ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.125.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 125

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
21 ta' Mejju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 412/2009 tat-18 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 428/2005 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ fibri diskontinwi tal-poljester li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Għarabja Sawdita, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2852/2000 li jimponi d-dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ fibri diskontinwi tal-poljester li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u li jtemm il-proċedura anti-dumping fir-rigward ta’ tali importazzjonijiet li joriġinaw mit-Tajwan

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 413/2009 tal-20 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 414/2009 tat-30 ta' April 2009 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju ( 1 )

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 415/2009 tal-20 ta’ Mejju 2009 li jemenda d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/68/KE li temenda l-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni ta’ ċerti ingredjenti tal-ikel ( 1 )

52

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 416/2009 tal-20 ta' Mejju 2009 dwar id-diviżjoni bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett ta' kwoti nazzjonali tal-ħalib stabbiliti għall-2008/2009 fl-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007

54

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 417/2009 tal-20 ta' Mejju 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Mariánskolázeňské oplatky (IĠP))

56

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/2009 tal-20 ta' Mejju 2009 li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Petit Épeautre de Haute Provence (IĠP)]

58

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 419/2009 tal-20 ta' Mejju 2009 li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Kiwi de l'Adour (IĠP))

60

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 420/2009 tal-20 ta’ Mejju 2009 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni tal-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

62

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 421/2009 tal-20 ta’ Mejju 2009 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni tal-esportazzjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

64

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 422/2009 tal-20 ta’ Mejju 2009 li jiffissa r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-bajd

65

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 423/2009 tal-20 ta’ Mejju 2009 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni tar-ross fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħin għas-subperjodu ta' Mejju 2009 bir-Regolament (KE) Nru 1529/2007

67

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 424/2009 tal-20 ta’ Mejju 2009 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

69

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 425/2009 tal-20 ta’ Mejju 2009 li jiffissa l-prezz massimu għax-xiri tal-butir għat-5 stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 186/2009

71

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 426/2009 tal-20 ta’ Mejju 2009 li jifissa l-prezz massimu tax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għall-3. stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 310/2009

72

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 427/2009 tal-20 ta’ Mejju 2009 li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat

73

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2009/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-użu konfinat ta’ mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (Tfassil mill-ġdid) ( 1 )

75

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 412/2009

tat-18 ta’ Mejju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 428/2005 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ fibri diskontinwi tal-poljester li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Għarabja Sawdita, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2852/2000 li jimponi d-dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ fibri diskontinwi tal-poljester li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u li jtemm il-proċedura anti-dumping fir-rigward ta’ tali importazzjonijiet li joriġinaw mit-Tajwan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 233 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

(1)

F’Ottubru 1999, il-Kummissjoni nediet investigazzjoni (2) fir-rigward tal-importazzjoni ta’ fibri diskontinwi tal-poljester (“PSF”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea (“l-investigazzjoni oriġinali”). F’Lulju 2000 ġew imposti dazji proviżorji anti-dumping permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1472/2000 (3) u f’Diċembru 2000 ġew imposti dazji definittivi anti-dumping permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2852/2000 (4).

(2)

Skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, f’Diċembru 2003 l-Kummissjoni nediet (5) analiżi interim (“analiżi investigattiva”) tad-dazji anti-dumping fuq l-importazzjoni tal-PSF li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika tal-Korea. Id-dazji fuq l-importazzjoni mir-Repubblika tal-Korea ġew emendati permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2005 (6), minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament 428/2005”.

(3)

Fl-10 ta’ Ġunju 2005, il-Korporazzjoni Huvis (“Huvis”) ressqet talba (7) quddiem il-Qorti tal-PrimiIstanza tal-Komunitajiet Ewropej (“QPI”) sabiex tannulla l-Artikolu 2 tar-Regolament 428/2005 f’dak li għandu x’jaqsam mar-rata tad-dazju anti-dumping fir-rigward ta’ Huvis.

(4)

Fit-8 ta’ Lulju 2008, il-QPI (8) annullat l-Artikolu 2 tar-Regolament 428/2005 fir-rigward ta’ Huvis.

(5)

Il-QPI sabet, inter alia, li l-Istituzzjonijiet ma ġġustifikawx biżżejjed l-użu ta’ metodoloġiji differenti applikati fl-investigazzjoni oriġinali minn naħa waħda u fl-analiżi investigattiva min-naħa l-oħra meta kkalkulaw ir-rata ta’ dazju individwali għal Huvis. Is-sejbiet tal-Istituzzjonijiet f’dan ir-rigward tqiesu għalhekk bħala inkonsistenti mal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku.

(6)

L-Artikolu 2 tar-Regolament 428/2005 ġie minħabba f’hekk annullat sal-punt fejn id-dazju anti-dumping impost fuq l-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea ta’ oġġetti prodotti u esportati minn Huvis kien jisboq id-dazju li kien ikun applikabbli kieku ntuża l-metodu applikat fl-investigazzjoni orġinali.

(7)

Il-Qrati jirrikonoxxu (9) li, f’każijiet fejn proċediment ikun jikkonsisti f’għadd ta’ stadji, l-annullament ta’ wieħed minn dawk l-istadji ma jannullax il-proċediment kollu kemm hu. Il-proċedura kontra d-dumping hi eżempju ta’ proċedura li tikkonsisti f’diversi stadji. Għaldaqstant, l-annullament ta’ partijiet tar-Regolament anti-dumping definittiv ma jimplikax l-annullament tal-proċedura kollha kemm hi qabel l-adozzjoni tar-Regolament inkwistjoni. Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 233 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Istituzzjonijiet Komunitarji huma obbligati li jikkonformaw mas-Sentenzi tal-Qrati tal-Komunitajiet Ewropej. Għaldaqstant, l-Istituzzjonijiet Komunitarji, meta jikkonformaw mas-Sentenza, għandhom il-possibilità li jirrimedjaw l-aspetti tar-Regolament ikkontestat li jkunu wasslu għall-annullament tiegħu, filwaqt li ma jbiddlux il-partijiet mhux ikkontestati li ma jkunux milquta mis-Sentenza (10).

(8)

Dan ir-Regolament ifittex li jirrimedja l-aspetti tar-Regolament 428/2005 li nstab li huma inkonsistenti mar-Regolament bażiku, u li għalhekk wasslu għall-annullament ta’ xi partijiet minn dak ir-Regolament. Fl-istess waqt jiġbed l-attenzjoni, fir-rigward tal-esportaturi fir-Repubblika tal-Korea li kienu aċċettaw li jikkooperaw fl-investigazzjoni li wasslet għar-Regolament 428/2005, għall-konsegwenzi mill-Art. 9(6) tar-Regolament Bażiku. Is-sejbiet l-oħra kollha magħmula fir-Regolament 428/2005, li ma kinux ikkontestati fil-limiti taż-żmien determinat għal rikuża u li għalhekk ma ġewx ikkunsidrati mill-QPI u ma wasslux għall-annullament tar-Regolament ikkontestat, jibqgħu validi.

(9)

Għaldaqstant, skont l-Artikolu 233 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-rata ta’ dazju anti-dumping għal Huvis inħadmet mill-ġdid abbażi tas-sentenza tal-QPI.

B.   VALUTAZZJONI ĠDIDA TAS-SEJBIET IMSEJSA FUQ IS-SENTENZA TAL-QPI

(10)

F’dan ir-Regolament, l-aspett tas-sentenza li qed jiġi indirizzat huwa l-kalkolu tal-marġni ta’ dumping, jew b’mod iktar speċifiku l-kalkolu tal-aġġustament magħmul fil-valur normali għad-differenzi bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali fi ħlasijiet mitluba fuq l-importazzjoni skont l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku.

(11)

Kif deskritt fil-premessi (127) u (128) tar-Regolament 428/2005, intużaw metodoloġiji differenti sabiex jinħadem l-aġġustament fuq il-valur normali minn naħa waħda fl-investigazzjoni oriġinali u min-naħa l-oħra fl-analiżi interim imsemmija hawn fuq.

(12)

Bla ma tat deċiżjoni dwar il-legalità nfisha tal-metodu użat fl-analiżi interim sabiex jinħadem l-aġġustament imsemmi hawn fuq, il-QPI, fis-Sentenza tagħha, sabet li l-Istituzzjonijiet Komunitarji ma wrewx l-eżistenza ta’ xi bidla fiċ-ċirkostanzi li setgħet tiġġustifika l-użu ta’ metodu differenti minn dak użat fl-investigazzjoni oriġinali, kif mitlub mill-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant hi annullat l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill 428/2005 sal-punt fejn id-dazju anti-dumping impost fuq l-esportazzjoni lejn il-Komunità ta’ merkanzija prodotta u esportata minn Huvis kien jisboq id-dazju li kien ikun applikabli kieku l-metodu użat fl-investigazzjoni inizjali kien intuża biex jinħadem l-aġġustament għall-valur normali fuq il-ħlasijiet mitluba fuq l-importazzjoni.

(13)

Għalhekk, l-aġġustament għall-valur normali fil-każ tad-dazji tal-importazzjoni nħadem mill-ġdid abbażi tal-metodu użat fl-investigazzjoni oriġinali.

(14)

Il-paragun bejn il-valur normali tal-medja mwieżna maħdum b’dan il-mod u l-prezz medju u differenzjat tal-esportazzjoni kif misjub matul l-analiżi interim skont it-tip tal-prodott fuq bażi ta’ meta joħroġ mill-fabbrika wera l-eżistenza ta’ dumping. Il-marġni ta’ dumping stabbilit, espress bħala perċentwali tal-prezz tal-importazzjoni CIF fil-fruntiera tal-Komunità, bid-dazju mhux imħallas, huwa ta’ 3,9 %.

(15)

Ir-rata individwali kkalkulata għal Huvis kienet għamlet parti mill-bażi li fuqha nħadem id-dazju medju differenzjat li għandu japplika għall-esportaturi Koreani li kkooperaw imma li ma ntgħażlux għall-kampjun. Għaldaqstant il-marġni ta’ dumping għall-kumpaniji li kkooperaw imma li ma ntgħażlux għall-kampjun inħadem mill-ġdid. Il-marġni l-ġdid ta’ dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw imma li ma ntgħażlux għall-kampjun stabbilit abbażi ta’ marġni ta’ dumping medju differenzjat huwa ta’ 4,4 %.

(16)

Kumpanija waħda, Woongjin Chemical Co., Ltd. (li qabel kienet magħrufa bħala Saehan Industries Inc.), ikkuntattjat lill-Kummissjoni u argumentat li d-dazju tagħha għandu jiġi adattat ukoll. Madankollu, billi dik il-kumpanija ma talbitx li jkun hemm annullament tad-dazju tagħha mill-QPI, id-dazju tagħha sar wieħed definittiv.

C.   ŻVELAR TAL-FATTI

(17)

Il-partijiet kollha interessati kkonċernati mill-implimentazzjoni tas-sentenza ġew infurmati dwar il-proposta sabiex jiġu riveduti r-rati tad-dazju anti-dumping applikabbli għall-Korporazzjoni Huvis u l-kumpaniji li kkooperaw imma li ma ntgħażlux għall-kampjun. Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, dawn ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet sussegwenti għal din l-informazzjoni żvelata. Ġew meqjusal-kummenti meta dawn kienu ġustifikati u sostanzjati suffiċjentement.

D.   KONKLUŻJONI

(18)

Abbażi ta’ dan t’hawn fuq, ir-rata tad-dazju applikabbli għal Huvis u l-produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun għandha tiġi emendata skont dan. Ir-rati emendati għandhom japplikaw b’lura mid-data meta dak ir-Regolament (KE) Nru 428/2005 daħal fis-seħħ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tabella fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 428/2005 li tikkonċerna r-rati ta’ dazju definittivi anti-dumping li huma applikabbli fuq l-importazzjoni ta’ fibri diskontinwi sintetiċi tal-poljester, mhux imqardxa, mimxuta jew ipproċessati mod ieħor għall-għażil, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 5503 20 00 u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea, għandha tiġi sostitwita minn din li ġejja:

“Kumpanija

Dazju (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Huvis Corporation

151-7, Samsung-dong, Gangnam-gu, Seoul

3,9

A151

Woongjin Chemical Co., Ltd.

(li qabel kienet magħrufa bħala Saehen Industries Inc.)

254-8, Kongduk-dong, Mapo-ku, Seoul

10,6

A599

Sung Lim Co., Ltd.

RM 911, Dae-Young Bldg, 44-1; Youido-Dong Youngdungpo-ku, Seoul

0

A154

Dongwoo Industry Co. Ltd.

729, Geochon-Ri, Bongwha-up, Bongwha-Kun, Kyoungsangbuk-do

4,4

A608

East Young Co. Ltd.

Bongwan #202, Gumi Techno Business Center, 267

Gongdan-Dong, Gumi-si, Kyungbuk

4,4

A609

Estal Industrial Co.

845 Hokye-dong, Yangsan-City, Kyungnam

4,4

A610

Geum Poong Corporation

62-2, Gachun-Ri, Samnam-Myon, Ulju-Ku, Ulsan-shi

4,4

A611

Keon Baek Co. Ltd.

1188-3, Shinsang-Ri, Jinryang-Eup, Kyungsan-si, Kyungbuk-do

4,4

A612

Samheung Co. Ltd.

557-12, Dongkyu-Ri, Pochon-Eub Pochon-Kun, Kyungki-do

4,4

A613

Il-kumpaniji l-oħra kollha

10,6

A999 ”

Artikolu 2

L-ammonti ta’ dazji mħallsa jew mdaħħla fil-kontijiet skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 428/2005 fil-verżjoni inizjali tiegħu u li jisbqu lil dawk stabbiliti abbażi tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 428/2005 kif emendat b’dan ir-Regolament, għandhom jitħallsu lura jew jiġu rimessi. Il-ħlas lura u r-rimessjoni għandhom jintalbu mill-awtoritajiet nazzjonali tad-dwana skont il-leġislazzjoni doganali applikabbli. F’każijiet debitament ġustifikati, il-limitu ta’ żmien ta’ tliet snin previst fl-Artikolu 236(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (11) għandu jiġi estiż għal perjodu ta’ sentejn.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-18 ta’ Marzu 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KOHOUT


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU C 285, 7.10.1999, p. 3.

(3)  ĠU L 166, 6.7.2000, p. 1.

(4)  ĠU L 332, 28.12.2000, p. 17.

(5)  ĠU C 309, 19.12.2003, p. 2.

(6)  ĠU L 71, 17.3.2005, p. 1.

(7)  ĠU C 193, 6.8.2005, p. 38.

(8)  ĠU C 209, 15.8.2008, p. 44.

(9)  IPS v Il-Kunsill [1998] ECR II-3939.

(10)  Każ C-458/98 P IPS v Il-Kunsill [2000] ECR I-08147.

(11)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 413/2009

tal-20 ta’ Mejju 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

73,9

MA

43,0

MK

66,2

TN

101,3

TR

82,0

ZZ

73,3

0707 00 05

EG

127,4

JO

156,8

MA

32,7

TR

135,3

ZZ

113,1

0709 90 70

TR

122,5

ZZ

122,5

0805 10 20

EG

38,8

IL

57,0

MA

46,7

TN

49,2

TR

107,8

US

49,3

ZA

56,7

ZZ

57,9

0805 50 10

AR

67,3

TR

49,6

ZA

48,5

ZZ

55,1

0808 10 80

AR

84,1

BR

75,0

CL

72,8

CN

96,7

NZ

96,3

US

123,6

UY

71,7

ZA

83,9

ZZ

88,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 414/2009

tat-30 ta' April 2009

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) introduċa fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 l-obbligu li jitressqu d-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u l-ħruġ b’mezzi elettroniċi. Mill-1 ta' Lulju 2009, wieħed jista’ jressaq dikjarazzjoni doganali tal-esportazzjoni fuq il-karta biss meta s-sistema kompjuterizzata tal-awtoritajiet doganali ma tkunx qiegħda taħdem jew meta l-applikazzjoni elettronika tal-persuna li qiegħda tressaq id-dikjarazzjoni ma tkunx qiegħda taħdem.

(2)

Verżjoni alternattiva tad-Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu (id-“Dokument ta' Akkumpanjament fit-Tranżitu/Sigurtà”) u l-lista relatata tal-oġġetti għandhom ikunu stabbiliti sabiex jinkludu d-dejta meħtieġa fl-Anness 30A tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (3) sabiex tissaħħaħ is-sigurtà.

(3)

Id-“Dokument ta’ Akkumpanjament fl-Esportazzjoni” u l-lista relatata ta' oġġetti pprovduti fl-Artikolu 796a tar-Regolament (KEE) Nru 5454/93 għandhom ikunu adatti wkoll sabiex jinkludu d-dejta stabbilita fl-Anness 30A tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

(4)

Meta l-persuni li jressqu d-dikjarazzjoni ma jkunux jistgħu jipprovdu l-istqarrijiet tad-dejta fil-qosor tal-esportazzjoni u l-ħruġ lill-awtoritajiet doganali bl-użu ta’ proċeduri normali kompjuterizzati minħabba li s-sistema kompjuterizzata tal-awtoritajiet doganali jew l-applikazzjoni elettronika tal-persuna li tressaq d-dikjarazzjoni ma tkunx qiegħda taħdem, għandhom jitħallew jużaw proċedura fuq il-karta bħala alternattiva li tgħinhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-awtoritajiet doganali. Għal dan il-għan, hu meħtieġ li wieħed jipprovdi għall-użu ta’ formola, id-“Dokument Amministrattiv Uniku dwar l-Esportazzjoni/Sigurtà”, li jista’ jkun fih kemm dejta dwar id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni u kemm dejta fil-qosor dwar id-dikjarazzjoni tal-ħruġ.

(5)

Għal sitwazzjonijiet meta s-sistema kompjuterizzata tal-awtoritajiet doganali ma tkunx qiegħda taħdem jew meta l-applikazzjoni elettronika tal-persuna li qiegħda tressaq id-dikjarazzjoni ma tkunx qiegħda taħdem huwa meħtieġ li wieħed jipprovdi “Dokument tas-Sigurtà u s-Sikurezza” fuq il-karta li għandu jintuża għad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u għad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ. Għandu jkun fih id-dejta definita fl-Anness 30A tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u għandu jkun issupplimentat b’lista ta’ oġġetti f'każ li l-kunsinna tikkonsisti f'iktar minn oġġett wieħed.

(6)

Sabiex wieħed jagħti lill-operaturi ekonomiċi l-ikbar possibilità tal-firxa tal-għażliet sabiex jipprovdu d-dejta meħtieġa f’każ li s-sistemi kompjuterizzati doganali u privati kollha ma jkunux qegħdin jaħdmu, huwa meħtieġ li huma jħallu lill-awtoritajiet doganali jawtorizzawhom sabiex jikkomunikaw din id-dejta permezz ta’ dokumenti kummerċjali sakemm d-dokumenti mgħoddija lill-awtoritajiet doganali jkun fihom id-dettalji għad-dikjarazzjonijiet tad-dħul u l-ħruġ stabbiliti fl-Anness 30A tar-Regolament (KE) Nru 2454/93.

(7)

Sakemm id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006 (4) dwar is-sikurezza u s-sigurtà japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2009, id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw minn dakinhar ukoll. Għalhekk ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 183(2) huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'li ġej:

“Fil-każijiet li hemm referenza għalihom fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul fuq il-karta għandha ssir billi tintuża l-formola tad-Dokument għas-Sigurtà u s-Sikurezza, li tikkorrespondi mal-mudell li jinsab fl-Anness 45i. Meta l-kunsinna li għaliha ssir dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul tikkonsisti f’iktar minn oġġett wieħed, id-Dokument dwar is-Sigurtà u s-Sikurezza għandu jkun issuplimentat b’lista ta’ oġġetti li jikkorrespondu mal-mudell li jinsab fl-Anness 45j. Il-lista ta’ oġġetti għandha tifforma parti integrali mid-Dokument tas-Sigurtà u s-Sikurezza.”

(b)

għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fil-każijiet li hemm referenza għalihom fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet doganali jistgħu jħallu d-Dokument tas-Sigurtà u s-Sikurezza jinbidel, jew jkun ikkumplimentat b’dokumenti kummerċjali sakemm id-dokumenti mressqa lill-awtoritajiet doganali fihom id-dettalji stabbiliti għad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul fl-Anness 30A.”

(2)

Fl-Artikolu 340b, jiddaħħal il-punt 6a li ġej:

“6a.

‘Dokument ta’ akkumpanjament fit-tranżitu/sigurtà’: ifisser dokument stampat mis-sistema kompjuterizzata sabiex jakkumpanja l-oġġetti, ibbażat fuq id-dejta tad-dikjarazzjoni ta' tranżitu u d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ.”

(3)

L-Artikolu 358 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-frażi introduttorja tinbidel b’dan li ġej:

“2.   Wara r-rilaxx tal-oġġetti, id-Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu jew id-Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu/ta’ Sigurtà għandu jakkompanja l-oġġetti li tqiegħdu taħt il-proċedura Komunitarja ta' tranżitu. Għandu jikkorrespondi mal-mudell u d-dettalji li jinsabu fid-Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu tal-Anness 45a jew, mal-mudell u d-dettalji tad-Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu/Sigurtà li jinsabu fl-Anness 45e u l-Lista ta’ Oġġetti fit-Tranżitu/ta’ Sigurtà li tinsab fl-Anness 45f. Id-dokument għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operatur f'wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:”

(b)

Il-Paragrafu 3 jinbidel bit-test li ġej:

“3.   Meta d-dikjarazzjoni jkun fiha iktar minn oġġett wieħed, id-Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżituli hemm referenza għalih fil-paragrafu 2 għandu jkun issupplimentat b'lista ta' oġġetti li tikkorrispondi mal-mudell fl-Anness 45b. id-Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu/Sigurtà li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2 dejjem għandu jkun issupplimentat b’lista ta’ oġġetti li tinsab fl-Anness 45f. Il-lista ta’ oġġetti għandha tifforma parti integrali mid-Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu jew id-Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu/Sigurtà.”

(4)

Fl-Artikolu 787, il-paragrafu 2 qiegħed jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Meta s-sistema kompjuterizzata tal-awtoritajiet doganali ma tkunx qiegħda taħdem jew meta l-aplikazzjoni elettronika tal-persuna li tkun ressqet id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni ma tkunx qiegħda taħdem, l-awtoritajiet doganali għandhom jaċċettaw dikjarazzjoni tal-esportazzjoni fuq il-karta sakemm jintuża wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:

(a)

tintuża l-formola li tikkorrespondi mal-mudell li jinsab fl-Annessi 31 sa 34, flimkien mad-Dokument tas-Sigurtà u s-Sikurezza li jikkorrespondi mal-mudell li jinsab fl-Anness 45i u l-Lista ta’ Oġġetti għas-Sigurtà u s-Sikurezza li tikkorrespondi mal-mudell li jinsab fl-Anness 45j;

(b)

jintuża d-Dokument Amministrattiv Uniku għall-Esportazzjoni/Sigurtà li jikkorrespondi mal-mudell li jinsab fl-Anness 45k u l-Lista ta’ Oġġetti għall-Esportazzjoni/Sigurtà li tikkorrespondi mal-mudell li jinsab fl-Anness 451.

Il-formola għandu jkun fiha l-lista ta’ dejta minima li tinsab fl-Anness 37 u fl-Anness 30A għall-proċedura tal-esportazzjoni.”

(5)

L-Artikolu 796a huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, il-kliem “Anness 45c” huma mibdula bi “Anness 45g”.

(b)

Fil-paragrafu 2, il-kliem “Anness 45d” huma mibdula bi “Anness 45h”.

(6)

Fl-Artikolu 796c it-tieni paragrafu, il-kliem “Anness 45c” huma mibdula bi “Anness 45g”.

(7)

L-Artikolu 842b(3) huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'li ġej:

“Fil-każijiet li hemm referenza għalihom fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, id-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ fuq il-karta għandha ssir bl-użu tad-Dokument għas-Sigurtà u s-Sikurezza, li jikkorrespondi mal-mudell li jinsab fl-Anness 45i. Meta l-kunsinna li għaliha ssir dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ tikkonsisti f’iktar minn oġġett wieħed, id-Dokument tas-Sigurtà u s-Sikurezza għandu jkun issuplimentat b’lista ta’ oġġetti li jikkorrespondu mal-mudell li jinsab fl-Anness 45j. Il-lista ta’ oġġetti għandha tifforma parti integrali mid-Dokument tas-Sigurtà u s-Sikurezza.”

(b)

jiżdied it-tielet subparagrafu li ġej:

“Fil-każijiet li hemm referenza għalihom fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet doganali jistgħu jħallu d-Dokument tas-Sigurtà u s-Sikurezza jinbidel, jew ikun ikkomplimentat b’dokumenti kummerċjali sakemm id-dokumenti mressqa lill-awtoritajiet doganali jkun fihom id-dettalji stabbiliti għad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ fl-Anness 30A.”

(8)

Fl-Artikoli 183, 359(1), 361(3) u (4), 406(1) u (2), 408(1)(d), 454b(4), 454b (2) u (4), 455(1) and 457b(2) u (3), il-kliem “Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu” jinbdiel b’“Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu” - “Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu/Sigurtà”.

(9)

L-Anness 37d huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 3.1, it-tielet inċiż, “Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu (TAD)” jinbidel bi “Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu (TAD) – Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu/Sigurtà (TSAD)”.

(b)

Fil-punti 3.2, 3.3, 4.1, 7, 8, 18 u 30.1, “TAD” jinbidel bi “TAD/TSAD”

(c)

Fil-punt 3.2 il-kliem “Anness 37 u 45a” huma mibdula bi “Anness 37, 45a u 45e”.

(10)

L-Annessi 45c u 45d huma mħassra.

(11)

L-Anness 45e, li jinsab fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, huwa miżjud.

(12)

L-Anness 45f, li jinsab fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, huwa miżjud.

(13)

L-Anness 45g, li jinsab fl-Anness III ta' dan ir-Regolament, huwa miżjud.

(14)

L-Anness 45h, li jinsab fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament, huwa miżjud.

(15)

L-Anness 45i, li jinsab fl-Anness V ta' dan ir-Regolament, huwa miżjud.

(16)

L-Anness 45j, li jinsab fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament, huwa miżjud.

(17)

L-Anness 45k, li jinsab fl-Anness VII ta' dan ir-Regolament, huwa miżjud.

(18)

L-Anness 45l, li jinsab fl-Anness VIII ta' dan ir-Regolament, huwa miżjud.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(2)  ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 360, 19.12.2006, p. 64.


ANNESS I

“L-ANNESS 45e

(imsemmi fl-Artikolu 358(2))

DOKUMENT TA’ AKKUMPANJAMENT FIT-TRANŻITU/SIGURTÀ (‘TSAD’)

KAPITOLU 1

Mudell tad-Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu/Sigurtà

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU II

Noti ta' spjegazzjoni u dettalji (dejta) għad-Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu/Sigurtà

L-akronimu “BCP” (Pjan tal-“kontinwità tan-negozju”) użat f’dan il-Kapitolu jirreferi għal sitwazzjonijiet meta tapplika l-proċedura alternattiva li hemm definizzjoni tagħha fl-Artikolu 340b(7).

Id-Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu/Sigurtà fih dejta valida għad-dikjarazzjoni kollha.

L-informazzjoni li hemm fid-Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu/Sigurtà għandha tkun imsejsa fuq id-dejta li tiġi mid-dikjarazzjoni ta' tranżitu; fejn meħtieġ, dik l-informazzjoni se tkun emendata mill-prinċipal u/jew ivverifikata mill-uffiċċju tat-tluq.

Il-karta li tintuża għad-Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu/Sigurtà tista' tkun ta' lewn aħdar.

Barra mid-dispożizzjonijiet fin-noti ta’ spjegazzjoni tal-annessi 30A, 37 u 38, id-dettalji għandhom jiġu stampati kif ġej:

1.   L-NRM (IN-NUMRU TA' REFERENZA TAL-MOVIMENT)

L-NRM għandu jiġi stampat fl-ewwel paġna u fil-listi tal-oġġetti kollha ħlief meta dawn il-formoli jintużaw fil-kuntest tal-BCP f’liema każijiet ma tkun allokata l-ebda NRM.

L-informazzjoni hija alfanumerika u tinkludi 18-il karattru wara l-preskrizzjonijiet ta’ hawn taħt:

Sezzjoni

Kontenut

Tip ta' sezzjoni

Eżempji

1

L-aħħar żewġ ċifri tas-sena tal-aċċettazzjoni formali tad-dikjarazzjoni ta' tranżitu (SS)

Numeriku 2

06

2

L-identifikatur tal-pajjiż fejn jibda l-moviment (kodiċi alfa 2 tal-pajjiż)

Alfabetiku 2

RO

3

Identifikatur uniku għall-moviment ta’ tranżitu skont is-sena u l-pajjiż

Alfanumeriku 13

9876AB8890123

4

Ċifra ta' kontroll

Alfanumeriku 1

5

Is-sezzjonijiet 1 u 2 kif spjegati hawn fuq.

Is-sezzjoni 3 għandha timtela b'identifikatur għat-tranżazzjoni tat-tranżitu. Il-mod li jintuża dak il-qasam huwa taħt ir-responsabbiltà tal-amministrazzjonijiet nazzjonali iżda kull tranżazzjoni ta' tranżitu mwettqa matul sena fil-pajjiż partikolari għandu jkollha numru uniku.

L-amministrazzjonijiet nazzjonali li jixtiequ jinkludu fl-NRM in-numru ta' referenza tal-uffiċċju tal-awtoritajiet doganali, jistgħu jużaw sal-ewwel 6 karattri biex iżidu n-numru nazzjonali tal-uffiċċju.

Is-sezzjoni 4 għandha timtela' b'valur li huwa ċifra ta' kontroll għall-NRM kollu. Din is-sezzjoni tagħti lok li jinkixef żball meta wieħed jaqbad l-NRM kollu.

L-‘NRM’ għandu jkun stampat ukoll f'għamla ta' bar code bl-użu ta' ‘kodiċi 128’ standard, sett ta' karattri ‘B’.

2.   IL-KAXXA “DIKJARAZZJONI TAS-SIGURTÀ”. (S00):

Indika l-kodiċi S meta d-Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu/Sigurtà jkun fih informazzjoni dwar is-sigurtà wkoll. Meta dan id-Dokument ma jkunx fih informazzjoni dwar is-sigurtà, il-kaxxa għandha titħalla vojta.

3.   IL-KAXXA FORMOLI (3):

L-ewwel subdiviżjoni: in-numru tas-serje tal-kopja attwali stampata.

It-tieni subdiviżjoni: numru totali ta' paġni stampati (inkluża lista ta' oġġetti)

4.   IL-KAXXI “IN-NUMRU TA’ REFERENZA” (7):

Indika l-LRN jew/u l-UCR

LRN – in-numru ta’ referenza fuq livell lokali kif definit fl-Anness 37a.

UCR- numru ta' referenza uniku tal-kunsinna kif hemm referenza għalih fl-Anness 37, titlu II, kaxxa 7.

5.   FL-ISPAZJU LI HEMM FUQ IL-LEMIN TAL-KAXXA “IL-PERSUNA LI TIRĊIEVI L-KUNSINNA” (8):

Isem u indirizz tal-uffiċċju doganali li lilu trid tintbagħat lura l-kopja tar-ritorn tad-Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu/Sigurtà.

6.   IL-KAXXA “ĊIRKOSTANZA SPEĊIFIKA OĦRA” (S32):

Daħħal indikatur għal ċirkostanza speċifika oħra

7.   IL-KAXXA “L-UFFIĊĊJU TAT-TLUQ” (C):

In-numru ta' referenza tal-uffiċċju tat-tluq,

Id-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' tranżitu,

L-isem u n-numru tal-awtorizzazzjoni tal-kunsinnatur awtorizzat (jekk hemm).

8.   IL-KAXXA “KONTROLL MILL-UFFIĊĊJU TAT-TLUQ” (D):

riżultati tal-kontroll,

Is-siġilli mwaħħla jew l-indikazzjoni “- -” li tidentifika l-“Eżenzjoni - 99201”,

L-indikazzjoni “Itinerarju li jorbot”, fejn xieraq.

Id-Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu/Sigurtà ma għandux ikun modifikat lanqas ma għandhom isirulu xi żidiet jew tħassir sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dan ir-Regolament.

9.   FORMALITAJIET MATUL IT-TRANŻITU

Minn meta l-oġġetti jitilqu mill-uffiċċju tat-tluq sakemm jaslu fl-uffiċċju tad-destinazzjoni, jista' jkollhom jiżdiedu ċerti dettalji fuq id-Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu/ta’ Sigurtà li jkun mal-oġġetti. Dawn id-dettalji jikkonċernaw il-mod kif se jitħaddem it-trasport u għandhom jiddaħħlu mit-trasportatur responsabbli għal mezz ta' trasport li fuqu jitgħabbew l-oġġetti, kif u meta jseħħu dawn l-attivitajiet korrispondenti. Dawn id-dettalji jistgħu jinkitbu bl-idejn b'mod li jinqraw sew u f'dan il-każ għandhom jinkitbu bil-linka u b'ittri majjuskoli.

It-trasportaturi huma mfakkra li l-oġġetti jistgħu jkunu ttrażbordati biss skont awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li fit-territorju tiegħu ser isir it-trażbord.

Fejn dawn l-awtoritajiet iqisu li l-operazzjoni Komunitarja involuta ta' tranżitu tista' tkompli b’mod normali għandhom, wara li jieħdu l-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa, japprovaw id-Dokumenti ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu/ta’ Sigurtà.

L-awtoritajiet doganali tal-uffiċċju ta' tranżitu jew tal-uffiċċju tad-destinazzjoni, skont il-każ, għandhom l-obbligu li jdaħħlu fis-sistema d-dejta miżjuda fuq id-Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu/ta’ Sigurtà. Id-dejta tista' wkoll tiddaħħal mid-destinatarju awtorizzat.

Il-kaxxi u l-attivitajiet involuti huma:

10.   IT-TRAŻBORD: UŻA L-KAXXA 55

Il-kaxxa “Trażbord” (55)

It-trasportatur għandu jimla l-ewwel tliet linji ta' din il-kaxxa, meta l-oġġetti jiġu ttrażbordati minn mezz ta' trasport għal ieħor jew minn kontejner għal ieħor matul il-ħidma kkonċernata.

Madankollu, meta l-oġġetti jinġarru f'kontejners li ser jinġarru minn vetturi tat-triq, l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw lill-prinċipal biex ma jimliex il-kaxxa 18, jekk is-sitwazzjoni loġistika mat-tluq tista' tfixkel milli jiġu pprovduti l-identità u n-nazzjonalità tal-mezz ta' trasport waqt li tkun qiegħda titħejja d-dikjarazzjoni ta' tranżitu, u fejn jistgħu għandhom jiżguraw li l-informazzjoni meħtieġa dwar il-mezz ta' trasport għandha tiddaħħal sussegwentament fil-kaxxa 55.

11.   INĊIDENTI OĦRA: UŻA L-KAXXA 56

Il-kaxxa “Inċidenti oħra waqt il-ġarr” (56)

Il-kaxxa li għandha timtela skont l-obbligi attwali tat-tranżitu.

Barra minn hekk, meta l-oġġetti jkunu tgħabbew fuq semitrejler u ż-żiemel tat-trakk jinbidel matul il-vjaġġ (mingħajr ma l-oġġetti jiġu mċaqilqa jew ittrażbordati), daħħal f'din il-kaxxa n-numru ta' reġistrazzjoni u n-nazzjonalità taż-żiemel il-ġdid. F'dan il-każ, l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti mhiex meħtieġa.”


ANNESS II

“ANNESS 45f

(imsemmi fl-Artikolu 358(3))

LISTA TA’ OĠĠETTI TA’ TRANŻITU/SIGURTÀ (“TSLoI”)

KAPITOLU 1

Mudell tad-Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu/Sigurtà

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU II

Noti ta' spjegazzjoni u dettalji (dejta) għad-Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu/Sigurtà

L-akronimu ‘BCP’ (‘Pjan tal-kontinwità tan-negozju’) użat f’dan il-Kapitolu jirreferi għal sitwazzjonijiet meta tapplika l-proċedura alternattiva li hemm definizzjoni tagħha fl-Artikolu 340b(7).

Il-Lista ta’ Oġġetti ta’ Tranżitu/Sigurtà għandu jkun fiha d-dejta speċifika dwar oġġetti li jinsabu fid-dikjarazzjoni.

Il-kaxxi tal-lista tal-oġġetti jistgħu jespandu vertikalment. Barra mid-dispożizzjonijiet fin-noti ta' spjegazzjoni tal-annessi 30A u 37, id-dettalji għandhom jiġu stampati kif ġej, fil-każ li jintużaw kodiċijiet xierqa.

1.

Il-kaxxa NRM – in-numru ta' referenza tal-moviment kif definit fl-Anness 45c. L-NRM għandu jiġi stampat fl-ewwel paġna u fil-listi tal-oġġetti kollha ħlief meta dawn il-formoli jintużaw fil-kuntest tal-BCP f’liema każijiet ma tkun allokata l-ebda NRM.

2.

Id-dettalji tal-kaxxi differenti fuq livell ta' oġġett għandhom jiġu stampati kif ġej:

(a)

Il-kaxxa “In-nru tal-oġġett” (32) – in-numru tas-serje tal-oġġett attwali;

(b)

Il-kaxxa Il-kodiċi tal-metodu ta’ ħlas għat-tariffi tat-trasport (S29) – daħħal il-kodiċi tal-metodu ta’ ħlas għat-tariffi tat-trasport;

(ċ)

UNDG (44/4) — il-Kodiċi tan-NU għall-Oġġetti Perikolużi;

(d)

Il-kaxxa Formoli (3):

L-ewwel subdiviżjoni: in-numru tas-serje tal-kopja attwali stampata,

It-tieni subdiviżjoni: numru totali ta' paġni stampati (Lista ta' oġġetti ta’ Tranżitu/ta’ Sigurtà)”


ANNESS III

“ANNESS 45g

(imsemmi fl-Artikolu 796a)

ID-DOKUMENT TA’ AKKUMPANJAMENT FL-ESPORTAZZJONIJIET (‘EAD’)

KAPITOLU I

Mudell tad-Dokument ta' Akkumpanjament ta' l-Esportazzjonijiet

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU II

Noti ta' spjegazzjoni u d-dettalji (dejta) għad-Dokument ta’ Akkumpanjament fl-Esportazzjonijiet

L-akronimu ‘BCP’ (‘Pjan tal-kontinwità tan-negozju’) użat f’dan il-Kapitolu jirreferi għal sitwazzjonijiet meta tapplika l-proċedura alternattiva definita fl-Artikolu 787(2).

Id-Dokument ta’ Akkumpanjament fl-Esportazzjonijiet fih dejta valida għad-dikjarazzjoni kollha u għal oġġett wieħed.

L-informazzjoni li hemm fid-Dokument ta’ Akkumpanjament fl-Esportazzjonijiet għandha tkun imsejsa fuq id-dejta li tiġi mid-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni; fejn meħtieġ, dik l-informazzjoni se tkun emendata mill-persuna li tiddikjara/ir-rappreżentant u/jew ivverifikat mill-uffiċċju tat-tluq.

Barra mid-dispożizzjonijiet fin-noti ta’ spjegazzjoni tal-annessi 30A, 37, id-dettalji għandhom jiġu stampati kif ġej:

1.

Il-kaxxa NRM (in-numru ta' referenza tal-moviment)

L-NRM għandu jiġi stampat fl-ewwel paġna u fil-listi tal-oġġetti kollha ħlief meta dawn il-formoli jintużaw fil-kuntest tal-BCP f’liema każijiet ma tkun allokata l-ebda NRM.

L-informazzjoni hija alfanumerika u tinkludi 18-il karattru wara l-preskrizzjonijiet ta’ hawn taħt:

Sezzjoni

Kontenut

Tip ta' sezzjoni

Eżempji

1

L-aħħar żewġ ċifri tas-sena tal-aċċetazzjoni formali tad-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni (SS)

Numeriku 2

06

2

Identifikatur tal-pajjiż esportatur (il-kodiċi alfa 2 kif ipprovdut għall-kaxxa nru 2 tad-Dokument Amministrattiv Uniku fl-Anness 38)

Alfabetiku 2

RO

3

Identifikatur uniku tal-operazzjoni ta’ esportazzjoni għal kull sena u kull pajjiż

Alfanumeriku 13

9876AB8890123

4

Ċifra ta' kontroll

Alfanumeriku 1

5

Is-sezzjonijiet 1 u 2 kif spjegati hawn fuq.

Is-sezzjoni 3 għandha timtela b'identifikatur għat-tranżazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tal-esportazzjonijiet. Il-mod kif tintuża din is-sezzjoni huwa taħt ir-responsabbilità tal-amministrazzjonijiet nazzjonali iżda kull tranżazzjoni ta' esportazzjoni li titwettaq matul sena waħda f’pajjiż partikolari għandha jkollha numru uniku. L-amministrazzjonijiet nazzjonali li jixtiequ jkollhom in-numru ta’ referenza tal-uffiċċju tal-awtoritajiet kompetenti inkluż fl-NRM, jistgħu jużaw sal-ewwel sitt karattri biex idaħħlu n-numru nazzjonali tal-uffiċċju.

Is-sezzjoni 4 għandha timtela' b'valur li huwa ċifra ta' kontroll għall-NRM kollu. Din is-sezzjoni tagħti lok li jinkixef żball meta wieħed jaqbad l-NRM kollu.

L-‘NRM’ għandu jkun stampat ukoll f'għamla ta' bar code bl-użu ta' ‘kodiċi 128’ standard, sett ta' karattri ‘B’.

2.

Il-kaxxa ‘Dikjarazzjoni tas-sigurtà’. (S00):

Indika l-kodiċi S meta d-Dokument ta’ Akkumpanjament fit-Tranżitu jkun fih informazzjoni dwar is-sigurtà wkoll. Meta dan id-Dokument ma jkunx fih informazzjoni dwar is-sigurtà, il-kaxxa għandha titħalla vojta.

3.

Il-kaxxa Uffiċċju Doganali:

Numru ta' referenza tal-uffiċċju tal-esportazzjonijiet.

4.

Il-kaxxa Numru ta’ referenza (7):

Indika l-LRN jew/u l-UCR.

LRN— in-numru ta’ referenza fuq livell lokali kif definit fl-Anness 37a.

UCR— numru ta' referenza uniku tal-kunsinna kif hemm referenza għalih fl-Anness 37, titlu II, kaxxa 7.

5.

Il-kaxxa ‘Ċirkostanza speċifika oħra’ (S32)

Daħħal indikatur għal ċirkostanza speċifika oħra.

6.

Id-dettalji tal-kaxxi differenti fuq livell ta' oġġett għandhom jiġu stampati kif ġej:

(a)

Il-kaxxa ‘In-nru tal-oġġett’ (32) – in-numru tas-serje tal-oġġett attwali;

(b)

Il-kaxxa ‘UNDG’ (44/4) — il-Kodiċi tan-NU għall-Oġġetti Perikolużi.

Id-Dokument ta’ Akkumpanjament fl-Esportazzjonijiet ma għandux ikun immodifikat u lanqas ma għandha tiżdiedlu jew titħassarlu l-ebda parti għajr jekk speċifikat f'dan ir-Regolament.”


ANNESS IV

“ANNESS 45h

(imsemmi fl-Artikolu 796a)

LISTA TA' OĠĠETTI GĦALL-ESPORTAZZJONI (“ELoI”)

KAPITOLU 1

Mudell tal-Lista ta' Oġġetti għall-Esportazzjoni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU II

Noti ta' spjegazzjoni u dettalji (dejta) għal-Lista ta’ Oġġetti għall-Esportazzjoni

Il-Lista ta’ Oġġetti għall-esportazzjoni għandu jkun fiha d-dejta speċifika dwar l-oġġetti li jinsabu fid-dikjarazzjoni.

Il-kaxxi tal-lista ta' oġġetti għall-esportazzjoni jistgħu jespandu vertikalment.

Barra mid-dispożizzjonijiet fin-noti ta’ spjegazzjoni tal-annessi 30A u 37, id-dettalji għandhom jiġu stampati kif ġej, fil-każ li jintużaw kodiċi xierqa:

1.

Il-kaxxa NRM – in-numru ta' referenza tal-moviment kif definit fl-Anness 45g. L-NRM għandu jiġi stampat fl-ewwel paġna u fil-lista kollha tal-oġġetti.

2.

Id-dettalji tal-kaxxi differenti fuq livell ta' oġġett għandhom jiġu stampati kif ġej:

(a)

Il-kaxxa “In-nru tal-oġġett” (32) – in-numru tas-serje tal-oġġett attwali;

(b)

Il-kaxxa “UNDG” (44/4) — il-Kodiċi tan-NU għall-Oġġetti Perikolużi.”


ANNESS V

“ANNESS 45i

(imsemmi fl-Artikoli 183(2), 787(2)(a) u 842b(3))

DOKUMENT TA’ SIGURTÀ U TA’ SIKUREZZA (“SSD”)

KAPITOLU 1

Mudell tad-Dokument tas-Sigurtà u s-Sikurezza

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU II

Noti ta' spjegazzjoni u dettalji (dejta) għad-Dokument tas-Sigurtà u s-Sikurezza

Il-formola fiha informazzjoni fuq livell ta’ intestatura u informazzjoni għal oġġett wieħed.

L-informazzjoni li hemm fid-Dokument ta’ Akkumpanjament fis-Sigurtà u s-Sikurezza għandu jkun imsejjes fuq id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ; fejn meħtieġ, dik l-informazzjoni se tkun emendata mill-persuna li tressaq id-dikjarazzjoni fil-qosor u/jew tkun ivverifikata mill-uffiċċju tad-dħul jew tal-ħruġ rispettivament.

Id-Dokument tas-Sigurtà u s-Sikurezza għandu jimtela mill-persuna li tressaq id-dikjarazzjoni fil-qosor.

Barra mid-dispożizzjonijiet fin-noti ta’ spjegazzjoni tal-annessi 30A u 37, id-dettalji għandhom jiġu stampati kif ġej:

(1)

Il-kaxxa NRM – in-numru ta’ referenza tal-moviment kif definit fl-Anness 45e jew fir-referenzi ad hoc maħruġa mill-uffiċċju doganali. L-NRM għandu jiġi stampat fl-ewwel paġna u fil-lista kollha tal-oġġetti.

(2)

Uffiċċju doganali

In-numru ta' referenza tal-uffiċċju tad-dħul/tal-ħruġ;

(3)

Il-kaxxa It-tip ta' dikjarazzjoni (1)

Il-kodiċijiet “IM” jew “EX” skont jekk id-dokument fihx dikjarazzjoni fil-qosor tad-Dħul jew dejta tad-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ;

(4)

Il-kaxxa In-numru ta’ referenza (7):

Daħħal l-LRN – l-LRN – in-numru ta’ referenza fuq livell lokali kif definit fl-Anness 37a.

(5)

Il-kaxxa Il-kodiċi tal-ewwel post tal-wasla (S11):

Il-kodiċi tal-ewwel post tal-wasla;

(6)

Il-kaxxa Id-data/il-ħin tal-ewwel post ta' wasla fid-dwana Terr. (S12):

Daħħal id-data u l-ħin tal-wasla fl-ewwel post tal-wasla fit-territorju Doganali;

(7)

Il-kaxxa “Il-kodiċi tal-metodi ta’ ħlas għat-tariffi tat-trasport” (S29):

Daħħal il-kodiċi tal-metodi ta’ ħlas għat-tariffi tat-trasport;

(8)

Il-kaxxa “UNDG” (S27) — il-Kodiċi tan-NU għall-Oġġetti Perikolużi;

(9)

Il-kaxxa “Ċirkostanza speċifika oħra” (S32):

Daħħal indikatur għal ċirkostanza speċifika oħra;

Id-Dokument tas-Sigurtà u s-Sikurezza ma għandux ikun immodifikat u lanqas ma għandhom isirulu xi żidiet jew tħassir sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dan ir-Regolament.”


ANNESS VI

“ANNESS 45j

(imsemmi fl-Artikoli 183(2), 787(2)(a) u 842b(3))

LISTA TA’ OĠĠETTI GĦAS-SIGURTÀ U S-SIKUREZZA (“SSLoI”)

KAPITOLU 1

Mudell tal-Lista ta' Oġġetti għas-Sigurtà u s-Sikurezza

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU II

Noti ta' spjegazzjoni u dettalji (dejta) għal-Lista ta’ Oġġetti għas-Sigurtà u s-Sikurezza

Il-kaxxi tal-lista ta' oġġetti ma jistgħux jespandu vertikalment.

Barra mid-dispożizzjonijiet fin-noti ta’ spjegazzjoni tal-annessi 30A u 37, id-dettalji tal-kaxxi differenti għandhom jiġu stampati kif ġej:

 

Il-kaxxa “In-nru tal-oġġett” (32) – in-numru tas-serje tal-oġġett attwali;

 

Il-kaxxa “Il-kodiċi tal-metodu ta' ħlas għat-tariffi tat-trasport” (S29) – il-kodiċi tal-metodu ta’ ħlas għat-tariffi tat-trasport;

 

Il-kaxxa “UNDG” (S27) — il-kodiċi tan-NU għall-Oġġetti Perikolużi.”


ANNESS VII

“ANNESS 45k

(imsemmi fl-Artikolu 787)

Dokument Uniku Amministrattiv (SAD) tal-Esportazzjoni/Sigurtà (‘ESS’)

KAPITOLU 1

Mudell ta’ SAD -tal-Esportazzjoni/Sigurtà

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU II

Noti ta' spjegazzjoni u d-dettalji (dejta) għas-SAD tal-Esportazzjonijiet/Sigurtà

L-akronimu ‘BCP’ (‘Pjan tal-kontinwità tan-negozju’) użat f’dan il-Kapitolu jirreferi għal sitwazzjonijiet meta tapplika l-proċedura alternattiva definita fl-Artikolu 787(2).

Il-formola fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-dejta dwar l-esportazzjoni u l-ħruġ meta d-dejta dwar l-esportazzjoni u s-sigurtà huma pprovduti flimkien. Il-formola fiha informazzjoni fuq livell ta’ intestatura u għal oġġett wieħed. Hi ddisinnjata sabiex tintuża fil-kuntest tal-BCP.

Hemm tliet kopji tas-SAD tal-Esportazzjoni/Sigurtà:

 

Il-Kopja 1 tinżamm mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li fih ikunu seħħew il-formalitajiet tal-esportazzjoni (tintbagħat il-kunsinna) jew dawk tat-tranżitu tal-Komunità,

 

Il-Kopja 2 hija użata għall-fini tal-istatistika mill-Istat Membru tal-esportazzjoni.

 

Il-Kopja 3 tintbagħat lejn l-esportatur wara li tkun ittimbrata mill-awtorità doganali.

Is-SAD tal-Esportazzjoni/Sigurtà fih dejta valida għad-dikjarazzjoni kollha.

L-informazzjoni li hemm fis-SAD tal-Esportazzjoni/Sigurtà għandha tkun imsejsa fuq id-dejta li tiġi mid-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni u tal-ħruġ; fejn meħtieġ, dik l-informazzjoni se tkun emendata mill-persuna li tiddikjara/ir-rappreżentant u/jew ivverifikat mill-uffiċċju tat-tluq.

Barra mid-dispożizzjonijiet fin-noti ta’ spjegazzjoni tal-annessi 30A, 37, id-dettalji għandhom jiġu stampati kif ġej:

(1)

Il-kaxxa NRM (in-numru ta' referenza tal-moviment)

L-NRM għandu jiġi stampat fl-ewwel paġna u fil-listi tal-oġġetti kollha ħlief meta dawn il-formoli jintużaw fil-kuntest tal-BCP f’liema każijiet ma tkun allokata l-ebda NRM.

L-informazzjoni hija alfanumerika u tinkludi 18-il karattru wara l-preskrizzjonijiet ta’ hawn taħt:

Sezzjoni

Kontenut

Tip ta' sezzjoni

Eżempji

1

L-aħħar żewġ ċifri tas-sena tal-aċċetazzjoni formali tad-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni (SS)

Numeriku 2

06

2

Identifikatur tal-pajjiż esportatur (il-kodiċi alfa 2 kif ipprovdut għall-kaxxa nru 2 tad-Dokument Amministrattiv Uniku fl-Anness 38)

Alfabetiku 2

RO

3

Identifikatur uniku tal-operazzjoni ta’ esportazzjoni għal kull sena u kull pajjiż

Alfanumeriku 13

9876AB8890123

4

Ċifra ta' kontroll

Alfanumeriku 1

5

Is-sezzjonijiet 1 u 2 kif spjegati hawn fuq.

Is-sezzjoni 3 għandha timtela b'identifikatur għat-tranżazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tal-esportazzjonijiet. Il-mod kif tintuża din is-sezzjoni huwa taħt ir-responsabbilità tal-amministrazzjonijiet nazzjonali iżda kull tranżazzjoni ta' esportazzjoni li titwettaq matul sena waħda f’pajjiż partikolari għandha jkollha numru uniku. L-amministrazzjonijiet nazzjonali li jixtiequ jkollhom in-numru ta’ referenza tal-uffiċċju tal-awtoritajiet kompetenti inkluż fl-NRM, jistgħu jużaw sal-ewwel sitt karattri biex idaħħlu n-numru nazzjonali tal-uffiċċju.

Is-sezzjoni 4 għandha timtela' b'valur li huwa ċifra ta' kontroll għall-NRM kollu. Din is-sezzjoni tagħti lok li jinkixef żball meta wieħed jaqbad l-NRM kollu.

L-‘NRM’ għandu jkun stampat ukoll f'għamla ta' bar code bl-użu ta' ‘kodiċi 128’ standard, sett ta' karattri ‘B’'.

(2)

Il-kaxxa 7 In-numri ta’ referenza:

Indika l-LRN jew/u l-UCR.

LRN— in-numru ta’ referenza fuq livell lokali kif definit fl-Anness 37a.

UCR— numru ta' referenza uniku tal-kunsinna kif hemm referenza għalih fl-Anness 37, titlu II, kaxxa 7.

(3)

Il-kaxxa ‘Ċirkostanza speċifika oħra’ (S32):

Daħħal indikatur għal ċirkostanza speċifika oħra.

Is-SAD tal-Esportazzjoni/Sigurtà ma għandux ikun immodifikat u lanqas ma għandha tiżdiedlu jew titħassarlu xi parti għajr jekk speċifikat f'dan ir-Regolament.”


ANNESS VIII

“ANNESS 45l

(imsemmi fl-Artikolu 787)

LISTA TA’ OĠĠETTI FIS-SAD TAL-ESPORTAZZJONI/SIGURTÀ (“ESSLoI”)

KAPITOLU 1

Mudell tas-SAD tal-Lista ta’ Oġġetti li Takkompanja l-Esportazzjonijiet/Sigurtà

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU II

Noti ta' spjegazzjoni u dettalji (dejta) tas-SAD għal-Lista ta’ Oġġetti li Takkompanja l-Esportazzjonijiet/Sigurtà

L-SAD tal-Lista ta’ Oġġetti għall-Esportazzjoni/Sigurtà għandu jkun fiha d-dejta speċifika dwar oġġetti li jinsabu fid-dikjarazzjoni.

Il-kaxxi tal-lista ta' oġġetti jistgħu jespandu għat-tul.

Barra mid-dispożizzjonijiet fin-noti ta’ spjegazzjoni tal-annessi 30A, 37, id-dettalji għandhom jiġu stampati kif ġej:

1.

Il-kaxxa NRM – in-numru ta' referenza tal-moviment kif definit fl-Anness 45k. L-NRM għandu jiġi stampat fl-ewwel paġna u fil-lista kollha tal-oġġetti.

2.

Id-dettalji tal-kaxxi differenti fuq livell ta' oġġett għandhom jiġu stampati kif ġej:

Il-kaxxa ‘In-nru tal-oġġett’ (32) – in-numru tas-serje tal-oġġett attwali;

Il-kaxxa ‘Id-dokumenti prodotti/Ċertifikati’ (44/1): din il-kaxxa fiha wkoll in-numru tad-dokument dwar it-trasport, fejn hu xieraq;

Il-kaxxa ‘UNDG’ (44/4) — il-Kodiċi tan-NU għall-Oġġetti Perikolużi.”


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/52


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 415/2009

tal-20 ta’ Mejju 2009

li jemenda d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/68/KE li temenda l-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni ta’ ċerti ingredjenti tal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta' liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/68/KE (2) tistabbilixxi lista ta’ ingredjenti jew sustanzi tal-ikel esklużi mir-rekwiżiti tal-ittikkettjar.

(2)

Minħabba li l-bidliet fit-tikkettjar jaffettwaw l-industrija, prinċipalment l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, li jridu perjodu ta' adattazzjoni biex iwittu t-triq għal tranżizzjoni mingħajr tfixkil lejn rekwiżiti tat-tikkettjar ġodda, id-Direttiva 2007/68/KE tipprovdi għal miżuri temporanji biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta’ regoli ġodda billi titħalla l-kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel li jitqiegħdu fis-suq jew jiġu ttikkettjati qabel il-31 ta’ Mejju 2009 li jikkonformaw mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/26/KE (3) sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta' April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/1986 u (KE) Nru 1493/1999 (4) jorganizza mill-ġdid il-mod kif jiġi mmaniġjat is-suq tal-inbid tal-UE. Skont l-Artikolu 129(1)(e) ta’ dak ir-Regolament, il-Kapitoli II, III, IV, V u VI tat-Titolu III, l-Artikoli 108, 111 u 112 u d-dispożizzjonijiet korrispondenti b'mod partikolari fl-Annessi rilevanti għandhom japplikaw mill-1 ta' Awwissu 2009 ħlief jekk ikun previst xort'oħra bħala regolament li għandu jiġi adottat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 113(1). Ir-regoli ta’ implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament, li inter alia jipprovdi għal regoli speċifiċi ta' tikkettjar applikabbli lis-settur tal-inbid, qed jitħejjew bħalissa u, minħabba l-applikabbilità tagħhom sa mill-1 ta’ Awwissu 2009, huwa previst perjodu ta' tranżizzjoni sabiex titħaffef it-tranżizzjoni mil-leġiżlazzjoni ta' qabel tas-settur tal-inbid, notevolment ir-Regolamant tal-Kunsill Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (5) għar-Regolament (KE) Nru 479/2008 biex l-operaturi ekonomiċi jitħallew jikkonformaw mar-rekwiżiti ġodda ta’ tikkettjar.

(4)

Minħabba li l-operaturi tal-inbid ikunu suġġetti għal żewġ ġabriet ta’ rekwiżiti ta’ tikkettjar, dawk previsti skont id-Direttiva 2007/68/KE u dawk tar-regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 u sakemm il-perjodi tagħhom ta’ tranżizzjoni ma jikkoinċidux, hekk skont id-Direttiva 2007/68/KE, l-oġġetti tal-ikel imqiegħda fis-suq jew ittikkettjati qabel il-31 ta’ Mejju 2009 li jikkonformaw mad-Direttiva 2005/26/KE jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm jispiċċaw l-istokkijiet, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba u biex jiġu evitati piżijiet bla ħtieġa fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri kif ukoll fuq l-operaturi ekonomiċi, għandha tiġi stabbilita data għall-applikazzjoni obbligatorja tas-settur tal-inbid fid-Direttiva 2007/68/KE u tar-regoli ta’ implimentazzjoni adottati fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

(5)

Fir-rigward ta’ prodotti koperti bir-Regolament (KE) Nru 479/2008, l-aħħar tal-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fid-Direttiva 2007/68/KE għandu għalhekk jiġi stabbilit għall-31 ta’ Diċembru 2010.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/68/KE jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“B’deroga mit-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jippermettu li l-inbejjed, hekk kif definit fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 (*), li jitqiegħdu fis-suq jew jiġu ttikkettjati qabel il-31 ta’ Diċembru 2010, u li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/26/KE, jiġu kkummerċjalizzati sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 109,6.5.2000, p. 29.

(2)  ĠU L 310, 28.11.2007, p. 11.

(3)  ĠU L 75, 22.3.2005, p. 33.

(4)  ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/54


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 416/2009

tal-20 ta' Mejju 2009

dwar id-diviżjoni bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” ta' kwoti nazzjonali tal-ħalib stabbiliti għall-2008/2009 fl-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 69(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 67(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-produtturi jista’ jkollhom kwota individwali waħda jew tnejn, waħda għall-kunsinni u l-oħra għall-bejgħ dirett u li l-kwantitajiet jistgħu jinbidlu minn kwota waħda għall-oħra mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru biss, fuq talba ġġustifikata b’mod xieraq min-naħa tal-produttur.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 415/2008 tat-8 ta’ Mejju 2008 dwar id-diviżjoni bejn “konsenji [kunsinni]” u “bejgħ dirett” ta’ kwantitajiet ta’ referenza nazzjonali stabbiliti għall-2007/2008 fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 (2) jistipula d-diviżjoni bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” għall-perjodu mill-1 ta’ April 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008 għall-Istati Membri kollha.

(3)

Skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (3), l-Istati Membri nnotifikaw il-kwantitajiet li nbidlu definittivament fuq talba tal-produtturi bejn kwoti individwali għall-kunsinni u għall-bejgħ dirett.

(4)

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 248/2008 tas-17 ta’ Marzu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 rigward il-kwoti nazzjonali fuq il-ħalib (4), il-kwoti nazzjonali totali tal-Istati Membri kollha żdiedu b’effett mill-1 ta’ April 2008 ’l quddiem. L-Istati Membri, minbarra Malta li ma għandha l-ebda parti mill-kwota nazzjonali tagħha li hija għall-bejgħ dirett, innotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-diviżjoni bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” tal-kwota addizzjonali.

(5)

Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita d-diviżjoni, applikabbli għall-perjodu mill-1 ta' April 2008 sal-31 ta' Marzu 2009, bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” tal-kwoti nazzjonali stabbiliti fl-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-diviżjoni applikabbli għall-perjodu mill-1 ta' April 2008 sal-31 ta' Marzu 2009 bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” tal-kwoti nazzjonali stabbiliti fl-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 125, 9.5.2008, p. 22.

(3)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 22.

(4)  ĠU L 76, 19.3.2008, p. 6.


ANNESS

(f’tunnellati)

L-Istati Membri

Il-kunsinni

Il-bejgħ dirett

Il-Belġju

3 371 559,558

55 729,182

Il-Bulgarija

912 238,158

86 341,842

Ir-Repubblika Ċeka

2 785 413,892

7 275,728

Id-Danimarka

4 612 376,648

242,872

Il-Ġermanja

28 755 245,289

92 175,102

L-Estonja

650 386,770

8 908,590

L-Irlanda

5 501 532,799

2 146,481

Il-Greċja

835 781,260

1 142,000

Spanja

6 173 230,927

66 058,073

Franza

24 738 890,113

352 431,587

L-Italja

10 474 131,877

266 529,323

Ċipru

146 970,338

1 133,662

Il-Latvja

725 538,102

17 682,858

Il-Litwanja

1 674 056,192

64 879,588

Il-Lussemburgu

278 070,680

475,000

L-Ungerija

1 921 492,480

108 368,720

Malta

49 671,960

0,000

L-Olanda

11 392 464,000

73 166,280

L-Awstrija

2 755 298,641

92 179,828

Il-Polonja

9 403 080,692

164 665,168

Il-Portugall (1)

1 979 091,285

8 429,715

Ir-Rumanija

1 429 140,086

1 688 999,914

Is-Slovenja

567 987,116

20 183,644

Is-Slovakkja

1 049 485,430

12 118,330

Il-Finlandja

2 486 700,282

6 015,111

L-Iżvezja

3 415 795,900

3 800,000

Ir-Renju Unit

14 988 515,859

136 653,081


(1)  Minbarra l-Madejra


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/56


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 417/2009

tal-20 ta' Mejju 2009

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Mariánskolázeňské oplatky (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, u skont l-Artikolu 17(2) tal-istess Regolament, it-talba li ressqet ir-Repubblika Ċeka għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Mariánskolázeňské oplatky” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Skont l-Artikolu 7(3)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Ġermanja ddikjarat l-oġġezzjoni tagħha għal din ir-reġistrazzjoni.

(3)

Permezz ta’ ittra tal-5 ta’ Marzu 2008, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkonsultaw b’mod xieraq bejniethom. Għalkemm ma ntlaħaq l-ebda qbil bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Ġermanja fi żmien sitt xhur, fit-12 ta’ Marzu 2009 l-Ġermanja rtirat l-oġġezzjoni tagħha.

(4)

B’hekk dan l-isem għandu jiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 107, 11.5.2007, p. 28.


ANNESS

Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 510/2006:

Il-kategorija 2.4.   Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini jew prodotti oħra tal-furnara

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Mariánskolázeňské oplatky (IĠP)


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/58


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 418/2009

tal-20 ta' Mejju 2009

li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Petit Épeautre de Haute Provence (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa minn Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Petit Épeautre de Haute Provence” kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 261, 14.10.2008, p. 11.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE:

Klassi 1.6.   Frott, ħxejjex u ċereali pproċessati jew mhumiex

FRANZA

Petit Épeautre de Haute Provence (IĠP)


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/60


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 419/2009

tal-20 ta' Mejju 2009

li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Kiwi de l'Adour (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tal-istess Regolament, it-talba mressqa minn Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Kiwi de l'Adour” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 263, 16.10.2008, p. 5.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE:

Klassi 1.6.   Frott, ħxejjex u ċereali pproċessati jew mhumiex

FRANZA

Kiwi de l'Adour (IĠP)


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/62


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 420/2009

tal-20 ta’ Mejju 2009

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni tal-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni tal-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi stedina permanenti għall-offerti.

(2)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’reazzoni għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu ta' rifużjoni tal-esportazzjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fid-19 ta’ Mejju 2009.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fid-19 ta’ Mejju 2009, l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-prodotti u destinazzjoniet imsemmija fl-Artikolu 1(a) u (b) u fl-Artikolu 2 rispettivament tar-Regolament imsemmi huma stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.

(3)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.


ANNESS

(EUR/100 kg)

Prodott

Kodiċi tan-nomenklatura għar-rifużjoni għall-esportazzjoni

L-ammont massimu ta' refużjoni tal-esportazzjoni għall-esportazzjoni fid-destinazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 619/2008

Butir

ex ex 0405 10 19 9700

60,00

Żejt tal-butir (butteroil)

ex ex 0405 90 10 9000

73,00


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/64


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 421/2009

tal-20 ta’ Mejju 2009

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni tal-esportazzjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni tal-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi stedina permanenti għall-offerti.

(2)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’reazzoni għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu ta' rifużjoni tal-esportazzjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fid-19 ta’ Mejju 2009.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fid-19 ta’ Mejju 2009, l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(c) u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi hu ffissat EUR 22,00/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.

(3)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/65


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 422/2009

tal-20 ta’ Mejju 2009

li jiffissa r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-bajd

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u partikolarment l-aħħar inċiż tal-Artikolu 164(2) u l-Artikolu 170 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fil-parti XIX tal-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet fil-Komunità tista' tkun koperta minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali fis-suq tal-laħam tat-tjur, jeħtieġ li jiġu ffissati rifużjonijiet għall-esportazzjoni f'konformità mar-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162 sa 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba fis-sitwazzjoni tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat.

(4)

Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (2), dawk tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3), kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' mmarkar definiti bil-punt A tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jibbenefikaw mir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2).

2.   Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont l-Artikolu 1(1) jeħtiġilhom ikunu jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u partikolarment jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbiliment approvat u jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' mmarkar tal-identifikazzjoni stabbiliti fl-Anness II, is-Sezzjoni I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, kif ukoll dawk definiti fil-punt A tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.


ANNESS

Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-bajd, applikabbli sa mill-21 ta’ Mejju 2009

Kodiċi tal-prodott

Destinazzjoni

Unità tal-kejl

Ammont tar-rifużjonijiet

0407 00 11 9000

A02

EUR/100 biċċa

0,39

0407 00 19 9000

A02

EUR/100 biċċa

0,20

0407 00 30 9000

E09

EUR/100 kg

0,00

E10

EUR/100 kg

16,00

E19

EUR/100 kg

0,00

0408 11 80 9100

A03

EUR/100 kg

56,48

0408 19 81 9100

A03

EUR/100 kg

28,35

0408 19 89 9100

A03

EUR/100 kg

28,35

0408 91 80 9100

A03

EUR/100 kg

35,78

0408 99 80 9100

A03

EUR/100 kg

9,00

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma ddefiniti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Id-destinazzjonijiet l-oħra huma ddefiniti kif ġej:

E09

Il-Kuwajt, il-Baħrejn, l-Oman, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Jemen, Ħong Kong, ir-Russja, it-Turkija.

E10

Il-Korea t’Isfel, il-Ġappun, il-Malażja, it-Tajlandja, it-Tajwan, il-Filippini.

E19

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr l-Iżvizzera, u l-gruppi E09 , E10 .


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/67


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 423/2009

tal-20 ta’ Mejju 2009

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni tar-ross fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħin għas-subperjodu ta' Mejju 2009 bir-Regolament (KE) Nru 1529/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1529/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti għas-snin 2008 u 2009 għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-Istati AKP li huma parti mir-reġjun CARIFORUM u mill-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (Overseas Countries and Territories, OCT) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Għas-sena 2009, ir-Regolament (KE) Nru 1529/2007 fetaħ u pprovda għall-ġestjoni ta' kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' 250 000 tunnellata ross, espressa fl-ekwivalenti ta' ross imqaxxar, li joriġina mill-Istati li huma parti mir-reġjun CARIFORUM (numru tas-serje 09.4220), kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' 25 000 tunnellata ross, espressa fl-ekwivalenti ta' ross imqaxxar, li joriġina mill-Antilli Olandiżi u minn Aruba (numru tas-serje 09.4189) u kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' 10 000 tunnellata ross, espressa fl-ekwivalenti ta' ross imqaxxar, li joriġina mill-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej (OCT) l-anqas żviluppati (numru tas-serje 09.4190).

(2)

Is-subperjodu tax-xahar ta’ Mejju huwa t-tieni subperjodu għal dawn il-kwoti, imsemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007.

(3)

Mill-komunikazzjoni li saret skont l-Artikolu 6(a) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4220, 09.4189 u 09.4190, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xogħol tax-xahar ta' Mejju 2009, skont l-Artikolu 2(1) tal-istess Regolament, jirrappreżentaw kwantità ekwivalenti ta' ross imqaxxar iżgħar minn [jew daqs] dik disponibbli.

(4)

Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ffissati, għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4220, 09.4189 u 09.4190, il-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tal-kwoti li jmiss, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet totali disponibbli fil-kuntest tal-kwoti bin-numri tas-serje 09.4220, 09.4189 u 09.4190, imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 1529/2007 għas-subperjodu ta' wara, huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 155.


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu tax-xahar ta' Mejju 2009 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu ta' wara, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007

Oriġini/Prodott

Nru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu għax-xahar ta' Mejju 2009

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu ta’ Settembru 2009 (kg)

Pajjiżi li jagħmlu parti mir-reġjun CARIFORUM (l-Artikolu 1(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007)

il-kodiċijiet tan-NM 1006 , għajr il-kodiċi tan-NM 1006 10 10

09.4220

 (2)

130 197 633

OCT (l-Artikolu 1(2)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007)

il-kodiċi tan-NM 1006

 

 

 

a)

L-Antilli Olandiżi u Aruba:

09.4189

 (2)

21 500 000

b)

l-OCT l-anqas żviluppati:

09.4190

 (1)

10 000 000


(1)  l-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet anqas minn dawk disponibbli jew daqshom: għaldaqstant, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.

(2)  l-ebda applikazzjoni ta' koeffiċjent tal-allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/69


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 424/2009

tal-20 ta’ Mejju 2009

li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (2) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ppublikati prezzijiet rappreżentattivi.

(3)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li din l-emenda tiġi applikata malajr kemm jista’ jkun.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2009 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

“ANNESS I

Kodiċi NM

Deżinjazzjoni tal-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

105,0

0

BR

96,5

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

105,4

4

BR

103,1

4

AR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta’ sreidak jew ta' tiġieġ, iffriżati

205,3

28

BR

207,1

28

AR

263,5

11

CL

0207 14 50

Sdieri tat-tiġieġ, iffriżati

189,6

7

BR

146,3

20

AR

0207 14 60

Koxox tat-tiġieġ, iffriżati

104,1

12

BR

99,4

13

AR

0207 25 10

Karkassi tad-dundjani preżentazzjoni 80 %, iffriżati

223,4

0

BR

0207 27 10

Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

222,1

22

BR

237,6

18

CL

0408 11 80

Isfra tal-bajd

368,7

0

AR

0408 91 80

Bajd imnixxef bla qoxra

334,9

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ

262,1

7

BR

3502 11 90

Albumini mnixxfa tal-bajd

601,4

0

AR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/71


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 425/2009

tal-20 ta’ Mejju 2009

li jiffissa l-prezz massimu għax-xiri tal-butir għat-5 stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 186/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2009 (2) fetaħ ix-xiri ta’ butir bi proċedura ta’ sejħiet għall-offerti għal perijodu li jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2009, skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 105/2008 tal-5 ta’ Frar 2008 li jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 li jirrigwarda l-intervent fis-suq tal-butir (3).

(2)

Skont l-offerti li saru b'risposta għal stediniet individwali għall-offerti, għandu jiġi ffissat prezz massimu tax-xiri jew inkella jiġi deċiż li ma tintlaqa' l-ebda waħda mill-offerti, skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 105/2008.

(3)

Fid-dawl tal-offerti li saru b'risposta għat-5 stedina individwali għall-offerti, jeħtieġ li jiġi ffissat prezz massimu tax-xiri.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għat-5 stedina individwali għall-offerti għax-xiri ta’ butir fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 186/2009, li għaliha ż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fid-19 ta’ Mejju 2009, il-prezz massimu tax-xiri għandu jkun ta’ EUR 220,00/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 64, 10.3.2009, p. 3.

(3)  ĠU L 32, 6.2.2008, p. 3.


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/72


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 426/2009

tal-20 ta’ Mejju 2009

li jifissa l-prezz massimu tax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għall-3. stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 310/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 310/2009 (2) fetaħ ix-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta’ proċedura tas-sejħiet għall-offerti għall-perijodu li jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2009, skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 li jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 li jirrigwarda l-intervent fis-suq tat-trab tal-ħalib xkumat (3).

(2)

Skont l-offerti li saru b’risposta għal stediniet individwali għall-offerti, għandu jiġi ffissat prezz massimu tax-xiri jew inkella jiġi deċiż li ma tintlaqa’ l-ebda waħda mill-offerti, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 214/2001.

(3)

Fid-dawl tal-offerti li saru b’risposta għall-3. stedina individwali għall-offerti, jeħtieġ li jiġi ffissat prezz massimu tax-xiri.

(4)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-3. stedina individwali għall-offerti għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 310/2009 li għaliha ż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fid-19 ta' Mejju 2009, il-prezz massimu tax-xiri għandu jkun ta’ EUR 167,90/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 97, 16.4.2009, p. 13.

(3)  ĠU L 37, 7.2.2001, p. 100.


21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/73


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 427/2009

tal-20 ta’ Mejju 2009

li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l- OKS) (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 164(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li d-differenza bejn il-prezzijiet fin-negozju internazzjonali għall-prodotti li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 1(1)(s) u elenkati fil-Parti XIX ta’ l-Anness I ta’ dak ir-Regolament u l-prezzijiet fil-Komunità jistgħu jaqgħu taħt rifużjoni fuq l-esportazzjoni fejn dawk l-oġġetti huma esportati fil-forma ta’ oġġetti elenkati fil-Parti V ta’ l-Anness XX ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 ta' Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema ta’ l-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji għat-twaqqif ta’ ammont ta’ tali rifużjonijiet (2), jispeċifika l-prodotti li għalihom rata ta’ rifużjoni għandha tiġi stabbilita u li għandha tiġi applikata meta dawn il-prodotti huma esportati fil-forma ta’ oġġetti mniżżla fil-forma ta’ oġġetti elenkati fil-Parti V ta’ l-Annexss XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Skond l-Artikolu 14(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi inkwistjoni tkun stabbilita għal perjodu ta’ żmien ta’ l-istess tul bħal dawk li għalihom rifużjonijiet huma stabbiliti għall-istess prodotti li huma esportati fi stat mhux ipproċessat.

(4)

L-Artikolu 11 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluża taħt l-Uruguay Round jistipula li r-rifużjoni fuq l-esportazzjoni għal prodott li jinstab f’oġġett ma jistax jaqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr ipproċessar ulterjuri.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati tar-rifużjoni applikabbli għall-prodotti bażiċi mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 fl-Artikolu 1(1)(s) ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u esportati fil-forma ta’ oġġetti mniżżla fil-Parti V ta’ l-Anness XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom ikunu stabbiliti kif stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24.


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mill-21 ta’ Mejju 2009 tal-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness ta’ dan it-Trattat

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Destinazzjoni (1)

Rata tar-rifużjoni

0407 00

Bajd ta’ l-għasafar, fil-qoxra, frisk, ippreservat jew imsajjar:

 

 

– Tat-tjur:

 

 

0407 00 30

– – Oħra:

 

 

(a)

Fuq esportazzjoni ta’ ovalbumin tal-kodiċi NM 3502 11 90 u 3502 19 90

02

0,00

03

16,00

04

0,00

(b)

Fuq esportazzjoni ta’ oġġetti oħra

01

0,00

0408

Bajd ta’ l-għasafar, mhux fil-qoxra u l-isfar tal-bajd, friski, imnixxfa, imsajra permezz tal-fwar jew mgħollija fl-ilma, magħmula f’forma, iffriżati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk ikun fihom zokkor miżjud jew sustanza oħra li tagħti ħlewwa u kemm jekk le:

 

 

– L-isfar tal-bajd:

 

 

0408 11

– – Imnixxef:

 

 

ex 0408 11 80

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

56,48

0408 19

– – Oħra:

 

 

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

ex 0408 19 81

– – – – Likwidu:

 

 

Mhux miżjud bi ħlewwa

01

28,35

ex 0408 19 89

– – – – Iffriżat:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

28,35

– Oħra:

 

 

0408 91

– – Imnixxef:

 

 

ex 0408 91 80

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

35,78

0408 99

– – Oħra:

 

 

ex 0408 99 80

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

9,00


(1)  Id-destinazzjonijiet huma dawn li ġejjin:

01

Pajjiżi terzi. Għall-Iżvizzera u l-Lichtenstein dawn ir-rati m’humiex applikabbli għall-prodotti imniżżla fit-tabelli I u II tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972,

02

Il-Kuwajt, il-Baħrejn, l-Oman, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Jemen, it-Turkija, Ħong Kong SAR, u r-Russja,

03

Il-Korea ta’ Isfel, il-Ġappun, il-Malażja, it-Tajlandja, it-Tajwan u l-Filippini,

04

kull destinazzjoni ħlief l-Iżvizzera u dawk ta’ 02 u 03.


DIRETTIVI

21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/75


DIRETTIVA 2009/41/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Mejju 2009

dwar l-użu konfinat ta’ mikro-organiżmi modifikati ġenetikament

(Tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsultaw mal-Kumitat tar-Regjuni,

Waqt li jaġixxi konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/219/KEE tat-23 April 1990 dwar l-użu fil-magħluq ta’ mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (3) ġiet emendata kemm-il darba b’mod sinifikanti (4). Ladarba għandhom isiru emendi ġodda fid-direttiva msemmija, fl-interess taċ-ċarezza huwa mixtieq li d-dispożizzjonijiet imsemmija jiġu mfassla mill-ġdid.

(2)

Taħt it-Trattat, l-azzjoni mill-Komunità li tirrigwarda l-ambjent għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju li għandha tittieħed azzjoni preventiva u li l-iskop tagħha għandu jkun, fost affarjiet oħra, il-preżervazzjoni, il-protezzjoni u titjib ta’ l-ambjent u biex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem.

(3)

Il-miżuri dwar l-evalwazzjoni u l-aqwa użu tal-bioteknoloġija fir-rigward tal-ambjent huma qasam ta’ prijorità li fuqhom għandha tikkonċentra l-azzjoni Komunitarja.

(4)

L-iżvilupp tal-bioteknoloġija huwa tali li jikkontribwixxi għall-espansjoni ekonomika tal-Istati Membri. Dan jinvolvi l-użu ta’ mikro-organiżmi ġenetikament modifikati (genetically modified micro-organisms, GMMs) f’operazzjonijiet ta’ tipi u ta’ skali diversi.

(5)

L-użu konfinat ta’ GMMs għandu jkun tali li jiġu limitati l-konsegwenzi possibbli li jkunu negattivi għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, waqt li tingħata importanza lill-prevenzjoni tal-aċċidenti u l-kontrol tal-iskart.

(6)

GMMs li jintremew mingħajr disposizzjonijiet adatti għal miżuri speċifiċi ta’ konteniment sabiex jiġi limitat il-kuntatt tagħhom mal-popolazzjoni ġenerali u ma’ l-ambjent ma jaqgħux taħt l-iskop ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Tista' tapplika leġislazzjoni Komunitarja oħra bħad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar it-tixrid volontarju ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (5).

(7)

Il-mikro-organismi, jekk jiġu meħlusa fl-ambjent fi Stat Membru wieħed matul l-użu konfinat tagħhom, jistgħu jirriproduċu u jinfirxu, jaqsmu fruntieri nazzjonali u b’hekk jaffettwaw Stati Membri oħra.

(8)

Sabiex jintlaħaq żvilupp sigur tal-bioteknoloġija fil-Komunità kollha, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri komuni għall-evalwazzjoni u tnaqqis tar-riskji potenzjali li jinħolqu matul l-operazzjonijiet kollha li jinvolvu l-użu konfinat ta’ GMMs u li jistabilixxu kondizzjonijiet xierqa ta’ użu.

(9)

In-natura preċiża u l-iskala tar-riskji assoċjati ma’ l-użu konfinat tal-GMMs għadhom m' humiex magħrufa għal kollox u r-riskju nvolut għandu jiġi evalwat separatament. Sabiex jiġi evalwat ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti għall-evalwazzjoni tar-riskju.

(10)

L-użu konfinat ta’ GMMs għandu jkun kklassifikat għar-rigward tar-riskji li dawn jippreżentaw għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Din il-klassifikazzjoni għandha tkun konformi mal-prassi internazzjonali u għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju.

(11)

Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni, il-konteniment u l-miżuri protettivi l-oħra applikati għal użu konfinat għandhom jikkorrispondu għall-klassifikazzjoni tal-użu konfinat. F’każ ta’ inċertezza, il-konteniment adegwat u miżuri protettivi oħra għall-klassifikazzjoni aktar għolja għandhom jiġu applikati sa meta jkunu ġustifikati, permezz ta’ data adegwata, miżuri anqas strinġenti.

(12)

Għall-attivitajiet l-oħrajn kollha li jinvolvu l-GMMs il-prinċipji ta’ prassi mikrobijoloġika tajba u sigurtà u iġjene tajba fuq ix-xogħol għandhom japplikaw taħt il-leġislazzjoni Komunitarja relevanti.

(13)

Għandhom jiġu applikati miżuri adegwati ta’ konteniment fid-diversi stadji ta’ operazzjoni sabiex jiġu kontrollati l-emissjonijiet u r-rimi ta’ materjal mill-użu konfinat tal-GMMs, u sabiex jiġu evitati l-aċċidenti.

(14)

Kull persuna, qabel ma tagħmel għall-ewwel darba użu konfinat minn GMMs f’installazzjoni partikolari, għandha tibgħat notifika lill-awtorità kompetenti sabiex dik l-awtorità tkun sodisfatta li l-installazzjoni proposta hija adegwata biex l-attività titwettaq b’mod li ma jinħoloqx perikolu għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

(15)

Huwa wkoll neċessarju li jiġu stabbiliti proċeduri adegwati għall kull notifika ta’ kull każ ta’ operazzjonijiet speċifiċi li jinvolvu l-użu konfinat ta’ GMMs, b'kont meħud tal-grad tar-riskju involut.

(16)

Fil-każ ta’ operazzjonijiet li jinvolvu riskju għoli, għandu jinkiseb il-kunsens tal-awtorità kompetenti.

(17)

Il-konteniment u l-miżuri protettivi oħra applikati għall-użu konfinat għandhom jiġu riveduti perjodikament.

(18)

Jista' jitqies li huwa xieraq li jiġi kkonsultat il-pubbliku dwar l-użu konfinat ta’ GMMs.

(19)

Il-persuni involuti fl-użu konfinat għandhom jiġu kkonsultati konformement mar-rekwiżiti tal-leġislazzjoni Komunitarja relevanti, b’mod partikolari Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma’ l-esposizzjoni għal aġenti bioloġiċi fuq ix-xogħol (is-seba' Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (6).

(20)

Għandhom jittieħdu miżuri adegwati sabiex tiġi mgħarrfa kull persuna li x’aktarx tista' tiġi affetwata minn xi aċċident dwar il-miżuri kollha li jirrigwardaw s-sigurtà.

(21)

Għandhom jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ emerġenza sabiex l-aċċidenti jiġu indirizzati b’mod effettiv.

(22)

Jekk iseħħ xi aċċident, l-utent għandu jinforma minnufih lill-awtorità kompetenti u jikkomunika l-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-impatt tal-aċċident u sabiex tittieħed l-azzjoni adegwata.

(23)

Huwa xieraq li l-Kummissjoni, waqt li tikkonsulta lill-Istati Membri, tistabbilixxi proċedura għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar aċċidenti u li l-Kummissjoni tistabbilixxi reġistru ta’ dawn l-aċċidenti.

(24)

L-użu konfinat ta’ GMMs ġewwa l-Komunità għandu jiġi sorveljat u għal dan il-għan l-Istati Membri għandhom jagħtu ċerta informazzjoni lill-Kummissjoni.

(25)

Sabiex ikunu kunsidrati siguri għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, il-GMMs għandhom jissodisfaw il-lista ta’ kriterji kif definiti fl-Anness II, Part B. Sabiex tiġi kkunsidrata l-ħeffa li biha qiegħda tavvanza l-bijoteknoloġija, in-natura tal-kriterji li jridu jiġu żviluppati u l-iskop limitat ta’ din il-lista, huwa xieraq li l-Kunsill jirrivedi dawn il-kriterji, li għandhom ikunu, fejn neċessarju, supplimentati b’noti dettaljati ta’ gwida sabiex jiġi facilitat l-applikazzjoni tagħhom.

(26)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni u għall-adozzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati konformement mad-Deciżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (7).

(27)

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-emendi meħtieġa biex tadatta l-Annessi II, III, IV u V għall-progress tekniku, u biex tadatta l-Anness II, Parti C. Ladarba dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, jeħtieġ li dawn jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(28)

L-elementi ġodda introdotti f'din id-Direttiva jikkonċernaw biss il-proċeduri tal-kumitati. Għalhekk m'hemmx bżonn li jiġu trasposti mill-Istati Membri.

(29)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi elenkati fl-Anness VI, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri komuni għall-użu konfinat ta’ mikro-organiżmi ġenetikament modifikati bi skop li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“mikro-organiżmu” jfisser kull entità mikrobijoloġika, ċellulari jew mhiex ċellulari, li kapaċi li tirreplika ruħha jew li tittrasferixxi materjal ġenetiku, inklużi virus, virojdi, u ċelloli tal-annimali u tal-pjanti f’kultura;

(b)

“mikro-organiżmu modifikat ġenetikament” (GMM) jfisser mikro-organiżmu li fih il-materjal ġenetiku nbidel b’mod li ma jseħħx b’mod naturali bit-tgħammir u/jew b’rikombinazzjoni naturali; taħt din id-definizzjoni:

(i)

il-modifikazzjoni ġenetika sseħħ tal-inqas permezz tal-użu tal-metodi ta’ teknika elenkati fl-Anness I, Parti A;

(ii)

il-metodi ta’ teknika msemmija fl-Anness I, Parti B, m’humiex meqjusa li jirriżultaw f’modifikazzjoni ġenetika;

(c)

“użu konfinat” tfisser kull operazzjoni li fiha l-mikro-organiżmi jiġu modifikati ġenetikament jew li fihom l-mikro-organiżmi modifikati ġenetikament huma kkulturati, preżervati, trasportati, meqruda, mormija jew b'xi mod ieħor użati u li għalihom jiġu użati miżuri speċifiċi ta’ konteniment biex jillimitaw il-kuntatt tagħhom mal-popolazzjoni ġenerali u l-ambjent, kif ukoll sabiex jipprovdu għal livell għoli ta’ sigurta għall-popolazzjoni ġenerali u għall-ambjent;

(d)

“aċċident” ifisser kull inċident li jinvolvi r-rilaxx sinifikanti u involontarju ta’ GMMs matul l-użu konfinat tagħhom li jista’ jippreżenta perikolu immedjat jew ritardat għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent;

(e)

“utent” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-użu konfinat ta’ GMMs;

(f)

“notifika” tfisser il-preżentazzjoni tal-informazzjoni rekwiżita lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru.

Artikolu 3

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(1), din id-Direttiva ma għandhiex tapplika:

(a)

fejn il-modifikazzjoni ġenetika tinkiseb permezz tal-użu ta’ teknika/metodi elenkati fl-Anness II, Parti A; jew

(b)

għal kull użu konfinat li jinvolvi biss tipi ta’ GMMs li jissodisfaw l-kriterji elenkati fl-Anness II, Parti B li s-sigurtà tagħhom għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent tiġi stabbilita. Dawn it-tipi ta’ GMMs għandhom jiġu elenkati fl-Anness II, Parti Ċ.

2.   L-Artikoli 4(3) u (6) u l-Artikoli 5 sa 11 ma għandhomx japplikaw għat-trasport ta’ GMMs fuq it-triq, bil-ferrovija, fuq passaġġi tal-ilma interni, bil-baħar jew bl-ajru.

3.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-preżervazzjoni, kultivazzjoni, trasport, qerda, rimi jew użu ta’ GMMs li jkunu tqiegħdu fis-suq taħt id-Direttiva 2001/18/KE jew taħt xi leġislazzjoni Komunitarja oħra li tipprevedi xi stima speċifika tar-riskju ambjentali simili għal dik stabbilita fl-imsemmija Direttiva, sakemm l-użu konfinat ikun konformi mal-kondizzjonijiet, jekk ikun hemm, tal-kunsens għat-tqegħid fis-suq.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri adatti kollha sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent li jistgħu jirriżultaw mill-użu konfinat ta’ GMMs.

2.   Għal dan il-għan, l-utent għandu jwettaq valutazzjoni tal-użu konfinat fir-rigward tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent li jistgħu jirriżultaw minn dak l-użu konfinat, u għandu juża bħala minimu l-elementi ta valutazzjoni u l-proċedura stabbilita fl-Anness III, taqsimiet A u B.

3.   Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha twassal għall-klassifikazzjoni finali tal-użu konfinat f’erba' klassijiet li japplikaw il-proċedura stabbilita fl-Anness III, li għandha twassal għall-iffissar tal-livelli ta’ konteniment konformement mal-Artikolu 5:

Klassi 1

:

attivitajiet b’ebda riskju jew b’riskju negliġibbli, jiġifieri attivitajiet li għalihom il-livell 1 ta’ konteniment huwa adegwat biex jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

Klassi 2

:

attivitajiet ta’ riskju baxx, jiġifieri attivitajiet li għalihom il-livell 2 ta’ konteniment huwa adegwat biex jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

Klassi 3

:

attivitajiet ta’ riskju moderat, jiġifieri attivitajiet li għalihom il-livell 3 ta’ konteniment huwa adegwat biex jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

Klassi 4

:

attivitajiet ta’ riskju għoli, jiġifieri attivitajiet li għalihom il-livell 4 ta’ konteniment huwa adegwat biex jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

4.   Fejn ikun hemm dubju dwar liema klassi tkun adatta għall-użu konfinat propost, għandhom jiġu applikati l-miżuri li jkunu aktar strinġenti ħlief jekk, bi qbil ma’ l-awtorità kompetenti, ikun hemm provi biżżejjed li jiġġustifikaw l-applikazzjon ta’ miżuri anqas strinġenti.

5.   Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tqis b’mod speċjali l-kwistjoni ta’ rimi ta’ skart u efflussi. Fejn ikun il-każ, għandhom jiġu implimentati miżuri ta’ sigurtà sabiex jiġu protetti s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

6.   L-utent għandu jżomm rekord tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u dan għandu jitpoġġa għad-disposizzjoni tal-awtorità kompetenti f’forma adegwata bħala parti min-notifika taħt l-Artikoli 6, 8 u 9 jew meta mitlub.

Artikolu 5

1.   L-utent għandu japplika, ħlief sa fejn il-paragrafu 2 tal-Anness IV jippermetti li jiġu applikati miżuri oħrajn, il-prinċipji ġenerali u l-miżuri adegwati ta’ konteniment u miżuri protettivi oħra stabbiliti fl-Anness IV li jikkorrispondu għall-klassi tal-użu konfinat, sabiex l-esposizzjoni tal-post tax-xogħol u tal-ambjent għal kull GMM tinżamm f’livell raġonevolment u prattikament l-aktar baxx, u sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà.

2.   Il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2) u l-miżuri ta’ konteniment u miżuri protettivi oħrajn applikati għandhom jiġu riveduti perjodikament, u minnufih jekk:

(a)

il-miżuri ta’ konteniment applikati m’għadhomx adegwati jew il-klassi assenjata għall-użu konfinat m’għadhiex korretta, jew

(b)

ikun hemm raġuni li tiġġustifika s-suspett li l-valutazzjoni m’għadhiex adegwata meta ġudikata fid-dawl ta’ konoxxenza xjentifika jew teknoloġika ġdid.

Artikolu 6

Meta xi fond ikun sejjer jintuża għall-ewwel darba għal użu konfinat, l-utent huwa meħtieġ jagħti lill-awtoritajiet kompetenti, qabel ma jagħti bidu għal dan l-użu, notifika li tinkludi ta’ mill-inqas l-informazzjoni elenkata fl-Anness V, Parti A.

Artikolu 7

Wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 6, l-użu konfinat sussegwenti taħt il-klassi 1 jista’ jissokta mingħajr notifikazzjoni ulterjuri. L-utenti ta’ GMMs f’użu konfinat taħt il-klassi 1 huma meħtieġa jżommu rekord ta’ kull valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(6), li għandu jitpoġġa għad-disposizzjoni tal-awtorità kompetenti meta ssir talba.

Artikolu 8

1.   Għall-ewwel użu u għal użu konfinat sussegwenti taħt il-klassi 2 li jkunu sejrin jitwettqu f’fond notifikat taħt l-Artikolu 6, għandha tingħata notifika li jkun fiha l-informazzjoni elenkata fl-Anness V, Parti B.

2.   Jekk il-fond ikun ġie indikat f’notifika preċedenti biex isir użu konfinat taħt il-klassi 2 jew klassi ogħla u jekk r-rekwiżiti tal-kunsens relatati jkunu ġew sodisfatti, l-użu konfinat tal-klassi 2 jista’ jissokta immedjatament wara n-notifika l-ġdida.

L-applikant jista’, madanakollu, jitlob huwa stess deċiżjoni dwar awtorizzazzjoni formali mill-awtorità kompetenti. Din id-deċiżjoni għandha tittieħed fi żmien massimu ta’ 45 jum min-notifika.

3.   Jekk il-fond ma ġiex indikat f’notifika preċedenti biex isir użu konfinat taħt il-klassi 2 jew ogħla, l-użu konfinat taħt il-klassi 2 jista’, fin-nuqqas ta’ indikazzjoni kuntrarja mill-awtorità kompetenti, jissokta 45 jum wara l-preżentazzjoni tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1, jew aktar kmieni bi ftehim ma’ l-awtorità kompetenti.

Artikolu 9

1.   Sabiex l-użu konfinat għall-ewwel darba u sussegwentement taħt il-klassi 3 jew il-klassi 4 ikun jista' jitwettaq fil-fond notifikat taħt l-Artikolu 6, għandha tingħata notifika li tinkludi l-informazzjoni elenkata fl-Anness V, Parti Ċ.

2.   L-użu konfinat tal-klassi 3 jew ogħla ma jistax jissokta mingħajr il-kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti li għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha bil-miktub:

(a)

sa m’hux aktar tard minn 45 jum wara l-preżentata tan-notifika l-ġdida, fil-każ ta’ fond li ġie indikat f’notifika preċedenti biex jitwettaq użu konfinat tal-klassi 3 jew klassi ogħla u fejn kull rekwiżit ta’ kunsens relatat ikunu ġie sodisfatt għall-istess klassi jew klassi ogħla minn dik tal-użu konfinat li jkun prospettat li jsir;

(b)

sa m’hux aktar tard minn 90 jum wara l-preżentata tan-notifika, f’każijiet oħrajn.

Artikolu 10

1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti biex jimplimentaw il-miżuri li huma jadottaw fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u biex jirċievu u jirrikonoxxu n-notifiki msemmija fl-Artikoli 6, 8 u 9.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżaminaw il-konformità tan-notifiki mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, ir-reqqa u l-kompletezza tal-informazzjoni mogħtija, ir-reqqa tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2) u l-klassi ta’ użu konfinat u, fejn il-każ, kemm huma adattati l-miżuri ta’ konteniment u miżuri protettivi oħrajn, il-ġestjoni tal-iskart, u miżuri ta’ reazzjoni għal emerġenza.

3.   Jekk ikun meħtieġ, l-awtorità kompetenti tista’:

(a)

tesiġi mill-utent aktar informazzjoni jew titolbu jimmodifika l-kondizzjonijiet tal-użu konfinat propost jew biex jemenda l-klassi assenjata għall-użu konfinat. F’dan il-każ, l-awtorità kompetenti tista’ teħtieġ li l-użu konfinat, jekk ikun propost, ma jibdiex, jew, jekk ikun għaddej, li jiġi sospiż jew mitmum, sa meta l-awtorità kompetenti tkun tat l-approvazzjoni tagħha fuq il-bażi tal-informazzjoni ulterjuri miksuba jew tal-kondizzjonijiet modifikati tal-użu konfinat;

(b)

tillimita ż-żmien li għalih l-użu konfinat għandu jkun permess jew tagħmlu suġġett għall-ċerti kondizzjonijiet speċifiċi.

4.   Sabiex jiġu kkalkulati l-perjodi msemmija fl-Artikoli 8 u 9, kull perjodu ta’ żmien li matulu l-awtorità kompetenti:

(a)

tkun qed tistenna xi informazzjoni ulterjuri li hija tkun talbet mingħand in-notifikant taħt il-punt (a) tal-paragrafu 3, jew

(b)

tkun qiegħda twettaq inkjesta jew konsultazzjoni pubblika taħt l-Artikolu 12 m’għandux jitqies.

Artikolu 11

1.   Jekk l-utent isir jaf b’xi informazzjoni relevanti ġdida jew jimmodifika l-użu konfinat b’tali mod li jista’ jkollu konsegwenzi sinifikanti għar-riski preżentati minnu, l-awtorità kompetenti għandha tiġi mgħarrfa mill-aktar fis possibbli u n-notifika taħt l-Artikoli 6, 8 u 9 għandha tiġi modifikata.

2.   Jekk sussegwentement xi informazzjoni ssir disponibbli għall-awtorità kompetenti li jista’ jkollha konsegwenzi sinifikanti għar-riskji preżentati mill-użu konfinat, l-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-utent biex jimmodifika l-kondizzjonijiet ta’, jissospendi jew iwaqqaf l-użu konfinat.

Artikolu 12

Fejn Stat Membru jidhirlu li dan huwa xieraq, jista’ jistabbilixxi li xi gruppi jew il-pubbliku għandhom jiġu konsultati dwar kull aspett tal-użu konfinat propost, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18.

Artikolu 13

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li, fejn ikun meħtieġ, qabel ma tibda operazzjoni:

(a)

jitfassal pjan ta’ emergenza għall-użu konfinat meta l-falliment ta’ miżuri ta’ konteniment jistgħu jwasslu għal perikolu serju, kemm immedjat jew ritardat, lill-bnedmin barra l-fond u/jew lill-ambjent, ħlief fejn tali pjan ta’ emerġenza ikun tfassal taħt leġislazzjoni Komunitarja oħra;

(b)

l-informazzjoni dwar pjanijiet bħal dawn ta’ sigurtà, inklużi l-miżuri ta’ sigurtà rilevanti li jkollhom jiġu applikati, tingħata b’mod adegwat, u mingħajr ma jkollhom bżonn jitolbuha, lill-korpi u awtoritajiet li x’aktarx ikunu affettwati mill-aċċident. L-informazzjoni għandha tiġi aġġornata f’intervalli xierqa. Din għandha tkun ukoll disponibbli għall-pubbliku.

2.   L-Istati Membri involuti għandhom simultanjament ipoġġu għad-disposizzjoni tal-Istati Membri l-oħra involuti, bħala bażi tal-konsultazzjoni meħtieġa fil-qafas tar-relazzjonijiet bilaterali tagħhom, l-istess informazzjoni li tiġi disseminata liċ-ċittadini tagħhom.

Artikolu 14

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li, f’każ ta’ aċċident, l-utent ikun meħtieġ li jinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti speċifikata fl-Artikolu 10 u jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

iċ-ċirkustanzi tal-aċċident;

(b)

l-identità u l-kwantitajiet ta’ GMMs konċernati;

(c)

kull informazzjoni meħtieġa biex issir stima tal-effetti tal-aċċident fuq is-saħħa tal-popolazzjoni ġenerali u l-ambjent;

(d)

il-miżuri ta’ emergenza li ttieħdu.

2.   Fejn tingħata xi informazzjoni taħt il-paragrafu 1, l-Istati Membri huma meħtieġa li:

(a)

jiżguraw li tittieħed kull miżura meħtieġa, u li javżaw minnufih lil kull Stat Membru li jista’ jkun affettwat mill-aċċident;

(b)

jiġbru, fejn ikun possibbli, l-informazzjoni neċessarja għall-analiżi sħiħa tal-aċċident u, fejn ikun il-każ, jagħmlu rakkomandazzjonijiet biex jiġu evitati aċċidenti simili fil-futur u jillimittaw l-effetti tagħhom.

Artikolu 15

1.   L-Istati Membri huma meħtieġa li:

(a)

jikkonsultaw ma’ Stati Membri oħra, li x’aktarx ikunu affetwati fil-każ ta’ aċċident, dwar l-implimentazzjoni proposta ta’ pjanijiet ta’ emerġenza;

(b)

jinformaw lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli b’kull aċċident fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, filwaqt li jagħtu dettalji taċ-ċirkustanzi tal-aċċident, l-identità u l-kwantitajiet ta’ GMMs konċernati, il-miżuri meħuda bħala risposta għall-emerġenza u l-effikaċja tagħhom, u analiżi tal-aċċident, inklużi r-rakkommandazzjonijiet maħsuba biex jillimitaw l-effetti tiegħu u jevitaw aċċidenti simili fil-futur.

2.   Il-Kummissjoni, filwaqt li tikkonsulta lill-Istati Membri, għandha tistabbilixxi proċedura għall-iskambju ta’ informazzjoni taħt il-paragrafu 1. Hija għandha tistabbilixxi wkoll u żżomm għad-disposizzjoni tal-Istati Membri reġistru ta’ aċċidenti li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, inkluża analiżi tal-kawżi tal-aċċidenti, l-esperjenza miksuba u l-miżuri meħuda biex jiġu evitati aċċidenti simili fil-futur.

Artikolu 16

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtorità kompetenti torganizza ispezzjonijiet u miżuri oħra ta’ kontroll biex tiżgura konformità ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 17

1.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, fl-aħħar ta’ kull sena, rapport fil-qosor dwar l-użu konfinat taħt il-klassi 3 u l-klassi 4 notifikati matul dik is-sena taħt l-Artikolu 9 inklużi d-deskrizzjoni, l-iskop u r-riskji tal-użu konfinat.

2.   Kull tliet snin, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport fil-qosor dwar l-esperjenza taħt din id-Direttiva.

3.   Kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport fil-qosor ibbażat fuq ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 2.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tippubblika informazzjoni statistika ġenerali dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u materja relatata, sakemm dawn ma jikkonsistux f’informazzjoni li x’aktarx tikkawża ħsara lill-posizzjoni kompettitiva tal-utent.

Artikolu 18

1.   Meta l-iżvelar tagħha jaffettwa wieħed jew iżjed mill-elementi msemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali (8), in-notifikant jista’ jindika l-informazzjoni fin-notifiki preżentati taħt din id-Direttiva li għandhom jitqiesu bħala kunfidenzjali. Għandha tingħata ġustifikazzjoni li tista’ tiġi vverifikata f’każijiet bħal dawn.

L-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi, wara konsultazzjoni man-notifikant, liema informazzjoni għandha tinżamm kunfidenzjali u għandha tinforma lin-notifikant bid-deċiżjoni tagħha.

2.   L-informazzjoni li ġejja, meta mogħtija taħt l-Artikoli 6, 8 u 9, f’ebda każ ma tista’ tinżamm kunfidenzjali:

(a)

il-karatteristiċi ġenerali tal-GMMs, l-isem u l-indirizz tan-notifikant, il-post tal-użu;

(b)

il-klassi ta’ użu konfinat u l-miżuri ta’ konteniment;

(c)

l-istima tal-effetti prevedibbli, b’mod partikolari kull effett dannuż fuq saħħet il-bniedem u l-ambjent.

3.   Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jiżvelaw informazzjoni li taħt it-tieni subparagrafu ta’ paragrafu 1 tkun ġiet meqjusa kunfidenzjali u li tkun ġiet notifikata jew mogħtija b’xi mod ieħor taħt din id-Direttiva lil terzi, u għandhom jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intelletwali relatati mad-data riċevuta.

4.   Jekk, għall xi raġuni, in-notifikant jirtira n-notifikazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tirrispetta l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni mogħtija.

Artikolu 19

Il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, maħsuba sabiex jiġu adattati l-Annessi II, III, IV u V għall-progress tekniku, u sabiex jiġi adattat l-Anness II, Parti Ċ, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(2).

Artikolu 20

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħejuna minn kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad -disposizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

Artikolu 21

Id-Direttiva 90/219/KEE, kif emendata mill-atti elenkati fl-Anness VI, Parti A, hija b'dan imħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi elenkati fl-Anness VI, Parti B.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw abbażi tat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII.

Artikolu 22

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 23

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, 6 ta’ Mejju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. KOHOUT


(1)  ĠU C 162, 25.6.2008, p. 85.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2008 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Marzu 2009.

(3)  ĠU L 117, 8.5.1990, p. 1.

(4)  Ara l-Anness VI, Parti A.

(5)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.

(6)  ĠU L 262, 17.10.2000, p. 21.

(7)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(8)  ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.


ANNESS I

PARTI A

Il-metodi ta’ teknika ta’ modifikazzjoni ġenetika msemmija fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 2 huma, fost oħrajn:

1.

Metodi ta’ teknika rikombinanti tal-aċtu nuklejku li jinvolvu l-formazzjoni ta’ kumplessi ġodda ta’ materja ġenetiku permezz tal-inserzjoni ta’ molekuli ta’ aċtu nuklejku magħmula bi kwalunkwe mezz barra organiżmu, f’kull tip ta’ virus, plasmidu batterjali jew sistema oħra ta’ vettur u l-inkorporazzjoni tagħhom f’organismu ospiti li fih ma jseħħux b’mod naturali imma li huma kapaċi jkattru b’mod kontinwu.

2.

Metodi ta’ teknika li jinvolvu l-introduzzjoni diretta f’mikro-organiżmu ta’ materjal li jista’ jintiret ippreparat barra l-mikro-organiżmu li jinkludu l-mikro-injezzjoni, il-makro-injezzjoni u l-mikro-inkapsulament.

3.

Il-fużjoni ta’ ċelloli jew tekniċi ta’ ibridiżmu fejn ċelloli ħajjin b’kombinazzjonijiet ġodda ta’ materjal ġenetiku li jintiret huma fformati permezz ta’ għaqda ta’ żewġ ċelloli jew aktar permezz ta’ metodi li ma jseħħux b’mod naturali.

PARTI B

Metodi ta’ teknika msemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 2 li m’humiex meqjusa li jirriżultaw f’modifikazzjoni ġenetika, fuq kondizzjoni li ma jinvolvux l-użu ta’ molekuli rekombinanti ta’ aċtu nuklejku jew GMMs magħmula b’metodi ta’ teknika/mezzi minbarra l-metodi ta’ teknika/mezzi esklużi mill-Anness II, PARTI A:

(1)

fertilizzazzjoni in vitro;

(2)

proċessi naturali bħal: konjugazzjoni, transduction, trasformazzjoni;

(3)

induzzjoni b’polyploidy.


ANNESS II

PARTI A

Metodi ta’ teknika ta’ modifikazzjoni ġenetika li jipproduċu mikro-organiżmi li għandhom jiġu esklużi minn din id-Direttiva, fuq kondizzjoni li ma jinvolvux l-użu ta’ molekuli tal-aċtu nuklejku rekombinanti jew GMMs minbarra dawk magħmula permezz ta’ wieħed jew iżjed mill-metodi ta’ teknika/metodi elenkati hawn isfel:

1.

Mutaġenesi.

2.

Fużjoni ta’ ċelloli (inkluża l-fużjoni ta’ protoplast) ta’ speċi prokarjotiċi li jiskambjaw materjal ġenetiku permezz ta’ proċessi fiżjoloġiċi magħrufa.

3.

Fużjoni ta’ ċelloli (inkluża l-fużjoni ta’ protoplast) ta’ ċelloli ta’ kull speċi ewkarjotika, inkluża l-produzzjoni ta’ ibridomi u fużjonijiet ta’ ċelloli tal-pjanti.

4.

L-awto-kklonjazzjoni li tikkonsisti fit-tneħħija tas-sekwenzi ta’ aċidu nuklejku minn ċellola ta’ organiżmu li tista’ tkun jew ma tkunx segwita mill-inserzjoni mill-ġdid ta’ dak l-aċidu nuklejku kollu jew parti minnu (jew ekwivalent sintetiku), b’passi preċedenti enżimatiċi jew mekkaniċi jew mingħajrhom, f’ċelloli tal-istess speċi jew f’ċelloli ta’ speċi relatati mill-qrib b’mod filoġenetiku li jistgħu jiskambjaw materjal ġenetiku permezz ta’ proċessi fiżjoloġiċi naturali meta ma jkunx probabbli li l-mikro-organiżmu riżultanti jista’ jikkawża mard fil-bnedmin, fl-annimali jew fil-pjanti.

L-awto-klonazzjoni tista’ jinkludi l-użu ta’ vetturi rekombinanti bi storja estiża ta’ użu sigur fil-mikro-organiżmi partikolari.

PARTI B

Il-kriterji li jistabbilixxu s-sigurta’ ta’ GMMs rigward is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent

Dan l-Anness jiddeskrivi f’termini ġenerali l-kriterji li jridu jintlaħqu meta tiġi stabbilita s-sigurtà ta’ tipi ta’ GMMs għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent u kemm ikunu adatti biex jiddaħħlu fil-Parti Ċ. Noti ta’ gwida teknika jistgħu jiġu żviluppati konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 20(3) sabiex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-ispjegazzjoni ta’ dan l-Anness.

1.   Daħla

It-tipi ta’ GMMs elenkati fil-lista fil-Parti Ċ b’mod konformi mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(2) huma esklużi mill-iskop ta’ din id-Direttiva. Jiġu miżjuda GMMs mal-lista fuq il-bażi ta’ każ b’każ u t-tħollija barra jrid ikollha x’taqsam ma’ kull wieħed mill-GMMs identifikati biċ-ċar. Din l-esklużjoni tapplika biss meta l-GMM użat taħt il-kondizzjonijiet ta’ użu mrażżan kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 2. Ma tapplikax għar-rilaxx intenzjonat tal-GMMs. Biex GMM jiddaħħal fil-lista fil-Parti Ċ, irid jiġi ppruvat li huwa konformement mal-kriterji mogħtija hawn taħt.

2.   Il-Kriterji ġenerali

2.1.   Verifika/attestat tan-nisel

Trid tiġi stabbilita bil-preċiż l-identità tan-nisel. Trid tiġi magħrufa u verifikata l-modifika.

2.2.   Xhieda dokumentata u stabbilita tas-sigurtà

Trid tiġi pprovduta xhieda dokumentata tas-sigurtà tal-organiżmu.

2.3.   Stabbilità ġenetika

Fejn xi instabbilità tista’ taffettwa s-sigurtà avversament, tinħtieġ xhieda tal-istabbilità.

3.   Kriterji speċifiċi

3.1.   Mhux patoġeniku

Il-GMM ma għandhux ikollu l-kapaċità li jikkawża marda jew ħsara lil bniedem, pjanta jew annimal b’saħħtu. Ġaladarba l-patoġenetiċità tinkludi kemm it-tossiġeniċità u kemm l-allerġeniċità, il-GMM għandu għalhekk ikun:

3.1.1.   Mhux tossiġeniku

Il-GMM ma għandux jipproduċi tossiġeniċità miżjuda b’riżultat tal-modifika ġenetika u lanqas ma għandu jintgħaraf mill-proprjetajiet tossiġenetiċi tiegħu.

3.1.2.   Mhux allerġeniku

Il-MOGM ma għandux jipproduċi allerġeniċità miżjuda b’riżultat tal-modifika ġenetika u lanqas ma għandu jkun allerġenu magħruf, li jkollu, per eżempju, allerġeniċità paragunabbli partikolarment ma’ dak ta’ mikro-organiżmi identifikati fid-Direttiva 2000/54/KE.

3.2.   L-ebda aġenti aċċidentali ta’ ħsara

Il-GMM ma għandux joffri kenn lil aġenti magħrufa bħala aċċidentali u ta’ ħsara bħal ma huma mikro-organiżmi oħra, attivi jew moħbija, li jeżistu maġenb jew ġewwa l-GMM li jistgħu jikkawżaw ħsara lis-saħħa tal-bniedem u lill-ambjent.

3.3.   It-trasferiment tal-materjal ġenetiku

Il-materjal modifikat ġenetikament ma jridx joħloq ħsara jekk jiġi trasferit u lanqas ma għandu jkun jista’ jittrasferixxi lilu nnifsu jew ikun trasferibbli bi frekwenza ikbar minn dik ta’ ġeni oħra ta’ dak li jirċevihom jew tal-mikro-organiżmu ġenitur.

3.4.   Is-sigurtà tal-ambjent fil-każ ta’ rilaxx sinifikanti u mhux intenzjonat

Il-GMMs ma jridux jipproduċu effetti avversi fl-ambjent, fil-pront jew bid-dewmien, jekk jiġri xi aċċident li jinvolvi r-rilaxx sinifikanti u mhux intenzjonat.

Il-GMMs li ma jkunux konformi mal-kriterji ta’ hawn fuq ma għandhomx jiddaħħlu fil-Parti Ċ.

PARTI C

Tipi ta’ GMMs li jissodisfaw il-kriterji elenkati fil-Parti B:

… (għandha timtela konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(2))


ANNESS III

prinċipji li għandhom jiġu segwiti għall-valutazzjoni msemmija fl-artikolu 4(2)

Dan l-Anness jiddeskrivi f’termini ġenerali l-elementi li għandhom jitqiesu u l-proċedura li trid tiġi segwita sabiex titwettaq l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2). Noti ta’ gwida teknika (1) jistgħu jiġu żviluppati konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 20(3) sabiex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-ispjegazzjoni ta’ dan l-Anness, b’mod partikulari fir-rigward tat-taqsima B.

A.   Elementi tal-valutazzjoni

1.

Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala effetti li potenzjalment jagħmlu l-ħsara:

mard fil-bnedmin inklużi effetti allerġeniċi jew tossiċi,

mard fl-annimali jew fil-pjanti,

effetti ta’ ħsara minħabba li jkun impossibbli li tingħata kura għall-marda jew li tingħata profilassi effettiva,

effetti ta’ ħsara minħabba l-istabbiliment jew t-tixrid fl-ambjent,

effetti ta’ ħsara minħabba t-trasferiment naturali ta’ materjal ġenetiku inserit lejn organiżmi oħrajn.

2.

L-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2) għandha tkun ibbażata fuq dawn li ġejin:

(a)

identifikazzjoni ta’ kull effett li potenzjalment jista’ jkun ta’ ħsara, b’mod partikolari dawk assoċjati ma’:

(i)

il-mikro-organiżmu reċipjent;

(ii)

il-materjal ġenetiku inserit (li joriġina mill-organiżmu donatur);

(iii)

il-vettur;

(iv)

il-mikro-organiżmu donatur (sakemm il-mikro-organiżmu donatur jintuża matul l-operazzjoni);

(v)

il-GMM riżultanti;

(b)

il-karatteristiċi tal-attività;

(c)

il-gravità tal-effetti li potenzjalment huma ta’ ħsara;

(d)

il-probabbiltà li jseħħ il-potenzjal ta’ effetti ta’ ħsara.

B.   Proċedura

3.

L-ewwel stadju fil-proċess ta’ valutazzjoni għandu jkun biex jiġu identifikati l-proprjetajiet ta’ ħsara tar-reċipjent u, fejn ikun il-każ, il-mikro-organiżmu donatur u kull karatteristikai ta’ ħsara assoċjata mal-vettur jew mal-materjal inserit, inkluża kull bidla fil-proprjetajiet eżistenti tar-reċipjent.

4.

B’mod ġenerali, huma biss dawk il-GMMs li juru l-karatteristiċi li ġejjin li għandhom jitqiesu bħala xierqa sabiex jiġu inklużi fil-klassi 1 kif definit fl-Artikolu 4(3):

(i)

il-mikro-organiżmu reċipjent jew parentali m’huwiex aktarx sejjer jikkawża mard fil-bnedmin, fl-annimali jew fil-pjanti (2);

(ii)

in-natura tal-vettur u l-inserzjoni jkunu tali li ma jagħtux lill-GMM fenotip li aktarx jista’ jikkawża mard fil-bnedmin, fl-annimali jew fil-pjanti (2), jew li aktarx jista’ jkollu effetti ta’ ħsara fuq l-ambjent;

(iii)

il-GMM m’huwiex aktarx ser jikkawża mard fil-bnedmin, fl-annimali jew fil-pjanti (2) u m’hux aktarx sejjer ikollu effetti ta’ ħsara fuq l-ambjent.

5.

Sabiex tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan il-proċess l-utent jistal-ewwelnett jikkunsdra l-leġislazzjoni Komunitarja relevanti (b’mod partikolari d-Direttiva 2000/54/KE ). Jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll l-iskemi ta’ klassifikazzjoni internazzjonali u nazzjonali (eż. Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, Istituti Nazzjonali tas-Saħħa,) u r-reviżjonijiet tagħhom dovuti għal konoxxenza xjentifika ġdida u għall-progress tekniku.

Dawn l-iskemi jirrigwardaw mikro-organiżmi naturali u għaldaqstant normalment huma bbażati fuq il-kapaċità tal-mikro-organiżmi li jikkawżaw mard fil-bnedmin, fl-annimali jew fil-pjanti u fuq il-gravità u t-trasmissibilità tal-mard li aktarx jista’ jiġi kkwawżat. Id-Direttiva 2000/54/KE tikklassifika l-mikro-organiżmi, bħala aġenti bijoloġiċi, f’erba’ klassijiet ta’ riskju fuq il-bażi tal-effetti potenzjali fuq bniedem adult b’saħħtu. Dawn il-klassijiet ta’ riskju jistgħu jintużaw bħala gwida għall-finijiet ta’ kategorizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ użu konfinat fl-erba’ klassijiet ta’ riskju msemija fl-Artikolu 4(3). L-utent jista’ jikkunsidra wkoll l-iskemi ta’ klassifikazzjoni li jirriferu għall-patoġeni tal-pjanti u tal-annimali (li normalment jiġu stabbiliti fuq bażi nazzjonali). L-iskemi ta’ klassifikazzjoni hawn fuq imsemmija jagħtu biss indikazzjoni proviżorja tal-klassi ta’ riskju tal-attività u s-sett korrisponenti ta’ miżuri ta’ konteniment u ta’ kontroll.

6.

Il-proċess ta’ identifikazzjoni tal-periklu mwettaq taħt il-punti 3 sa 5, għandu jwassal għall-identifikazzjoni tal-livell ta’ riskju assoċjat mal-GMM.

7.

L-għażla tal-miżuri ta’ konteniment u miżuri protettivi oħrajn għandha mbagħad issir fuq il-bażi tal-livell ta’ riskju assoċjat mal-GMMs, waqt li għandhom jiġu kkunsidrati wkoll:

(i)

il-karatteristiċi tal-ambjent li aktarx ikun sejjer jiġi espost (eż. jekk fl-ambjent li aktarx ikun sejjer jiġi espost għall-GMMs hemmx forom ta’ ħajja magħrufa li jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv bil-mikro-organiżmi użati fl-attività ta’ użu konfinat);

(ii)

il-karatteristiċi tal-attività (eż. l-iskala u/jew in-natura);

(iii)

kull operazzjoni m’hux standard (eż. it-tilqim ta’ annimali bil-GMMs; użu ta’ tagħmir li aktarx jiġġenera l-erosols).

Il-kunsiderazzjoni tal-punti (i) sa (iii) għal attività partikolari tista’ żżid, tnaqqas jew tħalli l-istess il-livell ta’ riskju marbut mal-GMM kif identifikat taħt punt 6.

8.

L-analiżi mwettqa kif deskritt hawn fuq fl-aħħar iwasslu għall-kategorizzazzjoni tal-attività taħt waħda mill-klassijiet deskritti fl-Artikolu 4(3).

9.

Il-klassifikazzjoni finali tal-użu konfinat għandha tiġi kkonfermata billi tiġi riveduta l-valutazzjoni kompleta msemmija fl-Artikolu 4(2).


(1)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/608/KE tas-27 ta’ Settembru 2000 dwar in-noti ta’ gwida għall-valutazzjoni tar-riskju deskritti fl-Anness III tad-Direttiva 90/219/KEE dwar l-użu fil-magħluq ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (ĠU L 258, 12.10.2000, p. 43).

(2)  Dan japplika biss għal annimali u pjanti fl-ambjent li aktarx ikun sejjer jiġi espost.


ANNESS IV

MIŻURI TA’ KONTENIMENT U MIŻURI PROTETTIVI OĦRAJN

Prinċipji Ġenerali

1.

Dawn it-tabelli jippreżentaw ir-rekwiżiti minimi u l-miżuri meħtieġa għal kull livell ta’ għeluq.

Il-konteniment jinkiseb ukoll permezz tal-użu ta’ prassi tax-xogħol tajba, taħriġ, apparat ta’ għeluq u disinn speċjali tal-installazzjoni. Għall-attivitajiet kollha li jinvolvu l-GMMs għandhom japplikaw il-prinċipji tal-prassi mikrobijoloġoika tajba u l-prinċipji li ġejjin ta’ sigurtà u iġene tajba fuq il-post tax-xogħol:

(i)

li l-esposizzjoni tal-post tax-xogħol u l-ambjent għal kull GMM tinżamm fuq l-aktar livell baxx li huwa prattikabbli;

(ii)

li jittieħdu miżuri ta’ kontroll ta’ inġinerija fis-sors u li dawn jiġu supplimentati bi ħwejjeġ personali u apparat prottettivi xierqa fejn ikun meħtieġ;

(iii)

li jiġu eżaminati u miżmuma b’mod adegwat l-miżuri ta’ kontroll u l-apparat;

(iv)

li jsiru eżamijiet, meta dan ikun meħtieġ, għall-preżenza ta’ organiżmi vijabbli tal-proċess barra l-konteniment fiżiku primarju;

(v)

li jingħata taħriġ lill-ħaddiema;

(vi)

li jiġu stabbiliti kumitati jew sottokumitati ta’ sigurtà bijoloġika, kif ikun meħtieġ;

(vii)

li jiġu fformulati u implimentati kodiċi ta’ prassi lokali għas-sigurtà tal-ħaddiema;

(viii)

fejn ikun il-każ li jintwerew sinjali tal-perikolu bijoloġiku;

(ix)

li l-ħaddiema jiġu pprovduti b’faċilitajiet ta’ ħasil u ta’ dekontaminazzjoni;

(x)

li jinżammu rekords adegwati;

(xi)

li jiġi projbit l-ikel, ix-xorb, it-tipjip, u l-applikazzjoni ta’ prodotti kosmetiċi jew il-preżervazzjoni ta’ ikel għall-konsum tal-bniedem fiż-żona tax-xogħol;

(xii)

li jiġi projbit l-ippippettjar bil-ħalq;

(xiii)

li jiġu stabbiliti proċeduri ta’ ħidma standard bil-miktub fejn dan ikun kunsiljabbli sabiex tiġi żgurata s-sigurtà;

(xiv)

li jkun hemm disponibbli diżinfettanti effettivi u proċeduri speċifikati ta’ diżinfettazzjoni f’każ li jixterdu xi GMMs;

(xv)

li jkun hemm post sigur fejn jistgħu jinħażnu t-tagħmir u l-materjali kontaminati tal-laboratorju, meta dan ikun kunsiljabbli.

2.

It-titoli tat-tabelli huma indikattivi:

 

It-tabella I A tippreżenta r-rekwiżiti minimi għall-attivitajiet tal-laboratorju.

 

It-Tabella I B tippreżenta żjidiet ma’ u modifiki fit-Tabella I A għal attivitajiet tas-serrer/kmamar tat-tkabbir li jinvolvu l-GMMs.

 

It-Tabella I Ċ tippreżenta żjidiet u modifiki għat-Tabella I A għal attivitajiet bl-annimali li jinvolvu l-GMMs.

 

It-Tabella II tippreżenta r-rekwiżiti minimi għal attivitajiet minbarra attivitajiet tal-laboratorju.

F’xi każijiet partikolari, jista’ jkun neċessarju li tiġi applikata taħlita ta’ miżuri, mit-Tabella I A u t-Tabella II, tal-istess livell.

F’xi każijiet l-utenti jistgħu, bi ftehim ma’ l-awtorità kompetenti, ma japplikawx speċifikazzjoni taħt livell ta’ konteniment partikolari jew iħalltu speċifikazzjonijiet minn żewġ livelli differenti.

F’dawn it-tabelli “fakoltattiv” tfisser li l-utent jista’ japplika dawn il-miżuri abbażi tal-merti ta’ kull każ partikolari, bla ħsara għall-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2).

3.

L-Istati Membri jistgħu, waqt li jimplimentaw dan l-Anness, jinkorporaw b’żjieda l-prinċipji ġenerali fil-punti 1 u 2 fit-tabelli li ġejjin fl-interessi taċ-ċarezza tar-rekwiżiti.

Tabella I A

Miżuri ta’ konteniment u miżuri protettivi oħrajn għal attivitajiet tal-laboratorju

Speċifikazzjonijiet

Livell ta’ konteniment

1

2

3

4

1

Laboratorju: iżolament (1)

Mhux meħtieġ

Mhux meħtieġ

Meħtieġ

Meħtieġ

2

Laboratorju: jista’ jiġi ssiġilat għall-fumigazzjoni

Mhux meħtieġ

Mhux meħtieġ

Meħtieġ

Meħtieġ

Tgħamir

3

Uċuħ li huma reżistenti għall-ilma, għall-aċidi, għall-alkali, għas-solventi, għad-diżinfettanti, aġenti ta’ dekontaminazzjoni u li jistgħu jiġu mnaddfa faċilment:

Meħtieġa (bank)

Meħtieġa (bank)

Meħtieġa (bank, art)

Meħtieġa (bank, art, saqaf, ħitan)

4

Dħul fil-laboratorju permezz tal-airlock  (2)

Mhux meħtieġa

Mhux meħtieġa

Fakoltattiv

Meħtieġa

5

Pressjoni negattiva relattiva għall-pressjoni tal-ambjent immedjat

Mhux meħtieġa

Mhux meħtieġa

Meħtieġa minbarra (3)

Meħtieġa

6

L-estrazzjoni u d-dħul tal-arja mill-laboratorju għandha tkun iffiltrata bil-metodu HEPA (4)

Mhux meħtieġa

Mhux meħtieġa

Meħtieġa (HEPA — estrazzjoni ta’ arja minbarra (3))

Meħtieġa (HEPA — estrazzjoni u d-dħul ta’ l-arja (5))

7

Post ta’ sigurtà mikrobijoloġika

Mhux meħtieġa

Fakoltattiv

Meħtieġa

Meħtieġa

8

Autoclave

Fuq il-post

Fil-bini

En suite (6)

Fil-laboratorju = b’żewġ

Sistema ta’ xogħol

9

Aċċess ristrett

Mhux meħtieġa

Meħtieġa

Meħtieġa

Meħtieġa

10

Sinjal tal-periklu bijoloġiku fuq il-bieb

Mhux meħtieġa

Meħtieġa

Meħtieġa

Meħtieġa

11

Miżuri speċifiċi sabiex jiġi kkontrollat it-tixrid ta’l-erosol

Mhux meħtieġa

Meħtieġa minimise

Meħtieġa prevent

Meħtieġa prevent

13

Doċċa

Mhux meħtieġa

Mhux meħtieġa

Fakoltattiva

Meħtieġa

14

Ilbies protettiv

Ilbies protettiv adattat

Ilbies protettiv adattat

Ilbies u żraben (fakoltattivi) protettivi adattati

Tibdil sħiħ tal-ħwejjeġ u żraben qabel id-dħul u l-ħruġ

15

Ingwanti

Mhux meħtieġa

Fakoltattiva

Meħtieġa

Meħtieġa

18

Kontroll effiċjenti vetturali (eż. għall-annimali ta’ ħsara u għall-insetti)

Fakoltattiva

Meħtieġa

Meħtieġa

Meħtieġa

Skart

19

Inattivazzjoni tal-GMMs fl-ilma maħmuġ mis-sinkijiet tal-ħasil tal-idejn jew drejns u doċċi u ħmieġ simili

Mhux meħtieġa

Mhux meħtieġa

Fakoltattiva

Meħtieġa

20

Inattivazzjoni tal-GMMs f’materjal u skart kontaminat

Fakoltattiva

Meħtieġa

Meħtieġa

Meħtieġa

Miżuri oħra

21

Il-laboratorju għandu jkollu t-tagħmir tiegħu stess li għandu jinżamm fih

Mhux meħtieġa

Mhux meħtieġa

Fakoltattiva

Meħtieġa

23

Tieqa ta’ osservazzjoni jew alternattiva għal din sabiex l-okkupanti jkunu jidhru

Fakoltattiva

Fakoltattiva

Fakoltattiva

Meħtieġa


Tabella IB

Miżuri ta’ konteniment u miżuri protettivi oħrajn għas-serrer u għall-kmamar tat-tkabbir

Il-kliem “serrer” u “kamra tat-tkabbir” jirriferu għal struttura bil-ħitan, saqaf u art iddisinnjata u użata prinċipalment għat-tkabbir tal-pjanti f’ambjent kontrollat u protett.

Id-disposizzjonijiet kollha tat-Tabella I A għandhom japplikaw biż-żjidiet/modifiki li ġejjin:


Speċifikazzjonijiet

Livell ta’ konteniment

1

2

3

4

Bini

1

Serra: struttura permanenti (7)

Mhux meħtieġa

Meħtieġa

Meħtieġa

Meħtieġa

Tgħamir

3

Dħul minn karma separata b’żewġ bibien li jissakkru kontra xulxin

Mhux meħtieġa

Fakoltattivi

Fakoltattiv

Meħtieġa

4

Kontroll ta’ ilma kontaminat li jnixxi

Fakoltattiv

Naqqas (8) it-tixrid sa livell minimu

Naqqas it-tixrid sa livell minimu

Naqqas it-tixrid sa livell minimu

Sistema ta’ xogħol

6

Miżuri li jikkontrollaw speċji noċivi bħall-insetti, annimali ta’ ħsara u l-antropodi

Meħtieġa

Meħtieġa

Meħtieġa

Meħtieġa

7

Proċeduri għat-trasferiment ta’ materjal ħaj bejn is-serra/kamra tat-tkabbir, l-istruttura protettiva u l-laboratorju għandhom jikkontrollaw it-tixrid ta’ GMMs

Naqqas it-tixrid sa livell minimu

Naqqas it-tixrid sa livell minimu

Prevenzjoni tat-tixrid

Prevenzjoni tat-tixrid


Tabella I C

Miżuri ta’ konteniment u miżuri protettivi oħrajn għal attivitajiet li jinvolvu unitajiet ta’ annimali

Id-disposizzjonijiet kollha tat-Tabella I A għandhom japplikaw biż-żjidiet/modifiki li ġejjin:


Speċifikazzjonijiet

Livell ta’ konteniment

1

2

3

4

Faċilitajiet

1

Iżolament tal-unità tal-annimali (9)

Fakoltattiv

Meħtieġa

Meħtieġa

Meħtieġa

2

Faċilitajiet għall-annimali (10) separati b’bibien li jissakkru

Fakoltattiv

Meħtieġa

Meħtieġa

Meħtieġa

3

Faċilitajiet għall-annimali ddisinnjati biex jiffaċilitaw id-dekontaminazzjoni (materjal li minnu ma jgħaddix l-ilma u li jinħasel faċilment (gaġeġ, eċċ.))

Fakoltattiv

Optional

Meħtieġa

Meħtieġa

4

Art u/jew ħitan li jinħaslu faċilment

Fakoltattiv

Meħtieġa (l-art)

Meħtieġa (l-art u l-ħitan)

Meħtieġa (l-art u l-ħitan)

5

Annimali miżmuma f’faċilitajiet adegwati ta’ konteniment bħal gaġeġ, gallinari jew tankijiet

Fakoltattiv

Fakoltattiv

Fakoltattiv

Fakoltattiv

6

Filtri fuq iżolaturi jew kamra iżolata (11)

Mhux meħtieġa

Fakoltattiv

Meħtieġa

Meħtieġa


Tabella II

Proċedurita’ konteniment u proċeduri prottetivi oħra għal attivitajiet oħrajn

Speċifikazzjonijiet

Livell ta’ konteniment

1

2

3

4

Ġenerali

1

Il-mikro-organiżmi vijabbli għandhom jinżammu f’sistema li tissepara fiżikament il-proċess mill-ambjent (sistema magħluqa)

Fakoltattiv

Meħtieġa

Meħtieġa

Meħtieġa

2

Kontroll tal-gassijiet tal-egżost mis-sistema magħluqa

Mhux meħtieġa

Meħtieġa, naqqas it-tixrid sa livell minimu

Meħtieġa, Evita t-tixrid

Meħtieġa, Evita t-tixrid

3

Kontroll tal-erosols matul il-ġbir ta’ kampjuni, iż-żjieda ta’ materjali ma’ sistema magħluqa u t-trasferiment ta’ materjal għal sistema magħluqa oħra

Fakoltattiv

Meħtieġa, naqqas it-tixrid sa livell minimu

Meħtieġa, Evita t-tixrid

Meħtieġa, Evita t-tixrid

4

L-inattivazzjoni ta’ bulk culture fluids qabel it-tneħħija mis-sistema magħluqa

Fakoltattiv

Meħtieġa, b’mezzi vvalidati

Meħtieġa, b’mezzi vvalidati

Meħtieġa, by validated means

5

Is-siġilli għandhom ikunu ddisinnjati b’tali mod li jiġi mminimizzat jew evitat it-tixrid

Ebda rekwiżit speċifiku

Imminimizza t-tixrid

Evita t-tixrid

Evita t-tixrid

6

Iż-żona kkontrollata għandha tkun iddisinnjata b’tali mod sabiex jinżamm it-tixrid tal-kontenut kollu tas-sistema magħluqa

Fakoltattiva

Fakoltattiva

Meħtieġa

Meħtieġa

7

Iż-żona kkontrollata għandha tkun tista’ tiġi ssiġillata sabiex tkun tista’ ssir il-fumigazzjoni

Mhux meħtieġa

Fakoltattiva

Fakoltattiva

Meħtieġa

Tgħamir

8

Dħul fil-laboratorju permezz tal-airlock

Mhux meħtieġa

Mhux meħtieġa

Optional

Meħtieġa

9

Uċuħ li huma reżistenti għall-ilma, għall-aċti, għall-alkali, għas-solventi, għad-diżinfettanti, għall-aġenti ta’ dekontaminazzjoni u li jistgħu jiġu mnaddfa faċilment

Meħtieġa (bank jekk ikun hemm, art)

Meħtieġa (bank jekk ikun hemm, art)

Meħtieġa (bank jekk ikun hemm, art)

Meħtieġa (bank, art, saqaf, ħitan)

10

Miżuri adegwati sabiex iż-żona kkontrollata tiġi vventilata b’mod adegwat sabiex tiġi mminimizzata l-kontaminazzjoni tal-arja

Fakoltattivi

Fakoltattivi

Fakoltattivi

Meħtieġa

11

Iż-żona kkontrollata għandha tinżamm bi pressjoni tal-arja li tkun negattiva għad-dintorni immedjati

Mhux meħtieġa

Mhux meħtieġa

Fakoltattiva

Meħtieġa

12

L-estrazzjoni u d-dħul tal-arja miż-żona kkontrollata għandha tkun iffiltrata bil-metodu HEPA

Mhux meħtieġa

Mhux meħtieġa

Meħtieġa (arja estratta, fakoltattiva għad-dħul tal-arja)

Meħtieġa (arja li tidħol u dik estratta

Sistema ta’ xogħol

13

Is-sistemi magħluqa għandhom ikunu jinsabu f’żona kkontrollata

Mhux required

Fakoltattiva

Meħtieġa

Meħtieġa

14

L-aċċess għandu jkun ristrett għal ħaddiema nnominati biss

Mhux required

Meħtieġa

Meħtieġa

Meħtieġa

15

Għandhom jittellaw sinjali tal-periklu bijoloġiku

Mhux meħtieġa

Meħtieġa

Meħtieġa

Meħtieġa

17

Il-ħaddiema għandhom jieħdu doċċa qabel ma jitilqu miż-żona kkontrollata

Mhux meħtieġa

Mhux meħtieġa

Fakoltattiv

Meħtieġa

18

Il-ħaddiema għandhom jilbsu lbies prottettiv

Meħtieġa (ilbies tax-xogħol)

Meħtieġa (ilbies tax-xogħol)

Meħtieġa

Tibdil sħiħ qabel id-dħul u l-ħruġ

Skart

22

Inattivazzjoni ta’ GMMs fl-ilma maħmuġ minn sinkijiet tal-ħasil tal-idejn u doċċi jew ħmieġ simili

Mhux meħtieġa

Mhux meħtieġa

Fakoltattiv

Meħtieġa

23

Inattivazzjoni tal-GMMs f’materjal u skart kontaminat inklużi dawk fil-ħmieġ li jkun għadu qiegħed jiġi pproċessat qabel ir-rimi tal-aħħar

Fakoltattiv

Meħtieġa, b’mezzi vvalidati

Meħtieġa, b’mezzi vvalidati

Meħtieġa, b’mezzi vvalidati


(1)  

Iżolament= il-laboratorju huwa separat minn żoni oħra fl-istess bini jew jinsab f’bini separat.

(2)  

Airlock= id-dħul irid isir minn airlock li hija karma iżolata mill-laboratorju. In-naħa n-nadifa tal-airlock trid tkun separata min-naħa ristretta permezz ta’ faċilitajiet fejn wieħed jista’ jbiddel jew jieħu doċċa u preferibbilment permezz ta’ bibien li jissakkru kontra xulxin.

(3)  Attivitajiet fejn it-trasmissjoni ma sseħħx mill-arja

(4)  

HEPA= High efficiency particulate air (arja partikolata ta’ effiċjenza għolja)

(5)  Meta jintużaw virus li ma jinqabdux mill-filtri tal-HEPA, huma meħtieġa rekwiżiti żejda għall-arja estratta.

(6)  Bi proċeduri validati, li jippermettu t-trasferiment sigur ta’ materjal f’autoclave barra l-laboratorju, u li jipprovdu livell ta’ protezzjoni ekwivalenti.

(7)  Is-serra għandha tikkonsisti fi struttura permanenti b’kisja kontinwa li minnha ma jgħaddix l-ilma, li tkun tinsab fuq sit gradat sabiex jiġi evitat id-dħul ta’ ilma tal-wiċċ li jnixxi u li jkollha bibien li jissakkru li jingħalqu weħidhom.

(8)  Meta t-trasmissjoni tista’ sseħħ mill-art.

(9)  

Unità tal-annimali: bini, jew żona separata ġewwa bini li jkun fiha faċilitajiet u żoni oħra bħal kmamar tat-tibdil, doxox, autoclaves, żoni għall-preżervazzjoni tal-ikel, eċċ.

(10)  

Faċilità tal-annimali: faċilità li normalment tintuża biex jinżammu annimali tal-irziezet, tat-tagħmir jew tal-esperimenti jew waħda li tintuża biex isiru proċeduri kirurġiċi minuri.

(11)  

Iżolaturi: kaxex trasparenti fejn jinżammu annimali żgħar ġewwa gaġġa jew barra; għal annimali kbar, kmamar iżolati jistgħu jkunu aktar xierqa.


ANNESS V

Informazzjoni meħtieġa għan-notifika msemmija fl-artikoli 6, 8 U 9

PARTI A

Informazzjoni meħtieġa għan-notifika msemmija fl-Artikolu 6:

l-isem tal-utent(i) inkluż(i) dawk responsabbli għas-sorveljanza u għas-sigurtà,

informazzjoni dwar it-taħriġ u l-kwalifiki tal-persuni responsabbli għas-sorveljanza u għas-sigurtà,

dettalji tal-kumitati jew sottokumitati bijoloġiċi,

indirizz u deskrizzjoni ġenerali tal-fond,

deskrizzjoni tan-natura tax-xogħol li trid tiġi mwettqa,

il-klassi tal-użu konfinat,

għall-użu konfinat tal-klassi 1 biss, sommarju tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2) u informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-iskart.

PARTI B

Informazzjoni meħtieġa għan-notfika msemmija fl-Artikolu 8:

id-data tal-preżentazzjoni tan-notifika msemmija fl-Artikolu 6,

l-isem tal-persuni responsabbli għas-sorveljanza u għas-sigurtà u informazzjoni dwar it-taħriġ u l-kwalifiċi,

il-mikro-organiżmu(i) reċipjent(i), donatur(i) u/jew parentali użat(i) u, fejn applikabbli, is-sistema(i) ta’ ospiti vettur użata(i),

is-sors(i) u l-funzjoni(jiet) tal-materjal ġenetiku involut fil-modifikazzjoni,

l-identità u l-karatteristiċi tal-GMM,

l-iskop tal-użu konfinat, inklużi r-riżultati mistennija,

il-valuri approssimattivi tal-kulturi li ser jintużaw,

deskrizzjoni tal-miżuri ta’ konteniment u miżuri protettivi oħrajn li għandhom jiġu applikati, inkluża informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-iskart inkluż l-iskart li ser jiġi ġġenerat, it-trattament tiegħu, il-forma u d-destinazzjoni finali,

sommarju tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2),

l-informazzjoni meħtieġa sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tivvaluta kull pjan ta’ reazzjoni għal emerġenza, jekk dawn ikunu meħtieġa taħt l-Artikolu 13(1).

PARTI C

Informazzjoni meħtieġa għan-notifika msemmija fl-Artikolu 9:

(a)

id-data tal-preżentazzjoni tan-notifika msemmija fl-Artikolu 6,

l-isem tal-persuni responsabbli għas-sorveljanza u għas-sigurtà u informazzjoni dwar it-taħriġ u l-kwalifiċi,

(b)

il-mikro-organiżmu(i) reċipjent(i)jew parentali li ser jintużaw

is-sistema(i) ta’ ospiti vettur użata(i) (fejn applikabbli),

is-sors(i) u l-funzjoni(jiet) maħsuba tal-materjal(i) ġenetiku(iċi) involut(i) fil-modifikazzjoni(jiet),

l-identità u l-karatteristiċi tal-GMM,

il-valuri approssimattivi tal-kulturi li ser jintużaw,

(c)

deskrizzjoni tal-miżuri ta’ konteniment u miżuri protettivi oħrajn li għandhom jiġu applikati, inkluża informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-iskart, inkluż l-iskart li ser jiġi ġġenerat, it-trattament tiegħu, il-forma u d-destinazzjoni finali,

l-iskop tal-użu konfinat, inklużi r-riżultati mistennija,

deskrizzjoni tal-partijiet tal-installazzjoni;

(d)

informazzjoni dwar pjanijiet ta’ prevenzjoni tal-aċċidenti u ta’ reazzjoni għal emerġenza, jekk hemm:

perikli speċifiċi li huma dovuti għall-post fejn tinsab l-installazzjoni,

il-miżuri ta’ prevenzjoni applikati bħal tagħmir ta’ sigurtà, sistemi ta’ allarm u metodi ta’ konteniment,

proċeduri u pjanijiet sabiex tiġi vverifikata l-effettività kontinwa tal-miżuri ta’ konteniment,

deskrizzjoni tal-informazzjoni mogħtija lill-ħaddiema,

l-informazzjoni meħtieġa sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tivvaluta kull pjan ta’ reazzjoni għal emerġenza jekk dawn ikunu meħtieġa taħt l-Artikolu 13(1);

(e)

kopja tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2).


ANNESS VI

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmi fl-Artikolu 21)

Direttiva 90/219/KEE Tal-Kunsill

(ĠU L 117, 8.5.1990, p. 1)

 

Direttiva 94/51/KE Tal-Kumissjoni

(ĠU L 297, 18.11.1994, p. 29)

 

Direttiva 98/81/KE Tal-Kunsill

(ĠU L 330, 5.12.1998, p. 13)

 

Direttiva 2001/204/KE Tal-Kunsill

(ĠU L 73, 15.3.2001, p. 32)

 

Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1)

Anness III, punt 19, biss

PARTI B

Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmi fl-Artikolu 21)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

90/219/KEE

23 Ottubru 1991

94/51/KE

30 April 1995

98/81/KE

5 Ġunju 2000


ANNESS VII

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 90/219/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3, formulazzjoni introduttorja

Artikolu 3(1), formulazzjoni introduttorja

Artikolu 3, l-ewwel inċiż

Artikolu 3(1), punt (a)

Artikolu 3, it-tieni inċiż

Artikolu 3(1), punt (b)

Artikolu 4, l-ewwel paragrafu

Artikolu 3(2)

Artikolu 4, it-tieni paragrafu

Artikolu 3(3)

Artikolu 5

Artikolu 4

Artikolu 6

Artikolu 5

Artikolu 7

Artikolu 6

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 9

Artikolu 8

Artikolu 10

Artikolu 9

Artikolu 11(1), (2) u (3)

Artikolu 10(1), (2) u (3)

Artikolu 11(4), formulazzjoni introduttorja

Artikolu 10(4), formulazzjoni introduttorja

Artikolu 11(4), l-ewwel inċiż

Artikolu 10(4), punt (a)

Artikolu 11(4), it-tieni inċiż

Artikolu 10(4), punt (b)

Artikolu 12, l-ewwel paragrafu

Artikolu 11(1)

Artikolu 12, it-tieni paragrafu

Artikolu 11(2)

Artikolu 13

Artikolu 12

Artikolu 14, l-ewwel paragrafu

Artikolu 13(1)

Artikolu 14, it-tieni paragrafu

Artikolu 13(2)

Artikolu 15(1), formulazzjoni introduttorja

Artikolu 14(1), formulazzjoni introduttorja

Artikolu 15(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 14(1), punt (a)

Artikolu 15(1), it-tieni inċiż

Artikolu 14(1), punt (b)

Artikolu 15(1), it-tielet inċiż

Artikolu 14(1), punt (c)

Artikolu 15(1), ir-raba’ inċiż

Artikolu 14(1), punt (d)

Artikolu 15(2), formulazzjoni introduttorja

Artikolu 14(2), formulazzjoni introduttorja

Artikolu 15(2), l-ewwel inċiż

Artikolu 14(2), punt (a)

Artikolu 15(2), it-tieni inċiż

Artikolu 14(2), punt (b)

Artikolu 16

Artikolu 15

Artikolu 17

Artikolu 16

Artikolu 18

Artikolu 17

Artikolu 19(1)

Artikolu 18(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 19(2)

Artikolu 18(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 19(3), formulazzjoni introduttorja

Artikolu 18(2), formulazzjoni introduttorja

Artikolu 19(3), l-ewwel inċiż

Artikolu 18(2), punt (a)

Artikolu 19(3), it-tieni inċiż

Artikolu 18(2), punt (b)

Artikolu 19(3), it-tielet inċiż

Artikolu 18(2), punt (c)

Artikolu 19(4)

Artikolu 18(3)

Artikolu 19(5)

Artikolu 18(4)

Artikolu 20

Artikolu 19

Artikolu 20a

Artikolu 21(1)

Artikolu 20(1)

Artikolu 21(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 20(2) u (3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 21(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 20(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 21(3)

Artikolu 22

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 23

Annessi I sa V

Annessi I sa V

Anness VI

Anness VII