ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2009.144.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
Werrej |
|
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 478/2009 it-8 ta’ Ġunju 2009 li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi kull proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward tal-monepantel ( 1 ) |
|
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
|
2009/432/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/433/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/434/KE |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
9.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 472/2009
tal-25 ta’ Mejju 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 637/2008 fir-rigward tal-programmi nazzjonali ta’ ristrutturar għas-settur tal-qoton
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 37(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-1979, u b’mod partikolari l-paragrafu 6 tal-Protokoll Nru 4 anness miegħu dwar il-qoton (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Il-Kapitlu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 tat-23 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u li jistabbilixxi programmi nazzjonali ta’ ristrutturar għas-settur tal-qoton (2) fih dispożizzjonijiet dwar programmi nazzjonali ta’ ristrutturar ta’ erba’ snin li għandhom jiġu deċiżi fil-livell tal-Istat Membru biex jiġu ffinanzjati, inter alia, miżuri speċifiċi li jgħinu l-industrija tal-ħalġ. |
(2) |
B’riżultat tal-iżviluppi riċenti fil-qagħda ekonomika tas-settur tal-qoton fil-Komunità, u konsegewntement, il-bżonn li jitwettqu immedjatament operazzjonijiet sostanzjali ta’ ristrutturar, u sabiex jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ħalġ ikkonċernati, l-introduzzjoni ta’ perjodu ta’ pprogrammar ta’ ristrutturar ta’ tmien snin huwa ġustifikat. Meta Stat Membru jintroduċi tali programm ta’ ristrutturar, it-trasferiment għal-limitu nazzjonali kif determinat fl-Anness VIII għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (3) għandhom isegwu immedjatament. |
(3) |
L-Artikolu 7(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008 jipprevedi li l-benefiċjarji tal-għajnuna taħt il-Kapitlu IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1051/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar għajnuna ta’ produzzjoni għall-qoton (4) fis-sena tas-suq 2005/2006 huma l-benefiċjarji tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 7(1)(a), (b) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008. Madanakollu, peress illi uħud mill-fabbriki tal-ħalġ ma kinux imħaddma mis-sidien tagħhom tul dik is-sena tas-suq taħt referenza u dawk is-sidien ma kinux benefiċjarji skont il-Kapitlu IV tar-Regolament (KE) Nru 1051/2001, dawk is-sidien tal-fabbriki tal-ħalġ kienu esklużi mill-parteċipazzjoni fil-proċess ta’ ristrutturar. Sabiex il-programmi nazzjonali ta’ ristrutturar ikunu effikaċi l-fabbriki kollha tal-ħalġ li kienu attivi fis-sena tas-suq taħt referenza 2005/2006 u li huma eliġibbli għal appoġġ skont il-Kapitlu IV tar-Regolament (KE) Nru 1051/2001, għandhom ikunu koperti bil-miżuri skont l-Artikolu 7(1)(a), (b) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008. Għalhekk, huwa xieraq li fir-rigward ta’ dik is-sena tas-suq, s-sid tal-fabbrika għandu jikkwalifika bħala l-benefiċjarju taħt il-programmi ta’ ristrutturar ikkonċernat. |
(4) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 637/2008 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 637/2008 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 4(1) is-subparagrafu li ġej għandu jiġi inserit qabel l-ewwel subparagrafu: “B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jippreżentaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2009, abbozz uniku ta’ programm ta’ ristrutturar emendat għal tul ta’ żmien ta’ tmien snin.”; |
(2) |
fl-Artikolu 5(2) għandu jiġi miżjud is-subparagrafu li ġej: “Madankollu, jekk Stat Membru jagħżel li jippreżenta abbozz ta’ programm ta’ ristrutturar modifikat għal tul ta’ żmien ta’ tmien snin, kif previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1), il-baġit annwali tiegħu kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi ttrasferit għal-limitu nazzjonali tiegħu kif determinat fl-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fis-sena finanzjarja 2018 u għandu jkun applikabbli għal pagamenti diretti mħallsa f’dik is-sena. Qabel l-1 ta’ Jannar 2018 l-Istat Membru konċernat għandu jippreżenta komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ristrutturar u l-ksib tal-għanijiet tiegħu.”; |
(3) |
fl-Artikolu 7(2), il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ŠEBESTA
(1) ĠU L 291, 19.11.1979, p. 174.
(3) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
9.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/3 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 473/2009
tal-25 ta’ Mejju 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u r-Regolament 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 36 u 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tiegħu fil-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008, approva Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku (PEIE), li jipprevedi l-bidu ta’ azzjonijiet prijoritarji biex l-ekonomiji tal-Istati Membri jkunu jistgħu jaġġustaw b’rata aktar mgħaġġla għall-isfidi attwali. Il-PEIE huwa bbażat fuq sforz ekwivalenti totalment għal madwar 1,5 % tal-PDG tal-Unjoni Ewropea, ċifra li tammonta għal madwar EUR 200 biljun. |
(2) |
Minn dan l-ammont, EUR 1 020 miljun għandhom ikunu disponibbli għall-Istati Membri kollha permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) bil-għan li jiġi żviluppat l-Internet tal-broadband f’żoni rurali u li jissaħħu l-operazzjonijiet marbuta mal-prijoritajiet stabbiliti fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 16a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 (2) (minn hawn ‘il quddiem “sfidi ġodda”). |
(3) |
Huma meħtieġa diversi emendi għar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, sabiex jiġi stabbilit il-qafas legali biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw l-ammont ta’ EUR 1 020 miljun, f’kontinwità mal-emendi introdotti bir-Regolament (KE) Nru 74/2009 (3) li jippermetti l-użu mill-Istati Membri ta’ ammonti li jirriżultaw minn modulazzjoni obbligatorja miżjuda u fondi mhux użati ġġenerati skont l-Artikolu 136 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett skont il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (4) dwar operazzjonijiet marbuta mal-isfidi ġodda. |
(4) |
Minħabba l-piż partikolari fil-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej tar-riżorsi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, l-Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (5), huwa adatt li jkompli jiġi previst, b’mod eċċezzjonali, li l-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummisjoni, jadotta d-deċiżjoni meħtieġa dwar l-ammont tal-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013, it-tqassim annwali tiegħu kif ukoll l-ammont minimu li għandu jkun ikkonċentrat fir-reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv ta’ Konverġenza. |
(5) |
Minħabba r-riżorsi addizzjonali li għandhom isiru disponibbli bħala appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali taħt il-PEIE, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jirrivedu l-Pjan Strateġiku Nazzjonali (NSP) tagħhom. Peress li l-Istati Membri kollha ser jirċievu fondi addizzjonali mill-2009, kollha għandhom ikunu meħtieġa li jirrivedu l-NSP tagħhom sal-15 ta’ Lulju 2009. |
(6) |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2008 jfakkru l-appoġġ tal-Kunsill Ewropew għall-PEIE, b’mod partikolari, l-iżvilupp tal-Internet tal-broadband, inkluż f’żoni li mhumiex moqdija tajjeb. Minħabba li ż-żoni rurali kemm-il darba jbatu minn nuqqasijiet fl-aċċess għall-Internet, l-appoġġ għall-infrastrutturi tal-broadband fiż-żoni rurali għandu jissaħħaħ bl-appoġġ tal-FAEŻR. Minħabba l-importanza ta’ din il-prijorità, l-Istati Membri, skont il-ħtiġijiet tagħhom, fil-programmi tagħhom għandhom jipprevedu l-operazzjonijiet marbuta ma’ din il-prijorità sa tmiem l-2009. Lista tat-tipi ta’ operazzjonijiet marbuta mal-infrastrutturi tal-broadband għandha tiġi stabbilita sabiex tgħin lill-Istati Membri jidentifikaw l-operazzjonijiet rilevanti fil-kuntest tal-qafas legali għall-iżvilupp rurali. |
(7) |
Peress li l-fondi addizzjonali mill-PEIE ser isiru disponibbli għall-Istati Membri kollha fl-2009 u l-2010, l-Istati Membri kollha fil-programmi tagħhom tal-iżvilupp rurali għandhom jipprevedu tipi ta’ operazzjonijiet relatati mal-isfidi l-ġodda diġà mill-2009. |
(8) |
L-obbligu li sal-15 ta’ Lulju 2009 għandom jiġu ppreżentati programmi riveduti tal-iżvilupp rurali għandu, għalhekk, japplika għall-Istati Membri kollha. |
(9) |
Minħabba l-użu addizzjonali, speċifiku u vinkolanti tar-riżorsi finanzjarji, li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni obbligatorja skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009, tal-ammonti ġġenerati skont l-Artikolu 136 ta’ dak ir-Regolament u tal-ammonti li għandhom isiru disponibbli bħala appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali skont il-PEIE, il-bilanċ stabbilit bejn l-objettivi ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali m’għandux ikun affettwat minn dawk ir-riżorsi finanzjarji. |
(10) |
Iż-żoni rurali ta’ spiss tonqoshom l-infrastruttura tal-broadband, kemm fuq skala żgħira kif ukoll fuq skala akbar. Din tal-aħħar tista’ tkun kruċjali biex jinqdew żoni rurali anqas aċċessibbli. Sabiex jiġi żgurat l-użu l-aktar effikaċi tar-riżorsi disponibbli u sabiex ikun jista’ jseħħ l-iżvilupp sostantiv tal-Internet tal-broadband fiż-żoni rurali, l-operazzjonijiet pertinenti għandhom jitqiesu bħala eliġibbli mingħajr limitu fid-daqs tal-infrastruttura relatata. Għalhekk, il-limitu li jeżisti fid-daqs għall-infrastruttura tas-servizzi bażiċi għall-ekonomija u l-popolazzjoni rurali m’għandux japplika għall-operazzjonijiet relatati mal-infrastrutturi tal-broadband. |
(11) |
Sabiex jinkisbu l-objettivi speċifiċi ta’ politika li jissaħħu l-operazzjonijiet relatati mal-isfidi l-ġodda u li jiġu żviluppati l-infrastrutturi tal-Internet tal-broadband, huwa meħtieġ li jkun ipprovdut li r-riżorsi finanzjarji li jsiru disponibbli bħala appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali taħt il-PEIE, għandhom jintużaw għal ċerti għanijiet speċifiċi u li dan l-obbligu għandu jiġi kkombinat mal-obbligu eżistenti għall-ammonti li jirriżultaw mill-modulazzjoni obbligatorja u l-ammonti ġġenerati taħt l-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. |
(12) |
Minħabba l-importanza tal-operazzjonijiet tal-broadband fil-livell Komunitarju, iż-żieda tal-kontribut tal-FAEŻR previst fir-Regolament (KE) Nru 74/2009 għandha tapplika wkoll għal tali tipi ta’ operazzjonijiet biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tagħhom. |
(13) |
Sabiex jiġu faċilitati l-Istati Membri li huma partikolarment affettwati mill-kriżi ekonomika u li għandhom diffikultajiet biex jipprovdu r-riżorsi finanzjarji nazzjonali biex jintużaw il-fondi disponibbli tal-FAEŻR, għandhom ikunu permessi rati ogħla ta’ kofinanzjament eċċezzjonalment fl-2009. |
(14) |
Ladarba l-miżuri previsti fl-emendi proposti ma jippreġudikawx l-aspettattivi leġittimi tal-operaturi ekonomiċi u għandhom ikopru l-2009, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009. |
(15) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu jiġi emendat kif meħtieġ. |
(16) |
Sabiex ikun żgurat li jittieħed kont tal-PEIE għad-dixxipplina baġitarja, hu meħtieġ li jiġu adatti d-dispożizzjonijiet dwar il-livell massimu tal-baġit għan-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) imsemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (6) billi jittieħed ukoll kont tas-somom iffissatti skont l-Intestatura 2 għall-iżvilupp rurali taħt il-pakkett ta’ rkupru skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/434/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2006/493/KE li tistabbilixxi l-ammont ta’ appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013, it-tqassim annwali tiegħu u l-ammont minimu li għandu jiġi kkonċentrat f’reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv ta’ Konverġenza (7) u l-ammont għal proġetti fil-qasam tal-enerġija li jista’ jiġi deċiż skont il-proċedura stabbilita fid-Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-finanzjament ta’ proġetti fil-qasam tal-enerġija u l-Internet tal-broadband kif ukoll il-Verifika tas-Saħħa tal-PAK fil-qafas tal-Pjan Ewropew ta’ Rilanċ Ekonomiku (8). Ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 12a jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 12a Reviżjoni 1. L-Istati Membri għandhom jirrivedu, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(1), il-pjani ta’ strateġija nazzjonali tagħhom skont ir-reviżjoni tal-linji gwida strateġiċi Komunitarji kif imsemmija fl-Artikolu 10. 2. Il-pjan ta’ strateġija nazzjonali rivedut imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintbagħat lill-Kummissjoni mhux aktar tard mil-15 ta’ Lulju 2009.”; |
(2) |
l-Artikolu 16a jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 16a Operazzjonijiet speċifiċi relatati ma’ ċerti prijoritajiet 1. Sal-31 ta’ Diċembru 2009, l-Istati Membri, fil-programmi tal-iżvilupp rurali tagħhom, skont il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, għandhom jipprevedu tipi ta’ operazzjonijiet li għandhom il-prijoritajiet li ġejjin kif deskritti fil-linji gwida strateġiċi Komunitarji u speċifikati aktar fil-pjani ta’ strateġija nazzjonali:
It-tipi ta’ operazzjonijiet li għandhom jintrabtu mal-prijoritajiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu mmirati lejn il-kisba ta’ effetti bħall-effetti potenzjali msemmija fl-Anness II. Lista indikattiva ta’ tali tipi ta’ operazzjonijiet u l-effetti potenzjali tagħhom tinsab fl-Anness II. Lista ta’ tipi ta’ operazzjonijiet marbuta mal-prijorità msemmija fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu tinsab fl-Anness III. Il-programmi riveduti tal-iżvilupp rurali, relatata mal-operazzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mil-15 ta’ Lulju 2009. 2. Mill-1 ta’ Jannar 2009, għal tipi ta’ operazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 1, ir-rati tal-intensità tal-għajnuna ffissati fl-Anness I jistgħu jiżdiedu b’10 punti perċentwali. 3. Sal-31 ta’ Diċembru 2009, kull programm tal-iżvilupp rurali għandu jinkludi wkoll:
|
(3) |
fl-Artikolu 17, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej: “3. L-ammonti ekwivalenti għal dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni obbligatorja skont l-Artikolu 69(5a) u mill-2011, flimkien mal-ammonti ġġenerati skont l-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 tad- 19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (*) u l-ammont imsemmi fl-Artikolu 69(2a) ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx jitqiesu fil-kontribut totali tal-FAEŻR li minnu l-kontribut finanzjarju Komunitarju minimu għal kull assi jiġi kkalkulat kif previst fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. |
(4) |
fl-Artikolu 56 tinżied is-sentenza li ġejja: “Il-limitazzjoni fid-daqs għall-infrastruttura m’għandhiex tapplika għall-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 16a(1).”; |
(5) |
l-Artikolu 69 huwa b’dan emendat kif ġej:
|
(6) |
l-Artikolu 70 jinbidel kif ġej:
|
(7) |
fl-Anness II, it-titolu jinbidel b’ dan li ġej: “Lista indikattiva b’tipi ta’ operazzjonijiet u l-effetti potenzjali relatati mal-prijoritajiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 16a(1).”; |
(8) |
jiżdied Anness, li t-test tiegħu jinsab fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 huwa b’dan emendat kif ġej:
Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1. Il-limitu annwali għan-nefqa tal-FAEG għandu jkun kostitwit bl-ammonti massimi stabbiliti għalih skont il-qafas finanzjarju pluriennali previst fil-Ftehim Interistituzzjonali, nieqes l-ammonti msemmija fil-paragrafu 2, u:
(a) |
nieqes l-ammont miżjud għall-Appoġġ għall-Iżvilupp Rurali bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/434/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2006/493/KE li tistabbilixxi l-ammont ta’ appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013, it-tqassim annwali tiegħu u l-ammont minimu li għandu jiġi kkonċentrat f’reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv ta’ Konverġenza (****) li mhijiex koperta bil-marġni taħt l-Intestatura 2 tal-qafas finanzjarju tal-Ftehim Interistituzzjonali li jeżisti barra s-sublimitu għan-nefqa tal-FAEG |
(b) |
nieqes kwalunkwe tnaqqis possibbli tal-limitu tal-Intestatura 2 fir-rigward tal-finanzjament tal-proġetti fil-qasam tal-enerġija, li jista’ jiġi deċiż skont il-proċedura stabbilita fid-Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ta’ dwar il-finanzjament ta’ proġetti fil-qasam tal-enerġija u l-Internet tal-broadband kif ukoll il-Verifika tas-Saħħa tal-PAK fil-qafas tal-Pjan Ewropew ta’ Rilanċ Ekonomiku (*****). |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, il-25 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ŠEBESTA
(1) L-Opinjoni tas-6.5.2009 (għadha ma ġietx ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali)
(2) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.
(3) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 100.
(4) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
(5) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.
(6) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(7) Ara paġna 25 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(8) ĠU C 108, 12.5.2009, p. 1.
ANNESS
“ANNESS III
Lista bit-tipi ta’ operazzjonijiet relatati mal-prijorità msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 16a(1)
Prijorità: Infrastruttura tal-broadband fiż-żoni rurali |
|
Tipi ta’ operazzjonijiet |
Artikoli u miżuri |
Il-ħolqien ta’ u l-kapaċità għall-aċċess għall-infrastruttura tal-broadband li tinkludi faċilitajiet għat-twassil tas-servizzi (backhaul) u ta’ tagħmir tal-art (eż. teknoloġiji fissi, teknoloġiċi terrestri bla fili, ibbażati fuq is-satelliti jew kombinazzjoni ta’ teknoloġiji) |
Artikolu 56: servizzi bażiċi għall-ekonomija u għall-popolazzjoni rurali |
Titjib tal-infrastruttura tal-broadband eżistenti |
Artikolu 56: servizzi bażiċi għall-ekonomija u għall-popolazzjoni rurali |
Installazzjoni tal-infrastruttura tal-broadband passiva (pereżempju: xogħlijiet ta’ inġinerija ċivili bħal kanali, u elementi ta’ netwerk oħrajn bħal fibra skura eċċ) ukoll f’sinerġija ma’ infrastrutturi oħrajn (netwerks ta’ enerġija, trasport, ilma, dranaġġ eċċ). |
Artikolu 56: servizzi bażiċi għall-ekonomija u għall-popolazzjoni rurali” |
9.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 474/2009
tat-8 ta’ Ġunju 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Ġunju 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
32,7 |
MK |
43,9 |
|
TR |
57,4 |
|
ZZ |
44,7 |
|
0707 00 05 |
JO |
162,3 |
MK |
24,8 |
|
TR |
103,6 |
|
ZZ |
96,9 |
|
0709 90 70 |
TR |
114,5 |
ZZ |
114,5 |
|
0805 50 10 |
AR |
61,9 |
TR |
60,0 |
|
ZA |
62,7 |
|
ZZ |
61,5 |
|
0808 10 80 |
AR |
103,0 |
BR |
81,3 |
|
CA |
69,7 |
|
CL |
72,2 |
|
CN |
92,2 |
|
NA |
101,9 |
|
NZ |
98,4 |
|
US |
121,5 |
|
ZA |
73,8 |
|
ZZ |
90,4 |
|
0809 10 00 |
TN |
169,2 |
TR |
199,3 |
|
ZZ |
184,3 |
|
0809 20 95 |
TR |
177,9 |
US |
453,6 |
|
ZZ |
315,8 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
9.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 475/2009
tal-5 ta’ Ġunju 2009
li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Maqgħuda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmijin fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella li tinsab fl-Anness għandha tkun ikklassifikata taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2, għar-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3 ta’ dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li għandha x’taqsam mal-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mfassla fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Maqgħuda taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2 ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Prodott magħmul minn diversi tipi ta’ plastik (li jissejjaħ “siġill tal-kejbils”) (*) ta’ qisien globali ta’ bejn wieħed u ieħor 1 cm (diametru) × 0,8 cm (tul). Il-prodott għandu toqba fin-nofs u huwa mdawwar b’qafas biex isaħħaħ l-istruttura tiegħu. Il-prodott huwa maħdum biex jintuża ma’ konnetturi tal-elettriku f’vetturi bil-mutur u jipproteġi l-konnessjoni tal-elettriku mit-trab, mill-umdità, miż-żejt u minn elementi oħra li s-soltu nsibu fl-ambjent ta’ karozza. |
3926 90 97 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata permezz tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomeklatura Maqgħuda u mill-kitba fil-kodiċi NM 3926 , 3926 90 u 3926 90 97 . Il-prodott mhuwiex ikkunsidrat li jagħmel parti minn xi tip ta’ apparat tal-elettriku fi ħdan it-tifsira tan-Nota 2(b) tas-Settur XVI, peress illi l-konnettur jaħdem xorta waħda mingħajru u l-prodott qiegħed hemm biss biex itejjeb il-funzjoni tal-konnettur. Għalhekk, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8538 li tiddiskrivi l-prodott bħala wieħed adattat biss jew prinċipalment, biex jintuża ma’ apparat li jaqa’ taħt l-intestatura 8536 , se tiġi eskluża. Il-prodott mhuwiex ikkunsidrat bħala armar ta’ insulazzjoni għal apparat tal-elettriku li jaqa’ taħt l-intestatura 8547 peress illi mhuwiex maħdum speċifikament għal skopijiet ta’ insulazzjoni iżda biex jipproteġi l-konnessjonijiet tal-elettriku b’mod ġenerali. Għalhekk il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 3926 90 97 , bħal prodotti oħra magħmulin minn diversi tipi ta’ plastik. |
(*) L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta’ informazzjoni.
9.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 476/2009
tal-5 ta’ Ġunju 2009
li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Maqgħuda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Maqgħuda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmijin fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenaklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati ma’ kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanizja msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella li tinsab fl-Anness għandha tkun ikklassifikata taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2, għar-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3 ta’ dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tariffarja li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mfassla fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Maqgħuda taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2 ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||
(1) |
(2) |
(3) |
||||||
Sistema li tikkonsisti mill-elementi li ġejjin:
L-ewwel komponent jiżen madwar 3,6 kg. Il-piż totali tas-sistema hi madwar 32 kg. Is-sistema tintuża għal operazzjonijiet ta’ taħt wiċċ il-baħar li jinvolvu t-teħid ta’ immaġni u t-trasferiment tagħhom bil-kejbil lid-display fuq l-apparat ta’ kontroll. Hi operattiva sa fond ta’ madwar 90 m. |
8525 80 19 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali nri 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 4 sas-Sezzjoni XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8525 , 8525 80 u 8525 80 19 . Il-karattru neċessarju tal-komponent, li jikkonsisti minn kamera tat-televiżjoni (tal-kodiċi NM 8525 80 19 ) armata fuq vettura li titniżżel taħt wiċċ il-baħar, hu provdut bil-kamera u mhux mill-vettura, li tittrasporta biss il-kamera għal distanza limitata. Konsegwentament, jekk ippreżentat għalih waħdu, dan il-komponent għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8525 80 19 . Peress li l-komponenti individwali huma interkonnessi u s-sistema hi magħmula minn komponenti individwali maħsubin biex jikkontribwixxu flimkien għal funzjoni definita ċar, li hi koperta minn wieħed mill-intestaturi fil-Kapitolu 84 jew 85, tista’ tkun applikata n-Nota 4 fis-Sezzjoni XVI. Il-funzjoni tas-sistema hi li tieħu immaġni mingħajr ma tgħażilhom. Għaldaqstant, is-sistema kollha għandha tiġi klassifikata taħt il-kodiċi NM 8525 80 19 bħala kamera tat-televiżjoni. |
9.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 477/2009
tal-5 ta’ Ġunju 2009
li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Maqgħuda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara kkunsidra it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni b’mod uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri rigward il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenaklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanizja msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella li tinsab fl-Anness għandha tkun ikklassifikata taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2, għar-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3 ta' dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li għandha x'taqsam mal-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||
(1) |
(2) |
(3) |
||
|
9001 90 00 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda kif ukoll bil-kliem tal-Kodiċi NM 9001 and 9001 90 00 . Is-saffi tal-plastik jagħtu lill-prodott il-karatteristiċi ta’ element ottiku. Klassifikazzjoni taħt l-intestatura 7007 bħala ħġieġ reżistenti (ittemprat) jew ħġieġ laminat, hi għaldaqstant eskluża. Elementi ottiċi ta’ plastik li mhumiex immuntati huma koperti mill-intestatura 9001 , kemm jekk ikunu maħduma b’mod ottiku u kemm jekk le (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni HS għall-intestatura 9001 (D)). Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 9001 90 00 bħala elementi ottiċi oħrajn. |
||
|
9002 20 00 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda kif ukoll bil-kliem tal-Kodiċi NM 9002 u 9002 20 00 . Is-saffi tal-plastik jagħtu lill-prodott il-karattereistiċi ta’ element ottiku/filtru ottiku. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 7007 bħala ħġieġ ta’ sikurezza, li jikkonsisti fi ħġieġ reżistenti (ittemprat) jew ħġieġ laminat, hi għaldaqstant eskluża. Elementi ottiċi ta’ plastik li mhumiex immuntati huma koperti mill-intestatura 9002 , kemm jekk ikunu maħduma b’mod ottiku u kemm jekk le (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni HS għall-intestatura 9001 , (D) u 9002 ). Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 9002 20 00 bħala filtru ottiku. |
9.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/17 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 478/2009
it-8 ta’ Ġunju 2009
li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi kull proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward tal-monepantel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi kull proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 2 u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini fformulati mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għal Użu Veterinarju,
Billi:
(1) |
Is-sustanzi farmakoloġikament attivi kollha użati fil-Komunità fil-prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-annimali li jagħtuna l-ikel għandhom ikunu vvalutati skont ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90. |
(2) |
Applikazzjoni sabiex jiġu stabbiliti l-limiti massimi ta’ residwi għall-monepantel, aġent li jaġixxi kontra l-endoparassiti, intbagħtet lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini. Fuq il-bażi tar-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju, din is-sustanza għandha tiżdied mal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għall-ispeċi ovini applikabbli għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied, il-kliewi, esklużi l-annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem. |
(3) |
Is-sustanza triclabendazole hija inkluża fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għall-ispeċijiet tal-bovini u ovini, għall-muskoli, il-kliewi u l-fwied, esklużi l-annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem. Il-limiti massimi provviżorji stabbiliti f’dan l-Anness għal din is-sustanza għandhom jiskadu fl-1 ta’ Jannar 2011. |
(4) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa xieraq li tiżdied sottodiviżjoni oħra intitolata “Oħrajn” mal-Annessi I u III, peress li l-monepantel hija klassi ġdida ta’ kompost li ma jidħolx fis-sottodiviżjonijiet eżistenti. Fl-ambitu tas-sottokategorija tal-“Aġenti li jaġixxu kontra l-endoparassiti” s-sottodiviżjonijiet eżistenti huma bbażati fuq il-kimika tal-komposti u għadd ta’ dawn is-sottodiviżjonijiet kimiċi jinkludu sustanzi waħedhom biss. Huwa preferibbli li tinħoloq sottodiviżjoni “Oħrajn” milli jkomplu jinħolqu sottodiviżjonijiet kimiċi ġodda għal kull klassi ta’ sustanza ġdida li jwassal għal għadd dejjem jiżdied ta’ sottodiviżjonijiet li fihom sustanzi waħedhom. Għall-monepantel mhux ċar liema parti tal-molekula hija kruċjali għall-effett farmakoloġiku u għaldaqstant mhux ċar x’għandu jkun l-isem xieraq għal sottodiviżjoni kimika ġdida għall-monepantel. |
(5) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Għandu jitħalla perjodu adegwat qabel ma jsiru applikabbli l-emendi li fih dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri jagħmlu kwalunkwe aġġustament li jista’ jkun meħtieġ fid-dawl ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet biex jitqiegħdu l-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati fis-suq li ngħataw skont id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (2), biex jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u III tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huma emendati kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mit-8 ta’ Awwissu 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1.
(2) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.
ANNESS
(1) |
Punt 2.1.8 ġdid “Oħrajn” li jinkludi s-sustanza l-ġdida “Monepantel” jiżdied mal-Anness I (Lista ta’ sustanzi farmakoliġament attivi li ġew iffissati l-limiti massimi ta’ residwi għalihom), kif ġej: 2. Aġenti antiparassitiċi 2.1. Aġenti li jaġixxu kontra l-endoparassiti “2.1.8 Oħrajn
|
(2) |
Punt 2.1.8 ġdid “Oħrajn” li jinkludi s-sustanza l-ġdida “Monepantel” jiżdied mal-Anness III (Lista ta’ sustanzi farmakoliġament attivi użati fi prodotti mediċinali veterinarji li ġew iffissati l-limiti massimi provviżorji ta’ residwi għalihom), kif ġej: 2. Aġenti antiparassitiċi 2.1. Aġenti li jaġixxu kontra l-endoparassiti “2.1.8. Oħrajn
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Il-Kunsill
9.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-4 ta' Novembru 2008
dwar l-iffirmar tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra
(2009/432/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2), u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-2005, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra,minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, ġie iffirmat fi Brussell fis-6 ta’ Diċembru 2002 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2008 (1). |
(2) |
Fit-23 ta’ Ottubru 2006, il-Kummissjoni ġiet awtorizzata mill-Kunsill biex tinnegozja Protokoll maċ-Ċina li jemenda l-Ftehim sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea. |
(3) |
Il-Protokoll ġie inizjalat miż-żewġ partijiet fit-28 ta’ Frar 2008. |
(4) |
Il-Protokoll għandu għalhekk jiġi ffirmat, suġġett għall-konklużjoni tiegħu wara t-tlestija tal-proċeduri kostituzzjonali u istituzzjonali neċessarji, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, suġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ tali Protokoll.
It-test ta’ dan il-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina il-persuni mogħtija s-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
C. LAGARDE
(1) ĠU L 46, 21.2.2008, p. 25.
PROTOKOLL
li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA’ SPANJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,
IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,
MALTA,
IR-RENJU TAL-OLANDA,
IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-RUMANIJA,
IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVAKKJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ
minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Istati Membri”, rappreżentati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u
IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Komunità”, rappreżentata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,
minn naħa l-waħda, u
IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA POPOLARI TAĊ-ĊINA,
min-naħa l-oħra,
WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, u b’hekk ukoll għall-Komunità, fl-1 ta’ Jannar 2007,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija għandhom ikunu Partijiet għall-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, li ġie ffirmat fi Brussell fis-6 ta’ Diċembru 2002 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2008 (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”).
Artikolu 2
It-testi tal-Ftehim fil-lingwa Bulgara u fil-lingwa Rumena, mehmuża ma’ dan il-Protokoll, għandhom ikunu awtentiċi taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mfassla skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim.
Artikolu 3
Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lil xulxin rigward it-tlestija tal-proċeduri legali interni għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tiġi rċevuta l-aħħar notifika bil-miktub.
Artikolu 4
Dan il-Protokoll huwa mfassal duplikatament fi Brussell, fil-wieħed u tletin jum ta’ Marzu tas-sena elfejn u disgħa, bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż u biċ-Ċiniż, b’kull test ugwalment awtentiku.
За държавите-членки
Por los Estados miembros
Za členské státy
For medlemsstaterne
Für die Mitgliedstaaten
Liikmesriikide nimel
Για τα κράτη μέλη
For the Member States
Pour les États membres
Per gli Stati membri
Dalībvalstu vārdā
Valstybių narių vardu
A tagállamok részéről
Għall-Istati Membri
Voor de lidstaten
W imieniu państw członkowskich
Pelos Estados-Membros
Pentru statele membre
Za členské štáty
Za države članice
Jäsenvaltioiden puolesta
På medlemsstaternas vägnar
За Европейската общност
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenství
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā
Europos bendrijos vardu
Az Európai Közösség részéről
Għall-Komunità Ewropea
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Comunidade Europeia
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvo
Za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
På Europeiska gemenskapens vägnar
За правителството на Китайската народна република
Por el Gobierno de la República Popular China
Za vládu Čínské lidové republiky
For Folkerepublikken Kinas regering
Im Namen der Regierung der Volksrepublik China
Hiina Rahvavabariigi valitsuse nimel
Για την κυβέρνηση της Λαϊκής Δημοκρατίας της Κίνας
For the Government of the People's Republic of China
Pour la gouvernement de la République populaire de Chine
Per il Governo della Repubblica popolare cinese
Kīnas Tautas Republikas vārdā
Kinijos Liaudies Respublikos Vyriausybės vardu
A Ķīnas Népköztársaság kormánya részéről
Għall-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina
Voor de regering van de Volksrepubliek China
W imieniu rządu Chińskiej Republiki Ludowej
Pelo Governo da República Popular da China
Pentru Guvernul Republicii Populare Chineze
Za vládu Čínskej l'udovej republiky
Za Vlado Ljudske republike Kitajske
Kiinan kansantasavallan hallituksen puolesta
På Folkrepubliken Kinas regerings vägnar
9.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-5 ta’ Mejju 2009
dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mar-Regolament Nru 61 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni ta’ vetturi kummerċjali fir-rigward tal-isporġenzi esterni tagħhom ’il quddiem mill-pannell posterjuri tal-kabina
(2009/433/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati ma’ u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2), tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Ir-rekwiżiti standard tar-Regolament Nru 61 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi kummerċjali fir-rigward tal-isporġenzi esterni tagħhom ‘il quddiem mill-pannell posterjuri tal-kabina (“ir-Regolament Nru 61”) huma maħsuba sabiex jeliminaw l-ostakoli tekniċi fil-kummerċ f’vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet Kontraenti u jiżguraw li dawn il-vetturi jipprovdu livell għoli ta’ sigurtà u protezzjoni. |
(2) |
Ir-Regolament Nru 61 ġie notifikat lill-Partijiet Kontraenti u daħal fis-seħħ fir-rigward tal-Partijiet Kontraenti kollha li ma tawx notifika tan-nuqqas ta’ qbil tagħhom sad-data jew dati speċifikati fih bħala Regolament mehmuż mal-Ftehim Rivedut tal-1958. |
(3) |
Ir-Regolament Nru 61 għandu jiġi inkorporat fis-sistema ta’ approvazzjoni għal vetturi bil-mutur u għandu għalhekk irid jiżdied mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Komunità, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. Il-Komunità Ewropea għandha taderixxi mar-Regolament Nru 61 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni ta’ vetturi kummerċjali fir-rigward tal-isporġenzi esterni tagħhom ’il quddiem mill-pannell posterjuri tal-kabina.
2. It-test tar-Regolament huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (2).
Artikolu 2
Konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 35 u 36 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (3), l-ekwivalenti tar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 61 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa u dawk tad-Direttiva tal-Kunsill 92/114/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 dwar oġġetti ħerġin ‘il barra ’l quddiem mill-pannell ta’ wara tal-kabina ta’ vetturi bil-mutur tal-kategorija N (4), għandhom jiġu rikonoxxuti.
Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
M. KALOUSEK
(1) ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.
(2) Dan ir-Regolament għandu jiġi ppubblikat f’Ġurnal Uffiċjali ġejjieni.
(3) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(4) ĠU L 409, 31.12.1992, p. 17.
9.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Mejju 2009
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/493/KE li tistabbilixxi l-ammont ta’ appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013, it-tqassim annwali tiegħu u l-ammont minimu li għandu jiġi kkonċentrat f’reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv ta’ Konverġenza
(2009/434/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 69(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni 2006/493/KE (2) tistabbilixxi l-ammont ta’ appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013, it-tqassim annwali tiegħu u l-ammont minimu li għandu jiġi kkonċentrat f’reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv ta’ Konverġenza. |
(2) |
Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tiegħu fil-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008, approva Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku (PEIE) li jipprevedi l-bidu ta’ azzjonijiet prijoritarji biex l-ekonomiji tal-Istati Membri jkunu jistgħu jaġġustaw b’rata aktar mgħaġġla għall-isfidi kurrenti. |
(3) |
Il-PEIE huwa bbażat fuq ekwivalent ta’ sforz totali ekwivalenti ta’ madwar 1,5 % tal-PGD tal-Unjoni Ewropea, ċifra ta’ madwar EUR 200 biljun. Minn dak l-ammont, għandhom ikunu disponibbli EUR 1 020 miljun għall-Istati Membri kollha permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali bil-għan li jiġi żviluppat l-Internet tal-broadband f’żoni rurali, u li jissaħħu l-operazzjonijiet marbuta mal-prijoritajiet stipulati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 16a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. Skont id-Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-finanzjament ta’ proġetti fil-qasam tal-enerġija u l-Internet tal-broadband kif ukoll il-Verifika tas-Saħħa tal-PAK fil-qafas tal-Pjan Ewropew ta’ Rilanċ Ekonomiku (3), EUR 600 miljun għandhom ikunu disponibbli fl-2009 filwaqt li EUR 420 miljun għandhom ikunu żgurati permezz ta’ mekkaniżmu ta’ kumpens fil-konċiljazzjoni tal-proċedura baġitarja Komunitarja tal-2010 u għandhom ikunu disponibbli fl-2010. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2006/493/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/493/KE jinbidel bit-test li jidher fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ŠEBESTA
(1) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.
(2) ĠU L 195, 15.7.2006, p. 22. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 335M, 13.12.2008, p. 370.
(3) ĠU C 108, 12.5.2009, p. 1.
ANNESS
“ANNESS
L-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet tal-impenji għall-2007–2013 (prezzijiet kostanti tal-2004), tqassim annwali u ammont annwali li għandu jiġi kkonċentrat f’reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv ta’ Konverġenza (*)
Prezzijiet tal-2004 f’EUR (**) |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
Total |
L-ammont totali għall-UE-25 flimkien mal-Bulgarija u r-Rumanija |
9 325 497 783 |
10 788 767 263 |
11 058 446 242 |
10 651 531 634 |
9 824 886 713 |
9 588 187 168 |
9 356 225 581 |
70 593 542 384 |
L-ammont minimu għar-reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv ta’ Konverġenza |
27 676 975 284 |
L-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet tal-impenji għall-2007–2013 (prezzijiet attwali), tqassim annwali u ammont annwali li għandu jiġi kkonċentrat f’reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv ta’ Konverġenza (***)
Prezzijiet Kurrenti f’EUR (****) |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
Total |
L-ammont totali għall-UE-25 flimkien mal-Bulgarija u r-Rumanija |
9 896 292 851 |
11 678 108 653 |
12 209 418 209 |
11 995 354 634 |
11 285 706 554 |
11 234 089 442 |
11 181 555 662 |
79 480 526 005 |
L-ammont minimu għar-reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv ta’ Konverġenza |
31 232 644 963 |
(*) Qabel il-modulazzjoni u t-trasferimenti oħrajn minn infiq marbut mas-suq u l-ħlasijiet diretti tal-politika agrikola komuni għall-iżvilupp rurali.
(**) L-ammonti huma approssimati għall-eqreb euro
(***) Qabel il-modulazzjoni u t-trasferimenti oħrajn minn infiq marbut mas-suq u l-ħlasijiet diretti tal-politika agrikola komuni għall-iżvilupp rurali.
(****) L-ammonti huma approssimati għall-eqreb euro”