ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2009.124.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 124 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
Werrej |
|
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 411/2009 tat-18 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja ( 1 ) |
|
|
|
DIRETTIVI |
|
|
* |
Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari (Tfassil mill-ġdid) ( 1 ) |
|
|
* |
|
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
|
2009/392/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/393/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/394/KE |
|
|
* |
||
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
|
2009/395/KE |
|
|
* |
||
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
|
2009/396/KE |
|
|
* |
|
|
Corrigendum |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
20.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 124/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 410/2009
tad-19 ta’ Mejju 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Mejju 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
JO |
73,9 |
MA |
42,7 |
|
MK |
72,5 |
|
TN |
101,3 |
|
TR |
88,0 |
|
ZZ |
75,7 |
|
0707 00 05 |
EG |
127,4 |
MA |
32,7 |
|
TR |
136,7 |
|
ZZ |
98,9 |
|
0709 90 70 |
TR |
122,7 |
ZZ |
122,7 |
|
0805 10 20 |
EG |
41,7 |
IL |
57,6 |
|
MA |
42,7 |
|
TN |
49,2 |
|
TR |
107,8 |
|
US |
49,3 |
|
ZA |
56,7 |
|
ZZ |
57,9 |
|
0805 50 10 |
AR |
67,3 |
TR |
48,0 |
|
ZA |
53,8 |
|
ZZ |
56,4 |
|
0808 10 80 |
AR |
98,0 |
BR |
73,4 |
|
CL |
82,5 |
|
CN |
90,9 |
|
MK |
42,0 |
|
NZ |
99,4 |
|
US |
124,4 |
|
UY |
71,7 |
|
ZA |
83,2 |
|
ZZ |
85,1 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
20.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 124/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 411/2009
tat-18 ta’ Mejju 2009
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta' Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjonu ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(3) u l-Artikolu 24(2),
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitajri għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2)(b) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni, jew tranżitu, fil-Komunità ta’ tjur u ċerti prodotti tat-tjur. Dan jistipula li l-prodotti koperti minn dak ir-Regolament (“il-prodotti”) għandhom biss ikunu importati, u fi tranżitu, fil-Komunità minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li huma liberi minn mard u li huma elenkati fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. Barra minn dan, mudelli ta' ċertifikati veterinarji huma elenkati fil-Parti 2 ta' dak l-Anness. Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistipula wkoll li fejn ikun hemm bżonn ta' eżaminar, teħid ta' kampjuni u ttestjar għal ċerti mard għall-importazzjonijiet tal-prodotti, dawn għandhom isiru skont l-Anness III tiegħu. |
(2) |
L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistipula li l-prodotti jistgħu ikunu impurtati fil-Komunità biss meta l-pajjiż terz jinforma lill-Kummissjoni b'xi tifqiegħa inizjali tal-marda ta' Newcastle jew influwenza tat-tjur b'patoġenità għolja (HPAI – highly pathogenic avian influenza) u jissottometti iżolati tal-virus lil-laboratorju ta' referenza tal-Komunità għall-influwenza tat-tjur u l-marda ta' Newcastle. |
(3) |
Meta tifqiegħa tal-influwenza tat-tjur tkun identifikata fit-territorju ta' pajjiż terz, jew żona jew kompartiment tiegħu, l-awtorità kompetenti ta' dak il-pajjiż terz ma tkunx tista' tiċċertifika aktar li t-territorju ta' dak il-pajjiż, żona jew kompartiment(i) minnu huwa/huma libera/i minn dik il-marda, kif elenkat fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008. |
(4) |
Fl-interess tas-saħħa tal-annimali u l-prevenzjoni u l-monitoraġġ tal-influwenza tat-tjur b'patoġenità baxxa (LPAI - low pathogenic avian influenza) fuq livell Komunitarju, huwa xieraq li tifqigħat inizjali ta' dik il-marda jkunu rrappurtati lill-Kummissjoni. L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) 798/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-Kanada wriet il-kapaċità tagħha li tirrispondi għal tifqigħat tal-LPAI fl-irziezet tat-tjur fit-territorju tagħha u li tipprevjeni b'suċċesss it-tixrid tal-infezzjoni. |
(6) |
Il-Kanada pprovdiet ukoll lill-Kummissjoni b' informazzjoni ddettaljata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika u l-miżuri ta' kontroll tal-marda meħuda minnha, inkluża deskrizzjoni taż-żoni li tpoġġew taħt restrizzjonijiet uffiċjali fir-rigward ta' tifqigħat tal-LPAI. |
(7) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE tal-14 ta’ Diċembru 1998 dwar il-ftehim milħuq bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji biex jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fir-rigward ta’ kummerċ f’annimali ħajjin u prodotti magħmulin mill-annimali (4) approvat dak il-Ftehim, li jistipula li kull Naħa tirrikonoxxi l-miżuri sanitarji tan-Naħa l-oħra bħala ekwivalenti jekk din tal-aħħar turi b'mod oġġettiv li l-miżuri tagħha jilħqu l-livell xieraq ta' protezzjoni. |
(8) |
Fid-dawl ta' dak il-Ftehim u s-sistema ta' kontroll tal-mard implimentata mill-Kanada, huwa xieraq li jkunu applikati dispożizzjonijiet alternattivi ta' ċertifikazzjoni għal flieles ta' jum u bajd għat-tfaqqis li joriġinaw minn żoni barra dawk li tpoġġew taħt restrizzjoni uffiċjali għal-LPAI. Skont dan, il-mudelli ta' ċertifikati veterinarji għal flieles ta' jum għajr ratiti u bajd tat-tfiqis tat-tjur għajr ratiti għandhom ikunu emendati biex jippermettu dispożizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni alternattvia għall-Kanada fil-kas ta' tifqigħat futuri tal-LPAI. |
(9) |
L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) riċentement ħarġet rakkomandazzjonijiet dwar ċerti proċeduri ta' trattament għall-prodotti għall-inattivazzjoni ta' aġenti tal-mard. Il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-prodotti tal-bajd għandu għalhekk ikun emendat biex jikkunsidra dawn ir-rakkomandazzjonijiet. |
(10) |
Il-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(11) |
Barra minn dan, il-metodu ta' ttestjar għas-sottospeċi tas-Salmonella ta' rilevanza għas-saħħa tal-annimali għandu jkun emendat biex jippermetti lil pajjiżi terzi jużaw metodi tal-laboratorju kif irrakkomandat mill-OIE. L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(12) |
Barra minn dan, nota tal-qiegħ għandha tkun emendata fil-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-ġarr/ħżin ta’ bajd speċifikat bla patoġeni, laħam, laħam ikkapuljat u laħam tat-tjur separat bil-magni, ratiti u għasafar tal-kaċċa selvaġġi, bajd u prodotti tal-bajd. L-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(13) |
Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġi stipulat perjodu tranżitorju biex l-Istati Membri u l-industrija jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw maċ-ċertifikazzjoni veterinarja applikabbli. |
(14) |
Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(15) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 7, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:
(*) Aġenzija tal-Laboratorji Veterinarji, New Haw, Weybridge, Surrey KT 153NB, United Kingdom.”" |
(2) |
L-Annessi I, III, u XI għandhom jiġu emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Il-prodotti li għalihom inħarġu ċ-ċertifikati veterinarji relevanti skont ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 qabel l-emendi introdotti minn dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jkunu importati jew isir tranżitu tagħhom fil-Komunità sal-15 ta' Lulju 2009.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6.
(2) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(3) ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.
ANNESS
L-Annessi I, III u XI huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness I, il-Parti 2 għandha tiġi emendata kif ġej:
|
(2) |
Fil-Parti I tal-Anness III, il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej: “4. Salmonella arizonae
|
(3) |
L-Anness XI għandu jinbidel b’dan li ġej: “ANNESS XI (kif imsemmi fl-Artikoli 18(2)) Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-ġarr/ħżin ta’ bajd speċifikat bla patoġeni, laħam, laħam ikkapuljat u laħam tat-tjur tar-ratiti u tal-għasafar tal-kaċċa selvaġġi separat bil-magni, bajd u prodotti tal-bajd Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni |
DIRETTIVI
20.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 124/21 |
DIRETTIVA 2009/39/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-6 ta' Mejju 2009
dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari
(Tfassil mill-ġdid)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Waqt li jaġixxu konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2)
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta’ Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari (3) ġiet emendata b’mod sostanzjali diversi drabi (4). Ladarba għandhom isiru emendi ulterjuri, hija għandha tiġi mfassla mill-ġdid għal raġunijiet ta' ċarezza. |
(2) |
Id-differenzi bejn il-liġijiet nazzjonali dwar l-oġġetti ta’ ikel għal użu ta’ nutriment partikolari jfixklu l-moviment liberu tagħhom, jistgħu jkawżaw kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux ugwali u għalhekk ikollhom impatt dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern. |
(3) |
L-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali tippresupponi t-tfassil ta’ definizzjoni komuni, id-determinazzjoni ta’ miżuri li jippermettu lill-konsumatur li jkun protett kontra l-frodi dwar in-natura ta’ dawn il-prodotti u l-adozzjoni ta' regoli li għandhom jiġu osservati fl-ittikkettar tal-prodotti in kwistjoni. |
(4) |
Il-prodotti koperti b’din id-Direttiva huma oġġetti tal-ikel li l-komposizzjoni u l-preparazzjoni tagħhom għandhom ikun maħsuba speċifikament biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ nutriment partikolari tal-persuni li għalihom huma prinċipalment maħsuba. Jista’ jkun meħtieġ, għalhekk, li jsir provvediment għal derogi mid-dispożizzjonijiet ġenerali u speċifiċi applikabbli għall-oġġetti tal-ikel biex jinkiseb l-objettiv speċifiku ta’ nutriment. |
(5) |
Għalkemm l-oġġetti tal-ikel maħsuba għal użu ta’ nutriment partikolari li huma s-suġġett ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi jistgħu jkunu monitorjati b’mod effiċjenti fuq il-bażi tar-regoli ġenerali għall-monitoraġġ tat-tipi kollha ta’ oġġetti tal-ikel, dan mhux dejjem ikun il-każ għal dawk l-oġġetti tal-ikel li dwarhom ma jeżistu ebda dispożizzjonijiet speċifiċi. |
(6) |
Għal dawn tal-aħħar il-mezzi normalment disponibbli għall-korpi ta' monitoraġġ jistgħu f’ċerti każi ma jippermettulhomx li jivverifikaw jekk oġġett tal-ikel attwalment għandux il-karatteristiċi ta’ nutriment partikolari attribwiti lilu. Huwa meħtieġ għalhekk li jsir provvediment sabiex, fejn meħtieġ, il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta’ dak l-oġġett tal-ikel ikollha tgħin lill-korp ta’ monitoraġġ fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu. |
(7) |
Huwa meħtieġ li jsir provvediment għal dispożizzjonijiet speċifiċi applikabli għall-gruppi ta’ oġġetti tal-ikel permezz ta’ Direttivi speċifiċi. |
(8) |
Huwa meħtieġ li jsir provvediment għal proċedura li tippermetti li l-oġġetti tal-ikel li jirriżultaw minn innovazzjonijiet teknoloġiċi jitqiegħdu fis-suq fuq bażi temporanja biex ikun jista’ jinkiseb benefiċċju xieraq mix-xogħol tar-riċerka industrijali sa meta jsir l-emendament tad-Direttiva speċifika konċernata. Madankollu, fuq il-bażi tal-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur, l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq tista’ tingħata biss wara konsultazzjonijiet ma’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Ikel. |
(9) |
Ladarba mhuwiex ċar jekk teżistix bażi adegwata biex jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi għall-grupp ta' ikel maħsub għall-persuni li jbatu minn disordnijiet tal-metaboliżmu tal-karboidrati (dijabete), il-Kummissjoni għandha tkun permessa tadotta jew tipproponi d-dispożizzjonijiet rilevanti fi stadju ulterjuri, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Ikel. |
(10) |
Għadu possibbli li, fil-livell tal-Komunità, jiġu armonizzati r-regoli applikabbli għall-gruppi oħra ta’ oġġetti tal-ikel għall-użi partikolari ta’ nutriment, fl-interessi tal-protezzjoni tal-konsumatur u tal-moviment liberu ta’ dawk l-oġġetti tal-ikel. |
(11) |
It-tfassil ta' Direttivi speċifiċi li jimplimentaw il-priċipji bażiċi tar-regoli Komunitarji u l-emendi tagħhom huma miżuri ta' implimentazzjoni ta' natura teknika. L-adozzjoni tagħhom għandha tkun fdata lill-Kummissjoni sabiex tissimplifika u tħaffef il-proċedura. |
(12) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deciżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5). |
(13) |
B'mod partikolari, l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti Direttivi speċifiċi, lista ta' sustanżi b'għanijiet speċifiċi ta' nutrimenti bħal vitamini u ta' sustanżi oħra maħsuba biex jiżdiedu ma' oġġetti ta' l-ikel maħsuba għal użu ta' nutriment partikolari, flimkien mal-kriterji ta' purità applikabbli għalihom, u, fejn xieraq, il-kondizzjonijiet li taħthom għandhom jintużaw, dispożizzjonijiet li jippermettu l-indikazzjoni fuq l-oġġetti ta' l-ikel għall-konsum normali li huma jkunu adegwati għal użu ta' nutriment partikolari, dispożizzjonijiet speċjali għall-ikel għall-persuni li jbatu minn diżordni fil-metaboliżmu tal-karboidrati (dijabete), regoli għall-użu ta' termini dwar it-tnaqqis jew nuqqas ta' kontenut ta' sodju jew melħ (sodium chloride, melħ tal-mejda) jew in-nuqqas ta' gluten, li jistgħu jintużaw biex jiġu deskritti l-prodotti, kif ukoll kondizzjonijiet li taħthom tista' ssir referenza fl-ittikettar, preżentazzjoni u reklamar għal xi dieta jew għal xi kategorija ta' persuni. Billi dawn il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, dawn jeħtieġ li jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(14) |
Meta, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, ma jkunx possibbli li jiġu osservati il-limiti ta' żmien normalment applikabbli għal proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni u l-emendament tal-lista ta' sustanzi b'għanijiet speċifiċi ta' nutriment u ta' sustanzi oħra maħsuba biex jiżdiedu ma' oġġetti ta' l-ikel maħsuba għal użu ta' nutriment partikolari, flimkien mal-kriterji ta' purità applikabbli għalihom, u, fejn xieraq, il-kondizzjonijiet li taħthom għandhom jintużaw, kif ukoll għall-adozzjoni ta' emendi għal din id-Direttiva jew għal Direttivi speċifiċi meta jiġi stabbilit li oġġett ta' l-ikel maħsub għal użu partikolari ta' nutriment ikun jipperikola saħħet il-bniedem għalkemm ikun jikkonforma mad-Direttiva speċifika rilevanti. |
(15) |
L-elementi ġodda introdotti f'din id-Direttiva jikkonċernaw biss il-proċeduri tal-kumitati. Għalhekk m'hemmx bżonn li jiġu trasposti mill-Istati Membri. |
(16) |
Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien għat-trażpożizzjoni u applikazzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva elenkati fl-Anness II, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. Din id-Direttiva tikkonċerna oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari.
2. L-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari li, minħabba l-komposizzjoni speċjali jew proċess ta’ manifattura tagħhom, jintgħarfu b’mod ċar minn oġġetti tal-ikel għall-konsum normali, li huma adegwati għall-għanijiet espressi tagħhom ta’ nutriment u li huma mqiegħda fis-suq b’tali mod li jindikaw tali adegwatezza.
3. L-użu ta’ nutriment partikolari għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta’ nutriment partikolari:
(a) |
ta’ ċerti kategoriji ta’ persuni li l-proċessi diġestivi jew metaboliżmi tagħhom huma disturbati; jew |
(b) |
ta’ ċerti kategoriji ta’ persuni li huma f’kondizzjoni psikoloġika speċjali u li huma għalhekk kapaċi li jiksbu benefiċċju speċjali mill-konsum kontrollat ta’ ċerti sustanzi fl-oġġetti tal-ikel; jew |
(c) |
ta’ trabi jew tfal żgħar b’saħħithom. |
Artikolu 2
1. Il-prodotti koperti mill-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(3) jistgħu jiġu karatterizzati bħala “dijetetiċi” jew “tad-dieta”.
2. Fl-ittikkettar, preżentazzjoni u reklamar ta’ oġġetti tal-ikel għall-konsum normali dan li ġej għandu jkun projbit:
(a) |
l-użu tal-aġġettivi “dijetetiku” jew “tad-dieta” weħidhom jew ma’ kliem ieħor, biex jindikaw dawk l-oġġetti tal-ikel; |
(b) |
markaturi oħra kollha jew kull preżentazzjoni li x’aktarx jagħtu l-impressjoni li wieħed mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ikun involut. |
Madankollu, taħt dispożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, għandu jkun possibbli għal oġġetti tal-ikel għall-konsum normali li jkunu adegwati għal użu ta’ nutriment partikolari li tiġi indikata dik l-adegwatezza.
L-imsemmija dispożizzjonijiet jistgħu jistabbilixxu l-arranġamenti għall-indikazzjoni ta’ dik l-adegwatezza.
Il-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3).
Artikolu 3
1. In-natura jew komposizzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun tali li l-prodotti jkunu adegwati għal użu maħsub ta’ nutriment partikolari.
2. Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ukoll jikkonformaw ma’ kull dispożizzjoni obbligatorja applikabbli għall-oġġetti tal-ikel għall-konsum normali, ħlief fir-rigward ta’ bidliet magħmula lilhom biex tiġi żgurata l-konformità mad-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 1.
Artikolu 4
1. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-gruppi ta’ ikel għal użu ta’ nutriment partikolari li jidhru fl-Anness I għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ Direttivi speċifiċi.
Dawk id-Direttivi speċifiċi jistgħu jkopru b’mod partikolari:
(a) |
rekwiżiti essenzjali fir-rigward tan-natura jew komposizzjoni tal-prodotti; |
(b) |
dispożizzjonijiet dwar il-kwalità ta’ materja prima; |
(c) |
rekwiżiti ta’ iġjene; |
(d) |
bidliet permessi fis-sens tal-Artikolu 3(2); |
(e) |
lista ta’ addittivi; |
(f) |
dispożizzjonijiet dwar l-ittikkettar, preżentazzjoni u reklamar; |
(g) |
proċeduri ta’ kampjunament u metodi ta’ analiżi meħtieġa għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttivi speċifiċi. |
Dawk id-Direttivi speċifiċi għandhom jiġu adottati:
— |
fil-każ tal-punt (e), konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 95 tat-Trattat, |
— |
fil-każ tal-punti l-oħra, mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3). |
Id-dispożizzjonijiet li x’aktarx ikollhom effett fuq is-saħħa pubblika għandom jiġi adottati wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Ikel.
2. Sabiex l-oġġetti tal-ikel maħsuba għall-użu ta’ nutriment partikolari u li jirriżultaw minn progress xjentifiku u teknoloġiku ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq malajr kemm jista’ jkun, il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta ma' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Ikel, tawtorizza, għal perijodu ta’ sentejn, it-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti tal-ikel li ma jikkonformawx mar-regoli f’dik li hi l-komposizzjoni stipulata mid-Direttivi speċifiċi għal gruppi ta’ oġġetti tal-ikel għall-użi ta’ nutriment partikolari msemmija fl-Anness I. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3).
Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ żżid, fid-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni, regoli ta’ tikkettar li jirrelataw mal-bidla fil-komposizzjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta lista tas-sustanzi b’għanijiet speċifiċi ta’ nutriment bħal vitamini, melħ minerali, amino acids u ta' sustanzi oħra maħsuba li jiżdiedu ma’ oġġetti tal-ikel maħsuba għal użu ta’ nutriment partikolari, flimkien mal-kriterji ta’ purità applikabbli għalihom, u, fejn xieraq, il-kondizzjonijiet li taħthom għandhom jintużaw.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3).
Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 15(4).
Artikolu 5
Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli għall-użu ta' termini dwar it-tnaqqis jew nuqqas ta’ kontenut ta’ sodju jew melħ (sodium chloride, melħ tal-mejda) jew in-nuqqas ta’ gluten, li jistgħu jintużaw biex jiġu deskritti l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3).
Artikolu 6
Qabel it-8 ta’ Lulju 2002, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta ma’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Ikel, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-ħtieġa ta’ dispożizzjonijiet speċjali għall-ikel għall-persuni li jbatu minn disturbi fil-metaboliżmu tal-karboidrati (dijabete).
Fid-dawl tal-konklużjonijiet ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha
(a) |
tipproċedi bit-tħejjija tad-dispożizzjonijiet speċjali konċernati, jew |
(b) |
tippreżenta, konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 95 tat-Trattat, kwalunkwe proposta xierqa għall-emendament ta’din id-Direttiva. |
Il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3).
Artikolu 7
Il-Kummissjoni tista' tadotta kondizzjonijiet li taħthom tista’ ssir referenza fl-ittikkettar, preżentazzjoni u reklamar għal xi dieta jew għal xi kategorija ta’ persuna li għaliha jkun maħsub prodott imsemmi fl-Artikolu 1.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3).
Artikolu 8
1. L-ittikkettar u l-metodi ta’ ttikkettar użati, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 m’għandhomx jattribwixxu kwalitajiet ta' prevenzjoni, trattament jew kura ta’ mard uman lil dawk il-prodotti jew jimplikaw tali kwalitajiet.
Jista' jsir provvediment għal derogi mill-ewwel subparagrafu f’każijiet eċċezzjonali u definiti b’mod ċar. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3). Id-derogi jistgħu jitkomplew sa meta dik il-proċedura titlesta.
2. Il-paragrafu 1 m’għandux jipprevjeni d-disseminazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni utili jew rakkomandazzjonijiet esklużivament maħsuba għal persuni li jkollhom kwalifiki fil-mediċina, fin-nutrizzjoni jew fil-farmaċija.
Artikolu 9
1. Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel (6) għandha tapplika għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.
2. Id-deskrizzjoni li taħtha jinbiegħ prodott għandha tkun akkumpanjata minn indikazzjoni tal-karatteristiċi partikolari ta’ nutriment. Iżda, fil-każ ta’ prodotti koperti mill-punt (c) tal-Artikolu1(3), dik ir-referenza għandha tinbidel b’referenza għall-iskop li għalih kienu maħsuba.
3. It-tikkettar ta’ prodotti li għalihom ebda Direttiva speċifika ma tkun ġiet adottata taħt l-Artikolu 4 għandu jinkludi wkoll:
(a) |
l-elementi partikolari tal-komposizzjoni kwalitattiva u kwantitattiva jew il-proċess speċjali ta’ manifattura li jagħti lill-prodott il-karatteristiċi partikolari ta’ nutriment; |
(b) |
il-valur ta’ enerġija disponibbli espress f’kilojoules u kilokaloriji u l-kontenut ta’ karboidrati, proteini u xaħam kull 100 gramma jew 100 millilitru tal-prodott kif kummerċjalizzat u, fejn xieraq, kull kwantità speċifikata tal-prodott kif propost għall-konsum. |
Iżda jekk, il-valur ta’ enerġija jkun anqas minn 50 kilojoules (12 kilokaloriji) kull 100 gramma jew 100 millilitru tal-prodott kif kummerċjalizzat, dawk il-partikolaritajiet jistgħu jiġu mibdula bil-kliem “valur ta’ enerġija anqas minn 50 kilojoules (12 kilokaloriji) kull 100 gramma” jew bil-kliem “valur ta’ enerġija anqas minn 50 kilojoules (12 kilokaloriji) kull 100 millilitru”.
4. Ir-rekwiżiti partikolari ta' tikkettar ta’ dawk il-prodotti li għalihom tkun ġiet adottata Direttiva speċifika għandhom jiġu stabbiliti f’dik id-Direttiva.
Artikolu 10
1. Il-prodotti imsemmi fl-Artikolu 1 għandhom ikunu permessi biss fis-suq tal-bejgħ bl-imnut f’forma ta’imballaġġ minn qabel, u l-imballaġġ għandu jkopri l-prodotti kompletament.
2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu derogi mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għall-finijiet tal-kummerċ bl-imnut sakemm il-prodott ikun akkumpanjat mid-dettalji previsti fl-Artikolu 9 fiż-żmien li jitqiegħed għall-bejgħ.
Artikolu 11
1. Sabiex ikun possibbli monitoraġġ uffiċjali effikaċi tal-oġġetti tal-ikel maħsuba għal użu ta’ nutriment partikolari li ma jkunux jagħmlu sehem minn wieħed mill-gruppi ta’ prodotti elenkati fl-Anness I, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:
(a) |
meta prodott kif msemmi hawn fuq jitqiegħed fis-suq għall-ewwel darba, il-manifattur jew, fejn prodott ikun ġie manifatturat fi Stat terz, l-importatur, għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-prodott jitqiegħed fis-suq billi jibgħatlu mudell tat-tikketta wżata għall-prodott; |
(b) |
meta l-istess prodott sussegwentement jitqiegħed fis-suq ta’ Stat Membru ieħor il-manifattur jew, fejn ikun il-każ, l-importatur, għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru bl-istess informazzjoni, flimkien ma’ indikazzjoni tad-destinatarju tal-ewwel notifika; |
(c) |
fejn meħtieġ, l-awtorità kompetenti għandha jkollha s-setgħa li tesiġi mill-manifattur jew, fejn ikun il-każ, mill-importatur, li jipproduċi x-xogħol xjentifiku u l-informazzjoni li tistabbilixxi l-konformità tal-prodott ma’ l-Artikolu 1(2) u (3) flimkien mal-informazzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 9(3). Jekk tali xogħol ikun jinstab f’pubblikazzjoni faċilment disponibbli, ir-referenza biss għal dik il-pubblikazzjoni għandha tkun biżżejjed. |
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-identità tal-awtoritajiet kompetenti fis-sens tal-paragrafu 1u kull informazzjoni oħra utili dwarhom.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
3. Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 2 jistgħu jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 15(2).
4. Kull tliet snin, u għall-ewwel darba qabel it-8 ta' Lulju 2002, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 12
1. L-Istati Membri m’għandhomx, għal raġunijiet li jirrelataw mal-komposizzjoni, speċifikazzjonijiet ta’ manifattura, preżentazzjoni jew tikkettar, jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-kummerċ fil-prodotti imsemmija fl-Artikolu 1 li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u, fejn ikun il-każ, mad-Direttivi adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.
2. Il-paragrafu 1 m’għandux jinċidi fuq id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jkunu applikabbli fin-nuqqas ta’ Direttivi adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 13
1. Fejn Stat Membru jkollu raġunijiet dettaljati biex jistabbilixxi li xi oġġett tal-ikel maħsub għal użu ta’ nutriment partikolari li ma jkunx jagħmel sehem minn wieħed mill-gruppi elenkati fl-Anness I ma jkunx jikkonforma mal-Artikolu 1(2) u (3) jew jipperikola saħħet il-bniedem, għalkemm ikun f’ċirkolazzjoni libera fi Stat Membru wieħed jew aktar, dak l-Istat Membru jista’ temporanjament jissospendi jew jirrestrinġi l-kummerċ f’dak il-prodott fit-territorju tiegħu. Għandu minnufih javża lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dan waqt li jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.
2. Il-Kummissjoni għandha teżamina, kemm jista’ jkun malajr, ir-raġunijiet mogħtija mill-Istat Membru konċernat, għandha tikkonsulta ma’ l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 15(1), u għandha mbagħad tagħti l-opinjoni tagħha mingħajr dewmien u tieħu l-miżuri adatti.
3. Jekk il-Kummissjoni tikkonsidra li l-miżura nazzjonali għandha titneħħa jew tiġi modifikata, għandha tadotta l-miżuri adatti konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 15(2).
Artikolu 14
1. Fejn Stat Membru, bħala riżultat ta’ xi informazzjoni ġdida jew minħabba rivalutazzjoni ta’ informazzjoni eżistenti magħmula minn mindu waħda mid-Direttivi speċifiċi ġiet adottata, ikollha raġunijiet dettaljati biex tistabbilixxi li xi oġġett tal-ikel maħsub għal użu partikolari ta’ nutriment ikun jipperikola saħħet il-bniedem, għalkemm ikun jikkonforma mad-Direttiva speċifika relevanti, dak l-Istat Membru jista’ temporanjament jissospendi jew jirrestrinġi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet in kwistjoni fit-territorju tiegħu. Għandu minnufih javża lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’dan waqt li jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.
2. Il-Kummissjoni għandha teżamina kemm jista’ jkun malajr ir-raġunijiet mogħtija mill-Istat Membru konċernat, tikkonsulta ma’ l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 15(1), u għandha mbagħad tagħti l-opinjoni tagħha mingħajr dewmien u tieħu l-miżuri adatti.
3. Jekk il-Kummissjoni tikkonsidra li jkunu meħtieġa emendi f'din id-Direttiva jew f'xi Direttivi speċifiċi biex tirrimedja d-diffikultajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u biex tiżgura l-protezzjoni tas-saħħa umana, għandha tadotta dawk l-emendi.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3). Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 15(4).
L-Istat Membru li jkun adotta miżuri ta' salvagwardja jista' f'dak il-każ iżommhom sa meta l-emendi jkunu ġew adottati.
Artikolu 15
1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, stabbilit bl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-disposizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1), (2), (4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 16
Id-Direttiva 89/398/KEE, kif emendata mill-atti elenkati fl-Anness II, Parti A, hija mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u għall-applikazzjoni tad-Direttivi stipulati fl-Anness II, Parti B.
Ir-referenzi magħmula għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 17
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 18
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, 6 ta’ Mejju 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J. KOHOUT
(1) ĠU C 211, 19.8.2008, p. 44.
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Marzu 2009.
(3) ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27.
(4) Ara l-Anness II, Parti A.
(5) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(6) ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.
(7) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
ANNESS I
A. |
Gruppi ta’ oġġetti tal-ikel għal użu partikolari ta’ nutriment li għalihom ser jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali f’Direttivi speċifiċi (1):
|
B. |
Gruppi ta’ oġġetti tal-ikel għal użu partikolari ta’ nutriment li għalihom ser jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi f’Direttiva speċifika (1), abbażi tar-riżultat tal-proċedura deskritta fl-Artikolu 6: Ikel għall-persuni li jbatu minn disturbi fil-metaboliżmu tal-karboidrati (dijabete). |
(1) Huwa mifhum li l-prodotti li jkunu diġà fis-suq meta tiġi adottata Direttiva speċifika ma jkunux affettwati minnha.
ANNESS II
PARTI A
Id-Direttiva mħassra bl-lista tal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 16)
Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE |
|
Direttiva 96/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
Direttiva 1999/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
Il- punt 15 tal-Anness III biss |
PARTI B
Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u applikazzjoni
(imsemmija fl-Artikolu 16)
Direttiva |
Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
Permess għal-kummerċ ta’ prodotti konformi ma’ din id-Direttiva |
Projbizzjoni tal-kummerċ ta’ prodotti mhux konformi ma’ din id-Direttiva |
89/398/KEE |
— |
16 ta’ Mejju 1990 (1) |
16 ta’ Mejju 1991 (1) |
96/84/KE |
30 ta’ Settembru 1997 |
— |
— |
1999/41/KE |
8 ta’ Lulju 2000 |
8 ta’ Lulju 2000 (2) |
8 ta’ Jannar 2001 (2) |
(1) Taħt l-Artikolu 15 ta’ Direttiva 89/398/KEE:
“1. L-Istati Membri għandhom jemendaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom b’tali mod li:
— |
jippermettu n-negozju fi prodotti li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mis-16 ta’ Mejju 1990, |
— |
jipprojbixxu n-negozju fi prodotti li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mis-16 ta’ Mejju 1990, |
Għandhom javżaw minnufih b’dan lill-Kummissjoni.
2 Il-paragrafu 1 m’għandux jaffettwa d-dispożizzjonijiet nazzjonali li fin-nuqqas tad-Direttivi li għalihom jirriferi Artikolu 4 japplikaw għal ċerti gruppi ta’ oġġetti ta’ ikel maħsuba għal użu ta’ nutriment partikolari.”
(2) Taħt l-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/41/KE:
“L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-8 ta’ Lulju 2000. Għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni bihom.
Dawn il-miżuri għandhom jiġu applikati b’dak il-mod illi:
— |
jippermettu n-negozju fi prodotti li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-8 ta’ Lulju 2000; |
— |
jipprobixxu negozju fi prodotti li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva sat-8 ta’ Jannar 2001. |
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif għandha ssir ir-referenza għandhom jitniżżlu mill-Istati Membri.”.
ANNESS III
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Id-Direttiva 89/398/EEC |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(2), punt (a) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(2), punt (b) |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(2), punt (b)(i), (ii) u (iii) |
Artikolu 1(3), punti (a), (b) u (c) |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 2(3) |
Artikolu 2(2), it-tieni u t-tielet subparagrafi |
— |
Artikolu 2(2), ir-raba' subparagrafu |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(1a) |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4a |
Artikolu 5 |
Artikolu 4b |
Artikolu 6 |
Artikolu 5 |
Artikolu 7 |
Artikolu 6 |
Artikolu 8 |
Artikolu 7 |
Artikolu 9 |
Artikolu 8 |
Artikolu 10 |
Artikolu 9, il-kliem introduttorju |
Artikolu 11(1), il-kliem introduttorju |
Artikolu 9, il-punti 1, 2 u 3 |
Artikolu 11(1)(a), (b) u (c) |
Artikolu 9, il-punt 4, l-ewwel u t-tieni sentenza |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 9, il-punt 4, it-tielet sentenza |
Artikolu 11(3) |
Artikolu 9, il-punt 5 |
Artikolu 11(4) |
Artikolu 10 |
Artikolu 12 |
Artikolu 11 |
Artikolu 13 |
Artikolu 12 |
Artikolu 14 |
Artikolu 13 (1) u (2) |
Artikolu 15 (1) u (2) |
Artikolu 13(3) |
— |
— |
Artikolu 15(3) u (4) |
Artikoli 14 u 15 |
— |
— |
Artikoli 16 u 17 |
Artikolu 16 |
Artikolu 18 |
Anness I |
Anness I |
Anness II |
— |
— |
Annessi II u III |
20.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 124/30 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2009/13/KE
tas-16 ta’ Frar 2009
li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u, b’mod partikolari l-Artikolu 139(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
It-tmexxija intraprenditorjali u l-ħaddiema, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-imsieħba soċjali”, jistgħu, taħt l-Artikolu 139(2) tat-Trattat, jitolbu flimkien li kull ftehimkonkluż minnhom fuq livell Komunitarju jiġu implimentati b’deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni. |
(2) |
Fit-23 ta’ Frar 2006, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol adottat il-Konvenzjoni tal-2006 dwar ix-Xogħol Marittimu, bix-xewqa li jinħoloq strument wieħed u koerenti li possibbilment jiġbor fih l-istandards aġġornati kollha tal-Konvenzjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet tax-xogħol marittimu, kif ukoll il-prinċipji fundamentali li jinsabu f’Konvenzjonijiet internazzjonali oħrajn dwar ix-xogħol. |
(3) |
Il-Kummissjoni ikkonsultat mat-tmexxija intraprenditorjali u l-ħaddiema, taħt l-Artikolu 139(2) tat-Trattat, dwar jekk hux vijabbli li jiġi żviluppat l-acquis Komunitarju eżistenti billi dan jiġi adattat, ikkonsolidat jew issupplimentat bil-ħsieb tal-Konvenzjoni tal-2006 dwar ix-Xogħol Marittimu. |
(4) |
Fid-29 ta’ Settembru 2006, l-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) infurmaw lill-Kummissjoni dwar ix-xewqa tagħhom li jidħlu f’negozjati taħt l-Artikolu 138(4) tat-Trattat. |
(5) |
Fid-19 ta’ Mejju 2008, l-organizzazzjonijiet imsemmija, xewqana li joħolqu kondizzjonijiet ekwivalenti globali fl-industrija marittima kollha, ikkonkludew Ftehim dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Ftehim”. Dan il-Ftehim u l-Anness tiegħu jinkludu talba miż-żewġ naħat lill-Kummissjoni biex jiġu implimentati permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni, taħt l-Artikolu 139(2) tat-Trattat. |
(6) |
Il-Ftehim japplika għall-baħħara abbord bastimenti reġistrati fi Stat Membru u/jew li jtajru bandiera ta’ Stat Membru. |
(7) |
Il-Ftehim jemenda l-Ftehim Ewropew dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol tal-baħħara konkluż fi Brussell fit-30 ta’ Settembru 1998 mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni tal-Unjons tal-Ħaddiema tat-Trasport fl-Unjoni Ewropea (FST). |
(8) |
Għall-finijiet tal-Artikolu 249 tat-Trattat, l-istrument adatt għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ikun Direttiva. |
(9) |
Il-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-istess żmien li tidħol fis-seħħ il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u l-imsieħba soċjali jixtiequ li l-miżuri nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva jidħlu fis-seħħ mhux qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ tali Konvenzjoni. |
(10) |
Rigward kwalunkwe terminu użat fil-Ftehim u li mhuwiex speċifikament definit fih, din id-Direttiva tħalli lill-Istati Membri liberi li jiddefinixxuh taħt il-liġi u l-prattika nazzjonali, kif inhu l-każ ta’ Direttivi oħra ta’ politika soċjali li jużaw termini simili, dejjem jekk dawn id-definizzjonijiet jirrispettaw il-kontenut tal-Ftehim. |
(11) |
Il-Kummissjoni fasslet il-proposta tagħha għal Direttiva, konformement mal-Komunikazzjoni tagħha tal-20 ta’ Mejju 1998 dwar l-adattament u l-promozzjoni tad-djalogu soċjali fil-livell Komunitarju, b’kont meħud tal-istatus rappreżentattiv tal-Partijiet firmatarji u l-legalità ta’ kull klawżola tal-Ftehim. |
(12) |
L-Istati Membri jistgħu jafdaw f’idejn it-tmexxija intraprenditorjali u l-ħaddiema, fuq talba miż-żewġ naħat, biex jimplimentaw din id-Direttiva, sakemm l-Istati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li f’kull ħin jistgħu jiggarantixxu r-riżultati imposti minn din id-Direttiva. |
(13) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni eżistenti li tkun aktar speċifika u/jew tiggarantixxi livell ogħla ta’ protezzjoni lill-baħħara, u partikolarment dawk inklużi fil-leġiżlazzjoni Komunitarja. |
(14) |
Għandha tkun żgurata l-konformità mal-prinċipju ġenerali ta’ responsabbiltà ta’ min iħaddem kif previst fid-Direttiva Qafas 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (1), u partikolarment fl-Artikolu 5(1) u (3) tagħha. |
(15) |
Din id-Direttiva ma għandhiex tintuża biex tiġġustifika tnaqqis fil-livell ġenerali ta’ protezzjoni tal-ħaddiema fl-oqsma koperti mill-Ftehim anness magħha. |
(16) |
Din id-Direttiva u l-Ftehim jistabbilixxu standards minimi. L-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali għandhom ikunu jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet aktar favorevoli. |
(17) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, konformement mal-Komunikazzjoni tagħha tal-14 ta’ Diċembru 1993 dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar il-Politika Soċjali, billi bagħtetilhom it-test tal-proposta tagħha għal Direttiva li fiha l-Ftehim. |
(18) |
Dan l-istrument jikkonforma mad-drittijiet u l-prinċipji fundamentali stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari mal-Artikolu 31 tagħha li jistipula li l-ħaddiema kollha għandhom id-dritt għal kondizzjonijiet ta’ xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità, li jkollhom limitu għall-ħin ta’ xogħol massimu tagħhom u għal perijodi ta’ mistrieħ fil-ġimgħa u kuljum u perijodu annwali ta’ vaganzi bi ħlas. |
(19) |
Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tistà tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(20) |
Konformement mal-paragrafu 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar ta’ liġijiet (2), l-Istati Membri se jkunu mħeġġa jfasslu, għalihom stess u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess li jkunu juru, sa fejn hu possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni u jagħmluhom pubbliċi. |
(21) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara konkluż mill-Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u mill-Federazzjoni tal-Unjons tal-Ħaddiema tat-Trasport fl-Unjoni Ewropea (FST) (3) li tinkludi l-Ftehim Ewropew dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara fl-Anness tagħha għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ. |
(22) |
L-implimentazzjoni tal-Ftehim tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet taħt l-Artikolu 136 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Din id-Direttiva timplimenta l-Ftehim dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, konkluż fid-19 ta’ Mejju 2008 bejn l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw it-tmexxija intraprenditorjali u l-ħaddiema fis-settur tat-trasport marittimu (Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea, ECSA, u Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport, ETF) li jinsab fl-Anness.
Artikolu 2
L-Anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
Fil-Klawżola 1, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:
|
(2) |
Fil-Klawżola 2, il-punti (c) u (d) jinbidlu b’dan li ġej:
|
(3) |
Il-Klawżola 6 tinbidel b’dan li ġej:
|
(4) |
Il-Klawżola 13 tinbidel b’dan li ġej:
|
(5) |
Il-Klawżola 16 tinbidel b’dan li ġej: “Kull baħħar għandu jkun intitolat għal vaganzi annwali bi ħlas. L-intitolament għal vaganzi annwali bi ħlas għandu jkun ikkalkulat abbażi ta’ minimu ta’ 2.5 ġranet kalendarji kull xahar ta’ impjieg u abbażi ta’ pro rata għal xhur mhux kompluti.Il-perijodu minimu ta’ vaganzi annwali bi ħlas ma jistax ikun sostitwit b’allowance in lieu, ħlief meta r-relazzjoni tal-impjieg tiġi terminata.” |
Artikolu 3
1. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.
2. L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ma tistax tikostitwixxi taħt l-ebda ċirkostanza bażi suffiċjenti li tiġġustifika tnaqqis fil-livell ġenerali ta’ protezzjoni lill-ħaddiema fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-Istati Membri u/jew it-tmexxija intraprenditorjali u l-ħaddiema li jistabbilixxu, fid-dawl ta’ ċirkostanzi li jinbidlu, arranġamenti leġiżlattivi, regolatorji jew kuntrattwali differenti minn dawk li jkunu jipprevalu fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, dejjem jekk ikunu sodisfatti r-rekwiżiti minimi stabbiliti f’din id-Direttiva.
3. L-applikazzjoni u/jew l-interpretazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe provvediment, użanza jew prattika Komunitarja jew nazzjonali li tipprevedi kondizzjonijiet aktar favorevoli għall-baħħara kkonċernati.
4. Id-dispożizzjoni tal-Istandard A4.2 paragrafu 5 b) m’għandhiex tafettwa il-prinċipju tar-responsabbiltà ta’ min iħaddem kif previst fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 89/391/KEE.
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw liema penali huma applikabbli meta jinkisru dispożizzjonijiet nazzjonali li jiġu promulgati konformement ma’ din id-Direttiva. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 5
1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tkun sodisfatta din id-Direttiva jew għandhom jiżguraw li t-tmexxija intraprenditorjali u l-ħaddiema jkunu introduċew bi ftehim il-miżuri meħtieġa, mhux iktar tard minn tnax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
2. Meta l-Istati Membri jadottaw dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir tali referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 6
L-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ekwivalenza sostanzjali kif imsemmi fil-Preambolu tal-Ftehim hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw minn din id-Direttiva.
Artikolu 7
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006.
Artikolu 8
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Frar 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
O. LIŠKA
(1) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.
(2) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
(3) ĠU L 167, 2.7.1999, p. 33.
ANNESS
FTEHIM
konkluż mill-ECSA u l-ETF dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006
IL-PARTIJIET FIRMATARJI
Billi l-Konvenzjoni tal-ILO tal-2006 dwar ix-Xogħol Marittimu (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Konvenzjoni”) teħtieġ li kull Membru jissodisfa ruħu li d-dispożizzjonijiet tal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu jirrispettaw, fil-kuntest tal-Konvenzjoni, id-drittijiet fundamentali tal-libertà tal-assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt tan-negozjar kollettiv, l-eliminazzjoni ta’ kull forma ta’ xogħol furzat jew obbligatorju, l-abolizzjoni effettiva tax-xogħol magħmul mit-tfal u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjieg u x-xogħol;
Billi il-Konvenzjoni tipprevedi li kull baħħar għandu dritt għal post tax-xogħol sigur u sikur li jikkonforma ma’ standards ta’ sigurtà, għal kondizzjonijiet ġusti ta’ impjieg, għal kondizzjonijiet diċenti ta’ xogħol u għajxien u għal protezzjoni tas-saħħa, kura medika, miżuri ta’ għajnuna soċjali u forom oħra ta’ protezzjoni soċjali;
Billi l-Konvenzjoni teħtieġ lill-Membri li jiżguraw, fil-limiti tal-ġurisdizzjoni tagħha, li d-drittijiet tal-impjieg u soċjali tal-baħħara mniżżla fil-paragrafu preċedenti ta’ dan il-Preambolu ikunu implimentati bis-sħiħ konformement mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-Konvenzjoni, tali implimentazzjoni tista tintlaħaq permezz ta’ liġijiet u regolamenti nazzjonali, permezz ta’ ftehim ta’ negozjar kollettiv applikabbli jew permezz ta’ miżuri oħra jew fil-prattika;
Billi l-Partijiet Firmatarji jixtiequ jiġbdu attenzjoni partikolari għan-“Nota ta’ Tifsir għar-Regolamenti u l-Kodiċi tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu”, li tistabbilixxi l-format u l-istruttura tal-Konvenzjoni;
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “it-Trattat”) u b’mod partikolari l-Artikoli 137, 138 u 139 tiegħu;
Billi l-Artikolu 139 (2) tat-Trattat jipprevedi li strumenti ta’ ftehim konklużi fil-livell Ewropew jistgħu jiġu implimentati fuq talba miż-żewġ naħat tal-Partijiet firmatarji b’Deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni;
Billi l-Partijiet firmatarji qegħdin b’dan jagħmlu tali talba;
Billi l-istrument adatt għall-implimentazzjoni tal-Ftehim hija Direttiva, fil-kuntest tal-Artikolu 249 tat-Trattat, li jorbot lill-Istati Membri għal dak li hu r-riżultat li jrid jintlaħaq, waqt li jħalli għall-awtoritajiet nazzjonali l-għażla tal-forma u l-metodi; l-Artikolu VI tal-Konvenzjoni jippermetti lill-Membri tal-ILO li jimplimentaw miżuri li huma għas-sodisfazzjon tagħhom sostanzjalment ekwivalenti għall-Istandards tal-Konvenzjoni li hija mmirata kemm għall-ksib totali tal-objettiv u għan ġenerali tal-Konvenzjoni u kemm biex tagħti effett lid-dispożizzjonijiet msemmija tal-Konvenzjoni; l-implimentazzjoni tal-Ftehim b’Direttiva u l-prinċipju ta’ “Ekwivalenza Sostanzjali” fil-Konvenzjoni huma għalhekk immirati biex jagħtu lill-Istati Membri l-ħila li jimplimentaw id-drittijiet u l-prinċipji b’mod previst fl-Artikolu VI paragrafi 3 u 4 tal-Konvenzjoni.
Qablu dwar dan li ġej:
DEFINIZZJONIJIET U AMBITU TA’ APPLIKAZZJONI
1. |
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim u sakemm mhux previst mod ieħor f’dispożizzjonijiet partikolari, it-terminu:
|
2. |
Ħlief jekk ikun previst mod ieħor, dan il-Ftehim japplika għall-baħħara kollha. |
3. |
F’każ ta’ dubju dwar jekk xi kategorija ta’ persuni għandhiex tkun meqjusa bħala baħħara għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-kwistjoni għandha tiġi determinata mill-awtorità kompetenti f’kull Stat Membru wara konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-sidien tal-bastimenti u tal-baħħara kkonċernati b’din il-kwistjoni. F’dan il-kuntest għandu jittieħed kont debitu tar-Riżoluzzjoni tal-94 Sessjoni (Marittima) tal-Konferenza Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol li tikkonċerna informazzjoni dwar gruppi ta’ xogħol. |
4. |
Minbarra fejn huwa espressament previst mod ieħor, dan il-Ftehim japplika għall-bastimenti kollha kemm jekk tal-gvern u kemm jekk tal-privat, normalment ingaġġati f’attivitajiet kummerċjali, minbarra bastimenti ingaġġati fis-sajd jew f’attivitajiet simili u bastimenti ta’ għamla tradizzjonali bħal iġfna u ġanks. Dan il-Ftehim ma japplikax għall-bastimenti tal-gwerra jew tagħmir għal mal-bastimenti. |
5. |
F’każ ta’ dubju dwar jekk il-Ftehim japplikax għal bastiment jew kategorija partikolari ta’ bastimenti, il-kwistjoni għandha tkun deċiża mill-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru wara konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet ikkonċernati tas-sidien tal-bastimenti u tal-baħħara. |
IR-REGOLAMENTI U L-ISTANDARDS
TITOLU 1.
REKWIŻITI MINIMI GĦALL-BAĦĦARA BIEX JAĦDMU FUQ BASTIMENT
Regolament 1.1 – Età Minima
1. |
L-ebda persuna taħt l-età minima ma għandha tkun impjegata jew ingaġġata biex taħdem fuq bastiment. |
2. |
Età minima superjuri għandha tkun meħtieġa fiċ-ċirkostanzi imniżżla f’dan il-Ftehim. |
Standard A1.1 – Età Minima
L-età minima hija rregolata bid-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta’ Ġunju 1999 (għandha tiġi emendata) dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara (għandha tiġi emendata konformement mal-Anness A ma’ dan il-Ftehim).
Regolament 1.2 – Ċertifikat Mediku
Iċ-ċertifikati mediċi huma regolati bid-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta’ Ġunju 1999 (għandha tiġi emendata) dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara (għandha tiġi emendata konformement mal-Anness A ma’ dan il-Ftehim).
Regolament 1.3 – Taħriġ u kwalifiki
1. |
Il-baħħara ma għandhomx jaħdmu fuq bastiment jekk mhumiex imħarrġa jew iċċertifikati bħala kompetenti jew inkella kwalifikati biex iwettqu dmirijiethom. |
2. |
Il-baħħara ma għandhomx jingħataw permess jaħdmu fuq bastiment jekk ma jkunux lestew b’suċċess taħriġ dwar is-sigurtà personali fuq bastiment. |
3. |
It-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni konformement mal-istrumenti obbligatorji adottati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali għandhom jitqiesu li jissodisfaw r- rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan ir-Regolament. |
TITOLU 2.
KONDIZZJONIJIET TAL-IMPJIEG
Regolament 2.1 – Ftehim dwar l-impjieg tal-baħħara
1. |
It-termini u l-kondizzjonijiet għall-impjieg ta’ baħħar għandhom jitniżżlu jew ikun hemm refernza għalihom fi ftehim miktub b’mod ċar li jista’ jiġi infurzat legalment u għandhom ikunu konsistenti mal-istandards imniżżla f’dan il-Ftehim. |
2. |
L-istrumenti ta’ ftehim dwar l-impjieg tal-baħħara għandhom jiġu aċċettati mill-baħħar taħt kondizzjonijiet li jiżguraw li l-baħħar ikollu opportunità li jeżamina u jieħu parir dwar it-termini u l-kondizzjonijiet tal-ftehim u jaċċettahom liberament qabel ma jiffirma. |
3. |
Sa fejn hu kompatibbli mal-liġi u l-prattika nazzjonali tal-Istat Membru, l-istrumenti ta’ ftehim dwar l-impjieg tal-baħħara għandhom ikunu kkunsidrati bħala li jinkorporaw kwalunkwe ftehim ta’ negozjar kollettiv applikabbli. |
Standard A2.1 – Strumenti ta’ ftehim dwar l-impjieg tal-baħħara
1. |
Kull Stat Membru għandu jadotta liġijiet u regolamenti li jeħtieġu lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jikkonformaw mal-ħtiġeit li ġejjin:
|
2. |
Fejn ftehim ta’ negozjar kollettiv jifforma b’mod sħiħ jew parzjali l-ftehim dwar l-impjieg tal-baħħara, kopja ta’ dan il-ftehim għandha tkun disponibbli abbord. Fejn il-lingwa tal-ftehim dwar l-impjieg tal-baħħara u kwalunkwe ftehim ta’ negozjar kollettiv applikabbli ma tkunx l-Ingliż, dan li ġej għandu jkun disponibbli bl-Ingliż (minbarra għal bastimenti ingaġġati biss fuq vjaġġi domestiċi):
|
3. |
Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1(e) ta’ dan l-Istandard ma għandu jkollu l-ebda dikjarazzjoni dwar il-kwalità tax-xogħol tal-baħħara jew dwar il-pagi tagħhom. L-għamla tad-dokument, id-dettalji li għandhom jitniżżlu u l-mod ta’ kif dawn id-dettalji għandhom jiddaħħlu, għandhom ikunu determinati bil-liġi nazzjonali. |
4. |
Kull Stat Membru għandu jadotta liġijiet u regolamenti li jispeċifikaw il-materji li għandhom ikunu inklużi fil-ftehim dwar l-impjieg tal-baħħara kollha li jaqgħu taħt il-liġi nazzjonali tiegħu. F’kull każ, kull ftehim dwar l-impjieg tal-baħħara għandu jkollu d-dettalji li ġejjin:
|
5. |
Kull Stat Membru għandu jadotta liġijiet u regolamenti li jistabbilixxu perijodi minimi ta’ notifika li għandhom jingħataw mill-baħħara u mis-sidien tal-bastimenti għat-tmiem qabel iż-żmien ta’ ftehim dwar l-impjieg tal-baħħar. Id-durata ta’ dawn il-perijodi minimi għandu jkun determinat wara konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-sidien tal-bastimenti u tal-baħħar ikkonċernati, iżda ma għandux ikun inqas minn sebat ijiem. |
6. |
Jista’ jingħata perijodu ta’ notifika iqsar mill-minimu f’ċirkostanzi rikonoxxuti taħt il-liġi jew regolamenti nazzjonali jew taħt strumenti ta’ ftehim ta’ negozjar kollettivi applikabbli li jiġġustifikaw it-tmiem ta’ ftehim ta’ impjieg b’notifika iqsar jew mingħajr notifika. Biex jiġu deċiżi dawn iċ-ċirkostanzi, kull Stat Membru għandu jiżgura li jittieħed kont tal-ħtieġa tal-baħħar li jtemm, mingħajr penali, il-ftehim tal-impjieg b’notifika iqsar jew mingħajr notifika għal raġunijiet ta’ kumpassjoni jew raġunijiet urġenti oħrajn. |
Regolament 2.3 – Ħinijiet ta’ xogħol u ħinijiet ta’ mistrieħ
Il-ħinijiet tax-xogħol u tal-mistrieħ tal-baħħara huma regolati bid-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta’ Ġunju 1999 (għandha tiġi emendata) dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara (għandha tiġi emendata konformement mal-Anness A ma’ dan il-Ftehim).
Regolament 2.4 – Intitolament għal vaganzi
1. |
Kull Stat Membru għandu jeħtieġ li l-baħħara li huma impjegati fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jingħataw vaganzi annwali bi ħlas taħt kondizzjonijiet xierqa konformement ma’ dan il-Ftehim u d-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta’ Ġunju 1999 (għandha tiġi emendata) dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara (għandha tiġi emendata konformement mal-Anness A ma’ dan il-Ftehim). |
2. |
Il-baħħara għandhom jingħataw vaganzi biex jinżlu l-art għall-benefiċċju ta’ saħħithom u l-benessri tagħhom u bir- rekwiżiti operattivi tal-pożizzjonijiet tagħhom. |
Regolament 2.5 – Ripatrijazzjoni
1. |
Il-baħħara għandhom dritt ikunu ripatrijati mingħajr ma jsofru spejjeż. |
2. |
Kull Stat Membru għandu jeħtieġ li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jipprovdu sigurtà finanzjarja biex ikun żgurat li l-baħħara jiġu ripatrijati kif suppost. |
Standard A2.5 – Ripatrijazzjoni
1. |
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-baħħara fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu huma intitolati għar-ripatrijazzjoni fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
2. |
Kull Stat Membru għandu jiżgura li jkun hemm dispożizzjonijiet adegwati previsti fil-liġijiet u r-regolamenti tiegħu jew miżuri oħra jew fil-ftehim ta’ negozjar kollettiv, li jippreskrivu:
|
3. |
Kull Stat Membru għandu jipprojbixxi lis-sidien tal-bastimenti milli jitolbu li l-baħħara jagħmlu ħlas minn qabel għall-ispejjeż ta’ ripatrijazzjoni fil-bidu tal-impjieg tagħhom, u ukoll milli jirkupraw l-ispejjeż ta’ ripatrijazzjoni mill-pagi jew intitolamenti oħra tal-baħħara ħlief f’każijiet fejn il-baħħar, taħt il-liġijiet u regolamenti nazzjonali jew miżuri oħra jew ftehim ta’ negozjar kollettiv applikabbli, instab ħati ta’ nuqqas serju fl-obbligi tal-impjieg tiegħu. |
4. |
Il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali ma għandhom jippreġudikaw l-ebda dritt tas-sid tal-bastiment li jirkupra l-ispejjeż ta’ ripatrijazzjoni taħt arranġamenti kuntrattwali ma’ terzi persuni. |
5. |
Jekk sid ta’ bastiment jonqos milli jagħmel arranġamenti għal jew li jkopri l-ispejjeż ta’ ripatrijazzjoni tal-baħħara li huma intitolati għar-ripatrijazzjoni:
|
6. |
B’kont meħud tal-istrumenti internazzjonali applikabbli, inkluż il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Arrest ta’ Bastimenti, 1999, Stat Membru li jkun ħallas l-ispejjeż ta’ ripatrijazzjoni jista’ jżomm, jew jitlob iż-żamma tal-bastimenti tas-sid ikkonċernat sakemm isir ir-rimborż taħt il-paragrafu 5 ta’ dan l-Istandard. |
7. |
Kull Stat Membru għandu jiffaċilita r-ripatrijazzjoni tal-baħħara li jaħdmu fuq bastimenti li jaslu fil-portijiet tiegħu jew jgħaddu minn ġol-ibħra territorjali jew interni tiegħu, kif ukoll is-sostituzzjoni tagħhom abbord. |
8. |
B’mod partikolari, Stat Membru ma għandux jirrifjuta d-dritt ta’ ripatrijazzjoni lil kwalunkwe baħħar minħabba ċ-ċirkostanzi finanzjarji ta’ sid ta’ bastiment jew minħabba l-inkapaċità jew in-nuqqas ta’ rieda tas-sid tal-bastiment li jissostitwixxi baħħar. |
9. |
Kull Stat Membru għandu jitlob li bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jġorru u jkollhom għad-dispożizzjoni tal-baħħara kopja tad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli li jirrigwardaw ir-ripatrijazzjoni miktuba b’lingwa adegwata. |
Regolament 2.6 – Kumpens lill-baħħar għat-telf jew l-għarqa tal-bastiment
Il-baħħara huma intitolati għal kumpens adegwat f’każ ta’ ferimenti, telf, jew qgħad minħabba t-telf jew l-għarqa tal-bastiment.
Standard A2.6 – Kumpens lill-baħħar għat-telf jew l-għarqa tal-bastiment
1. |
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi regoli li jiżguraw li, f’kull każ ta’ telf jew għarqa tal-bastiment, is-sid tal-bastiment għandu jħallas lil kull baħħar abbord indennità għall-qgħad li jirriżulta mit-telf jew l-għarqa tal-bastiment. |
2. |
Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Istandard għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt ieħor li baħħar jista’ jkollu taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għat-telf jew il-ferimenti li jirriżultaw mit-telf jew l-għarqa tal-bastiment. |
Regolament 2.7 – Numru ta’ Persunal
Id-dispożizzjonijiet dwar in-numru suffiċjenti, sigur u effiċjenti ta’ persunal tal-bastimenti jinsabu fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta’ Ġunju 1999 (li għandha tiġi emendata) dwar il-Ftehim Ewropew dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara (li għandha tiġi emendata konformement mal-Anness A ma’ dan il-Ftehim).
Regolament 2.8 – Żvilupp tal-karriera u tal-kapaċitajiet u opportunitajiet għall-impjieg tal-baħħara
Kull Stat Membru għandu jkollu politika nazzjonali għall-promozzjoni tal-impjiegi fis-settur marittimu u biex iħeġġeġ l-iżvilupp tal-karriera u tal-kapaċitajiet u l-opportunitajiet ta’ impjieg akbar għall-baħħara domiċiljati fit-territorju tiegħu.
Standard A2.8 – Żvilupp tal-karriera u tal-kapaċitajiet u opportunitajiet għall-impjieg tal-baħħara
1. |
Kull Stat Membru għandu jkollu politika nazzjonali li tħeġġeġ l-iżvilupp tal-karriera u tal-kapaċitajiet u l-opportunitajiet ta’ impjieg akbar għall-baħħara, b’mod li jipprovdi lis-settur marittimu b’forza tax-xogħol stabbli u kompetenti. |
2. |
L-għan tal-politika msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Istandard għandu jkun biex jgħin lill-baħħara jsaħħu l-kompetenzi, il-kwalifiki u l-opportunitajiet ta’ impjieg tagħhom. |
3. |
Kull Stat Membru għandu, wara konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-sidien tal-bastimenti u tal-baħħara kkonċernati, jistabbilixxi objettivi ċari għall-gwida, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali tal-baħħara li d-doveri tagħhom abbord il-bastimenti primarjament jirrelataw mat-tħaddim sigur u n-navigazzjoni tal-bastiment, inkluż it-taħriġ kontinwu. |
TITOLU 3.
AKKOMODAZJONI, FAĊILITAJIET RIKREATTIVI, IKEL U SERVIZZ TA’ IKEL U XORB
Standard A3.1 – Akkomodazzjoni u faċilitajiet rikreattivi
1. |
Bastimenti li jagħmlu kummerċ regolari ma’ portijiet infestati bin-nemus għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir xieraq kif mitlub mill-awtorità kompetenti. |
2. |
Faċilitajiet rikreattivi, kumditajiet u servizzi adegwati għall-baħħara, kif adattati biex jissodisfaw il-bżonnijiet speċjali tal-baħħara li jridu jgħixu u jaħdmu fuq il-bastimenti, għandhom ikunu pprovduti abbord għall-benefiċċju tal-baħħara kollha, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tas-saħħa u sigurtà u l-prevenzjoni tal-inċidenti. |
3. |
L-awtorità kompetenti għandha titlob li jsiru spezzjonijiet frekwenti abbord il-bastimenti, mill-kaptan jew taħt l-awtorità tiegħu, biex tiżgura li l-akkomodazzjoni tal-baħħara tkun nadifa, li wieħed jista’ jgħix b’mod deċenti fiha u miżmuma f’kundizzjoni tajba. Ir-riżultati ta’ kull spezzjoni għandha tiġi mniżżla u tkun għad-dispożizzjoni għall-analiżi. |
4. |
F’każ ta’ bastimenti fejn jeħtieġ li jittieħdu f’kont, mingħajr diskriminazzjoni, l-interessi tal-baħħara li għandhom prattiċi reliġjużi u soċjali differenti u distinti, l-awtorità kompetenti tistà, wara konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-sidien tal-bastimenti u tal-baħħara kkonċernati, tippermetti varjazzjonijiet applikati b’mod ġust għal dan l-Istandard dment li tali varjazzjonijiet ma jirriżultawx f’faċilitajiet ġeneralment inqas favorevoli minn dawk li kieku jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard. |
Regolament 3.2 – Ikel u forniment ta’ ikel u xorb
1. |
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jġorru abbord u jservu ikel u ilma għax-xorb ta’ kwalità tajba, b’valur nutrittiv u bi kwantità li tkopri adegwament ir-rekwiżiti tal-bastiment u li tieħu kont tal-isfondi kulturali u reliġjużi differenti. |
2. |
Baħħara abbord bastiment għandhom ikunu pprovduti b’ikel bla ħlas matul il-perijodu tal-ingaġġ. |
3. |
Il-baħħara impjegati bħala koki fuq il-bastimenti b’responsabbiltà għall-preparazzjoni tal-ikel għandhom ikunu mħarrġa u kwalifikati għall-pożizzjoni tagħhom abbord il-bastiment. |
Standard A3.2 – Ikel u forniment ta’ ikel u xorb
1. |
Kull Stat Membru għandu jadotta liġijiet u regolamenti jew miżuri oħra li jipprovdu standards minimi għall-kwantità u l-kwalità tal-ikel u l-ilma għax-xorb, u għall-istandards tal-forniment tal-ikel u x-xorb li japplikaw għall-ikliet ipprovduti lill-baħħara fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, u għandu jwettaq attivitajiet edukattivi għall-promozzjoni ta’ għarfien u l-implimentazzjoni tal-istandards imsemmija f’dan il-paragrafu. |
2. |
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jilħqu l-istandards minimi li ġejjin:
|
3. |
Is-sidien tal-bastimenti għandhom jiżguraw li l-baħħara ingaġġati bħala koki fuq il-bastiment ikunu mħarrġa, kwalifikati u misjuba kompetenti għall-pożizzjoni tagħhom konformement ma’r-rekwiżiti stabbiliti fil-liġijiet u regolamenti tal-Istat Membru ikkonċernat. |
4. |
Ir-rekwiżiti taħt paragrafu 3 ta’ dan l-Istandard għandhom jinkludu t-tlestija ta’ kors ta’ taħriġ approvat jew rikonoxxut mill-awtorità kompetenti, li jkopri tisjir prattiku, iġjene alimentari u personali, ħażna tal-ikel, kontroll tal-istokk, u protezzjoni ambjentali u saħħa u sigurtà relatata mal-fornikent ta’ ikel u xorb. |
5. |
Fuq bastimenti li joperaw b’ekwipaġġ ta’ inqas minn għaxra min-nies li, minħabba d-daqs tal-ekwipaġġ jew it-tip ta’ kummerċ, jistgħu ma jkunux meħtieġa, mill-awtorità kompetenti, li jkollhom kok kwalifikat, kull min jipproċessal-ikel fil-kċina abbord għandu jkun imħarreġ jew mgħallem f’oqsma li jinkludu l-iġjene alimentari u personali kif ukoll il-ġestjoni u l-ħażna tal-ikel abbord il-bastiment. |
6. |
F’ċirkostanzi ta’ neċessità eċċezzjonali, l-awtorità kompetenti tistà toħroġ dispensa li tippermetti kok mhux għal kollox kwalifikat biex iservi f’bastiment speċifiku għal perjodu speċifiku limitat, sakemm jaslu fil-port l-aktar konvenjenti li jmiss jew għal perijodu li ma jaqbiżx xahar, dment li l-persuna li għaliha nħarġet id-dispensa tkun imħarrġa jew mgħallma f’oqsma li jinkludu l-iġjene alimentari u personali kif ukoll il-ġestjoni u l-ħażna tal-ikel abbord il-bastiment. |
7. |
L-awtorità kompetenti għandha titlob li jsiru spezzjonijiet dokumentati frekwenti abbord il-bastimenti, mill-kaptan jew taħt l-awtorità tiegħu, għal dak li jirrigwarda:
|
8. |
L-ebda baħħar taħt l-età ta’ 18-il sena ma għandu jkun impjegat jew ingaġġat jew jaħdem bħala kok fuq bastiment. |
TITOLU 4.
PROTEZZJONI TAS-SAĦĦA, KURA MEDIKA U BENESSRI
Regolament 4.1 – Kura medika abbord bastiment u fuq l-art
1. |
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-baħħara kollha fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu huma koperti b’miżuri adegwati għall-protezzjoni tas-saħħa tagħhom u li għandhom aċċess għal kura medika adegwata u minnufih waqt li jaħdmu abbord. |
2. |
Kull Stat Membru għandu jiżgura li baħħara abbord bastimenti fit-territorju tiegħu li jeħtieġu kura medika immedjata jingħataw aċċess għall-faċilitajiet mediċi tal-Istat Membru fuq l-art. |
3. |
Ir-rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa u l-kura medika abbord jinkludu standards għal miżuri mmirati biex jipprovdu lill-baħħara protezzjoni tas-saħħa u kura medika komparabbli kemm jista’ jkun għal dik li hija ġeneralment disponibbli għall-ħaddiema fuq l-art. |
Standard A4.1 – Kura medika abbord bastiment u fuq l-art
1. |
Kull Stat Membru għandu jiżgura li jiġu adottati miżuri li jipprovdu għall-protezzjoni tas-saħħa u l-kura medika, inkluża l-kura dentali essenzjali, għal baħħara li jaħdmu abbord bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, u li:
|
2. |
L-awtorità kompetenti għandha tadotta formola standard ta’ rapport mediku għall-użu mill-kaptani tal-bastiment u l-personal mediku rilevanti kemm fuq l-art kif ukoll abbord. Il-formola, meta kkompletata, u l-kontenuti tagħha għandhom jibqgħu kunfidenzjali u jistgħu jintużaw biss biex jiffaċilitaw it-trattament tal-baħħara. |
3. |
Kull Stat Membru għandu jadotta l-liġijiet u r-regolamenti li jistabbilixxu r-rekwiżiti għal faċilitajiet u tagħmir ta’ sptar u ta’ kura medika abbord u taħriġ fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu. |
4. |
Il-liġijiet u regolamenti nazzjonali għandhom bħala minimu jipprovdu għar-rekwiżiti li ġejjin:
|
Regolament 4.2 – Responsabbiltà tas-sid tal-bastiment
1. |
Kull Stat Membru għandu jiżgura li jkunu fis-seħħ miżuri fuq il-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu li jipprovdu lill-baħħara impjegati fuq il-bastimenti d-dritt għall-assistenza u l-appoġġ materjali mis-sid tal-bastiment għal dak li jirrigwarda l-konsegwenzi finanzjarji ta’ mard, ferimenti jew mewt li jseħħu waqt li jkunu qegħdin jaħdmu taħt ftehim dwar l-impjieg tal-baħħara jew li jirriżultaw mill-impjieg tagħhom taħt tali ftehim. |
2. |
Dan ir-Regolament ma jaffettwax kwalunkwe rimedju legali ieħor li baħħar jista’ jfittex. |
Standard A4.2 – Responsabbiltà tas-sid tal-bastiment
1. |
Kull Stat Membru għandu jadotta l-liġijiet u r-regolamenti li jeħtieġu li s-sidien ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jkunu responsabbli għall-protezzjoni tas-saħħa u l-kura medika tal-baħħara kollha li jaħdmu abbord il-bastiment konformement mal-istandards minimi li ġejjin:
|
2. |
Il-liġijiet jew regolamenti nazzjonali jistgħu jillimitaw ir-responsabbiltà tas-sid tal-bastiment li jħallas l-ispejjeż tal-kura medika u tal-ikel u l-alloġġ għal perjodu li ma għandux ikun inqas minn 16-il ġimgħa mid-data tal-feriment jew tal-bidu tal-mard. |
3. |
Fil-każ fejn il-mard jew il-feriment jirriżulta f’inkapaċità li wieħed jaħdem, is-sid tal-bastiment għandu jkun responsabbli:
|
4. |
Il-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali jistgħu jillimitaw ir-responsabbiltà tas-sid tal-bastiment li jħallas il-pagi sħaħ jew parti minnhom fir-rigward ta’ baħħar li ma għadux abbord għal perjodu li ma għandux ikun inqas minn 16-il ġimgħa mid-data tal-feriment jew tal-bidu tal-mard. |
5. |
Il-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali jistgħu jeskludu lis-sid tal-bastiment mir-responsabbiltà fir-rigward ta’:
|
6. |
Il-iġijiet jew regolamenti nazzjonali jistgħu jeżentaw lis-sid tal-bastiment mir-responsabbiltà li jħallas l-ispejjeż tal-kura medika u l-ispejjeż għall-ikel, l-alloġġ u d-dfin, safejn tali responsabbiltà tittieħed mill-awtoritajiet pubbliċi. |
7. |
Is-sidien tal-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jieħdu miżuri biex jissalvagwardjaw il-proprjetà li titħalla abbord mill-baħħara morda, feruti jew mejta u biex jagħtuha lura lilhom jew lil minn jiġi minnhom mill-qrib. |
Regolament 4.3 – Protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà u prevenzjoni tal-inċidenti
1. |
Kull Stat Membru għandu jiżgura li baħħara fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jkollhom protezzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol u li jgħixu, jaħdmu u jitħarrġu abbord il-bastiment f’ambjent sikur u iġjeniku. |
2. |
Kull Stat Membru għandu jiżviluppa u jippromulga linji gwida nazzjonali għall-ġestjoni ta’ sigurtà u saħħa fuq il-post tax-xogħol abbord bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, wara konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lis-sidien tal-bastimenti u lill-baħħara u billi jieħu f’kont il-kodiċijiet, il-linji gwida u l-istandards applikabbli rakkomandati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-organizzazzjonijiet tal-industrija marittima. |
3. |
Kull Stat Membru għandu jadotta l-liġijiet u r-regolamenti u miżuri oħra li jindirizzaw il-kwistjonijiet speċifikati f’dan il-Ftehim billi jieħu f’kont l-istrumenti internazzjonali rilevanti, u jistabbilixxi standards għas-sigurtà u protezzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol u għall-prevenzjoni tal-inċidenti fuq il-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu. |
Standard A4.3 – Protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà u prevenzjoni tal-inċidenti
1. |
Il-liġijiet u r-regolamenti u miżuri oħra li għandhom jiġu adottati konformement ma’r-Regolament 4.3, il-paragrafu 3, għandhom jinkludu s-suġġetti li ġejjin:
|
2. |
Id-dsipożizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Istandard għandhom:
|
3. |
Il-liġijiet u r-regolamenti u miżuri oħra msemmija fir-Regolament 4.3, il-paragrafu 3, għandhom jiġu analizzati regolarment b’konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-sidien tal-bastimenti u l-baħħara u, jekk meħtieġ, riveduti biex jittieħdu f’kont it-tibdiliet fit-teknoloġija u fir-riċerka b’mod li jkun faċilitat titjib kontinwu fil-politika u l-programmi tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol u jkun provdut ambjent sikur fuq il-post tax-xogħol għall-baħħara fuq il-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru. |
4. |
Il-konformità mar-rekwiżiti ta’ strumenti internazzjonali applikabbli dwar il-livelli aċċettabbli ta’ espożizzjoni għal perikli fuq il-post tax-xogħol abbord bastimenti u dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politika u programmi tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol għandha tkun ikkunsidrata bħala li tilħaq ir-rekwiżiti ta’ dan il-Ftehim. |
5. |
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:
|
6. |
Ir-rappurtar u l-investigazzjoni dwar suġġetti ta’ sigurtà u saħħa fuq il-post tax-xogħol għandhom ikunu b’mod li jiżguraw il-protezzjoni tad-data personali tal-baħħara. |
7. |
L-awtorità kompetenti għandha tikkoopera mal-organizzazzjonijiet tas-sidien tal-bastimenti u l-baħħara biex tieħu miżuri biex iġġib għall-attenzjoni tal-baħħara kollha informazzjoni li tikkonċerna perikli partikolari abbord bastimenti, pereżempju, permezz ta’ avviżi uffiċjali li fihom struzzjonijiet rilevanti. |
8. |
L-awtorità kompetenti għandha teħtieġ li s-sidien tal-bastimenti li jwettqu evalwazzjoni tar-riskju relatat mal-ġestjoni tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol jirreferu għal informazzjoni statistika adegwata mill-bastimenti tagħhom u minn stastika ġenerali provduta mill-awtorità kompetenti. |
Regolament 4.4 – Aċċess għal faċilitajiet ta’ benessri bbażati fuq l-art
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-faċilitajiet ta’ benessri bbażati fuq l-art, fejn jeżistu, ikunu faċilment aċċessibbli. L-Istat Membru għandu jippromwovi wkoll l-iżvilupp ta’ faċilitajiet ta’ benessri f’portijiet magħżula biex jipprovdi lill-baħħara abbord il-bastimenti li jkunu fil-portijiet tiegħu aċċess għal faċilitajiet u servizzi ta’ benessri adegwati.
Standard A4.4 – Aċċess għal faċilitajiet ta’ benessri bbażati fuq l-art
1. |
Kull Stat Membru għandu jitlob, fejn il-faċilitajiet ta’ benessri jeżistu fuq it-territorju tiegħu, li jkunu dipsonibbli għall-użu tal-baħħara kollha, irrispettivament min-nazzjonalità, ir-razza, il-kulur, is-sess, ir-reliġjon, l-opinjoni politika jew l-oriġini soċjali, u irrispettivament mill-Istat tal-bandiera tal-bastiment li fuqu huma impjegati, ingaġġati jew jaħdmu. |
2. |
Kull Stat Membru għandu jippromwovi l-iżvilupp ta’ faċilitajiet ta’ benessri f’portijiet adattati tal-pajjiż u jiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-sidien tal-bastimenti u l-baħħara kkonċernati, liema portijiet għandhom jitqiesu xierqa. |
3. |
Kull Stat Membru għandu jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta’ bordijiet tal-benessri li għandhom jagħmlu analiżi regolari ta’ faċilitajiet u servizzi ta’ benessri biex jiżguraw li huma adegwati fid-dawl ta’ tibdiliet fil-bżonnijiet tal-baħħara li jirriżultaw minn żviluppi tekniċi, operattivi u żviluppi oħrajn fl-industrija marittima. |
TITOLU 5.
KONFORMITÀ U INFURZAR
Regolament 5.1.5 – Proċeduri ta’ ilmenti abbord
1. |
Kull Stat Membru għandu jitlob li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jkollhom proċeduri abbord għall-ġestjoni ġusta, effettiva u fil-pront ta’ ilmenti tal-baħħara li jallegaw ksur tar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni (inklużi d-drittijiet tal-baħħara). |
2. |
Kull Stat Membru għandu jipprojbixxi u jippenalizza kwalunkwe tip ta’ vittimizzazzjoni ta’ baħħar talli ressaq ilment. |
3. |
Id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ baħħar li jitlob kumpens permezz ta’ kwalunkwe mezz legali li l-baħħar iqis adegwat. |
Standard A5.1.5 – Proċeduri ta’ ilmenti abbord
1. |
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ambitu wiesa’ li jista’ jingħata lil-liġijiet jew regolamenti nazzjonali jew ftehim kollettiv, il-proċeduri abbord jistgħu jintużaw mill-baħħara biex iressqu ilmenti relatati ma’ kwalunkwe kwistjoni li allegatament tikser ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni (inklużi d-drittijiet tal-baħħara). |
2. |
Kull Stat Membru għandu jiżgura li, fil-liġijiet jew ir-regolamenti tiegħu, ikunu previsti proċeduri adegwati ta’ ilmenti abbord biex jilħqu r-rekwiżiti tar-Regolament 5.1.5. Tali proċeduri għandhom ifittxu li jsolvu ilmenti fl-iktar livell baxx possibbli. Iżda, f’kull każ, il-baħħara għandhom ikollhom dritt li jilmentaw direttament mal-kaptan u, fejn iqisu li jkun neċessarju, mal-awtoritajiet esterni xierqa. |
3. |
Il-proċeduri ta’ ilmenti abbord għandhom jinkludu d-dritt tal-baħħar li jkun akkumpanjat jew rappreżentat matul il-proċeduri ta’ ilment, kif ukoll salvagwardji kontra l-possibbiltà ta’ vittimizzazzjoni tal-baħħara għaliex iressqu l-ilment. It-terminu “vittimizzazzjoni” jkopri kwalunkwe azzjoni negattiva li ssir minn kwalunkwe persuna f’konfront ta’ baħħar għaliex ressaq ilment li ma jkunx magħmul b’mod manifestament vessatorju jew malizzjuż. |
4. |
Flimkien ma’ kopja tal-ftehim tagħhom dwar l-impjieg tal-baħħara, il-baħħara kollha għandhom jiġu pprovduti b’kopja tal-proċeduri ta’ ilmenti abbord applikabbli għall-bastiment. Din għandha tinkludi informazzjoni ta’ kuntatt għall-awtorità kompetenti fl-Istat tal-bandiera u, fejn mhux hekk, fil-pajjiż ta’ residenza tal-baħħar, u l-isem ta’ persuna jew persuni abbord il-bastiment li jistgħu, fuq bażi kunfidenzjali, jipprovdu lill-baħħara pariri imparzjali dwar l-ilment tagħhom jew inkella jgħinuhom biex isegwu l-proċeduri ta’ ilment disponibbli għalihom abbord il-bastiment. |
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Sussegwentement għal kwalunkwe emenda għal kwalunkwe dispożizzjoni tal-Konvenzjoni tal-2006 dwar ix-Xogħol Marittimu, u jekk mitlub minn wieħed mill-Partijiet għall-Ftehim, għandha ssir analiżi tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.
L-Imsieħba Soċjali qed jagħmlu dan il-Ftehim bil-kondizzjoni li ma jidħolx fis-seħħ qabel id-data meta l-Konvenzjoni tal-2006 tal-ILO dwar ix-Xogħol Marittimu tidħol fis-seħħ, b’tali data tkun 12-il xahar wara d-data li fiha jkunu ġew reġistrati mal-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol ratifiki minn mill-imqas 30 Membru b’sehem totali ta’ 33 % tat-tunnellaġġ gross globali tal-bastimenti.
L-Istati Membri u/jew l-Imsieħba Soċjali jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet iktar favorevoli għall-baħħara minn dawn imniżżla fil-Ftehim.
Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe liġi Komunitarja eżistenti li tkun iktar restrittiva u/jew speċifika.
Dan il-Ftehim ma għandux jaffettwa kwalunkwe liġi, użanza jew ftehim li jipprevedi kondizzjonijiet iktar favorevoli għall-baħħara kkonċernati. Pereżempju, it-termini ta’ dan il-Ftehim huma mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 1989/391 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq i-xogħol, għad- Direttiva tal-Kunsill 92/29 dwar rekwiżiti minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti u għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/63 dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni ta’ ħin tax-xogħol tal-baħħara (li għandha tiġi emendata konformement mal-Anness A ma’ dan il-Ftehim).
L-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim ma għandhiex tikkostitwixxix raġuni valida biex jitnaqqas il-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħti lill-baħħara fil-qasam tal-Ftehim.
FEDERAZZJONI EWROPEA TAL-ĦADDIEMA TAT-TRASPORT (ETF)
ASSOĊJAZZJONIJIET TAS-SIDIEN TA’ BASTIMENTI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA (ECSA)
PRESIDENT TAL-KUMITAT TA’ DJALOGU SETTORJALI TAT-TRASPORT MARITTIMU
BRUSSELL, 19 TA’ MEJJU 2008
ANNESS A
EMENDI GĦALL-FTEHIM DWAR L-ORGANIZZAZZJONI TAL-ĦIN TAX-XOGĦOL GĦALL-BAĦĦARA KONKLUŻ FIT-30 TA’ SETTEMBRU 1998
Fid-diskussjonijiet tagħhom li wasslu għall-konklużjoni tal-Fethim tagħhom dwar il-Konvenzjoni tal-2006 dwar ix-Xogħol Marittimu, l-Imsieħba Soċjali analizzaw ukoll il-Ftehim dwar l-Organizzazzjoni tal-Ħini tax-Xogħol tal-Baħħara konkluż fit-30 ta’ Settembru 1998 biex jivverifikaw li kien konsistenti mad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Konvenzjoni u jaqblu dwar emendi neċessarji.
B’riżultat ta’ dan, l-Imsieħba Soċjali qablu mal-emendi li ġejjin għall-Ftehim dwar l-Organizzazzjoni tal-Ħin tax-Xogħol tal-Baħħara:
1. Klawżola 1
Għandu jiddaħħal il-paragrafu ġdid 3:
“3. |
F’każ ta’ dubju dwar jekk kwalunkwe kategorija ta’ persuni għandhiex tiġi meqjusa bħala baħħara għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-kwistjoni għandha tiġi determinata mill-Awtorità kompetenti f’kull Stat Membru wara konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-sidien tal-bastimenti u tal-baħħara kkonċernati b’din il-kwistjoni. F’dan il-kuntest għandu jittieħed kont debitu tar-Riżoluzzjoni tal-94 Sessjoni (Marittima) tal-Konferenza Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol li tikkonċerna informazzjoni dwar gruppi ta’ xogħol.” |
2. Klawżola 2 (c)
Il-klawżola 2(c) għandha tiġi sostitwita bi:
“(c) |
it-terminu baħħar tfisser kwalunkwe persuna li hija impjegata jew ingaġġata jew taħdem f’kwalunkwe kapaċità fuq bastiment li għalih japplika dan il-Ftehim;” |
3. Klawżola 2(d)
Il-klawżola 2(d) għandha tiġi sostitwita bi:
“(d) |
it-terminu sid ta’ bastiment tfisser is-sid tal-bastiment jew organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-maniġer, l-aġent jew il-bareboat charterer, li jkun assuma r-responsabbiltà għat-tħaddim tal-bastiment mis-sid u li, kif jassumi din ir-responsabbiltà, ikun qabel li jassumi d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet imposti fuq is-sidien tal-bastiment konformement ma’ dan il-Ftehim, indipendentement jekk kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra tissodisfax ċerti minn dawn id-dmirijiet jew responsabbiltajiet f’isem sid il-bastiment.” |
4. Klawżola 6
Il-klawżola 6 għandha tiġi sostitwita bi:
“1. |
Ix-xogħol billejl ta’ baħħara taħt it-18-il sena għandu jkun ipprojbit. Għall-finijietn ta’ din il-Klawżola, ‘billejl’ għandu jiġi definit taħt il-liġi u l-prattika nazzjonali. Għandu jkopri perijodu ta’ mill-inqas disa’ sigħat li jibda mhux iktar tard minn nofsillejl u jispiċċa mhux qabel il-ħamsa ta’ filgħodu. |
2. |
Tista’ ssir eċċezzjoni għall-konformità stretta mar-restrizzjoni dwar xogħol billejl mill-awtorità kompetenti meta:
|
3. |
L-impjieg, l-ingaġġ jew ix-xogħol tal-baħħara taħt it-18-il sena għandu jkun projbit meta x-xogħol x’aktarx iqiegħed fil-periklu s-saħħa u s-sigurtà tagħhom. It-tipi ta’ xogħol bħal dan għandhom jiġu deċiżi bil-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali jew mill-awtorità kompetenti, wara konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-sidien tal-bastimenti u tal-baħħara kkonċernati, konformement mal-istandards internazzjonali rilevanti.” |
5. Klawżola 13
L-ewwel sentenza tal-Klawżola 13(1) għandha tiġi sostitwita bi:
“1. |
Il-baħħara ma għandhomx jaħdmu fuq bastiment qabel ma jkunu ċertifikati bħala f’kondizzjoni medika tajba biex iwettqu dmirijiethom. |
2. |
Huma permessi biss eċċezzjonijiet kif preskritti f’dan il-Ftehim. |
3. |
L-awtorità kompetenti għandha teħtieġ li, qabel ma jibdew jaħdmu fuq bastiment, il-baħħara jkollhom ċertifikat mediku validu li jixhed li huma f’kondizzjoni medika tajba biex iwettqu d-dmirijiet li għandhom iwettqu meta jkunu qed ibaħħru. |
4. |
Sabiex ikun żgurat li ċ-ċertifikati mediċi jirriflettu ġenwinament l-istat ta’ saħħa tal-baħħara, fid-dawl tad-dmirijiet li jridu jwettqu, l-awtorità kompetenti għandha, wara konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-sidien tal-bastimenti u tal-baħħara kkonċernati, u wara konsiderazzjoni debita tal-linji gwida internazzjonali applikabbli, tippreskrivi l-għamla tal-eżami u ċ-ċertfikat mediċi. |
5. |
Dan il-Ftehim huwa mingħajr preġudizzju għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Istandards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa tal-Baħħara, tal-1978, kif emendata (“STCW”). Ċertifikat mediku maħruġ konformement ma’r-rekwiżiti tal-STCW għandu jkun aċċettat mill-awtorità kompetenti, għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ din il-Klawżola. Ċertifikat mediku li jilħaq is-sustanza ta’ dawn ir-rekwiżiti, f’każ ta’ baħħara mhux koperti bl-STCW, għandu jkun aċċettat ukoll. |
6. |
Iċ-ċertifikat mediku għandu jinħareġ minn tabib debitament kwalifikat jew, f’każ ta’ ċertifikat li jikkonċerna biss il-vista, minn persuna rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti li hija kwalifikata biex toħroġ tali ċertifikat. It-tobba għandhom ikollhom indipendenza professjonali sħiħa meta jeżerċitaw il-ġudizzju mediku tagħhom meta jwettqu proċeduri ta’ eżami mediku. |
7. |
Il-baħħara li ġew rifjutati ċertifikat jew kellhom limitazzjoni imposta fuq l-abbilità tagħhom għax-xogħol, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħin, qasam tax-xogħol jew qasam tal-kummerċ, għandhom jingħataw l-oppurtunità biex ikollhom eżami ulterjuri minn tabib indipendenti ieħor jew minn arbitru mediku indipendenti. |
8. |
Kull ċertifikat mediku għandu jiddikjara b’mod partikolari li:
|
9. |
Sakemm ma jkunx meħtieġ perijodu iqsar minħabba d-dmirijiet speċifiċi li għandhom jitwettqu mill-baħħar ikkonċernat jew rikjest taħt l-STCW:
|
10. |
F’każijiet urġenti l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti li baħħar jaħdem mingħajr ċertifikat mediku validu sakemm jaslu fil-port li jmiss fejn il-baħħar jista’ jikseb ċertifikat mediku minn tabib kwalifikat, dment li:
|
11. |
Jekk il-perijodu ta’ validità ta’ ċertifikat jiskadi matul vjaġġ, iċ-ċertifikat għandu jibqa’ japplika sakemm jasal fil-port li jmiss fejn il-baħħar jista’ jikseb ċertifikat mediku minn tabib kwalifikat, dment li l-perijodu ma jaqbiżx it-tliet xhur. |
12. |
Iċ-ċertifikati mediċi għall-baħħara li jaħdmu fuq bastimenti normalment ingaġġati fuq vjaġġi internazzjonali għandhom bħala minimu jkunu pprovduti bl-Ingliż.” |
Is-sentenzi sussegwenti tal-Klawżola 13(1) u l-paragrafu 13(2) għandhom isiru l-paragrafi 13 sa 15.
6. Klawżola 16:
L-ewwel sentenza għandha tiġi sostitwita bi:
“Kull baħħar għandu jkun intitolat għal vaganzi annwali bi ħlas. L-intitolament għal vaganzi annwali bi ħlas għandu jkun ikkalkulat abbażi ta’ minimu ta’ 2.5 ġranet kalendarji kull xahar ta’ impjieg u abbażi ta’ pro rata għal xhur mhux kompluti.”
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Il-Kunsill
20.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 124/51 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Novembru 2008
dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea
(2009/392/KE)
IL-KUNSILL tal-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 310, flimkien mat-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni anness mat-Trattat ta’ Adeżjoni u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Mejju 2006, in-negozjati mal-Konfederazzjoni Żvizzera għal Protokoll mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-Persuni, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea ġew konklużi. |
(2) |
Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2008, u sakemm jiġi konkluż b’mod finali aktar tard, dan il-Protokoll ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fis-27 ta’ Mejju 2008. |
(3) |
Il-Protokoll għandu jiġi konkluż, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Protokoll mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea, huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha.
It-test tal-Protokoll huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, jittrasmetti n-notifka tal-approvazzjoni skont it-termini previsti fl-Artikolu 6 tal-Protokoll.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
L. CHATEL
PROTOKOLL
mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea
Il-KOMUNITÀ EWROPEA,
irrappreżentata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA’ SPANJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,
IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,
MALTA,
IR-RENJU TAL-OLANDA,
IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-RUMANIJA,
IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TAl-IŻVEZJA,
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,
minn hawn ‘il quddiem “l-Istati Membri”, irrappreżentati wkoll mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,
min-naħa l-waħda, u
L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA, minn hawn ‘il quddiem “l-Iżvizzera”,
min-naħa l-oħra,
minn hawn il quddiem “il-Partijiet Kontraenti”,
WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta’ persuni (minn hawn il-quddiem “il-Ftehim”), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002;
WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll tas-26 ta’ Ottubru 2004 mal-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja. ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem “il-Protokoll tal-2004”), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2006;
WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija (minn issa il quddiem “l-Istati Membri l-ġodda”) mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007;
BILLI l-Istati Membri l-ġodda ser isiru Partijiet Kontraenti għall-Ftehim;
WARA LI KKUNSIDRAW li l-Att tal-Adeżjoni jagħti lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea il-poter li jikkonkludi f’isem l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea protokoll dwar l-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda għall-Ftehim;
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri l-ġodda b’dan isiru Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.
2. Mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għandhom jorbtu lill-Istati Membri l-ġodda bħalma jorbtu lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taħt it-termini u l-kondizzjonijiet stipulati f’dan il-Protokoll.
Artikolu 2
Fit-test prinċipali tal-Ftehim u fl-Anness I tiegħu għandhom isiru l-adattamenti li ġejjin:
(1) |
Il-lista tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim għandha tinbidel b’dan li ġej: “IL-KOMUNITà EWROPEA, IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, IR-REPUBBLIKA ĊEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA’ SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA, MALTA, IR-RENJU TAL-OLANDA, IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-RUMANIJA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TAL-IŻVEZJA, IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, min-naħa l-waħda,u L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA, min-naħa l-oħra,” |
(2) |
L-Artikolu 10 tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-Artikolu 27(2) tal-Anness I għall-Ftehim, ir-referenza għall-“Artikolu 10(2, 2a, 4a u 4b)” għandha tinbidel bir-referenza għall-“Artikolu 10(2, 2a, 2b, 4a, 4b u 4c)”. |
Artikolu 3
B’deroga mill-Artikolu 25 tal-Anness I għall-Ftehim, il-perijodi tranżitorji fl-Anness I ma’ dan il-Protokoll għandhom japplikaw.
Artikolu 4
1. L-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat konformement mal-Anness 2 ma’ dan il-Protokoll.
2. L-Anness III għall-Ftehim għandu jiġi adattat mid-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt stabbilita mill-Artikolu 14 tal-Ftehim.
Artikolu 5
1. L-Annessi 1 u 2 għal dan il-Protokoll għandhom jiffurmaw parti integrali tiegħu.
2. Dan il-Protokoll, flimkien mal-Protokoll tal-2004, għandu jifforma parti integrali tal-Ftehim.
Artikolu 6
1. Dan il-Protokoll għandu jkun ratifikat jew approvat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, f’isem l-Istati Membri u l-Komunità Ewropea, u mill-Iżvizzera skont il-proċeduri tagħhom.
2. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar it-twettiq ta’ dawn il-proċeduri.
Artikolu 7
Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data tal-aħħar notifika ta’ ratifika jew approvazzjoni.
Artikolu 8
Dan il-Protokoll għandu jibqa’ fis-seħħ għall-istess tul ta’ żmien u konfermement mal-istess arranġamenti bħall-Ftehim.
Artikolu 9
1. Dan il-Protokoll, kif ukoll id-Dikjarrazzjonijiet mehmuża miegħu, għandu jiġi mfassal f’żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża, u kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.
2. Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru u bir-Rumen tal-Ftehim, inkluż l-Annessi u l-Protokolli kollha tiegħu u l-Att Finali għandhom ikunu ugwalment awtentiċi. Il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Artikolu 14 tal-Ftehim għandu japprova t-testi awtentiċi tal-Ftehim fil-lingwi l-ġodda.
Съставено в Брюксел, на двадесет и седми май две хиляди и осма година.
Hecho en Bruselas, el veintisiete de mayo de dos mil ocho.
V Bruselu dne dvacátého sedmého května dva tisíce osm.
Udfærdiget i Bruxelles den syvogtyvende maj to tusind og otte.
Geschehen zu Brüssel am siebenundzwanzigsten Mai zweitausendacht.
Kahe tuhande kaheksanda aasta maikuu kahekümne seitsmendal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι εφτά Μαΐου δύο χιλιάδες οκτώ.
Done at Brussels on the twenty-seventh day of May in the year two thousand and eight.
Fait à Bruxelles, le vingt-sept mai deux mille huit.
Fatto a Bruxelles, addì ventisette maggio duemilaotto.
Briselē, divtūkstoš astotā gada divdesmit septītajā maijā.
Priimta du tūkstančiai aštuntų metų gegužės dvidešimt septintą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-nyolcadik év május havának huszonhetedik napján.
Magħmul fi Brussell, fis-sebgħa u għoxrin jum ta' Mejju tas-sena elfejn u tmienja.
Gedaan te Brussel, de zevenentwintigste mei tweeduizend acht.
Sporządzono w Brukseli, dnia dwudziestego siódmego maja roku dwa tysiące ósmego.
Feito em Bruxelas, em vinte e sete de Maio de dois mil e oito.
Întocmit la Bruxelles, douăzeci și șapte mai două mii opt.
V Bruseli dňa dvadsiateho siedmeho mája dvetisícosem.
V Bruslju, dne sedemindvajsetega maja leta dva tisoč osem.
Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäseitsemäntenä päivänä toukokuuta vuonna kaksituhattakahdeksan.
Som skedde i Bryssel den tjugosjunde maj tjugohundraåtta.
За държавите-членки
Por los Estados miembros
Za členské státy
For medlemsstaterne
Für die Mitgliedstaaten
Liikmesriikide nimel
Για τα κράτη μέλη
For the Member States
Pour les États membres
Per gli Stati membri
Dalībvalstu vārdā
Valstybių narių vardu
A tagállamok részéről
Għall-Istati Membri
Voor de lidstaten
W imieniu państw członkowskich
Pelos Estados-Membros
Pentru statele membre
Za členské štáty
Za države članice
Jäsenvaltioiden puolesta
På medlemsstaternas vägnar
За Европейската общност
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenství
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā
Europos bendrijos vardu
Az Európai Közösség részéről
Għall-Komunità Ewropea
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Comunidade Europeia
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvo
Za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
För Europeiska gemenskapen
Für die Schweizerische Eidgenossenschaft
Pour la Confédération suisse
Per la Confederazione svizzera
ANNESS 1
Miżuri tranżitorji dwar ix-xiri ta’ art u residenzi sekondarji
1. Ir-Repubblika tal-Bulgarija
Ir-Repubblika tal-Bulgarija tista’ żżomm fis-seħħ għal ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll ir-restrizzjonijiet stabbiliti fil-liġi attwali tagħha, eżistenti fil-mument tal-iffirmar ta’ dan il-Protokoll, dwar l-akkwist ta’ art għal residenzi sekondarji minn ċittadini Żvizzeri li mhumiex residenti fil-Bulgarija u minn persuni ġuridiċi kostitwiti skont il-liġijiet tal-Iżvizzera.
Ċittadini Żvizzeri li huma legalment residenti fil-Bulgarija m’għandhomx ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti jew għal kwalunkwe regola u proċedura barra minn dawk li għalihom huma soġġetti ċ-ċittadini tal-Bulgarija.
Ir-Repubblika tal-Bulgarija tista’ żżomm fis-seħħ għal seba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll ir-restrizzjonijiet stabbiliti fil-liġi attwali tagħha, eżistenti fil-mument tal-iffirmar ta’ dan il-Protokoll, dwar l-akkwist ta’ art agrikola, foresti jew art imsaġġra minn ċittadini Żvizzeri u minn persuni ġuridiċi kostitwiti skont il-liġijiet tal-Iżvizzera. Fl-ebda każ ma jista’ ċittadin Żvizzeru jiġi trattat b’mod inqas favorevoli fir-rigward tal-akkwist ta’ art agrikola, foresti u art imsaġġra milli fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Protokoll jew jiġi trattat b’mod iżjed restrittiv minn kif jiġi trattat ċittadin ta’ pajjiż terz.
Il-bdiewa li jaħdmu għal rashom li huma ċittadini Żvizzeri u li jixtiequ li jistabbilixxu ruħhom u jirrisjedu legalment fir-Repubblika tal-Bulgarija m’għandhomx ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti jew għal kwalunkwe proċeduri li mhumiex soġġetti għalihom ċittadini tar-Repubblika tal-Bulgarija.
Għandha ssir reviżjoni ġenerali ta’ dawn il-miżuri tranżitorji fit-tielet sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll. Il-Kumitat Konġunt jista’ jiddeċiedi li jqassar jew itemm il-perijodu tranżitorju indikat fl-ewwel subparagrafu.
2. Ir-Rumanija
Ir-Rumanija tista’ żżomm fis-seħħ għal ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll ir-restrizzjonijiet stabbiliti fil-liġi attwali tagħha, eżistenti fil-mument tal-iffirmar ta’ dan il-Protokoll, dwar l-akkwist ta’ art għal residenzi sekondarji minn ċittadini Żviżżeri li mhumiex residenti fir-Rumanija u minn kumpaniji kostitwiti skont il-liġijiet tal-Iżvizzera u li la huma stabbiliti u lanqas għandhom fergħa jew aġenzija rappreżentattiva fit-territorju tar-Rumanija.
Ċittadini Żvizzeri li huma legalment residenti fir-Rumanija m’għandhomx ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti jew għal kwalunkwe regola u proċedura barra minn dawk li għalihom huma soġġetti ċ-ċittadini tar-Rumanija.
Ir-Rumanija tista’ żżomm fis-seħħ għal seba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll ir-restrizzjonijiet stabbiliti fil-liġi attwali tagħha, eżistenti fil-mument tal-iffirmar ta’ dan il-Protokoll, dwar l-akkwist ta’ art agrikola, foresti jew art imsaġġra minn ċittadini Żvizzeri u minn kumpaniji kostitwiti skont il-liġijiet tal-Iżvizzera li la huma stabbiliti u lanqas huma reġistrati fir-Rumanija. Fl-ebda każ ma jista’ ċittadin Żvizzeru jiġi trattat b’mod inqas favorevoli fir-rigward tal-akkwist ta’ art agrikola, foresti u art imsaġġra milli fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Protokoll jew jiġi trattat b’mod iżjed restrittiv minn kif jiġi trattat ċittadin ta’ pajjiż terz.
Il-bdiewa li jaħdmu għal rashom li huma ċittadini Żvizzeri u li jixtiequ li jistabbilixxu ruħhom u jirrisjedu legalment fir-Rumanija m’għandhomx ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti jew għal kwalunkwe proċeduri li mhumiex soġġetti għalihom ċittadini tar-Rumanija.
Għandha ssir reviżjoni ġenerali ta’ dawn il-miżuri tranżitorji fit-tielet sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll. Il-Kumitat Konġunt jista’ jiddeċiedi li jqassar jew itemm il-perijodu tranżitorju indikat fl-ewwel subparagrafu.
ANNESS 2
L-Anness II għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta’ persuni huwa b’dan emendat kif ġej:
1. |
Taħt l-intestatura “Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, ir-Regolament għandu jiġi adattat kif ġej:”, punt 1 ta’ Taqsima A tal-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
2. |
Dan li ġej għandu jiddaħħal taħt it-Titolu “Taqsima A: Atti li għalihom hemm referenza” taħt punt 1. “Ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71” wara “304 R 631: Ir-Regolament (KE) Nru 631/2004 …”: “Taqsima 2 (Moviment Ħieles ta’ Persuni— Sigurtà Soċjali) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 tal-20 ta’ Novembru 2006 li jadatta ċerti Regolamenti u Deċiżjonijiet adottati fil-qasam tal-moviment ħieles tal-oġġetti, il-moviment ħieles tal-persuni, il-liġi dwar il-kumpaniji, il-politika tal-kompetizzjoni, l-agrikoltura (inkluż il-leġiżlazzjoni veterinarja u fitosanitarja), il-politika tat-trasport, it-tassazzjoni, l-istatistika, l-enerġija, l-ambjent, il-koperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, l-unjoni doganali, ir-relazzjonijiet esterni, il-politika esterna u ta’ sigurtà komuni u l-istituzzjonijiet, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, safejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkonċernaw atti Komunitarji imsemmija fl-Anness II għal dan il-Ftehim.” |
3. |
Dan li ġej għandu jiddaħħal taħt it-Titolu “Taqsima A: Atti li għalihom hemm referenza” taħt punt 2. “Ir-Regolament (KEE) Nru 574/72” wara “304 R 631: Ir-Regolament (KE) Nru 631/2004 …”: “Taqsima 2 (Moviment Ħieles ta’ Persuni — Sigurtà Soċjali) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 tal- 20 ta’ Novembru 2006 li jadatta ċerti Regolamenti u Deċiżjonijiet adottati fil-qasam tal-moviment ħieles tal-oġġetti, il-moviment ħieles tal-persuni, il-liġi dwar il-kumpaniji, il-politika tal-kompetizzjoni, l-agrikoltura (inkluż il-leġiżlazzjoni veterinarja u fitosanitarja), il-politika tat-trasport, it-tassazzjoni, l-istatistika, l-enerġija, l-ambjent, il-koperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, l-unjoni doganali, ir-relazzjonijiet esterni, il-politika esterna u ta’ sigurtà komuni u l-istituzzjonijiet, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, safejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkonċernaw atti Komunitarji imsemmija fl-Anness II għal dan il-Ftehim.” |
4. |
Dan li ġej għandu jiddaħħal taħt it-Titolu “Taqsima B: Atti li l-Partijiet Kontraenti għandhom jagħtu każ tajjeb tagħhom” taħt il-punti “4.18. 383 D 0117: Id-Deċiżjoni Nru 117 …”, “4.27. 388 D 64: Id-Deċiżjoni Nru 136 …”, “4.37. 393 D 825: Id-Deċiżjoni Nru 150 …”, wara “12003 TN 02/02 A: L-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, …”, u taħt il-punt “4.77: Id-Deċiżjoni Nru 192 …”: “Taqsima 2 (Moviment Ħieles ta’ Persuni — Sigurtà Soċjali) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 tal-20 ta’ Novembru 2006 li jadatta ċerti Regolamenti u Deċiżjonijiet adottati fil-qasam tal-moviment ħieles tal-oġġetti, il-moviment ħieles tal-persuni, il-liġi dwar il-kumpaniji, il-politika tal-kompetizzjoni, l-agrikoltura (inkluż il-leġiżlazzjoni veterinarja u fitosanitarja), il-politika tat-trasport, it-tassazzjoni, l-istatistika, l-enerġija, l-ambjent, il-koperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, l-unjoni doganali, ir-relazzjonijiet esterni, il-politika esterna u ta’ sigurtà komuni u l-istituzzjonijiet, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, safejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkonċernaw atti Komunitarji imsemmija fl-Anness II għal dan il-Ftehim.” |
5. |
Għal ħaddiema li huma ċittadini tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, l-arranġamenti li jinsabu fil-paragrafu 1 tat-taqsima Assigurazzjoni għall-Qgħad tal-Protokoll għall-Anness II għandhom japplikaw sal-aħħar tas-seba’ sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll. |
DIKJARAZZJONI KONGUNTA DWAR L-ADATTAMENT TAL-ANNESS III GHALL-FTEHIM
Il-Partijiet Kontraenti jiddikjaraw li, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel tal-Ftehim, l-Anness III tiegħu għandu jiġi adattat kemm jista’ jkun malajr sabiex jintegra, fost ħwejjeġ oħra, id-Direttiva 2005/36/KE kif emendata mid-Direttiva 2006/100/KE u entrati Żvizzeri ġodda.
DIKJARAZZJONI MILL-IŻVIZZERA DWAR MIŻURI AWTONOMI MID-DATA TAL-IFFIRMAR
L-Iżvizzera se tipprovdi aċċess proviżorju għas-suq tax-xogħol tagħha għal ċittadini tal-Istati Membri l-ġodda, ibbażat fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha, qabel id-dħul fis-seħħ tal-arranġamenti tranżitorji li jinsabu f’dan il-Protokoll. Għal dan il-għan, l-Iżvizzera se tiftaħ kwoti speċifiċi għal permessi ta’ xogħol fit-terminu qasir kif ukoll fit-terminu t-twil, kif definit fl-Artikolu 10(1) tal-Ftehim, favur iċ-ċittadini mill-Istati Membri l-ġodda, mid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Protokoll. Il-kwoti se jkunu jikkonsistu fi 282 permess fit-terminu t-twil u 1 006 permess fit-terminu l-qasir kull sena. Barra minn hekk, 2 011 ħaddiem fit-terminu l-qasir kull sena jiddaħħal għal żjara ta’ inqas minn 4 xhur.
20.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 124/63 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Mejju 2009
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem il-Komunità, fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995
(2009/393/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 300 (2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995 ġiet konkluża mill-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/88/KE (1) u ġiet estiża b’mod regolari għal perjodi oħra ta’ sentejn. Din ġiet estiża l-aħħar permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali f’Ġunju 2007 u għandha tibqa’ fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2009. Huwa fl-interess tal-Komunità li ssir estensjoni oħra. Il-Kummissjoni, li tirrapreżenta lill-Komunità fil-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali, għandha għalhekk tiġi awtorizzata biex tivvota favur din l-estensjoni, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali għandha tkun li tivvota favur l-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995 għal perjodu ieħor, sa sentejn.
Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata li tesprimi din il-pożizzjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
J. KOHOUT
(1) ĠU L 21, 27.1.1996, p. 47.
20.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 124/64 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta Mejju 2009
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem il-Komunità fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor fir-rigward tal-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992
(2009/394/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
Il-Ftehim Internazzjonali taz-Zokkor tal-1992 ġie konkluż mill-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/580/KEE (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1993 għal perijodu ta' tliet snin sal-31 ta' Diċembru 1995. Minn dak iż-żmien, dan ġie estiż b'mod regolari, għal perijodi oħra ta' sentejn. L-aħħar darba li dan il-Ftehim ġie estiż kien f'Mejju 2007, permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor, u jibqa' fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 2009. Huwa fl-interess tal-Komunità li ssir estensjoni oħra. Il-Kummissjoni, li tirrappreżenta lill-Komunità fil-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor, għandha għalhekk tiġi awtorizzata li tivvota favur din l-estensjoni,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor għandha tkun li tivvota favur estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992 għal perijodu ieħor ta' mhux aktar minn sentejn.
Il-Kummissjoni b'dan hija awtorizzata li tesprimi din ilpożizzjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
J. KOHOUT
(1) ĠU L 379, 23.12.1992, p. 15.
Il-Kummissjoni
20.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 124/65 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta' Mejju 2009
dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali għall-użu essenzjali li jkun fihom it-temephos fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3744)
(It-test Franċiż biss huwa awtentiku)
(2009/395/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE (2) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “id-Direttiva”) jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tibda programm tax-xogħol ta’ għaxar snin sabiex b’mod sistematiku teżamina s-sustanzi attivi kollha li diġà kienu fis-suq fl-14 ta’ Mejju 2000 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-programm tar-reviżjoni”). |
(2) |
It-temephos ġie identifikat li kien disponibbli fis-suq qabel l-14 ta’ Mejju 2000 bħala sustanza attiva fil-prodotti bijoċidali għal skopijiet għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 2(2)(c) u (d) tad-Direttiva 98/8/KE. Ma ġie ppreżentat l-ebda dokument li jappoġġa l-inklużjoni tat-temephos fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva fi żmien id-data ta’ skadenza stipulata. |
(3) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003 (3), l-Istati Membri kellhom iħassru l-awtorizzazzjonijiet jew ir-reġistrazzjonijiet eżistenti għall-prodotti bijoċidali li kien fihom it-temephos b’effett mill-1 ta’ Settembru 2006 ‘l quddiem. Skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament”), il-prodotti bijoċidali li jkun fihom it-temephos ma għandhomx jibqgħu jitqegħdu fis-suq. |
(4) |
L-Artikolu 5 tar-Regolament jistipula l-kundizzjonijiet li skonthom l-Istati Membri jistgħu japplikaw għal deroga tal-Kummissjoni mid-dispożizzjoni stipulata fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament u l-kundizzjonijiet biex tingħata t-tali deroga. |
(5) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/226/KE (4), il-Kummissjoni tat it-tali deroga għall-prodotti bijoċidali li jkun fihom it-temephos użati għall-kontroll tan-nemus li jġorr il-parassiti (“vector mosquito”) fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej. Id-deroga ngħatat sal-14 ta’ Mejju 2009. |
(6) |
Franza ressqet applikazzjoni quddiem il-Kummissjoni għall-estensjoni tad-deroga sal-14 ta’ Mejju 2010, flimkien ma’ tagħrif li juri l-ħtieġa li t-temephos jibqa’ jintuża. Fit-13 ta’ Frar 2009, il-Kummissjoni għamlet l-applikazzjoni Franċiża disponibbli pubblikament permezz ta’ mezzi elettroniċi. Ma ġie ddikjarat l-ebda tħassib dwar din l-applikazzjoni matul il-perjodu ta’ 60 jum ta’ konsultazzjoni pubblika. |
(7) |
Meta jitqies id-daqs tat-tifqigħat tal-mard imxerred min-nemus fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, huwa xieraq li wieħed jibqa’ jippermetti l-użu tat-temephos f’sitwazzjonijiet fejn it-trattament b’sustanzi jew bi prodotti bijoċidali oħra ma jkunx effiċjenti. Għalhekk, tidher li hija meħtieġa estensjoni oħra tal-perjodu għat-tneħħija gradwali ta’ din is-sustanza sabiex tippermetti s-sostituzzjoni tagħha b’sustanzi oħra xierqa, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’deroga mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, Franza tista’ tippermetti t-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali li jkun fihom it-Temephos (KE Nru 222-191-1; CAS Nru 3383-96-8), għall-kontroll tan-nemus li jġorr il-parassiti fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej sal-14 ta’ Mejju 2010.
Artikolu 2
1. Hija u tippermetti t-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali li jkun fihom it-temephos skont l-Artikolu 1, Franza għandha tiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
it-tkomplija tal-użu hija possibbli biss bil-kundizzjoni li l-prodotti bijoċidali li jkun fihom it-temephos jiġu approvati għall-użu essenzjali maħsub; |
(b) |
it-tkomplija tal-użu tiġi aċċettata biss jekk ma jkollha l-ebda effett mhux aċċettabbli fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew fuq l-ambjent; |
(c) |
il-miżuri xierqa kollha għat-tnaqqis tar-riskji jiġu imposti meta tingħata l-approvazzjoni; |
(d) |
it-tali prodotti bijoċidali li jibqgħu fis-suq wara l-1 ta’ Settembru 2006 jiġu ttikkettati mill-ġdid biex ikunu skont il-kundizzjonijiet tal-użu ristrett; |
(e) |
fejn xieraq, ikunu qegħdin jitfittxu alternattivi għat-tali użijiet mid-detenturi tal-approvazzjonijiet jew minn Franza. |
2. Sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Mejju 2010, Franza għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 u b’mod partikolari dwar l-azzjonijiet meħuda skont il-punt (e) ta’ dak il-paragrafu.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.
(2) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
(3) ĠU L 307, 24.11.2003, p.1.
(4) ĠU L 97, 12.4.2007, p. 47.
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Kummissjoni
20.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 124/67 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-7 ta' Mejju 2009
dwar it-Trattament Regolatorju tar-Rati ta’ Terminazzjoni ta’ Telefonati Fissi u Ċellulari fl-UE
(2009/396/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) tagħha,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2002/21/KE, l-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali (NRAs) għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-suq intern inter alia billi jikkoperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni b’mod trasparenti biex jiżguraw l-iżvilupp ta’ prattika regolatorja konsistenti. Madankollu, fl-evalwazzjoni ta’ aktar minn 850 abbozz ta’ miżura nnotifikati skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE ħareġ fid-deher li għadhom jeżistu inkonsistenzi fir-regolamentazzjoni tar-rati ta’ terminazzjoni għat-telefonati bil-vuċi. |
(2) |
Għalkemm xi forma ta’ orjentazzjoni ta’ tariffi qed tiġi pprovduta b’mod ġenerali fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, teżisti diverġenza bejn il-miżuri dwar kontroll ta’ prezzijiet fl-Istati Membri kollha. Minbarra varjetà sinifikanti ta’ għodod magħżula għall-valutazzjoni tal-ispejjeż, jeżistu wkoll prattiki differenti għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-għodod. Dan iwessa’ l-firxa ta’ rati ta’ terminazzjoni bl-ingrossa applikati fl-Unjoni Ewropea kollha, li tista’ tiġi spjegata biss permezz ta’ karatteristiċi speċifiċi nazzjonali. Il-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej (ERG) li ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/627/KE (2) irrikonoxxa dan fil-Pożizzjoni Komuni tiegħu dwar is-simetrija tar-rati ta’ terminazzjoni ta’ telefonati fissi u s-simetrija tar-rati ta’ terminazzjoni tat-telefonati ċellulari. L-NRAs, f’numru ta’ każijiet, awtorizzaw ukoll rati ogħla ta’ terminazzjoni għal operaturi fissi jew ċellulari iżgħar għar-raġuni li dawn l-operaturi jkunu parteċipanti ġodda fis-suq u ma bbenefikawx mill-ekonomiji ta’ skala u/jew ikunu soġġetti għal kondizzjonijiet differenti rigward spejjeż. Dawn l-asimetriji jeżistu kemm ′il ġewwa l-fruntieri nazzjonali kif ukoll bejn fruntiera nazzjonali, għalkemm bil-mod il-mod qegħdin jonqsu. L-ERG rrikonoxxa fil-Pożizzjoni Komuni tiegħu li normalment ir-rati ta’ terminazzjoni għandhom ikunu simetriċi u li l-asimetrija teħtieġ ġustifikazzjoni xierqa. |
(3) |
Diverġenzi sinifikanti fit-trattament regolatorju tar-rati ta’ terminazzjoni fissi u ċellulari joħolqu distorsjonijiet fundamentali ta' kompetizzjoni. Is-swieq ta' terminazzjoni jikkostitwixxu sitwazzjoni ta' aċċess b'żewġ possibbiltajiet fejn iż-żewġ operaturi tal-interkonnessjoni huma preżunti li jibbenefikaw mill-arranġament iżda, peress li dawn l-operaturi huma wkoll f'kompetizzjoni ma' xulxin għal abbonati, ir-rati ta' terminazzjoni jistgħu jkollhom implikazzjonijiet importanti strateġiċi u kompetittivi. Meta r-rati ta' terminazzjoni jiġu ffisati ogħla mill-ispejjeż effiċjenti, dan joħloq trasferimenti sostanzjali bejn is-swieq u l-konsumaturi tat-telefonija fissa u ċellulari. Barra minn hekk, fi swieq fejn l-operaturi għandhom ishma fis-swieq assimetriċi, dan jista' jirriżulta fi ħlasijiet sinifikanti minn kompetituri iżgħar lil dawk akbar. Minbarra dan, il-livell assolut tar-rati ta’ terminazzjoni tat-telefonija ċellulari għadu għoli f’għadd ta’ Stati Membri, meta mqabbel ma’ dawk applikati f’għadd ta’ pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea, kif ukoll meta mqabbel b’mod ġenerali mar-rati ta’ terminazzjoni tat-telefonija fissa, u b’hekk ikompli jikkontribwixxi għal prezzijiet għoljin, għalkemm qed jonqsu, għall-konsumaturi finali. Rati għoljin ta’ terminazzjoni dejjem iwasslu għal prezzijiet bl-imnut għoljin biex wieħed jagħmel telefonata u konsegwentement iwasslu għal rati aktar baxxi ta’ użu, u b’hekk jonqos il-benefiċċju għall-konsumatur. |
(4) |
In-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fl-applikazzjoni tal-prinċipji tal-kontabilità tal-ispejjeż għas-swieq ta’ terminazzjoni sa issa juri l-ħtieġa għal approċċ komuni li jipprovdi ċertezza legali akbar u l-inċentivi adatti għall-investituri potenzjali, u jnaqqas il-piż regolatorju minn fuq l-operaturi eżistenti li bħalissa huma attivi f’bosta Stati Membri. L-għan ta’ regolamentazzjoni koerenti fir-rigward tas-swieq ta’ termininazzjoni huwa ċar u rikonoxxut mill-NRAs u dan il-Kummissjoni semmietu kemm-il darba fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-abbozz ta' miżuri skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE. |
(5) |
Ċerti dispożizzjonijiet tal-qafas regolatorju għal netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jeħtieġu li jiġu implimentati mekkaniżmi ta’ kontabilità tal-ispejjeż neċessarji u xierqa u obbligi għall-kontroll tal-prezzijiet, jiġifieri l-Artikoli 9, 11 u 13 flimkien mal-Premessa 20 tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (id-Direttiva tal-Aċċess) (3). |
(6) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/698/KE tad-19 ta’ Settembru 2005 dwar is-separazzjoni tal-kontabilità u l-kontabilità tal-ispejjeż skont il-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi (4) ipprovdiet qafas għall-applikazzjoni konsistenti tad-dispożizzjonijiet speċifiċi rigward il-kontabilità tal-ispejjeż u s-separazzjoni tal-kontabilità, bl-iskop li ttejjeb it-trasparenza tas-sistemi regolatorji tal-kontabilità, tal-metodoloġiji, tal-proċessi ta’ verifika u rappurtar għall-ġid tal-partijiet kollha involuti. |
(7) |
It-terminazzjoni bl-ingrossa tat-telefonati bil-vuċi hija servizz meħtieġ għat-terminazzjoni ta’ telefonati lil siti (f’netwerks fissi) jew lil abbonati (f’netwerks ċellulari) li jirċievu t-telefonata. Is-sistema ta’ ħlas fl-UE hija bbażata fuq il-prinċipju li “Tħallas in-Netwerk tal-Parti li Tagħmel it-Telefonata” (Calling Party Network Pays), li jfisser li l-ħlas ta’ terminazzjoni jiġi stabbilit min-netwerk li tirċievi t-telefonata u jitħallas min-netwerk li tagħmel it-telefonata. Il-parti li tirċievi t-telefonata ma tħallasx għal dan is-servizz, u ġeneralment m’għandha ebda inċentiv li tirreaġixxi għall-prezz ta’ terminazzjoni stabbilit mill-fornitur tan-netwerk tagħha. F’dan il-kuntest, it-tħassib ewlieni tal-awtoritajiet regolatorji mill-aspett ta’ kompetizzjoni jirrigwarda l-prezzijiet eċċessivi. Prezzijiet ta’ terminazzjoni għaljin fl-aħħar mill-aħħar jiġu rkuprati permezz ta’ tariffi ogħla tat-telefonati għall-utenti finali. Jekk wieħed iqis in-natura tal-aċċess b'żewġ possibbiltajiet tas-swieq ta' terminazzjoni, problemi potenzjali oħra ta’ kompetizzjoni jinkludu l-kontrosussidjar bejn l-operaturi. Dawn il-problemi potenzjali ta’ kompetizzjoni huma komuni kemm għas-swieq tat-terminazzjoni tat-telefonati fissi kif ukoll dawk ċellulari. Għalhekk, fid-dawl tal-kapaċità u l-inċentivi tal-operaturi li jipprovdu s-servizz ta’ terminazzjoni li jgħollu l-prezzijiet sostanzjalment ogħla mill-ispejjeż, l-orjentazzjoni tal-ispejjeż titqies bħala l-intervent l-aktar adattat biex jiġi indirizzat dan it-tħassib f’tul ta’ żmien medju. Il-Premessa 20 tad-Direttiva 2002/19/KE tinnota li l-metodu tal-irkupru tal-infiq għandu jkun adattat għaċ-ċirkustanzi partikolari. Fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tas-swieq ta' terminazzjoni u t-tħassib assoċjat ta' kompetizzjoni u ta' distribuzzjoni, il-Kummissjoni għal ħafna żmien irrikonoxxiet li jekk jiġi stabbilit approċċ komuni msejjes fuq standard effiċjenti ta’ spejjeż u fuq l-applikazzjoni ta’ rati simetriċi ta’ terminazzjoni, dan jippromwovi l-effiċjenza, il-kompetizzjoni sostenibbli u jimmassimizza l-benefiċċji għall-konsumaturi f'termini ta' prezzijiet u tas-servizzi offruti. |
(8) |
Skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2002/21/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkunu qegħdin iwettqu l-kompiti regolatorji speċifikati f’dik id-Direttiva u fid-direttivi speċifiċi, b’mod partikolari f’dawk intenzjonati biex jiżguraw kompetizzjoni effettiva, l-NRAs għandhom jikkunsidraw kemm jista’ jkun l-għan li r-regolamenti jkunu teknoloġikament newtrali. L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2002/21/KE jeħtieġ ukoll li l-NRAs jippromwovu l-kompetizzjoni billi, inter alia, jiżguraw li l-utenti kollha jiksbu l-akbar benefiċċju rigward għażla, prezz u kwalità tas-servizz u li ma jkun hemm ebda distorsjoni jew restrizzjoni tal-kompetizzjoni. Sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet kif ukoll applikazzjoni konsistenti fl-Istati Membri kollha ir-rati regolati ta’ terminazzjoni għandhom malajr kemm jista' jkun jitniżżlu għal-livell tal-ispejjeż ta’ operatur effiċjenti. |
(9) |
F’ambjent kompetittiv, l-operaturi jikkompetu fuq il-bażi tal-ispejjeż kurrenti u ma jkunx hemm kumpens għall-ispejjeż mġarrba minħabba ineffiċjenzi. Għalhekk, jeħtieġ li ċ-ċifri ta’ spejjeż storiċi jiġu aġġustati f'ċifri tal-ispejjeż kurrenti sabiex jirriflettu l-ispejjeż ta’ operatur effiċjenti li juża teknoloġija moderna. |
(10) |
Operaturi li jirċievu kumpens għall-ispejjeż attwali li jonfqu għat-terminazzjoni ma jkollhomx wisq inċentiv biex iżidu l-effiċjenza. L-implimentazzjoni ta’ mudell axxendenti hija konsistenti mal-kunċett li jiġi żviluppat netwerk għal operatur effiċjenti li permezz tiegħu jinbena mudell ekonomiku/ta’ inġinerija ta’ netwerk effiċjenti bl-użu tal-ispejjeż kurrenti. Dan jirrifletti l-kwantità ta’ tagħmir meħtieġ aktar minn dak attwalment ipprovdut u ma jqisx spejjeż li jintirtu. |
(11) |
Minħabba l-fatt li mudell axxendenti huwa bbażat l-aktar fuq dejta dderivata, pereżempju l-ispejjeż tan-netwerk jitkejlu fil-kompjuter permezz tal-informazzjoni ġejja minn dawk li jbigħu it-tagħmir, ir-regolaturi jkunu jridu jirrikonċiljaw ir-riżultati ta' mudell axxendenti mar-riżultati ta' mudell dixxendenti sabiex joħorġu riżultati kemm jista' jkun sodi u biex jevitaw diskrepanzi kbar fl-ispiża tal-operat, fl-ispiża tal-kaptial u fl-allokazzjoni tal-ispiża bejn operatur ġenwin u dak ipotetiku. Sabiex tidentifika u ttejjeb in-nuqqasijiet possibbli tal-mudell axxendenti, bħall-asimetrija tal-informazzjoni, l-NRA tista' tqabbel ir-riżultati tal-approċċ mill-isfel għal fuq ma dawk tal-mudell korrispondenti dixxendenti li juza dejta verifikata. |
(12) |
Il-mudell tal-ispejjeż għandu jkun imsejjes fuq l-għażliet teknoloġiċi effiċjenti disponibbli fil-qafas ta’ żmien meqjus għall-mudell, safejn dawn jistgħu jiġu identifikati. Għaldaqstant, mudell axxendenti mibni llum jista' fil-prinċipju jassumi li n-netwerk ewlieni għal netwerks fissi għandu jkun ibbażat fuq Netwerk tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (Next-Generation-Network - NGN). Il-mudell axxendenti għan-netwerks ċellulari għandu jkun imsejjes fuq taħlita ta’ 2G u 3G użata għall-parti tal-aċċess tan-netwerk, li tirrifletti s-sitwazzjoni antiċipata, filwaqt li wieħed jista' jassumi li l-parti ewlenija tkun ibbażata fuq l-NGN. |
(13) |
Meta wieħed iqis il-karatteristiċi partikolari tas-swieq ta' terminazzjoni tat-telefonati l-ispejjeż tas-servizzi ta’ terminazzjoni għandhom jiġu kkalkolati fuq spejjeż inkrementali li jħarsu ’il quddiem fuq medda ta’ żmien twil (LRIC). F’mudell LRIC, l-ispejjeż kollha jsiru varjabbli, u peress li wieħed jassumi li fl-aħħar mill-aħħar l-assi kollha jiġu ssostitwiti, meta il-ħlasijiet jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-LRIC, dan jippermetti l-irkupru effiċjenti tal-ispejjeż. Il-mudelli LRIC jiġbru fihom biss dawk l-ispejjeż li jkunu kkawżati mill-provvista ta’ inkrement iddefinit. Approċċ ta’ spejjeż inkrementali li jalloka biss l-ispejjeż li jsiru b’mod effiċjenti, li ma jseħħux jekk is-servizz relatat mal-inkrement ma jibqax jitwettaq (jiġifieri spejjeż li jistgħu jiġu evitati) jippromwovi produzzjoni u konsum effiċjenti u jnaqqas kemm jista’ jkun distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni. Aktar ma r-rati tat-terminazzjoni jitbiegħdu mill-ispiża inkrementali, aktar se jiżdiedu d-distorsjonijiet kompetittivi bejn is-swieq tat-telefonija fissa u dawk taċ-ċellulari u/jew bejn operaturi b'ishma fis swieq asimetriċi u flussi tat-traffiku. Għaldaqstant, huwa ġġustifikat li jiġi applikat approċċ LRIC pur li permezz tiegħu l-inkrement rilevanti jkun is-servizz ta’ terminazzjoni bl-ingrossa tat-telefonati u li jinkludi biss spejjeż li jistgħu jiġu evitati. Approċċ LRIC ikun jippermetti wkoll l-irkupru tal-ispejjeż kollha fissi u varjabbli (peress li huwa preżunt li l-ispejjeż fissi jsiru varjabbli fuq medda twila taż-żmien) li jiżdiedu mal-forniment tas-servizzi ta’ terminazzjoni bl-ingrossa tat-telefonati u li għalhekk jiffaċilita l-irkupru effiċjenti tal-ispejjeż. |
(14) |
Spejjeż li jistgħu jiġu evitati huma d-differenza bejn l-ispejjeż totali identifikati fuq medda ta’ żmien twil ta’ operatur li jipprovdi l-firxa sħiħa ta’ servizzi, u l-ispejjeż totali identifikati fuq medda ta’ żmien twil ta’ dak l-operatur li jipprovdi l-firxa sħiħa ta’ servizzi tiegħu bl-eċċezzjoni tas-servizz bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati pprovduti lil terzi (jiġifieri l-ispiża indipendenti (stand-alone) ta’ operatur li ma joffrix terminazzjoni lill-terzi). Biex tiġi żgurata allokazzjoni xierqa tal-ispejjeż, jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn dawk l-ispejjeż li jkunu relatati mat-traffiku, jiġifieri dawk l-ispejjeż kollha fissi u varjabbli li jogħlew mal-livelli li jiżdiedu tat-traffiku, u dawk l-ispejjeż li mhumiex relatati mat-traffiku, jiġifieri dawk l-ispejjeż kollha li ma jogħlewx mal-livelli li jiżdiedu tat-traffiku. Biex jiġu identifikati l-ispejjeż li jistgħu jiġu evitati li huma rilevanti għat-terminazzjoni ta’ telefonati bl-ingrossa, wieħed ma jridx jagħti każ tal-ispejjeż li ma jkunux relatati mat-traffiku. Imbagħad, jista’ jkun xieraq li l-ewwel jiġu allokati l-ispejjeż relatati mat-traffiku lil servizzi oħra (pereżempju minn fejn toriġina t-telefonata, SMS, MMS, broadband, linji mikrija, eċċ.) filwaqt li t-terminazzjoni bl-ingrossa ta’ telefonati bil-vuċi tkun is-servizz finali li jiġi kkunsidrat. B’hekk l-ispiża allokata għas-servizz bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati għandha tkun biss ugwali għall-ispiża addizzjonali li ssir biex jiġi pprovdut is-servizz. Konsegwentement, il-kontabilità tal-ispejjeż imsejsa fuq approċċ LRIC għas-servizzi bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati fis-swieq tas-servizzi fissi u ċellulari għandha tippermetti biss l-irkupru ta’ spejjeż li jiġu evitati jekk is-servizz bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati ma jibqax ikun ipprovdut lill-terzi. |
(15) |
Jidher li t-terminazzjoni tat-telefonati hija servizz li jiġġenera benefiċċji kemm lill-partijiet li jagħmlu t-telefonati kif ukoll li dawk li jirċevuhom (jekk min jirċievi it-telefonata ma akkwistax benefiċċju huwa ma jaċċettax it-telefonata), li min-naħa l-oħra jissuġġerixxi li ż-żewġ partijiet għandhom parti fil-ħolqien tal-ispejjeż. L-użu tal-prinċipji tal-kawżalità tal-ispejjeż biex jiġu stabbiliti prezzijiet orjentati skont l-ispejjeż jissuġġerixxi li min joħloq l-ispejjeż għandu jagħmel tajjeb għalihom. Billi wieħed jirrikonoxxi n-natura b’żewġ faċċati tas-swieq ta’ terminazzjoni tat-telefonati bl-ispejjeż ikkaġunati minn żewġ naħat, mhux l-ispejjeż relatati kollha jeħtieġu li jiġu rkuprati permezz tat-tariffa rregolat tat-terminazzjoni bl-ingrossa. Madankollu, għall-iskopijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, l-ispejjeż kollha li jistgħu jiġu evitati biex jiġi pprovdut is-servizz bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati jistgħu jiġu rkuprati permezz tat-tariffa bl-ingrossa, jiġifieri l-ispejjeż kollha li jiżdiedu bir-riżultat ta’ żieda fit-traffiku ta’ terminazzjoni bl-ingrossa. |
(16) |
Meta jiġu stabbiliti rati ta’ terminazzjoni, kull devjazzjoni minn livell waħdieni effiċjenti ta’ spejjeż għandha tkun ibbażata fuq differenzi oġġettivi ta’ spejjeż lil hinn mill-kontroll tal-operaturi. F’netwerks fissi, ma ġewx identifikati dawn id-differenzi oġġettivi ta’ spejjeż lil hinn mill-kontroll tal-operatur. F’netwerks ċellulari, assenjazzjoni irregolari ta’ frekwenzi tista’ tiġi kkunsidrata bħala fattur eżoġenu li jkun kawża ta’ differenzi f’kull unità ta’ spiża bejn l-operaturi tas-servizz ċellulari. Differenzi eżoġeni fl-ispejjeż jistgħu jinħolqu meta ma jsirux assenjazzjonijiet ta’ frekwenzi permezz ta’ mekkaniżmi bbażati fuq is-swieq, iżda fuq il-bażi ta’ proċess sekwenzjali ta’ liċenzji. Meta l-assenjazzjoni ta’ frekwenzi sseħħ permezz ta’ makkinarju bbażat fuq is-swieq bħalma huwa l-irkant, jew fejn jeżisti suq sekondarju, id-differenzi fl-ispejjeż li jirriżultaw mill-frekwenzi jiġu ddeterminati b’mod aktar endoġenu u x’aktarx li jonqsu b’mod sinifikattiv jew li jiġu eliminati. |
(17) |
Parteċipanti ġodda fis-swieq taċ-ċellulari jistgħu ikunu soġġetti wkoll għal spejjeż ogħla kull unità għal perjodu tranżizzjonali qabel ma tkun intlaħqet l-iskala effiċjenti minima. F’sitazzjonijiet bħal dawn, l-NRAs jistgħu, wara li jkunu ddeterminaw li jeżistu impedimenti fis-suq tal-bejgħ bl-imnut għad-dħul fis-suq u għall-espansjoni, jippermettulhom jirkupraw l-ispejjeż inkrementali ogħla tagħhom imqabbla ma' dawk ta' operatur ta' mudell għal perjodu tranżizzjonali sa erba′ snin wara d-dħul fis-suq. Abbażi tal-Pożizzjoni Komuni tal-ERG, huwa raġonevoli li wieħed jipprevedi skeda ta' żmien ta' erba′ snin għat-tneħħija gradwali ta' asimmetriji bbażati fuq il-premessa li fis-suq taċ-ċellulari wieħed jista' jistenna li jdum bejn tliet u erba’ snin wara d-dħul biex jintlaħaq sehem fis-suq ta' bejn 15 u 20 %, b'hekk jiġi avviċinat il-livell ta' skala minima effiċjenti. Dan huwa differenti mis-sitwazzjoni tal-parteċipanti ġodda fis-swieq fissi li għandhom l-opportunità li jiksbu spejjeż baxxi kull unità billi jiffokaw in-netwerks tagħhom fuq rotot b'densità għolja b'mod partikolari żoni ġeografiċi u/jew billi jikru inputs ta' netwerks relevanti minn operaturi diġà stabbiliti. |
(18) |
L-approċċ ippreferut huwa metodu ta’ deprezzament li jirrifletti l-valur ekonomiku ta’ assi. Jekk, madankollu, l-iżvilupp ta’ mudell ekonomiku ta’ deprezzament b’saħħtu ma jkunx fattibbli, huma possibbli approċċi oħra inklużi deprezzament fuq il-bażi ta’ linja dritta, annwalitajiet, u annwalitajiet imxeqilba. Il-kriterju tal-għażla bejn l-approċċi alternattivi jkun kemm l-aktar pjuttost iqarrbu lejn il-miżura ekonomika ta’ deprezzament. Għalhekk, jekk l-iżvilupp ta’ mudell ekonomiku ta’ deprezzament ma jkunx fattibbli, il-profil ta’ deprezzament ta’ kull assi prinċipali fil-mudell axxendenti għandu jiġi eżaminat separatament, u għandu jintgħażel l-approċċ li jiġġenera profil ta’ deprezzament li jixbah lil dak ta’ deprezzament ekonomiku. |
(19) |
Rigward l-iskala effiċjenti, japplikaw kunsiderazzjonijiet differenti fis-swieq tat-telefonija fissa u ċellulari. L-iskala effiċjenti minima tista’ tintlaħaq f’livelli differenti fis-setturi tat-telefonija fissa u ċellulari għaliex dan jiddependi mill-ambjenti regolatorji u kummerċjali differenti applikabbli għal kull wieħed. |
(20) |
Meta jirregolaw il-ħlas ta’ terminazzjoni bl-ingrossa, l-NRAs m’għandhomx iżommu u lanqas jipprojbixxu lill-operaturi milli jagħżlu fil-futur arranġamenti alternattivi għall-iskambju ta’ traffiku ta’ terminazzjoni, sakemm dawn l-arranġamenti jkunu konformi ma’ suq kompetittiv. |
(21) |
Perjodu ta’ tranżizzjoni sal-31 ta' Diċembru 2012 għandu jitqies twil biżżejjed biex jippermetti lill-NRAs jistabbilixxu l-mudell tal-ispejjeż u għall-operaturi biex jadattaw il-pjanijiet tan-negozju tagħhom skont dan il-mudell filwaqt, min-naħa l-oħra, li tiġi rikonoxxuta l-ħtieġa urġenti li jkun żgurat li l-konsumaturi jiksbu l-ogħla benefiċċji fil-kuntest ta’ rati ta’ terminazzjoni effiċjenti bbażati fuq l-ispejjeż. |
(22) |
Għall-NRAs li jkollhom riżorsi limitati jista' jkun hemm il-ħtieġa eċċezzjonali ta' perjodu ta' tranżizzjoni addizzjonali sabiex iħejju l-mudell rakkomandat tal-ispejjeż fil-ħin. F’dawn iċ-ċirkostanzi, jekk NRA tkun kapaċi turi li metodoloġija (eż. punti ta' riferimenti), li ma tkunx mudell LRIC axxendenti, ibbażata fuq l-ispejjeż kurrenti jkollha riżultati konsistenti ma’ din ir-Rakkomandazzjoni u tiġġenera riżultati effiċjenti konsistenti ma’ dawk f’suq kompetittiv, tista’ tikkunsidra li tiffissa prezzijiet interim ibbażati fuq approċċ alternattiv sal-1 ta' Lulju 2014. Fejn jirriżulta li jkun oġġettivament sproporzjonat li dawk l-NRAs b'riżorsi limitati japplikaw il-metodoloġija tal-ispejjeż rakkomandata wara din id-data, NRAs bħal dawn jistgħu jkomplu japplikaw metodoloġija alternattiva sad-data tar-reviżjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni, sakemm il-korp stabbilit għall-kooperazzjoni fost l-NRAs u l-Kummissjoni, inklużi l-grupp ta' ħidma relatati tagħha, jipprovdi appoġġ prattiku suffiċjenti u gwida kif din il-limitazzjoni ta' riżorsi u, b'mod partikolari, l-ispiża tal-implimentazzjoni tal-metodoloġija rakkomandata tista' tingħeleb. Kwalunkwe riżultat ta' dan it-tip li joħroġ minn metodoloġiji alternattivi m’għandux ikun ogħla mill-medja tar-rati ta’ terminazzjoni ffissati mill-NRAs li jimplimentaw il-metodoloġija tal-ispejjeż rakkomandata. |
(23) |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija soġġetta għal konsultazzjoni pubblika. |
B’DAN QED TIRRAKKOMANDA LI:
(1) |
Meta jiġu imposti obbligi dwar kontroll ta’ prezzijiet u dwar kontabilità tal-ispejjeż skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/19/KE fuq l-operaturi nnominati mill-Awtorijijiet Regolatorji Nazzjonali (NRAs) li jkollhom setgħa sinifikanti fis-suq fis-swieq ta’ terminazzjoni bl-ingrossa ta’ telefonati bil-vuċi fin-netwerks pubbliċi individwali tat-telefonija (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “swieq ta’ terminazzjoni fissi u ċellulari”) bħala riżultat ta’ analiżi tas-swieq li twettqet skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE, l-NRAs għandhom jiffissaw rati ta’ terminazzjoni bbażati fuq l-ispejjeż li jkollu operatur effiċjenti. Dan jimplika li huma wkoll jridu jkunu simetriċi. Biex jagħmlu dan, l-NRAs għandhom jipproċedu kif jidher hawn taħt. |
(2) |
Huwa rakkomandat li l-evalwazzjoni ta’ spejjeż effiċjenti tkun ibbażata fuq l-ispejjeż kurrenti u l-użu tal-approċċ ta’ mudell axxendenti bl-applikazzjoni tal-ispejjeż inkrementali fuq medda ta’ żmien twil (LRIC) bħala l-metodoloġija rilevanti tal-ispejjeż. |
(3) |
L-NRAs jistgħu jqabblu r-riżultati tal-approċċ axxendenti ma' dawk ta' mudell dixxendenti li juża dejta verifikata bil-għan li l-affidabbiltà soda tar-riżultati tiġi vverifikata u mtejba u jistgħu jagħmlu aġġustamenti skont dan. |
(4) |
Il-mudell tal-ispejjeż għandu jkun ibbażat fuq teknoloġiji effiċjenti disponibbli fil-qafas ta’ żmien ikkunsidrat għall-mudell. Għaldaqstant il-parti ewlenija tan-netwerks kemm fissi kif ukoll ċellulari għalhekk tista' fil-prinċipju tkun ibbażata fuq Netwerk tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGN). Il-parti tal-aċċess tan-netwerks ċellulari għandha tkun ibbażata wkoll fuq taħlita ta’ telefonija 2G u 3G. |
(5) |
Il-kategoriji differenti tal-ispejjeż imsemmija hawnhekk għandhom jiġu ddefiniti kif ġej:
|
(6) |
Fil-mudell LRIC, l-inkrement rilevanti għandu jiġi ddefinit bħala s-servizz bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-vuċi pprovdut lil terzi. Dan jimplika li bl-evalwazzjoni tal-ispejjeż inkrementali l-NRAs għandhom jistabbilixxu d-differenza bejn l-ispejjeż totali fuq medda ta’ żmien twil ta’ operatur li jipprovdi l-firxa sħiħa ta’ servizzi tiegħu u l-ispejjeż totali fuq medda ta’ żmien twil ta’ dan l-operatur fin-nuqqas tas-servizz bl-ingrossa ta’ terminazzjoni tat-telefonati pprovdut lil terzi. Jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn spejjeż relatati mat-traffiku u spejjeż mhux relatati mat-traffiku, fejn dawn l-ispejjeż tal-aħħar m’għandhomx jitqiesu għall-iskop tal-kalkolu tar-rati ta’ terminazzjoni bl-ingrossa. L-approċċ rakkomandat biex jiġu identifikati l-ispejjeż inkrementali rilevanti jkun li l-ewwel jiġu attribwiti l-ispejjeż relatati mat-traffiku lis-servizzi minbarra lil dawk ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-vuċi bl-ingrossa, biex fl-aħħar l-ispejjeż li jifdal biss mill-ispejjeż relatati mat-traffiku jkunu allokati lis-servizz bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-vuċi. Dan jimplika li dawk l-ispejjeż biss li jkunu evitati jekk ma jibqax jiġi pprovdut lil terzi s-servizz bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-vuċi għandhom jiġu allokati għas-servizzi rregolati ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-vuċi. Il-prinċipji għall-kalkolu tal-inkrement tas-servizz bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-vuċi fin-netwerks ta’ terminazzjoni fissi u ċellulari rispettivament huma elaborati aktar fl-Anness. |
(7) |
L-approċċ rakkomandat għad-deprezzament tal-assi huwa d-deprezzament ekonomiku meta dan ikun jista’ jsir. |
(8) |
Meta jiddeċiedu dwar l-iskala xierqa u effiċjenti tal-operatur mudell, l-NRAs għandhom jikkunsidraw il-prinċipji għad-definizzjoni tal-iskala xierqa u effiċjenti għan-netwerks ta’ terminazzjoni fissi u ċellulari kif jidher fl-Anness. |
(9) |
Għal kull determinazzjoni ta’ livelli ta’ spejjeż effiċjenti li tiddevja mill-prinċipji li jidhru hawn fuq għandhom jeżistu differenzi oġġettivi ta’ spejjeż li jiġġustifikawha li jkunu barra mill-kontroll tal-operaturi kkonċernati. Dawn id-differenzi oġġettivi fl-ispejjeż jistgħu jitfaċċaw fis-swieq ta’ terminazzjoni taċ-Ċellulari minħabba assenjazzjoni irregolari ta’ frekwenzi. Sal-punt li jkunu inklużi fil-mudell tal-ispejjeż frekwenzi addizzjonali akkwistati biex jipprovdu terminazzjoni ta’ telefonati bl-ingrossa, l-NRAs għandhom jirrevedu regolarment id-differenzi oġġettivi kollha, filwaqt li jikkunsidraw inter alia jekk fuq bażi li tħares ’il quddiem, frekwenzi addizzjonali jistgħux b’ċerta probabbiltà jsiru disponibbli permezz ta’ proċessi ta’ assenjazzjoni bbażati fuq is-swieq li jistgħu jxejnu d-differenzi tal-ispejjeż kollha li joħorġu mill-assenjazzjonijiet eżistenti jew jekk dan l-iżvantaġġ relattiv fl-ispejjeż biż-żmien jonqosx, hekk kif jiżdiedu l-volumi tal-parteċipanti ġodda. |
(10) |
Fil-każ li jkun hemm prova li parteċipant ġdid fis-suq taċ-ċellulari li jopera taħt l-iskala minima effiċjenti jġarrab spejjeż inkrementali kull unità ogħla mill-operatur tal-mudell wara li jkun iddetermina li hemm impedimenti fis-suq tal-bejgħ bl-imnut għad-dħul fis-suq u għall-espansjoni, l-NRAs jistgħu jippermettu li dawn l-ispejjeż ogħla jiġu rkuprati matul perjodu ta' tranżizzjoni permezz ta' rati ta' terminazzjoni regolati. Kwalunkwe perjodu bħal dan m'għandux jaqbeż l-erba′ snin wara d-dħul fis-suq. |
(11) |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet regolatorji preċedenti li ttieħdu mill-NRAs dwar kwistjonijiet imqajma hawnhekk. Minkejja dan, l-NRAs għandhom jiżguraw li r-rati ta’ terminazzjoni jiġi implimentati f’livell simetriku u effiċjenti rigward spejjeż sal-31 ta' Diċembru 2012, soġġetti għad-differenzi oġġettivi fl-ispejjeż identifikati konformi mal-punti (9) u (10). |
(12) |
F′ċirkostanzi eċċezzjonali meta NRA ma tkunx f’pożizzjoni, b'mod partikolari minħabba riżorsi limitati, li tiffinalizza fil-ħin il-mudell tal-ispejjeż irrakkomandat, u jekk tkun tista’ turi li metodoloġija, differenti minn dik ta’ mudell LRIC axxendenti, ibbażata fuq spejjeż kurrenti tagħti riżultati konsistenti ma’ din ir-Rakkomandazzjoni, u tiġġenera riżultati effiċjenti konsistenti ma’ dawk f’suq kompetittiv, l-NRA tista’ tikkunsidra li tiffissa prezzijiet interim ibbażati fuq approċċ alternattiv sal-1 ta' Lulju 2014. Fejn jirriżulta li jkun oġġettivament sproporzjonat li dawk l-NRAs b'riżorsi limitati japplikaw il-metodoloġija tal-ispejjeż rakkomandata wara din id-data, NRAs bħal dawn jistgħu jkomplu japplikaw metodoloġija alternattiva sad-data tar-reviżjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni, sakemm il-korp stabbilit għall-kooperazzjoni fost l-NRAs u l-Kummissjoni, inklużi l-grupp ta' ħidma relatati tagħha, jipprovdi appoġġ prattiku suffiċjenti u gwida kif din il-limitazzjoni ta' riżorsi u, b'mod partikolari, l-ispiża tal-implimentazzjoni tal-metodoloġija rakkomandata tista' tingħeleb. Kwalunkwe riżultat ta' dan it-tip li joħroġ minn metodoloġiji alternattivi m’għandux ikun ogħla mill-medja tar-rati ta’ terminazzjoni li jkunu stabbilixxew l-NRAs bl-implimentazzjoni tal-metodoloġija tal-ispejjeż irrakkomandata. |
(13) |
Din ir-Rakkomandazzjoni ser tiġi riveduta mhux aktar tard minn erba’ snin mid-data meta tiġi applikata. |
(14) |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. |
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kummissjoni
Viviane REDING
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.
(2) ĠU L 200, 30.7.2002, p. 38.
(3) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7.
(4) ĠU L 266, 11.10.2005, p. 64.
ANNESS
Prinċipji għall-kalkolu ta’ rati ta’ terminazzjoni bl-ingrossa f’netwerks fissi
L-ispejjeż inkrementali rilevanti (jiġifieri l-ispejjeż li jistgħu jiġu evitati) tas-servizz bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati huma d-differenza bejn l-ispejjeż totali fuq medda ta’ żmien twil ta’ operatur li jipprovdi l-firxa sħiħa ta’ servizzi tiegħu u l-ispejjeż totali fuq medda ta’ żmien twil ta’ dak l-operatur li ma jipprovdix lil terzi servizz bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati.
Jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn spejjeż relatati mat-traffiku u spejjeż mhux relatati mat-traffiku biex tiġi żgurata l-allokazzjoni ġusta ta’ dawk l-ispejjeż. L-ispejjeż li mhumiex relatati mat-traffiku ma jridux jitqiesu għall-iskop ta’ kalkolu tar-rati ta’ terminazzjoni bl-ingrossa. Mill-ispejjeż relatati mat-traffiku għandhom jiġu allokati biss lill-inkrement rilevanti għat-terminazzjoni, dawk l-ispejjeż li jiġu evitati jekk ma jkunx jeżisti servizz bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati. Dawn l-ispejjeż li jistgħu jiġu evitati jistgħu jiġu kkalkolati billi l-ewwel jiġu allokati l-ispejjeż relatati mat-traffiku għas-servizzi minbarra s-servizz bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati (pereżempju minn fejn toriġina t-telefonata, servizzi tad-dejta, IPTV, eċċ.) u biss dak li jibqa’ mill-ispejjeż relatati mat-traffiku jiġu allokati għas-servizz bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati.
Il-punt ta’ demarkazzjoni bejn spejjeż relatati mat-traffiku u dawk mhux relatati mat-traffiku tipikament ikun fejn isir l-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni tat-traffiku. Normalment f’netwerk PSTN dan jittieħed li jkun fuq in-naħa ta’ fuq tal-line card fil-konċentratur (remot). Il-broadband ekwivalenti NGN huwa l-line card fid-DSLAM/MSAN (1). Fil-każ li d-DSLAM/MSAN ikun lokalizzat f’kaxxa fit-triq, allura wieħed jeħtieġ jikkunsidra jekk il-loop ta’ qabel bejn il-kaxxa u l-exchange/MDF ikunx mezz komuni u jkollu jiġi ttrattat bħala parti tal-kategorija tal-ispejjeż sensittiva għat-traffiku; f’dan il-każ il-punt ta’ demarkazzjoni relatat mat-traffiku/mhux relatat mat-trafffiku jkun lokalizzat fil-kaxxa fit-triq. Jekk kapaċità ddedikata tiġi allokata għas-servizz ta’ terminazzjoni tat-telefonati bil-vuċi irrispettivament mit-teknoloġija użata, allura l-punt ta’ demarkazzjoni jibqa’ fil-livell tal-konċentratur (remot).
Jekk jissegwa l-approċċ deskritt hawn fuq, eżempji ta' spejjeż li jiddaħħlu fl-inkrement tas-servizz ta' terminazzjoni ikunu jinkludu l-kapaċità addizzjonali tan-netwerk meħtieġa għat-trasport ta' traffiku addizzjonali ta' terminazzjoni bl-ingrossa (e.g. infrastruttura tan-netwerk addizzjonali sakemm din tkun xprunata mill-ħtieġa li tiżdied il-kapaċità bil-għan li tkun tista' tiflaħ għat-traffiku addizzjonali ta' terminazzjoni bl-ingrossa) kif ukoll ta' spejjeż kummerċjali addizzjonali relatati direttament mal-forniment tas-servizz ta' terminazzjoni bl-ingrossa lil partijiet terzi.
Biex tiġi determinata l-iskala ta’ effiċjenza ta’ operatur għall-iskop tal-mudell tal-ispejjeż, l-NRAs għandhom jikkunsidraw li f’netwerks fissi l-operaturi għandhom l-opportunità li jibnu n-netwerks tagħhom f’żoni ġeografiċi partikolari u li jiffokaw fuq rotot b’densità għolja u/jew li jikru inputs rilevanti għan-netwerk mill-operaturi stabbiliti. Meta jiddefinixxu l-iskala minima effiċjenti u unika għall-operatur ta' mudell, l-NRAs għandhom għalhekk jikkunsidraw il-ħtieġa li jippromwovu dħul effiċjenti filwaqt li jirrikonoxxu wkoll li operaturi iżgħar, taħt ċerti kundizzjonijiet, jistgħu jipproduċu bi spejjeż unitarji aktar baxxi f’żoni ġeografiċi iżgħar. Barra dan, operaturi iżgħar li ma jistgħux ilaħħqu mal-vantaġġi ta’ skala tal-akbar operaturi f’żoni ġeografiċi usa’, jista’ jagħti il-każ li jixtru inputs bl-ingrossa aktar milli jipprovdu għalihom stess is-servizzi ta’ terminazzjoni.
Prinċipji għall-kalkolu ta’ rati ta’ terminazzjoni bl-ingrossa f’netwerks ċellulari
L-ispejjeż inkrementali rilevanti (jiġifieri l-ispejjeż li jistgħu jiġu evitati) tas-servizz bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati huma d-differenza bejn l-ispejjeż totali fuq medda ta’ żmien twil ta’ operatur li jipprovdi l-firxa sħiħa ta’ servizzi tiegħu u l-ispejjeż totali fuq medda ta’ żmien twil ta’ operatur li ma jipprovdix lil terzi servizz bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati.
Jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn spejjeż relatati mat-traffiku u spejjeż mhuix relatati mat-traffiku biex tiġi żgurata l-allokazzjoni ġusta ta’ dawk l-ispejjeż. L-ispejjeż li mhumiex relatati mat-traffiku ma jridux jitqiesu għall-iskop ta’ kalkolu tar-rati ta’ terminazzjoni bl-ingrossa. Mill-ispejjeż relatati mat-traffiku għandhom jiġu allokati biss lill-inkrement rilevanti għat-terminazzjoni, dawk l-ispejjeż li jiġu evitati jekk ma jkunx jeżisti servizz bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati. Dawn l-ispejjeż li jistgħu jiġu evitati jistgħu jiġu kkalkolati billi l-ewwel jiġu allokati l-ispejjeż relatati mat-traffiku għas-servizzi minbarra s-servizz bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati (pereżempju minn fejn toriġina t-telefonata, SMS, MMS, eċċ.) u biss dak li jibqa’ mill-ispejjeż relatati mat-traffiku jiġu allokati għas-servizz bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-vuċi.
L-ispiża tal-handset u tas-SIM card mhumiex relatati mat-traffiku u m’għandhom jidħlu f’ebda mudell tal-ispejjeż għas-servizzi bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-vuċi.
Il-kopertura tista’ tiġi deskritta bl-aħjar mod bħala l-kapaċità jew l-għażla biex issir telefonata waħda minn kwalunkwe punt fin-netwerk f’mument partikolari, u l-kapaċità tirrapreżenta l-ispejjeż addizzjonali tan-netwerk li jkunu meħtieġa biex tkun tiflaħ livelli li jiżdiedu ta’ traffiku. Il-bżonn li jiġu pprovduti kopertura bħal din lill-abbonati jwassal biex isiru spejjeż mhux relatati mat-traffiku li m’għandhomx jiġu allokati għall-inkrement tat-terminazzjoni tat-telefonati bl-ingrossa. Investimenti fis-swieq maturi taċ-Ċellulari huma mmexxija aktar minn żidiet fil-kapaċità u mill-iżvilupp ta’ servizzi ġodda u l-mudell tal-ispejjeż għandu jirrifletti dan. L-ispiża inkrementali tas-servizzi bl-ingrossa ta’ terminazzjoni tat-telefonati bil-vuċi għandha għalhekk teskludi l-ispejjeż ta’ kopertura, iżda għandha tinkludi spejjeż għal kapaċità addizzjonali sal-punt li dawn ikunu kkawżati mill-provvista ta’ servizzi bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-vuċi.
L-ispejjeż għall-użu tal-frekwenzi (l-awtorizzazzjoni biex jinżammu u jintużaw frekwenzi) li jkun hemm għall-provvista ta’ servizzi bl-imnut lill-abbonati tan-netwerk jiddependu fil-bidu min-numru ta’ abbonati u għalhekk ma jiddependux mit-traffiku u m’għandhomx jiġu kkalkolati bħala parti mill-inkrement tas-servizz bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati. Meta jkun possibbli, għandhom jiġu inklużi l-ispejjeż għall-akkwist ta’ frekwenzi addizzjonali biex tiżdied il-kapaċità (aktar mill-minimu neċessarju biex jiġu pprovduti servizzi bl-imnut lill-abbonati) għall-iskop li jiġi ttrasportat traffiku addizzjonali li jirriżulta mill-provvista ta’ servizz bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati bil-vuċi, fuq il-bażi ta’ spejjeż ta’ opportunità li jħarsu ’l quddiem.
Skont l-approċċ spjegat hawn fuq, eżempji ta' spejjeż li jiddaħħlu fl-inkrement tas-servizz ta' terminazzjoni ikunu jinkludu l-kapaċità addizzjonali tan-netwerk meħtieġa biex tittrasporta traffiku addizzjonali bl-ingrossa (pereżempju l-infrastruttura addizzjonali tan-netwerk safejn din tkun immexxija mill-ħtieġa li tiżdied il-kapaċità għall-iskop li jseħħ it-traffiku addizzjonali bl-ingrossa). Tali spejjeż relatati man-netwerk jistgħu jinkludu Mobile Switching Centres (MSCs) jew l-infrastruttura ta' qofol meħtieġa direttament biex iġġorr it-traffiku ta' terminazzjoni għal partijiet terzi. Barra minn hekk, fejn ċerti elementi tan-netwerk jinqasmu għall-iskopijiet tal-forniment ta' servizzi ta' oriġini u ta' terminazzjoni, bħas-siti taċ-ċellula jew Base Transceiver Stations (BTS), dawn l-elementi tan-netwerk se jiddaħħlu fil-mudell tal-ispiża ta' terminazzjoni safejn ikunu meħtieġa minħabba l-kapaċità addizzjonali meħtieġa biex tkun tista' tinġarr it-traffiku ta' terminazzjoni minn partijiet terzi. Barra minn hekk iridu jitqiesu wkoll l-ispejjeż addizzjonali tal-frekwenzi u l-ispejjeż addizzjonali kummerċjali relatati direttament mal-provvista tas-servizz ta’ terminazzjoni bl-ingrossa lil partijiet terzi. Dan jimplika li ma jkunux inklużi l-ispejjeż ta’ kopertura, l-ispejjeż tan-negozju li ma jistgħux jiġu evitati u l-ispejjeż kummerċjali bl-imnut.
Biex tiġi ddeterminata l-iskala effiċjenti għall-iskopijiet tal-mudell tal-ispejjeż, u filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fis-sehem tas-suq f'għadd ta' Stati Membri tal-UE, l-approċċ rakkomandat għandu jistabbilixxi dik l-iskala fl-20 % tas-sehem tas-suq. Wieħed jistenna li wara li jkunu daħlu fis-suq, operaturi taċ-ċellulari jagħmlu ħilithom kollha biex iżidu kemm jista’ jkun l-effiċjenza u d-dħul taqgħhom u b’hekk ikunu f’pożizzjoni li jilħqu jakkwistaw sehem minimu tas-suq ta' 20 %. F'każ li NRA tkun tista' tipprova li l-kundizzjonijiet tas-suq fit-territorju ta dak l-Istat Membru jimplikaw skala minimi effiċjenti differenti, din tkun tista' tiddevja mill-approċċ rakkomandat.
(1) Digital Subscriber Line Access Multiplexer/Multi-Service Access Node.
Corrigendum
20.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 124/75 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 22, 26 ta' Jannar 2009 )
1. |
F'paġni 32 sa 35, Anness I:
|
2. |
F'paġni 32 sa 35, Anness I, u f'paġna 118, it-tieni tabella: |
minflok:
“Tetrapturus alba”,
aqra:
“Tetrapturus albidus”;
3. |
F'paġni 32 sa 35, Anness I, u f'paġna 96, l-ewwel u t-tieni tabella: |
minflok:
“Trisopterus esmarki”
aqra:
“Trisopterus esmarkii”;
4. |
f'paġna 41, Anness IA, t-tieni tabella “SpKEi: Aringi, Żona: Qabdiet inċidentali fiż-żona IIIa”: |
minflok:
“(HER/03A-BC.)”,
aqra:
“(HER/03A-BC)”;
5. |
f'paġna 41, Anness IA, t-tielet tabella “Speċi: Aringi, Żona: Qabdiet inċidentali f'IV, VIId u l-ilmijiet tal-KE ta' IIa”: |
minflok:
“(HER/2A47DX.)”,
aqra:
“(HER/2A47DX)”;
6. |
f'paġna 42, Anness IA, l-ewwel tabella “Speċi: Aringi, Żona: VIId; IVc”: |
minflok:
“(HER/4CXB7D.)”
aqra:
“(HER/4CXB7D)”
7. |
f'paġna 43, Anness IA, t-tielet tabella “Speċi: Aringi, Żona: VIIa”: |
minflok:
“(HER/07A/MM.)”
aqra:
“(HER/07A/MM)”
8. |
f'paġna 65, Anness IA, l-ewwel tabella “Speċi: Stokkafixx, Żona: VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-KE ta' CECAF 34.1.1”: |
minflok:
|
|
|||||||
Spanja |
12 124 |
TAC Analitiku Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||||
Il-Portugall |
3 031 |
|||||||
KE |
||||||||
TAC |
590 000 |
aqra:
|
|
|||||||
Spanja |
12 124 |
TAC Analitiku Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||||
Il-Portugall |
3 031 |
|||||||
KE |
||||||||
TAC |
590 000 |
9. |
f'paġna 67, Anness IA, it-tieni tabella “Speċi: Lipp, Żona: L-ilmijiet tal-KE tas-IV”: |
minflok:
|
|
|||||||
Il-Belġju |
18 |
TAC Analitiku Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.”, |
||||||
Id-Danimarka |
286 |
|||||||
Il-Ġermanja |
177 |
|||||||
Franza |
159 |
|||||||
L-Olanda |
6 |
|||||||
L-Iżvezja |
12 |
|||||||
Ir-Renju Unit |
2 196 |
|||||||
KE |
2 856 |
aqra:
|
|
|||||||
Il-Belġju |
18 |
TAC Analitiku Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.”; |
||||||
Id-Danimarka |
286 |
|||||||
Il-Ġermanja |
177 |
|||||||
Franza |
159 |
|||||||
L-Olanda |
6 |
|||||||
L-Iżvezja |
12 |
|||||||
Ir-Renju Unit |
2 196 |
|||||||
KE |
2 854 |
10. |
f'paġna 67, Anness IA, t-tielet tabella “Speċi: Ling, Żona: KE and international waters of V”: |
minflok:
|
|
|||||||
Il-Belġju |
9 |
TAC Analitiku Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.”, |
||||||
Id-Danimarka |
6 |
|||||||
Il-Ġermanja |
6 |
|||||||
Franza |
6 |
|||||||
Ir-Renju Unit |
6 |
|||||||
KE |
34 |
aqra:
|
|
|||||||
Il-Belġju |
9 |
TAC Analitiku Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.”; |
||||||
Id-Danimarka |
6 |
|||||||
Il-Ġermanja |
6 |
|||||||
Franza |
6 |
|||||||
Ir-Renju Unit |
6 |
|||||||
KE |
33 |
11. |
F'paġna 68, Anness IA, l-ewwel tabella “Speċi: Ling, Żona: L-ilmijiet tal-KE u internazzjonali ta' VI, VII, VIII, IX, X, XII and XIV”: |
minflok:
|
|
|||||||
Il-Belġju |
40 |
Analitiku TAC Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||||
Id-Danimarka |
7 |
|||||||
Il-Ġermanja |
147 |
|||||||
Spanja |
2 969 |
|||||||
Franza |
3 166 |
|||||||
L-Irlanda |
793 |
|||||||
Il-Portugall |
7 |
|||||||
Ir-Renju Unit |
3 645 |
|||||||
KE |
10 776 |
|||||||
In-Norveġja |
5 638 (1) (2) |
|||||||
Il-Gżejjer Faroe |
250 (3) (4) |
|||||||
TAC |
16 664 |
(…)”,
aqra:
|
|
|||||||
Il-Belġju |
40 |
Analitiku TAC Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||||
Id-Danimarka |
7 |
|||||||
Il-Ġermanja |
147 |
|||||||
Spanja |
2 969 |
|||||||
Franza |
3 166 |
|||||||
L-Irlanda |
793 |
|||||||
Il-Portugall |
7 |
|||||||
Ir-Renju Unit |
3 645 |
|||||||
KE |
10 774 |
|||||||
In-Norveġja |
5 638 (1) (2) |
|||||||
Il-Gżejjer Faroe |
250 (3) (4) |
|||||||
TAC |
16 662 |
(…)”;
12. |
f'paġna 81, Anness IA, l-ewwel tabella “Speċi: Skates and rays, Żona: KE waters of VIa-b and VIIa-c, e-k”: |
minflok:
|
|
|||||||
Il-Belġju |
1 422 (1) (2) |
TAC Prekawzjonali Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||||
L-Estonja |
8 (1) (2) |
|||||||
Franza |
6 383 (1) (2) |
|||||||
Il-Ġermanja |
19 (1) (2) |
|||||||
Il-Ġermanja |
2 055 (1) (2) |
|||||||
Il-Litwanja |
33 |
|||||||
Il-Litwanja |
6 (1) (2) |
|||||||
Il-Portugall |
35 (1) (2) |
|||||||
Spanja |
1 718 (1) (2) |
|||||||
Ir-Renju Unit |
4 070 (1) (2) |
|||||||
KE |
15 748 (1) (2) |
|||||||
TAC |
15 748 (2) |
(…)”,
aqra:
|
|
|||||||
Il-Belġju |
1 422 (1) (2) |
TAC Prekawzjonali Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||||
L-Estonja |
8 (1) (2) |
|||||||
Franza |
6 383 (1) (2) |
|||||||
Il-Ġermanja |
19 (1) (2) |
|||||||
L-Irlanda |
2 055 (1) (2) |
|||||||
Il-Litwanja |
33 |
|||||||
L-Olanda |
6 (1) (2) |
|||||||
Il-Portugall |
35 (1) (2) |
|||||||
Spanja |
1 718 (1) (2) |
|||||||
Ir-Renju Unit |
4 070 (1) (2) |
|||||||
KE |
15 749 (1) (2) |
|||||||
TAC |
15 749 (2) |
(…)”
13. |
F'paġna 81, Anness IA, it-tieni tabella “Speċi: Rebekkini u Raj, Żona: L-ilmijiet tal-KE ta' VIId”: |
minflok:
|
|
|||||||
Il-Belġju |
94 (1) (2) |
TAC Prekawzjonali Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||||
Franza |
789 (1) (2) |
|||||||
L-Olanda |
5 (1) (2) |
|||||||
L-Olanda |
157 (1) (2) |
|||||||
KE |
1 044 (1) (2) |
|||||||
TAC |
1 044 (2) |
(…)”,
aqra:
|
|
|||||||
Il-Belġju |
94 (1) (2) |
TAC Prekawzjonali Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||||
Franza |
789 (1) (2) |
|||||||
L-Olanda |
5 (1) (2) |
|||||||
Ir-Renju Unit |
157 (1) (2) |
|||||||
KE |
1 045 (1) (2) |
|||||||
TAC |
1 045 (2) |
(…)”;
14. |
F'paġna 82, Anness IA, l-ewwel tabella “Speċi: Rebekkini u Raj, Żona: L-ilmijiet tal-KE ta' VIII u IX”: |
minflok:
|
|
|||||||
Il-Belġju |
13 (5) (2) |
TAC Prekawzjonali Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||||
Franza |
2 435 (5) (2) |
|||||||
Il-Portugall |
1 974 (5) (2) |
|||||||
Spanja |
1 986 (5) (2) |
|||||||
Ir-Renju Unit |
14 (5) (2) |
|||||||
KE |
6 423 (5) (2) |
|||||||
TAC |
6 423 (2) |
(…)”,
aqra:
|
|
|||||||
Il-Belġju |
13 (6) (2) |
TAC Prekawzjonali Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||||
Franza |
2 435 (6) (2) |
|||||||
Il-Portugall |
1 974 (6) (2) |
|||||||
Spanja |
1 986 (6) (2) |
|||||||
Spanja |
14 (6) (2) |
|||||||
KE |
6 422 (6) (2) |
|||||||
TAC |
6 422 (2) |
(…)”;
15. |
f'paġna 86, Anness IA, l-ewwel tabella “Speċi: Kavalli, Żona: VIIIc, IX and X; L-ilmijiet tal-KE ta' CECAF 34.1.1”: |
minflok:
|
|
|||||||
Spanja |
29 529 (7) |
TAC Analitiku Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||||
Franza |
196 (7) |
|||||||
Il-Portugall |
6 104 (7) |
|||||||
KE |
35 829 (7) |
|||||||
TAC |
35 829 |
(…)”,
aqra:
|
|
|||||||
Spanja |
29 529 (8) |
Spanja Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||||
Franza |
196 (8) |
|||||||
Il-Portugall |
6 104 (8) |
|||||||
KE |
35 829 (8) |
|||||||
TAC |
35 829 |
(…)”;
16. |
F'paġna 91, Anness IA, it-tieni tabella “Speċi: Laċċa kaħla, Żona: VIId u VIIe”: |
minflok:
|
|
|||||||
Il-Belġju |
31 |
TAC Prekawzjonali Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.”, |
||||||
Id-Danimarka |
1 997 |
|||||||
Il-Ġermanja |
31 |
|||||||
Franza |
430 |
|||||||
L-Olanda |
430 |
|||||||
Ir-Renju Unit |
3 226 |
|||||||
KE |
6 144 |
|||||||
TAC |
6 144 |
aqra:
|
|
|||||||
Il-Belġju |
31 |
TAC Prekawzjonali Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.”; |
||||||
Id-Danimarka |
1 997 |
|||||||
Id-Danimarka |
31 |
|||||||
Franza |
430 |
|||||||
L-Olanda |
430 |
|||||||
Ir-Renju Unit |
3 226 |
|||||||
KE |
6 145 |
|||||||
TAC |
6 145 |
17. |
f'paġna 101, Anness IB, l-ewwel tabella “Speċi: Merluzz, Żona: I u IIb”: |
minflok:
|
|
|||||||
Il-Ġermanja |
3 476 |
Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||||
Spanja |
8 984 |
|||||||
Franza |
1 483 |
|||||||
Poland |
1 628 |
|||||||
Il-Portugall |
1 897 |
|||||||
Ir-Renju Unit |
2 226 |
|||||||
L-Istati Membri kollha |
100 (1) |
|||||||
KE |
19 793 (2) |
|||||||
TAC |
525 000 |
(…)”,
aqra:
|
|
|||||||
Il-Ġermanja |
3 476 |
Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||||
Spanja |
8 984 |
|||||||
Franza |
1 483 |
|||||||
Poland |
1 628 |
|||||||
Il-Portugall |
1 897 |
|||||||
Ir-Renju Unit |
2 226 |
|||||||
L-Istati Membri kollha |
100 (1) |
|||||||
KE |
19 794 (2) |
|||||||
TAC |
525 000 |
(…)”;
18. |
F'paġna 120, Anness IE, il-ħames tabella “Speċi: Krill, Żona: FAO 58.4.2 Antartiku”: |
minflok:
“(…) |
|
|
Division 58.4.2 West |
1 448 000 |
|
Division 58.4.2 West |
1 080 000 |
|
aqra:
“(…) |
|
|
Division 58.4.2 West (KRI/*F-42W) |
1 448 000 |
|
Division 58.4.2 East of 55° E (KRI/*F-42E) |
1 080 000 |
|
19. |
F'paġna 125, Anness IIA “Dispożizzjonijiet ġenerali”, punt 4 “Irkapti regolati”, F'paġni 129 u 130, Appendiċi 1 sal-Anness IIa, it-tabelli, f'paġna 131, Appendiċi 2 sal-Anness IIa, Tabelli III “Format tad-Data”:
|
20. |
F'paġna 163, Anness III, Parti D “Il-Lvant tal-Oċean Paċifiku”, punt 21.1: |
minflok:
“21.1. |
Is-sajd mill-bastimenti tal-purse seine għat-tonn tal-pinen sofor (Thunnus albacares), it-tonn t'għajnu kbira (Thunnus obesus) u l-palamit (Katsuwonus pelamis) għandu jkun ipprojbit jew, mill-1 ta' Awwissu sat-28 ta' Settembru 2009, jew, mill-10 ta' Novembru 2009 sal-31 ta' Diċembru 2010 fiż-żona ddefinita mil-limiti li ġejjin: (…)”, |
aqra:
“21.1. |
Is-sajd mill-bastimenti tal-purse seine għat-tonn tal-pinen sofor (Thunnus albacares), it-tonn t'għajnu kbira (Thunnus obesus) u l-palamit (Katsuwonus pelamis) għandu jkun ipprojbit jew, mill-1 ta' Awwissu sat-28 ta' Settembru 2009, jew, mill-10 ta' Novembru 2009 sat-8 ta' Jannar 2010 fiż-żona ddefinita mil-limiti li ġejjin: (…)”. |
(1) Li minnhom sa 68 % jistgħu jinqabdu fiż-Żona Ekonomika Esklussiva tan-Norveġja jew fiż-żona tas-sajd madwar Jan Mayen (WHB/*NZJM2).
(2) Li minnhom sa 27 % jistgħu jinqabdu fl-ilmijiet Faroe (WHB/*05B-F).”,
(3) Li minnhom sa 68 % jistgħu jinqabdu fiż-Żona Ekonomika Esklussiva tan-Norveġja jew fiż-żona tas-sajd madwar Jan Mayen (WHB/*NZJM2).
(4) Li minnhom sa 27 % jistgħu jinqabdu fl-ilmijiet Faroe (WHB/*5B-F.).”;
(5) Il-qabdiet ta' Cuckoo ray (Leucoraja naevus) (RJN/8910-C), tar-Raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/8910-C) għandhom jiġu rappurtati separatament.
(6) Il-qabdiet ta' Cuckoo ray (Leucoraja naevus) (Leucoraja naevus) (RJN/89-C.), tar-Raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/89-C.) għandhom jiġu rappurtati separatament.
(7) Il-kwantitajiet soġġetti għal skambji ma' Stati Membri oħra jistgħu jinqabdu fiż-żoni ICES VIIIa, VIIIb u VIIId (MAC/*8ABD). Madankollu, il-kwantitajiet ipprovduti minn Spanja, il-Portugall jew Franza għall-finijiet ta' skambji u li għandhom jittieħdu fi VIIIa, VIIIb u VIIId ma għandhomx jaqbżu l-pm 25 % tal-kwoti tal-Istat Membru donatur.
(8) Il-kwantitajiet soġġetti għal skambji ma' Stati Membri oħra jistgħu jinqabdu fiż-żoni ICES VIIIa, VIIIb u VIIId (MAC/*8ABD). Madankollu, il-kwantitajiet ipprovduti minn Spanja, il-Portugall jew Franza għall-finijiet ta' skambji u li għandhom jittieħdu fi VIIIa, VIIIb u VIIId ma għandhomx jaqbżu l-pm 25 % tal-kwoti tal-Istat Membru donatur.
(9) Dan it-TAC għandu jappilka għall-perjodu mill-1 Diċembru 2008 sat-30 ta' Novembru 2009.”,
(10) Dan it-TAC għandu jappilka għall-perjodu mill-1 Diċembru 2008 sat-30 ta' Novembru 2009.”;