ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.119.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 119

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
14 ta' Mejju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 393/2009 tal-11 ta’ Mejju 2009 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xemgħat, kandeletti u prodotti simili li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 394/2009 tat-13 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

19

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 395/2009 tat-13 ta’ Mejju 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

21

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/380/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Jannar 2009 dwar l-għajnuniet mill-Istat C 22/07 (ex N 43/07) rigward l-estensjoni għal ċerti attivitajiet ta’ tħammil u tqegħid ta’ kejbils tar-reġim li jeżonera l-kumpaniji tat-trasport marittimu mill-ħlas tat-taxxa fuq id-dħul u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-baħrin fid-Danimarka (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8886)  ( 1 )

23

 

 

2009/381/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3710)  ( 1 )

32

 

 

III   Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

 

*

Addendum għad-DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ ATALANTA/3/2009 tal-21 ta’ April 2009 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bi ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (2009/369/PESK) ( ĠU L 112, 6.5.2009 )

40

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

14.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 119/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 393/2009

tal-11 ta’ Mejju 2009

li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xemgħat, kandeletti u prodotti simili li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

1.1.   Il-miżuri provviżorji

(1)

Il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 1130/2008 tal-14 ta’ Novembru 2008 li jimponi dazju proviżorju anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti xemgħat, kandiletti u oġġetti simili li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (2) (“ir-Regolament provviżorju”) imponiet dazju provviżorju kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xemgħat, kandeletti u prodotti simili li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”).

1.2.   Il-proċedura sussegwenti

(2)

Wara l-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li fuq il-bażi tagħhom kien deċiż li jkunu imposti miżuri provviżorji kontra d-dumping (“l-iżvelar provviżorju”), għadd ta’ partijiet interessati ressqu preżentazzjonijiet bil-miktub biex juru l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li talbu dan ingħataw l-opportunità li jinstemgħu. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika t-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għas-sejbiet definittivi tagħha.

(3)

Il-Kummissjoni kompliet l-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-aspetti ta’ interess Komunitarju u wettqet analiżi ulterjuri tal-informazzjoni provduta mill-importaturi, mill-bejjiegħa bl-imnut u mill-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ fil-Komunità wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji kontra d-dumping.

(4)

Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati tqiesu u, fejn xieraq, is-sejbiet provviżorji ġew immodifikati skont dan. Għal dan il-għan saru żjarat ulterjuri ta’ verifika fil-kumpaniji li ġejjin:

Importaturi mhux relatati fil-Komunità:

Koopman International BV, Amsterdam, l-Olanda

Salco Group PLC, Essex, ir-Renju Unit

Saru wkoll żjarat ta’ verifika fil-bini tal-kumpaniji msemmija fi premessa (31).

(5)

Il-partijiet interessati kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom kienet ibbażata l-intenzjoni li tkun irrakkomandata l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xemgħat, kandeletti u prodotti simili li joriġinaw fir-RPĊ u l-ġbir definittiv ta’ ammonti li ġew żgurati permezz tad-dazju provviżorju. Ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu appelli wara dan l-iżvelar.

(6)

Ta’ min jiftakar li l-investigazzjoni ta’ dumping u ta’ ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2007 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew il-“PI”). Fir-rigward tax-xejriet rilevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara, il-Kummissjoni analizzat id-dejta li tkopri l-perjodu mill-2004 sa tmiem il-PI (“il-perjodu kkunsidrat”).

(7)

Xi partijiet interessati argumentaw li l-għażla tas-sena 2007 bħala l-perjodu tal-investigazzjoni kienet difettuża minħabba li ċerti avvenimenti, bħat-tibdil fil-politika tas-sussidju tal-esportazzjoni u tax-xogħol fir-RPĊ, u l-varjazzjonijiet fir-rati tal-kambju, li saru fl-2007 u fl-2008, kellhom rwol fl-analiżi tal-ħsara.

(8)

Ta’ min jinnota li skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku l-perjodu tal-investigazzjoni għandu jkopri l-perjodu immedjatament wara l-bidu tal-proċediment. Ta’ min jiftakar li l-investigazzjoni preżenti bdiet fis-16 ta’ Frar 2008. Fir-rigward tal-investigazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara, din normalment tkopri tliet jew erba’ snin qabel il-bidu, u tispiċċa flimkien mal-perjodu ta’ investigazzjoni tad-dumping. B’konsegwenza, l-allegazzjoni ġiet miċħuda.

(9)

Parti interessata kkontestat il-perċentwali msemmija fil-premessa (2) tar-Regolament provviżorju li tirrappreżenta l-ilmentaturi f’termini tat-total tal-produzzjoni Komunitarja.

(10)

Wara l-eżaminar tal-allegazzjoni, ta’ min jinnota li ċ-ċifra ta’ 60 % indikata fil-premessa (2) tar-Regolament provviżorju tirreferi għall-appoġġ kollu għall-investigazzjoni, inklużi l-ilmentaturi u l-produtturi Komunitarji li appoġġjaw l-ilment u qablu li jikkooperaw fl-investigazzjoni, aktar milli l-perċentwali tal-produzzjoni Komunitarja koperta mill-ilmentaturi biss. Dan huwa kkonfermat mill-premessa (92) tar-Regolament provviżorju. Fir-rigward tal-perċentwali fil-premessa (2) tar-Regolmanet provviżorju, din għandha taqra “34 %”.

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(11)

Il-prodott ikkonċernat kien provviżorjament definit bħala ċerti xemgħat, kandiletti u prodotti simili, ħlief xemgħat taċ-ċimiterju u xemgħat oħra għal barra, esportati lejn il-Komunità u li joriġinaw fir-RPĊ (“ix-xemgħat” jew “il-prodott ikkonċernat”).

(12)

Għall-iskop tal-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, għalkemm it-tipi varji ta’ xemgħat jistgħu jkunu differenti fil-qies, forma, kulur jew fatturi oħra bħar-riħa, eċċ, kien ikkunsidrat li t-tipi kollha tax-xemgħat inklużi fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat għandhom l-istess karatteristiċi kimiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użu u għalhekk huma sa ċertu punt interkambjabbli.

(13)

Kummenti li saru dak iż-żmien mill-partijiet interessati ma ġġustifikawx l-esklużjoni ta’ ċerti tipi ta’ xemgħat mill-iskop tal-investigazzjoni, b’mod partikolari x-xemgħat hekk imsejħa “ornamentali” jew “dekorattivi”. Il-partijiet ma għamlu l-ebda sottomissjoni li tidentifika l-fatturi differenti ta’ dawn il-prodotti li kienet tagħmilha possibbli biex jintgħarfu b’mod ċar it-tipi varji ta’ xemgħat li għandhom ikunu inklużi u dawk li għandhom ikunu esklużi mill-iskop tal-investigazzjoni. Barra minn dan, għall-kuntrarju ta’ ċerti allegazzjonijiet, l-investigazzjoni ma identifikat l-ebda sejbiet ta’ dumping jew ħsara fil-kumpaniji investigati li kienu parti mill-kampjun li jvarjaw b’mod sinifikanti skont it-tipi ta’ xemgħat. Għaldaqstant, kien provviżorjament ikkunsidrat li t-tipi kollha ta’ xemgħat koperti mill-investigazzjoni preżenti jiffurmaw parti mill-istess prodott u għandhom ikunu koperti mill-investigazzjoni.

(14)

Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, reġa’ kien allegat li l-produtturi esportaturi fir-RPĊ kienu fil-biċċa l-kbira qed jipproduċu xemgħat magħmula bl-idejn jew dekorattivi bi proċessi ta’ irfinar ulterjuri. Kien ripetut li dawn kienu jirrikjedu ħafna xogħol u li kienu mmanifatturati fi kwantitajiet limitati mill-produtturi tal-Komunità. Kien ukoll misħuq mill-ġdid li l-perċezzjoni tal-konsumatur dwar xemgħat dekorattivi kienet differenti meta mqabbla ma’ xemgħat tat-tip klassiku u standard. Pereżempju, kien argumentat li bil-kontra ta’ xemgħat klassiċi, it-tipi dekorattivi ma kinux intiżi biex jinħarqu jew biex jintużaw biex jipprovdu sħana iżda kienu intiżi biex jinżammu bħala oġġetti dekorattivi kemm jista’ jkun mingħajr tibdil.

(15)

Kien allegat ukoll li jista’ jkun relattivament faċli li wieħed jiddistingwi x-xemgħat dekorattivi mit-tipi l-oħrajn ta’ xemgħat, bħal xemgħat tea-light jew kandiletti, jekk ikun ikkunsidrat li x-xemgħat dekorattivi għandhom talanqas waħda mill-karatteristiċi li ġejjin: (i) għandhom ħafna kuluri u għandhom diversi saffi; (ii) għandhom forom speċjali; (iii) għandhom wiċċ imnaqqax bid-dekorazzjonijiet u (iv) għandhom dekorazzjonijiet addizzjonali ta’ materjal ieħor għajr xema’/paraffina.

(16)

Xi partijiet interessati oħra allegaw li xemgħat ta’ “għeluq is-snin” mhumiex immanifatturati fil-Komunità iżda huma mmanifatturati kważi b’mod esklussiv fir-RPĊ u għandhom għalhekk ikunu esklużi wkoll mill-proċediment preżenti.

(17)

Kien argumentat li l-hekk imsejħa tea-lights jistgħu jintużaw minflok xemgħat għall-produzzjoni ta’ dawl, iżda tipi ta’ xemgħat oħrajn ma setgħux jieħdu post ix-xemgħat tea-lights għall-produzzjoni tas-sħana. Għaldaqstant dawn iż-żewġ tipi ta’ prodotti ma għandhomx interkambjabbiltà bħal ma huwa l-każ bejn xemgħat taċ-ċimiterju u xemgħat oħra għal barra li mhumiex parti mill-prodott ikkonċernat u tipi oħrajn ta’ xemgħat inklużi tea-lights. Għaldaqstant kien allegat li x-xemgħat tea-light għandhom ikunu esklużi ukoll mill-proċediment preżenti.

(18)

Fir-rigward tar-rikjesta dwar xemgħat dekorattivi, il-fatturi ta’ identifikazzjoni msemmija mill-partijiet huma wisq ġenerali u ma jagħmluhiex possibbli li wieħed jiddistingwi b’mod ċar it-tipi ta’ xemgħat li għandhom ikunu inklużi jew dawk li għandhom ikunu esklużi mill-iskop tal-investigazzjoni u li ma għandhomx ikunu suġġetti għall-miżuri. Ħafna tipi ta’ xemgħat standard għandhom aktar minn kulur wieħed, jista’ jkollhom forma speċifika jew waħda jew aktar dekorazzjonijiet, pereżempju fl-okkażjoni ta’ ċelebrazzjonijiet speċifiċi matul is-sena. Barra minn hekk, l-informazzjoni provduta mill-partijiet u miġbura fl-investigazzjoni, b’mod partikolari dwar it-tipi ta’ prodotti u n-numri ta’ kontroll tal-prodotti kif kienu definiti, ma tagħmilhiex dejjem possibbli li wieħed jidentifika b’mod ċar bejn it-tipi varji ta’ xemgħat skont il-fatturi msemmija aktar ‘il fuq. Ta’ min l-ewwel nett jinnota li l-fatt li ċerti tipi ta’ prodotti, allegatament, mhumiex immanifatturati mill-produtturi tal-Komunità ma jwassalx għall-esklużjoni ta’ dawn it-tipi b’mod awtomatiku mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. It-tieni nett, ma jistax ikun eskluż li ċerti tipi ta’ xemgħat mhumiex immanifatturati mill-produtturi tal-Komunità minħabba l-ħsara kkawżata minn dumping. Fil-każ tal-hekk imsejħa xemgħat ta’ għeluq is-snin, il-partijiet ikkonċernati ma pprovdewx evidenza li dawn it-tipi ta’ xemgħat kienu attwalment mhux immanifatturati fil-Komunità, u lanqas spjegaw ir-raġunijiet għalfejn dawn ix-xemgħat mhumiex immanifatturati fil-Komunità. Barra minn dan, hekk kif fil-każ ta’ xemgħat dekorattivi, ma kienu pprovduti l-ebda linji ta’ diviżjoni bejn xemgħat ta’ għeluq is-snin u tipi oħrajn ta’ xemgħat biex jippermettu l-esklużjoni ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti. Dawn il-kummenti huma wkoll validi għall-hekk imsejħa xemgħat magħmula bl-idejn. Ta’ min jinnota li kif imsemmi fil-premessa (26), l-affermazzjoni li x-xemgħat magħmula bl-idejn mhumiex immanifatturati fil-Komunità mhijiex korretta.

(19)

Fir-rigward tal-allegazzjoni dwar l-użu ta’ ċerti tipi ta’ xemgħat, b’mod partikolari għall-produzzjoni ta’ dawl u/jew sħana, ta’ min jinnota li fil-premessa (26) tar-Regolament provviżorju ssemma li teżisti l-interkambjabbiltà bejn it-tipi varji ta’ xemgħat u li x-xemgħat kienu wżati l-aktar għall-fini ta’ dekorazzjoni interna u mhux għall-għan prinċipali tal-produzzjoni tas-sħana. L-ebda informazzjoni li tikkontradixxi din l-affermazzjoni ma kienet pprovduta mill-partijiet. Fir-rigward tal-allegazzjonijiet magħmula dwar ix-xemgħat taċ-ċimiterju u x-xemgħat għal barra, huwa kkonfermat li dawn il-prodotti jistgħu jkunu distinti minn tipi oħra ta’ xemgħat fuq il-bażi tal-kriterji tekniċi u kimiċi msemmija fil-premessa (17) tar-Regolament provviżorju.

(20)

Fil-qosor, kien ikkunsidrat li l-allegazzjonijiet magħmula mill-partijiet ma kinux biżżejjed speċifiċi u ma kinux appoġġjati minn evidenza ta’ sostenn li turi li l-prodott ikkonċernat ma kienx definit b’mod korrett fir-Regolament provviżorju. Ta’ min jiftakar li t-tipi kollha ta’ xemgħat inklużi fil-prodott ikkonċernat għandhom l-istess karatteristiċi kimiċi u tekniċi bażiċi. Barra minn dan, fil-każ preżenti, instab li x-xemgħat kellhom l-istess użu jew użu simili u li f’ħafna każijiet huma interkambjabbli. Dawn huma mmanifatturati minn produtturi tax-xemgħat fir-RPĊ u esportati permezz tal-istess kanal ta’ bejgħ u huma għalhekk parti mill-istess prodott.

(21)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti ulterjuri fir-rigward tad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, il-premessi (15) sa (23) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

2.2.   Il-prodott simili

(22)

Ċerti partijiet ikkontestaw is-sejbiet fil-premessa (28) tar-Regolament provviżorju fejn il-kriterji applikati fid-determinazzjoni tal-“prodott simili” kienu bbażati l-aktar fuq il-karatteristiċi tekniċi u kimiċi, kif ukoll fuq l-użi finali jew funzjonijiet tal-prodott. Fatturi oħra bħall-forma, riħa, kulur jew fatturi oħra msemmija mill-parti interessata ma kinux ikkunsidrati rilevanti għad-definizzjoni tal-prodott simili. Il-varjazzjonijiet f’termini ta’ daqs ma jaffettwawx id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, b’mod partikolari billi ma tista’ ssir l-ebda distinzjoni ċara bejn it-tipi tal-prodott li jappartjenu lill-istess prodott fir-rigward tal-karatteristiċi tekniċi u kimiċi bażiċi ewlenin, tal-użu finali u tal-perċezzjoni tal-utenti.

(23)

F’dan il-kuntest, ta’ min jenfasizza li l-partijiet ma kkuntestawx il-fatt li t-tipi kollha ta’ xemgħat għandhom l-istess karatteristiċi kimiċi u tekniċi bażiċi jew li t-tipi kollha ta’ xemgħat huma magħmula mill-istess materja prima, l-aktar xema’, li huma mmanifatturi mill-istess produtturi u li mal-esportazzjoni huma mibjugħa permezz tal-istess kanali tal-bejgħ jew lil konsumaturi simili fis-suq tal-Komunità.

(24)

L-argument ewlieni tal-partijiet interessati kien ibbażat fuq il-fatt li t-tipi ta’ xemgħat immanifatturati fir-RPĊ u esportati lejn il-Komunità mhumiex bħat-tipi mmanifatturati fil-Komunità mill-produtturi Komunitarji. Kull allegazzjoni kienet eżaminata fid-dettall, iżda ma pprovdiet l-ebda element sostanzjali ġdid meta mqabbel mal-allegazzjonijiet li saru u li kienu indirizzati fl-istadju provviżorju.

(25)

L-allegazzjoni magħmula fil-premessa (14) għad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat kienet ukoll magħmula fi-kuntest tal-prodott simili. Kien allegat li l-produtturi esportaturi fir-RPĊ jimmanifatturaw l-aktar xemgħat dekorattivi magħmula bl-idejn, jew li jirrikjedu ħafna xogħol bi proċeduri ta’ irfinar ulterjuri u f’diversi forom differenti li mhumiex immanifatturati jew huma mmanifatturati fi kwantitajiet limitati mill-produtturi tal-Komunità. Għaldaqstant, kien allegat li dawn it-tipi ta’ xemgħat mhumiex bħal dawk immanifatturati mill-produtturi Komunitarji.

(26)

L-investigazzjoni wriet li din l-affermazzjoni mhix korretta. Filwaqt li l-produtturi inklużi fid-definizzjoni tal-industrija Komunitarja jistgħu jkunu qed jiffokaw fuq is-settur tax-xemgħat standard tas-suq, l-informazzjoni disponibbli tindika li hemm numru kbir ta’ produtturi fil-Komunità jimmanifatturaw xemgħat dekorattivi, inkluż xemgħat magħmula bl-idejn u li jirrikjedu ħafna xogħol, f’ċerti Stati Membri, bħall-Estonja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Polonja u s-Slovenja.

(27)

Minħabba l-allegazzjonijiet magħmula u l-evidenza pprovduta mill-partijiet interessati u l-informazzjoni l-oħra kollha disponibbli mill-investigazzjoni, huwa kkunsidrat li l-prodott ikkonċernat u x-xemgħat immanifatturati u mibjugħa mill-produtturi esportaturi fis-suq domestiku tagħhom u dawk immanifatturati mill-produtturi fil-Komunità, li serviet ukoll bħala pajjiż analogu għall-iskop tal-identifikazzjoni tal-valur normali fir-rigward tar-RPĊ, jistgħu jkunu kkunsidrati prodotti simili skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. Dawn il-prodotti għandhom essenzjalment l-istess karatteristiċi tekniċi u kimiċi bażiċi u l-istess użu bażiku jew wieħed simili.

3.   IT-TEĦIDTA’ KAMPJUNI

3.1.   It-teħid ta’ kampjuni għall-produtturi tal-Komunità, importaturi u produtturi esportaturi fir-RPĊ

(28)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar it-teħid ta’ kampjuni għall-produtturi Komunitarji, importaturi u produtturi esportaturi fir-RPĊ, li jbiddlu s-sejbiet provviżorji, il-premessi (31) sa (40) tar-Regolament bażiku huma b’hekk ikkonfermati.

3.2.   L-eżaminar individwali

(29)

Kif indikat fil-premessi (41) sa (43) tar-Regolament provviżorju rikjesta għal eżaminar individwali (“EI”) skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku minn produttur esportatur ma setgħatx tkun aċċettata fl-istadju provviżorju għaliex kienet tfixkel it-tlestija fil-ħin tal-investigazzjoni f’dak l-istadju.

(30)

Madankollu, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, kien ikkunsidrat possibbli mil-lat amministrattiv li din ir-rikjesta sostnuta unika tintlaqa’ wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji.

(31)

Għaldaqstant, saret żjara ta’ verifika fil-bini tal-kumpanija li ġejja fir-RPĊ:

M.X. Candles and Gifts (Taicang) Co., Ltd, Taicang.

Barra minn hekk, saru żjajjar ta’ verifika għand l-importaturi relatati magħha fil-Komunità:

Müeller Fabryka Świec S.A., Grudziądz, il-Polonja,

Gebr. Müller Kerzenfabrik AG, Straelen, il-Ġermanja.

4.   ID-DUMPING

4.1.   L-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament Bażiku

(32)

Wara l-iżvelar provviżorju, il-kumpanija li għaliha l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku kien applikat ikkontestat is-sejbiet tal-Kummissjoni. Essenzjalment, din semmiet mill-ġdid l-allegazzjonijiet tagħha li kienu saru fl-istadju provviżorju mingħajr ma pprovdiet evidenza ta’ sostenn li tista’ tiġġustifika tibdil fis-sejbiet provviżorji.

(33)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-premessi (44) sa (47) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.2.   It-trattament ta’ ekonomija tas-suq (“MET” – market economy treatment)

(34)

Wara l-iżvelar provviżorju, ħames produtturi esportaturi Ċiniżi li ma ngħatawx l-MET ikkuntestaw is-sejbiet provviżorji.

(35)

Fil-każ tal-esportatur li ma setax juri li laħaq il-kriterji 1 u 3 stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, kien allegat li kriterju 1 ta’ dik id-dispożizzjoni ikun sodisfatt billi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Istat għall-kostruzzjoni ta’ pereżempju ċentru tat-tekonoloġija minn kumpanija meqjusa bħala intrapriża żgħira u medja tkun faċilità disponibbli wkoll f’pajjiżi b’ekonomija tas-suq. Din allegat ukoll li f’każ ieħor kontra d-dumping is-sussidji li rċeviet kumpanija oħra ma ċaħħdux lill-kumpanija mill-istat tagħha ta’ MET.

(36)

Fir-rigward tal-ewwel allegazzjoni ta’ min jinnota li l-istituzzjonijiet Komunitarji nehdew il-valutazzjoni tal-MET skont l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku aktar milli permezz ta’ tqabbil ġenerali tal-kundizzjonijiet tas-suq tal-kumpaniji li qed joperaw fir-RPĊ u intrapriżi li qed joperaw f’pajjiżi b’ekonomija tas-suq. Għalhekk din it-talba kellha tiġi miċħuda. Fir-rigward tat-tieni affermazzjoni, ta’ min jenfasizza li l-investigazzjoni kontra d-dumping tinżamm b’mod separat f’kull każ u li l-konklużjoniijiet ta’ kull investigazzjoni huma mfassla fil-kuntest u fiċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari. Barra minn dan, in-natura, il-frekwenza u l-ambjent ekonomiku li fih ingħataw il-kontribuzzjonijiet mill-Istat fil-każ preżenti juru li kriterju 1 tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku ma kienx sodisfatt. Għaldaqstant, l-argument kellu jiġi miċħud.

(37)

L-istess esportatur allega li b’relazzjoni mal-kriterju 3 tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku id-dokumenti rilevanti kollha pprovduti juru li l-prezz imħallas għad-drittijiet tal-użu tal-art kien ir-riżultat ta’ negozjati liberi mal-awtoritajiet lokali u li għalhekk, il-prezz kien ibbażat fuq il-valuri tas-suq.

(38)

F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li d-dokumenti rilevanti li fuqhom il-prezz tax-xiri tal-drittijiet tal-użu tal-art kienu bbażati kienu datati b’lura għall-1997 u dawn ippermettew lill-kumpanija takkwista dawn id-drittijiet għal perjodu indefinit ta’ żmien bi prezz fiss f’dik id-data. Billi ma kienet ikkunsidrata l-ebda żieda fil-prezz bejn l-1997 d-data tat-trasferiment reali tad-drittijiet tal-użu tal-art u fin-nuqqas ta’ xi rapport ta’ evalwazzjoni jew valutazzjoni tal-art, dan l-esportatur ma setax jispjega fuq liema bażi l-prezz tat-trasferiment tad-drittijiet tal-użu tal-art kien stabbilit.

(39)

Minn dan ta’ hawn fuq wieħed jikkonkludi li għal dan l-esportatur la kriterju 1 u lanqas kriterju 3 tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku ma ntlaħqu u li għalhekk il-konklużjonijiet milħuqa fi stadju provviżorju għandhom ikunu kkonfermati.

(40)

Esportatur ma ssodisfax kriterju 2 tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku allega li huwa kien jissodisfa dak il-kriterju billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija lil żewġ membri tal-amministrazzjoni ma għandhomx ikunu kkunsidrati “self” bil-kuntrarju ta’ dak li kien stabbilit fl-istadju provviżorju (premessa (53) tar-Regolament provviżorju). Minflok, dawn il-kontribuzzjonijiet, huwa allegat li għandhom ikunu kkunsidrati bħala fondi ta’ riserva.

(41)

F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li l-fondi ta’ riserva huma tip ta’ kont fuq il-karta tal-bilanċi li huma mwarrba għal proġetti ta’ investiment kapitali fuq medda twila ta’ żmien jew spejjeż antiċipati kbar oħrajn li se jkunu affaċċjati fil-futur. Meta jkunu mniżżla fuq il-karta tal-bilanċi, dawn il-fondi jistgħu biss jintefqu fuq il-proġetti ta’ spiża kapitali li għalihom kienu intiżi, esklużi ċirkustanzi mhux previsti.

(42)

Mill-minuti tal-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi huwa ċar li dawn l-iskopijiet ma kinux intiżi. Barra minn hekk, l-entrati rispettivi kienu elenkati fil-kont tal-karta tal-bilanċi taħt “ammonti oħra li għandhom jitħallsu lill-kumpanija” liema entrata hija normalment użata għal self u avvanzi ta’ kreditu lis-sid jew lill-impjegati għal żmien qasir.

(43)

Għaldaqstant wieħed jista’ jikkonkludi li l-mezzi finanzjarji pprovduti lill-żewġ individwi ma kinux intiżi biex iservu bħala riserva kapitali, iżda biex jipprovdu flus mingħajr ebda bażi legali, b’mod partikolari mingħajr kuntratt li jistipula ebda dati ta’ pagamenti lura jew interessi fuq is-self. F’kull każ, tranżazzjoni simili trid tkun ikkunsidrata bħala strument finanzjarju fil-kuntest tal-istandard internazzjonali tal-kontabilità (“IAS”) 32. Barra minn dan, l-iżvelar ta’ dawn it-tranżazzjonijiet ma sarx skont l-IAS 24, billi l-kontijiet finanzjarji tal-kumpanija ma wrewx i) l-ammont tat-tranżazzjonijiet, ii) it-termini u l-kundizzjonijiet, inkluż jekk kinux assigurati, u iii) in-natura tal-kunsiderazzjoni li trid tkun pprovduta fil-ftehim u d-dettalji ta’ garanziji mogħtija jew irċevuti.

(44)

Minn dan ta’ hawn fuq wieħed jikkonkludi li dan l-esportatur ma jissodisfax kriterju 2 tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u għalhekk il-konklużjonijiet milħuqa fi stadju provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

(45)

L-esportatur l-ieħor li ma ssodisfax ir-rekwiżiti tal-kriterju 2 tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, ma kkuntestax il-fatt li saru żbalji fil-kotba tal-kontijiet tiegħu, iżda kkunsidra li x wħud minnhom kienu ta’ importanza żgħira u li oħrajn li saru fis-snin ta’ qabel ma affettwawx iċ-ċarezza tal-kontijiet tal-kumpanija.

(46)

F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li l-iżbalji nstabu fuq kampjun każwali mid-dokumenti tal-kontijiet u ma ġewx imsemmija mill-awdituri fir-rapport tagħhom, liema fatt jitfa’ dubji serji kemm il-kontiijiet finanzjarji kollha kienu valutati skont l-IAS. Barra minn dan, il-kontabilità żbaljata tal-assi fissi fis-snin l-imgħoddija tkompli tgħawweġ l-istruttura tal-ispejjeż tal-kumpanija u ma tistax tkun ikkunsidrata li hija skont l-IAS 1 u 38.

(47)

B’konsegwenza ta’ dan, id-determinazzjoni fl-istadju provviżorju li dan il-produttur esportatur ma jissodisfax il-kriterju 2 tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku hija b’dan ikkonfermata.

(48)

L-esportatur li kkoopera li l-allegazzjoni tiegħu dwar l-MET kienet miċħuda billi ma setax juri li jissodisfa kriterju 1 tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, ipprovda konferma bil-miktub mill-awtoritajiet lokali Ċiniżi li, skont l-esportatur, ipprovat li l-kumpanija ma kinitx suġġetta għall-ebda restrizzjoni fl-attivitajiet ta’ xiri jew bejgħ tagħha.

(49)

Madankollu, billi l-konferma provduta tikkontradixxi l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni (“AtA”) ta’ dan il-produttur esportatur partikolari u l-evidenza provduta ma setgħatx tkun ivverifikata aktar, l-allegazzjoni dwar l-MET għandha wkoll tiġi miċħuda fl-istadju definittiv.

(50)

L-esportatur li kkoopera li għalih kien stabbilit li kriterji 1 sa 3 tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku ma kinux sodisfatti, allega li fir-rigward ta’ kriterju 1 ta’ dik id-dispożizzjoni li r-restrizzjonijiet ta’ xiri u bejgħ fl- AtA tiegħu ma kinux segwiti fil-prattika mill-kumpanija. Fir-rigward ta’ kriterju 2 ta’ dik id-dispożizzjoni, dan ma kkuntestax is-sejbiet iżda allega li l-iżbalji fil-kontijiet tal-kumpanija kienu kkawżati minn prattiċi żbaljati tal-uffiċjali tal-kontabilità tagħha u/jew ta’ struzzjonijiet mill-awtoritajiet lokali tat-taxxa. Fir-rigward ta’ kriterju 3 ta’ dik id-dispożizzjoni, filwaqt li l-kumpanija pprovdiet ċerti spjegazzjonijiet dwar l-iskont irċevut mill-Istat li kien ikkunsidrat bħala valutazzjoni żbaljata tad-drittijiet tal-użu tal-art, hija ma ssottomettiet l-ebda evidenza li hija tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-iskont.

(51)

Fir-rigward tal-kriterju 1 tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku ta’ min jinnota li l-Liġi Ċiniża dwar il-Kumpaniji tistipula li l-AtA tal-kumpanija jorbtu fuq il-kumpanija, l-azzjonisti, id-diretturi, l-amministraturi ta’ sorveljanza u l-amministrazzjoni eżekuttiva u għalhekk il-kummenti tal-kumpanija kienu miċħuda. Fir-rigward tal-kriterji 2 u 3 u ta’ dik id-dispożizzjonio, il-kummenti tal-kumpanija ma jiġġustifikawx bidla tas-sejbiet provviżorji rilevanti. Għaldaqstant, il-premessa (54) tar-Regolament provviżorju hi b’dan ikkonfermata.

(52)

Fir-rigward tal-premessa (57) tar-Regolament provviżorju ta’ min jinnota li l-analiżi tal-informazzjoni rċevuta wara l-iżvelar tas-sejbiet tal-MET ma tiġġustifikax tibdil fid-determinazzjoni tal-kumpaniji li ngħataw l-MET.

(53)

Il-kumpanija li ngħatat eżaminar individwali, uriet li tissodisfa l-kriterji tal-Artikolu 2(7)(c) u setgħat, għalhekk, tingħata l-MET.

4.3.   It-trattament individwali (“TI”)

(54)

Parti interessata allegat li l-prattiċi kontra l-kompetizzjoni u l-interferenza mill-Istat jinkoraġġixxu l-elużjoni tal-miżuri u għalhekk l-ebda mill-produtturi Ċiniżi ma għandhom jingħataw it-TI.

(55)

F’dan ir-rigward ta’ min jinnota, li din il-parti ma pprovdietx l-ebda evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-allegazzjoni tagħha. Madankollu, sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji ta’ elużjoni minħabba d-differenza sinfikanti fir-rati tad-dazju, huwa meqjus li jinħtieġu miżuri speċjali f’dan il-każ sabiex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji kontra d-dumping (ara premessi (148) u (149)).

(56)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tat-TI, il-premessi (58) sa (60) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.4.   Il-valur normali

4.4.1.   L-esportaturi li kkooperaw mogħtija l-MET

(57)

Għall-kumpanija fir-RPĊ li kienet mogħtija EI u li kienet sussegwentement mogħtija l-MET (“il-kumpanija EI”) kien stabbilit li din ma kellha l-ebda bejgħ fis-suq domestiku. Għaldaqstant, il-valur normali għal din il-kumpanija kien ikkalkulat skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku billi kienet applikata l-istess metodoloġija għall-esportaturi mingħajr bejgħ domestiku rappreżentattiv li jikkooperaw kif deskritt fil-premessi (67) sa (69) tar-Regolament provviżorju.

(58)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-valur normali għall-esportaturi mogħtija l-MET, il-premessi (61) sa (69) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.4.2.   Il-produtturi esportaturi li ma ngħatawx l-MET u l-pajjiż analogu

(59)

Ċerti partijiet ikkuntestaw l-għażla tal-industrija Komunitarja bħala l-pajjiż analogu l-aktar minħabba li hemm differenzi fis-swieq tax-xogħol u għalhekk fil-prezz tax-xogħol. Kif spjegat fid-dettall fil-premessi (70) sa (76) tar-Regolament provviżorju saru sforzi konsiderevoli sabiex tinkiseb kooperazzjoni minn pajjiż analogu. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, kien ikkunsidrat li d-dejta disponibbli għall-industrija Komunitarja tista’ tkun użata għall-iskop tal-identifikazzjoni tal-valur normali f’pajjiż b’ekonomija tas-suq. L-argument dwar differenzi fis-suq tax-xogħol mhuwiex rilevanti fil-kuntest tad-dejta fil-pajjiż analogu. Barra minn hekk, l-argumenti u r-rimarki minn dawn il-partijiet kienu pprovduti mingħajr ebda sostenn jew proposti alternattivi konkreti dwar l-għażla tal-pajjiż analogu. Għaldaqstant, il-kummenti kellhom ikunu mwarrba u s-sejbiet provviżorji jistgħu jkunu kkonfermati.

(60)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-pajjiż analogu, il-premessi (70) sa (76) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.5.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(61)

Meta l-kumpanija EI kienet qed tagħmel il-bejgħ bl-esportazzjoni lejn il-Komunità permezz ta’ kumpaniji relatati fil-Komunità, ġew stabbiliti prezzijiet tal-esportazzjoni fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid lill-ewwel klijenti indipendenti fil-Komunità, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

(62)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-prezz tal-esportazzjoni, li jbiddlu s-sejbiet provviżorji, il-premessi (77) u (78) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.6.   Il-paragun

(63)

Għall-kumpanija EI saru l-aġġustamenti kif deskritt fil-premessi (81) sa (83) tar-Regolament provviżorju bil-għan li jkun żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(64)

Produttur esportatur talab aġġustament għall-konverżjoni tal-munita għall-prezz tal-esportazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 2(10)(j) tar-Regolament bażiku. Huwa kkwantifika dan l-aġġustament bħala t-telf nett mill-kambju (li jirriżulta mid-differenza bejn ir-rebħ u t-telf li kellu mill-kambju) li dan affaċċja matul il-PI għall-bejgħ bl-esportazzjoni tiegħu tal-prodott ikkonċernat lill-Komunità. Madankollu, billi dan l-esportatur naqas milli jissostanzja li kien hemm moviment sostnut fir-rati tal-kambju matul il-PI t-talba kellha titwarrab.

(65)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-paragun, li jbiddlu s-sejbiet provviżorji, il-premessi (79) sa (83) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.7.   Il-marġini ta’ dumping

(66)

Wara l-iżvelar provviżorju ċerti produtturi esportaturi li kienu mogħtija t-TI allegaw li skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, t-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni kollha tagħhom kellhom ikunu wżati biex tkun stabbilita l-marġini ta’ dumping tagħhom.

(67)

Fid-dawl ta’ dawn il-kummenti u biex ikun żgurat li l-valuri normali jkunu stabbiliti għall-maġġoranza tat-tipi kollha esportati mir-RPĊ, b’mod partikolari billi d-dejta tal-pajjiż analogu kienet użata, kien ikkunsidrat xieraq li jkunu ssimplifikati l-kriterji wżati biex ikunu identifikati t-tipi kollha tal-prodott rispettivament. Il-kalkoli tad-dumping kienu, għalhekk, riveduti skont il-kriterji ta’ aġġustament.

(68)

Għal produttur esportatur wieħed, kien mogħti aġġustament ulterjuri għall-karatteristiċi fiżiċi bbażat fuq il-valur tas-suq tad-differenza bejn il-materja prima taż-żewġ tipi ta’ xemgħat, skont l-Artikolu 2(10)(a) tar-Regolament bażiku.

(69)

Skont l-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, għall-kumpaniji mogħtija t-TI, il-valur normali medju mwieżen kien imqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni medju mwieżen tat-tip ta’ prodott ikkonċernat rispettiv kif identifikat hawn fuq.

(70)

Fuq din il-bażi, il-marġini ta’ dumping definittiv espressi bћala perċentwali tal-prezz, assigurazzjoni u vjaġġ (CIF) fil-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas, huma:

Il-kumpanija

Il-marġini ta’ dumping definittiv

Aroma Consumer Products (Hangzhou) Co., Ltd.

47,7  %

Dalian Bright Wax Co., Ltd.

13,8  %

Dalian Talent Gift Co., Ltd.

48,4  %

Gala-Candles (Dalian) Co., Ltd.

0  %

M.X. Candles and Gifts (Taicang) Co., Ltd.

0  %

Ningbo Kwung’s Home Interior & Gift Co., Ltd.

14,0  %

Ningbo Kwung’s Wisdom Art & Design Co., Ltd.

0  %

Qingdao Kingking Applied Chemistry Co., Ltd.

18,8  %

Kumpaniji li qed jikkooperaw li mhux inklużi fil-kampjun

31,8  %

(71)

Fid-dawl tat-tibdil fil-marġini ta’ dumping tal-kumpaniji fil-kampjun, il-marġini medja mwieżna tad-dumping tal-esportaturi li qed jikkooperaw mhux inkluzi fil-kampjun kien ikkalkolat mill-ġdid skont il-metodoloġija spejgata fil-premessa (86) tar-Regolament provviżorju u, kif indikat hawn fuq, kienet stabbilita għal 31,8 % tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas.

(72)

Il-bażi għat-twaqqif ta’ marġini ta’ dumping għall-pajjiż kollu kienet stipulata fil-premessi (87) u (88) tar-Regolament provviżorju, li, b’kunsiderazzjoni għall-kalkoli riveduti, kif spjegat fil-premessa (67), naqset minn 66,1 % għal 62,9 %.

(73)

Parti interessata staqsiet il-validità tal-bażi legali abbażi ta’ liema l-esportaturi li mhux qed jikkooperaw kienu attribwiti marġini ogħla ta’ dumping minn dawk il-prodotturi esportaturi li qed jikkooperaw u li mhumiex parti mill-kampjun. F’dan ir-rigward ta’ min wieħed jiċċara li l-metodoloġija spjegata fil-premessa (87) tar-Regolament provviżorju li hija bbażata fuq il-fatti disponibbli kienet applikata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(74)

Fuq din il-bażi, il-livell ta’ dumping mal-pajjiż kollu ġie stabbilit b’mod definittiv gћal 62,9 % tal-prezz CIF mal-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas.

5.   IL-ĦSARA

5.1.   Il-produzzjoni Komunitarja

(75)

Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward il-produzzjoni tal-Komunità, il-premessi (90) u (91) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.2.   Id-definizzjoni tal-industrija Komunitarja

(76)

Fin-nuqqas ta’ kummenti u sejbiet ġodda rigward id-definizzjoni tal-industrija tal-Komunità, li jistgħu jbiddlu s-sejbiet provviżorji, il-premessa (92) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata.

5.3.   Il-konsum Komunitarju

Tabella

Il-Konsum Komunitarju

2004

2005

2006

PI

Tunnellati

511 103

545 757

519 801

577 332

Indiċi

100

107

102

113

Sors: Eurostat u r-risposti tal-kwestjonarji

(77)

Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward il-konsum tal-Komunità kif indikat fit-tabella hawn fuq, il-premessi (93) u (94) tar-Regolament provviżorju huma b’dan kkonfermati.

5.4.   L-importazzjonijiet fil-Komunità mir-RPĊ

5.4.1.   L-ammont, il-prezz u s-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(78)

It-tabella ta’ hawn taħt turi t-total tal-importazzjonijiet fis-suq tal-Komunità mill-produtturi esportaturi Ċiniżi matul il-perjodu kkunsidrat.

Tabella

L-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ

2004

2005

2006

PI

Importazzjonijiet (tunnellati)

147 530

177 662

168 986

199 112

Indiċi

100

120

115

135

Prezzijiet (EUR/tunnellata)

1 486

1 518

1 678

1 599

Indiċi

100

102

113

108

Sehem mis-suq

28,9  %

32,6  %

32,5  %

34,5  %

Indiċi

100

113

112

119

Sors: Eurostat

(79)

Kif indikat fil-premessa (97) tar-Regolament provviżorju, fl-użu tat-teħid ta’ kampjuni sabiex jiġi stabbilit id-dumping, hija prattika tal-Kummissjoni li mbagħad teżamina jekk kienx hemm evidenza pożittiva li turi jekk il-kumpaniji kollha li ma kinux fil-kampjun kinux effettivament qed ibiegħu l-prodotti tagħhom b’dumping fis-suq Komunitarju jew le matul il-PI.

(80)

Fid-dawl tas-sejbiet definittivi dwar dumping, u l-fatt li żewġ kumpaniji oħra nstabu li ma kinux qed ibiegħu l-prodotti tagħhom bid-dumping fis-suq tal-Komunità, il-volum totali u l-prezz tal-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping kellhom jerġgħu jkunu stmati. Għal dan il-għan, il-prezzijiet tal-esportazzjoni mitluba mill-produtturi esportaturi li qed jikkooperaw u li mhux inklużi fil-kampjun u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-esportaturi li ma kkooperawx kienu investigat mill-ġdid fuq il-bażi ta’ dejta mill-Eurostat, ir-risposti tal-kwestjonarji tal-produtturi esportaturi fil-kampjun fir-RPĊ u r-risposti għall-formoli tat-teħid ta’ kampjuni pprovduti mill-kumpaniji kollha fir-RPĊ li kkooperaw.

(81)

Wara l-metodoloġija li ntużat fl-istadju provviżorju, kien ikkunsidrat li permezz taż-żieda tal-marġini medju ta’ dumping li nstab fuq il-bażi tal-produtturi esportaturi fil-kampjun mal-prezzijiet tal-esportazzjoni medji stabbiliti għall-produtturi esportaturi fil-kampjun li nstabu li kienu qed iwettqu dumping, il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni mhux oġġett ta’ dumping jista’ jkun stabbilit. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni stabbiliti għall-produtturi esportaturi mhux fil-kampjun kienu mbagħad imqabbla mal-prezzijiet tal-esportazzjoni li mhumiex l-oġġett ta’ dumping.

(82)

Dan it-tqabbil tal-prezzijiet wera li kemm i) il-produtturi esportaturi li kkooperaw li ma kinux inklużi fil-kampjun kif ukoll ii) il-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fl-investigazzjoni kellhom prezzijiet tal-esportazzjoni medji li kienu fil-każijiet kollha taħt il-prezzijiet medji li mhux oġġett ta’ dumping stabbiliti għall-produtturi esportaturi fil-kampjun. Din kienet ikkunsidrata bħala indikazzjoni suffiċjenti li l-importazzjonijiet mill-kumpaniji kollha li ma kinux fil-kampjun, jiġifieri dawk li kkooperaw u dawk li ma kkooperawx, jistgħu jkunu kkunsidrati bħala li kienu l-oġġett ta’ dumping. Barra minn dan, l-analiżi wriet li l-esportaturi li ma kkooperawx kienu qed jużaw id-dumping iktar minn dawk li kkooperaw fl-investigazzjoni.

(83)

Kif imsemmi fil-premessa (80), instab li tliet produtturi esportaturi fir-RPĊ, tnejn minnhom inklużi fil-kampjun u wieħed li għalih sar l-eżaminar individwali, ma kinux qed ibiegħu l-prodotti tagħhom bid-dumping fis-suq tal-Komunità. Skont dan, l-esportazzjonijiet tagħhom kienu esklużi mill-analiżi li tikkonċerna l-iżvilupp ta’ importazzjonijiet mibjugħa bid-dumping fis-suq Komunitarju.

(84)

It-tabella ta’ hawn taħt tinkludi l-importazzjonijiet kollha ta’ xemgħat fir-RPĊ, li nstabu jew kienu kkunsidrati li kienu qed jinbiegħu bid-dumping fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu kkunsidrat.

Tabella

Importazzjonijiet mir-RPĊ suġġetti għal dumping

2004

2005

2006

PI

Importazzjonijiet (tunnellati)

137 754

159 979

152 803

181 043

Indiċi

100

116

111

131

Prezzijiet (EUR/tunnellata)

1 420

1 470

1 610

1 560

Indiċi

100

104

113

110

Sehem mis-suq

27,0  %

29,3  %

29,4  %

31,4  %

Indiċi

100

109

109

116

Sors: Eurostat u r-risposti tal-kwestjonarji

(85)

B’kollox, l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ żdiedu b’mod sinifikanti minn 137 754 tunnellata fl-2004 għal 181 043 tunnellata fil-PI, jiġifieri b’31 % jew b’aktar minn 43 000 tunnellata, matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda tas-sehem fis-suq rispettiva (+ 4,4 punti perċentwali) kienet tidher anqas minħabba ż-żieda fil-konsum Komunitarju. Barra minn hekk, irriżulta li minkejja tnaqqis ġenerali fil-konsum fil-perjodu bejn l-2005 u l-2006, l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping ma tilfu l-ebda sehem li kellhom fis-suq.

(86)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni mir-RPĊ li kienu l-oġġett ta’ dumping wrew żieda ta’ 10 % matul il-perjodu kkunsidrat iżda kien hemm indikazzjonijiet qawwija li dawn saru bi prezzijiet suġġetti għal dumping b’mod sinifikanti, ta’ aktar minn 40 % fil-medja, matul il-PI. Il-prezz medju tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping naqas b’aktar minn 3 % bejn l-2006 u l-PI u, kif spjegat hawn taħt, kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Komunità f’dak il-perjodu.

(87)

B’kollox, l-osservazzjonijiet fil-premessi (97) sa (105) tar-Regolament provviżorju jibqgħu validi u jistgħu jkunu kkonfermati.

5.4.2.   It-traħħis tal-prezzijiet

(88)

Il-metodoloġija spjegata fil-premessa (106) tar-Regolament provviżorju biex ikun stabbilit it-traħħis fil-prezzijiet hija kkonfermata. Madankollu, wara ż-żjajjar ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-importaturi mhux relatati wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, l-aġġustament għall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni kien rivedut fid-dawl tad-dejta verifikata rċevuta mingħand dawn l-importaturi.

(89)

Wara l-iżvelar provviżorju, diversi esportaturi li kienu mogħtija t-TI kif ukoll l-industrija tal-Komunità staqsew dwar il-livell baxx ta’ kumparabbiltà fl-eżerċizzju tat-tqabbil tal-prezzijiet. Kif kien il-każ għall-kalkoli tad-dumping, il-partijiet staqsew għal żieda fil-livell ta’ kumparabbiltà. Bħala konsegwenza ta’ dan, kien ikkunsidrat xieraq li jkunu applikati l-istess kriterji biex tiżdied il-kumparabbiltà kif applikati fil-kalkoli tad-dumping, kif deskritt fil-premessa (67) hawn fuq. Il-kalkoli tat-traħħis fil-prezzijiet kienu għalhekk riveduti skont dan.

(90)

Barra minn hekk, xi partijiet semmew li saru xi żbalji klerikali fil-kalkoli provviżorji tagħhom. Dawn l-iżbalji kienu korretti, fejn ġustifikati.

(91)

Fuq il-bażi ta’ dan, il-marġini tat-traħħis medju fil-prezz matul il-PI, espress bħala perċentwali tal-prezz ex-fabbrika medju mwieżen tal-industrija tal-Komunità, instab li kien 15,7 %.

5.5.   Il-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja

(92)

Kif imsemmi fil-premessi (130) sa (134) tar-Regolament provviżorju, instab li l-industrija Komunitarja ġarrbet ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

(93)

L-analiżi provviżorja wriet li l-prestazzjoni tal-industrija Komunitarja tjiebet fir-rigward ta’ xi indikaturi tal-volum, iżda li l-indikaturi kollha relatati mas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija Komunitarja ddeterjoraw b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Minkejja l-abilità tal-industrija Komunitarja li tiġbor il-kapital għal investimenti, il-qligħ fuq l-investimenti sar negattiv fil-PI u l-likwidità naqset b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet tal-bejgħ medji naqsu b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat u kien hemm it-telf matul il-PI. Barra minn dan, indikaturi ta’ ħsara oħrajn tal-industrija Komunitarja żviluppaw b’mod negattiv matul il-perjodu kkunsidrat u l-industrija Komunitarja ma setgħatx tibbenefika mit-tkabbir ta’ 13 % fis-suq billi din setgħat iżżid il-volum tal-bejgħ tagħha bi 3 % biss.

(94)

Fir-rigward tal-ħażniet tal-industrija Komunitarja, parti interessata allegat li ż-żieda fil-livell ta’ ħażniet fl-aħħar tas-sena u l-ħsara misjuba kienu r-riżultat ta’ produzzjoni żejda, li allegatament wasslet għall-preżentazzjoni tal-ilment mill-industrija Komunitarja.

(95)

Kif imsemmi fil-premessa (119) tar-Regolament provviżorju, għalkemm il-ħażniet żdiedu f’termini assoluti matul il-PI, f’termini ta’ perċentwali dawn baqgħu relattivment stabbli għal 25 % tal-volum tal-produzzjoni tal-industrija Komunitarja. Barra minn dan, il-ħażniet ma kinux ikkunsidrati bħala fattur ta’ ħsara ta’ importanza kbira fl-analiżi li wasslet għall-konklużjoni li l-industrija Komunitarja qed issofri ħsara materjali. Barra minn hekk, din il-parti ma pprovdiet l-ebda evidenza biex issostni l-allegazzjoni tagħha u l-ebda kummenti ma saru dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet li wasslu għall-konklużjoni li l-industrija Komunitarja kienet qed issofri minn ħsara materjali kif deskritt fil-premessi (130) sa (134) tar-Regolament provviżorju. Fuq din il-bażi, l-allegazzjoni kienet miċħuda.

(96)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tas-sejbiet provviżorji dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija Komunitarja, il-premessi (109) sa (129) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

(97)

Il-konklużjoni li l-industrija Komunitarja ġarrbet danni materjali, kif spjegat fil-premessi (130) sa (134) tar-Regolament provviżorju, hija kkonfermata wkoll.

6.   IL-KAWŻA TAD-DANNI

6.1.   L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(98)

Wara s-sejba li żewġ produtturi esportaturi addizzjonali fir-RPĊ kienu qed ibiegħu fis-suq tal-Komunità mingħajr dumping, kien stmat mill-ġdid jekk is-sejbiet u l-konklużjonijiet imsemmija fil-premessi (136) sa (142) tar-Regolament provviżorju jibqgħux validi.

(99)

L-istima mill-ġdid ikkonfermat li x-xemgħat esportati mir-RPĊ lis-suq tal-Komunità kienu mibjugħa bi prezzijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping matul il-PI. Kif imsemmi fil-premessa (71), instab li l-produtturi esportaturi fir-RPĊ li qed jikkooperaw kienu qed ibiegħu l-prodott ikkonċernat b’marġini ta’ dumping medju ta’ 31,8 %. Is-sejba li madwar 55 % tal-esportaturi Ċiniżi ma kkooperawx fl-investigazzjoni hija kkonfermata. Kif imsemmi fil-premessa (82), l-investigazzjoni sabet indikazzjoni biżżejjed li turi li dawn il-produtturi esportaturi kienu wkoll qed ibiegħu l-prodotti tagħhom bid-dumping fis-suq tal-Komunità.

(100)

L-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping żdiedu b’31 % fil-volum fis-suq Komunitarju matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda saret bi prezzijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping b’mod sinifikanti u li waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja b’medja ta’ 15,7 % matul il-PI. Bl-istess mod, is-sehem tas-suq tal-produtturi esportaturi li l-importazzjonijiet tagħhom instabu jew kienu kkunsidrati l-oġġett ta’ dumping kiber minn 27 % għal madwar 31,4 %, tkabbir ta’ 4,4 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

(101)

Skont il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-fatt li żewġ produtturi esportaturi ma kinux qed ibiegħu l-prodott tagħhom bid-dumping fis-suq Komunitarju ma jbiddilx l-analiżi fil-premessi (136) sa (142) tar-Regolament provviżorju.

(102)

Huwa għalhekk ikkonfermat li ż-żieda ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx mir-RPĊ kellu impatt negattiv b’mod konsiderevoli fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija Komunitarja matul il-PI.

6.2.   L-effett ta’ fatturi oħra

(103)

Fin-nuqqas ta kummenti dwar l-iżvilupp tad-domanda fis-suq Komunitarju, l-importazzjoni ta’ xemgħat fl-industrija Komunitarja, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, jew il-prestazzjoni ta’ produtturi oħra tax-xemgħat fil-Komunità, il-premessi (143) sa (151) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

6.2.1.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija Komunitarja

(104)

Parti argumentat li l-industrija Komunitarja ma tistax issegwi l-espansjoni tas-suq tal-Komunità minħabba li din żiedet il-bejgħ bl-esportazzjoni tagħha matul il-PI.

(105)

Skont id-dejta tal-Eurostat u r-risposti għall-kwestjonarju mill-produtturi Komunitarji parti mill-kampjun, it-total tal-esportazzjonijiet barra l-Komunità mill-produtturi Komunitarji kiber b’10 % jew b’5 000 tunnellata bejn l-2006 u l-PI. B’mod provviżorju, instab li din il-prestazzjoni relattivament tajba kienet b’mod partikolari ta’ benefiċċju għall-industrija Komunitarja matul il-PI.

(106)

Biex l-allegazzjoni tkun eżaminata bis-sħiħ, hemm bżonn li l-livelli tal-ħażniet, il-kapaċità tal-produzzjoni u r-rata ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità produttiva tal-industrija Komunitarja jkunu investigati. Kif imsemmi fil-premessa (118) tar-Regolament, provviżorju l-livelli tal-ħażniet disponibbli għall-industrija Komunitarja rrappreżentaw medja ta’ madwar 25 % tal-produzzjoni u kienu ta’ 56 000 tunnellata matul il-PI. Il-ħażniet żdiedu wkoll b’madwar 2 400 tunnellata bejn l-2006 u l-PI. Barra minn hekk, kif muri fit-Tabella 3 tar-Regolament provviżorju, il-kapaċità produttiva tal-industrija Komunitarja kienet qed tikber b’mod kontinwu matul il-perjodu kkunsidrat u r-rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità produttiva tal-industrija Komunitarja kienet 76 % matul il-PI filwaqt li din kienet 82 % fl-2005. Għaldaqstant, l-industrija Komunitarja setgħat tipproduċi u tbiegħ aktar prodotti minn tagħha fis-suq tal-Komunità.

(107)

Skont il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq l-allegazzjoni li ż-żieda fil-bejgħ bl-esportazzjoni mill-industrija Komunitarja kien jispjega l-fatt li l-industrija Komunitarja ma setgħatx tlaħħaq mal-espansjoni fil-konsum hija miċħuda. Konsegwentement, il-konklużjoni fil-premessa (153) tar-Regolament provviżorju li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija Komunitarja ma kkontribwixxietx għal ħsara materjali hija kkonfermata.

6.2.2.   L-importazzjoni ta’ xemgħat mill-industrija Komunitarja u r-rilokazzjoni tal-produzzjoni mill-industrija Komunitarja

(108)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar l-importazzjoni ta’ xemgħat mill-industrija Komunitarja u r-rilokazzjoni tal-produzzjoni mill-industrija Komunitarja, il-premessi (154) sa (160) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

6.2.3.   L-impatt tal-eżistenza ta’ kartell fost produtturi Ewropej ta’ xema’ tal-paraffina

(109)

Parti interessata saħqet mill-ġdid it-tħassib tagħha dwar l-eżistenza ta’ kartell bejn ċerti produtturi Komunitarji ta’ xema’ tal-paraffina kif stabbilit mid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni bbażat fuq l-investigazzjoni li bdiet kmieni fl-2005. Madankollu din il-parti ma ppreżentat l-ebda elementi ġodda li jistgħu jikkkontestaw il-konklużjoni provviżorja li l-kartell ma kellu l-ebda impatt fuq il-ħsara li sofriet l-industrija Komunitarja.

(110)

Ta’ min jiftakar li, skont l-informazzjoni disponibbli, nstab li l-impatt, jekk kien hemm, ta’ dan il-kartell fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija Komunitarja matul il-PI, jiġifieri fl-2007, kien negliġibbli. Għalkemm il-livelli tal-prezzijiet tax-xema’ tal-paraffina żdiedu fil-Komunità matul il-PI, instab li meta produtturi Komunitarji xtraw tipi ta’ paraffina identiċi minn membri tal-kartell jew minn fornituri oħra, ma kien hemm l-ebda differenzi sostanzjali fil-prezz. Barra minn dan, il-prezzijiet tax-xiri tal-produtturi Komunitarji nstab li kienu simili għal dawk osservati tal-produtturi fir-RPĊ li qed jikkooperaw. Fl-aħħar nett, l-ebda differenzi li juru xi effettività ta’ natura dejjiema tal-arranġamenti tal-prezzijiet li saru fil-perjodu 2004-2005 ma setgħu jinstabu matul il-PI.

(111)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor jew sejba ġdida, il-premessi (161) sa (169) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

6.2.4.   Il-konklużjoni dwar il-kawża tad-danni

(112)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi (170) sa (173) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

7.   L-INTERESS KOMUNITARJU

7.1.   L-industrija Komunitarja

(113)

Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward l-interess tal-industrija Komunitarja, il-premessi (175) sa (178) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

7.2.   L-impatt fuq il-bejjiegħa bl-imnut u l-importaturi

(114)

Kif imsemmi fil-premessa (179) tar-Regolament provviżorju, minn sitt risposti għall-kwestjonarju li ġew irċevuti, minn 32 kwestjonarju mibgħuta għall-valutazzjoni tal-impatt possibbli tal-miżuri proposti fuq l-attività tal-bejjiegħa bl-imnut u l-importaturi, żewġ risposti biss setgħu jkunu kkunsidrati validi għall-iskop tal-analizi tal-interess Komunitarju. Dawn iż-żewġ risposti kienu rċevuti minn importaturi tax-xemgħat.

(115)

Ta’ min jiftakar li s-suq tal-Komunità hu magħmul minn bejjiegħa bl-imnut ta’ daqs kbir, li jimportaw l-aktar xemgħat direttament mir-RPĊ u sussegwentement ibiegħu mill-ġdid lill-konsumaturi u minn importaturi, li b’mod ġenerali jbiegħu lil partijiet intermedjarji oħra fil-katina ta’ distribuzzjoni, ħafna bejjiegħa bl-imnut u bejjiegħa bl-ingrossa, qabel il-prodott jasal għand il-konsumatur finali. L-analiżi tas-suq Komunitarju wriet li fil-katina tad-distribuzzjoni, l-prezz tal-konsumatur huwa stabbilit b’mod ġenerali mill-bejjiegħa bl-imnut il-kbar. Dan, madankollu, ma pprovda l-ebda informazzjoni partikolarment importanti fil-kuntest tal-investigazzjoni, illi kieku tippermetti li ssir valutazzjoni tal-impatt preċiża tal-miżuri kontra d-dumping fuq l-attività tagħhom.

(116)

Ċerti partijiet allegaw li hemm żewġ swieq separati tal-bejgħ bl-imnut għax-xemgħat fil-Komunità u li l-produtturi Komunitarji jfornu l-aktar il-parti l-aktar esklussiva tas-suq (in-naħa ta’ fuq) filwaqt li n-naħa t’isfel hija fornuta minn xemgħat impurtati mir-RPĊ. Huma argumentaw li bl-impożizzjoni ta’ miżuri kontra d-dumping, dawn tal-aħħar jispiċċaw billi l-bejjiegħa bl-imnut se jagħżlu li jwaqqfu x-xemgħat mill-firxa ta’ prodotti tagħhom.

(117)

Ta’ min jinnota li s-sejbiet tal-investigazzjoni ma appoġġjawx l-allegazzjoni ta’ hawn fuq li jeżistu żewġ swieq separati tal-bejgħ bl-imnut fil-Komunità jew li dan l-aspett jista’ jkun aspett rilevanti li jrid ikun ikkunsidrat fl-analiżi tal-interess Komunitarju. Barra minn hekk, anki jekk teżisti n-naħa baxxa tas-suq, bil-kontra tal-allegazzjoni minn dawn il-partijiet, huwa kkunsidrat li anki bil-miżuri kontra d-dumping, il-bejjiegħa bl-imnut se jkollhom l-għażla li jixtru talanqas parti mix-xiri tagħhom ta’ xemgħat mingħajr ma jkunu suġġetti għal dazji kontra d-dumping. Min-naħa waħda, hemm diversi sorsi ta’ fornimenti disponibbli fis-suq tal-Komunità u, min-naħa l-oħra, ċerti produtturi esportaturi Ċiniżi jew mhumiex suġġetti għal dazji kontra d-dumping jew huma suġġetti għal dazji kontra d-dumping liema livell u forma huma tali li jżommu l-importazzjonijiet mir-RPĊ kompetittivi, għalkemm mhux bi prezz li jikkawża ħsara. Fl-aħħar nett, b’kunsiderazzjoni għal-livelli ta’ marġini tal-bejjiegħa bl-imnut fuq il-prodott ikkonċernat fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, l-allegazzjoni ma tidhirx ġġustifikata u kienet għalhekk miċħuda.

(118)

Wara l-iżvelar provviżorju, ċerti bejjiegħa bl-imnut kbar u xi partijiet oħrajn ikkontestaw il-metodu wżat biex ikun stmat il-marġini ta’ profitt gross tal-bejjiegħa bl-imnut fuq il-prodott ikkonċernat u għaldaqstant il-konklużjoni milħuqa fil-premessa (185) tar-Regolament provviżorju li, fid-dawl tal-marġini għolja, id-dazji kontra d-dumping ikollhom impatt limitat fuq il-bejjiegħa bl-imnut, jekk ikollhom impatt.

(119)

Wara l-eżaminar tal-allegazzjoni, ta’ min jinnota li l-kliem tal-premessa relevanti fir-Regolament provviżorju għandu jkun rivedut. Il-kliem “marġini ta’ profitt gross” fl-ewwel sentenza tal-premessa (185) tar-Regolament provviżorju għandha ssir “żieda”. Din il-bidla fil-kliem madankollu, ma tbiddilx il-konklużjonijiet dwar l-impatt possibbli tal-miżuri fuq il-bejjiegħa bl-imnut. Ir-riżultat tal-kalkoli li saru fir-Regolament provviżorju jibqgħu validi.

(120)

Barra minn hekk, dawn il-partijiet ma ssustanzjawx l-allegazzjonijiet tagħhom, u lanqas ma ressqu l-ebda evidenza li kienet tippermetti li tiġi stabbilita identifikazzjoni ta’ marġini tal-profitt aktar preċiża għad-determinazzjonijiet definittivi tal-interess Komunitarju. Barra minn dan, l-ebda metodu alternattiv ma kien propost minn dawn il-partijiet biex ikun stmat l-impatt tad-dazji fuq il-bejjiegħa bl-imnut. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-kalkoli fil-premessa (185) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

(121)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi (183) sa (187) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

(122)

Fir-rigward tal-impatt tal-miżuri fuq l-importaturi, li kif spjegat fil-premessa (115) jissupplixxu l-aktar bejjiegħa bl-imnut u bejjiegħa bl-ingrossa b’xemgħat importati fost l-oħrajn mir-RPĊ, l-investigazzjoni wriet li x-xemgħat huma normalment mixtrija jew impurtati u wara mħallta ma’ diversi oġġetti oħra relatati, bħal gandlieri tal-ħġieġ u taċ-ċeramika. L-investigazzjoni wriet li x-xemgħat jistgħu jkunu mibjugħa bi prezz relattivament baxx biex ikun stimulat il-bejgħ ta’ prodotti oħra relatati max-xemgħat fuq liema jsiru profitti akbar. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-istima tal-impatt tal-miżuri fuq l-attività tax-xemgħat biss, kienet diffiċli.

(123)

Madankollu, skont id-dejta verifikata ta’ żewġ produtturi esportaturi li qed jikkooperaw, instab li l-marġini ta’ profitt gross ġenerali ta’ dawn il-kumpaniji fuq il-prodott ikkonċernat biss ma kienx baxx (aktar minn 25 % b’mod sinifikanti). Il-marġini ta’ profitt għal kategorija ta’ prodotti inkluż il-prodotti kollha relatati max-xemgħat tkun ogħla minn hekk. Barra minn dan, huwa kkunsidrat li kull żieda fil-prezz, jew tal-anqas parti minn kull żieda fil-prezz marbuta mal-impożizzjoni tal-miżuri kontra d-dumping fuq ix-xemgħat, tista’ tkun mgħoddija lill-katina ta’ distribuzzjoni. Kien għalhekk ikkunsidrat li kull impatt tal-miżuri kontra d-dumping ma għandux ikun sinifikanti fuq l-attività relatata max-xemgħat b’mod ġenerali.

(124)

Analiżi ulterjuri tad-dejta pprovduta mill-importaturi kkonfermat li l-prodott ikkonċernat jirrappreżenta medja ta’ 3,4 % biss tal-bejgħ tagħhom kollu. Għal wieħed miż-żewġ importaturi, dan is-sehem kien akbar u għalhekk ma jistax ikun eskluż li l-impożizzjoni tal-miżuri jista jkollha impatt negattiv fuq dan l-importatur. Madankollu, meta jkunu kkunsidrati l-interessi kollha fil-każ, kien konkluż li fil-medja l-impatt tad-dazji kontra d-dumping fuq l-attività kollha tal-kumpanija tal-importaturi ma jistax ikun ikkunsidat sinifikanti.

(125)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-konklużjoni, kif stabbilita fil-premessa (182) tar-Regolament provviżorju, hija b’dan ikkonfermata.

7.3.   L-impatt fuq il-konsumaturi

(126)

L-allegazzjoni msemmija fil-premessa (116) li jeżistu żewġ swieq separati tal-bejgħ bl-imnut u li, bħala konsegwenza tal-miżuri kontra d-dumping, in-naħa ta’ isfel tas-suq tista’ tispiċċa, tirreferi wkoll għall-impatt fuq il-konsumaturi billi l-għażla għall-konsumatur tax-xemgħat bi kwalità baxxa tista’ tkun limitata.

(127)

Madankollu, din l-allegazzjoni ma kinitx sostanzjata. Kien ikkunsidrat li fid-dawl tal-istruttura tas-suq tal-bejgħ bl-imnut, il-marġini tal-bejjiegħa bl-imnut u l-livell u l-forma tad-dazji kontra d-dumping, huwa raġonevoli li wieħed jistenna li ma għandu jkun hemm l-ebda riskju li n-naħa ta’ isfel tas-suq tispiċċa, billi l-importaturi u l-bejjiegħa bl-imnut għandhom ikunu kapaċi jassorbu d-dazju, mingħajr ma jgħadduh fuq il-konsumaturi.

(128)

Ta’ min ifakkar ukoll li, kif imsemmi fil-premessa (131), l-għan tal-miżuri kontra d-dumping huwa li jerġa’ jkun hemm kundizzjonijiet effettivi ta’ kummerċ fis-suq tal-Komunità għall-benefiċċju tal-operaturi kollha, inkluż tal-konsumaturi. Il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq u l-informazzjoni disponibbli f’dan il-każ ma juru ebda impatt sinifikanti fuq il-konsumaturi.

(129)

Fin-nuqqas ta’ reazzjoni mill-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur wara l-impożizzjoni tad-dazji provviżorji kontra d-dumping, il-konklużjoni fil-premessa (191) tar-Regolament provviżorju li d-dazji kontra d-dumping ma għandu jkollhom l-ebda impatt materjali fuq il-konsumaturi hija kkonfermata.

7.4.   L-effetti li jfixklu l-kompetizzjoni u l-kummerċ

(130)

Parti interessata allegat li, fuq il-bażi taċ-ċifri provduti fir-Regolament provviżorju, il-produzzjoni Komunitarja waħidha ma tlaħħaqx mad-domanda għal xemgħat fil-Komunità. Għaldaqstant ix-xemgħat impurtati mir-RPĊ huma bżonnjużi biex tkun sodisfatta d-domanda Komunitarja u l-miżuri jistgħu allegatament jipprevjenu milli dawn ix-xemgħat ikunu preżenti fis-suq.

(131)

Filwaqt li l-produzzjoni totali tal-Komunità waħedha tista’ ma tkunx biżżejjed biex tissodisfa d-domanda tas-suq Komunitarju, ta’ min ifakkar li hemm importazzjonijiet oħrajn minn pajjiżi terzi u li xi produtturi esportaturi fir-RPĊ mhumiex suġġetti għall-miżuri. Ta’ min jisħaq ukoll li l-għan tal-impożizzjoni tal-miżuri kontra d-dumping huwa li jerġgħu jiddaħħlu kundizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi u mhux li jingħalaq is-suq għall-importazzjonijiet. Għaldaqstant, il-forniment tax-xemgħat mill-operaturi kollha li huma bħalissa preżenti fus-suq Komunitarju se jkompli u għandu jkun biżżejjed biex jissodisfa d-domanda f’suq fejn l-effetti negattivi ta’ dumping ta’ ħsara jkunu tneħħew. Għaldaqstant l-allegazzjoni mhix ikkunsidrata sostnuta.

(132)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi (194) u (195) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

7.5.   Konklużjoni dwar l-interess Komunitarju

(133)

Skont dan ta’ hawn fuq, wieħed jikkonkludi li ma hemm l-ebda raġuni ta’ interess kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri kontra d-dumping fil-każ preżenti.

8.   IL-MIŻURI DEFINITTIVI KONTRA D-DUMPING

8.1.   Il-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara

(134)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu rigward id-dumping, il-ħsara, il-kawża tal-ħsara u l-interess Komunitarju, għandhom jiġu imposti miżuri provviżorji kontra d-dumping sabiex ma jitħalliex li tkun ikkawżata aktar ħsara lill-industrija Komunitarja mill-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping.

(135)

Fin-nuqqas ta’ kummenti wara l-iżvelar provviżorju, l-istess metodoloġija msemmija fil-premessa (199) tar-Regolament provviżorju ntużat biex ikunu kkalkolati l-prezzijiet li ma jikkawżawx ħsara. Madankollu, l-istess reviżjonijiet kif msemmija fil-premessi (89) u (90) kienu applikati għall-kakolu tal-marġini ta’ ħsara, li kienu aġġustati skont dan.

8.2.   Il-forma u l-livell ta’ dazji

(136)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi impost dazju definittiv kontra d-dumping f’livell għoli biżżejjed biex titneħħa l-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mingħajr ma jinqabeż il-marġini ta’ dumping misjub.

(137)

Fid-dawl tal-kummenti li waslu minn ċerti partijiet interessati wara l-iżvelar provviżorju u fid-dawl tar-reviżjonijiet deskritti f’dan ir-Regolament, ċerti marġini ġew emendati.

(138)

Il-rati tad-dumping u tal-ħsara stabbiliti huma kif ġej:

Il-kumpanija

Il-marġini ta’ dumping

Il-marġini tal-eliminazzjoni tal-ħsara

Aroma Consumer Products (Hangzhou) Co., Ltd.

47,7  %

28,3  %

Dalian Bright Wax Co., Ltd.

13,8  %

11,7  %

Dalian Talent Gift Co., Ltd.

48,4  %

25,9  %

Gala-Candles (Dalian) Co., Ltd.

0  %

M/A

M.X. Candles and Gifts (Taicang) Co., Ltd.

0  %

M/A

Ningbo Kwung’s Home Interior & Gift Co., Ltd.

14,0  %

0  %

Ningbo Kwung’s Wisdom Art & Design Co., Ltd.

0  %

M/A

Qingdao Kingking Applied Chemistry Co., Ltd.

18,8  %

0  %

Kumpaniji li qed jikkooperaw li mhux parti mill-kampjun

31,8  %

25,5  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

62,9  %

37,1  %

(139)

Kif indikat fil-premessa (203) tar-Regolament provviżorju, billi ħafna drabi x-xemgħat huma importati f’settijiet flimkien ma’ gandlieri, kandelabri jew oġġetti oħra, kien ikkunsidrat xieraq li jkunu determinati d-dazji bħala ammonti fissi fuq il-bażi tal-kontenut ta’ fjuwil tax-xemgħat, inkluż in-niċċa.

(140)

Ċerti partijiet allegaw li l-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq dazju ad valorem għaliex il-forma tal-miżura fuq il-bażi tat-toqol tal-kontenut ta’ fjuwil tax-xemgħat jista’ jkun ta’ piż fuq l-importaturi u jista’ jiskkawża konfużjoni sinifikanti u tagħwiġ fuq is-suq.

(141)

F’dan ir-rigward ta’ min ifakkar li s-settijiet li jinkludu xemgħat kienu kklassifikati bħala xemgħat mal-importazzjoni. Dan ifisser li dazju ad valorem eventwali jista’ jkun applikat għall-valur sħiħ tas-sett. Għal dan il-għan kien ikkunsidrat aktar xieraq d-dazji jkunu determinati bħala ammonti fissi fuq il-bażi tal-kontenut tal-fjuwil tax-xemgħat sabiex wieħed jevita li bid-dazji kontra d-dumping jolqot oġġetti importati li huma bħalissa kklassifikati bħala xemgħat, iżda li minnhom ix-xemgħa tista’ tkun biss parti mit-toqol tal-valur tal-prodott importat. Fuq din il-bażi, it-talba ma ntlaqgħetx.

(142)

Ir-rati ta’ dazju kontra d-dumping ta’ kumpaniji individwali li ġew speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet waqt l-investigazzjoni rigward dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju nazzjonali applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”) huma għalhekk esklussivament applikabbli għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat u magħmula mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifikati msemmija. Il-prodotti importati mmanifatturati minn xi kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu suġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(143)

Kwalunkwe allegazzjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ din ir-rata ta’ dazju kontra d-dumping gћal kumpaniji individwali (eż. wara bdil fl-isem tal-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (3) bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe tibdil fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u ma’ dak tal-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament jiġi mbagħad emendat skont dan billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu minn rati ta’ dazju individwali.

(144)

Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni kienet biħsiebha tirrakkomanda l-impożizzjoni tad-dazji definittivi kontra d-dumping. Ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu appelli wara dan l-iżvelar. Il-kummenti mressqa mill-partijiet tqiesu sewwa, u, fejn xieraq, is-sejbiet ġew mibdula skont dan.

(145)

Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali bejn kwalunkwe produttur esportatur ġdid u l-kumpaniji li kkooperaw li ma ġewx inklużi fil-kampjun, imsemmija fl-Anness I, għandha ssir dispożizzjoni għall-medja mwieżna tad-dazju impost fuq dawn tal-aħħar li għandha tiġi applikata għal kwalunkwe esportatur ġdid li kieku ma kienx ikun intitolat għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, billi dik id-dispożizzjoni ma applikax fejn it-teħid ta’ kampjuni kien użat.

8.3.   Garanziji

(146)

Wara l-iżvelar tal-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet abbażi ta’ liema kienet intiża r-rakkomandazzjoni tal-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi kontra d-dumping, produttur esportatur fir-RPĊ mhux parti mill-kampjun offra garanzija tal-prezz skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku.

(147)

F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li l-prodott ikkonċernat huwa kkaratterizzat minn mijiet ta’ tipi differenti tal-prodott, b’karatteristiċi differenti u varjazzjonijiet sinifikanti fil-prezz. Il-produttur esportatur offra prezz minimu tal-importazzjoni (“PMI”) wieħed biss għall-prodotti kollha fuq livell li ma jiggrantix l-eliminazzjoni tad-dumping ta’ ħsara għall-prodotti kollha. Barra minn dan, ta’ min jinnota li n-numru sinifikanti ta’ tipi ta’ prodotti jagħmilha virtwalment impossibbli biex wieħed jistabbilixxi prezzijiet minimi li jagħmlu sens għal kull tip ta’ prodott u li jkunu jistgħu jkunu mmonitorjati sewwa mill-Kummissjoni anki jekk il-produttur esportatur ikun offra PMI għal kull wieħed minnhom. F’dawn iċ-ċirkostanzi, kien konkluż li l-offerta tal-garanzija kellha tkun miċħuda minħabba nuqqas ta’ prattiċità.

8.4.   Il-ġbir definittiv ta’ dazji provviżorji u s-sorveljanza speċjali

(148)

Minħabba l-kobor tal-marġini ta’ dumping li nstabu u fid-dawl tal-livell ta’ ħsara kkaġunata lill-industrija tal-Komunità, huwa kkunsidrat neċessarju li l-ammonti li nġabru permezz tad-dazju provviżorju kontra d-dumping, impost bir-Regolament provviżorju, għandhom jinġabru b’mod definittiv sal-punt li jinġabar l-ammont tad-dazji definittivi imposti. Fejn id-dazji definittivi jkunu aktar baxxi mid-dazji provviżorji, l-ammonti miġbura b’mod provviżorju li jkunu ogħla mir-rata definittiva ta’ dazji kontra d-dumping għandhom jinħelsu. Fejn id-dazji definittivi huma ogħla mid-dazji provviżorji, l-ammonti assigurati fil-livell ta’ dazji provviżorji biss għandhom jinġabru b’mod definittiv.

(149)

Sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji ta’ elużjoni minħabba d-differenza sinifikanti fir-rati tad-dazju, huwa meqjus li jinħtieġu miżuri speċjali f’dan il-każ sabiex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji kontra d-dumping. Dawn il-miżuri speċjali jinkludu l-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri b’fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mal-ħtiġiet stipulati fl-Anness II. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b’fattura bħal din gћandhom ikunu suġġetti gћad-dazju residwu kontra d-dumping li japplika gћall-produtturi esportaturi l-oћrajn kollha.

(150)

Jekk l-esportazzjonijiet ta’ kumpanija waħda li tibbenefika minn rati aktar baxxi ta’ dazju individwali jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, din iż-żieda fil-volum tista’ titqies bћala waħda li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fil-mudell ta’ kummerċ dovuta għall-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’dawn iċ-ċirkustanzi, u sakemm jintlaħqu l-kundizzjonijiet, tista’ tingħata bidu għal investigazzjoni ta’ kontra l-elużjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ћtieġa għat-tneћћija tar-rati tad-dazju individwali u għall-impożizzjoni konsegwenti tad-dazju madwar il-pajjiż kollu.

(151)

Ċerti korrezzjonijiet lid-denominazzjonijiet tal-kumpaniji elenkati fl-Anness tar-Regolament provviżorju tqiesu neċessarji wara l-kummenti u l-informazzjoni relevanti li ntbagħtu mill-kumpaniji kkonċernati. Dawn il-bidliet kienu inklużi fil-lista ta’ kumpaniji elenkati fl-Anness I skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju definittiv kontra d-dumping qed ikun impost fuq xemgħat, kandeletti u prodotti simili, għajr xemgħat taċ-ċimiterju u xemgħat oħra għal barra, li għandhom il-kodiċi NM ex 3406 00 11, ex 3406 00 19 u ex 3406 00 90 (kodiċi TARIC 3406001190, 3406001990 u 3406009090) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, “xemgħat taċ-ċimiterju u xemgħat oħra ta’ barra” tfisser xemgħat, kandiletti u prodotti simili, li għandhom waħda jew aktar mill-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

il-fjuwil tagħhom fih iktar minn 500 ppm ta’ toluwol;

(b)

il-fjuwil tagħhom fih iktar minn 100 ppm benżin;

(ċ)

għandhom niċċa b’dijametru ta’ mill-inqas 5 millimetri;

(d)

huma individwalment ippakkjati f’kontenitur tal-plastik b’ħitan vertikali ta’ mill-inqas 5 ċm fit-tul.

2.   Ir-rata ta’ dazju definittiv kontra d-dumping għandha tkun ammont fiss ta’ euro għal kull tunnellata ta’ kontenut ta’ fjuwil (ġeneralment iżda mhux neċessarjament fil-forma ta’ xaħam, stearina, xema tal-paraffina jew xemgħat oħra, inkluż in-niċċa) ta’ prodotti mmanifatturati mill-kumpaniji kif elenkat hawn taħt:

Il-kumpanija

Ammont ta’ dazju EUR għal kull tunnellata ta’ fjuwil

Kodiċi addizzjonali Taric

Aroma Consumer Products (Hangzhou) Co., Ltd.

321,83

A910

Dalian Bright Wax Co., Ltd.

171,98

A911

Dalian Talent Gift Co., Ltd.

367,09

A912

Gala-Candles (Dalian) Co., Ltd.

0

A913

M.X. Candles and Gifts (Taicang) Co., Ltd.

0

A951

Ningbo Kwung’s Home Interior & Gift Co., Ltd.

0

A914

Ningbo Kwung’s Wisdom Art & Design Co., Ltd, u l-kumpanija relatata magħha Shaoxing Koman Home Interior Co., Ltd.

0

A915

Qingdao Kingking Applied Chemistry Co., Ltd.

0

A916

Kumpaniji elenkati fl-Anness I

345,86

A917

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

549,33

A999

3.   F’każijiet fejn il-prodotti kellhom ħsara qabel id-dħul fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz attwalment imħallas jew pagabbli huwa mqassam għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (4), l-ammont tad-dazju kontra d-dumping, ikkalkulat fuq l-ammonti stabbiliti iktar ‘il fuq, għandu jkun mnaqqas b’perċentwali li tikkorrispondi għat-tqassim tal-prezz attwalment imħallas jew pagabbli.

4.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 u fl-Anness I gћandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li trid tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II. Jekk ma tiġix ippreżentata din il-fattura, gћandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-kumpaniji l-oћra kollha.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw.

Artikolu 2

L-ammonti assigurati permezz tad-dazji provviżjorji kontra d-dumping skont ir-Regolament (KE) Nru 1130/2008 fuq l-importazzjoni ta’ ċerti xemgħat, kandeletti u prodottu simili bil-kodiċi NM ex 3406 00 11, ex 3406 00 19 u ex 3406 00 90 (kodiċi TARIC 3406001190, 3406001990 u 3406009090) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għandhom jinġabru b’mod definittiv. L-ammonti żejda assigurati li huma aktar mill-ammont tad-dazji definittivi kontra d-dumping għandhom jinħelsu. Fejn id-dazji definittivi huma ogħla mid-dazji provviżorji, l-ammonti assigurati fil-livell ta’ dazji provviżorji biss għandhom jinġabru b’mod definittiv.

Artikolu 3

Fejn xi parti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li hija:

(a)

ma esportatx il-merkanzija msemmija fl-Artikolu 1(1) li toriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu tal-investigazzjoni, jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2007;

(b)

mhijiex relatata ma’ esportatur jew produttur suġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; u

(ċ)

realment esportat il-merkanzija kkonċernata, jew li daħlet f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex tesporta kwantità sinifikanti lejn il-Komunità wara l-perjodu tal-investigazzjoni;

il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi fuq proposta tal-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, jista’ jemenda l-Artikolu 1(2) biex jattribwixxi lil dik il-parti d-dazju applikabbli għall-produtturi li kkooperaw u li mhumiex parti mill-kampjun, jiġifieri EUR 345,86 għal kull tunnellata ta’ fjuwil.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KOPICOVÁ


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 306, 15.11.2008, p. 22.

(3)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Office N105 04/092, 1049 Brussels, Belgium.

(4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS I

Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw li mhumiex parti mill-kampjun

Kodiċi Addizzjonali TARIC A917

Beijing Candleman Candle Co., Ltd.

Beijing

Cixi Shares Arts & Crafts Co., Ltd.

Cixi

Dalian All Bright Arts & Crafts Co., Ltd.

Dalian

Dalian Aroma Article Co., Ltd.

Dalian

Dalian Glory Arts & crafts Co., Ltd.

Dalian

Dandong Kaida Arts & crafts Co., Ltd.

Dandong

Dehua Fudong Porcelain Co., Ltd.

Dehua

Dongguan Xunrong Wax Industry Co.,Ltd.

Dongguan

Fushun Hongxu Wax Co., Ltd.

Fushun

Fushun Pingtian Wax Products Co., Ltd.

Fushun

Future International (Gift) Co., Ltd.

Taizhou

Greenbay Craft (Shanghai)Co., Ltd.

Shanghai

Horsten Xi’an Innovation Co., Ltd.

Xian

Ningbo Hengyu Artware Co., Ltd.

Ningbo

Ningbo Junee Gifts Designers & Manufacturers Co., Ltd.

Ningbo

Qingdao Allite Radiance Candle Co., Ltd.

Qingdao

Shanghai Changran Industrial & Trade Co., Ltd.

Shanghai

Shanghai Daisy Gifts Manufacture Co., Ltd.

Shanghai

Shanghai EGFA International Trading Co., Ltd.

Shanghai

Shanghai Huge Scents Factory.

Shanghai

Shanghai Kongde Arts & Crafts Co., Ltd.

Shanghai

Shenyang Shengwang Candle Co., Ltd.

Shenyang

Shenyang Shengjie Candle Co., Ltd.

Shenyang

Taizhou Dazhan Arts & Crafts Co., Ltd.

Taizhou

Xin Lian Candle Arts & Crafts Factory.

Zhongshan

Zhaoyuan Arts & Crafts Co., Ltd.

Huangyan, Taizhou

Zhejiang Aishen Candle Arts & Crafts Co., Ltd.

Jiaxing

Zhejiang Hong Mao Household Co., Ltd.

Taizhou

Zhejiang Neeo Home Decoration Co., Ltd.

Taizhou

Zhejiang Ruyi Industry Co., Ltd.

Taizhou

Zhongshan Zhongnam Candle Manufacturer Co., Ltd u l-kumpanija relatata magħha Zhongshan South Star Arts & Crafts Manufacturing Co., Ltd.

Zhongshan


ANNESS II

Fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(4) ta’ dan ir-Regolament għandha tidher dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali. Id-dikjarazzjoni għandha tinkludi din l-informazzjoni:

(1)

L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li qed joħroġ il-fattura kummerċjali.

(2)

Id-dikjarazzjoni li ġejja:

“Jiena, hawn taћt iffirmat, niddikjara li l-[volum] ta’ xemgħat, kandeletti u prodotti simili li nbiegћu gћall-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea u li huma koperti b’din il-fattura ġew immanifatturati minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (il-kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett.

Data u firma”


14.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 119/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 394/2009

tat-13 ta’ Mejju 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

55,4

TN

115,0

TR

101,9

ZZ

90,8

0707 00 05

JO

155,5

MA

41,9

TR

149,3

ZZ

115,6

0709 90 70

JO

216,7

TR

120,2

ZZ

168,5

0805 10 20

EG

43,3

IL

54,0

MA

43,1

TN

49,2

TR

102,3

US

51,0

ZZ

57,2

0805 50 10

AR

50,9

TR

48,7

ZA

62,5

ZZ

54,0

0808 10 80

AR

81,3

BR

72,1

CA

127,2

CL

85,0

CN

99,5

MK

42,0

NZ

110,2

US

131,7

UY

71,7

ZA

78,8

ZZ

90,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


14.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 119/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 395/2009

tat-13 ta’ Mejju 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 368/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.

(4)  ĠU L 112, 6.5.2009, p. 7.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-14 ta’ Mejju 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

28,95

2,60

1701 11 90  (1)

28,95

7,06

1701 12 10  (1)

28,95

2,47

1701 12 90  (1)

28,95

6,63

1701 91 00  (2)

32,24

9,11

1701 99 10  (2)

32,24

4,67

1701 99 90  (2)

32,24

4,67

1702 90 95  (3)

0,32

0,34


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

14.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 119/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Jannar 2009

dwar l-għajnuniet mill-Istat C 22/07 (ex N 43/07) rigward l-estensjoni għal ċerti attivitajiet ta’ tħammil u tqegħid ta’ kejbils tar-reġim li jeżonera l-kumpaniji tat-trasport marittimu mill-ħlas tat-taxxa fuq id-dħul u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-baħrin fid-Danimarka

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8886)

(It-test Daniż biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/380/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li l-partijiet interessati ġew mistiedna jressqu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) (i)msemmija hawn fuq (1), u wara li ġew ikkunsidrati l-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz tal-ittra tal-15 ta’ Jannar 2007 (2), id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni dwar emenda għar-reġim li jeżonera lis-sidien tal-bastimenti mill-ħlas tat-taxxa fuq id-dħul tal-baħrin tagħhom fid-Danimarka (l-hekk imsejjaħ reġim DIS. Ir-reġim DIS ġie awtorizzat permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2002 (3).

(2)

L-emenda notifikata ġiet irreġistrata bin-numru N 43/07. Permezz tal-ittra tas-27 ta’ Marzu 2007 (4), id-Danimarka bagħtet lill-Kummissjoni l-informazzjoni ġdida li kienet talbet bl-ittra tal-20 ta’ Marzu 2007 (5).

(3)

Permezz tal-ittra tal-10 ta’ Lulju 2007 (6), il-Kummissjoni għarrfet lid-Danimarka dwar il-bidu ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali, skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (minn hawn ‘il quddiem ir-Regolament ta’ Proċedura dwar l-Għajnuniet mill-Istat) (7). Id-Danimarka ppreżentat il-kummenti tagħha bl-ittra tal-5 ta’ Settembru 2007 (8).

(4)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tinbeda l-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (9). B’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri kkunsidrati.

(5)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand dawn il-partijiet interessati: l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Bastimenti tat-Tħammil (European Dredgers’ Association), l-Assoċjazzjoni tas-Sidien ta’ Bastimenti tal-Komunità Ewropea (European Community Ship-owners Association), il-Kamra tat-Tbaħħir tar-Renju Unit (Chamber of British Shipping), l-Assoċjazzjoni tas-Sidien ta’ Bastimenti tan-Norveġja (Norwegian Ship-owner Association), Armateurs de France, Alcatel-Lucent u l-Assoċjazzjoni tas-Sidien ta’ Bastimenti tad-Danimarka (Danish Shipowners’ Association). Il-Kummissjoni għaddiet il-kummenti rispettivi tagħhom lid-Danimarka, li ngħatat l-opportunità twieġeb. Id-Danimarka bagħtet il-kummenti tagħha permezz tal-ittra tad-9 ta’ Jannar 2008 (10).

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURI NOTIFIKATI

(6)

Id-deskrizzjoni tal-miżuri notifikati kienet diġà ġiet stabbilita fid-deċiżjoni tal-10 ta’ Lulju 2007 li ssemmiet qabel.

2.1.   Deskrizzjoni tal-emenda notifikata tar-reġim DIS

(7)

L-għan ewlieni tal-miżuri notifikati (L-Abbozz Nru L 110 (2006-07), it-Taqsima 11) huwa li jiġi estiż l-hekk imsejjaħ reġim DIS għall-baħrin abbord bastimenti li jqiegħdu l-kejbils u dawk tat-tħammil.

(8)

Fil-każ tal-bastimenti li jqiegħdu l-kejbils, sa issa, l-attivitajiet tagħhom għad ma kinux eliġibbli għar-reġim DIS, minkejja li dawn il-bastimenti setgħu jirreġistraw fir-reġistru DIS skont il-liġi Daniża.

(9)

Id-Danimarka tixtieq li minn issa ‘l quddiem anke l-bastimenti li jqiegħdu l-kejbils jibbenefikaw bis-sħiħ mill-vantaġġi tar-reġim DIS.

(10)

Rigward il-bastimenti tat-tħammil, Ordni Eżekuttiva tas-27 ta’ Mejju 2005 li timplimenta r-reġim DIS (minn hawn ‘il quddiem l-Ordni Eżekuttiva) tispeċifika x’jista’ jitqies bħala trasport marittimu għall-industrija tat-tħammil, bl-għan li jiġu stabbiliti regoli għall-eliġibbiltà tal-attivitajiet ta’ tħammil. Skont it-Taqsima 13 tal-Ordni Eżekuttiva, dawn l-attivitajiet ta’ bastimenti tat-tħammil jitqiesu bħala trasport marittimu:

(1)

tbaħħir bejn il-port u s-sit tal-estrazzjoni;

(2)

tbaħħir bejn il-post tal-estrazzjoni u l-post fejn il-materjali estratti għandhom jinħattu, inkluż il-ħatt innifsu;

(3)

tbaħħir bejn il-post fejn isir il-ħatt u l-port;

(4)

tbaħħir fil-postijiet tal-estrazzjoni u bejniethom;

(5)

tbaħħir li jsir fuq talba tal-awtoritajiet pubbliċi biex tingħata assistenza relatata mat-tindif wara tixrid ta’ żejt, eċċ.

(11)

Skont il-liġi attwali tad-Danimarka, il-bastimenti tat-tħammil tar-ramel ma jistgħux jiddaħħlu fir-reġistru DIS. Għaldaqstant, il-bastimenti tat-tħammil tar-ramel ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet bażiċi biex japplikaw għar-reġim DIS. Barra minn hekk, minħabba li sa ċertu punt il-bastimenti tat-tħammil tar-ramel jintużaw għal, pereżempju, xogħol ta’ kostruzzjoni f’ilmijiet territorjali – id-Danimarka sabitha bi tqila biex tinkludi l-bastimenti tat-tħammil tar-ramel fl-iskema ġenerali ta’ pagi netti. Minflok, id-Danimarka ddeċidiet li tintaxxa lill-persuni li jaħdmu abbord il-bastimenti tat-tħammil tar-ramel skont ir-regoli ġenerali tat-tassazzjoni, u sussegwentement tagħti rifużjoni tat-taxxa lis-sidien tal-bastimenti hekk kif il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati.

(12)

B’hekk, it-tħammil huwa kopert indirettament bir-reġim DIS u jgawdi l-istess vantaġġi bħal dawk li jgawdu l-kumpaniji tat-trasport marittimu li joperaw bastimenti reġistrati fir-reġistru DIS.

2.2.   Deskrizzjoni tar-reġim DIS eżistenti

(13)

Ir-reġim DIS ġie deskritt fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Lulju 2007 li ssemmiet qabel (11).

(14)

Ir-reġim eżistenti jikkonsisti f’eżenzjoni – favur is-sidien tal-bastimenti – mill-ħlas tal-kontribuzzjonijiet soċjali u t-taxxa fuq id-dħul tal-baħrin li jaħdmu abbord bastimenti reġistrati fid-Dansk Internationalt Skibsregister, ir-Reġistru Internazzjonali tal-Bastimenti Daniż (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ir-reġistru DIS”) meta l-bastimenti jintużaw għat-trasport ta’ passiġġieri jew ta’ merkanzija.

(15)

Il-Kummissjoni tfakkar li r-reġistru DIS ġie introdott permezz tal-Liġi Nru 408 tal-1 ta’ Lulju 1988 u daħal fis-seħħ fit-23 ta’ Awwissu 1988. Dan ir-reġim kien maħsub biex jikkumbatti l-bdil tal-istat tal-bandiera minn dak tar-reġistru nazzjonali Daniż għal wieħed ta’ pajjiż terz.

(16)

Waħda mill-kundizzjonijiet hija li l-eżenjoni mit-taxxa tiġi kkunsidrata meta l-pagi jiġu ffissati. B’hekk, tkun il-kumpanija tat-tbaħħir li tgawdi l-benefiċċju fiskali u mhux il-baħrin b’mod individwali.

(17)

Madankollu, fit-13 ta’ Novembru 2002, il-Kummissjoni approvat ir-reġim DIS.

(18)

Bħalissa, id-Danimarka tapplika wkoll skema oħra li tiffavorixxi lill-operaturi tat-trasport marittimu: skema ta’ taxxa fuq it-tunnellaġġ (12).

2.3.   Baġit

(19)

Il-baġit totali tar-reġim DIS jammonta għal madwar DKK 600 miljun.

3.   RAĠUNIJIET BIEX TINBEDA PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI

3.1.   Dubji dwar il-kompatibilità tal-miżuri li jikkonċernaw it-tqegħid ta’ kejbils

(20)

Meta ħadet id-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura, il-Kummissjoni kkunsidrat li għandha teżamina l-effetti ekonomiċi potenzjali li din l-estensjoni tista’ tħalli fuq is-settur konċernat. Is-settur konċernat huwa dak tat-tqegħid ta’ kejbils tat-telekomunikazzjoni jew tal-enerġija f’qiegħ il-baħar.

(21)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li hu impossibbli tifred attività marittima partikolari fi tnejn, parti meqjusa bħala trasport marittimu u l-oħra le. Minflok hi tal-fehma li jeħtieġ li ssir valutazzjoni globali tat-tipi kollha tal-attivitajiet marittimi biex jiġi ddeterminat jekk il-vjaġġ bil-baħar partikolari li jiġi eżaminat jistax jitqies totalment bħala trasport marittimu.

(22)

B’konsegwenza ta’ dan, fid-deċiżjoni li ħadet biex tinbeda proċedura b’mod formali l-Kummissjoni esprimiet il-fehma li t-tqegħid ta’ kejbils fil-baħar ma jistax jitqies bħala superpożizzjoni ta’ servizz ta’ trasport marittimu u tat-tqegħid effettiv ta’ kejbils fil-baħar.

(23)

Normalment, il-bastimenti li jqiegħdu l-kejbils ma jittrasportawx irkiekel tal-kejbils minn port għall-ieħor, jew minn port għal installazzjoni offshore, peress li din hi d-definizzjoni tat-trasport marittimu stabbilita fir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86 tat-22 ta’ Diċembru 1986 li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (13) u (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta’ Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (14). Minflok dawn il-bastimenti jqiegħdu l-kejbils, fuq talba ta’ klijent, minn punt partikolari li jinsab fuq kosta sa punt partikolari ieħor li jinsab fuq kosta oħra. Għaldaqstant, il-bastimenti li jqiegħdu l-kejbils ma jidhirx li jagħtu servizzi ta’ trasport marittimu diretti fis-sens ta’ dawn ir-Regolamenti tal-KE, jiġifieri l-ġarr ta’ merkanzija bil-baħar bejn kwalunkwe port ta’ Stat Membru u kwalunkwe port jew installazzjoni off-shore ta’ Stat Membru ieħor. Anke jekk xi drabi dawn il-bastimenti jistgħu jintużaw għat-trasport ta’ merkanzija bil-baħar, kif previst fir-Regolamenti (KEE) Nru 4055/86 u (KEE) Nru 3577/92, din l-attività li taqbel mad-definizzjoni ta’ trasport marittimu jidher li hija biss ta’ natura anċillari għall-attività prinċipali tagħhom, li hija t-tqegħid ta’ kejbils.

(24)

Barra minn hekk, f’dak l-istadju, il-Kummissjoni nnotat li kien għadu ma ġiex ippruvat jekk il-kumpaniji li jqiegħdu l-kejbils stabbiliti fil-Komunità jġarrbux l-istess problemi ta’ kompetizzjoni fis-suq dinji bħal dawk li jġarrbu l-operaturi tat-trasport marittimu. Skont il-Kummissjoni, għadu mhuwiex ċar jekk l-operaturi tal-Komunità li jqiegħdu l-kejbils jiffaċċawx il-kompetizzjoni minn bastimenti b’bandiera ta’ konvenjenza bl-istess intensità bħal fil-każ tat-trasport marittimu.

(25)

Għalhekk, il-Kummissjoni, meta ddeċidiet li tinbeda l-proċedura, ikkunsidrat li t-tqegħid ta’ kejbils jista’ ma jiġix meqjus li jikkostitwixxi trasport marittimu u konsegwentement jista’ ma jkunx eliġibbli għall-għajnuniet mill-Istat għat-trasport marittimu fis-sens tal-linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuniet mill-Istat għat-trasport marittimu (minn hawn ‘il quddiem il-Linji Gwida) (15).

3.2.   Dubji dwar il-kompatibilità tal-miżuri li jikkonċernaw it-tħammil

(26)

Fid-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura, il-Kummissjoni wriet dubji serji dwar jekk l-attivitajiet ta’ tħammil kollha koperti bl-iskema jikkostitwixxux trasport marittimu fis-sens tal-Linji Gwida. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li mhux l-attivitajiet ta’ tħammil kollha jistgħu jkunu eliġibbli għall-għajnuniet mill-Istat għat-trasport marittimu.

4.   KUMMENTI MID-DANIMARKA DWAR ID-DEĊIŻJONI LI JINBEDA PROĊESS TA’ INVESTIGAZZJONI

4.1.   Kummenti dwar it-tqegħid ta’ kejbils

(27)

Fir-rigward ta’ bastimenti li jqiegħdu l-kejbils, id-Danimarka enfasizzat li s-servizzi tal-Kummissjoni, f’ittra tal-11 ta’ Awwissu 2006 (16), żguraw lid-Danimarka li l-bastimenti li jqiegħdu l-kejbils jistgħu jkunu koperti bil-miżuri ta’ għajnuniet mill-Istat konċernati sakemm jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta’ 50 % ta’ trasport marittimu.

(28)

Skont id-Danimarka, il-Kummissjoni ddikjarat li l-attivitajiet ta’ tqegħid ta’ kejbils jistgħu jitqiesu bħala trasport marittimu fir-rigward ta’ dawk l-attivitajiet li jinvolvu t-trasport ta’ rkiekel ta’ kejbils mill-port tat-tagħbija għal post f’ibħra miftuħa fejn ikun se jinbeda t-tqegħid ta’ kejbils, li jimplika li l-proporzjon ta’ attivitajiet marittimi mal-ammont totali ta’ attivitajiet għandu jiġi kkalkulat abbażi tad-distanza li l-bastiment ibaħħar mingħajr ma jqiegħed kejbils.

(29)

Barra minn hekk, id-Danimarka tenfasizza li ma fehmitx għalfejn il-Kummissjoni, fl-ittra tagħha tal-10 ta’ Lulju 2007, kienet tal-fehma li t-tqegħid ta’ kejbils ma jistax ikun taħlita ta’ trasport marittimu u attivitajiet oħrajn u tinsisti li din il-fehma tikkontradixxi l-ittra tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Awwissu 2006.

4.2.   Kummenti dwar it-tħammil

(30)

Skont id-Danimarka, il-Linji Gwida jippermettu li l-attività ġenerali tal-bastimenti tat-tħammil titqassam bejn trasport marittimu u attivitajiet oħra. Għaldaqstant, id-Danimarka ma tarax għalfejn ma jistax isir l-istess tip ta’ tqassim fil-każ tal-bastimenti li jqiegħdu l-kejbils.

(31)

Id-Danimarka tenfasizza li d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-251/04, li ssemmiet mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha li tinbeda l-proċedura, ma tibdilx il-bażi tal-garanzija li l-Kummissjoni tat lid-Danimarka permezz tal-ittra tal-11 ta’ Awwissu 2006 li ssemmiet qabel. Skont id-Danimarka, il-Qorti ċċarat il-kwistjoni dwar jekk l-attivitajiet tat-tug boats humiex koperti bir-Regolament 3577/92, fejn ikkonkludiet li mhumiex koperti. Id-Danimarka hi tal-fehma li din id-deċiżjoni mhix rilevanti għall-applikazzjoni tal-Linji Gwida għall-bastimenti li jqiegħdu l-kejbils.

(32)

L-awtoritajiet Daniżi jindikaw li l-Linji Gwida ma jittrattawx biss it-trasport marittimu kif iddefinit fir-Regolamenti (KEE) Nru 4055/86 u (KEE) Nru 3577/92 iżda, “… anke, f’partijiet speċifiċi, jittrattaw l-irmonk u t-tħammil.”

(33)

Skont il-Linji Gwida, mill-inqas 50 % tal-attivitajiet kollha jikkostitwixxu trasport marittimu li, għall-bastimenti tat-tħammil, huwa ddefinit fil-Linji Gwida, skont l-awtoritajiet Daniżi, bħala “… trasport bil-baħar ta’ materjal estratt …”. Skont l-awtoritajiet Daniżi, il-Linji Gwida għandhom jiġu interpretati li jikkwalifikaw it-trasport bil-baħar ta’ materjal estratt bħala trasport marittimu.

(34)

Barra minn hekk, id-Danimarka ma taqbilx mal-inizjattiva tal-Kummissjoni li testendi b’mod unilaterali l-ambitu ta’ proċedura ta’ investigazzjoni biex ikopri l-oqsma li mhumiex inklużi fin-notifika li hija s-suġġett tal-investigazzjoni, kif jidher li qed tagħmel il-Kummissjoni (17). Skont id-Danimarka, fil-Kapitolu II tar-Regolament ta’ Proċedura dwar l-Għajnuniet mill-Istat ma hemm l-ebda dispożizzjoni dwar għajnuniet notifikati li tippermetti lill-Kummissjoni tinkludi fl-investigazzjoni miżuri ta’ għajnuniet mill-Istat li jkunu diġà eżistenti. Meta l-Kummissjoni tkun tixtieq tinvestiga miżuri eżistenti ta’ għajnuniet mill-Istat, skont id-Danimarka, din għandha tagħmel hekk skont il-Kapitolu V dwar il-proċedura relatata mal-iskemi tal-għajnuna eżistenti tar-Regolament imsemmi.

(35)

Id-Danimarka tiddikjara li nnotifikat l-emendi fil-21 ta’ Jannar 2005 permezz ta’ żewġ abbozzi li l-Gvern kien ippreżenta lill-Parlament fit-12 ta’ Jannar 2005 (Abbozz dwar it-tassazzjoni ta’ baħrin u Abbozz li jemenda l-Att tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ). Skont id-Danimarka, iż-żewġ abbozzi konċernati jistgħu jitqiesu bħala approvati mill-Kummissjoni minħabba dawn iż-żewġ raġunijiet:

L-ewwel nett, kif allegaw l-awtoritajiet Daniżi, minħabba li l-Kummissjoni ma ħadet ebda azzjoni dwar l-ittra tal-21 ta’ Jannar 2005 mir-Rappreżentanza Permanenti sal-limitu ta’ żmien stabbilit bir-Regolament ta’ Proċedura dwar l-Għajnuniet mill-Istat.

It-tieni nett, sussegwentement, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonfermaw li l-emendi kienu konformi mal-Linji Gwida.

(36)

Għaldaqstant, id-Danimarka tallega li l-Att dwar it-tassazzjoni ta’ baħrin fil-verżjoni oriġinali tagħha tar-rebbiegħa 2005 tikkostitwixxi miżura ta’ għajnuniet mill-Istat approvata skont il-liġijiet tal-UE.

(37)

Għalhekk, id-Danimarka tikkonkludi li l-proċedura ta’ investigazzjoni tista’ tkopri biss l-allegata miżura unika notifikata, jiġifieri l-possibbiltà tal-inklużjoni, fl-iskema DIS, ta’ baħrin abbord bastimenti li jqiegħdu l-kejbils.

(38)

Rigward il-bastimenti tat-tħammil, il-gvern Daniż jindika li fit-13 ta’ Diċembru 2006 kien adotta l-Att li jemenda l-Att dwar it-tassazzjoni tal-baħrin. L-emenda tal-Att dwar it-tassazzjoni ta’ baħrin konċernata ġiet innotifikata fil-15 ta’ Jannar 2007.

(39)

Għall-fini tal-Linji Gwida, id-Danimarka tqis it-trasport ta’ materjal estratt f’ibħra fondi bħala trasport marittimu. Għalhekk, il-bastimenti tat-tħammil jaqgħu taħt l-ambitu tal-Linji Gwida, indipendentement mill-kontenut tar-Regolamenti(KEE) Nru 4055/86 u (KEE) Nru 3577/92 li l-attivitajiet tagħhom jinkludu t-trasport marittimu (iddefinit, skont id-Danimarka, bħala “trasport bil-baħar ta’ materjal estratt”) għal mill-inqas 50 % tal-ħin operattiv tagħhom.

(40)

L-awtoritajiet Daniżi jiddikjaraw ukoll li l-attivitajiet fi “traffiku marittimu limitat” mhumiex koperti mill-iskemi Daniżi ta’ għajnuniet mill-Istat. “Traffiku marittimu limitat” jinftiehem bħala pereżempju, l-attivitajiet fil-portijiet u l-fjordi. Għaldaqstant, ix-xogħol ta’ tħaffir u tħammil fil-portijiet u l-fjordi u madwarhom dejjem jaqa’ lil hinn mill-ambitu tar-reġim DIS. Dan japplika wkoll għall-bastimenti li jkunu weqfin.

(41)

L-awtoritajiet Daniżi jispjegaw li, fil-prattika, ix-xogħol ta’ tħaffir u tħammil (spiss) jitwettaq bl-użu ta’ bastimenti tat-tħammil tat-tip “bucket chain” li ma jkollhomx il-magni tagħhom stess u għal din ir-raġuni wkoll ma jaqgħux fl-ambitu tar-reġim DIS. Il-bastimenti li jkollhom il-magni tagħhom stess jistgħu jiġu koperti bir-reġim. Madankollu, il-bastimenti li jintużaw għal attivitajiet kuntrattwali fuq il-baħar huma esklużi mir-reġim DIS. B’attivitajiet kuntrattwali, wieħed jifhem li huma x-xogħol ta’ kostruzzjoni u tiswija ta’ portijiet, mollijiet, pontijiet, rigs taż-żejt, impjanti ta’ mtieħen tar-riħ u installazzjonijiet oħrajn fuq il-baħar.

5.   OSSERVAZZJONIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI

5.1.   L-Assoċjazzjoni Ewropea tat-Tħammil (European Dredging Association), minn hawn ‘il quddiem (EUDA)

(42)

Skont l-EUDA, il-Kummissjoni introduċiet reġim ferm aktar strett għall-għajnuniet mill-Istat għall-attivitajiet ta’ tħammil minn dak stabbilit permezz tal-Linji Gwida tal-1997. Filwaqt li tappoġġa l-għan li tinżamm flotta ta’ bastimenti tat-tħammil fil-Komunità, l-EUDA tesprimi żewġ preokkupazzjoniet ġenerali:

L-ewwel nett, l-EUDA tappoġġa l-fehma li l-grupp marittimu tal-Industrija Ewropea tat-tħammil għandu jkollu l-possibbiltà li jibbenifika mill-għajnuniet mill-Istat skont il-Linji Gwida kull meta jkun qed jiffaċċa kompetizzjoni minn bastimenti ta’ pajjiżi terzi.

It-tieni nett, l-EUDA tqis li l-għajnuniet mill-Istat li jiġu approvati mill-Kummissjoni abbażi tal-Linji Gwida ma għandhom jimponu l-ebda piż amministrattiv bla bżonn fuq il-grupp marittimu tal-industrija Ewropea tat-tħammil.

5.2.   L-Assoċjazzjoni tas-Sidien ta’ Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA)

(43)

L-ECSA tqis l-approċċ tal-Kummissjoni bħala wieħed teoretiku ħafna u li ma jqisx l-għanijiet u l-kontenut tal-Linji Gwida.

(44)

Skont l-ECSA, fil-Linji Gwida diġà hemm prekondizzjoni li parti sostanzjali mill-attività ta’ tħammil tkun magħmula minn trasport marittimu. L-ECSA hi tal-fehma li l-bastimenti tat-tħammil u dawk li jqiegħdu l-kejbils rispettivament jittrasportaw il-materjal estratt u l-kejbils minn punt A għal punt B. F’dan ir-rigward, il-punt tat-tagħbija u l-punt tal-ħatt, skont l-ECSA, mhux rilevanti.

(45)

L-ECSA tenfasizza li l-ambitu li jkopri l-attivitajiet ta’ trasport tal-bastimenti tat-tħammil u ta’ dawk li jqiegħdu l-kejbils permezz tal-Linji Gwida huwa konformi għal kollox mal-għanijiet tal-Linji Gwida peress li dawn il-bastimenti speċjalizzati joperaw ukoll f’suq globali li jiffaċċa kompetizzjoni globali ħarxa u f’suq tax-xogħol dinji.

5.3.   Il-Kamra tat-Tbaħħir tar-Renju Unit (Chamber of British Shipping)

(46)

Iċ-Chamber of British Shipping tenfasizza li l-Linji Gwida jirrikonoxxu li l-attivitajiet eliġibbli u mhux eliġibbli ta’ bastimenti tat-tħammil tassew jistgħu jitwettqu mill-istess bastiment u għaldaqstant għandhom jiġu ddifferenzjati. Għalhekk, iċ-Chamber of British Shipping tesprimi l-preokkupazzjoni tagħha għad-dikjarazzjoni li “l-Kummissjoni tqis li hu impossibbli taqsam attività partikolari fi tnejn, parti meqjusa bħala trasport marittimu u l-oħra le”.

(47)

Skont il-fehma taċ-Chamber of British Shipping, mhemmx għalfejn issir distinzjoni bejn it-trasport ta’ merkanzija jew passiġġieri li jitwettaq lejn jew minn post li jidher f’lista ta’ portijiet u installazzjonijiet u t-tali trasport lejn xi punti oħrajn speċifiċi fil-baħar. Iċ-Chamber hija preokkupata li jidher li se jiġi introdott test ġdid, li jkun marbut mar-raġuni għalfejn il-merkanzija jew il-passiġġieri jkunu qed jiġu ttrasportati. Għaldaqstant, hija tal-fehma li l-motiv tal-klijent mhux rilevanti għall-eliġibilità tal-operazzjoni tat-tbaħħir. Iċ-Chamber of British Shipping tiċċara li d-destinazzjoni speċifika tal-materjal trasportat tiġi ddeterminata fil-biċċa l-kbira tal-każijiet mill-klijent skont l-użu futur tiegħu u/jew skont il-liċenzji ambjentali u liċenzji oħrajn tiegħu.

(48)

Fir-rigward tad-deskrizzjoni tal-operat normali tal-bastimenti li jqiegħdu l-kejbils kif tidher fl-avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, iċ-Chamber of British Shipping ma taqbilx mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni: skont iċ-Chamber, il-bastimenti li jqiegħdu l-kejbils jgħabbu l-merkanzija ta’ kejbils tal-klijenti tagħhom fil-faċilitajiet ta’ portijiet u jittrasportawha għal serje ta’ postijiet oħrajn, li jistgħu jinkludu portijiet oħrajn, fejn tiġi kkonsenjata permezz ta’ tqegħid progressiv fuq jew f’qiegħ il-baħar.

5.4.   L-Assoċjazzjoni tas-Sidien ta’ Bastimenti tan-Norveġja (Norwegian Shipowner Association)

(49)

Skont l-Assoċjazzjoni tas-Sidien ta’ Bastimenti tan-Norveġja, il-Kummissjoni għandha tinterpreta l-kunċett tat-“trasport marittimu” b’mod flessibbli, peress li l-kumpaniji tat-tqegħid tal-kejbils u tat-tħammil għandhom l-istess mobbiltà internazzjonali u huma soġġetti għall-istess forzi ta’ kompetizzjoni globali bħal dawk tat-“trasport marittimu” klassiku.

(50)

Fil-fehma tagħhom, it-trasport u t-tqegħid ta’ kejbil minn punt A sa punt B hija operazzjoni simultanja u integrata, li fiha, il-kejbil “jinħatt” gradwalment f’qiegħ il-baħar.

(51)

Bl-istess mod, l-Assoċjazzjoni tas-Sidien ta’ Bastimenti tan-Norveġja hi tal-fehma li t-trasportazzjoni għall-fini tar-rimi ta’ ħama li jiġi minn tħammil għandha titqies bħala trasportazzjoni, anke meta is-sit tat-tħammil u/jew tal-ħatt la jkun port u lanqas installazzjoni offshore.

5.5.   L-Armateurs de France

(52)

Skont l-Armateurs de France, it-trasport marittimu mhux definit b’mod identiku fir-Regolamenti (KEE) Nru 3577/92 u (KEE) Nru 4055/86, kif imsemmi fil-Linji Gwida. Għalhekk, id-definizzjoni ta’ trasport marittimu fir-rigward tal-għajnuniet mill-Istat ma għandhiex għalfejn tkun l-istess bħad-definizzjoni stabbilita fir-Regolamenti. L-Armateurs de France hija tal-fehma li minkejja dan, id-definizzjoni li jipprovdi r-Regolament (KEE) Nru 3577/92 għandha tiġi interpretata li mhix eżawrjenti. Skont l-Armateurs de France, għalhekk, il-Linji Gwida ma jeskludux l-attivitajiet ta’ tqegħid ta’ kejbils u ta’ tħammil.

(53)

Fil-fehma tal-Armateurs de France, id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Jannar 2007, fil-Kawża C-251/04, mhix rilevanti għall-attivitajiet inkwistjoni peress li ma teskludix l-attivitajiet ta’ tqegħid ta’ kejbils jew ta’ tħammil tat-trasport marittimu. L-Armateurs de France tenfasizza li dawn l-attivitajiet mhumiex servizzi “relatati, inċidentali jew anċillari għall-forniment ta’ servizzi ta’ trasport marittimu”, fis-sens tad-deċiżjoni, iżda pjuttost jikkostitwixxu trasport ta’ merkanzija fuq il-baħar lejn jew minn installazzjonijiet offshore.

(54)

L-Armateurs de France issostni li, jekk il-Linji Gwida jiġu interpretati fis-sens li t-trasport purament marittimu biss jista’ jkun eliġibbli għall-għajnuna għat-trasport marittimu, din l-interpretazzjoni, fit-teorija, teskludi wkoll mill-ambitu tal-Linji Gwida lil dawk il-bastimenti li jbaħħru bla tagħbija fi triqthom lura wara li jkunu ttrasportaw il-merkanzija. Peress li l-Linji Gwida diġà jkopru l-bastimenti tal-irmonk u tat-tħammil f’każ li aktar minn 50 % tal-attività li tkun twettqet mill-bastiment tal-irmonk matul sena speċifika jkun jikkostitwixxi trasport marittimu, skont l-Armateurs de France, dan il-kunċett għandu jiġi estiż għall-bastimenti kollha tas-servizz, bħal mhuma l-bastimenti tat-tħammil u tat-tqegħid ta’ kejbils.

5.6.   Alcatel-Lucent

(55)

L-Alcatel-Lucent tenfasizza l-importanza li l-bastimenti li jqiegħdu l-kejbils għandhom fis-suq tax-xogħol marittimu, speċjalment meta wieħed iqis il-livell għoli ta’ għarfien teknoloġiku meħtieġ f’dak il-qasam. Fil-fehma tal-Alcatel-Lucent, il-bastimenti li jqiegħdu l-kejbils jimpjegaw l-aktar ħaddiema kwalifikati fis-suq tax-xogħol marittimu. Għalhekk, l-estensjoni tar-reġim DIS għall-bastimenti li jqiegħdu l-kejbils tissodisfa l-għan tal-għajnuniet mill-Istat għat-trasport marittimu kif definit fil-Linji Gwida peress li tissalvagwardja l-impjieg ta’ kwalità għolja fl-Ewropa għall-impjegati marittimi Ewropej. Minħabba l-kriżi tas-suq tat-telekomunikazzjoni, il-flotta tal-bastimenti bil-bandiera Komunitarja li jqiegħdu l-kejbils tat-telekomunikazzjoni naqset minn 80 għal 35 bastiment, li jikkompetu ma’ bastimenti reġistrati taħt bnadar ta’ konvenjenza.

(56)

Is-suq għandu dimensjoni globali. Fl-aqwa tal-introduzzjoni tal-Internet laħaq il-100 000 km fis-sena, imbagħad, bejn l-2003 u l-2006 naqas għal 20 000 km fis-sena u bħalissa jinsab bejn 50 000 u 70 000 km fis-sena.

(57)

Meta wieħed iqis li l-konnessjonijiet permezz tal-kejbils jinkludu vjaġġi transoċeaniċi u li l-akbar bastimenti li jqiegħdu l-kejbils ma jesgħux aktar minn 3 000 km ta’ kejbils fuq l-irkiekel, l-Alcatel-Lucent hi tal-fehma li l-aktar attività sinifikanti tal-bastimenti li jqiegħdu l-kejbils hi li jittrasportaw l-irkiekel tal-kejbils mill-fabbrika li tipproduċi l-irkiekel tal-kejbils sal-punt fil-baħar fejn il-kejbil għandu jiġi konness u fejn ikun se jitqiegħed f’qiegħ il-baħar. Skont l-Alcatel, il-bastimenti li jqiegħdu l-kejbils jaqgħu fl-ambitu tat-trasport marittimu, minħabba l-ħatt kostanti ta’ tagħbija minn fuq il-bastiment waqt li jkun qed ibaħħar. Għalhekk, l-attività tat-tqegħid tal-kejbils għandha titqies bħala trasport tat-tagħbija.

(58)

Fil-fehma tal-Alcatel-Lucent, ir-Regolamenti 3577/92 u 4055/86 ma jillimitawx b’mod strett it-tipi ta’ destinazzjonijiet fil-baħar (bejn żewġ portijiet jew bejn port u installazzjoni offshore). Fil-fehma tagħha, punt speċifiku fil-baħar għandu jitqies bħala destinazzjoni li taqa’ fl-ambitu tal-Linji Gwida. Barra minn hekk, jista’ jitqies li mal-ewwel metru ta’ tqegħid ta’ kejbil f’qiegħ il-baħar, l-attività ta’ tqegħid ta’ kejbils tinbidel f’installazzjoni offshore u għaldaqstant, it-tqegħid ta’ kejbils li jsir wara ma jkun xejn għajr operazzjoni ta’ trasport għal din l-installazzjoni offshore.

(59)

Fil-fehma tal-Alcatel-Lucent, id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Jannar 2007, fil-Kawża C-251/04, tippermetti indirettament l-estensjoni tad-definizzjoni ta’ trasport marittimu, sakemm tkun koperta mill-għanijiet tal-Linji Gwida. Skont l-Alcatel-Lucent, l-għanijiet ewlenin tagħhom huma li jissalvagwardjaw il-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Komunità u li jsostnu l-preżenza ta’ flotta kompetittiva fis-swieq dinjin. Għaldaqstant, minkejja li l-attivitajiet ta’ tqegħid ta’ kejbils jistgħu jitqiesu bħala forniment ta’ servizz (inċidentali jew anċillari għall-forniment ta’ servizzi ta’ trasport marittimu), il-Linji Gwida huma applikabbli għall-attivitajiet ta’ tqegħid ta’ kejbils, peress li dawn l-attivitajiet jissodisfaw ukoll l-għanijiet tal-Linji Gwida.

(60)

Fl-aħħarnett, l-Alcatel-Lucent hija tal-fehma li, fir-rigward ta’ kwistjonijiet ambjentali, huwa importanti li tinżamm flotta kbira ta’ bastimenti li jqiegħdu l-kejbils u li jtajru l-bandiera Komunitarja.

5.7.   L-Assoċjazzjoni tas-Sidien ta’ Bastimenti tad-Danimarka (Danish Shipowners’ Association)

(61)

Skont l-Assoċjazzjoni tas-Sidien ta’ Bastimenti tad-Danimarka, it-tqegħid ta’ kejbils huwa attività “fiha nfisha” u mhux servizz ta’ assistenza relatat mal-attività ta’ rmonk, li d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Jannar 2007, fil-Kawża C-251/04, qieset li ma taqax taħt l-ambitu tar-Regolamenti 3577/92 u 4055/86. Barra minn hekk, l-Assoċjazzjoni tas-Sidien ta’ Bastimenti tad-Danimarka tagħti aktar importanza li l-għanijiet tal-Linji Gwida jiġu kkunsidrati. Għalhekk, l-Assoċjazzjoni tas-Sidien ta’ Bastimenti tad-Danimarka tfakkar li l-industrija Ewropea tat-tqegħid ta’ kejbils timpjega ħafna baħrin fl-Ewropa. Barra minn hekk, it-tqegħid ta’ kejbils jista’ jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ regoli u standards ta’ sikurezza, kif ukoll għar-reġistrazzjoni ta’ dawn it-tip ta’ bastimenti fir-reġistri Komunitarji.

(62)

L-Assoċjazzjoni tas-Sidien ta’ Bastimenti tad-Danimarka hija tal-fehma li t-tqegħid ta’ kejbils huwa espost għall-istess pressjoni kompetittiva bħal dik li jesperjenzaw l-operaturi tat-trasport marittimu Komunitarji fis-swieq dinjin. It-tbaħħir bejn kontinent u ieħor huwa wieħed mill-funzjonijiet tal-bastimenti li jqiegħdu l-kejbils.

(63)

Barra minn hekk, l-Assoċjazzjoni tas-Sidien ta’ Bastimenti tad-Danimarka hija tal-fehma li r-regoli Daniżi dwar it-tħammil tar-ramel jaqgħu fl-ambitu tal-Linji Gwida, minħabba li għandhom l-istess formulazzjoni ta’ kliem. Skont l-Assoċjazzjoni tas-Sidien ta’ Bastimenti tad-Danimarka, it-tħaffir ma jaqax taħt l-ambitu tal-leġiżlazzjoni Daniża inkwistjoni. Barra minn hekk, it-tħammil huwa eliġibbli biss meta jiġi ssodisfat ir-rekwiżit li mill-inqas 50 % tal-attivitajiet konċernati jikkostitwixxu trasport marittimu.

5.8.   Kummenti mid-Danimarka dwar l-osservazzjonijiet tal-partijiet interessati

(64)

Fil-kummenti tagħhom dwar l-osservazzjonijiet li ressqu l-partijiet interessati, l-awtoritajiet Daniżi jsostnu l-argumenti li kienu esprimew qabel u jenfasizzaw li l-partijiet interessati kollha wrew l-appoġġ tagħhom biex il-bastimenti li jqiegħdu l-kejbils jiddaħħlu fl-ambitu tal-Linji Gwida.

6.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI

6.1.   Tqegħid ta’ kejbils

(65)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li, bħat-trasport marittimu, l-attivitajiet tat-tqegħid ta’ kejbils jeħtieġ baħrin kwalifikati, bi kwalifiki simili għal ta’ dawk li jaħdmu abbord bastimenti tradizzjonali tat-trasport marittimu. Tinnota wkoll li l-baħrin abbord bastimenti li jqiegħdu l-kejbils huma rregolati bl-istess liġi tax-xogħol u qafas soċjali bħal baħrin oħrajn.

(66)

It-tieni nett, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-bastimenti li jqiegħdu l-kejbils huma bastimenti marittimi u li għandhom l-obbligu li jgħaddu mill-istess kontrolli tekniċi u kontrolli tas-sikurezza bħall-bastimenti tat-trasport marittimu.

(67)

It-tielet nett, il-Kummissjoni taqbel li hemm ir-riskju li l-kumpaniji li jqiegħdu l-kejbils jistgħu jieħdu l-attivitajiet on-shore tagħhom lil hinn mill-Komunità sabiex isibu ambjenti fiskali aktar favorevoli u sussegwentement jibdlu l-istat tal-bandiera tagħhom għal wieħed ta’ bandiera ta’ konvenjenza. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li t-tqegħid ta’ kejbils huwa, minnu nnifsu, suq globali.

(68)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-estensjoni tar-reġim DIS għall-attivitajiet ta’ tqegħid ta’ kejbils fil-baħar għandha tgħin biex jinżammu l-impjiegi Komunitarji abbord bastimenti marittimi li jqiegħdu l-kejbils u li jkunu kkontrollati minn interessi Daniżi.

(69)

L-isfidi li l-kumpaniji Komunitarji li jqiegħdu l-kejbils ikollhom jiffaċċaw fir-rigward tal-kompetizzjoni globali u l-bdil tal-istat fejn jagħmlu l-attivitajiet on-shore tagħhom huma simili għal dawk tat-trasport marittimu Komunitarju. Bl-istess mod, l-attivitajiet Komunitarji ta’ tqegħid ta’ kejbils huma soġġetti għall-istess ambjent legali fl-oqsma tax-xogħol, tekniċi u dawk tas-sikurezza bħat-trasport marittimu Komunitarju. Fl-aħħar nett, bħal fil-każ tat-trasport marittimu, huma meħtieġa baħrin kwalifikati u mħarrġin.

(70)

Dawn huma l-istess fatturi li jiffurmaw il-bażi tal-Linji Gwida. Fil-fatt, l-ewwel subparagrafu tat-Taqsima 2.2 tal-Linji Gwida jsemmi t-titjib tas-sikurezza fuq il-baħar, l-inkoraġġiment biex il-bastimenti jibqgħu jtajru bnadar tal-Istati Membri jew jibdluhom għal dawk fir-reġistri tal-Istati Membri, il-kontribuzzjoni għall-konsolidazzjoni tas-settur marittimu fl-Istati Membri, il-ħarsien u t-titjib tal-għarfien marittimu u l-promozzjoni tal-impjieg ta’ baħrin Ewropew bħala l-għanijiet ewlenin li għandhom jiġu segwiti. Dan japplika, b’mod speċjali, fir-rigward tal-għajnuniet mill-Istat f’għamla ta’ tnaqqis fl-ispejjeż relatati max-xogħol (It-Taqsima 3.2 tal-Linji Gwida) li jitqiesu bħala “miżuri soċjali biex tissaħħaħ il-kompetittività” (ara t-titlu tat-Taqsima 3 tal-Linji Gwida).

(71)

Konsegwentement, minkejja li l-Kummissjoni għadha tinsisti li l-attivitajiet ta’ tqegħid ta’ kejbils ma jaqgħux fl-ambitu tad-definizzjoni ta’ trasport marittimu kif stipulata fir-regolamenti msemmijin qabel u fil-Linji Gwida, hi tal-fehma li t-tqegħid ta’ kejbils għandu jiġi assoċjat b’analoġija mat-trasport marittimu sabiex tiġi applikata t-Taqsima 3.2 tal-Linji Gwida u li t-tqegħid ta’ kejbils għandu jiddaħħal fl-ambitu ta’ applikazzjoni tal-istess dispożizzjoni.

(72)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-estensjoni tar-reġim DIS għall-bastimenti li jqiegħdu l-kejbils tista’ tiġi aċċettata permezz tal-applikazzjoni b’analoġija mat-Taqsima 3.2 tal-Linji Gwida, u li b’hekk, din l-estensjoni hija kompatibbli mas-suq komuni.

6.2.   Tħammil

(73)

Il-Kummissjoni tikkonfuta l-argument li għamlet id-Danimarka dwar l-allegat abbuż ta’ poter mill-parti tal-Kummissjoni meta din bdiet il-proċedura ta’ investigazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet tar-reġim DIS li għandhom x’jaqsmu mat-tħammil. L-Ordni Eżekuttiva msemmija qabel ġiet annessa man-notifika: il-Kummissjoni tqis li kellha l-obbligu li teżamina dan l-anness ukoll u li tiddetermina jekk l-Ordni Eżekuttiva kinetx timmodifika r-reġim DIS li kien approvat mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tat-12 ta’ Diċembru 2002, fil-Kawża NN 116/98, u l-miżuri li d-Danimarka kkomunikat lill-Kummissjoni fl-2005 sabiex tadatta r-reġim DIS għal-Linji Gwida tal-2004.

(74)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkonfuta l-allegazzjoni li ż-żewġ abbozzi ġew approvati permezz tal-ittra tas-servizzi tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Mejju 2005. Din l-ittra ċċarat il-fatt li l-aċċettazzjoni minn Stat Membru ta’ miżuri xierqa proposti mill-Kummissjoni permezz tal-Linji Gwida ma għandhiex titqies, mil-lat ta’ proċedura, bħala notifika ta’ għajnuna ġdida jew ta’ emenda għal għajnuna eżistenti. F’din it-tweġiba, il-Kummissjoni ċċarat ukoll il-fatt li l-miżuri mressqa mill-awtoritajiet Daniżi kienu jikkostitwixxu biss traspożizzjoni tal-miżuri xierqa proposti fil-Linji Gwida u li dawn ma kinux jeħtieġu notifika skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE.

(75)

Barra minn hekk, l-Ordni Eżekuttiva, li hi mehmuża man-notifika, tvarja b’mod sostanzjali mill-abbozz imressaq permezz tal-ittra tal-21 ta’ Jannar 2008 li ssemmiet qabel, peress li testendi b’mod wiesa’ ħafna l-ambitu ta’ attivitajiet eliġibbli ta’ tħammil lil hinn minn dak previst fl-abbozz li ntbagħat permezz ta’ din l-ittra. Meta ħadet deċiżjoni li tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni ma qisetx id-dispożizzjonijiet tal-Ordni Eżekuttiva bħala għajnuna ġdida (u għajnuna illegali, peress li dawn il-miżuri kienu diġà daħlu fis-seħħ) iżda bħala użu ħażin ta’ għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament ta’ Proċedura dwar l-Għajnuniet mill-Istat. Għalhekk, il-kapitolu rilevanti tar-Regolament mhuwiex il-Kapitolu V tal-proċedura relatata ma’ skemi tal-għajnuna eżistenti, kif assumew l-awtoritajiet Daniżi fil-kummenti tagħhom, iżda l-Kapitolu VI dwar il-proċedura relatata mal-użu ħażin tal-għajnuna.

(76)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kellha d-dritt kollu li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-Ordni Eżekuttiva.

(77)

Il-ħames subparagrafu tat-Taqsima 3.2 tal-Linji Gwida jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom jistgħu jingħataw l-għajnuniet mill-Istat f’għamla ta’ tnaqqis fl-ispejjeż relatati max-xogħol għal attivitajiet ta’ tħammil. Il-kundizzjonijiet li l-baħrin għandhom ikunu baħrin Komunitarji li jaħdmu abbord bastimenti fis-sens tat-tielet subparagrafu tat-Taqsima 3.2 tal-Linji Gwida u li l-bastimenti tat-tħammil għandhom ikunu rreġistrati fi Stat Membru huma kundizzjonijiet diġà eżistenti għar-reġim DIS.

(78)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Daniżi, fil-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni li jingħata bidu għal proċedura ta’ investigazzjoni, iċċaraw li l-bastimenti tat-tħammil li jaħdmu bil-magni tagħhom stess biss huma eliġibbli għar-reġim DIS u li, fost ħwejjeġ oħra, l-attivitajiet ta’ tħammil li jitwettqu fil-portijiet u l-fjordi u madwarhom huma esklużi mir-reġim DIS.

(79)

Fir-rigward tal-kundizzjoni li l-bastimenti tat-tħammil għandhom iwettqu attivitajiet ta’ trasport marittimu fuq il-baħar għal mill-inqas 50 % tal-ħin operattiv tagħhom, il-Kummissjoni tinnota li “t-trasport marittimu” fil-każ tat-tħammil huwa ddefinit fis-sittax-il subparagrafu tat-Taqsima 3.1 tal-Linji Gwida bħala “it-trasport ta’ materjal estratt f’ibħra fondi” u jeskludi “estrazzjoni jew tħammil bħala tali”. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tosserva li l-estrazzjoni jew it-tħammil bħala tali huma esklużi mid-definizzjoni ta’ attivitajiet eliġibbli ta’ tħammil kif deskritti fl-Ordni Daniża msemmija hawn fuq. Il-Kummissjoni tqis ukoll li fil-fatt, “it-tbaħħir bejn il-post tal-estrazzjoni u l-post fejn il-materjal estratt għandu jinħatt” u “t-tbaħħir bejn postijiet ta’ estrazzjoni” jikkostitwixxu trasport tal-materjal estratt. Il-Kummissjoni taċċetta wkoll li fit-trasport marittimu, il-bastimenti mhux dejjem ikollhom tagħbija meta jbaħħru, minħabba l-iżbilanċ ta’ ċerti skambji kummerċjali. Għalhekk, hija ħaġa loġika li, b’analoġija, jiġi kkunsidrat li “t-tbaħħir bejn il-port u s-sit tal-estrazzjoni” u “t-tbaħħir bejn il-post tal-ħatt u l-port” jikkostitwixxu trasport marittimu. B’mod simili, il-“ħatt” huwa inerenti għat-trasport marittimu. Fl-aħħar nett, meta l-bastimenti tat-tħammil jipprovdu assistenza f’ibħra fondi fuq talba tal-awtoritajiet pubbliċi, il-ħin li huma jiddedikaw direttament jew esklussivament għal dik l-attività ikun ta’ benefiċċju għat-trasport marittimu.

(80)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-attivitajiet ta’ bastimenti tat-tħammil kif definiti mill-Ordni Eżekuttiva jistgħu jibbenifikaw mir-reġim DIS, għajr għal attivitajiet li jikkorrispondu mat-“tbaħħir fil-post tal-estrazzjoni”, li fil-fatt ma jistgħux jiġu distinti mill-estrazzjoni jew it-tħammil bħala tali.

(81)

L-aċċettazzjoni tal-Kummissjoni ta’ bosta mill-attivitajiet iddefiniti mill-awtoritajiet Daniżi fl-Ordni msemmija hawn fuq bħala attivitajiet eliġibbli għar-reġim DIS hija bbażata wkoll fuq dawn l-elementi li ġejjin.

(82)

It-tħammil jeħtieġ baħrin li jkunu rregolati bl-istess liġi tax-xogħol u qafas soċjali bħall-baħrin l-oħrajn.

(83)

Il-bastimenti li jqiegħdu l-kejbils huma bastimenti marittimi u għandhom l-obbligu li jgħaddu mill-istess kontrolli tekniċi u kontrolli tas-sikurezza bħall-bastimenti tat-trasport marittimu.

(84)

Fl-aħħar nett, hemm ir-riskju li l-kumpaniji li jqiegħdu l-kejbils jistgħu jieħdu l-attivitajiet on-shore tagħhom lil hinn mill-Komunità sabiex isibu ambjenti fiskali u reġimi ta’ sigurtà soċjali aktar favorevoli u sussegwentement jibdlu l-istat tal-bandiera tagħhom għal wieħed ta’ bandiera ta’ konvenjenza.

(85)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li r-reġim DIS jista’ jiġi applikat għall-attivitajiet ta’ tħammil fil-baħar kif iddefinit mill-Ordni Eżekuttiva, għajr għat-tbaħħir f’postijiet tal-estrazzjoni.

6.3.   Limitazzjoni għall-perjodu ta’ validità ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuniet mill-Istat

(86)

Fil-prattika reċenti tagħha, il-Kummissjoni ma għadhiex tapprova reġimi tal-għajnuniet mill-Istat għal perjodi mhux definiti – jew emendi għalihom – u għalhekk, issa qed titlob li l-iskemi għandhom jiġu nnotifikati għal tul ta’ żmien ta’ mhux aktar minn 10 snin.

(87)

Din hi r-raġuni għalfejn il-Kummissjoni għandha l-obbligu li timponi data ta’ skadenza għall-miżura notifikata, b’konsistenza mal-prattika attwali. Konsegwentement, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-awtoritajiet Daniżi jerġgħu jinnotifikaw l-emenda għall-iskema DIS kif ġiet ivvalutata f’din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE sa mhux aktar tard minn 10 snin wara n-notifika ta’ din id-deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-miżuri li d-Danimarka qed tipprevedi li timplimenta favur bastimenti marittimi li jqiegħdu l-kejbils huma kompatibbli mas-suq komuni fis-sens tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

2.   Il-miżuri li d-Danimarka implimentat favur bastimenti marittimi tat-tħammil huma kompatibbli mas-suq komuni, dejjem jekk it-tbaħħir fil-postijiet tal-estrazzjoni jkun eskluż mill-attivitajiet eliġibbli.

Artikolu 2

Id-Danimarka għandha terġa’ tinnotifika l-emenda għall-iskema DIS kif ivvalutata f’din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE sa mhux aktar tard minn għaxar snin mid-data tan-notifika ta’ din id-deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU C 213, 12.9.2007, p. 22.

(2)  Irreġistrata bir-Referenza TREN(2007) A/21157.

(3)  It-test tad-deċiżjoni fil-Kawża N 116/98 huwa disponibbli fil-lingwa uffiċjali fuq dan l-indirizz tal-Internet: http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/transports-1998/nn116-98.pdf

(4)  Irreġistrata bir-Referenza TREN(2007) A/28077.

(5)  Irreġistrata bir-Referenza TREN(2007) D/306985.

(6)  Irreġistrata bir-Referenza C(2007) 3219 finali.

(7)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(8)  Irreġistrata bir-Referenza TREN(2007) A/41561.

(9)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.

(10)  Irreġistrata bir-Referenza TREN(2008) A/80508.

(11)  Irreġistrata bir-Referenza C(2007) 3219 finali.

(12)  Il-Kawża NN 116/98 approvata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2002. It-test ta’ din id-deċiżjoni huwa disponibbli fil-lingwa uffiċjali fuq dan l-indirizz tal-Internet: http://europa.eu.int/comm/secretariat_general/sgb/state_aids/transports-1998/nn116-98.pdf

(13)  ĠU L 378, 31.12.1986, p. 1.

(14)  ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7.

(15)  ĠU C 13, 17.1.2004, p. 3

(16)  Irreġistrata bir-Referenza TREN(2006) D/212345.

(17)  L-istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni IP/07/1047 tal-10 ta’ Lulju 2007.


14.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 119/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta' Mejju 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3710)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/381/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE (2) tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi għall-użu tal-ispettru għal varjetà wiesgħa ta’ tagħmir għal meded qosra, inklużi l-applikazzjonijiet bħalma huma s-sistemi ta’ twissija, it-tagħmir għall-komunikazzjonijiet lokali, dispożitivi li jiftħu l-bibieb u impjanti mediċi. It-tagħmir għal meded qosra huma tipikament prodotti tas-suq tal-massa u/jew prodotti li jistgħu jinġarru u li jistgħu jittieħdu u jintużaw faċilment f’pajjiżi oħra; id-differenzi fil-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-ispettru għalhekk ma jippermettux l-moviment ħieles tagħhom, iżidu l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom u joħolqu riskji ta’ interferenza dannuża ma’ applikazzjonijiet u servizzi tar-radju oħrajn.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/432/KE (3) emendat il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għat-tagħmir għal meded qosra mogħtija fid-Deċiżjoni 2006/771/KE billi biddlet l-Anness tagħha.

(3)

Madankollu, minħabba bidliet mgħaġġla fit-teknoloġija u fit-talbiet tas-soċjetà, jistgħu jfeġġu applikazzjonijiet ġodda ta’ tagħmir għal meded qosra li jkollhom bżonn aġġornamenti regolari tal-kundizzjonijiet għall-armonizzazzjoni tal-ispettru.

(4)

Fil-5 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni ħarġet mandat permanenti (4) lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, biex taġġorna l-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE bi tweġiba għall-iżviluppi teknoloġiċi u kummerċjali fil-qasam tat-tagħmir għal meded qosra.

(5)

Fir-rapport tagħha ta’ Novembru 2008 (5) mibgħut bi tweġiba għal dak il-mandat, is-CEPT tat parir lill-Kummissjoni temenda għadd ta’ aspetti tekniċi fl-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE.

(6)

Id-Deċiżjoni 2006/771/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Tagħmir li jopera skont il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma wkoll mad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali tat-telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (6) sabiex l-ispettru jintuża b’mod effikaċi sabiex tkun evitata interferenza dannuża, murija jew permezz tal-konformità mal-istandards armonizzati jew billi jiġu ssodisfati l-proċeduri alternattivi għall-valutazzjoni tal-konformità.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE għandu jinbidel bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 338M, 17.12.2008, p. 574.

(3)  ĠU L 151, 11.6.2008, p. 49.

(4)  Mandat Permanenti lis-CEPT dwar l-aġġornament annwali tal-anness tekniku għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-armonizzazzjoni teknika tal-ispettru tar-radju għal użu minn Tagħmir għal Meded Qosra (5 ta’ Lulju 2006).

(5)  Ir-Rapport tas-CEPT nru 26, RSCOM 08-88.

(6)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10.


ANNESS

“ANNESS

Meded ta’ frekwenza armonizzati u parametri tekniċi tat-tagħmir għal meded qosra

Tip ta’ tagħmir għal meded qosra

Medda ta’ frekwenza

Limitu tal-qawwa/limitu tas-saħħa tal-kamp/limitu tad-densità tal-qawwa (1)

Parametri addizzjonali/rekwiżiti ta’ aċċess għall-ispettru u ta’ taffija (2)

Restrizzjonijiet oħra fuq l-użu (3)

Skadenza tal-implimentazzjoni

Tagħmir għal meded qosra mhux speċifiku (4)

6 765 sa 6 795 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

13,553 sa 13,567 MHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

26,957 sa 27,283 MHz

10 mW ta’ qawwa effettiva mogħtija (e.r.p.), li tikkorrispondi għal 42 dBμA/m f’10 metri

 

Applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ġunju 2007

40,660 sa 40,700 MHz

10 mW ta’ e.r.p.

 

Applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ġunju 2007

433,050 sa 434,040 (5) MHz

1 mW ta’ e.r.p..

u -13 dBm/10 kHz ta’ densità tal-qawwa għal modulazzjoni tal-medda ta’ frekwenza li hi akbar minn 250 kHz

 

Sinjali tal-awdjo u tal-vuċi u applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ottubru 2008

10 mW ta’ e.r.p.

Ċiklu ta’ ħidma (6) ta’: 10 %

Sinjali tal-awdjo u tal-vuċi u applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ġunju 2007

434,040 sa 434,790 MHz (5) MHz

1 mW ta’ e.r.p..

u -13 dBm/10 kHz ta’ densità tal-qawwa għal modulazzjoni tal-medda ta’ frekwenza li hi akbar minn 250 kHz

 

Sinjali tal-awdjo u tal-vuċi u applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ottubru 2008

10 mW e.r.p.

Ċiklu ta’ ħidma (6) ta’: 10 %

Sinjali tal-awdjo u tal-vuċi u applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ġunju 2007

Ċiklu ta’ ħidma (6) ta’: 100 % suġġett għal spazjar tal-istazzjonijiet sa 25 kHz

Sinjali tal-awdjo u tal-vuċi u applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ottubru 2008

863,000 sa 868,000 MHz

25 mW ta’ e.r.p.

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

Sinjali tal-awdjo u tal-vuċi u applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ottubru 2008

868,000 sa 868,600 (5) MHz

25 mW ta’ e.r.p.

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 1 %

Applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ottubru 2008

25 mW ta’ e.r.p.

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

Sinjali tal-awdjo u tal-vuċi u applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ottubru 2008

868,700 sa 869,200 (5) MHz

25 mW ta’ e.r.p.

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

Applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ottubru 2008

25 mW ta’ e.r.p.

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

Sinjali tal-awdjo u tal-vuċi u applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ottubru 2008

869,400 sa 869,650 (5) MHz

500 mW ta’ e.r.p.

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 10 %

L-ispazjar tal-istazzjonijiet għandu jkun ta’ 25 kHz, ħlief li l-medda kollha ta’ frekwenzi tista’ tintuża wkoll bħala stazzjon wieħed għat-trażmissjoni ta’ dejta b’veloċità għolja

Applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ottubru 2008

25 mW ta’ e.r.p.

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

Sinjali tal-awdjo u tal-vuċi u applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ottubru 2008

869,700 sa 870,000 (5) MHz

5 mW ta’ e.r.p.

Applikazzjonijiet tal-vuċi huma permessi b’tekniki avvanzati ta’ taffija

Applikazzjonijiet tal-awdjo u tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ġunju 2007

25 mW ta’ e.r.p.

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

Sinjali tal-awdjo u tal-vuċi u applikazzjonijiet tal-vidjow huma esklużi

L-1 ta’ Ottubru 2008

2 400 sa 2 483,5 MHz

10 mW ta’ qawwa isotropika mogħtija ekwivalenti (e.i.r.p.)

 

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

5 725 sa 5 875 MHz

25 mW ta’ e.i.r.p.

 

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

24,150 sa 24,250 GHz

100 mW ta’ e.i.r.p.

 

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

61,0 sa 61,5 GHz

100 mW ta’ e.i.r.p.

 

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

Sistemi għat-trażmissjoni tad-dejta b’medda wiesgħa

2 400 sa 2 483,5 MHz

100 mW ta’ e.i.r.p.

u densità tal-e.i.r.p. ta’ 100 mW/100 kHz japplikaw meta tintuża l-modulazzjoni tal-bdil kontinwu minn frekwenza għall-oħra, b’densità tal-e.i.r.p. ta’ 10 mW/MHz tapplika meta jintużaw tipi oħra ta’ modulazzjoni

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE.

 

L-1 ta’ Novembru 2009

57,0 sa 66,0 (5) GHz

40 dBm ta’ e.i.r.p.

u densità ta’ 13-il dBm/MHz ta’ e.i.r.p.

 

Applikazzjonijiet ta’ barra huma esklużi

L-1 ta’ Novembru 2009

25 dBm ta’ e.i.r.p.

u densità ta’ -2 dBm/MHz ta’ e.i.r.p.

 

L-istallazzjonijiet fissi ta’ barra huma esklużi

L-1 ta’ Novembru 2009

Sistemi ta’ twissija

868,600 sa 868,700 MHz

10 mW ta’ e.r.p.

Spazjar tal-istazzjonijiet ta’ 25 kHz

Il-medda kollha ta’ frekwenzi tista’ tintuża wkoll bħala stazzjon wieħed għat-trażmissjoni ta’ dejta b’veloċità għolja

Ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 1.0 %

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

869,250 sa 869,300 MHz

10 mW ta’ e.r.p.

Spazjar tal-istazzjonijiet ta’ 25 kHz

Ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

869,300 sa 869,400 MHz

10 mW ta’ e.r.p.

Spazjar tal-istazzjonijiet ta’ 25 kHz

Ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 1.0 %

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

869,650 sa 869,700 MHz

25 mW ta’ e.r.p.

Spazjar tal-istazzjonijiet ta’ 25 kHz

Ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 10 %

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

Sistemi soċjali ta’ twissija (7)

869,200 sa 869,250 MHz

10 mW ta’ e.r.p.

Spazjar tal-istazzjonijiet ta’ 25 kHz

Ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 0.1 %

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

Applikazzjonijiet induttivi (8)

20,050 sa 59,750 kHz

72 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

59,750 sa 60,250 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

60,250 sa 70,000 kHz

69 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

70 sa 119 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

119 sa 127 kHz

66 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

127 sa 140 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

140 sa 148,5 kHz

37.7 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

148,5 sa 5 000 kHz

Fil-meded ta’ frekwenzi speċifiċi msemmija hawn taħt, japplikaw saħħiet tal-kamp ogħla u restrizzjonijiet addizzjonali għall-użu.

-15 dBμA/m f’10 metri fi kwalunkwe medda ta’ frekwenza ta’ 10 kHz

Barra minn hekk, is-saħħa totali tal-kamp hija ta’ -5 dΒμΑ/m f’10 m għal sistemi li joperaw f’meded ta’ frekwenzi ta’ aktar minn 10 kHz

 

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

400 sa 600 kHz

-8 dBμA/m f’10 metri

 

Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għar-RFID (9)

L-1 ta’ Ottubru 2008

3 155 sa 3 400 kHz

13.5 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

5 000 sa 30 000 kHz

Fil-meded ta’ frekwenzi speċifiċi msemmija hawn taħt, japplikaw saħħiet tal-kamp ogħla u restrizzjonijiet addizzjonali għall-użu.

-20 dBμA/m f’10 metri fi kwalunkwe medda ta’ frekwenza ta’ 10 kHz

Barra minn hekk, is-saħħa totali tal-kamp hija ta’ -5 dΒμΑ/m f’10 m għal sistemi li joperaw f’meded ta’ frekwenzi ta’ aktar minn 10 kHz

 

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

6 765 sa 6 795 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

7 400 sa 8 800 kHz

9 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

10 200 sa 11 000 kHz

9 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

13 553 sa 13 567 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

60 dBμA/m f’10 metri

 

Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għar-RFID (9) u għall-EAS (10)

L-1 ta’ Ottubru 2008

26 957 sa 27 283 kHz

42 dBμA/m f’10 metri

 

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

Impjanti mediċi attivi (11)

9 sa 315 kHz

30 dBμA/m f’10 metri

Ċiklu ta’ ħidma (6) ta’ 10 %

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

402 sa 405 MHz

25 μW ta’ e.r.p.

Spazjar tal-istazzjonijiet ta’ 25 kHz

Trażmettituri individwali jistgħu jgħaqqdu flimkien stazzjonijiet li jkunu maġenb xulxin għal medda ta’ frekwenzi ikbar sa 300 kHz.

Jistgħu jintużaw tekniki oħra għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza, inklużi meded ta’ frekwenzi ikbar minn 300 kHz, dejjem jekk jirriżultaw fi prestazzjoni li tkun għall-inqas ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1995/5/KE sabiex jiġi żgurat it-tħaddim kompatibbli mal-utenti l-oħra partikolarment mar-radjusondi metereoloġiċi.

 

L-1 ta’ Novembru 2009

Applikazzjonijiet tal-awdjo bla wajers (12)

87.5 sa 108.0 MHz

50 nW ta’ e.r.p.

L-ispazjar tal-istazzjonijiet sa 200 kHz

 

L-1 ta’ Ottubru 2008

863 sa 865 MHz

10 mW ta’ e.r.p.

 

 

L-1 ta’ Ġunju 2007

Applikazzjonijiet għad-determinazzjoni tar-radju (13)

2 400 sa 2 483,5 MHz

25 mW ta’ e.i.r.p.

 

 

L-1 ta’ Novembru 2009

17,1 sa 17,3 GHz

26 dBm ta’ e.i.r.p.

Għandhom jintużaw tekniki għall-aċċess tal-ispettru u biex tittaffa l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skont id-Direttiva 1999/5/KE.

Dan is-sett ta’ kundizzjonijiet għall-użu japplika biss għal sistemi bbażati fuq l-art

L-1 ta’ Novembru 2009

Radar li jaqbad il-livell tat-tankijiet (14)

4,5 sa 7,0 GHz

24 dBm ta’ e.i.r.p. (15)

 

 

L-1 ta’ Novembru 2009

8,5 sa 10,6 GHz

30 dBm ta’ e.i.r.p.2 (15)

 

 

L-1 ta’ Novembru 2009

24,05 sa 27,0 GHz

43 dBm ta’ e.i.r.p. (15)

 

 

L-1 ta’ Novembru 2009

57,0 sa 64,0 GHz

43 dBm ta’ e.i.r.p. (15)

 

 

L-1 ta’ Novembru 2009

75,0 sa 85,0 GHz

43 dBm ta’ e.i.r.p. (15)

 

 

L-1 ta’ Novembru 2009

Kontroll tal-mudelli (16)

26 990 sa 27 000 kHz

100 mW ta’ e.r.p.

 

 

L-1 ta’ Novembru 2009

27 040 sa 27 050 kHz

100 mW ta’ e.r.p.

 

 

L-1 ta’ Novembru 2009

27 090 sa 27 100 kHz

100 mW ta’ e.r.p.

 

 

L-1 ta’ Novembru 2009

27 140 sa 27 150 kHz

100 mW ta’ e.r.p.

 

 

L-1 ta’ Novembru 2009

27 190 sa 27 200 kHz

100 mW ta’ e.r.p.

 

 

L-1 ta’ Novembru 2009

Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (ir-RFID)

2 446 sa 2 454 MHz

100 mW ta’ e.r.p.

 

 

L-1 ta’ Novembru 2009


(1)  L-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu ta’ spettru sal-qawwa, s-saħħa tal-kamp jew id-densità tal-qawwa mogħtija f’din it-tabella. F’konformità mal-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE, jistgħu jimponu kundizzjonijiet inqas ristrettivi, jiġifieri jippermettu l-użu ta’ spettru b’qawwa, saħħa tal-kamp jew densità tal-qawwa ogħla.

(2)  L-Istati Membri jistgħu jimponu biss dawn il-‘parametri addizzjonali/ir-rekwiżiti ta’ aċċess għall-ispettru u ta’ taffija’, u ma jistgħux iżidu parametri oħra jew rekwiżiti oħra ta’ aċċess għall-ispettru u ta’ taffija. Kundizzjonijiet anqas ristrettivi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE jfissru li l-Istati Membri jistgħu jħallu barra għal kollox il-parametri/ir-rekwiżiti ta’ aċċess għall-ispettru u ta’ taffija f’kaxxa tat-tabella partikulari jew jippermettu valuri ogħla.

(3)  L-Istati Membri jistgħu jimponu biss dawn ir-‘restrizzjonijiet oħra fuq l-użu’, u ma jistgħux iżidu restrizzjonijiet addizzjonali fuq l-użu. Billi jistgħu jiġu introdotti kundizzjonijiet anqas ristrettivi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE, l-Istati Membri jistgħu jħallu barra restrizzjoni waħda minnhom jew dawn ir-restrizzjonijiet kollha.

(4)  Din il-kategorija hija disponibbli għal kwalunkwe tip ta’ applikazzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet tekniċi (użu tipiku huwa fit-telemetrija, it-telekmand, is-sistemi ta’ twissija, id-dejta b’mod ġenerali u applikazzjonijiet simili oħrajn).

(5)  Għal din il-medda ta’ frekwenza l-Istati Membri għandhom jagħmlu s-serje ta’ alternattivi tal-kundizzjonijiet għall-użu kollha possibbli.

(6)  Iċ-‘ċiklu ta’ ħidma’ tfisser il-proporzjon ta’ ħin matul kwalunkwe perjodu ta’ siegħa meta t-tagħmir ikun qed jittrażmetti b’mod attiv. Kundizzjonijiet anqas ristrettivi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE jfissru li l-Istati Membri jistgħu jippermettu valur ogħla għaċ-‘ċiklu ta’ ħidma’.

(7)  Tagħmir ta’ sistemi soċjali ta’ twissija jintużaw biex jgħinu lin-nies anzjani jew b’diżabilità meta jsibu ruħhom f’diffikultà.

(8)  Din il-kategorija tkopri, per eżempju, l-tagħmir għall-immobilizzazzjoni tal-karozzi, l-identifikazzjoni tal-annimali, is-sistemi ta’ twissija, id-detezzjoni tal-kejbils, il-ġestjoni tal-iskart, l-identifikazzjoni personali, il-konnessjonijiet bil-vuċi bla wajers, il-kontroll tal-aċċess, is-sensuri tal-prossimità, is-sistemi ta’ kontra s-serq, inklużi s-sistemi induttivi tar-RF ta’ kontra s-serq, it-trasferiment tad-dejta għal tagħmir li jinżamm fl-idejn, l-identifikazzjoni awtomatika tal-oġġetti, is-sistemi ta’ kontroll bla wajers u n-nollijiet awtomatiċi tat-toroq.

(9)  Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet induttivi użati għall-Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (ir-RFID).

(10)  Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet induttivi wżati għas-Sorveljanza Elettronika tal-Oġġetti (l-EAS).

(11)  Din il-kategorija tkopri l-parti tar-radju tal-tagħmir mediku attiv li jista’ jiddaħħal f’xi parti tal-ġisem, kif iddefinit fid-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem u l-periferali tagħhom (ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17).

(12)  Applikazzjonijiet għal sistemi tal-awdjo bla wajers, fosthom: lawdspikers bla wajers; ‘headphones’ bla wajers; ‘headphones’ bla wajers biex jinġarru, bħal CDs, każetts jew tagħmir tar-radju li jistgħu jinġarru u li ġġorrhom il-persuna; ‘headphones’ bla wajers għall-użu f’vettura, per eżempju għall-użu ma’ radju jew mowbajl, eċċ.; tagħmir ta’ monitoraġġ li jiddaħħal fil-widna, għall-użu waqt il-kunċerti u produzzjonijiet oħra tal-palk.

(13)  Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet għad-determinazzjoni tal-pożizzjoni, tal-veloċità u/jew ta’ karatteristiċi oħra ta’ oġġett, jew biex jinkiseb tagħrif relatat ma’ dawn il-parametri.

(14)  Radars li jaqbdu l-livell tat-tankijiet (it-TLPRs) huma tip speċifiku ta’ applikazzjoni għad-determinazzjoni tar-radju li jintuża għall-kejl tal-livelli tat-tankijiet u li huma stallati f’tankijiet tal-metall jew tal-konkrit imsaħħaħ, jew fi strutturi simili magħmulin minn materjal b’karatteristiċi ta’ attenwazzjoni komparabbli. L-iskop tat-tankijiet huwa li jilqgħu fihom sustanza.

(15)  Il-limitu tal-qawwa japplika ġo tank magħluq u jikkorrispondi ma’ densità tal-ispettru ta’ -41.3 dBm/MHz ta’ e.i.r.p. barra tank għall-ittestjar ta’ 500 litru.

(16)  Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet użati biex jiġi kkontrollat il-moviment tal-mudelli (prinċipalment rappreżentazzjonijiet żgħar tal-vetturi) fl-arja, fuq l-art jewinkella fuq jew taħt wiċċ l-ilma.”


III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

14.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 119/40


ADDENDUM

għad-DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ ATALANTA/3/2009 tal-21 ta’ April 2009 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bi ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (2009/369/PESK)

(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 112 tas-6 ta’ Mejju 2009)

L-Anness li ġej għandu jinżied mad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà/3/2009 tal-21 ta’ April 2009:

“ANNESS

LISTA TA’ STATI TERZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2 (1)

Norveġja”