoll fil-prezz. Volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet mit-Tajlandja tal-HPT jidhru li ħadu post l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, kien hemm biżżejjed evidenza illi ż-żieda fl-importazzjoni qegħda ssir bi prezzijiet ferm inqas mill-prezz bla danni stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti,

il-prezzijiet tat-HPT kienu dumped f’paragun mal-valur normali stabbilit qabel għall-prodott ikkonċernat.

(5)

Wara li stabbiliet, b’konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed evidenza prima facie għall-bidu ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tat bidu għal investigazzjoni ex-officio, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 923/2008 (4) (ir-“Regolament ta’ bidu”) biex tiġi investigata l-allegata evażjoni tal-miżuri anti-dumping. Skont l-Artikolu 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament tal-bidu, tat ukoll istruzzjonijiet lill-awtoritajiet tad-dwana biex jirreġistraw l-importazzjonijiet tal-HPT li jkunu kkunsinnati mit-Tajlandja, mill-21 ta’ Settembru 2008, kemm jekk ikunu ddikjarati li joriginaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le.

3.   L-investiġazzjoni

(6)

Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-awtoritajiet tar-RPĊ, u tat-Tajlandja, lill-produtturi/esportaturi fir-RPĊ u fit-Tajlandja, l-importaturi fil-Komunità magħrufin li huma kkonċernati u l-industrija tal-Komunità bil-bidu tal-investigazzjoni. Il-kwestjonarji ntbagħtu lill-produtturi/esportaturi magħrufin fir-RPĊ u fit-Tajlandja kif ukoll lill-importaturi fil-Komunità magħrufin mill-Kummissjoni mill-investigazzjoni oriġinali u lill-partijiet li kienu ppreżentaw rwieħhom fi żmien l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ bidu. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fiż-żmien stipulat fir-Regolament ta’ bidu. Il-partijiet kollha ġew informati li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tista’ twassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u li s-sejbiet isiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

(7)

Ma ntbagħtu ebda risposti għall-kwestjonarji mill-esportaturi/produtturi fit-Tajlandja, u l-Kummissjoni ma rċeviet ebda kummenti mill-awtoritajiet Tajlandiżi. Kien hemm biss esportatur/importatur wieħed Tajlandiż tal-HPT li, skont l-informazzjoni li kellha l-Kummissjoni fiż-żmien tal-bidu, kien esporta l-HTP lejn il-Komunità fiż-żmien ta’ bejn l-2005 u l-PI (kif definit fil-premessa (10)) u kellu attivitajiet tal-immuntar tal-HPT fit-Tajlandja, dan ressaq li kien ġie llikwidat sa minn April 2008.

(8)

Produttur esportatur wieħed Ċiniż irrisponda għall-kwestjonarju billi ddikjara l-bejgħ tiegħu fl-esportazzjoni lejn il-KE u ammont żgħir ħafna ta’ esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn it-Tajlandja. L-awtoritajiet Ċiniżi ma bagħtu l-ebda kumment.

(9)

Fl-aħħar nett, disa’ importaturi mill-Komunità bagħtu r-risposti għall-kwestjonarju fejn irrappurtaw l-importazzjonijiet tagħhom miċ-Ċina u t-Tajlandja. Mir-risposti tagħhom, b’mod ġenerali, ġie konkluż li kien hemm żieda fl-importazzjoni mit-Tajlandja u tnaqqis f’daqqa fl-importazzjoni mir-RPĊ fl-2006, li kienet is-sena wara li daħal fis-seħħ id-dazju definittiv anti-dumping. Fis-snin ta’ wara, l-importazzjoni mir-RPĊ reġgħet żdiedet, u fl-istess ħin naqset daqsxejn l-importazzjoni mit-Tajlandja imma baqgħet f’livelli sew ogħla milli kienet fl-2005.

4.   Il-Perjodu ta’ investigazzjoni

(10)

Il-perjodu ta’ investigazzjoni kien bejn l-1 ta’ Settembru 2007 u l-31 ta’ Awwissu 2008 (il-“PI”). Inġabret id-dejta mill-2005 sa tmiem il-PI biex tiġi investigata l-bidla allegata fix-xejra tal-kummerċ u l-aspetti l-oħra stipulati fl-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku.

B.   IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

1.   Il-Konsiderazzjonijiet ġenerali/il-livell ta’ kooperazzjoni/il-metodoloġija

(11)

Kif intqal fil-premessa (7), l-ebda produttur/esportatur tal-HPT fit-Tajlandja ma kkoopera u pprovda d-dejta meħtieġa għall-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma kellhiex il-possibbiltà li tivverifika direttament mis-sors it-tip ta’ importazzjonijiet li kienu ntbagħtu mit-Tajlandja. Għalhekk, is-sejbiet fir-rigward ta’ esportazzjonijiet ta’ HPT ikkunsinnati mit-Tajlandja lejn il-Komunità kellhom isiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli b’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. F’dan il-kuntest ta’ min jinnota li la mill-informazzjoni li ntbagħtet mir-RPĊ u l-anqas minn dik ġejja minn importaturi Komunitarji ma ppremettew lill-Kummissjoni tiddetermina n-natura ta’ dawn l-importazzjonijiet.

(12)

Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ evażjoni twettqet billi ġie analizzat jekk kienx hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn il-pajjiżi terzi u l-Komunità, jekk din il-bidla kinitx ir-riżultat ta’ xi prassi, ta’ xi proċess jew ta’ ħidma, li għaliha ma kienx hemm kawża suffiċjenti jew ġustifikazzjoni ekonomika għajr l-impożizzjoni tad-dazju, jekk kienx hemm evidenza ta’ ħsara jew li l-effetti rimedjanti kienu qed jiddgħajfu f’termini tal-prezzijiet u/jew tal-kwantitajiet ta’ dan it-tip ta’ prodott, u jekk kienx hemm evidenza ta’ dumping f’paragun mal-valuri normali li kienu ġew stabbiliti qabel għal dan it-tip ta’ prodott, u jekk meħtieġ skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku.

2.   Il-prodott ikkonċernat u prodotti tal-istess tip

(13)

L-HTP huwa pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri xażis u ħajdroliks, li normalment jiġu ddikjarati bil-kodiċi NM ex 8427 90 00 u ex 8431 20 00 oriġinati mir-RPĊ. L-HTP huma ddefiniti bħala trakkijiet bir-roti b’dirgħajn forma ta’ furketta għat-tqandil tal-palits, iddisinjati biex jiġu mbuttati, miġbuda u mmexxija bl-idejn, fuq wiċċ lixx, invell u iebes, minn operatur pedonali bl-użu ta’ laċċ artikulat. L-HTP huma ddisinjati biss biex jgħollu t-tagħbija, billi jippompjaw il-laċċ, sa għoli biżżejjed għall-ġarr u ma għandhom l-ebda funzjoni jew użu ieħor bħal, pereżempju, (i) li jġorru u jerfgħu t-tagħbija biex ipoġġuha aktar fl-għoli jew jgħinu fil-ħżin tat-tagħbija (“highlifters”),(ii) li jistivaw pallet wieħed fuq l-ieħor (“stackers”), (iii) li jerfgħu t-tagħbija għal livell fejn isir ix-xogħol (“scissorlifts”) jew (iv) li jerfgħu u jiżnu t-tagħbija (“weighing trucks”).

(14)

Il-prodott investigat huwa l-pallet trucks tal-idejn (iddefinit l-istess bħall-prodott ikkonċernat) u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri x-xażis u l-ħajdroliks ikkunsinnati mit-Tajlandja (il-“prodott investigat”) kemm jekk ikun iddikjarat li joriġina mit-Tajlandja, kemm jekk ma jkunx, u normalment huwa ddikjarat bl-istess kodiċi NM bħall-prodott ikkonċernat.

(15)

Mill-informazzjoni disponibbli ġie konkluż li l-HPT li huma esportati lejn il-Komunità mir-RPĊ u dawk li jkunu kkunsinnati mit-Tajlandja lejn il-Komunità għandhom bażikament l-istess karatteristiċi fiżiċi u l-istess funzjoni. Għalhekk, huma ikkunsidrati bħala prodotti simili fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   Bidla fir-rutina tal-kummerċ bejn pajjiżi terzi u l-Komunità

(16)

Minħabba li ebda kumpanija Tajlandiża ma kkooperat, il-volum u l-valur tal-esportazzjoni Tajlandiża tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità kienu ddeterminati skont l-informazzjoni disponibbli, li f’dan il-każ kienet id-dejta statistika miġbura mill-Istati Membri u kkompilata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku, u dejta tal-Eurostat. Fir-rigward tad-dejta li ngħatat fir-risposti tal-importaturi mill-Komunità, l-investigazzjoni stabbiliet li n-numru ta’ esportazzjonijiet Tajlandiżi li ġew irrappurtati mill-importaturi fi ħdan il-Komunità kien jirrapreżenta biss parti żgħira mill-esportazzjoni totali mit-Tajlandja ta’ HPT matul il-PI, jiġifieri inqas minn 5 %. F’dawn iċ-ċirkostanzi, kien maħsub li l-istatistika li għandha l-Kummissjoni iżjed turi s-sitwazzjoni preċiża fir-rigward tal-volum u l-valur tal-esportazzjoni mit-Tajlandja minn dik l-infomazzjoni limitata li ngħatat mill-importaturi fi ħdan il-Komunità.

(17)

Wara li ġew imposti l-miżuri anti-dumping, l-importazzjoni tal-HPT mit-Tajlandja żdiedet minn 7 458 truck fl-2005 għal 64 706 truck fl-2007, u naqset għal 42 056 truck matul il-PI.

(18)

L-importazzjoni tal-HPT miċ-Ċina lejn il-KE żdiedet minn 240 639 truck fl-2005 għal 538 271 fl-2007 u 584 786 matul il-PI. Skont l-informazzjoni disponibbli, din iż-żieda hija prinċipalment attribwita għaż-żieda fl-esportazzjoni mill-uniku esportatur produttur li għandu r-rata ta’ dazju anti-dumping l-iżjed baxxa. Infatti, l-esportazzjoni miċ-Ċina minn din il-parti speċifika tirrappreżenta perċentaġġ kbir taż-żieda fl-importazzjoni ta’ HPT fil-KE mir-RPĊ bejn l-2005 u t-tmiem tal-PI.

(19)

B’kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni msemmija hawn fuq, ġie konkluż li saret bidla fir-rutina tal-kummerċ bejn il-KE, ir-RPĊ u t-Tajlandja. L-importazzjoni mir-RPĊ baqgħet tiżdied imma dan huwa attribwit direttament għall-esportazzjoni mingħand wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkoopera fl-investigazzjoni oriġinali u ngħatatlu l-inqas rata ta’ dazju anti-dumping. Min-naħa l-oħra, l-importazzjoni mit-Tajlandja żdiedet b’868 % bejn l-2005 u l-2007 u stabbiliżżat ruħa matul il-PI għal żieda ta’ 564 % fir-rigward tal-2005.

(20)

B’kollox, instab li minkejja li x-xejra tal-kummerċ wriet esportazzjoni persistenti mir-RPĊ, kien hemm ukoll żieda sinifikanti fl-esportazzjoni mit-Tajlandja. Din il-persistenza, jew iż-żieda kontinwa, minkejja li kienet ħafna iżgħar bejn l-2007 u l-PI minn dik li nstabet għall-esportazzjoni mir-RPĊ fl-investigazzjoni oriġinali, tispjega ruħa mill-fatt li l-biċċa l-kbira tal-esportazzjoni hija mill-kumpanija Ċiniża li għandha l-iżjed rata baxxa ta’ dazju anti-dumping. Ix-xejra tal-kummerċ fir-rigward tat-Tajlandja, min-naħa l-oħra, tista’ biss tkun spjegata bħala riżultat ta’ azzjonijiet li l-għan tagħhom huwa l-evażjoni tal-miżuri.

4.   Kawża insuffiċjenti jew ġustifikazzjoni ekonomika

(21)

L-importazzjoni lejn il-Komunità mit-Tajlandja bdiet tiżdied matul iż-żmien tal-ewwel investigazzjoni mmexxija mill-Komunità. Huwa mfakkar li l-awtoritajiet fit-Tajlandja kif ukoll il-produtturi/esportaturi Tajlandiżi potenzjali kienu ġew infurmati bl-investigazzjoni li hi għaddejja. Iżda ma waslet ebda evidenza li tispjega din iż-żieda sinifikanti, u l-ebda kumpanija Tajlandiża ma kkooperat fl-investigazzjoni billi rrispondiet għad-domandi tal-kwestjonarju. F’dan ir-rigward għandu jkun enfasizzat li, kif intqal fil-premessa (7) l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni fi żmien il-bidu tal-investigazzjoni tat ħjiel li hemm numru sinifikanti ta’ attivitajiet tal-immuntar ta’ HPT fit-Tajlandja. Min-naħa l-oħra, ma waslet ebda evidenza li tindika li kienet qed issir produzzjoni ġenwina fit-Tajlandja tal-HTP. Għalhekk ġie konkluż, fuq bażi tal-informazzjoni disponibbli, li fl-assenza ta’ xi kawża oħra adekwata jew xi ġustifikazzjoni ekonomika fl-ambitu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-bidla fir-rutina tal-kummerċ kienet ġejja minħabba l-impożizzjoni tad-dazju anti-dumping fuq l-HPT li joriġinaw fir-RPĊ.

5.   Id-dgħajfien tal-effetti ta’ rimedju tad-dazju anti-dumping (l-Artikolu 13(1))

(22)

L-investigazzjoni stabbiliet li l-importazzjonijiet mit-Tajlandja dgħajfu l-effetti rimedjanti tad-dazju anti-dumping kemm f’termini ta’ kwantità kif ukoll f’termini ta’ prezzijiet.

(23)

Huwa mfakkar li l-bidla fil-fluss kummerċjali ħadet ix-xejra ta’ żieda straordinarja fl-importazzjoni mit-Tajlandja. L-ewwel nett din dgħajfet l-effetti rimedjanti tal-miżuri anti-dumping f’dak li għandu x’jaqsam mal-kwantitajiet importati ġewwa s-suq tal-Komunità. Tabilħaqq, kieku l-importazzjoni lejn il-Komunità kienet ġejja mir-RPĊ flok mit-Tajlandja, aktarx li l-kwantitajiet importati kienu jkunu ħafna inqas minn dawk ġejjin mit-Tajlandja meta wieħed jikkonsidra li kien ikun hemm il-ħtieġa li wieħed iħallas, inter alia, id-dazju anti-dumping b’rati bejn is-7,6 % u s-46,7 %.

(24)

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ prezzijiet tal-prodotti kkonċernati kkunsinnati mit-Tajlandja, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, kien meħtieġ li issir referenza għad-dejta tal-Eurostat, (li kienu kkonfermati mid-dejta imsemmija fl-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku), li kienet l-aħjar evidenza disponibbli. L-informazzjoni ppreżentata mill-importaturi Komunitarji ma kenitx meqjusa bħala affidabbli għal kollox għar-raġunijiet mogħtija fil-premessa (16). F’dan ir-rigward ġie stabbilit li matul il-PI il-prezz medju tal-importazzjoni għall-esportazzjonijiet Tajlandiżi lejn il-Komunità kien sew inqas mil-livell ta’ eliminazzjoni ta’ danni għall-prezzijiet tal-Komunità li kienu ġew stabbiliti waqt l-investigazzjoni oriġinali. F’termini iżjed konkreti, il-prezz medju tal-importazzjoni tal-esportazzjonijiet Tajlandiżi lejn il-Komunità nstab li kien 48,9 % inqas mil-livell ta’ eliminazzjoni ta’ danni għall-prezzijiet tal-Komunità li kienu ġew stabbiliti waqt l-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, l-effetti rimedjanti tad-dazju impost f’dak li għandu x’jaqsam ma’ prezzijiet ddgħajfu.

(25)

Għalhekk ġie konkluż li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mit-Tajlandja dgħajfu l-effetti rimedjanti tad-dazju, kemm inkwantu l-kwantitajiet kif ukoll inkwantu l-prezzijiet.

6.   It-Test tad-Dumping (l-Artikolu 13(1))

(26)

Kif spjegat fil-premessi (7) u (16), minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, sabiex jiġi stabbilit matul il-PI jekk setgħetx tinstab prova ta’ dumping fir-rigward ta’ esportazzjonijiet mit-Tajlandja tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità, kienet użata d-dejta Eurostat fuq-livell NM skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku bħala l-bażi għat-twaqqif tal-prezzijiet tal- esportazzjoni lejn il-Komunità.

(27)

Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, dawn il-prezzjijiet tal-esportazzjoni ġew ipparagunati mal-valur normali stabbilit minn qabel, f’dan il-każ il-valur medju normali differenzjat li ġie stabbilit waqt l-investigazzjoni oriġinali.

(28)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni u skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, għall-iskop ta’ paragun tal-prezz ta’ esportazzjoni u l-valur normali, ġie meqjus li hu xieraq li wieħed jassumi li t-taħlita ta’ prodotti tal-merkanzija nnutata matul l-investigazzjoni preżenti kienet l-istess bħal dik fl-investigazzjoni oriġinali.

(29)

Skont l-Artikoli 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku, il-paragun tal-valur medju normali differenzjat kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali u l-valur medju miżjud tal-prezzijiet tal-esportazzjoni matul il-PI tal-investigazzjoni preżenti, kif stabbilit mid-dejta tal-Eurostat, irrappreżentat bħala perċentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas, wera marġini tad-dumping sinifikanti, jiġifieri 22,5 %.

(30)

Meta wieħed iqis il-marġini tad-dumping li hemm, u l-fatt li mhemmx evidenza li turi bidla sinifikanti fit-taħlita tal-prodotti esportati, huwa meqjus li hemm id-dumping f’paragun mal-valur normali stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali.

C.   IL-MIŻURI

(31)

Minħabba s-sejbiet ta’ hawn fuq, ġie konkluż li saret l-evażjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri eżistenti anti-dumping fuq l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ għandhom għalhekk jiġu estiżi għall-importazzjoni tal-istess prodott ikkunsinnat mit-Tajlandja, kemm jekk ikun iddikjarat li joriġina mit-Tajlandja kemm jekk le.

(32)

Il-miżuri li jridu jiġu estiżi għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament oriġinali għall-partijiet li ma kkooperawx, jiġifieri għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Għaldaqstant, għal dan ir-Regolament preżenti r-rata tad-dazju anti-dumping li tapplika għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, għandha tkun ta’ 46,7 %.

(33)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, li jistipula li kull miżura estiża tista’ tapplika għall-importazzjonijiet li daħlu fil-Komunità skont ir-reġistrazzjoni imposta mir-Regolament ta’ bidu, għandhom jinġabru d-dazji fuq dawk l-importazzjonijiet irreġistrati tal-HTPs ikkunsinnati mit-Tajlandja.

D.   IT-TALBIET GĦALL-EŻENZJONI

(34)

Huwa mfakkar li matul l-investigazzjoni preżenti ma nstab li kien hemm ebda esportatur/produttur Tajlandiż tal-HPT għall-Komunità fit-Tajlandja, jew ma kienx hemm wieħed li ppreżenta ruħu mal-Kummissjoni u kkoopera fil-proċediment. B’danakollu, kull esportatur/produttur Tajlandiż li hu meqjus li għandu x’jaqsam u li jikkunsidra li jagħmel talba għall-eżenzjoni mid-dazju anti-dumping estiż skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku ikun meħtieġ li jimla kwestjonarju sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi l-eżenzjoni hijiex iġġustifikata. Eżenzjoni ta’ din ix-xorta tista’ tingħata, pereżempju, wara li ssir valutazzjoni tas-sitwazzjoni fis-suq tal-prodott ikkonċernat, tal-kapaċità ta’ produzzjoni u tal-użu tal-kapaċità, tal-ksib u l-bejgħ u tal-probabbiltà li jitkomplew l-attivitajiet li għalihom mhemmx kawża suffiċjenti jew ġustifikazzjoni ekonomika u hemm evidenza ta’ dumping. Normalment il-Kummissjoni tagħmel ukoll spezzjoni ta’ verifikazzjoni fuq il-post. It-talba tkun trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni minnufih, bl-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment xi modifikazzjoni fl-attivitajiet tal-kumpanija marbutin mal-produzzjoni u l-bejgħ.

E.   IT-TAGĦRIF

(35)

Il-partijiet interessati ġew infurmati dwar il-fatti essenzali u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom il-Kunsill kellu ħsieb li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping li hemm fis-seħħ, u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw u jiġu mismugħa. Ma wasslu ebda kummenti li kienu jiġġustifikaw bidla fil-konklużjonijiet ta’ hawn fuq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-dazju definittiv anti-dumping li japplika għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” impost bir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 fuq l-importazzjoni ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri x-xażis u l-ħajdroliks, kif definiti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1174/2005, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 684/2008, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, huwa b’dan estiż għall-pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri x-xażis u l-ħajdroliks, kif definiti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1174/2005, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 684/2008, u li huma kklassifikati skont il-kodiċi NM ex 8427 90 00 u ex 8431 20 00 (kodiċi TARIC 8427900011 u 8431200011), li jkunu kkunsinnati mit-Tajlandja, kemm jekk ikun iddikjarat li joriġinaw mit-Tajlandja, kemm jekk le.

2.   Id-dazji estiżi permezz tal-paragrafu 1 għandhom jinġabru fuq importazzjonijiet irreġistrati b’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 923/2008 u l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96.

3.   Id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali għandhom japplikaw.

Artikolu 2

1.   It-talbiet għall-eżenzjoni mid-dazju estiż skont l-Artikolu 1 għandhom isiru bil-miktub f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jridu jkunu ffirmati minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta l-applikant. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N105 04/090

1040 Brussell

BELGIUM

Fax (32-2) 295 65 05

2.   Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv, tawtorizza b’deċiżjoni l-eżenzjoni ta’ importazzjonijiet li ma jevitawx il-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 mid-dazju estiż skont l-Artikolu 1.

Artikolu 3

L-awtoritajiet tad-dwana huma b’dan ordnati li jtemmu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, stabbiliti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 923/2008.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 11 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

G. SLAMEČKA


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 189, 21.7.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 192, 19.7.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 252, 20.9.2008, p. 3.


16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/6


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 500/2009

tal-11 ta’ Ġunju 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2005 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-MIŻURI FIS-SEĦĦ

(1)

Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2005 (2), il-Kunsill impona dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-“RPĊ”) (“ir-Regolament tal-miżuri definittivi”). Ir-rati ta’ dazju individwali kienu jvarjaw minn 0 % sa 37,9 % u l-livell ta’ dazju ta’ residwu kien stabbilit għal 47,8 %. Offerta ta’ impriża konġunta kienet aċċettata minn numru ta’ kumpaniji flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (CCME – China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products) mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/109/KE (3) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 268/2006 (4). Fid-dawl ta’ diversi rikjesti ġodda minn produtturi esportatuti, ir-Regolament tal-miżuri definittivi kien emendat minn żmien għal żmien – l-aktar reċenti f’April 2009 (5).

B.   IL-BIDU TAL-INVESTIGAZZJONI TA’ REVIŻJONI U L-PROĊEDURA

(2)

Fit-8 ta’ Novembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni interim, skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. It-talba kienet mibgħuta minn Eurofonte (“l-appikant”), f’isem disa’ produtturi Ewropej. L-applikant allega li kien hemm nuqqas ta’ ċarezza fl-ambitu tal-miżura kif stipulata fir-Regolament tal-miżuri definittivi. L-applikant allega li l-ambitu tal-prodott għandu jiġi ċċarat safejn jikkonċerna kkastjar magħmul minn ħadid duttili u b’mod partikolari jekk dan it-tip ta’ kkastjar jaqax fi ħdan id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(3)

Wara li ddeterminat li teżisti evidenza suffiċjenti għall-bidu ta’ reviżjoni interim parzjali, u wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni, permezz ta’ avviż (“l-Avviż ta’ bidu tar-reviżjoni”) ippublikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (6), bdiet investigazzjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni kienet limitata fl-ambitu għad-definizzjoni tal-prodott suġġett għall-miżuri fis-seħħ.

(4)

Il-Kummissjoni avżat lill-produtturi Komunitarji, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa, lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur kif ukoll lill-esportaturi magħrufa kollha fir-RPĊ bil-bidu tar-reviżjoni. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni mill-partijiet imsemmija hawn fuq u minn dawk il-partijiet li ppreżentaw ruħhom fil-limitu taż-żmien stipulat fl-Avviż ta’ bidu tar-reviżjoni. Il-Kummissjoni tat ukoll lill-partijiet interessati l-opportunità li jagħtu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta ta’ smigħ.

(5)

Risposti għall-kwestjonarju kienu mibgħuta minn 15-il produttur Komunitarju, disa’ importaturi fil-Komunità mhux relatati ma’ produtturi esportaturi Ċiniżi, utent Komunitarju u 17-il produttur esportatur Ċiniż.

(6)

Fuq talba tagħhom ingħataw seduti ta’ smigħ lil sitt partijiet interessati: l-applikant, produttur Komunitarju u erba’ importaturi.

C.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT

(7)

Il-prodott ikkonċernat, kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-miżuri definittivi, huwa prodotti tal-ħadid fondut li mhux daqshekk faċli li jinħadem ta’ tip użat biex ikopri u/jew jagħti aċċess għal sistemi tal-art jew taħt l-art, u partijiet tagħhom, kemm jekk ikunu maħdumin bil-magni kif ukoll jekk le, miksi, miżbugħ jew iffitjat ma’ materjali oħra, minbarra idranti tat-tifi tan-nar, li joriġinaw fir-RPĊ u kklassifikat bil-kodiċi NM 7325 10 50, 7325 10 92 u ex 7325 10 99 (kodiċi Taric 7325109910).

(8)

Fid-definizzjoni tal-prodott fl-istess Regolament, speċifikament fil-premessa (18), jissemma li l-ikkastjar hu magħmul minn ħadid griż jew duttili u li minkejja ċerti differenzi msemmija fil-premessi (20) sa (21), fil-premessi (22) sa (29) huwa konkluż li t-tipi kollha ta’ kkastjar għandhom l-istess karateristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi, li għandhom l-istess użu u li jistgħu jkunu kkunsidrati bħala tipi differenti tal-istess prodott.

(9)

Skont diversi partijiet interessati, it-terminu użat fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-miżuri definittivi biex jiddeskrivi l-prodott suġġett għall-miżuri (“prodotti tal-ħadid fondut li mhux daqshekk faċli li jinħadem”) ma jkoprix ikkastjar tal-ħadid duttili. Xi partijiet għamlu referenza għal sottotitolu ieħor tan-NM dwar tubi u fittings tal-pajpijiet ta’ ħadid fondut malleabbli (kodiċi ta-NM 7307 19 10) fejn l-Avviż ta’ spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda ssemmi li ħadid fondut sferiku (ħadid duttili) jista’ jinħadem. Kien għaldaqstant allegat li kkastjar tal-ħadid duttili ma kienx kopert mir-Regolament, anke jekk fil-parti deskrittiva ta’ dak ir-Regolament kien imsemmi li t-tipi kollha ta’ kkastjar jistgħu jkunu kkunsidrati tipi differenti tal-istess prodott.

D.   IS-SEJBIET TAL-INVESTIGAZZJONI

1.   Kummenti preliminari

(10)

Diversi partijiet interessati allegaw li r-reviżjoni tal-ambitu tal-prodott ma tkunx l-investigazzjoni xierqa biex tkun affaċċjata l-kwistjoni msemmija hawn fuq, iżda li l-Kummissjoni għandha tibda jew investigazzjoni ġdida anti-dumping skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku jew reviżjoni kontra l-ksur skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku.

(11)

Minħabba li l-għan tal-investigazzjoni huwa prinċiparjament l-eżaminar tal-ambitu tal-investigazzjoni oriġinali u t-tibdil, jekk ikun hemm bżonn, tal-parti operattiva skont dan, reviżjoni tal-ambitu tal-prodott skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku hija l-proċedura adegwata f’dan il-każ partikolari. Kemm investigazzjoni ġdida skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku kif ukoll investigazzjoni ta’ ksur skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku jindirizzaw ċirkostanzi differenti. Din tal-ewwel tista’, fost l-oħrajn, tintuża biex tinbeda investigazzjoni għal prodott li ma kienx investigat fl-investigazzjoni oriġinali (pereżempju permezz ta’ definizzjoni differenti jew oriġini minn pajjiżi li mhumiex suġġetti għall-miżuri). Din tal-aħħar tista’ tintuża bħala bażi għal investigazzjoni dwar jekk hemmx ksur fir-rigward tal-prodott suġġett għall-miżuri. Dan iż-żewġ tipi ta’ investigazzjoni mhumiex għalhekk adegwati fiċ-ċirkostanzi preżenti.

(12)

Il-bidu ta’ din ir-reviżjoni kien għalhekk intiż biex tkun żgurata l-applikazzjoni xierqa ta’ dawn il-miżuri anti-dumping.

2.   L-analiżi tal-investigazzjoni oriġinali

(13)

Fl-ewwel stadju, l-investigazzjoni oriġinali kienet analizzata biex ikun iddeterminat jekk dik l-investigazzjoni kinitx kopriet bis-sħiħ kemm ikkastjar tal-ħadid griż, kif ukoll dak tal-ħadid fondut duttili.

(14)

ta’ min jinnota mal-ewwel li fl-Avviż ta’ bidu tal-investigazzjon oriġinali (7), il-prodott huwa deskritt bħala “ċerti prodotti tal-ħadid fondut li mhux faċli li jinħadem ta’ tip użat biex jgħatti u/jew jipprovdi dħul f’sistemi mal-art jew taħt il-wiċċ, (…) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (…) normalment iddikjarat taħt il-kodiċi tan-NM 7325 10 50, 7325 10 92 u 7325 10 99.”

(15)

Il-kliem “normalment iddikjarat taħt” jagħmluha ċara li l-kodiċi tan-NM imsemmija fl-Avviż ta’ bidu kienu – kif normalment ikunu – mogħtija “bħala informazzjoni biss”. Għaldaqstant, il-partijiet interessati ma setgħux jassumu li l-prodotti koperti minn dawk il-kodiċi tan-NM biss kienu jiffurmaw parti mill-investigazzzjoni. Barra mill-informazzjoni dwar l-ambitu tal-prodott mogħtija fl-Avviż ta’ bidu, l-informazzjoni fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment oriġinali li kienet aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha tal-proċediment u li kienet mibgħuta lill-produturi esportaturi, importaturi, u utenti kollha elenkati fl-ilment kienet tinkludi dettalji ulterjuri.

(16)

Fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment, id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat hija eżatt hekk kif ippubblika fl-Avviż ta’ bidu. Aktar spjegazzjonijiet ta dik id-deskrizzjoni ġenerali jsegwu fil-punti 3.2-3.7 tal-ilment. Minn diversi elementi f’dawk il-punti huwa ċar li l-ilment kien ikopri prodotti magħmula minn ħadid kemm griż kif ukoll duttili. Pereżempju fil-punt 3.5, jissemma li “l-prodott huwa magħmul minn ħadid fondut li mhux faċli li jinħadem, li jista’ jkun griż jew ħadid fondut duttili”. Barra minn hekk, il-proċess tal-produzzjoni tal-ikkastjar magħmul minn ħadid fondut kemm griż kif ukoll duttili huwa deskritt fil-punt 3.4. tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment.

(17)

Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-Avviż ta’ bidu kien intiż li jkun aktar limitat mill-ambitu tal-ilment.

(18)

Barra minn hekk, matul l-investgazzjoni oriġinali, id-dejta dwar dumping u ħsara kienet miġbura dwar ikkastjar magħmul minn ħadid fondut kemm griż u kemm duttili. B’mod partikolari, fil-kwestjonarji li ntbagħtu lill-partijiet interessati magħrufa u lil dawk il-partijiet interessati li ppreżentaw ruħhom u talbu kwestjonarju, iż-żewġ tipi kienu inklużi fid-deskrizzjoni tat-tipi ta’ prodott li kellu jkun irrappurtat fil-klassifikazzjoni tal-prodott (in-numri ta’ kontroll tal-prodott). Għaldaqstant, kien ċar għall-partijiet kollha li kkooperaw li rċevew il-kwestjonarju li l-ikkastjar magħmul mill-ħadid fondut griż u duttili kien kopert mill-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-klassfikazzjoni tal-prodott tinkludi ż-żewp tipi tiżgura li s-sejbiet kollha dwar dumping, ħsara, kawża u interess Komunitarju tal-investigazzjoni oriġinali kienu jirreferu għal ikkastjar magħmul minn ħadid fondut griż u duttili.

(19)

Barra minn dan, it-test tal-iżvelar finali mibgħut lill-partijiet interessati kollha u r-Regolament tal-miżuri definittivi semmew f’diversi punti li l-ikkastjar jista’ jkun magħmul minn ħadid fondut griż jew duttili (ara b’mod partikolari l-premessi (18), (20) u (21)). Id-differenzi bejn iż-żewġ tipi ta’ kkastjar kienu eżaminati u spjegati (ara l-premessi msemmija aktar ‘il fuq). Fl-aħħar nett, il-konklużjoni definita fir-Regolament tal-miżuri definittivi kif stipulat fil-premessa (22) hija li l-investigazzjoni wriet li minkejja d-differenzi f’termini ta’ ħadid fondut griż jew duttili, kull tip ta’ kkastjar għandu l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi, għandu l-istess użu u jista’ jkun ikkunsidrat bħala tip differenti tal-istess prodott.

(20)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, wieħed jista’ jikkonkludi li l-investigazzjoni oriġinali kopriet kemm ikkastjar tal-ħadid fondut griż u duttili. Anke jekk wieħed jassumi li dan ma kienx ċar bis-sħiħ mill-Avviż ta’ bidu waħdu, il-partijiet interessati kellhom diversi possibbiltajiet biex jindunaw li l-investigazzjoni kopriet ikkastjar tal-ħadid fondut griż u duttili, billi dan kien imsemmi fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment, fil-kwestjonarji u billi dan kien żvelat fl-istadju definittiv lill-partijiet interessati.

(21)

Wara l-iżvelar tas-sejbiet finali ta’ din ir-reviżjoni, parti interessata allegat li l-Avviż ta’ bidu tal-investigazzjoni oriġinali kellu jindika l-ambitu tal-prodott b’mod ċar. Billi dan l-Avviż ta’ bidu semma biss ikkastjar magħmul minn ħadid fondut mhux malleabbli, importatur ta’ kkastjar magħmul minn ħadid fondut malleabbli jista’ jkun assigurat li l-prodotti tiegħu ma kinux koperti mill-investigazzjoni u ma kellu l-ebda bżonn jikkonsulta l-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment.

(22)

Fid-dawl tal-kliem tal-Avviż ta’ bidu oriġinali wieħed ma jistax jargumenta li kkastjar tal-ħadid fondut duttili kien eskluż b’mod impliċitu jew espliċitu mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. L-ewwel nett ta’ min jinnota li fl-Avviż ta’ bidu oriġinali, l-ewwel paragrafu, jissemma li l-Kummissjoni rċeviet “ilment (…) li jallega li l-importazzjonijiet ta’ ċertu kkastjar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (…), qegħdin ikunu l-oġġett ta’ dumping u għalhekk qegħdin jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja”. It-tieni nett, fit-tieni taqsima (“il-prodott”) jissemma li l-ikkastjar tal-ħadid fondut mhux malleabbli tat-tip użat biex jgħatti u/jew jagħti aċċess għal sistemi tal-art jew taħt wiċċ l-art se jkunu koperti, iżda mingħajr aktar speċifikazzjoni ta’ x’wieħed jista’ jifhem b’ “mhux malleabbli”. ta’ min ifakkar f’dan il-kuntest li l-kodiċi NM msemmija fl-Avviż ta’ bidu kienu espliċitament “mogħtija biss għall-informazzjoni” u għaldaqstant wieħed ma setax jargumenta li dawn illimitaw l-ambitu tal-investigazzjoni oriġinali. Għaldaqstant, l-Avviż ta’ bidu kien diġà jinkludi elementi li jindikaw lill-importatur jew produttur esportatur dwar ikkastjar magħmul minn ħadid duttili tat-tip użat biex jgħatti jew jagħti aċċess għal sistemi tal-art jew taħt wiċċ l-art li kkastjar duttili seta’ jkun kopert mill-investigazzjoni. Fid-dawl ta’ dan, dan l-argument huwa miċħud.

(23)

F’kull każ, anke jekk wieħed jassumi li dan ma kienx il-każ l-Avviż ta’ bidu tar-reviżjoni kien ċar dwar il-kwistjoni. Fit-taqsima 3 (il-bażi tar-reviżjoni) dan semma li filwaqt li l-parti deskrittiva tar-Regolament tal-miżuri definittivi kopriet ukoll ikkastjar tal-ħadid fondut duttili, l-ambitu tal-parti operattiva ta’ dak ir-Regolament jaf għandha bżonn tkun iċċarata dwar dan il-punt. Dan stieden lill-operaturi kollha b’mod espliċitu biex jagħtu l-opinjoni tagħhom, u jissottomettu kull evidenza bħala appoġġ għal dawn l-opinjonijiet. Madankollu, l-importartur ikkonċernat ma ssottometta l-ebda evidenza li wieħed jew aktar mill-fornituri tiegħu li kien/u suġġett/i għad-dazju ma fehemx/fehmux li l-investigazzjoni oriġinali kienet tkopri wkoll ikkastjar tal-ħadid duttili. F’dan il-kuntest ta’ min jinnota li l-Avviż ta’ bidu tar-reviżjoni saħaq fit-taqsima 9 li kull parti li jidhrilha hekk tista’ titlob reviżjoni oħra skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Madankollu, l-ebda esportatur li l-prodotti tiegħu huma suġġetti għad-dazju ma allega li ma fehemx, matul l-investigazzjoni oriġinali, li l-ikkastjar tal-ħadid duttili kien kopert ukoll, u li, għaldaqstant, issa, hemm bżonn titnieda reviżjoni ulterjuri biex tikkalkula mill-ġdid id-dazju applikabbli għall-prodotti tiegħu, inkluż dawk tal-ħadid duttili.

(24)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-argument tal-parti interessata huwa miċħud.

3.   Il-paragun bejn ikkastjar tal-ħadid duttili u kkastjar tal-ħadid griż

(25)

Sabiex ikun iċċarat jekk is-sejbiet fir-rigward ta’ kkastjar magħmul minn ħadid fondut griż u duttili kif stipulati fir-Regolament tal-miżuri definittivi kinux fil-fatt korretti, kien eżaminat jekk ikkastjar tal-ħadid duttili u kkastjar tal-ħadid griż kinux ikkunsidrati korrettament bħala bl-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi u l-istess użi, kif indikat fir-Regolament tal-miżuri definittivi

(a)   Il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi u l-interkambjabbiltà

(26)

Fir-rigward tal-karatteristiċi fiżiċi, il-forma finali tal-ikkastjar hija influwenzata mill-għan u l-kundizzjonijiet tal-installazzjoni tal-prodott iżda f’kull każ il-prodott irid ikun konformi mal-istandards fis-seħħ, kif stipulat, fost l-oħrajn, f’EN 1561, EN 1563, EN 124 u EN 1433.

(27)

Fir-rigward tal-karatteristiċi kimiċi tal-ikkastjar, kemm il-ħadid fondut griż kif ukoll dak duttili huma taħlita ta’ ħadid u karbonju. Filwaqt li hemm differenzi minimi fl-istruttura tal-materja prima u anke fil-materjal miżjud matul il-proċess ta’ produzzjoni (pereżempju manjeżju) il-prodotti finali ma juru ebda differenza sinifikanti f’dan ir-rigward.

(28)

Ta’ min jinnota li minħabba l-manjeżju miżjud matul il-proċess ta’ produzzjoni tal-ħadid duttili, il-mikrostruttura tal-ħadid fondut tinbidel minn forma laqxija/fuljettata (ħadid fondut griż) għal struttura sferika. Terminu aktar preċiż għall-ħadid duttili huwa għalhekk “ħadid fondut sferiku tal-graffit”.

(29)

Fir-rigward tal-karatteristiċi tekniċi, l-investigazzjoni wriet li l-ħadid fondut duttili, bil-kontra tal-ħadid fondut griż, għandu karatteristiċi tekniċi li jippermettu lill-materjal jiflaħ stress ta’ ksur akbar u, aktar importanti minn hekk, li jkun deformat b’mod aktar sinifikanti taħt saħħa kompressiva mingħajr ksur, jiġifieri il-ħadid fondut duttili għandu d-duttilità tal-plastik filwaqt li l-ħadid fondut griż jinqasam taħt stress kompressiv, jiġifieri huwa fraġli. L-investigazzjoni wriet ukoll li minkejja din id-differenza, karatteristiċi bażiċi mekkaniċi/tekniċi oħra bħal-laminar, ir-reżistenza għall-użu u l-elastiċità għall-ħadid fondut griż u l-ħadid fondut duttili huma paragunabbli.

(30)

Barra minn hekk, id-differenzi bejn il-ħadid fondut griż u duttili msemmija hawn fuq jaffettwaw biss id-disinn rikjest tal-ikkastjar (pereżempju jekk hemmx bżonn ta’ apparat biex jintrabat), iżda mhux l-utilità tal-ikkastjar għall-għan, li huwa biex jgħatti u/jew jagħti aċċess għal sistemi tal-art jew taħt il-wiċċ.

(31)

Il-prodotti tal-ħadid fondut użati għall-użu msemmi hawn fuq għanhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-istandards EN 124 (għatien tat-toqob tal-ispezzjonar u wċuħ tal-kanali) u EN 1433 (spralli tal-kanali). Iż-żewġ standards jispeċifikaw li l-materjal tal-ħadid fondut għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ EN 1561 jew ta’ EN 1563 (jiġifieri ħadid fondut griż jew duttili). Għaldaqstant, il-ħadid fondut kemm griż u kemm duttili huwa konformi mal-istandards, u għalhekk jista’ jkun ikkunsidrat interkambjabbli.

(b)   L-użu finali

(32)

Il-konsumaturi għandhom il-perċezzjoni li ż-żewġ tipi ta’ kkastjar huma l-istess prodott li jintuża biex jgħatti toqob tal-ispezzjonar, jipprovdu aċċess sigur u faċli għal netwerks taħt l-art jew biex jiġbru ilma tal-wiċċ (spralli). Iż-żewġ tipi jipprovdu soluzzjonijiet dejjiema fuq medda twila ta’ żmien.

(c)   Konklużjoni

(33)

Bħala konsegwenza wieħed jikkonkludi li għalkemm hemm differenzi minimi bejn iż-żewġ tipi tal-prodott, dawn kienu korrettament ikkunsidrati bħala prodott wieħed billi dawn għandhom l-istess karattersitiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi, jintużaw għall-istess għan u huma interkambjabbli. Dan jikkonferma s-sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali u l-premessi (18) u (20) – (22) tar-Regolament tal-miżuri definittivi.

(34)

Wara l-iżvelar finali, diversi partijiet interessati ikkuntestaw dawn is-sejbiet u saħqu li fl-investigazzjoni oriġinali kien diġà konkluż b’mod mhux korrett li l-ikkastjar magħmul minn ħadid fondut griż u duttili għandhom l-istess karatteristiċi u għandhom jitqiesu bħala prodott wieħed għall-għan tal-investigazzjoni. Dawn il-partijiet argumentaw li diversi fatturi jistgħu juru li ż-żewġ tipi ta’ kkastjar mhumiex paragunabbli u għandhom jitqiesu bħala prodotti differenti. B’mod partikolari, dawn il-partijiet semmew (i) id-differenzi fil-proċess tal-produzzjoni li jwasslu għal (ii) karattersitiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi kompletament differenti u (iii) struttura differenti tal-ispejjeż u (iv) perċezzjoni differenti tal-konsumatur. Sabiex jappoġġjaw din l-allegazzjoni, diversi opinjonijiet esperti kif ukoll pubblikazzjonijiet f’rivisti professjonali kienu sottomessi lill-Kummissjoni. Dawn l-opinjonijiet tal-esperti ffukaw l-aktar fuq id-differenzi bejn il-ħadid fondut duttili u l-ħadid fondut griż fl-istruttura tal-graffit kif ukoll id-differenzi tekniċi, jiġifieri l-fatt li l-ħadid duttili tista’ tinbidillu l-forma taħt stress kompressiv filwaqt li l-ħadid griż jinqasam taħt l-istess kundizzjonijiet.

(35)

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li din l-investigazzjoni kkonfermat li dawn huma fil-fatt id-differenzi bejn iż-żewġ tipi tal-prodott, jiġifieri l-ikkastjar tal-ħadid fondut griż u l-ikkastjar tal-ħadid fondut duttili. Il-fatt li l-manjeżju huwa miżjud matul il-proċess ta’ produzzjoni tal-ikkastjar tal-ħadid fondut duttili jbiddel l-istruttura tal-graffit minn laqxija/fuljettata għal sferika u jagħtiha karatteristiċi mekkaniċi differenti bħal ċerta deformità taħt stress kompressiv. Barra minn dan, l-ikkastjar tal-ħadid fondut duttili normalment għandhom bżonn disinn speċjali biex dawn jintrabtu mal-wiċċ. Madankollu, ta’ min jiftakar li hija prattika normali li wieħed jeżamina jekk prodotti jew tipi ta’ prodotti għandhomx l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi u jintużawx bażikament għall-istess użu biex ikun determinat jekk għandhomx jiffurmaw prodott wieħed għall-għan tal-investigazzjoni anti-dumping. Dan ifisser li t-tipi ta’ prodott ma għandhomx għalfejn ikunu identiċi f’kull aspett minn perspettiva xjentifika (jew perspettivi oħrajn), iżda li ċerti differenzi jistgħu jkunu aċċettati sakemm il-karatteristiċi bażiċi msemmija hawn fuq huma l-istess. Barra minn dan, ta’ min jiftakar li l-proċediment mhuwiex kontra l-importazzjoni tal-materjal innifsu pereżempju ħadid fondut, iżda kontra kkastjar użat biex jgħatti u/jew jagħti aċċess għal sistemi tal-art jew taħt il-wiċċ jew partijiet minnhom. L-insvestigazzjoni kkonfermat li l-ikkastjar tal-ħadid fondut duttili għandu l-istess karattersitiċi bażiċi ta’ kkastjar tal-ħadid fondut griż (ara l-argumenti fil-premessi (24)-(30) aktar ‘il fuq). Għaldaqstant, l-argument li l-ikkastjar tal-ħadid fondut griż u l-ikkastjar tal-ħadid fondut duttili ma għandhomx l-istess karatteristiċi bażiċi huwa miċħud.

4.   Spralli tal-kanali

(36)

Fil-qafas ta’ din l-investigazzjoni, żewġ kumpaniji allegaw li s-sistemi ta’ drenaġġ koperti mill-istandard EN 1433 ma għandhomx jaqgħu fl-ambitu tal-miżuri. Biex jappoġġjaw l-allegazzjoni tagħhom, il-partijiet interessati semmew li fir-Regolament tal-miżuri definittivi ssemma standard ieħor biss (EN 124) applikabbli għall-għatien tat-toqob tal-ispezzjonar u l-uċuħ tal-kanali, u li l-investigazzjoni oriġinali ffukat b’mod ċar fuq l-għatien tat-toqob tal-ispezzjonar.

(37)

L-ilmentatur allega li l-Avviż ta’ bidu tar-reviżjoni li tistipula l-qafas tar-reviżjoni parzjali interim ma jsemmix il-kwistjoni tal-ispralli tal-kanali u li għalhekk l-argumenti f’dan ir-rigward għandhom ikunu injorati. Dan l-argument huwa madankollu miċħud fid-dawl tal-fatt li l-Avviż ta’ bidu tar-reviżjoni stipula ukoll li l-ambitu tal-prodott għandu jkun ikkjarifikat. Il-fatt li ngħatat attenzjoni partikolari lill-kwistjoni jekk ikkastjar tal-ħadid fondut duttili huwiex kopert mill-miżuri ma jeskludix l-analiżi ta’ allegazzjonijiet oħrajn dwar l-ambitu tal-prodott.

(38)

L-ewwel nett kien eżaminat jekk l-ispralli tal-kanali kinux koperti mill-investigazzjoni oriġinali.

(39)

Kif imsemmi fil-premessa (14), l-Avviż ta’ bidu tal-investigazzjoni oriġinali ddeskriva l-prodott ikkonċernat bħala “ċerti prodotti tal-ħadid fondut mhux malleabbli ta’ tip użat biex jgħattu u/jew jipprovdu dħul f’sistemi mal-art jew taħt il-wiċċ, u partijiet ta’ dawn (…)”. Billi l-ispralli tal-kanali huma prodotti użati biex jgħattu sistemi mal-art jew taħt il-wiċċ u partijiet minnhom, l-Avviż ta’ bidu kellu jinqara li jinkludi spralli tal-kanali bħala tip ta’ kkastjar.

(40)

Barra minn dan, il-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment oriġinali espliċitament issemmi li l-prodott ikkonċernat “huwa normalment imsemmi b’referenza għall-użu tiegħu li huwa uċuħ tat-toqob tal-ispezzjonar (jew għatien tat-toqob tal-ispezzjonar), uċuħ tal-kanali jew spralli tal-kanali u kaxxi tal-wiċċ” (ara punt 3.2.). Referenza oħra għall-ispralli tal-kanali bħala parti mill-prodott ikkonċernat tinstab fil-punt 3.5 (id-drenaġġ effiċjenti tal-ilma tal-wiċċ) u 3.6.

(41)

Barra minn dan, l-ispralli tal-kanali kienu inklużi ukoll fid-deskrizzjoni tat-tipi tal-prodotti li kellhom ikunu rappurtati fil-kwestjonarju (numri ta’ kontroll tal-prodott) u l-partijiet kollha li kkooperaw li rċevew il-kwestjonarju kellhom jirrappurtaw il-bejgħ ta’ spralli tal-kanali wkoll. Għaldaqstant, is-sejbiet kollha dwar dumping, ħsara, kawża u interess Komunitarju tal-investigazzjoni oriġinali kienu jinkludu wkoll l-ispralli tal-kanali.

(42)

Barra minn dan, fir-Regolament tal-miżuri definittivi li kien ukoll żvelat lill-partijiet kollha interessati, b’mod partikolari fil-premessi (15)-(17), jissemma li l-ikkastjar huwa prinċipalment magħmul minn qafas li huwa mwaħħal fl-art u għatu jew sprall li jidhol flaxx ma’ kull wiċċ. Il-premessa (17) issemmi li l-għatien jew spralli huma disponibbli f’kull forma inkluż forom triangolari, tondi, kaxxi jew rettangolari, u aktar Fuq l-istess tema, fil-premessa (19) jissemma li l-preżentazzjonijiet differenti possibbli ta’ kkastjar bħall-għatien tat-toqob tal-ispezzjonar, għatien tal-kanali u kaxxi tal-wiċċ, huma suffiċjentement simili u għalhekk jiffurmaw prodott wieħed fl-ambitu tal-investigazzjoni. Għaldaqstant, il-kliem tar-Regolament tal-miżuri definittivi jindika li l-ispralli tal-kanali kienu inklużi wkoll bħala tip ta’ preżentazzjoni possibbli tal-ikkastjar.

(43)

Bħala konklużjoni, l-ispralli tal-kanali kienu inklużi fl-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni oriġinali, u dan seta’ jkun iddeterminat fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq.

(44)

Wara l-iżvelar finali, parti interessata allegat li la l-Avviż ta’ bidu u lanqas ir-Regolament tal-miżuri definittivi ma kienu ċari fir-rigward tal-inklużjoni tal-ispralli tal-kanali fl-ambitu tal-investigazzjoni. Din il-parti allegat li filwaqt li l-Avviż ta’ bidu tal-anqas ma kienx ċar fir-rigward tal-ispralli tal-kanali, il-premessa (16) tar-Regolament tal-miżuri definittivi speċifikat b’mod ċar li l-“ikkastjar għandu jipprovdi aċċess sigur u faċli għall-kamra ta’ taħt l-art, kemm għall-iskop ta’ spezzjonar fiżiku jew viżwali”. Billi s-sistemi tad-drenaġġ lineari ma jippermettux l-aċċess għall-bniedem għal kamra ta’ taħt l-art, iżda jservu għall-iskop tal-ilma tad-drenaġġ, huwa ċar li l-ispralli tal-kanali ma kinux koperti.

(45)

Mhuwiex miċħud li l-ispralli tal-kanali/sistemi tad-drenaġġ lineari li huma normalment magħmula minn kanal tad-drenaġġ u sprall fuqu jservu l-aktar għall-għan tad-drenaġġ tal-ilma minn wiċċ. Madankollu, dawn jippermettu wkoll għal aċċess sigur u faċli għal kamra taħt l-art li, f’dan il-każ, ikun il-kanal tad-drenaġġ. Jekk, pereżempju, il-kanal tad-drenaġġ ikun imblukkat bil-weraq jew oġġetti oħra, persuna tista’ wara li terfa’ l-isprall, taċċessa il-kanal tad-drenaġġ biex tneħħi l-imblukkar. Anke jekk wieħed jassumi li l-kanal tad-drenaġġ ma jistax ikun ikkunsidrat bħala li jifforma parti mill-kamra taħt l-art billi l-ikkastjar sħiħ jagħti aċċess għaliha, wieħed jista’ xorta jargumenta li l-isprall tal-kanal jgħatti kavità lineari fl-art li kienet imħaffra biex tippermetti d-drenaġġ tal-ilma. Qed ikun enfasizzat ukoll li s-sentenza fil-premessa msemmija ssemmi li l-aċċess jista’ jkun għall-iskop ta’ spezzjoni viżwali li hija bla dubju possibbli fil-każ ta’ spralli tal-kanali. Barra minn dan, is-sentenza msemmija minn dik il-parti trid tinqara fil-kuntest, jiġifieri flimkien mal-premessa (15) u l-bidu tal-premessa (16) Kif imsemmi aktar ‘il fuq, hemm stipulat li “l-ikkastjar huwa normalment magħmul minn qafas li huwa mwaħħal fl-art, u għatu jew sprall, li jidhol flaxx ma’ kull wiċċ użat minn persuni bil-mixi u/jew vetturi u li jiflaħ direttament it-toqol u l-impatt tat-traffiku tal-persuni bil-mixi u/jew vetturi. (…) L-ikkastjar iservi l-għan li jgħatti kamra taħt l-art u jrid jiflaħ il-piż tat-traffiku ta’ vetturi bil-mutur u/jew persuni bil-mixi. L-għatu jew sprall irid jibqa’ mwaħħal sew fil-qafas sabiex ikun evitat it-tniġġis bl-istorbju, ħsara lill-persuni u lill-vetturi”. L-investigazzjoni wriet li l-ispralli tal-kanali huma normalment magħmula minn kanal tad-drenaġġ li huwa mħaffer fl-art, u sprall, li jidhol flaxx ma’ kull wiċċ użat minn persuni bil-mixi u/jew vetturi u li jiflaħ direttament it-toqol u l-impatt tat-traffiku tal-persuni bil-mixi u/jew vetturi. Barra minn dan, l-isprall tal-kanal jista’ jintuza biex jagħti aċċess u/jew dħul għal kamra taħt l-art u dawn iridu wkoll isostnu l-piż tat-toqol tat-traffiku tal-vetturi bil-mutur u/jew persuni bil-mixi. Għaldaqstant, l-argument li l-ispralli tal-kanali kienu b’mod ċar mhux inklużi huwa miċħud.

(46)

Fit-tieni stadju, biex ikun ikkjarifikat jekk is-sejbiet dwar spralli tal-kanali kinux korretti, kien eżaminat jekk l-ispralli tal-kanali għandhomx l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bħall-ikkastjar l-ieħor u jekk kinux għalhekk korrettament ikkunsidrati, flimkien mat-tipi l-oħrajn ta’ kkastjar, bħala prodott wieħed.

(47)

L-investigazzjoni kkonfermat li l-ispralli tal-kanali huma kkastjar magħmul minn ħadid fondut griż jew duttili, u li huma ġeneralment magħmula minn qafas imwaħħal fl-art u sprall li joqgħod flaxx ma’ kull wiċċ. Il-qafas huwa poġġut direttament fuq il-wiċċ tal-kamra. L-ispralli tal-kanali jintużaw biex jgħattu l-art u jippermettu spezzjoni viżwali.

(48)

Filwaqt li huwa minnu li l-għan ewlieni tal-ispralli tal-kanali huwa d-drenaġġ tal-wiċċ minn ilma eċċessiv sabiex vetturi u ajruplani jkunu jistgħu jużaw it-triq/runway b’mod sigur, dan ma jeskludix li l-ispralli tal-kanal ma jservux l-għan li jgħattu kamra taħt l-art, kif imsemmi hawn fuq, u jridu wkoll isostnu l-piż tal-vetturi. Barra minn hekk, tipi oħrajn ta’ kkastjar (bħal uċuħ tal-kanali), ukoll, għandhom il-funzjoni tad-drenaġġ tal-ilma eċċessiv.

(49)

Fir-rigward tal-argument tal-istandard nieqes EN 1433 fir-Regolament tal-miżuri definittivi, ta’ min jinnota li fil-premessi (26) u (27) saret referenza għal EN 124 fil-prodott simili b’konnessjoni ma’ allegazzjoni mill-partijiet interessati li l-ikkastjar magħmul u mibjugħ fir-RPĊ u l-ikkastjar magħmul u mibjugħ mill-industrija Komunitarja mhumiex l-istess. Dan, min-naħa l-oħra, ma jfissirx li l-prodotti koperti minn EN 1433 ma kinux koperti. Ir-referenza (jew nuqqas tagħha) ta’ norma EN speċifika f’Regolament hija mogħtija biss għall-informazzjoni, u ma jfissirx li m’hemm l-ebda norma oħra li tista’ tkun applikabbli. Barra minn dan, l-istandard EN 1433 kien standard ġdid fiż-żmien tal-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali (April 2003 – Marzu 2004), applikabbli minn Awwissu 2003, u kien jeżisti flinkien mal-istandards nazzjonali sa Awwissu 2004. Għaldaqstant, fil-ħin tal-ġbir tad-dejta matul l-investigazzjoni oriġinali, dan l-istandard ma kienx operattiv bis-sħiħ u kien jeżisti flimkien ma’ standards oħrajn li jkopru l-istess prodott.

(50)

Għaldaqstant, huwa kkonfermat li din il-preżentazzjoni partikolari tal-ikkastjar għandha l-istess karattersitiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi ta’ għatien oħra ta’ toqob tal-ispezzjonar, uċuħ tal-kanali jew kaxxi tal-wiċċ.

(51)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa kkjarifikat li l-prodotti li jaqgħu taħt EN 1433 kienu suġġetti għall-ambitu tal-prodott u għandhom jibqgħu suġġetti għall-miżuri billi d-differenza misjuba fl-għan prinċipali mhijiex sinifikanti biżżejjed biex tiġġustifika l-esklużjoni ta’ din il-forma ta’ kkastjar.

5.   Il-bżonn għal emenda tal-parti operattiva tar-Regolament tal-miżuri definittivi – rimarki finali

(52)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, kien finalment ikkunsidrat xieraq li jkun eżaminat jekk il-kliem tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-miżuri definittivi u l-premessi (18) – (29) ta’ dak ir-Regolament kinux f’armonija mas-sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali u s-sejbiet ta’ hawn fuq. Fi kliem ieħor, il-kwistjoni kienet eżaminata biex ikun identifikat jekk wara kollox kienx hemm bżonn għal emenda tal-parti operattiva tar-Regolament tal-miżuri definittivi, u jekk setax wieħed jargumenta li l-verżjoni kurrenti tal-Artikolu 1 kinitx diġà tkopri b’mod ċar kull tip ta’ kkastjar tal-ħadid duttili. F’dan ir-rigward, il-kummenti li waslu minn partijiet interessati fuq il-parti tad-definizzjoni tal-prodott tar-Regolament tal-miżuri definittivi kienu wkoll ikkunsidrati kif xieraq.

(53)

Ta’ min jiftakar li l-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-miżuri definittivi jistipula li l-ikkastjar tal-ħadid fondut “mhux malleabbli” għandu jkun kopert. ta’ min jiftakar ukoll li l-investigazzjoni wriet li l-ħadid fondut duttili għandu d-duttilità tal-plastik (ara l-premessa 30).

(54)

Il-mistoqsija li għalhekk qamet kienet jekk il-ħadid fondut duttili għandux dejjem ikun ikkunsidrat bħala “mhux malleabbli” minn perspettiva teknika minkejja l-fatt li dan għandu d-duttilità tal-plastik. Fix-xjenza materjali “malleabbiltà” tirreferi għall-abilità tal-materjal li jibdel il-forma taħt stress kompressiv li huwa kkaratterizzat mill-abilità tal-materjal li jifforma folja rqiqa meta jkun imsammar jew imrembel. F’dan il-kuntest kien allegat mill-industrija Komunitarja li l-kunċett ta’ kkastjar magħmul minn ħadid fondut “mhux malleabbli” fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-miżuri definittivi jista’ jirreferi għall-ikkastjar kollu li mhuwiex magħmul minn ħadid fondut malleabbli, u dan jinkludi kkastjar tal-ħadid fondut griż u ħadid fondut duttili. Kien għalhekk allegat li f’dan is-sens, wieħed jista’ jargumenta li anke kkastjar tal-ħadid fondut duttili, meta mqabbel ma’ ħadid fondut malleabbli, mhuwiex malleabbli u għalhekk kopert mill-Artikolu 1 tar-Regolament tal-miżuri definittivi mid-dħul fis-seħħ tiegħu.

(55)

Madankollu, ta’ min jinnota li d-duttibbiltà u l-malleabbilità mhux dejjem għandhom korrelazzjoni; pereżempju, id-deheb huwa kemm duttili kif ukoll malleabbli, iżda ċ-ċomb huwa biss malleabbli. Barra minn hekk, matul l-investigazzjoni ta’ reviżjoni kienet ipprovduta evidenza li l-ħadid fondut duttili ma jbiddilx biss il-forma taħt stress tensili, iżda wkoll taħt stress kompressiv sa ċertu punt. Għaldaqstnat, minn perspettiva teknika jidher, li l-ħadid fondut duttili ma għandux jitqies bħala mhux malleabbli (f’liema każ ma jkun hemm l-ebda bżonn għal emenda tal-parti operattiva tar-Regolament tal-miżuri definittivi).

(56)

Madankollu, jibqa’ l-fatt li l-ikkastjar tal-ħadid fondut duttili kien kopert mill-investigazzjoni oriġinali. Sabiex tkun eskluża kull ambigwità possibbli fl-interpretazzjoni, ir-Regolament tal-miżuri definittvi għandu jinbidel skont dan. B’mod partikolari, ta’ min jiċċara li l-ambitu tal-prodott ikopri kkastjar tal-ħadid fondut mhux malleabbli u tal-ħadid fondut sferiku tal-graffit (ħadid duttili). Barra minn dan kodiċi tan-NM addizzjonali għandu jkun inkluż, jiġifieri kodiċi NM ex 7325 99 10 li jirreferi għal “prodotti oħra tal-fondut tal-ħadid u tal-azzar tal-ħadid fondut malleabbli”. Dan kien neċessarju biex ikun żgurat li d-dazju anti-dumping li kien meqjus xieraq għal (fost l-oħrajn) dan it-tip ta’ kkastjar tal-ħadid fondut duttili matul l-investigazzjoni orġinali issa jibda jsir applikabbli għalih.

6.   Ir-retroattività

(57)

Fl-Avviż ta’ bidu tar-reviżjoni, il-partijiet interessati kienu espliċitament mistiedna jikkummentaw dwar effett possibbli li r-retroattività tal-konklużjonijiet jista’ jkollha. Il-kwistjoni tar-retroattività kienet indirizzata minn diversi partijiet matul is-seduti u fis-sottomissjonijiet. B’mod ġenerali, il-partijiet kollha minbarra l-industrija Komunitarja esprimew in-nuqqas ta’ qbil tagħhom mal-applikazjoni tar-retroattività tar-riżultati tar-reviżjoni.

(58)

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-investigazzjoni kurrenti wriet li l-parti operattiva tar-Regolament tal-miżuri definittivi għandha tkun emendata sabiex ikun iċċarat l-ambitu tal-prodott u li għandu jiżdied kodiċi NM addizzjonali. Barra minn dan, jidher li fil-passat, xi operaturi bbażaw l-operat kummerċjali tagħhom fuq is-suppożizzjoni li kkastjar tal-ħadid duttili ma kienx kopert mid-dazju anti-dumping. Jekk l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ dan l-ikkastjar ikun retroattivament suġġett għad-dazju anti-dumping, l-operazzjonijiet ekonomiċi ta’ dawk l-operaturi jkunu affettwati b’mod serju. Fid-dawl ta’ dawn il-fatturi, jidher aktar xieraq li l-kjarifikazzjoni tal-ambitu tal-prodott għandu jkollha effett esklussivament għall-futur.

E.   KONKLUŻJONI

(59)

Fid-dawl tas-sejbiet ta’ hawn fuq, huwa kkunsidrat xieraq li r-Regolament (KE) Nru 1212/2005 ikun rivedut sabiex l-ambitu tal-prodott kopert minn dak ir-Regolament ikun iċċarat u biex jiddaħħal li l-ambitu tal-prodott jinkludi ħadid fondut mhux malleabbli u ħadid fondut sferiku tal-graffit (ħadid duttili). Barra minn dan, kodiċi addizjonali NM għandha tkun inkluża jiġifieri kodiċi NM ex 7325 99 10.

(60)

Is-sejbiet u l-proposta kienu żvelati lill-partijiet interessati u l-kummenti tagħhom ikkunsidrati fejn xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1212/2005 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Qiegħed jiġi b’dan impost dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ kkastjar tal-ħadid fondut mhux malleabbli u ħadid fondut graffit sferiku (ħadid duttili) tat-tip użat biex jgħatti u/jew jagħti aċċess għal sistemi fl-art jew taħt l-art, u partijiet minnhom, kemm jekk ikunu maħdumin bil-magni u kemm jekk le, miksijin jew miżbugħin jew iffitjati b’materjali oħra, minbarra idranti tat-tifi tan-nar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, bħalissa kklassifikat bil-kodiċi NM 7325 10 50, 7325 10 92, ex 7325 10 99 (kodiċi Taric 7325109910) u ex 7325 99 10 (kodiċi Taric 7325991010).”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 11 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

G. SLAMEČKA


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1

(2)  ĠU L 199, 29.7.2005, p. 1

(3)  ĠU L 47, 17.2.2006, p. 59

(4)  ĠU L 47, 17.2.2006, p. 3.

(5)  ĠU L 94, 8.4.2009, p. 1.

(6)  ĠU C 74, 20.3.2008, p. 66.

(7)  ĠU C 104, 30.4.2004, p. 62.


16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/14


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 501/2009

tal-15 ta’ Ġunju 2009

li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar id-Deċiżjoni 2009/62/KE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Jannar 2009 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/62/KE li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (2), li tistabbilixxi lista aġġornata ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika dak ir-Regolament.

(2)

Il-Kunsill ipprovda lil kull persuna, kull grupp u kull entità li għalihom dan kien possibbli fil-prattika b’dikjarazzjonijiet ta’ raġunijiet fejn fisser għaliex huma kienu elenkati fil-lista li tinsab fid-Deċiżjoni 2009/62/KE. Fil-każ ta’ persuna waħda, kienet ippreżentata dikjarazzjoni ta’ raġunijiet immodifikata f’Marzu 2009.

(3)

B’avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), il-Kunsill informa lill-persuni, lill-gruppi u lill-entitajiet elenkati fid-Deċiżjoni 2009/62/KE li hu ddeċida li jżommhom fuq il-lista. Il-Kunsill informa wkoll lill-persuni, lill-gruppi u lill-entitajiet ikkonċernati li kienet possibbli li tintalab dikjarazzjoni ta’ raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista fejn din ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom.

(4)

Il-Kunsill wettaq reviżjoni kompleta tal-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament. Meta għamel dan, huwa ħa kont ta’ osservazzjonijiet ippreżentati lill-Kunsill minn dawk ikkonċernati.

(5)

Il-Kunsill iddetermina li ma għadx hemm raġunijiet biex jinżammu ċerti persuni fuq il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 u l-lista għandha tiġi adattata kif meħtieġ.

(6)

Il-Kunsill ikkonkluda li bl-eċċezzjoni tal-persuni msemmija fil-premessa (5), il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet l-oħra elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament kienu involuti f’atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (4), li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu suġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(7)

Il-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi sostitwita bil-lista li tinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2009/62/KE hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 15 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kunsill

Il President

J. KOHOUT


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(2)  ĠU L 23, 27.1.2009, p. 25.

(3)  ĠU C 136, 16.6.2009, p. 35.

(4)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.


ANNESS

Lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

1.   PERSUNI

1.

ABOU, Rabah Naami (magħruf ukoll bħala Naami Hamza; magħruf ukoll bħala Mihoubi Faycal; magħruf ukoll bħala Fellah Ahmed; magħruf ukoll bħala Dafri Rèmi Lahdi) imwieled fl-1.2.1966 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al- Hijra”)

2.

ABOUD, Maisi (magħruf ukoll bħala l-Abderrahmane Svizzeru) imwieled fis- 17.10.1964 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

3.

AL-MUGHASSIL, Ahmad Ibrahim (magħruf ukoll bħala ABU OMRAN; magħruf ukoll bħala AL-MUGHASSIL, Ahmed Ibrahim) imwieled fis-26.6.1967 f’Qatif-Bab al Shamal (Arabja Sawdita); ċittadin tal-Arabja Sawdita

4.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Arabja Sawdita); ċittadin ta' Arabja Sawdita

5.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut, l-Arabja Sawdita; ċittadin tal-Arabja Sawdita

6.

ARIOUA, Kamel (magħruf ukoll bħala Lamine Kamel) imwieled fit-18.8.1969 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

7.

ASLI, Mohamed (magħruf ukoll bħala Dahmane Mohamed) imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

8.

ASLI, Rabah imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

9.

ATWA, Ali (magħruf ukoll bħala BOUSLIM, Ammar Mansour; magħruf ukoll bħala SALIM, Hassan Rostom), il-Libanu, imwieled fl-1960 fil-Libanu; ċittadin tal-Libanu

10.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR; magħruf ukoll bħala SOBIAR; magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (l-Olanda) (Membru tal-“Hofstadgroep”)

11.

DARIB, Noureddine (magħruf ukoll bħala Carreto; magħruf ukoll bħala Zitoun Mourad) imwieled fl-1.2.1972 fl-Alġerija (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

12.

DJABALI, Abderrahmane (magħruf ukoll bħala Touil) imwieled fl-1.6.1970 fl- Alġerija (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

13.

EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI; magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Abu AL KA’E KA’E; magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE; magħruf ukoll bħala FOUAD; magħruf ukoll bħala FZAD; magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI; magħruf ukoll bħala Ben MOHAMMED; magħruf ukoll bħala Ben Mohand BEN LARBI; magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand IBN LARBI; magħruf ukoll bħala Abu TAHAR; magħruf ukoll bħala EGGIE), imwieled fil-15.8.1982 f’Midar (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) N829139 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

14.

EL-HOORIE, Ali Saed Bin Ali (magħruf ukoll bħala AL-HOURI, Ali Saed Bin Ali; magħruf ukoll bħala EL-HOURI, Ali Saed Bin Ali) imwieled fl-10.7.1965 jew il- 11.7.1965 f'El Dibabiya, (l-Arabja Sawdita); ċittadin tal-Arabja Sawdita

15.

FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl-10.9.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

16.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil- Libanu, ċittadin tal-Libanu

17.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555

18.

MOKTARI, Fateh (magħruf ukoll bħala Ferdi Omar) imwieled fis-26.12.1974 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

19.

NOUARA, Farid imwieled fil-25.11.1973 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

20.

RESSOUS, Hoari (magħruf ukoll bħala Hallasa Farid) imwieled fil-11.9.1968 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

21.

SEDKAOUI, Noureddine (magħruf ukoll bħala Nounou) imwieled fit-23.6.1963 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

22.

SELMANI, Abdelghani (magħruf ukoll bħala Gano) imwieled fl-14.6.1974 f’Alġeri (l- Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

23.

SENOUCI, Sofiane imwielda fil-15.4.1971 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’“al-Takfir” u “al-Hijra”)

24.

SISON, Jose Maria (magħruf ukoll bħala Armando Liwanag, magħruf ukoll bħala Joma, li għandu rwol prinċipali fil-Partit Komunista tal-Filippini inkluż l-NPA) imwieled fit- 8.2.1939 f’Cabugao, il-Filippini

25.

TINGUALI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Mouh di Kouba) imwieled fil- 21.4.1964 fi Blida (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

26.

WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah; magħruf ukoll bħala David), imwieled fis-6.3.1985 f’Amersfoort (l-Olanda), Nru tal-passaport (l- Olanda) NE8146378 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

2.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

L-Organizzazzjoni Abu Nidal (“ANO”), (magħrufa ukoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah”, il-“Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, “Settembru l- Iswed”, u l-“Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”)

2.

“Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa”

3.

“Al-Aqsa e.V.”

4.

“Al-Takfir” u “Al-Hijra”

5.

“Aum Shinrikyo” (magħruf ukoll bħala “AUM”, magħruf ukoll bħala “Aum Verita Suprema,” magħruf ukoll bħala “Aleph”)

6.

“Babbar Khalsa”

7.

Il-“Partit Komunista tal-Filippini”, inkluż “l-Armata l-Ġdida tal-Poplu” - “NPA”, il-Filippini, marbuta ma’ SISON Jose Maria C. (magħruf ukoll bħala Armando Liwang, magħruf ukoll bħala Joma, li għandu rwol prinċipali fil-“Partit Komunista tal-Filippini” inkluża l-“NPA”)

8.

“Gama'a al-Islamiyya” (“Grupp Islamiku”), (magħruf ukoll bħala “Al-Gama'a al-Islamiyya” - “IG”) “İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi”“IBDA-C”(Il-Front Kbir Islamiku tal- Ġellieda tal-Lvant)

9.

“İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” – “IBDA-C” (“Great Islamic Eastern Warriors Front”)

10.

“Hamas” (inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”)

11.

“Hizbul Mujahideen ”(“HM”)

12.

“Hofstadgroep”

13.

Il-“Fondazzjoni ta' l-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp”

14.

Il-“Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh” (“ISYF”)

15.

“Kahane Chai” (“Kach”)

16.

Il-“Forza Khalisan Zindabad” (“KZF”)

17.

Il-“Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan” (“PKK”), (magħruf ukoll bħala “KADEK”; magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”)

18.

“Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam” (“LTTE”)

19.

L-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali” (“Ejército de Liberación Nacional”)

20.

Il-“Front għal-Liberazzjoni tal-Palestina” (“PLF”)

21.

Il-“Jihad Islamika Palestinjana” (“PIJ”)

22.

Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” (“PFLP”)

23.

Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali”, (magħruf ukoll bħala “PFLP – Kmand Ġenerali”)

24.

“Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia”“Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja” (“FARC”)

25.

“Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi”“L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu” (“DHKP/C”), (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Xellug Rivoluzzjonarju”), “Dev Sol”)

26.

It-“Triq li Tiddi” (SL) (“Sendero Luminoso”)

27.

“Stichting Al Aqsa” (magħruf ukoll bħala “Stichting Al Aqsa Nederland”, magħruf ukoll bħala “Al Aqsa Nederland”)

28.

“TAK” - “Teyrbazen Azadiya Kurdistan”, magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”, il-“Kurdistan Freedom Hawks”

29.

Il-“Forzi/Grupp Magħqud(a) għad-Difiża Leġittima tal-Kolombja” (“AUC”) (“Autodefensas Unidas de Colombia”)


16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 502/2009

tal-15 ta’ Ġunju 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

37,3

MK

35,9

TR

53,6

ZA

28,0

ZZ

38,7

0707 00 05

MK

31,4

TR

129,3

ZZ

80,4

0709 90 70

TR

108,5

ZZ

108,5

0805 50 10

AR

65,1

BR

104,3

TR

54,8

ZA

87,2

ZZ

77,9

0808 10 80

AR

78,3

BR

73,7

CL

78,6

CN

100,0

NZ

104,6

US

122,4

UY

49,5

ZA

80,3

ZZ

85,9

0809 10 00

TN

146,2

TR

177,7

ZZ

162,0

0809 20 95

TR

442,2

ZZ

442,2

0809 30

TR

193,8

US

340,6

ZZ

267,2

0809 40 05

CL

118,9

ZZ

118,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 503/2009

tal-15 ta’ Ġunju 2009

li jffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Ġunju 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mis-16 ta’ Ġunju 2009, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Ġunju 2009, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Ġunju 2009

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

45,92

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

6,29

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

6,29

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

45,92


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

1.6.2009-12.6.2009

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

209,13

123,04

Prezz FOB USA

211,11

201,11

181,11

98,17

Tariffa fuq il-Golf

12,20

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

8,93

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

20,49  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

17,93  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 504/2009

tal-15 ta' Ġunju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 546/2003 dwar ċerti notifiki li jirrigwardjaw l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75, (KEE) Nru 2777/75 u (KEE) Nru 2783/75 fis-setturi tal-bajd u l-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 192, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ u l-lactalbumin (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 546/2003 (3) jipprovdi li l-Istati Membri jeħtiġilhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull nhar ta’ Ħamis dwar il-prezz tal-bejgħ fl-istabbilimenti tal-ippakkjar għall-bajd tal-klassi A minn tiġieġ fil-gaġeġ, jiġifieri l-medja tal-kategoriji L u M. Ċerti Stati Membri ttrasponew id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta’ Lulju 1999 li tistabbilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid (4) billi fit-territorju tagħhom imponew standards tal-benessri aktar stretti mill-istandards minimi ffissati f’dik id-Direttiva. B’konsegwenza ta’ dan, ċerti metodi ta’ trobbija għat-tiġieġ tal-bidien ma baqgħux jitħaddmu fl-Istati Membri kollha. Għal din ir-raġuni, l-Istati Membri li ma għadhomx fil-qagħda li jikkomunikaw lill-Kumissjoni l-prezz tal-bajd prodott fil-gaġeġ għandhom jikkomunikawlha l-prezz tal-bajd prodott fl-imtamar.

(2)

Għal finijiet ta’ armonizzazzjoni, il-komunikazzjonijiet kollha marbuta mal-prezzijiet fis-settur tal-laħam għandhom jintbagħtu fl-istess ġurnata fost il-ġimgħa; għalhekk huwa f’loku li n-notifiki jsiru nhar ta’ Erbgħa.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 546/2003 għaldaqstant għandu jkun emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 546/2003, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Sa mhux aktar tard minn 12:00 (ħin ta’ Brussell) kull nhar ta’ Erbgħa, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni elettronikament:

(a)

il-prezz tal-bejgħ fl-istabbilimenti tal-ippakkjar għall-bajd tal-klassi A minn tiġieġ fil-gaġeġ, jiġifieri l-medja tal-kategoriji L u M, jew, fejn il-produzzjoni fil-gaġeġ ma għadhiex rappreżentattiva, il-prezz tal-bejgħ tal-bajd prodott minn tiġieġ tal-bidien miżmuma f’sistema tal-matmura, filwaqt li jindikaw li l-prezz tal-bejgħ jirreferi għal bajd prodott fil-matmura;

(b)

il-prezz tal-bejgħ fl-impjanti tat-tbiċċir jew il-prezzijiet bl-ingrossa rreġistrati fis-swieq rapreżentattivi għal tiġieġ sħiħ tal-klassi A magħrufa bħala ‘tiġieġ tal-65 %’, jew inkella għal preżentazzjoni oħra ta’ tiġieġ sħiħ, jekk tkun aktar rappreżentattiva.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 104.

(3)  ĠU L 81, 28.3.2003, p. 12.

(4)  ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53.


16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 505/2009

tal-15 ta' Ġunju 2009

li jaġġusta l-obbligi tal-konsenja għaz-zokkor tal-kannamieli li għandu jiġi importat skont il-Protokoll AKP u l-Ftehim mal-Indja għall-perjodu ta’ konsenja 2008/2009 u għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Lulju 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 153(4) tiegħu, b’rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u l-irfinar tal-prodotti taz-zokkor skont ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali (2) jipprovdi għal regoli ddettaljati għall-iffissar tal-obbligi tal-kunsinna bħala mingħajr dazju għal prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1701, espressi f’ekwivalenti ta’ zokkor abjad, għall-importazzjonijiet li joriġinaw f’pajjiżi li huma firmatarji għall-Protokoll AKP u l-Ftehim mal-Indja.

(2)

Dawn il-kwantitajiet kienu ffissati proviżorjament mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 403/2008 tas-6 ta’ Mejju 2008 li jiffissa proviżorjament obbligi ta’ konsenja għal zokkor tal-kannamiela li għandu jiġi impurtat taħt il-Protokoll AKP u l-Ftehim mal-Indja għall-perjodu ta’ konsenja 2008/2009 (3) u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1088/2008 tal-5 ta’ Novembru 2008 li jistipula b’mod proviżorju l-obbligi tal-konsenja taz-zokkor tal-kannamieli li għandu jiġi importat skont il-Protokoll AKP u l-Ftehim mal-Indja għall-perjodu ta’ konsenja li jibda mill-1 ta’ Lulju 2009 (4).

(3)

L-Artikolu 7(1) u (2) tal-Protokoll AKP jistipula r-regoli għall-każijiet fejn Stat mill-AKP jonqos milli jikkonsenja l-kwantità miftehma.

(4)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Barbados, tal-Kongo, tal-Ġamajka, tal-Mawrizju, tat-Tanzanija u tat-Trinidad u Tobago infurmaw lill-Kummissjoni li ma jistgħux jikkonsenjaw il-kwantitajiet kollha miftiehma magħhom għaż-żewġ perjodi ta’ konsenja kkonċernati.

(5)

Wara konsultazzjoni mal-Istati mill-AKP ikkonċernati, l-allokazzjoni mill-ġdid tan-nuqqas tal-kwantità għandha ssir għall-perjodu tal-konsenja 2008/2009.

(6)

L-obbligi tal-konsenja għall-perjodu tal-konsenja 2008/2009 u l-perjodu tal-konsenja li jibda mill-1 ta’ Lulju 2009 għandhom ikunu aġġustati skont l-Artikoli 12(1), 12(2)(c) u 12(4) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u tar-Regolamenti (KE) Nru 403/2008 u (KE) Nru 1088/2008 għandhom għalhekk jitħassru.

(7)

Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jistipula li l-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu ma għandux japplika għal kwantità allokata mill-ġdid skont l-Artikolu 7(1) jew (2) tal-Protokoll AKP. Il-kwantità allokata mill-ġdid skont dan ir-Regolament għandha għalhekk tiġi importata qabel it-30 ta’ Ġunju 2009. Madankollu, din l-allokazzjoni mill-ġdid tinvolvi wkoll t-trasferiment tal-kwantitajiet mill-perjodu tal-konsenja li jibda mill-1 ta’ Lulju 2009. Għalhekk il-flessibbiltà tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandha tapplika wkoll għall-kwantità allokata mill-ġdid skont dan ir-Regolament.

(8)

Skont l-Artikolu 153(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-liċenzji tal-importazzjoni taz-zokkor għar-raffinar għandhom jinħarġu biss lir-raffinaturi full-time sakemm il-kwantitajiet konċernati ma jaqbżux il-kwantitajiet li jistgħu jiġu importati fil-qafas tal-provvista tradizzjonali meħtieġa msemmija fl-Artikolu 153(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Madankollu, skont l-Artikolu 155 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ deroga mill-Artikolu 153(3) ta’ dak ir-Regolament sabiex tiżgura li z-zokkor mill-AKP u l-Indja jiġi importat fl-Komunità skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-Protokoll AKP u l-Ftehim mal-Indja. Għall-perjodu ta’ konsenja li jibda mill-1 ta’ Lulju 2009 u b’konsiderazzjoni tat-tnaqqis fil-prezz taz-zokkor tal-kannamieli importat u mhux maħdum fl-1 ta’ Ottubru 2009, dawn il-kundizzjonijiet jistgħu biss jiġu sodisfatti jekk in-negozjanti jkollhom aċċess għal-liċenzji tal-importazzjoni taz-zokkor għar-raffinar. Huwa għalhekk meħtieġ li jkun hemm deroga mill-Artikolu 10(1) tar-Regoalment (KE) Nru 950/2006 li jillimita t-tressiq tal-applikazzjonijiet għaz-zokkor għar-raffinar għar-raffinaturi full-time.

(9)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-obbligi għall-konsenji tal-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi firmatarji għall-Protokoll tal-AKP u għall-Ftehim mal-Indja fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1701, espressi f’ekwivalenti ta’ tunnellati ta’ zokkor abjad, fil-perjodu ta’ konsenja 2008/2009 u l-perjodu ta’ konsenja li jibda mill-1 ta’ Lulju 2009 għal kull pajjiż esportatur ikkonċernat, huma b’dan aġġustati kif jidher fl-Anness.

Artikolu 2

B’deroga mill-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006, l-Artikolu 14(1) ta’ dak ir-Regolament għandu japplika għall-kwantità allokata mill-ġdid skont dan ir-Regolament u importata wara t-30 ta’ Ġunju 2009.

Artikolu 3

Għall-obbligi tal-konsenja tal-perjodu tal-konsenja li jibda mill-1 ta’ Lulju 2009 u permezz ta’ deroga mill-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 (5), l-applikanti kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 jistgħu jressqu applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni taz-zokkor għar-raffinar fl-Istat Membru fejn huma reġistrati għall-finijiet tal-VAT.

Artikolu 4

Ir-Regolamenti (KE) Nru 403/2008 u (KE) Nru 1088/2008 huma abrogati.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 322M, 2.12.2008, p. 205.

(3)  ĠU L 120, 7.5.2008, p. 6

(4)  ĠU L 297, 6.11.2008, p. 12

(5)  ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 387.


ANNESS

L-obbligi għall-konsenji tal-importazzjonijiet taz-zokkor preferenzjali li joriġinaw fil-pajjiżi firmatarji għall-Protokoll AKP u għall-Ftehim mal-Indja espressi f’ekwivalenti ta’ tunnellati ta’ zokkor abjad, għall-perjodu 2008/2009:

Il-pajjiż firmatarju għall-Protokoll AKP jew għall-Ftehim mal-Indja

L-obbligi tal-konsenja 2008/2009

Il-Barbados

25 491,36

Il-Beliże

72 069,06

Il-Kongo

5 213,50

Il-Côte-d’Ivoire

10 695,41

Il-Fiġi

169 837,06

Il-Gujana

166 683,92

L-Indja

10 485,19

Il-Ġamajka

101 765,52

Il-Kenja

4 979,51

Il-Madagaskar

10 766,70

Il-Malawi

44 331,43

Il-Mawrizju

456 811,21

Il-Możambik

22 517,62

L-Uganda

0,00

San Kitts u Nevis

0,00

Is-Surinam

0,00

Is-Sważiland

171 933,98

It-Tanzanija

0,00

It-Trinidad u t-Tobago

12 265,90

Iż-Żambja

25 322,72

Iż-Żimbabwe

56 685,68

Total

1 367 855,75

L-obbligi għall-konsenji tal-importazzjonijiet taz-zokkor preferenzjali, u li joriġinaw fil-pajjiżi firmatarji għall-Protokoll AKP u għall-Ftehim mal-Indja espressi f’ekwivalenti ta’ zokkor abjad, għall-perjodu tal-konsenja li jibda mill-1 ta’ Lulju 2009:

Il-pajjiż firmatarju għall-Protokoll AKP jew għall-Ftehim mal-Indja

Obbligi tal-konsenja għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Lulju 2009

Il-Barbados

8 024,35

Il-Beliże

11 670,03

Il-Kongo

2 546,53

Il-Côte-d’Ivoire

2 546,53

Il-Fiġi

41 337,08

Il-Gujana

41 282,85

L-Indja

2 500,00

Il-Ġamajka

30 558,58

Il-Kenja

1 250,00

Il-Madagaskar

2 690,00

Il-Malawi

5 206,10

Il-Mawrizju

122 757,63

Il-Możambik

1 500,00

L-Uganda

0,00

San Kitts u Nevis

0,00

Is-Surinam

0,00

Is-Sważiland

29 461,13

It-Tanzanija

1 941,63

It-Trinidad u t-Tobago

10 937,75

Iż-Żambja

1 803,75

Iż-Żimbabwe

7 556,20

Total

325 570,14


16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 506/2009

tal-15 ta’ Ġunju 2009

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Olej rydzowy (STG)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (1),u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 19(3) tar-Regolament imsemmi, it-talba tal-Polonja biex id-denominazzjoni “Olej rydzowy” tkun irreġistrata ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata,

(3)

Ma ntalbitx il-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 244, 25.9.2008, p. 27.


ANNESS

Prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE maħsuba għall-ikel uman:

Klassi 1.5.   Żjut u sustanzi xaħmija (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

Olej rydzowy (STG)


16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 507/2009

tal-15 ta' Ġunju 2009

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Abbacchio Romano (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament imsemmi, it-talba tal-Italja biex id-denominazzjoni “Abbacchio Romano” tkun irreġistrata ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 335M, 13.12.2008, p. 213.

(2)  ĠU C 269, 24.10.2008, p. 16.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE:

Klassi 1.1.   Laħam (u interjuri) frisk/i

L-ITALJA

Abbacchio Romano (IĠP)


16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 508/2009

tal-15 ta' Ġunju 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam mal-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 121(e) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 (2) il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza għandhom jgħaddu lill-Bord tal-Esperti, qabel l-1 ta' Lulju ta' kull sena, ir-riżultati tal-kontrolli relatati mal-monitoraġġ tal-kontenut tal-ilma fil-laħam tat-tjur stabbilit f'dak ir-Regolament.

(2)

F'ġieħ l-armonizzazzjoni, huwa rakkomandabbli li l-laboratorji nazzjonali ta’ referenza kollha jużaw l-istess mudelli u l-istess indirizz meta jittrasferixxu d-dejta lill-Bord tal-Esperti.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 543/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 543/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fl-Artikolu 18(1), it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Qabel l-1 ta' Lulju ta' kull sena, il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza għandhom jgħaddu r-riżultati tal-kontrolli msemmija f'paragrafu 1 permezz tal-formola stabbilita fl-Anness XIIa għal dan ir-Regolament. Ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati lill-Kumitat ta' Ġestjoni għall-istħarriġ skont l-Artikolu 195 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.”

(b)

Jiżdied l-Anness XIIa ġdid, li t-test tiegħu huwa stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 17.6.2008, p. 46.


ANNESS

“ANNESS XIIa

Prodotti msemmija fl-Artikolu 18 (1)

Dejta ta' kontroll għall-karkassi sħaħ tat-tiġieġ mill-1.1.2… – 31.12.2…

Isem tal-Istat Membru


Kampjun Nru tal-ID

Produttur Nru tal-ID

Tkessiħ Metodu

Anness VI (*)

Telf f’Taqtir (***)

%

Anness VI (*)

Limitu ta' Telf f’Taqtir

Anness VII (*)

Piż

[g] (**)

Anness VII (*)

Ilma

(WA) [g]

Anness VII (*)

Proteina

(RPA) [g]

Anness VII (*)

Limitu ta' Ilma

(Wg) [g]

Aktar mil-Limitu

X

Azzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Biex tintbagħat lil: AGRI-C4-ANIMAL-PRODUCTS@ec.europa.eu

Dejta ta' kontroll għall-karkassi tat-tiġieġ mill-1.1.2… – 31.12.2…

Isem tal-Istat Membru


Kampjun Nru tal-ID

Speċi (****)

Tip ta’ qatgħat

Produttur Nru tal-ID

Tkessiħ Metodu (*****)

Ilma

(WA) %

Proteina

(RPA) %

Proporzjoni Ilma/Proteina

Limitu mir-Regolament

Aktar mil-Limitu

X

Azzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Biex tintbagħat lil: AGRI-C4-ANIMAL-PRODUCTS@ec.europa.eu”


(*)  Annessi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008

(**)  Piż – piż medju ta' 7 karkassi [g]

(***)  Telf f'Taqtir – telf medju tal-ilma f' % ta' 20 karkassa

(****)  T = It-Turkija, C = Tiġieġ

(*****)  A = Tkessiħ tal-arja, AS = Tkessiħ b’raxx ta’ arja, IM = Tkessiħ b’immersjoni


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Mejju 2009

dwar Pożizzjoni tal-Komunità fir-rigward ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE - Albanija li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu inklużi r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni

(2009/463/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidraw id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tas-26 ta' Frar 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tagħha,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Artikolu 116 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra (2) (minn issa msejjaħ “il-Ftehim”) joħloq Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

(2)

L-Artikolu 117(2) tal-Ftehim jipprovdi li l-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jistabilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu nnifsu.

(3)

L-Artikolu 120(1) tal-Ftehim jipprovdi li l-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fit-twettiq tad-doveri tiegħu għandu jkun mgħejun minn Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

(4)

L-Artikolu 120 (2) u (3) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu, fir-regoli ta' proċedura tiegħu, jiddetermina d-dmirijiet tal-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u li l-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jiddelega kwalunkwe setgħa minn dawk li għandu lill-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Komunita fi ħdan il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit bil-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, fir-rigward tar-regoli ta' proċedura tal-imsemmi Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u tad-delegazzjoni tas-setgħat tiegħu lill-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha tkun imsejsa fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Emendi minuri lil dan l-abbozz ta' deċiżjoni jistgħu jintlaqgħu mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KOHOUT

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 107, 28.4.2009, p. 165.

(2)  ĠU L 107, 28.4.2009, p. 166.


ANNESS

ID-DEĊIŻJONI Nru 1 TAL-KUNSILL TA' STABILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI UE—ALBANIJA

ta' …

li tadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu

IL-KUNSILL TA' STABILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija (1) (minn issa 'l quddiem “l-Albanija”), min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikoli 116 u 117 tiegħu,

Billi l-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2009,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Presidenza

Il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jkun ippresedut b'mod li jalterna għal perjodi ta' tnax-il xahar minn rappreżentant tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, f'isem il-Komunitajiet u l-Istati Membri tagħhom, u minn rappreżentant tal-Gvern tal-Albanija. L-ewwel perjodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru 2009.

Artikolu 2

Laqgħat

Il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' b'mod regolari darba fis-sena fuq livell ministerjali. Sessjonijiet speċjali tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jistgħu jsiru fuq talba ta' wieħed mill-Partijiet, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Sakemm ma jintlaħaqx ftehim mod ieħor mill-Partijiet, kull sessjoni tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha ssir fil-post fejn is-soltu jsiru laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fid-data li jaqblu dwarha ż-żewġ Partijiet. Il-laqgħat tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom jissejħu b'mod konġunt mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bi qbil mal-President.

Artikolu 3

Rappreżentazzjoni

Il-membri tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jistgħu jiġu rrappreżentati f'każ li ma jkunux jistgħu jattendu. Jekk membru jixtieq li jiġi rrappreżentat b'dan il-mod, jeħtieġlu jinnotifika lill-President rigward l-isem tar-rappreżentant tiegħu qabel il-laqgħa li fiha se jiġi rrapreżentat b'dan il-mod. Ir-rappreżentant ta' membru tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jeżerċita d-drittijiet kollha ta' dak il-membru.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Il-membri tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jistgħu jattendu fil-kumpanija ta' uffiċjali. Qabel kull laqgħa, il-President għandu jkun informat bil-kompożizzjoni intiża tad-delegazzjoni ta' kull Parti. Rappreżentant tal-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jattendi l-laqgħat tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, bħala osservatur, meta fuq l-aġenda jidhru ħwejjeġ li jirrigwardaw lill-Bank. Il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jistieden persuni li mhumiex membri sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu sabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti partikolari.

Artikolu 5

Segretarjat

Uffiċjal tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u uffiċjal tal-Missjoni tal-Albanija fi Brussell għandhom flimkien iservu bħala Segretarji tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Artikolu 6

Korrispondenza

Korrispondenza indirizzata lill-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha tintbagħat lill-President tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fl-indirizz tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Iż-żewġ Segretarji għandhom jiżguraw li l-korrispondenza tingħadda lill-President tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u, fejn xieraq, tkun imqassma lil membri oħra tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Korrispondenza li titqassam għandha tintbagħat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni, ir-Rappreżentanti Permanenti tal-Istati Membri u l-Missjoni tal-Albanija fi Brussell.

Komunikazzjonijiet mill-President tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom jintbagħtu miż-żewġ Segretarji lid-destinatarji u jitqassmu, fejn xieraq, lill-membri l-oħra tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fl-indirizzi murija fit-tieni paragrafu.

Artikolu 7

Pubbliċità

Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni m'għandhomx ikunu pubbliċi.

Artikolu 8

Aġendi għal-laqgħat

1.   Il-President għandu jfassal l-aġenda proviżorja għal kull laqgħa. Din għandha tingħadda mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 6 mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti li fuqhom il-President ikun irċieva talba sabiex jiżdiedu fl-aġenda mhux aktar tard minn 21 jum qabel il-bidu tal-laqgħa, għalkemm l-ebda punti m'għandhom jitniżżlu fl-aġenda proviżorja sakemm ma tkunx intbagħtet id-dokumentazzjoni ta' sostenn lis-Segretarji mhux aktar tard mid-data li fiha tintbagħat l-aġenda. L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-bidu ta' kull laqgħa. Punt ieħor barra minn dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jista' biss ikun inkluż fl-aġenda jekk iż-żewġ Partijiet hekk jifthiemu.

2.   Il-President jista', bi qbil maż-żewġ Partijiet, iqassar l-iskadenzi speċifikati fil-paragrafu 1 sabiex iqis il-ħtiġijiet ta' każ partikolari.

Artikolu 9

Minuti

Abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa għandu jitħejja miż-żewġ Segretarji. Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jindikaw fir-rigward ta' kull punt fl-aġenda:

id-dokumentazzjoni ppreżentata lill-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni,

dikjarazzjonijiet li membru tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni talab li jiddaħħlu,

id-deċiżjonijiet meħuda u r-rakkomandazzjonijiet magħmula, id-dikjarazzjonijiet li kien hemm qbil dwarhom u l-konklużjonijiet adottati.

L-abbozz tal-minuti għandu jkun ippreżentat għall-approvazzjoni lill-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Meta approvati, il-minuti għandhom jiġu ffirmati mill-President u ż-żewġ Segretarji. Il-minuti għandhom jiġu ffajljati fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li għandu jservi ta' depożitarju tad-dokumenti tal-Assoċjazzjoni. Kopja ċertifikata għandha tingħadda lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 6.

Artikolu 10

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu u jagħmel rakkomandazzjonijiet bi ftehim komuni tal-Partijiet. Matul il-perjodu ta' bejn is-sessjonijiet, il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk.

2.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, fi ħdan is-sens tal-Artikolu 118 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, għandhom ikunu intitolati rispettivament “Deċiżjoni” u “Rakkomandazzjoni” segwiti b'numru ta' serje, bid-data ta' meta ġew adottati u b'deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom jiġu ffirmati mill-President u awtentikati miż-żewġ Segretarji. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jingħaddu lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 6. Kull Parti tista' tiddeċiedi fuq il-pubblikazzjoni ta' deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 11

Ilsna

L-ilsna uffiċjali tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom ikunu l-ilsna uffiċjali taż-żewġ Partijiet. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jsejjes id-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawn l-ilsna.

Artikolu 12

Spejjeż

Kemm il-Komunitajiet, kif ukoll l-Albanija, għandhom joħorġu l-flus għall-ispejjeż li jġarrbu għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' personal, spejjeż ta' vvjaġġar u għall-għixien ta' kuljum u ma' spejjeż ta' posta u telekomunikazzjoni. Spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' servizzi ta' interpretar fil-laqgħat, traduzzjoni u riproduzzjoni tad-dokumenti għandhom jitħallsu mill-Komunitajiet, bl-eċċezzjoni tal-ispiża li għandha x'taqsam mas-servizzi ta' interpretar jew traduzzjoni għal jew mill-Albaniż, li għandhom jitħallsu mill-Albanija. Infiq ieħor relatat mal-organizzazzjoni tal-laqgħat għandu jitħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħat.

Artikolu 13

Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni

1.   Bil-preżenti qed jiġi stabbilit Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni sabiex jgħin lill-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-qadi ta' dmirijietu. Għandu jkun iffurmat minn rappreżentanti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u rappreżentanti tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, min-naħa waħda, u rappreżentanti tal-Gvern tal-Albanija min-naħa l-oħra, normalment fil-livell ta' impjegati taċ-ċivil f'kariga għolja.

2.   Il-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jħejji l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, iwettaq id-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fejn xieraq u, inġenerali, jiżgura l-kontinwità tar-relazzjoni ta' assoċjazzjoni u t-tħaddim xieraq tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Għandu jqis kwalunkwe kwistjoni li tiġi rrinvijata lilu mill-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni kif ukoll kwalunkwe kwistjoni li tista' tinqala' fl-andament tat-twettiq ta' kuljum tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Għandu jippreżenta proposti jew kwalunkwe abbozz ta' deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet għall-adozzjoni lill-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

3.   F'każijiet fejn il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jirreferi għal obbligu li jikkonsulta jew il-possibbiltà ta' konsultazzjoni, din it-tip ta' konsultazzjoni tista' sseħħ fi ħdan il-Kumitat ta' Stabbilizzazjoni u Assoċjazzjoni. Il-konsultazzjoni tista' tissokta fil-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.   Ir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi …

Għall-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni

Il-President

ANNESS

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni

Artikolu 1

Presidenza

Il-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jkun ippresedut b'mod li jalterna għal perjodi ta' 12-il xahar minn rappreżentant tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, f'isem il-Komunitajiet u l-Istati Membri tagħhom, u minn rappreżentant tal-Gvern tal-Albanija. L-ewwel perjodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru 2009.

Artikolu 2

Laqgħat

Il-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' meta jitolbu ċ-ċirkostanzi, bil-ftehim taż-żewġ Partijiet. Kull laqgħa tal-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha ssir fi żmien u f'post miftiehma miż-żewġ Partijiet. Il-laqgħat tal-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom jissejħu mill-President.

Artikolu 3

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-President għandu jkun informat kif kull Parti tkun beħsiebha tifforma d-delegazzjoni tagħha.

Artikolu 4

Segretarjat

Uffiċjal tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej flimkien ma' uffiċjal tal-Gvern tal-Albanija għandhom flimkien iservu bħala Segretarji tal-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Il-komunikazzjonijiet kollha lil, u mingħand, il-President tal-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, previsti f'din id-Deċiżjoni għandhom jingħaddu lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjażżjoni, kif ukoll lis-Segretarji u l-President tal-Kunsill ta' Stabbilizzazjoni u Assoċjazzjoni.

Artikolu 5

Pubbliċità

Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni m'għandhomx ikunu pubbliċi.

Artikolu 6

Aġendi għal-laqgħat

1.   Il-President għandu jfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa. Din għandha tingħadda mis-Segretarji tal-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 4 mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti li fuqhom il-President ikun irċieva talba sabiex jiżdiedu fuq l-aġenda mhux aktar tard minn 21 jum qabel il-bidu tal-laqgħa, għalkemm l-ebda punti m'għandhom jitniżżlu fl-aġenda proviżorja sakemm ma tkun intbagħtet id-dokumentazzjoni ta' sostenn lis-Segretarji mhux aktar tard mid-data li fiha tintbagħat l-aġenda. Il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jistieden esperti li mhumiex membri sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu sabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti partikolari. L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-bidu ta' kull laqgħa. Punt ieħor barra minn dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jista' biss ikun inkluż fl-aġenda jekk iż-żewġ Partijiet hekk jifthiemu.

2.   Il-President jista', bi ftehim maż-żewġ Partijiet, iqassar l-iskadenzi stipulati fil-paragrafu 1 sabiex jitqiesu l-ħtiġiet ta' każ partikolari.

Artikolu 7

Minuti

Għandhom jittieħdu minuti għal kull laqgħa li għandhom ikunu msejsa fuq sinteżi mill-President tal-konklużjonijiet li jkun wasal għalihom il-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Meta jiġu approvati mill-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-minuti għandhom jiġu ffirmati mill-President u s-Segretarji u jiġu ffajljati miż-żewġ Partijiet. Għandha tintbagħat kopja tal-minuti lil kull destinatarju msemmi fl-Artikolu 4.

Artikolu 8

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Fil-każijiet speċifiċi fejn il-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jingħata s-setgħa mill-Kunsill ta' Stabbiliizzazzjoni u Assoċjazzjoni taħt l-Artikolu 120 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni sabiex jieħu deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet, dawn l-atti għandhom ikunu intitolati rispettivament “Deċiżjoni” u “Rakkomandazzjoni”, segwiti b'numru ta' serje, bid-data tal-adozzjoni tagħhom u b'deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet għandhom isiru bi qbil komuni bejn il-Partijiet. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom jiġu ffirmati mill-President u awtentikati miż-żewġ Segretarji u għandhom jingħaddu lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 4 ta' dawn ir-regoli ta' proċedura. Kull Parti tista' tiddeċiedi fuq il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta' dan il-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 9

Spejjeż

Kemm il-Komunitajiet kif ukoll l-Albanija għandhom joħorġu l-flus għall-ispejjeż li jġarrbu għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, kemm f''dak li għandu x'jaqsam ma' personal, spejjeż ta' vvjaġġar u għall-għixien ta' kuljum u ma' spejjeż ta' posta u telekomunikazzjoni. Spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' servizzi ta' interpretar fil-laqgħat, traduzzjoni u riproduzzjoni ta' dokumenti għandhom jitħallsu mill-Komunitajiet, bl-eċċezzjoni tal-ispiża li għandha x'taqsam mas-servizzi ta' interpretar jew traduzzjoni għal jew mill-Albaniż, li għandhom jitħallsu mill-Albanija. Infiq ieħor relatat mal-organizzazzjoni tal-laqgħat għandu jitħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħat.

Artikolu 10

Is-Sottokumitati u l-gruppi speċjali

Il-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' joħloq sottokumitati jew gruppi speċjali sabiex jaħdmu taħt l-awtorità tal-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u li għandhom jagħmlulu rapport wara l-laqgħat tagħhom. Il-Kumitat ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jtemm kwalukwe sottokumitat jew grupp eżistenti, jistipula jew ibiddel it-termini ta' referenza tagħhom jew joħloq sottokumitati jew gruppi oħra sabiex jgħinuh fil-qadi ta' dmirijietu. Is-sottokumitati u gruppi ma għandu jkollhom l-ebda setgħa ta' teħid ta' deċiżjoni.


(1)  ĠU L 107, 28.4.2009, p. 166.


Il-Kummissjoni

16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' Ġunju 2009

li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tal-fajl li tressaq għal eżami dettaljat fid-dawl tal-inklużjoni possibbli tal-fluopyram fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4437)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/464/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/414/KEE tistipula l-iżvilupp ta’ lista Komunitarja ta’ sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

(2)

Ġie ppreżentat fajl għas-sustanza attiva fluopyram minn Bayer CropScience AG, lill-awtoritajiet tal-Ġermanja fit-30 ta’ Ġunju 2008 b’applikazzjoni biex tinkiseb l-inklużjoni tagħha fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

L-awtoritajiet tal-Ġermanja indikaw lill-Kummissjoni li, fuq eżami preliminari, il-fajl għas-sustanza attiva kkonċernata jidher li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dejta u informazzjoni stabbiliti fl-Anness II għad-Direttiva 91/414/KEE. Il-fajl li ġie ppreżentat jidher ukoll li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dejta u informazzjoni stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-ħarsien tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata. Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-fajl sussegwentement intbagħat mill-applikant rispettiv lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra, u tressaq quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

(4)

Permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi kkonfermat b’mod formali fil-livell Komunitarju li l-fajl jitqies li jissodisfa fil-prinċipju r-rekwiżiti ta’ dejta u informazzjoni stipulati fl-Anness II u, għal mill-inqas prodott wieħed għall-ħarsien tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 91/414/KEE.

(5)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tkun ta’ ħsara għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob lill-applikant li jressaq dejta jew informazzjoni ulterjuri biex jiċċara ċerti punti fil-fajl.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bla ħsara għall-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-fajl li jikkonċerna s-sustanza attiva identifikata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, li tressaq lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bl-għan li tinkiseb l-inklużjoni ta’ dik is-sustanza fl-Anness I għal dik id-Direttiva, jissodisfa fil-prinċipju r-rekwiżiti ta’ dejta u informazzjoni stipulati fl-Anness II għal dik id-Direttiva.

Il-fajl jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti ta’ dejta u informazzjoni stabbiliti fl-Anness III għal dik id-Direttiva fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-ħarsien tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, filwaqt li jqis l-użi proposti.

Artikolu 2

L-Istati Membri relaturi għandhom jeżaminaw fid-dettall il-fajl imsemmi fl-Artikolu 1 u għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-konklużjonijiet tal-eżami tiegħu flimkien ma’ rakkomandazzjoni dwar l-inklużjoni jew in-nuqqas ta’ inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanza attiva msemmija fl-Artikolu 1 u kull kundizzjoni għal dik l-inklużjoni malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn sena mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.


ANNESS

SUSTANZA ATTIVA KKONĊERNATA MINN DIN ID-DEĊIŻJONI

Isem Komuni, Numru tal-Identifikazzjoni CIPAC

Applikant

Data tal-applikazzjoni

Stat Membru Relatur

Fluopyram

Nru-CIPAC: 807

Bayer CropScience AG

30 ta’ Ġunju 2008

DE


Il-Bank Ċentrali Ewropew

16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/39


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-9 ta’ Ġunju 2009

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE

(BĊE/2009/13)

(2009/465/KE)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 11.6 u l-Artikoli 17, 22 u 23 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 tal-24 ta’ Lulju 2007 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE (1).

(2)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE adotta l-Linja ta’ Gwida BĊE/2009/9 tas-7 ta’ Mejju 2009 li tmenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (2) fost l-oħrajn biex jingħata aċċess lit-TARGET2 minn istituzzjonijiet ta’ kreditu pubbliċi li, minħabba n-natura istituzzjonali speċifika tagħhom taħt id-dritt Komunitarju, huma suġġetti għal skrutinju ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(3)

Id-definizzjoni tat-terminu istituzzjoni ta’ kreditu fl-Anness tad-Deċiżjoni BĊE/2007/7 għandha tinbidel minħabba l-emendi riċenti magħmulin fil-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-definizzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu fl-Artikolu 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni BĊE/2007/7 tinbidel b’dan li ġej:

“—

‘credit institution’ means either: (a) a credit institution within the meaning of § 1(1) of the KWG; or (b) another credit institution within the meaning of Article 101(2) of the Treaty that is subject to scrutiny of a standard comparable to supervision by a competent authority.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għadha tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 9 ta’ Ġunju 2009.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 237, 8.9.2007, p. 71.

(2)  ĠU L 123, 19.5.2009, p. 94.


III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/40


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/466/PESK

tal-15 ta’ Ġunju 2009

li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK dwar il-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea mwettqa fil-qafas tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK (1) dwar il-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea mwettqa fil-qafas tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo).

(2)

Fit-23 ta’ Ġunju 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/485/PESK (2) li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK sat-30 ta’ Ġunju 2009.

(3)

Wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet Kongoliżi u partijiet oħrajn ikkonċernati, jidher meħtieġ li l-missjoni tkun estiża għal perjodu ieħor, u fl-10 ta’ Marzu 2009 il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda li l-missjoni tkun estiża bi 12-il xahar ieħor.

(4)

L-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 9(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008 għandu jkun ta’ EUR 5 500 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sal-31 ta’ Ottubru 2009 għandu jkun EUR 6 920 000.

Il-Kunsill għandu jistabbilixxi ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Novembru 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010.”;

2.

it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b’li ġej:

“Għandha tiskadi fil-30 ta’ Ġunju 2010.”.

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 15 ta’ Ġunju 2009.

Ġħall-Kunsill

Il-President

J. KOHOUT


(1)  ĠU L 151, 13.6.2007, p. 46.

(2)  ĠU L 164, 25.6.2008, p. 44.


16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/41


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/467/PESK

tal-15 ta’ Ġunju 2009

li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Afganistan u l-Pakistan u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2009/135/PESK

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Lulju 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/612/PESK (1) li taħtar lis-Sur Ettore F. SEQUI bħala Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fl-Afganistan għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2008 sat-28 ta’ Frar 2009.

(2)

Fis-16 ta’ Frar 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/135/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Afganistan sat-28 ta’ Frar 2010. Għalhekk, l-Azzjoni Konġunta 2009/135/PESK għandha titħassar.

(3)

Abbażi ta’ reviżjoni tal-Azzjoni Konġunta 2009/135/PESK, il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Afganistan għandu jiġi estiż biex jinkludi l-Pakistan.

(4)

Ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Afganistan u l-Pakistan ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Ħatra

Is-Sur Ettore F. SEQUI huwa b’dan maħtur Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Afganistan u l-Pakistan (minn hawn ‘il qudiem “RSUE”) sat-28 ta’ Frar 2010.

Artikolu 2

Objettivi tal-politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi tal-politika tal-Unjoni Ewropea (UE) fl-Afganistan u fil-Pakistan, b’kont meħud tal-approċċ komprensiv tal-UE lejn kooperazzjoni transkonfinali u reġjonali usa’. B’mod aktar partikolari, ir-RSUE għandu:

(a)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Afganistan u l-Ftehim mal-Afganistan kif ukoll ir-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u Riżoluzzjonijiet rilevanti oħra tan-NU;

(b)

jħeġġeġ kontributi pożittivi minn atturi reġjonali fl-Afganistan u minn pajjiżi ġirien għall-proċess ta’ paċi fl-Afganistan u b’hekk jikkontribwixxi għall-konsolidazzjoni tal-Istat Afgan;

(ċ)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Pakistan, kif ukoll tar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (RKSNU) u Riżoluzzjonijiet rilevanti oħrajn tan-NU;

(d)

jappoġġa r-rwol ċentrali tan-NU, b’mod partikolari tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju-Ġenerali; u

(e)

jappoġġa l-ħidma tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ) fir-reġjun.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

iwassal il-fehmiet tal-UE dwar il-proċess politiku fl-Afganistan filwaqt li jirreferi għall-prinċipji ewlenin miftiehma bejn l-Afganistan u l-komunità internazzjonali, b’mod partikolari d-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Afganistan u l-Ftehim mal-Afganistan;

(b)

iwassal il-fehmiet tal-UE dwar il-proċess politiku fil-Pakistan filwaqt li jirreferi għall-prinċipji li joħorġu mill-kuntatti regolari bejn il-Pakistan u l-komunità internazzjonali, b’mod partikolari fil-kuntest tal-“Grupp ta’ Ħbieb tal-Pakistan Demokratiku”;

(ċ)

jistabbilixxi u jżomm kuntatt mill-qrib ma’, u jappoġġa, l-istituzzjonijiet rappreżentattivi Pakistani u Afgani, b’mod partikolari l-Gvern u l-Parlament. Għandu jżomm ukoll kuntatt ma’ figuri politiċi Pakistani u Afgani oħrajn u ma’ atturi rilevanti oħrajn kemm f’dawk il-pajjiżi kif ukoll barra minnhom;

(d)

iżomm kuntatt mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali rilevanti, b’mod partikolari mar-rappreżentanti lokali tan-NU;

(e)

jibqa’ f’kuntatt mill-qrib ma’ pajjiżi ġirien u pajjiżi interessati oħrajn fir-reġjun, sabiex fil-politika tal-UE jittieħed kont tal-fehmiet tagħhom dwar is-sitwazzjoni fil-Pakistan u l-Afganistan u l-iżvilupp tal-kooperazzjoni bejn dawn il-pajjiżi u l-Pakistan u l-Afganistan;

(f)

jgħarraf dwar il-progress miksub biex jintlaħqu l-objettivi tad-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Pakistan u d-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Afganistan u l-Ftehim mal-Afganistan, b’mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:

it-tmexxija tajba u l-istabbiliment ta’ istituzzjonijiet tal-istat ta’ dritt,

ir-riformi fis-settur tas-sigurtà, inkluż l-istabbiliment ta’ istituzzjonijiet ġudizzjarji, ta’ armata nazzjonali u ta’ forza tal-pulizija,

ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fir-rigward tal-poplu Pakistani u Afgan kollu, irrispettivament mis-sess, mill-etniċità jew mir-reliġjon,

ir-rispett tal-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt, id-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoritajiet, id-drittijiet tan-nisa u tat-tfal u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali,

it-trawwim tal-parteċipazzjoni tan-nisa fl-amministrazzjoni pubblika u fis-soċjetà ċivili,

ir-rispett għall-obbligi internazzjonali tal-Pakistan u l-Afganistan, inkluża l-kooperazzjoni fl-isforzi internazzjonali għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, it-traffikar illeċitu ta’ droga, it-traffikar ta’ bnedmin u l-proliferazzjoni tal-armamenti u l-armi ta’ Qerda massiva u materjali relatati, u

il-faċilitazzjoni ta’ assistenza umanitarja u r-ritorn b’mod ordnat ta’ refuġjati u ta’ persuni spostati internament;

(g)

f’konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, jgħin sabiex jiġi żgurat li l-approċċ politiku tal-UE jkun rifless fl-azzjoni tagħha għall-iżvilupp tal-Pakistan u l-Afganistan;

(h)

konġuntement mal-Kummissjoni, jipparteċipa b’mod attiv fil-Bord Konġunt ta’ Koordinazzjoni u Monitoraġġ stabbilit taħt il-Ftehim mal-Afganistan u fil-Grupp ta’ Ħbieb tal-Pakistan Demokratiku; u

(i)

jagħti parir dwar il-parteċipazzjoni u l-pożizzjonijiet tal-UE f’konferenzi internazzjonali dwar il-Pakistan u l-Afganistan.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità u d-direzzjoni operattiva tas-SĠ/RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kuntatt privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta’ kuntatt mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE gwida strateġika u direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din l-Azzjoni Konġunta sat-28 ta’ Frar 2010 għandu jkun EUR 2 830 000. Dan l-ammont għandu jkopri wkoll in-nefqa relatata mal-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Afganistan taħt l-Azzjoni Konġunta 2009/135/PESK fil-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2009 sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din l-Azzjoni Konġunta.

2.   In-nefqa ffinanzjata bl-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli mill-1 ta’ Marzu 2009. In-nefqa għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont ta’ kull nefqa lill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tat-tim

1.   Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli sabiex jifforma t-tim tiegħu f’konsultazzjoni mal-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, u f’assoċjazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni. L-iskwadra għandu jkollha l-kompetenzi neċessarji dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika, kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jikkomunika lis-SĠ/RGħ, lill-Presidenza u l-Kummssjoni dwar il-kompożizzjoni finali tal-iskwadra tiegħu.

2.   L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ personal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ personal issekondat minn Stat Membru jew minn istituzzjoni tal-UE lir-RSUE għandu jkun kopert mill-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-UE kkonċernati rispettivament. L-esperti sekondati mill-Istati Membri mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jistgħu wkoll jiġu impjegati fir-RSUE. Il-personal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru tal-UE.

3.   Il-personal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità tal-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-UE mandanti u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-personal tiegħu

Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-garanziji oħra meħtieġa għall-ikkompletar u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-personal tiegħu/tagħha għandhom ikunu miftiehma mal-parti/partijiet ospitanti, kif jeħtieġ il-każ. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ meħtieġ kollu għat-tali għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-iskwadra tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (2), b’mod partikolari fil-ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE.

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Il-Presidenza, il-Kummissjoni, u/jew l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom jipprovdu sostenn loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F’konformità mal-politika tal-UE dwar is-sigurtà ta’ personal skjerat barra l-UE f’kapaċità operazzjonali taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f’konformità mal-mandat tiegħu u s-sitwazzjoni ta’ sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-personal kollu taħt l-awtorità diretta tiegħu, notevolment billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq il-gwida tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw l-immaniġġar tal-moviment fis-sigurtà ta’ personal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll l-immaniġġar ta’ inċidenti ta’ sigurtà u li jinkludi pjan ta’ kontinġenza u evakwazzjoni għall-missjoni;

(b)

jiżgura li l-personal kollu skjerat barra mill-UE jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(ċ)

jiżgura li l-membri kollha tal-iskwadra tiegħu li jkunu ser jiġu skjerati barra l-UE, inkluż personal kuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

(d)

jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha miftiehma, magħmula wara valutazzjonijiet ta’ sigurtà regolari jiġu implimentati, u jipprovdi lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħrajn ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta’ implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment bil-fomm u bil-kitba rapporti lis-SĠ/RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu jirrapporta wkoll kif meħtieġ lill-gruppi ta’ ħidma. Rapporti regolari bil-miktub għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-network COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tas-SĠ/RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni (KAĠRE).

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-UE. Hu/hi għandu jgħin/għandha tgħin sabiex jiġi żgurat li l-istrumenti tal-UE kollha fil-qasam jintużaw b’koerenza sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-UE. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Presidenza u tal-Kummissjoni, kif ukoll ma’ dawk tar-RSUE għall-Asja Ċentrali. Ir-RSUE għandu jipprovdi aġġornamenti regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Presidenza, mal-Kummissjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-UE fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) bi gwida politika lokali. Ir-RSUE u l-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ. Ir-RSUE għandu wkoll jikkollabora ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn fil-kamp.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implementazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħra mill-Unjoni Ewroepa lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress qabel l-aħħar ta’ Ġunju 2009 u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sa nofs Novembru 2009. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għal valutazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta fil-gruppi ta’ ħidma rilevanti u mill-KPS. Fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali għall-iskjerament, is-SĠ/RGħ għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-KPS fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid, l-emendament jew it-terminazzjoni tal-mandat.

Artikolu 14

Tħassir

L-Azzjoni Konġunta 2009/135/PESK hija b’dan imħassra.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 16

Pubblikazzjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, 15 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KOHOUT


(1)  ĠU L 197, 25.7.2008, p. 60.

(2)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.


16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/45


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2009/468/PESK

tal-15 ta’ Ġunju 2009

li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2009/67/PESK

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 15 u 34 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (1).

(2)

Fis-26 ta' Jannar 2009, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/67/PESK li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (2).

(3)

Skont il-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, il-Kunsill wettaq reviżjoni kompleta tal-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2009/67/PESK.

(4)

Il-Kunsill iddetermina li m'għadx hemm raġunijiet biex ċerti persuni jinżammu fuq il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għaliha tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(5)

Il-Kunsill ikkonkluda li, il-persuni, gruppi u entitajiet l-oħra elenkati fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2009/67/PESK kienu involuti f'atti terroristiċi fit-tifsira tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fit-tifsira tal-Artikolu 1(4) ta' dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha.

(6)

Il-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun dik stabbilita fl-Anness ma' din il-Pożizzjoni Komuni.

Artikolu 2

Il-Pożizzjoni Komuni 2009/67/PESK hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, 15 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KOHOUT


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

(2)  ĠU L 23, 27.1.2009, p. 37.


ANNESS

Lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

1.   PERSUNI

1.

ABOU, Rabah Naami (magħruf ukoll bħala Naami Hamza; magħruf ukoll bħala Mihoubi Faycal; magħruf ukoll bħala Fellah Ahmed; magħruf ukoll bħala Dafri Rèmi Lahdi) imwieled fl-01.02.1966 f’Alġeri (l-Alġerija) - membru ta’ al-Takfir u al- Hijra

2.

ABOUD, Maisi (magħruf ukoll bħala l-Abderrahmane suisse) imwieled fis- 17.10.1964 f’Alġeri (l-Alġerija) - membru ta’ al-Takfir u al-Hijra

3.

*ALBERDI URANGA, Itziar, imwielda fis-7.10.1963 f'Durango, Vizcaya (Spanja), karta tal-identità Nru 78.865.693 – attivista tal-ETA

4.

*ALBISU IRIARTE, Miguel, imwieled fis-7.6.1961 f'San Sebastián, Guipúzcoa (Spanja), Nru tal-karta tal-identità 15.954.596 - attivist tal-ETA; membru tal-Gestoras Pro- amnistía

5.

*ALEGRÍA LOINAZ, Xavier, imwieled fis-26 ta' November 1958 f'San Sebastián Guipúzcoa, (Spanja), Nru tal-karta tal-identità 15.239.620 - attivist tal-ETA; membru tal-K.a.s./Ekin

6.

AL-MUGHASSIL, Ahmad Ibrahim (magħruf ukoll bħala ABU OMRAN; magħruf ukoll bħala AL-MUGHASSIL, Ahmed Ibrahim) imwieled fis-26.6.1967 f’Qatif-Bab al Shamal (l-Arabja Sawdita); ċittadin tal-Arabja Sawdita

7.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Arabja Sawdita); ċittadin tal-Arabja Sawdita

8.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut, l-Arabja Sawdita; ċittadin tal-Arabja Sawdita

9.

*APAOLAZA SANCHO, Iván, imwieled fl-10.11.1971 f'Beasain, Guipúzcoa, (Spanja), karta tal-identità Nru 44.129.178 – attivist tal-ETA; membru tal-K. Madrid

10.

ARIOUA, Kamel (magħruf ukoll bħala Lamine Kamel), imwieled fit-18. 8.1969 f’Konstantin (l-Alġerija) - membru ta’ al-Takfir u al-Hijra

11.

ASLI, Mohamed (magħruf ukoll bħala Dahmane Mohamed), imwieled fit-13. 5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) - membru ta’ al-Takfir u al-Hijra

12.

ASLI, Rabah imwieled fit-13.05.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) - membru ta’ al-Takfir u al-Hijra

13.

* ASPIAZU RUBINA, Miguel de Garikoitz, imwieled fis-6 ta' Lulju 1973 f'Bilbao, Biscay (Spanja), Nru tal-karta tal-identità 14.257.455 - attivist tal-ETA

14.

*ARZALLUS TAPIA, Eusebio, imwieled fit-8.11.1957 f'Regil, Guipúzcoa, (Spanja), Nru tal-karta tal-identità 15.927.207 – attivist tal-ETA

15.

ATWA, Ali (magħruf ukoll bħala BOUSLIM, Ammar Mansour; magħruf ukoll bħala SALIM, Hassan Rostom), Libanu, imwieled fl-1960 fil-Libanu; ċittadin tal-Libanu

16.

* BELOQUI RESA, María Elena, imwielda fit-12 ta' Ġunju 1961 f'Areta, Álava, (Spanja), Nru tal-karta tal-identità 14.956.327 - attivista tal-ETA; membru tax-Xaki

17.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR; magħruf ukoll bħala SOBIAR; magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (l-Olanda) - membru tal-“Hofstadgroep”

18.

* CAMPOS ALONSO, Miriam, imwielda fit-2 ta' Settembru 1971 f'Bilbao, Vizcaya, (Spanja), Nru tal-karta tal-identità 30.652.316 - attivista tal-ETA; membru tax-Xaki

19.

* CORTA CARRION, Mikel, imwieled fil-15 ta' Mejju 1959 f'Villafranca de Ordicia, Guipúzcoa, (Spanja), Nru tal-karta tal-identità 08.902.967 - attivist tal-ETA; membru tax-Xaki

20.

DARIB, Noureddine (magħruf ukoll bħala Carreto; magħruf ukoll bħala Zitoun Mourad) imwieled fl-1.2.1972 fl-Alġerija - membru ta’ al-Takfir u al-Hijra

21.

DJABALI, Abderrahmane (magħruf ukoll bħala Touil) imwieled fl-01.06.1970 fl- Alġerija - membru ta’ al-Takfir u al-Hijra

22.

*ECHEBERRIA SIMARRO, Leire, imwieled fl-20.12.1977 f'Basauri, Biscay (Spanja), Nru tal-karta tal-identità 45.625.646 – attivist tal-ETA

23.

*ECHEGARAY ACHIRICA, Alfonso, imwieled fl-10.1.1958 fi Plencia, Vizcaya, (Spanja), Nru tal-karta tal-identità 16.027.051 – attivist tal-ETA

24.

* EGUIBAR MICHELENA, Mikel, imwieled fl-14 ta' Novembru 1963 f'San Sebastián, Guipúzcoa (Spanja), Nru tal-karta tal-identità 44.151.825 - attivist tal-ETA; membru tax-Xaki

25.

EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI; magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI, magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI, magħruf ukoll bħala Abu AL KA'E KA'E; magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE; magħruf ukoll bħala FOUAD; magħruf ukoll bħala FZAD; magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI; magħruf ukoll bħala Ben MOHAMMED; magħruf ukoll bħala Ben Mohand BEN LARBI; magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand IBN LARBI; magħruf ukoll bħala Abu TAHAR; magħruf ukoll bħala EGGIE), imwieled fil-15.8.1982 f’Midar (il-Marokk), Nru tal-passaport Marokkin N829139 - membru tal-“Hofstadgroep”

26.

EL-HOORIE, Ali Saed Bin Ali (magħruf ukoll bħala AL-HOURI, Ali Saed Bin Ali; magħruf ukoll bħala EL-HOURI, Ali Saed Bin Ali) imwieled fl-10.7.1965 jew il- 11.7.1965 f'El Dibabiya, (l-Arabja Sawdita); ċittadin tal-Arabja Sawdita

27.

FAHAS, Sofiane Yacine, imwieled fl-10.09.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) - membru ta’ al-Takfir u al-Hijra

28.

*GOGEASCOECHEA ARRONATEGUI, Eneko, imwieled fid- 29.4.1967 fi Guernica, Vizcaya, (Spanja), Nru tal-karta tal-identità 44.556.097– attivist tal-ETA

29.

*IPARRAGUIRRE GUENECHEA, Ma Soledad, imwielda fil-25.4.1961 f'Escoriaza, Navarra (Spanja), Nru tal-karta tal-identità 16.255.819 – attivista tal-ETA

30.

* IRIONDO YARZA, Aitzol, imwieled fit-8 ta' Marzu 1977 f'San Sebastián, Guipúzcoa (Spanja), karta tal-identità nru 72.467.565 - attivist tal-ETA

31.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu

32.

* MARTITEGUI LIZASO, Jurdan, imwieled fl-10 ta' Mejju 1980 f'Durango, Biscay (Spanja), Nru tal-karta tal-identità 45.626.584 - attivist tal-ETA

33.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, Nru tal-passaport 488555

34.

MOKTARI, Fateh (magħruf ukoll bħala Ferdi Omar), imwieled fis-26.12.1974 f’Hussein Dey (l-Alġerija) - membru ta’ al-Takfir u al-Hijra

35.

* MORCILLO TORRES, Gracia, imwielda fil-15.3.1967 f'San Sebastián, Guipúzcoa (Spanja), Nru tal-karta tal-identità 72.439.052 - attivista tal-ETA; membru tal-K.a.s./Ekin

36.

*NARVÁEZ GOÑI, Juan Jesús, imwieled fit-23.2.1961 f'Pamplona, Navarra (Spanja), karta tal-identità Nru 15.841.101 – attivist tal-ETA

37.

NOUARA, Farid, imwieled fil-25.11.1973 f’Alġeri (l-Alġerija) - membru ta’ al-Takfir u al-Hijra

38.

*OLANO OLANO, Juan María, imwieled fil-25 ta' Marzu 1955 f'Gainza, Guipúzcoa (Spanja), Nru tal-karta tal-identità 15.919.168 - attivist tal-ETA; membru tal-Gestoras Pro- amnistía/Askatasuna

39.

*OLARRA AGUIRIANO, José María, imwieled fis-27 ta' Lulju 1957 f'Tolosa, Guipúzcoa (Spanja), Nru tal-karta tal-identità 72.428.996 - attivist tal-ETA; membru tax-Xaki

40.

*ORBE SEVILLANO, Zigor, imwieled fil-22.9.1975 f'Basauri, Vizcaya, (Spanja), karta tal-identità Nru 45.622.851 – attivist tal-ETA; membru ta' Jarrai/Haika/Segi

41.

*PALACIOS ALDAY, Gorka, imwieled fis-17.10.1974 f'Baracaldo, Vizcaya, (Spanja), karta tal-identità Nru 30.654.356 – attivist tal-ETA; membru tal-K. Madrid

42.

*PEREZ ARAMBURU, Jon Iñaki, imwieled fl-18.9.1964 f'San Sebastián, Guipúzcoa (Spanja), Nru tal-karta tal-identità 15.976.521 - attivist tal-ETA; membru ta' Jarrai/Haika/Segi

43.

*QUINTANA ZORROZUA, Asier, imwieled fis-27.2.1968 f’Bilbao, Vizcaya, (Spanja), karta tal-identità Nru 30.609.430 – attivist tal-ETA; membru tal-K. Madrid

44.

RESSOUS, Hoari (magħruf ukoll bħala Hallasa Farid) imwieled fil-11.09.1968 f’Alġeri (l-Alġerija) - membru ta’ al-Takfir u al-Hijra

45.

* RETA DE FRUTOS, José Ignacio, imwieled fit-3 ta' Lulju 1959 f'Elorrio, Biscay (Spanja), Nru tal-karta tal-identità 72.253.056 - attivist tal-ETA; membru tal-Gestoras Pro- amnistía/Askatasuna

46.

*RUBENACH ROIG, Juan Luis, imwieled fit-18.9.1963 f'Bilbao, Vizcaya, (Spanja), karta ta' l-identità Nru 18.197.545 – attivist tal-ETA; membru tal-K. Madrid

47.

SEDKAOUI, Noureddine (magħruf ukoll bħala Nounou), imwieled fit-23.06.1963 f’Alġeri (l-Alġerija) - membru ta’ al-Takfir u al-Hijra

48.

SELMANI, Abdelghani (magħruf ukoll bħala Gano), imwieled fl-14.06.1974 f’Alġeri (l- Alġerija) - membru ta’ al-Takfir u al-Hijra

49.

SENOUCI, Sofiane imwielda fil-15.04.1971 f’Hussein Dey (l-Alġerija) - membru ta’ al-Takfir u al-Hijra

50.

SISON, Jose Maria (magħruf ukoll bħala Armando Liwanag, magħruf ukoll bħala Joma) imwieled fit-8.2.1939 f’Cabugao, il-Filippini - li għandu rwol prinċipali fil-Partit Komunista tal-Filippini inkluż l-NPA

51.

TINGUALI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Mouh di Kouba) imwieled fil- 21.04.1964 fi Blida (l-Alġerija) - membru ta’ al-Takfir u al-Hijra

52.

* TXAPARTEGI NIEVES, Nekane, imwielda fit-8 ta' Jannar 1973 f'Asteasu, Guipúzcoa (Spanja), Nru tal-karta tal-identità 44.140.578 - attivist tal-ETA; membru tax-Xaki

53.

*URANGA ARTOLA, Kemen, imwieled fil-25.5.1969 f'Ondarroa, Vizcaya, (Spanja), karta tal-identità Nru 30.627.290 – attivist tal-ETA; membru ta' Herri Batasuna/E.H./Batasuna

54.

* URRUTICOECHEA BENGOECHEA, José Antonio, imwieled fl-24 ta' Diċembru 1950 f'Miravalles (Vizcaya), Nru tal-karta tal-identità 14.884.849 - attivist tal-ETA

55.

*VALLEJO FRANCO, Iñigo, imwieled fil-21.05.1976 f’Bilbao, Vizcaya (Spanja), karta ta' l-identità Nru 29.036.694 – attivist tal-ETA

56.

*VILA MICHELENA, Fermín, imwieled fit-12.3.1970 f'Irún, Guipúzcoa (Spanja), karta ta' l-identità Nru 15.254.214 – attivist tal-ETA; membru tal-K.a.s./Ekin

57.

WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah; magħruf ukoll bħala David), imwieled fis-06.03.1985 f’Amersfoort (l-Olanda), Nru tal-passaport (Olandiż) NE8146378 - membru tal-“Hofstadgroep”

2.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

L-Organizzazzjoni Abu Nidal - ANO (“Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Fatah”, il-Brigati Rivoluzzjonarji Għarab, Settembru l-Iswed, u l-Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti)

2.

Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa

3.

Al-Aqsa e.V.

4.

Al-Takfir u al-Hijra

5.

*Cooperativa Artigiana Fuoco ed Affini – Occasionalmente Spettacolare

6.

*Nuclei Armati per il Comunismo (Nuklei Armati għall-Komuniżmu)

7.

Aum Shinrikyo (magħruf ukoll bħala AUM, magħruf ukoll bħala Aum Verita Suprema, magħruf ukoll bħala Aleph)

8.

Babbar Khalsa

9.

*Cellula Contro Capitale, Carcere i suoi Carcerieri e le sue Celle - CCCCC (Iċ- Ċellula Kontra l-Kapital, il-Ħabs, il-Gwardjani tal-Ħabs u ċ-Ċelel tal-Ħabs)

10.

Il-Partit Komunista tal-Filippini, inkluż in-New People's Army (l-NPA), il- Filippini, marbuta ma’ SISON Jose Maria C. (magħruf ukoll bħala Armando Liwang, magħruf ukoll bħala Joma, li għandu rwol prinċipali fil-Partit Komunista tal-Filippini, inkluża l-NPA)

11.

*Continuity Irish Republican Army – CIRA

12.

*EPANASTATIKOS AGONAS - Ġlieda Rivoluzzjonarja

13.

* Euskadi Ta Askatasuna/Tierra Vasca y Libertad/ Pays basque et liberté (ETA) (L-organizzazzjonijiet li ġejjin huma parti mill-grupp terroristiku ETA: K.a.s., Xaki; Ekin, Jarrai Haika-Segi, Gestoras pro-amnistía, Askatasuna, Batasuna (magħruf ukoll bħala Herri Batasuna, magħruf ukoll bħala Euskal Herritarrok), Acción Nacionalista Vasca / Euskal Abertzale Ekintza (ANV/EAE), Partido Comunista de las Tierras Vascas / Euskal Herrialdeetako Alderdi Komunista (PCTV/EHAK)

14.

Gama'a al-Islamiyya (Grupp Islamiku), (magħruf ukoll bħala Al-Gama'a al-Islamiyya, IG)

15.

İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi – Il-Front Islamiku tal-Ġellieda tal-Lvant il-Kbir (IBDA-C)

16.

*Grupos de Resistencia Antifascista Primero de Octubre - GRAPO / Il-Gruppi ta’ Reżistenza Antifaxxista tal-Ewwel ta’ Ottubru

17.

Hamas (inkluż Hamas-Izz al-Din al-Qassem)

18.

Hizbul Mujahideen (HM)

19.

Hofstadgroep

20.

Holy Land Foundation for Relief and Development (Il-Fondazzjoni tal-Art Imqaddsa għall-Għajnuna u l-Iżvilupp)

21.

International Sikh Youth Federation (ISYF)

22.

*Solidarietà Internazionale (Solidarjetà Internazzjonali)

23.

Kahane Chai (magħruf ukoll bħala Kach)

24.

Khalistan Zindabad Force (KZF)

25.

Il-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan (PKK), (magħruf ukoll bħala KADEK; magħruf ukoll bħala KONGRA-GEL)

26.

It-Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam (TLET)

27.

* Loyalist Volunteer Force (LVF)

28.

L-Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali (Ejército de Liberación Nacional)

29.

*Orange Volunteers (OV)

30.

Il-Front għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLF)

31.

Il-Jihad Islamika Palestinjana

32.

Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PFLP)

33.

Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali (magħruf ukoll bħala PFLP – Kmand Ġenerali) “General Command”)

34.

*“Real IRA”

35.

*Brigate Rosse per la Costruzione del Partito Comunista Combattente (Il-Brigati Ħomor għall-Kostruzzjoni tal-Partit Komunista Kombattenti)

36.

*Red Hand Defenders (RHD)

37.

Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia (FARC) Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja

38.

* Epanastatiki Pirines (In-Nuklei Rivoluzzjonarji)

39.

*Dekati Evdomi Noemvri (L-Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tas-17 ta' Novembru)

40.

Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi (DHKP/C), magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (Xellug Rivoluzzjonarju), Dev Sol (Armata / Front / Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni)

41.

Sendero Luminoso – SL (It-Triq li Tiddi)

42.

Stichting Al Aqsa (magħruf ukoll bħala Stichting Al Aqsa Nederland, magħruf ukoll bħala Al Aqsa Nederland)

43.

Teyrbazen Azadiya Kurdistan – TAK (magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”)

44.

*Brigata XX Luglio (Il-Brigata tal-20 ta’ Lulju)

45.

*Ulster Defence Association/Ulster Freedom Fighters (“UDA/UFF”)

46.

Autodefensas Unidas de Colombia - AUC (Il-Forzi/Grupp Magħqud(a) għall-Awtodifiża tal-Kolombja)

47.

*Federazione Anarchica Informale – F.A.I. (Il-Federazzjoni Anarkika mhux uffiċjali)


Corrigendum

16.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/51


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1276/2008 tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-monitoraġġ, permezz ta’ verifiki fiżiċi tal-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli li qegħdin jirċievu rifużjonijiet jew somom oħra

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 339, 18 ta' Diċembru 2008 )

F’Paġna 67, fl-Anness IV, ir-raba’ linja għandha tinqara kif ġej:

“—

:

Bid-Daniż

:

Forordning (EF) nr. 2298/2001”.