ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.131.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 131

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
28 ta' Mejju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (KE) Nru 390/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għall-missjonijiet dilomatiċi u l-uffiċċji konsulari fir-rigward tal-introduzzjoni tal-bijometrika inklużi dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tar-riċezzjoni l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża

1

 

*

Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri ( 1 )

11

 

*

Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' aċċidenti ( 1 )

24

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (Tfassil mill-ġdid) ( 1 )

47

 

*

Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port ( 1 )

57

 

*

Direttiva 2009/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità ( 1 )

101

 

*

Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiv tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Diriettiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

114

 

*

Direttiva 2009/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-assigurazzjoni tas-sidien ta' vapuri għal pretensjonijiet marittimi ( 1 )

128

 

*

Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera ( 1 )

132

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/1


REGOLAMENT (KE) Nru 390/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

li jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għall-missjonijiet dilomatiċi u l-uffiċċji konsulari fir-rigward tal-introduzzjoni tal-bijometrika inklużi dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tar-riċezzjoni l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62 (2) b) ii) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Biex ikunu żgurati l-verifika u l-identifikazzjoni affidabbli tal-applikanti huwa meħtieġ li d-data bijometrika tiġi pproċessata fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE (3) u li jiġi pprovdut qafas legali għall-ġbir ta’ dawn l-identifikaturi bijometriċi. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-VIS teħtieġ forom ġodda ta’ organizzazzjoni għar-riċezzjoni ta’ applikazzjonijiet għal viżi.

(2)

L-integrazzjoni tal-identifikaturi bijometriċi fil-VIS hija pass importanti lejn l-użu ta’ elementi ġodda, li jistabbilixxu rabta aktar affidabbli bejn id-detentur tal-viża u l-passaport sabiex jiġi evitat l-użu ta’ identitajiet foloz. Għalhekk, il-preżentazzjoni personali tal-applikant –mill-inqas għall-ewwel applikazzjoni– għandha tkun waħda mir-rekwiżiti bażiċi għall-ħruġ ta’ viża bir-reġistrazzjoni ta’ identifikaturi bijometriċi fil-VIS.

(3)

L-għażla tal-identifikaturi bijometriċi ssir fir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-“Regolament VIS”) (4).

(4)

Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-istandards għall-ġbir ta’ dawn l-identifikaturi bijometriċi billi jirreferi għad-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO). M’humiex meħtieġa aktar speċifikazzjonijiet tekniċi sabiex tkun żgurata l-interoperabbiltà.

(5)

Kull dokument, data jew identifikatur bijometriku rċevut minn Stat Membru waqt li tkun għaddejja applikazzjoni għal viża għandu jitqies bħala dokument konsulari taħt il-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari tal-24 ta’ April 1963 u għandu jiġi ttrattat b’mod adegwat.

(6)

Sabiex tkun iffaċilitata r-reġistrazzjoni tal-applikanti u biex jitnaqqsu l-ispejjeż għall-Istati Membri, jeħtieġ li jiġu previsti possibbiltajiet organizzattivi ġodda minbarra l-qafas eżistenti ta’ rappreżentanza. L-ewwel nett għandu jiżdied tip speċifiku ta’ rappreżentanza limitat għall-ġbir ta’ applikazzjonijiet u r-reġistrazzjoni ta’ identifikaturi bijometriċi mal-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għall-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari (5).

(7)

Għandhom jiddaħħlu għażliet oħra bħalma huma l-kolokazzjoni, iċ-ċentri komuni għall-applikazzjonijiet, konsli onorarji u koperazzjoni ma’ fornituri esterni tas-servizzi. Għandu jiġi stabbilit qafas legali adatt għal dawn l-għażliet, filwaqt li jittieħed kont b’mod partikolari ta’ kwistjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data. L-Istati Membri, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-qafas legali, għandhom jiddeterminaw it-tip ta’ struttura organizzattiva li ser jużaw f’kull wieħed mill-pajjizi terzi. Id-dettalji dwar dawk l-istrutturi għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni.

(8)

Meta jkunu qed jorganizzaw il-koperazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jiġu ggwidati lejn l-Istat Membru responsabbli għall-ipproċessar tal-applikazzjoni tagħhom.

(9)

Huwa meħtieġ li jsiru provvedimenti għal sitwazzjonijiet li fihom l-Istati Membri jiddeċiedu li, sabiex jiffaċilitaw il-proċedura, jikkoperaw ma’ fornitur estern tas-servizzi għall-ġbir ta’ applikazzjonijiet. Tali deċiżjoni tista’ tittieħed jekk, f’ċirkostanzi partikolari jew għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni lokali, il-koperazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn fil-forma ta’ rappreżentanza limitata, kolokazzjoni jew Ċentru Komuni għall-Applikazzjonijiet ma tkunx adatta għall-Istat Membru konċernat. Tali arranġamenti għandhom jiġu stabbiliti konformement mal-prinċipji ġenerali għall-ħruġ ta’ viżi, u b’rispett lejn ir-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-data stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (6). Barra dan, għandu jittieħed kont tal-ħtieġa li jiġi evitat il-visa shopping waqt l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ tali arranġamenti.

(10)

L-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma’ fornituri esterni tas-servizzi abbażi ta’ strument legali li għandu jkun fih dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltajiet preċiżi tagħhom, dwar l-aċċess dirett u totali għall-kwartieri tagħhom, l-informazzjoni għall-applikanti, il-kunfidenzjalità u dwar iċ-ċirkostanzi, kondizzjonijiet u proċeduri għas-sospensjoni jew it-terminazzjoni tal-koperazzjoni.

(11)

Dan ir-Regolament, billi jippermetti lill-Istati Membri jikkoperaw ma’ fornitur estern tas-servizzi għall-ġbir tal-applikazzjonijiet filwaqt li jistabbilixxi l-prinċipju “waqfa waħda” għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, joħloq deroga mir-regola ġenerali dwar il-preżenza personali (kif previst fil-Parti III, punt 4, tal-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni). Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-applikant jissejjaħ għal intervista personali u huwa wkoll mingħajr preġudizzju għal strumenti legali futuri li jirregolaw dawn il-kwistjonijiet.

(12)

Sabiex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data, ġie konsultat il-Grupp ta’ Ħidma stabbilit permezz tal-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE.

(13)

Id-Direttiva 95/46/KE tapplika għall-Istati Membri fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali konformement ma’ dan ir-Regolament.

(14)

L-Istati Membri għandhom iżommu l-possibbiltà għall-applikanti kollha sabiex jippreżentaw applikazzjonijiet direttament fil-missjonijiet diplomatiċi jew fl-uffiċċji konsulari tagħhom.

(15)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-proċedura ta’ kwalunkwe applikazzjoni sussegwenti, għandu jkun possibbli li jiġu kkopjati marki tas-swaba’ mill-ewwel inseriment fil-VIS fi żmien 59 xahar. Ladarba dan il-perijodu ta’ żmien ikun għadda, il-marki tas-swaba’ għandhom jerġgħu jinġabru.

(16)

Minħabba r-rekwiżit li jinġabru identifikaturi bijometriċi, intermedjarji kummerċjali bħal aġenziji tal-ivvjaġġar m’għandhomx jibqgħu jintużaw aktar għall-ewwel applikazzjoni iżda għall-dawk sussegwenti biss.

(17)

L-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ.

(18)

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament tliet snin wara li l-VIS tibda topera u kull erba’ snin minn hemm ‘il quddiem.

(19)

Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolment, jiġifieri l-organizzazzjoni tar-riċezzjoni u l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet fir-rigward tal-inseriment ta’ data bijometrika fil-VIS u l-introduzzjoni ta’ standards komuni u identifikaturi bijometriċi interoperabbli huwa meħtieġ u xieraq li jiġu stabbiliti regoli għall-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fil-politika komuni Komunitarja dwar il-viżi, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(20)

Taħt l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Peress li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, konformement mal-Artikolu 5 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien perijodu ta’ sitt xhur wara l-jum tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, jekk hix ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(21)

Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (8) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim.

(22)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit ma jieħux sehem, taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (9). Għalhekk ir-Renju Unit m’huwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u m’huwiex marbut bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(23)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tieħux sehem, taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irland biex tieħu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (10). Għalhekk l-Irlanda m’hijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u m’hijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(24)

Fir-rigward tal-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (11), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (12).

(25)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein mal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/261/KE (13).

(26)

Rigward Ċipru, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew huwa relatat miegħu b’xi mod ieħor fit-tifisra tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003.

(27)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jkompli jiżviluppa l-acquis ta’ Schengen jew li huwa diversament relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi lill-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni

L-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għall-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari huma b’dan emendati kif ġej:

(1)

Il-Parti II tiġi emendata kif ġej:

(a)

Fil-punt 1.2(b), jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“Stat Membru jista’ wkoll jirrappreżenta Stat Membru wieħed jew aktar b’mod limitat biss għall-ġbir tal-applikazzjonijiet u r-reġistrazzjoni ta’ identifikaturi bijometriċi. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ 1.2 (c) u (e). Il-ġbir u t-trasmissjoni ta’ fajls u data lill-Istat Membru rappreżentat għandhom jitwettqu b’rispett tar-regoli rilevanti tal-protezzjoni tad-data u regoli tas-sigurtà.

L-Istat jew Stati Membri rappreżentati għandhom jiżguraw li d-data tkun kompletament kriptata, kemm jekk ittrasferita elettronikament jew ittrasferita fiżikament fuq mezz ta’ ħzin elettroniku mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li qed jirrappreżenta lejn l-awtoritajiet tal-Istat Membru rappreżentat.

F’pajjiżi terzi li jipprojbixxu kriptaġġ ta’ data li għandha tiġi ttrasferita elettronikament mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li qed jirrappreżenta lejn l-awtoritajiet tal-Istat jew Stati Membri rappreżentati, dan jew dawn tal-aħħar m’għandhomx jippermettu li l-Istat Membru li qed jirrappreżenta jittrasferixxi data elettronikament.

F’dan il-każ, l-Istat jew Stati Membri rappreżentati konċernati għandhom jiżguraw li d-data elettronika tiġi ttrasferita fiżikament f’forma kompletament kriptata fuq mezz ta’ ħzin elettroniku mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li qed jirrappreżenta lejn l-awtoritajiet tal-Istat jew Stati Membri rappreżentati minn uffiċjal konsulari ta’ Stat Membru jew, fejn trasferiment bħal dan ikun jirrikjedi li jittieħdu miżuri sproporzjonati jew mhux raġonevoli, b’mod sigur ieħor, pereżempju bl-użu ta’ operaturi stabbiliti li għandhom esperjenza fit-trasport ta’ dokumenti u data sensittiva fil-pajjiż terz konċernat.

Fil-każijiet kollha l-livell ta’ sigurtà għat-trasferiment għandu jiġi adattat għan-natura sensittiva tad-data.

L-Istati Membri jew il-Komunità għandhom jippruvaw jilħqu ftehim mal-pajjiżi terzi konċernati bl-għan li titneħħa l-projbizzjoni kontra l-kriptaġġ ta’ data li għandha tiġi ttrasferita elettronikament bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri konċernati.”.

(b)

Il-punt (d) jinbidel b’dan li ġej:

“(d)

Meta jinħarġu viżi uniformi taħt (a) u (b), ir-rappreżentanza u r-rappreżentanza limitata għandhom ikunu riflessi fit-tabella tar-rappreżentanza għall-ħruġ tal-viżi uniformi kif stabbilit fl-Anness 18.”.

(2)

Il-Parti III tiġi emendata kif ġej:

(a)

Il-punt 1 jiġi sostitiwit b’dan li ġej:

“1.   Applikazzjonijiet għal viża

1.1.   Formoli ta’ applikazzjoni għal viża - numru ta’ formoli ta’ applikazzjoni

L-applikanti għandhom ukoll ikunu meħtieġa jimlew il-formola ta’ applikazzjoni għal viża uniformi. L-applikazzjonijiet għal viża uniformi għandhom isiru billi tintuża l-formola armonizzata li kampjun tagħha jingħata fl-Anness 16.

Għandha timtela mill-inqas kopja waħda tal-formola ta’ applikazzjoni sabiex din tkun tista’ tintuża waqt il-konsultazzjoni mal-awtoritajiet ċentrali. L-Istati Membri jistgħu, sa fejn il-proċeduri amministrattivi nazzjonali jeħtieġu dan, jitolbu diversi kopji tal-applikazzjoni.

1.2.   Identifikaturi bijometriċi

(a)   L-Istati Membri għandhom jiġbru mingħand l-applikant l-identifikaturi bijometriċi li jkunu jikkonsistu fix-xbieha tal-wiċċ u għaxar marki tas-swaba’ konformement mas-salvagwardji stabbiliti fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

Fil-mument ta’ preżentazzjoni tal-ewwel applikazzjoni, l-applikant għandu jkun meħtieġ jidher personalment. F’dak il-ħin għandhom jinġabru l-identifikaturi bijometriċi li ġejjin:

ritratt, skannjat jew meħud fi żmien l-applikazzjoni u

għaxar marki tas-swaba’ meħudin ċatti u miġbura b’mod diġitali.

Fejn marki tas-swaba’ miġbura mill-applikant dwar applikazzjoni aktar bikrija jkunu ddaħħlu għall-ewwel darba fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) anqas minn 59 xahar qabel id-data tal-applikazzjoni l-ġdida, huma għandhom jiġu kkopjati għall-applikazzjoni sussegwenti.

Madankollu, f’każ ta’ dubji raġonevoli dwar l-identità tal-applikanti, il-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari għandhom jiġbru l-marki tas-swaba’ fil-perijodu speċifikat hawn fuq.

Barra minn hekk, jekk fil-waqt li tiġi ppreżentata l-applikazzjoni, ma tistax tiġi kkonfermata minnufih li marki tas-swaba’ ttieħdu fiż-żmien speċifikat hawn fuq, l-applikant jista’ jitlob li dawn jittieħdu.

Konformement mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament VIS, ir-ritratt mehmuż ma’ kull applikazzjoni għandu jiddaħħal fil-VIS. L-applikant m’għandux ikun meħtieġ li jidher in persuna għal dan l-għan.

Ir-rekwiżiti tekniċi għar-ritratt għandhom ikunu konformi mal-istandards internazzjonali kif stabbiliti fid-Dok 9303 tal-ICAO, il-parti 1, is-sitt edizzjoni.

Il-marki tas-swaba’ għandhom jittieħdu konformement mal-istandards ICAO u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/648/KE tat-22 ta’ Settembru 2006 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-istandards għall-karatteristiċi bijometriċi relatati mal-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (*).

L-identifikaturi bijometriċi għandhom jinġabru minn staff kwalifikat u debitament awtorizzat tal-missjoni diplomatika jew post konsulari u awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ tal-viżi fil-fruntieri. Taħt is-superviżjoni tal-missjonijiet diplomatiċi jew uffiċċji konsulari, l-identifikaturi bijometriċi jistgħu wkoll jinġabru minn persunal kwalifikat u debitament awtorizzat ta’ konslu onorarju jew ta’ fornitur estern tas-servizzi msemmi fil-Parti VII, il-punti 1.3 u 1.4.

Id-data għandha tiddaħħal fil-VIS biss minn persunal konsulari debitament awtorizzat konformement mal-Artikoli 6(1), 7, 9(5) u 9(6) tar-Regolament VIS.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir użu sħiħ tal-kriterji kollha tar-riċerka taħt l-Artikolu 15 tar-Regolament dwar il-VIS sabiex jiġi evitat li jsiru ċaħdiet u identifikazzjonijiet foloz.

(b)   Eċċezzjonijiet

L-applikanti li ġejjin għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżit li jagħtu l-marki tas-swaba’:

Tfal taħt l-età ta’ 12-il sena;

Persuni li għalihom huwa fiżikament impossibbli li jittieħdulhom il-marki tasswaba’. Jekk ikun possibbli li jittieħdu l-marki ta’ inqas minn għaxar swaba’, għandu jittieħed in-numru rispettiv ta’ marki tas-swaba’; Madankollu, jekk l-impossibbiltà tkun temporanja, l-applikant għandu jkun meħtieġ li jagħti l-marki tas-swaba’ fl-applikazzjoni li jmiss. Missjonijiet diplomatiċi jew uffiċċji konsulari u awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ ta’ viżi fil-fruntieri għandhom ikunu intitolati għal aktar ċarezza fuq raġunijiet ta’ impossibbiltà temporanja. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ proċeduri adatti li jiggarantixxu d-dinjità tal-applikant f’każ li jkun hemm diffikultajiet fir-reġistrazzjoni. Il-fatt li t-teħid tal-marki tas-swaba’ huwa fiżikament impossibbli m’għandux jinfluwenza l-għoti jew iċ-ċaħda ta’ viża.

Kapijiet ta’ Stati jew ta’ gvernijiet u membri tal-gvern nazzjonali akkumpanjati minn żwieġhom jew marthom, u l-membri tad-delegazzjoni uffiċjali tagħhom meta jkunu mistiedna minn gvernijiet tal-Istati Membri jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali għal għan uffiċjali.

Sovrani u membri għolja oħrajn tal-familja rjali, meta jkunu mistiedna minn gvernijiet ta’ Stati Membri jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali għal għan uffiċjali.

F’kull wieħed minn dawn il-każijiet għandha tiddaħħal ‘hux applikabbli’fil-VIS.

(*)  ĠU L 267, 27.9.2006, p. 41.”."

(a)

Jiżdied il-punt 1 li ġej:

“5.   Imġiba tal-persunal

Il-missjonijiet diplomatiċi jew l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jintlaqgħu bil-korteżija.

Il-persunal konsulari għandu, fit-twettiq ta’ dmirijietu, jirrispetta b’mod sħiħ id-dinjità tal-bniedem. Kwalunkwe miżura meħuda għandha tkun proporzjonata għall-objettivi segwiti minn dik il-miżura.

Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-persunal konsulari m’għandux jiddiskrimina kontra persuni fuq il-bażi tas-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.”

(3)

Il-punt 1 tal-Parti VII jiġi emendat kif ġej:

“1.   Organizzazzjoni ta’ sezzjonijiet tal-viżi

1.1.   Organizzazzjoni tar-riċezzjoni u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża

Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-organizzazzjoni tar-riċezzjoni u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet. Fil-prinċipju, l-applikazzjonijiet għandhom jiġi ppreżentati fil-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari tal-Istat Membru.

L-Istati Membri għandhom:

jattrezzaw il-missjonijiet diplomatiċi jew l-uffiċċji konsulari u l-awtoritajiet responsabbli tagħhom għall-ħruġ tal-viżi fil-fruntieri bil-materjal meħtieġ għall-ġbir tal-identifikaturi bijometriċi, kif ukoll l-uffiċċji tal-konsli onorarji tagħhom kull meta huma jagħmlu użu minnhom biex jiġbru identifikaturi bijometriċi taħt il-punt 1.3., u/jew

jikkoperaw ma’ Stat Membru wieħed jew aktar, fil-qafas ta’ koperazzjoni konsulari lokali jew permezz ta’ kuntatti adatti oħrajn, fil-forma ta’ rappreżentanza limitata, kolokazzjoni jew Ċentru Komuni għall-Applikazzjonijiet, taħt il-punt 1.2.

F’ċirkostanzi partikolari jew għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni lokali, bħal meta:

l-għadd kbir ta’ applikanti ma jippermettix l-organizzazzjoni b’xi mod ieħor tal-ġbir tal-applikazzjonijiet u tad-data b’mod f’waqtu u f’kondizzjonijiet deċenti, jew

ma jkunx possibbli li tiġi żgurata kopertura territorjali tajba tal-pajjiż terz konċernat b’xi mod ieħor;

u fejn il-forom ta’ koperazzjoni msemmijin hawn fuq jirriżultaw mhux adatti għall-Istat Membru konċernat, Stat Membru jista’ jikkopera ma’ fornitur estern tas-servizzi, bħala l-aħħar soluzzjoni possibbli, taħt il-punt 1.4.

Mingħajr preġudizzju għad-dritt li l-applikant jissejjaħ għal intervista personali (kif previst fil-Parti III, punt 4), l-għażla ta’ forma ta’ organizzazzjoni m’għandhiex tirriżulta fil-ħtieġa li l-applikant jidher personalment f’aktar minn post wieħed għal preżentazzjoni ta’ applikazzjoni.

1.2.   Forom ta’ koperazzjoni bejn l-Istati Membri

(a)

Fejn tingħażel il-‘olokazzjoni’ il-persunal tal-missjonijiet diplomatiċi jew l-uffiċċji konsulari ta’ wieħed jew aktar Stati Membri għandhom jipproċessaw l-applikazzjonijiet (inklużi l-identifikaturi bijometriċi) indirizzati lilhom fil-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari ta’ Stat Membru ieħor u jikkondividi t-tagħmir ta’ dak l-Istat Membru. L-Istati Membri konċernati għandhom jaqblu dwar it-tul ta’ żmien u l-kondizzjonijiet għat-terminazzjoni tal-kolokazzjoni kif ukoll dwar il-proporzjon tal-miżata għall-viża li għandu jirċievi l-Istat Membru li tiegħu jkun qed jintuża l-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari.

(b)

Fejn ikunu stabbiliti ‘entri Komuni għall-Applikazzjonijiet’ il-persunal tal-missjonijiet diplomatiċi jew uffiċċji konsulari ta’ żewġ Stati Membri jew aktar għandu jinġabar f’bini wieħed sabiex jirċievi l-applikazzjonijiet (inklużi l-identifikaturi bijometriċi) indirizzati lilhom. L-applikanti għandhom jiġu ggwidati lejn l-Istat Membru responsabbli għall-ipproċessar tal-applikazzjoni. L-Istat Membri għandhom jiftiehmu dwar il-tul ta’żmien u l-kondizzjonijiet fir-rigward tal-waqfien ta’ din il-koperazzjoni kif ukoll dwar kif ikunu se jinqasmu l-ispejjeż bejn l-Istati Membri parteċipanti. Stat Membru wieħed għandu jkun responsabbli mill-kuntratti f’relazzjoni mal-loġistika u r-relazzjonijiet diplomatiċi mal-pajjiż ospitanti.

1.3.   Rikors għand konsli onorarji

Konsli onorarji jistgħu wkoll ikunu awtorizzati li jwettqu xi kompiti jew il-kompiti kollha msemmijin fil-punt 1.5. Għandhom jittieħdu miżuri adegwati sabiex ikunu garantiti s-sigurtà u l-protezzjoni tad-data.

Fejn il-konslu onorarju ma jkunx impjegat taċ-ċivil ta’ Stat Membru, it-twettiq ta’ dawk il-kompiti għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness 19 ħlief għad-dispożizzjonijiet fil-punt C (c) ta’ dak l-Anness.

Fejn il-konslu onorarju ma jkunx impjegat taċ-ċivil ta’ Stat Membru, l-Istat Membru konċernat għandu jiżgura li jiġu applikati r-rekwiżiti komparabbli ma’ dawk li jkunu japplikaw kieku l-kompiti jitwettqu mill-missjoni diplomatika jew uffiċċju konsulari.

1.4.   Koperazzjoni mal-fornituri esterni tas-servizzi

L-Istati Membri għandhom jippruvaw jikkoperaw ma’ fornitur estern tas-servizzi flimkien ma’ Stat Membru wieħed jew aktar mingħajr preġudizzju għall-akkwist pubbliku u r-regoli tal-kompetizzjoni.

Il-koperazzjoni mal-fornitur estern tas-servizzi għandha tkun ibbażata fuq strument legali li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness 19.

L-Istati Membri għandhom, fil-qafas tal-koperazzjoni konsulari lokali, jiskambjaw informazzjoni dwar l-għażla ta’ fornituri esterni tas-servizzi u l-istabbiliment tat-termini u l-kondizzjonijiet tal-istrumenti legali rispettivi.

1.5.   Tipi ta’ koperazzjoni ma’ fornituri esterni tas-servizzi

Jista’ jiġi fdat fornitur estern tas-servizzi sabiex iwettaq kompitu wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar ir-rekwiżiti tal-viża u formuli tal-applikazzjoni;

(b)

jinforma lill-applikant dwar id-dokumenti ta’ appoġġ meħtieġa abbażi ta’ lista ta’ verifika;

(c)

jiġbor data u applikazzjonijiet (inkluż ġbir ta’ identifikaturi bijometriċi) u jittrasmetti l-applikazzjoni lill-missjoni diplomatika jew uffiċċju konsulari;

(d)

jiġbor il-miżata li għandha tintalab;

(e)

jiġġestixxi l-appuntamenti biex jidhru personalment fil-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari jew għand il-fornitur estern tas-servizzi;

(f)

jiġbor d-dokumenti tal-ivvjaġġar (inkluża notifika ta’ rifjut jekk applikabbli) mill-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari u jgħaddihom lura lill-applikant.

1.6.   Obbligi tal-Istati Membri

Fl-għażla tal-fornituri esterni tas-servizzi, l-Istat jew Stati Membri konċernati għandhom jiflu s-solvenza u l-kredibbiltà tal-kumpannija (inklużi l-liċenzji meħtieġa, ir-reġistrazzjoni kummerċjali, l-istatuti tal-kumpannija, il-kuntratti bankarji) u għandhom jiżguraw li m’hemm l-ebda konflitt ta’ interessi.

L-Istat jew Stati Membri għandhom jiżguraw li l-fornitur estern tas-servizzi jikkonforma mat-termini u l-kondizzjonijiet assenjati lilhom fl-istrument legali msemmi fil-punt 1.4.

L-Istat jew Stati Membri konċernati għandhom jibqgħu responsabbli għall-konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data u għandhom jiġu ssorveljati konformement mal-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (**).

Il-koperazzjoni ma’ fornitur estern tas-servizzi m’għandhiex tillimita jew teskludi kwalunkwe responsabbiltà li tirriżulta taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat jew Stati Membri konċernati għal ksur ta’ obbligi fir-rigward tad-data personali ta’ applikanti jew l-ipproċessar ta’ viżi. Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni diretta li tista’ tittieħed direttament kontra l-fornitur estern tas-servizzi taħt il-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz konċernat.

L-Istat jew Stati Membri konċernati għandhom jiżguraw li d-data tkun kompletament kriptata, kemm jekk ittrasferita elettronikament jew ittrasferita fiżikament fuq mezz ta’ ħzin elettroniku mill-fornitur estern tas-servizzi lejn l-awtoritajiet tal-Istat jew Stati Membri konċernati.

F’pajjiżi terzi li jipprojbixxu l-kriptaġġ ta’ data li għandha tiġi ttrasferita elettronikament mill-fornitur estern tas-servizzi għall-awtoritajiet tal-Istat jew Stati Membri konċernati, dan jew dawn tal-aħħar m’għandhomx jippermettu li l-fornitur estern tas-servizzi jittrasferixxi data elettronikament.

F’dan il-każ, l-Istat jew Stati Membri konċernati għandhom jiżguraw li d-data elettronika tiġi ttrasferita fiżikament f’forma kompletament kriptata fuq mezz ta’ ħzin elettroniku mill-fornitur estern tas-servizzi lejn l-awtoritajiet tal-Istat jew Stati Membri konċernati minn uffiċjal konsulari ta’ Stat Membru, jew fejn trasferiment bħal dan ikun jirrikjedi li jittieħdu miżuri sproporzjonati jew mhux raġonevoli, b’mod sigur ieħor, pereżempju bl-użu ta’ operaturi stabbiliti li għandhom esperjenza fit-trasport ta’ dokumenti u data sensittiva fil-pajjiż terz konċernat.

Fil-każijiet kollha l-livell ta’ sigurtà għat-trasferiment għandu jiġi adattat għan-natura sensittiva tad-data.

L-Istati Membri jew il-Komunità għandhom jippruvaw jilħqu ftehim mal-pajjiżi terzi konċernati bl-għan li titneħħa l-projbizzjoni kontra l-kriptaġġ ta’ data li għandha tiġi ttrasferita elettronikament mill-fornitur estern tas-servizzi lejn l-awtoritajiet tal-Istat jew Stati Membri konċernati.

L-Istat jew Stati Membri konċernati għandhom jagħtu taħriġ lill-fornitur estern tas-servizzi, li jkun jikkorrispondi għall-għarfien meħtieġ biex jiġi offrut servizz adatt u informazzjoni suffiċjenti lill-applikanti.

L-Istat jew Stati Membri konċernati għandhom jipprevedu l-possibbiltà ta’ verifika tal-marki tas-swaba’ fil-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari f’każijiet ta’ dubji fejn ittieħdu marki tas-swaba’ mill-fornitur estern tas-servizzi.

L-eżami ta’ applikazzjonijiet, intervisti fejn adatt, il-proċess ta’ awtorizzazzjoni u l-istampar u t-twaħħil tal-istikers tal-viża għandhom jitwettqu biss mill-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari.

Il-fornituri esterni tas-servizzi m’għandux ikollhom aċċess għall-VIS għal kwalunkwe għan. L-aċċess għall-VIS għandu jkun riżervat esklużivament għal persunal tal-missjonijiet diplomatiċi jew l-uffiċċji konsulari li jkun awtorizzat debitament.

L-Istat jew Stati Membri konċernati għandhom iwettqu monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-istrument legali, inklużi:

(a)

l-informazzjoni ġenerali dwar rekwiżiti tal-viża u formoli ta’ applikazzjoni pprovduti mill-fornitur estern tas-servizzi lill-applikanti;

(b)

il-miżuri tekniċi u organizzattivi tas-sigurtà kollha meħtieġa għall-protezzjoni tad-data personali kontra qerda aċċidentali jew illegali jew telfien aċċidentali, alterazzjoni, żvelar jew aċċess mhux awtorizzat, b’mod partikolari fejn il-koperazzjoni tkun tinvolvi t-trasmissjoni ta’ fajls u data lill-missjoni diplomatika jew lill-uffiċċju konsulari tal-Istat jew Stati Membri konċernati, u l-forom illegali l-oħrajn kollha ta’ pproċessar tad-data personali;

(c)

il-ġbir u t-trasmissjoni tal-identifikaturi bijometriċi;

(d)

il-miżuri meħudin biex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data.

Għal dan il-għan, il-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari tal-Istat jew Stati Membri konċernati għandhom iwettqu spezzjonijiet għall-għarrieda fil-kwartieri tal-fornitur estern tas-servizzi.

1.7.   Miżata għas-Servizzi

Il-fornituri esterni tas-servizzi jistgħu jitolbu miżata għas-servizz barra mill-miżata li għandha tintalab kif stabbilit fl-anness 12. Il-miżata għas-servizzi għandha tkun proporzjonata għall-ispejjeż imġarrba mill-fornitur estern tas-servizzi waqt li jkun qed iwettaq kompitu wieħed jew aktar imsemmijin fil-punt 1.5.

Din il-miżata għas-servizzi għandha tkun speċifikata fl-istrument legali msemmi fil-punt 1.4.

Fil-qafas ta’ koperazzjoni konsulari lokali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżata għas-servizz li tintalab lill-applikant tirrifletti b’mod debitu s-servizzi offruti mill-fornitur estern tas-servizzi u tkun adattata għaċ-ċirkostanzi lokali. Barra minn hekk, huma għandu jkollhom l-għan li jarmonizzaw il-miżata applikata għas-servizzi.

Il-miżata għas-servizzi m’għandhiex taqbeż nofs l-ammont tal-miżata għall-viża stabbilita fl-Anness 12, irrispettivament mill-eżenzjonijiet possibbli mill-miżata għall-viża kif previst mill-Anness 12.

L-Istat jew Stati Membri konċernati għandhom iżommu l-possibbiltà għall-applikanti kollha sabiex jippreżentaw applikazzjonijiet direttament fil-missjonijiet diplomatiċi jew l-uffiċċji konsulari tagħhom.

1.8.   Informazzjoni

Il-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri għandhom juru lill-pubbliku ġenerali informazzjoni preċiża dwar il-mezzi kif jinkiseb appuntament u kif tiġi ppreżentata applikazzjoni.

1.9.   Kontinwità ta’ servizz

Fil-każ ta’ terminazzjoni tal-koperazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn jew kwalunkwe tip ta’ fornitur estern tas-servizzi, l-Istati Membri għandhom jassiguraw il-kontinwità ta’ servizz sħiħ.

1.10.   Deċiżjoni u pubblikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kif bi ħsiebhom jorganizzaw ir-riċezzjoni u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet f’kull rappreżentanza konsulari. Il-Kummissjoni ser tiżgura pubblikazzjoni xierqa.

L-Istati Membru għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’kopja tal-istrument legali msemmi fil-punt 1.4.

(**)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.”"

(4)

Il-Punt 5.2 tal-Parti VIII jiġi emendata kif ġej:

(a)

it-titolu jiġi mibdul b’ dan li ġej:

“5.2.   

koperazzjoni tal-missjonijiet diplomatiċi u tal-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri mal-intermedjarji kummerċjali”;

(b)

is-sentenza li ġejja tiġi mdaħħla bejn it-titolu u l-punt 5.2 (a):

“Għal applikazzjonijiet sussegwenti fis-sens tal-Parti III, punt 1.2, l-Istati Membri jistgħu jħallu lill-missjonijiet diplomatiċi jew l-uffiċċji konsulari tagħhom jikkoperaw ma’ intermedjarji kummerċjali (jiġifieri aġenziji amministrattivi privati, aġenziji tat-trasport jew tal-ivvjaġġar (operaturi turistiċi jew il-bejjiegħa))”.

(5)

Jiżdied l-Anness li ġej:

“ANNESS 19

Lista ta’ rekwiżiti minimi li għandhom ikunu inklużi fl-istrument legali fil-każ ta’ koperazzjoni ma’ fornituri esterni tas-servizzi

A)

Relattivament għat-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, il-fornitur estern tas-servizzi għandu, fir-rigward tal-protezzjoni tad-data:

(a)

jipprevjeni fil-ħinijiet kollha kwalunkwe qari, ikkopjar, modifika jew tħassir mhux awtorizzat ta’ data, b’mod partikolari matul it-trasmissjoni tagħha lill-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari tal-Istat jew Stati Membri responsabbli għall-ipproċessar tal-applikazzjoni;

(b)

jittrasmetti d-data konformement mal-istruzzjonijiet tal-Istat jew Stati Membri konċernati,

elettronikament. f’forma kriptata, jew

fiżikament, b’mod sigur;

(c)

jittrasmetti d-data malajr kemm jista’ jkun

fil-każ ta’ trasferiment fiżiku ta’ data mill-anqas darba fil-ġimgħa

fil-każ ta’ trasferiment elettroniku ta’ data kriptata, mill-anqas fi tmiem il-jum tal-ġbir tagħha;

(d)

iħassar id-data immedjatament wara t-trasmissjoni tagħha u jiżgura li l-unika data li tkun tista’ tinżamm għandha tkun l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-applikant għall-finijiet tal-arranġamenti ta’ appuntamenti, kif ukoll in-numru tal-passaport sar-ritorn tal-passaport lill-applikant, fejn ikun applikabbli;

(e)

jiżgura l-miżuri tekniċi u organizzattivi tas-sigurtà kollha meħtieġa għall-protezzjoni tad-data personali kontra qerda aċċidentali jew illegali jew telfien aċċidentali, alterazzjoni, żvelar jew aċċess mhux awtorizzat, b’mod partikolari fejn il-koperazzjoni tinvolvi t-trasmissjoni ta’ fajls u data lill-missjoni diplomatika jew lill-uffiċċju konsulari tal-Istat jew Stati Membri konċernati u l-forom illegali l-oħra kollha ta’ pproċessar tad-data personali;

(f)

jipproċessa d-data biss għall-finijiet ta’ pproċessar ta’ data personali ta’ applikanti f’isem l-Istat jew Stati Membri konċernati;

(g)

japplika standards ta’ protezzjoni ta’ data mill-anqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE;

(h)

jipprovdi lill-applikanti bl-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 37 tar-Regolament VIS;

B)

Relattivament għat-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, il-fornitur estern tas-servizzi għandu, fir-rigward tal-imġiba tal-persunal:

(a)

jiżgura li l-persunal tiegħu jkun imħarreġ b’mod adatt;

(b)

jiżgura li l-persunal tiegħu fit-twettiq tal-obbligi tiegħu:

jirċievi lill-applikanti bil-korteżija;

jirrispetta d-dinjità tal-bniedem u l-integrità tal-applikant;

ma jiddiskriminax kontra persuni fuq raġunijiet ta’ sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali; u

jirrispetta r-regoli ta’ kunfidenzjalità li għandhom japplikaw ukoll ladarba l-persunal ikun telaq ix-xogħol tiegħu jew wara s-sospensjoni jew it-tmiem tal-istrument legali;

(c)

jipprovdi identifikazzjoni tal-persunal li jaħdem fil-kumpannija fil-ħinijiet kollha;

(d)

juri li l-persunal tiegħu m’għandux rekord kriminali u li għandu l-kompetenza rekwiżita;

C)

Relattivament għall-verifika tat-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, il-fornitur estern tas-servizzi għandu:

(a)

jipprevedi aċċess minn persunal intitolat mill-Istat jew Stati Membri konċernati għall-kwartieri tagħhom fil-ħinijiet kollha mingħajr avviż preċedenti, b’mod partikolari għal finijiet ta’ spezzjoni;

(b)

jiżgura l-possibbiltà ta’ aċċess mill-bogħod għas-sistema tiegħu ta’ appuntamenti għal finijiet ta’ spezzjoni;

(c)

jiżgura l-użu ta’ metodi ta’ monitoraġġ rilevanti (eż. eżami tal-applikanti; Webam);

(d)

jiżgura aċċess għal prova ta’ konformità mal-protezzjoni tad-data, inklużi obbligi ta’ rappurtar, verifiki esterni u verifiki regolari fuq il-post;

(e)

jirrapporta lill-Istat jew Stati Membri konċernati mingħajr dewmien kwalunkwe ksur ta’ sigurtà jew kwalunkwe lment mill-applikanti dwar użu ħażin ta’ data jew aċċess mhux awtorizzat, u jikkoordina mal-Istat jew Stati Membri konċernati sabiex tinstab soluzzjoni u jingħataw spjegazzjonijiet fil-pront lill-applikanti li jilmentaw;

D)

Relattivament għar-rekwiżiti ġenerali, il-fornitur estern tas-servizzi għandu:

(a)

jaġixxi konformement mal-istruzzjonijiet tal-Istat jew Stati Membri responsabbli għall-ipproċessar tal-applikazzjoni;

(b)

jadotta miżuri adatti kontra l-korruzzjoni (eż. dispożizzjonijiet dwar rimunerazzjoni tal-persunal; koperazzjoni fl-għażla ta’ membri tal-persunal assenjat għal tali kompitu; two-man-rule; prinċipju ta’ rotazzjoni);

(c)

jirrispetta bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tal-istrument legali, li għandu jkun fih klawsola ta’ sospensjoni jew terminazzjoni, b’mod partikolari fil-każ ta’ ksur tar-regoli stabbiliti, kif ukoll klawsola ta’ reviżjoni bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-istrument legali jirrifletti l-aħjar prattika.”

Artikolu 2

Rappurtar

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, tliet snin wara li l-VIS tibda topera u kull erba’ snin minn hemm ‘il quddiem, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-implimentazzjoni tal-ġbir u l-użu ta’ identifikaturi bijometriċi, l-adegwatezza tal-istandard magħżul tal-ICAO, il-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, l-esperjenza mal-fornituri esterni tas-servizzi b’referenza speċifika għall-ġbir ta’ data bijometrika, l-implimentazzjoni tar-regola tad-59 xahar għall-ikkupjar tal-marki tas-swaba’ u l-organizzazzjoni tar-riċezzjoni u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll, abbażi tal-Artikolu 17 (12), (13) u (14) u tal-Artikolu 50(4) tar-Regolament tal-VIS, il-każijiet fejn il-marki tas-swaba’ fil-fatt ma setgħux jiġu pprovduti, jew ma kinux meħtieġa jingħataw għal raġunijiet legali, imqabbla man-numru ta’ każijiet fejn il-marki tas-swaba’ jittieħdu. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar każijiet fejn persuna li fil-fatt ma setgħetx tipprovdi marki tas-swaba’ ġiet miċħuda minn viża. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn ikun meħtieġ, minn proposti adatti biex jiġi emendat dan ir-Regolament.

L-ewwel rapport għandu wkoll jindirizza l-kwistjoni tal-kredibbiltà suffiċjenti għall-għanijiet ta’ identifikazzjoni u verifika tal-marki tas-swaba’ ta’ tfal taħt l-età ta’ 12-il sena, u b’mod partikolari kif il-marki tas-swaba’ jevolvu mal-età, abbażi tar-riżultati ta’ studju mwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri konformement mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Strażburgu, 23 ta’ April 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

P. NEČAS


(1)  ĠU C 321, 29.12.2006, p. 38.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Lulju 2008 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-5 ta’ Marzu 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5.

(4)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.

(5)  ĠU C 326, 22.12.2005, p. 1.

(6)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(7)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(8)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(9)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(10)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(11)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(12)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.

(13)  ĠU L 83, 26.3.2008, p. 3.


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/11


REGOLAMENT (KE) Nru 391/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri

(Tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, (1)

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fit-3 ta’ Frar 2009 (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta’ Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijet marittimi (4) ġiet emendata sostanzjalment diversi drabi. Ladarba għandhom isiru emendi ulterjuri, jeħtieġ li tiġi mfassla mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Fid-dawl tan-natura tad-dispożizzjonijet tad-Direttiva 94/57/KE jidher li jixraq li d-dispożizzjonijet tagħha jiġu mfassla mill-ġdid permezz ta’ żewġ strumenti legali Komunitarji differenti jiġifieri permezz ta’ Direttiva u ta’ Regolament.

(3)

L-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri għandhom ikunu jistgħu joffru s-servizzi tagħhom fil-Komunità kollha u jikkompetu ma’ xulxin filwaqt li jipprovdu livelli ugwali ta’ sikurezza u ta’ protezzjoni ambjentali. L-istandards professjonali meħtieġa għall-attivitajiet tagħhom għandhom għalhekk jiġu stabbiliti u applikati b’mod uniformi fil-Komunità kollha.

(4)

Dan l-objettiv għandu jinkiseb permezz ta’ miżuri li jkunu jorbtu adegwatament mal-ħidma tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) u, meta dan ikun opportun, li jibnu fuq din il-ħidma u jikkomplimentawha. Flimkien ma’ dan, l-Istati Membri u l- Kummissjoni għandhom jippromwovu l-iżvilupp mill-IMO ta’ kodiċi internazzjonali għall-organizzazzjonijiet rikonoxxuti.

(5)

Kriterji minimi għar-rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti bil-ħsieb tat-titjib tas-sikurezza tal-vapuri, u l-prevenzjoni tat-tniġġis minnhom. Il-kriterji minimi stabbiliti fid-Direttiva 94/57/KE għandhom għalhekk jissaħħu.

(6)

Sabiex jingħata rikonoxximent inizjali lill-organizzazzjonijiet li jixtiequ jiġu awtorizzati jaħdmu f’isem l-Istati Membri, il-konformità mal-kriterji minimi stabbiliti f’dan ir-Regolament tista’ tiġi evalwata b’mod aktar effettiv u b’mod armonizzat u ċentralizzat mill-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri li qed jitolbu r-rikonoxximent.

(7)

Ir-rikonoxximent għandu jingħata biss abbażi tal-prestazzjonital-organizzazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwalità u sikurezza. Għandu jkun żgurat li l-grad tar-rikonoxximent jkun dejjem marbut mal-kapaċità attwali tal-organizzazzjoni kkonċernata. Barra minn hekk ir-rikonoxximent għandu jieħu kont tad-differenzi fl-istatus legali u fl-istruttura tas-soċjetà kummerċjali tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti filwaqt li jibqgħu jkunu żgurati l-applikazzjoni uniformi tal-kriterji minimi stabbiliti f’dan ir-Regolament u l-effettività tal-kontrolli Komunitarji. Indipendentement mill-istruttura tas-soċjetà kummerċjali, l-organizzazzjoni li tiġi rikonoxxuta għandha tipprovdi servizzi madwar id-dinja kollha u l-entitajiet legali tagħha għandhom ikunu suġġetti għar-responsabbiltà in solidum.

(8)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5).

(9)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda dan ir-Regolament sabiex tinkorpora emendi sussegwenti għall-konvenzjonijiet, protokolli, kodiċijiet u riżoluzzjonijiet internazzjonali relatati magħha, li taġġorna l-kriterji minimi fl-Anness I u li tadotta l-kriterji sabiex titkejjel l-effettività tar-regoli u l-proċeduri kif ukoll il-prestazzjoni tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti fir-rigward tas-sikurezza u tal-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri kklassifikati minnhom. Ġaladarba dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju pervista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(10)

Huwa tal-ikbar importanza li n-nuqqas minn organizzazzjoni rikonoxxuta li taqdi l-obbligi tagħha jkun jista’ jiġi trattat malajr u b’mod effettiv u proporzjonat. L-objettiv primarju għandu jkun li jiġu kkoreġuti kwalunkwe defiċjenzi bil-ħsieb li, fi stadju bikri, titneħħa kwalunkwe theddida potenzjali għas-sikurezza jew għall-ambjent. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tingħata s-setgħat neċessarji sabiex tirrikjedi li l-organizzazzjoni rikonoxxuta tieħu l-azzjoni preventiva u ta’ rimedju meħtieġa, u sabiex timponi multi u ħlasijiet penali perjodiċi bħala miżuri ta’ koerżjoni. Meta teżerċita dawn is-setgħat, il-Kummissjoni għandha tagħmel dan b’mod li jkun konformi mad-drittijiet fundamentali u għandha tiżgura li l-organizzazzjoni tista’ tagħmel il-veduti tagħha magħrufa matul il-proċedura kollha.

(11)

F’konformità mal-approċċ użat madwar il-Komunità, id-deċiżjoni li jiġi rtirat ir-rikonoxximent ta’ organizzazzjoni li tonqos milli tissodisfa l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament jekk il-miżuri ta’ hawn fuq ikunu ineffettivi jew inkella l-organizzazzjoni tippreżenta theddida mhux aċċettabbli għas-sikurezza jew l-ambjent, trid tittieħed fil-livell tal-Komunità, u għalhekk mill-Kummissjoni, abbażi ta’ proċedura ta’ kumitat.

(12)

Il-monitoraġġ kontinwu a posteriori tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti sabiex tiġi valutata l-konformità tagħhom ma’ dan ir-Regolament jista’ jitwettaq b’mod iktar effettiv jekk isir b’mod armonizzat u ċentralizzat. Għalhekk, huwa xieraq li l-Kummissjoni, flimkien mal-Istat Membru li qed jitlob ir-rikonoxximent, tingħata r-responsabiltà ta’ dan il-kompitu f’isem il-Komunità.

(13)

Bħala parti mill-operazzjonijiet tal-monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, huwa kruċjali li l-ispetturi tal-Kummissjoni jkollhom aċċess għall-vapuri u għall-fajls tal-vapuri tkun xi tkun il-bandiera tal-vapur sabiex ikun żgurat jekk l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti ikunux jikkonformaw mal-kriterji minimi stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-vapuri kollha fil-klassijiet rispettivi tagħhom.

(14)

Il-kapaċità tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jidentifikaw malajr u jikkoreġu nuqqasijiet fir-regoli, proċessi u kontrolli interni tagħhom hija kritika għas-sikurezza tal-vapuri li huma jispezzjonaw u jiċċertifikaw. Dik il-kapaċità għandha titjieb permezz ta’ Entità għall-Valutazzjoni u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Kwalità, li għandha tkun indipendenti minn interessi kummerċjali jew politiċi, li tkun tista’ tipproponi azzjoni komuni għat-titjib sostnut tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti kollha u tiżgura koperazzjoni li tħalli l-frott mal-Kummissjoni.

(15)

Ir-regoli u l-proċeduri ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti jikkostitwixxu fattur prinċipali sabiex tiżdied is-sikurezza u sabiex jiġu prevenuti l-inċidenti u t-tniġġis. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti bdew il-proċess li għandu jwassal għall-armonizzazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tagħhom. Dak il-proċess għandu jiġi inkoraġġit u appoġġat mil-leġislazzjoni Komunitarja, billi għandu jkollu impatt pożittiv fuq is-sikurezza marittima kif ukoll fuq il-kompetittività tal-industrija Ewropea tal-bini tal-vapuri.

(16)

L-armonizzazzjoni tar-regoli tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għad-disinn, il-kostruzzjoni u l-perizja perjodika ta’ vapuri tal-merkanzija hija proċess kontinwu. Għalhekk, l-obbligu li jkun hemm sett ta’ regoli proprji jew l-abbiltà murija li jkun hemm sett ta’ regoli għandu jitqies fil-kuntest tal-proċess ta’ armonizzazzjoni u m’għandux jikkostitwixxi ostakolu għall-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jew ta’ kandidati potenzjali li jkunu qed jippruvaw jiksbu rikonoxximent.

(17)

L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom ikunu obbligati li jaġġornaw ll-istandards tekniċi tagħhom u jinfurzawhom b’mod konsistenti sabiex jarmonizzaw ir-regoli tas-sikurezza u jiżguraw implimentazzjoni uniformi tar-regoli internazzjonali fil-Komunità. Meta l-istandards tekniċi tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jkunu identiċi jew simili ħafna, għandu jitqies ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertifikati għal materjali, tagħmir u komponenti f’każijiet xierqa, filwaqt li jittieħdu bħala referenza, l-iktar standards eżiġenti u rigorużi.

(18)

Waqt li kull organizzazzjoni rikonoxxuta, fil-prinċipju, għandha tkun responsabbli biss u esklużivament fir-rigward tal-partijiet li hija tiċċertifika, ir-responsabbiltà ta’ organizzazzjonijiet u manifatturi rikonoxxuti tiġi determinata mill-kundizzjonijiet maqbula jew, kif jista’ jkun il-każ, mil-liġi applikabbli f’kull każ individwali.

(19)

Billi t-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-partijiet interessati, kif ukoll id-dritt pubbliku ta’ aċċess għall-informazzjoni, huma għodod fundamentali għall-prevenzjoni tal-inċidenti fil-baħar, l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jipprovdu l-informazzjoni statutorja rilevanti kollha dwar il-kondizzjonijiet tal-vapuri fil-klassi tagħhom lill-awtoritajiet ta’ kontroll tal-Istat tal-port, liema informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku ġenerali.

(20)

Biex il-vapuri ma jitħallewx jibdlu l-klassi biex jevitaw tiswijiet meħtieġa, l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha rilevanti bejniethom dwar il-kundizzjonijiet tal-vapuri li jibdlu l-klassi u għandhom jinvolvu lill-Istat tal-bandiera meta jkun meħtieġ.

(21)

Il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tal-partijiet interessati inklużi dawk tat-tarznara, il-fornituri tat-tagħmir u l-proprjetarji tal-vapuri, m’għandhiex tipprevjeni transazzjonijiet kummerċjali normali u servizzi maqbula kuntrattwalment bejn dawn il-partijiet.

(22)

L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà Marittima (EMSA) stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandha tipprovdi l-aappoġġ neċessarju biex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(23)

Billi l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta’ miżuri li għandhom jiġu segwiti mill-organizzazzjonijiet fdati bl-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri li joperaw fil-Komunità, ma jistax jinkiseb b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

(24)

Il-miżuri li għandhom jiġu segwiti mill-Istati Membri fir-relazzjoni tagħhom mal-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri huma stabbiliti fid-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’t-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijet marittimi (7),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri li għandhom jiġu segwiti mill-organizzazzjonijiet fdati bl-ispezzjoni, il-perizja u ċ-ċertifikazzjoni tal-vapuri għall-konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar is-sikurezza fuq il-baħar u l-prevenzjoni tat-tniġġis tal-baħar, filwaqt li jmexxi ’l quddiem l-objettiv tal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi. Dan jinkludi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ sikurezza għall-buq, il-makkinarju, u l-istallazzjonijiet elettriċi u tal-kontroll tal-vapuri li jidħlu fl-ambitu tal-konvenzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 2

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“vapur” tfisser vapur li jidħol fl-ambitu tal-konvenzjonijiet internazzjonali;

(b)

“konvenzjonijiet internazzjonali” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar tal-1 ta’ Novembru 1974 (SOLAS 74) bl-eċċezzjoni tal-kapitolu XI-2 tal-Anness tagħha, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija tal-5 ta’ April 1966 u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġiż mill-Vapuri tat-2 ta’ Novembru 1973 (MARPOL), flimkien mal-protokolli u l-emendi tagħhom, u l-kodiċijiet ta’ status mandatorju relatati magħhom fl-Istati Membri kollha, fil-verżjoni aġġornata tagħhom;

(c)

“organizzazzjoni” tfisser entità legali, is-sussidjarji tagħha u kwalunkwe entità oħra taħt il-kontroll tagħha, li flimkien jew separatament iwettqu kompiti li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament;

(d)

“kontroll” tfisser, għall-fini tal-punt (c), drittijiet, kuntratti jew kwalunkwe mezz ieħor, fil-liġi jew fil-fatt, li, separatament jew flimkien jikkonferixxu l-possibiltà li tkun eżerċitata influwenza deċiżiva fuq entità legali jew jippermettu lil dik l-entità twettaq il-kompiti li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament;

(e)

“organizzazzjoni rikonoxxuta” tfisser organizzazzjoni rikonoxxuta skont dan ir-Regolament;

(f)

“awtorizzazzjoni” tfisser att li bih Stat Membru jagħti awtorizzazzjoni jew jiddelega setgħat lil organizzazzjoni rikonoxxuta;

(g)

“ċertifikat statutorju” tfisser ċertifikat maħruġ minn jew f’isem Stat tal-bandiera skont il-konvenzjonijiet internazzjonali;

(h)

“regoli u proċeduri ” tfisser ir-rekwiżiti ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta għad-disinn, il-kostruzzjoni, it-tagħmir, il-manutenzjoni u l-perizja tal-vapuri;

(i)

“ċertifikat tal-klassi” tfisser dokument maħruġ minn organizzazzjoni rikonoxxuta li jiċċertifika li vapur ikun adatt għal użu jew servizz partikolari skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti u magħmula pubbliċi minn dik l-organizzazzjoni rikonoxxuta;

(j)

“sede” tfisser il-post tal-uffiċċju rreġistrat, il-post tal-amministrazzjoni ċentrali jew il-post ewlieni tan-negozju ta’ organizzazzjoni.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri li jixtiequ jagħtu awtorizzazzjoni lil xi organizzazzjoni li għadha m’hijiex rikonoxxuta għandhom iressqu talba għar-rikonoxximent lill-Kummissjoni flimkien ma’ informazzjoni sħiħa dwar, u evidenza ta’, konformità tal-organizzazzjoni mal-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I u dwar ir-rekwiżit u l-impenn tagħha li hija għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 8(4), 9, 10 u 11.

2.   Il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri rispettivi li jressqu t-talba, għandha twettaq valutazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet li għalihom tkun irċeviet talba għar-rikonoxximent sabiex tivverifika li l-organizzazzjonijiet jissodisfaw u jimpenjaw ruħhom li jikkonformaw mar-rekwiżiti imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   Il-Kummissjoni, f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3), għandha tirrifjuta li tirrikonoxxi organizzazzjonijiet li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 jew li l-prestazzjoni tagħhom hija kkunsidrata bħala theddida li mhix aċċettabbli għas-sikurezza jew l-ambjent fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti konformement mal-Artikolu 14.

Artikolu 4

1.   Ir-rikonoxximent għandu jingħata mill-Kummissjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3).

2.   Ir-rikonoxximent għandu jingħata biss lil organizzazzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3.

3.   Ir-rikonoxximent għandu jingħata lill-entità legali rilevanti li hija l-entità ewlenija fost l-entitajiet legali kollha li jikkostitwixxu l-organizzazzjoni rikonoxxuta. Ir-rikonoxximent għandu jinkludi l-entitajiet legali kollha li jikkontribwixxu biex jiġi żgurat li dik l-organizzazzjoni tipprovdi kopertura għas-servizzi tagħhom mad-dinja kollha.

4.   Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3), tista’ tillimita r-rikonoxximent fir-rigward ta’ tipi ta’ vapuri, vapuri ta’ ċertu daqs, ċerti operazzjonijiet kummerċjali, jew kombinazzjoni tagħhom, skont il-kapaċità ppruvata u l-għarfien espert tal-organizzazzjoni kkonċernata. Fit-tali każ, il-Kummissjoni għandha tistqarr ir-raġunijiet għal-limitazzjoni u l-kondizzjonijiet li taħthom il-limitazzjoni għandha titneħħa jew tista’ titwessa’. Il-limitazzjoni tista’ tiġi riveduta fi kwalunkwe ħin.

5.   Il-Kummissjoni għandha tfassal u taġġorna regolarment lista tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti skont dan l-Artikolu. Dik il-lista għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Meta l-Kummissjoni tqis li organizzazzjoni rikonoxxuta tkun naqset milli tissodisfa l-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I jew l-obbligi tagħha skont dan ir-Regolament, jew li l-prestazzjoni tas-sikurezza u tal-prevenzjoni tat-tniġġis ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta mar għall-agħar b’mod sinifikanti mingħajr, madankollu, ma dan ikun ta’ theddida mhux aċċettabbli għas-sikurezza jew għall-ambjent, għandha tirrikjedi li l-organizazzjoni rikonoxxuta kkonċernata tieħu l-azzjoni preventiva u ta’ rimedju meħtieġa fl-iskadenzi speċifikati biex tiżgura konformità sħiħa ma’ dawk il-kriterji minimi u l-obbligi msemmija u, b’mod partikolari, li tneħħi kwalunkwe theddida potenzjali għas-sikurezza jew għall-ambjent, jew inkella li tindirizza l-kawżi tal-prestazzjoni li sejra għall-agħar.

L-azzjoni preventiva u ta’ rimedju tista’ tinkludi miżuri protettivi interim meta t-theddida potenzjali għas-sikurezza jew għall-ambjent tkun waħda immedjata.

Madankollu, u mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni immedjata tagħhom, il-Kummissjoni għandha tavża minn qabel lill-Istati Membri kollha li jkunu taw awtorizzazzjoni lill-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata, bil-miżuri li jkollha l-ħsieb tieħu.

Artikolu 6

1.   Minbarra l-miżuri meħuda skont l-Artikolu 5, il-Kummissjoni tista’, f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 12(2), timponi multi fuq organizzazzjoni rikonoxxuta:

(a)

fejn in-nuqqas serju jew ripetut tagħha li tissodisfa l-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I jew li twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 8(4), 9, 10 u 11

jew

fejn deterorjament fil-prestazzjoni tagħha tiżvela nuqqasijiet serji fl-istruttura, fis-sistemi, fil-proċeduri jew fil-kontrolli interni tagħha; jew

(b)

fejn din tkun ipprovdiet intenzjonalment lill-Kummissjoni informazzjoni inkorretta, mhux kompluta jew li tiżgwida matul il-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 8(1) jew tkun ostakolat b’mod ieħor dik il-valutazzjoni.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, meta organizzazzjoni rikonoxxuta tonqos milli tieħu l-azzjoni preventiva u ta’ rimedju rikjesta mill-Kummissjoni, jew iddum b’mod mhux ġustifikat, il-Kummissjoni tista’ timponi ħlasijiet penali perjodiċi fuq dik l-organizzazzjoni sakemm l-azzjoni rikjesta titwettaq b’mod sħiħ.

3.   Il-multi u l-ħlasijiet penali perjodiċi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu dissważivi u proporzjonati kemm mal-gravità tal-każ kif ukoll mal-kapaċità ekonomika tal-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata, b’kont meħud, partikolarment, tal-punt safejn is-sikurezza jew il-protezzjoni ambjentali tkun ġiet kompromessa.

Dawn għandhom jiġu imposti biss wara li l-organizzazzjoni rikonoxxuta u l-Istati Membri kkonċernati jkunu ngħataw l-opportunità li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom.

L-ammont globali tal-multi u l-ħlasijiet penali perjodiċi imposti m’għandux jeċċedi l-5 % tal-medja tad-dħul totali min-negozju tal-organizzazzjoni rikonoxxuta fit-tliet snin finanzjarji preċedenti għall-attivitajiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

4.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha ġurisdizzjoni mingħajr limitu biex tirrevedi d-deċiżjonijiet li bihom il-Kummissjoni tkun stabbiliet multa jew ħlas penali perjodiku. Hija tista’ tħassar, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-ħlas penali perjodiku impost.

Artikolu 7

1.   Il-Kummissjoni għandha tirtira r-rikonoxximent tal-organizzazzjoni:

(a)

li n-nuqqas tagħha ripetut u serju li tissodifa l-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I jew l-obbligi tagħha taħt dan ir-Regolament ikun tali li jikkostitwixxi theddida mhux aċċettabbli għas-sikurezza jew għall-ambjent;

(b)

li n-nuqqas ripetut u serju tal-prestazzjoni tagħha fis-sikurezza u l-prevenzjoni tat-tniġġis ikun tali li jikkostitwixxi theddida mhux aċċettabbli għas-sikurezza jew għall-ambjent;

(c)

li ripetutament ma tippermettix jew tostakola l-valutazzjoni tagħha mill-Kummissjoni;

(d)

li tonqos milli tħallas il-multi u/jew il-ħlasijiet penali perjodiċi msemmija fl-Artikolu 6 (1) u (2); jew

(e)

li tipprova tikseb kopertura finanzjarja jew rimborż ta’ kwalunkwe multa imposta fuqha skont l-Artikolu 6.

2.   Għall-fini tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq il-bażi tat-tagħrif kollu disponibbli, inklużi:

(a)

ir-riżultati tal-valutazzjoni tagħha stess tal-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata skont l-Artikolu 8(1);

(b)

rapporti mressqa minn Stati Membri skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/15/KE;

(c)

analiżi tad-diżgrazzji li jinvolvu vapuri kklassifikati mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti;

(d)

kwalunkwe ripetizzjoni tan-nuqqasijiet msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1);

(e)

il-punt sa liema tkun affettwata l-flotta fil-klassi tal-organizzazzjoni rikonoxxuta; u

(f)

l-ineffettività tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 6(2).

3.   L-irtirar tar-rikonoxximent għandu jkun deċiż mill-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba minn Stat Membru, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3) u wara li l-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata tkun ingħatat l-opportunità li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha.

Artikolu 8

1.   L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti kollha għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni, flimkien mal-Istat Membru li jkun ippreżenta t-talba rilevanti għar-rikonoxximent, fuq bażi regolari u mill-anqas kull sentejn, biex jiġi żgurat li dawn jissodisfaw l-obbligi taħt dan ir-Regolament u jissodisfaw il-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I. Il-valutazzjoni għandha tkun limitata għal dawk l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

2.   Meta tagħżel l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ser ikunu valutati, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-prestazzjoni tas-sikurezza u tal-prevenzjoni tat-tniġġis tal-organizzazzjoni rikonoxxuta, għar-rekords tad-diżgrazzji u għar-rapporti magħmula mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/15/KE.

3.   Il-valutazzjoni tista’ tinkludi żjara lil fergħat reġjonali tal-organizzazzjoni rikonoxxuta kif ukoll spezzjoni mhux regolari tal-vapuri, kemm dawk li qed jintużaw kif ukoll dawk li qed jinbnew, sabiex tkun ivverifikata l-prestazzjoni tal-organizzazzjoni rikonoxxuta. F’dan il-każ il-Kummissjoni, meta xieraq, għandha tinforma lill-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa reġjonali. Il-Kummissjoni għandha tagħti rapport lill-Istati Membri dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni.

4.   Kull sena kull organizzazzjoni rikonoxxuta għandha tqiegħed ir-riżultati tar-reviżjoni tal-ġestjoni tas-sistema ta’ kwalità tagħha għad-dispożizzjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 12(1).

Artikolu 9

1.   L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni ikollha aċċess għall-informazzjoni neċessarja għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1). Ebda klawżoli kuntrattwali ma jistgħu jiġu invokati biex dan l-aċċess ikun ristrett.

2.   L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jiżguraw fil-kuntratti tagħhom mal-proprjetarji jew l-operaturi tal-vapuri għall-ħruġ ta’ ċertifikati statutorji jew ta’ ċertifikati tal-klassi lil vapur li tali ħruġ għandu jiddependi mill-fatt li l-partijiet ma jopponux l-aċċess lill-ispetturi tal-Kummissjoni abbord dak il-vapur għall-finijiet tal-Artikolu 8(1).

Artikolu 10

1.   L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin perjodikament bil-ħsieb li jżommu ekwivalenza u jimmiraw għal armonizzazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tagħhom u għall-implimentazzjoni tagħhom. Huma għandhom jikkooperaw ma’ xulxin bil-ħsieb li jaslu għal interpretazzjoni konsistenti tal-konvenzjonijiet internazzjonali, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Istati tal-bandiera. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom, f’każijiet fejn dan ikun xieraq, jaqblu dwar il-kondizzjonijiet tekniċi u proċedurali li taħthom jirrikonoxxu reċiprokament iċ-ċertifikati tal-klassi għal materjali, tagħmir u komponenti abbażi ta’ standards ekwivalenti, bl-użu tal-aktar standards eżiġenti u rigorużi bħala referenza.

Fejn ma jkunx jista’ jintlaħaq qbil dwar rikonoxximent reċiproku għal raġunijiet serji ta’ sikurezza, l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jistqarru b’mod ċar ir-raġunijiet għal dan.

Fejn organizzazzjoni rikonoxxuta taċċerta bi spezzjoni jew b’mod ieħor li materjal, biċċa tagħmir jew komponent m’huwiex f’konformità maċ-ċertifikat tiegħu, l-organizzazzjoni tista’ tirrifjuta li tawtorizza t-tpoġġija abbord il-vapur ta’ dak il-materjal, biċċa tagħmir jew komponent. L-organizzazzjoni rikonoxxuta għandha immedjatament tinforma lill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti l-oħra, waqt li tiddikjara r-raġunijiet għar-rifjut tagħha.

L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jirrikonoxxu, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni, ċertifikati ta’ tagħmir marittimu li għandu l-wheelmark skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE tal-20 ta’ Diċembru 1996 dwar tagħmir marittimu (8).

Huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’rapporti perjodiċi dwar il-progress bażiku fl-istandards u r-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertifikati għal materjali, tagħmir u komponenti.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sas-17 ta’ Ġunju 2014 ibbażat fuq studju indipendenti, fuq il-livell milħuq fil-proċess tal-armonizzazzjoni tar-regoli u l-proċeduri u dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertifikati għal materjali, tagħmir u komponenti.

3.   L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jikkooperaw mal-amministrazzjonijiet mill-Istat tal-kontroll tal-port fejn ikun ikkonċernat vapur tal-klassi tagħhom, b’mod partikolari biex jiffaċilitaw ir-rettifika ta’ nuqqasijiet irrappurtati jew diskrepanzi oħra.

4.   L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jipprovdu lill-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri kollha li jkunu taw kwalunkwe waħda mill-awtorizzazzjonijiet previsti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/15/KE u lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-flotta kklassifikata tagħhom, it-trasferimenti, il-bidliet, is-sospensjonijiet u l-irtirar tal-klassi, irrispettivament mill-bandiera li jtajru l-vapuri.

L-informazzjoni dwar trasferimenti, bidliet, sospensjonijiet, u rtirar tal-klassi, inkluża informazzjoni dwar perizji li suppost saru, rakkomandazzjonijiet li suppost saru, kundizzjonijiet tal-klassi, kundizzjonijiet tal-ħidma jew limitazzjonijiet tal-ħidma maħruġa għall-vapuri klassifikati tagħhom, irrispettivament mill-bandiera li jtajru l-vapuri, għandu jkun ikkomunikat ukoll b’mod elettroniku lid-database komuni ta’ spezzjoni użata mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-Kontroll Portwali tal-Istat (9) fl-istess żmien li jkun irreġistrat fis-sistemi ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta stess u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 72 siegħa wara l-ġrajja li tkun qajjmet l-obbligu li tkun ikkomunikata l-informazzjoni. Din l-informazzjoni, bl-eċċezzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u tal-kundizzjonijiet tal-klassi li ż-żmien għat-twettiq tagħhom ikun għadu ma skadiex, għandha tiġi ppubblikata fis-sit elettroniku ta’ dawn l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti.

5.   L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti m’għandhomx joħorġu ċertifikati statutorji għal vapur, irrispettivament mill-bandiera tiegħu, li ġie mniżżel grad jew biddel il-klassi għal raġunijiet ta’ sikurezza, qabel ma jagħtu l-opportunità lill-amministrazzjoni kompetenti tal-Istat tal-bandiera tagħti l-opinjoni tagħha fi żmien raġonevoli dwar jekk hemmx bżonn spezzjoni sħiħa.

6.   F’każijiet ta’ trasferiment minn organizzazzjoni rikonoxxuta għal oħra, l-organizzazzjoni li tkun qed titrasferixxi għandha, mingħajr dewmien tipprovdi lill-organizzazzjoni li tkun qed tirċievi bil-fajl komplut tal-istorja tal-vapur u, b’mod partikolari, tinfurmaha dwar:

(a)

kwalunkwe perizja li ż-żmien għaliha jkun skada;

(b)

kwalunkwe rakkomandazzjoni u kundizzjoni tal-klassi li ż-żmien għat-twettiq tagħhom ikun skada;

(c)

il-kundizzjonijiet tal-ħidma maħruġa kontra l-vapur, u

(d)

il-limitazzjonijiet tal-ħidma maħruġa kontra l-vapur.

Ċertifikati ġodda għall-vapur jistgħu jinħarġu mill-organizzazzjoni li tkun qed tirċievi biss wara li jitlestew b’mod sodisfaċenti l-perizji kollha u wara li r-rakkomandazzjonijiet jew il-kundizzjonijiet tal-klassi kollha fir-rigward tal-vapur li jkunu inħarġu preċedentement u li ż-żmien għat-twettiq tagħhom ikun skada jitlestew kif speċifikat mill-organizzazzjoni li tkun qed titrasferixxi.

Qabel il-ħruġ taċ-ċertifikati, l-organizzazzjoni li tkun qed tirċievi għandha tavża lill-organizzazzjoni li tkun qed titrasferixxi bid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikati u tikkonferma d-data, u l-azzjoni meħuda biex titlesta kull perizja, rakkomandazzjoni u kundizzjoni tal-klassi li ż-żmien għat-twettiq tagħhom ikun skada.

L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw rekwiżiti komuni xierqa dwar każijiet ta’ trasferiment tal-klassi meta jkunu meħtieġa prekawzjonijiet speċjali. Bħala minimu, dawk il-każijiet għandhom jinkludu t-trasferiment tal-klassi ta’ vapuri ta’ 15-il sena jew aktar u t-trasferiment minn organizzazzjoni mhux rikonoxxuta għal organizzazzjoni rikonoxxuta.

L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu b’mod xieraq.

Artikolu 11

1.   L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jistabbilixxu, sas-17 ta’ Ġunju 2011, u jżommu Entità indipendenti għall-Valutazzjoni u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Kwalità skont l-istandards internazzjonali tal-kwalità li jkunu applikabbli, fejn l-assoċjazzjonijiet professjonali rilevanti li jaħdmu fl-industrija tal-vapuri jistgħu jipparteċipaw fil-kapaċità ta’ konsulenza.

2.   L-Entità għall-Valutazzjoni u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Kwalità għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

il-valutazzjoni frekwenti u regolari tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti, f’konformità mal-kriterji tal-istandard tal-kwalità ISO 9001;

(b)

iċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti, inkluż organizzazzjonijiet li għalihom intalab rikonoxximent skont l-Artikolu 3;

(c)

il-ħruġ ta’ interpretazzjonijiet ta’ standards ta’ ġestjoni ta’ kwalità rikonoxxuti internazzjonalment, b’mod partikolari biex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tan-natura u tal-obbligi tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti; u

(d)

l-addozzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet individwali u kollettivi għat-titjib tal-proċessi u tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti.

3.   L-Entità għall-Valutazzjoni u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Kwalità għandu jkollha l-governanza u l-kompetenzi neċessarji biex taġixxi indipendentement mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti u għandha jkollha l-mezzi neċessarji biex twettaq il-kompiti tagħha b’mod effettiv u bl-aktar standards professjonali għolja, filwaqt li tissalvagwardja l-indipendenza tal-persuni li jwettquhom. L-Entità għall-Valutazzjoni u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Kwalità għandha tistabbilixxi l-metodi tax-xogħol u r-regoli ta’ proċedura tagħha.

4.   L-Entità għall-Valutazzjoni u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Kwalità tista’ titlob għajnuna minn organi oħra esterni ta’ valutazzjoni tal-kwalità.

5.   L-Entità għall-Valutazzjoni u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Kwalità għandha tipprovdi lill-partijiet interessati, inkluż Stati tal-Bandiera u l-Kummissjoni, l-informazzjoni sħiħa dwar il-pjan annwali ta’ ħidma tagħha kif ukoll dwar ir-riżultati li tikseb u r-rakkomandazzjonijiet tagħha, partikolarment fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet fejn jista’ jkun li ġiet kompromessa s-sikurezza.

6.   L-Entità għall-Valutazzjoni u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Kwalità għandha tkun vvalutata perjodikament mill-Kummissjoni.

7.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Istati Membri dwar ir-riżultati u s-segwitu tal-valutazzjoni tagħha.

Artikolu 12

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 13

1.   Dan ir-Regolament jista’, mingħajr ma jitwessa’ l-ambitu tiegħu, jiġi emendat sabiex jiġu aġġornati l-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, id-deċiżjonijiet rilevanti tal-IMO.

Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(4).

2.   L-emendi għall-konvenzjonijiet internazzjonali definiti fl-Artikolu 2(b) jistgħu jkunu esklużi mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

Artikolu 14

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika:

(a)

kriterji biex titkejjel l-effettività tar-regoli u tal-proċeduri kif ukoll il-prestazzjoni tas-sikurezza u tal-prevenzjoni tat-tniġġis tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti fir-rigward tas-sikurezza, u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri kklassifikati tagħhom, filwaqt li tqis b’mod partikolari d-data mill-Memorandum ta’ Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port u/jew minn skemi simili oħra; u

(b)

kriterji sabiex jiġi determinat meta tali prestazzjoni għandha titqies bħala theddida mhux aċċettabbli għas-sikurezza jew għall-ambjent, li jistgħu jieħdu kont ta’ ċirkostanzi speċifiċi li jaffettwaw organizzazzjonijiet ta’ daqs żgħir jew speċjalizzati ħafna.

Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(4).

2.   Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh li għandhom x’jaqsmu mal-Artikolu 6 u, jekk xieraq, mal-Artikolu 7 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(4).

3.   Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni immedjata tal-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I, il-Kummissjoni tista’, f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3), tadotta regoli dwar l-interpretazzjoni tagħhom u tista’ tikkunsidra l-istabbiliment ta’ objettivi għall-kriterji minimi ġenerali msemmija fil-punt 3 tal-Parti A tal-Anness I.

Artikolu 15

1.   L-organizzazzjonijiet li, mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, kienu ngħataw ir-rikonoxximent skont id-Direttiva 94/57/KE għandhom iżommu r-rikonoxximent tagħhom, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.

2.   Bla ħsara għall-Artikoli 5 u 7, il-Kummissjoni għandha terġa’ teżamina r-rikonoxximenti limitati kollha mogħtija skont id-Direttiva 94/57/KE fid-dawl tal-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament sas-17 ta' Ġunju 2010, bil-għan li jkun deċiż, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3), jekk il-limitazzjonijiet għandhomx ikunu sostitwiti b’oħrajn jew jekk għandhomx jitneħħew. Il-limitazzjonijiet għandhom jibqgħu japplikaw sakemm il-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni.

Artikolu 16

Matul il-valutazzjoni skont l-Artikolu 8(1), il-Kummissjoni għandha tivverifika li d-detentur tar-rikonoxximent huwa l-entità legali rilevanti fl-organizzazzjoni li għaliha għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Jekk dak ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni li temenda dak ir-rikonoxximent.

Meta l-Kummissjoni temenda r-rikonoxximent, l-Istati Membri għandhom jadattaw il-ftehim tagħhom mal-organizzazzjoni rikonoxxuta biex jieħdu kont tal-emenda.

Artikolu 17

Il-Kummissjoni, kull sentejn, għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Ir-referenzi fil-liġi Komunitarja u dik nazzjonali għad-Direttiva 94/57/KE għandhom jinftiehmu, kif xieraq, bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 19

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strażburgu, 23 ta’ April 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

P. NEČAS


(1)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 195.

(2)  ĠU C 229, 22.9.2006, p. 38.

(3)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ April 2007 (ĠU C 74E, 20.3.2008, p.632), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2008 (ĠU C 190E, 29.7.2008, p. 1.), il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2009 u r-Riżoluzzjoni Leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2009 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

(4)  ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20.

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(6)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(7)  Ara paġna 47 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(8)  ĠU L 46, 17.2.1997, p. 25.

(9)  Ara paġna 57 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(10)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.


ANNESS I

KRITERJI MINIMI SABIEX L-ORGANIZZAZZJONIJIET JIKSBU U JKOMPLU JGAWDU R-RIKONOXXIMENT TAL-KOMUNITÀ

(imsemmija fl-artikolu 3)

A.   KRITERJI MINIMI ĠENERALI

1.

Organizzazzjoni rikonoxxuta għandu jkollha personalità legali fl-Istat fejn ikollha s-sede. Il-kontijiet tagħha għandhom ikunu ċċertifikati minn awdituri indipendenti.

2.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tkun kapaċi tiddokumenta esperjenza estensiva fil-valutazzjoni tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-vapuri tal-merkanzija.

3.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tkun komposta f'kull ħin minn persunal maniġerjali, tekniku, ta' appoġġ u ta' riċerka sinifikanti li jirrifletti d-daqs tal-flotta fil-klassi tagħha, il-kompożizzjoni tagħha u l-involviment tal-organizzazzjoni fil-kostruzzjoni u l-konverżjoni ta' vapuri. L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tkun tista' tagħti lil kull post tax-xogħol, meta u kif ikun hemm bżonn, mezzi u persunal li jirriflettu l-ħidmiet li għandhom jitwettqu skont il-kriterji ġenerali minimi taħt il-punti 6 u 7 u bi kriterji minimi speċifiċi taħt il-Parti B.

4.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta għandu jkollha u għandha tapplika sett ta' regoli komprensivi u proċeduri tagħha stess, jew l-abbiltà murija tagħha għalhekk, għad-disinn, il-kostruzzjoni u l-perizja perjodika tal-vapuri tal-merkanzija, li jkollhom il-kwalità ta' standards internazzjonali rikonoxxuti. Dawn għandhom jiġu ppubblikati u kontinwament aġġornati u mtejba mill-programmi tar-riċerka u l-iżvilupp.

5.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta għandha tippubblika r-reġistru tagħha tal-vapuri fuq bażi annwali jew iżżomm dan ir-reġistru f'database elettronika aċċessibbli għall-pubbliku.

6.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta ma għandhiex tkun ikkontrollata mis-sidien jew mill-bennejja tal-vapuri, jew minn oħrajn involuti b'mod kummerċjali fil-manifattura, it-tagħmir, it-tiswija jew l-operazzjoni tal-vapuri. L-organizzazzjoni rikonoxxuta ma tkunx sostanzjalment dipendenti fuq impriża kummerċjali waħda għad-dħul tagħha. L-organizzazzjoni rikonoxxuta ma twettaqx xogħol tal-klassi jew statutorju jekk tkun identika ma' jew ikollha rabtiet tan-negozju, personali jew tal-familja ma' sid il-vapur jew mal-operatur. Din l-inkompatibilità għandha tapplika wkoll għall-periti impjegati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta.

7.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid topera skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness għar-Riżoluzzjoni A.789(19) tal-IMO dwar speċifikazzjonijiet dwar il-funzjoni ta' perizja u ta' ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f'isem l-amministrazzjoni, sakemm ikopru kwistjonijiet li jaqgħu fil-qasam ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

B.   KRITERJI MINIMI SPEĊIFIĊI

1.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tipprovdi kopertura dinjija mill-periti esklussivi tagħha jew, f'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, permezz tal-periti esklussivi ta' organizzazzjonijiet oħra rrikonoxxuti.

2.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tkun irregolata b'kodiċi ta' etika.

3.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tkun ġestita u amministrata b'mod li jiżgura l-kunfidenzjalità tat-tagħrif meħtieġ mill-amministrazzjoni.

4.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tipprovdi t-tagħrif relevanti lill-amministrazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-partijiet interessati.

5.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta, il-periti u l-persunal tekniku tagħha għandhom iwettqu l-ħidma tagħhom mingħajr ma bl-ebda mod jagħmlu ħsara lid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tat-tarznari, tal-fornituri tat-tagħmir u tal-proprjetarji tal-vapuri, inklużi l-privattivi, il-liċenzji, l-għerf tas-sengħa, jew kull xorta ta' għarfien li l-użu tiegħu huwa legalment protett fuq livell internazzjonali, Komunitarju jew nazzjonali; taħt l-ebda ċirkustanza, u mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta' valutazzjoni tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni u b'mod partikolari taħt l-Artikolu 9, ma jistgħu la l-organizzazzjoni rikonoxxuta u lanqas il-periti u l-persunal tekniku tagħha, li hija timpjega, jgħaddu jew jiżvelaw data kummerċjalment rilevanti miksuba waqt ix-xogħol tagħhom ta' spezzjoni, kontroll, u monitoraġġ tal-vapuri taħt kostruzzjoni jew għat-tiswija.

6.

L-amministrazzjoni tal-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tiddefinixxi u tiddokumenta l-politika u l-objettivi tagħha għal, u l-impenn tagħha favur, il-kwalità u trid tiżgura li din il-politika tkun mifhuma, implimentata u miżmuma fil-livelli kollha fl-organizzazzjoni rikonoxxuta. Il-politika tal-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tirreferi għall-miri u l-indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza u tal-prevenzjoni tat-tniġġis.

7.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta tiżgura li:

(a)

ir-regoli u l-proċeduri tagħha jkunu stabbiliti u miżmuma b'mod sistematiku;

(b)

ir-regoli u l-proċeduri tagħha jkunu segwiti u titwaqqaf sistema interna biex titkejjel il-kwalità tas-servizz b'rabta ma' dawn ir-regoli u proċeduri;

(c)

ir-rekwiżiti tax-xogħol statutorju li għalih hija awtorizzata l-organizzazzjoni rikonoxxuta jkunu sodisfatti u titwaqqaf sistema interna biex titkejjel il-kwalità tas-servizz b'rabta mal-konformità mal-istandards internazzjonali;

(d)

ir-responsabilitajiet, is-setgħat u l-interrelazzjoni tal-persunal li x-xogħol tagħhom jaffettwa l-kwalità tas-servizzi tal-organizzazzjoni rikonoxxuta jkunu definiti u dokumentati;

(e)

ix-xogħol kollu jitwettaq f'konformità ma' kundizzjonijiet ikkontrollati;

(f)

tkun teżisti sistema ta' sorveljanza li timmonitorja l-azzjonijiet u x-xogħol imwettqa mill-periti u l-persunal tekniku u amministrattiv impjegati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta;

(g)

il-periti għandhom għarfien kbir tat-tip ta' vapur partikulari li fuqu jwettqu x-xogħol tagħhom kif meħtieġ għall-perizja partikulari li tkun ser issir u skont ir-rekwiżiti applikabbli;

(h)

tkun implimentata sistema għall-kwalifikazzjoni ta' periti u l-aġġornament kontinwu tal-għarfien tagħhom;

(i)

jinżammu reġistri, li juru l-kisba tal-istandards meħtieġa fl-oġġetti koperti mis-servizzi mwettqa, kif ukoll l-operazzjoni effettiva tas-sistema tal-kwalità;

(j)

tinżamm sistema komprensiva ta' verifiki interni pjanati u dokumentati li għandhom x'jaqsmu mal-attivitajiet tal-kwalità fil-postijiet kollha;

(k)

il-perizji u l-ispezzjonijiet statutorji rikjesti mis-Sistema Armonizzata tal-Perizji u ċ-Ċertifikazzjoni li għalihom l-organizzazzjoni rikonoxxuta tkun awtorizzata jitwettqu skont id-dispożizzjoni stabbilita fl-Anness u fl-Appendiċi għar-Riżoluzzjoni A.948(23) tal-IMO dwar Linji Gwida għall-Perizji skont is-Sistema Armonizzata tal-Perizji u ċ-Ċertifikazzjoni;

(l)

jiġu stabbiliti linji ta' responsabiltà u ta' kontroll ċari u diretti bejn l-uffiċċji ċentrali u reġjonali tal-organizzazzjoni rikonoxxuta u bejn l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti u l-periti tagħhom.

8.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tkun żviluppat, implimentat u trid iżżomm sistema effettiva ta' kwalità interna bbażata fuq partijiet xierqa ta' standards ta' kwalità rikonoxxuti internazzjonalment u f'konformità ma' EN ISO/IEC 17020:2004 (korpi ta' spezzjoni) u ma' EN ISO 9001:2000 (sistemi ta' mmaniġġar tal-kwalità, rekwiżiti), kif interpretati u ċċertifikati mill-Entità indipendenti għall-Valutazzjoni u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Kwalità imsemmija fl-Artikolu 11(1).

9.

Ir-regoli u l-proċeduri tal-organizzazzjoni rikonoxxuta iridu jiġu implimentati b'tali mod li l-organizzazzjoni tibqa' f'pożizzjoni li tnissel mill-għarfien u l-ġudizzju dirett tagħha dikjarazzjoni affidabbli u oġġettiva dwar is-sikurezza tal-vapuri kkonċernati permezz ta' ċertifikati tal-klassi li fuq il-bażi tagħhom jistgħu jinħarġu ċertifikati statutorji.

10.

L-organizzazzjoni irid ikollha l-mezzi meħtieġa biex tevalwa, bl-użu ta' persunal professjonali kkwalifikat u skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness għar-Riżoluzzjoni A.913(22) tal-IMO dwar Linji Gwida għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali tal-Immaniġġar tas-Sikurezza (ISM) mill-amministrazzjonijiet, l-applikazzjoni u ż-żamma tas-sistema tal-immaniġġar tas-sikurezza, kemm ta' mal-kosta kif ukoll fuq il-vapuri, maħsuba li tkun koperta fiċ-ċertifikazzjoni.

11.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta għandha tippermetti l-parteċipazzjoni fl-iżvilupp tar-regoli u l-proċeduri tagħha mir-rappreżentanti tal-amministrazzjoni u tal-partijiet l-oħra kkonċernati.


ANNESS II

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 94/57/KE

Direttiva 2009/15/KE

Dan ir–Regolament

Artikolu1

Artikolu1

Artikolu1

Artikolu2(a)

Artikolu2(a)

Artikolu2(a)

Artikolu2(b)

Artikolu2(b)

Artikolu2(c)

Artikolu2(c)

Artikolu2(d)

Artikolu2(d)

Artikolu2(b)

Artikolu2(e)

Artikolu2(e)

Artikolu2(c)

Artikolu2(f)

Artikolu2(d)

Artikolu2(f)

Artikolu2(g)

Artikolu2(e)

Artikolu2(g)

Artikolu2(h)

Artikolu2(f)

Artikolu2(h)

Artikolu2(i)

Artikolu2(g)

Artikolu2(i)

Artikolu2(k)

Artikolu2(i)

Artikolu2(j)

Artikolu2(h)

Artikolu2(j)

Artikolu2(l)

Artikolu2(k)

Artikolu2(j)

Artikolu3

Artikolu3

Artikolu 4(1) l–ewwel frażi

Artikolu3(1)

Artikolu4(1) it–tieni frażi

Artikolu3(2)

Artikolu4(1) it–tielet frażi

Artikolu4(1) ir–raba’ frażi

Artikolu4(1)

Artikolu3(3)

Artikolu4(2),(3),(4)

Artikolu5

Artikolu6

Artikolu7

Artikolu5(1)

Artikolu4(1)

Artikolu5(3)

Artikolu4(2)

Artikolu6(1), (2), (3), (4)

Artikolu5 (1), (2), (3), (4)

Artikolu6(5)

Artikolu7

Artikolu6

Artikolu12

Artikolu8(1) l–ewwel inċiż

Artikolu7(1) punt (a) tal–ewwel subparagrafu

Artikolu8(1) it–tieni inċiż

Artikolu13(1)

Artikolu8(1) it–tielet inċiż

Artikolu7(1) punt (b) tal–ewwel subparagrafu

Artikolu7(1) it–tieni subparagrafu

Artikolu13(1) (it–tieni subparagrafu)

Artikolu8(2)

Artikolu7(2)

Artikolu8(2) it–tieni subparagrafu

Artikolu13(2)

Artikolu9(1)

Artikolu9(2)

Artikolu10(1) kliem introduttorju

Artikolu8

Artikolu10(1)(a), (b), (c), (2),(3), (4)

Artikolu11(1),(2)

Artikolu9(1),(2)

Artikolu11(3),(4)

Artikolu8(1)(2)

Artikolu 12

Artikolu10

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu11

Artikolu11(3)

Artikolu12

Artikolu9

Artikolu15(1)

Artikolu10(1)(2)

Artikolu15(2)

Artikolu10(3)

Artikolu15(3)

Artikolu10(4)

Artikolu15(4)

Artikolu10(5)

Artikolu15(5)

Artikolu10(6) l–ewwel, it–tieni, it–tielet, il–ħames subparagrafi

Artikolu10(6)ir–raba’ subparagrafu

Artikolu16

Aricle 13

Artikolu17

Artikolu16

Artikolu14

Artikolu15

Artikolu11

Artikolu14

Artikolu15

Artikolu16

Artikolu17

Artikolu18

Artikolu19

Anness

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/24


REGOLAMENT (KE) Nru 392/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' aċċidenti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3), fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fit-3 ta' Frar 2009.

Billi:

(1)

Fi ħdan il-qafas tal-politika komuni tat-trasport, iridu jkunu adottati aktar miżuri sabiex titjieb is-sikurezza fit-trasport marittimu. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu r-regoli ta’ responsabbiltà għal ħsara kkawżata lil passiġġieri; minħabba li hu importanti li jkun żgurat livell xieraq ta’ kumpens għal passiġġieri involuti f’aċċidenti marittimi.

(2)

Il-Protokoll tal-2002 għall-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974 kien adottat fl-1 ta' Novembru 2002 taħt l-awspiċi tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO). Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha jinsabu fil-proċess li jiddeċiedu jekk għandhomx jiffirmaw jew jirratifikaw dak il-Protokoll. Fi kwalunkwe każ, id-dispożizzjonijiet tiegħu inkorporati b'dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-Kommunità mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012.

(3)

Il-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, kif emendata mill-Protokoll tal-2002 (“Il-Kovenzjoni ta' Ateni”), tapplika biss għat-trasport internazzjonali. Id-distinzjoni bejn trasport nazzjonali u internazzjonali fis-suq intern għas-servizzi ta' trasport marittimu tneħħiet u għalhekk jixraq li jkun hemm l-istess livell u tip ta’ responsabbiltà kemm fit-trasport internazzjonali kif ukoll f’dak nazzjonali ġewwa l-Komunità

(4)

L-arranġamenti tal-assigurazzjoni rikjesti skont il-Konvenzjoni ta' Ateni għandhom jieħdu kont tal-kapaċitajiet finanzjarji tas-sidien tal-vapuri u tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni. Is-sidien tal-vapuri għandhom ikunu f'pożizzjoni li jimmaniġġjaw l-arranġamenti tal-assigurazzjoni tagħhom b'mod ekonomikament aċċettabbli u, b'mod partikulari fil-każ ta' kumpanniji tat-tbaħħir żgħar li joperaw servizzi nazzjonali ta' trasport, għandu jittieħed kont tan-natura staġunali tal-operazzjonijiet tagħhom. Fl-istabbiliment tal-arranġamenti tal-assikurazzjoni taħt dan ir-Regolament, għandu jittieħed kont tal-klassijiet differenti tal-vapuri.

(5)

Huwa xieraq li t-trasportatur ikun obbligat li jagħmel ħlas bil-quddiem fil-każ ta’ mewt jew korriment ta’ passiġġier, fejn il-ħlas bil-quddiem ma jikkostitwixxix rikonoxximent ta' responsabilità.

(6)

Informazzjoni xierqa, dwar id-drittijiet mogħtija lill-passiġġieri għandha tingħata lil dawk il-passiġġieri qabel il-vjaġġ tagħhom jew, fejn dan ma jkunxpossibbli, mhux aktar tard mit-tluq.

(7)

Il-Kumitat Legali tal-IMO fid-19 ta' Ottubru 2006 adotta Riżerva u Linji Gwida tal-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni (“il-Linji Gwida tal-IMO”) biex jiġu indirizzati ċerti kwistjonijiet fil-Konvenzjoni ta' Ateni, b'mod partikolari, il-kumpens għal dannu relatat mat-terroriżmu. Għalhekk, il-Linji Gwida tal-IMO jistgħu jkunu kkunsidrati bħala lex specialis.

(8)

Dan ir-Regolament jinkorpora u jrendi vinkolanti partijiet tal-Linji Gwida tal-IMO. Għal dak il-għan, kull fejn jinstab fid-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida tal-IMO, b'mod partikolari, il-verb “should” (għandu) għandu jiftiehem bħala “shall” (għandu).

(9)

Id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Ateni (Anness I) u tal-Linji Gwida tal-IMO (Anness II) għandhom jiftiehmu, mutatis mutandis, fil-kuntest tal-leġislazzjoni Komunitarja.

(10)

Is-sistema ta' responsabbiltà prevista f'dan ir-Regolament għanda tiġi estiża ftit ftit għall-klassijiet differenti ta' vapuri kif stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE tas-17 ta' Marzu 1998 dwar ir-regoli u n-normi ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (4) Għandu jittieħed kont tal-konsegwenzi fuq in-nolijiet u l-ħila tas-suq li jikiseb kopertura ta' assikurazzjoni bi prezz li jista' jintlaħaq fil-livell meħtieġ fl-isfond tal-politika ta' tisħiħ tad-drittijiet tal-passiġġieri, kif ukoll tan-natura staġonali ta' ftit mit-traffiku.

(11)

Il-kwistjonijiet koperti mill-Artikoli 17 u 17bis tal-Konvenzjoni ta' Ateni jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità sa fejn dawk l-Artikoli jaffettwaw ir-regoli stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (5). Għal dan il-għan, dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet ser jiffurmaw parti mill-ordni legali Komunitarja meta l-Komunità tiffirma l-Konvenzjoni ta' Ateni.

(12)

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-espressjoni “jew hu rreġistrat fi Stat Membru” għandha tiġi meqjusa li tfisser li l-istat tal-bandiera għar-raġunijiet ta' reġistrazzjoni ta' basitimenti mogħtija b' kiri bla ekwipaġġ, jkun jew Stat Membru jew parti kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Ateni. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jistiednu lill-IMO biex jiżviluppa linji gwida dwar il-kunċett ta' reġistrazzjoni ta' bastimenti mogħtija b' kiri bla ekwipaġġ.

(13)

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament l-espressjoni “tagħmir għall-mobbiltà” għandha titqies la bħala bagolli u lanqas bħala vetturi fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni ta' Ateni.

(14)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu addottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (6).

(15)

B'mod partikolari, l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex temenda dan ir-Regolament sabiex jiġu inkorporati l-emendi sussegwenti għall-konvenzjonijiet internazzjonali, il-protokolli, il-kodiċijiet u r-riżoluzzjonijiet relatati magħha. Peress li dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(16)

L-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà, stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), għandha tassisti l-Kummissjoni fit-tħejjija u fl-abbuzzar ta' rapport ta' progress dwar il-funzjonament tar-regoli stabbiliti minn dan ir-Regolament.

(17)

L-awtoritajiet nazzjonali, b'mod partikolari l-awtoritajiet tal-port, għandhom parti fundamentali u vitali fl-identifikazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji varji għas-sikurezza marittima.

(18)

L-Istat Membri ħadu l-impenn sod fl-Istqarrija tagħhom dwar is-Sikurezza Marittima tad-9 ta' Ottubru 2008 li jesprimu, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2012, il-kunsens tagħhom li jintrabtu bil-Konvenzjoni Internazzjonali tal-1976 dwar il-Limitazzjoni tar-Responsabbiltà għal Pretensjonijiet Marittimi, kif emendata bil-Protokoll tal-1996. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 15(3bis) ta' dik il-Konvenzjoni sabiex jirregolaw, permezz ta' dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament, is-sistema ta' limitazzjoni tar-responsabbiltà li għandha tiġi applikata għall-passiġġieri.

(19)

Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jinħoloq sett wieħed ta' regoli li jirregolaw id-drittijiet tat-trasportaturi bil-baħar u tal-passiġġieri tagħhom f'każ ta' aċċident, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkisbu aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dan l-objettiv,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabilixxi r-reġim Komunitarju dwar ir-responsabbiltà u l-assigurazzjoni għall-ġarr bil-baħar ta' passiġġieri kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet rilevanti ta':

(a)

il-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, kif emendata mill-protokoll tal-2002 (“il-Konvenzjoni ta’ Ateni”) li t-test tagħha jinsab fl-Anness I; u

(b)

ir-Riżerva u l-Linji Gwida tal- IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni adottata mill-Kumitat Legali tal-IMO fid-19 ta' Ottubru 2006 (“il-Linji Gwida tal-IMO”), li t-test tagħhom jinsab fl-Anness II.

2.   Barra minn hekk, dan ir-Regolament jestendi l-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet għall-ġarr ta' passiġġieri bil-baħar fi Stat Membru wieħed abbord vapuri tal-Klassi A skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/18/KE , u jistabbilixxi ċerti rekwiżiti supplimentari.

3.   Mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2013, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva, sabiex, inter alia, testendi il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal vapuri tal-Klassijiet C u D skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/18/KE.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għal kull ġarr internazzjonali fis-sens tal-punt 9 tal-Artikolu 1tal-Konvenzjoni ta' Ateni u għal ġarr bil-baħar fi Stat Membru wieħed abbord vapuri tal-Klassi A u B skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/18/KE, jekk:

(a)

il-vapur ikun qed itajjar il-bandiera ta' Stat Membru jew ikun reġistrat fi Stat Membru;

(b)

il-kuntratt ta' ġarr ikun sar fi Stat Membru; jew

(ċ)

il-post tat-tluq jew destinazzjoni, skont il-kuntratt tal-ġarr, ikun fi Stat Membru.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw dan ir-Regolament għall-vjaġġi bil-baħar domestiċi kollha.

Artikolu 3

Responsabbiltà u Assigurazzjoni

1.   Ir-reġim tar-responsabbiltà fir-rigward tal-passiġġieri, il-bagalji tagħhom u l-vetturi tagħhom u r-regoli dwar l-assigurazzjoni jew sigurtà finanzjarja oħra għandu jkun regolat minn dan ir-Regolament u mill-Artikoli 1 u 1bis, l-Artikolu 2(2), l-Artikoli 3 sa 16 u l-Artikoli18, 20 u 21 tal-Konvenzjoni ta' Ateni li t-test tagħha jinsab fl-Anness I u mid-dispożizzjonijet tal-Linji Gwida tal-IMO li t-test tagħhom jinsab fl-Anness II.

2.   Il-Linji Gwida tal-IMO li t-test tagħhom jinsab fl-Anness II għandhom ikunu jorbtu.

Artikolu 4

Kumpens marbut mat-tagħmir għall-mobbiltà jew tagħmir speċifiku ieħor

Fil-każ ta’ telf ta' tagħmir għall-mobbiltà jew tagħmir speċifiku ieħor użat minn passiġġier b'mobbiltà mnaqqsa, jew ta' ħsara għal tali tagħmir, ir-responsabbiltà tat-trasportatur għandha tkun irregolata mill-Artikolu 3 (3) tal-Konvenzjoni ta' Ateni. Il-kumpens għandu jikkorrispondi għall-valur ta' sostituzzjoni tat-tagħmir ikkonċernat jew, fejn applikabbli, għall-ispejjeż relatati mat-tiswijiet.

Artikolu 5

Limitazzjoni globali tar-responsabbiltà

1.   Dan ir-Regolament ma għandux jimmodifika d-drittijiet jew l-obbligi tat-trasportatur, jew tat-trasportatur prestanti, taħt il-leġislazzjoni nazzjonali li timplimenta l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Limitazzjoni tar-Responsabbiltà għal Pretensjonijiet Marittimi, 1976, kif emendata bil-Protokoll tal-1996, inkluża kwalunkwe emenda futura għall-Konvenzjoni.

Fin-nuqqas ta' tali leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, ir-responsabbiltà tat-trasportatur jew tat-trasportatur prestanti għandha tiġi irregolata biss mill-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

2.   Fir-rigward ta' pretensjonijiet għal telf ta' ħajja jew korriment fuq il-persuna ta' passiġġier ikkawżat minn kwalunkwe riskju msemmi fil-paragrafu 2.2 tal-Linji Gwida tal-IMO t-trasportatur u t-trasportatur prestanti jistgħu jillimitaw ir-responsabbiltà skont id-dispożizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 6

Ħlas bil-quddiem

1.   Fejn il-mewt jew il-korriment fuq il-persuna ta’ passiġġier kienu kkawżati minn inċident tat-tbaħħir , it-trasportatur li fil-fatt wettaq il-ġarr kollu jew parti mill-ġarr meta seħħ l-inċident tat-tbaħħir għandu jagħmel ħlas bil-quddiem biżżejjed biex ikopri l-bżonnijiet ekonomiċi immedjati fuq bażi proporzjonali għall-ħsara mġarrba, fi żmien 15-il ġurnata minn meta tkun identifikata l-persuna intitolata għad-danni. F’każ ta' mewt, il-ħlas m'għandux ikun inqas minn EUR 21 000.

Din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll meta t-trasportatur ikun stabbilit fil-Komunità.

2.   Ħlas bil-quddiem ma għandux jikkostitwixxi rikonoxximent ta' responsabbiltà u jista' jitpaċċa kontra kwalunkwe somom sussegwenti mħallsa abbażi ta' dan ir-Regolament. Ma jistax jiġi rifuż, ħlief fil-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 (1) u l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta' Ateni jew l-Appendiċi A tal-Linji Gwida tal-IMO jew fejn il-persuna li rċevietu ma kinitx il-persuna intitolata għad-danni.

Artikolu 7

Informazzjoni għall-passiġġieri

Bla ħsara għall-obbligazzjonijiet tal-operaturi ta' tours stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (8), it-trasportatur jew it-trasportatur prestanti għandhom jiżguraw li l-passiġġieri jingħatalhom tagħrif xieraq u li tiftiehem fir-rigward tad-drittijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament.

Fejn il-kuntratt tal-ġarr isir fi Stat Membru dak it-tagħrif għandu jingħata fil-punti kollha tal-bejgħ, inklużi bejgħ bit-telephone u bl-Internet. Fejn l-post tat-tluq ikun fi Stat Membru dak it-tagħrif għandu jingħata qabel it-tluq. Fil-każijiet l-oħra kollha għandu jingħata mhux aktar tard mit-tluq. Jekk l-obbligu ta' tagħrif rikjest minn dan l-Artikolu jkun ġie fornit jew mit-trasportatur jew mit-trasportatur prestanti, l-ieħor ma għandux ikun obbligat li jforni dan. Dak it-tagħrif għandu jingħata fl-aktar format xieraq.

Sabiex ikunu konformi ma' dan ir-rekwiżit ta' tagħrif skont dan l-Artikolu, it-trasportatur jew it-trasportatur prestanti għandhom jipprovdu lill-passiġġieri mill-inqas it-tagħrif li jkun jinsab f' taqsira tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ippreparata u ppubblikata mill-Kummissjoni.

Artikolu 8

Rapportar

Sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li għandu, inter alia, iqis l-iżviluppi ekonomiċi u l-iżviluppi f’fora internazzjonali.

Dak ir-rapport jista’ jkollu miegħu proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament, jew proposta biex isiru sottomissjonijiet mill-Komunita' quddiem il-fora internazzjonali relevanti.

Artikolu 9

Emendi

1.   Il-miżuri mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament u relatati mal-inkorporazzjoni tal-emendi għal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 3 (1), l-Artikolu 4bis (1), l-Artikolu 7 (1) u l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni ta' Ateni biex jieħdu kont tad-deċiżjonijiet meħudin skont l-Artikolu 23 ta' dik il-Konvenzjoni, kif ukoll l-aġġornamenti korrispondenti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2) ta' dan ir-Regolament.

B'kont meħud tal-konsegwenzi fuq in-nolijiet u l-ħila tas-suq li jukseb kopertura ta' assikurazzjoni bi prezz li jista' jintlaħaq fil-livell meħtieġ fl-isfond tal-politika ta' tisħiħ tad-drittijiet tal-passiġġieri, kif ukoll tan-natura staġonali ta' parti mit-traffiku, il-Kummissjoni għandha sal-31 ta' Diċembru 2016, fuq il-bażi ta' valutazzjoni tal-impatt xierqa, tadotta, miżura li jkollha x'taqsam mal-limiti stabbiliti fl-Anness I għal vapuri tal-Klassi B skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/18/KE . Dik il-miżura mfassla sabiex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2) ta' dan ir-Regolament..

2.   Il-miżuri mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament u relatati mal-inkorporazzjoni tal-emendi għad-dispożizzjonijet tal-Linji Gwida tal-IMO, speċifikati fl-Anness II, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).

Artikolu 10

Proċeduta tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġiż minn Bastimenti (COSS), stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 11

Dispożizzjonijiet transitorji

1.   Fir-rigward tal-ġarr bil-baħar fi Stat Membru wieħed abbord vapuri tal-Klassi A skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/18/KE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jiddifferixxu l-applikazzjoni tar-Regolament sa erba' snin mid-data tal-applikazzjoni tiegħu.

2.   Fir-rigward tal-ġarr bil-baħar fi Stat Membru wieħed abbord vapuri tal-Klassi B skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/18/KE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jiddifferixxu l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2018.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta' Ateni għall-Komunità, iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strażburgu, 23 ta’ April 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill,

Il-President

P. NEČAS


(1)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 195.

(2)  ĠU C 229, 22.9.2006, p. 38.

(3)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2007 (ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 562), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2008 (ĠU C 190 E, 29.7.2008, p. 17). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali), id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2009 u r-Riżoluzzjoni Leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  ĠU L 144, 15.5.1998, p. 1.

(5)  ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

(6)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(7)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(8)  ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.

(9)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.


ANNESS I

DISPOŻIZZJONIJIET TAL-KONVENZJONI TA' ATENI DWAR IL-ĠARR BIL-BAĦAR TA' PASSIĠĠIERI U L-BAGALJI TAGĦHOM RILEVANTI GĦALL-APPLIKAZZJONI TA' DAN IR-REGOLAMENT

(Test konsolidat tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, u l-Protokoll tal-2002 għall-Konvenzjoni)

Artikolu 1

Definizzjonijiet

F’din il-Konvenzjoni l-espressjonijiet li ġejjin għandhom it-tifsira li qiegħda hawnhekk tingħatalhom:

1)

(a)

“trasportatur” tfisser persuna li minnha jew f’isimha ġie ffirmat kuntratt ta' ġarr, sew jekk il-ġarr attwalment isir minn dik il-persuna jew minn trasportatur prestanti;

(b)

“trasportatur prestanti” tfisser persuna minbarra it-trasportatur, sew jekk is-sid, il-kerrej jew l-operatur ta' vapur, li fil-fatt iwettaq il-ġarr kollu jew parti mill-ġarr; u

(ċ)

“trasportatur li fil-fatt iwettaq il-ġarr kollu jew parti mill-ġarr” tfisser it-trasportatur prestanti, jew, sakemm it-trasportatur fil-fatt iwettaq il-ġarr, it-trasportatur;

2)

“kuntratt ta’ ġarr” tfisser kuntratt magħmul minn jew f’isem trasportatur għall-ġarr bil-baħar ta’ passiġġier jew ta’ passiġġier u l-bagalji tiegħu, skont kif ikun il-każ;

3)

“vapur” tfisser bastiment li jbaħħar, u teskludi vettura li taħdem fuq kuxxinetti tal-arja;

4)

“passiġġier” tfisser kull persuna li tinġarr fuq vapur:

(a)

taħt kuntratt ta' ġarr; jew

(b)

li, bil-kunsens tat-trasportatur, tkun qed takkumpanja vettura jew annimali ħajjin li jkunu koperti b' kuntratt tal-ġarr ta’ merkanzija mhux rregolata minn din il-Konvenzjoni;

5)

“bagalji” tfisser kwalunkwe oġġett jew vettura li tinġarr mit-trasportatur taħt kuntratt tal-ġarr, ħlief:

(a)

oġġetti u vetturi li jiġu trasportati taħt kuntratt ta' noleġġ, polza tat-tgħabija jew xi kuntratt ieħor li għandu x’jaqsam primarjament mal-ġarr ta’ merkanzija; u

(b)

annimali ħajjin;

6)

“bagalji tal-kabina” tfisser bagalji li l-passiġġier ikollu fil-kabina tiegħu jew inkella li għandu fil-pussess, kustodja jew kontroll tiegħu. Ħlief għall-applikazzjoni tal-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 8, bagalji tal-kabina jinkludu bagalji li l-passiġġier għandu fil-vettura tiegħu jew fuqha;

7)

“telf ta’ jew ħsara lill-bagalji” tinkludi telf fi flus minħabba li l-bagalji ma ġewx imwassla lura lill-passiġġier fi żmien raġonevoli wara li wasal il-vapur li fuqu kien hemm jew kellu jkun hemm il-bagalji, iżda ma tinkludix dewmien minħabba tilwim ta' xogħol;

8)

“ġarr” tkopri l-perijodi li ġejjin:

(a)

fil-każ tal-passiġġier u l-bagalji tal-kabina tiegħu, il-perijodu li matulu l-passiġġier u/jew il-bagalji tal-kabina tiegħu ikunu abbord il-vapur jew waqt l-imbarkazzjoni jew l-iżbark, u l-perijodu li fih il-passiġġier u l-bagalji tal-kabina tiegħu jinġarru bl-ilma mill-art sal-vapur jew viċi-versa, jekk l-ispiża ta' tali ġarr hi inkluża fin-noll jew jekk l-opra użata għal dan l-iskop ta' trasport awżiljari tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-passiġġier mit-trasportatur. Iżda, fir-rigward tal-passiġġier, il-ġarr ma jinkludix il-perijodu li fih hu jkun f’terminal jew stazzjon marittimu jew fuq moll jew fi kwalunkwe installazzjoni oħra tal-port jew fuq tali installazzjoni;

(b)

fejn jidħlu l-bagalji tal-kabina, anki l-perijodu li fih il-passiġġier ikun f’terminal jew stazzjon marittimu jew fuq moll jew fi kwalunkwe installazzjoni oħra tal-port jew fuq tali installazzjoni jekk dawk il-bagalji ttieħdu mit-trasportatur jew minn xi ħaddiem jew aġent tiegħu u ma ngħatawx lura lill-passiġġier;

(ċ)

fejn jidħlu bagalji oħra li mhumiex bagalji tal-kabina, il-perijodu minn meta dawn jittieħdu mit-trasportatur jew minn xi ħaddiem jew aġent tiegħu fuq ix-xatt jew abbord sakemm jingħataw lura mit-trasportatur jew minn xiħaddiem jew aġent tiegħu;

9)

“ġarr internazzjonali” tfisser kull ġarr li fih, skont il-kuntratt tal-ġarr, il-post tat-tluq u l-post tad-destinazzjoni jinsabu f’żewġ Stati differenti, jew fi Stat wieħed jekk, skont il-kuntratt tal-ġarr jew l-itinerarju skedat, hemm port ta’ waqfien intermedjarju fi Stat ieħor;

10)

“Organizzazzjoni” tfisser l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali;

11)

“Segretarju Ġenerali” tfisser is-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni.

Artikolu 1bis

Anness

L-Anness għal din il-Konvenzjoni għandu jifforma parti integrali mill-Konvenzjoni.

Artikolu 2

Applikazzjoni

1.   […] (*)

2.   Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, din il-Konvenzjoni ma għandhiex tapplika meta l-ġarr ikun soġġett, taħt kwalunkwe konvenzjoni oħra internazzjonali li tolqot il-ġarr ta’ passiġġieri jew il-bagalji tagħhom b’xi mezz ta’ trasport ieħor, għal reġim ta’ responsabbiltà ċivili taħt id-dispożizzjonijiet ta’ tali konvenzjoni, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ikollhom applikazzjoni obbligatorja fuq il-ġarr bil-baħar.

Artikolu 3

Responsabbiltà tat-trasportatur

1.   Għat-telf li ġarrab passiġġier minħabba mewt jew korriment fuq il-persuna ikkawżat minn inċident tat-tbaħħir, it-trasportatur għandu jkun responsabbli sa tali punt li dak it-telf li ġarrab il-passiġġier f’kull okkażjoni distinta ma jkunx aktar minn 250 000 unità ta’ kontabbiltà, sakemm it-trasportatur ma jġibx provi li l-inċident:

(a)

kien riżultat ta’ att ta’ gwerra, ġlied, gwerra ċivili, insurrezzjoni jew fenominu naturali ta’ natura eċċezzjonali, inevitabbli u irreżistibbli; jew

(b)

kien ikkawżat għal kollox minn att jew ommissjoni li ssir bil-ħsieb li l-inċident jiġi kkawżat minn terza parti.

Jekk u sal-punt li t-telf jeċċedi l-ogħla limitu, it-trasportatur għandu jkun responsabbli ulterjorment ħlief jekk it-trasportatur iġib provi li l-inċident li kkawża t-telf ġara mingħajr tort jew negliġenza tat-trasportatur.

2.   Għat-telf li jġarrab passiġġier minħabba l-mewt jew il-korriment fuq il-persuna ta' passiġġier li ma jkunux mhux ikkaġunati minn inċident tat-tbaħħir, it-trasportatur għandu jkun responsabbli jekk l-inċident li wassal għat-telf kien tort jew minħabba negliġenza tat-trasportatur. Il-piż tal-prova tat-tort jew tan-negliġenza għandhu jkun fuq min għamel it-talba.

3.   Għat-telf imġarrab minħabba telf ta' jew ħsara lill-bagalji tal-kabina, it-trasportatur għandu jkun responsabbli jekk l-inċident li wassal għat-telf kien tort jew minħabba negliġenza tat-trasportatur. It-tort jew in-negliġenza tat-trasportatur għandhom ikunu preżunti għal telf ikkawżat minn inċident tat-tbaħħir.

4.   Għat-telf li jiġġarrab minħabba telf jew ħsara għal bagalji ħlief bagalji tal-kabina, it-trasportatur għandu jkun responsabbli ħlief jekk it-trasportatur iġib provi li l-inċident li wassal għat-telf ġara mingħajr ma kellu tort jew mhux minħabba negliġenza min-naħa tiegħu.

5.   Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu:

(a)

“inċident tat-tbaħħir” tfisser meta vapur jegħreq, jinqaleb, jaħbat jew jinkalja, ikun hemm splużjoni jew nar fuq il-vapur, jew difett fil-vapur;

(b)

“tort jew negliġenza tat-trasportatur” tinkludi t-tort jew negliġenza tal-ħaddiema tat-trasportatur, li jaġixxu fl-ambitu tal-impjieg tagħhom;

(ċ)

“difett fil-vapur” tfisser kull ħsara, nuqqas jew nuqqas ta’ konformità mar-regolamenti applikabbli dwar is-sigurtà fir-rigward ta’ xi parti mill-vapur jew it-tagħmir tiegħu meta jkunu użati biex jaħarbu, jiġu evakwati, jimbarkaw u jiżbarkaw il-passiġġieri, jew meta jkunu użati biex jagħtu propulsjoni, idawru, ibaħħru b'mod sigur, jitqiegħed l-irmiġġ, jankraw, jaslu mal-moll jew mal-ankoraġġ jew jħallu l-moll jew ankoraġġ, jew għall-kontroll tal-ħsara wara li jimtela bl-ilma; jew meta jkunu użati biex jitniżżel apparat ta' salvataġġ; u

(d)

“it-telf” m’għandux jinkludi ħsarat punittivi jew eżemplari.

6.   Ir-responsabbiltà tat-trasportatur taħt dan l-Artiklu tirrigwarda biss it-telf li jinqala' minħabba inċidenti li saru waqt il-ġarr. Il-piż tal-prova li l-inċident li wassal għat-telf ġara waqt il-ġarr, u l-kobor tat-telf, għandhom jaqgħu fuq min għamel it-talba.

7.   Xejn f’din il-Konvenzjoni ma għandu jippreġudika kwalunkwe dritt ta’ rikors mit-trasportatur kontra kwalunkwe terza parti, jew id-difiża ta' negliġenza kontributorja taħt l-Artikolu 6 ta’ din il-Konvenzjoni. Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jippreġudika kwalunkwe dritt ta’ limitazzjoni taħt l-Artikoli 7 jew 8 ta’ din il-Konvenzjoni.

8.   Il-preżunzjonijiet ta' tort jew negliġenza ta’ parti jew l-allokazzjoni tal-piż tal-prova fuq xi parti m’għandhomx iżommu milli titqies evidenza favur dik il-parti.

Artikolu 4

Trasportatur prestanti

1.   Jekk l-att tal-ġarr jew parti minnu ġie fdat f'idejn trasportatur prestanti, it-trasportatur għandu xorta waħda jibqa' responsabbli għall-ġarr kollu skont id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni. Barra minn hekk, it-trasportatur prestanti għandu jkun soġġett u intitolat għad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni għal dik il-parti tal-ġarr imwettqa minnu.

2.   It-trasportatur għandu, fir-rigward tal-ġarr imwettaq mit-trasportatur prestanti, ikun responsabbli għall-atti u l-ommissjonijiet tat-trasportatur prestanti u l-ħaddiema u l-aġenti tiegħu li jaġixxu fl-ambitu tal-impjieg tagħhom.

3.   Kull ftehim speċjali li permezz tiegħu t-trasportatur jassumi obbligi li mhumiex imposti b’din il-Konvenzjoni jew kull tneħħija ta’ drittijiet mogħtijin b’din il-Konvenzjoni għandha taffettwa biss lit-trasportatur prestanti unikament jekk hu jkun qabel magħhom espliċitament u bil-miktub.

4.   Meta u safejn huma responsabbli kemm it-trasportatur kif ukoll it-trasportatur prestanti, ir-responsabbiltà tagħhom għandha tkun in solidum.

5.   Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jippreġudika kwalunkwe dritt għal rikors bejn it-trasportatur u t-trasportatur prestanti.

Artikolu 4bis

Assigurazzjoni obbligatorja

1.   Meta passiġġieri jinġarru abbord vapur reġistrat fi Stat Parti li jkun reġistrat biex iġorr aktar minn tnax-il passiġġier, u din il-Konvenzjoni tapplika, kull trasportatur li fil-fatt iwettaq il-ġarr kollu jew parti minnu għandu jżomm assigurazzjoni jew xi sigurta' finanzjarja oħra, bħal garanzija ta’ bank jew istituzzjoni finanzjarja simili, biex ikopri r-responsabbiltà taħt din il-Konvenzjoni fir-rigward ta' mewt u korriment fuq il-persuna ta' passiġġieri. Il-limitu tal-assigurazzjoni obbligatorja jew ta' sigurta' finanzjarja oħra ma għandux ikun inqas minn 250 000 unità ta’ kontabbiltà għal kull passiġġier f’kull okkażjoni distinta.

2.   Ċertifikat li jiddikjara li dik l-assigurazzjoni jew sigurta' finanzjarja oħra tkun fis-seħħ skont id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni għandu jinħareġ lil kull vapur wara li l-awtorita' xierqa ta’ Stat Parti tkun iddeterminat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 1 intlaħqu. Fir-rigward ta' vapur irreġistrat fi Stat Parti, dan iċ-ċertifikat għandu jinħareġ jew jiġi ċċertifikat mill-awtorità xierqa tal-Istat tar-reġistrazzjoni tal-vapur; fir-rigward ta' vapur li ma jjkunx irreġistrat fi Stat Parti dan jista' jinħareġ jew jiġi ċċertifikat mill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Parti. Dan iċ-ċertifikat għandu jkun fil-forma tal-mudell li hemm fl-anness għal din il-Konvenzjoni u għandu jkun fih id-dettalji li ġejjin:

(a)

l-isem tal-vapur, numru jew ittri distintivi u l-port tar-reġistru;

(b)

l-isem u l-post prinċipali tan-negozju tat-trasportatur li fil-fatt iwettaq il-vjaġġ kollu jew parti minnu;

(ċ)

in-numru ta’ identifikazzjoni IMO tal-vapur;

(d)

tip u kemm iddum il-garanzija;

(e)

l-isem u l-post prinċipali tan-negozju tal-assiguratur jew persuna oħra li tipprovdi garanzija finanzjarja u, fejn xieraq, il-post tan-negozju fejn hi stabbilita l-assigurazzjoni jew xi garanzija finanzjarja oħra; u

(f)

il-perijodu ta' validità taċ-ċertifikat, li m’għandux ikun itwal mill-perjodu ta’ validità tal-assigurazzjoni jew ta' sigurta' finanzjarja oħra.

3.

(a)

Stat Parti jista’ jawtorizza lil xi istituzzjoni jew organizzazzjoni rikonoxxuta minnu biex toħroġ iċ-ċertifikat. Tali istituzzjoni jew organizzazzjoni għandha tinforma lil dak l-Istat bil-ħruġ ta’ kull ċertifikat. Fil-każijiet kollha, l-Istat Parti għandu jiggarantixxi bis-sħiħ li ċ-ċertifikat hekk maħruġ ikun komplut u eżatt, u għandu jagħmel minn kollox biex jiżgura l-arranġamenti meħtieġa biex jiġi sodisfatt dan l-obbligu.

(b)

Stat Parti għandu jgħarraf lis-Segretarju Ġenerali dwar:

(i)

ir-responsabbiltajiet speċifiċi u l-kundizzjonijiet tal-awtorità delegata lil xi istituzzjoni jew organizzazzjoni rikonoxxuta minnu;

(ii)

l-irtirar ta' din l-awtorità; u

(iii)

id-data li fiha jkunu seħħew l-għoti ta' din l-awtorità jew l-irtirar tagħha.

Awtorità ddelegata m’għandhiex tibda sseħħ qabel ma jgħaddu tliet xhur mid-data li fiha n-notifika għal dak il-għan tkun ingħatat lis-Segretarju Ġenerali.

(ċ)

L-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni awtorizzata biex toħroġ ċertifikati skont dan il-paragrafu għandha, minn tal-inqas, tkun awtorizzata tirtira dawn iċ-ċertifikati jekk ma jinżammux il-kundizzjonijiet li taħthom ikunu inħarġu. Fil-każijiet kollha l-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni għandha tirrapporta tali irtirar lill-Istat li f'ismu nħareġ iċ-ċertifikat.

4.   Iċ-ċertifikat għandu jkun fl-ilsien jew fl-ilsna uffiċjali tal-Istat li joħorġu. Jekk il-lingwa użata ma tkunx l-Ingliż, il-Franċiż jew l-Ispanjol, it-test għandu jkun fih traduzzjoni f'waħda minn dawn il-lingwi, u, fejn l-Istat jiddeċiedi hekk, l-ilsien uffiċjali tal-Istat jista’ jitneħħa.

5.   Iċ-ċertifikat għandu jinġarr abbord il-vapur, u kopja tiegħu għandha titħalla mal-awtoritajiet li jżommu rekord tar-reġistru tal-vapur jew, jekk il-vapur ma jkunx reġistrat fi Stat Parti, mal-awtorita' tal-Istat li ħareġ jew iċċertifika ċ-ċertifikat.

6.   Assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra m’għandhiex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu jekk tista' tieqaf, għal raġunijiet oħra għajr li jiskadi l-perijodu ta’ validità tal-assigurazzjoni jew garanzija speċifikata fiċ-ċertifikat, qabel ma jgħaddu tliet xhur mid-data li fiha jingħata avviż tat-tmiem tagħha lill-awtoritajiet imsemmijin fil-paragrafu 5, ħlief jekk iċ-ċertifikat ikun ingħata lura lil dawn l-awtoritajiet jew ikun inħareġ ċertifikat ġdid fil-perijodu msemmi. Id-dispożizzjonijiet imsemmijin qabel għandhom bl-istess mod japplikaw għal kull modifika li twassal biex l-assigurazzjoni jew xi garanzija finanzjarja oħra ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

7.   L-Istat tar-reġistru tal-vapur għandu, soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, jiddetermina l-kundizzjonijiet dwar il-ħruġ u l-validità taċ-ċertifikat.

8.   Xejn f’din il-Konvenzjoni m’għandu jkun interpretat li qed iżomm Stat Parti milli jserraħ fuq informazzjoni miksuba minn Stati oħra jew mill-Organizzazzjoni jew minn xi organizzazzjonijiet oħra internazzjonali marbuta mal-pożizzjoni finanzjarja ta’ dawk li jipprovdu l-assigurazzjoni jew xi garanzija finanzjarja oħra għall-finijiet ta’ din il-Konvenzjoni. F’tali każijiet, l-Istat Parti li jserraħ fuq tali informazzjoni mhux eżentat mir-responsabbiltà tiegħu bħala Stat li joħroġ iċ-ċertifikat.

9.   Ċertifikati maħruġa jew iċċertifikati taħt l-awtorita' ta’ Stat Parti għandhom ikunu aċċettati minn Stati Partijiet oħra għall-finijiet ta’ din il-Konvenzjoni u għandhom jitqiesu minn Stati Partijiet oħra li għandhom l-istess saħħa bħaċ-ċertifikati maħruġa jew iċċertifikati minnhom, anki jekk maħruġa jew iċċertifikati fir-rigward ta’ vapur mhux reġistrat fi Stat Parti. Stat Parti jista’ fi kwalunkwe ħin jitlob li jikkonsulta mal-Istat emittenti jew li jiċċertifika jekk hu jidhirlu li l-assiguratur jew il-garanti msemmi fiċ-ċertifikat tal-assigurazzjoni mhux finanzjarjament kapaċi li jilħaq l-obbligi imposti b'din il-Konvenzjoni.

10.   Kull talba għal kumpens koperta b’assigurazzjoni jew xi garanzija finanzjarja oħra skont dan l-Artikolu tista’ titressaq direttament kontra l-assiguratur jew xi persuna oħra li tipprovdi garanzija finanzjarja. F’dak il-każ, l-ammont stipulat fil-paragrafu 1 japplika bħala l-limitu tar-responsabbiltà tal-assiguratur jew xi persuna oħra li tipprovdi garanzija finanzjarja, anki jekk it-trasportatur jew it-trasportatur prestanti ma jkunx intitolat għal-limitazzjoni tar-responsabbiltà. Il-konvenut jista’ barra minn hekk jagħmel użu mill-mezzi ta' difiża (barra minn falliment jew stralċ) li t-trasportatur imsemmi fil-paragrafu 1 kien ikun intitolat juża skont din il-Konvenzjoni. Barra minn hekk, il-konvenut jista’ juża d-difiża li l-ħsara ġrat minħabba l-imġiba ħażina konxja tal-assigurat, iżda l-konvenut m’għandux juża xi difiża oħra li hu seta’ kien intitolat juża waqt proċedimenti mibdijin mill-assigurat kontra l-konvenut. Il-konvenut għandu fi kwalunkwe każ ikollu d-dritt jitlob lit-trasportatur u lit-trasportatur prestanti biex jintervjenu fil-proċedimenti.

11.   Kwalunkwe somom mogħtija mill-assigurazzjoni jew minn xi garanzija finanzjarja oħra miżmuma skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu disponibbli esklużivament għas-sodisfazzjon ta' pretensjonijiet taħt din il-Konvenzjoni, u kull ħlas li jsir ta' tali somom għandu jneħħi kull responsabbiltà li toħroġ taħt din il-Konvenzjoni fir-rigward tal-ammonti mħallsa.

12.   Stat Parti m’għandux iħalli vapur bil-bandiera tiegħu li għalih japplika dan l-Artikolu li jopera f'ebda ħin ħlief jekk ikun inħareġ ċertifikat taħt il-paragrafi 2 jew 15.

13.   Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, kull Stat Parti għandu jiżgura, taħt il-liġi nazzjonali tiegħu, li tkun fis-seħħ assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra, sal-punt speċifikat fil-paragrafu 1, fir-rigward ta’ kull vapur li jkun liċenzjat biex iġorr aktar minn tnax-il passiġġier, ikun fejn ikun reġistrat, li jidħol jew iħalli port fit-territorju tiegħu safejn tapplika din il-Konvenzjoni.

14.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5, Stat Parti jista’ jgħarraf lis-Segretarju Ġenerali li, għall-finijiet tal-paragrafu 13, il-vapuri mhumiex meħtieġa jġorru abbord jew jipproduċu ċ-ċertifikat meħtieġ mill-paragrafu 2 meta jidħlu jew jitilqu minn portijiet fit-territorju tiegħu, kemm-il darba l-Istat Parti li joħroġ iċ-ċertifikat ikun għarraf lis-Segretarju Ġenerali li hu jżomm rekords f’format elettroniku, aċċessibbli għall-Istati Partijiet kollha, li jaffermaw l-eżistenza taċ-ċertifikat u li jippermettu lill-Istati Partijiet iwettqu l-obbligi tagħhom taħt il-paragrafu 13.

15.   Jekk ma tinżammx assigurazzjoni jew xi garanzija finanzjarja oħra għal vapur li hu l-proprjetà ta' Stat Parti, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu rilevanti għalihom m’għandhomx japplikaw għal dak il-vapur, iżda l-vapur għandu jġorr ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet xierqa tal-Istat tar-reġistru tal-vapur, li jgħid li l-vapur huwa ta' proprjetà ta' dak l-Istat u li r-responsabbiltà hi koperta bl-ammont preskritt skont il-paragrafu 1. Tali ċertifikat għandu jsegwi kemm jista' jkun mill-qrib il-mudell preskritt mill-paragrafu 2.

Artikolu 5

Oġġetti ta' valur

It-trasportatur m’għandux ikun responsabbli għal telf ta' jew ħsara lil flus, sigurtajiet negozjabbli, deheb, fidda, ġojjellerija, ornamenti, xogħlijiet tal-arti, jew oġġetti oħra ta’ valur, ħlief meta tali oġġetti ta’ valur ikunu ġew iddepożitati mat-trasportatur bil-għan miftiehem li jinżammu f’post sigur f’liema każ it-trasportatur għandu jkun responsabbli sal-limitu previst fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 8 ħlief jekk ikun miftiehem limitu ogħla skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 10.

Artikolu 6

Tort kontributorju

Jekk it-trasportatur iġib provi li l-mewt jew il-korriment fuq il-persuna ta’ passiġġier jew it-telf jew ħsara lill-bagalji tiegħu kienet kkawżata minn jew ġraw minħabba tort jew negliġenza tal-passiġġier, il-Qorti li qed tismal-każ tista’ teżonera lit-trasportatur għal kollox jew parzjalment mir-responsabbiltà tiegħu skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi ta’ dik il-qorti.

Artikolu 7

Limitu ta' responsabbiltà għal mewt u korriment fuq il-persuna

1.   Ir-responsabbiltà tat-trasportatur għall-mewt jew il-korriment fuq il-persuna ta' xi passiġġier taħt l-Artikolu 3 m'għandha f'ebda każ taqbeż l-400 000 unità ta' kontabbiltà għal kull passiġġier f'kull okkażjoni distinta. Meta, skont il-liġi tal-qorti li qed tismal-każ, il-ħsarat jitħallsu f’forma ta’ pagamenti ta' dħul perjodiċi, il-valur tal-kapital ekwivalenti ta’ dawk il-pagamenti m’għandux jaqbeż il-limitu msemmi.

2.   Stat Parti jista' jirregola permezz ta' dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi nazzjonali l-limitu ta' responsabbiltà preskritt fil-paragrafu 1, kemm-il darba l-limitu nazzjonali ta' responsabbiltà, jekk ikun hemm, ma jkunx aktar baxx minn dak preskritt fil-paragrafu 1. Stat Parti, li jagħmel użu mill-possibbiltà prevista f'dan il-paragrafu, għandu jinforma lis-Segretarju Ġenerali bil-limitu ta' responsabbiltà adottat jew bil-fatt li m'hemmx wieħed.

Artikolu 8

Limitu ta’ responsabbiltà għal telf ta’ jew ħsara lil bagalji u vetturi

1.   Ir-responsabbiltà tat-trasportatur għal telf ta’ jew ħsara lill-bagalji tal-kabina m’għandha fl-ebda każ tkun aktar minn 2 250 unità ta' kontabbiltà għal kull passiġġier, għal kull vjaġġ.

2.   Ir-responsabbiltà tat-trasportatur għal telf ta’ jew ħsara lil vetturi inkluż il-bagalji kollha li jinġarru fil-vettura jew fuqha m’għandha fl-ebda każ tkun aktar minn 12 700 unità ta' kontabbiltà għal kull vettura, għal kull vjaġġ.

3.   Ir-responsabbiltà tat-trasportatur għal telf ta’ jew ħsara lil bagalji barra dawk imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 m’għandha fl-ebda każ tisboq 3 375 unità ta' kontabbiltà għal kull passiġġier, għal kull vjaġġ.

4.   It-trasportatur u l-passiġġier jistgħu jaqblu li r-responsabbiltà tat-trasportatur għandha tkun soġġetta għal tnaqqis li ma jisboqx 330 unità ta’ kontabbiltà fil-każ ta’ ħsara lil xi vettura u li ma jisboqx 149 unità ta’ kontabbiltà għal kull passiġġier fil-każ ta’ telf ta’ jew ħsara lil xi bagalji oħra, liema somma trid titnaqqas mit-telf jew mill-ħsara.

Artikolu 9

Unità ta’ kontabbiltà u konverżjoni

1.   Il-Unità ta’ Kontabbiltà imsemmija f’din il-Konvenzjoni hija d-Dritt Speċjali ta' Ġbid kif definit mil-Fond Monetarju Internazzjonali. L-ammonti msemmijin fl-Artikolu 3, paragrafu 1, l-Artikolu 4bis, paragrafu 1, l-Artikolu 7, paragrafu 1, u l-Artikolu 8 għandhom jissarrfu fil-valuta nazzjonali tal-Istat tal-qorti li qed tismal-każ abbażi tal-valur ta’ dik il-valuta b’referenza għad-Dritt Speċjali ta' Ġbid fid-data tas-sentenza jew id-data miftiehma mill-partijiet. Il-valur tal-valuta nazzjonali, f'termini tad-Dritt Speċjali ta' Ġbid, ta’ Stat Parti li hu membru tal-Fond Monetarju Internazzjonali, għandu jkun kalkulat skont il-metodu ta’ valutazzjoni applikat mill-Fond Monetarju Internazzjonali fis-seħħ fid-data msemmija għall-operat u t-tranżazzjonijiet tiegħu. Il-valur tal-valuta nazzjonali, f'termini tad-Dritt Speċjali ta' Ġbid, ta’ Stat Parti li mhux membru tal-Fond Monetarju Internazzjonali, għandu jkun ikkalkulat b’mod determinat minn dak l-Istat Parti.

2.   Madankollu, Stat li mhux membru tal-Fond Monetarju Internazzjonali u li l-liġi tiegħu ma tippermettix l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 jista’, meta ssir ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni ta' jew l-adeżjoni ma' din il-Konvenzjoni jew fi kwalunkwe ħin wara, jiddikjara li l-Unità ta’ Kontabbiltà imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ugwali għal 15-il frank tad-deheb. Il-frank tad-deheb imsemmi f’dan il-paragrafu jikkorrispondi għal ħamsa u sittin milligramma u nofs ta’ deheb ta’ finezza milleżima ta’ disa’ mija. Il-konverżjoni tal-frank tad-deheb għall-valuta nazzjonali għandha ssir skont il-liġi ta’ dak l-Istat.

3.   Il-kalkolu msemmi fl-aħħar sentenza tal-paragrafu 1, u l-konverżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom isiru b'tali mod li jkunu jesprimu fil-valuta nazzjonali tal-Istati Partiijiet, sa fejn possibbli, l-istess valur reali għall-ammonti fl-Artikolu 3, paragrafu 1, l-Artikolu 4bis, paragrafu 1, l-Artikolu 7, paragrafu 1, u l-Artikolu 8 kif ikun jirriżulta mill-applikazzjoni tal-ewwel tliet sentenzi tal-paragrafu 1. L-Istati għandhom jikkomunikaw lis-Segretarju Ġenerali l-mod tal-kalkolu skont il-paragrafu 1, jew ir-riżultat tal-konverżjoni fil-paragrafu 2, skont il-każ, meta jkunu qed jiddepożitaw strument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni ta' jew adeżjoni għal din il-Konvenzjoni u kull meta jkun hemm xi tibdil f'xi waħda minnhom.

Artikolu 10

Dispożizzjonijiet supplimentari dwar il-limiti ta’ responsabbiltà

1.   It-trasportatur u l-passiġġier jistgħu jaqblu, espliċitament u bil-miktub, dwar limiti ta' responsabbiltà ogħla minn dawk preskritti fl-Artikoli 7 u 8.

2.   L-interessi fuq il-ħsarat u l-ispejjeż legali m’għandhomx jiddaħħlu fil-limiti ta’ responsabbiltà preskritti fl-Artikoli 7 u 8.

Artikolu 11

Difiżi u limiti għall-ħaddiema tat-trasportaturi

Jekk tittieħed azzjoni kontra ħaddiem jew aġent tat-trasportatur jew tat-trasportatur prestanti li tinqala’ minħabba ħsara koperta b’din il-Konvenzjoni, dak il-ħaddiem jew l-aġent, jekk iġib provi li hu aġixxa fl-ambitu tal-impjieg tiegħu, għandu jkun intitolat juża d-difiżi u l-limiti ta’ responsabbiltà li t-trasportatur jew it-trasportatur prestanti hu intitolat jinvoka taħt din il-Konvenzjoni.

Artikolu 12

Aggregazzjoni ta' pretensjonijiet

1.   Fejn il-limiti ta’ responsabbiltà preskritti fl-Artikoli 7 u 8 jidħlu fis-seħħ, huma għandhom japplikaw għall-aggregat tal-ammonti irkuprati fil-pretensjonijiet kollha minħabba mewt jew korriment fuq il-persuna ta’ xi wieħed mill-passiġġieri jew telf ta' jew ħsara lill-bagalji tiegħu.

2.   Fil-każ tal-ġarr li jitwettaq mit-trasportatur prestanti, l-aggregat tal-ammonti rkuprabbli mit-trasportatur u mit-trasportatur prestanti u mill-ħaddiema u l-aġenti tagħhom li jaġixxu fl-ambitu tal-impjieg tagħhom m'għandux jaqbeż l-ogħla ammont li kieku jingħata kontra t-trasportatur jew it-trasportatur prestanti taħt din il-Konvenzjoni, iżda ħadd minn dawk imsemmijin ma għandu jkun responsabbli għal somma li taqbeż il-limitu applikabbli għalih.

3.   Fi kwalunkwe każ meta ħaddiem jew aġent tat-trasportatur jew tat-trasportatur prestanti ikun intitolat taħt l-Artikolu 11 ta’ din il-Konvenzjoni li jagħmel użu mil-limiti ta’ responsabbiltà preskritti fl-Artikoli 7 u 8, l-aggregat tal-ammonti irkuprabbli mit-trasportatur, jew mit-trasportatur prestanti skont il-każ, u minn dak il-ħaddiem jew l-aġent, m’għandhomx jaqbżu dawk il-limiti.

Artikolu 13

Telf tad-dritt biex tiġi limitata r-responsabbiltà

1.   It-trasportatur m’għandux ikun intitolat għall-benefiċċju tal-limiti ta’ responsabbiltà preskritti fl-Artikoli 7 u 8 u l-paragrafu 1 tal-Artikolu 10, jekk jiġi pprovat li l-ħsara saret minħabba xi att jew ommissjoni mit-trasportatur bl-intenzjoni li jikkawża tali ħsara, jew bi traskuraġni u b'konsapevolezza li tali ħsara x'aktarx tirriżulta.

2.   Il-ħaddiem jew l-aġent tat-trasportatur jew tat-trasportatur prestanti m’għandux ikun intitolat għall-benefiċċju ta’ dawk il-limiti jekk ikun pruvat li l-ħsara saret minħabba att jew ommissjoni minn dak il-ħaddiem jew l-aġent bl-iskop li jikkawża tali ħsara, jew bi traskuraġni u b'konsapevolezza li tali ħsara x’aktarx tirriżulta.

Artikolu 14

Bażi għal pretensjonijiet

L-ebda azzjoni għall-ħsarat għall-mewt jew korriment fuq il-persuna ta’ xi passiġġier, jew telf ta’ jew ħsara lil bagalji, m’għandha tittieħed kontra t-trasportatur jew it-trasportatur prestanti ħlief f'konformità ma' din il-Konvenzjoni.

Artikolu 15

Avviż dwar telf ta’ jew ħsara lil bagalji

1.   Il-passiġġier għandu javża bil-miktub lit-trasportatur jew lill-aġent tiegħu:

(a)

fil-każ ta’ ħsara li tidher lil bagalji:

(i)

għal bagalji tal-kabina, qabel jew waqt l-iżbark tal-passiġġier;

(ii)

għall-bagalji l-oħra kollha, qabel jew waqt li jerġgħu jitwasslu;

(b)

fil-każ ta’ ħsara lil bagalji li ma tkunx tidher, jew telf ta’ bagalji, fi żmien ħmistax-il ġurnata mid-data tal-iżbark jew ta' meta twasslu lura jew minn meta suppost kellhom jitwasslu lura.

2.   Jekk il-passiġġier jonqos milli jikkonforma ma’ dan l-Artikolu, huwa għandu jitqies, kemm-il darba ma jkunx pruvat mod ieħor, li rċieva l-bagalji f'kundizzjoni tajba.

3.   L-avviż bil-miktub m’għandux għalfejn jingħata jekk il-kundizzjoni tal-bagalji meta ġew irċevuti kienet is-suġġett ta’ perizja jew spezzjoni konġunti.

Artikolu 16

Preskrizzjoni għal azzjonijiet

1.   Kull azzjoni għal ħsarat li jinqalgħu minħabba mewt jew korriment fuq il-persuna ta' xi passiġġier jew minħabba telf ta' jew ħsara lil bagalji għandha taqa' bil-preskrizzjoni wara perijodu ta' sentejn.

2.   Il-perjodu ta’ limitazzjoni għandu jkun ikkalkulat kif ġej:

(a)

fil-każ ta’ korriment fuq il-persuna, mid-data meta jiżbarka l-passiġġier;

(b)

fil-każ ta’ mewt li tiġri waqt il-vjaġġ, mid-data meta l-passiġġier suppost kellu jiżbarka, u fil-każ ta’ korriment fuq il-persuna li jiġri waqt il-vjaġġ u jwassal għall-mewt ta’ passiġġier wara l-iżbark, mid-data tal-mewt, kemm-il darba dan il-perijodu ma jaqbiżx it-tliet snin mid-data tal-iżbark;

(ċ)

fil-każ ta’ telf ta’ jew ħsara lil bagalji, mid-data tal-iżbark jew mid-data meta suppost kellu jsir l-iżbark, liema minnhom ikun l-aktar tard.

3.   Il-liġi tal-Qorti li qed tismal-każ għandha tirregola r-raġunijiet għal sospensjoni u interruzzjoni tal-perijodi ta' limitazzjoni, iżda fl-ebda każ m’għandha tittieħed azzjoni taħt din il-Konvenzjoni wara li jiskadi xi wieħed minn dawn il-perijodi ta’ żmien li ġejjin:

(a)

Perijodu ta’ ħames snin li jibda bid-data tal-iżbark tal-passiġġier jew mid-data meta suppost kellu jsir l-iżbark, liema minnhom ikun l-aktar tard; jew, jekk aktar kmieni

(b)

perijodu ta’ tliet snin li jibda mid-data meta l-pretendent kien jaf jew suppost kellu jkun jaf bil-korriment, telf jew ħsara kkawżati bl-inċident.

4.   Minkejja l-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, il-perjodu ta’ limitazzjoni jista' jkun estiż permezz ta' dikjarazzjoni tat-trasportatur jew bi ftehim tal-partijiet wara li tkun inqalgħet il-kawża tal-azzjoni. Id-dikjarazzjoni jew il-ftehim għandu jsir bil-miktub.

Artikolu 17

Ġurisdizzjoni Kompetenti (**)

Artikolu 17a

Rikonoxximent u Infurzar (**)

Artikolu 18

Invalidità ta' dispożizzjonijiet kuntrattwali

Kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali konkluża qabel ma jseħħ inċident li kkawża l-mewt jew il-korriment fuq il-persuna ta’ passiġġier jew it-telf jew il-ħsara lill-bagalji ta’ passiġġier, intiża biex teħles kwalunkwe persuna responsabbli taħt din il-Konvenzjoni mir-responsabbiltà lejn il-passiġġier jew biex tippreskrivi limitu aktar baxx ta’ responsabbiltà minn dak iffissat f'din il-Konvenzjoni ħlief kif previst fl-Artikolu 8, paragrafu 4, u kull dispożizzjoni simili bil-għan li tneħħi r-responsabbiltà tal-prova minn fuq it-trasportatur jew mit-trasportatur prestanti, jew li jkollha l-effett li tnaqqas l-għażliet speċifikati fl-Artikolu 17, paragrafi 1 jew 2, għandha tkun nulla u bla effett, iżda n-nullità ta' dik id-dispożizzjoni m'għandhiex tagħmel bla effett il-kuntratt tal-ġarr li għandu jibqa’ soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni.

Artikolu 20

Dannu nukleari

L-ebda responsabbiltà m’għandha tinħoloq taħt din il-Konvenzjoni għal ħsara kkawżata minħabba inċident nukleari:

(a)

jekk l-operatur ta’ installazzjoni nukleari ikun responsabbli għal tali ħsara taħt il-Konvenzjoni ta’ Pariġi tad-29 ta’ Lulju 1960 dwar Responsabbiltà ta’ Parti Terza fil-Qasam tal-Enerġija Nukleari kif emendata bil-Protokoll Addizzjonali tagħha tat-28 ta' Jannar 1964, jew taħt il-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-21 ta' Mejju 1963 dwar Responsabbiltà Ċivili għal Ħsara Nukleari, jew kwalunkwe emenda jew Protokoll marbut magħha li jkun fis-seħħ; jew

(b)

jekk l-operatur ta' installazzjoni nukleari ikun responsabbli għal tali ħsara bis-saħħa ta' liġi nazzjonali li tirregola r-responsabbiltà għal tali ħsara, kemm-il darba tali liġi tkun fl-aspetti kollha favorevoli għal persuni li jistgħu jġarrbu ħsara daqs il-Konvenzjoni ta' Pariġi jew dik ta' Vjenna jew kwalunkwe emenda jew Protokoll marbut magħha li jkun fis-seħħ.

Artikolu 21

Ġarr kummerċjali minn awtoritajiet pubbliċi

Din il-Konvenzjoni għandha tapplika għall-ġarr kummerċjali li jsir minn Stati jew Awtoritajiet Pubbliċi permezz ta' kuntratt ta' ġarr skont it-tifsira tal-Artikolu 1.

[Artikoli 22 u 23 tal- Protokoll tal-2002 għall-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974]

Artikolu 22

Reviżjoni u Emendi (***)

Artikolu 23

Emendi tal-limiti

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22, il-proċedura speċjali f’dan l-Artikolu għandha tapplika biss għall-finijiet li jiġu emendati l-limiti stipulati fl-Artikolu 3, paragrafu 1, l-Artikolu 4bis, paragrafu 1, l-Artikolu 7, paragrafu 1 u l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni kif riveduta b'dan il-Protokoll.

2.   Fuq talba ta’ mill-inqas nofs, iżda fl-ebda każ inqas minn sitta, tal-Istati Partijiet għal dan il-Protokoll, kull proposta biex ikunu emendati l-limiti, inkluż it-tnaqqis, speċifikat fl-Artikolu 3, paragrafu 1, l-Artikolu 4bis, paragrafu 1, l-Artikolu 7, paragrafu 1, u l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni kif riveduta b’dan il-Protokoll għandha tkun ċċirkolata mis-Segretarju Ġenerali lill-Membri kollha tal-Organizzazzjoni u lill-Istati Partijiet kollha.

3.   Kwalunkwe emenda proposta u ċċirkolata kif imsemmi hawn fuq għandha tiġi ppreżentata lill-Kumitat Legali tal-Organizzazzjoni (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “l-Kumitat Legali”) għall-kunsiderazzjoni f’data ta’ mhux inqas minn sitt xhur wara d-data taċ-ċirkolazzjoni tagħha.

4.   L-Istati Partijiet kollha għall-Konvenzjoni kif riveduta b'dan il-Protokoll, sew jekk ikunu Membri tal-Organizzazzjoni jew ma jkunux, għandhom ikunu intitolati li jipparteċipaw fil-proċedimenti tal-Kumitat Legali fir-rigward tal-konsiderazzjoni u l-adozzjoni ta’ emendi.

5.   L-emendi għandhom jiġu adottati b'maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-Istati Partijiet għall-Konvenzjoni kif riveduta b'dan il-Protokoll preżenti u l-votazzjoni fil-Kumitat Legali mwassgħa kif previst fil-paragrafu 4, bil-kondizzjoni li mhux inqas min nofs l-Istati Partijiet għal din il-Konvenzjoni kif riveduta b'dan il-Protokoll għandhom ikunu preżenti meta ssir il-votazzjoni.

6.   Meta jkun qed jaġixxi fuq proposta biex jemenda l-limiti, il-Kumitat Legali għandu jqis l-esperjenza ta’ inċidenti u, partikolarment, l-ammont ta’ dannu li jirriżulta minhom, bdil fil-valuri monetarji u l-effett tal-emenda proposta fuq l-ispiża tal-assigurazzjoni.

7.

(a)

L-ebda emenda tal-limiti taħt dan l-Artikolu ma tista’ titqies inqas minn ħames snin mid-data li fiha dan il-Protokoll infetaħ għall-iffirmar jew inqas minn ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ emenda preċedenti taħt dan l-Artikolu.

(b)

L-ebda limitu ma jista’ jiżdied sabiex jaqbeż ammont li jikkorrispondi mal-limitu stipulat fil-Konvenzjoni kif riveduta b'dan il-Protokoll miżjud b'sitta fil-mija kull sena kkalkulat fuq bażi ta' interessi akkumulati mid-data li fiha dan il-Protokoll infetaħ għall-iffirmar.

(ċ)

L-ebda limitu ma jista’ jiżdied sabiex jinqabeż ammont li jikkorrispondi għal-limitu stipulat fil-Konvenzjoni kif riveduta b’dan il-Protokoll immultiplikat bi tlieta.

8.   Kwalunkwe emenda adottata skont il-paragrafu 5 għandha tiġi notifikata mill-Organizzazzjoni lill-Istati Partijiet. L-emenda għandha titqies li ġiet aċċettata fl-aħħar tal-perijodu ta’ tmintax-il xahar wara d-data tan-notifika, ħlief jekk f’dak il-perijodu mhux inqas minn kwart tal-Istati li kienu Stati Partijiet meta l-emenda ġiet adottata jkunu għarrfu lis-Segretarju Ġenerali li huma ma jaċċettawx l-emenda, f’liema każ l-emenda ma tiġix aċċettata u m’għandux ikollha effett.

9.   Emenda li titqies li ġiet aċċettata skont il-paragrafu 8 għandha tidħol fis-seħħ tmintax-il xahar wara li tiġi aċċettata.

10.   L-Istati Partiijiet kollha għandhom ikunu marbuta bl-emenda, ħlief jekk huma jiddenunzjaw dan il-Protokoll skont l-Artikolu 21, paragrafi 1 u 2 mhux inqas minn sitt xhur qabel ma l-emenda tidħol fis-seħħ. Tali denunzja għandu jkollha effett meta l-emenda tidħol fis-seħħ.

11.   Meta tiġi adottata emenda iżda l-perijodu ta’ tmintax-il xahar biex tkun aċċettata jkun għadu ma skadiex, Stat li jsir Stat Parti waqt dak il-perijodu għandu jkun marbut bl-emenda jekk din tidħol fis-seħħ. Stat li jsir Stat Parti wara dak il-perijodu għandu jkun marbut b'emenda li tkun ġiet aċċettata b'mod konformi mal-paragrafu 8. Fil-każijiet imsemmijin f'dan il-paragrafu, Stat jintrabat b'emenda meta dik l-emenda tidħol fis-seħħ, jew meta dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ għal dak l-Istat, jekk din id-data tkun aktar tard.

ANNESS GĦALL-KONVENZJONI TA’ ATENI

ĊERTIFIKAT TA’ ASSIGURAZZJONI JEW GARANZIJA FINANZJARJA OĦRA FIR-RIGWARD TAR-RESPONSABBILTÀ GĦAL MEWT U KORRIMENT FUQ IL-PERSUNA TA’ PASSIĠĠIERI

Maħruġ skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002

Isem tal-Vapur

In-numru jew l-ittri distintivi

Numru ta’ Identifikazzjoni IMO tal-Vapur:

Port ta' Reġistrazzjoni

Isem u indirizz komplut tal-post prinċipali ta' negozju tat-trasportatur prestanti

 

 

 

 

 

Dan jiċċertifika li fir-rigward tal-vapur imsemmi hawn fuq hemm fis-seħħ polza tal-assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002.

Tip ta' Garanzija …

Perijodu ta' Garanzija …

Isem u indirizz tal-assiguratur(i) u/jew il-garanti

Isem …

Indirizz …

Dan iċ-ċertifikat huwa validu sa …

Maħruġ jew iċċertifikat mill-Gvern ta' …

(Denominazzjoni kompluta tal-Istat)

JEW

It-test li ġej għandu jintuża meta Stat Parti jagħmel użu mill-Artikolu 4bis, paragrafu 3:

Iċ-ċertifikat preżenti huwa maħruġ taħt l-awtorità tal-Gvern ta' … (denominazzjoni kompluta tal-Istat) minn … (isem tal-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni)

Fi …Fi …

(Post) (Data)

(Firma u Titolu tal-uffiċjal tal-ħruġ jew taċ-ċertifikazzjoni)

Noti ta' spjegazzjoni:

1.

Jekk mixtieq, id-denominazzjoni tal-Istat tista' tinkludi referenza għall-awtorità pubblika kompetenti tal-pajjiż fejn jinħareġ iċ-ċertifikat.

2.

Jekk l-ammont totali ta' garanzija jkun ingħata minn aktar minn sors wieħed, l-ammont ta' kull wieħed minnhom għandu jiġi indikat.

3.

Jekk garanzija tingħata f'diversi forom, dawn għandhom jiġu enumerati.

4.

Ir-reġistrazzjoni “Perijodu ta' Garanzija” trid tistipula d-data ta' meta tali garanzija tibda sseħħ.

5.

Id-daħla “Indirizz” tal-assiguratur(i) u/jew garanti trid tindika l-post prinċipali tan-negozju tal-assiguratur(i) u/jew garanti. Jekk ikun il-każ, għandu jiġi indikat il-post tan-negozju fejn hi stabbilita l-assigurazzjoni jew garanzija oħra.


(*)  Mhux riprodott.

(**)  Mhix riprodott.

(***)  Mhux riprodott.


ANNESS II

Estratt mir-riżerva u l-linji gwida tal-imo għall-implimentazzjoni tal-konvenzjoni ta' ateni, adottati mill-Kumitat legali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fid-19 ta' Ottubru 2006

RIŻERVA U LINJI GWIDA TAL-IMO GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KONVENZJONI TA' ATENI

Riżerva

1.

Il-Konvenzjoni ta' Ateni għandha tiġi ratifikata bir-riżerva li ġejja jew dikjarazzjoni bl-istess effett:

“[1.1.]

Riżerva fir-rigward tar-ratifika mill-Gvern ta' … tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002 (‘il-Konvenzjoni’)

Limitazzjoni tar-responsabbiltà tat-trasportaturi, eċċ.

[1.2.]

Il-Gvern ta' … jirriżerva d-dritt u jimpenja ruħu li jillimita r-responsabbiltà skont il-paragrafu 1 jew 2 tal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni, jekk ikun hemm, fir-rigward ta' mewt jew korriment fuq il-persuna ta' passiġġier ikkawżat minn kwalunkwe mir-riskji msemmijin fil-paragrafu 2.2 tal-Linji Gwida tal-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni għall-ammont l-aktar baxx tal-ammonti li ġejjin:

250 000 unità ta' kontabbiltà fir-rigward ta' kull passiġġier f'kull okkażjoni distinta;

jew

340 miljun unità ta' kontabbiltà globali għal kull vapur f'kull okkażjoni distinta.

[1.3.]

Barra minn hekk, il-Gvern ta' … jirriżerva d-dritt u jimpenja ruħu li japplika l-Linji Gwida tal-IMO għall-Implimentazzjoni tal-paragrafi 2.1.1 u 2.2.2 tal-Konvenzjoni ta' Ateni mutatis mutandis, għal tali responsabbiltajiet.

[1.4.]

Ir-responsabbiltà tat-trasportatur prestanti skont l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni, ir-responsabbiltà tal-ħaddiema u l-aġenti tat-trasportatur jew tat-trasportatur prestanti skont l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni u l-limitu tal-aggregat tal-ammonti irkuprabbli skont l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni għandhom ikunu limitati bl-istess mod.

[1.5.]

Ir-riżerva u l-impenn fil-paragrafu 1.2 għandhom japplikaw tkun xi tkun il-bażi tar-responsabbiltà taħt il-paragrafu 1 jew 2 tal-Artikolu 3 u minkejja kwalunkwe ħaġa għall-kuntrarju fl-Artikolu 4 jew 7 tal-Konvenzjoni; iżda din ir-riżerva u l-impenn ma jaffettwawx il-funzjoni tal-Artikoli 10 u 13.

Assigurazzjoni obbligatorja u limitazzjoni tar-responsabbiltà tal-assiguraturi

[1.6.]

Il-Gvern ta' … jirriżerva d-dritt u jimpenja ruħu li jillimita l-ħtieġa taħt il-paragrafu 1 tal-Artikolu 4bis sabiex tinżamm assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra fir-rigward ta' mewt jew korriment fuq il-persuna ta' passiġġier ikkawżat minn kwalunkwe mir-riskji msemmijin fil-paragrafu 2.2 tal-Linji Gwida tal-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni għall-ammont l-aktar baxx mill-ammonti li ġejjin:

250 000 unità ta' kontabbiltà fir-rigward ta' kull passiġġier f'kull okkażjoni distinta;

jew

340 miljun unità ta' kontabbiltà globali għal kull vapur f'kull okkażjoni distinta.

[1.7.]

Il-Gvern ta' … jirriżerva wkoll id-dritt u jimpenja ruħu li jillimita r-responsabbiltà tal-assiguratur jew xi persuna oħra li tipprovdi garanzija finanzjarja taħt il-paragrafu 10 tal-Artikolu 4bis, fir-rigward ta' mewt jew korriment fuq il-persuna ta' passiġġier ikkawżat minn kwalunkwe mir-riskji msemmijin fil-paragrafu 2.2 tal-Linji Gwida tal-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni, għal ammont massimu tal-ammont tal-assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra li t-trasportatur huwa meħtieġ li jżomm taħt il-paragrafu 1.6 ta' din ir-riżerva.

[1.8.]

Il-Gvern ta' … jirriżerva wkoll id-dritt u jimpenja ruħu li japplika l-Linji Gwida tal-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni inkluż l-applikazzjoni tal-klawsoli msemmijin fil-paragrafi 2.1 u 2.2 tal-Linji Gwida fir-rigward ta' kull assigurazzjoni obbligatorja taħt il-Konvenzjoni.

[1.9.]

Il-Gvern ta' … jirriżerva d-dritt u jimpenja ruħu li jeżenta lill-fornitur tal-assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra taħt il-paragrafu 1 tal-Artikolu 4bis minn kwalunkwe responsabbiltà li għaliha huwa ma jkunx daħal responsabbli.

Ċertifikazzjoni

[1.10.]

Il-Gvern ta' … jirriżerva d-dritt u jimpenja ruħu li joħroġ ċertifikati ta' assigurazzjoni taħt il-paragrafu 2 tal-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni sabiex:

ikunu riflessi l-limitazzjonijiet tar-responsabbiltà u r-rekwiżiti għall-kopertura tal-assigurazzjoni msemmijin fil-paragrafi 1.2, 1.6, 1.7 u 1.9; u

jiġu inklużi tali limitazzjonijiet, rekwiżiti u eżenzjonijiet oħrajn skont kif ikunu jeħtieġu l-kondizzjonijiet tas-suq tal-assigurazzjoni fil-ħin tal-ħruġ taċ-ċertifikat.

[1.11.]

Il-Gvern ta' … jirriżerva d-dritt u jimpenja ruħu li jaċċetta ċertifikati ta' assigurazzjoni maħruġin minn Stati Parti oħra skont riżerva simili.

[1.12.]

It-tali limitazzjonijiet, rekwiżiti u eżenzjonijiet kollha ser jiġu riflessi b'mod ċar fiċ-Ċertifikat maħruġ jew iċċertifikat skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni.

Relazzjoni bejn din ir-Riżerva u l-Linji Gwida tal-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni

[1.13.]

Id-drittijiet miżmumin minn din ir-riżerva għandhom ikunu eżerċitati b'kont debitament meħud tal-Linji Gwida tal-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni, jew ta' kwalunkwe emenda tagħhom, bil-għan li tkun żgurata l-konformità. Jekk proposta biex jiġu emendati l-Linji Gwida tal-IMO għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni, inklużi l-limiti, tkun ġiet approvata mill-Kumitat Legali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, dawk l-emendi għamdhom japplikaw sa miż-żmien kif determinat mill-Kumitat. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-liġi internazzjonali rigward id-dritt ta' Stat li jirtira jew jemenda r-riżerva tiegħu.”

Linji ta’ gwida

2.

Fl-istat preżenti tas-suq tal-assigurazzjoni, l-Istati Partijiet għandhom joħorġu ċertifikati ta' assigurazzjoni abbażi ta' impriża waħda minn assiguratur li jkopri riskji tal-gwerra, u assiguratur ieħor li jkopri riskji mhux tal-gwerra. Kull assiguratur għandu jkun responsabbli biss għall-parti tiegħu. Għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin (il-klawsoli msemmijin huma mniżżlin fl-Appendiċi A):

2.1.

L-assigurazzjoni tal-gwerra u dik mhux tal-gwerra jistgħu jkunu soġġetti għall-klawsoli li ġejjin:

2.1.1.

Klawsola ta' Istituzzjoni għall-Esklużjoni tal-Armi ta' Kontaminazzjoni Radjoattiva, dawk Kimiċi, Bijoloġiċi, Bijo-kemiċi u Elettromanjetiċi (Klawsola ta' Istituzzjoni nru 370);

2.1.2.

Klawsola ta' Istituzzjoni għall-Esklużjoni minn Attakki Ċibernetiċi (Klawsola ta' Istituzzjoni nru 380);

2.1.3.

Id-difiżi u l-limitazzjonijiet ta' fornitur ta' garanzija finanzjarja obbligatorja taħt il-Konvenzjoni kif immodifikata minn dawn il-linji gwida, b'mod partikolari l-limitu ta' 250 000 unità ta' kontabbiltà għal kull passiġġier f'kull okkażjoni distinta;

2.1.4.

Id-dispożizzjoni li l-assigurazzjoni għandha tkopri biss responsabbiltajiet soġġett għall-Konvenzjoni kif modifikata b'dawn il-linji gwida; u

2.1.5.

Id-dispożizzjoni li kwalunkwe ammont imħallas taħt il-Konvenzjoni għandu jservi biex inaqqas ir-responsabbiltà li fadal tat-trasportatur u/jew l-assiguratur taħt l-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni anke jekk dan ma jitħallasx jew ma jintalabx mill-assiguraturi rispettivi tal-gwerra jew mhux tal-gwerra.

2.2.

L-assigurazzjoni tal-gwerra għandha tkopri ir-responsabbiltà, jekk ikun hemm, għat-telf imġarrab bħala riżultat tal-mewt jew il-korriment fuq il-persuna ta' passiġġieri ikkawżat minn:

gwerra, gwerra ċivili, rivoluzzjoni, ribelljoni, insurrezzjoni, jew konflitti ċivili li jirriżultaw minnhom, jew kwalunkwe att ostili minn qawwa fil-gwerra jew kontriha;

ħtif, qbid, arrest, trażżin jew priġunerija, u l-konsegwenzi ta' dawn jew kwalunkwe attentat għal dan;

mini, torpidows, bombi abbandunati jew armi tal-gwerra oħra abbandunati;

att ta' kwalunkwe terrorist jew kwalunkwe persuna li taġixxi b'mod malizzjuż jew b'motiv politiku u kwalunkwe att li jittieħed bħala prevenzjoni ta' kwalunkwe riskju tali jew bħala ġlieda kontrih;

konfiska u esproprjazzjoni;

u tista' tkun soġġetta għall-eżenzjonijiet, il-limitazzjonijiet u r-rekwiżiti li ġejjin:

2.2.1.

Klawsola għat-Tmiem u għall-Esklużjoni Awtomatiċi tal-Gwerra

2.2.2.

Fil-każ li l-pretensjonijiet ta' passiġġieri individwali jeċċedu fl-aggregat is-somma ta' 340 miljun unità ta' kontabbiltà globali għal kull vapur fi kwalunkwe okkażjoni distinta, it-trasportatur għandu jkun intitolat jinvoka limitazzjoni tar-responsabbiltà tiegħu fl-ammont ta' 340 miljun unità ta' kontabbiltà, dejjem kemm-il darba:

dan l-ammont għandu jiġi distribwit fost il-pretendenti fi proporzjon għall-pretensjonijiet stabbiliti tagħhom;

id-distribuzzjoni ta' dan l-ammont tista' ssir f'porzjon wieħed jew aktar lill-pretendenti magħrufa fil-ħin tad-distribuzzjoni; u

id-distribuzzjoni ta' dan l-ammont tista' ssir mill-assiguratur, jew mill-Qorti jew awtorità kompetenti oħra meta titressaq quddiemha kwistjoni mill-assiguratur fi kwalunkwe Stat Parti li fih jiddaħħlu proċedimenti legali fir-rigward ta' pretensjonijiet allegatament koperti mill-assigurazzjoni.

2.2.3.

Klawsola ta' avviż ta' 30 ġurnata f'każijiet li mhumiex koperti minn 2.2.1.

2.3.

L-assigurazzjoni mhux tal-gwerra għandha tkopri l-perikli kollha soġġetti għal assigurazzjoni obbligatorja minbarra dawk ir-riskji elenkati fi 2.2, kemm jekk dawn ikunu jew ma jkunux soġġetti għall-eżenzjonijiet, il-limitazzjonijiet jew il- iet fi 2.1 u 2.2.

3.

Eżempju ta' sett ta' obbligi tal-assigurazzjoni (Blue Cards) u ċertifikat tal-assigurazzjoni, li kollha jirriflettu dawn il-linji gwida, huma inklużi fl-Appendiċi B.

APPENDIĊI A

Klawsoli msemmijin fil-linji gwida 2.1.1, 2.1.2 u 2.2.1

Klawsola ta' Istituzzjoni għall-Esklużjoni tal-Armi ta' Kontaminazzjoni Radjoattiva, dawk Kimċi, Bijoloġiċi, Bijo-kemiċi u Elettromanjetiċi (Kl. 370, 10/11/2003)

Din il-klawsola għandha tkun tal-akbar importanza u għandha tipprevali fuq dak kollu li jinsab f'din l-assigurazzjoni li jkun inkonsistenti għaliha

1.

Din l-assigurazzjoni m'għandha fl-ebda każ tkopri responsabbiltà jew spiża ta' telf u ħsara kkawżati direttament jew indirettament minn jew li ġew ikkontribwiti minn jew li joħorġu minn:

1.1.

radjazzjonijiet jonizzanti minn jew kontaminazzjoni permezz ta' radjoattività minn kwalunkwe karburant nukleari jew minn kwalunkwe skart nukleari jew mill-kombustjoni ta' karburant nukleari.

1.2.

il-proprjetajiet radjoattivi, tossiċi, splussivi jew proprjetajiet ta' periklu jew li jikkontaminaw oħrajn ta' kwalunkwe installazzjoni, reattur jew immuntar nukleari jew komponent nukleari tiegħu

1.3.

kwalunkwe arma jew apparat ta' fissjoni atomika jew nukleari u/jew fużjoni jew forza jew sustanza reattiva jew radjoattiva oħra simili.

1.4.

il-proprjetajiet radjoattivi, tossiċi, splussivi jew proprjetajiet perikolużi jew li jikkontaminaw ta' kwalunkwe sustanza radjoattiva. L-esklużjoni f'din is-sub-klawsola ma testendix għal isotopi radjoattivi, minbarra karburant nukleari, meta tali isotopi jkunu qed jiġu ppreparati, jinġarru, jinħażnu, jew jintużaw għal finijiet kummerċjali, agrikoli, mediċi, xjentifiċi jew finijiet paċifiċi oħra.

1.5.

kwalunkwe arma kimika, bijoloġika, bijo-kimika, jew elettromanjetika.

Klawsola ta' Istituzzjoni ta' Attakk Ċibernetiku (Kl. 380, 10/11/03)

1.

Soġġett għall-paragrafu 2 hawn taħt, din l-assigurazzjoni m'għandha fl-ebda każ tkopri r-responsabbiltà jew l-ispiża għal ħsara u telf ikkawżata direttament jew indirettament minn jew ikkontribwita minn jew li toħroġ mill-użu jew l-operat, bħala mezz li jwassal għal ħsara, ta' kwalunkwe kompjuter, sistema ta' kompjuter, programm ta' software ta' kompjuter, kodiċi malizzjuż, virus jew proċess ta' kompjuter jew kwalunkwe sistema elettronika.

2.

Fejn din il-klawsola hi endorsjata f'poloz li jkopru riskji ta' gwerra, gwerra ċivili, rivoluzzjoni, ribelljoni, insurrezzjoni, jew konflitti ċivili li joħorġu minnhom, jew kwalunkwe att ostili minn qawwa fil-gwerra jew kontriha, jew terroriżmu jew kwalunkwe persuna li taġixxi b'motiv politiku, il-paragrafu 1 m'għandux jopera biex jeskludi telf (li kieku kien ikun kopert) li jirriżulta mill-użu ta' kwalunkwe kompjuter, sistema ta' kompjuter jew programm ta' software ta' kompjuter jew kwalunkwe sistema elettronika oħra fis-sistema ta' llanċjar u/jew ta' gwida u/jew mekkaniżmu ta' sparar ta' kwalunkwe arma jew missila.

Tmiem u Esklużjoni Awtomatiċi tal-Gwerra

1.1.   Tmiem Awtomatiku ta' Kopertura

Kemm jekk tali avviż ta' kanċellazzjoni ngħata u kemm jekk ma ngħatax il-kopertura ta' hawn taħt għandha TASAL FI TMIEMHA AWTOMATIKAMENT

1.1.1.

malli tfaqqa′ gwerra (kemm jekk kien hemm dikjarazzjoni ta' gwerra u kemm jekk ma kienx hemm) bejn kwalunkwe minn dawn li ġejjin: ir-Renju Unit, l-Istati Uniti tal-Amerika, Franza, il-Federazzjoni Russa, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina;

1.1.2.

fir-rigward ta' kwalunkwe bastiment, li f'konnessjoni miegħu tingħata kopertura hawn taħt, fil-każ li tali bastiment jiġi rekwiżizzjonat jew għat-titolu jew għall-użu.

1.2.   Gwerra tal-Ħames Potenzi

Din l-assigurazzjoni teskludi

1.2.1.

responsabbiltà jew spiża ta' telf u ħsara li toħroġ minn malli tfaqqa′ gwerra (kemm jekk kien hemm dikjarazzjoni ta' gwerra u kemm jekk ma kienx hemm) bejn kwalunkwe minn dawn li ġejjin: ir-Renju Unit, l-Istati Uniti tal-Amerika, Franza, il-Federazzjoni Russa, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina;

1.2.2.

rekwiżizzjoni jew għat-titolu jew għall-użu.

APPENDIĊI B

I.   Eżempji ta' obbligi tal-assigurazzjoni (Blue Cards) imsemmijin fil-linja gwida 3

Blue Card maħruġa minn Assiguratur tal-Gwerra

Ċertifikat maħruġ bħala evidenza tal-assigurazzjoni skont l-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002.

Isem tal-Vapur:

Numru ta’ Identifikazzjoni IMO tal-Vapur:

Port tar-reġistrazzjoni:

Isem u Indirizz tas-sid:

Dan jiċċertifika li hemm fis-seħħ fir-rigward tal-vapur imsemmi hawn fuq waqt li hu l-proprjetà ta' min hu msemmi hawn fuq polza ta' assigurazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti tal-artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002, soġġetta għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet kollha permessi għall-assigurazzjoni obbligatorja tal-gwerra taħt il-Konvenzjoni u l-linji gwida ta' implimentazzjoni adottati mill-Kumitat Legali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali f'Ottubru 2006, inklużi b'mod partikolari l-klawsoli li ġejjin: [Hawnhekk it-test tal-Konvenzjoni u l-linji gwida bl-appendiċi jistgħu jiddaħħlu sal-punt mixtieq]

Perijodu ta' assigurazzjoni minn: it-20 ta’ Frar 2007

sa: 20 ta’ Frar 2008

Dejjem dment li l-assiguratur jista' jikkanċella dan iċ-ċertifikat billi jagħti 30 ġurnata ta' avviż bil-miktub lill-Awtorità msemmija hawn fuq f'liema każ ir-responsabbiltà tal-assiguratur imsemmi hawn taħt għandha tieqaf mid-data tal-iskadenza ta' dan l-istess perijodu ta' avviż iżda biss fir-rigward ta' inċidenti li jinqalgħu wara dan.

Data:

Dan iċ-ċertifikat inħareġ minn:

War Risks, Inc

[Indirizz]

Firma tal-assiguratur

Bħala aġent għal War Risks, Inc. biss

Blue Card maħruġa minn Assiguratur mhux tal-Gwerra

Ċertifikat maħruġ bħala evidenza tal-assigurazzjoni skont l-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002

Isem tal-Vapur:

Numru ta’ Identifikazzjoni IMO tal-Vapur:

Port tar-reġistrazzjoni:

Isem u Indirizz tas-sid:

Dan jiċċertifika li hemm fis-seħħ fir-rigward tal-vapur imsemmi hawn fuq waqt li hu l-proprjetà ta' min hu msemmi hawn fuq polza ta' assigurazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti tal-artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom bil-Baħar, 2002, soġġetta għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet kollha permessi għall-assigurazzjoni mhux tal-gwerra taħt il-Konvenzjoni u l-linji gwida ta' implimentazzjoni adottati mill-Kumitat Legali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali f'Ottubru 2006, inklużi b'mod partikolari l-klawsoli li ġejjin: [Hawnhekk it-test tal-Konvenzjoni u l-linji gwida bl-appendiċi jistgħu jiddaħħlu sal-punt mixtieq]

Perijodu ta' assigurazzjoni minn: it-20 ta’ Frar 2007

sa: 20 ta’ Frar 2008

Dejjem dment li l-assiguratur jista' jikkanċella dan iċ-ċertifikat billi jagħti tliet xhur ta' avviż bil-miktub lill-Awtorità msemmija hawn fuq f'liema każ ir-responsabbiltà tal-assiguratur imsemmi hawn taħt tieqaf mid-data tal-iskadenza ta' dan il-perijodu ta' avviż iżda biss fir-rigward ta' inċidenti li jinqalgħu wara dan.

Data:

Dan iċ-ċertifikat inħareġ minn:

PANDI P&I

[Indirizz]

Firma tal-assiguratur

Bħala aġenti għal PANDI P&I biss

II.   Mudell ta' ċertifikat ta' assigurazzjoni msemmi fil-linja gwida 3

ĊERTIFIKAT TA’ ASSIGURAZZJONI JEW GARANZIJA FINANZJARJA OĦRA FIR-RIGWARD TAR-RESPONSABBILTÀ GĦAL MEWT U KORRIMENT FUQ IL-PERSUNA TA’ PASSIĠĠIERI

Maħruġ skont id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002

Isem tal-Vapur

Numru jew ittra distinti

Numru tal-identifikazzjoni tal-IMO tal-vapur

Port ta' Reġistrazzjoni

Isem u indirizz komplut tal-post prinċipali ta' negozju tat-trasportatur prestanti

 

 

 

 

 

Dan jiċċertifika li fir-rigward tal-vapur imsemmi hawn fuq hemm fis-seħħ polza tal-assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja oħra li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta' Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 2002.

Tip ta' Garanzija …

Perijodu ta' Garanzija …

Isem u indirizz tal-assiguratur(i) u/jew il-garanti

Il-kopertura tal-assigurazzjoni hawnhekk iċċertifikata hija maqsuma f'parti waħda ta' assigurazzjoni tal-gwerra u parti waħda ta' assigurazzjoni mhux tal-gwerra, skont il-linji gwida ta' implimentazzjoni adottati mill-Kumitat Legali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali f'Ottubru 2006. Kull waħda minn dawn il-partijiet tal-kopertura tal-assigurazzjoni hija soġġetta għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet kollha permessi taħt il-Konvenzjoni u l-linji gwida ta' implimentazzjoni. L-assiguraturi m'humiex responsabbli in solidum. L-assiguraturi huma:

Għal riskji tal-gwerra: War Risks, Inc., [indirizz]

Għal riskji mhux tal-gwerra: Pandi P&I, [indirizz]

Dan iċ-ċertifikat huwa validu sa. …

Maħruġ jew iċċertifikat mill-Gvern ta' …

(Denominazzjoni kompluta tal-Istat)

JEW

It-test li ġej għandu jintuża meta Stat Parti jagħmel użu mill-Artikolu 4bis, paragrafu 3:

Iċ-ċertifikat preżenti huwa maħruġ taħt l-awtorità tal-Gvern ta' … (denominazzjoni kompluta tal-Istat) minn … (isem tal-istituzzjoni jew organizzazzjoni)

Fi …

Fi …

(Post)

(Data)

(Firma u titolu tal-uffiċjal tal-ħruġ jew taċ-ċertifikazzjoni)

Noti ta' spjegazzjoni:

1.

Jekk mixtieq, id-denominazzjoni tal-Istat tista' tinkludi referenza għall-awtorità pubblika kompetenti tal-pajjiż fejn jinħareġ iċ-ċertifikat.

2.

Jekk l-ammont totali ta' garanzija jkun ingħata minn aktar minn sors wieħed, l-ammont ta' kull wieħed minnhom għandu jiġi indikat.

3.

Jekk garanzija tingħata f'diversi forom, dawn għandhom jiġu enumerati.

4.

Ir-reġistrazzjoni “Perijodu ta' Garanzija” trid tistipula d-data ta' meta tali garanzija tibda sseħħ.

5.

Id-daħla “Indirizz” tal-assiguratur(i) u/jew garanti trid tindika l-post prinċipali tan-negozju tal-assiguratur(i) u/jew garanti. Jekk ikun il-każ, għandu jiġi indikat il-post tan-negozju fejn hi stabbilita l-assigurazzjoni jew garanzija oħra.


DIRETTIVI

28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/47


DIRETTIVA 2009/15/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi

(Tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, (1)

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fit-3 ta’ Frar 2009 (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta’ Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-vapuri u l-organizzazzjonijiet għall-perizji u għall-attivitajiet relevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (4) ġiet emendata sostanzjalment diversi drabi. Ladarba għandhom isiru emendi ulterjuri, jeħtieġ li tiġi mfassla mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Fid-dawl tan-natura tad-dispożizzjonijet tad-Direttiva 94/57/ES jidher li jixraq li d-dispożizzjonijet jiġu mfassla mill-ġdid permezz ta’ żewġ istrumenti legali Komunitarji differenti, jiġifieri permezz ta’ Direttiva u ta’ Regolament.

(3)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 1993 dwar politika komuni dwar ibħra siguri, il-Kunsill stabbilixxa l-objettiv li jneħħi l-bastimenti substandard kollha mill-ibħra tal-Komunità u ta prijorità lill-azzjoni Komunitarja imfassla biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva u uniformi tar-regoli internazzjonali permezz tat-tfassil ta’ standards komuni għas-soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni.

(4)

Is-sikurezza u l-prevenzjoni tat-tniġġiż fuq il-baħar jistgħu jitjiebu b'mod effettiv billi jiġu applikati strettament il-konvenzjonijiet, il-kodiċijiet u r-riżoluzzjonijiet internazzjonali filwaqt li jitmexxa 'l quddiem l-objettiv tal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi.

(5)

Il-kontroll tal-konformità tal-vapuri mal-istandards internazzjonali uniformi għas-sikurezza u l-prevenzjoni tat-tniġġiż tal-ibħra huwa r-responsabilità tal-Istati tal-bandiera u tal-port.

(6)

L-Istati Membri huma responsabbli mill-ħruġ taċ-ċertifikati internazzjonali għas-sikurezza u l-prevenzjoni tat-tniġġiż previsti fil-konvenzjonijiet bħall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar tal-1 ta’ Novembru 1974 (SOLAS 74), il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija tal-5 ta’ April 1966 u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġiż mill-Vapuri tat-2 ta’ Novembru 1973 (MARPOL), u għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-konvenzjonijiet.

(7)

F'konformità ma’ dawn il-konvenzjonijiet l-Istati Membri kollha jistgħu jawtorizzaw sa limitu li jvarja l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għaċ-ċertifikazzjoni ta’ din il-konformità u jistgħu jiddelegaw il-ħruġ taċ-ċertifikati rilevanti għas-sikurezza u l-prevenzjoni tat-tniġġis.

(8)

Mad-dinja kollha numru kbir ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti mill-Partijiet Kontraenti tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) eżistenti ma jiżgurawx implimentazzjoni adegwata tar-regoli jew affidabilità biżżejjed meta jaġixxu f'isem l-amministrazzjonijiet nazzjonali għaliex ma għandhomx l-istrutturi u l-esperjenza adegwati u affidabbli u li jippermettulhom iwettqu d-dmirijiet tagħhom b'mod mill-iktar professjonali.

(9)

F'konformità mal-Kapitolu II-1, Parti A-1, Regolament 3-1 tas-SOLAS 74, l-Istati Membri huma responsabbli biex jiżguraw li l-vapuri li jtajru l-bandiera tagħhom ikunu ddisinjati, mibnija u miżmuma f'konformità mar-rekwiżiti strutturali, mekkaniċi u elettriċi ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti mill-amministrazzjonijiet. Dawn l-organizzazzjonijiet għalhekk jipproduċu u jimplimentaw regoli għad-disinn, il-kostruzzjoni, iż-żamma u l-ispezzjoni tal-vapuri u huma responsabbli għall-ispezzjoni tal-vapuri f'isem l-Istati tal-bandiera u biex jiċċertifikaw li dawk il-vapuri jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-konvenzjonijiet internazzjonali għall-ħruġ taċ-ċertifikati rilevanti. Sabiex huma jkunu jistgħu jwettqu dmirijiethom b'mod sodisfaċenti, jeħtieġ li jkollhom indipendenza stretta, kompetenza teknika speċjalizzata ħafna u ġestjoni tal-kwalità rigoruża.

(10)

L-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri għandhom rwol importanti fil-liġi Komunitarja dawr is-sikurezza marittima.

(11)

L-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri għandhom ikunu jistgħu joffru s-servizzi tagħhom fil-Komunità kollha u jikkompetu ma’ xulxin filwaqt li jipprovdu livelli ugwali ta’ sikurezza u ta’ protezzjoni ambjentali. L-istandards professjonali meħtieġa għall-attivitajiet tagħhom għandhom għalhekk ikunu stabbiliti u applikati b'mod uniformi fil-Komunità kollha.

(12)

Il-ħruġ taċ-Ċertifikat tar-Radju ta’ Sikurezza tal-Vapuri tal-Merkanzija jista' jiġi fdat lil korpi privati li għandhom esperjenza suffiċjenti u persunal ikkwalifikat.

(13)

Stat Membru jista' madankollu jirrestrinġi n-numru ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti li huwa jawtorizza skont il-bżonnijiet tiegħu, abbażi ta’ raġunijiet oġġettivi u trasparenti, soġġett għall-kontroll eżerċitat mill-Kummissjoni b'konformità ma’ proċedura ta’ kumitat.

(14)

Din id-Direttiva għandha tiżgura l-libertà li wieħed jipprovdi servizzi fil-Komunità; għalhekk il-Komunità għandha taqbel ma’ dawk il-pajjiżi terzi fejn jinsabu xi wħud mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, sabiex tiżgura trattament ugwali għall-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jinsabu fil-Komunità.

(15)

Jeħtieġ li jkun hemm involviment qawwi tal-amministrazzjonijiet nazzjonali fil-perizji tal-vapuri u fil-ħruġ taċ-ċertifikati relatati sabiex tiġi żgurata konformità sħiħa mar-regoli internazzjonali tas-sikurezza anke jekk l-Istati Membri jużaw organizzazzjonijiet rikonoxxuti barra mill-amministrazzjoni tagħhom sabiex iwettqu dmirijiet statutorji. Huwa għalhekk opportun li tiġi stabbilita relazzjoni ta’ ħidma mill-qrib bejn l-amministrazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti awtorizzati minnhom, u dan jista' jkun jeħtieġ li l-organizzazzjonijet rikonoxxuti jkollhom rappreżentanza lokali fit-territorju tal-Istat Membru li jkunu qed iwettqu d-dmirijiet tagħhom f'isimhom.

(16)

Meta organizzazzjoni rikonoxxuta, l-ispetturi jew il-persunal tekniku tagħha, joħorġu ċertifikati rilevanti f'isem l-amministrazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jassuġġettawhom, fir-rigward tal-attivitajiet delegati, għal salvagwardji legali proporzjonati u protezzjoni ġudizzjarja, inkluż l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ difiża adegwata, minbarra l-immunità, li hija prerogattiva invokabbli biss mill-Istat Membru, bħala dritt inseparabbli tas-sovranità u għalhekk mhux delegabbli.

(17)

Id-diverġenza f'termini ta’ sistemi ta’ responsabiltà finanzjarja fost l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaħdmu f'isem l-Istati Membri timpedixxi l-implimentazzjoni xierqa ta’ din id-Direttiva. Biex jingħata kontribut għas-soluzzjoni ta’ din il-problema, huwa xieraq li tinġieb ċerta armonizzazzjoni fil-livell Komunitarju tar-responsabiltà naxxenti minn kwalunkwe diżgrazzja tal-baħar ikkaġunata minn organizzazzjoni rikonoxxuta, kif ikun deċiż minn qorti tal-ġustizzja, inkluża r-riżoluzzjoni ta’ disputi permezz ta’ proċeduri ta’ arbitraġġ.

(18)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5).

(19)

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda din id-Direttiva sabiex tinkorpora emendi sussegwenti għall-konvenzjonijiet, protokolli, kodiċijiet u riżoluzzjonijiet internazzjonali relatati magħha. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha b’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(20)

L-Istati Membri għandhom madankollu jitħallew bil-possibbiltà li jissospendu jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni tagħhom lil organizzazzjoni rikonoxxuta filwaqt li jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni tagħhom u jagħtu raġunijiet sostanzjati għal dan.

(21)

Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jevalwa perjodikament il-prestazzjoni tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaħdmu f' ismu u jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'informazzjoni preċiża dwar tali prestazzjoni.

(22)

Bħala awtoritajiet tal-port, l-Istati Membri huma meħtieġa li jsaħħu s-sikurezza u l-prevenzjoni tat-tniġġiż fl-ibħra tal-Komunità bi spezzjonijiet ta’ prijorità tal-vapuri li għandhom ċertifikati ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ma jissodisfawx il-kriterji komuni, biex b'hekk jiżguraw li vapuri li jtajru l-bandiera ta’ Stat terz ma jingħatawx trattament iktar vantaġġuż.

(23)

Fil-preżent ma jeżistux standards internazzjonali uniformi li magħhom iridu jikkonformaw il-vapuri kollha fil-fażi tal-kostruzzjoni jew matul il-ħajja kollha tagħhom, rigward il-buq, il-makkinarju u l-istallazzjonijiet elettriċi u tal-kontroll. Dawn l-istandards jistgħu jiġu stabbiliti skont ir-regoli tas-soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni rikonoxxuti jew skont standards ekwivalenti li jridu jiġu deċiżi mill-amministrazzjonijiet nazzjonali skont il-proċedura stabbilita fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u ta’ regoli dwar is-Servizzi tas-Soċjeta' tal-Informazzjoni (6).

(24)

Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-istabbiliment ta’ miżuri li għandhom jiġu segwiti mill-Istati Membri fir-relazzjoni tagħhom mal-organizzazzjonijiet responsabbli mill-ispezzjoni, il-perizja u ċ-ċertifikazzjoni tal-vapuri li joperaw fil-Komunità, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F'konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(25)

L-obbligu li din id-Diretiva tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali għandu jgħodd biss għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva 94/57/KE. L-obbligu li jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux ġej minn dik id-Direttiva.

(26)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness I, Parti B.

(27)

Skont il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (7), l-Istati Membri huma mħeġġa ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom, li, sa fejn ikun possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi.

(28)

Il-miżuri li għandhom jiġu segwiti minn organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għal organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (tfassil mill-ġdid) (8),

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri li għandhom jiġu segwiti mill-Istati Membri fir-relazzjoni tagħhom mal-organizzazzjonijiet responsabbli mill-ispezzjoni, il-perizja u ċ-ċertifikazzjoni tal-vapuri għall-konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar is-sikurezza fuq il-baħar u l-prevenzjoni tat-tniġġis tal-baħar, filwaqt li tmexxi 'l quddiem l-objettiv tal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi. Dan jinkludi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ sikurezza għall-buq, il-makkinarju, u l-istallazzjonijiet elettriċi u tal-kontroll tal-vapuri li jidħlu fl-ambitu tal-konvenzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 2

Għall-fini ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“vapur” tfisser vapur li jidħol fl-ambitu tal-konvenzjonijiet internazzjonali;

(b)

“vapur li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru” tfisser vapur reġistrat fi Stat Membru u li jtajjar il-bandiera tiegħu skont il-leġislazzjoni tiegħu. Il-vapuri li ma jikkorrispondux ma’ din id-definizzjoni jitqiesu bħala vapuri li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz;

(c)

“spezzjonijiet u perizji” tfisser l-ispezzjonijiet u l-perizji li huma mandatorji taħt il-konvenzjonijiet internazzjonali;

(d)

“konvenzjonijiet internazzjonali” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar tal-1 ta’ Novembru 1974 (SOLAS 74) bl-eċċezzjoni tal-kapitolu XI-2 tal-Anness tagħha, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija tal-5 ta’ April 1966 u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġiż mill-Vapuri tat-2 ta’ Novembru 1973 (MARPOL) flimkien mal-protokolli u l-emendi tagħhom, u l-kodiċijiet ta’ status mandatorju relatati magħhom fl-Istati Membri kollha, fil-verżjoni aġġornata tagħhom;

(e)

“organizzazzjoni” tfisser entità legali, is-sussidjarji tagħha u kwalunkwe entità oħra taħt il-kontroll tagħha, li flimkien jew separatament iwettqu kompiti li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva;

(f)

“kontroll” tfisser, għall-fini tal-punt (e), drittijiet, kuntratti jew kwalunkwe mezz ieħor, fil-liġi jew fil-fatt, li, separatament jew flimkien jikkonferixxu l-possibiltà li tkun eżerċitata influwenza deċiżiva fuq entità legali jew jippermettu lil dik l-entità li twettaq il-kompiti li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva;

(g)

“organizzazzjoni rikonoxxuta” tfisser organizzazzjoni rikonoxxuta skont ir-Regolament (KE) Nru 391/2009;

(h)

“awtorizzazzjoni” tfisser att li bih Stat Membru jagħti awtorizzazzjoni jew jiddelega setgħat lil organizzazzjoni rikonoxxuta;

(i)

“ċertifikat statutorju” tfisser ċertifikat maħruġ minn jew f'isem Stat tal-bandiera skont il-konvenzjonijiet internazzjonali;

(j)

“regoli u proċeduri” tfisser ir-rekwiżiti ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta għad-disinn, il-kostruzzjoni, it-tagħmir, il-manutenzjoni u l-perizja tal-vapuri;

(k)

“ċertifikat tal-klassi” tfisser dokument maħruġ minn organizzazzjoni rikonoxxuta li jiċċertifika li vapur ikun tajjeb għal użu jew servizz partikolari skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti u magħmula pubbliċi minn dik l-organizzazzjoni rikonoxxuta;

(l)

“ċertifikat tar-radju ta’ sikurezza tal-vapuri tal-merkanzija” tfisser iċ-ċertifikat introdott permezz tal-Protokoll tal-1988 li jemenda s-SOLAS, adottat mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO);

Artikolu 3

1.   Meta jidħlu għar-responsabilitajiet u l-obbligi tagħhom skont il-konvenzjonijiet internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministrazzjonijiet kompetenti tagħhom jistgħu jiżguraw l-infurzar xieraq tad-dispożizzjonijiet tagħhom, b'mod partikolari rigward l-ispezzjoni u l-perizja tal-vapuri u l-ħruġ taċ-ċertifikati statutorji u taċ-ċertifikati ta’ eżenzjoni kif previst mill-konvenzjonijiet internazzjonali. L-Istati Membri għandhom jaġixxu skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness u tal-Appendiċi għar-Riżoluzzjoni A.847(20) tal-IMO dwar linji gwida biex jassistu l-Istati tal-bandiera fl-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-IMO.

2.   Fejn għall-iskop tal-paragrafu 1 Stat Membru jiddeċiedi fir-rigward ta’ vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu:

(i)

li jawtorizza lill-organizzazzjonijiet biex iwettqu bis-sħiħ jew f'parti l-ispezzjonijiet u l-perizji relatati maċ-ċertifikati statutorji inklużi dawk għall-valutazzjoni tal-konformità mar-regoli msemmija fl- Artikolu 11(2) u, fejn xieraq, biex joħorġu jew iġeddu ċ-ċertifikati relatati; jew

(ii)

li joqgħod fuq l-organizzazzjonijiet sabiex iwettqu bis-sħiħ jew f'parti l-ispezzjonijiet u l-perizji msemmija fil-punt (i);

huwa għandu jafda dawn id-dmirijiet lil organizzazzjonijiet rikonoxxuti biss.

L-amministrazzjoni kompetenti għandha fil-każijiet kollha tapprova l-ewwel ħarġa taċ-ċertifikati ta’ eżenzjoni.

Madankollu, għaċ-ċertifikat tar-radju ta’ sikurezza tal-vapuri tal-merkanzija dawn id-dmirijiet jistgħu jiġu fdati f'idejn korp privat rikonoxxut minn amministrazzjoni kompetenti u li jkollu l-esperjenza biżżejjed u l-persunal ikkwalifikat biex iwettaq ħidma speċifikata ta’ valutazzjoni tas-sikurezza tal-komunikazzjoni bir-radju f'ismu.

3.   Dan l-Artikolu ma jirrigwardax ċertifikazzjoni ta’ oġġetti speċifiċi ta’ tagħmir marittimu.

Artikolu 4

1.   Meta japplikaw l-Artikolu 3(2), l-Istati Membri ma għandhomx fil-prinċipju jirrifjutaw li jawtorizzaw xi waħda mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti milli jassumu dawn il-funzjonijiet, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikoli 5 u 9. Madankollu, jistgħu jirrestrinġu n-numru tal-organizzazzjonijiet li huma jawtorizzaw skont il-ħtiġijiet tagħhom kemm-il darba jkun hemm raġunijiet trasparenti u oġġettivi biex jagħmlu dan.

Fuq it-talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 6(2), tadotta l-applikazzjoni korretta tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fir-rigward tar-rifjut tal-awtorizzazzjoni u tal-Artikolu 8 relattivament għal dawk il-każijiet fejn l-awtorizzazzjoni hija sospiża jew irtirata.

2.   Sabiex Stat Membru jaċċetta li organizzazzjoni rikonoxxuta li tinsab fi Stat terz twettaq id-dmirijiet, kollha jew parti minnhom, msemmijin fl-Artikolu 3 hu jista' jitlob li l-Istat terz imsemmi jagħti trattament reċiproku lil dawk l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jinsabu fil-Komunità.

Barra minn hekk, il-Komunità tista' titlob lill-Istat terz fejn tkun stabbilita organizzazzjoni rikonoxxuta biex jagħti trattament reċiproku lil dawk l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jinsabu fil-Komunità.

Artikolu 5

1.   L-Istati Membri li jieħdu deċiżjoni kif deskritta fl-Artikolu 3(2), għandhom jistabbilixxu “relazzjoni ta’ xogħol” bejn l-amministrazzjoni kompetenti tagħhom u l-organizzazzjonijiet li jaġixxu f'isimhom.

2.   Ir-relazzjoni ta’ xogħol għandha tkun regolata bi ftehim formalizzat bil-miktub u mhux diskriminatorju jew b'arranġamenti legali ekwivalenti li jistabbilixxu d-doveri u l-funzjonijiet speċifiċi meħuda mill-organizzazzjonijiet u jinkludu għall-inqas:

(a)

id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi II tar-Riżoluzzjoni A.739(18) tal-IMO dwar linji gwida għall-awtorizzazzjoni ta’ organizzazzjonijiet li jaġixxu f'isem l-amministrazzjoni, filwaqt li tittieħed ispirazzjoni mill-Anness, l-Appendiċi u d-Dokumenti mehmuża maċ-Ċirkolari MSC/710 u ċ-Ċirkolari MEPC 307 tal-IMO dwar mudell ta’ ftehim għall-awtorizzazzjoni ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f'isem l-amministrazzjoni;

(b)

id-dispożizzjonijiet li ġejjin dwar ir-responsabbiltà finanzjarja:

(i)

jekk ir-resposabbiltà li tirriżulta minn diżgrazzja tal-baħar tiġi imposta b'mod finali u definittiv fuq l-amministrazzjoni minn xi qorti jew bħala parti mir-riżoluzzjoni ta’ disputa permezz ta’ proċeduri ta’ arbitraġġ, flimkien ma’ rekwiżit li jiġu kkumpensati l-partijiet milquta għat-telf ta’ jew il-ħsara lill-proprjetà jew il-korriment fuq il-persuna jew il-mewt, li jkun ġie ippruvat f'dik il-qorti li ġew ikkawżati minn att jew omissjoni intenzjonat(a) jew negliġenza kbira tal-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-entitajiet, l-impjegati, l-aġenti tagħha jew oħrajn li jaġixxu f'isem l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-amministrazzjoni għandu jkollha d-dritt li tiġi kkumpensata finanzjarjament mill-organizzazzjoni rikonoxxuta sa fejn dak it-telf, ħsara, korriment jew mewt kienu, kif deċiż minn dik il-qorti, kkawżati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta;

(ii)

jekk ir-resposabbiltà li tirriżulta minn diżgrazzja tal-baħar tiġi imposta b'mod finali u definittiv fuq l-amministrazzjoni minn xi qorti jew bħala parti mir-riżoluzzjoni ta’ disputa permezz ta’ proċeduri ta’ arbitraġġ, flimkien ma’ rekwiżit li jiġu kkumpensati l-partijiet milquta għal korriment fuq il-persuna jew mewt, li jkun ġie ippruvat f'dik il-qorti li ġew ikkawżati minn kwalunkwe att jew ommissjoni b’ negliġenza jew b'nuqqas ta’ kont tal-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-impjegati, l-aġenti tagħha jew oħrajn li jaġixxu f'isem l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-amministrazzjoni għandu jkollha d-dritt li tiġi kkumpensata finanzjarjament mill-organizzazzjoni rikonoxxuta sa fejn dak il-korriment fuq il-persuna jew mewt kienu, kif deċiż minn dik il-qorti, kkawżati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta; l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont massimu pagabbli mill-organizzazzjoni rikonoxxuta, liema ammont, madankollu, irid ikun mill-anqas EUR 4 miljuni;

(iii)

jekk ir-resposabbiltà li tirriżulta minn diżgrazzja tal-baħar tiġi imposta b'mod finali u definittiv fuq l-amministrazzjoni minn xi qorti jew bħala parti mir-riżoluzzjoni ta’ disputa permezz ta’ proċeduri ta’ arbitraġġ, flimkien ma’ rekwiżit li jiġu kkumpensati l-partijiet milquta għal telf ta’ jew ħsara lill-proprjetà, li jkun ġie ippruvat f'dik il-qorti li ġew ikkawżati minn kwalunkwe att jew ommissjoni b’ negliġenza jew b'nuqqas ta’ kont tal-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-impjegati, l-aġenti tagħha jew oħrajn li jaġixxu f'isem l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-amministrazzjoni għandu jkollha d-dritt li tiġi kumpensata finanzjarjament mill-organizzazzjoni rikonoxxuta sa fejn dak it-telf jew ħsara kienu, kif deċiż minn dik il-qorti, kkawżati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta; l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont massimu pagabbli mill-organizzazzjoni rikonoxxuta, liema ammont, madankollu, irid ikun mill-anqas EUR 2 miljuni;

(c)

id-dispożizzjonijiet għal verifika perjodika mill-amministrazzjoni jew minn korp imparzjali estern maħtur mill-amministrazzjoni dwar id-dmirijiet li l-organizzazzjonijiet ikunu qegħdin iwettqu f'isimha, kif imsemmija fl-Artikolu 9(1);

(d)

il-possibbiltà ta’ spezzjonijiet mhux regolari u dettaljati tal-vapuri;

(e)

id-dispożizzjonijiet għar-rappurtar tassattiv ta’ informazzjoni essenzjali dwar il-flotta fil-klassifikazzjoni tagħhom, u t-dwar it-tibdil, is-sospensjonijiet u l-irtirar mill-klassi tal-vapuri,

3.   Il-ftehim jew l-arranġament legali ekwivalenti jista' jeħtieġ li l-organizzazzjoni rikonoxxuta jkollha rappreżentanza lokali fit-territorju tal-Istat Membru li f'ismu twettaq id-dmirijiet imsemmija fl-Artikolu 3. Rappreżentanza lokali b'personalità ġuridika taħt il-liġi tal-Istat Membru u suġġetta għall-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali tagħha tista' tissodisfa din il-ħtieġa.

4.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni informazzjoni preċiża dwar ir-relazzjoni ta’ xogħol stabbilita skont dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha sussegwentement tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra b'dan.

Artikolu 6

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS), stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 7

1.   Din id-Direttiva, mingħajr ma jitwessa' l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, tista' tiġi emendata sabiex:

(a)

tinkorpora, għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, l-emendi sussegwenti għall-konvenzjonijiet, il-protokolli, il-kodiċijiet u r-riżoluzzjonijiet internazzjonali relatati magħha msemmija fl-Artikoli 2(d), 3(1) u 5 (2), li jkunu daħlu fis-seħħ;

(c)

tbiddel l-ammonti speċifikati fil-punti (ii) u (iii) tal-Artikolu 5(2)(b).

Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(3).

2.   Wara l-adozzjoni ta’ strumenti jew protokolli ġodda għall-konvenzjonijiet internazzjonali imsemmija fl-Artikolu 2(d), il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi, b'kont meħud tal-proċeduri parlamentari tal-Istati Membri kif ukoll tal-proċeduri rilevanti fl-IMO, dwar l-arranġamenti dettaljati sabiex jirratifika dawk l-istrumenti jew protokolli ġodda, filwaqt li jiżgura li jiġu applikati b'mod uniformi u simultanju fl-Istati Membri.

L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2(d) u fl-Artikolu 5 jistgħu jkunu esklużi mill-ambitu ta’ din id-Direttiva, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

Artikolu 8

Minkejja l-kriterji minimi speċifikati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 fejn Stat Membru jqis li organizzazzjoni rikonoxxuta ma tistax tibqa' awtorizzata li twettaq f'ismu d-dmirijiet speċifikati fl-Artikolu 3, hu jista' jissospendi jew jirtira din l-awtorizzazzjoni. F'dan il-każ l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni tiegħu mingħajr dewmien, u għandu jagħti raġunijiet sostanzjati għaliha.

Artikolu 9

1.   Kull Stat Membru għandu jkun żgur li l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li qegħdin jaġixxu f'ismu għall-fini tal-Artikolu 3(2) effettivament iwettqu l-funzjonijiet msemmija f'dak l-Artikolu b'mod sodisfaċenti għall-amministrazzjoni kompetenti tiegħu.

2.   Sabiex iwettaq il-kompiti imsemmija fil-paragrafu 1, kull Stat membru għandu, tal-anqas kull sentejn, iwettaq monitoraġġ fuq kull organizzazzjoni rikonoxxuta li taġixxi f'ismu u għandu jipprovdi lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni rapport dwar ir-riżultati ta’ tali attivitajiet ta’ monitoraġġ mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena li fiha jkun wettaq il-monitoraġġ.

Artikolu 10

Fl-eżerċizzju tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom ta’ spezzjoni bħala Stati tal-port, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, u jinfurmaw lill-Istat tal-bandiera kkonċernat, jekk isibu li nħarġu ċertifikati statutorji validi minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f'isem Stat tal-bandiera lil vapur li ma jissodisfax ir-rekwiżiti rilevanti tal-konvenzjonijiet internazzjonali, jew fil-każ ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ vapur li għandu ċertifikat tal-klassi validu u fir-rigward ta’ oġġetti koperti minn dak iċ-ċertifikat. Huma biss dawk il-każijiet ta’ vapuri li jirrappreżentaw theddida serja għas-sikurezza u għall-ambjent jew li juru evidenza ta’ mġieba partikolarment negliġenti tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li għandhom ikunu rrappurtati għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu. L-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata għandha tkun avżata bil-każ meta ssir l-ewwel spezzjoni sabiex tkun tista' tieħu l-azzjoni ta’ segwitu xierqa minnufih.

Artikolu 11

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu jkunu ddisinjati, mibnija, mgħammra u miżmuma skont ir-regoli u l-proċeduri dwar il-buq, il-makkinarju u r-rekwiżiti dwar l-istallazzjonijiet tal-elettriku u tal-kontroll ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta.

2.   Stat Membru jista' jiddeċiedi li juża regoli li jqis ekwivalenti ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta biss bil-kondizzjoni li jinnotifikahom immedjatament lill-Kummissjoni b'konformità mal-proċedura taħt id-Direttiva 98/34/KE u lill-Istati Membri l-oħrajn u li għalihom ma jkunx hemm oġġezzjoni minn Stati Membri oħra jew mill-Kummissjoni u li jitqiesu, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl- Artikolu 6(2) ta’ din id-Direttiva, li m'humiex ekwivalenti.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li huma jawtorizzaw fl-iżvilupp tar-regoli u l-proċeduri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet. Għandhom jikkonsultaw mal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti bil-għan li jiksbu interpretazzjoni konsistenti tal-konvenzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 12

Il-Kummissjoni,, għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri.

Artikolu 13

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet leġislattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa sas-17 ta’ Ġunju 2011. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

Meta jiġu addottati mill-Istati Membri, dawn il-miżuri għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. Huma għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-referenzi f'liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttivi mħassra b'din id-Diretttiva għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. Il-metodi ta’ kif għandhom isiru tali riferenzi għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fis-settur kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 14

Id-Direttiva 94/57/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness I, Parti A, għandha tiġi mħassra b'effett minn mis-17 ta’ Ġunju 2009, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-iskadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl- Anness I, Parti B.

Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw b'mod konformi mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 15

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 16

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strażburgu, 23 ta’ April 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

P. NEČAS


(1)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 195.

(2)  ĠU C 229, 22.9.2006, p. 38.

(3)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ April 2007 (ĠU C 74 E, 20.3.2008, p.633), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2008 (ĠU C 184 E, 22.7.2008, p.11), il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2009 u r-Riżoluzzjoni Leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2009 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20.

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(6)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(7)  ĠU C 321, 31.12.2003, p.1.

(8)  Ara paġna 11 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(9)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.


ANNESS I

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien mal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmi fl-Artikolu 14)

Id-Direttiva 94/57/KE tal-Kunsill

ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/58/KE

ĠU L 274, 7.10.1997, p. 8

Id-Direttiva 2001/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ĠU L 19, 22.1.2002, p. 9

Id-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53

PARTI B

Lista tal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmi fl-Artikolu 14)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

94/57/KE

31 ta' Dicembru 1995

97/58/KE

30 ta' Settembru 1998

2001/105/KE

22 ta' Lulju 2003

2002/84/KE

23 ta' Novembru 2003


ANNESS II

Tabella ta' korrelazzjoni

Direttiva 94/57/KE

Din id-Direttiva

Regolament (KE) Nru 391/2009

Artikolu1

Artikolu1

Artikolu1

Artikolu2(a)

Artikolu2(a)

Artikolu2(a)

Artikolu2(b)

Artikolu2(b)

-

Artikolu2(c)

Artikolu2(c)

-

Artikolu2(d)

Artikolu2(d)

Artikolu2(b)

Artikolu2(e)

Artikolu2(e)

Artikolu2(c)

-

Artikolu2(f)

Artikolu2(d)

Artikolu2(f)

Artikolu2(g)

Artikolu2(e)

Artikolu2(g)

Artikolu2(h)

Artikolu2(f)

Artikolu2(h)

Artikolu2(i)

Artikolu2(g)

Artikolu2(i)

Artikolu2(k)

Artikolu2(i)

-

Artikolu2(j)

Artikolu2(h)

Artikolu2(j)

Artikolu2(l)

-

Artikolu2(k)

-

Artikolu2(j)

Artikolu 3

Artikolu3

-

Artikolu 4(1) l-ewwel frażi

-

Artikolu3(1)

Artikolu4(1) it-tieni frażi

-

Artikolu3(2)

Artikolu4(1) it-tielet frażi

-

-

Artikolu4(1) ir-raba' frażi

-

Artikolu4(1)

-

-

Artikolu3(3)

-

-

Artikolu4(2),(3),(4)

-

-

Artikolu5

-

-

Artikolu6

-

-

Artikolu7

Artikolu5(1)

Artikolu4(1)

-

Artikolu5(3)

Artikolu4(2)

-

Artikolu6(1), (2), (3), (4)

Artikolu5 (1), (2), (3), (4)

-

Artikolu6(5)

-

-

Artikolu7

Artikolu6

Artikolu12

Artikolu8(1) l-ewwel inċiż

Artikolu7(1) punt (a) tal-ewwel subparagrafu

-

Artikolu8(1) it-tieni inċiż

-

Artikolu13(1)

Artikolu8(1) it-tielet inċiż

Artikolu7(1) punt (b) tal-ewwel subparagrafu

-

-

Artikolu7(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu13(1) (it-tieni subparagrafu)

Artikolu8(2)

Artikolu7(2)

-

Artikolu8(2) it-tieni subparagrafu

-

Artikolu13(2)

Artikolu9(1)

-

-

Artikolu9(2)

-

-

Artikolu10(1) kliem introduttorju

Artikolu8

-

Artikolu10(1)(a), (b), (c), (2),(3), (4)

-

-

Artikolu11(1),(2)

Artikolu9(1),(2)

-

Artikolu11(3),(4)

-

Artikolu8(1)(2)

Artikolu12

Artikolu10

-

Artikolu13

-

-

Artikolu14

Artikolu11

-

-

Artikolu11(3)

-

-

Artikolu12

-

-

-

Artikolu9

Artikolu15(1)

-

-

-

-

Artikolu10(1)(2)

Artikolu15(2)

-

Artikolu10(3)

Artikolu15(3)

-

Artikolu10(4)

Artikolu15(4)

-

Artikolu10(5)

Artikolu15(5)

-

Artikolu10(6) l-ewwel, it-tieni, it-tielet, il-ħames subparagrafi

-

-

Artikolu10(6)ir-raba' subparagrafu

Artikolu16

Artikolu 13

-

Artikolu17

Artikolu16

-

-

Artikolu14

-

-

Artikolu15

-

-

-

Artikolu11

-

-

Artikolu14

-

-

Artikolu15

-

-

Artikolu16

-

-

Artikolu17

-

-

Artikolu18

-

-

Artikolu19

Anness

-

Anness I

-

Anness I

-

-

Anness II

Anness II


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/57


DIRETTIVA 2009/16/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port

(Tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3), fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fit-3 ta’ Frar 2009,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE tad-19 ta’ Ġunju 1995 dwar il-kontroll portwali tal-Istat tat-trasport marittimu (4), kienet sostanzjalment emendata bosta drabi. Ladarba ser isiru aktar emendi, din għandha tkun imfassla mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Il-Komunità hija serjament konċernata dwar l-inċidenti relatati mat-trasport marittimu u tinġis tal-ibħra u l-kosti tal-Istati Membri.

(3)

Il-Komunità hija ugwalment konċernata dwar il-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol abbord.

(4)

Is-sikurezza, il-prevenzjoni ta’ tinġis u l-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol abbord jistgħu jittejbu bi tnaqqis drastiku ta’ vapuri substandard minn ibħra tal-Komunità, billi tapplika b’mod strett Konvenzjonijiet u kodiċijiet internazzjonali, u riżoluzzjonijiet.

(5)

Għal dan il-għan, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/431/KE tas-7 ta’ Ġunju 2007 (5) li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Komunità Ewropea, il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforzi sabiex jirratifikaw, għal dawk il-partijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità, dik il-Konvenzjoni mill-aktar fis, preferibbilment qabel il-31 Diċembru 2010.

(6)

Il-monitoraġġ tal-konformità tal-vapuri mal-istandards internazzjonali għas-sikurezza, għall-prevenzjoni tat-tinġis u għall-kondizzjoniiet ta’ għajxien u tax-xogħol abbord huma l-aktar ir-responsabbiltà tal-Istat tal-bandiera. B’serħan, kif adatt, fuq organizzazzjonijiet rikonoxxuti, l-Istat tal-bandiera jiggarantixxi bis-sħiħ il-kompletezza u l-effiċjenza tal-ispezzjonijiet u l-istħarriġ imwettqin biex jinħarġu ċ-ċertifikati rilevanti. Iż-żamma tal-kondizzjoni tal-vapur u t-tagħmir tiegħu wara stħarriġ biex ikun hemm konformità mal-ħtiġiet tal-Konvenzjonijiet applikabbli għall-vapur hija responsabbiltà tal-kumpanija tal-vapur. Madankollu, kien hemm nuqqas serju min-naħa ta’ numru ta’ Stati tal-bandiera biex jimplimentaw u jinforzaw standards internazzjonali. Minn issa ‘l quddiem, bħala t-tieni linja ta’ difiża kontra tbaħħir substandard, il-monitoraġġ ta’ konformita mal-istandards internazzjonali għas-sikurezza, għall-prevenzjoni ta’ tinġis u għall-kondizzjonijiet tal-għixien u tax-xogħol abbord għandu wkoll jiġi żgurat mill-Istat tal-port, waqt li jkun rikonoxxut li l-ispezzjoni ta’ kontroll mill-Istat tal-port mhijiex stħarriġ u l-formoli rilevanti tal-ispezzjoni mhumiex ċertifikati ta’ adegwatezza għall-baħar.

(7)

Approċċ armonizzat għal infurzar effettiv ta’ dawn l-istandards internazzjonali mill-Istati Membri dwar vapuri li jbaħħru taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom u jużaw il-portijiet tagħhom għandhom jevitaw tgħawwiġ tal-kompetizzjoni.

(8)

L-industrija tat-trasport marittimu hija vulnerabbli għal atti ta’ terroriżmu. Għandhom ikunu effettivament implimentati miżuri ta’ sigurtà fit-trasport u l-Istati Membri għandhom jivverifikaw vigorożament il-konformità ma’regoli tas-sigurtà billi jwettqu verifiki għas-sigurtà.

(9)

Għandu jittieħed vantaġġ mill-esperjenza gwadanjata waqt l-operazzjoni tal-Memorandum ta’ Pariġi ta’ Ftehim fuq Kontroll tal-Istat tal-port (MOU ta’ Pariġi), iffirmat f’Pariġi fis-26 Jannar 1982.

(10)

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (AESM) stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), għandha tipprovdi l-appoġġ meħtieġ biex tkun żgurata implimentazzjoni konverġenti u effettiva tas-sistema ta’ kontroll tal-Istat tal-port. L-AESM għandha partikolarment tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet stabbilita skond din id-Direttiva u għal skema Komunitarja armonizzata għat-taħriġ u l-valutazzjoni tal-kompetenzi tal-ispetturi tal-kontroll tal-Istat tal-port mill-Istati Membri.

(11)

Sistema effiċjenti ta’ kontroll mill-Istat tal-port għandu jfittex li jiżgura li l-vapuri kollha li jżuru portijiet u ankraġġi fil-Komunità jkunu spezzjonati regolarment. L-ispezzjoni għandha tikkonċentra fuq vapuri substandard, waqt li l-vapuri ta’ kwalità, jiġifieri dawk li għandhom reġistrazzjonijiet ta’ spezzjoni sodisfaċenti jew li jtajru l-bandiera ta’ Stat li jikkonforma mal-Iskema Volontarja ta’ Awditjar ta’ Stat Membru tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), għandhom ikunu ppremjati billi jsirulhom spezzjonijiet inqas frekwenti. B’mod partikulari, għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità ġenerali lil vapuri li jmisshom spezzjoni li jkollhom profil ta’ riskju għoli.

(12)

Dawn l-arranġamenti l-ġodda rigward l-ispezzjonijiet għandhom ikunu inkorporati fis-sistema ta’ kontroll Komunitarju tal-Istat tal-port ladarba l-bosta aspetti tiegħu jkunu definiti u abbażi ta’ skema ta’ kondiviżjoni tal-ispezzjonijiet fejn kull Stat Membru jikkontribwixxi ġustament għall-kisba tal-objettiv Komunitarju ta’ skema ta’ spezzjoni komprensiva u l-volum ta’ spezzjonijiet hu maqsum b’mod ekwu bejn l-Istati Membri. Din l-iskema ta’ kondiviżjoni tal-ispezzjonijiet għandha tkun riveduta billi titqies l-esperjenza magħmula mis-sistema ta’ kontroll tal-Istat tal-port bil-ħsieb li tittejjeb l-effettività tagħha. Barra minn hekk, l-Istati membri għandhom jirreklutaw u jżommu n-numru meħtieġ ta’ persunal, inklużi spetturi kwalifikati, b’kont meħud tal-volum u l-karatteristiċi tat-traffiku tal-bastimenti f’kull port.

(13)

Is-sistema ta’ spezzjonijiet stabbilita permezz ta’ din id-Direttiva tqis il-ħidma mwettqa taħt il-MOU ta’ Pariġi. Ladarba kwalunkwe żvilupp li jirriżulta mill-MOU ta’ Pariġi għandu jinqabel f’livell Komunitarju qabel ma jsir applikabbli fl-UE, għandha tkun stabbilita u miżmuma koordinazzjoni mill-qrib bejn il-Komunità u l-MOU ta’ Pariġi sabiex tiffaċilita kemm jista’ jkun il-konverġenza.

(14)

Il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi u taġġorna l-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-MOU ta’ Pariġi. Il-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet għandha tinkorpora data għall-ispezzjonijiet ta’ Istati membri u l-firmatarji kollha għall-MOU ta’ Pariġi. Sa meta s-sistema ta’ informazzjoni marittima Komunitarja, is-SafeSeaNet, issir operattiva għal kollox u tippermetti reġistrazzjoni awtomatika tad-data rigward iż-żjarat tal-vapuri fil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex tiżgura monitoraġġ adatt tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari rigward il-movimenti tal-vapuri.Abbażi tad-data għall-ispezzjonijiet pprovduta mill-Istati membri, il-Kummissjoni għandha tirtira data mil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet dwar il-profil ta’ riskju tal-vapuri, dwar vapuri li waslu għal spezzjoni u, dwar il-moviment tal-vapuri u għandha tikkalkula l-impenji għall-ispezzjonijiet għal kull Stat Membru.Il-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet għandha ukoll jkollha l-kapaċitali tkun interattiva ma’ sistemi Komunitarji oħra li jirrigwardaw is-sigurta’ marittima.

(15)

L-Istati Membri għandhom jidħlu għal impenn li jirrevedu l-metodu għall-istabbiliment tal-lista bajda,griża, u sewda tal-Istati tal-bandiera tal-MOU ta’ Pariġi sabiex jiżguraw li din tkun ġusta partikolarment fit-trattament tal-Istati tal-bandiera bi flotot żgħar.

(16)

Ir-regoli u proċeduri għal spezzjonijiet tal-kontroll tal-Istat tal-port, inklużi kriterji għad-detenzjoni tal-vapuri, għandhom ikunu armonizzati biex jassiguraw effiċjenza konsistenti fil-portijiet u l-ankraġġi kollha, li tnaqqas radikalment ukoll l-użu selettiv ta’ ċertu portijiet ta’ destinazzjoni biex tevita x-xibka ta’ kontroll xieraq.

(17)

L-ispezzjonijiet perijodiċi u addizzjonali għandhom jinkludu eżami ta’ setturi preidentifikati għal kull vapur, li jvarjaw skont it-tip ta’ vapur, it-tip ta’ spezzjoni u s-sejbiet tal-ispezzjonijiet tal-kontroll tal-Istat tal-port preċedenti. Il-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet għandha tindika l-elementi biex ikunu identifikati s-setturi ta’ riskju li għandhom jiġu kkontrollati f’kull spezzjoni.

(18)

Ċerti kategoriji ta’ vapuri jippreżentaw perikolu maġġuri ta’ aċċident jew tinġis meta jilħqu ċertu età u għandhom għalhekk ikunu soġġetti għal spezzjoni estiża Id-dettalji ta’ tali spezzjoni estiża għandhom ikunu stabbiliti.

(19)

Taħt is-sistema ta’ spezzjoni stabbilita b’din id-Direttiva, l-intervalli bejn l-ispezzjonijiet perijodiċi fuq il-vapuri jiddependu mill-profil ta’ riskju tagħhom li huwa determinat minn ċerti parametri ġeneriċi u storiċi. Għal vapuri b’riskju għoli dan l-intervall m’għandux jisboq is-sitt xhur.

(20)

Sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-kontroll tal-istat tal-port jingħataw l-informazzjoni dwar il-vapuri fil-portijiet jew ankraġġi, l-awtoritajiet jew l-entitajiet tal-port jew l-awtoritajiet jew l-entitajiet maħturin għal dak il-fini għandhom jgħaddu notifiki dwar il-wasliet tal-vapuri, malli jirċevuhom sa fejn dak ikun possibbli.

(21)

Ċerti vapuri jippreżentaw riskju ċar għas-sikurezza marittima u l-ambjent marittimu minħabba l-kondizzjoni fqira, il-prestazzjoni tal-bandiera u l-istorja tagħhom. Huwa għalhekk leġittimu għall-Komunità li tiddisswadi lil dawk il-vapuri milli jidħlu fil-portijiet u ankraġġi tal-Istati Membri. Iċ-ċaħda ta’ aċċess għandha tkun proporzjonata u tista’ tirriżulta f’ċaħda permanenti ta’ aċċess jekk l-operatur tal-vapur persistentement ma jiħux azzjoni korrettiva minkejja diversi ċaħdiet ta’ aċċess u detenzjonijiet f’portijiet u ankraġġi fil-Komunità. Kull tielet ċaħda ta’ aċċess tista’ titneħħa biss jekk jitwettqu numru ta’ kondizzjonijiet maħsubin biex jiżguraw li l-vapur konċernat jista’ jkun operat b’mod żgur fl-ilmijiet Komunitarji, partikolarment b’rabta mal-Istat tal-bandiera tal-vapur u tal-kumpanija tat-tmexxija. Inkella, l-vapur għandu jiċċaħħad b’mod permanenti l-aċċess għal portijiet u l-ankraġġi tal-Istati Membri. Fi kwalunkwe każ, kull detenzjoni tal-vapur konċernat għandha twassal għal ċaħda permanenti tal-aċċess għal portijiet u l-ankraġġi tal-Istati Membri. Fl-interess tat-trasparenza, il-lista tal-vapuri li jinċaħdilhom l-aċċess għal portijiet u l-ankraġġi fil-Komunità għandha ssir pubblika.

(22)

Bil-ħsieb li jitnaqqas il-piż fuq ċerti amministrazzjonijiet u kumpaniji bi spezzjonijiet ripetuti, stħarriġ taħt id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar sistema ta’ stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu talaneċ ro-ro regolari u servizzi tal-inġenji tal-baħar ta’ veloċità kbira għall-passiġġieri (7), imwettaq fuq laneċ ro-ro jew għall-biċċiet tal-baħar ta’ veloċità qawwija għall-passiġġieri minn Stat ospitanti li mhuwiex l-Istat tal-bandiera tal-bastiment, u li jinkludi tal-inqas l-elementi kollha ta’ spezzjoni mwessgħa għandu jkun ikkunsidrat meta jkunu kalkolati l-profil tar-riskju ta’ vapur, l-intervalli bejn l-ispezzjonijiet u t-twettiq tal-impenn tal-ispezzjoni ta’ kull Stat Membru. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk huwiex adatt li d-Direttiva 1999/35/KE tiġi emendata fil-futur bil-ħsieb li jitjieb il-livell tas-sikurezza meħtieġ għall-operat tal-laneċ ro-ro jew għall-biċċiet tal-baħar ta’ veloċità qawwija għall-passiġġieri lejn u minn portijiet tal-Istati Membri.

(23)

In-non-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjonijiet rilevanti għandha tiġi retifikata. Il-vapuri li jeħtieġu li jkunu soġġetti għal azzjoni korrettiva għandhom, fejn in-nuqqasijiet osservati huma b’mod ċar ta’ periklu għas-sikurezza, is-saħħa jew l-ambjent, jinżammu sa meta jkunu irranġati n-nuqqasijiet.

(24)

Għandu jkun disponibbli dritt ta’ appell kontra deċiżjonijiet għal detenzjoni meħuda minn awtoritajiet kompetenti, biex ma jitħalliex li jittieħdu deċiżjonijiet mhux raġjonevoli li jistgħu jikkawżaw detenzjoni u dewmien mhux dovuti. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma’ xulxin sabiex jiżguraw li l-appelli jiġu ttrattati fi żmien raġonevoli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.

(25)

L-awtoritajiet u l-ispetturi involuti fl-attivitajiet ta’ kontroll tal-Istat tal-port m’għandu jkollhom l-ebda kunflitt ta’ interess mal-port tal-ispezzjoni jew mal-vapuri spezzjonati jew interessi relatati. L-ispetturi għandhom ikunu kwalifikati adegwatament u għandhom jirċievu t-taħriġ adegwat biex iżommu u jtejbu l-kompetenza tagħhom waqt l-ispezzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw fl-iżvilupp u fil-promozzjoni ta’ skema Komunitarja armonizzata għat-taħriġ u l-valutazzjoni tal-kompetenza tal-ispetturi.

(26)

Il-piloti u l-awtoritajiet jew il-korpi tal-port għandhom jipprovdu informazzjoni utli dwar l-anomaliji li jinstabu abbord vapuri.

(27)

Ilmenti minn persuni b’interess leġittimu rigward il-kondizzjonijiet ta’ għajxien u xogħol abbord għandhom ikunu investigati. Kwalunkwe persuna li tressaq ilment għandha tkun infurmata bl-azzjoni ta’ segwitu meħuda fuq dak l-ilment.

(28)

Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u awtoritajiet oħra jew organizzazzjonijiet hija neċessarja biex tiżgura segwitu effettiv dwar vapuri b’nuqqasijiet, li ġew permessi jipproċedu, u għat-tpartit ta’ informazzjoni dwar vapuri fil-port.

(29)

Billi l-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet hija parti essenzjali mill-kontroll mill-Istat tal-port, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li hija tkun aġġornata fid-dawl tal-ħtiġiet Komunitarji.

(30)

Il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar bastimenti u l-operaturi jew il-kumpaniji tagħhom li ma josservawx standards internazzjonali dwar sikurezza, saħħa u protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, filwaqt li jitqiesu d-daqs tal-flotta tal-kumpanniji, tista’ tkun deterrent effettiv li taqta’ qalb ix-shippers milli jużaw dawn il-vapuri u inċentiv għas-sidien biex jieħdu azzjoni korrettiva. Rigward l-informazzjoni li għandha ssir disponibbli, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kollaborazzjoni mill-qrib mal-MOU ta’ Pariġi u tikkunsidra kwalunkwe informazzjoni ppubblikata sabiex tkun evitata duplikazzjoni mhux meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti darba biss.

(31)

L-ispejjeż kollha tal-ispezzjoni ta’ vapuri li ħaqqhom ikunu detenuti, u dawk li jsiru biex titneħħa ċaħda ta’ aċċess, għandhom jitħallsu mis-sid jew mill-operatur.

(32)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-setgħat implimentattivi konferiti fuq il-Kummissjoni (8).

(33)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda din id-Direttiva sabiex jiġu applikati emendi ulterjuri għal konvenzjonijet internazzjonali, protokolli, kodiċijiet u riżoluzzjonijet relatati magħha u li tistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għad-dispożizzjonijet tal-Artikoli 8 u 10. Ġaladarba dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia, billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu addottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(34)

Billi l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri t-tnaqqis ta’ tbaħħir substandard fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri permezz ta’ titjib tas-sistema ta’ spezzjoni tal-Komunità għal vapuri li jbaħħru u l-iżvilupp tal-mezzi biex tittieħed azzjoni preventiva fil-qasam tat-tinġis tal-ibħra, ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tagħha, jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx ‘lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-objettivi.

(35)

L-obbligu li din id-Direttiva tkun trasposta fil-liġi nazzjonali għandu għalhekk ikun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabblin mad-Direttiva 95/21/KE. L-obbligu ta’ traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jirriżulta minn dik id-Direttiva.

(36)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbutin mal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżlin fl-Anness XV, Parti B.

(37)

Is-sistema ta’ kontroll tal-Istat tal-port stabbilita skont din id-Direttiva għandha tiġi implimentata fl-istess data fl-Istati Membri kollha. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jittieħdu l-miżuri ta’ tħejjija xierqa, inkluż l-ittestjar tal-ġabra ta’ data tal-ispezzjonijiet u l-għoti ta’ taħriġ lill-ispetturi.

(38)

Skond il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (9), l-Istati Membri huma inkoraġġuti biex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, l-iskedi tagħhom stess, li juru, safejn huwa possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u li jagħmluhom pubbliċi.

(39)

Sabiex ma jkunx impost piż amminstrattiv disproporzjonat fuq Stati Membri mdawrin bl-art, regola de minimis għandha tippermetti lil tali Stati Membri jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, li jfisser li tali Stati Membri, sakemm jilħqu ċertukriterji, mhumiex obbligati li jittrasponu din id-Direttiva.

(40)

Sabiex jittieħed kont tal-fatt illi d-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi jappartjenu għal żona ġeografika differenti, huma fil-biċċa l-kbira Partijiet għal memoranda oħra reġjonali tal-kontroll tal-Istat tal-port li mhumiex il-MOU ta’ Pariġi u għandhom ċirkolazzjoni tat-traffiku limitati ħafna mal-Ewropa kontinetali, l-Istati Membri konċernati għandhom ikunu permessi li jeskludu dawk il-portijiet mis-sistema tal-kontroll tal-Istat tal-port applikata fil-Komunità.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Skop

L-iskop ta’ din id-Direttiva huwa li tgħin biex jitnaqqas drastikament tbaħħir substandard fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, billi:

(a)

tiżdied il-konformita’ mal-leġislazzjoni internazzjonali u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Komunità dwar is-sikurezza marittima, is-sigurtà marittima, il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u l-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol abbord vapuri tal-bnadar kollha;

(b)

jiġu stabbiliti kriterji komuni għal kontroll ta’ vapuri mill-Istat tal-port u proċeduri ta’ armonizzazzjoni dwar spezzjoni u detenzjoni, u, bi zvilupp fuq it-tagħrif espert u l-esperjenza taħt il-MOU ta’ Pariġi;

(c)

tiġi implimentata fil-Komunità ta’ sistema ta’ kontroll tal-Istat tal-port ibbażata fuq l-ispezzjonijiet imwettqin fil-Komunità u r-reġjun MOU ta’ Pariġi, bl-għan li jkunu spezzjonati l-vapuri kollha bi frekwenza li tiddependi mill-profil tagħhom tar-riskju, b’vapuri li jippreżentaw riskju ogħla jkunu s-soġġett ta’ spezzjoni aktar dettaljata mwettqa f’intervalli aktar frekwenti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijet li ġejjin:

1.

‘Konvenzjonijiet’ tfisser il-Konvenzjonijiet li ġejjin, bil-Protokolli u l-emendi tagħhom u kodiċijiet relatati ta’ status mandatorju, fil-verżjoni aġġornata tagħhom:

(a)

il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji ta’ Merkanzija, 1966 (LL 66);

(b)

il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1974 (SOLAS 74);

(c)

il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tinġis mill-Vapuri, 1973, u l-Protokoll tal-1978 relatat magħha (MARPOL 73/78);

(d)

il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Istandards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Manutenzjoni tal-Għassa għall-Baħħara, 1978 (STCW 78/95);

(e)

il-Konvenzjoni dwar ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta’ Kolliżjonijiet fuq il-Baħar, 1972 (Colreg 72);

(f)

il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunellaġġ tal-Vapuri, 1969 (ITC 69);

(g)

il-Konvenzjoni dwar il-Bastimenti Merkantili (Standards Minimi), 1976 (ILO No 147);

(h)

il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbilità Ċivili għall-Ħsara mit-Tinġis taż-Żejt, 1992 (CLC 92).

2)

‘Il-MOU ta’ Pariġi’ tfisser il-Memorandum dwar il-Ftehim fuq il-Kontroll tal-Istat tal-Port, iffirmat f’Pariġi fis-26 ta’ Jannar 1982, fil-verżjoni aġġornata tiegħu.

3)

‘Il-qafas u l-proċeduri tal-Iskema ta’ Verifika Volontarja tal-Istat Membru tal-IMO’ tfisser ir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea tal-IMO A.974 (24).

4)

‘Reġjun tal-MOU ta’ Pariġi’ tfisser iż-żona ġeografika li fihom il-firmatarji għall-MOU ta’ Pariġi jwettqu spezzjonijiet fil-kuntest tal-MOU ta’ Pariġi.

5)

‘Vapur’ tfisser kull bastiment li jbaħħar li għalih tapplika waħda jew iktar mill-Konvenzjonijiet, li jtajjar bandiera barra minn dik tal-Istat tal-port.

6)

‘Ir-relazzjoni vapur/port’ tfisser l-interazzjonijiet li jseħħu meta vapur ikun direttament u minnufih affettwat minn azzjonijiet li jinvolvu l-moviment ta’ persuni jew oġġetti jew id-dispożizzjoni ta’ servizzi portwali lejn jew mill-vapur.

7)

‘Vapur f’ankraġġ’ tfisser vapur f’port jew żona oħra fil-ġurisdizzjoni ta’ xi port iżda mhux irmiġġat, li jkun qed iwettaq relazzjoni vapur/port.

8)

‘Spettur’ tfisser ħaddiem tas-settur pubbliku jew persuna oħra, debitament awtorizzati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru biex jagħmlu spezzjonijiet ta’ kontroll tal-Istat tal-port, u responsabbli lejn dik l-awtorità kompetenti.

9)

‘Awtorità kompetenti’ tfisser awtorità marittima responsabbli għall-kontroll tal-Istat tal-port skond din id-Direttiva.

10)

‘Bil-lejl’ tfisser kwalunkwe perijodu ta’ mhux inqas minn seba’ sigħat, kif definit mil-liġi nazzjonali, u li għandu jinkludi, fi kwalunkwe każ, il-perijodu bejn nofs il-lejl u l-ħamsa ta’ filgħodu.

11)

‘Spezzjoni inizjali’ tfisser żjara abbord vapur minn spettur, sabiex tkun ikkontrollata l-konformità mal-Konvenzjonijiet u r-regolamenti rilevanti u tinkludi tal-inqas il-kontrolli meħtieġa mill-Artikolu 13(1).

12)

‘Spezzjoni aktar dettaljata’ tfisser spezzjoni fejn il-vapur, it-tagħmir u l-ekwipaġġ tiegħu fis-sħuħija tagħhom jew, kif xieraq, partijiet minmhom ikunu soġġetti, fiċ-ċirkostanzi speċifikati fl-Artikolu 13(3) għal eżami dettaljat li jkopri l-kostruzzjoni tal-vapur, tagħmir, persunal, kondizzjonijiet ta’ għajxien u ta’ xogħol u l-konformità ma’ proċeduri operazzjonali ta’ abbord.

13)

‘Spezzjoni estiża’ tfisser spezzjoni li tkopri bħala minimu l-oġġetti elenkati fl-Anness VII. Spezzjoni estiża tista’ tinkludi spezzjoni aktar dettaljata fejn hemm raġunijiet ċari skond l-Artikolu 13(3).

14)

‘Ilment’ tfisser kwalunkwe informazzjoni jew rapport ippreżentati minn kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni b’interess leġittimu fis-sikurezza tal-vapur, inkluż interess f’perikli għas-sikurezza jew is-saħħa tal-ekwipaġġ tiegħu, għall-kondizzjonijiet tal-għajxien u x-xogħol abbord u għall-prevenzjoni tat-tinġis.

15)

‘Detenzjoni’ tfisser il-projbizzjoni formali ta’ vapur milli jipproċedi lejn il-baħar minħabba nuqqasijiet stabbiliti, li, individwalment jew flimkien, jagħmlu lill-vapur mhux tajjeb għat-tbaħħir.

16)

‘Ordni ta’ rifjut għal aċċess’ tfisser deċiżjoni maħruġa lill-kaptan ta’ vapur, lill-kumpanija responsabbli għall-vapur u lill-Istat tal-bandiera li tinnotifikahom li l-vapur ser jinċaħadlu l-aċċess għall-portijiet u l-ankraġġi Komunitarji kollha.

17)

‘Twaqqif ta’ operazzjoni’ tfisser projbizzjoni formali għal vapur milli jkompli b’operazzjoni minħabba nuqqasijiet stabbiliti li, individwalment jew flimkien, jagħmlu l-kontinwazzjoni tal-operazzjoni perikoluża.

18)

‘Kumpanija’ tfisser is-sid tal-vapur jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra bħall-maniġer, jew il-kerrej tal-vapur bla ekwipaġġ, li jkun assuma r-responsabbiltà għat-tħaddim tal-vapur mingħand sid il-vapur u li meta assuma tali responsabbiltà jkun aċċetta li jieħu f’idejh id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kollha imposti mill-Kodiċi ta’ Ġestjoni Internazzjonali tas-Sikurezza (ISM).

19)

‘Organizzazzjoni Rikonoxxuta’ tfisser kumpanija għall-klassifikazzjoni jew korp privat ieħor, li jwettaq kompiti statutorji f’isem amministrazzjoni ta’ Stat tal-bandiera.

20)

‘Ċertifikat statutorju’ tfisser ċertifikat maħruġ minn jew f’isem Stat tal-bandiera skond Konvenzjonijiet.

21)

‘Ċertifikat ta’ klassifikazzjoni’ tfisser dokument maħruġ minn organizzazzjoni rikonoxxuta li jikkonferma l-konformità mas-SOLAS 74, Kapitolu II-1, Parti A-1, Regolament 3-1.

22)

‘Ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet’ tfisser is-sistema ta’ informazzjoni li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-kontroll tal-Istat tal-port fil-Komunità u li tirrigwarda d-data relatata mal-ispezzjonijiet imwettqa fil-Komunità u fir-reġjun ta’ MOU ta’ Pariġi.

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull vapur u l-ekwipaġġ tiegħu li jieqaf f’port jew f’ankraġġ ta’ Stat Membru biex jiġi impenjat f’relazzjoni vapur/port.

Franza tista’ tiddeċiedi li l-portijiet u l-ankraġġi koperti minn dan il-paragrafu ma jinkludux portijiet u ankraġġi li jinsabu f’dipartiment extra-Ewropew imsemmijin fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat.

Jekk Stat Membru jwettaq spezzjoni ta’ vapur f’ilmijiet fil-ġurisdizzjoni tiegħu, barra minn f’port, għandha tkun ikkunsidrata bħala spezzjoni għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

Xejn f’dan l-Artikolu ma jaffettwa d-drittijiet ta’ intervent disponibbli lil Stati Membri taħt il-konvenzjonijiet rilevanti.

L-Istati Membri li m’għandhomx portijiet marittimi u li jistgħu jivverifikaw li min-numru totali ta’ bastimenti individwali li jidħlu annwalment matul perijodu tat-tliet snin preċedenti fil-portijiet tax-xmajjar tagħhom, inqas minn 5 % ikunu vapuri koperti minn din id-Direttiva, jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri li m’għandhomx portijiet marittimi għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-aktar tard sad-data tat-traspożizzjoni tad-Direttiva n-numru totali ta’ bastimenti u n-numru ta’ vapuri li jidħlu fil-portijiet tagħhom waqt il-perijodu ta’ tliet snin imsemmi hawn fuq u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sussegwenti għaċ-ċifri msemmijin hawn fuq.

2.   Meta t-tunnellaġġ gross ta’ vapur ikun ta’ inqas minn 500, l-Istati Membri għandhom japplikaw dawk il-ħtiġiet ta’ Konvenzjoni rilevanti li huma applikabli u safejn ma tapplikax Konvenzjoni, jieħdu dawk l-azzjonijiet li jkunu meħtieġa biex jiżguraw li l-vapuri konċernati mhumiex kjarament perikolużi għas-sikurezza, is-saħħa u l-ambjent. Fl-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom ikunu gwidati minn Anness 1 għall-MOU ta’ Pariġi.

3.   Meta jispezzjonaw vapur li jkun ittajjar bandiera ta’ Stat li ma rratifikax il-Konvenzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trattament ta’ dan il-vapur u l-ekwipaġġ tiegħu ma jkunx aktar favorevoli għal dak ta’ vapur li jtajjar bandiera ta’ Stat parti f’dik il-Konvenzjoni.

4.   Bastimenti tas-sajd, vapuri tal-gwerra, awżiljarji navali, vapuri b’binja primittiva użati għal skopijiet mhux kummerċjali u jottijiet tad-divertiment li mhumiex użati għan-negozju għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 4

Setgħat tal-ispezzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex ikunu legalment intitolati iwettqu l-ispezzjonijet imsemmija f’din id-Direttiva abbord vapuri barranin f’konformita’ mal-liġi internazzjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom ikollhom awtoritajiet kompetenti xierqa, li lilhom għandu jiġi assenjat in-numru meħtieġ ta’ persunal, b’mod partikolari ta’ spetturi kkwalifikati, għall-ispezzjoni tal-vapuri, pereżempju permezz ta’ reklutaġġ, u għandhom jieħdu dawk il-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-ispetturi iwettqu d-dmirijiet tagħhom kif stabbilit f’din id-Direttiva u b’mod partikolari li jkunu disponibbli biex iwettqu l-ispezzjonijiet meħtiġin skond din id-Direttiva.

Artikolu 5

Sistema ta’ spezzjoni u impenn annwali ta’ spezzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet skond l-iskema għas-selezzjoni deskritta fl-Artikolu 12 u d-dispożizzjonijiet fl-Anness I.

2.   Sabiex ikun konformi mal-impenn annwali ta’ spezzjoni, kull Stat Membru għandu

(a)

jispezzjona l-vapuri ta’ Prijorità I, kif imsemmi fl-Artikolu 12 (a), li jidħlu fil-portijiet jew l-ankraġġi tiegħu, u

(b)

iwettaq annwalment għadd totali tal-ispezzjonijiet abbażi tal-vapuri ta’ Prijorità I u ta’ ta’ Prijorità II, imsemmija fl-Artikolu 12(a) u (b), li jikkorrispondi tal-inqas ma’ sehmu min-numru totali ta’ spezzjonijiet li għandhom jitwettqu annwalment fil-Komunità u fir-reġjun MOU ta’ Pariġi. Is-sehem ta’ spezzjoni ta’ kull Stat Membru kkonċernat fir-rigward tas-somma tan-numru ta’ vapuri individwali li jidħlu fil-portijiet ta’ kull Stat fil-Komunità u fir-reġjun MOU ta’ Pariġi.

3.   Bil-ħsieb li jkun kalkulat is-sehem min-numru totali ta’ spezzjonijiet li għandhom jitwettqu annwalment fil-Komunità u fir-reġjun MOU ta’ Pariġi msemmi fil-punt (b) ta’ paragrafu 2, il-vapuri f’ankraġġi m’għandhomx jingħaddu ħlief jekk jingħad mod ieħor mill-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 6

Modalitajiet tal-konformità mal-impenn ta’ spezzjoni

Stat Membru li jonqos li jwettaq l-ispezzjonijiet meħtieġa fl-Artikolu 5(2)(a), jikkonforma mal-impenn tiegħu skond dik id-dispożizzjoni jekk tali spezzjonijiet li ma sarux ma jaqbżux:

(a)

5 % tan-numru totali ta’ vapuri ta’ Prijorità I bi profil ta’ riskju għoli li jżuru l-portijiet u l-ankraġġi tiegħu,

(b)

10 % tan-numru totali ta’ vapuri ta’ Prijorità I minn barra dawk ta’ profil ta’ riskju għoli li jżuru l-portijiet u l-ankraġġi tiegħu.

Minkejja l-persentaġġi f’(a) u (b), l-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw spezzjoni ta’ vapuri, li, skond l-informazzjoni fornuta mil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet, iżuru l-portijiet fil-Komunità b’mod mhux frekwenti.

Minkejja l-persentaġġi f’(a) u (b), għal vapuri ta’ Prijorità I li jmorru f’ankoraġġi, l-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw spezzjoni ta’ vapuri bi profil ta’ riskju għoli li, skond l-informazzjoni fornuta mil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet, iżuru mhux sikwit il-portijiet fil-Komunità.

Artikolu 7

Modalitajiet li jippermettu ishma ta’ spezzjoni bilanċjati fil-Komunità

1.   Stat Membru li fih in-numru totali ta’ żjarat ta’ vapuri ta’ Prijorità I jisboq is-sehem ta’ spezzjoni tiegħu imsemmi fl-Artikolu 5(2)(b), għandu jiġi kkunsidrat konformi ma’ tali impenn, jekk numru ta’ spezzjonijiet fuq vapuri ta’ Prijorità I imwettqa mill-Istat Membru jikkorrispondi tal-inqas mas-sehem ta’ spezzjoni u jekk dak l-Istat Membru ma jħallix barra aktar minn 30 % tan-numru totali ta’ vapuri ta’ Prijorità I li jżuru l-portijiet u l-ankraġġi tiegħu.

2.   Stat Membru, li fih in-numru totali ta’ żjarat ta’ vapuri ta’ Prijorità I u ta’ Prijorità II huwa inqas mis-sehem ta’ spezzjoni msemmi fl-Artikolu 5(2)(b), għandu jiġi kkunsidrat konformi ma’ tali impenn, jekk dak l-Istat Membru iwettaq l-ispezzjonijiet tal-vapuri ta’ Prijorità I meħtieġa skond l-Artikolu 5(2)(a) u spezzjonijiet tal-inqas ta’ 85 % tan-numru totali tal-vapuri ta’ Prijorità II li jżuru l-portijiet u l-ankraġġi tiegħu.

3.   Il-Kummissjoni għandha, fir-reviżjoni tagħha msemmija fl-Artikolu 35, teżamina b’mod partikolari l-impatt ta’ dan l-Artikolu fuq l-impenn ta’ spezzjoni, filwaqt li tqis l-ispeċjalizzazzjoni u l-esperjenza magħmula fil-Komunità u taħt il-MOU ta’ Pariġi. Ir-reviżjoni għandha tqis l-għan li jkunu spezzjonati l-vapuri kollha li jżuru l-portijiet u l-ankraġġi fil-Komunità. Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri kumplimentari bil-ħsieb li tittejjeb l-effettività tas-sistema ta’ spezzjoni applikata fil-Komunità, u jekk meħtieġ, reviżjoni ġdida tal-impatt ta’ dan l-Artikolu fi stadju ulterjuri.

Artikolu 8

Posponiment ta’ spezzjonijiet u cirkostanzi eċċezzjonali

1.   Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jipposponi l-ispezzjoni ta’ vapur ta’ Prijorità I fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

jekk l-ispezzjoni tista’ titwettaq fiż-żjara li jmiss tal-vapur fl-istess Stat Membru, kemm-il darba l-vapur ma jżurx kwalunkwe port ieħor fil-Komunità jew fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi bejn iż-żewġ żjarat u l-posponiment ma jkunx ta’ aktar minn 15-il jum, jew

(b)

jekk l-ispezzjoni tista’ titwettaq f’port ieħor ta’ żjara fil-Komunità jew fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi fi żmien 15-il jum, previst li l-Istat li fih jinsab it-tali port ta’ żjara qabel minn qabel li jwettaq l-ispezzjoni.

Jekk spezzjoni tkun posposta skond il-punti (a) jew (b) u rreġistrata fil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet, spezzjoni maqbuża m’għandhiex tingħadd bħala spezzjoni maqbuża kontra l-Istati Membri li pposponew l-ispezzjoni.

Madankollu, fejn ma titwettaqx spezzjoni ta’ vapur ta’ Prijorità I, il-vapur relevanti m’għandux ikun eżentat milli jkun spezzjonat fil-port ta’ żjara li jmiss fil-Komunità skont din id-Direttiva.l-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet.

2.   Fejn spezzjoni ma tiġix imwettqa fuq vapuri ta’ Prijorità I għal raġunijiet operattivi, din m’għandhiex tingħadd bħala spezzjoni maqbuża, u dan sakemm r-raġuni għaliex intilfet l-ispezzjoni hija reġistrata fil-l-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijietĠabra ta’ data għall-ispezzjonijietu jekk iseħħu ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li ġejjin:

(a)

fil-ġudizzju tal-awtorità kompetenti t-twettiq tal-ispezzjoni joħloq riskju għas-sikurezza tal-ispetturi, tal-vapur, tal-ekwipaġġ tiegħu jew tal-port jew tal-ambjent tal-baħar, jew

(b)

iż-żjara tal-vapur issir biss waqt il-lejl. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-vapuri li jżuru regolarment waqt il-lejl jiġu spezzjonati kif adatt.

3.   Jekk ma titwettaqx spezzjoni fuq vapur f’ankraġġ, hija m’għandhiex tingħadd bħala spezzjoni maqbuża jekk:

(a)

il-vapur ikun spezzjonat f’port jew ankraġġ ieħor fil-Komunità jew fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi skond l-Anness I fi żmien 15-il jum, jew

(b)

iż-żjara tal-vapur issir biss matul il-lejl jew id-durazzjoni tagħha hija qasira wisq biex l-ispezzjoni ssir b’mod sodisfaċenti, u r-raġuni għat-telfa tal-ispezzjoni tiġi rreġistrata fil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet, jew

(c)

fil-ġudizzju tal-awtorità kompetenti t-twettiq tal-ispezzjoni joħloq riskju għas-sikurezza tal-ispetturi, tal-vapur, tal-ekwipaġġ tiegħu jew tal-port jew tal-ambjent tal-baħar, u r-raġuni għat-telfa tal-ispezzjoni tiġi rreġistrata fill-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet.

4.   Il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, relatati mar-regoli ta’ implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu addottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 31(3).

Artikolu 9

Notifika ta’ wasla ta’ vapuri

1.   L-operatur, l-aġent jew il-kaptan ta’ vapur, li skond l-Artikolu 14 ikun eliġibbli għal spezzjoni estiża u li jkun sejjer f’port jew f’ankraġġ ta’ Stat Membru għandu jinnotifika l-wasla tiegħu skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III.

2.   Malli tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità (10), l-awtorità tal-port jew il-korp jew l-awtorità maħturin għal dik il-fini għandhom jgħaddu tali informazzjoni lill-awtorità kompetenti.

3.   Fejn huwa possibbli għandhom jintużaw il-mezzi elettroniċi għal-kwalunkwe komunikazzjoni prevista f’dan l-Artikolu.

4.   Il-proċeduri u l-formoli żviluppati minnStati Membri għall-finijiet tal-Anness III ta’ din id-Direttiva għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fid-Direttiva 2002/59/KE rigward in-notifiki tal-vapuri.

Artikolu 10

Profil ta’ riskju tal-vapuri

1.   Fil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet, il-vapuri kollha li jżuru port jew ankraġġ ta’ Stat Membru għandhom jingħataw profil ta’ riskju tal-vapuri li jiddetermina l-prijorità rispettiva tagħhom għal spezzjoni, l-intervalli bejn l-ispezzjonijiet u l-ambitu tal-ispezzjonijiet.l-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet.

2.   Il-profil tar-riskju ta’ vapur għandu jiġi determinat b’kombinazzjoni ta’ parametri tar-riskju ġeneriċi u storiċi kif ġej:

(a)

Parametri ġeneriċi

Il-parametri ġeneriċi għandhom ikunu bbażati fuq it-tip, l-età, il-bandiera, l-organizzazjonijiet rikonoxxuti involuti u l-prestazzjoni tal-kumpanija skond l-Anness I, parti I.1 u l-Anness II.

(b)

Parametri storiċi

Il-parametri storiċi għandhom ikunu bbażati fuq numru ta’ nuqqasijiet u detenzjonijiet matul perijodu partikolari skond l-Anness I, parti I.2 u l-Anness II.

3.   Il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, relatati mar-regoli ta’ implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari:

(a)

il-kriterji ta’ Stat tal-bandiera,

(b)

il-kriterji tal-prestazzjoni ta’ kumpanija

għandhom jiġu addottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 31(3) b’bini fuq it-tagħrif espert tal-MOU ta’ Pariġi.

Artikolu 11

Frekwenza ta’ spezzjonijiet

Il-vapuri li jżuru portijiet jew ankraġġi fil-Komunità għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet perijodiċi jew spezzjonijiet addizzjonali kif ġej:

(a)

Il-vapuri għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet perijodiċi f’intervalli predeterminati skond il-profil tar-riskju tagħhom skond l-Anness I, parti I. L- intervall bejn l-ispezzjonijiet perijodiċi għandu jiżdied jekk jonqos ir-riskju. Għal vapuri b’riskju għoli, dan l-intervall m’għandux jisboq is-sitt xhur.

(b)

Il-vapuri għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet addizzjonali irrispettivament mill-perijodu meta kellhom l-aħħar spezzjoni perijodika tagħhom kif ġej:

l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-vapuri li għalihom japplikaw il-fatturi prominenti elenkati fl-Anness I, parti II 2A, għandhom ikunu spezzjonati.

Il-vapuri li għalihom japplikaw il-fatturi mhux mistennijin elenkati fl-Anness I, parti II 2B, jistgħu jiġu spezzjonati. Id-deċiżjoni biex issir tali spezzjoni addizzjonali titħalla għall-ġudizzju professjonali tal-awtorità kompetenti.

Artikolu 12

Għażla ta’ vapuri għal spezzjoni

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-vapuri jkunu magħżulin għal spezzjoni abbażi tal-profil tar-riskju tagħhom kif deskritt fl-Anness I, parti I, u fejn ifiġġu fatturi prominenti jew mhux mistennijin skond l-Anness I, parti II 2A u 2B.

Bil-ħsieb tal-ispezzjoni ta’ vapuri, l-awtorità kompetenti:

(a)

għandha tagħżel vapuri li waslu għal spezzjoni mandatorja, imsemmijin bħala vapuri ta’ ‘Prijorità I’, skond l-iskema ta’ għażla deskritta fl-Anness I, parti II 3A.

(b)

tista’ tagħżel liema vapuri huma eliġibbli għal spezzjoni, imsemmijin bħala vapuri ta’ ‘Prijorità II’, skond l-Anness I, parti II 3B.

Artikolu 13

Spezzjonijiet inizjali u aktar dettaljati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vapuri magħżulin għal spezzjoni skond l-Artikolu 12 huma soġġetti għal spezzjoni inizjali jew spezzjoni aktar dettaljata kif ġej:

1.

ma’ kull spezzjoni inizjali ta’ vapur, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-ispettur, bħala minimu:

(a)

jikkontrolla ċ-ċertifikati u d-dokumenti elenkati fl-Anness IVmeħtieġa li jinżammu abbord skond il-leġislazzjoni marittima Komunitarja u l-Konvenzjonijiet marbutin mas-saħħa u s-sigurtà;

(b)

jivverifika, fejn ikun xieraq, jekk nuqqasijiet prominenti misjuba waqt l-ispezzjoni preċedenti mwettqa minn Stat Membru ieħor jew minn Stat li jkun parti fil-MOU ta’ Pariġi ġewx rettifikati;

(c)

ikun sodisfatt bil-kondizzjoni in ġenerali tal-vapur, inkluża l-iġjene tal-vapur, inkluża l-kamra tal-magna u l-akkomodazzjoni.

2.

Meta, wara spezzjoni msemmija fil-punt 1, in-nuqqasijiet li jridu jiġu rettifikati fl-ewwel port li jidħol fih kienu reġistrati fidl-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet, l-awtorità kompetenti ta’ dan l-ewwel port li jidħol fih tista’ tiddeċiedi li ma twettaqx il-verifiki msemmijin fil-punt 1(a) u (c).

3.

Għandha titwettaq spezzjoni aktar dettaljata, inkluż aktar kontroll ta’ konformità mal- ħtiġiet operattivi ta’ abbord, kull meta hemm raġunijiet biex taħseb, wara l-ispezzjoni riferuta fil-punt 1, li l-kondizzjoni tal-vapur jew ta’ tagħmir tiegħu jew ekwipaġġ ma jissodisfax sostanzjalment il-ħtiġiet rilevanti ta’ Konvenzjoni.

‘Raġunijiet ċari’ għandhom jeżistu meta l-ispettur isib evidenza li fil-ġudizzju professjonali tiegħu teħtieġ spezzjoni aktar dettaljata tal-vapur, it-tagħmir jew l-ekwipaġġ tiegħu.

Eżempji ta’ ‘raġunijiet ċari’ huma stabbiliti fl-AnnessV.

Artikolu 14

Spezzjonijiet estiżi

1.   Il-kategoriji li ġejjin ta’ vapuri huma eliġibbli għal spezzjoni estiża skond l-Anness I, parti II 3A u 3B:

Vapuri bi profil għoli ta’ riskju,

Vapuri tal-passiġġieri, tankers taż-żejt, tankers tal-gass jew kimiċi jew trasportaturi ta’ merkanzija mhux imballata, li għandhom aktar minn 12-il sena,

Vapuri bi profil ta’ riskju għoli jew vapuri tal-passiġġieri, tankers taż-żejt, tankers tal-gass jew tal-kimiki jew trasportaturi ta’ merkanzija mhux imballata, li għandhom aktar minn 12-il sena, f’każijiet ta’ fatturi spikkanti jew mhux mistennijin,

Vapuri soġġetti għal rispezzjoni wara ċaħda ta’ ordni ta’ aċċess maħruġa skond l-Artikolu 16.

2.   L-operatur jew il-kaptan tal-vapur għandu jiżgura li hemm biżżejjed ħin disponibbli fl-iskeda tal-operat biex l-ispezzjoni estiża tkun tista’ titwettaq.

Bla ħsara għall-miżuri ta’ kontroll meħtieġa għal finijiet ta’ sigurtà, il-vapur għandu jibqa’ fil-port sakemm titlesta l-ispezzjoni.

3.   Meta tirċievi prenotifika fornuta minn vapur eliġibbli għal spezzjoni estiża perjodika, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-vapur jekk ma tkun se titwettaq l-ebda spezzjoni estiża.

4.   Il-fini ta’ spezzjoni estiża, inklużi l-oqsma ta’ riskju li għandhom ikunu koperti, huwa mniżżel fl-Anness VII. Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċeduri imsemmija fl-Artikolu 31(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni tal-Anness VII.

Artikolu 15

Linji gwida u proċeduri għas-sikurezza u s-sigurtà

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi tagħhom isegwu l-proċeduri u l-linji gwida speċifikati fl-Anness VI.

2.   Rigward il-kontrolli tas-sigurtà, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċeduri rilevanti stabbiliti fl-Anness VI ta’ din id-Direttiva għall-vapuri kollha msemmijin fl-Artikoli 3(1), 3(2) u 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) li jżuru l-portijiet u l-ankraġġi tagħhom, ħlief jekk dawn itajru l-bandiera tal-Istat tal-port tal-ispezzjoni.

3.   Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva rigward spezzjonijiet estiżi għandhom japplikaw għal laneċ ro-ro u biċċiet tal-baħar ta’ veloċità qawwija għall-passiġġieri imsemmija fl-Artikolu 2 a) u b) tad-Direttiva 1999/35/KE.

Meta vapur ikun ġie sorveljat skond l-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 1999/35/KE minn Stat ospitanti li mhuwiex l-Istat tal-bandiera tal-vapur, tali stħarriġ speċifiku għandu jiġireġistrat bħala spezzjoni aktar dettaljata jew estiża, kif rilevanti, fil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijietl-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet u meħud kont tiegħu għall-finijiet tal-Artikoli 10, 11 u 12 ta’ din id-Direttiva u għall-kalkolu tat-twettiq tal-impenn ta’ spezzjoni ta’ kull Stat Membru sakemm ikunu koperti l-punti kollha msemmijin fl-Anness VII ta’ din id-Direttiva.

Mingħajr preġudizzju għal prevenzjoni ta’ operat talanċa ro-ro jew ta’ biċċa tal-baħar ta’ veloċità qawwija għall-passiġġieri deċiża skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 1999/35/KE, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva rigward rettifikazzjoni ta’ nuqqasijiet, detenzjoni, ċaħda ta’ aċċess, segwitu ta’ spezzjonijiet, detenzjonijiet u ċaħda ta’ aċċess, skond kif jixraq, għandhom japplikaw.

4.   Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2), tadotta r-regoli għall-implimentazzjoni armonizzata tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 16

Miżuri ta’ ċaħda ta’ aċċess għal ċerti vapuri

1.   Stat Membru għandu jiżgura li kwalunkwe vapur li

itajjar il-bandiera tal-Istat li r-rata tad-detenzjoni tiegħu taqa’ taħt il-lista sewda, adottata skond il-MOU ta’ Pariġi abbażi ta’ informazzjoni rreġistrata fil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet u kif ippubblikata annwalment mill-Kummissjoni, u li tkun inħarġitlu prevenzjoni ta’ ordni ta’ operat skond id-Direttiva 1999/35/KE għal aktar minn darbtejn waqt is-36 xahar li għaddew f’port jew f’ankraġġ ta’ Stat Membru jew ta’ Stat firmatarju tal-MOU ta’ Pariġi; jew il-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet

itajjar il-bandiera ta’ Stat li r-rata tad-detenzjoni tiegħu taqa’ taħt il-lista l-griża, adottata skond il-MOU ta’ Pariġi abbażi ta’ informazzjoni rreġistrata fil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijietl-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet u kif ippubblikata annwalment mill-Kummissjoni, u li tkun inħarġitlu prevenzjoni ta’ ordni ta’ operat skond id-Direttiva 1999/35/KE għal aktar minn darbtejn waqt l-24 xahar li għaddew f’port jew f’ankraġġ ta’ Stat Membru jew ta’ Stat firmatarju tal-MOU ta’ Pariġi,

huwa miċħud aċċess għall-portijiet u ankraġġi tiegħu, ħlief fis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 21(6).

Iċ-ċaħda għall-aċċess għandha ssir applikabbli malli l-vapur iħalli l-port jew ankraġġ fejn ikun ġie soġġett għat-tielet detenzjoni u fejn tkun inħarġet ċaħda ta’ ordni ta’ aċċess.

2.   Iċ-ċaħda ta’ ordni ta’ aċċess għandha titneħħa biss wara li jkun għadda perijodu ta’ tliet xhur mid-data tal-ħruġ u meta l-kondizzjonijiet fil-paragrafi 3 sa 9 tal-Anness VIII ikunu ntlaħqu.

Jekk il-vapur huwa soġġett għat-tieni ċaħda ta’ aċċess, il-perijodu għandu jkun ta’ tnax-il xahar.

3.   Kwalunkwe detenzjoni sussegwenti f’port jew f’ankraġġ fil-Komunità għandha tirriżulta f’li l-vapur jinċaħadlu indefinittivament aċċess għal kwalunkwe port jew ankraġġ fil-Komunità. Din it-tielet ċaħda ta’ aċċess tista’ titneħħa wara jkun għadda perijodu ta’ 24 xahar mill-ħruġ tal-ordni u biss jekk:

il-vapur itajjar il-bandiera tal-Istat li r-rata tad-detenzjoni tiegħu ma taqax la fil-lista s-sewda u lanqas fil-lista l-griża msemmijin fil-paragrafu 1,

iċ-ċertifikati statutorji u ta’ klassifikazzjoni tal-vapur huma maħruġa minn organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet magħrufa taħt ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri (12) (tfassil mill-ġdid),

il-vapur huwa ġestit minn kumpanija bi prestazzjoni għolja skond l-Anness I, parti I.1, u

jintlaħqu l-kondizzjonijiet fil-paragrafi 3 sa 9 tal-Anness VIII.

Kull vapur li ma jilħaqx il-kriterji speċifikati f’dan il-paragrafu, wara li jkunu għadda l-perijodu ta’ 24 xahar mill-ħruġ tal-ordni, għandu jiġi miċħud permanentement l-aċċess għal kull port u ankraġġ fil-Komunità.

4.   Kull detenzjoni sussegwenti f’port jew f’ankraġġ fil-Komunità wara t-tielet ċaħda ta’ aċċess għandha twassal għal ċaħda permanenti tal-aċċess għal portijiet u l-ankraġġi fil-Komunità.

5.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-proċeduri stabbiliti fl-Anness VIII.

Artikolu 17

Ir-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan

Malli titlesta spezzjoni, spezzjoni aktar dettaljata jew spezzjoni aktar fil-fond, l-ispettur għandu jħejji rapport skond l-Anness IX. Il-Kaptan tal-vapur għandu jingħata kopja tar-rapport tal-ispezzjoni.

Artikolu 18

Ilmenti

L-ilmenti kollha għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni inizjali ta’ malajr mill-awtorità kompetenti. Din l-evalwazzjoni tippermetti li jkun iddeterminat jekk ilment huwiex iġġustifikat.

Jekk dak ikun il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjoni meħtieġa dwar l-ilment, b’mod partikulari, billi tiżgura li kwalunkwe persuna kkonċernata minn dak l-ilment ikollha il-possibilità li tressaq l-fehmiet tagħha.

Fejn l-awtorità kompetenti tqis li l-ilment huwa manifestament bla bażi, hija għandha tinforma lill-ilmentatur bid-deċiżjoni tagħha u bir-raġunijiet għaliha.

L-identità tal-persunali tilmenta m’għandhiex tkun mikxufa lill-kaptan jew lil sid il-vapur tal-vapur ikkonċernat. L-ispettur għandu jiżgura l-kunfidenzjalità waqt kwalunkwe kollokji magħmulin lill-membri tal-ekwipaġġ.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera b’kopja lill-Organizzazzjoni Internazzjoni tax-Xogħol (ILO) jekk adatt, ta’ ilmenti mhux manifestament bla bażi u b’azzjonijiet ta’ segwitu meħudin.

Artikolu 19

Rettifikazzjoni u detenzjoni

1.   L-awtorità kompetenti għandha tkun sodisfatta li kull nuqqas ikkonfermat jew mikxuf mill-ispezzjoni msemmija, ġie jew sa jiġi, rretifikat skond il-Konvenzjonijiet.

2.   F’każ ta’ nuqqasijiet illi diġà huma perikolużi għas-sikurezza, is-saħħa jew l-ambjent, l-awtorità kompetenti tal-Istat tal-port fejn qiegħed jiġi spezzjonat il-vapur għandha tiżgura li l-vapur miżmum jew li l-operazzjoni li matulha ġew irrappurtati n-nuqqasijiet twaqqfet. L-ordni ta’ detenzjoni jew twaqqif ta’ operazzjoni ma tiqafx sakemm jitneħħa l-perikolu jew sakemm din l-awtorità tista’ tistabbilixxi illi l-vapur jista’ jkun soġġett għal kondizzjonijiet meħtieġa, jipproċedi lejn il-baħar jew titkompla l-operazzjoni mingħajr riskju għas-sikurezza u s-saħħa tal-passiġġieri jew l-ekwipaġġ, jew riskju lil vapuri oħra, jew mingħajr ma hemm theddida mhux raġjonevoli lill-ambjent tal-baħar.

3.   Waqt l-eżerċizzju tal-ġudizzju professjonali tiegħu dwar jekk vapur għandux jinżamm jew le, l-ispettur għandu japplika l-kriterji stabbiliti fl-Anness X.

4.   Jekk l-ispezzjoni turi li l-vapur mhuwiex mgħammar b’reġistratur, tat-tagħrif dwar il-vjaġġ li jkun jiffunzjona meta l-użu ta’ tali reġistratur huwa obbligatorju skond id-Direttiva 2002/59/KE, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-vapur jinżamm.

Jekk tali nuqqas ma jkunx jista’ jiġi rettifikat malajr fil-port tad-detenzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ jew tippermetti li l-vapur jipproċedi għall- baċir adatt għat-tiswija li jkun l-eqreb għall-port tad-detenzjoni fejn dan jista’ jiġi rettifikat mill-aktar fis jew tesiġi li n-nuqqas jiġi rettifikat matul perijodu massimu ta’ 30 jum, kif previst fil-linji gwida żviluppati fil-MOU ta’ Pariġi. Għal dawn il-finijiet għandhom jgħoddu l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 21.

5.   F’ċirkostanżi eċċezzjonali, fejn il-kondizzjoni tal-vapur inġenerali hija ovvjament sottostandard, l-awtorità kompetenti tista’ tissospendi l-ispezzjoni ta’ dak il-vapur sakemm il-partijiet responsabbli jieħdu l-passi meħtieġa biex jassiguraw li tkun konformi ma’ rekwiżiti rilevanti tal-Konvenzjonijiet.

6.   Fl-eventwalita’ ta’ detenzjoni, l-awtorità kompetenti għandha minnufih tavża, bil-miktub u tinkludi r-rapport tal-ispezzjoni, lill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera jew, meta dan ma jkunx possibbli, il-Konslu jew, fin-nuqqas tiegħu, l-eqreb rappreżentant diplomatiku ta’ dak l-Istat, dwar iċ-ċirkostanzi kollha li minħabba fihom tkun qieset li l-intervent kien meħtieġ. B’żieda ma’ dan, periti maħtura jew organizzazzjonijiet rikonoxxuti responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati tal-klassifikazzjoni jew ċertifikati statutorji skond il-Konvenzjonijiet għandhom ukoll jiġu nnotifikati fejn dan huwa rilevanti.

7.   Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti addizzjonali tal-Konvenzjonijiet li jikkonċernaw proċeduri ta’ notifikazzjoni u rappurtaġġ dwar kontroll tal-Istat tal-port.

8.   Meta l-kontroll tal-Istat tal-port jkun qed jiġi eżerċitat taħt din id-Diretttiva, għandhom isiru l-isforzi kollha possibbli biex ikun evitat li vapur jinżamm jew jiddewwem ta’ xejn. Jekk vapur jinżamm jew jiddewwem ta’ xejn, is-sid jew l-operatur ikun intitolat għal kumpens għal kull ħsara jew telf li jiġġarrab. F’xi każ ta’ allegazzjoni ta’ detenzjoni mhux meħtieġa jew dewmien, l-oneru tal-prova jkun tas-sid jew operatur tal-vapur.

9.   Sabiex titħaffef il-konġestjoni f’port, awtorità kompetenti tista’ tippermetti li vapur miżmum jiċċaqlaq għal parti oħra tal-port jekk dan huwa sigur. Madankollu, ir-riskju ta’ konġestjoni f’port m’għandhiex tkun kunsiderazzjoni meta ssir deċiżjoni dwar detenzjoni jew rilaxx minn detenzjoni.

L-awtoritajiet jew korpi tal-port għandhom jikkooperaw mal-awtorità kompetenti bil-ħsieb li jiffaċilitaw l-akkomodazzjoni ta’ vapuri miżmumin.

10.   Meta jinħareġ ordni ta’ detenzjoni, l-awtoritajiet jew l-entitajiet tal-port għandhom jiġu infurmati mill-aktar fis possibbli.

Artikolu 20

Dritt ta’ appell

1.   Is-sid jew l-operatur ta’ vapur jew ir-rappreżentant tiegħu fl-Istat Membru għandu jkollu dritt għall-appell kontra deċiżjoni ta’ detenzjoni jew ċaħda ta’ aċċess meħuda mill-awtorità kompetenti. Appell m’għandux iġib is-sospensjoni tad-detenzjoni jew taċ-ċaħda tal-aċċess.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jwaqqfu proċeduri adatta għal dan l-iskop skond il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tinforma b’mod xieraq lill-kaptan tal-vapur imsemmi fil-paragrafu 1 dwar id-dritt ta’ appell u l-arranġamenti prattiċi marbuta miegħu.

4.   Meta, bħala riżultat ta’ appell jew ta’ talba magħmula mis-sid jew mill-operatur ta’ vapur jew mir-rappreżentant tiegħu, detenzjoni jew ċaħda ta’ ordni ta’ aċċess huma revokati jew emendati:

(a)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijietl-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet hija emendata għaldaqstant mingħajr dewmien,

(b)

l-Istat Membru fejn id-detenzjoni jew iċ-ċaħda ta’ ordni ta’ aċċess inħarġu għandu, fi żmien 24 siegħa minn tali deċiżjoni, jiżgura li l-informazzjoni ppubblikata skond l-Artikolu 26 hija rettifikata.

Artikolu 21

Segwitu ta’ spezzjonijiet u detenzjonijiet

1.   Fejn nuqqasijiet kif imsemmija fl-Artikolu 19(2) ma jistgħux jiġu rettifikati fil-port tal-ispezzjoni, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru tista’ tħalli l-vapur konċernat biex jipproċedi mingħajr dewmien mhux dovut lejn il-baċir tat-tiswija il-port tad-detenzjoni fejn tista’ tittieħed azzjoni ta’ segwitu, kemm jitħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera u aċċettati minn dak l-Istat Membru. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jiżguraw li l-vapur jista’ jipproċedi mingħajr riskju għas-sikurezza u s-saħħa tal-passiġġieri jew l-ekwipaġġ, jew riskju lill-vapuri oħra, jew mingħajr ma jkun hemm theddida mhux raġjonevoli ta’ ħsara għall-ambjent tal-baħar.

2.   Fejn id-deċiżjoni li vapur jintbagħat f’baċir għat-tiswija hija dovuta għal nuqqas ta’ konformità mar-Riżoluzzjoni IMO A.744(18), jew minħabba d-dokumentazzjoni tal-vapur jew minħabba diffetti u nuqqasijiet strutturali tal-vapur, l-awtorità kompetenti tista’ titlob li l-kejl tal-ħxuna meħtieġ jitwettaq fil-port tad-detenzjoni qabel ma l-vapur jitħalla jsalpa.

3.   Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fil-port ta’ spezzjoni tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat fejn tkun qiegħda t-tarzna, il-partijiet imsemmija fl-Artikolu 19(6) u kull awtorità oħra kif xieraq tal-kondizzjonijiet kollha għall-vjaġġ.

L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li tirċievi din in-notifika għandha tinforma lill-awtorità li nnotifikata bl-azzjoni li ttieħdet.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li jiċċaħħad l-aċċess għal kwalunkwe port jew ankraġġ fil-Komunità huwa miċħud lill-vapuri msemmijin fil-paragrafu 1 li jitilqu biex ibaħħru:

(a)

mingħajr ħarsien tal-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fil-port ta’ spezzjoni; jew

(b)

li jirrifjutaw li josservaw ir-rekwiżiti applikabbli tal-Konvenzjonijiet billi ma jmorrux fit-tarzna indikata.

Tali ċaħda għandha tinżamm sakemm is-sid jew l-operatur jipproduċu evidenza għas-sodisfazzjon tal-Istat Membru fejn instab li l-vapur kien difettuż, li turi li l-vapur jikkonforma bis-sħiħ mar-rekwiżiti applikabbli tal-Konvenzjonijiet.

5.   Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 4 (a), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn instab difettuż il-vapur għandha tinfurma immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha.

Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 4 (b), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tinsab it-tarzna immedjatament għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha.

Qabel ma jkun rifjutat id-dħul, l-Istat Membru jista’ jitlob konsultazzjonijiet mal-amministrazzjoni tal-bandiera tal-vapur konċernat.

6.   B’deroga mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, jista’ jiġi permess aċċess għal port jew ankraġġ speċifiku mill-awtorità rilevanti ta’ dak l-Istat tal-port fil-każ ta’ forza maġġuri jew konsiderazzjonijiet prevalenti ta’ sikurezza aktar importanti, jew biex jitnaqqas jew jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ tinġis jew jiġu rretifikati n-nuqqasijiet, kemm-il darba miżuri adegwati għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru jkunu ġew implimentati mis-sid, l-operatur jew il-kaptan tal-vapur biex jiġi assigurat dħul sigur.

Article 22

Profil professjonali tal-ispetturi

1.   L-ispezzjonijiet għandhom isiru biss mill-ispetturi li jaderixxu għall-kriterji ta’ kwalifikazzjoni speċifikati fl-Anness XI u li huma awtorizzati biex iwettqu kontroll tal-Istat tal-port mill-awtorità kompetenti.

2.   Meta l-ħila professjonali meħtieġa ma tistax tiġi pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-port, l-ispettur ta’ dik l-awtorità kompetenti jista’ jkun assistit minn kull persuna bil-ħila rikjesta.

3.   L-awtorità kompetenti, l-ispetturi li jagħmlu kontroll tal-Istat tal-port u l-persuni li jassistuhom m’għandu jkollhom l-ebda interess kummerċjali jew fil-port ta’ spezzjoni jew fil-vapuri spezzjonati, u lanqas l-ispetturi ma jitqabbdu minn,jew jagħmlu xogħol f’isem, organizzazzjonijiet mhux governattivi li joħorġu ċertifikati statutorji u ta’ klassifikazzjoni jew li jagħmlu spezzjonijiet meħtieġa għal ħruġ ta’ dawk iċ-ċertifikati għall-vapuri.

4.   Kull spettur għandu jġorr dokument personali fil-forma ta’ karta tal-identità maħruġ mill-awtorità kompetenti skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/40/KE tal-25 ta’ Ġunju 1996 li tistabbilixxi mudell komuni għal karta tal-identità għal spetturi li jagħmlu kontroll tal-Istat fil-portijiet (13).

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompetenza tal-ispetturi u l-konformità tagħhom mal-kriterji minimi imsemmija fl-Anness XI huma verifikati qabel ma jawtorizzawhom biex iwettqu spezzjonijiet u perijodikament wara dan fid-dawl tal-iskema għat-taħriġ imsemmija fil-paragrafu 7.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi jirċievu t-taħriġ adatt f’rabta ma’ bidliet fir-reġim tal-kontroll tal-Istat tal-port sistema applikata fil-Komunità kif stabbilit f’din id-Direttiva u f’emendi għall-Konvenzjonijiet.

7.   F’kooperazzjoni ma’ Stati Membri, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tippromwovi skema Komunitarja armonizzata għat-taħriġ u l-valutazzjoni ta’ kompetenzi tal-ispetturi tal-kontroll tal-Istat tal-port minnStati Membri.

Article 23

Rapporti minn piloti u awtoritajiet tal-port

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-piloti tagħhom imqabbdin biex jankraw jew iħollu vapuri jew imqabbdin biex jaħdmu fuq vapuri li sejrin lejn port jew fi transitu fi Stat Membru immedjatament jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-port jew Stat kostali, kif adatt, meta jsiru jafu li waqt il-qadi normali ta’ dmirijiethom hemm anomaliji apparenti li jistgħu jippreġudikaw in-navigazzjoni sigura tal-vapur, jew li jistgħu jkunu ta’ theddida għall-ambjent tal-baħar.

2.   Jekk awtoritajiet jew korpi tal-port, waqt il-qadi tad-dmirijiet normali tagħhom, isiru jafu li vapur fil-port tagħhom għandu anomaliji apparenti li jistgħu jippreġudikaw is-sikurezza tal-vapur jew huma ta’ theddida irraġonevoli ta’ ħsara għall-ambjent tal-baħar, tali awtorità jew korp għandhom jinformaw immedjatament lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-port konċernat.

3.   L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-piloti u l-awtoritajiet jew il-korpi tal-port li jirrappurtaw tal-inqas l-informazzjoni li ġejja, f’format elettroniku kull fejn huwa possibbli:

informazzjoni dwar il-vapur (isem, numru IMO, Sinjal ta’ Sejħa u bandiera),

informazzjoni dwar tbaħħir (l-aħħar port li saritlu żjara, port ta’ destinazzjoni),

deskrizzjoni ta’ anomaliji apparenti misjubin abbord.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tittieħed l-azzjoni ta’ segwitu adatta dwar anomaliji apparenti notifikati minn piloti u awtoritajiet jew korpi tal-port u għandhom jirreġsitraw id-dettalji tal-azzjoni meħuda.

5.   Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 31(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, inklużi format elettroniku armonizzat u proċeduri għar-rapportar ta’ anomaliji apparenti minn piloti u awtoritajiet jew korpi tal-port u ta’ azzjoni ta’ segwitu meħuda mill-Istati Membri.

Artikolu 24

Ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, iżżomm u taġġorna l-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijietl-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet, b’bini fuq it-tagħrif espert u l-esperjenza taħt il-MOU ta’ Pariġi.

Il-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijietl-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet għandha tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sistema għall-ispezzjonijiet stabbiliti minn din id-Direttiva u għandha tinkludi l-funzjonalitajiet imniżżlin fl-Anness XII.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-ħin reali tal-wasla u l-ħin reali tat-tluq ta’ kwalunkwe vapur li jżur il-portijiet tiġi ttrasferita għal fuq il-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet permezz tas-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni marittima tal-Komunità ‘SafeSeaNet’ imsemmija fl-Artikolu 3(s) tad-Direttiva 2002/59/KE. Ladarba jkunu ttrasferew tali informazzjoni għal fuq il-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet permezz ta’ SafeSeaNet, l-Istati Membri jkunu eżentati mill-provvediment ta’ data bi qbil mal- paragrafi 1.2 u 2(a) u (b) tal-Anness XIV ta’ din id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni marbuta mal-ispezzjonijiet imwettqin skond din id-Direttiva hija trasferita lil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijietl-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet ladarba r-rapport tal-ispezzjoni tlesta jew id-detenzjoni irtirata.

Fi żmien 72 siegħa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni trasferita lil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijietl-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet hija validata għal finijiet ta’ pubblikazzjoni.

4.   Abbażi tad-data tal-ispezzjoni fornuta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tiġbor mil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijietl-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet kwalunkwe data rilevanti dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, partikolarment dwar il-profil tar-riskju tal-vapur, dwar vapuri li waslu għal spezzjonijiet, dwar data dwar il-moviment ta’ vapuri u dwar l-impenji għall-ispezzjonijiet ta’ kull Stat Membru.

L-Istati Membri għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni kollha reġistrata fil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijietl-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet li hija rilevanti għall-implimentazzjoni tal-proċeduri għall-ispezzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri u l-firmatarji terzi għall-MOU ta’ Pariġi għandhom jingħataw aċċess għal kwalunkwe data li huma rreġistraw fid-data base għall-ispezzjonijiet u għal data dwar vapuri li jtajru l-bandiera tagħhom.

Artikolu 25

Skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet jew il-korpi tal-port tiegħu u l-awtoritajiet jew korpi rilevanti oħrajn jfornu lill-awtorità tal-kontroll tal-Istat tal-port bit-tipi ta’ informazzjoni li ġejjin li huma fil-pussess tagħhom:

informazzjoni notifikata skond l-Artikolu 9 u l-Anness III;

informazzjoni dwar vapuri li naqsu milli jinnotifikaw kwalunkwe informazzjoni skond il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, u tad-Direttiva2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-vapuri u għall-fdalijiet mill-merkanzija (14) u Direttiva 2002/59/KE, kif ukoll, jekk adatt, mar-Regolament (KE) Nru 725/2004;

informazzjoni dwar vapuri li pproċedew għall-baħar mingħajr ma kkonformaw mal-Artikoli 7 jew 10 tad-Direttiva 2000/59/KE;

informazzjoni dwar vapuri li nċaħadilhom dħul jew tkeċċew minn port minħabba raġunijiet ta’ sigurtà;

informazzjoni dwar anomaliji apparenti skond l-Artikolu 23.

Artikolu 26

Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli u żżomm fuq websajt pubblika l-informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet, id-detenzjonijiet u ċ-ċaħdiet ta’ aċċess skond l-Anness XIII, b’bini fuq it-tagħrif espert u l-esperjenza taħt il-MOU ta’ Pariġi.

Artikolu 27

Pubblikazzjoni talista ta’ kumpaniji bi prestazzjoni baxxa u baxxa ħafna

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippubblika regolarment fuq websajt pubblika informazzjoni marbuta mal-kumpaniji li l-prestazzjoni tagħhom, bil-ħsieb li jkun iddeterminat il-profil tar-riskju ta’ vapur imsemmi fl-Anness I il-parti I, kienet ikkunsidrata bħala baxxa jew baxxa ħafna għal perijodu ta’ tliet xhur jew iktar.

Il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura regolatorja imsemmija fl-Artikolu 31(2), ir-regoli għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, li jispeċifikaw partikolarment il-modalitajiet tal-pubblikazzjoni.

Article 28

Rimbors ta’ spejjeż

1.   Jekk l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 13 u 14 jikkonfermaw jew jikxfu nuqqasijiet fir-rigward tar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni li tesiġi d-detenzjoni ta’ vapur, l-ispejjeż kollha relatati mal-ispezzjonijiet f’perijodu normali ta’ tagħrif normali tkun koperti mis-sid tal-vapur jew l-operatur jew mir-rappreżentant tiegħu fil-port ta’ Stat tiegħu.

2.   L-ispejjeż kollha dwar l-ispezzjonijiet miżmuma mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 16 u 21(4) jkunu fuq is-sid jew operatur tal-vapur.

3.   Fil-każ tad-detenzjoni ta’ vapur, l-ispejjeż kollha relatati mad-detenzjoni għandhom jitħallsu mis-sid jew l-operatur tal-vapur.

4.   Id-detenzjoni ma titneħħiex sakemm isir il-ħlas totali jew tingħata garanzija suffiċjenti għar-rimborż tal-ispejjeż.

Article 29

Id-data għal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif elenkat fl-Anness XIV fl-intervalli kif hemm imsemmi f’dak l-Anness.

Artikolu 30

Monitoraġġ ta’ konformità u prestazzjoni tal-Istati Membri

Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ din id-Direttiva u biex ikun sorveljat il-funzjonament ġenerali tar-reġim tal-kontroll tal-Istat tal-port skond l-Artikolu 2(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002, il-Kummissjoni għandha tiġbor l-informazzjoni meħtieġa u twettaq żjarat fl-Istati Membri.

Artikolu 31

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta’ Tinġis minn Vapuri (COSS) maħluq bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit bħala ta’ tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 32

Proċedura ta’ emenda

Il-Kummissjoni għandha:

(a)

tadatta l-Annessi, ħlief għall-Anness II, sabiex ikunu kkunsidrati l-emendi li daħlu fis-seħħ fil-leġislazzjoni Komunitarja dwar is-sikurezza u s-sigurtà marittimi, u l-Konvenzjonijiet, il-Protokolli, il-Kodiċijiet u r-Riżoluzzjonijiet tal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti u l-iżviluppi fil-MOU ta’ Pariġi;

(b)

temenda d-definizzjonijiet li jirreferu għal Konvenzjonijiet, Protokolli, Kodiċijiet u Riżoluzzjonijiet internazzjonali u għal leġislazzjoni Komunitarja li huma rilevanti għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

Dawn il-miżuri mfassla sabiex jemedaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 31(3).

L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

Artikolu 33

Regoli implimentattivi

Meta jkunu stabbiliti r-regoli implimentattivi msemmijin fl-Artikoli 8(4), 10(3), 14(3) u 15(4), 23(5) u 27 skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 31(2) u (3), il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni speċifika li dawn ir-regoli iqisu l-għerf espert u tal-esperjenza miksuba bis-sistema għall-ispezzjonijiet fil-Komunità u fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi.

Artikolu 34

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabilixxu sistema ta’ pieni għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li dawn il-pieni jiġu applikati. Il- pieni hekk previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.

Artikolu 35

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2012.. Ir-reviżjoni ser teżamina, fost l-oħrajn, it-twettiq tal-impenn ġenerali Komunitarju għall-ispezzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 5, in-numru tal-ispezzjonijiet ta’ kontroll tal-Istat tal-port f’kull Stat Membru, in-numru ta’ spezzjonijiet imwettqa, u l-konformità mal-impenn annwali għall-ispezzjonijiet minn kull Stat Membru u l-implimentazzjoni tal-Artikoli 6, 7 u 8.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika s-sejbiet tar-reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tiddetermina abbażi tar-reviżjoni jekk huwiex meħtieġ li tkun proposta Direttiva emendattiva jew aktar leġislazzjoni f’dan il-qasam.

Artikolu 36

Implimentazzjoni u notifikazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Diċembru 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2011.

2.   Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttiva imħassra minn din id-Direttiva għandhom jittieħdu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif it-tali referenza għandha ssir u kif id-dikjarazzjoni għandha tkun ifformulata.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummisjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin taliġi nazzjonali adottati fis-settur kopert minn din id-Direttiva.

4.   B’żieda ma’ dan, il-Kummissjoni għandha tavża lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq bażi regolari dwar il-progress tal-implimentazzjoni tad-Direttiva ġewwa l-Istati Membri b’mod partikolari bil-għan li jkun hemm applikazzjoni ta’ sistema ta’ spezzjoni fil-Komunità.

Artikolu 37

Tħassir

Id-Direttiva 95/21/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness XV, Parti A, għandha titħassar, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbutin mal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżlin fl-Anness XV, Parti B.

Ir-referenzi għad-Direttiva revokata għandhom jittieħdu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jaqraw skond il-korrelazzjoni stabbilita fl-Anness XVI ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 38

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 39

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strażburgu, 23 ta’ April 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

P. NEČAS


(1)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 195.

(2)  ĠU C 229, 22.9.2006, p. 38.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ April 2007 (ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 584) Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta-6 ta’ Ġunju 2008 (ĠU C 198 E, 5.8.2008, p. 1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2008 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2009 u Riżoluzzjoni Leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2009 (għadha mhix ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  ĠU L 157, 7.7.1995, p. 1.

(5)  ĠU L 161, 22.6.2007, p. 63.

(6)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(7)  ĠU L 138, 1.6.1999, p. 1.

(8)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(9)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(10)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10.

(11)  ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6.

(12)  Ara paġna 11 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(13)  ĠU L 196, 7.8.1996, p. 8.

(14)  ĠU L 332, 28.12.2000, p. 81.

(15)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.


ANNESS I

ELEMENTI TAS-SISTEMA TAL-ISPEZZJONI KOMUNITARJA GĦALL-ISTAT TAL-PORT

(imsemmija fl-Artikolu 5)

L-elementi li ġejjin għandhom ikunu inklużi fis-Sistema tal-Ispezzjoni Komunitarja għall-Istat tal-Port:

I.   Profil ta’ riskju ta’ vapur

Il-profil ta’ riskju ta’ vapur għandu jiġi determinat permezz ta’ kombinazzjoni tal-parametri ġeneriċi u storiċi l li ġejjin:

1.   Parametri ġeneriċi

(a)

Tip ta’ vapur

Vapuri tal-passiġġieri, tankers taż-żejt u tal-kimiki, trasportaturi tal-gass u trasportaturi tal-merkanzija mhux imballata għandhom jiġu kunsidrati li jippreżentaw riskju aktar għoli.

(b)

Età ta’ vapur

Vapuri li għandhom aktar minn 12-il sena huma kkunsidrati li jippreżentaw riskju għoli.

(c)

Prestazzjoni ta’ Stat tal-bandiera

(i)

Il-vapuri li jtajru l-bandiera ta’ Stat b’rata għolja ta’ detenzjoni fl-UE u fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jippreżentaw riskju aktar għoli.

(ii)

Il-vapuri li jtajru l-bandiera ta’ Stat b’rata ta’ detenzjoni baxxa fl-UE u fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jippreżentaw riskju baxx.

(iii)

Il-vapuri li jtajru l-bandiera ta’ Stat li għalih kienet tkompliet verifika u, fejn rilevanti, kien ippreżentat pjan ta’ azzjoni korrettiv, kemm skond il-Qafas u l-proċeduri għall-Iskema ta’ Awditjar ta’ Stat Membru Volontarju tal-IMO għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju baxx. Appena l-miżuri msemmijin fl-Artikolu 9(3) jiġu adottati, l-Istat tal-bandiera ta’ tali vapur għandu juri konformità mal-Kodiċi għall-implimentazzjoni ta’ strumenti mandatorji tal-IMO.

(d)

Organizzazzjonijiet rikonoxxuti

(i)

Vapuri li ngħatawlhom ċertifikati minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti li għandhom livell ta’ prestazzjoni baxx jew baxx ħafna f’rabta mar-rati ta’ detenzjoni tagħhom fl-UE jew fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju ogħla.

(ii)

Vapuri li ngħatawlhom ċertifikati minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti li għandhom livell ta’ prestazzjoni għoli f’rabta mar-rati ta’ detenzjoni tagħhom fl-UE jew fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx.

(iii)

Vapuri li ngħatawlhom ċertifikati minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx.

(e)

Prestazzjoni ta’ kumpanija

(i)

Vapuri ta’ kumpanija bi prestazzjoni baxxa jew baxxa ħafna kif determinat mir-rati ta’ nuqqasijiet u ta’ detenzjoni tal-vapuri tagħha fl-Unjoni Ewropea jew fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju ogħla.

(ii)

Vapuri ta’ kumpanija bi prestazzjoni għolja kif determinat mir-rati ta’ defiċjenza u ta’ nuqqasijiet tal-vapuri tagħha fl-Unjoni Ewropea jew fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx.

2.   Parametri storiċi

(i)

Vapuri li nżammu għal aktar minn darba, għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju ogħla.

(ii)

Vapuri li, waqt waqt spezzjoni(ijiet) imwettqin fil-perijodu msemmi fl-Anness II, kellhom inqas min-numru ta’ nuqqasijiet msemmijin fl-Anness II, għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx.

(iii)

vapuri li ma nżammux waqt il-perijodu msemmi fl-Anness II għandhom jiġu kkunsidrati li jippreżentaw riskju aktar baxx.

Il-parametri tar-riskju msemmijin fit-Taqsima 1 għandhom ikunu kkombinati bl-użu ta’ koeffiċjent korrettorju li jirrifletti l-influwenza relattiva ta’ kull parametru fuq ir-riskju ġenerali tal-vapur sabiex ikunu determinati l-profili tar-riskju ta’ vapur li ġejjin:

riskju għoli,

riskju standard,

riskju baxx.

Meta jkunu determinati dawn il-profili tar-riskju għandha tingħata enfasi akbar lill-parametri tat-tip ta’ vapur, il-prestazzjoni tal-Istat tal-bandiera, l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti u l-prestazzjoni tal-kumpanija.

II.   Spezzjoni ta’ vapuri

1.   Spezzjonijiet perijodiċi

L-ispezzjonijiet perijodiċi għandhom jitwettqu f’intervalli predeterminati. Il-frekwenza tagħhom għandha tkun determinata mill-profil tar-riskju tal-vapur. L-intervall bejn l-ispezzjonijiet perijodiċi ta’ vapuri ta’ riskju għoli m’għandux jisboq is-sitt xhur. L-intervall bejn l-ispezzjonijiet perijodiċi tal-vapuri għandu jiżdied kif ir-riskju tagħhom jonqos.

L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjoni perijodika lil:

Kwalunkwe vapur bi profil ta’ riskju għoli li ma kienx spezzjonat f’port jew f’ankraġġ fil-Komunità’ jew fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi waqt l-aħħar sitt xhur. Il-vapuri ta’ rsikju għoli isiru eliġibbli għal spezzjoni sa mill-ħames xahar.

Kwalunkwe vapur bi profil ta’ riskju standard li ma kienx spezzjonat f’port jew f’ankraġġ fil-Komunità jew tar-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi waqt l-aħħar 12-il xahar. Il-vapuri ta’ riskju standard isiru eliġibbli għal spezzjoni sa mill-għaxar xahar.

Kwalunkwe vapur bi profil ta’ riskju baxx li ma kienx spezzjonat f’port jew f’ankraġġ tal-Komunità jew fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi waqt l-aħħar 36 xahar. Il-vapuri b’riskju baxx isiru eliġibbli għal spezzjoni sa mill-24 xahar.

2.   Spezzjonijiet addizzjonali

Il-vapuri li għalihom il-fatturi spikkanti jew mhux mistennijin li ġejjin huma soġġetti għal spezzjoni irrispettivament mill-perijodu mill-aħħar spezzjoni perijodika tagħhom. Madankollu, il-ħtieġa li titwettaq spezzjoni addizzjonali abbażi ta’ fatturi mhux mistennijin titħalla f’idejn il-ġudizzju professjonali tal-ispettur.

2A.   Fatturi Dominanti

Il-vapuri li għalihom japplikaw il-fatturi spikkanti li ġejjin għandhom ikunu spezzjonati irrispettivament mill-perijodu mill-aħħar spezzjoni perijodika tagħhom.

Vapuri li kienu sospiżi jew imneħħijin mill-klassi tagħhom għal raġunijiet ta’ sikurezza sa mill-aħħar spezzjoni fil-Komunità jew fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi.

Vapuri li kienu s-suġġett ta’ rapport jew notifika minn Stat Membru ieħor.

Vapuri li ma jistgħux ikunu identifikati fil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijietl-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet.

Vapuri li:

kienu involuti f’ħabta, ħbit mal-qiegħ jew inkaljar fi triqthom lejn il-port;

kienu akkużati bi vjolazzjoni allegata tad-dispożizzjonijiet dwar ir-rimi ta’ sostanzi jew nixxigħat li jagħmlu l-ħsara, jew

kienu mmanuvrati f’manjiera erratika jew ta’ periklu li bihom il-miżuri dwar ir-rotot, adottati mill-IMO, jew prattiki ta’ navigazzjoni u proċeduri siguri ma kinux ġew segwiti.

2B.   Fatturi mhux mistennijin

Vapuri li għalihom japplikaw il-fatturi mhux mistennijin li ġejjin jistgħu jkunu soġġetti għal spezzjoni irrispettivament mill-perijodu mill-aħħar spezzjoni perijodika tagħhom. Id-deċiżjoni li titwettaq tali spezzjoni addizzjonali titħalla f’idejn il-ġudizzju professjonali tal-awtorità kompetenti.

Vapuri li ma kkonformawx mal-verżjoni applikabbli tar-Rakkomandazzjoni tal-IMO dwar in-navigazzjoni fid-daħliet għall-Baħar Baltiku.

Vapuri li jġorru ċertifikati maħruġin minn organizzazzjoni li qabel kienet rikonoxxuta li r-rikonoxximent tagħha kien irtirat mill-aħħar spezzjoni fil-Komunità jew fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi.

Vapuri li kienu rrapportati minn piloti jew awtoritajiet jew korpi tal-port bħala li għandhom anomaliji apparenti li jistgħu jippreġudikaw in-navigazzjoni sigura tagħhom jew ikunu ta’ theddida ta’ ħsara lill-ambjent skond l-Artikolu 23 ta’ din id-Direttiva.

Vapuri li naqsu milli jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ notifikazzjoni rilevanti msemmijin fl-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva, id-Direttiva 2000/59/KE, id-Direttiva 2002/59/KE u jekk adatt ir-Regolament (KE) Nru 725/2004.

Vapuri li kienu s-suġġett ta’ rapport jew talment mill-kaptan, membru tal-ekwipaġġ, jew xi persuna jew organizzazzjoni b’interess leġittimu fl-operat b’sikurezza tal-vapur, għajxien u kondizzjonijiet tax-xogħol abbord jew il-prevenzjoni tat-tinġis, sakemm l-Istat Membru kkonċernat iqis li r-rapport jew l-ilment ikun manifestament mingħajr bażi.

Vapuri li nżammu preċedentement aktar minn tliet xhur ilu.

Vapuri li kienu rrappurtati b’ nuqqasijiet li jispikkaw, ħlief dawk li n- nuqqasijiet tagħhom kienu rettifikati fi żmien 14-il jum wara tluq, u għal nuqqasijiet li kellhom jiġu rettifikati qabel it-tluq.

Vapuri li kienu rrappurtati bi problemi rigward il-merkanzija tagħhom, partikolarment merkanziji noċivi u perikolużi.

Vapuri li kienu operati b’manjiera li jkunu ta’ periklu lil persuni, proprjetà jew ambjent.

Vapuri fejn informazzjoni minn sors li tista’ toqgħod fuqu saret magħrufa, li l-parametri tar-riskji tagħhom ivarjaw minn dawk irreġistrati u l-livell tar-riskju huwa għalhekk miżjud.

3.   Skema ta’ selezzjoni

3A.   Vapuri ta’ Prijorità I għandhom ikunu spezzjonati kif ġej:

(a)

Spezzjoni estiża għandha titwettaq lil:

Kwalunkwe vapur bi profil ta’ riskju għoli mhux spezzjonat fl-aħħar sitt xhur,

kwalunkwe vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta’ merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena bħala żmien, bi profil tar-riskju standard mhux spezzjonat fl-aħħar 12-il xahar.

(b)

Spezzjoni inizjali jew aktar dettaljata, kif adatt, għandha titwettaq lil:

Kwalunkwe vapur barra minn vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta’ merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena, bi profil ta’ riskju standard mhux spezzjonat fl-aħħar 10 xhur.

(ċ)

Fil-każ ta’ fattur spikkanti:

Spezzjoni aktar dettaljata jew estiża, skond il-ġudizzju professjonali tal-ispettur, għandha titwettaq lil kwalunkwe vapur bi profil ta’ riskju għoli jew lil kwalunkwe vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta’ merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena.

Spezzjoni aktar dettaljata għandha titwettaq fuq kwalunkwe vapur barra minn vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki, li għandu aktar minn 12-il sena.

3B.   Fejn l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tispezzjona vapur ta’ Prijorità II, għandu japplika dan li ġej:

(a)

Spezzjoni estiża għandha titwettaq fuq:

Kwalunkwe vapur bi profil ta’ riskju għoli mhux spezzjonat fl-aħħar ħames xhur,

Kwalunkwe vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta’ merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena bħala żmien, bi profil tar-riskju standard mhux spezzjonat fl-aħħar 10 xhur, jew

kwalunkwe vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta’ merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena bħala żmien, bi profil tar-riskju baxx mhux spezzjonat fl-aħħar 24 xahar.

(b)

Spezzjoni inizjali jew aktar dettaljata, kif adatt, għandha titwettaq lil:

Kwalunkwe vapur barra minn vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta’ merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena, bi profil ta’ riskju standard mhux spezzjonat fl-aħħar 12-il xahar.

Kwalunkwe vapur barra minn vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta’ merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena, bi profil ta’ riskju baxx mhux spezzjonat fl-aħħar 24 xahar.

(ċ)

Fil-każ ta’ fattur mhux mistenni:

Spezzjoni aktar dettaljata jew estiża, skont il-ġudizzju professjonali tal-ispettur, għandha titwettaq fuq kwalunkwe vapur bi profil ta’ riskju għoli jew lil kwalunkwe vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki jew trasportatur ta’ merkanzija mhux imballata, li għandu aktar minn 12-il sena.

Spezzjoni aktar dettaljata għandha titwettaq fuq kwalunkwe vapur barra minn vapur tal-passiġġieri, tanker taż-żejt, tanker tal-gass jew tal-kimiki, li għandu aktar minn 12-il sena.


ANNESS II

DISINN TA’ PROFIL TA’ RISKJU TA’ VAPUR

(imsemmija fl-Artikolu 10(2))

 

Profil

Vapuri b’livell ta’ riskju għoli (HRS)

Vapuri b’livell ta’ riskju normali (SRS)

Vapuri b’livell ta’ riskju baxx (LRS)

Parametri ġenerali

Kriterji

Importanza (f’punti)

Kriterji

Kriterji

1

Tip ta’ vapur

Vapuri għal-sustanzi kimiċi

Gass

Żejt

Merkanzija mhux ippakkjata

Passiġġieri

2

La vapur b’riskju għoli u lanqas vapur b’riskju baxx

It-tipi kollha

2

Kemma għandu żmien il-vapur

It-tipi kollha > 12-il sena

1

Ta’ kull żmien

3a

Bandiera

Listi suwed, griżi u bojod

Sewda - Riskju għoli ħafna Riskju għoli, Riskju medju għal għoli

2

Bajda

Sewda - Riskju medju

1

3b

Verifika - IMO

Iva

4a

Entitajiet rikonoxxuti

Prestazzjoni

Għolja

Għolja

Medji

Baxxi

Baxxi

1

Baxxi ħafna-{}-

Baxxi ħafna

4b

Rikonoxxuti mill-UE

Iva

5

Kumpanija

Prestazzjoni

Għolja

Għolja

Medji

Baxxi

Baxxi

2

Baxxi ħafna

Baxxi ħafna

Parametri storiċi

 

 

6

Numru ta’ anomaliji reġistrati waqt kull spezzjoni waqt l-aħħar 36 xahar

Nuqqasijiet

Mhux eliġibbli

≤ 5 (u mill-inqas ispezzjoni mwettqa waqt l-aħħar 36 xahar)

7

Numru ta’ detenzjonijiet waqt l-aħħar 36 xahar

Detenzjonijiet

≥ 2 detenzjonijiet

1

L-ebda detenzjoni

L-HRS huma vapuri li jilħqu l-kriterji b’importanza totali ta’ 5 punti jew aktar.

Il-LRS huma vapuri li jilħqu l-kriterji kollha fil-kuntest tal-parametri applikabbli għar-riskju baxx.

L-SRS huma l-vapuri li la huma HRS u lanqas LRS.


ANNESS III

NOTIFIKA

(imsemmija fl-Artikolu 9(1))

Informazzjoni li għandha tiġi fornuta skond l-Artikolu 9(1):

L-informazzjoni elenkata hawn isfel għandha tkun ippreżentata lill-awtoritajiet tal-port jew lill-awtorità jew lill-korp innominati għal dik il-fini tal-inqas tlett ijiem qabel iż-żmien mistenni tal-wasla fil-port jew ankraġġ jew qabel it-tluq tal-port preċedenti jekk il-vjaġġ huwa mistenni li jieħu inqas minn tlett ijiem:

(a)

identifikazzjoni tal-vapur (isem, sinjal taż-żjara, numru ta’ identifikazzjoni IMO jew numru MSI);

(b)

durazzjoni ppjanata taż-żjara;

(ċ)

għal tankers:

(i)

konfigurazzjoni: buq singolu, buq singolu b’SBT, buq doppju;

(ii)

kondizzjoni tal-merkanzija u tankijiet tas-saborra: mimlijin, vojti, inerti;

(iii)

volum u natura tal-merkanija;

(d)

operazzjonijiet ippjanati fil-port jew fl-ankraġġ tad-destinazzjoni (merkanzija, ħatt, oħrajn);

(e)

spezzjonijiet ta’ stħarriġ statutorju ppjanati u ħidma ta’ detenzjoni fl-ordni u ta’ tiswija sostanzjali li għandhom jitwettqu waqt li fil-port tad-destinazzjoni;

(f)

data tal-aħħar spezzjoni estiża fir-reġjun tal-MOU ta’ Pariġi.


ANNESS IV

LISTA TA’ ĊERTIFIKATI U DOKUMENTI

(kif imsemmija fl-Artikolu 13(1))

1.

Ċertifikat ta’ Tunnellaġġ Internazzjonali (1969),

2.

Ċertifikat ta’ Sikurezza ta’ Vapur tal-Passiġġieri;

Ċertifikat ta’ Sikurezza tal-Bini ta’ Vapur tal-Merkanzija;

Ċertifikat ta’ Sikurezza ta’ Tagħmir ta’ Vapur tal-Merkanzija;

Ċertifikat ta’ Sikurezza tar-Radju ta’ Vapur tal-Merkanzija;

Ċertifikat ta’ Eżenzjoni li jinkludi, fejn xieraq, il-lista tal-merkanzija;

Ċertifikat ta’ Sikurezza għal Vapur ta’ Merkanzija.

3.

Ċertifikat Internazzjonali ta’ Sigurta’ ta’ Vapur (ISSC).

4.

Reġistrazzjoni Sinottika Kontinwa.

5.

Ċertifikat Internazzjonali ta’ Adozzjoni għal Merkanzija ta’ Gassijiet Likwidi fil-Massa;

Ċertifikat ta’ Idonjetà għat-merkanzija ta’ Gassijiet Likwefatti fil-massa.

6.

Ċertifikat Internazzjonali ta’ Idonjetà għat-Merkanzija ta’ Kimiċi Perikolużi fil-Massa;

Ċertifikat ta’ Idonjetà għat-merkanzija ta’ Kimiċi Perikolużi fil-Massa.

7.

Ċertifikat Internazzjonali ta’ Prevenzjoni mill-Tinġis ta’ Żejt.

8.

Ċertifikat Internazzjonali ta’ Prevenzjoni ta’ Tinġis għat-Merkanzija ta’ Sustanzi LikwidiPerikolużi fil-Massa.

9.

Ċertifikat Internazzjonali Load Line (1966);

Ċertifikat Internazzjonali ta’ eżenzjoni Load Line.

10.

Ktieb ta’ reġistrazzjoni taż-Żejt, partijiet I u II.

11.

Ktieb ta’ Reġistrazzjoni ta’ Merkanzija.

12.

Id-Dokument dwar l-Ekwipaġġ Minimu bla Sogru.

13.

Iċ-ċertifikati jew kwalunkwe dokumenti oħrajn maħruġin skond id-dispożizzjonijiet tal-STCW 78/95.

14.

Ċertifikati mediċi (Ara ILO Konvenzjoni Nru 73 li tikkonċerna eżami mediku ta’ baħrin).

15.

Skema ta’ arranġamenti ta’ ħidma ta’ abbord il-vapur (Konvenzjoni ILO Nru 180 u STCW 78/95).

16.

Reġistrazzjonijiet ta’ sigħat ta’ ħidma u mistrieħ tal-baħħara (Konvenzjoni IKLO Nru 180).

17.

Informazzjoni ta’ stabbilità.

18.

Kopja tad-Dokument ta’ Konformità u ċ-Ċertifikat ta’ Amministrazzjoni ta’ Sikurezza maħruġ, bi qbil mal-Kodiċi ta’ Amministrazzjoni Internazzjonali għal Ħidma b’Sikurezza ta’ Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tinġis (SOLAS 74, il-Kapitolu IX).

19.

Ċertifikati dwar il-qawwa tal-buq tal-vapur u installazzjonijiet makkinarji maħruġa minn organizzazzjoni rikonoxxuta konċernata (meħtieġa biss jekk il-vapur iżomm il-klassi tiegħu ma’ organizzazzjoni rikonoxxuta).

20.

Dokument ta’ konformità mal-ħtiġiet speċjali għal vapuri li jġorru oġġetti perikolużi.

21.

Ċertifikat ta’ sikurezza ta’ bastiment ta’ veloċità qawwija u permess biex ikun operat bastiment ta’ veloċità qawwija.

22.

Lista jew manifest speċjali ta’ oġġetti perikolużi, jew pjan dettaljat tal-istivi.

23.

Ir-reġistru tal-vapur (log book) f’dak li jirrigwarda r-reġistrar ta’ testijiet u eżerċizzji, inklużi ta’ eżerċizzji ta’ sigurtà u r-reġistru għar-reġistrar ta’ spezzjoni u l-manteniment tal-apparat u l-arranġamenti għall-ħarsien tal-ħajja u l-apparat u l-arranġamenti għall-ġlieda kontra n-nar.

24.

Ċertifikat ta’ sikurezza ta’ vapur għal-skopijiet speċjali.

25.

Ċertifikat ta’ sikurezza ta’ dettall mobbli għal tħaffir ‘il barra mill-kosta.

26.

Għal tankers taż-żejt, ir-reġistru ta’ monitoraġġ u s-sistema ta’ kontroll ta’ rimi ta’ żejt għall-aħħar saborra tal-vjaġġ.

27.

Il-lista tal-miġemgħa, impjant għall-kontroll tan-nar, u għal vapuri tal-passiġġieri, pjan ta’ kontroll ta’ ħsara.

28.

Pjan abbord ta’ emerġenza ta’ tinġis miż-żjut.

29.

Fajls ta’ rapporti dwar stħarriġ (fil-każ ta’ bastimenti li jġorru fil-massa u tankers taż-żejt).

30.

Rapporti ta’ spezzjonijiet preċedenti ta’ kontroll tal-Istat tal-port.

31.

Għal vapuri ro-ro tal-passiġġieri, informazzjoni dwar il-relatività massima A/A.

32.

Dokument ta’ awtorizzazzjoni għat-trasport ta’ qmuħ.

33.

Manwal dwar is-sigurtà tat-merkanzija.

34.

Pjan ta’ amministrazzjoni tal-iskart u ktieb ta’ reġistru tal-iskart.

35.

Sistema ta’ appoġġ ta’ deċiżjonijiet għall-kaptani tal-vapuri tal-passiġġieri.

36.

Pjan ta’ kooperazzjoni SAR għal vapuri tal-passiġġiera fuq rotot fissi.

37.

Lista talimitazzjonijiet ta’ operazzjoni għal vapuri tal-passiġġieri.

38.

Fuljett ta’ bulk carrier.

39.

Pjan ta’ merkanzija u ta’ ħatt għal trasportaturi ta’ merkanzija mhux imballata.

40.

Iċ-ċertifikat tal-assigurazzjoni jew kwalunkwe garanzija finanzjarja oħra dwar ir-responsabbiltà ċivili għall-ħsara mit-tinġis taż-żejt (Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għall-Ħsara mit-Tinġis taż-Żejt, 1992).

41.

Ċertifikati maħruġin skond id-Direttiva 2009/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-assigurazzjoni ta’ sidien ta’ bastimenti għal pretensjonijiet marittimi (1).

42.

Ċertifikat meħtieġ skond ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi ta’ passiġġieri bil-baħar u b’passaġġi tal-ilma interni fil-każ ta’ aċċidenti (2).

43.

Ċertifikat Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis tal-Arja.

44.

Ċertifikat Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis tal-Ilmijiet Residwali.


(1)  Ara paġna 128 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Ara paġna 24 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS V

EŻEMPJI TA’ “BAŻIJIET ĊARI”

(imsemmija fl-Artikolu 13(3))

A.   Eżempji ta’ bażijiet ċari għal spezzjoni aktar dettaljata

1.

Vapuri identifikati fl-Anness I, parti II 2A u 2B.

2.

Il-ktieb tar-reġistrazzjoni taż-żejt ma jkunx inżamm sewwa.

3.

Matul l-eżami taċ-ċertifikati u ta’ dokumenti, oħrajn ikunu żvelati nuqqasijiet.

4.

Indikazzjonijiet li l-membri tal-ekwipaġġ ma jistgħux jikkonformaw mal-ħtiġiet marbutin mal-komunikazzjoni abbord imniżżlin fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (1).

5.

Ċertifikat inkiseb bi frodi jew id-detentur ta’ ċertifikat mhuwiex il-persuna li għaliha kien maħruġ oriġinarjament iċ-ċertifikat.

6.

Il-vapur għandu kaptan, uffiċjal jew baħri li għandu ċertifikat maħruġ minn pajjiż li ma rratifikax l-STCW 78/95.

7.

Xhieda ta’ merkanzija u operazzjonijiet oħrajn li ma twettqux b’mod sigur, jew bi qbil mal-linji ta’ gwida tal-IMO, eż. il-kontenut ta’ ossiġnu fil-forniment ewlieni ta’ gass inert lejn it-tankijiet tat-merkanzija ikun aktar għoli mil-livell massimu preskritt.

8.

Defiċjenza tal-kaptan fuq tanker taż-żejt biex jipproduċi r-reġistru ta’ monitoraġġ u s-sistema ta’ kontroll dwar ħruġ ta’ żejt għall-aħħar vjaġġ b’saborra.

9.

Defiċjenza ta’ lista aġġornata tal-miġemgħa, jew membri tal-ekwipaġġ li ma jafux id-dmirijiet tagħhom fil-każ ta’ nar jew ordni biex jabbandunaw il-vapur.

10.

L-emissjoni ta’ allarmi foloz dwar periklu li ma jkunux segwiti minn proċeduri adatta ta’ kanċellazzjoni.

11.

Id-defiċjenza ta’ tagħmir ewlieni jew arranġamenti meħtieġa mill-Konvenzjonijiet.

12.

Kondizzjonijiet mhux sanitarji b’mod eċċessiv abbord il-vapur.

13.

Xhieda mill-impressjoni ġenerali tal-ispettur u osservazzjonijiet li jeżistu deterjorazzjoni tal-buq jew strutturali serja jew nuqqasijiet li jistgħu joħolqu riskju għall-integrità strutturali, l-integrità tat-tqalfit jew l-integrità tar-reżistenza għall-maltemp tal-vapur.

14.

Informazzjoni jew xhieda li l-kaptan jew l-ekwipaġġ ma jkunux familjari mal-operazzjonijiet essenzjali abbord li huma relatati mas-sikurezza tal-vapuri jew dwar il-prevenzjoni tat-tinġis, jew li l-operazzjonijiet bħal dawn ma jkunux saru.

15.

L-assenza ta’ skeda ta’ arranġamenti ta’ ħidma abbord vapur jew tar-reġistrazzjonijiet ta’ sigħat ta’ xogħol jew ta’ mistrieħ tal-ekwipaġġ.

B.   Eżempji ta’ raġunijiet ċari għall-kontroll ta’ vapuri dwar aspetti ta’ sigurtà

1.

L-ispettur jista’ jistabbilixxi raġunijiet ċari għal aktar miżuri ta’ kontroll dwar is-sigurtà waqt l-ispezzjoni PSC inizjali kif ġej:

1.1

L-ISSC mhuwiex validu jew skada.

1.2

Il-vapur huwa f’livell ta’ sigurtà aktar baxx mill-port.

1.3

Ma twettqux stħarriġiet marbutin mas-sigurtà tal-vapur.

1.4

Reġistrazzjonijiet għall-aħħar 10 relazzjonijiet vapur/port jew vapur/vapur ma jkunux kompluti.

1.5

Evidenza jew osservazzjoni li membri ewlenin tal-persunal tal-vapur ma jistgħux jikkomunikaw ma’ xulxin.

1.6

Evidenza minn osservazzjonijiet li jeżistu nuqqasijiet serji fl-arranġamenti tas-sigurtà.

1.7

Informazzjoni minn terzi partijiet bħal rapport jew ilment dwar informazzjoni relatata mas-sigurtà.

1.8

Il-vapur għandu Ċertifikat Internazzjonali Interim ta’ Sigurta’ ta’ Vapur (ISSC) sussegwenti, maħruġ konsekuttivament u fil-ġudizzju professjonali tal-ispettur waħda mill-finijiet tal-vapur jew tal-kumpanija għat-talba ta’ tali ċertifikat hija li tkun evitata konformità sħiħa mas-SOLAS 74 Kapitolu XI-2 u l-parti A tal-Kodiċi ISPS, lil hinn mill-perijodu taċ-Ċertifikat Interim inizjali. Il-Kodiċi ISPS Parti A jispeċifika ċ-ċirkostanzi meta ċ-Ċertifikat Interim jista’ jinħareġ.

2.

Jekk raġunijiet ċari kif deskritti hawn fuq huma stabbiliti, l-ispettur għandu immedjatament jinforma lill-awtorità għas-sigurtà kompetenti (ħlief jekk l-ispettur huwa wkoll Uffiċjal Debitament Awtorizzat għas-Sigurtà). L-awtorità għas-sigurtà kompetenti għandha mbagħad tiddeċiedi dwar liema miżuri tal-kontroll ulterjuri huma meħtiġin b’kont meħud tal-livell tas-sigurtà skond ir-Regolament 9 tas-SOLAS Kapitolu XI.

3.

Raġunijiet ċari barra minn dawk ta’ hawn fuq huma materja għall-Uffiċjal Debitament Awtorizzat għas-Sigurtà.


(1)  ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33.


ANNESS VI

PROĊEDURI GĦALL-KONTROLL TAL-VAPURI

(imsemmija fl-Artikolu 15(1))

L-Anness 1, “Proċeduri ta’ Kontroll tal-Istat tal-port” (PSCO) għall-MOU ta’ Pariġi u l-istruzzjonijiet li ġejjin mill-MOU ta’ Pariġi, fil-verżjoni aġġornata tagħhom:

Instruction 33/2000/02: Operational Control on Ferries and Passenger Ships (Struzzjoni 33/2000/02: Kontroll Operattiv talaneċ u ta’ Vapuri tal-Passiġġieri),

Instruction 35/2002/02: Guidelines for PSCOs on Electronic Charts (Struzzjoni 35/2002/02 Linji gwida għall-PSCO rigward Mapep Elettroniċi),

Instruction 36/2003/08: Guidance for Inspection on Working and Living Conditions (Struzzjoni 36/2003/08 Gwida għall-ispezzjoni ta’ kondizzjonijiet ta’ Xogħol u ta’ Għajxien),

Instruction 37/2004/02: Guidelines in Compliance with STCW 78/95 Convention as Amended (Struzzjoni 37/2004/02 Linji gwida għall-PSCO dwar STCW 78/95 kif emendata),

Instruction 37/2004/05: Guidelines on the Inspection of Hours of Work/Rest (Struzzjoni 37/2004/05 Linji gwida għall-ispezzjoni rigward is-sigħat ta’ xogħol/serħan),

Instruction 37/2004/10: Guidelines for Port State Control Officers on Security Aspects (Struzzjoni 37/2004/10 Linji gwida għall-Uffiċjali tal-Kontroll tal-Istat tal-Port rigward Aspetti ta’ Sigurta’),

Instruction 38/2005/02: Guidelines for PSCOs Checking a Voyage Data Recorder (VDR) (Struzzjoni 38/2005/02 Linji gwida għalll-kontroll mill-PSCO tar-reġistratur tad-Data tal-Vjaġġ (VDR)),

Instruction 38/2005/05: Guidelines on MARPOL 73/78 Annex I (Struzzjoni 38/2005/05 Linji gwida dwar il-MARPOL Anness I),

Instruction 38/2005/07: Guidelines on Control of the Condition Assessment Scheme (CAS) of Single Hull Oil Tankers (Struzzjoni 38/2005/07 Linji gwida dwar il-kontroll tal-iskema ta’ valutazzjoni tal-Kondizzjoni tat-tankers taż-żejt b’buq wieħed),

Instruction 39/2006/01: Guidelines for the Port State Control Officer on the ISM-Code Struzzjoni 39/2006/01 Linji gwida għal Uffiċjali tal-kontroll tal-Istat tal-Port dwar il-Kodiċi ISM,

Instruction 39/2006/02: Guidelines for Port State Control Officers on Control of GMDSS (Struzzjoni 39/2006/02 Linji gwida għal Uffiċjali tal-Kontroll tal-Istat tal-Port dwar kontroll ta’ GMDSS),

Instruction 39/2006/03: Optimisation of Banning and Notification Checklist (Struzzjoni 39/2006/03 Ottimizzazzjoni tal-lista tal-kontroll għall-Projbizzjoni u n-Notifikazzjoni),

Instruction 39/2006/10: Guidelines for PSCOs for the Examination of Ballast Tanks and Main Power Failure Simulation (black-out test) (Struzzjoni 39/2006/10 Gwida għall-PSCOs għall-eżami ta’ tankijiet tas-saborra u simulazzjoni ta’ ħsara fil-ġenerazzjoni ewlenija tal-qawwa (test ta’ ħsara ġenerali fl-elettriċità)),

Instruction 39/2006/11: Guidance for Checking the Structure of Bulk Carriers (Struzzjoni 39/2006/11 Gwida għall-kontroll tal-istruttura ta’ Trasportaturi ta’ Merkanzija mhux Imballata),

Instruction 39/2006/12: Code of Good Practice for Port State Control Officers (Struzzjoni 39/2006/12 Kodiċi ta’ Prattika Korretta għal Uffiċjali tal-Kontroll tal-Istat tal-Port),

Instruction 40/2007/04: Criteria for Responsibility Assessment of Recognised Organisations (R/O) (Struzzjoni 40/2007/04: Kriterji għall-Valutazzjoni ta’ Responsabbiltà ta’ Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti (R/O)),

Instruction 40/2007/09: Guidelines for Port State Control Inspections for Compliance with Annex VI of MARPOL 73/78 (Struzzjoni 40/2007/09: Linji Gwida għall-Ispezzjonijiet tal-Istat tal-Port għall-Konformità mal-Anness VI tal-MARPOL 73/78).


ANNESS VII

SPEZZJONI ESTIŻA TA’ VAPURI

(imsemmija fl-Artikolu 14)

Spezzjoni estiża tirrigwarda partikolarment il-kondizzjoni ġenerali tal-oqsma tar-riskju li ġejjin:

Dokumentazzjoni.

Kondizzjoni strutturali.

Kondizzjoni rigward reżistenza għat-temp.

Sistemi ta’ emerġenza.

Komunikazzjoni bir-radju.

Operati tal-merkanzija.

Sikurezza kontra n-nar.

Allarmi.

Kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien.

Tagħmir għan-navigazzjoni.

Apparat għas-salvazzjoni tal-ħajja.

Merkanzija perikoluża.

Makkinarju ta’ propulsjoni u awżiljarju.

Prevenzjoni tat-tniġġis.

Barra minn hekk, soġġett għal kemm dawn ikunu fattibbli fil-prattika jew għal xi limitazzjonijiet relatati mas-sikurezza tal-persuni, tal-vapur jew tal-port, spezzjoni estiża għandha tinkludi l-verifika ta’ oġġetti speċifiċi ta’ oqsma ta’ riskju li jiddependu fuq it-tip ta’ biċċa tal-baħar spezzjonata, kif stabbilit skond l-Artikolu 14(3).


ANNESS VIII

PROĊEDURI RIGWARD IĊ-ĊAĦDA TA’ AĊĊESS GĦAL PORTIJIET U ANKRAĠĠI FIL-KOMUNITÀ

(imsemmija fl-Artikolu 16)

1.

Jekk il-kondizzjonijiet deskritti fl-Artikolu 16(1)jintlaħqu, l-awtorità kompetenti tal-port fejn il-vapur inżamm għat- tielet darba,, għandha tinforma lill-kaptan tal-vapur bil-miktub li ser tinħareġ ċaħda ta’ ordni ta’ aċċess li ser issir applikabbli immedjatament wara li l-vapur iħalli l-port. Iċ-ċaħda ta’ ordni ta’ aċċess għandha ssir applikabbli minnufih wara li l-vapur ħalla l-port wara li d-defiċjenzi li wasslu għad-detenzjoni kienu rimedjati.

2.

L-awtorità kompetenti għandha tibgħat kopja tal-ordni taċ-ċaħda ta’ aċċess lill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, lill-organizzazzjoni rikonoxxuta konċernata, lill-Istati Membri l-oħrajn, u lill-firmatarji l-oħrajn tal-MOU ta’ Pariġi, lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat tal-MOU ta’ Pariġi. L-awtorità kompetenti għandha wkoll taġġorna l-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijietl-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet b’informazzjoni dwar iċ-ċaħda ta’ aċċess mingħajr dewmien.

3.

Sabiex titneħħa ordni taċ-ċaħda ta’ aċċess, is-sid jew l-operatur għandhom jindirizzaw talba formali lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li imponiet ordni taċ-ċaħda ta’ aċċess. Din it-talba għandha tkun akkumpanjata minn dokument mill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera maħruġ wara żjara abbord minn servejer debitament awtorizzat mill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, li juri li l-vapur jikkonforma għal kollox mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Kkonvenzjonijiet. L-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li saret żjara abbord.

4.

It-talba għat-tneħħija ta’ ordni taċ-ċaħda ta’ aċċess għandha wkoll tkun akkumpanjata, fejn adatt, minn dokument mis-soċjetà għal klassifikazzjoni li għandha l-vapur fi klassi wara żjara abbord minn servejer mis-soċjetà għal klassifikazzjoni, li juri li l-vapur jikkonforma mal-istandards tal-klassi stipulati minn dik is-soċjetà. Is-soċjetà għal klassifikazzjoni għandha tipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li saret żjara abbord.

5.

L-ordni taċ-ċaħda ta’ aċċess tista’ titneħħa biss, wara l-perijodu msemmi fl-Artikolu 16 ta’ din id-Direttiva jkun skada u wara reispezzjoni tal-vapur f’port maqbul.

Jekk il-port maqbul jinsab fi Stat Membru, l-awtorità kompetenti dak l- tista’, wara talba tal-awtorità kompetenti li ħarġet ordni taċ-ċaħda ta’ aċċess, tawtorizza li l-vapur jidħol fil-port maqbul sabiex issir ir-reispezzjoni.. F’dawn il-każijiet, m’għandhom isiru l-ebda operazzjonijiet ta’ merkanzija fil-port sakemm titneħħa l-ordni dwar ċaħda ta’ aċċess.

6.

Jekk id-detenzjoni li wasslet għall-ħruġ ta’ ordni dwar ċaħda ta’ aċċess kienet tinkludi nuqqasijiet fl-istruttura tal-vapur, l-awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni dwar ċaħda ta’ aċċess tista’ titlob li ċerti spazji, inklużi spazji għall-merkanzija u t-tankijiet, jintagħmlu disponibbli għal eżami waqt ir-reispezzjoni.

7.

Ir-reispezzjoni għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li imponiet ordni dwar ċaħda ta’ aċċess jew mill-awtorità kompetenti tal-port tad-destinazzjoni bil-qbil mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li imponiet l-ordni dwar ċaħda ta’ aċċess. L-awtorità kompetenti tista’ titlob sa 14-il jum avviż għar-reispezzjoni. Għandha tkun fornuta evidenza għas-sodisfazzjon ta’ dan l-Istat Membru li l-vapur jikkonforma għal kollox mal-ħtiġiet applikabbli tal-Konvenzjonijiet.

8.

Ir-reispezzjoni għandha tikkonsisti minn spezzjoni estiża li għandha tkopri tal-inqas il-partiti rilevanti tal-Anness VII.

9.

L-ispejjeż kollha ta’ din l-ispezzjoni estiża għandhom jidħlu għalihom is-sid jew l-operatur.

10.

Jekk ir-riżultati tal-ispezzjoni estiża jissodisfaw lill-Istat Membru skond l-Anness VII, l-ordni taċ-ċaħda ta’ aċċess għandha titneħħa u l-kumpanija tal-vapur tkun infurmata b’dan bil-miktub.

11.

L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika wkoll id-deċiżjoni tagħha bil-miktub lill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, lis-soċjetà għal klassifikazzjoni kkonċernata, lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-firmatarji l-oħrajn tal-MOU ta’ Pariġi, lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat tal-MOU ta’ Pariġi. L-awtorità kompetenti għandha wkoll taġġorna il-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijietl-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet bl-informazzjoni dwar it-tneħħija tal-aċċess mingħajr dewmien.

12.

L-informazzjoni marbuta mal-vapuri li kienu miċħudin aċċess għal portijiet fil-Komunità għandha ssir disponibbli fil-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet u ppubblikata f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26 u tal-Anness XIII.


ANNESS IX

RAPPORT TA’ SPEZZJONI

(imsemmi fl-Artikolu 17)

Ir-rapport ta’ spezzjoni għandu jinkludi tal-inqas il-partiti li ġejjin.

I.   Ġenerali

1.

Awtorità kompetenti li kitbet ir-rapport

2.

Data u post tal-ispezzjoni

3.

Isem il-vapur spezzjonat

4.

Bandiera

5.

Tip ta’ vapur (kif indikat fiċ-Ċertifikat ta’ Amministrazzjoni tas-Sikurezza)

6.

Numru IMO

7.

Sinjal tas-sejħa

8.

Tunnellaġġ (gt)

9.

Tunnellaġġ deadweight (fejn rilevanti)

10.

Sena tal-kostruzzjoni kif determinata abbażi tad-data indikata fiċ-ċertifikati ta’ sikurezza tal-vapur

11.

Is-soċjetà għal klassifikazzjoni jew soċjetajiet għal klassifikazzjoni kif ukoll kwalunkwe organizzazzjoni oħra is-, fejn rilevanti, li ħarġet/ħarġu ċertifikati ta’ klassifikazzjoni lil dan il-vapur, jekk hemm

12.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta jew organizzazzjonijiet rikonoxxuti u/jew kwalunkwe parti oħra li ħarġet/ħarġu ċertifikati lil dan il-vapur skond il-Konvenzjonijiet applikabbli f’isem l-Istat tal-bandiera

13.

Isem u indirizz tal- kumpanija jew l-operatur tal-vapur

14.

Isem u indirizz taċ-charterer responsabbli għall-għażla tal-vapur u t-tip ta’ charter fil-każ ta’ vapuri li qed iġorru merkanzija mhux imballata likwida jew solida

15.

Data finali tal-kitba tar-rapport ta’ spezzjoni

16.

Indikazzjoni li l-informazzjoni dettaljata dwar spezzjoni jew id-detenzjoni jistgħu jkunu soġġetti għal pubblikazzjoni.

II.   Informazzjoni rigward spezzjoni

1.

Ċertifikati maħruġin b’applikazzjoni tal-Konvenzjonijiet, awtorità jew organizzazzjoni rilevanti li ħarġet iċ-ċertifikat(i) in kwistjoni, inkluża d-data ta’ ħruġ u ta’ skadenza

2.

Partijiet jew elementi tal-vapur li kienu spezzjonati (fil-każ ta’ spezzjoni aktar dettaljata jew estiża)

3.

Port u data tal-aħħar stħarriġ intermedju jew annwali jew imġedded u l-isem tal-organizzazzjoni li wettqet l-istħarriġ

4.

Tip ta’ spezzjoni (spezzjoni, spezzjoni aktar dettaljata, spezzjoni estiża)

5.

Natura tan- nuqqasijiet

6.

Miżuri meħudin.

III.   Informazzjoni addizzjonali fil-każ ta’ detenzjoni

1.

Data tal-ordni tad-detenzjoni

2.

Data tat-tneħħija tal-ordni tad-detenzjoni

3.

Natura tan- nuqqasijiet li jiġġustifikaw ordni ta’ detenzjoni (referenzi tal-Konvenzjonijiet, jekk rilevanti)

4.

Indikazzjoni, fejn rilevanti, dwar jekk l-organizzazzjoni rikonoxxuta jew kwalunkwe korp privat li wettaq l-istħarriġ għandux ir-responsabbiltà f’rabta man-nuqqasijiet li, weħidhom jew meta kombinati, wasslu għad-detenzjoni

5.

Miżuri meħudin.


ANNESS X

KRITERJI GĦAD-DETENZJONI TA’ VAPUR

(imsemmija fl-Artikolu 19(3))

INTRODUZZJONI

Qabel tistabbilixxi jekk xi nuqqasijiet misjuba waqt spezzjoni jeżiġux detenzjoni tal-vapur involut, l-ispettur irid japplika l-kriterji msemmija aktar ‘l isfel fil-punti1 u 2.

Il-punt 3 jinkludi eżempji ta’ nuqqasijiet li jistgħu minnhom infushom jesiġu detenzjoni tal-vapur involut (Ara l-Artikolu 19(4)).

Fejn il-bazi għal detenzjoni hija r-riżultat ta’ ħsara aċċidentali soffruta waqt il-vjaġġ tal-vapur lejn il-port, l-ebda ordni ta’ detenzjoni m’għandha tkun maħruġa, basta li:

(a)

akkont xieraq ingħata lill-bżonnijiet kontenuti fir-Regolament I/11(c) tas-SOLAS 74 rigward notifika għal amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, is-surveyor innominat jew l-organizzazzjoni rikonoxxuta responsabbli biex toħroġ iċ-ċertifikat rilevanti;

(b)

qabel ma jidħol f’port, il-kaptan jew il-propjetarju tal-vapur ikun ippreżenta lill-awtorità ta’ kontroll tal-Istat tal-port dettalji dwar iċ-ċirkostanzi tal-inċident u l-ħsara soffruta u informazzjoni rigward in-notifika meħtieġa dwar l-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera;

(c)

Azzjoni remedjali adatta, għas-sodisfazzjon tal-Awtorità, tkun qiegħda tittieħed mill-vapur; u

(d)

L-awtorità tkun assigurat, u ġiet innotifikata bit-twettiq tal-azzjoni remedjali, li n- nuqqasijiet li kienu biċ-ċar ta’ periklu għas-sikurezza, għas-saħħa jew għall-ambjent kienu ġew irrettifikati.

1.   KRITERJI PRINĊIPALI

Meta jeżerċita ġudizzju professjonali tiegħu dwar jekk vapur għandux jinżamm jew le, l-ispettur irid japplika dawn il-kriterji:

Ħin:

Vapuri li mhumiex siguri biex ibaħħru jridu jinżammu wara l-ewwel spezzjoni irrispettivament miż-żmien li l-vapur ikus se jdum fil-port.

Kriterju:

Il-vapur jinżamm jekk in-nuqqasijiet tiegħu ikunu daqshekk serji li jimmeritaw ritorn ta’ spettur biex ikun ċert li dawn ġew ikkorreġuti qabel ma l-vapur isalpa.

Il-ħtieġa li l-ispettur jerġa lura fuq il-vapur hija kejl tal-gravità tan-nuqqasijiet. Madankollu, ma timponix tali obbligu għal kull każ. Timplika li l-awtorità trid tivverifika mod jew ieħor, preferibbilment bi żjara oħra, li n-nuqqasijiet ġew ikkoreġuti qabel it-tluq.

2.   APPLIKAZZJONI TAL-KRITERJI PRINĊIPALI

Meta jiddeċiedi jekk in- nuqqasijiet misjuba fil-vapur humiex daqshekk serji li jeħtieġu detenzjoni l-ispettur irid jiċċertifika jekk:

1.

il-vapur għandux dokumentazzjoni rilevanti u valida;

2.

il-vapur għandux l-ekwipaġġ meħtieġ fid-Dokument dwar ekwipaġġ minimu ta’ sikurezza.

Waqt l-ispezzjoni l-ispettur irid jara jekk il-vapur u/jew l-ekwipaġġ hux kapaċi:

3.

ibaħħar b’mod sigur fil-vjaġġ li ġej;

4.

jimmaniġġa b’mod sigur, iwassal u jiċċekkja l-kondizzjoni tat-merkanzija waqt il-vjaġġ li ġej;

5.

iħaddem il-kamra tal-magni b’mod sigur waqt il-vjaġġ li jmiss;

6.

iżomm propulsjoni tajba u steering waqt il-vjaġġ li jmiss;

7.

jiġġieled nirien b’mod effettiv f’kull parti tal-vapur jekk meħtieġ waqt il-vjaġġ li jmiss;

8.

jabbandunaw il-vapur malajr u b’sikurezza u jagħmlu salvataġġ waqt il-vjaġġ li jmiss;

9.

jipprevienu tinġis tal-ambjent waqt il-vjaġġ li jmiss;

10.

iżommu stabbilità adegwata waqt il-vjaġġ li jmiss;

11.

iżommu integrità watertight adegwata waqt il-vjaġġ li jmiss;

12.

jikkomunikaw f’sitwazzjoni ta’ inkwiet jekk meħtieġ waqt il-vjaġġ li jmiss;

13.

jipprovdu kondizzjonijiet siguri u sani abbord waqt il-vjaġġ li jmiss;

14.

jipprovdu l-massimu tat-tagħrif fil-każ ta’ aċċident.

Jekk ir-risposta għal xi waħda minn dawn il-valutazzjonijiet hija negattiva, wara li jkunu kkunsidrati n- nuqqasijiet kollha misjuba, il-vapur għandu jiġi kkunsidrat b’mod qawwi għad-detenzjoni. Kombinazzzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ natura inqas serja tista’ wkoll tesiġi d-detenzjoni tal-vapur.

3.   Biex tassisti l-ispettur fl-użu ta’ dawn il-gwidi, hemm lista ta’ nuqqasijiet, raggruppati flimkien taħt Konvenzjonijiet rilevanti u/jew kodiċi, li huma kkunsidrati ta’ natura hekk serja li jistgħu jesiġu d-detenzjoni tal-vapur involut. Din il-lista mhix maħsuba biex tkun esklussiva.

3.1.   Ġenerali

In-nuqqas ta’ ċertifikati u dokumenti validi kif meħtieġa mill-instrumenti rilevanti. Madankollu, vapuri li jtajru l-bandiera ta’ Stati li ma jaderixxux mal-konvenzjoni rilevanti () jew li ma implimentawx dokument ieħor rilevanti, mhumiex intitolati għal ċertifikati previsti mill-Konvenzjoni jew strument ieħor rilevanti. Għalhekk, assenza ta’ ċertifikati meħtieġa m’għandhiex minnha nnifisha tikkonstitwixxi raġuni biex iżżomm dawn il-vapuri; iżda, meta tapplika l-klawżola ta’ “mhemmx iktar trattament favorevoli”, konformità sostanzjali mad-dispożizzjonijiet hija meħtieġa qabel isalpa l-vapur.

3.2.   Żoni taħt il-Konvenzjoni SOLAS 74

1.

Nuqqas tal-operazzjoni serja ta’ propulsjoni u makkinarju essenzjali ieħor, kif ukoll installazzjonijiet elettriċi.

2.

Nuqqas ta’ ndafa fil-kamra tal-magni, ammont eċċessiv ta’ taħlit ta’ ilma biż-żejt fil-qiegħ tal-bastiment, insulazzjoni tal-katusi fil-kamra tal-magni kontaminatibiż-żejt, operazzjoni ħażina ta’ arranġamenti ta’ ppumpjar mill-qiegħ tal-bastiment.

3.

Nuqqas ta’ tħaddim tajjeb tal-ġeneratur tal-emerġenza, dwal, batteriji u swiċis.

4.

Nuqqas ta’ tħaddim tajjeb tal-isteering gear prinċipali u awżiljarju.

5.

Assenza, kapaċità insuffiċjenti jew deterjorazzjoni serja ta’ tagħmir ta’ salvataġġ, biċċiet tal-baħar għas-sopravivenza u dispożittivi għat-tpoġġija fl-ilma.

6.

Assenza, nuqqas ta’ osservanza jew deterjorazzjoni sostanzjali ta’ sistemi ta’ kxif tan-nar, fire-alarms, tagħmir ta’ kontra t-tifi tan-nar, installazzjoni mwaħħla ta’ kontra tifi tan-nar, valvoli tal-ventilazzjoni, fire dampers, tagħmir li jingħalaq malajr sal-limitu li ma jistgħux iħarsu l-użu maħsub tagħhom.

7.

Assenza, deterjorazzjoni sostanzjali jew nuqqas ta’ operazzjoni tajba taż-żoni fejn hemm it-merkanzija mill-protezzjoni tan-nar fuq tankers.

8.

Assenza, non-konformità jew deterjorazzjoni serja ta’ dwal, forom jew sinjali tal-ħoss.

9.

Assenza jew nuqqas ta’ tħaddim kif jixraq tat-tagħmir tar-radju għal komunikazzjonijiet għall-ajjut u ta’ sikurezza.

10.

Assenza jew nuqqas tal-operazzjoni serja ta’ tagħmir ta’ navigazzjoni, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ SOLAS 74, Regolament V/16.2.

11.

Assenza ta’ mapep ta’ navigazzjoni kkorreġuti, u/jew pubblikazzjonijiet nawtiċi oħra rilevanti meħtieġa għal vjaġġ maħsub, b’kont meħud li sistema ta’ viżwalizzazzjoni ta’ mapep elettroniċi u ta’ informazzjoni (ECDIS) bħala sostitut għaċ-charts.

12.

Assenza ta’ ventilazzjoni ta’ exhaust non-sparking għal kmamar tal-pompi ta’ merkanzija.

13.

Nuqqasijiet serji fil-ħtiġiet operazzjonali, kif deskritti fis-Sezzjoni 5.5 tal-Anness 1 għal MOU ta’ Pariġi.

14.

Numru, kompożizzjoni jew ċertifikazzjoni tal-ekwipaġġ li ma jikkorrispondix mad-dokument dwar ekwipaġġ minimu ta’ sikurezza.

15.

In-nuqqas ta’ twettiq tal-programm imtejjeb ta’ stħarriġ skond is-SOLAS 74, il-Kapitolu XI, ir-Regolament 2.

3.3.   Żoni taħt il-kodiċi IBC

1.

Trasport ta’ sustanza li mhix imsemmija fiċ-Ċertifikat ta’ Idonjetà jew informazzjoninieqsa dwar merkanzija.

2.

Tagħmir ta’ sikurezza ta’ pressa għolja nieqes jew bil-ħsara.

3.

Installazzjonijiet elettriċi li mhumiex intrinsikament siguri jew li ma jikkorisponduxgħar-rekwiżiti tal-kodiċi.

4.

Sorsi ta’ taqbid f’postijiet perikolużi.

5.

Kontravenzjonijiet ta’ rekwiżiti speċjali.

6.

Qbiż ta’ ta’ kwantità ta’ merkanzija massima permessa kull tank.

7.

Protezzjoni insuffiċjenti mis-sħana għal prodotti sensittivi.

3.4.   Żoni taħt il-kodiċi IGC

1.

Trasport ta’ sustanza li mhix imsemmija fiċ-Ċertifikat ta’ Idonjetà jew informazzjoninieqsa dwar merkanzija.

2.

Apparati ta’ għeluq għal akkomodazzjoni jew spazji ta’ servizz nieqsa.

3.

Bulkhead mhux gastight.

4.

Air locks difettużi.

5.

Valvoli li jingħalqu malajr mitlufin jew difettużi.

6.

Valvoli tas-sikurezza nieqsa jew difettużi.

7.

Installazzjonijiet elettriċi li mhux intrinsikament siguri jew li ma jikkorispondux mar-rekwiżiti tal-kodiċi.

8.

Ventilaturi fiż-żona ta’ merkanzija ma jaħdmux.

9.

Pressure alarms għal tankijiet ta’ merkanzija ma jitħadmux.

10.

Impjant ta’ sejba tal-gass u/jew impjant ta’ sejba ta’ gass tossiku difettużi.

11.

Trasport ta’ sustanzi inibituri, mingħajr ċertiifkat validu.

3.5.   Żoni taħt LL 66

1.

Żoni sinifikanti ta’ ħsara jew tmermir, jew pitting tal-plating u ebusija assoċjata fil-gverti u qafas li jaffettwaw in-navigabbiltà jew saħħa biex tieħu merkanzija lokali, sakemm ma sarux tiswijiet temporanji proprji għal vjaġġ ġewwa port għal tiswijiet permanenti.

2.

Każ rikonoxxut ta’ stabbilità insuffiċjenti.

3.

L-assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti u affidabbli, f’forma approvata, li b’mezzi rapidi u sempliċi, tippermetti lill-kaptan jirranġa għat-tgħabija u s-saborra tal-vapur tiegħu b’tali manjiera li jinżamm marġini sigur ta’ stabbilità fl-istadji kollha u fil-kondizzjonijiet varji tal-vjaġġ, u li jiġi evitat il-ħolqien ta’ kwalunkwe stress mhux aċċettabbli fl-istruttura tal-vapur.

4.

Assenza, deterjorazzjoni sostanzjali jew mekkaniżmi għall-għeluq difettużi, hatch closing arrangements u bibien watertight.

5.

Merkanzija żejda.

6.

Assenza ta’ draft mark jew draft mark li impossibbli biex taqraha.

3.6.   Żoni taħt MARPOL 73/78, Anness I

1.

Assenza, deterjorazzjoni serja jew nuqqas ta’ operazzjoni proprja ta’ oily-water filtering equipment, il-monitoring tat-tnixxija taż-żejt u sistema ta’ kontroll jew l-arranġamenti tal-alarm 15 ppm.

2.

Kapaċità li fadal ta’ slop u/jew sludge tank insuffiċjenti għall-vjaġġ maħsub.

3.

Ktieb tar-Rekords taż-Żejt mhux disponibbli (20 (5)).

4.

Twaħħil illeċitu ta’ divjet ta’ ħatt mhux awtorizzat.

5.

Il-fajl tar-rapport tal-istħarriġ ikun nieqes jew ma’ jkunx konformi mar-Regolament13G(3)(b) tal-MARPOL 73/78.

3.7.   Żoni taħt MARPOL 73/78, Anness II

1.

Assenza tal-manwali P & A.

2.

Merkanzija mhux kategorizzata.

3.

M’hemm ebda ktieb dwar merkanzija disponibbli.

4.

Trasport ta’ sostanzi li qishom żejt mingħajr ma tissodisfa r-rekwiżiti jew mingħajrċertifikat adegwatament emendat.

5.

Twaħħil illeċitu ta’ divjet ta’ ħatt mhux awtorizzat.

3.8   Żoni taħt MARPOL 73/78, Anness V

1.

Assenza tal-pjan ta’ ġestjoni tal-iskart.

2.

L-ebda ktieb tar-reġistrazzjoni tal-iskart mhuwa disponibbli.

3.

Il-persunal tal-vapur mhuwiex familjari mal-ħtiġiet ta’ rimi/twarrib fil-pjan ta’ ġestjoni tal-iskart.

3.9   Żoni taħt STCW 78/95 u d-Direttiva 2008/106/KE.

1.

Defiċjenza tal-baħrin li jkollhom ċertifikat, li jakkwistaw ċertifikat xieraq, li jkollhom dispensa valida jew biex jipprovdu prova dokumentata li applikazzjoni għal konferma kienet ġiet ippreżentata lill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

2.

Evidenza li ċertifikat ġie akkwistat bi frodi jew li d-detentur ta’ ċertifikat mhuwiex il-persuna li lilha kien oriġinarjament inħareġ iċ-ċertifikat.

3.

Nuqqas ta’ konformità mal-ħtiġiet applikabbli ta’ ekwipaġġ ta’ sikurezza tal-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

4.

Defiċjenza ta’ arranġamenti tas-sahra tan-navigazzjoni jew tal-inġinerija biex ikunu konformi mal-ħtiġiet speċifikati għall-vapur mill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

5.

Assenza fis-sahra ta’ persuna kkwalifikata biex topera apparat essenzjali għal navigazzjoni b’sikurezza, kommunikazzjoni bir-radju ta’ sikurezza jew il-prevenzjoni ta’ tinġis marittimu.

6

Defiċjenza li jforni prova ta’ profiċjenza prefessjonali għad-dmirijiet assenjati lill-baħħara għas-sikurezza tal-vapur u l-prevenzjoni tat-tinġis.

7.

Inabilità li jipprovdu għall-ewwel sahra fil-bidu tal-vjaġġ u għal sahrat ta’ serħan sussegwenti persuni li jkunu straħu biżżejjed u li b’xi mod ieħor huma tajbin għal ħidma.

3.10.   Żoni taħt il-Konvenzjonijiet ILO

1.

Ikel mhux suffiċjenti għall-vjaġġ lejn il-port li jmiss.

2.

Ilma mhux suffiċjenti għall-vjaġġ lejn il-port li jmiss.

3.

Kondizzjonijiet eċċessivament mhux sanitarji abbord.

4.

Ma jkunx hemm tisħin fl-akkomodazzjoni ta’ vapur li jopera f’żoni fejn it-temperaturi jistgħu jkunu baxxi b’mod eċċessiv.

5.

Ventilazzjoni mhux biżżejjed fl-akkomodazzjoni tal-vapur.

6.

Skart eċċessiv, sadd mit-tagħmir jew merkanzija jew altrimenti kondizzjonijiet perikolużi fil-passaġġi/akkomodazzjonijiet.

7.

Evidenza ċara li l-persunal għall-ewwel gwardja u l-gwardji suċċessivi, il-persunal fuq gwardja jew persunal ieħor tas-servizz mhuwiex f’pożizzjoni li jaqdi dmiru minħabba l-għeja.

3.11.   Żoni li ma jirrikjedux detenzjoni, iżda fejn eż. operazzjonijiet ta’ merkanzija jridu jiġu sospiżi.

Nuqqas ta’ tħaddim serju (jew manutenzjoni) tas-sistema ta’ gass ta’ ġewwa, tagħmir relatat mal-merkanzija jew makkinarju huma kunsidrati raġuni suffiċjenti biex twaqqaf operazzjoni ta’ merkanzija.


ANNESS XI

KRITERJI MINIMI GĦALL-ISPETTURI

(imsemmija fl-Artikoli 22(1) u (5)

1.

L-ispetturi għandu jkollhom it-tagħrif teoriku u l-esperjenza prattika meħtiġin ta’ vapuri u l-operat tagħhom. Huma għandhom ikunu kompetenti fl-infurzar tal-ħtiġiet tal-Konvenzjonijiet u tal-proċeduri rilevanti ta’ kontroll tal-Istat tal-port. Dawn it-tagħrif u l-kompetenza fl-infurzar tal-ħtiġiet internazzjonali u Komunitarji għandhom jinkisbu permezz ta’ programmi ta’ taħriġ dokumentati.

2.

L-ispetturi għandhom, bħala minimu, ikollhom jew:

(a)

kwalifiki adatti minn istituzzjoni tal-baħar jew nawtika u esperjenza rilevanti ta’ tbaħħir bħala uffiċjal ċertifikat għal fuq vapur li għandu jew kellu ċertifikat ta’ kompetenza validu STWC 78 II/2 jew III/2 mhux limitat rigward iż-żona operattiva jew il-qawwa ta’ propulsjoni jew it-tunnellaġġ; jew

(b)

ikunu għaddew minn eżami rikonoxxut mill-Awtorità kompetenti bħala perit nawtiku, inġinier mekkaniku jew inġinier b’rabta ma’ oqsma marittimi u ħadmu f’dik il-kapaċità tal-inqas għal ħames snin; jew

(c)

ikollhom grad universitarju rilevanti jew ekwivalenti u jkunu tħarrġu u kkwalifikaw kif adatt bħala spetturi ta’ sikurezza għall-vapuri.

3.

L-ispettur għandu jkun:

kompla tal-inqas sena ta’ servizz bħala spettur ta’ Stat tal-bandiera jew relatati ma’ stħarriġ u ċertifikazzjoni skond il-Konvenzjonijiet jew involut fil-monitoraġġ tal-attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti li għalihom kienu delegati kompiti statutorji, jew

kiseb livell ekwivalenti ta’ kompetenza billi jsegwi minimu ta’ sena taħriġ fuq il-post fi spezzjonijiet ta’ Kontroll tal-Istat tal-Port skond il-gwida ta’ Uffiċjali ta’ Kontroll tal-Istat tal-Port bl-esperjenza.

4.

L-ispetturi msemmijin taħt 2(a) għandhom ikunu akkwistaw esperjenza marittima almenu ta’ 5 snin inklużi perijodi moqdijin fuq il-baħar bħala uffiċjali fid-dipartiment ta’ abbord jew tal-magni rispettivament, jew bħala spettur ta’ Stat tal-bandiera jew bħala assistent spettur tal-kontrol tal-Istat tal-port.

5.

L-ispetturi għandu jkollhom l-abbiltà li jikkomunikaw oralment u bil-miktub mal-baħħara bil-lingwa l-aktar mitkellma fuq il-baħar.

6.

L-ispetturi li ma josservawx il-kriterji fuq imsemmija jiġu aċċettati wkoll jekk imqabbda minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għal kontroll tal-Istat tal-port fid-data ta’ adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

7.

Fejn fi Stat Membru l-ispezzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 15(1) u (2) jitwettqu minn spetturi ta’ kontroll tal-Istat tal-port; dawk l-ispetturi għandu jkollhom kwalifiki adatti, li għandhom jinkludu esperjenza teorika u prattika suffiċjenti fis-sigurtà marittima. Dan normalment għandu jinkludi:

(a)

fehim tajjeb tas-sigurtà marittima u kif din hija applikata fl-operazjonijiet li qed jiġu eżaminati;

(b)

tagħrif prattiku tajjeb ta’ teknoloġiji u tekniki tas-sigurtà;

(c)

tagħrif ta’ prinċipji, proċeduri u tekniki tal-ispezzjonijiet;

(d)

tagħrif prattiku tal-operazzjonijiet li qed jiġu eżaminati.


ANNESS XII

FUNZJONALITAJIET TAL-ĠABRA TA’ DATA GĦALL-ISPEZZJONIJIET

(imsemmija fl-Artikolu 24(1))

1.

Il-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet għandha tinkludi tal-inqas il-funzjonalitajiet li ġejjin:

Tinkorpora data għall-ispezzjonijiet tal-Istati Membri u l-firmatarji kollha għall-MOU ta’ Pariġi;

Tipprovdi data dwar il-profil tar-riskju ta’ vapur u dwar vapuri li waslu għal spezzjonijiet;

Tikkalkula r-responsabbiltajiet ta’ spezzjoni għal kull Stat Membru;

Tipproduċi l-lista l-bajda kif ukoll dik griża u sewda tal-Istati tal-bandiera kif imsemmi fl-Artikolu 16(1);

Tipproduċi data dwar il-prestazzjoni tal-kumpaniji;

Tidentifika l-partiti b’żoni ta’ riskju li għandhom jiġu kkontrollati f’kull spezzjoni.

2.

Il-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet għandu jkollha l-kapaċità li tadatta għal żviluppi futuri u li tinteraġixxi ma’ databases għas-sikurezza marittima Komunitarji oħrajn, inkluża s-SafeSeaNet, li għandhom ifornu data dwar iż-żjarat li l-vapuri tabilħaqq jagħmlu f’portijiet tal-Istati Membri u, fejn xieraq, għal sistemi ta’ informazzjoni nazzjonali rilevanti.

3.

Għandha tkun fornuta deep hyperlink għal-ġabra ta’ data għall-ispezzjonijiet għas-sistema ta’ informazzjoni Equasis. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu li d-databases pubbliċi u privati relatati ma’ spezzjoni ta’ vapuri aċċessibbli permezz tal-Equasis ikunu kkonsultati mill-ispetturi.


ANNESS XIII

PUBBLIKAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI RELATATA MA’ SPEZZJONIJET, MA’ DETENZJONIJIET U ĊAĦDIET TA’ AĊĊESS FIL-PORTIJIET U L-ANKRAĠĠI TAL-ISTATI MEMBRI

(imsemmija fl-Artikolu 26)

1.

L-informazzjonippubblikata skond l-Artikolu 26 għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

l-isem tal-vapur;

(b)

in-numru tal-IMO;

(c)

it-tip tal-vapur;

(d)

it-tunellaġġ (gt);

(e)

is-sena tal-kostruzzjoni kif stabbilita abbażi tad-data murija fiċ-ċertifikati tas-sikurezza tal-vapur;

(f)

l-isem u l-indirizz tal-kumpanija tal-vapur;

(g)

fil-każ ta’ vapuri li jġorri l-merkanzija likwida jew solida bl-ingrossa, l-isem u l-indirizz tal-kerrej responsabbli għall-għażla tal-vapur u t-tip tal-kirja;

(h)

l-istat tal-bandiera;

(i)

ċertifikati ta’ klassifikazzjoni u statutorji maħruġin skond il-Konvenzjonijiet rilevanti, u l-awtorità jew organizzazzjoni li ħarġet kull wieħed miċ-ċertifikati in kwistjoni, inkluża d-data tal-ħruġ u tal-iskadenza;

(j)

il-port u d-data tal-aħħar stħarriġ intermedju jew annwali għaċ-ċertifikati fil-punt (i) fuq u l-isem ta’l-awtorità jew l-organizzazzjoni li tkun wettqet l-istħarriġ;

(k)

data, port tal-pajjiż tad-detenzjoni.

2.

Għal vapuri li kienu detenuti, informazzjoni ppubblikata skond l-Artikolu 26 għandha tinkludi wkoll:

(a)

l-għadd ta’ detenzjonijiet matul is-36 xahar preċedenti;

(b)

id-data meta d-detenzjoni kienet tneħħiet;

(c)

id-durazzjoni tad-detenzjoni, fi ġranet;

(d)

ir-raġunijiet għad-detenzjoni, f’termini ċari u espliċiti;

(e)

l-indikazzjoni, fejn rilevanti, dwar jekk l-organizzazzjoni rikonoxxuta li tkun għamlet l-istħarriġ ikollhiex ir-responsabbiltà rigward id-defiċjenzi li, weħidhom jew flimkien, ikunu wasslu għad-detenzjoni;

(f)

id-deskrizzjoni tal-miżuri li jkunu ttieħdu fil-każ ta’ vapur li kien tħalla jmur lejn l-eqreb baċir għat-tiswija adattata;

(g)

jekk il-vapur inċaħadlu aċċess għal kwalunkwe port jew ankraġġ fil-Komunità, ir-raġunijiet għall-miżura f’termini ċari u espliċiti.


ANNESS XIV

DATA FORNUTA FIL-KUNTEST TA’ MONITORAĠĠ TAL-IMPLIMENTAZZJONI

(kif imsemmija fl-Artikolu 29)

1.   Kull sena l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni d-data li ġejja dwar is-sena ta’ qabel mhux aktar tard mill-1 ta’ April.

1.1.   L-għadd ta’ spetturi li jaġixxu għan-nom tagħhom fil-qafas tal-kontroll tal-Istat tal-port.

Dan it-tagħrif għandu jingħata lill-Kummissjoni waqt li tintuża l-iskeda mudell li ġejja (1)  (2).

Port/żona

Numru ta’ spetturi impjegati full-time

(A)

Numru ta’ spetturi part-time

(B)

Konverżjoni minn (B) għal full-time

(C)

Total

(A+C)

Port X /jew Żona X….

 

 

 

 

Port Y /jew Żona Y….

 

 

 

 

TOTAL

 

 

 

 

1.2.   L-għadd totali tal-vapuri individwali li daħlu fil-portijiet tagħhom f’livell nazzjonali. Iċ-ċifra għandha tkun in-numru ta’ vapuri koperti minn din id-Direttiva li daħlu fil-portijiet f’livell nazzjonali magħdudin biss darba.

(2)   L-Istati Membri għandhom

(a)

ifornu lill-Kummissjoni kull sitt xhur lista żjarat f’port tal-vapuri individwali, minbarra s-servizzi regolari talaneċ tal-passiġġieri u tal-merkanzija, li daħlu fil-portijiet tagħhom jew li kienu nnotifikaw lil awtorità jew korp tal-port wasliethom f’ankoraġġ, li tinkludi għal kull moviment tal-vapur n-numru ta’ IMO tiegħu, id-data tal-wasla tiegħu; l-port. Il-lista għandha tkun fornuta fil-forma ta’ programm spreadsheet li tippermetti ħruġ u proċessar awtomatiku tal-informazzjoni msemmija hawn fuq. Il-lista għandha tkun fornuta fi żmien 4 xhur mit-tmiem tal-perijodu li għalih tappartjeni d-data.

u

(b)

ifornu lill-Kummissjoni b’listi separati ta’ servizzi regolari ta’ laneċ tal-passiġġieri u servizzi regolari talaneċ tal-merkanzija msemmijin fil-punti(a), sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, u wara dan kull darba li jsiru bidliet f’tali servizzi. Il-lista għandha tinkludi għal kull vapur in-numru IMO tiegħu, ismu u r-rotta koperta mill-vapur. Il-lista għandha tkun fornuta fil-forma ta’ programm spreadsheet li tippermetti ħruġ u proċessar tal-informazzjoni msemmija hawn fuq.


(1)  Fejn l-ispezzjonijiet imwettqin fil-kuntest ta’ kontroll tal-Istat tal-port jirrappreżentaw biss parti mill-ħidma tal-ispetturi, in-numru totali ta’ spetturi għandu jkun konvertit għal numru ekwivalenti ta’ spetturi full-time. Fejn l-istess spettur jaħdem f’aktar minn port wieħed jew żona ġeografika waħda l-ekwivalenti part-time applikabbli għandu jingħadd f’kull port.

(2)  Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’livell nazzjonali u għal kull port tal-Istat Membru li jkun. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, port għandu jfisser port individwali u ż-żona ġeografika koperta minn spettur jew grupp ta’ spetturi, li tkun tikkonsisti f’bosta portijiet individwali fejn ikun il-każ.


ANNESS XV

PARTI A

DIRETTIVA MĦASSRA B’ELEMENTI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

(imsemmija fl-Artikolu 37)

Direttiva 95/21/KE tal-Kunsill

(GU L 157, 7.7.1995, p. 1)

 

Direttiva 98/25/KE tal-Kunsill

(ĠU L 133, 7.5.1998, p. 19)

 

Direttiva 98/42/KE tal-Kummissjoni

(ĠU L 184, 27.6.1998, p. 40)

 

Direttiva 1999/97/KE tal-Kummissjoni

(ĠU L 331, 23.12.1999, p. 67)

 

Direttiva 2001/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 19, 22.1.2002, p. 17)

 

Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropea u l-Artikolu 4 biss tal-Kunsill

(ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53)

 

PARTI B

LISTA TA’ SKADENZI ĠĦAT-TRASPOŻIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI

(imsemmija fl-Artikolu 37)

Direttiva

Skadenza għat-traspożizzjoni

Direttiva 95/21/KE

30 ta’ Ġunju 1996

Direttiva 98/25/KE

30 ta’ Ġunju 1998

Direttiva 98/42/KE

30 ta’ Settembru 1998

Direttiva 1999/97/KE

13 ta’ Diċembru 2000

Direttiva 2001/106/KE

22 ta’ Lulju 2003

Direttiva 2002/84/KE

23 ta’ Novembru 2003


ANNESS XVI

Skeda ta’ Korrelazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 37)

Direttiva 95/21/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1, kliem introduttorju

Artikolu 1, kliem introduttorju

Artikolu 1, l-ewwel inċiż

Artikolu 1(a)

Artikolu 1, it-tieni inċiż

Artikolu 1(b)

Artikolu 1(c)

Artikolu 2, kliem introduttorju

Artikolu 2, kliem introduttorju

Artikolu 2(1), kliem introduttorju

Artikolu 2(1), kliem introduttorju

Artikolu 2(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 2(1), it-tieni inċiż

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 2(1), it-tielet inċiż

Artikolu 2(1)(c)

Artikolu 2(1), ir-raba’ inċiż

Artikolu 2(1)(d)

Artikolu 2(1), il-ħames inċiż

Artikolu 2(1)(e)

Artikolu 2(1), is-sitt inċiż

Artikolu 2(1)(f)

Artikolu 2(1), is-seba’ inċiż

Artikolu 2(1)(g)

Artikolu 2(1), it-tmien inċiż

Artikolu 2(1)(h)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(6)

Artikolu 2(7)

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(8)

Artikolu 2(9)

Artikolu 2(10)

Artikolu 2(6)

Artikolu 2(11)

Artikolu 2(7)

Artikolu 2(12)

Artikolu 2(8)

Artikolu 2(13)

Artikolu 2(14)

Artikolu 2(9)

Artikolu 2(15)

Artikolu 2(16)

Artikolu 2(10)

Artikolu 2(17)

Artikolu 2(18)

Artikolu 2(19)

Artikolu 2(20)

Artikolu 2(21)

Artikolu 2(22)

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(1), it-tielet subparagrafu,

Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 3(1), il-ħames subparagrafu

Artikolu 3(1), is-sitt subparagrafu

Artikolu 3(2) to (4)

Artikolu 3(2) to (4)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4

Artikolu 4(2)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 6(1) kliem introduttorju

Artikolu 13(1) kliem introduttorju

Artikolu 6(1)(a)

Artikolu 13(1)(a)

Artikolu 13(1)(b)

Artikolu 6(1)(b)

Artikolu 13(1)(c)

Artikolu 6(2)

Artikolu 13(2)

Artikolu 6(3)

Artikolu 13(3)

Artikolu 6(4)

Artikolu 7

Artikolu 7a

Artikolu 7b

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 8

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 9(1) u (2)

Artikolu 19(1) u (2)

Artikolu 9(3), l-ewwel sentenza

Artikolu 19(3)

Artikolu 9(3), sentenzi 2 sa 4

Artikolu 19(4)

Artikolu 9(4) sa (7)

Artikolu 19(5) sa (8)

Artikolu 19(9) u (10)

Artikolu 9a

Artikolu 10(1) sa (3)

Artikolu 20(1) sa (3)

Artikolu 20(4)

Artikolu 11(1)

Artikolu 21(1)

Artikolu 21(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 21(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 21(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(4) sa (6)

Artikolu 21(4) sa (6)

Artikolu 12 (1) sa (3)

Artikolu 22(1) sa (3)

Artikolu 12(4)

Artikolu 22(4)

Artikolu 22(5) sa (7)

Artikolu 13(1) sa (2)

Artikolu 23(1) u (2)

Artikolu 23(3) sa (5)

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 16(1) u (2)

Artikolu 28(1) u (2)

Artikolu 16(2a)

Artikolu 28(3)

Artikolu 16(3)

Artikolu 28(4)

Artikolu 17

Artikolu 29

Artikolu 30

Artikolu 18

Artikolu 31

Artikolu 19

Artikolu 32

Artikolu 33

Artikolu 19a

Artikolu 34

Artikolu 35

Artikolu 20

Artikolu 36

Artikolu 37

Artikolu 21

Artikolu 38

Artikolu 22

Artikolu 39

Anness I

Anness I

Anness II

Anness III

Anness II

Anness IV

Anness III

Anness V

Anness IV

Anness VI

Anness V

Anness VII

Anness VI

Anness X

Anness VII

Anness XI

Anness XII

Anness VIII

Anness XIII

Anness IX

Anness IX

Anness X

Anness XIV

Anness XI

Anness VIII

Anness XII

Anness XV

Anness XVI


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/101


DIRETTIVA 2009/17/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

li temenda d-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3), fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fit-3 ta’ Frar 2009,

Billi:

(1)

Bl-adozzjoni tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-Unjoni Ewropea saħħet il-kapaċità tagħha għall-prevenzjoni ta’ sitwazzjonijiet li huma ta’ theddida għas-sigurtà tal-ħajja tal-bniedem fil-baħar u għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar.

(2)

Ladarba din id-Direttiva tikkonċerna l-emenda tad-Direttiva 2002/59/KE, il-biċċa l-kbira tal-obbligi li jinsabu fiha mhux ser ikunu applikabbli għall-Istati Membri mingħajr xtut tal-baħar u portijiet tal-baħar. Konsegwentement, l-uniċi obbligi li ser ikunu applikabbli għall-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Lussemburgu jew is-Slovakkja huma dawk l-obbligi li jikkonċernaw vapuri li jtajru l-bandiera ta’ dawk l-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għad-dmir ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri biex jiżguraw kontinwità bejn servizzi ta’ amministrazzjoni ta’ traffiku marittimu u ta’ traffiku modali ieħor, b'mod partikolari servizzi ta’ informazzjoni dwar ix-xmajjar.

(3)

Taħt din id-Direttiva, l-Istati Membri li huma, Stati kostali għandhom ikunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni, li jiġbru matul missjonijiet ta’ monitoraġġ tat-traffiku marittimu, li huma jwettqu fl-oqsma ta’ kompetenza tagħhom. Is-sistema Komunitarja msejħa “SafeSeaNet” għall-iskambju ta’ informazzjoni, żviluppata mill-Kummissjoni bi qbil ma’ l-Istati Membri, tinkludi min-naħa l-waħda, network ta’ skambju ta’ data u, min-naħa l-oħra, standardizzazzjoni tal-informazzjoni ewlenija disponibbli dwar vapuri u t-tagħbija tagħhom (preavviż u rappurtar). Din b'hekk tippermetti li tkun lokalizzata f'ras il-għajn u li tkun ikkomunikata lil kwalunkwe awtorità informazzjoni preċiża u aġġornata dwar vapuri f'ibħra Ewropej, il-movimenti tagħhom u t-tagħbijiet perikolużi jew li jniġġsu tagħhom, kif ukoll dwar inċidenti fil-baħar.

(4)

Għaldaqstant, sabiex ikun garantit l-użu operattiv tal-informazzjoni miġbura b'dan il-mod, huwa essenzjali li l-infrastruttura meħtieġa għall-ġbir u l-iskambju tad-data msemmija f'din id-Direttiva u implimentata mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tkun integrata fis-SafeSeaNet.

(5)

Fost l-informazzjoni notifikata u skambjata taħt id-Direttiva 2002/59/KE, dik li tikkonċerna l-karatteristiċi preċiżi ta’ merkanzija perikoluża jew li tniġġes trasportata bil-baħar hija partikolarment importanti. Għaldaqstant, u fid-dawl ta’ inċidenti marittimi riċenti, l-awtoritajiet kostali għandhom ikunu permessi aċċess aktar faċli għall-karatteristiċi tal-idrokarburi li jkunu qed jiġu trasportati bil-baħar, fattur essenzjali fl-għażla tal-aktar teknika ta’ kontroll adatta, u, f'emerġenza, għandhom ikunu provduti b'kuntatt dirett ma’ dawk l-operaturi li għandhom l-aħjar għarfien tal-merkanzija trasportata.

(6)

Is-sistemi awtomatiċi tal-identifikazzjoni tal-vapuri (AIS – Sistema Awtomatika ta’ Identifikazzjoni) imsemmija fil-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar tal-1 ta’ Novembru 1974 (“il-Konvenzjoni SOLAS”) jippermettu mhux biss li jiġu mtejba l-possibbiltajiet tal-monitoraġġ ta’ dawn il-vapuri, iżda fuq kollox li jsiru aktar siguri f'sitwazzjonijiet ta’ tbaħħir fil-qrib. Għaldaqstant l-AIS ġew integrati fid-dispożizzjonijiet normattivi tad-Direttiva 2002/59/KE. Meta jitqies in-numru kbir ta’ ħabtiet li jinvolvu l-bastimenti tas-sajd li b'mod evidenti l-vapuri kummerċjali ma jkunux rawhom jew li huma ma jkunux raw il-vapuri kummerċjali madwarhom, l-estensjoni ta’ dik il-miżura għal bastimenti tas-sajd itwal minn 15-il metru hija mixtieqa ħafna. Fil-qafas tal-Fond Ewropew għas-Sajd, tista' tingħata assistenza finanzjarja għat-twaħħil abbord tal-bastimenti tas-sajd ta’ tagħmir ta’ sikurezza bħall-AIS. L-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO) irrikonoxxiet li l-pubblikazzjoni għal skopijiet kummerċjali fuq l-internet jew x'imkien ieħor ta’ data AIS trażmessa minn bastimenti tista' tkun ta’ detriment għas-sikurezza u s-sigurtà ta’ bastimenti u ta’ faċilitajiet tal-portijiet u ħeġġet lill-gvernijiet membri tagħha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali tagħhom, biex jiskoraġġixxu lil dawk li jqiegħdu data AIS għad-dispożizzjoni ta’ oħrajn biex jippubblikawha fuq l-internet, jew x'imkien ieħor, milli jagħmlu dan. Barra minn hekk, għandha tiġi żgurata il-kunfidenzjalità tat-tagħrif mibgħut lill-Istati Membri taħt din id-Direttiva u l-Istati Membri għandhom jużaw dak it-tagħrif konformement ma’ din id-Direttiva.

(7)

L-obbligu tat-twaħħil ta’ AIS għandu jinftiehem ukoll li jinħtieġ li AIS tinżamm operattiva f'kull ħin ħlief fejn regoli jew standards internazzjonali jipprevedu l-protezzjoni ta’ informazzjoni dwar in-navigazzjoni.

(8)

Stat Membru, fuq talba tiegħu, għandu jkun intitolat li jitlob tagħrif minn Stat Membru ieħor rigward xi vapur u l-oġġetti perikolużi jew niġġiesa li jkunu qed jinġarru minnu. Dan it-tagħrif għandu jkun disponibbli permezz tas-SafeSeaNet u għandu jintalab biss għal raġunijiet ta’ sikurezza marittima jew ta’ sigurtà marittima jew ta’ protezzjoni tal-ambjent marittimu. Huwa għaldaqstant essenzjali li l-Kummissjoni tinvestiga problemi possibbli tas-sigurtà tan-networks u tal-informazzjoni.

(9)

Id-Direttiva 2002/59/KE tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri speċjali fir-rigward ta’ vapuri li huma ta’ perikolu potenzjali minħabba l-aġir jew il-kondizzjoni tagħhom. Għalhekk jidher mixtieq li mal-lista ta’ dawn il-vapuri jiżdiedu dawk li m'għandhomx kopertura ta’ assigurazzjoni jew garanziji finanzjarji sodisfaċenti jew li ġew irrappurtati minn piloti jew awtoritajiet tal-port bħala li għandhom anomaliji li jidhru li jistgħu jippreġudikaw it-tbaħħir sigur tagħhom jew joħolqu riskju għall-ambjent.

(10)

Taħt id-Direttiva 2002/59/KE jidher li huwa meħtieġ, relattivament għalr-riskji maħluqa minn temp eċċezzjonalment ħażin, li jittieħed kont tal-perikolu potenzjali għat-tbaħħir mill-formazzjoni ta’ silġ. Għalhekk, meta awtorità kompetenti maħtura minn Stat Membru tikkunsidra, abbażi ta’ previżjonijiet dwar silġ provduti minn servizz kwalifikat ta’ tagħrif metereoloġiku, li l-kondizzjonijiet tat-tbaħħir qed joħolqu theddida serja għas-sikurezza tal-ħajja tal-bniedem jew theddida serja ta’ tniġġis, hija għandha tavża b'dan lill-kaptani tal-vapuri preżenti fiż-żona ta’ kompetenza tagħha jew li jkunu bi ħsiebhom jidħlu jew joħorġu fil-/mill-port jew portijiet fiż-żona konċernata. L-awtorità konċernata għandha tkun tista' tieħu l-passi xierqa biex tiżgura s-sikurezzża tal-ħajja tal-bniedem fuq il-baħar u l-protezzjoni tal-ambjent. L-Istati Membri għandhom ikollhom ukoll il-possibbiltà li jivverifikaw li d-dokumentazzjoni meħtieġa abbord tagħti prova li l-vapur jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ saħħa u qawwa li jkunu fi proporzjon mas-sitwazzjoni tas-silġ fiż-żona konċernata.

(11)

Id-Direttiva 2002/59/KE tipprevedi li l-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet biex jakkomodaw, jekk is-sitwazzjoni hekk teħtieġ, lil vapuri fil-periklu fil-portijiet tagħhom jew fi kwalunkwe post protett ieħor fl-aħjar kondizzjonijiet possibbli, sabiex jiġu limitati l-konsegwenzi ta’ inċidenti fuq il-baħar. Madankollu, b'kont meħud tal-Linji Gwida dwar Postijiet ta’ Kenn għall-Vapuri li jeħtieġu Assistenza annessi mar-Riżoluzzjoni A. 949(23) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali tat-13 ta’ Diċembru 2003 (ir-“Riżoluzzjoni A. 949(23) tal-IMO”), li ġew adottati sussegwentament għad-Direttiva 2002/59/KE u li jirriferu għal vapuri li jeħtieġu assistenza, u mhux għal vapuri fil-periklu, dik id-Direttiva għandha tiġi emendata kif ikun jeħtieġ il-każ. Din id-Direttiva ma taffettwax ir-regoli applikabbli għal operazzjonijiet ta’ salvataġġ bħal dawk stipulati mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Tiftix u s-Salvataġġ Marittimu, meta s-sikurezza tal-ħajja tal-bniedem tkun fil-periklu.

(12)

Sabiex ikun hemm dispożizzjonijiet għal vapuri li jeħtieġu l-assistenza kif jingħad fir-Riżoluzzjoni tal-IMO A.949(23), għandhom jiġu nominati awtorita kompetenti waħda jew aktar sabiex jieħdu deċiżjonijiet bil-għan li jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji għall-ħajjiet tal-bniedem u għall-ambjent.

(13)

Abbażi tar-Riżoluzzjoni A. 949(23) tal-IMO u wara l-ħidma mwettqa flimkien mal-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (l-“Aġenzija”) u l-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet bażiċi li għandhom jkun fihom il-pjanijiet għall-akkomodazzjoni ta’ vapuri li jeħtieġu assistenza sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata u effettiva ta’ din il-miżura u jiġi ċċarat l-ambitu tal-obbligi li jaqgħu fuq l-Istati Membri.

(14)

Ir-Riżoluzzjoni A. 949(23) tal-IMO għandha tiffurma il-bażi ta’ kwalunkwe pjan imħejji mill-Istati Membri sabiex jirrispondi b'mod effettiv għal theddid maħluq minn vapuri li jeħtieġu assistenza. Madankollu, meta ssir valutazzjoni tar-riskji assoċjati ma’ tali theddid, l-Istati Membri jistgħu, minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali tagħhom, jieħdu kont ta’ fatturi oħrajn, bħall-użu ta’ ilma baħar għall-produzzjoni ta’ ilma tax-xorb kif ukoll il-ġenerazzjoni tal-elettriku.

(15)

Il-baħħara huma magħrufa bħala kategorija speċjali ta’ ħaddiema u, fid-dawl tan-natura dinjija tal-industrija tat-tbaħħir u l-ġurisdizzjonijiet differenti li huma jistgħu jiddaħħlu f'kuntatt magħhom, jeħtieġu protezzjoni speċjali b'mod speċjali f'dak li għandu x'jaqsam ma’ kuntatti ma’ awtoritajiet pubbliċi. Fl-interessi ta’ iżjed sikurezza marittima il-baħħara għandhom ikunu jistgħu iserrħu fuq trattament ġust fil-każ ta’ aċċident marittimu. Id-drittijiet tal-bniedem u d-dinjita tagħhom għandhom ikunu ppreservati l-ħin kollu u l-investigazzjonijiet kollha ta’ sikurezza għandhom jitwettqu b'mod ġust u bil-ħeffa. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom, konformement mal-legiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, iqisu wkoll id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-linji gwida tal-IMO dwar it-trattament ġust tal-baħħara fil-każ ta’ aċċident marittimu.

(16)

Meta vapur ikun jeħtieġ assistenza, jista' jkun hemm il-ħtieġa li tittieħed deċiżjoni rigward l-akkomodazzjoni ta’ dak il-vapur f'post ta’ kenn. Dan huwa partikolarment importanti fl-eventwalità ta’ sitwazzjoni li tista' twassal għat-telf ta’ bastiment jew għal periklu ambjentali jew ta’ navigazzjoni. F' każ bħal dan huwa meħtieġ li wieħed ikun jista' jitlob l-għajnuna ta’ awtorità fi Stat Membru, abbażi tal-istruttura interna ta’ dak l-Istat Membru, li jkollha l-ħila esperta u s-setgħa li tieħu deċiżjonijiet indipendenti, f'dak li għandu x'jaqsam ma’ l-akkomodazzjoni ta’ vapur f'post ta’ kenn. Huwa importanti wkoll li d-deċiżjoni tittieħed wara evalwazzjoni preliminari tas-sitwazzjoni abbażi tat-tagħrif li jkun hemm fil-pjan rilevanti għall-akkomodazzjoni tal-vapuri f'post ta’ kenn. Huwa mixtieq li l-awtoritajiet kompetenti jkunu ta’ xorta permanenti.

(17)

Il-pjanijiet għall-akkomodazzjoni ta’ vapuri li jeħtieġu assistenza għandhom jiddeskrivu b'mod preċiż il-katina ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet rigward is-sejħa ta’ allert u kif għandhom ikunu trattati s-sitwazzjonijiet in kwistjoni. L-awtoritajiet konċernati u s-setgħat tagħhom għandhom ikunu deskritti b'mod ċar, kif għandhom ikunu wkoll il-mezzi ta’ komunikazzjoni bejn il-partijiet involuti. Il-proċeduri applikabbli għandhom jiżguraw li tkun tista' tittieħed deċiżjoni xierqa malajr abbażi ta’ ħila marittima esperta li tkun speċifika u tagħrif adegwat disponibbli għall-awtorità kompetenti.

(18)

Il-portijiet li jakkomodaw vapur għandhom ikunu jistgħu iserrħu fuq kumpens minnufih f'dak li għandu x'jaqsam ma spejjeż u kwalunkwe ħsara li jqumu mill-operazzjoni. Għal dak il-għan huwa importanti li jkunu applikati l-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex idaħħlu fis-seħħ qafas legali li taħtu huma jkunu jistgħu, f'ċirkostanzi eċċezzjonali u konformement mal-liġi tal-Komunità, jikkumpensaw lil xi port jew xi entità oħra għal spejjeż u telf ekonomiku mġarrab b'riżultat ta’ akkomodazzjoni ta’ xi vapur. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha teżamina l-mekkaniżmi eżistenti fl-Istati Membri għall-kumpens ta’ telf ekonomiku potenzjali mġarrab minn xi port jew korp u għandha, fuq il-bażi ta’ dan l-eżami, tressaq u tivvaluta għażliet ta’ politika differenti.

(19)

Waqt it-tfassil tal-pjanijiet, l-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni dwar postijiet potenzjali ta’ kenn mal-kosta sabiex, f'każ ta’ aċċident jew inċident fuq il-baħar, l-awtorità kompetenti tkun tista' tidentifika b'mod ċar u malajr l-aktar żoni adatti għall-akkomodazzjoni tal-vapuri li jeħtieġu assistenza. Din l-informazzjoni rilevanti għandu jkun fiha deskrizzjoni ta’ ċerti karatteristiċi tas-siti taħt kunsiderazzjoni u t-tagħmir u l-installazzjonijiet disponibbli sabiex tiffaċilita l-akkomodazzjoni ta’ vapuri li jeħtieġu assistenza jew li jiġu trattati l-konsegwenzi ta’ aċċidenti jew tniġġis.

(20)

Huwa importanti li l-lista tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli mid-deċiżjoni dwar l-akkomodazzjoni ta’ vapur f'post ta’ kenn, u l-lista tal-awtoritajiet responsabbli li jilqgħu u jieħdu ħsieb is-sejħiet ta’ allert, ikunu pubblikati b'mod xieraq. Jista' jkun siewi wkoll għall-partijiet involuti f'operazzjoni ta’ assistenza marittima, inkluż għall-kumpanniji ta’ assistenza u ta’ rmunkar, u għall-awtoritajiet ta’ Stati Membri ġirien li x'aktarx jintlaqtu minn emerġenza fil-baħar, li jkollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti.

(21)

In-nuqqas tal-assigurazzjoni finanzjarja ma jeżonerax Stat Membru mill-obbligu tiegħu li jwettaq evalwazzjoni preliminari u li jiddeċiedi dwar l-aċċettazzjoni tal-vapur f'post ta’ kenn. Minkejja li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jivverifikaw jekk il-vapur hux kopert b’assigurazzjoni jew b’xi forma oħra effettiva ta’ garanzija finanzjarja li tippermetti kumpens adattat għall-ispejjeż u l-ħsarat marbuta ma’ l-akkomodazzjoni tiegħu f'post ta’ kenn, l-att li permezz tiegħu tintalab din l-informazzjoni ma jridx idewwem l-operazzjoni ta’ salvataġġ.

(22)

Il-funzjoni speċifika tal-miżuri ta’ monitoraġġ dwar it-traffiku tal-bastimenti u tar-rotot tal-vapuri hija li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiksbu għarfien veru tal-vapuri li jkunu qed jużaw l-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom u b'hekk ikunu jistgħu jieħdu azzjoni aktar effettiva kontra riskji potenzjali jekk meħtieġ. Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni miġbura tgħin fit-titjib tal-kwalità tagħha u tiffaċilità l-ipproċessar tagħha.

(23)

Konformement mad-Direttiva 2002/59/KE, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għamlu progress sostanzjali lejn l-armonizzazzjoni tal-iskambju ta’ data permezz ta’ mezzi elettroniċi, b'mod partikolari rigward it-trasport ta’ merkanzija perikoluża jew li tniġġes. Is-SafeSeaNet, fi żvilupp mill-2002, għandu jkun issa stabbilit bħala n-network ta’ referenza fil-livell Komunitarju. Is-SafeSeaNet għandu jimmira li jnaqqas il-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi għall-industrija u l-Istati Membri. Għandu wkoll jimmira li jiffaċilita implimentazzjoni uniformi, fejn ikun xieraq, tar-rappurtaġġ internazzjonali u tar-regoli ta’ notifika.

(24)

Il-progress magħmul fit-teknoloġiji l-ġodda u b'mod partikolari fl-implimentazzjoni spazjali tagħhom, bħas-sistemi ta’ monitoraġġ tal-vapuri permezz ta’ bagi, is-sistemi tal-immaġni jew is-Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita(GNSS), illum jippermettu li l-monitoraġġ tat-traffiku marittimu jestendi lejn il-baħar miftuħ u b'hekk jiżguraw kopertura aħjar tal-ibħra Ewropej, inkluż permezz ta’ Sistemi ta’ Identifikazzjoni u Sejbien mill-Bogħod (LRIT). Għandu jkun hemm kooperazzjoni sħiħa fi ħdan il-Komunità dwar din il-ħidma jekk dawn l-għodod għandhom isiru parti integrali tas-sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti stabbilita mid-Direttiva 2002/59/KE.

(25)

Sabiex tkun possibbli l-ekonomija fir-rigward ta’ spejjeż u jiġi evitat li jitwaħħal tagħmir bla bżonn fuq vapuri li jbaħħru f'żoni marittimi li jinsabu f'meded koperti minn stazzjonijiet AIS b'bażi fissa, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw biex jiddeterminaw ir-rekwiżiti dwar it-twaħħil ta’ tagħmir għat-trażmissjoni ta’ tagħrif LRIT u għandhom jippreżentaw lill-IMO kwalunkwe miżuri xierqa.

(26)

Il-pubblikazzjoni ta’ data AIS u LRIT mibgħuta minn vapuri m'għandhiex toħloq riskju għas-sikurezza marittima, għas-sigurtà marittima u għall-protezzjoni tal-ambjent.

(27)

Sabiex ikun garantit l-aħjar użu possibbli, armonizzat fil-livell Komunitarju, ta’ tagħrif miġbur taħt id-Direttiva 2002/59/KE dwar is-siurezza marittima, il-Kummissjoni għandha tkun tista', jekk meħtieġ, tipproċessa u tuża dak it-tagħrif u tiddisseminah mal-awtoritajiet nominati mill-Istati Membri.

(28)

F'dan il-kuntest, l-iżvilupp tas-sistema “Equasis” wera kemm huwa importanti li tkun inkoraġġuta kultura favur “ibħra siguri”, speċjalment fost operaturi ta’ trasport marittimu. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tikkontribwixxi għad-disseminazzjoni, partikolarment permezz ta’ din is-sistema, ta’ kwalunkwe informazzjoni relatata mas-sigurtà marittima.

(29)

Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) (5) jiċċentralizza l-kompiti tal-kumitati stabbiliti taħt il-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti dwar is-sigurtà marittima, il-prevenzjoni ta’ tniġġis minn vapuri u l-protezzjoni tal-kondizzjonijiet ta’ għejxien u xogħol abbord. Il-kumitat eżistenti għandu għalhekk jiġi sostitwit mill-COSS.

(30)

Għandu jittieħed ukoll kont tal-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmijin.

(31)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva għandhom jiġu adottati konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni (6).

(32)

B'mod partikolari, l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda d-Direttiva 2002/59/KE sabiex jiġu applikati emendi sussegwenti relattivi għall-konvenzjonijet internazzjonali, protokolli, kodiċijiet u riżoluzzjonijet relatati. Ġaladarba dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dik id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(33)

Konformement mar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi l-Aġenzia Ewropea għas-Sigurtà Marittima (7), l-Aġenzija tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-appoġġ neċessarju fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/59/KE.

(34)

Konformement mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar ta’ liġijiet (8), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interessi tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess, li juru, safejn possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ trasposizzjoni, u li jagħmluhom pubbliċi.

(35)

Għalhekk id-Direttiva 2002/59/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

Id-Direttiva 2002/59/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 2(2) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem ta’ introduzzjoni għandhom jiġu sostitwiti b’ dan li ġej:

“Sakemm ma jiġix previst mod ieħor, din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal:”;

(b)

il-punt (c) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

bunkers fuq vapuri taħt tunnellaġġ gross ta’ 1 000 u l-ħażniet u t-tagħmir għall-użu abbord il-vapuri kollha.”;

(2)

l-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-kliem ta’ introduzzjoni għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“‘Strumenti internazzjonali relevanti’ tfisser l-istrumenti li ġejjin fil-verżjoni aġġornata tagħhom:”;

(ii)

għandhom jiżdiedu l-inċiżi li ġejjin:

“—

‘ir-Riżoluzzjoni A.917(22) tal-IMO’ tfisser ir-Riżoluzzjoni A.917(22) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali intitolata ‘Linji Gwida għall-użu abbord tal-AIS’, kif emendata mir-Riżoluzzjoni A.956(23) tal-IMO;

‘ir-Riżoluzzjoni A.949(23) tal-IMO’ tfisser ir-Riżoluzzjoni 949(23) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali intitolata ‘Linji Gwida dwar il-postijiet ta’ kenn għall-vapuri li jeħtieġu assistenza’;

‘ir-Riżoluzzjoni A.950(23) tal-IMO’ tfisser ir-Riżoluzzjoni 950(23) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali intitolata ‘Servizzi għall-assistenza marittima (MAS)’;

‘Linji Gwida tal-IMO dwar it-trattament ġust tal-baħħara fil-każ ta’ aċċident marittimu’ tfisser il-linji gwida annessi mar-Riżoluzzjoni LEG.3(91) tal-Kumitat Legali tal-IMO tas-27 ta’ April 2006 u kif approvati mill-Korp ta’ Tmexxija tal-ILO fil-296 sessjoni tagħha bejn it-12 u s-16 ta’ Ġunju 2006.”;

(b)

il-punt (k) għandu jiġi jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(k)

‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet maħturin mill-Istati Membri biex iwettqu funzjonijiet taħt din id-Direttiva.”;

(c)

għandhom jiżdiedu il-punti li ġejjin:

“(s)

‘SafeSeaNet’ tfisser is-sistema Komunitarja ta’ skambju ta’ informazzjoni marittima żviluppata mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja;

(t)

‘servizz skedat’ tfisser sensiela ta’ qsim bil-vapur operati biex iservu t-traffiku bejn l-istess żewġ portijiet jew iktar, jew abbażi ta’ skeda ta’ żmien pubblikata jew bi qsim tant regolari jew frekwenti li jikkostitwixxi sensiela sistematika li tingħaraf;

(u)

‘bastiment tas-sajd’ tfisser kwalunkwe bastiment mgħammar għall-isfruttament kummerċjali ta’ riżorsi akwatiċi ħajjin;

(v)

‘vapur li jeħtieġ assistenza’ tfisser, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni SAR dwar is-salvataġġ ta’ persuni, vapur f'sitwazzjoni, li tista' twassal għat-telf tiegħu jew għal perikolu ambjentali jew ta’ navigazzjoni;

(w)

‘LRIT’ tfisser sistema dwar l-identifikazzjoni u l-ittraċċar mill-bogħod ta’ vapuri konformement mar-Regolament SOLAS V/19-1.”;

(3)

għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 6a

L-użu ta’ sistemi awtomatiċi ta’ identifikazzjoni (AIS) mill-bastimenti tas-sajd

Kwalunkwe bastiment tas-sajd li huwa itwal minn 15-il metru b'kollox u li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru u hu reġistrat fil-Komunità, jew jopera fl-ilmijiet interni jew il-baħar territorjali ta’ Stat Membru, jew li jħott il-qbid tiegħu fil-port ta’ Stat Membru għandu, abbażi tal-iskeda ta’ żmien stabbilita fl-Anness II, parti I(3), ikun mgħammar b'AIS (Klassi A) li tissodisfa l-istandards ta’ prestazzjoni mfassla mill-IMO.

Il-bastimenti tas-sajd mgħammra b'AIS għandhom iżommuha operattiva l-ħin kollu. F'każijiet eċċezzjonali, l-AIS tista' tintefa meta l-kaptan iqis li dan ikun meħtieġ fl-interess tas-sigurtà jew tas-sikurezza tal-bastiment tiegħu.

Artikolu 6b

Użu ta’ sistemi għall-identifikazzjoni u traċċar mill-bogħod ta’ vapuri (LRIT)

1.   Vapuri li għalihom japplikaw ir-regolament SOLAS V/19-1 u l-istandards ta’ prestazzjoni u r-rekwiżiti funzjonali adottati mill-IMO, għandhom iġorru tagħmir LRIT li jkun konformi ma’ dak ir-regolament meta jidħlu f'port ta’ Stat Membru.

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw sabiex jiddeterminaw ir-rekwiżiti dwar it-twaħħil ta’ tagħmir għat-trażmissjoni ta’ tagħrif LRIT abbord vapuri li jbaħħru f'ibħra li jkunu koperti mill-istazzjonijiet AIS b'bażi fissa tal-Istati Membri, u għandhom jippreżentaw lill-IMO kwalunkwe miżuri xierqa.

2.   Il-Kummissjoni għandha tikkoopera mal-Istati Membri sabiex iwaqqfu Ċentru Ewropew tad-Data LRIT li jkun inkarigat li jipproċessa t-tagħrif dwar l-identifikazzjoni u l-ittraċċar mill-bogħod.”;

(4)

l-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 12

Rekwiżiti ta’ tagħrif dwar it-trasport ta’ merkanzija perikoluża

1.   Ebda merkanzija perikoluża jew li tniġġes ma tista' tinġieb għat-trasport jew titgħabba fuq vapur, ikun xi jkun id-daqs tiegħu, f'port ta’ Stat Membru, ħlief jekk il-kaptan jew l-operatur ikunu irċievew, qabel il-merkanzija tittella' abbord, dikjarazzjoni li jkun fiha it-tagħrif li ġej:

(a)

l-informazzjoni elenkata fl-Anness I(2);

(b)

għas-sustanzi msemmija fl-Anness I għall-Konvenzjoni MARPOL, id-dokument bid-data ta’ sikurezza bil-karatteristiċi fiżiko-kimiċi tal-prodotti, inkluż, fejn japplika, l-viskożità tagħhom espressa f’cSt mal-50 °C u d-densità tagħhom mal-15 °C u d-data l-oħra li qiegħda fid-dokument bid-data ta’ sikurezza konformement mar-Riżoluzzjoni tal-IMO MSC. 150-(77);

(c)

in-numri ta’ emerġenza tax-shipper jew ta’ kull persuna jew korp ieħor fil-pussess ta’ tagħrif fuq il-karatteristiċi fiżiko-kimiċi tal-prodotti u dwar l-azzjoni li għandha tittieħed f'emerġenza.

2.   Il-bastimenti li jkunu ġejjin minn port barra l-Komunità u li jkunu se jidħlu f'port ta’ Stat membru u li jkollhom abbord merkanzija perikoluża jew niġġiesa għandhom ikollhom dikjarazzjoni, kif maħruġa mix-shipper, li jkun fiha it-tagħrif meħtieġ taħt il-paragrafu 1(a), (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu.

3.   Għandu jkun d-dmir u r-responsabbiltà tax-shipper li jagħti lill-kaptan jew lill-operatur tali dikjarazzjoni, u biex jiżgura li t-tagħbija miġjuba għat-trasport hija tassew dik iddikjarata taħt il-paragrafu 1.”;

(5)

it-tieni paragrafu tal-Artikolu 14, il-punt (c) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

fuq talba, permezz tas-SafeSeaNet, u jekk meħtieġ għall-finijiet ta’ sikurezza jew sigurtà marittima, jew għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu, l-Istati Membri għandhom ikollhom il-ħila li jibgħatu tagħrif fuq il-vapur u fuq il-merkanzija perikoluża jew niġġiesa abbord lill-awtoritajiet nazzjonali u lokali kompetenti ta’ Stat Membru ieħor mingħajr dewmien.”;

(6)

l-Artikolu 15 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 15

Eżenzjonijiet

1.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw servizzi skedati li jsiru bejn portijiet fit-territorju tagħhom mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 4 u 13, kemm-il darba jiġu ssodisfati dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kumpanija li topera dawk is-servizzi skedati iżżomm u taġġorna lista tal-vapuri konċernati u tibgħatha lill-awtorità kompetenti konċernata;

(b)

għal kull vjaġġ li jsir, it-tagħrif indikat fil-Partijiet 1 jew 3, kif ikun jeħtieġ il-każ, tal-Anness I jinżamm disponibbli għall-awtorità kompetenti kull meta din titlobha. Il-kumpanija għandha tistabbilixxi sistema interna sabiex tiżgura li meta tintalab l-informazzjoni, 24 siegħa kuljum u mingħajr dewmien, dik l-informazzjoni tkun tista' tintbagħat elettronikament lill-awtorità kompetenti, taħt l-Artikolu 4(1) jew l-Artikolu 13(4), kif ikun jeħtieġ il-każ;

(c)

kull varjazzjoni fil-ħin stmat tal-wasla fil-port tad-destinazzjoni jew stazzjon pilota li tkun ta’ tliet siegħat jew aktar tkun notifikata lill-port tal-wasla jew lill-awtorità kompetenti taħt l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 13, kif ikun jeħtieġ il-każ;

(d)

eżenzjonijiet jingħataw biss lil bastimenti individwali fir-rigward ta’ servizz speċifiku;

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, is-Servizz m'għandhux jitqies bħala servizz skedat ħlief jekk ikun maħsub li jopera għal mhux anqas minn xahar;

Eżenzjonijiet mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4 u fl-Artikolu 13 għandhom ikunu limitati għal vjaġġi sa tul skedat sa 12-il siegħa.

2.   Meta servizz internazzjonali skedat jitħaddem bejn żewġ Stati jew aktar, li talanqas wieħed minnhom ikun Stat Membru, kwalunkwe mill-Istati Membri involuti jistgħu jitolbu lill-Istati Membri l-oħra biex tingħata eżenzjoni għal dak is-servizz. L-Istati Membri kollha involuti, inklużi l-Istati kostali, għandhom jikkollaboraw fl-għoti ta’ eżenzjoni għas-servizz ikkonċernat konformement mal-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri għandhom jiċċekkjaw regolarment li l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 qed jiġu ssodisfati. Fil-każijiet fejn mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet m'għadhiex qed tiġi ssodisfatta, l-Istati Membri għandhom jirtiraw minnufih il-benefiċċju tal-eżenzjoni lill-kumpanija kkonċernata.

4.   L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni lista ta’ kumpaniji u vapuri li ngħataw eżenzjoni taħt dan l-Artikolu, kif ukoll kwalunkwe aġġornament ta’ dik il-lista.”;

(7)

fl-Artikolu 16(1) għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(d)

vapuri li ma nnotifikawx, jew li m'għandhomx, ċertifikati ta’ assigurazzjoni jew garanziji finanzjarji taħt kwalunkwe leġislazzjoni Komunitarja u regoli internazzjonali;

(e)

vapuri li ġew rappurtati minn piloti jew awtoritajiet tal-port bħala li għandhom anomaliji li jidhru li jistgħu jippreġudikaw in-navigazzjoni sigura tagħhom jew joħolqu riskju għall-ambjent.”;

(8)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 18 a

Miżuri f'każ ta’ riskji maħluqa minħabba kondizzjonijiet ta’ silġ

1.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti jikkonsidraw, minħabba kondizzjonijiet ta’ silġ, li hemm theddida serja għas-sigurtà tal-ħajja tal-bniedem fuq il-baħar jew għall-protezzjoni taż-żoni marittimi jew tal-kosta tagħhom jew taż-żoni marittimi jew tal-kosta ta’ Stati oħra:

(a)

għandhom ifornu lill-kaptani tal-vapuri, li jkunu fiż-żoni ta’ kompetenza tagħhom, jew li huma bi ħsiebhom jidħlu jew joħorġu minn wieħed mill-portijiet tagħhom, l-informazzjoni xierqa dwar il-kondizzjonijiet tas-silġ, ir-rotot irrikkmandati u s-servizzi ta’ vapuri li jkissru s-silġ fiż-żona ta’ kompetenza tagħhom;

(b)

huma jistgħu, mingħajr preġudizzju għad-dmir ta’ assistenza lil vapuri li jeħtieġu assistenza u għal obbligi oħra derivati minn regoli internazzjonali rilevanti, jitolbu li vapur li jkun fiż-żona kkonċernata u li bi ħsiebu jidħol jew joħroġ minn port jew terminal jew jitlaq minn żona ta’ ankraġġ jiddokumenta li jkun jissodisfa r-rekwiżiti ta’ saħħa u qawwa proporzjonati mas-sitwazzjoni tas-silġ fiż-żona kkonċernata.

2.   Il-miżuri meħuda taħt il-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati, fir-rigward tad-data dwar il-kondizzjonijiet tas-silġ, fuq previżjonijiet tas-silġ u tat-temp ipprovduti minn servizz kwalifikat ta’ tagħrif meteoroloġiku rikonoxxut mill-Istat Membru.”;

(9)

l-Artikolu 19 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

is-subparagarfu li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 2:

“Għal dan il-għan huma għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta mitluba, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12.”;

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Konformement mal-liġi nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom iqisu d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Linji Gwida tal-IMO dwar it-trattament ġust tal-baħħara fil-każ ta’ aċċident marittimu, f’ibħra li jiġu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.”;

(10)

l-Artikolu 20 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 20

Awtorità kompetenti għall-akkomodazzjoni ta’ vapuri li jeħtieġu assistenza […]

1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti waħda jew aktar li jkollhom il-ħila esperta u s-setgħa, fiż-żmien tal-operazzjoni, li jieħdu deċiżjonijiet indipendenti fuq inizjattiva tagħhom stess dwar l-akkomodazzjoni ta’ vapuri li jeħtieġu assistenza.

2.   L-awtorità jew l-awtoritajiet msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu, kif ikun xieraq u b'mod partikolari fil-każ ta’ tħeddida għas-sikurezza marittima jew għall-ambjent, jieħdu kwalunkwe mill-miżuri inklużi fil-lista mhux eżawstiva tal-Anness IV.

3.   L-awtorità jew l-awtoritajiet msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiltaqgħu regolarment sabiex jiskambjaw it-tagħrif espert u jtejbu l-miżuri meħuda taħt dan l-Artikolu. Huma jistgħu jiltaqgħu fi kwalunkwe ħin, minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi.”;

(11)

għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 20a

Pjanijiet għall-akkomodazzjoni ta’ vapuri li jeħtieġu assistenza

1.   L-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet għall-akkomodazzjoni ta’ vapuri sabiex iwieġbu għal theddid maħluq minn vapuri li jeħtieġu assistenza fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, inklużi, fejn ikun applikabbli tħeddidiet għall-ħajja tal-bniedem u għall-ambjent. L-awtorità jew l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 20(1) għandhom jipparteċipaw fit-tfassil u t-twettiq ta’ dawk il-pjanijiet.

2.   Il-pjanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitħejjew wara konsultazzjoni mal-partijiet konċernati, abbażi tar-Riżoluzzjonijiet A.949(23) u A.950(23) tal-IMO, u għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:

(a)

l-identità tal-awtorità jew tal-awtoritajiet responsabbli li jirċievu u li jieħdu ħsieb is-sejħiet tal-allert;

(b)

l-identità tal-awtorità kompetenti li għandha r-responsabbiltà li tivvaluta s-sitwazzjoni, u li tieħu deċiżjoni dwar l-aċċettazzjoni jew iċ-ċaħda ta’ vapur li jeħtieġ assistenza fil-post ta’ kenn magħżul;

(c)

tagħrif fuq il-kosta tal-Istati Membri u l-elementi kollha li jiffaċilitaw valutazzjoni minn qabel u deċiżjoni mgħaġġla dwar l-għażla ta’ post ta’ kenn għal vapur, inkluża d-deskrizzjoni tal-fatturi ambjentali, ekonomiċi u soċjali u tal-kondizzjonijiet naturali;;

(d)

il-proċeduri ta’ valutazzjoni għall-aċċettazzjoni jew iċ-ċaħda ta’ vapur li jeħtieġ assistenza f'post ta’ kenn;

(e)

ir-riżorsi u l-installazzjonijiet adatti għall-assistenza, is-salvataġġ u l-ġlieda kontra ttniġġis;

(f)

proċeduri għall-koordinazzjoni u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet internazzjonali;

(g)

il-proċeduri ta’ garanziji finanzjarji u ta’ responsabbiltà eżistenti fir-rigward tal-vapuri milqugħa f'post ta’ kenn.

3.   L-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-isem u l-indirizz tal-kuntatt tal-awtorita' msemmija fl-Artikolu 20(1) u tal-awtoritajiet maħtura biex jirċievu u jieħdu ħsieb l-allerti.

L-Istati Membri, meta mitluba, għandhom jgħaddu t-tagħrif rilevanti fir-rigward tal-pjanijiet lill-Istati Membri ġirien.

Fl-implimentazzjoni tal-proċeduri msemmijin fil-pjanijiet għall-akkomodazzjoni tal-vapuri li jeħtieġu assistenza, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti tkun disponibbli għall-partijiet involuti fl-operazzjonijiet.

Jekk mitluba mill-Istati Membri, dawk li jirċievu informazzjoni taħt it-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom ikunu marbuta minn obbligu ta’ kunfidenzjalità.

4.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni sal-30 ta’ Novembru 2010 dwar il-miżuri meħuda fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 20b

Deċiżjoni dwar l-akkomodazzjoni ta’ vapuri

L-awtorità jew l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 20(1) għandhom jiddeċiedu dwar l-aċċettazzjoni ta’ vapur f'post ta’ kenn wara evalwazzjoni minn qabel tas-sitwazzjoni mwettqa abbażi tal-pjanijiet msemmijin fl-Artikolu 20a. L-awtorità jew l-awtoritajiet għandhom jiżguraw li l-vapuri jiddaħħlu f'post ta’ kenn jekk iqisu li tali akkomodazzjoni tkun l-aħjar azzjoni li tista' tittieħed għall-finijiet tal-protezzjoni tal-ħajja tal-bniedem u tal-ambjent.

Artikolu 20c

Garanzija finanzjarja u kumpens

1.   In-nuqqas ta’ ċertifikat ta’ assigurazzjoni fis-sens tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2009/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-assikurazzjoni tas-sidien tal-bastimenti għal pretensjonijiet marittimi (*) m'għandux jeżonera Stat Membru mill-evalwazzjoni preliminari u d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 20b u m'għandux fih innifsu jitqies bħala raġuni biżżejjed sabiex Stat Membru jirrifjuta li jakkomoda vapur f'post ta’ kenn.

2.   Mingħajr ħsara għal paragrafu 1, meta jkunu qed jakkomodaw vapur f’post ta’ kenn, l-Istati Membri jisthħu jitolbu lill-operatur, l-aġent jew il-kaptan tal-vapur biex jippreżenta ċertifikat ta’ assigurazzjoni fis-sens ta’ Artikolu 6 ta’ Direttiva 2009/20/KE. L-att tat-talba taċ-ċertifikat m’għandux iwassal biex vapur idum ma jiġi akkomodat.

Artikolu 20d

Eżami mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-mekkaniżmi eżistenti fl-Istati Membri għall-kumpens ta’ telf ekonomiku potenzjali mġarrab minn xi port jew korp b'riżultat ta’ deċiżjoni meħuda taħt l-Artikolu 20(1). Hija għandha fuq il-bażi ta’ dak l-eżami, tressaq u tivvaluta għażliet ta’ politika differenti. Sal-31 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tirraporta lill-Parlament Ewropoew u lill-Kunsill ir-riżultati tal-eżami.

(*)  ĠU L 131, 28.5.2009, p. 128.”;"

(12)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 22a

SafeSeaNet

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ amministrazzjoni għat-tagħrif marittimu, fuq livell nazzjonali jew lokali sabiex jiżguraw l-ipproċessar tat-tagħrif imsemmi f'din id-Direttiva.

2.   Is-sistemi stabbiliti taħt il-paragrafu 1 għandhom jippermettu li t-tagħrif miġbur ikun użat b'mod operattiv u jkun jissodisfa, b'mod partikolari, il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14.

3.   Sabiex ikun garantit skambju effettiv tat-tagħrif imsemmi f'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi nazzjonali jew lokali stabbiliti biex jiġbru, jipproċessaw u jippreservaw dak it-tagħrif, ikunu jistgħu jkunu interkonnessi mas-SafeSeaNet. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-SafeSeaNet titħaddem 24 siegħa kuljum. Id-deskrizzjoni u l-prinċipji tas-SafeSeaNet huma stipulati fl-Anness III.

4.   Bla ħsara għall-paragrafu 3, meta jkunu qegħdin joperaw taħt ftehimiet intra-Kommunitarji jew fil-qafas ta’ proġetti interreġjonali transkonfinali jew transnazzjonali fil-Komunità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi jew in-networks ta’ tagħrif żviluppati jkunu konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u jkunu kompatibbli u marbuta mas-SafeSeaNet.”;

(13)

l-Artikolu 23 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (c) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

jestendu l-kopertura tas-sistema Komunitarja ta’ monitoraġġ u ta’ tagħrif dwar it-traffiku tal-bastimenti u/jew jaġġornawha bil-ħsieb li jtejjbu l-identifikazzjoni u l-monitoraġġ tal-vapuri, b'kont meħud tal-iżviluppi fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Għal dan il-għan, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaħdmu flimkien biex, fejn meħtieġ, jistabbilixxu sistemi obbligatorji ta’ rappurtar, servizzi obbligatorji tat-traffiku marittimu u s-sistemi adatti għar-rotot tal-vapuri, bil-għan li jiġu ppreżentati lill-IMO għall-approvazzjoni. Huma għandhom jikkollaboraw ukoll, fi ħdan il-korpi reġjonali jew internazzjonali konċernati, għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ identifikazzjoni u sejbien mill-bogħod;”;

(b)

għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(e)

jiżguraw l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tas-sistemi nazzjonali użati għall-amministrazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Anness I, u jiżviluppaw u jaġġornaw is-SafeSeaNet;”;

(14)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 23a

Ipproċessar u amministrazzjoni ta’ informazzjoni ta’ sigurtà marittima

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura, fejn meħtieġ, l-ipproċessar, l-użu u d-disseminazzjoni lill-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri, tal-informazzjoni miġbura taħt din id-Direttiva.

2.   Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp u għall-operat ta’ sistemi ta’ ġbir u ta’ disseminazzjoni tad-data relatati mas-sigurtà marittima, b'mod partikolari permezz tas-sistema ‘Equasis’ jew ta’ kwalunkwe sistema pubblika oħra ekwivalenti.”;

(15)

l-Artikolu 24 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 24

Kunfidenzjalità tat-tagħrif

1.   L-Istati Membri għandhom, konformement mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità jew dik nazzjonali, jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw il-kunfidenzjalità tat-tagħrif mibgħut lilhom taħt din id-Direttiva u għandhom jużaw dan it-tagħrif konformement ma’ din id-Direttiva.

2.   Il-Kummissjoni għandha tinvestiga il-problemi possibbli ta’ sikurezza tan-network u tat-tagħrif u tipproponi kwalunkwe emendi xierqa għall-Anness III sabiex tittejjeb is-sikurezza tan-network.”;

(16)

l-Artikoli 27 u 28 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 27

Emendi

1.   Ir-referenzi għall-istrumenti tal-Komunità u tal-IMO f'din id-Direttiva, id-definizzjonijiet fl-Artikolu 3 u l-Annessi jistgħu jiġu emendati sabiex isiru konformi mad-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja jew tal-liġi internazzjonali li jkunu ġew adottati jew emendati jew li jkunu daħlu fis-seħħ, sa fejn emendi bħal dawn ma jwessgħux il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-artikolu 28(2).

2.   L-Annessi I, III u IV jistgħu jkunu emendati fid-dawl tal-esperjenza miksuba b'din id-Direttiva, sa fejn emendi bħal dawn ma jwessgħux il-kamp tal-applikazzjoni tagħha.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-artikolu 28(2).

Artikolu 28

Proċedura ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis mill-Vapuri (COSS), stabbilit permezz ta'Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(**)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.”;"

(17)

fil-parti 4 tal-Anness I, l-inċiż X għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“—

X.

Tagħrif varju:

il-karatteristiċi u l-istima tal-kwantità ta’ karburant tal-bunker għal vapuri ta’ iżjed minn tunnellaġġ gross ta’ 1 000,

l-istatus tan-navigazzjoni.”;

(18)

Il-punt li ġej għandu jiżdied fil-Parti I tal-Anness II:

“3.   Bastimenti tas-sajd

Bastimenti tas-sajd itwal minn 15-il metru b'kollox huma suġġetti għar-rekwiżiti tal-ġarr stabbiliti fl-Artikolu 6a abbażi tal-iskeda ta’ żmien li ġejja:

bastimenti tas-sajd li t-tul b'kollox tagħhom huwa 24 metru jew aktar iżda inqas minn 45 metru: sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2012;

bastimenti tas-sajd li t-tul b'kollox tagħhom huwa 18 metru jew aktar iżda inqas minn 24 metru: sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2013;

bastimenti tas-sajd li t-tul b'kollox tagħhom huwa aktar minn 15-il metru iżda inqas minn 18-il metru: sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2014.

Bastimenti tas-sajd ġodda li huma itwal minn 15-il metru b'kollox huma suġġetti għar-rekwiżiti tal-ġarr stabbiliti fl-Artikolu 6a mit-30 ta’ Novembru 2010”:

(19)

l-Anness III għandu jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2010. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill–Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-Seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Indirizzati

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strażburgu, 23 ta’ April 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

P. NEČAS


(1)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 195.

(2)  ĠU C 229, 22.9.2006, p. 38.

(3)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ April 2007 (ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 533), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2008 (ĠU C 184 E, 22.7.2008, p. 1.), il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2008 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2009 u Riżoluzzjoni Leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2009 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

(4)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10.

(5)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(7)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(8)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


ANNESS

“ANNESS III

MESSAĠĠI ELETTRONIĊI U S-SAFESEANET

1.   Il-kunċett ġenerali u l-arkitettura

Is-sistema marittima Komunitarja ta’ skambju u ta’ tagħrif, is-SafeSeaNet, għandha tippermetti ir-riċeviment, il-ħażna, l-irkupru u l-iskambju ta’ tagħrif għall-finijiet ta’ sikurezza marittima, sigurtà tal-ibħra u tal-portijiet, protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u effiċjenza tat-traffiku marittimu u t-trasport marittimu.

Is-SafeSeaNet hija sistema speċjalizzata li twaqqfet biex tiffaċilita l-iskambju ta’ tagħrif f'format elettroniku bejn l-Istati Membri u biex tipprovdi lill-Kumissjoni bit-tagħrif rilevanti konformement mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità. Hija magħmula minn network ta’ sistemi nazzjonali ta’ SafeSeaNet li jinsabu fl-Istati Membri u sistema ċentrali tas-SafeSeaNet li taġixxi bħala pern.

In-network SafeSeaNet għandu jgħaqqad is-sistemi SafeSeaNet nazzjonali kollha u jinkludi s-sistema ċentrali tas-SafeSeaNet.

2.   L-immaniġġar, l-operat, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-SafeSeaNet

2.1.   Responsabilitajiet

2.1.1.   Is-sistemi nazzjonali tas-SafeSeaNet

L-Istati Membri għandhom jistabilixxu u jżommu sistema nazzjonali tas-SafeSeaNet li tippermetti l-iskambju ta’ tagħrif marittimu bejn l-utenti awtorizzati taħt ir-responsabilità ta’ awtorità kompetenti nazzjonali (NCA).

L-NCA għandha tkun responsabbli mill-immaniġġar tas-sistema nazzjonali, li għandu jinkludi l-koordinazzjoni nazzjonali bejn l-utenti tad-data u l-fornituri tad-data kif ukoll mill-iżgurar li l-UN LOCODES ikunu stabbiliti u li l-infrastruttura nazzjonali tal-IT meħtieġa u l-proċeduri deskritti fid-dokument ta’ kontroll tal-interface u tal-funzjonalitajiet imsemmi fil-punt 2.3 ikunu stabbiliti u miżmuma.

Is-sistema SafeSeaNet nazzjonali għandha tippermetti l-interkonnessjoni tal-utenti awtorizzati taħt ir-responsabbiltà ta’ NCA u tista' ssir aċċessibbli għal parteċipanti fit-tbaħħir identifikati (sidien tal-vapuri, aġenti, kaptani, shippers u oħrajn) meta jkunu awtorizzati minn xi NCA, b'mod partikolari sabiex tiġi ffaċilitata l-preżentazzjoni elettronika ta’ rapporti konformement mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità.

2.1.2.   Is-sistema ċentrali tas-SafeSeaNet

Il-Kummissjoni hija responsabbli mill-immanniġġar u l-iżvilupp fil-livell ta’ politika tas-sistema tas-SafeSeaNet ċentrali u għas-sorveljanza tas-sistema tas-SafeSeaNet, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, filwaqt li taħt ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (KE) Nru 1406/2002 (1), l-Aġenzija, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-Kummissjoni, hija responsabbli mill-implimentazzjoni teknika.

Is-sistema ċentrali tas-SafeSeaNet, li taġixxi bħala pern, għandha tikkollega is-sistemi SafeSeaNet nazzjonali kollha u għandha tistabilixxi l-infrastruttura tal-IT meħtieġa u l-proċeduri kif deskritt fid-“dokument ta’ kontrol tal-interface u tal-funzjonalitajiet” imsemmi fil-punt 2.3.

2.2.   Prinċipji ta’ mmaniġġar

Il-Kummissjoni għandha twaqqaf grupp ta’ tmexxija ta’ livell għoli, li jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu, li jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, sabiex:

jagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex tittejjeb l-effettività u s-sigurtà tas-SafeSeaNet,

jagħti direzzjoni xierqa għall- iżvilupp tas- SafeSeaNet,

jgħin lill-Kummissjoni fir-reviżjoni tal-prestazzjoni tas- SafeSeaNet,

japprova d-dokument ta’ kontroll tal-interface u tal-funzjonalitajiet imsemmi fil-punt 2.3 u kwalunkwe emendi għalih.

2.3.   Id-Dokument ta’ kontroll tal-interface u tal-funzjonalitajiet u d-dokumentazzjoni teknika tas-SafeSeaNet

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u żżomm, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, “Dokument ta’ kontroll tal-interface u tal-funzjonalitajiet” (IFCD).

L-IFCD għandu jiddeskrivi fid-dettal r-rekwiżiti tal-prestazzjoni u l-proċeduri applikabbli għall-elementi nazzjonali u ċentrali tas-SafeSeaNet maħsuba sabiex jiżguraw konformita' mal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti.

L-IFCD għandu jinkludi r-regoli għal

d-drittijiet tal-aċċess, gwida għall-immaniġġar tal-kwalità tad-data;

specifikazzjonijiet tas-sigurtà għat-trażmissjoni u l-iskambju tad-data; u għal

l-arkivjar tat-tagħrif fuq livelli nazzjonali u ċentrali.

L-IFCD għandu jindika l-mezzi tal-ħażna u d-disponibilità tat-tagħrif dwar merkanzija perikoluża jew li tniġġes rigward servizzi skedati li jkunu ġew eżentati taħt l-Artikolu 15.

Id-dokumentazzjoni teknika relatata mas-SafeSeaNet, bħall-istandards tal-format għall-iskambju tad-data, il-manwali tal-utenti u l-ispeċifikazzjonijiet għas-sigurtà tan-network, għandha tkun żviluppata u miżmuma mill-Aġenzija f'koperazzjoni mal-Istati Membri.

3.   L-iskambju tad-data permezz tas-SafeSeaNet

Is-sistema għandha tuża standards tal-industrija u tkun tista' tinteraġixxi mas-sistemi pubbliċi u privati użati biex joħolqu, jipprovdu jew jirċievu t-tagħrif fis-SafeSeaNet.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex jeżaminaw il-fattibiltà u l-iżvilupp ta’ funzjonalitajiet li sa fejn ikun possibbli jiżguraw li l-fornituri tad-data, fosthom il-kaptani, is-sidien, l-aġenti, l-operaturi, ix-shippers u l-awtoritajiet rilevanti ikunu meħtieġa li jippreżentaw it-tagħrif darba biss. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħrif mibgħut ikun disponibbli għall-użu fis-sistemi rilevanti kollha ta’ rappurtaġġ, ta’ notifikazzjoni u tal-VTMIS.

Il-messaġġi elettroniċi skambjati taħt din id-Direttiva u taħt il-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti għandhom jitqassmu permezz tas-SafeSeaNet. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jżommu l-interfaces meħtieġa għat-trażmissjoni awtomatika tad-data b'mezzi elettroniċi lis-SafeSeaNet.

Fejn ir-regoli adottati b'mod internazzjonali jippermettu r-routing ta’ tagħrif LRIT dwar bastimenti ta’ pajjiżi terzi, għandhom jintużaw in-networks tas-SafeSeaNet biex jitqassam fost l-Istati Membri, b'livell ta’ sigurtà xieraq, it-tagħrif LRIT li jkun irċevut taħt l-Artikolu 6b ta’ din id-Direttiva.

4.   Sigurtà u drittijiet għall-aċċess

Is-sistemi ċentrali u nazzjonali tas-SafeSeaNet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva dwar il-kunfidenzjalità tat-tagħrif kif ukoll mal-prinċipji tas-sigurtà u mal-ispeċifikazzjonijiet deskritti fl-IFCD, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma’ drittijiet ta’ aċċess.

L-Istati Membri għandhom jidentifikaw l-utenti kollha li għalihom hemm attribwit kemm rwol kif ukoll sett ta’ drittijiet għall-aċċess konformement mal-IFCD.”.


(1)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/114


DIRETTIVA 2009/18/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiv tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Diriettiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunisdraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fit-3 ta’ Jannar 2009 (3),

Billi:

(1)

Għandu jinżamm livell ġenerali għoli ta’ sigurtà fit-trasport marittimu fl-Ewropa u għandu jsir kull sforz sabiex jitnaqqas l-għadd ta’ diżgrazzji u inċidenti marittimi.

(2)

L-investigazzjonijiet tekniċi fil-pront meta jseħħu xi diżgrazzji fuq il-baħar itejbu s-sigurtà marittima billi jgħinu ħalli jiġu pprevenuti milli jseħħu mill-ġdid diżgrazzji simili li jwasslu għal imwiet, telf ta’ vapuri u t-tniġġis tal-ambjent marittimu.

(3)

Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ April 2004 sabiex tittejjeb is-sigurtà fuq il-baħar (4), ħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposta għal Direttiva dwar l-investigazzjoni tal-aċċidenti marittimi.

(4)

L-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt Marittimu tal-10 ta’ Diċembru 1982 (minn hawn ’il quddiem imsejħa “UNCLOS”), jistabbilixxi d-dritt tal-Istati kostali sabiex jinvestigaw il-kawża ta’ kwalunkwe diżgrazzja marittima li sseħħ fil-limiti tal-ibħra territorjali tagħhom li għandha mnejn tkun ta’ riskju għall-ħajja jew għall-ambjent, li tinvolvi l-awtoritajiet tat-tiftix u s-salvataġġ tal-Istat kostali, jew li b’xi mod ieħor taffettwa lill-Istat kostali.

(5)

L-Artikolu 94 tal-UNCLOS jistabbilixxi li l-Istati tal-bandiera inkwistjoni għandhom jaraw li ssir inkjesta minn jew quddiem persuna jew persuni kkwalifikata(i) kif jixraq dwar ċerti diżgrazzji jew inċidenti tan-navigazzjoni fl-ibħra internazzjonali.

(6)

Ir-Regolament I/21 tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar tal-1 ta’ Novembru 1974 (minn hawn ’il quddiem imsejħa “SOLAS 74”), il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sinjal tat-Tagħbija, tal-5 ta’ April 1966 u l-Konvenzjoni Internazzjoanli għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti, tat-2 ta’ Novembru 1973 jistabbilixxu r-responsabbiltajiet tal-Istati tal-bandiera sabiex dawn imexxu investigazzjonijiet dwar id-diżgrazzji u jgħaddu dak kollu li jirriżulta li jkollu x’jaqsam ma’ dan lill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO).

(7)

L-Kodiċi għall-implimentazzjoni tal-Istrumenti Mandatorji tal-IMO, anness mar-Riżoluzzjoni A.996(25) tal-Assemblea tal-IMO tad-29 ta’ Novembru 2007, ifakkar l-obbligu tal-Istati tal-bandiera sabiex dawn jiżguraw li l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà marittima jitmexxew minn investigaturi kkwalifikati kif jixraq, li jkunu kompetenti f’dak li għandu x’jaqsam mad-diżgrazzji u l-inċidenti marittimi. Barra minnhekk, dak il-Kodiċi jirrikjedi lill-Istati tal-bandiera sabiex ikunu ppreparati li jipprovdu investigaturi kkwalifikati għal dak il-għan, irrispettivament mill-inħawi tad-diżgrazzja jew l-inċident.

(8)

Għandu jittieħed kont ukoll tal-Kodiċi għall-Investigazzjoni tad-Diżgrazzji u l-Inċidenti Marittimi anness mar-Riżoluzzjoni A.849 tal-Assemblea tal-IMO fis-27 ta’ Novembru 1997 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Kodiċi tal-IMO għall-Investigazzjoni tad-Diżgrazzji u l-Inċidenti Marittimi”), li jipprovdi għall-implimentazzjoni ta’ metodu komuni għall-investigazzjoni tas-sigurtà f’dak li għandhom x’jaqsmu d-diżgrazzji u l-inċidenti marittimi u l-koperazzjoni bejn l-Istati sabiex jiġu identifikati l-fatturi li jwasslu għal diżgrazzji u inċidenti marittimi. Għandu jittieħed kont tar-Riżoluzzjoni A.861(20) tal-Assemblea tal-IMO tas-27 ta’ Novembru 1997 u tar-Riżoluzzjoni MSC. 163(78) tal-Kumitat tas-Sigurta’ Marittima tal-IMO tas-17 ta’ Mejju 2004, li jipprovdu definizzjoni ta’ reġistraturi tad-data tul il-vjaġġ.

(9)

Il-baħħara huma magħrufa bħala kategorija speċjali ta’ ħaddiema u, meta jitqiesu n-natura globali tal-industrija tat-tbaħħir u l-ġurisdizzjonijiet differenti li huma jistgħu jiddaħħlu f’kuntatt magħhom, jeħtieġu protezzjoni speċjali partikolarment relattivament għal kuntatti ma’ awtoritajiet pubbliċi. Fl-interess ta’ iżjed sigurtà marittima, il-baħħara għandhom ikunu jistgħu iserrħu wkoll fuq trattament ġust fil-każ ta’ aċċident marittimu. Id-drittijiet tal-bniedem u d-dinjità tagħhom għandhom ikunu dejjem osservati u l-investigazzjonijiet kollha ta’ sigurtà għandhom jitwettqu b’mod ġust u rapidament. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom, taħt il-liġijiet nazzjonali tagħhom, iqisu wkoll id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-linji gwida tal-IMO dwar it-trattament ġust tal-baħħara fil-każ ta’ aċċident marittimu.

(10)

L-Istati Membri, fejn jaġixxu fil-qafas tas-sistemi legali tagħhom, għandhom jipproteġu d-dikjarazzjonijiet tax-xhieda wara xi aċċident u jimpedixxu l-użu tagħhom għal xi skop divers minn dak tal-investigazzjoni dwar is-sigurtà, bil-għan li jevitaw kwalunkwe miżura diskriminatorja jew vendikattiva meħuda kontra xhieda minħabba l-parteċipazzjoni tagħhom fl-investigazzjonijiet.

(11)

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar sistema ta’ stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla periklu ta’ laneċ ro-ro regolari u servizzi ta’ inġenji tal-baħar ta’ veloċità kbira għall-passiġġieri (5) tirrikjedi li l-Istati Membri jiddeffinixxu, fil-qafas tas-sistemi ġuridiċi rispettivi tagħhom, status ġuridiku li jippermettilhom u lil kwalunkwe Stat Membru li jkollu interess sostanzjali sabiex jipparteċipaw, jikkoperaw, jew, fejn ikun previst konformement mal-Kodiċi tal-IMO għall-Investigazzjoni tad-Diżgrazzji u Inċidenti Marittimi, li jwettqu kwalunkwe investigazzjoni ta’ xi diżgrazzja jew inċident marittimu li jkun jinvolvi lanċa ro-ro jew inġenji tal-baħar ta’ veloċità kbira għall-passiġġieri.

(12)

Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema ta’ informazzjoni u monitoraġġ tat-traffiku tal-bastimenti tal-Komunità (6) tirrikjedi li l-Istati Membri jkunu konformi mal-Kodiċi tal-IMO għall-Investigazzjoni tad-Diżgrazzji u l-Inċidenti Marittimi u jiżguraw li l-konklużjonijiet tal-investigazzjonijiet tal-aċċidenti jiġu ppubblikati mill-aktar fis possibbli wara l-konklużjoni tagħhom.

(13)

It-twettiq ta’ investigazzjonijiet dwar is-sigurtà ta’ disgrazzji u inċidenti li jinvolvu bastimenti marittimi, jew bastimenti oħrajn f’portijiet jew żoni marittimi ristretti oħra, b’mod imparzjali huwa ta’ importanza ewlenija għall-istabbiliment effettiv taċ-ċirkostanzi u l-kawżi ta’ tali diżgrazzja jew inċident. Għaldaqstant, investigazzjonijiet bħal dawn għandhom jitwettqu minn investigaturi kwalifikati taħt il-kontroll ta’ korp jew entità indipendenti mogħtija s-setgħat meħtieġa sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess.

(14)

L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġijiet tagħhom fir-rigward tas-setgħat tal-awtoritajiet responsabbli għall-inkjesta ġudizzjarja u permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ dawk l-awtoritajiet, fejn ikun il-każ, jiżguraw li dawk responsabbli għall-inkjesta teknika jitħallew iwettqu l-kompiti tagħhom taħt l-aħjar kondizzjonijiet possibbli.

(15)

Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (7).

(16)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi legali tagħhom jippermettu lilhom u lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li jkollu interess sostanzjali li jipparteċipaw jew li jikkoperaw fi, jew li jmexxu investigazzjonijiet dwar aċċidenti abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-kodiċi tal-IMO għall-Investigazzjoni ta’ Diżgrazzji u Inċidenti Marittimi.

(17)

Fil-prinċipju, kull disgrazzja jew inċident marittimi għandhom ikunu suġġetti għal investigazzjoni waħda biss imwettqa minn Stat Membru jew minn Stat Membru li jmexxi l-investigazzjoni bil-parteċipazzjoni ta’ kwalunkwe Stat ieħor li jkun interessati b’mod sostanzjali. F’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar f’ konnessjoni mal-bandiera mtajra mill-vapur konċernat, il-post tad-disgrazzja jew in-nazzjonalità tal-vittmi, għandhom jitwettqu investigazzjonijiet paralleli.

(18)

Stat Membru jista’ jiddelega lil Stat Membru ieħor il-kompitu li jmexxi investigazzjoni dwar is-sigurtà dwar diżgrazzji jew inċidenti marittimi (minn hawn ’il quddiem: “investigazzjoni dwar is-sigurtà”) jew kompiti speċifiċi ta’ tali investigazzjoni, jekk hekk jiġi miftiehem fuq bażi reċiproka.

(19)

L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex ma jitolbux ħlas għall-ispejjeż għal assistenza mitluba fil-qafas ta’ investigazzjonijiet ta’ sigurtà li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar. Fejn hija meħtieġa assistenza minn Stat Membru li mhuwiex involut fl-investigazzjoni dwar is-sigurtà, l-Istati Membri għandhom jaqblu dwar ir-rimborż tal-ispejjeż imwettqa.

(20)

Konformement mar-Regolament V/20 ta’ SOLAS 74, il-vapuri tal-passiġġieri u l-vapuri l-oħrajn għajr dawk tal-passiġġieri ta’ tunnellaġġ gross ta’ 3 000 jew aktar mibnija fl-1 ta’ Lulju 2002 jew wara għandhom iġorru reġistraturi tad-data tul il-vjaġġ li jkunu ta’ għajnuna fl-investigazzjonijiet dwar l-aċċidenti. Minħabba l-importanza tiegħu fit-tfassil ta’ politika sabiex jiġu pprevenuti l-aċċidenti fit-trasport martittimu, tali apparat għandu jkun meħtieġ sistematikament abbord il-vapuri li jbaħħru fuq vjaġġi nazzjonali jew internazzjonali li jidħlu fil-portijiet Komunitarji.

(21)

Id-data pprovduta permezz ta’ sistema ta’ reġistraturi tad-data tul il-vjaġġ, flimkien ma’ apparat elettroniku ieħor, tista’ tintuża kemm retrospettivament wara xi diżgrazzja jew aċċident marittimu sabiex jiġi investigat x’wassal għal dan, kif ukoll bil-ħsieb ta’ prevenzjoni sabiex tinkiseb esperjenza taċ-ċirkustanzi li jafu jwasslu għal aċċidenti ta’ dan it-tip. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali data, meta tkun disponibbli, tintuża kif jixraq għaż-żewġ għanijiet.

(22)

Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jirrikjedi li l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (minn hawn ’il quddiem imsejħa: “l-Aġenzija”) taħdem mal-Istati Membri sabiex tiżviluppa soluzzjonijiet tekniċi u tipprovdi assistenza teknika konnessa mal-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja. Fil-qasam tal-investigazzjoni tal-aċċidenti, l-Aġenzija għandha l-kompitu speċifiku li tiffaċilita l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-iżvilupp, b’kunsiderazzjoni xierqa lis-sistemi ġuridiċi differenti fl-Istati Membri, ta’ metodoloġija komuni għall-investigazzjoni tal-aċċidenti marittimi konformement ma’ prinċipji internazzjonali miftiehma.

(23)

Konformement mar-Regolament (KE) Nru 1406/2002, l-Aġenzija tiffaċilita l-koperazzjoni f’dak li huwa forniment ta’ appoġġ mogħti mill-Istati Membri f’attivitajiet dwar investigazzjonijiet, u fl-analiżi tar-rapporti investigattivi dwar l-aċċidenti eżistenti.

(24)

Kwalunkwe lezzjoni rilevanti li toħroġ mill-investigazzjonijiet ta’ aċċidenti għandha tiġi kkunsidrata fl-iżvilupp jew fil-modifika ta’ metodoloġija komuni għall-investigazzjoni ta’ diżgrazzji u inċidenti marittimi.

(25)

Għandu jittieħed kont dovut mill-Istati Membri u mill-Komunità tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà li jirriżultaw minn investigazzjoni dwar is-sigurtà.

(26)

Ladarba l-għan tal-investigazzjoni teknika dwar is-sigurtà huwa l-prevenzjoni ta’ diżgrazzji u inċidenti marittimi, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà m’għandhom fl-ebda ċirkostanza jiddeterminaw ir-responsabbilità jew jattribwixxu l-ħtija.

(27)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri t-titjib tas-sigurtà marittima fil-Komunità u b’hekk it-tnaqqis tar-riskju ta’ diżgrazzji marittimi fil-futur, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni jew tal-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fl-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, konformement mal-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(28)

Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati f’konformita’ mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għal eżerċizju ta’ setgħat implementattivi mogħtija lill-Kummissjoni (9).

(29)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda din id-Direttiva sabiex jiġu applikati emendi sussegwenti relattivi għall-konvenzjonijet internazzjonali, protokolli, kodiċijiet u riżoluzzjonijet relatati u li tadotta jew timmodifika l-metodoloġija komuni għall-investigazzjoni ta’ diżgrazzji u aċċidenti marittimi. Ġaladarba dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(30)

Konformement mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (10), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess, li sa fejn ikun possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

1.   L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tittejjeb is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta’ tniġġis mill-vapuri, u b’hekk jitnaqqas ir-riskju ta’ diżgrazzji marittimi futuri, billi:

(a)

jiġu ffaċilitati t-twettiq fil-pront ta’ investigazzjonijiet ta’ sigurtà u l-analiżi adegwata ta’ diżgrazzji u aċċidenti marittimi sabiex jiġu ddeterminati l-kawżi tagħhom u

(b)

jiġu żgurati r-rappurtar f’waqtu u preċiż ta’ investigazzjonijiet dwar is-sigurtà u proposti għal azzjoni ta’ rimedju.

2.   Investigazzjonijiet taħt din id-Direttiva m’għandhomx ikunu konċernati bid-determinazzjoni ta’ responsabbiltà jew l-għoti ta’ tort. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp investigattiv jew entita’ (minn hawn ’il quddiem imsejħa il-“korp investigattiv”) mhux qed iżomm lura milli jirrapporta bis-sħiħ il-kawżi tad-diżgrazzja jew inċident marittimuminħabba li t-tort jew ir-responsabbiltà jistgħu jkunu dedotti mill-konklużjonijiet.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal diżgrazzji u inċidenti marittimi li:

(a)

jinvolvu vapuri li jtajru l-bandiera ta’ xi wieħed mill-Istati Membri;

(b)

jseħħu fil-baħar territorjali u l-ilmijiet interni tal-Istati Membri kif definiti f’UNCLOS; jew

(c)

jinvolvu interessi sostanzjali oħra tal-Istati Membri.

2.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal diżgrazzji u inċidenti marittmi li jinvolvu biss:

(a)

vapuri tal-gwerra u vapuri li jġorru s-suldati u vapuri oħra li jkunu proprjetà jew li jitħaddmu minn Stat Membru u jintużaw biss għal servizz mhux kummerċjali tal-gvern;

(b)

vapuri li ma jitħaddmux b’mezzi mekkaniċi, vapuri tal-injam ta’ kostruzzjoni primittiva, jotts għad-divertiment u inġenji għad-divertiment li mhumiex impenjati fil-kummerċ, ħlief jekk ikunu jew ser ikunu ekwipaġġati u jġorru aktar minn 12-il passiġġier għal skopijiet kummerċjali;

(c)

vapuri ta’ mgħodijiet tal-ilma interni li jitħaddmu f’mogħdijiet tal-ilma interni;

(d)

bastimenti tas-sajd ta’ tul ta’ anqas minn 15-il metru;

(e)

unitajiet fissi tat-tħaffir lil hinn mill-art.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

1)

“il-Kodiċi tal-IMO għall-Investigazzjoni ta’ Diżgrazzji u Inċidenti Marittimi” tfisser il-Kodiċi għall-Investigazzjoni ta’ Diżgrazzji u Inċidenti Marittimi anness mar-Riżoluzzjoni A.849(20) tal-Assemblea tal-IMO tas-27 ta’ Novembru 1997, fil-verżjoni aġġornata tagħha;

2)

it-termini li ġejjin għandhom jinftiehmu konformement mad-definizzjonijiet misjuba fil-Kodiċi tal-IMO għall-Investigazzjoni ta’ Diżgrazzji u Inċidenti Marittimi:

(a)

“diżgrazzja marittima”;

(b)

“diżgrazzja serja ħafna”;

(c)

“inċident marittimu”;

(d)

“investigazzjoni dwar is-sigurtà marbuta ma’ diżgrazzja jew inċident marittimu”;

(e)

“Stat li jmexxi l-investigazzjoni”;

(f)

“Stat li għandu interess sostanzjali”.

3)

It-terminu “diżgrazzja serja” għandu jinftiehem konformement mad-definizzjoni aġġornata li tinsab fiċ-Ċirkulari MSC-MEPC.3/Circ.3 tal-Kumitat dwar is-Sigurtà Marittima u l-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ambjent Marittimu tal-IMO tat-18 ta’ Diċembru 2008.

4)

Il-“Linji Gwida tal-IMO dwar it-trattament ġust tal-baħħara fil-każ ta’ inċident marittimu” tfisser il-linji gwida kif annesi mar- Riżoluzzjoni LEG.3(91) tal-Kumitat Legali tal-IMO tas-27 ta’ April 2006 u kif approvati mill-Korp ta’ Tmexxija tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol fil-296 sessjoni tiegħu ta’ bejn it-12 u s-16 ta’ Ġunju 2006

5)

It-termini “lanċa ro-ro” u “inġenji tal-baħar ta’ veloċità kbira għall-passiġġieri” għandhom jinftiehmu konformement mad-definizzjonijiet inklużi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/35/KE;

6)

“Reġistratur tad-data tul il-vjaġġ (voyage data recorder, minn hawn ”il quddiem imsejjaħ “VDR”) għandu jinftiehem konformement mad-definizzjoni misjuba fir-Riżoluzzjoni A.861(20) tal-Assemblea tal-IMO u r-Riżoluzzjoni MSC.163(78) tal-Kumitat tas-Sigurta’ Marittima tal-IMO.

7)

“Rakkomandazzjoni dwar is-sigurtà” tfisser kwalunkwe proposta magħmula, inkluża proposta għall-finijiet ta’ reġistrazzjoni u kontroll:

(a)

mill-korp investigattiv tal-Istat li jwettaq, jew imexxi, l-investigazzjoni dwar is-sigurtà abbażi tal-informazzjoni meħuda minn dik l-investigazzjoni; jew, fejn ikun il-każ,

(b)

mill-Kummissjoni abbażi ta’ analiżi ta’ data astratta u tar-riżultati tal-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà li jkunu saru.

Artikolu 4

Status tal-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà

1.   L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, konformement mas-sistemi legali tagħhom, l-istatus legali tal-investigazzjoni dwar is-sigurtà b’tali mod li tali investigazzjonijiet jistgħu jitwettqu bl-aktar mod effettiv u rapidu possibbli.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, konformement mal-liġijiet tagħhom u, fejn ikun il-każ, permezz ta’ kollaborazzjoni mal-awtoritajiet responsabbli għall-inkjesta ġudizzjarja, li investigazzjonijiet dwar is-sigurtà jkunu:

(a)

indipendenti minn investigazzjonijiet kriminali jew oħrajn parallelli sabiex tiġi ddeterminata r-responsabbiltà jew biex jingħata t-tort; u

(b)

mhux preklużi, sospiżi jew imdewma bla ħtieġa minħabba tali investigazzjonijiet.

2.   Ir-regoli li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għandhom jinkludu, konformement mal-qafas permanenti ta’ koperazzjoni msemmi fl-Artikolu 10, dispożizzjonijiet biex jippermettu:

(a)

il-koperazzjoni u l-assistenza reċiproka fl-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà mmexxija minn Stati Membri oħrajn, jew id-delega lil Stat Membru ieħor tal-kompitu li jmexxi tali investigazzjoni skond l-Artikolu 7; u

(b)

il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-korpi investigattivi rispettivi tagħhom sal-punt meħtieġ biex jinkiseb l-għan ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 5

Obbligu ta’ investigazzjoni

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li investigazzjoni dwar is-sigurtà titwettaq mill-korp investigattiv imsemmi fl-Artikolu 8 wara diżgrazzji marittimi serji ħafna:

(a)

li jinvolvu vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu, irrispettivament mill-post tad-diżgrazzja;

(b)

li jseħħu fil-baħar territorjali u l-ilmijiet interni kif definiti f’UNCLOS, irrispettivament mill-bandiera tal-vapur jew vapuri involuti fid-diżgrazzja; jew

(c)

li jinvolvu interess sostanzjali tal-Istat Membru, irrispettivament mill-post tad-diżgrazzja u mill-bandiera tal-vapur jew vapuri involuti.

2.   Barra minn dan, f’każ ta’ diżgrazzji serji, il-korp investigattiv għandu jwettaq valutazzjoni preliminari sabiex jiġi deċiż jekk għandhiex titwettaq jew le investigazzjoni dwar is-sigurtà. Fejn il-korp investigattiv jiddeċiedi li ma jwettaqx investigazzjoni dwar is-sigurtà, ir-raġuni għal dik id-deċiżjoni għandha tiġi rreġistrata u nnotifikata konformement mal-Artikolu 17(3).

Fil-każ ta’ kwalunkwe diżgrazzja jew inċident marittimi oħrajn, il-korp investigattiv għandu jiddeċiedi jekk għandhiex titwettaq jew le investigazzjoni dwar is-sigurtà.

Fid-deċiżjonijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-korp investigattiv għandu jieħu kont tas-serjetà tad-diżgrazzja jew l-inċident marittimu, it-tip ta’ bastimentu/jew merkanzija involuti, u l-potenzjal li l-konklużjonijiet tal-investigazzjoni dwar is-sigurtà jwasslu għall-prevenzjoni ta’ diżgrazzji u inċidenti futuri.

3.   L-ambitu u l-arranġamenti prattiċi għall-amministrazzjoni tal-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà għandhom jiġu ddeterminati mill-korp investigattiv tal-Istat Membru li jkun qed imexxi l-investigazzjoni b’koperazzjoni mal-entitajiet ekwivalenti tal-Istati l-oħrajn li jkollhom interess sostanzjali, b’tali mod u manjiera li jidhrilha li l-aktar li jkunu jistgħu jwasslu għall-kisba tal-għanijiet ta’ din id-Direttiva, u bil-ħsieb li jilqgħu kontra diżgrazzji u inċidenti futuri.

4.   Fit-twettiq tal-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà, il-korp investigattiv għandu jsegwi l-metodoloġija komuni għall-investigazzjoni ta’ diżgrazzji u inċidenti marittimi żviluppata konformement mal-Artikolu 2(e) tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002. L-investigaturi jistgħu ma jsegwux il-metodoloġija f’każ speċifiku meta dan jista’ jkun ġustifikat kif meħtieġ, fil-fehma professjonali tagħhom, u fejn meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet tal-investigazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta jew timmodifika il-metodoloġija għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, b’kont meħud ta’ kwalunkwe lezzjoni rilevati minn investigazzjonijiet dwar is-sigurtà.

Dik il-miżura mfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

5.   Għandha tinbeda investigazzjoni dwar is-sigurtà kemm ikun prattikabbilment malajr wara li sseħħ id-diżgrazzja marittima jew l-inċident marittimu u f’kull każ, mhux aktar tard minn xahrejn wara li jseħħu.

Artikolu 6

Obbligu ta’ notifika

Stat Membru għandu jeħtieġ, fil-qafas tas-sistema legali tiegħu, li l-korp investigattiv tiegħu jiġi notifikat mingħajr dewmien, mill-awtoritajiet responsabbli u/jew mill-partijiet involuti, bl-avveniment tad-diżgrazzji u l-aċċidenti kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 7

Tmexxija ta’ u parteċipazzjoni fi, investigazzjonijiet dwar is-sigurtà

1.   Fil-prinċipju, kull disgrazzja jew inċident marittimi għandhom ikunu suġġetti għal investigazzjoni waħda biss imwettqa minn xi Stat Membru jew minn Stat Membru li jmexxi l-investigazzjoni bil-parteċipazzjoni ta’ kwalunkwe Stati oħra li jkunu interessati b’mod sostanzjali.

F’każijiet ta’ investigazzjonijiet dwar is-sigurtà li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar, l-Istati Membri kkonċernati għandhom għalhekk jikkoperaw bil-ħsieb li jaqblu malajr dwar min minnhom għandu jkun l-Istat Membru li jmexxi l-investigazzjoni. Huma għandhom jagħmlu kull sforz biex jaqblu dwar il-proċeduri ta’ investigazzjoni. Fil-qafas ta’ dan il-ftehim, Stati oħrajn li jkollhom interess sostanzjali għandhom ikollhom drittijiet u aċċess ugwali għax xhieda u għall-evidenza bħall-Istat Membru li jmexxi l-investigazzjoni dwar is-sigurtà. Huma għandhu jkollhom ukoll id-dritt li jaraw li l-perspettiva tagħhom qiegħda tiġi kkunsidrata mill-Istat Membru li jmexxi l-investigazzjoni.

It-twettiq ta’ investigazzjonijiet paralleli dwar is-sigurta’ dwar l-istess diżgrazzja jew inċident marittimi għandhom ikunu limitati għal każijiet eċċezzjonali. F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għat twettiq ta’ dawn l-investigazzjonijiet paralleli. L-Istati Membri li jwettqu investigazzjonijiet paralleli dwar is-sigurtà għandhom jiikkoperaw ma xulxin. B’mod partikolari, il-korpi investigattivi involuti għandhom jiskambjaw kwalunkwe tagħrif rilevanti miġbur waqt l-investigazzjonijiet rispettivi tagħhom, b’mod partikolari sabiex jaslu, sa fejn ikun possibbli, għal konklużjonijiet konġunti.

L-Istati Membri għandhom jastjenu minn kwalunkwe miżura li tista’ bla raġuni tipprekludi, tissospendi jew tittardja t-twettiq ta’ investigazzjoni dwar is-sigurtà fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jibqa’ responsabbli għall-investigazzjoni u l-koordinazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn li jkollhom interess sostanzjali sakemm jasal iż-żmien meta jiġi miftiehem reċiprokament min minnhom għandu jkun l-Istat li jmexxi l-investigazzjoni dwar is-sigurtà.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva u d-dritt internazzjonali, Stat Membru jista’, abbażi ta’ każ b’każ, jiddelega bi ftehim reċiproku lil Stat Membru ieħor il-kompitu li jmexxi investigazzjoni dwar is-sigurtà jew kompiti speċifiċi għat-twettiq ta’ tali investigazzjoni.

4.   Meta lanċa ro-ro jew inġenju tal-baħar ta’ veloċità kbira għall-passiġġieri ikunu involuti f’diżgrazzja jew inċident marittimu, il-proċedura ta’ investigazzjoni dwar is-sigurtà għandha tiġi mnedija mill-Istat Membru li fil-baħar territorjali jew fl-ilmijiet interni tiegħu, kif definiti f’UNCLOS, iseħħ l-aċċident jew l-inċident jew, jekk ikun seħħ f’ibħra oħrajn, mill-aħħar Stat Membru fejn dik il-lanċa jew il-biċċa tal-baħar tkun żaret. Dak l-Istat għandu jibqa’ responsabbli għall-investigazzjoni dwar is-sigurtà u l-koordinazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn li jkollhom interess sostanzjali sakemm jiġi miftiehem reċiprokament min minnhom għandu jkun l-Istat investigattiv ewlieni.

Artikolu 8

Korpi Investigattivi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà jitwettqu taħt ir-responsabbiltà ta’ korp investigattiv permanenti imparzjali, mogħti s-setgħat meħtieġa, u minn investigaturi adegwatament kwalifikati, li jkunu kompetenti fil-kwistjonijiet relatati mad-diżgrazzji u l-aċċidenti marittimi.

Sabiex investigazzjoni dwar is-sigurtà titwettaq b’mod imparzjali, il-korp investigattiv għandu jkun indipendenti fl-organizzazzjoni, l-istruttura legali u t-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu minn kwalunkwe parti li l-interess tagħha jista’ jkun f’kunflitt mal-kompitu fdat lilha.

Stati Membri mdawwrin bl-art li m’għandhom la vapuri u lanqas bastimenti li jtajjru l-bandiera tagħhom jidentifikaw punt fokali indipendenti biex jikkoperaw fl-investigazzjoni taħt l-Artikolu 5(1)(c).

2.   Il-korp investigattiv għandu jiżgura li l-investigaturi individwali ikunu jafu x-xoghol f’dawk l-oqsma li jkollhom x’jaqsmu mad-dmirijiet investigattivi normali tagħhom u jkollhom esperjenza prattika fihom. Barra minn hekk, il-korp investigattiv għandu jiżgura li jkun lest li jagħti aċċess lil esperti adatti, kif ikun meħtieġ.

3.   L-attivitajiet fdati lill-korp investigattiv jistgħu jiġu estiżi għall-ġbir u l-analiżi ta’ data relatata mas-sigurtà marittima, b’mod partikolari għal skopijiet ta’ prevenzjoni, sakemm dawn l-attivitajiet ma jaffetwawx l-indipendenza tiegħu u ma jinkludux responsabbilità f’affarijiet regolatorji, amministrattivi jew ta’ standardizzazzjoni.

4.   L-Istati Membri, filwaqt li jaġixxu fil-qafas tas-sistemi legali rispettivi tagħhom, għandhom jiżguraw li l-investigaturi tal-korp investigattiv tagħhom, jew ta’ kwalunkwe korp investigattiv ieħor li lilu ddelega l-kompitu tal-investigazzjoni dwar is-sigurtà, fejn ikun il-każ, permezz ta’ kollaborazzjoni mal-awtoritajiet responsabbli mill-inkjesta ġudizzjarja, ikunu ġew mogħtija kull informazzjoni pertinenti sabiex iwettqu l-investigazzjoni dwar is-sigurtà u għaldaqstant ikunu awtorizzati li:

(a)

jkollhom aċċess liberu għal kwalunkwe żona rilevanti jew sit ta’ diżgrazzja kif ukoll għal kwalunkwe vapur, relitt, jew struttura tinklużi merkanzija, tagħmir jew debris;

(b)

jiżguraw li minnufih isir elenku tal-evidenza u t-tiftix ikkontrollat għar-relitt, bċejjeċ li jirriżultaw mid-diżgrazzja jew komponenti jew sustanzi oħra u t-tneħħija tagħhom ħalli dawn jiġu eżaminati jew analizzati;

(c)

jesiġu l-eżami jew l-analiżi tal-oġġetti msemmija fil-punt (b), u jkollhom aċċess liberu għar-riżultati tat-tali eżamijiet jew analiżi;

(d)

ikollhom aċċess liberu għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti u data rreġistrata, inkluża d-data ta’ VDR, konnessa ma’ xi vapur, vjaġġ, merkanzija, ekwipaġġ jew kwalunkwe persuna, oġġett, kundizzjoni jew ċirkustanza, flimkien mal-jedd li jikkupjawha u jużawha;

(e)

ikollhom aċċess liberu għar-riżultati tal-eżamijiet tal-iġsma tal-vittmi jew ta’ testijiet fuq kampjuni li jkunu ttieħdu mill-iġsma tal-vittmi;

(f)

jeħtieġu u jkollhom aċċess liberu għar-riżultati tal-eżamijiet ta’ persuni involuti fl-operat tal-vapur jew kwalunkwe persuna rilevanti oħra, jew ta’ testijiet fuq kampjuni mittieħda minnhom;

(g)

jintervistaw xhieda fl-assenza ta’ kwalunkwe persuna li l-interessi tagħha jistgħu jitqiesu bħala ta’ xkiel għall-investigazzjoni dwar is-sigurtà;

(h)

jakkwistaw reġistri ta’ survery u informazzjoni rilevanti miżmuma mill-Istat tal-bandiera, is-sidien, is-soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni jew kwalunkwe parti rilevanti oħra, kull meta dawk il-partijiet jew ir-rappreżentanti tagħhom ikunu stabbiliti fl-Istat Membru;

(i)

jsejħu għall-assistenza tal-awtoritajiet rilevanti fl-Istati rispettivi, inklużi s-surveyors tal-Istat tal-port u tal-Istat tal-bandiera, l-uffiċjali li jgħassu l-kosta, l-operaturi tas-servizzi tat-traffiku tal-basimenti, l-iskwadri tat-tiftix u s-salvataġġ, il-bdoti jew staff tal-port jew staff marittimu ieħor.

5.   Il-korp investigattiv għandu jingħata l-jedd li jaġixxi minnufih kull meta jiġi mgħarref b’xi diżgrazzja, u li jikseb riżorsi suffiċjenti sabiex iwettaq ħidmietu b’mod indipendenti. L-investigaturi tiegħu għandhom jingħataw status li jintitolhom għall-garanziji neċessarji ta’ indipendenza.

6.   Il-korp investigattiv jista’ jgħaqqad il-kompiti tiegħu taħt din id-Direttiva mal-ħidma ta’ investigazzjonijiet ta’ aċċidenti għajr diżgrazzji marittimi bil-kundizzjoni li t-tali investigazzjonijiet ma jipperikolawx l-indipendenza tiegħu.

Artikolu 9

Kunfidenzjalità

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE, l-Istati Membri, filwaqt li jaġixxu fil-qafas tas-sistemi legali tagħhom, għandhom jiżguraw li r-reġistri li ġejjin ma jkunux disponibbli ħlief għall-iskopijiet tal-investigazzjoni dwar is-sigurtà, sakemm l-awtorità kompetenti f’dak l-Istat ma tiddeterminax li l-iżvelar għandu interess pubbliku soprastanti:

(a)

kull evidenza tax-xhieda u stqarrijiet, rakkonti u noti oħra meħuda jew riċevuti mill-korp investigattiv matul l-investigazzjoni dwar is-sigurtà;

(b)

rekords li juru l-identità tal-persuni li jkunu taw xhieda fil-kuntest tal-investigazzjoni dwar is-sigurtà;

(c)

informazzjoni relatata ma’ persuni involuti fid-diżgrazzja marittima jew inċident marittimu li tkun ta’ natura partikolarment sensittiva u privata, inkluża informazzjoni dwar saħħithom.

Artikolu 10

Qafas ta’ koperazzjoni permanenti

1.   L-Istati Membri, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandhom jistabbilixxu qafas ta’ koperazzjoni permanenti li jippermetti lill-korpi investigattivi rispettivi tagħhom biex jikkoperaw bejniethom safejn ikun meħtieġ biex jinkiseb l-għan ta’ din id-Direttiva.

2.   Ir-regoli proċedurali tal-qafas ta’ koperazzjoni permanenti u l-arranġamenti organizzattivi rikjesti għal dan il-għan għandhom jiġu deċiżi konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 19(2).

3.   Fi ħdan il-qafas permanenti ta’ koperazzjoni, il-korpi investigattivi fl-Istati Membri għandhom jaqblu, b’mod partikolari, fuq l-aqwa modalitajiet ta’ koperazzjoni sabiex:

(a)

korpi investigattivi jkunu jistgħu jikkondividu l-istallazzjonijiet, il-faċilitajiet u t-tagħmir għall-investigazzjoni teknika tar-relitt u t-tagħmir tal-vapur u oġġetti oħrajn rilevanti għall-investigazzjoni dwar is-sigurtà, inklużi l-estrazzjoni u l-evalwazzjoni tal-informazzjoni mill-VDRs u tagħmir elettroniku ieħor;

(b)

jipprovdu lil xulxin il-koperazzjoni u l-ħiliet tekniċi meħtieġa sabiex jitwettqu kompiti speċifiċi;

(c)

jiksbu u jikkondividu bejniethom informazzjoni rilevanti għall-analiżi tad-data dwar id-diżgrazzja u jagħmlu rakkomandazzjonijiet xierqa dwar is-sigurtà fuq livell Komunitarju;

(d)

ifasslu prinċipji komuni għas-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà u għall-addattament ta’ metodi investigattivi għall-iżvilupp ta’ progress tekniku u xjentifiku;

(e)

jamministraw b’mod adegwat l-allarmi bikrija, imsemmija fl-Artikolu 16;

(f)

jistabbilixxu regoli ta’ kunfidenzjalità għall-kondiviżjoni, fir-rigward ta’ regoli nazzjonali, ta’ evidenza ta’ xhieda u l-ipproċessar ta’ data u reġistri oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 9, inklużi f’relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi;

(g)

jorganizzaw, fejn ikun il-każ, l-attivitajiet ta’ taħriġ rilevanti għall-investigaturi individwali;

(h)

jippromwovu l-koperazzjoni ma’ korpi investigattivi ta’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali għall-investigazzjoni tal-aċċidenti marittimi fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva;

(i)

jipprovdu korpi investigattivi li jkunu qed iwettqu investigazzjonijiet dwar is-sigurtà bi kwalunkwe informazzjoni pertinenti.

Artikolu 11

Spejjeż

1.   Fejn l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar, l-attivitajiet rispettivi għandhom ikunu mingħajr ħlas.

2.   Fejn tintalab assistenza ta’ Stat Membru li ma jkunx involut fl-investigazzjoni dwar is-sigurtà, l-Istati Membri għandhom jaqblu dwar ir-rimborż tal-ispejjeż magħmula.

Artikolu 12

Koperazzjoni ma’ pajjiżi li jkollhom interess sostanzjali

1.   L-Istati Membri għandhom jikkoperaw, safejn hu possibbli,ma’ pajjiżi terzi oħrajn li jkollhom interess sostanzjali fl-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà.

2.   Il-pajjiżi terzi li jkollhom interess sostanzjali għandhom, bi ftehim reċiproku, jitħallew jissieħbu f’investigazzjoni dwar is-sigurtà mmexxija minn Stat Membru taħt din id-Direttiva fi kwalunkwe stadju tal-investigazzjoni.

3.   Il-koperazzjoni ta’ Stat Membru f’investigazzjoni dwar is-sigurtà mmexxija minn pajjiż terz li jkollu interess sostanzjali għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-ħtiġijiet ta’ twettiq u ta’ rappurtar tal-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà taħt din id-Direttiva. Meta pajjiż terz li jkollu interess sostanzjali ikun qed imexxi investigazzjoni dwar is-sigurtà li tinvolvi Stat Membru wieħed jew aktar, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jwettqux investigazzjoni dwar is-sigurtà b’mod parallell, kemm-il darba l-investigazzjoni dwar is-sigurtà mmexxija minn pajjiż terz titwettaq konformement mal-Kodiċi tal-IMO għall-Investigazzjoni tad-Diżgrazzji u l-Inċidenti Marittimi.

Artikolu 13

Preservazzjoni ta’ evidenza

L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri biex jiżguraw li l-partijiet kkonċernati b’diżgrazzji u inċidenti taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jagħmlu kull sforz biex:

(a)

jirreġistraw l-informazzjoni kollha minn tabelli, ġurnal ta’ abbord, każetts tal-vidjo u reġistrazzjonijiet elettroniċi u manjetiċi, inkluża l-informazzjoni mill-VDRs u apparat elettroniku ieħor konness mal-perjodu ta’ qabel, waqt u wara xi aċċident;

(b)

iżommu milli t-tali informazzjoni titħassar billi tiġi rreġistrata fuqha informazzjoni oħra jew titbiddel b’xi mod ieħor;

(c)

iwaqqfu milli ssir interferenza ma’ kwalunkwe apparat ieħor li jista’ b’mod raġjonevoli jitqies bħala konness mal-investigazzjoni dwar is-sigurtà tal-aċċident;

(d)

minnufih, jiġbru u jżommu kull evidenza għall-finijiet tal-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà.

Artikolu 14

Rapporti ta’ aċċidenti

1.   L-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà mwettqa taħt din id-Direttiva għandhom jirriżultaw f’rapport pubblikat preżentat f’format definit mill-korp investigattiv kompetenti u konformement mat-taqsimiet rilevanti tal-Anness I.

Korpi investigattivi jistgħu jiddeċiedu li investigazzjoni dwar is-sigurtà, li ma tikkonċernax diżgrazzja marittima serja ħafna, jew abbażi tal-każ, diżgrazzja marittima serja, u l-konklużjonijiet tagħha ma jkollhomx il-potenzjal li jwasslu għall-prevenzjoni ta’ diżgrazzji u inċidenti fututi, għandhom jirriżultaw f’rapport simplifikat li għandu jiġi ppubblikat.

2.   Il-korpi investigattivi għandhom jagħmlu kull sforz biex jagħmlu r-rapport msemmi fil-paragrafu 1, inklużi l-konklużjonijiet tiegħu u kull rakkomandazzjoni possibbli, disponibbli lill-pubbliku, u speċjalment lis-settur marittimu, fi żmien 12-il xahar mid-data tad-diżgrazzja. Jekk ma jkunx possibbli li r-rapport finali joħroġ f’dak iż-żmien, għandu jiġi ppubblikat rapport interim fi żmien 12-il xahar mid-data tad-diżgrazzja.

3.   Il-korp investigattiv tal-Istat Membru li jmexxi l-inestigazzjoni għandu jibgħat kopja tar-rapport finali, simplifikat jew interim lill-Kummissjoni. Hija għandha tieħu kont tal-osservazzjonijiet tekniċi possibbli tal-Kummissjoni dwar rapporti finali, li ma jolqtux is-sustanza tal-konklużjonijiet, għat-titjib tal-kwalità tar-rapport bil-mod li l-aktar iwassal għall-kisba tal-għan ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 15

Rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħed kont debitu tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà magħmla mill-korpi investigattivi minn dawk indirizzati u, fejn ikun il-każ, tittieħed azzjoni ta’ segwitu taħt il-liġi Komunitarja u internazzjonali.

2.   Fejn ikun il-każ, il-korp investigattiv jew il-Kummissjoni għandhom jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà abbażi ta’ analiżi ta’ data astratta u tar-riżultati globali tal-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà li jkunu saru.

3.   Rakkomandazzjoni dwar is-sigurtà fl-ebda ċirkustanza m’għandha tiddetermina r-responsabbiltà jew tassenja t-tort għal xi diżgrazzja.

Artikolu 16

Sistema ta’ allarm bikri

Mingħajr preġudizzju għad-dritt tiegħu li jagħti allarm bikri, il-korp investigattiv ta’ Stat Membru għandu, fi kwalunkwe stadju ta’ investigazzjoni dwar is-sigurtà, jekk ikun tal-fehma li hija meħtieġa azzjoni urġenti fil-livell Komunitarju sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ diżgrazzji ġodda, jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bil-ħtieġa li jingħata allarm bikri.

Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha toħroġ nota ta’ avviż għall-attenzjoni tal-awtoritajiet responsabbli fl-Istati Membri l-oħra kollha, l-industrija tat-tbaħħir, u lil kwalunkwe parti rilevanti oħra.

Artikolu 17

Database Ewropea għal disgrazzji marittimi

1.   Id-data dwar id-diżgrazzji u l-inċidenti marittimi għandha tinżamm u tiġi analizzata permezz ta’ database elettroniku Ewropew li għandu jitwaqqaf mill-Kummissjoni, li għandu jissejjaħ il-Pjattaforma Ewropea ta’ Informazzjoni dwar id-Diżgrazzji tal-Baħar (EMCIP).

2.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet intitolati li jingħatalhom aċċess għad-database.

3.   Il-korpi investigattivi tal-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar id-diżgrazzji u l-aċċidenti marittimi konformement mal-format tal-Anness II. Huma għandhom jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni d-data li tirriżulta mill-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà taħt l-iskema tad-database EMCIP.

4.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw l-iskema tad-database u metodu għan-notifika tad-data f’perijodu ta’ żmien xieraq.

Artikolu 18

Trattament ġust tal-baħħara

Konformement mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom iqisu id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-linji gwida tal-IMO dwar it-trattament ġust tal-baħħara fil-każ ta’ inċident marittimu fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.

Artikolu 19

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti (COSS) stabbilit permezz tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (11).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahrejn.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 20

Setgħat ta’ emenda

Il-Kummissjoni tista’ taġġorna d-definizzjonijiet f’din id-Direttiva, u r-riferenzi għall-atti Komunitarji u l-istrumenti tal-IMOsabiex tikkonformahom mal-miżuri Komunitarji jew tal-IMO li daħlu fis-seħħ, suġġett għall-osservanza tal-limiti ta’ din id-Direttiva.

Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

Filwaqt li taġixxi skond l-istess proċedura, il-Kummissjoni tista’ temenda wkoll l-Annessi.

Emendi għall-Kodiċi tal-IMO jistgħu jkunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

Artikolu 21

Miżuri addizzjonali

Xejn f’din id-Direttiva ma għandu jżomm lil xi Stat Membru milli jieħu miżuri addizzjonali dwar is-sikurezza marittima li mhumiex koperti minnha,sakemmdawn il-miżuri la jiksru din id-Direttiva, la jolqtu ħażin b’xi mod il-kisba tal-għan tagħha u lanqas jipperikolaw it-twettiq tal-finijiet tagħha.

Artikolu 22

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali li jistgħu jiġu applikati għall-kontravenzjonijiet kontra d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.

Artikolu 23

Rapport ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha, kull ħames snin, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’, u l-konformita’ ma’, din id-Direttiva, u, jekk ikun meħtieġ, tipproponi miżuri oħra fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet msemmija fih

Artikolu 24

Emendi ta’ atti eżistenti

1.   L-Artikolu 12 tad-Direttiva 1999/35/KE huwa b’dan imħassar.

2.   L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2002/59/KE huwa b’dan imħassar.

Artikolu 25

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva tas-17 ta’ Ġunju 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 27

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strażburgu, 23 ta’ April 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Ghall-Kunsill

Il-President

P. NEČAS


(1)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 195.

(2)  ĠU C 229, 22.9.2006, p. 38.

(3)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ April 2007 (ĠU C 74 E, 30.2.2008, p. 546), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2008 (ĠU C 184 E, 22.7.2008, p. 23), il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2008 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2009 u r-Riżoluzzjoni Leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  ĠU C 104 E, 30.04.2004, p. 730.

(5)  ĠU L 138, 1.6.1999, p. 1.

(6)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10.

(7)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(8)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(9)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(10)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(11)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.


ANNESS I

Kontenut tar-rapport ta’ investigazzjoni dwar is-sigurtà

Kelmtejn qabel

Dan jidentifika l-uniku għan tal-investigazzjoni dwar is-sigurtà u jindika li rakkomandazzjoni dwar is-sigurtà fl-ebda każ ma toħloq preżunzjoni ta’ responsabbiltà jew tort u li r-rapport ma jkunx inkiteb, f'dawk li huma kontenut u stil, bl-intenzjoni li jintuża fi proċeduri ġuridiċi.

(Ir-rapport m’għandu jagħmel l-ebda referenza għal evidenza tax-xhieda u lanqas jorbot lil xi ħadd li jissemma fir-rapport ma’ xi persuna li tkun tat xhieda matul l-investigazzjoni dwar is-sigurtà.)

1.   SOMMARJU

Din il-parti tagħti ħarsa ġenerali tal-fatti bażiċi tad-diżgrazzja jew l-inċident tal-baħar: x'ġara, meta, fejn u kif; tiddikjara ukoll jekk bħala riżultat kienx hemm mwiet, korrimenti, ħsara lill-vapur, l-merkanzija, persuni terzi jew l-ambjent.

2.   INFORMAZZJONI FATTWALI

Din il-parti tinkludi numru ta’ taqsimiet diskreti, u tagħti biżżejjed informazzjoni li l-korp investigattiv jinterpreta bħala fattwali, tissustanzja l-analiżi u tiffaċilita l-fehim.

Dawn it-taqsimiet jinkludu, b'mod partikolari, l-informazzjoni li ġejja:

2.1.   Dettalji tal-vapur

Bandiera /reġistru,

Identifikazzjoni,

Karatteristiċi ewlenin,

Sidien u dawk li jimmaniġġjawh,

Dettalji tal-kostruzzjoni,

Ekwipażż minimu biex tiġi assigurata s-sigurtà,

Merkanzija awtorizzata.

2.2.   Dettalji tal-vjaġġ

Portijiet li żar,

Tip ta’ vjaġġ,

Informazzjoni dwar il-merkanzija,

Ekwipaġġ.

2.3.   Informazzjoni dwar id-diżgrazzja jew l-inċident marittimu

Tip ta’ diżgrazzja jew inċident marittimu,

Data u l-ħin,

Pożizzjoni u l-inħawi tad-diżgrazzja jew inċident marittimu,

Ambjent estern u intern,

Operat tal-vapur u t-taqsima tal-vjaġġ (voyage segment),

Post abbord,

Data dwar il-fatturi umani,

Konsegwenzi (għall-persuni, għall-vapur, għall-merkanzija, għall-ambjent, oħrajn).

2.4.   Involviment tal-awtorità tax-xatt u r-reazzjoni ta’ emerġenza

Min kien involut,

Mezzi użati,

Ħeffa tar-reazzjoni,

Azzjonijiet meħuda,

Riżultati miksuba.

3.   NARRATTIVA

Din il-parti tirrakonta d-diżgrazzja jew inċident marittimu permezz ta’ sekwenza ta’ ġrajjiet, f'ordni kronoloġika li twassal sa qabel, waqt u wara d-diżgrazzja jew inċident marittimu u l-involviment ta’ kulmin kien imdaħħal fiha (jiġifieri persuni, materjal, l-ambjent, apparat jew aġenti esterni). Il-perjodu kopert min-narrattiva jiddependi mis-sekwenza taż-żmien ta’ dawk il-ġrajjiet aċċidentali partikolari li kkontribwew direttament għad-diżgrazzja jew l-inċident marittimu. Din il-parti tinkludi wkoll kwalunkwe dettal rilevanti tal-investigazzjoni dwar is-sigurtà mwettqa, inklużi r-riżultati tal-eżamijiet jew it-testijiet.

4.   ANALIŻI

Din il-parti tinkludi għadd ta’ taqsimiet diskreti, li jipprovdu analiżi ta’ kull ġrajja inċidentali, b’kummenti marbuta mar-riżultati ta’ kwalunkwe eżamijiet jew testijiet relevanti li jkunu saru tul l-investigazzjoni dwar is-sigurtà u kwalunkwe azzjoni ta’ sigurtà li għandha mnejn tkun diġà ttieħdet sabiex jiġu pprevenuti d-diżgrazzji marittimi.

Dawn it-taqsimiet għandhom ikopru kwistjonijiet bħal:

il-kuntest u l-ambjent tal-ġrajja inċidentali,

azzjonijiet żbaljati jew nuqqasijiet umani, ġrajjiet li jinvolvu materjal perikoluż, effetti fuq l-ambjent, ħsarat fl-apparat, u influwenzi esterni,

il-fatturi kontributorji li jinvolvu funzjonijiet marbuta ma’ persuni, operazzjonijiet abbord il-vapur, amministrazzjoni tax-xatt jew influwenza regolatorja.

L-analiżi u l-kummentarju jagħmluha possibbli għar-rapport sabiex jagħmel konklużjonijiet loġiċi, jistabbilixxi l-fatturi kontributorji kollha, jinkludi dawk b’riskji li għalihom id-difiżi eżistenti mmirati lejn il-prevenzjoni ta’ ġrajjiet inċidentali, u/jew dawk immirati lejn l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tal-konsegwenzi tagħhom, jinstabu li jew mhumiex adegwati inkella nieqsa.

5.   KONKLUŻJONIJIET

Din il-parti tikkonsolida l-fatturi kontributorji stabbiliti u d-difiżi nieqsa jew inadegwati (materjali, funzjonali, simboliċi jew proċedurali) li għalihom għandhom jiġu żviluppati azzjonijiet ta’ sigurtà sabiex jiġu pprevenuti d-diżgrazzji marittimi.

6.   RAKKOMANDAZZJONIJIET DWAR IS-SIGURTÀ

Meta jkun il-każ, din il-parti tar-rapport tinkludi rakkomandazzjonijiet tas-sigurtà dderivati mill-analiżi u l-konklużjonijiet u li jorbtu ma’ oqsma partikolari, bħal-leġislazzjoni, it-tifsil, il-proċeduri, l-ispezzjoni, it-tmexxija, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, it-taħriġ, ix-xogħol ta’ tiswija, il-manutenzjoni, l-assistenza max-xatt u r-reazzjoni ta’ emerġenza.

Ir-rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà huma indirizzati lil dawk li jkunu fl-aħjar pożizzjoni sabiex jimplimentawhom, bħal sidien il-vapuri, il-maniġers, organizzazzjonijiet rikonoxxuti, awtoritajiet marittimi, servizzi ta’ traffiku tal-vapurii, entitajiet tal-emerġenza, organizzazzjonijiet marittimi internazzjonali u l-istituzzjonijiet Ewropej, bil-ħsieb li jiġu pprevenuti d-diżgrazzji marittimi.

Din il-parti tinkludi wkoll kwalunkwe rakkomandazzjonijet tas-sigurtà interim li setgħu saru jew kwalunkwe azzjoni ta’ sigurtà meħuda matul l-investigazzjoni tas-sigurtà.

7.   APPENDIĊI

Fejn ikun il-każ, il-lista li ġejja li mhix waħda eżawrjenti tinthemeż mar-rapport f’format elettroniku u/jew stampat:

ritratti, xbihat iffilmjati, reġistrazzjonijiet ta’ ħsejjes, tabelli, tpinġijiet,

standards applikabbli,

termini tekniċi u l-abbrevjazzjonijiet użati,

studji speċjali dwar is-sigurtà,

tagħrif mixxellanju.


ANNESS II

DATA DWAR IN-NOTIFIKA TA’ DIŻGRAZZJI JEW INĊIDENTI MARITTIMI

(Parti mill-Pjattaforma Ewropea ta’ Informazzjoni dwar id-Diżgrazzji tal-Baħar)

Nota:

In-numri sottolineati jfissru li d-data għandha tiġi pprovduta għal kull vapur jekk aktar minn vapur wieħed ikun involut fid-diżgrazzja jew l-inċident marittimu.

01.

L-Istat Membru responsabbli / persuna li għandha tiġi kkuntattjata

02.

L-Istat Membru investigatur

03.

Ir-rwol tal-Istat Membru

04.

L-Istat kostali affettwat

05.

In-numru ta’ Stati li għandhom interess sostanzjali

06.

L-Istati li għandhom interessi sostanzjali

07.

Il-korp notifikatur

08.

Ħin tan notifika

09.

Data tan notifika

10.

Isem il vapur

11.

In-numru tal-IMO / ittri distintivi

12.

Bandiera mtajra mill vapur

13.

It-tip ta’ diżgrazzja jew l-inċident marittimu

14.

It-tip ta’ vapur

15.

Data tad diżgrazzja jew l-inċident marittimu

16.

Ħin tad diżgrazzja jew l-inċident marittimu

17.

Pożizzjoni Latitudni

18.

Pożizzjoni Lonġitudni

19.

L-inħawi tad-diżgrazzja jew l-inċident marittimu

20.

Il-port minn fejn salpa l-vapur

21.

Il-port fejn kien destinat

22.

L-iskema ta’ separazzjoni tat-traffiku

23.

It-taqsima tal-vjaġġ

24.

L-operat tal-vapur

25.

Il-post abbord

26.

Imwiet:

Ekwipaġġ

Passiġġieri

Oħrajn

27.

Korrimenti gravi:

Ekwipaġġ

Passiġġieri

Oħrajn

28.

Tniġġis

29.

Ħsara lill vapur

30.

Ħsara lill merkanzija

31.

Ħsara oħra

32.

Deskrizzjoni qasira tad diżgrazzja jew l-inċident marittimu

33.

Deskrizzjoni qasira tar-raġunijiet għaliex m'għandhiex issir investigazzjoni dwar is-sigurtà


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/128


DIRETTIVA 2009/20/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

dwar l-assigurazzjoni tas-sidien ta' vapuri għal pretensjonijiet marittimi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Wieħed mill-elementi tal-politika Komunitarja dwar it-trasport marittimu hu li tittejjeb il-kwalità tat-trasport merkantili billi ġġiegħel lill-operaturi ekonomiċi kollha jaġixxu b'mod aktar responsabbli.

(2)

Diġà ġew adottati miżuri disważivi skont id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u dwar l-introduzzjoni ta’ penali għal ksur (4).

(3)

Fid-9 ta' Ottubru 2008, l-Istati Membri addottaw dikjarazzjoni li fiha huma rrikonoxxew unanimament l-importanza tal-applikazzjoni tal-Protokoll tal-1996 għall-Konvenzjoni tal-1976 dwar il-Limiti ta' Responsabbiltà għall-Pretensjonijiet Marittimi mill-Istati Membri kollha.

(4)

L-obbligu li jkun hemm assigurazzjoni għandu jippermetti li tiġi żgurata protezzjoni aħjar għall-vittmi. Dan għandu jgħin ukoll biex jiġu eliminati vapuri substandard u jippermetti li terġa’ tiġi stabbilita l-kompetizzjoni bejn l-operaturi. Barra minn hekk, fir-Riżoluzzjoni A898(21), l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali stiednet lill-Istati biex iħeġġu lis-sidien ta' vapuri biex ikunu assigurati sew.

(5)

In-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandu jiġi rettifikat. Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port (tfassil mill-ġdid) (5) diġà tipprovdi għad-detenzjoni tal-vapuri fil-każ ta' nuqqas ta' ċertifikati li għandhom jinġarru abbord. Madankollu, huwa xieraq li tiġi provduta l-possibbiltà ta' espulsjoni ta' vapur li ma jġorrx ċertifikat ta' assigurazzjoni. Il-modalitajiet tal-espulsjoni għandhom jippermettu li s-sitwazzjoni tiġi rettifikata f'perijodu ta' żmien raġonevoli.

(6)

Ladarba l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri xierqa fil-qasam tal-politika tat-trasport marittimu, ma jistgħux jinksibu b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tistà tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal- proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli applikabbli għal ċerti aspetti tal-obbligi tas-sidien ta' vapuri rigward l-assigurazzjoni tagħhom għal pretensjonijiet marittimi.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal vapuri ta' tunellaġġ gross ta' 300 jew aktar.

2.   Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal vapuri tal-gwerra, vapuri awżiljari tal-gwerra jew vapuri li huma proprjeta' ta' jew operati mill-Istat użati għal servizz pubbliku mhux kummerċjali.

3.   Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-reġimi stabbiliti permezz ta' strumenti fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat u elenkati fl-Anness.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“sid ta' vapur” tfisser is-sid reġistrat ta' vapur li jbaħħar, jew kwalunkwe persuna oħra bħall-bareboat charterer li jkun responsabbli mill-operazzjoni tal-vapur;

(b)

“assigurazzjoni” tfisser assigurazzjoni bi jew mingħajr tnaqqis, u tinkludi, pereżempju, assigurazzjoni ta' indennità tat-tip ipprovdut attwalment mill-International Group of P&I Clubs, u forom effettivi oħra ta' assigurazzjoni (inkluż auto-assigurazzjoni pprovata) u sigurtà finanzjarja li joffru kondizzjonijiet ta' kopertura simili;

(ċ)

“Il-Konvenzjoni tal-1996” tfisser it-test konsolidat tal-Konvenzjoni tal-1976 dwar il-Limitazzjoni ta' Responsabbiltà Ċivili għal Pretensjonijiet Marittimi, addottata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), kif emendata bil-Protokoll tal-1996.

Artikolu 4

Assigurazzjoni għal pretensjonijiet marittimi

1.   Kull Stat Membru għandu jirrikjedi li s-sidien ta' vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu, ikollhom assigurazzjoni li tkopri tali vapuri.

2.   Kull Stat Membru għandu jirrikjedi minn sidien ta' vapuri li jtajru bandiera oħra li mhix tiegħu, sabiex ikollhom assigurazzjoni meta tali vapuri jidħlu f'port li jkun taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru. Dan m' għandux jimpedixxi lil-Istati Membri, jekk f'konformità mal-liġi internazzjonali, milli jirrikjedu konformità ma' dak l-obbligu meta tali vapuri jkunu qed joperaw fl-ilmijiet territorjali tagħhom.

3.   L-assigurazzjoni msemmija hawn fuq għandha tkopri pretensjonijiet marittimi soġġetti għal limiti taħt il-Konvenzjoni tal-1996. L-ammont tal-assigurazzjoni għal kull vapur għal kull inċident għandu jkun daqs l-ammont massimu rilevanti għal-limitazzjoni ta' responsabbiltà kif stabbilit fil-Konvenzjoni tal-1996.

Artikolu 5

Spezzjonijiet, konformità, espulsjoni minn portijiet u ċaħda ta' aċċess għal portijiet

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li kwalunkwe spezzjoni ta' vapur f'port li jkun taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu f'konformità mad-Direttiva 2009/16/KE, tinkludi verifika li abbord ikun qed jinġarr iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6.

2.   Jekk iċ-ċertifikat msemmi fl-Artikolu 6 ma jinġarrx abbord, u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/16/KE li tipprevedi għad-detenzjoni tal-vapuri meta jkun hemm kwistjonijiet ta' sigurtà, l-awtorità kompetenti tista' toħroġ ordni ta' espulsjoni għall-vapur li għandha tiġi nnotifikata lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Istat tal-bandiera kkonċernat. Bħala riżultat tal-ħruġ ta' tali ordni ta' espulsjoni, kull Stat Membru għandu jirrifjuta d-dħul ta' dan il-vapur fi kwalunkwe wieħed mill-portijiet tiegħu sakemm is-sid tal-vapur jipprovdi ċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6.

Artikolu 6

Ċertifikati ta' assigurazzjoni

1.   L-eżistenza tal-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 għandha tiġi pruvata b'ċertifikat wieħed jew aktar maħruġa mill-fornitur tagħha u li jinġarru abbord il-vapur.

2.   Iċ-ċertifikati maħruġa mill-fornitur tal-assigurazzjoni għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem tal-vapur, in-numru IMO tiegħu, u l-port ta' reġistrazzjoni;

(b)

l-isem u l-post ewlieni tan-negozju ta' sid il-vapur;

(ċ)

it-tip u t-tul tal-assigurazzjoni;

(d)

l-isem u l-post ewlieni tan-negozju tal-fornitur tal-assigurazzjoni u, fejn xieraq, il-post tan-negozju fejn tkun stabbilita l-assigurazzjoni;

3.   Jekk il-lingwa użata fiċ-ċertifikati m'hijiex la l-Ingliż, la l-Franċiż u lanqas l-Ispanjol, it-test għandu jinkludi traduzzjoni f’waħda minn dawn il-lingwi.

Artikolu 7

Penali

Għall-finijiet tal-Artikolu 4(1), l-Istati Membri għandhom jistabilixxu sistema ta' penali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li dawn il-penali jiġu applikati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 8

Rapporti

Kull tliet snin, u għall-ewwel darba qabel l-1 ta' Jannar 2015, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Artikolu 9

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Jannar 2012. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan minnifih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif għandhom isiru tali referenzi għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 11

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strażburgu, 23 ta’ April 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

P. NEČAS


(1)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 195.

(2)  ĠU C 229, 22.9.2006, p. 38.

(3)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2007 (ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 166), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2008 (ĠU C 330 E, 30.12.2008, p. 7) u il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11.

(5)  Ara paġna 57 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għal Danni mit-Tniġġis biż-Żejt, 1992.

Il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-1996 dwar ir-Responsabbiltà u l-Kumpens għal Ħsara Kkaġunata mill-Ġarr bil-Baħar ta' Sustanzi Perikolużi u li Jagħmlu l-Ħsara.

Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għall-Ħsara mit-Tniġġis taż-Żejt tal-bunker, 2001.

Il-Konvenzjoni Internazzjonali ta' Nairobi dwar it-Tneħħija ta' Fdalijiet ta' Bastimenti, 2007.

Ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi ta' passiġġieri fuq il-baħar fil-każ ta' inċidenti.


28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/132


DIRETTIVA 2009/21/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Is-sikurezza tat-trasport marittimu tal-Komunità Ewropea u taċ-ċittadini li jużawh u l-protezzjoni tal-ambjent għandhom ikunu żgurati f’kull ħin.

(2)

Fir-rigward tat-trasport marittimu internazzjonali twaqqaf qafas komprensiv li jtejjeb is-sikurezza marittima u l-protezzjoni tal-ambjent fir-rigward tat-tniġġis minn vapuri permezz tal-adozzjoni ta’ għadd ta’ konvenzjonijiet li għalihom l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) hija depożitarja.

(3)

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta n-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt Marittimu tal-1982 (UNCLOS) u l-konvenzjonijiet li għalihom l-IMO hija depożitarja (minn hawn ‘il quddiem “il-Konvenzjonijiet IMO”), l-Istati li huma partijiet għal dawk l-istrumenti huma responsabbli għall-promulgazzjoni ta’ liġijiet u regolamenti u għat-teħid tal-passi l-oħrajn kollha li jistgħu ikunu neċessarji sabiex dawk l-istrumenti jingħataw effett sħiħ u komplut biex jiġi żgurat li, fir-rigward tas-sikurezza tal-ħajja fuq il-baħar u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, vapur ikun tajjeb għas-servizz li għalih ikun maħsub u jkun imħaddem minn ekwipaġġ marittimu kompetenti.

(4)

Għandu jittieħed kont tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu adottata mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) fl-2006, li tindirizza wkoll l-obbligi relatati mal-Istat tal-bandiera.

(5)

Fid-9 ta’ Ottubru 2008, l-Istati Membri adottaw dikjarazzjoni li fiha huma jirrikonoxxu b’mod unanimu l-importanza tal-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali relatati mal-obbligi tal-Istati tal-bandiera sabiex tittejjeb is-sikurezza marittima u jsir kontribut lejn il-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri.

(6)

L-implimentazzjoni tal-proċeduri rakkomandati mill-IMO f’MSC/Circ.1140/MEPC/Circ.424 tal-20 ta’ Diċembru 2004 dwar it-trasferiment ta’ vapuri bejn l-Istati għandha ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjonijiet tal-IMO u tal-leġislazzjoni dwar is-sikurezza marittima tal-Komunità relatati ma’ bidla fil-bandiera u għandha żżid it-trasparenza fir-relazzjoni bejn l-Istati tal-bandiera, fl-interess tas-sikurezza marittima.

(7)

Id-disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar vapuri li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru, kif ukoll dwar vapuri li m’għadhomx reġistrati fir-reġistru ta’ Stat Membru, għandha ttejjeb it-trasparenza tal-prestazzjoni tal-flotta u tikkontribwixxi għall-monitoraġġ aħjar tal-obbligi tal-Istat tal-bandiera u tiżgura kundizzjonijiet indaqs bejn l-amministrazzjonijiet.

(8)

Sabiex l-Istati Membri jiġu mgħejuna jtejbu aktar il-prestazzjoni tagħhom bħala Stati tal-bandiera, huma għandhom jaraw li l-amministrazzjoni tagħhom tkun verifikata regolarment.

(9)

Ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-proċeduri amministrattivi skont l-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) jew l-istandards ekwivalenti għandhom jassiguraw ukoll kundizzjonijiet indaqs bejn l-amministrazzjonijiet.

(10)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4).

(11)

Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri xierqa fil-qasam tal-politika tat-trasport marittimu, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

1.   L-għan ta’ din id-Direttiva huwa:

(a)

li tiżgura li l-Istati Membri jwettqu l-obbligi tagħhom b’mod effettiv u konsistenti bħala Stati tal-bandiera; u

(b)

li ttejjeb is-sikurezza u tevita t-tniġġis minn vapuri li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru.

2.   Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni marittima Komunitarja, kif elenkata fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru tal-2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) (5), u għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Komunità Ewropea tas-Sidien tal-Bastimenti (AKESB) u l-Federazzjoni tal-Unjonijiet tal-Ħaddiema tat-Trasport (FUĦT) (6).

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-amministrazzjoni tal-Istat Membru li tiegħu il-vapur ikun qiegħed itajjar il-bandiera.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“vapur” tfisser vapur jew inġenju tal-baħar, li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjonijiet relevanti tal-IMO, u li għalih huwa meħtieġ ċertifikat;

(b)

“amministrazzjoni” tfisser l-awtoritajiet marittimi kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu il- vapur ikun qiegħed itajjar il-bandiera;

(c)

“organizzazzjoni rikonoxxuta” tfisser organizazzjoni rikonoxxuta f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar regoli u standards komuni għall-ispezzjoni tal-vapuri u organizzazzjonijiet ta’ stħarriġ (tfassil mill-ġdid) (7);

(d)

“ċertifikati” tfisser ċertifikati statutorji maħruġa fir-rigward tal-Konvenzjonijiet tal-IMO rilevanti;

(e)

“verifika tal-IMO” tfisser verifika mmexxija skont id-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni A.974(24) adottata mill-Assemblea tal-IMO fl-1 ta’ Diċembru 2005.

Artikolu 4

Kondizzjonijiet biex vapur jingħata permess jopera

1.   Qabel ma vapur li jkun ingħata d-dritt li jtajjar il-bandiera tiegħu jingħata l-permess li jopera, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-miżuri li huwa jqis adegwati biex jiġi żgurat li l-vapur in kwistjoni jikkonforma mar-regoli u r-regolamenti internazzjonali applikabbli. B’mod partikolari, għandu jivverifika r-rekords ta’ sikurezza tal-vapur bil-mezzi kollha raġonevoli. Huwa għandu, jekk ikun neċessarju, jikkonsulta mal–Istat tal-bandiera li jkun qed jitlef sabiex jistabbilixxi jekk kwalunkwe nuqqas pendenti jew kwistjoni ta’ sikurezza identifikati minn dan tal-aħħar għadhom mhux solvuti.

2.   Kull meta Stat tal-bandiera ieħor jitlob informazzjoni dwar vapur li preċedentement kien itajjar il-bandiera ta’ Stat Membru, l-Istat Membru għandu minnufih jipprovdi lill-Istat tal-bandiera li jkun ked jitlob dettalji ta’ nuqqasijiet pendenti u informazzjoni rilevanti oħra relatata mas-sikurezza.

Artikolu 5

Detenzjoni ta’ vapur li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Memrbu

Meta l-amministrazzjoni ta’ xi Stat Membru tiġi infurmata li vapur li jtajjar il-bandiera ta’ dak l-Istat Membru ġie detenut minn Stat tal-port, hija għandha, skont il-proċeduri li hija stabbiliet għal dan l-għan, tissorvelja l-vapur waqt li jkun qed jinġieb f’konformità mal-Konvenzjonijiet tal-IMO relevanti.

Artikolu 6

Miżuri ta’ akkumpanjament

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-inqas l-informazzjoni li ġejja dwar vapuri li jtajru l-bandiera tagħhom tinżamm u tibqa’ faċilment aċċessibbli għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

(a)

dettalji tal-vapur (Isem, numru tal-IMO, eċċ.);

(b)

dati tal-ispezzjonijiet, inklużi l-ispezzjonijiet addizzjonali u supplimentari, jekk ikun il-każ, u l-verifiki;

(ċ)

identifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti involuti fiċ-ċertifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-vapur;

(d)

identifikazzjoni tal-awtorità kompetenti li spezzjonat il-vapur skont id-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll tal-Istat tal-port u d-dati tal-ispezzjonijiet;

(e)

eżitu tal-ispezzjonijiet dwar il-kontroll tal-Istat tal-port (Nuqqasijiet: iva jew le: detenzjonijiet: iva jew le);

(f)

informazzjoni dwar diżgrazzji tal-baħar;

(g)

identifikazzjoni ta’ vapuri li waqfu jtajru l-bandiera tal-Istat Membru kkonċernat matul it-12-il xahar preċedenti.

Artikolu 7

Verifika

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji għal verifika tal-IMO tal-amministrazzjoni tagħhom mill-inqas darba kull seba’ snin, soġġetta għal tweġiba pożittiva mill-IMO għal talba f’waqtha tal-Istat Membru kkonċernat, u għandhom jippubblikaw l-eżitu tal-verifika skont il-leġislazzjoni nazzjonali relevanti dwar il-kunfidenzjalità.

Dan l-Artikolu għandu jiskadi mhux aktar tard mis-17 ta’ Ġunju 2017, jew f’data aktar kmieni, kif stabbilit mill-Kummissjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10(2), jekk tkun daħlet fis-seħħ Skema obbligatorja ta’ Verifika ta’ Stati Membri tal-IMO.

Artikolu 8

Sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità u evalwazzjoni interna

1.   Sas-17 ta’ Ġunju 2012, Kull Stat Membru għandu jiżviluppa, jimplimenta u jżomm sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għall-partijiet operattivi tal-attivitajiet tal-amministrazzjoni tiegħu, relatati mal-Istat tal-bandiera. Tali sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għandha tiġi ċertifikata skont l-istandards ta’ kwalita internazzjonali applikabbli.

2.   L-Istati Membri li jidhru fuq il-lista s-sewda jew li jidhru għal sentejn konsekuttivi fuq il-lista l-griża kif ippubblikata fir-rapport annwali l-aktar reċenti tal-Memorandum ta’ Fehim ta’ Pariġi dwar il-Kontroll tal-Istat tal-Port (minn hawn ‘il quddiem “MOU ta’ Pariġi”) għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni rapport dwar il-prestazzjoni tagħhom ta’ Stati tal-bandiera mhux aktar tard minn erba’ xhur wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-MOU ta’ Pariġi.

Ir-rapport għandu jidentifika u janalizza r-raġunijiet ewlenin għan-nuqqas ta’ konformità li wassal għad-detenzjonijiet u d-defiċjenzi li rriżultaw fi status ta’ iswed jew griż.

Artikolu 9

Rapporti

Kull ħames snin, u l-ewwel darba sas-17 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Dan ir-rapport għandu jkun fih valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-Istati Membri bħala Stati tal-bandiera.

Artikolu 10

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis mill-Vapuri (COSS) stabbilit mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwarhom minnufih.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahrejn.

Artikolu 11

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard mis-17 ta’ Ġunju 2011. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi ta’ kif għandhom isiru tali referenzi għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strażburgu, 23 ta’ April 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

P. NEČAS


(1)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 195.

(2)  ĠU C 229, 22.9.2006, p. 38.

(3)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Marzu 2007 (ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 140), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2008 (ĠU C 330 E, 30.12.2008, p. 13) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2009 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(5)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 167, 2.7.1999, p. 33.

(7)  Ara paġna 11 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.