ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.112.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 112

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
6 ta' Mejju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 365/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 366/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Lapin Poron liha (DPO)

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 367/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Znojemské pivo (IĠP))

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 368/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

7

 

 

III   Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

 

 

2009/369/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/3/2009 tal-21 ta’ April 2009 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bi ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

9

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

6.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 365/2009

tal-5 ta’ Mejju 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

88,9

MA

77,8

TN

115,0

TR

146,3

ZZ

107,0

0707 00 05

JO

155,5

MA

32,7

TR

137,1

ZZ

108,4

0709 90 70

TR

118,7

ZZ

118,7

0805 10 20

EG

44,0

IL

58,8

MA

39,5

TN

49,5

TR

101,4

US

51,9

ZZ

57,5

0805 50 10

TR

49,0

ZA

54,3

ZZ

51,7

0808 10 80

AR

81,4

BR

73,1

CA

114,7

CL

81,5

CN

71,2

MK

33,9

NZ

105,7

US

124,1

UY

70,5

ZA

80,5

ZZ

83,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


6.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 366/2009

tal-5 ta' Mejju 2009

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Lapin Poron liha (DPO)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament imsemmi, it-talba mressqa mill-Finlandja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Lapin Poron liha” kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Fis-26 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni ġiet innotifikata b’dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni mill-Iżvezja, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Din l-oppożizzjoni tissejjes fuq l-Artikolu 7(3), l-ewwel subparagrafu, il-punti a), c) u d), tar-Regolament imsemmi. Fid-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni tagħha, l-Iżvezja qieset li ma kinux sodisfatti l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi rigward ir-reġistrazzjoni; li r-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni konċernata tkun ta’ ħsara għal denominazzonijiet, marki jew prodotti eżistenti, u li d-denominazzjoni konċernata hija ġenerika.

(3)

Il-Kummissjoni qieset li l-oppożizzjoni msemmija kienet aċċettabbli, u, b’ittra tal-4 ta' Awwissu 2008, lill-Istati Membri konċernati stednithom jilħqu qbil bejniethom skont il-proċeduri interni tagħhom.

(4)

Intlaħaq qbil, innotifikat lill-Kumissjoni fis-27 ta’ Frar 2009, bejn il-Finlandja u l-Iżvezja f’perjodu ta’ sitt xhur. Skont dan il-qbil, l-Iżvezja ma topponix ir-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Lapin Poron liha”. Inqabel li l-modalitajiet tat-tikkettar tal-laħam tar-renni jew tal-prodotti magħmula mil-laħam tar-renni li joriġinaw fil-Lapponja Żvediża għandhom jirrispettaw l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(5)

Dan il-qbil ma jibdilx l-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Għaldaqstant, id-denominazzjoni “Lapin Poron liha” għandha tkun irreġistrata skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 19, 25.1.2008, p. 22.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE:

Klassi 1.1.   Laħam (u l-interjuri) frisk(i)

IL-FINLANDJA

Lapin Poron liha (DPO)


6.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 367/2009

tal-5 ta’ Mejju 2009

li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Znojemské pivo (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa mir-Repubblika Ċeka għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Znojemské pivo” kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tkun irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 244, 25.9.2008, p. 23.


ANNESS

Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 510/2006:

Klassi 2.1.   Birer

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Znojemské pivo (IĠP)


6.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 368/2009

tal-5 ta’ Mejju 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 362/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.

(4)  ĠU L 111, 5.5.2009, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-6 ta’ Mejju 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

28,95

2,60

1701 11 90  (1)

28,95

7,06

1701 12 10  (1)

28,95

2,47

1701 12 90  (1)

28,95

6,63

1701 91 00  (2)

33,46

8,50

1701 99 10  (2)

33,46

4,30

1701 99 90  (2)

33,46

4,30

1702 90 95  (3)

0,33

0,33


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

6.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ ATALANTA/3/2009

tal-21 ta’ April 2009

dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bi ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

(2009/369/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (Atalanta), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(5) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(5) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) sabiex jieħu deċiżjonijiet rilevanti għall-istabbiliment ta’ Kumitat ta’ Kontributuri (KK) għall-Operazzjoni Atalanta.

(2)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Nizza tas-7, t-8 u d-9 ta’ Diċembru 2000 u dawk ta’ Brussell tal-24 u l-25 ta’ Ottubru 2002 stabbilixxew l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi f’operazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet u fl-istabbiliment ta’ KK.

(3)

Il-KK ser ikollu rwol ċentrali fil-ġestjoni ta’ kuljum tal-Operazzjoni Atalanta. Huwa ser ikun il-forum prinċipali fejn l-Istati kontribwenti kollettivament jindirizzaw kwistjonijiet relatati mal-impjieg tal-forzi tagħhom fl-Operazzjoni. Il-KPS, li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Operazzjoni, ser jieħu kont tal-opinjonijiet espressi mill-KK.

(4)

Skont l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Stabbiliment u termini ta’ referenza

Huwa b’dan stabbilit Kumitat ta’ Kontributuri (KK) għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bi ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta). It-termini ta’ referenza tiegħu huma stabbiliti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Nizza ta’ Diċembru 2000 u dawk ta’ Brussell ta’ Ottubru 2002.

Artikolu 2

Kompożizzjoni

1.   Il-membri tal-KK għandhom ikunu kif ġej:

rappreżentanti tal-Istati Membri kollha,

rappreżentanti tal-Istati terzi parteċipanti fl-Operazzjoni u li jipprovdu kontributi militari sinifikattivi, kif imsemmi fl-Anness.

2.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE, id-Direttur Ġenerali tal-Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea, jew ir-rappreżentanti tagħhom u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jattendu l-laqgħat tal-KK.

3.   Jistgħu jiġu mistiedna terzi persuni għal partijiet rilevanti tad-diskussjoni, skont il-każ.

Artikolu 3

Presidenza

Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Presidenza, il-KK għandu jkun ippresjedut mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli jew mir-rappreżentant tiegħu f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Presidenza u mal-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (CEUMC) jew mir-rappreżentant tiegħu.

Artikolu 4

Laqgħat

1.   Il-KK għandu jitlaqqa’ mill-President tiegħu fuq bażi regolari. Fejn iċ-ċirkostanzi jitolbu hekk, jistgħu jissejħu laqgħat ta’ emerġenza fuq l-inizjattiva tal-President, jew fuq it-talba ta’ membru.

2.   Il-President tal-KK għandu jiċċirkola minn qabel aġenda provviżorja u dokumenti relatati mal-laqgħa. Għandu jiġi ċċirkolat suċċint wara kull laqgħa tal-proċedimenti tal-laqgħat.

Artikolu 5

Proċedura

1.   Ħlief kif previst fil-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-KPS u għar-responsabbiltajiet tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE,

għandha tkun neċessarja l-unanimità tar-rappreżentanti tal-Istati li jikkontribwixxu għall-Operazzjoni sabiex il-KK jieħu deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni ta’ kuljum tal-Operazzjoni,

għandha tkun neċessarja l-unanimità tal-membri tal-KK sabiex il-KK jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar aġġustamenti possibbli għall-ippjanar operattiv, inklużi aġġustamenti possibbli għall-objettivi.

L-astensjoni ta’ membru m’għandhiex tipprekludi l-unanimità.

2.   Il-President għandu jistabbilixxi li l-maġġoranza tar-rappreżentanti tal-Istati intitolati li jieħdu sehem fil-deliberazzjonijiet tkun preżenti.

3.   Il-kwistjonijiet proċedurali kollha għandhom jiġu riżolti b’maġġoranza sempliċi tal-membri preżenti fil-laqgħa.

4.   Id-Danimarka m’għandha tieħu sehem f’ebda deċiżjoni tal-KK.

Artikolu 6

Kunfidenzjalità

1.   Ir-Regolamenti tal-Kunsill dwar is-Sigurtà għandhom japplikaw għal-laqgħat u l-proċedimenti tal-KK. B’mod partikolari, ir-rappreżentanti fil-KK għandhom ikunu fil-pussess ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ sigurtà adegwati.

2.   Id-deliberazzjonijiet tal-KK għandhom ikunu koperti mill-obbligu ta’ segretezza professjonali, ħlief meta l-KK b’mod unanimu jiddeċiedi mod ieħor.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 21 ta’ April 2009

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

I. ŠRÁMEK


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.