ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2009.101.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
Werrej |
|
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
|
||
|
|
||
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 322/2009 tal-20 ta’ April 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet permanenti u provviżjorji ta’ ċerti addittivi fl-għalf ( 1 ) |
|
|
* |
||
|
* |
|
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
|
2009/333/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/334/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2009 li twaqqaf grupp ta’ esperti dwar is-sigurtà tas-sistemi GNSS Ewropej ( 1 ) |
|
|
|
2009/335/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/336/KE |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
21.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL Nru 319/2009
tas-16 ta’ April 2009
li jiċċara l-ambitu tad-dazji anti-dumping definittivi imposti mir-Regolament (KE) Nru 85/2006 fuq importazzjonijiet ta’ salamun tat-trobbija li joriġina fin-Norveġja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazz-jonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri anti-dumping
(1) |
Wara l-bidu tal-proċediment anti-dumping f’Ottubru 2004 (2), il-Kummissjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 628/2005 (3) imponiet dazji anti-dumping provviżorji fuq importazzjonijiet ta’ salamun tat-trobbija li joriġina fin-Norveġja fil-forma ta’ dazju ad valorem. |
(2) |
Fl-1 ta’ Lulju 2005, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1010/2005 (4), il-Kummissjoni biddlet il-forma tad-dazji proviżorji għal prezz minimu ta’ importazzjoni (“PMI”). |
(3) |
Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006 (5) il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ salamun tat-trobbija li joriġina fin-Norveġja (l-“investigazzjoni oriġinali” u “Regolament definittiv”) Id-dazju definittiv kien impost f’forma ta’ PMI. |
(4) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 685/2008 (6), wara reviżjoni interim limitata fl-ambitu tal-aspetti ta’ dumping bl-għan li jivvaluta l-ħtieġa għat-tkomplija, it-tneħħija jew l-emendar tal-miżuri eżistenti, il-Kunsill ħassar il-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament definittiv. |
2. Bidu ta’ investigazzjoni ta’ reviżjoni
(5) |
Inbdiet reviżjoni interim parzjali fuq inizjattiva tal-Kummissjoni stess wara li l-Qorti Amministrattiva ta’ Tallinn għamlet talba lill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea għal deċiżjoni preliminari dwar il-kwistjoni jekk ix-xewk tad-dahar tas-salamun (ix-xewk bil-laħam miegħu) meta ffriżat (“xewka tad-dahar tas-salamun”) jaqax taħt waħda mill-kodiċi Taric imsemmijin fl-Artikolu 1 tar-Regolament definittiv. L-Artikolu 1 tar-Regolament definittiv jimponi miżuri f’livelli differenti skont il-preżentazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Waħda minn dawn il-preżentazzjonijiet hija “Ieħor (inkluż dak imnaddaf minn ġewwa, bir-ras maqtugħa), frisk, imkessaħ jew iffriżat”. |
(6) |
Għalhekk, kien ikkunsidrat xieraq li jiġi eżaminat jekk ix-xewk tad-dahar ffriżat tas-salamun jaqax fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, u b’mod partikolari fi ħdan il-preżentazzjoni “Ieħor (inkluż dak imnaddaf minn ġewwa, bir-ras maqtugħa), frisk, imkessaħ jew iffriżat”, bil-konklużjoni dwarha possibbilment b’effett retroattiv sa mid-data tal-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping rilevanti. |
(7) |
Il-Kummissjoni, wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, ħabbret permezz ta’ avviż (“l-avviż ta’ inizjazzjoni”) ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7) il-bidu ta’ reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għas-salamun tat-trobbija li joriġina fin-Norveġja skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, li l-ambitu tagħha huwa limitat għall-eżami tal-ambitu tal-prodott. |
B. L-INVESTIGAZZJONI PREŻENTI
(8) |
Il-Kummissjoni informat uffiċjalment bil-bidu tal-investigazzjoni lill-awtoritajiet tan-Norveġja, l-assoċjazzjoni ta’ produtturi Norveġiżi, l-importaturi magħrufa fil-Komunità, utenti magħrufa fil-Komunità, l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi fil-Komunità u produtturi oħra magħrufa fil-Komunità. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-avviż ta’ tnedija. |
(9) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet li taf li huma konċernati u lill-kumpaniji l-oħra kollha li mmanifestaw ruħhom fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż tal-bidu. |
(10) |
Fid-dawl tal-ambitu tar-reviżjoni parzjali, ma ġie stabbilit l-ebda perjodu ta’ investigazzjoni għall-iskop ta’ din ir-reviżjoni parzjali. It-tagħrif li wasal fir-risposti tal-kwestjonarji kopra l-perjodu mill-2005 sal-2007 (il-perjodu meqjus). Għall-perjodu meqjus, ġie mitlub tagħrif dwar xiri tal-volumi, volumi tal-bejgħ u valur. Barra minn hekk, il-partijiet ikkonċernati ntalbu jikkummentaw dwar xi differenzi jew similaritajiet li hemm bejn ix-xewk tad-dahar tas-salamun u s-salamun tat-trobbija fir-rigward tal-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u/jew karatteristiċi bijoloġiċi, l-użu finali, l-interkambjabbiltà u l-kompetizzjoni ma’ xulxin. |
(11) |
Żewġ importaturi fil-Komunità u l-assoċjazzjoni tal-produtturi Norveġiżi kkooperaw fl-investigazzjoni preżenti, u ssottomettew l-informazzjoni bażika mitluba. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat kull informazzjoni meqjusa neċessarja għall-għan tal-kjarifika tal-ambitu tal-miżuri anti-dumping eżistenti u wettqet investigazzjonijiet fil-bini tal-importaturi li ġejjin:
Saret żjara wkoll lill-proċessur tax-xewk tad-dahar tas-salamun li ġej:
|
(12) |
Il-partijiet interessati kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom intlaħqu l-konklużjonijiet preżenti. Skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ingħataw perjodu li matulu jistgħu jressqu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar. Il-kummenti orali u miktuba sottomessi min-naħa tal-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u, fejn dan kien f’loku, il-konklużjonjiet ġew modifikati kif meħtieġ. |
C. PRODOTT IKKONĊERNAT
(13) |
Il-prodott eżaminat hu l-istess bħal dak tal-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri salamun tat-trobbija (aktar milli dak li jgħix fl-ambjent naturali), kemm bix-xewk jew mingħajru, frisk, imkessaħ jew iffriżat li joriġina fin-Norveġja (il-prodott ikkonċernat). Id-definizzjoni tinkludi prodotti oħra ta’ ħut tat-trobbija bħat-trota (salamun) kbira, il-bijomassa (salamun ħaj) kif ukoll is-salamun li jgħix fi stat naturali u tipi oħra pproċessati bħas-salamun affumikat. |
(14) |
Il-prodott attwalment hu kklassifikat fil-kodiċijiet tan-NM ex 0302 12 00, ex 0303 11 00, ex 0303 19 00, ex 0303 22 00, ex 0304 19 13 u ex 0304 29 13 li jikkorrispondu mal-preżentazzjonijiet differenti tal-prodott (ħut frisk jew imkessaħ, fletti friski jew imkessħa, ħut iffriżat u fletti ffriżati). |
D. RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI
1. Metodoloġija
(15) |
Sabiex jiġi evalwat jekk ix-xewk tad-dahar tas-salamun għandux jaqa’ fl-ambitu tal-prodott tal-Artikolu 1 tar-Regolament definittiv, ġie eżaminat jekk ix-xewk tad-dahar tas-salamun u salamun tat-trobbija jaqsmux l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u/jew bijoloġiċi u jekk għandhomx l-istess użu finali. F’dan ir-rigward, l-interkambjabbiltà u l-kompetizzjoni bejn ix-xewk tad-dahar tas-salamun u salamun tat-trobbija ieħor fil-Komunità ġew evalwati wkoll. |
2. Karatteristiċi fiżiċi bażiċi
(16) |
Ix-xewka tad-dahar tas-salamun, li normalment tiżen madwar 10 % ta’ ħuta sħiħa, hija prodott sekondarju li jirriżulta mill-proċess tal-iffilettjar tas-salamun. Wara l-operazzjonijiet tat-tindif minn ġewwa u l-qtugħ tar-ras, il-fletti huma miksuba mit-tqattigħ tas-salamun fi tliet biċċiet separati: żewġ fletti u x-xewka tad-dahar li magħha jkun hemm imwaħħal xi ftit tal-laħam. Livell ogħla ta’ qtugħ jista’ jinkiseb bit-twettiq ta’ ħidma oħra bħat-tneħħija tax-xewk ta’ wara, ix-xewka tal-għonq, ix-xewka “pin”, il-“belly flaps” u l-ġilda. |
(17) |
L-Artikolu 1 tar-Regolament definittiv jirriferi għal diversi tipi ta’ preżentazzjoni ta’ salamun tat-trobbija, inklużi ħut sħiħ, ħut sħiħ imnaddaf bir-ras u fletti f’preżentazzjonijiet differenti (piż, bil-ġilda jew mingħajrha). |
(18) |
M’hemm l-ebda dubju li x-xewk tad-dahar tas-salamun ma jaqax fit-tipi ta’ preżentazzjoni li jirriferu għall-ħut sħiħ, imnaddaf bir-ras, imnaddaf bir-ras maqtugħa, jew xi wieħed mit-tipi ta’ preżentazzjoni li jirriferu għal fletti elenkati fl-Artikolu 1 tar-Regolament definittiv. Tabilħaqq, safejn dawn it-tipi ta’ preżentazzjoni huma kkonċernati, ix-xewk tad-dahar tas-salamun huwa distint b’mod ċar u b’mod faċli minħabba li għandu, kif spjegat hawn taħt, karatteristiċi fiżiċi ċari differenti. |
(19) |
Id-domanda tqum jekk ix-xewk tad-dahar tas-salamun jaqax fil-kategorija “Oħrajn” fl-Artikolu 1 tar-Regolament definittiv, li tinkludi salamun imnaddaf bir-ras maqtugħa (frisk, imkessaħ jew iffriżat) iżda mhux esklussivament riservata għal dan it-tip ta’ preżentazzjoni. |
(20) |
F’dan il-rigward, kien ikkunsidrat li r-Regolament iddistingwa biss bejn żewġ tipi ta’ prodotti; jiġifieri salamun iffillettjat jew mhux iffillettjat, u li tal-aħħar tirriferi għas-salamun sħiħ. Dan jirriżulta mill-investigazzjoni oriġinali fejn l-informazzjoni miġbura kienet tikkonċerna biss il-ħut sħiħ u l-fletti, iżda mhux partijiet oħra tal-ħut. Konsegwentement, il-P.M.I. applikabbli ġew ikkalkulati fuq il-bażi ta’ dik l-informazzjoni biss. Għalhekk, jidher li għalkemm ix-xewk tad-dahar tas-salamun ma kienx espliċitament eskluż, l-investigazzjoni f’dak iż-żmien ma kellhiex fil-mira tagħha x-xewk tad-dahar. |
(21) |
Kif imsemmi fuq, xi ftit laħam ikun għadu mwaħħal max-xewka tad-dahar u parti minn dan il-laħam huwa wkoll destinat għall-konsum uman. Madankollu, ix-xewk tad-dahar, kif issuġġerit mill-isem, huwa prinċipalment ikkaratterizzat mill-għadam waqt li s-salamun tat-trobbija, sew jekk iffillettjat kif ukoll jekk mhux, huwa kkaratterizzat prinċipalment mill-laħam Tabilħaqq, ix-xewka tad-dahar tas-salamun tirrappreżenta madwar l-10 % tal-piż sħiħ tas- salamun, u l-laħam fuq ix-xewka tad-dahar jirrappreżenta bejn il-25 % u l-40 % tal-piż tax-xewka tad-dahar. B’hekk il-laħam imwaħħal max-xewka tad-dahar jirrappreżenta biss it-2,5 % sal-4 % tal-piż sħiħ tal-ħuta filwaqt li laħam tas-salamun tal-ħuta kollha igħodd għal aktar minn 65 % tal-piż sħiħ tal-ħuta. |
(22) |
Għalhekk, ġie konkluż li x-xewk tad-dahar tas-salamun u salamun tat-trobbija kif definit mir-Regolament definittiv ma jaqsmux l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi. |
3. L-użu finali bażiku u l-interkambjabbiltà
(23) |
L-investigazzjoni wriet ukoll li s-salamun tat-trobbija kif definit fir-Regolament definittiv għandu diversi użi ta’ kwalità għolja. Tabilħaqq dan il-prodott jitqiegħed fis-suq fi preżentazzjoni imnaddfa bir-ras/bir-ras maqtugħa, bħala flett, stejk jew ikun iffillettjat qabel ma jkun affumikat jew immarinat. Prodotti bħal dawn huma normalment mibjugħa fis-supermarkits jew ipproċessati iktar u offruti fir-restoranti jew ħwienet speċjalizzati. Minħabba l-livell tal-prezz, huma jiġu mxandra bħala prodotti ta’ kwalità għolja u jistgħu jitqiesu bħala prodotti ta’ lussu sekondarju. |
(24) |
Ħafna drabi x-xewk tad-dahar tas-salamun hu meqjus bħala skart u mneħħi matul il-proċess tal-iffillettjar. Meta x-xewk tad-dahar tas-salamun ma jiġix mormi fil-post fejn isir l-iffillettjar, fil-parti l-kbira tiegħu jiġi mibjugħ bħala prodott ta’ kwalità baxxa u użat prinċipalment fl-għalf tal-annimali kif ukoll bħala ingredjenti fis-sopop, “patties” tal-ħamburger u “pâtés”. F’ċerti każi limitati biss ix-xewk tad-dahar tas-salamun jiġi wkoll affumikat u mibjugħ bħala tali (jiġifieri mingħajr it-tneħħija tal-laħam minn qabel) għall-konsum uman. Madankollu il-laħam affumikat fuq ix-xewka tad-dahar ikun aktar limitat fil-piż. |
(25) |
L-informazzjoni miġbura turi li x-xewk tad-dahar tas-salamun jiġi mogħti l-prezz fuq livell ħafna aktar baxx minn salamun tat-trobbija. Filwaqt li s-salamun tat-trobbija qatt ma kien importat b’inqas minn 2,88 Eur/kg matul il-perjodu ta’ Jannar 2006 sa Lulju 2008, ix-xewk tad-dahar tas-salamun kien importat f’medja ta’ 0,50 EUR/kg fl-istess perjodu. Għandu jiġi osservat ukoll li waqt li l-prezz tas-salamun tat-trobbija varja b’mod sinifikanti fil-perjodu msemmi hawn fuq, l-evoluzzjoni tal-prezz għax-xewk tad-dahar tas-salamun kienet waħda fissa. |
(26) |
Minħabba dan, ġie konkluż li ż-żewġ prodotti m’għandhomx l-istess użu finali bażiku u huma mmirati lejn swieq differenti. Filwaqt li s-salamun tat-trobbija huwa prodott ta’ kwalità għolja, ix-xewk tad-dahar tas-salamun huwa prodott derivat mis-salamun iddestinat għal suq ta’ kwalità baxxa u użat prinċipalment bħala ingredjent fl-għalf tal-annimali jew fl-industrija tal-ipproċessar tal-ikel. |
(27) |
Minn dan kollu jirriżulta li s-salamun tat-trobbija u x-xewk tad-dahar tas-salamun m’għandhomx l-istess użu finali bażiku u m’humiex interkambjabbli. |
E. KONKLUŻJONIJIET DWAR L-AMBITU TAL-PRODOTT
(28) |
Il-konklużjonijiet ta’ hawn fuq juru li x-xewk tad-dahar tas-salamun u s-salamun tat-trobbija kif definiti fir-Regolament definittiv ma jaqsmux l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi u m’għandhomx l-istess użu finali bażiku. Dawn m’humiex interkambjabbli u ma jikkompetux kontra xulxin fis-suq Komunitarju. Abbażi ta’ dan, huwa konkluż li x-xewk tad-dahar tas-salamun u s-salamun tat-trobbija kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament definittiv huma żewġ prodotti differenti. Peress li x-xewk tad-dahar tas-salamun ma jaqax fl-ambitu tal-investigazzjoni oriġinali d-dazju anti-dumping ma kellux jiġi applikat għall-importazzjonijiet tax-xewk tad-dahar tas-salamun. |
(29) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-ambitu tal-miżuri eżistenti għandu jiġi ċċarat permezz ta’ emenda lir-Regolament definittiv. |
F. APPLIKAZZJONI RETROATTIVA
(30) |
Billi din l-investigazzjoni tar-reviżjoni hija limitata għall-kjarifika tal-ambitu tal-prodott, u billi x-xewk tad-dahar tas-salamun ma kienx kopert mill-investigazzjoni oriġinali u mill-miżura anti-dumping konsegwenti, huwa meqjus xieraq li l-konklużjonijiet jibdew japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament definittiv, inkluż kull importazzjoni suġġetta għal dazji proviżorji. |
(31) |
Konsegwentement, id-dazji proviżorji miġbura definittivament u d-dazji anti-dumping definittivi imħallsa skont ir-Regolament (KE) Nru 85/2006 fuq importazzjonijiet ta’ xewk tad-dahar tas-salamun fil-Komunità għandhom jiġu rimborsati jew remissi. Il-ħlas lura jew ir-remissjoni għandhom jintalbu mill-awtoritajiet nazzjonali tad-dwana skont il-leġiżlazzjoni doganali nazzjonali applikabbli, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 85/2006 huwa b’dan sostitwit b’li ġej:
“1. dan huwa impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ salamun tat-trobbija (li mhux selvaġġ), disponibbli jew le bħala flett, frisk, imkessaħ jew iffriżat, li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 0302 12 00, ex 0303 11 00, ex 0303 19 00, ex 0303 22 00, ex 0304 10 13 u ex 0304 20 13 (minn hawn ’il quddiem salamun tat-trobbija) li joriġina min-Norveġja. Ix-xewk tad-dahar tas-salamun, kompost minn xewka tad-dahar parzjalment mgħottija bil-laħam, peress li hu prodott sekondarju tal-industrija tas-sajd li jista’ jittiekel, u li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 12 00, ex 0303 11 00, ex 0303 19 00, ex 0303 22 00, m’għandux ikun kopert mid-dazju anti-dumping definittiv bil-kundizzjoni li l-laħam mehmuż max-xewka tad-dahar jirrappreżenta mhux aktar minn 40 % tal-piż tax-xewka tad-dahar tas-salamun.”
Artikolu 2
Għal oġġetti mhux koperti bl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 85/2006 kif emendat minn dan ir-Regolament, id-dazji anti-dumping definittivi imħallsa jew imdaħħla fil-kontijiet skont l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 85/2006 fil-verżjoni inizjali tiegħu u d-dazji anti-dumping proviżorji miġbura b’mod definittiv skont l-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament għandhom jitħallsu lura jew jitnaqqsu.
Il-ħlas lura u r-remissjoni għandhom jintalbu mill-awtoritajiet nazzjonali tad-dwana skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli. F’każijiet debitament ġustifikati, il-limitu ta’ żmien ta’ tliet snin previst fl-Artikolu 236(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (8) għandu jiġi estiż għal perjodu ta’ sentejn.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu japplika retroattivament mill-21 ta’ Jannar 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament għall-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ April 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
K. SCHWARZENBERG
(2) ĠU C 261, 23.10.2004, p. 8.
(3) ĠU L 104, 23.4.2005, p. 5.
(6) ĠU L 192, 19.7.2008, p. 5.
(7) ĠU C 181, 18.7.2008, p. 25.
(8) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
21.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 320/2009
tal-20 ta’ April 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ April 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
JO |
93,2 |
MA |
79,3 |
|
TN |
139,0 |
|
TR |
145,4 |
|
ZZ |
114,2 |
|
0707 00 05 |
JO |
155,5 |
MA |
55,7 |
|
TR |
142,7 |
|
ZZ |
118,0 |
|
0709 90 70 |
JO |
220,7 |
MA |
28,1 |
|
TR |
126,1 |
|
ZZ |
125,0 |
|
0805 10 20 |
EG |
42,7 |
IL |
60,4 |
|
MA |
49,5 |
|
TN |
53,9 |
|
TR |
71,2 |
|
US |
49,7 |
|
ZZ |
54,6 |
|
0805 50 10 |
TR |
61,3 |
ZA |
76,0 |
|
ZZ |
68,7 |
|
0808 10 80 |
AR |
85,6 |
BR |
75,3 |
|
CA |
124,7 |
|
CL |
78,3 |
|
CN |
65,4 |
|
MK |
22,6 |
|
NZ |
109,8 |
|
US |
140,5 |
|
UY |
70,7 |
|
ZA |
75,4 |
|
ZZ |
84,8 |
|
0808 20 50 |
AR |
76,3 |
CL |
100,6 |
|
CN |
34,7 |
|
ZA |
92,5 |
|
ZZ |
76,0 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
21.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 321/2009
tal-20 ta’ April 2009
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2009 (4). |
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ April 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(3) ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-21 ta’ April 2009
(EUR) |
||
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
1701 11 10 (1) |
25,96 |
3,50 |
1701 11 90 (1) |
25,96 |
8,55 |
1701 12 10 (1) |
25,96 |
3,36 |
1701 12 90 (1) |
25,96 |
8,12 |
1701 91 00 (2) |
31,29 |
9,59 |
1701 99 10 (2) |
31,29 |
5,07 |
1701 99 90 (2) |
31,29 |
5,07 |
1702 90 95 (3) |
0,31 |
0,34 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
21.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 322/2009
tal-20 ta’ April 2009
li jikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet permanenti u provviżjorji ta’ ċerti addittivi fl-għalf
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda adittivi f’għalf għall-bhejjem (1), u partikolarment l-Artikoli 3 u 9d(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali. |
(2) |
L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri tranżitorji għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf imressqa skont id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-addittivi stabbiliti fl-Annessi ma’ dan ir-Regolament tressqu qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
Il-kummenti inizjali dwar dawk l-applikazzjonijiet, kif stipulat fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, ingħaddew lill-Kummissjoni qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dawk l-applikazzjonijiet għalhekk għandhom jibqgħu jitqiesu skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE. |
(5) |
L-użu tal-preparazzjoni ta’ enzimi ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodotta minn Bacillus subtilis (LMG S-15136) kien awtorizzat provviżorjament għat-tiġieġ li jbidu mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2005 (3). Dan kien awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien għat-tiġieġ tas-simna mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1259/2004 (4), għall-ħnienes (miftuma) mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1206/2005 (5), għall-ħnieżer għat-tismin u għad-dundjani tas-simna mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 516/2007 (6) u għal għaxar snin għall-papri mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 242/2007 (7). Tressqet dejta ġdida li tappoġġja applikazzjoni għal awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enzimi għat-tiġieġ tal-bajd. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enzimi, kif speċifikata fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien. |
(6) |
L-użu tal-preparazzjoni ta’ enzimi ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodotta minn Trichoderma longibrachiatum (IMI SD 135) kienet awtorizzata provviżorjament, għat-tiġieġ tal-bajd, għall-ħnieżer għat-tismin u ħnienes miftuma mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/1998 (8). Dan ġie awtorizzat mingħajr limitu taż-żmien għat-tiġieġ tas-simna mir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2148/2004 (9), għad-dundjani tas-simna mir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 828/2007 (10). Tressqet dejta ġdida li tappoġġja applikazzjoni għal awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enzimi għat-tiġieġ tal-bajd u għall-ħnienes miftuma. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet mniżżla fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enzimi, kif speċifikat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien. |
(7) |
L-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodotta minn Penicillium funiculosum (IMI SD 101) kienet awtorizzata provviżorjament għall-ħnienes (miftuma) u għall-papri tas-simna mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004. L-użu ta’ din il-preparazzjoni kienet awtorizzata għat-tiġieġ tas-simna mingħajr limitu taż-żmien mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1259/2004, għat-tiġieġ tal-bajd u għad-dundjani tas-simna mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 943/2005 (11) u għall-ħnieżer għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1206/2005. Tressqet dejta ġdida li tappoġġja applikazzjoni għal awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enzimi għall-papri tas-simna u għall-ħnienes miftuma. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enzimi, kif speċifikat fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enzimi”, kif speċifikat fl-Anness I, hija awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enzimi”, kif speċifikat fl-Anness II, hija awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 3
Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enzimi”, kif speċifikat fl-Anness III, hija awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.
(2) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(5) ĠU L 197, 28.7.2005, p. 12.
(6) ĠU L 122, 11.5.2007, p. 22.
(8) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 15.
(9) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 24.
(10) ĠU L 184, 14.7.2007, p. 12.
(11) ĠU L 159, 22.6.2005, p. 6.
ANNESS I
Nru KE |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ |
||||||||||||||
Enzimi |
||||||||||||||
“E 1606 |
Endo-1,4-beta-xylanase KE 3.2.1.8 |
Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodotta mill-Bacillus subtilis (LMG S-15136) li għandha attivitajiet minimi ta’: għamla solida u likwida: 100 IU 0 (1)/g or ml |
Tiġieġ tal-bajd |
— |
10 IU |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
(1) 1 IU huwa l-ammont ta’ enzimi li jillibera 1 mikromole ta’ zokkor riduttur (ekwivalenti ta’ ksilożju) minn xylan tal-injam tal-betula fil-minuta f’pH ta’ 4.5 u 30 °C.”
ANNESS II
Nru KE |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ |
||||||||||||||||||
Enzimi |
||||||||||||||||||
“E 1617 |
Endo-1,4-beta-xylanase KE 3.2.1.8 |
Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodotta minn Trichoderma longibrachiatum (IMI SD 135) li għandha attività minima ta’:
|
Tiġieġ tal-bajd |
— |
1 050 EPU |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||||||||
Ħnienes (miftuma) |
— |
1 500 EPU |
— |
|
|
(1) 1 EPU huwa l-ammont ta’ enzimi li jillibera 0.0083 mikromole ta’ zokkor riduttiv (ekwivalenti ta’ ksilożju) minn xylan tal-ħafur fil-minuta f’pH ta’ 4.7 u 30 °C.”
ANNESS III
Nru KE |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ |
||||||||||||||||||||||
Enzimi |
||||||||||||||||||||||
“E 1604 |
Endo-1,3(4)-beta-glucanase: EC 3.2.1.6 Endo-1,4-beta-xylanase: EC 3.2.1.8 |
Preparazzjoni ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodott minn Penicillium funiculosum (IMI SD101) li għandha attività minima ta:
|
Papri tas-simna |
— |
Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 100 U Endo-1,4-beta-xylanase: 70 U |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||||||||||||
Ħnienes (miftuma) |
— |
Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 100 U Endo-1,4-beta-xylanase: 70 U |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
(1) 1 U huwa l-ammont ta’ enzimi li jillibera 5,55 mikromole ta’ zokkor riduttur (ekwivalent ta’ maltożju) minn betaglucan tax-xgħir fil-minuta f’pH ta’ 5,0 u 50 °C.
(2) 1 U huwa l-ammont ta’ enzimi li jillibera 4,00 mikromole ta’ zokkor riduttur (ekwivalent ta’ maltożju) minn xylan tal-injam tal-betula fil-minuta f’pH ta’ 5,5 u 50 °C.”
21.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 323/2009
tal-20 ta’ April 2009
li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Wielkopolski ser smażony (IĠP), Budapesti téliszalámi (IĠP))
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali], u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa mill-Polonja għall-introduzzjoni tad-denominazzjoni “Wielkopolski ser smażony” u t-talba tal-Ungerija għall-introduzzjoni tad-denominazzjoni “Budapesti téliszalámi” ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b’dan irreġistrati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU C 202, 8.8.2008, p. 23 (Wielkopolski ser smażony), ĠU C 206, 13.8.2008, p. 16 (Budapesti téliszalámi).
ANNESS
Prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:
Klassi 1.2. Prodotti abbażi tal-laħam (imsajjar, immellaħ, iffumigat, eċċ.)
L-UNGERIJA
Budapesti téliszalámi (IĠP)
Klassi 1.3. Ġobnijiet
IL-POLONJA
Wielkopolski ser smażony (IĠP)
21.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 324/2009
tal-20 ta’ April 2009
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Jamón de Teruel (DPO)]
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali], u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ Spanja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Jamón de Teruel”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2). |
(2) |
Minħabba li l-emenda konċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni, kif jesiġi l-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi, ippubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emenda għandha tkun approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppublikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament, b’dan hija approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.
(3) ĠU C 234, 12.9.2008, p. 16.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE
Klassi 1.2. Prodotti abbażi tal-laħam (imsajjar, immellaħ, iffumigat, eċċ.)
SPANJA
Jamón de Teruel (PDO)
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Il-Kummissjoni
21.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-20 ta’ April 2009
dwar il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għas-sena 2009 għall-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji, is-sistema ta’ notifika ta’ mard tal-annimali, miżuri ta’ komunikazzjoni u studji u evalwazzjonijiet u dwar għotja diretta għall-OIE bbażata fuq l-Artikolu 168(1)(c) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002
(2009/333/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u partikolarment l-Artikoli 17, 20, 37(2) u 37a(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tfassal il-proċeduri li jirregolaw il-kontribut finanzjarju Komunitarju lejn miżuri veterinarji speċifiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-politika ta’ tagħrif għal saħħet l-annimali, il-benessri tal-annimali u s-sikurezza fl-ikel, miżuri tekniċi u xjentifiċi u kontroll. |
(2) |
Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, il-Komunità għandha tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għat-twaqqif ta’ politika ta’ informazzjoni fil-qasam tas-saħħa u l-benessri tal-annimali u s-sikurezza fl-ikel fi prodotti li joriġinaw mill-annimali inkluż li jsiru studji neċessarji għat-tħejjija u l-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni fil-qasam tal-benessri tal-annimali. |
(3) |
Huwa għalhekk xieraq li l-Komunità tiffinanzja għas-sena 2009, studji, valutazzjonijiet u evalwazzjonijiet tal-impatt, u politika ta’ informazzjoni li jkopru l-oqsma tas-sikurezza tal-ikel, is-saħħa u l-benessri tal-annimali u ż-żooteknika. L-ammont massimu li għandu jiġi allokat għal dawn l-azzjonijiet għandu jkun speċifikat. |
(4) |
Għandu jitwettaq studju ta’ fattibilità dwar il-reviżjoni ġenerali tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-benessri tal-annimali tal-irziezet u l-integrazzjoni ta’ indikaturi tal-benessri tal-annimali tal-irziezet fil-leġiżlazzjoni. Barra minn hekk, għandu jsir studju tal-evalwazzjoni tal-impatt dwar il-benessri tal-annimali matul it-trasport u l-qtil ta’ ħut tal-akkwakultura. Dawn l-istudji se jsostnu l-azzjonijiet identifikati fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kommunità dwar il-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2006-2010. |
(5) |
Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Komunità dwar il-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2006-2010 (2) b’mod partikolari jipprevedi evalwazzjoni tal-progress kif ukoll programmar ta’ segwitu wara l-2010. Hemm għalhekk il-ħtieġa ta’ evalwazzjoni globali tal-politika Komunitarja dwar il-benessri tal-annimali qabel l-2010. |
(6) |
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija ġdida li tikkonċerna s-Saħħa tal-Annimali għall-Unjoni Ewropea (2007-2013) fejn “il-prevenzjoni aħjar mill-kura” (3) tipprevedi l-iżvilupp tal-Liġi Ġenerali tal-UE dwar is-Saħħa tal-Annimali u qafas armonizzat tal-UE tal-kriterji għal responsabilità u skemi ta’ kondiviżjoni tal-ispejjeż. Għalhekk, għandu jitwettaq studju biex isostni l-evalwazzjoni tal-impatt tal-Liġi Ġenerali dwar is-Saħħa tal-Annimali u studju ta’ fattibilità għar-reviżjoni tad-Deċiżjoni 90/424/KEE. |
(7) |
L-istudji kollha minbarra l-istudju ta’ fattibilità għar-reviżjoni tad-Deċiżjoni 90/424/KEE huma suġġetti għal kuntratti speċifiċi taħt il-Kuntratt ta’ Qafas dwar l-Evalwazzjoni, l-Istima tal-Impatt u servizzi relatati Lott 3 (Katina tal-Ikel) tad-DG SANCO (li għalihom tnediet sejħa għall-offerti fl-2004. Dawn il-kuntratti speċifiċi għandhom jiġu ffirmati bejn il-Kummissjoni u l-kuntrattur magħżul kif definit fil-kuntratt ta’ qafas. Għandha tiġi mnedija fl-2009 sejħa għall-offerti sabiex jitwettaq l-istudju ta’ fattibilità għar-reviżjoni tad-Deċiżjoni 90/424/KEE. |
(8) |
L-Artikolu 37a(1)(b) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE jistipula li jista’ jingħata kontribut finanzjarju Komunitarju għall-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji relatati mal-akkomodazzjoni, il-ġestjoni u l-manutenzjoni ta’ sistemi veterinarji kompjuterizzati integrati, inklużi konnessjonijiet ma’ databases nazzjonali, fejn xieraq. Għalhekk għandu jingħata kontribut finanzjarju Komunitarju għall-akkomodazzjoni, ġestjoni u manutenzjoni tas-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata TRACES (Trade Control and Expert System), introdotta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/24/KE tat-30 ta’ Diċembru 2002 dwar l-iżvilupp ta’ sistema veterinarja integrata u kompjuterizzata (4), biex ikun żgurat li s-sistema hija disponibbli, sikura u aġġornata. |
(9) |
L-Artikolu 37(1) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE jistipula li l-introduzzjoni ta’ sistemi sabiex jiġu identifikati annimali u jiġi nnotifikat mard skont il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna kontrolli veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali ħajjin, bil-ħsieb li jitlesta s-suq intern, tista’ tirċevi għajnuna finanzjarja mill-Komunità. Għalhekk għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja biex tiġi aġġornata s-sistema ta’ notifika tal-mard tal-annimali (ADNS), ibbażat fuq id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/176/KE tal-1 ta’ Marzu 2005 li tistabbilixxi l-għamla kkodifikata u l-kodiċijiet għan-notifika tal-mard tal-annimali skont id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE (5), bit-titjib tekniku neċessarju. |
(10) |
Il-Komunikazzjoni dwar Strateġija ġdida li tikkonċerna s-Saħħa tal-Annimali għall-UE (2007-2013) tirrikonoxxi l-importanza tad-djalogu bejn iċ-ċittadini, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet tal-KE (b’mod partikolari l-Kummissjoni). Hija għalhekk meħtieġa strateġija ta’ komunikazzjoni effettiva biex tippromwovi kwistjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali u l-prinċipji tal-Istrateġija dwar is-Saħħa tal-Annimali lill-partijiet interessati, organizzazzjonijiet u s-soċjetà kollha kemm hi. |
(11) |
Skont l-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, il-Komunità għandha twettaq, jew tgħin lill-Istati Membri jew lill-organizzazzjonijiet internazzjonali biex iwettqu, il-miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni veterinarja tal-Komunità u għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni jew taħriġ veterinarju. |
(12) |
L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) hija l-organizzazzjoni intergovernattiva responsabbli għat-titjib tas-saħħa tal-annimali madwar id-dinja. Hija rikonoxxuta bħala organizzazzjoni ta’ referenza mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) għall-iffissar ta’ standards għall-kummerċ internazzjonali tal-annimali u l-prodotti tagħhom. |
(13) |
L-OIE qed tippjana Konferenza Internazzjonali dwar il-Marda tal-Ilsien u d-Dwiefer. Din il-konferenza se ssostni l-azzjonijiet identifikati fil-Komunikazzjoni dwar Strateġija ġdida li tikkonċerna s-Saħħa tal-Annimali għall-UE għall-UE (2007-2013). Għalhekk huwa xieraq li l-Komunità tikkontribwixxi għal din l-inizjattiva sabiex tinkiseb protezzjoni aħjar minn din il-marda. Għalhekk, il-Komunità għandha ssostni din l-inizjattiva tal-OIE. |
(14) |
L-OIE għandha monopolju de facto fis-settur tagħha, kif imsemmi fl-Artikolu 168(1)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6); għaldaqstant is-sejħa għall-proposti mhix meħtieġa sabiex il-Komunità tikkontribwixxi għall-organizzazzjoni u l-akkomodazzjoni ta’ Konferenza Internazzjonali dwar il-Marda tal-Ilsien u d-Dwiefer. |
(15) |
Id-deċiżjoni preżenti tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament individwali skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7) u l-Artikolu 90 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002. |
(16) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għat-twettiq ta’ studju dwar il-fattibilità ta’ reviżjoni ġenerali tal-leġiżlazzjoni Komunitarja tal-benessri tal-annnimali tal-irziezet u l-integrazzjoni ta’ indikaturi tal-benessri ta’ annimali tal-irziezet fil-leġiżlazzjoni sa massimu ta’ EUR 250 000 hija hawnhekk approvata.
Artikolu 2
Kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għat-twettiq ta’ studju tal-evalwazzjoni tal-impatt fuq il-benessri tal-annimali matul it-trasport u l-qtil ta’ ħut tal-akkwakultura sa massimu ta’ EUR 150 000 hija hawnhekk approvata.
Artikolu 3
Kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għat-twettiq ta’ studju dwar l-evalwazzjoni tal-politika Komunitarja dwar il-benessri tal-annimali sa massimu ta’ EUR 350 000 hija hawnhekk approvata.
Artikolu 4
Kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għat-twettiq ta’ studju biex isostni l-Evalwazzjoni tal-Impatt fuq il-Liġi Ġenerali dwar is-Saħħa tal-Annimali sa massimu ta’ EUR 150 000 hija hawnhekk approvata.
Artikolu 5
Kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għat-twettiq ta’ studju ta’ fattibilità għall-reviżjoni tad-Deċiżjoni 90/424/KEE sa massimu ta’ EUR 250 000 hija hawnhekk approvat.
Artikolu 6
Kontribuzzjoni finanzjarju Komunitarja għall-akkomodazzjoni, il-ġestjoni u l-manteniment tas-sistema TRACES, introdotta mid-Deċiżjoni 2003/24/KE, hija hawnhekk approvata għall-ammonti u l-objettivi li ġejjin:
(a) |
EUR 600 000 għall-akkomodazzjoni; |
(b) |
EUR 450 000 għall-akkwist tal-appoġġ loġistiku neċessarju fi ħdan il-qafas tal-għajnuna għall-utenti; |
(c) |
EUR 400 000 għax-xiri ta’ manutenzjoni ta’ sostenn neċessarja sabiex is-sistema tiġi konformi mal-iżviluppi legali u tekniċi; |
(d) |
EUR 380 000 għall-iżviluppi neċessarji tal-ipproċessar tad-dejta; |
(e) |
EUR 300 000 għall-iżvilupp tal-konnessjoni bejn id-databases nazzjonali ta’ identifikazzjoni tal-bovini; |
(f) |
EUR 120 000 għax-xiri tal-liċenzji tal-informatika. |
Artikolu 7
Kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja ta’ EUR 270 000 għall-aġġornament tas-sistema ta’ notifika tal-mard tal-annimali (ADNS) bbażata fuq id-Deċiżjoni 2005/176/KE hija hawnhekk approvata.
Artikolu 8
Il-provvediment ta’ informazzjoni mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet kompetenti u lill-pubbliku dwar il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-saħħa u benessri tal-annimali huwa hawnhekk approvat għall-ammonti u l-għanijiet li ġejjin:
— |
EUR 1 400 000 għal pubblikazzjonijiet u d-disseminazzjoni ta’ informazzjoni u l-istrateġija dwar is-saħħa tal-annimali, |
— |
EUR 150 000 għal pubblikazzjonijiet u d-disseminazzjoni ta’ informazzjoni u l-istrateġija dwar il-benessri tal-annimali. |
Artikolu 9
Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, għall-finanzjament ta’ Konferenza Internazzjonali dwar il-Marda tal-Ilsien u d-Dwiefer, organizzata mill-OIE fl-2009, ta’ EUR 200 000 li tikkostitwixxi kofinanzjament Komunitarju b’massimu ta’ 33 % tal-ispejjeż totali eliġibbli hija hawnhekk approvata.
Artikolu 10
Il-kontribuzzjoni finanzjarja stipulata fl-Artikoli 1 sa 9 għanda tkun iffinanzjata permezz tal-linja tal-baġit 17 04 02 01 tal-baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2009.
Kuntratturi għall-istudji previsti fl-Artikoli 1, 2, 3 u 4 għandhom jintagħżlu fuq il-bażi tal-Kuntratt ta’ qafas dwar l-Evalwazzjoni, Lott 3 (Katina tal-Ikel) ta’ DG SANCO.
Kuntratturi għall-istudju previst fl-Artikolu 5 ser ikunu magħżula fuq il-bażi ta’ sejħa għall-offerti għal kuntratt speċifiku tul l-aħħar trimestru tas-sena 2009.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikoli 6 u 7 għandha tkun mogħtija permezz tal-kuntratti qafas ta’ DIGIT li ġejjin: DI 5370, DI 5711, DI 5712, DI 5716, DI 5717, DI 5719, DI 5720, DI 6350.
Artikolu 11
Ftehim ta’ għotja għall-kontributi finanzjarji stipulati fl-Artikolu 9 se jingħata lill-OIE mingħajr sejħa għall-proposti billi l-OIE hija l-organizzazzjoni intergovernattiva għat-titjib tas-saħħa tal-annimali fid-dinja u għandha monopolju de facto.
Magħmula fi Brussell, 20 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.
(2) COM(2006) 13 finali.
(3) COM (2007) 539 finali.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.
(7) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
21.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-20 ta’ April 2009
li twaqqaf grupp ta’ esperti dwar is-sigurtà tas-sistemi GNSS Ewropej
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/334/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) (1), immodifika mill-qiegħ il-qafas tal-governanza u tal-finanzjament ta’ dawn iż-żewġ programmi. |
(2) |
L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tassigura l-ġestjoni tal-kwistjonijiet kollha relatati mas-sigurtà tas-sistemi, filwaqt li tqis il-bżonn ta’ monitoraġġ u tal-integrazzjoni tar-rekwiżiti tas-sigurtà fil-programmi ġenerali. Skont il-paragrafu 2 tal-istess Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rekwiżiti tekniċi ewlenin għall-kontroll tal-aċċess u l-immaniġġjar ta’ teknoloġiji li jipprovdu sigurtà għas-sistemi. Il-paragrafu 3 jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tassigura li jittieħdu l-passi meħtieġa għall-konformità mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 u li tintlaħaq kwalunkwe ħtieġa ulterjuri relatata mas-sigurtà tas-sistemi, filwaqt li jitqiesu l-parir tal-esperti. |
(3) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 jirrevoka, mill-25 ta’ Lulju 2009, l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 876/2002 tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2002 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Galileo (2). Skont it-termini tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7, għandu jiġi stabbilit kunsill għas-sigurtà sabiex jittratta mal-kwistjonijiet tas-sigurtà li jirrigwardaw is-sistema Galileo. |
(4) |
Sabiex tkun tista’ twettaq il-missjoni assenjata lilha mid-dispożizzjonijiet imsemmija tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 u, b’seħħ mill-25 ta’ Lulju 2009, twettaq il-kompiti fdati lilha sa dakinhar mill-Bord tas-Sigurtà mwaqqaf mill-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 876/2002, il-Kummissjoni teħtieġ l-assistenza tal-esperti tal-Istati Membri. |
(5) |
Barra minn hekk, meta kien ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 683/2008, il-Kummissjoni kienet għamlet dikjarazzjoni fejn esprimiet il-ħsieb li toħloq grupp ta’ esperti magħmul min rappreżentanti mill-Istati Membri, sabiex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet imsemmija tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament u sabiex jiġu eżaminati kwistjonijiet marbuta mas-sigurtà tas-sistemi. |
(6) |
Din id-dikjarazzjoni tispeċifika li l-Kummissjoni se tiżgura li dan il-grupp ta’ esperti se jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant mill-Kummissjoni, ikun ippresedut mir-rappreżentant tal-Kummissjoni, u jadotta r-regoli tal-proċedura tagħha li jipprevedu, fost l-oħrajn, l-adozzjoni ta’ opinjonijiet b’konsensus u dispożizzjoni għall-esperti biex titqajjem kwalunkwe kwistjoni rilevanti marbuta mas-sikurezza tas-sistemi. |
(7) |
Fl-istess dikjarazzjoni, il-Kummissjoni ntrabtet ukoll li, waqt l-eżerċiżżju tar-responsabbiltajiet tagħha, tqis għal kollox l-opinjonijiet tal-grupp tal-esperti u tikkonsultah, fost l-oħrajn, qabel tiddefinixxi r-rekwiżiti ewlenin tas-sigurtà tas-sistemi kif stipulat fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008. |
(8) |
F’din id-dikjarazzjoni wkoll, il-Kummissjoni qieset, minn naħa, li r-rappreżentanti tal-Awtorità Superviżorja tal-GNSS Ewropej, tal-Aġenzija Spazjali Ewropea u tal-SG/HR għandhom ikunu involuti bħal osservaturi fil-ħidma tal-grupp espert taħt il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli ta’ proċedura tagħha u, min-naħa l-oħra, li ftehimiet konklużi mill-Komunità Ewropea jistgħu jipprovdu għall-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi fil-ħidma tal-grupp espert skont kundizzjonijiet stipulati fir-regoli ta’ proċedura tagħha. |
(9) |
Jeħtieġ għalhekk li jinħoloq grupp ta’ esperti, imsejjaħ “Bord ta” Sigurtà għas-Sistemi GNSS Ewropej’, li t-twaqqif, il-missjoni, l-għamla u l-operat tiegħu jkunu konformi mal-kontenut tad-dikjarazzjoni msemmija fuq tal-Kummissjoni u konformi wkoll mar-regoli orizzontali mniżżla fil-qafas għall-gruppi tal-esperti Ewropej stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 2817. |
(10) |
Barra minn dan, trid tiġi prevista l-possibbiltà tal-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi fil-ħidma tal-grupp tal-esperti. B’mod partikolari, minħabba li n-Norveġja u l-Iżvizzera, li huma membri tal-Aġenzija Spazjali Ewropea, jieħdu sehem fil-programmi GNSS Ewropej u huma involuti mill-qrib fil-kwistjonijiet ta’ sigurtà marbuta magħhom, huwa importanti li jitħallew ikunu involuti fil-ħidma tal-grupp ta’ esperti għal perjodu temporanju ta’ tliet snin, li jista’ jiġi estiż fil-kuntest ta’ ftehim li għandu jintlaħaq bejn il-Komunità Ewropea u dawn iż-żewġ pajjiżi terzi, |
IDDEĊIDIET:
Artikolu 1
Il-Bord tas-Sigurtà għas-sistemi GNSS Ewropej
B’dan, il-Kummissjoni twaqqaf grupp ta’ esperti dwar is-Sigurtà tas-sistemi GNSS Ewropej, imsejjaħ il-Bord tas-Sigurtà tas-sistemi GNSS Ewropej (minn hawn ’il quddiem “il-Bord tas-Sigurtà”).
Artikolu 2
Missjoni
Il-Bord tas-Siġurtà għandu jgħin lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 683/2008, u fl-istħarriġ tal-kwistjonijiet dwar is-sigurtà tas-sistemi GNSS Ewropej. Il-Kummissjoni għandha tikkonsultah qabel ma tiddefinixxi r-rekwiżiti ewlenin, ipprovduti fl-Artikolu 13(2), dwar is-sigurtà tas-sistemi, u għandha tipprovdi l-appoġġ kontinwat lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(3).
Artikolu 3
Konsultazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta regolarment mal-Bord tas-Sigurtà u tqis bis-sħiħ il-pariri tiegħu.
Artikolu 4
Kompożizzjoni
1. Il-Bord tas-Sigurtà għandu jkun kompost minn rappreżentant ta’ kull Stat Membru magħżul minn fost esperti magħrufa fil-qasam tas-sikurezza u s-sigurtà, u minn rappreżentant tal-Kummissjoni.
2. Rappreżentati tal-Awtorità Ewropea ta’ Sorveljenza tal-GNSS, l-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-SG/HR jistgħu jiġu involuti bħala osservaturi fil-ħidma tal-Bord tas-Sigurtà skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli ta’ proċedura tiegħu.
3. Il-ftehimiet konklużi mill-Komunità Ewropea jistgħu jipprovdu għall-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi għall-ħidma tal-Bord tas-Sigurtà, u inkluż bħala membri sħaħ tal-Bord.
4. Mad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, rappreżentanti tan-Norveġja u tal-Iżvizzera jistgħu jiġu assoċjati temporanjament bħala osservaturi tal-ħidmiet tal-Bord tas-Sigurtà skont il-kundizzjonijiet definiti mir-regolament intern tiegħu, bil-kundizzjoni li n-Norveġja u l-Iżvizzera t-tnejn ikunu kkonfermaw minn qabel il-ħsieb tagħhom li japplikaw fuq it-territoju tagħhom il-miżuri kollha ta’ sigurtà meħtieġa sabiex jiġi assigurat grad ta’ ħarsien xieraq tal-infrastrutturi, is-servizzi u t-teknoloġiji tal-programmi tas-sistemi GNSS Ewropej, partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontroll tal-esportazzjonijiet. It-tul ta’ din il-parteċipazzjoni temporanja għandu jippermetti l-konklużjoni ta’ ftehim kif previst fil-paragrafu 3 u f’ebda każ ma jista’ jaqbeż it-tliet snin.
5. Il-parteċipazzjoni ta’ Stat terz għall-ħidmiet tal-Bord tas-Sigurtà tista’ titnaqqas jew tiġi sospiża jekk ikun jidher li l-azzjonijiet meħuda minn dan l-Istat ma jkunux jippermettu li jkun żgurat il-grad ta’ ħarsien meħtieġ fil-qasam tas-sigurtà jew li jiġu osservati r-regoli ta’ sigurtà ddefiniti mill-programmi GNSS Ewropej.
6. Il-president tal-Bord tas-Sigurtà jista’ jistieden esperti oħrajn biex jieħdu sehem okkażjonalment fil-ħidmiet tal-Bord tas-Sigurtà skont il-kundizzjonijiet definiti mir-regolament intern tiegħu. L-elementi li jiġġustifikaw il-preżenza ta’ dawn l-esperti għandhom jiġu kkomunikati minn qabel mill-president lill-membri tal-Bord tas-Sigurtà.
7. Ir-rappreżentanti maħtura minn Stat jew organizzazzjoni għandhom jibqgħu fil-kariga sa meta jiġu ssostitwiti jew sa tmiem il-mandat tagħhom. Il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta r-rappreżentant maħtur minn Stat jew minn organizzazzjoni jekk din in-nomina ma tkunx tidher xierqa, notevolment fil-każ ta’ konflitt ta’ interessi; il-Kummissjoni għalhekk għandha tgħarraf malajr lill-istat jew l-organizzazzjoni kkonċernata, biex taħtar rappreżentant ieħor.
Artikolu 5
Operat
1. Il-Bord tas-Sigurtà għandu jkun presedut mir-rappreżentant tal-Kummissjoni.
2. Bi ftehim mal-Kummissjoni, jistgħu jitwaqqfu sottogruppi biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi abbażi ta mandat iddefinit mill-Bord tas-Sigurtà; dawn għandhom jiġu xolti hekk kif jitwettaq il-mandat.
3. Il-Bord tas-Sigurtà u s-sottogruppi tiegħu ġeneralment jiltaqgħu fil-postijiet fejn huma stabbiliti l-Kummissjoni u s-servizzi tagħha, skont il-proċeduri u l-iskeda stabbilita minnha. Il-postijiet tal-laqgħat ikollhom sigurtà li tixraq in-natura tal-ħidmiet. Is-segretarjat se jkun ipprovdut mis-servizzi tal-Kummissjoni. Uffiċjali oħra interessati tal-Kummissjoni jistgħu jieħdu parti f’dawn il-laqgħat.
4. Il-Bord tas-Sigurtà għandu jadotta r-regolament intern tiegħu abbażi tal-mudell standard tar-regolament intern adottat mill-Kummissjoni (3). Ir-regolament intern jispeċifika partikolarment li l-Bord tas-Sigurtà għandu jadotta l-opinjoni jew ir-rapport tiegħu kemm jista’ jkun b’konsensus u li kull membru tal-Bord tas-Sigurtà jista’ jqajjem kwalunkwe kwistjoni permanenti marbuta mas-sigurtà tas-sistemi GNSS Ewropej.
5. Il-parteċipanti fil-laqgħat tal-Bord tas-Sigurtà u tas-sottogruppi tiegħu huma marbuta josservaw strettament ir-regoli tas-sikurezza u s-sigurtà tal-Kummissjoni, partikolarment fir-rigward tad-dokumenti klassifikati.
Artikolu 6
Spejjeż tal-laqgħat
1. L-ispejjeż tal-vjaġġ u tas-sussistenza mħallsa mill-membri, l-esperti u l-osservaturi fl-ambitu tal-attivitajiet tal-grupp huma mħallsa lura mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ tagħha. Il-membri ma jitħallsux tas-servizzi tagħhom.
2. L-ispejjeż tal-laqgħat huma mħallsa lura fil-limiti tal-approprjazzjonijiet allokati lis-servizzi fl-ambitu tal-proċedura annwali tal-allokazzjoni tar-riżorsi.
Artikolu 7
Id-dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni. Din hija ppubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 20 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President
(1) ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.
(2) ĠU L 138, 28.5.2002, p. 1.
(3) Anness III għad-dokument SEC(2005) 1004 tas-27.7.2005.
21.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-20 ta’ April 2009
dwar il-linji gwida tekniċi għall-istabbiliment tal-garanzija finanzjarja skont id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2798)
(2009/335/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(1) (c) tagħha,
Billi:
(1) |
Sabiex jiġi żgurat approċċ komuni bejn l-Istati Membri meta l-garanzija finanzjarja msemmija fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/21/KE tiġi stabbilita, għandha tiġi ddefinita bażi komuni minima għall-kalkulazzjoni tal-garanziji u notevolment għal dak li jikkonċerna l-informazzjoni li għandha titqies u l-metodu ta’ kalkulazzjoni tal-garanzija; |
(2) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2006/21/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw il-kalkolazzjoni tal-garanzija finanzjarja msemmija fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/21/KE fuq dawn li ġejjin:
(a) |
l-impatti mistennija fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem tal-faċilità tal-iskart; |
(b) |
id-definizzjoni ta’ rijabilitazzjoni, inkluż wara l-użu tal-faċilità tal-iskart; |
(ċ) |
l-istandards u l-impatti ambjentali applikabbli, inklużi stabbilità fiżika inkluża tal-faċilità tal-iskart, standards mimimi ta’ kwalità għar-riżorsi ta’ ħamrija u ilma u r-rati ta’ rilaxx massimi ta’ kontaminanti; |
(d) |
il-miżuri tekniċi meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi ambjentali, partikolarment il-miżuri bl-għanijiet li jimmiraw biex jiżguraw l-istabbilità tal-faċilità tal-iskart u li jillimitaw il-ħsarat ambjentali; |
(e) |
il-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi matul u wara l-għeluq, fosthom ir-rijabilitazzjoni tal-art, wara t-trattament u l-monitoraġġ tal-għeluq jekk meħtieġ, u, jekk relevanti, il-miżuri biex terġa’ tiġi stabbilita mill-ġdid il-biodiversità; |
(f) |
l-iskala ta’ żmien tal-impatti stmata u l-miżuri ta’ mitigazzjoni meħtieġa; |
(g) |
valutazzjoni tal-ispejjeż meħtieġa sabiex tiġi ggarantita r-rijabilitazzjoni tal-art, l-għeluq u wara l-għeluq li jinkludi possibilment il-monitoraġġ jew it-trattament ta’ kontaminanti. |
2. Din il-valutazzjoni msemmija f’punt (g) għandha ssir minn partijiet terzi li jkollhom il-kwalifiki xierqa u għandha tqis il-possibbiltà ta’ għeluq mhux ippjanat jew prematur.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, l-20 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15.
21.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-20 ta’ April 2009
li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-“Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” għall-ġestjoni tal-azzjoni Komunitarja fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura, bl-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003
(2009/336/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni 2005/56/KE (2), il-Kummissjoni stabbilixxiet l-Aġenzija Eżekuttiva “Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali” (hawn taħt bl-isem tal-“Aġenzija” u inkarigatha mill-ġestjoni tal-azzjoni Komunitarja fl-oqsma tal-edukazzjoni tal-awdjoviżiv u tal-kultura. |
(2) |
Wara dan, il-Kummissjoni emendat il-mandat tal-Aġenzija għal diversi drabi, biex testendih għall-ġestjoni tal-proġetti l-ġodda u l-programmi. |
(3) |
Waqt l-emendi l-ġodda, kien hemm lok, għal raġunijiet ta’ ċarezza, li tiġi ssostitwita d-Deċiżjoni 2005/56/KE b’din id-Deċiżjoni. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 58/2003 jagħti l-poter lill-Kummissjoni li tistabbilixxi aġenziji eżekuttivi skont l-istatut ġenerali stabbilit minn dan ir-Regolament u jafdahom b’ċerti inkarigi tal-ġestjoni konnessi ma’ wieħed jew aktar mill-programmi Komunitarji. |
(5) |
Il-ħolqien ta’ aġenzija eżekuttiva għandu l-għan li jgħin lill-Kummissjoni tiffoka fuq l-attivitajiet u l-ħidmiet ta’ prijoritarji tagħha li ma jistgħux jiġu assenjati lill-entitajiet esterni, mingħajr madankollu ma titlef il-kontroll fuq, jew ir-responsabbiltà aħħarija għall-attivitajiet li jitmexxew mill-aġenziji eżekuttivi. |
(6) |
Il-ġestjoni ta’ ċerti sezzjonijiet ċentralizzati ta’ programmi fl-oqsma tal-edukazzjoni, tal-awdjoviżiv u tal-kultura tikkonċerna l-eżekuzzjoni ta’ proġetti b’natura teknika, li ma jimplikawx teħid ta’ deċiżjoni ta’ natura politika, u jiħtiġilha livell għoli ta’ kompetenza teknika u finanzjarja matul iċ-ċiklu kollu tal-proġett. |
(7) |
Id-delega lill-aġenzija eżekuttiva tal-inkarigi marbuta mal-eżekuzzjoni ta’ dawn il-programmi tista’ ssir skont separazzjoni ċara bejn, fuq naħa, il-fażijiet ta’ programmazzjoni u l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ finanzjament, li jiddependu mis-servizzi tal-Kummissjoni, u, fuq in-naħa l-oħra, l-eżekuzzjoni tal-proġetti, li tista’ tiġi fdata lill-aġenzija eżekuttiva. |
(8) |
Il-ħolqien ta’ aġenzija eżekuttiva ma jemendax d-delega tal-Kunsill tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-ġestjoni ta’ ċerti fażijiet ta’ azzjonijiet koperti mid-diversi programmi, lanqas id-delega tal-inkarigi tal-ġestjoni tal-aġenziji nazzjonali għal ċerti programmi. |
(9) |
F’dan ir-rigward, analiżi tar-rapport bejn l-ispejjeż u l-vantaġġi wera li referenza għal aġenzija eżekuttiva għall-ġestjoni ta’ ċerti sezzjonijiet ta’ programmi ċentralizzati fl-oqsma tal-edukazzjoni u tal-kultura tirrappreżenta s-soluzzjoni l-aktar vantaġġuża kemm f’livell finanzjarju kif ukoll f’dak mhux finanzjarju. |
(10) |
Il-programm biex titjieb il-kwalità tat-tagħlim f’livell għoli u biex jiġi promoss l-għarfien interkulturali permezz tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi (Erasmus Mundus) jagħmel parti mill-mandat attwali tal-aġenzija; dan ġie fi tmiemu fil-31 ta’ Diċembru 2008 u tteħidlu postu, għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2009 u l-31 ta’ Diċembru 2013, mill-programm ta’ azzjoni Erasmus Mundus 2009-2013 maħsub biex itejjeb il-kwalità tat-tagħlim f’livell għoli u biex jippromwovi l-għarfien interkulturali permezz tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Programm Erasmus Mundus II”). |
(11) |
Il-valutazzjoni esterna mitmuma fi Frar 2009 mill-Kummissjoni wriet li r-referenza għall-Aġenzija kienet l-aħjar soluzzjoni għall-ġestjoni tal-programm Erasmus Mundus II. Għalhekk din il-valutazzjoni rrakkomandat it-tiġdid tal-mandat għall-Aġenzija tal-ġestjoni tal-programm. |
(12) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 (3) dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament (KE) Nru 58/2003. |
(13) |
Il-miżuri previsti f’din id-deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Aġenziji Eżekuttivi. |
(14) |
Id-Deċiżjoni 2005/56/KE għandha tiġi revokata, |
TIDDEĊIEDI:
Artikolu 1
It-Twaqqif tal-Aġenzija
1. B’dan qed tiġi mwaqqfa aġenzija eżekuttiva (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) għall-ġestjoni tal-attività Komunitarja fl-oqsma tal-edukazzjoni, tal-awdjoviżiv u tal-kultura, li l-istatut u r-regoli prinċipali ta’ tħaddim tagħha huma regolati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003.
2. L-isem tal-aġenzija hu “Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura”.
Artikolu 2
Il-lokalità
L-Aġenzija għandha tkun lokalizzata fi Brussell.
Artikolu 3
It-tul ta’ żmien
“L-Aġenzija hi stabbilita għal perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2005 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2015.”
Artikolu 4
L-għanijiet u d-dmirijiet
1. L-Aġenżija hi responsabbli għall-ġestjoni ta’ ċerti sezzjonijiet ta’ programmi Komunitarji kif qed jingħad hawn taħt:
(1) |
il-proġetti fil-qasam tat-tagħlim f’livell għoli suxxettibbli li jkunu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet relattivi għall-għajnuna ekonomika favur ċerti pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (PHARE), previsti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89 (4); |
(2) |
il-programm ta’ inkuraġġiment għall-iżvilupp u d-distribuzzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA II — Żvilupp u Distribuzzjoni) (1996-2000), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/563/KE (5); |
(3) |
il-programm ta’ taħriġ għall-professjonisti tal-industrija Ewropea tal-programmi awdjoviżivi (MEDIA II — Taħriġ) (1996-2000), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/564/KE (6); |
(4) |
it-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-edukazzjoni Socrates (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 253/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7); |
(5) |
it-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni Komunitarja għal dak li għandu x’jaqsam mat-taħriġ professjonali Leonardo da Vinci (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/382/KE (8); |
(6) |
il-programm ta’ azzjoni Komunitarja “Żgħażagħ” (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1031/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9); |
(7) |
il-programm “Kultura 2000” (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 508/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10); |
(8) |
il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli li għandhom mnejn jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-provvediment ta’ għajnuna għall-Istati msieħba tal-Ewropa tal-Lvant u tal-Ażja Ċentrali (2000-2006), stipulati bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 99/2000 (11); |
(9) |
il-proġetti tal-qasam tat-tagħlim f’livell għoli li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-għajnuna lill-Albanija, lill-Bożnija Ħerżegovina, lill-Kroazja, l-eks Repubblika Federali Jugożlava tal-Maċedonja, lill-Montenegro, lis-Serbja u lill-Kosovo (UNSCR 1244) (2000-2006), approvati fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000 (12); |
(10) |
il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri ta’ akkumpanjament finanzjarji u tekniċi (MEDA) għar-riforma tal-istrutturi ekonomiċi u soċjali fil-qafas tas-sħubija Ewro-Mediterranja, approvati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2698/2000 (13); |
(11) |
it-tielet fażi tal-programm trans-Ewropew ta’ kooperazzjoni għall-edukazzjoni f’livell għoli (Tempus III) (2000-2006), approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/311/KE (14); |
(12) |
il-proġetti li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika li jġeddu programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tat-tagħlim f’livell għoli u tat-tagħlim u tat-taħriġ professjonali (2001-2005), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2001/196/KE (15); |
(13) |
il-proġetti li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jġeddu programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli u tat-taħriġ (2001-2005), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2001/197/KE (16); |
(14) |
il-programm ta’ tħeġġiġ għall-iżvilupp tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA Plus – Żvilupp, Tqassim u Promozzjoni) (2001-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2000/821/KE (17); |
(15) |
il-programm ta’ taħriġ għall-professjonisti tal-industrija Ewropea tal-programmi awdjoviżivi (MEDIA-taħriġ) (2001-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 163/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18); |
(16) |
il-programm multiannwali għall-integrazzjoni effiċjenti tat-teknoloġiji ta’ tagħrif u tal-komunikazzjoni (ICT) fis-sistemi tal-edukazzjoni u ta’ taħriġ fl-Ewropa (“tagħlim onlajn”/“e-learning”) (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 2318/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19); |
(17) |
il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea attiva (sehem ċivili) (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2004/100/KE (20); |
(18) |
il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni tal-entitajiet attivi f’livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 790/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21); |
(19) |
il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni tal-entitajiet attivi f’livell Ewropew u l-appoġġ tal-attivitajiet speċifiċi fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 791/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22); |
(20) |
il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni tal-entitajiet attivi f’livell Ewropew fil-qasam tal-kultura (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 792/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23); |
(21) |
il-programm biex titjieb il-kwalità tal-edukazzjoni f’livell għoli u li jħeġġeġ l-għarfien interkulturali permezz tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi (Erasmus Mundus) (2004-2008), approvat bid-Deċiżjoni Nru 2317/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24); |
(22) |
il-proġetti li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika li jġeddu l-programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli u tat-tagħlim u tat-taħriġ professjonali (2006-2013), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/910/KE (25); |
(23) |
il-proġetti li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jistabbilixxu qafas ta’ kooperazzjoni fl-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ (2006-2013), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/964/KE (26); |
(24) |
il-programm ta’ azzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ kontinwu “Tagħlim matul il-Ħajja” (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (27); |
(25) |
il-programm “Kultura” (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28); |
(26) |
il-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” li għandu l-għan li jħeġġeġ iċ-ċittadinanza Ewropea attiva (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (29); |
(27) |
il-programm “Żgħażagħ f’Azzjoni” (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (30); |
(28) |
il-programm ta’ appoġġ fis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (31); |
(29) |
il-programm ta’ azzjoni Erasmus Mundus (II) 2009-2013 maħsub biex itejjeb il-kwalità tat-tagħlim f’livell għoli u biex jippromwovi l-għarfien interkulturali permezz tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, approvat bid-Deċiżjoni Nru 1298/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32); |
(30) |
il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-għajnuna għall-kooperazzjoni ekonomika mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Ażja, approvati fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 443/92 (33); |
(31) |
il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli u taż-żgħażagħ li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-istrument ta’ għajnuna għal qabel l-adeżjoni (IPA) stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 (34); |
(32) |
il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat u tas-Sħubija, maħluq bir-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35); |
(33) |
il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli li jiġu ffinanzjati mill-istrument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36); |
(34) |
il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli u taż-żgħażagħ li għandhom mnejn li jiġu ffinanzjati mill-istrument finanzjarju tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi industrijalizzati u l-pajjiżi u t-territorji l-oħra bi dħul għoli, stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 (37); |
(35) |
il-proġetti fil-qasam tat-tagħlim f’livell għoli suxxettibbli li jiġu ffinanzjati mir-riżorsi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, bl-applikazzjoni tal-ftehim ta’ partenarjat bejn il-membri tal-grupp tal-Istati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2003/159/KE (38)), kif emendat bil-ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2005/599/KE (39)). |
2. Għal dak li għandu x’jaqsam mal-ġestjoni tas-sezzjonijiet tal-programmi Komunitarji msemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija se tkun responsabbli mill-inkarigi li ġejjin:
(a) |
il-ġestjoni taċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-proġetti bħala eżekuzzjoni tal-programmi Komunitarji li jiġu fdati lilha, abbażi tal-programm ta’ ħidma annwali li jservi bħala deċiżjoni ta’ finanzjament fil-qasam tas-sussidji u tal-kuntratti fl-oqsma tal-edukazzjoni, tal-awdjoviżiv u tal-kultura adottat mill-Kummissjoni jew abbażi tad-deċiżjonijiet speċifiċi ta’ finanzjament meħudin mill-Kummissjoni, kif ukoll tal-kontrolli neċessarji għal dan l-effett, billi jiġu adottati d-deċiżjonijiet rilevanti, bl-applikazzjoni tad-delega tal-Kummissjoni; |
(b) |
l-adozzjoni tal-istrumenti għall-eżekuzzjoni tad-dħul u tan-nefqa u l-implimentazzjoni, fejn il-Kummissjoni tagħtiha s-setgħa li tagħmel dan, ta’ parti mill-operazzjonijiet għall-ġestjoni tal-programmi Komunitarji jew tagħhom kollha, fosthom dawk marbuta mal-għoti tas-sussidji u l-kuntratti; |
(ċ) |
il-ġabra, l-analiżi u t-trasferiment lill-Kummissjoni tat-tagħrif kollu meħtieġ bħala gwida għall-implimentazzjoni tal-programmi Komunitarji; |
(d) |
l-implimentazzjoni, fil-livell Komunitarju, tan-netwerk ta’ tagħrif dwar l-edukazzjoni fl-Ewropa (Eurydice) għall-ġabra, l-analiżi u t-tixrid tat-taħriġ kif ukoll il-produzzjoni tal-istudji u l-pubblikazzjonijiet. |
3. L-aġenzija tista’ titqabbad mill-Kummissjoni, wara l-opinjoni tal-Kumitat tal-Aġenziji Eżekuttivi, biex teżegwixxi inkarigi simili għall-programmi Komunitarji oħrajn fl-oqsma tal-edukazzjoni, tal-awdjoviżiv u tal-kultura, skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 58/2003, li mhumiex dawk imsemmija fil-paragrafu 1.
4. Id-deċiżjoni li biha l-Kummissjoni tiddelega tiddefinixxi fid-dettall l-inkarigi kollha mogħtija lill-aġenzija u din tiġi adattata skont l-inkarigi addizzjonali li jistgħu jingħataw lill-aġenżija. Għandha tintbagħat, għall-finijiet ta’ informazzjoni, lill-Kumitat tal-Aġenziji Eżekuttivi.
Artikolu 5
Struttura organizzattiva
1. L-Aġenzija għandha tiġi mmexxija minn Kumitat ta’ Ġestjoni u minn Direttur maħtura mill-Kummissjoni.
2. Il-membri tal-Kumitat ta’ Ġestjoni jinħatru għal perjodu ta’ sentejn.
3. Id-Direttur jinħatar, fil-prinċipju, għal perjodu ta’ erba’ snin. It-tul ta’ żmien tal-mandat tiegħu jikkunsidra t-tul ta’ żmien previst għall-eżekuzzjoni tal-programmi Komunitarji li l-ġestjoni tagħhom tingħata lill-Aġenżija.
Artikolu 6
Sussidju
Mingħajr ħsara għal dħul ieħor, l-Aġenzija għandha tirċievi, għall-finanzjament tagħha, sussidju mdaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll riżorsi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp. Dan is-sussidju u dawn ir-riżorsi jitnaqqsu mill-allokazzjoni finanzjarja tal-programmi kkonċernati msemmija fl-Artikolu 4(1), u, jekk meħtieġ, minn programmi Komunitarji oħra li l-implimentazzjoni tagħhom hu fdat lill-Aġenzija skont l-Artikolu 4(3).
Artikolu 7
Superviżjoni u rapportaġġ
L-Aġenzija se tkun soġġetta għas-superviżjoni mill-Kummissjoni u għandha tirrapporta regolarment dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi li għalihom hi responsabbli, bi qbil mal-arranġamenti u l-intervalli stipulati fl-istrument tad-delega.
Artikolu 8
Implimentazzjoni tal-baġit operattiv
L-Aġenzija għandha timplimenta l-baġit operattiv tagħha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004.
Artikolu 9
Revoka
Id-Deċiżjoni 2005/56/KE hi revokata.
Referenzi għad-Deċiżjoni revokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Magħmula fi Brussell, l-20 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Ján FIGEĽ
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 24, 27.1.2005, p. 35. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 269M, 14.10.2005, p. 305.
(3) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 21.
(4) ĠU L 375, 23.12.1989, p. 11.
(5) ĠU L 321, 30.12.1995, p. 25.
(6) ĠU L 321, 30.12.1995, p. 33.
(8) ĠU L 146, 11.6.1999, p. 33.
(9) ĠU L 117, 18.5.2000, p. 1.
(10) ĠU L 63, 10.3.2000, p. 1.
(11) ĠU L 12, 18.1.2000, p. 1.
(12) ĠU L 306, 7.12.2000, p. 1.
(13) ĠU L 311, 12.12.2000, p. 1.
(14) ĠU L 120, 8.5.1999, p. 30.
(15) ĠU L 71, 13.3.2001, p. 7.
(16) ĠU L 71, 13.3.2001, p. 15.
(17) ĠU L 336, 30.12.2000, p. 82.
(18) ĠU L 26, 27.1.2001, p. 1.
(19) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 9.
(21) ĠU L 138, 30.4.2004, p. 24.
(22) ĠU L 138, 30.4.2004, p. 31.
(23) ĠU L 138, 30.4.2004, p. 40.
(24) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 1.
(25) ĠU L 346, 9.12.2006, p. 33. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 349.
(26) ĠU L 397, 30.12.2006, p. 14.
(27) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45.
(28) ĠU L 372, 27.12.2006, p. 1.
(29) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 32.
(30) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 30.
(31) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12.
(32) ĠU L 340, 19.12.2008, p. 83.
(33) ĠU L 52, 27.2.1992, p. 1.
(34) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.
(35) ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.
(36) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.
(37) ĠU L 405, 30.12.2006, p. 41, kif ikkoreġuta bil-ĠU L 29, 3.2.2007, p. 16.
(38) ĠU L 65, 8.3.2003, p. 27.
(39) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 26. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 168M, 21.6.2006, p. 32.