ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.126.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 126

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
21 ta' Mejju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (KE) Nru 396/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1081/2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew biex jestendi t-tipi ta’ spejjeż eliġibbli għal kontribut mill-FSE

1

 

*

Regolament (KE) Nru 397/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà ta’ investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija u fl-enerġija rinovabbli fid-djar

3

 

*

Regolament (KE) Nru 398/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi f'dak li għandu x’jaqsam mas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

5

 

*

Regolament (KE) Nru 399/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta’ merkanzija bit-triq, f’dak li għandu x’jaqsam mas-setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni

9

 

*

Regolament (KE) Nru 400/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 dwar is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

11

 

*

Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (verżjoni kkodifikata)

13

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE tat-22 ta’ Settembru 1994 dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi ta’ l-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ tagħrif u ta’ konsultazzjoni għall-impjegati ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 254 tat-30 ta’ Settembru 1994 )

23

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 126/1


REGOLAMENT (KE) Nru 396/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Mejju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1081/2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew biex jestendi t-tipi ta’ spejjeż eliġibbli għal kontribut mill-FSE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 148 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 56 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (3) jipprevedi li r-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-infiq għandhom jiġu stabbiliti fuq livell nazzjonali, b’ċerti eċċezzjonijiet stabbiliti fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Regjonali u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE).

(2)

L-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1081/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi liema nfiq huwa eliġibbli għal kontribut mill-FSE kif iddefinit fl-Artikolu 11(1) ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Il-kriżi finanzjarja tiġġustifika l-bżonn għal simplifikazzjonijiet oħrajn biex jitħaffef l-aċċess għal għotjiet ikkofinanzjati mill-FSE.

(4)

Fir-rapport annwali tagħha tal-2007, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri rrakkomandat li l-awtoritajiet leġiżlattivi u l-Kummissjoni jkunu lesti li jikkunsidraw mill-ġdid it-tfassil tal-programmi tal-infiq futuri billi jagħtu konsiderazzjoni debita għas-simplifikazzjoni tal-bażi tal-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli u li jagħmlu użu akbar ta’ pagamenti ta’ somom f’daqqa jew b’rata fissa minflok rimborż ta’ “spejjeż reali”.

(5)

Sabiex tiġi żgurata s-simplifikazzjoni meħtieġa fit-tmexxija, l-amministrazzjoni u l-kontroll ta’ operazzjonijiet li jirċievu għotja mill-FSE, b’mod partikolari meta marbuta ma’ sistema ta’ rimborż imsejsa fuq ir-riżultati, huwa xieraq li jiżdiedu żewġ forom addizzjonali ta’ spejjeż eliġibbli, jiġifieri somom f’daqqa u finanzjamenti b’rata fissa bbażati fuq tabelli standard ta’ spejjeż unitarji.

(6)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-infiq, din is-simplifikazzjoni għandha tkun applikabbli għall-għotjiet kollha mill-FSE. Għalhekk, għandha tkun meħtieġa l-applikazzjoni retroattiva b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2006, li hija d-data ta’ dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1081/2006.

(7)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1081/2006 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1081/2006 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

fil-każ ta’ għotjiet:

(i)

spejjeż indiretti, iddikjarati fuq bażi ta’ rata fissa, sa 20 % tal-ispejjeż diretti ta’ operazzjoni;

(ii)

spejjeż b’rata fissa kkalkulati b’applikazzjoni ta’ tabelli standard ta’ spejjeż unitarji kif definiti mill-Istat Membru;

(iii)

somom f’daqqa biex ikopru l-ispejjeż ta’ operazzjoni sħiħa jew parti minnha;”;

(2)

għandhom jiżdiedu is-subparagrafi li ġejjin:

“L-għażliet imsemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) tal-punt (b) jistgħu jiġu kkombinati biss fejn kull waħda minnhom tkopri kategorija differenti ta’ spejjeż eliġibbli jew fejn jintużaw għal proġetti differenti fl-istess operazzjoni.

L-ispejjeż imsemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) tal-punt (b) għandhom jiġu stabbiliti minn qabel fuq il-bażi ta’ kalkolu ġust, ekwu u li jista’ jiġi vverifikat.

Is-somma f’daqqa msemmija fil-punt (iii) tal-punt (b) m’għandhiex taqbeż il-EUR 50 000.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, għandu jkun japplika b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-6 ta’ Mejju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. KOHOUT


(1)  LOpinjoni tal-25 ta’ Frar 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ April 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Mejju 2009.

(3)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(4)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 12.


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 126/3


REGOLAMENT (KE) Nru 397/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Mejju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà ta’ investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija u fl-enerġija rinovabbli fid-djar

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 162 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat  (2),

Billi:

(1)

Bil-għan li ttejjeb il-potenzjal Ewropew għat-tkabbir sostenibbli fuq perjodu ta’ żmien itwal, il-Kummissjoni, fis-26 ta’ Novembru 2008, adottat Komunikazzjoni dwar Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku li tqis l-importanza li jsiru l-investimenti biex tittejjeb l-effiċjenza fl-enerġija tal-bini, inkluż il-qasam tad-djar.

(2)

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) jappoġġja interventi fil-qasam tad-djar, inkluża l-effiċjenza fl-enerġija, favur biss tal-Istati Membri li aderew mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara, fejn ikunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Appoġġ bħal dan għall-investiment fl-effiċjenza fl-enerġija u fl-enerġija rinovabbli fil-qasam tad-djar għandu jsir disponibbli għall-Istati Membri kollha.

(3)

Għandu jingħata appoġġ għal dawk l-investimenti li jsiru fil-qafas ta’ skemi pubbliċi f’konformità mal-għanijiet tad-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi tal-enerġija (4).

(4)

Sabiex ikun żgurat li l-għanijiet tal-politika ta’ koeżjoni kif stabbilita fl-Artikolu 158 tat-Trattat KE jiġu sodisfatti, l-interventi għandhom jappoġġaw il-koeżjoni soċjali.

(5)

Fir-rapport annwali tagħha għall-2007, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri rrakkomandat li l-awtoritajiet leġiżlattivi u l-Kummissjoni jkunu lesti li jikkunsidraw mill-ġdid it-tfassil ta’ programmi ta’ nfiq futuri billi jagħtu konsiderazzjoni debita għas-simplifikazzjoni tal-bażi tal-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli u li jagħmlu użu akbar ta’ pagamenti ta’ somom f'daqqa jew b'rata fissa minflok rimborż tal-“ispejjeż reali”.

(6)

Sabiex tiġi żgurata s-simplifikazzjoni meħtieġa fit-tmexxija, l-amministrazzjoni u l-kontroll ta’ operazzjonijiet li jirċievu għotja mill-FEŻR, b'mod partikolari meta marbuta ma' sistema ta’ rimborż imsejsa fuq ir-riżultati, huwa xieraq li jiżdiedu tliet forom addizzjonali ta’ spejjeż eliġibbli, jiġifieri, spejjeż indiretti, somom f'daqqa u finanzjamenti b'rata fissa bbażati fuq tabelli standard ta’ spejjeż unitarji.

(7)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fir-rigward tal-eliġibilità tal-infiq, dawn il-forom addizzjonali ta’ spejjeż eliġibbli għandhom ikunu applikabbli għall-għotjiet kollha mogħtija mill-FEŻR. Għalhekk, għandha tkun meħtieġa l-applikazzjoni retroattiva b'effett mill-1 ta’ Awwissu 2006, li hija d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006.

(8)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 huwa b'danemendat kif ġej:

1)

għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   F'kull Stat Membru, l-infiq fuq it-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u fuq l-użu ta’ enerġija rinovabbli fi djar eżistenti għandu jkun eliġibbli sa ammont ta’ 4 % tal-allokazzjoni totali tal-FEŻR.

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kategoriji tad-djar eliġibbli fir-regoli nazzjonali, f'konformità mal-Artikolu 56(4) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, sabiex tkun appoġġjata l-koeżjoni soċjali.”;

2)

il-frażi introduttorja tal-paragrafu 2 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“2.   L-infiq fuq id-djar, minbarra dak għall-effiċjenza fl-enerġija u l-użu tal-enerġija rinovabbli kif stabbilit fil-paragrafu 1a, għandu jkun eliġibbli biss għal dawk l-Istati Membri li aderew mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara, fejn ikunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin”;

3)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Fil-każ ta’ għotjiet l-ispejjeż li ġejjin għandhom ikunu nfiq eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FEŻR, bil-kondizzjoni li dawn isiru skont ir-regoli nazzjonali, inklużi r-regoli tal-kontabilità, u skont il-kondizzjonijiet speċifiċi previsti aktar ’l isfel:

(i)

spejjeż indiretti, iddikjarati fuq bażi ta’ rata fissa, sa 20 % tal-ispejjeż diretti ta’ operazzjoni;

(ii)

spejjeż b'rata fissa kkalkulati b'applikazzjoni ta’ tabelli standard ta’ spejjeż unitarji, kif definiti mill-Istat Membru;

(iii)

somom f'daqqa biex ikopru l-ispejjeż ta’ operazzjoni sħiħa jew parti minnha.

L-għażliet imsemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) jistgħu jiġu kkombinati biss fejn kull waħda minnhom tkopri kategorija differenti ta’ spejjeż eliġibbli jew fejn jintużaw għal proġetti differenti fl-istess operazzjoni.

L-ispejjeż imsemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) għandhom jiġu stabbiliti minn qabel fuq il-bażi ta’ kalkolu ġust, ekwu u li jista’ jiġi vverifikat.

Is-somma f'daqqa msemmija fil-punt (iii) m'għandhiex taqbeż il-EUR 50 000.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikolu 1(3) għandu japplika b'effett mill-1 ta’ Awwissu 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-6 ta’ Mejju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. KOHOUT


(1)  L-Opinjoni tal-25 ta' Frar 2009 (għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2009 (għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Mejju 2009.

(3)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 126/5


REGOLAMENT (KE) Nru 398/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta' April 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi f'dak li għandu x’jaqsam mas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) 338/97 (3) jipprevedi li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata permezz tad-Deċiżjoni 2006/512/KE (5), li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta' miżuri ta’ ambitu ġenerali mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jiġu mħassra wħud minn dawk l-elementi jew billi l-istrument jiġi supplimentat b’elementi ġodda mhux essenzjali.

(3)

Skont id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (6) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex din il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għal strumenti adottati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat u li diġà huma fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu adattati skont il-proċeduri applikabbli.

(4)

B'mod partikolari, l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta ċerti miżuri li jirregolaw il-kummerċ fl-ispeċi ta' fawna u flora selvaġġi, sabiex tadotta ċertu emendi għall-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 338/97 u sabiex tadotta miżuri addizzjonali sabiex jiġu implimentati ir-riżoluzzjonijiet tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni dwar il-kummerċ internazzjonali fl-ispeċi ta' fawna u flora selvaġġi (CITES) (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni”), deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Permanenti tal-Konvenzjoni jew rakkomandazzjonijiet tas-Segretarjat tal-Konvenzjoni. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dak ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Minħabba raġunijiet ta’ effiċjenza, il-limiti normali taż-żmien għall-proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom ikunu limitati għall-adozzjoni ta’ mizuri li jemendaw l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 338/97, sabiex jikkonformaw mal-iskadenza għad-dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Appendiċijiet tal-Konvenzjoni.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 338/97 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Emendi

Ir-Regolament (KE) Nru 338/97 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 6, is-sentenza tal-bidu għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“6.   B'konsultazzjoni mal-pajjiżi tal-oriġini kkonċernati, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2) u b'kont meħud ta' kull opinjoni mill-Grupp ta' Reviżjoni Xjentifika, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi restrizzjonijiet ġenerali, jew restrizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' ċerti pajjiżi ta' oriġini, dwar l-introduzzjoni fil-Komunità:”;

(b)

il-paragrafu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“7.   Fil-każi speċjali meta trasbord, trasferiment bl-ajru jew trasport bil-ferrovija jseħħu wara l-introduzzjoni fil-Komunità, derogi mit-twettiq tal-verifiki u l-preżentazzjonijiet ta' dokumenti ta' importazzjoni fl-uffiċċju doganali tal-fruntiera fil-post tal-introduzzjoni msemmijin fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jingħataw mill-Kummissjoni, sabiex jippermettu li jsiru verifiki u preżentazzjonijiet bħal dawk f'uffiċċju doganali ieħor nominat skont l-Artikolu 12(1).

Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18 (3).”;

(2)

l-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Meta applikazzjoni għal ċertifikat ta' ri-esportazzjoni tkun dwar kampjuni introdotti fil-Komunità permezz ta' permess ta' importazzjoni maħruġ minn xi Stat Membru ieħor, l-awtorità amministrattiva għandha l-ewwel tikkonsulta mal-awtorità amministrattiva li tkun ħarġet il-permess. Il-proċeduri ta' konsultazzjoni u l-każi li dwarhom tkun meħtieġa konsultazzjoni għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu18 (3).”;

(b)

fil-paragrafu 7, il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

Kull meta awtorità amministrattiva tkun infurmata bil-miżuri msemmijin f'(a), din għandha tinforma u tibgħat kummenti lill-Kummissjoni li trid, jekk xieraq, tirrakkomanda restrizzjonijiet dwar esportazzjonijiet tal-ispeċi konċernata skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2).”;

(3)

l-Artikolu 7 għandu jiġi emendat b'dan li ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (c) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

Il-kriterji biex ikun determinat jekk kampjun ikunx twieled jew trabba fil-magħluq jew jekk ikunx tnissel artifiċjalment u jekk huwiex għal għanijiet kummerċjali, kif ukoll il-kundizzjonijiet speċjali msemmijin f'(b), għandhom ikunu speċifikati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18 (3).”;

(b)

fil-paragrafu 2, il-punt (c) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

Jekk id-dokument imsemmi f'(b) ma jkunx inħareġ qabel l-esportazzjoni jew ri-esportazzjoni, il-kampjun għandu jinqabad u jista', fejn applikabbli, jiġi kkonfiskat sakemm id-dokument ma jintbgħatx retrospettivament bi qbil mal-kundizzjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18 (3).”;

(c)

il-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

3.   Oġġetti personali jew domestiċi

B'deroga mill-Artikoli 4 u 5, id-dispożizzjonijiet li hemm fihom m'għandhomx ikunu applikabbli għal kampjuni mejta, partijiet u derivattivi ta' speċi msemmija fl-Annessi A sa D li jkunu oġġetti personali jew domestiċi li jkunu qed jiddaħħlu fil-Komunità, jew esportati jew ri-esportati minnha, b'konformità mad-dispożizzjonijiet li għandhom ikunu speċifikati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18 (3).

4.   Istituzzjonijiet xjentifiċi

Id-dokumenti msemmijin fl-Artikoli 4, 5, 8 u 9 m'għandhomx ikunu meħtieġa fil-każ ta' self mhux kummerċjali, donazzjonijiet u skambji bejn xjenzjati u istituzzjonijiet xjentifċi, reġistrati mill-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati li fihom ikunu jinsabu, ta' kampjuni ta' erbarju u kampjuni oħra priżervati, imnixxfa jew kampjuni mwaħħlin f'mużewijiet, u ta' materjal ħaj ta' pjanti, li jkollu tikketta, li l-mudell tagħha kien ġie determinat skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2) jew tikketta simili maħruġa jew approvata mill-awtorità amministrattiva ta' pajjiż terz.”;

(4)

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Derogi ġenerali mill-projbizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ibbażati fuq il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3, kif ukoll derogi ġenerali dwar speċi elenkati fl-Anness A skont il-punt (ii) tal-Artikolu 3(1)(b) jistgħu jkunu definiti mill-Kummissjoni. Tali derogi għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' liġijiet Komunitarji oħra dwar il-konservazzjoni ta' fawna u flora salvaġġi. Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(5)

fl-Artikolu 9, il-paragrafu 6 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“6.   Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi restrizzjonijiet dwar iż-żamma jew il-moviment ta' kampjuni ħajjin ta' speċi li fir-rigward tagħhom ir-restrizzjonijiet dwar l-introduzzjoni fil-Komunità jkunu ġew stabbiliti skont l-Artikolu 4(6). Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(6)

fl-Artikolu 11, il-paragrafu 5, għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Il-Kummissjoni għandha tistabblixxi l-limiti ta’ żmien għall-ħruġ tal-permess u ċ-ċertifikati. Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18 (3).”;

(7)

fl-Artikolu 12, il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   F'każi eċċezzjonali u skont kriterji definiti mill-Kummissjoni, awtorità amministrattiva tista' tawtorizza l-introduzzjoni fil-Komunità jew l-esportazzjoni jew ri-esportazzjoni minnha f'uffiċċju doganali barra minn dak nominat skont il-paragrafu 1. Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(8)

l-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a), l-aħħar sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“L-informazzjoni li għandha tkun ikkomunikata u l-format tal-preżentazzjoni tagħha għandhom ikunu speċifikati mill-Kummissjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2).”;

(ii)

fil-punt (c), l-aħħar sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“L-informazzjoni li għandha tkun ikkomunikata u l-format tal-preżentazzjoni tagħha għandhom ikunu speċifikati mill-Kummissjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2).”;

(b)

il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Bil-għan li jiġu ppreparati emendi għall-Annessi, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jgħaddu l-informazzjoni relevanti kollha lill-Kummissjoni. Il-Kumissjoni għandha tispeċifika l-informazzjoni kollha meħtieġa, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2).”;

(9)

l-Artikolu 18(3) għandu jiġi emendat b’dan li ġej:

(a)

il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

“4.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 5a(3)(c) u (4)(b) u (e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta’ xahar, xahar u xahrejn rispettivament.”;

(10)

l-Artikolu 19 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 19

1.   Skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2), il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri msemmijin fl-Artikolu 4(6) l-Artikolu 5(7) (b), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 15(4) (a) u (c), l-Artikolu 15(5) u l-Artikolu 21(3).

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina t-tfassil tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 4, 5, 7(4) u 10 skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2).

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(7), l-Artikolu 5(5), l-Artikolu 7(1)(c), (2) (c) u (3), l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 9(6), u l-Artikolu 11(5) u l-Artikolu 12(4). Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).

3.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kundizzjonijiet u kriterji uniformi dwar:

(a)

il-ħruġ, il-validità u l-użu tad-dokumenti msemmijin fl-Artikoli 4, 5, 7(4) u 10;

(b)

l-użu ta' ċertifikati fitosanitarji msemmija fl-Artikolu 7(1)(b)(i);

(c)

l-istabbiliment ta' proċeduri, meta meħtieġ, biex ikunu mmarkati kampjuni sabiex tkun iffaċilitata l-identifikazzjoni u biex ikun assigurat l-infurzar tad-dispożizzjonijiet;

Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, meta meħtieġ, miżuri addizzjonali biex timplimenta riżoluzzjonijiet tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni, deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Permanenti tal-Konvenzjoni u rakkomandazzjonijiet tas-Segretarjat tal-Konvenzjoni. Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).

5.   Il-Kummissjoni għandha temenda l-Annessi A sa D ħlief fil-każ ta' emendi għall-Anness A li ma jirriżultawx minn deċiżjonijiet tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni. Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4).”;

(11)

fl-Artikolu 21(3), is-sentenza tal-bidu għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“3.   Xahrejn qabel dan ir-Regolament jiġi implimentat, il-Kummissjoni, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2) u b'konsultazzjoni mal-Grupp ta' Reviżjoni Xjentifika:”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strażburgu, it-23 ta' April 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Ghall-Kunsill

Il-President

P. NEČAS


(1)  ĠU C 211, 19.8.2008, p. 45.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 2009.

(3)  ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(5)  ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11.

(6)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 126/9


REGOLAMENT (KE) Nru 399/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta’ merkanzija bit-triq, f’dak li għandu x’jaqsam mas-setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL tal-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 (3) jipprevedi li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni (4).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE (5), li introduċiet proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat.

(3)

Skond l-istqarrija tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (6) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għal strumenti adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat li huma diġà fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu adattati skont il-proċeduri applikabbli.

(4)

F’dak li għandu x’jaqsam mar-Regolament (KE) Nru 1172/98, l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa taddatta l-karatteristiċi tal-ġbir tad-data u l-kontenut tal-annessi, u li tistabbilixxi rekwiżiti minimi ta’ preċiżjoni tal-prospetti tal-istatistika trażmessi mill-Istati Membri u l-proċeduri implimentattivi għal dak ir-Regolament, inklużi miżuri għall-adattament tiegħu għall-progress ekonomiku u tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dak ir-Regolament, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1172/98 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi

Ir-Regolament (KE) Nru 1172/98 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 3(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-karatteristiċi tal-ġbir tad-data u l-kontenut tal-Annessi għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Din il-miżura, mfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).”;

2.

L-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Il-preċiżjoni tar-riżultati

Il-metodi għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data għandhom jkunu mfassla sabiex jiżguraw li l-prospetti tal-istatistika trażmessi mill-Istati Membri jilħqu standards minimi ta’ preċiżjoni, b’kont meħud tal-karatteristiċi strutturali tat-trasport bit-triq fl-Istati Membri. Ir-rekwiżiti ta’ preċiżjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Din il-miżura, mfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).”;

3.

L-Artikolu 5(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-arranġamenti għat-trażmissjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1, inklużi, fejn xieraq, l-iskedi statistiċi bbażati fuq din id-data, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 10(2).”;

4.

L-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Disseminazzjoni tar-riżultati

Id-dispożizzjonijiet dwar id-disseminazzjoni tar-riżultati tal-istatistika dwar it-trasport ta’ merkanzija bit-triq, inklużi l-istruttura u l-kontenut tar-riżultati li għandhom jiġu disseminati, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 10(2).”;

5.

L-Artikolu 9 għandu jiġi mħassar;

6.

L-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 10

Proċedura ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistiċi stabbilit bid-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom (*).

2.   Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u (5)(a) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(*)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.”."

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, it-23 ta’ April 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

P. NEČAS


(1)  ĠU C 211, 19.8.2008, p. 36.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Settembru 2008 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 2009.

(3)  ĠU L 163, 6.6.1998, p. 1.

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(5)  ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11.

(6)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 126/11


REGOLAMENT (KE) Nru 400/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 dwar is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL tal-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 (2) jipprevedi li ċerti miżuri għandhom ikunu adottati konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (3).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE (4), li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni tal-miżuri ta’ ambitu ġenerali u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat konformement mal-proċedura prevista fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jitħassru wħud minn dawk l-elementi jew billi l-istrument jiġi supplimentat b’elementi ġodda mhux essenzjali.

(3)

Konformement mal-istqarrija tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (5) rigward id-Deċiżjoni 2006/512/KE, biex din il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għal strumenti adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat li huma diġa fis-seħħ, dawk l-istrumenti jridu jiġu aġġustati f’konformità mal-proċeduri applikabbli.

(4)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 2223/96, il-Kummissjoni għandha tingħata is-setgħa biex tadotta emendi għall-metodoloġija tas-Sistema Ewropea tal-Kontijiet 1995 u biex tiddeċiedi dwar tibdiliet fid-data mitluba mill-Istati Membri. Ladarba dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 2223/96, inter alia billi jissumplimentawa b’ elementi ġodda mhux essenzjali dawn għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 2223/96 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2223/96 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’li ġej:

“2.   L-emendi għall-metodoloġija tas-SEK 95 li huma ntiżi biex jiċċaraw u jtejbu l-kontenut tagħha, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni sakemm huma ma jbiddlux il-kunċetti bażilari tagħha, ma jeħtiġux riżorsi addizzjonali għall-implimentazzjoni tagħhom u ma jikkawżawx żieda fir-riżorsi proprji. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissuplimentawh, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 4(2).”;

(2)

Fl-Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu huwa sostitwi b’li ġej:

“Fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 2(2), kull bidla — tabelli ġodda, pajjiżi u/jew reġjuni konċernati — fid-data mitluba mill-Istati Membri għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 4(2).”;

(3)

L-Artikolu 4 hu sostitwit b’li ġej:

“Artikolu 4

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar il-Programm tal-Istatistika, (minn hawn ‘il quddiem ‘il-Kumitat’).

2.   Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’ kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, it-23 ta’ April 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

P. NEČAS


(1)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Novembru 2008 (għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Marzu 2009.

(2)  ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(4)  ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11.

(5)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 126/13


REGOLAMENT (KE) Nru 401/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent

(verżjoni kkodifikata)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta’ Mejju 1990 dwar l-istabbiliment tal-Aġenzija tal-Ambjent Ewropew u n-netwerk tal-informazzjoni u l-osservazzjoni tal-ambjent Ewropew (3) ġie emendat kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

It-Trattat jipprovdi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politika tal-Komunità dwar l-ambjent, u jistabbilixxi l-għanijiet u l-prinċipji li għandhom jirregolaw din il-politika.

(3)

Il-ħtiġiet ta’ protezzjoni tal-ambjent għandhom ikunu komponent tal-politika l-oħra tal-Komunità.

(4)

Skond l-Artikolu 174 tat-Trattat, fit-tħejjija tal-azzjoni tagħha li għandha x’taqsam mal-ambjent, il-Komunità għandha tagħti kas, inter alia, tad-dejta xjentifika u teknika disponibbli.

(5)

Il-ġbir, l-ipproċessar u l-analiżi tad-dejta ambjentali fuq livell Ewropew huma meħtieġa sabiex tigi pprovduta, informazzjoni oġġettiva, ta’ min joqgħod fuqha u kumparabbli li tgħin lill-Komunità u lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jipproteġu l-ambjent, biex jiġu stmati r-riżultati ta’ dawk il-miżuri u biex jiżguraw li l-pubbliku jkun infurmat tajjeb dwar l-istat tal-ambjent.

(6)

Fil-Komunità u fl-Istati Membri diġà jeżistu faċilitajiet li jipprovdu informazzjoni u servizzi bħal dawn.

(7)

Dawn għandhom jagħmlu parti mill-bażi tan–netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent ikkoordinat fuq livell Komunitarju mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

(8)

Il-prinċipji ġenerali u l-limiti li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt tal-aċċess għad-dokumenti, previsti fl-Artikolu 225 tat-Trattat, ġew stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (5).

(9)

L-Aġenzija għandha tikkopera mal-istrutturi eżistenti fil-livell tal-Komunità biex tagħti lill-Kummissjoni l-poter li tiżgura l-applikazzjoni bis-sħiħ tal-leġislazzjoni tal-Komunità dwar l-ambjent.

(10)

L-istatus u l-istruttura ta’ Aġenzija bħal din għandhom jikkorrispondu mal-karattru oġġettiv tar-riżultati li hija maħsuba li tipproduċi u għandhom jippermettula li twettaq il-funzjonijiet tagħha b’koperazzjoni mill-qrib mal-faċilitajiet nazzjonali u internazzjonali eżistenti.

(11)

L-Aġenzija għandha tingħata awtonomija legali waqt li żżomm rabta mill-qrib mal-istituzzjonijiet tal-Komunità u l-Istati Membri.

(12)

Huwa mixtieq li jkun hemm dispożizzjoni għall-Aġenzija sabiex din tkun miftuħa għal pajjiżi oħra li jaqsmu l-istess interessi tal-Komunità u tal-Istati Membri għall-għanijiet tal-Aġenzija taht il-ftehim li għandhom jiġu konklużi bejniethom u l-Komunità,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament jipprovdi għal Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, minn hawn il-quddiem msejħa bħala “l-Aġenzija”, u għandu l-għan li jistabbilixxi Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent.

2.   Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-ħarsien u t-titjib tal-ambjent imsemmija fit-Trattat u fi programmi suċċessivi ta’ azzjoni mill-Komunità dwar l-ambjent, kif ukoll għall-iżvilupp sostenibbli, l-objettiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent għandu jkun li jipprovdi lill-Komunità u lill-Istati Membri b’dan li ġej:

(a)

informazzjoni oġġettiva, ta’ min joqgħod fuqha u kumparabbli f’livell Ewropew li tippermetti li jittieħdu l-miżuri meħtieġa għall-protezzjoni tal-ambjent, biex jiġu valutati r-riżultati ta’ tali miżuri u biex jiżguraw li l-pubbliku jkun infurmat tajjeb bl-istat tal-ambjent, u għal dak il-għan,

(b)

l-appoġġ tekniku u xjentifiku meħtieġ.

Artikolu 2

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1, il-kompiti tal-Aġenzija għandhom ikunu li:

(a)

tistabbilixxi, b’koperazzjoni mal-Istati Membri, u tikkoordina in-netwerk imsemmi fl-Artikolu 4; f’dan il-kuntest, l-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-ġbir, ipproċessar u analiżi tad-dejta, b’mod partikolari fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 3;

(b)

tipprovdi lill-Komunità u lill-Istati Membri b’informazzjoni oġġettiva meħtieġa għat-tħejjija u l-implimentazzjoni soda u effettiva tal-politiki ambjentali; għal dak il-għan, b’mod partikolari biex tipprovdi lill-Kummissjoni b’informazzjoni li tkun tinħtieġ biex twettaq b’suċċess id-doveri tagħha biex tidentifika, tħejji u tagħmel valutazzjoni ta’ miżuri u leġislazzjoni fil-qasam tal-ambjent;

(c)

tgħin fis-sorveljar ta’ miżuri ambjentali permezz ta’ sostenn xieraq għall-ħtiġijiet ta’ rappurtaġġ (inkluż permezz ta’ involviment fl-iżvilupp tal-kwestjonarji, l-ipproċessar ta’ rapporti minn Stati Membri u tad-distribuzzjoni ta’ riżultati), bi qbil mal-programm ta’ xogħol tagħha multi-annwali u mal-għan ta’ koordinament tar-rappurtaġġ;

(d)

li tagħti pariri lill-Istati Membri individwali, wara t-talba tagħhom u meta din tkun konsistenti mal-programm ta’ xogħol annwali tal-Aġenzija, dwar l-iżvilupp, it-twaqqif u l-espansjoni tas-sistemi tagħhom għal sorveljar ta’ miżuri ambjentali, sakemm tali attivitajiet ma jipperikolawx it-twettiq bis-sħiħ tad-doveri l-oħra stabbiliti b’dan l-Artkolu. Parir bħal dan jista’ jinkludi wkoll reviżjonijiet ugwali minn esperti fuq talba speċifika minn Stati Membri;

(e)

li tirreġistra, tiġbor u tistudja d-dejta dwar il-qagħda tal-ambjent, tħejji rapporti minn esperti dwar il-kwalità, is-sensittività u l-pressjoni fuq l-ambjent fit-territorju tal-Komunità, biex tipprovdi kriterji ta’ studju uniformi għall-informazzjoni ambjentali li għandha tkun applikata fl-Istati Membri kollha, sabiex ikun żviluppat aktar u miżmum ċentru ta’ referenza dwar dejta fuq l-ambjent; il-Kummissjoni għandha tuża din l-informazzjoni fit-twettiq tad-doveri tagħha biex tassigura l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Komunità dwar l-ambjent;

(f)

tgħin biex tiżgura li d-dejta dwar l-ambjent fil-livell Ewropew tkun kumparabbli u, jekk meħtieġ, biex tinkorraġġixxi b’mezzi xierqa, armonizzazzjoni mtejjba ta’ metodi ta’ kejl;

(g)

tippromwovi l-inkorporazzjoni tal-informazzjoni Ewropea ambjentali fil-programmi internazzjonali ta’ sorveljar ambjentali bħal dawk stabbiliti mill-Ġnus Magħquda u l-aġenziji speċjalizzati tagħha;

(h)

li tippubblika rapport dwar l-istat ta’, tendenzi fi u prospetti dwar l-ambjent kull ħames snin, issupplimentati b’rapporti indikaturi li jiffukaw dwar suġġetti speċifiċi;

(i)

li tistimula l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ tekniċi ta’ tbassir ambjentali sabiex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri ta’ prevenzjoni adegwati fil-waqt it-tajjeb;

(j)

li tistimula l-iżvilupp tal-metodi ta’ stima tal-ispejjeż tal-ħsara għall-ambjent u l-ispejjeż tal-politika għall-prevenzjoni, protezzjoni u restawr ambjentali;

(k)

li tistimula l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aħjar teknoloġiji disponibbli għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tal-ħsara għall-ambjent;

(l)

li tikkopera mal-korpi u l-programmi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 15;

(m)

li tassigura d-disseminazzjoni wiesgħa ta’ informazzjoni ambjentali ta’ min joqgħod fuqha u komparabbli, b’mod partikolari dwar il-qagħda tal-ambjent, lill-publiku ġenerali u, għal dan il-għan, li tkabbar l-użu ta’ teknoloġija telematika ġdida għal dan l-iskop;

(n)

li tkun ta’ sostenn għall-Kummissjoni fil-proċess ta’ tpartit ta’ informazzjoni dwar l-iżvilupp ta’ metodoloġiji ta’ studju ambjentali u l-aħjar prattiċi;

(o)

li tgħin lill-Kummissjoni fit-tixrid ta’ informazzjoni dwar ir-riżultati tar-riċerka ambjentali rilevanti u f’għamla li tgħin l-aħjar il-politika għall-iżvilupp.

Artikolu 3

1.   L-oqsma prinċipali tal-attività tal-Aġenzija għandhom, sakemm ikun possibbli, jinkludu l-elementi kollha li jippermettulha li tiġbor l-informazzjoni biex tagħmilha possibbli li tiddeskrivi l-istat preżenti u dak imbassar tal-ambjent mill-opinjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kwalità tal-ambjent;

(b)

il-pressjonijiet fuq l-ambjent;

(c)

is-sensittività tal-ambjent;

inkluż it-tqegħied ta’ dawn fil-kuntest ta’ żvilupp sostenibbli.

2.   L-Aġenzija għandha tforni informazzjoni li tista’ tintuża direttament fl-implementazzjoni tal-politika ambjentali tal-Komunità.

Għandha tingħata prijorità għall-oqsma ta’ xogħol li ġejjin:

(a)

il-kwalità tal-arja u l-emmissjonijiet atmosferiċi,

(b)

il-kwalità tal-ilma, affarijiet li jniġġsu u riżorsi tal-ilma,

(c)

l-istat tal-ħamrija, tal-fawna u tal-flora, u tal-bijotipi,

(d)

l-użu tal-art u tar-riżorsi naturali,

(e)

immaniġġar tal-iskart,

(f)

emmissjonijiet tal-ħsejjes,

(g)

sostanzi kimiċi li huma ta’ ħsara għall-ambjent,

(h)

ħarsien kostali u marittimu.

B’mod partikolari, fenomeni li jaffettwaw aktar minn pajjiż wieħed, fenomeni plurinazzjonali u fenomeni globali għandhom ikunu koperti wkoll.

Id-dimensjoni soċjo-ekonomika għandha titqies ukoll.

3.   L-Aġenzija għandha wkoll tikkopera fl-iskambju ta’ informazzjoni ma’ korpi oħra, inkluż mal-qafas tan-Netwerk Ewropew għall-Implimentazzjoni u l-Infurzar tal-Liġi tal-Ambjent (in-Netwerk IMPEL).

Fl-attivitajiet tagħha l-Aġenzija għandha tevita li tidduplika l-attivitajiet eżistenti ta’ xi istituzzjonijiet u korpi oħra.

Artikolu 4

1.   In-Netwerk għandu jinkludi:

(a)

l-elementi komponenti prinċipali tan-netwerks ta’ informazzjoni nazzjonali,

(b)

il-punti fokali nazzjonali,

(c)

iċ-ċentri topiċi.

2.   L-Istati Membri għandhom iżommu lill-Aġenzija infurmata bl-elementi komponenti prinċipali tal-qafas nazzjonali tagħhom dwar l-informazjoni ambjentali, b’mod speċjali fiż-żoni ta’ prijorità msemmija fl-Artikolu 3(2), inklużi kwalunkwe istituzzjonijiet li fil-fehma tagħhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu għax-xogħol tal-Aġenzija, waqt li jqisu l-ħtieġa li tkun żgurata kemm jista’ jkun l-akbar kopertura ġeografika possibbli tat-territorju tagħhom.

L-Istati Membri għandhom, kif xieraq, jikkooperaw mal-Aġenzija u jikkontribwixxu għax-xogħol tan-Netwerk Ewropew għal Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent skont il-programmi tax-xogħol tal-Aġenzija bil-ġbir, tqabbil u l-analiżi ta’ informazzjoni nazzjonali.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jissieħbu biex jikkoperaw f’dawn l-attivitajiet fuq livell transnazzjonali.

3.   L-Istati Membri jistgħu b’mod partikolari jaħtru minn fost l-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 jew minn fost organizzazzjonijiet oħra stabbiliti fit-territorju tagħhom bħala “punt fokali nazzjonali” għall-koordinament u/jew it-trasmissjoni tal-informazzjoni li għandha tkun fornuta f’livell nazzjonali lill-Aġenzija u lill-istituzzjonijiet jew korpi li jiffurmaw parti min-Netwerk, inklużi ċentri topiċi msemmija fil-paragrafu 4.

4.   L-Istati Membri jistgħu wkoll, sat-30 ta’ April 1994, jidentifikaw l-istituzzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet l-oħra stabbiliti fit-territorju tagħhom li jistgħu speċifikament jiġu fdati bil-biċċa xogħol li jikkooperaw mal-Aġenzija f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti suġġetti ta’ interess partikolari.

Istituzzjoni identifikata b’dan il-mod għandha tkun f’qagħda li tikkonkludi ftehim mal-Aġenzija sabiex taġixxi bħala ċentru topiku tan-Netwerk għal ħidmiet speċifiċi.

Dawn iċ-ċentri għandhom jikkooperaw ma’ istituzzjonijiet oħra li jifformaw parti min-Netwerk.

5.   Iċ-ċentri topiċi għandhom ikunu nominati mill-Bord ta’ Mmaniġġjar kif definit fl-Artikolu 8(1), għal perjodu li ma jeċċedix it-tul ta’ kull programm ta’ xogħol multi-annwali msemmi fl-Artikolu 8(4). Kull desinjazzjoni tista’, b’danakollu, tkun imġedda.

6.   L-allokazzjoni ta’ ħidmiet speċifiċi għaċ-ċentri topiċi għandha tidher fil-programm tax-xogħol multi-annwali tal-Aġenzija msemmi fl-Artikolu 8(4).

7.   Fid-dawl b’mod partikolari tal-programm tax-xogħol multiannwali, l-Aġenzija għandha b’mod perjodiku teżamina mill-ġdid l-elementi komponenti tan-Netwerk kif hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 u għandha tagħmel tibdil bħal dan kif jista’ jiġi deċiż mill-Bord ta’ Mmaniġġjar, billi jingħata kas ta’ ħatriet ġodda magħmula mill-Istati Membri.

Artikolu 5

L-Aġenzija tista’ taqbel mal-istituzzjonijiet jew korpi li jiffurmaw parti min-Netwerk, kif imsemmija fl-Artikolu 4, mal-arranġamenti meħtieġa, b’mod partikolari kuntratti, għat-twettieq b’suċċess tal-ħidmiet li hija tista’ tafda lilhom.

Stat Membru jista’ jipprovdi, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet nazzjonali fit-territorju tiegħu, li arranġamenti bħal dawn mal-Aġenzija għandhom isiru bi qbil mal-punt fokali nazzjonali.

Artikolu 6

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija.

2.   Id-Deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jiffurmaw is-suġġett ta’ ilment lill-Ombudsman Ewropew jew ta’ azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat rispettivament.

Artikolu 7

L-Aġenzija għandu jkollha personalità ġuridika. Għandha tgawdi fl-Istati Membri kollha l-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lill-persuni ġuridiċi skont il-liġijiet tagħhom.

Artikolu 8

1.   L-Aġenzija għandha jkollha Bord ta’ Mmaniġġjar li jikkonsisti minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, jista’ jkun hemm ukoll rappreżentant wieħed għal kull pajjiż li jipparteċipa fl-Aġenzija, bi qbil mad-dispożizzjonijiet relevanti.

Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew jista’ jaħtar, bħala membri fil-Bord ta’ Mmaniġġjar, żewġ personalitajiet xjentifiċi kwalifikati partikolarment fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent, li għandhom jiġu magħżula fuq il-bażi tal-kontribuzzjoni personali li huma aktarx li jagħtu lix-xogħol tal-Aġenzija.

Kull membru tal-Bord ta’ Mmaniġġjar jista’ jkun irrappreżentat minn membru alternattiv.

2.   Il-Bord ta’ Mmaniġġjar għandu jeleġġi l-president tiegħu minn fost il-membri tiegħu għal perjodu ta’ tliet snin u għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu. Kull membru tal-Bord ta’ Mmaniġġjar għandu jkollu vot.

Il-Bord ta’ Mmaniġġjar għandu jeleġġi bureau li jista’ jiddelegalu deċiżjonijiet eżekuttivi, skont ir-regoli li hu għandu jadotta.

3.   Id-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Mmaniġġjar għall-adozzjoni tagħhom għandhom jinħtieġu maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bord.

4.   Il-Bord ta’ Mmaniġġjar għandu jadotta programm ta’ xogħol multi-annwali ibbażat fuq l-oqsma ta’ prijorità msemmija fl-Artikolu 3(2), filwaqt li juża bħala bażi l-abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv msemmi fl-Artikolu 9, wara li jikkonsulta lill-kumitat xjentifiku, msemmi fl-Artikolu 10, u jirċevi l-opinjoni tal-Kummissjoni. Il-programm ta’ xogħol multi-annwali għandu, mingħajr preġudizzju għall-proċedura tal-baġit annwali tal-Komunità, jinkludi estimi baġitarji ta’ nfiq multi-annwali.

5.   Taħt il-programm multi-annwali, il-Bord ta’ Mmaniġġjar għandu kull sena jadotta il-programm ta’ xogħol tal-Aġenzija fuq il-bażi ta’ abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv wara li jikkonsulta lill-kumitat xjentifiku u wara li jirċievi l-opinjoni tal-Kummissjoni. Il-programm jista’ jiġi aġġustat matul is-sena permezz tal-istess proċedura.

6.   Il-Bord ta’ Mmaniġġjar għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jibagħtu l-iktar tard sal-15 ta’ Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Istati Membri.

7.   L-Aġenzija għandha tibgħat kull sena lill-awtorità baġitarja l-informazzjoni kollha rilevanti dwar ir-riżultat tal-proċeduri tal-valutazzjoni.

Artikolu 9

1.   L-Aġenzija għandha tkun immexxija minn Direttur Eżekuttiv maħtur mill-Bord ta’ Mmaniġġjar fuq proposta mill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin, liema ħatra tista’ tiġġedded.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentat legali tal-Aġenzija.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli:

(a)

għat-tħejjija xierqa u għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-programmi adottati mill-Bord ta’ Mmaniġġjar;

(b)

għat-tmexxija ta’ kuljum tal-Aġenzija;

(c)

għat-twettieq tal-ħidmiet definiti fl-Artikoli 12 u 13;

(d)

għat-tħejjija u l-pubblikazzjoni tar-rapporti speċifikati fl-Artikolu 2(h);

(e)

għas-suġġetti kollha dwar l-impjegati, għat-twettiq tad-doveri li hemm referenza dwarhom fl-Artikoli 8(4) u 5.

Għandu jikseb l-opinjoni tal-kumitat xjentifiku, msemmi fl-Artikolu 10, għall-għanijiet tal-impjegar tal-persunal xjentifiku tal-Aġenzija.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandhu jagħti rendikont tal-attivitajiet tiegħu lill-Bord ta’ Mmaniġġjar.

Artikolu 10

1.   Il-Bord ta’ Mmaniġġjar u d-Direttur Eżekuttiv għandhom jiġu megħjuna minn kumitat xjentifiku li għandu jagħti opinjoni meta dan hu previst f’dan ir-Regolament u dwar kull materja xjentifika li jkollha x’taqsam mal-attività tal-Aġenzija li l-Bord ta’ Mmaniġġjarjew id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitolbu.

L-opinjonijiet tal-kumitat xjentifiku għandhom jiġu ppubblikati.

2.   Il-kumitat xjentifiku għandu jkun magħmul minn membri kwalifikati b’mod partikolari fil-qasam tal-ambjent, maħtura mill-Bord ta’ Mmaniġġjar għal perijodu ta’ erba’ snin li jiġġeded darba, billi jitqiesu, inter alia, l-oqsma xjentifiċi meħtieġa biex ikunu rappreżentati fil-kumitat sabiex jassistu lill-Aġenzija fl-oqsma tal-attività tagħha. Għandu jiffunzjona kif stabbilit bir-regoli tal-proċedura skont id-dispożizzjoni fl-Artikolu 8(2).

Artikolu 11

1.   Għandhom jiġu mħejjija estimi dwar id-dħul u l-infiq tal-Aġenzija għal kull sena finanzjarja, li għandha tikkorrispondi għas-sena kalendarja, u għandhom jiġu inklużi fil-baġit tal-Aġenzija.

2.   Id-dħul u l-infieq murija fil-baġit għandhom ikunu f’bilanċ.

3.   Id-dħul tal-Aġenzija għandu, mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħra, jkun magħmul minn sussidju mill-Komunità mdaħħal fil-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u mill-pagamenti għas-servizzi mwettqa.

4.   L-infiq tal-Aġenzija għandu jinkludi, inter alia, ir-rimunerazzjoni tal-persunal, l-ispejjeż amministrattivi u infrastrutturali, l-ispejjeż tat-tħaddim u l-ispiża marbuta ma’ kuntratti konklużi ma’ istituzzjonijiet jew korpi li jifformaw parti min-Netwerk u ma’ partijiet terzi.

Artikolu 12

1.   Kull sena l-Bord ta’ Mmaniġġjar, fuq il-bażi ta’ abbozz imfassal mid-Direttur Eżekuttiv, għandu jippreżenta rendikont tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta’ wara. Dan ir-rendikont dwar l-estimi finanzjarji, li għandu jinkludi abbozz tal-pjan tal-istabbiliment, għandu jintbagħat mill-Bord ta’ Mmaniġġjar lill-Kummissjoni l-iktar tard sal-31 ta’ Marzu.

2.   Ir-rendikont dwar l-estimi għandu jintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn issa’ l quddiem imsemmija bħala l-awtorità baġitarja) flimkien mal-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

3.   Fuq il-bażi tar-rendikont dwar l-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej l-estimi li jidhrilha meħtieġa għall-pjan tal-istabbiliment u l-ammont tas-sussidju li jrid jiġi impost fuq il-baġit ġenerali, li l-Kummissjoni għandha tippreżenta quddiem l-awtorità baġitarja skont l-Artikolu 272 tat-Trattat.

4.   L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprijazzjonijiet għas-sussidju lill-Aġenzija.

L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan tal-istabbiliment għall-Aġenzija.

5.   Il-baġit għandu jiġi adottat mill-Bord ta’ Mmaniġġjar. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Meta xieraq, għandu jiġi aġġustat kif jixraq.

6.   Il-Bord ta’ Mmaniġġjar għandu, malajr kemm jista’ jkun, jinnotifika lill-awtorità baġitarja dwar l-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kull proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit, b’mod partikolari kull proġett li jkollu x’jaqsam mal-proprjetà bħalma huma l-kiri jew ix-xiri tal-bini. Għandu jgħarraf b’dan lill-Kummissjoni.

Meta fergħa tal-awtorità baġitarja tkun innotifikat l-intenzjoni tagħha li tagħti opinjoni, għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord Ta’ Mmaniġġjar fi żmien sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tal-proġett.

Artikolu 13

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Aġenzija.

2.   Mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Aġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni flimkien ma’ rapport dwar il-ġestjoni finanzjarja u baġitarja għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet proviżorji tal-istituzzjonijiet u tal-korpi deċentralizzati skont l-Artikolu 128 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6).

3.   Mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji tal-Aġenzija lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien ma’ rapport dwar il-ġestjoni finanzjarja u baġitarja għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport dwar il-ġestjoni finanzjarja u baġitarja għas-sena finanzjarja għandhom ukoll jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.   Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Aġenzija skont l-Artikolu 129 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Aġenzija fuq ir-responsabbiltà tiegħu nnifsu u jissottomettihom lill-Bord Ta’ Mmaniġġjar għal opinjoni.

5.   Il-Bord Ta’ Mmaniġġjar għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija.

6.   Mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju ta’ wara kull sena finanzjarja, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat, il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord Ta’ Mmaniġġjar.

7.   Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati.

8.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha l-iktar tard sat-30 ta’ Settembru. Għandhu jibgħat it-tweġiba tiegħu lill-Bord ta’ Mmaniġġjar ukoll.

9.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew, fuq it-talba ta’ dan tal-aħħar, l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tiġi applikata bla xkiel il-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja fil-kwisjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

10.   Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill huwa u jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, għandu, qabel it-30 ta’ April tas-sena N + 2, jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv rigward l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.

Artikolu 14

Ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mill-Bord Ta’ Mmaniġġjarwara li tkun ġiet ikkonsultata l-Kummissjoni. Dawn għandhom ikunu konformi mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7) għajr jekk in-non konformità tkun meħtieġa speċifikament għall-ħidma tal-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha bil-quddiem.

Artikolu 15

1.   L-Aġenzija għandha tfittex b’mod attiv il-kooperazzjoni ta’ korpi u programmi oħra tal-Komunità, u l-aktar taċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka, l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (Eurostat) u l-programmi tar-riċerka u tal-iżvilupp ambjentali tal-Komunità. B’mod partikolari:

(a)

kooperazzjoni maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandha tinkludi l-ħidmiet stabbiliti fl-Anness I taħt A,

(b)

il-kordinament ma’ Eurostat u l-programm statistiku tal-Komunitajiet Ewropej għandhom isegwu l-linji ta’ gwida stabbiliti fl-Anness I taħt B.

2.   L-Aġenzija għandha tikkopera wkoll b’mod attiv ma’ korpi oħra bħalma huma l-Aġenzija Ewropea tal-Ispazju, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD), il-Kunsill tal-Ewropa u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija kif ukoll il-Ġnus Magħquda u l-aġenziji speċjalizzati tagħhom, b’mod partikolari il-Programm Ambjentali tal-Ġnus Magħquda, l-Organizzazzjoni Metereoloġika Dinjija u l-Awtorità Internazzjonali tal-Enerġija Atomika.

3.   L-Aġenzija tista’ tikkoopera fl-oqsma ta’ interess komuni ma’ dawk l-istituzzjonijiet f’pajjiżi li ma humiex membri tal-Komunità li jistgħu jipprovdu dejta, informazzjoni u esperjenza, metodoloġiji ta’ ġbir ta’ dejta, analiżi u studju li jkunu ta’ interess reċiproku u li huma meħtieġa għat-twettiq b’suċċess tax-xogħol tal-Aġenzija.

4.   Il-kooperazjoni msemmija f’paragrafi 1, 2 u 3 għandhom iqisu b’mod partikolari l-ħtieġa li tkun evitata xi duplikazzjoni tal-isforzi.

Artikolu 16

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Aġenzija.

Artikolu 17

Il-persunal tal-Aġenzija għandu jkun suġġett għar-Regolamenti u għar-Regoli applikabbli għall-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Aġenzija għandha teżerċita f’dak li għandu x’jaqsam mal-persunal tagħha, il-poteri mogħtija mill-Awtorità ta’ Ħatra.

Il-Bord ta’ Mmaniġġjar għandu, bi qbil mal-Kummissjoni, jadotta r-regoli implimentattivi xierqa.

Artikolu 18

1.   Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija għandhha tiġi rregolata bil-liġi applikabbli għall-kuntratt in kwistjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li tagħti verdett bis-saħħa ta’ klawsola ta’ arbitraġġ li tkun tinsab f’kuntratt konkluż mill-Aġenzija.

2.   Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, bi qbil mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal xi danni mwettqa mill-Aġenzija jew mill-impjegati tagħha fit-twettieq tal-ħidmiet tagħhom.

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ kumpens għal danni bħal dawn.

3.   Ir-responsabilità personali tal-impjegati lejn l-Aġenzija għandha tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-persunal tal-Aġenzija.

Artikolu 19

L-Aġenzija hija miftuħa għal pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità iżda li jikkondividu l-impenn tal-Komunità u tal-Istati Membri għall-għanijiet tal-Aġenzija taħt ftehimiet konklużi bejniethom u l-Komunità skont il-proċedura fl-Artikolu 300 tat-Trattat.

Artikolu 20

Ir-Regolament (KEE) Nru 1210/90, kif emendat bir-Regolamenti elenkati fl-Anness II, hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 21

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, it-23 ta’ April 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

P. NEČAS


(1)  ĠU C 162, 25.6.2008, p. 86.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2008 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 2009.

(3)  ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1.

(4)  Ara l-Anness II.

(5)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


ANNESS I

A.

Koperazzjoni maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka

Armonizzazzjoni tal-metodi ta’ kejl ambjentali (1).

Interkalibrar tal-istrumenti (1).

L-istandardizzazzjoni tal-format tad-dejta.

L-iżvilupp ta’ metodi ġodda ta’ kejl u ta’ strumenti ambjentali.

Ħidmiet oħra kif mifthiema bejn id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija u d-Direttur Ġenerali taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.

B.

Koperazzjoni mal-Eurostat

1.

L-Aġenzija għandha tuża, sakemm huwa possibli, informazzjoni miġbura permezz tas-servizzi tal-istatistika uffiċjali tal-Komunità. Dan jirriżulta mix-xogħol tal-Eurostat u s-servizzi nazzjonali ta’ statistika fil-ġbir, ivvalidar u disseminazzjoni tal-istatistiċi soċjali u ekonomiċi, inklużi l-kontijiet nazzjonali u l-informazzjoni marbuta magħhom.

2.

Il-programm statistiku fil-qasam tal-ambjent għandu jinftiehem bejn id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija u d-Direttur Ġenerali tal-Eurostat u għandu jiġi sottomess għall-approvazzjoni tal-Bord ta’ Mmaniġġjar tal-Aġenzija u l-Kumitat tal-Programm Statistiku.

3.

Il-programm statistiku għandu jitfassal u jiġi implimentat fi ħdan il-qafas stabbilit mill-korpi statistiki internazzjonali, bħall-Kummissjoni Statistikali tan-NU, il-Konferenza tal-Istatistiki Ewropej u l-OECD.


(1)  Koperazzjoni f’dawn l-oqsma għandha tqis ukoll ix-xogħol imwettaq mill-Istitut ta’ Materjali ta’ Referenza u Kejl.


ANNESS II

Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

(li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 20)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90

(ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 933/1999

(ĠU L 117, 5.5.1999, p. 1)

Regolament (KE) Nru 1641/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 245, 29.9.2003, p. 1)


ANNESS III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KEE) Nru 1210/90

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2), kliem ta’ introduzzjoni

Artikolu 1(2), kliem ta’ introduzzjoni

Artikolu 1(2), l-ewwel inċiż

Artikolu 1(2)(a)

Artikolu 1(2), it-tieni inċiż

Artikolu 1(2)(b)

Artikolu 2, kliem ta’ introduzzjoni

Artikolu 2, kliem ta’ introduzzjoni

Artikolu 2, punt (i)

Artikolu 2, punt (a)

Artikolu 2, punt (ii), l-ewwel inċiż

Artikolu 2, punt (b)

Artikolu 2, punt (ii), it-tieni inċiż

Artikolu 2, punt (c)

Artikolu 2, punt (ii), it-tielet inċiż

Artikolu 2, punt (d)

Artikolu 2, punt (iii)

Artikolu 2, punt (e)

Artikolu 2, punt (iv)

Artikolu 2, punt (f)

Artikolu 2, punt (v)

Artikolu 2, punt (g)

Artikolu 2, punt (vi)

Artikolu 2, punt (h)

Artikolu 2, punt (vii)

Artikolu 2, punt (i)

Artikolu 2, punt (viii)

Artikolu 2, punt (j)

Artikolu 2, punt (ix)

Artikolu 2, punt (k)

Artikolu 2, punt (x)

Artikolu 2, punt (l)

Artikolu 2, punt (xi)

Artikolu 2, punt (m)

Artikolu 2, punt (xii)

Artikolu 2, punt (n)

Artikolu 2, punt (xiii)

Artikolu 2, punt (o)

Artikolu 3(1), kliem tal-bidu

Artikolu 3(1), kliem tal-bidu

Artikolu 3(1), punt (i)

Artikolu 3(1), punt (a)

Artikolu 3(1), punt (ii)

Artikolu 3(1), punt (b)

Artikolu 3(1), punt (iii)

Artikolu 3(1), punt (c)

Artikolu 3(1), kliem tal-aħħar

Artikolu 3(1), kliem tal-aħħar

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 3(2) it-tieni subparagrafu, punt (a)

Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 3(2) it-tieni subparagrafu, punt (b)

Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 3(2) it-tieni subparagrafu, punt (c)

Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, ir-raba’ inċiż

Artikolu 3(2) it-tieni subparagrafu, punt (d)

Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, il-ħames inċiż

Artikolu 3(2) it-tieni subparagrafu, punt (e)

Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, is-sitt inċiż

Artikolu 3(2) it-tieni subparagrafu, punt (f)

Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, is-seba’ inċiż

Artikolu 3(2) it-tieni subparagrafu, punt (g)

Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, it-tmien inċiż

Artikolu 3(2) it-tieni subparagrafu, punt (h)

Artikolu 3(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 3(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 3(2), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 3(2), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(3)

Artikolu 4(1), kliem tal-bidu

Artikolu 4(1), kliem tal-bidu

Artikolu 4(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 4(1), punt (a)

Artikolu 4(1), it-tieni inċiż

Artikolu 4(1), punt (b)

Artikolu 4(1), it-tielet inċiż

Artikolu 4(1), punt (c)

Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, minn “Sabiex” sa “netwerks”

Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, minn “B’mod speċjali” sa “tagħhom”

Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu kliem tal-aħħar

Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(4), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafu

Artikolu 4(5), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(5), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(5)

Artikolu 4(6) u (7)

Artikolu 4(6) u (7)

Artikolu 5

Artikolu 5, l-ewwel u t-tieni subparagrafu

Artikolu 6(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 6(2)

Artikolu 6(3)

Artikolu 6(2)

Artikoli 7 u 8

Artikoli 7 u 8

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu, punt (a)

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu punt (b)

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu punt (c)

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, ir-raba’ inċiż

Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu punt (d)

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, il-ħames inċiż

Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu, punt (e)

Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(2)

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15(1), kliem ta’ introduzzjoni

Artikolu 15(1), kliem ta’ introduzzjoni

Artikolu 15(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 15(1), punt (a)

Artikolu 15(1), it-tieni inċiż

Artikolu 15(1), punt (b)

Artikolu 15(2)

Artikolu 15(2)

Artikolu 15(2a)

Artikolu 15(3)

Artikolu 15(3)

Artikolu 15(4)

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 21

Anness

Anness I

Anness II

Anness III


Rettifika

21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 126/23


Rettifika għad-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE tat-22 ta’ Settembru 1994 dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi ta’ l-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ tagħrif u ta’ konsultazzjoni għall-impjegati

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 254 tat-30 ta' Settembru 1994 )

F'paġna 68, l-Artikolu 6(2), fil-kliem tad-dħul:

minflok:

“2.   Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tal-partijiet, il-ftehim riferit fil-paragrafu 1 bejn il-korp ċentrali ta’ tmexxija u l-korpi speċjali tan-negozjati għandhom jistabbilixxu:”,

aqra:

“2.   Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tal-partijiet, il-ftehim riferit fil-paragrafu 1 u mdaħħal fis-seħħ bil-miktub bejn il-korp ċentrali ta’ tmexxija u l-korpi speċjali tan-negozjati għandu jistabbilixxi:”,