ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2009.094.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
Werrej |
|
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
DIRETTIVI |
|
|
* |
Direttiva tal-Kummissjoni 2009/27/KE tas-7 ta’ April 2009 Li temenda ċerti Annessi tad-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet tekniċi li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tar-riskju ( 1 ) |
|
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
|
2009/317/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ April 2009 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE rigward il-ġarr tal-annimali bl-ajru, it-tranżitu tal-annimali permezz ta’ ċerti pajjiżi terzi u ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għal ċertu laħam mis-solipedi għat-tranżitu u l-ħażna ta’ ċertu laħam frisk (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2273) ( 1 ) |
|
|
Corrigendum |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
8.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 282/2009
tas-6 ta’ April 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1212/2005 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjoni ta’ prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-Regolament bażiku),
Wara li kkunsidra l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2005 tal-25 ta’ Lulju 2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (2),
Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. MIŻURI FIS-SEĦĦ
(1) |
Bir-Regolament (KE) Nru 1212/2005, il-Kunsill impona dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tal-ħadid fondut li ma jistax jinħadem tat-tip użat biex jgħatti sistemi fl-art jew taħt l-art u partijiet tagħhom u/jew jagħti aċċess għalihom, kemm jekk ikunu maħdumin bil-magni jew le, miksijin jew miżbugħin jew iffitjati b’materjali oħra, minbarra idranti tat-tifi tan-nar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Popli taċ-Ċina (RPĊ) (“il-prodott ikkonċernat”), normalment ikklassifikat bil-kodiċijiet NM 7325 10 50, 7325 10 92 u qabel 7325 10 99 (kodiċi Taric 7325109910). Billi kien hemm numru kbir ta’ partijiet li kkooperaw, ittieħed kampjun ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi waqt l-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri. |
(2) |
Il-kumpaniji li ttieħdu bħala kampjuni ġew attribwiti rati individwali tad-dazju li ġew stabbiliti waqt l-investigazzjoni. Dawk il-kumpaniji li kkooperaw imma ma ttiħdux bħala kampjuni li ngħataw trattament tal-ekonomija tas-suq (“MET”), b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, ġew attribwiti d-dazju anti-dumping ta’ 0 % li ġie stabbilit għall-kumpanija unika li ttieħdet bħala kampjun li ngħatat il-MET. Il-kumpaniji li kkooperaw li ma ttiħdux bħala kampjuni u li ngħataw trattament individwali (“TI”), skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, irċevew id-dazju ta’ piż medju differenzjat ta’ 28,6 % li ġie stabbilit għall-kumpaniji li ttieħdu bħala kampjuni li ngħataw it-TI. Fuq il-kumpaniji kollha l-oħra ġie impost dazju mal-pajjiż kollu ta’ 47,8 %. |
(3) |
L-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 1212/2005 jagħti l-possibbiltà lill-produtturi esportaturi Ċiniżi li jissodisfaw l-erba’ kriterji stipulati f’dan l-Artikolu li jingħataw l-istess trattament bħal dak imsemmi fil-premessa (2) hawn fuq għall-kumpaniji li kkooperaw mingħajr ma kienu inklużi fit-teħid ta’ kampjun (“Trattament ta’ Produttur Esportatur Ġdid” jew “NEPT”). |
B. IT-TALBIET TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI ĠODDA
(4) |
Sitt kumpaniji talbu li jingħataw l-NEPT. Sussegwentement, waqt l-investigazzjoni, kumpanija waħda rtirat it-talba tagħha. |
(5) |
Sar eżami biex jiġi ddeterminat jekk kull applikant jissodisfax il-kriterji biex jingħata l-NEPT kif stipulat fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 1212/2005, billi jiġi vverifikat li:
|
(6) |
Billi r-raba’ kriterju jimplika li l-applikanti jissottomettu talba għat-Trattament tal-Ekonomija tas-Suq (“TES”) u/jew għat-Trattament Individwali (“TI”), il-Kummissjoni bagħtet formoli għat-talba tal-MET u tat-TI lill-applikanti Ċiniżi kollha. Ħames kumpaniji applikanti Ċiniżi talbu l-MET skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. Kumpanija waħda talbet biss l-IT skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. |
(7) |
Intbagħtu l-kwestjonarji lill-applikanti kollha li ġew mitluba biex jagħtu provi li jissodisfaw il-kriterji msemmija hawn fuq. |
(8) |
Il-produtturi esportaturi li jissodisfaw dawn il-kriterji jistgħu, skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 1212/2005, jingħataw jew ir-rata tad-dazju ta’ 0 % li tapplika għall-kumpaniji li ngħataw l-MET b’konformità mal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, jew ir-rata ta’ piż medju differenzjata tad-dazju ta’ 28,6 % li hi applikabbli għall-kumpaniji li ngħataw it-TI individwali b’konformità mal-artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. |
(9) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset li kien meħtieġ biex jiġi ddeterminat li l-erba’ kriterji stipulati fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 1212/2005 kienu sodisfatti. |
Ċ. TISJIB
(10) |
Meta ġew eżaminati t-talbiet instab li żewġ kumpaniji ma kinux esportaw lejn il-Komunità il-prodott ikkonċernat wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqha kienu bbażati l-miżuri, u l-anqas ma kellhom obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesportaw il-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. Dawn il-kumpaniji ma ssodisfawx it-tielet kriterju msemmi fil-premessa (5) ta’ hawn fuq u għalhekk ma setgħux jingħataw l-NEPT. |
(11) |
Żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi ma setgħux jippruvaw li ma kellhom l-ebda konnessjoni ma’ xi esportaturi jew produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma soġġetti għall-miżuri anti-dumping li ġew imposti mir-Regolament (KE) Nru 1212/2005; fil-fatt, ma rnexxilhomx jirrifjutaw il-provi li tassew kienet teżisti din il-konnessjoni. Dawn il-kumpaniji ma ssodisfawx it-tieni kriterju msemmi fil-premessa (5) ta’ hawn fuq u għalhekk ma setgħux jingħataw l-NEPT. |
(12) |
Produttur esportatur Ċiniż, Weifang Stable Casting, li talab biss it-TI, wera biżżejjed provi li jissodisfa l-erba’ kriterji li huma msemmija fil-premessa (5) ta’ hawn fuq. Din il-kumpanija setgħet fil-fatt turi li i) ma kenitx esportat il-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità waqt il-perjodu tal-1 ta’ April 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004, ii) mhijiex konnessa ma’ ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma soġġetti għall-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament (KE) Nru 1212/2005, iii) fil-fatt kienet bdiet tesporta kwantità sinifikanti tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità mis-sena 2008, iv) tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tat-TI u għalhekk tista’ tingħata dazju individwali skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dan il-produttur seta’ jingħata r-rata tad-dazju ta’ piż medju differenzjat għall-kumpaniji li ngħataw it-TI applikabbli għall-kumpaniji li jikkooperaw li ma kinux inklużi fil-kampjun (jiġifieri 28,6 %) skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 1212/2005 u jiżdiedu mal-lista ta’ produtturi esportaturi tal-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament. |
D. MODIFIKAZZJONI TAL-LISTA TAL-KUMPANIJI LI JGAWDU MINN RATI INDIVIDWALI TAD-DAZJU
(13) |
B’konsiderazzjoni tas-sejbiet tal-investigazzjoni kif indikat fil-premessa (12) ta’ hawn fuq, ġie konkluż li l-kumpanija Weifang Stable Casting għandha tiżdied mal-lista tal-kumpaniji msemmija individwalment skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1212/2005 li għandhom rata ta’ dazju ta’ 28,6 %. |
(14) |
L-applikanti kollha u l-Industrija Komunitarja ġew infurmati bis-sejbiet tal-investigazzjoni u kellhom l-opportunità li jibagħtu l-kummenti tagħhom. Il-kummenti tagħhom ittieħdu f’kunsiderazzjoni fejn xieraq, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1212/2005 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:
Il-kumpanija |
Dazju anti-dumping (%) |
Kodiċi Addizzjonali Taric |
|||
|
0 |
A675 |
|||
|
0 |
A676 |
|||
|
0 |
A677 |
|||
|
0 |
A678 |
|||
|
0 |
A679 |
|||
|
0 |
A867 |
|||
|
0 |
A868 |
|||
|
18,6 |
A680 |
|||
|
28,6 |
A681 |
|||
|
28,6 |
A682 |
|||
|
28,6 |
A869 |
|||
|
28,6 |
A870 |
|||
|
28,6 |
A871 |
|||
|
28,6 |
A872 |
|||
|
28,6 |
A931 |
|||
|
31,8 |
A683 |
|||
|
37,9 |
A684 |
|||
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
47,8 |
A999 ” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, 6 ta’ April 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
J. POSPÍŠIL
(2) ĠU L 199, 29.7.2005, p. 1.
8.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/5 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 283/2009
tas-6 ta’ April 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1858/2005 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ħbula tal-azzar u kejbils li joriġinaw, inter alia, mill-Indja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, li ġiet preżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. IL-PROĊEDURA
1. Il-miżuri fis-seħħ
(1) |
Fit-12 ta’ Awwissu 1999, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1796/1999 (2) (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar (“il-prodott ikkonċernat”) li joriġinaw, inter alia, mill-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”). Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prodotti mmanifatturati minn Usha Martin Limited (“UML”) kienet stabbilita għal 23,8 %. |
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni 1999/572/KE (3) il-Kummissjoni aċċettat impenn fuq il-prezz minn UML u bħala riżultat l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ta’ oriġini Indjana, prodott minn UML u kopert mill-impenn, kienu eżentati mir-rata ta’ dazju anti-dumping definittiv msemmija hawn fuq. |
(3) |
Fit-8 ta’ Novembru 2005, wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1858/2005 (4), iddeċieda li l-miżuri anti-dumping applikabbli fuq l-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, inter alia, mill-Indja għandhom jinżammu (“l-investigazzjoni ta’ skadenza”). |
(4) |
Fit-23 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 121/2006 (5), emenda r-Regolament (KE) Nru 1858/2005 fid-dawl tal-ksur tal-impenn fuq il-prezz imsemmi hawn fuq, u l-aċċettazzjoni tal-impenn kienet irtirata fit-22 ta’ Diċembru 2005 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/38/KE (6). |
2. It-talba għal reviżjoni interim
(5) |
Fl-2007, il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni parzjali interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku (“reviżjoni interim”). It-talba, li kienet limitata fl-ambitu għall-eżami ta’ dumping, tressqet minn UML. UML ikklejmja li l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn il-Komunità kienu żdiedu b’pass aktar mgħaġġel mill-prezzijiet domestiċi fl-Indja, kif ikkonfermat mit-tnaqqis fil-marġni ta’ dumping. Għaldaqstant UML argumenta li ċ-ċirkostanzi li abbażi tagħhom il-miżuri ġew stabbiliti nbidlu u li dawn il-bidliet huma ta’ natura permanenti. |
(6) |
Wara li ddeterminat, b’konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti evidenza biżżejjed biex tiġġustifika t-tnedija ta’ reviżjoni interim, il-Kummissjoni ddeċidiet li tniedi reviżjoni parzjali interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, limitata fl-ambitu għall-eżami ta’ dumping sa fejn għandu x’jaqsam UML. Il-Kummissjoni ppubblikat Avviż ta’ tnedija fid-9 ta’ Jannar 2008 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7) u tat bidu għal investigazzjoni. |
3. Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni
(7) |
Il-Kummissjoni avżat b’mod uffiċjali lill-UML, lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur u lill-organizzazzjoni li tirrappreżenta l-produtturi tal-Komunità, lill-Kumitat ta’ Kollegament tal-Industriji tal-Wajers u Ħbula tal-UE (“l-EWRIS”) bit-tnedija tar-reviżjoni parzjali interim. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehma tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ ta’ tnedija. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta. |
4. Il-kwestjonarji u ż-żjarat ta’ verifika
(8) |
Il-kwestjonarji ntbagħtu lill-UML u lill-kumpaniji relatati tagħha, u kollha wieġbu fil-limitu taż-żmien stipulat għal dan il-għan. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għall-analiżi tagħha u wettqet żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:
|
5. Il-perjodu ta’ investigazzjoni għal reviżjoni
(9) |
Il-perjodu ta’ investigazzjoni għal reviżjoni kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2006 sat-30 ta’ Settembru 2007 (“PIR”). |
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
1. Il-prodott ikkonċernat
(10) |
Il-prodott ikkonċernat minn din ir-reviżjoni parzjali interim normalment issir referenza għalih bħala ħabel tal-wajer tal-azzar (“SWR”) u huwa l-istess bħal dak definit fl-investigazzjoni oriġinali u dik ta’ skadenza li wasslu għall-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ bħalissa. Dan huwa magħmul minn ħbula u kejbils tal-azzar, inklużi ħbula bil-koljatura maqfula, minbarra ħbula u kejbils tal-azzar li ma jsaddadx, li għandhom dimensjoni trasversali massima li taqbeż it-3 mm li joriġinaw mill-Indja, u li bħalissa huma klassifikabbli bil-kodiċijiet NM ex 7312 10 81, ex 7312 10 83, ex 7312 10 85, ex 7312 10 89 u ex 7312 10 98. |
2. Il-prodott simili
(11) |
Instab li SWR prodotti minn UML u mibjugħa fis-suq domestiku Indjan u dawk esportati minn UML lejn il-Komunità għandhom l-istess karatteristiċi basiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi u l-istess użu. Dawn il-prodotti għalhekk jitqiesu bħala prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
(12) |
Għal ftehim komprensiv tal-prodott ikkonċernat u prodotti simili, ta’ min wieħed jiftakar li l-proċess użat għall-produzzjoni ta’ SWR jikkonsisti fl-għeluq ta’ numru ta’ swiegel tal-azzar, li huma magħmula minn sorra wajers tal-azzar minn vireg tal-wajer tal-azzar. Hija prattika komuni fl-investigazzjonijiet li jkunu definiti numri ta’ kontroll tal-prodott (“PCN”) li jqisu l-karatteristiċi dettaljati tal-prodott, sabiex it-tipi varji tal-prodott immanifatturati u mibjugħa mill-produttur esportatur fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat u dawk esportati lejn il-Komunità ikunu ddifferenzjati. |
(13) |
L-industrija tal-Komunità kklejmjat li żewġ elementi prinċipali ma kinux ikkunsidrati fid-definizzjoni tal-PCN proposti għall-kalkoli ta’ dumping, l-aktar it-tip tal-qalba u l-forza tessili tal-komponent tal-wajer. |
(14) |
Madankollu, għall-fini tal-istabbiliment tal-marġni ta’ dumping għal UML, il-PCNs kienu stabbiliti skont is-sistema ta’ kodifikazzjoni tal-kumpanija nfisha, sabiex ikun żgurat li l-karatteristiċi fiżiċi tal-prodotti mibjugħa fis-suq domestiku setgħu jitqabblu mal-prodotti esportati lejn il-Komunità. |
(15) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, bidla fil-PCNs ma kinitx ikkunsidrata meħtieġa u għalhekk it-talba kellha tiġi miċħuda. |
(16) |
UML argumenta li t-tipi ta’ prodotti li jixbhu sew lill-prodott li qed ikun investigat għandhom ikunu inklużi fit-tqabbil tat-tipi esportati ma’ dawk mibjugħa fis-suq domestiku, b’kunsiderazzjoni għad-differenzi minimi allegati fil-wisa’ tal-ħabel, bħall-arranġamenti tal-ħbula fis-swiegel, in-numru ta’ swiegel f’kombinazzjonijiet ta’ swiegel/wajer, jew il-karatteristiċi tal-wajer, bħal wajers iggalvanizzati meta mqabbla ma’ dawk li mhumiex iggalvanizzati. |
(17) |
Madankollu kien ikkunsidrat li l-investigazzjoni li qed tirrevedi t-tibdil allegat fiċ-ċirkostanzi għandha ssir kemm jista’ jkun possibbli fuq l-istess parametri ta’ dawk użati fl-investigazzjonijiet preċedenti. Barra minn dan, l-eżami tal-klejm wera li l-impatt possibbli fuq is-sejbiet tal-investigazzjoni kien ikun minimu. Għalhekk din it-talba ġiet miċħuda. |
C. DUMPING
1. Il-valur normali
(18) |
Għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali l-ewwel ġie stabbilit jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku ta’ UML tal-prodott simili kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum tal-bejgħ totali tal-esportazzjoni lejn il-Komunità. Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku huwa kkunsidrat rappreżentattiv meta l-volum totali tal-bejgħ domestiku huwa mill-anqas 5 % tal-volum totali tagħha tal-bejgħ rispettiv tal-esportazzjoni lejn il-Komunità. Instab li l-bejgħ kollu tal-UML sar fis-suq domestiku f’volumi rappreżentattivi. |
(19) |
Għaldaqstant, dawk it-tipi tal-prodott ikkonċernat mibjugħa domestikament minn UML li kienu identiċi jew li jitqabblu b’mod dirett mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, kienu identifikati. |
(20) |
Għal kull tip mibjugħ minn UML fis-suq domestiku u li nstab li jitqabbel b’mod dirett mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku sarx f’volum rappreżentattiv għall-għanijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. |
(21) |
Ġie eżaminat ukoll jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip setax ikun ikkunsidrat bħala magħmul fil-kors normali tal-kummerċ, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgћ profittabbli lill-konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku ta’ kull tip tal-prodott ikkonċernat esportat matul il-PIR. |
(22) |
Għal dawk it-tipi tal-prodott fejn aktar minn 80 %, skont il-volum, tal-bejgħ fuq is-suq domestiku ma kienx orħos mill-ispejjeż tal-unità, jiġifieri fejn il-prezz tal-bejgħ medju tat-tip tal-prodott ikkonċernat kien daqs jew ogħla mill-prezz medju tal-produzzjoni għat-tip ta’ prodott ikkonċernat, il-valur normali kien ikkalkulat bħala l-prezz medju tal-bejgħ domestiku kollu tat-tip tal-prodott ikkonċernat irrispettivament minn jekk il-bejgħ kienx profittabbli jew le. |
(23) |
Għal dawk it-tipi tal-prodott fejn anqas minn 80 %, skont il-volum, tal-bejgħ fuq is-suq domestiku ma kienx orħos mill-ispejjeż tal-unità, il-valur normali kien ikkalkulat bħala l-prezz tal-bejgħ medju bil-piż differenzjat ta’ dawk it-transazzjonijiet li saru bi prezzijiet daqs l-ispejjeż tal-unità jew ogħla, tat-tip ikkonċernat. |
(24) |
F’dawk il-każijiet fejn it-transazzjonijiet kollha għal ċertu tip tal-prodott inbiegħu b’telf fis-suq domestiku, tqies li t-tip tal-prodott ikkonċernat ma nbiegħx fl-andament ordinarju tal-kummerċ u għalhekk il-valur normali kellu jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezz tal-produzzjoni tat-tip ikkonċernat, flimkien ma’ żieda għall-ispejjeż tal-bejgħ, għall-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (SG&A) u marġni raġonevoli ta’ qligħ. Skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku l-ammonti għas-SG&A u l-marġni ta’ qligħ kienu bbażati fuq il-medja tas-SG&A u l-marġni ta’ qligħ tal-bejgħ ta’ UML fl-andament normali tal-kummerċ tal-prodott simili. |
2. Il-prezz tal-esportazzjoni
(25) |
Fil-każijiet kollha fejn il-prodott ikkonċernat ġie esportat lil konsumaturi indipendenti fil-Komunità, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri abbażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni effettivament imħallsa jew dovuti. |
(26) |
F’każijiet fejn il-bejgħ sar permezz ta’ importatur jew negozjant relatat, il-prezz tal-esportazzjoni ikkunsidrat kien il-prezz tal-bejgħ mill-ġdid ta’ dak l-importatur jew negozjant relatat lill-konsumaturi fil-Komunità. Skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku saru konċessjonijiet għal kull spiża involuta bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inkluż għal spejjeż tas-SG&A u l-qligħ magħmul fil-Komunità mill-importatur relatat matul il-PIR. Saru aġġustamenti għall-ġarr tal-merkanzija fuq l-art u fuq il-baħar, għall-ispejjeż tal-assigurazzjoni, ta’ maniġġ, ta’ imballaġġ, għall-ispejjeż tal-kreditu u d-dazji fuq l-importazzjoni, li kienu kollha mnaqqsa mill-prezz tal-bejgħ mill-ġdid sabiex weħed jasal għall-ammont ta’ bażi tal-prezz tal-fabbrika. |
3. It-tqabbil
(27) |
Il-valur normali medju tqabbel mal-prezz medju tal-esportazzjoni għal kull tip ta’ prodott ikkonċernat, fuq bażi tal-prezz tal-fabbrika u fuq l-istess livell tal-kummerċ. Skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, u biex ikun żgurat tqabbil ġust, saru aġġustamenti għall-iskontijiet, għall-ġarr tal-merkanzija fuq l-art u bil-baħar, għall-ispejjeż tal-assigurazzjoni, ta’ maniġġ, ta’ mballaġġ u għall-ispejjeż tal-kreditu, li kienu kollha mnaqqsa mill-prezz tal-esportazzjoni sabiex wieħed jasal għall-ammont ta’ bażi tal-prezz tal-fabbrika. |
(28) |
Fir-rigward tal-bejgħ mill-esportazzjoni lil kumpaniji relatati, UML għamlet klejm għal livell fl-aġġustament fil-kummerċ bejn il-bejgħ domestiku lin-negozjanti u l-bejgħ bl-esportazzjoni lill-kumpaniji relatati ma’ UML fuq il-bażi li ma’ dawn iż-żewġ gruppi teżisti relazzjoni twila ta’ xogħol. |
(29) |
Madankollu, l-investigazzjoni sabet li fil-każ ta’ bejgħ mill-ġdid l-importaturi relatati huma biss parti intermedjarja bejn UML u l-konsumaturi Komunitarji li mhumiex relatati. Għalhekk it-tqabbil bejn il-bejgħ domestiku lin-negozjanti u lill-utenti finali u l-bejgħ mill-ġdid lill-istess kategorija ta’ konsumaturi fil-Komunità mhuwiex affettwat mil-livell ta’ kummerċ tal-partijiet intermedjarji. Din il-klejm kienet għalhekk miċħuda. |
(30) |
UML għamlet klejm oħra għal aġġustament fir-rigward tal-evoluzzjoni negattiva tar-rati ta’ skambju tal-Ewro, tad-Dollaru Amerikan u tal-Isterlina meta mqabbla mar-Rupee Indjan matul il-PIR. Din il-klejm kienet miċħuda minħabba li ċ-ċaqliq ma kienx ikkunsidrat sostenut u anke għaliex minbarra l-bejgħ dirett lill-konsumaturi mhux relatati fil-Komunità fl-Euro, il-konċessjoni kklejmjata kient tikkonċerna l-prezzijiet ta’ trasferiment lill-kumpaniji relatati. |
4. Il-marġni ta’ dumping
(31) |
Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, ġiet ikkalkulata marġni ta’ dumping, billi l-valur normali medju bil-piż differenzjat tqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni medju bil-piż differenzjat. |
(32) |
Taħt il-kondizzjonijiet deskritti hawn fuq, il-valur normali medju bil-piż differenzjat skont it-tip tqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni medju bil-piż differenzjat tat-tip li jikkorrispondi mal-prodott ikkonċernat fl-istess livell ta’ kummerċ. |
(33) |
Espress bħala perċentwali tan-nett, ħieles fuq il-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas, il-marġni ta’ dumping stabbilit għal bejgħ dirett lill-kumpaniji li mhux relatati fil-Kommunità matul il-PIR kien ta’ medja ta’ 2,6 % filwaqt li l-wieħed iddeterminat għal bejgħ permezz ta’ kumpaniji relatati kien ta’ – 3,9 %, li wassal għal marġni globali negattiva ta’ dumping ta’ – 2,8 %. |
D. IN-NATURA DEJJIEMA TAĊ-ĊIRKUSTANZI MIBDULA
(34) |
Skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat ukoll jekk jistax jingħad b’mod raġonevoli li ċ-ċirkostanzi mibdula li nstabu li jeżistu humiex ta’ natura permanenti. |
(35) |
L-investigazzjoni turi li mill-investigazzjoni ta’ skadenza, UML irristrutturat b’mod sinifikanti u ddiversifikat b’mod partikolari l-produzzjoni tagħha u kabbret in-netwerk tagħha ta’ bejgħ madwar id-dinja. Madankollu, dan ma kellux xi impatt partikolarment negattiv fuq l-investigazzjoni, meta wieħed iqis li s-sistema tar-rikordjar mill-produzzjoni għall-bejgħ tippermetti għal traċċabilità sħiħa. |
(36) |
L-industrija tal-Komunità allegat li UML esportat lejn il-Komunità SWR u swiegel ta’ oriġini Indjana permezz tal-produtturi relatati tagħha fir-Renju Unit u fl-Emirati Għarab Maqgħuda (UAE) u b’hekk bidlet l-oriġini tal-SWR mibjugħ fis-suq tal-Komunità. |
(37) |
Fid-dawl tal-allegazzjoni msemmija hawn fuq u għall-finijiet tal-kompletezza, it-transazzjonijiet u t-trasformazzjoni ta’ swiegel f’SWR tal-gruppi varji mill-produtturi relatati fir-Renju Unit u fl-Emirati Għarab Maqgħuda (UAE) kienu investigati wkoll. Dawn it-transazzjonijiet ma nstabux li jaffettwaw is-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni għal reviżjoni. |
(38) |
Fir-rigward tal-produttur relatat fl-Emirati Għarab Maqgħuda (UAE), instab li ma esporta l-ebda SWR mixtri mill-UML fl-Indja għall-Komunità matul il-PIR. It-transazzjonijiet ta’ bejgħ kollha tiegħu kienu ċċekkjati u nstabu li kienu ddestinati għal bqija tad-dinja. |
(39) |
Fir-rigward tat-trasformazzjoni ta’ swiegel f’SWR, instab li din it-trasformazzjoni kienet importanti għaż-żewġ produtturi relatati. |
(40) |
Kif imsemmi fil-premessa (35), il-grupp Usha Martin irristruttura u ddiversifika l-produzzjoni tiegħu. Il-grupp jipproduċi ħbula tal-wajer tal-azzar mhux biss fl-Indja imma wkoll fil-faċilitajiet ta’ produzzjoni l-oħra tagħha madwar id-dinja. Il-grupp qed jagħmel aktar produttività u investimenti ta’ tkabbir tal-valur fl-Indja imma qiegħed fl-istess ħin isir attur dejjem aktar globali, jinvesti fil-partijiet kollha tad-dinja, inkluż fil-Komunità. |
(41) |
Huwa importanti ukoll li wieħed jinnota li skont il-Eurostat prezzijiet medji ta’ importazzjoni tal-SWR mill-Indja għall-Komunità wrew tendenza li qed tiżdied mill-2004. Fil-fatt iż-żieda fil-prezzijiet medji ta’ importazzjoni mill-Indja kienet akbar miż-żieda fil-prezzijiet medji ta’ importazzjoni fid-dinja |
(42) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa mistenni li ser ikun hemm żieda fl-importazzjonijiet ta’ SWR u l-ebda tfeġġija mill-ġdid tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fil-Komunità ta’ SWR ta’ oriġini Indjana, bħala konsegwenza tar-revoka tad-dazju anti-dumping fis-seħħ fuq UML. |
(43) |
Għalhekk qed jitqies li ċ-ċirkostanzi li wasslu għat-tnedija ta’ din ir-reviżjoni mhumiex probabbli li jinbidlu fil-futur qrib b’mod li jaffettwaw is-sejbiet tar-reviżjoni attwali. Għalhekk il-bidliet qed jitqiesu li huma ta’ natura permanenti. |
E. IL-MIŻURI ANTI-DUMPING
(44) |
Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta li, kif stabbilit fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, u fid-dawl tas-sejbiet tal-investigazzjoni, jiġifieri n-nuqqas ta’ dumping matul l-PIR u n-nuqqas ta’ indikazzjonijiet ta’ rikorrenza ta’ dumping fil-futur, il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mill-Indja għadhom jiġu rrevokati fir-rigward ta’ UML. |
(45) |
Partijiet interessati kienu infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien intenzjonat li jkun irrakkomandat li d-dazju anti-dumping fis-seħħ fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mill-Indja ikun irrevokat fir-rigward ta’ UML, u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. |
(46) |
Il-partijiet interessati taw il-fehma tagħhom. Madankollu dawn ma kinux ta’ natura li jibdlu l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-tabella fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1858/2005 għandha tiġi emendata kif ġej, safejn Usha Martin Limited hija kkonċernata:
Pajjiż |
Kumpanija |
Rata ta’ dazju (%) |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC |
|||
L-Indja |
|
0 |
8613 |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, 6 ta’ April 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
J. POSPÍŠIL
(2) ĠU L 217, 17.8.1999, p. 1.
(3) ĠU L 217, 17.8.1999, p. 63.
(4) ĠU L 299, 16.11.2005, p. 1
8.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/10 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 284/2009
tas-7 ta’ April 2009
li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 161,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Billi:
(1) |
Il-kriżi bla preċedent li qed tolqot is-swieq finanzjarji internazzjonali ħolqot sfidi kbar għall-Komunità, li titlob rispons rapidu biex tilqa’ kontra l-effetti fuq l-ekonomija inġenerali, u b’mod partikolari biex issostni l-investimenti sabiex jiġu promossi it-tkabbir u l-impjiegi. |
(2) |
Il-qafas regolatorju tal-perijodu ta’ programmar 2007-2013 ġie adottat bil-għan li tinkiseb aktar simplifikazzjoni fl-ipprogrammar u l-ġestjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, l-effikaċja u s-sussidjarjetà tagħhom fit-termini tal-implimentazzjoni tagħhom. |
(3) |
L-adattament ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (1) huwa meħtieġ sabiex jiġi ffaċilitat l-immobilizzar tal-fondi Komunitarji sabiex jingħata bidu għall-programmi operattivi kif ukoll għall-proġetti megħjuna fil-qafas ta’ dawn il-programmi, b’mod li tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tagħhom u għalhekk l-impatt tal-investimenti fuq l-ekonomija. |
(4) |
Jeħtieġ li tissaħħaħ il-possibbiltà għall-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) li jgħinu lill-Istati Membri għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi. |
(5) |
B’kont meħud tal-istatus tal-BEI u l-FEI bħala entitajiet finanzjarji rikonoxxuti mit-Trattat, meta jiġu organizzati operazzjonijiet ta’ inġinerija finanzjarja li jinvolvuhom bħala fondi ta’ investiment, għandu jkun possibli li jingħatalhom kuntratt direttament. |
(6) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ strumenti ta’ inġinerija finanzjarja, b’mod partikolari fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli, jeħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà ta’ kontribuzzjonijiet in natura meqjusa bħala nefqa eliġibbli fil-kostituzzjoni ta’, jew kontribuzzjonijiet lejn, il-fondi. |
(7) |
Biex jingħata appoġġ lill-impriżi, u b’mod partikolari l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, jeħtieġ ukoll aktar flessibilità fil-kondizzjonijiet li jirregolaw il-pagamenti bil-quddiem fil-qafas tal-għajnuniet tal-Istat skont l-Artikolu 87 tat-Trattat. |
(8) |
Sabiex tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tal-proġetti maġġuri, jeħtieġ li l-ispejjeż relatati mal-proġetti maġġuri li għadhom ma ġewx adottati mill-Kummissjoni, ikunu jistgħu jiġu inklużi fid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa. |
(9) |
Biex jissaħħu r-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u b’hekk ikun iffaċilitat bidu rapidu tal-programmi operattivi f’kuntest ta’ kriżi, jeħtieġ li jiġu modifikati d-dispożizzjonijiet rigwar il-finanzjament bil-quddiem. |
(10) |
Il-pagament tal-ħlas akkont fil-bidu tal-programmi operattivi għandu jkun kapaċi jiggarantixxi dħul u ħruġ ta’ flus regolari u jiffaċilita l-pagamenti għall-benefiċjarji fl-implimentazzjoni tal-programm operattiv. Għal dan il-għan, għandhom jiġu stabbiliti xi dispożizzjonijiet għall-pagament tal-kontijiet għall-Fondi strutturali: 7.5 % (għall-Istati Membri li ssieħbu mal-Unjoni Ewropea hekk kif kienet ikkostitwita qabel l-1 ta’ Mejju 2004) u 9 % (għall-Istati Membri li ssieħbu mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara) sabiex jikkontribwixxu biex tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi. |
(11) |
Skont il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ ċertezza legali, l-emendi relatati mal-Artikoli 56(2) u 78(1) għandhom japplikaw matul il-perjodu ta’ programmar 2007-2013 kollu. Għalhekk, l-applikazzjoni retroattiva hija neċessarja mill-1 ta’ Awwissu 2006, id-data li fiha daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006. Billi l-kriżi bla preċedent li qed taffettwa is-swieq finanzjarji internazzjonali teħtieġ rispons rapidu biex tilqa’ kontra l-effetti fuq l-ekonomija inġenerali, emendi oħrajn għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 għandu għaldaqstant jiġi emendat, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 huwa b’dan emendat kif ġej:
1) |
Fl-Artikolu 44, it-tieni subparagrafu għandu jiġi emendat kif ġej:
|
2) |
Fl-Artikolu 46(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Il-BEI jew l-FEI jistgħu, fuq talba tal-Istati Membri, jipparteċipaw fl-azzjonijiet ta’ għajnuna teknika msemmija fl-ewwel subparagrafu.”; |
3) |
L-Artikolu 56(2) għandu jinbidel b’dan li ġej: “2. B’deroga mill-paragrafu 1, il-kontribuzzjonijiet in natura, l-ispejjeż ta’ deprezzament u n-nefqa ġenerali, jistgħu jiġu ttrattati bħala spejjeż imħallsa mill-benefiċjarji għall-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet, fil-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. B’ deroga mill-paragrafu 1, il-kontribuzzjonijiet in natura, fil-każ ta’ strumenti tal-inġinerija finanzjarja u għall-finijiet tal-Artikolu 78(6)(1), jistgħu jiġu pproċessati bħala nefqa għall-kostituzzjoni tal-fondi jew fondi ta’ titoli jew għall-kontribuzzjoni ta’ dawn, fil-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-ispejjeż imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
4) |
L-Artikolu 78 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
5) |
Fl-Artikolu 82(1), it-tieni subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c) għandhom jinbidlu b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madanakollu, l-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 1(4) il-punt (a), għadhom japplikaw mill-1 ta’ Awwissu 2006.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, 7 ta’ April 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
K. SCHWARZENBERG
(1) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.
8.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 285/2009
tas-7 ta’ April 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ April 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
JO |
88,9 |
MA |
50,7 |
|
SN |
208,5 |
|
TN |
129,8 |
|
TR |
105,8 |
|
ZZ |
116,7 |
|
0707 00 05 |
JO |
155,5 |
MA |
51,1 |
|
TR |
136,5 |
|
ZZ |
114,4 |
|
0709 90 70 |
MA |
64,2 |
TR |
88,8 |
|
ZZ |
76,5 |
|
0709 90 80 |
EG |
60,4 |
ZZ |
60,4 |
|
0805 10 20 |
CN |
39,7 |
EG |
43,8 |
|
IL |
63,4 |
|
MA |
46,5 |
|
TN |
48,1 |
|
TR |
76,6 |
|
ZZ |
53,0 |
|
0805 50 10 |
TR |
55,9 |
ZZ |
55,9 |
|
0808 10 80 |
AR |
82,2 |
BR |
80,0 |
|
CA |
110,7 |
|
CL |
89,3 |
|
CN |
75,2 |
|
MK |
24,7 |
|
NZ |
113,4 |
|
US |
122,1 |
|
UY |
71,7 |
|
ZA |
78,7 |
|
ZZ |
84,8 |
|
0808 20 50 |
AR |
78,9 |
CL |
102,0 |
|
CN |
59,2 |
|
UY |
52,8 |
|
ZA |
95,9 |
|
ZZ |
77,8 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
8.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 286/2009
tas-7 ta' April 2009
li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melva de Andalucía (IĠP), Caballa de Andalucía (IĠP), Ovos Moles de Aveiro (IĠP), Castagna di Vallerano (DPO)]
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjonijiet ta’ Spanja biex tirreġistra d-denominazzjonijiet “Melva de Andalucía” u “Caballa de Andalucía”, l-applikazzjoni tal-Portugall biex jirreġistra d-denominazzjoni “Oves Moles de Aveiro” u l-applikazzjoni tal-Italja biex tirreġistra d-denominazzjoni “Castagna di Vallerano” ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom jiġu rreġistrati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b'dan irreġistrati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU C 177, 12.7.2008, p. 18 (Melva de Andalucía), ĠU C 177, 12.7.2008, p. 21 (Caballa de Andalucía), ĠU C 184, 22.7.2008, p. 42 (Ovos Moles de Aveiro), ĠU C 190, 29.7.2008, p. 7 (Castagna di Vallerano).
ANNESS
1. |
Prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat: Klassi 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali pproċessati jew mhumiex L-ITALJA Castagna di Vallerano (DPO) Klassi 1.7. Ħut, molluski, krustaċji friski u prodotti magħmulin minnhom SPANJA Melva de Andalucía (IĠP) Caballa de Andalucía (IĠP) |
2. |
Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament: Klassi 2.4. Ħobż, ikel tal-għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara IL-PORTUGALL Ovos Moles de Aveiro (IĠP) |
8.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/17 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 287/2009
tas-7 ta’ April 2009
li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti folji tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, il-Brażil u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikulari l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Bidu
(1) |
Fit-28 ta’ Mejju 2008, il-Kummissjoni rċeviet ilment li jikkonċerna l-folji tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, il-Brażil u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ) ippreżentat skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku minn Eurométaux (“il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ ta’ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali Komunitarja ta’ folji tal-aluminju. |
(2) |
Dan l-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, li tqieset bħala biżżejjed biex tiġġustifika l-ftuħ ta’ proċediment. |
(3) |
Fit-12 ta’ Lulju 2008, il-proċediment inbeda bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
2. Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment
(4) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi kwerelanti tal-Komunità, il-produtturi esportaturi fl-Armenja, il-Brażil u r-RPĊ, l-importaturi, il-kummerċjanti, l-utenti, il-fornituri u l-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati, u r-rappreżentanti tal-Armenja, il-Brażil u r-RPĊ dwar il-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu. |
(5) |
Sabiex il-produtturi esportaturi fl-Armenja u r-RPĊ jingħataw l-opportunità li jressqu klejm għat-trattament tal-ekonomija tas-suq (“TES”) jew trattament individwali (“TI”), jekk xtaqu dan, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ klejm lill-produttur esportatur Armenjan u lill-produtturi esportaturi Ċiniżi magħrufa li huma kkonċernati, lill-awtoritajiet Armenjani u Ċiniżi u lill-produtturi esportaturi Ċiniżi oħra li ppreżentaw nfushom fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ inizjazzjoni. Il-produttur esportatur Armenjan u s-sitt produtturi esportaturi Ċiniżi flimkien mal-kumpaniji ta’ bejgħ relatati tagħhom, fejn xieraq, talbu lit-TES skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, jew gћat-TI f’każ li l-investigazzjoni tistabbilixxi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għat-TES. |
(6) |
Fid-dawl tan-numru għoli li deher ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ u l-importaturi fil-Komunità, il-Kummissjoni indikat fl-avviż ta’ bidu li t-teħid ta’ kampjuni jista’ jiġi applikat f’din l-investigazzjoni għad-determinazzjoni ta’ dumping u ħsara skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
(7) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk iva, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ u l-importaturi Komunitarji ntalbu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni u jipprovdu, kif ġie speċifikat fl-avviż tal-bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2007 u t-30 ta’ Ġunju 2008. |
(8) |
Kien hemm sitt produtturi esportaturi fir-RPĊ li wieġbu għall-eżerċizzju ta’ teħid ta’ kampjuni. Madankollu, kumpanija waħda rtirat minn aktar kooperazzjoni fl-investigazzjoni fi stadju bikri u b’hekk kien għad fadal ħames produtturi esportaturi biss. Għalhekk it-teħid ta’ kampjuni ma baqax bżonnjuż u l-partijiet kollha ġew infurmati li ma kienx se jintgħażel kampjun. |
(9) |
Tmien importaturi/utenti wieġbu għall-eżerċizzju ta’ teħid ta’ kampjun. Għalhekk it-teħid ta’ kampjuni ma baqax bżonnjuż u l-partijiet kollha ġew infurmati li ma kienx se jintgħażel kampjun. |
(10) |
Intbagħtu kwestjonarji lill-partijiet kollha li kien magћruf li huma kkonċernati u lill-kumpaniji l-oћra kollha li ppreżentaw ruћhom fi żmien l-iskadenzi stipulati fl-avviż ta’ inizjazzjoni. Waslu tweġibiet minn produttur esportatur fl-Armenja, ħamsa fir-RPĊ, wieħed mill-Brażil u minn produttur wieħed mill-pajjiż analogu, it-Turkija. Tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarju waslu wkoll minn sitt produtturi Komunitarji u tmien importaturi/utenti li kkooperaw billi ppreżentaw tweġiba tal-kwestjonarju. L-ebda wieħed mill-utenti finali ma bagħat lill-Kummissjoni xi tagħrif jew għamel lilu nnifsu magħruf fl-andament tal-investigazzjoni. |
(11) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ gћad-determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, għall-ћsara li rriżultat kif ukoll għall-interess tal-Komunità u wettqet żjarat ta’ verifiki fuq il-post fil-kumpaniji li ġejjin:
|
(12) |
Minћabba l-ћtieġa li jiġi stabbilit valur normali gћall-produtturi esportaturi li jista’ ma jingћatalhomx TES, saret verifika sabiex jiġi stabbilit il-valur normali fuq bażi tad-dejta minn pajjiż analogu, f’dan il-każ it-Turkija, fuq il-post tal-kumpanji li ġejjin:
|
3. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu meqjus
(13) |
L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008 (“il-perjodu għall-investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-aħħar tal-perjodu għall-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
1. Il-prodott ikkonċernat
(14) |
Fl-Avviż ta’ Bidu, il-prodott kkonċernat ġie ddefinit bħala fojl tal-aluminju li għandu ħxuna ta’ mhux anqas minn 0,008 mm u mhux aktar minn 0,018 mm, mhux immuntat, mhux aktar maħdum milli rrumblat, f’rombli li ma jaqbżux is-650 mm li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li normalment jiġi ddikjarat bil-kodiċi NM ex 7607 11 10 tul il-ftuħ tal-proċediment. |
(15) |
L-investigazzjoni kixfet li d-deskrizzjoni tal-prodott ta’ hawn fuq inkludiet prodotti differenti, u b’mod partikolari r-rombli hekk imsejħa “jumbo” u tal-“konsumatur”. Id-differenzi bejn ir-rombli jumbo u r-rombli tal-konsumatur tinsab b'mod partikolari fil-piż (normalment ir-rombli jumbo jiżnu mill-inqas 150 kg), b'hekk il-bżonn li l-fojl tal-aluminju jiġi rrumblat mill-ġdid biex jinbidel f’prodott tal-konsumatur li jippermettih li jintuża għall-imballaġġ u użi oħra tad-dar. |
(16) |
Il-kodiċi NM ex 7607 11 10 kif stipulat fl-Avviż ta’ Bidu nqasam f’Jannar 2009 f’żewġ kodiċijiet. ex 7607 11 11 (fojl tal-aluminju ta’ ħxuna ta’ inqas minn 0,021 mm u jiżen 10 kg jew inqas għar-rombli tal-konsumatur) u ex 7607 11 19 (l-istess iżda jiżen 'il fuq minn 10 kg għar-rombli jumbo). Il-kodiċi NM jirreferi għall-piż tar-rombli tal-fojl tal-aluminju li hu bħar-rombli tal-fojl tal-aluminju fid-deskrizzjoni oriġinali tal-prodott. It-tnejn jirreferu għal-fojl tal-aluminju nnifsu li hu rrumblat f’romblu, fuq sostenn. |
(17) |
L-industrija 'l bogħod mis-sors fil-Komunità, jiġifieri “l-impriżi li jirrumblaw mill-ġdid” (“rewinders”) iddikjarat li l-prodott ikkonċernat għandu jinkludi wkoll ir-rombli tal-konsumatur peress li jekk il-miżuri huma imposti biss fuq l-importazzjonijiet tal-fojl tal-aluminju li jiżen 'il fuq minn 10 kg, dan jista’ jikkawża l-esportazzjonijiet tal-prodotti li jinsabu 'l bogħod mis-sors jiġifieri l-fojl tal-aluminju li jiżen inqas minn 10 kg. L-operazzjoni tar-rumblar isseħħ fil-pajjiżi ta’ esportazzjoni minflok fil-pajjiżi Komunitarji u “l-impriżi li jirrumblaw” fil-Komunità għalhekk għandhom imnejn isofru bil-kbir. Din il-kwistjoni hija indirizzata hawn isfel fil-premessi (150) sa (162). |
(18) |
Il-fojl tal-aluminju huwa manifatturat billi jiġu rrumblati lingotti tal-aluminju jew stokk tal-fojl sal-ħxuna mixtieqa. Ladarba rrumblati, il-fojl huwa temprat bi proċess termali sabiex isir flessibli. Ladarba jkun irrumblat u ttemprat il-fojl jitkebbeb fuq rukkelli ta’ wisgħa li ma taqbizx is-650 mm. Id-daqs tar-rukkell hi stabbilita għall-użu tiegħu, minħabba li l-utenti tal-fojl (“l-impriżi li jirrumblaw mill-ġdid” (“spoolers” jew “rewinders”)) jgħabbuh fuq rombli żgħar finali maħsuba għall-bejgħ bl-imnut. |
(19) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, ġie konkluż li l-prodott ikkonċernat hu l-fojl tal-aluminju ta’ ħxuna ta’ mhux anqas minn 0,008 mm u mhux aktar minn 0,018 mm, mhux immuntat, mhux aktar maħdum milli rrumblat, f’rombli li mhumiex usa’ minn 650 mm u li ma jiżnux aktar minn 10 kg li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bil-kodiċi NM ex 7607 11 19 (“il-prodott ikkonċernat”). |
2. Il-prodott simili
(20) |
L-investigazzjoni wriet li l-fojl tal-aluminju prodott u mibjugħ mill-industrija Komunitarja fil-Komunità, il-fojl tal-aluminju prodott u mibjugħ fis-swieq domestiċi tal-Armenja, il-Brażil u r-RPĊ u l-fojl tal-aluminju importat fil-Komunità minn dawn il-pajjiżi, kif ukoll dawk prodotti u mibjugħa fit-Turkija għandhom bażikament l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi u l-istess użijiet bażiċi finali. |
(21) |
Gћalhekk ġie konkluż b’mod provviżorju li dawn il-prodotti huma simili fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
C. IT-TRATTAMENT TAL-EKONOMIJA TAS-SUQ (TES) U PAJJIŻ ANALOGU
(22) |
Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet ta’ anti-dumping dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Armenja u r-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi 1 sa 6 tal-imsemmi Artikolu gћal dawk il-produtturi li nstabu li qed jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u gћall-finijiet ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma stipulati hawn taћt f’forma mqassra:
|
(23) |
L-uniku produttur esportatur Armenjan li kkoopera u l-ħames produtturi esportaturi mir-RPĊ li kkooperaw f’dan il-proċediment talbu lit-TES u wieġbu għall-formola tal-klejm tat-TES għall-produtturi esportaturi fi ħdan l-iskadenza mogħtija. |
(24) |
Armenal, l-uniku produttur esportatur li kkoopera mill-Armenja ddikjara li l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(7) għall-Armenja kienet illegali peress li l-Armenja għandha titqies bħala li għandha Status ta’ Ekonomija tas-Suq skont ir-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) |
(25) |
Madankollu, it-trattament tal-Armenja bħala ekonomija li tinsab fi tranżizzjoni hi skont ir-Regolament bażiku, li ssemmi b’mod espliċitu lill-Armenja fin-nota tal-qiegħ tal-Artikolu 2(7)(a). Dan l-argument huwa għalhekk irrifjutat. |
(26) |
Għall-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw fl-Armenja u r-RPĊ, il-Kummissjoni fittxet l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa u vverifikat l-informazzjoni li tressqet fit-talba għat-TES fl-uffiċċji tal-kumpaniji kkonċernati. |
1. L-Armenja
(27) |
It-TES ġie rrifjutat lill-Armenal minħabba li l-kriterji 2 u 3 ma ġewx issodisfatti. Għall-kriterju 2, il-kontijiet tal-kumpanija għall-2006 kien fihom opinjoni negattiva mill-awdituri tagħhom, u l-kumpanija ma pprovdietx kontijiet ivverifikati għall-2007. |
(28) |
Il-kumpanija argumentat li konformità mal-proċess ta’ verifika (li sar fl-2006) u impenn li jingħataw kontijiet verifikati għall-2007 skont l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) ikun biżżejjed biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-kriterju 2. Barra minn hekk, din il-kumpanija ddikjarat li, anke jekk l-awditur jagħti opinjoni negattiva rigward il-konformità tal-kontijiet mal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS), il-fatt li dawn ġew ivverifikati skont l-Istandards Internazzjonali ta’ Verifika hu biżżejjed biex jissodisfaw il-kriterju 2. |
(29) |
Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. L-ewwel nett, il-kontijiet ivverifikati tagħhom għall-2007 ma ngħatawx minkejja li ntalbu mill-Kummissjoni u t-tieni nett, rigward il-kontijiet ivverifikati għall-2006, għandu jitqies li l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku hu eċċezzjoni u, bħala tali, għandu jingħata interpretazzjoni stretta. Huwa ċar li l-kontijiet mhux biss għandhom jiġu vverifikati skont l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità iżda mħejjija wkoll skont l-IAS. Għaldaqstant l-argument ġie miċħud. |
(30) |
Għall-kriterju 3, l-investigazzjoni sabet li l-prezz imħallas lill-Istat għall-perċentwal għoli tal-ishma kien madwar terz tal-valur nominali tiegħu u l-kumpanija rċeviet l-art mill-Istat b’xejn. Ġie ddikjarat li l-valur li bih inxtraw l-ishma kien il-valur tas-suq u, li barra minn hekk t-tagħwiġ li rriżulta ma kienx sinifikanti. Madankollu, ma ngħatatx biżżejjed evidenza biex tiġi ġġustifikata din id-dikjarazzjoni. Barra minn hekk, il-kumpanija argumentat li ma jistgħux ibiegħu l-art ikkonċernata mingħajr ma jħallsu l-valur katastali lill-Istat u l-impatt tal-pussess tal-art mhux sinifikanti. Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat, peress li, kif indikat hawn fuq, l-art hija assi ewlenija u għandha impatt dirett u sinifikanti fuq il-ħila tal-kumpanija li topera u għalhekk fuq il-qagħda finanzjarja tagħha. |
(31) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, għalhekk qiegħed jitqies li t-TES għandu jiċċaħħad għal Rusal Armenal. Il-Kumitat Konsultattiv ġie kkonsultat u ma oġġezzjonax għal din il-konklużjoni. |
2. Ir-RPĊ: It-Trattament tal-Ekonomija tas-Suq
(32) |
Il-ħames produtturi esportaturi kollha li kkooperaw fir-RPĊ ġew miċħuda t-TES peress li l-ispejjeż tad-dħul maġġuri, l-aluminju primarju, ma rreflettiex b’mod sostanzjali l-valuri tas-suq, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni TES iddeterminat li dan kien minħabba ndħil Statali fis-suq tal-aluminju fir-RPĊ. Il-prezzijiet għall-aluminju primarju huma msejsa fuq il-kwotazzjoni tal-aluminju fis-suq ta’ Skambju tal-Metall li ma fihx Ħadid ta’ Shangai (SMĦS) li hu kkontrollat mill-Istat, limitat għan-negozjanti Ċiniżi, filwaqt li r-referenza mad-dinja kollha hi l-kwotazzjoni tal-Iskambju tal-Metall ta’ Londra (SML). Il-kwotazzjoni tas-SML kienet fuq bażi medja ta’ kull xahar ogħla minn 21 % tas-SMĦS tul il-PI. Barra minn hekk, l-aluminju primarju mhux suġġett għar-rifużjonijiet tal-VAT u hu suġġett għal taxxa ta’ esportazzjoni ta’ 15 %. Għaldaqstant, il-biċċa l-kbira tal-produzzjoni tal-aluminju primarju tinbiegħ fis-suq Ċiniż u tikkawża roħs tal-prezz tal-aluminju primarju domestiku u vantaġġ importanti tal-prezz għall-produtturi tal-fojl tal-aluminju stabbiliti fir-RPĊ. B’kunsiderazzjoni li l-aluminju primarju jammonta għal madwar 70 % tal-ispiża tal-produzzjoni tal-fojl tal-aluminju, din id-differenza hi tradotta f’madwar 14 % tal-vantaġġ tal-ispiża għall-produtturi Ċiniżi, li hu sinifikanti f’suq tal-prodott bħal dak tal-fojl tal-aluminju. |
(33) |
Barra minn hekk, mal-qagħda ġenerali deskritta hawn fuq, hemm tliet kumpaniji oħrajn li ma jissodisfawx rekwiżiti oħra tal-Kriterju 1. Waħda hi suġġetta għal indħil statali sinifikanti b’rigward għad-deċiżjonijiet tal-kummerċ importanti; oħra rċeviet sussidju kbir fix-xiri tat-tagħmir ewlieni; u l-assi fissi ta’ kumpanija oħra ma rriflettewx il-valuri tas-suq. |
(34) |
Kumpanija minnhom ma kinitx konformi mal-kriterju 2 peress li nstabu żbalji tal-kontabilità ċari li l-awdituri ma kinux ikkummentaw dwarhom. |
(35) |
Rigward il-Kriterju 3, żewġ kumpaniji ma ssodisfawx ir-rekwiżiti tagħhom. Fil-każ ta’ kumpanija minnhom, it-tgħawiġ affettwa d-drittijiet tagħhom tal-użu tal-art; meta l-kumpanija bidlet il-forma legali tagħha fl-1993, ma għamlitx trasferiment minnufih tad-drittijiet tal-użu tal-art għall-entità l-ġdida kif suppost isir. Tabilħaqq, id-drittijiet tal-użu ta l-art ġew trasferiti biss 10 snin wara. Ma kienx hemm klawżola ta’ piena fil-kuntratt f’każ ta’ falliment li d-drittijiet jiġu trasferiti. Barra minn hekk, tul is-sena 2004, ma ħallsux it-taxxa fuq id-dħul minn qabel fl-ewwel simestru tas-sena kif meħtieġ jew fl-aħħar tas-sena. Il-kumpanija ddikjarat li l-irregolaritajiet li nstabu bit-trasferiment tad-drittijiet tal-użu tal-art ma għandhomx impatt rilevanti fuq il-kontijiet, u d-dawma fit-trasferiment kienet de jure u mhux de facto. Madankollu, il-ħila li tintuża assi ewlieni bħall-art għandha, fiha nfisha, impatt dirett u sinifikanti fuq il-ħila tal-kumpanija li topera u għalhekk fuq il-qagħda finanzjarja tagħha. |
(36) |
Rigward it-tieni kumpanija, huma rċevew iċ-ċertifikat tad-dritt tagħhom tal-użu tal-art qabel ma ħallsu bis-sħiħ għalih, u użaw dan iċ-ċertifikat biex jiksbu ipoteka minn bank statali. |
(37) |
Il-Kummissjoni kixfet uffiċjalment ir-riżultati tas-sejbiet tat-TES lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ ikkonċernati, lill-awtoritajiet tar-RPĊ u lill-ilmentatur. Huma kienu mogħtija opportunità wkoll biex iressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu seduta jekk kien hemm raġunijiet partikolari sabiex jinstemgħu. |
(38) |
Produttur esportatur minnhom argumenta li t-tqabbil bejn il-prezzijiet tal-aluminju għandu jkun tqabbil bejn il-prezz tas-SML mingħajr il-VAT u l-prezz tas-SMĦS bil-VAT miżjud. Ovvjament dan għandu mnejn inaqqas id-differenza fil-prezz li nstabet tul il-perjodu ta’ investigazzjoni iżda ġie miċħud minħabba raġunijiet ta’ tqabbil kif suppost bejn iż-żewġ skambji. |
(39) |
Bosta partijiet allegaw ukoll li s-sejba rigward il-prezzijiet tal-aluminju hi inkonsistenti mal-prassi tal-Kummissjoni peress li fil-każijiet ta’ Żwieġ (tal-kumpaniji) ta’ qabel (analizzati fid-dawl tar-regoli ta’ kompetizzjoni) il-Kummissjoni kienet qieset li s-suq għall-aluminju primarju hu wieħed dinji. Madankollu, skont il-kliem tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2007 fiż-żwieġ ta’ Rio Tinto/Alcan (3), l-argument rigward is-SMĦS ma kien ippreżentat minn l-ebda wieħed mill-partijiet ikkonċernati u, għalhekk ma kienx possibbli għall-Kummissjoni li tanalizzah. Minkejja dan, anki li kieku tqajmet din il-kwistjoni, il-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fil-każijiet ta’ kompetizzjoni rigward is-swieq ġeografiċi rilevanti ttieħdu fid-dawl ta’ Avviż li japplika biss għall-finijiet tal-liġi ta’ kompetizzjoni (4) u d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Avviż mhux bilfors japplikaw għal jew huma rilevanti għal-liġi tal-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ. Għaldaqstant l-argument ġie miċħud. |
(40) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ngħad aktar 'il fuq, l-ebda waħda mill-kumpaniji tar-RPĊ li kienu talbu TES ma setgħu juru li jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament Bażiku. Għalhekk, tqies li t-TES għandu jiġi miċħud għal dawn il-kumpaniji kollha. Il-Kumitat Konsultattiv ġie kkonsultat u ma oġġezzjonax għal dawn konklużjonijiet. |
3. Ir-RPĊ u l-Armenja: Trattament Individwali
(41) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, qed jiġi stabbilit dazju mal-pajjiż kollu, jekk hemm, gћal dawk il-pajjiżi li jaqgћu taћt l-Artikolu 2(7), ћlief gћal dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu kapaċi juru, skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, li l-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-esportazzjonijiet tagћhom kif ukoll il-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgћ huma determinati b’mod ħieles, li r-rati tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq, u li kwalunkwe ndћil mill-Istat ma jkunx tali li jippermetti l-kontravenzjoni tal-miżuri jekk l-esportaturi jingћataw rati differenti ta’ dazju. |
(42) |
Il-produtturi esportaturi kollha li talbu t-TES ikklejmjaw ukoll it-TI f’każ li ma jingħatawx it-TES. Fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli, ġie stabbilit b’mod provviżorju li l-kumpanija fl-Armenja, u erbgħa mill-ħames kumpaniji fir-RPĊ issodisfaw ir-rekwiżiti kollha għat-TI. Kumpanija fir-RPĊ ġiet miċħuda t-TI minħabba ndħil statali sinifikanti fid-deċiżjonijiet tal-kummerċ tal-kumpanija. |
4. Pajjiż analogu
(43) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali gћall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx it-TES, gћandu jiġi stabbilit fuq bażi tal-prezzijiet domestiċi jew tal-valur normali kompost f’pajjiż analogu. |
(44) |
Fl-avviż ta’ bidu, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagћha li tuża lit-Turkija bћala pajjiż analogu xieraq bil-għan li tistabbilixxi l-valur normali, u l-partijiet interessati ġew mistiedna sabiex jikkummentaw dwar dan. |
(45) |
L-Armenja ssuġġeriet lir-Russja bħala pajjiż analogu aktar xieraq għall-Armenja minħabba li r-Russja u l-Armenja għandhom kundizzjonijiet simili għall-aċċess għall-materja prima għall-prodott ikkonċernat u jużaw l-istess teknoloġija u għarfien peress li Armenal hi sussidjarja tal-grupp Rusal, li hu l-akbar produttur tal-fojl tal-aluminju Russu. Armenal ressqet ukoll li l-pożizzjoni fis-suq fuq quddiem ta’ Rusal fir-Russja tixbaħ lill-pożizzjoni fis-suq fil-quddiem ta’ Armenal fl-Armenja u kemm is-swieq u l-bejgħ Russi kif ukoll Armenjani huma affettwati bl-esportazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx li qegħdin jiżdiedu bil-kbir. Madankollu, dawn il-klejms kollha ma ġewx issostanzjati kif xieraq. L-investigazzjoni wriet ukoll li s-suq domestiku għall-prodott ikkonċernat fir-Russja kien żgħir, u iżgħar minn dak tat-Turkija. |
(46) |
Bħala għażla alternattiva tar-Russja bħala pajjiż analogu, Armenal stqarret li t-Turkija dehret li kienet it-tieni għażla l-aktar xierqa. |
(47) |
Il-kumpaniji li jagħmlu parti mill-grupp Alcoa pproponew lill-Indja bħala pajjiż analogu aktar xieraq għar-RPĊ. Ġie kkonfermat li s-suq Indjan ma tantx huwa akbar minn dak Tork, u li l-kompetizzjoni ġejja bażikament mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Fornituri oħrajn għas-suq Indjan huma l-Impriżi Żgħar u ta’ daqs Medju (SMEs), li bosta minnhom ma għandhomx magni għar-rumblar u qegħdin jużaw materjal Ċiniż impurtat bħar-rombli jumbo jew direttament f’rombli żgħar. Għalhekk, la r-Russja u la l-Indja ma tqiesu xierqa għall-għażla tal-pajjiż analogu. |
(48) |
Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk it-Turkija kinitx għażla raġonevoli ta’ pajjiż analogu. Ġie konkluż li t-Turkija, minkejja li għandha produttur wieħed biss tal-prodott ikkonċernat, kienet suq miftuħ b’dazju baxx tal-importazzjoni u importazzjonijiet sinifikanti minn pajjiżi terzi. Barra minn dan, l-investigazzjoni ma wriet l-ebda raġuni, bħal pereżempju spiża eċċessivament għolja tal-materja prima jew tal-enerġija, biex it-Turkija titqies bħala mhux xierqa għall-għan li jiġi stabbilit il-valur normali. |
(49) |
B’rigward għal dak li ntqal hawn fuq, tqies li t-Turkija kienet għażla aktar xierqa għal pajjiż analogu għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni. L-ebda parti interessata oħra ma argumentat li l-Indja kellha tintuża bħala pajjiż analogu xieraq għal din l-investigazzjoni u Armenal qieset li t-Turkija tista’ tkun għażla xierqa wkoll. |
(50) |
Produttur fit-Turkija wieġeb għall-kwestjonarju mibgħut lill-produtturi kollha tal-fojl tal-aluminju fit-Turkija. |
(51) |
Id-dejta ppreżentata fit-tweġiba tal-produttur Tork li kkoopera kienet verifikata fuq il-post u nstabet li hija tagħrif affidabbli li fuqu seta' jiġi bbażat il-valur normali. |
(52) |
Għalhekk huwa provviżorjament konkluż li t-Turkija hija pajjiż analogu xieraq u raġonevoli skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. |
D. DUMPING
1. Il-Brażil
(53) |
Id-dumping ġie kkalkulat għall-uniku produttur esportatur li kkoopera fil-Brażil li uża l-metodoloġija kif stabbilita hawn isfel. |
1.1. Il-valur normali
(54) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk għall-uniku produttur esportatur, il-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat lill-klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ bejgħ ta’ din ix-xorta kienx daqs jew akbar minn 5 % tal-volum totali tal-bejgħ mill-esportazzjoni korrispondenti lejn il-Komunità. Il-bejgħ domestiku tal-uniku produttur esportatur fil-Brażil kienu rappreżentattivi tul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(55) |
Il-Kummissjoni mbagħad identifikat dawk it-tipi ta’ prodotti mibjugħa b’mod domestiku li kienu identiċi jew li kienu jitqabblu direttament mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. |
(56) |
Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari kien ikkunsidrat rappreżentattiv biżżejjed meta l-ammont ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ fis-suq domestiku lil klijenti indipendenti matul il-perjodu għall-investigazzjoni kien jirrappreżenta 5 % jew aktar tal-ammont totali tat-tip ta’ prodott simili mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. |
(57) |
Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip tal-fojl tal-aluminju mibjugħ fis-suq domestiku fi kwantitajiet rappreżentattivi, setax jitqies li sar tul l-andament normali ta’ kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku bi qligħ lil klijenti indipendenti, ta’ kull tip ta’ prodott esportat, fis-suq domestiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni. |
(58) |
Il-bejgħ domestiku kollha ta’ kull tip ta’ fojl tal-aluminju mibjugħ domestikament fi kwantitajiet rappreżentattivi kien 'il fuq minn 80 % profitabbli u għalhekk il-valur normali ssejjes fuq il-prezz domestiku attwali tat-tranżazzjonijiet kollha tul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(59) |
Fejn il-prezzijiet domestiċi tat-tip ta’ prodott partikolari ma setgħux jintużaw sabiex ikun stabbilit il-valur normali, kellu jiġi applikat metodu ieħor. Skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, minflok, ikkalkulat valur normali kompost, kif ġej: |
(60) |
Il-valur normali kien mibni billi jiġi miżjud mal-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi esportati ta’ kull esportatur, aġġustati fejn meħtieġ, ammont raġonevoli għall-bejgħ, għal infiq ġenerali u amministrattiv (“SG&A”) u għal marġini raġonevoli ta’ qligħ. |
(61) |
Fil-każijiet kollha l-SG&A u l-qligħ ġew stabbiliti bil-metodi stabbiliti fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament Bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-SG&A u l-qligħ magħmul minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi kkonċernati fis-suq domestiku kinux jikkostitwixxu dejta ta’ min jorbot fuqha u f’dan il-każ iddeterminat li kienu xierqa biex jintuża biex jifformaw il-valur normali. |
1.2. Il-prezz tal-esportazzjoni
(62) |
Fil-każijiet kollha fejn il-prodott ikkonċernat kien esportat lil klijenti indipendenti fil-Komunità u b’hekk il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni effettivament imħallsa jew li jistgħu jitħallsu. |
1.3. It-tqabbil
(63) |
It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. |
(64) |
Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għal differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tal-Regolament Bażiku, inklużi l-aġġustamenti għall-merkanzija fil-pajjiż li jesporta, il-merkanzija fuq l-oċean, il-ġestjoni, l-imballaġġ, l-ispejjeż ta’ kreditu u l-ispejjeż tal-bank. Il-kumpanija talbet ukoll, u ngħatat provviżorjament, livell ta’ aġġustament tal-kummerċ iddikjarat skont l-Artikolu 2(10(d)(i) tar-Regolament bażiku. |
1.4. Il-marġini tad-dumping
(65) |
Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu stabbiliti fuq il-bażi ta’ tqabbil ta’ valur normali medju b'piż differenzjat skont it-tip ta’ prodott ma’ prezz tal-esportazzjoni medju b'piż differenzjat skont it-tip ta’ prodott kif ġie stabbilit aktar 'il fuq. |
(66) |
Sabiex jiġi ddeterminat il-marġini tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, l-ewwel ġie stabbilit il-livell ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni. Għal dan il-għan, l-ammont tal-esportazzjonijiet lejn il-Komunità rrappurtat mill-produttur esportaturi li kkoopera tqabbel mal-istatistiċi dwar l-importazzjonijiet ekwivalenti tal-Eurostat. |
(67) |
Minħabba li l-livell ta’ kooperazzjoni mill-Brażil kien għoli (effettivament 100 %), u minħabba li ma kien hemm l-ebda raġuni li twassal biex temmen li xi ħadd mill-produtturi esportaturi f’dawn il-pajjiżi apposta naqas milli jikkoopera, tqies bħala xieraq li l-marġini residwu tad-dumping għal kwalunkwe produttur esportatur li ma kkooperax fil-Brażil fil-livell tal-ogħla marġini impost fuq esportatur li kkoopera. |
(68) |
Il-marġini tad-dumping, espressi bħala perċentwali tal-prezz tal-importazzjoni CIF fuq il-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma provviżorjament dawn li ġejjin:
|
2. L-Armenja
2.1. Il-valur normali
(a)
i) Pajjiż analogu
(69) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali gћall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx it-TES, gћandu jiġi stabbilit fuq bażi tal-prezzijiet domestiċi jew tal-valur normali kompost f’pajjiż analogu. |
(70) |
Kif stabbilit hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża lit-Turkija bħala pajjiż analogu xieraq biex jitwaqqaf il-valur normali. |
ii) Il-valur normali
(71) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produttur esportatur li ma ngħatax it-TES kien stabbilit fuq il-bażi ta’ tagħrif ivverifikat li wasal mingħand il-produttur fil-pajjiż analogu, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet imħallsa jew li jistgħu jitħallsu fis-suq domestiku Tork, għat-tipi komparabbli tal-prodott, skont il-metodoloġija stipulata fil-premessi (47) sa (56) hawn fuq. |
2.2. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni
(72) |
Il-produtturi esportaturi li kkooperaw għamlu bejgħ tal-esportazzjoni lill-Komunità jew direttament lil konsumaturi indipendenti fil-Komunità; Il-prezz tal-esportazzjoni għal dan il-bejgħ għalhekk kien ibbażat fuq il-prezzijiet effettivament imħallsa jew li jistgħu jitħallsu għall-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-bejgħ sar permezz ta’ kummerċ relatat u kumpaniji ta’ importazzjoni fir-Russja, l-Iżvizzera u l-Ġermanja. F’dawn il-każijiet, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni ġew iffurmati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, u aġġustaw provviżorjament l-ispejjeż kollha bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, li jinkludu marġini raġonevoli għall-bejgħ u l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u l-qligħ li żied imsejjes fuq il-qligħ li seħħ minn importatur jew negozjant li mhux relatat tal-prodott ikkonċernat. |
2.3. It-tqabbil
(73) |
Saru aġġustamenti, fejn xieraq, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, fir-rigward ta’ trasport, assikurazzjoni, ġestjoni u spejjeż anċillari, imballaġġ, kreditu, spejjeż bankarji u kummissjonijiet u ngħataw fil-każijiet kollha fejn instabu li kienu raġonevoli, preċiżi u sostnuti minn evidenza verifikata. |
2.4. Il-marġini tad-dumping
(a)
(74) |
Għall-produttur esportatur uniku li ngħata t-TI, il-marġini tad-dumping ġie stabbilit billi tqabblu l-prezzijiet tal-esportazzjoni mal-valur normali mill-pajjiż analogu, kif deskritt hawn fuq. |
(b)
(75) |
Minħabba li l-livell ta’ kooperazzjoni mill-Armenja kien għoli (effettivament 100 %), u minħabba li ma kien hemm l-ebda raġuni li twassal sabiex temmen li xi ħadd mill-produtturi esportaturi f’dawn il-pajjiżi apposta naqas milli jikkoopera, tqies bħala xieraq li l-marġini residwu tad-dumping għal kwalunkwe produtturi esportaturi li ma kkooperawx fl-Armenja fil-livell tal-ogħla marġini impost fuq esportatur li kkoopera. |
(76) |
Fuq din il-bażi, il-livell ta’ dumping mal-pajjiż kollu ġie stabbilit b’mod provviżorju gћal 37,0 % tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, bid-dazju mhux imħallas. |
(77) |
Il-marġini tad-dumping, espress bħala perċentwali tal-prezz tal-importazzjoni CIF fuq il-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huwa provviżorjament dan li ġejjin:
|
3. Ir-RPĊ
3.1. Il-valur normali
(a)
(78) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produttur esportatur li ma ngħatax it-TES kien stabbilit fuq il-bażi ta’ tagħrif ivverifikat li wasal mingħand il-produttur fil-pajjiż analogu, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet imħallsa jew li jistgħu jitħallsu fis-suq domestiku tat-Turkija, għat-tipi komparabbli tal-prodott, skont il-metodoloġija stipulata hawn fuq. |
(79) |
Minħabba li l-ammonti tal-bejgħ fis-suq domestiku lil konsumaturi mhux relatati kienu rappreżentattivi u ta’ qligħ, il-valur normali kien stabbilit fuq bażi tal-prezzijiet kollha mħallsa jew li jistgħu jitħallsu fis-suq Tork għal tipi komparabbli tal-prodott, għall-ammonti ta’ bejgħ fl-andament normali tal-kummerċ kif deskritt fil-premessi (47) u (56). Madankollu, fejn il-bejgħ ma kienx rappreżentattiv jew ta’ qligħ, il-valur normali ġie ffurmat bl-użu tal-ispejjeż tal-manifattura tal-produttur Tork flimkien mas-SG&A u valur raġonevoli għall-qligħ fuq is-suq domestiku. |
3.2. Prezzijiet għall-produtturi esportaturi li ngħataw il-IT
(80) |
Għal dawk il-produtturi esportaturi li kkooperaw li ngħataw it-TI li għamlu bejgħ mill-esportazzjoni lill-Komunità direttament lil klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet li effettivament tħallsu jew jistgħu jitħallsu għall-prodott ikkonċernat skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. Għall-grupp ta’ produttur esportatur wieħed li kkoopera permezz ta’ importatur relatat fil-Komunità, il-prezz ta’ esportazzjoni ġie fformat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, u aġġusta provviżorjament l-ispejjeż kollha bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, li jinkludu marġini raġonevoli għall-bejgħ u l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u l-qligħ li żied imsejjes fuq il-qligħ li seħħ minn importatur jew negozjant li mhux relatat tal-prodott ikkonċernat. |
3.3. It-tqabbil
(81) |
Saru aġġustamenti, fejn xieraq, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, fir-rigward ta’ trasport, assikurazzjoni, ġestjoni u spejjeż anċillari, imballaġġ, kreditu, spejjeż bankarji u kummissjonijiet fil-każijiet kollha fejn instabu li kienu raġonevoli, preċiżi u sostnuti minn evidenza verifikata. |
3.4. Il-marġini tad-dumping
(a)
(82) |
Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġnijiet tad-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li ngħataw it-TI kienu stabbiliti fuq il-bażi ta’ tqabbil ta’ valur normali medju b'piż differenzjat skont it-tip ta’ prodott ma’ prezz tal-esportazzjoni medju b'piż differenzjat skont it-tip ta’ prodott kif ġie stabbilit hawn fuq. Għaż-żewġ kumpaniji relatati fir-RPĊ li ngħataw it-TI, Alcoa Shanghai u Alcoa Bohai, saret medja tad-dejta miż-żewġ kumpaniji biex jiġi kkalkulat l-marġini tad-dumping uniku għall-grupp ikkonċernat. |
(b)
(83) |
Billi l-kooperazzjoni mir-RPĊ kienet baxxa ħafna, il-marġini tad-dumping mal-pajjiż kollu applikabbli għall-esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ kien ikkalkulat bl-użu tat-tranżazzjonijiet li l-aktar kienu l-oġġett ta’ dumping ta’ produttur esportatur wieħed li kkoopera li ġie miċħud kemm it-TES kif ukoll it-TI. |
(84) |
Fuq din il-bażi, il-livell ta’ dumping mal-pajjiż kollu ġie stabbilit b’mod provviżorju gћal 42,9 % tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, bid-dazju mhux imħallas. |
(85) |
Il-marġini tad-dumping espressi bħala perċentwali tal-prezz tal-importazzjoni CIF fuq il-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma għalhekk provviżorjament dawn li ġejjin:
|
E. ĦSARA
1. Produzzjoni Komunitarja u industrija Komunitarja
(86) |
Permezz tad-definizzjoni tal-industrija Komunitarja (“IK”) kif stipulata fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku, il-produzzjoni tal-produtturi Komunitarji kollha li jinstab fil-Komunità u li ma kinux relatat ma’ kwalunkwe produttur esportatur ikkonċernat tqieset għat-twaqqif tal-ammont totali tal-produzzjoni Komunitarja. |
(87) |
L-ilment sar minn Eurométaux f’isem erba’ produtturi Komunitarji li kkooperaw fl-investigazzjoni. Produttur ieħor sostna l-ilment u produttur ieħor oppona. Tul il-PI, il-produzzjoni tal-ħames produttur li kkooperaw irrappreżentat aktar minn 60 % tal-produzzjoni Komunitarja totali kif stipulat hawn fuq fil-premessa 1. Il-ħames produtturi li kooperaw għalhekk tqiesu li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja (“IK”) fis-sens tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku. |
2. Il-konsum Komunitarju
(88) |
Il-konsum Komunitarju ġie stabbilit fuq il-bażi tal-ammont ta’ bejgħ fis-suq Komunitarju mis-CI, id-dejta tal-bejgħ stmat rigward il-bejgħ Komunitarju magħmul mill-produtturi l-oħra kif ukoll l-importazzjonijiet mil-pajjiżi kkonċernati u pajjiżi terzi oħrajn imsejsa fuq l-Eurostat u fuq tagħrif ipprovdut mill-produtturi esportaturi kkonċernati. |
(89) |
Ġie osservat li l-kodiċi NM ex 7607 11 10 li fuqu ġew stabbiliti l-volumi ta’ importazzjoni bażiċi f'din l-investigazzjoni kellu barra l-prodott ikkonċernat, tipi oħra ta’ fojl tal-aluminju, bħal ċertu fojl tal-aluminju għall-konverter (“FAK”) (li hu b'mod partikolari użat għall-konservazzjoni fit-tul ta’ likwidi u oġġetti tal-ikel) jew prodotti tal-fojl oħra inklużi r-rombli tal-konsumatur (ara l-premessa (14) hawn fuq), li mhumiex il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, ma kienx possibbli li tittieħed id-dejta għall-fojl tal-aluminju biss minn din il-kategorija wiesgħa ta’ prodotti u għaldaqstant, l-ammont tal-importazzjoni totali tal-prodott ikkonċernat kellu jiġi stmat. F’dan ir-rigward, l-ilmentatur ressaq li ċerti importazzjonijiet li saru taħt il-kodiċi rilevanti għandhom jiġu esklużi minħabba l-oriġini speċifika tagħhom (jiġifieri mill-pajjiżi fejn ma kien hemm l-ebda produzzjoni magħrufa ta’ fojl tal-aluminju) jew minħabba l-livelli tal-prezz speċifiċi tagħhom li jindikaw li dawn l-importazzjonijiet mhumiex il-prodott ikkonċernat. Bl-istess mod, l-importazzjonijiet magħmula għal ipproċessar tad-dħul kellhom jiġu esklużi peress li proċessar tad-dħul mhux ekonomikament vijabbli għall-fojl tal-aluminju minħabba l-kumplessità teknika u l-ispejjeż għoljin involuti. Tqies li din il-metodoloġija għandha mnejn tagħti stampa affidabbli tal-ammonti tal-importazzjoni totali tal-fojl tal-aluminju. |
(90) |
It-tnaqqis tal-konsum Komunitarju bi 8 punti perċentwali fl-2006 jista’ jiġi spjegat miż-żieda f’daqqa tal-prezzijiet tal-aluminju fis-suq internazzjonali, li żdiedu bi 33 % tul dik is-sena u kellhom effett dirett fuq it-talba għall-fojl tal-aluminju. Tabella 1 Il-konsum fl-UE (il-volum)
|
3. L-evalwazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet ikkonċernati
(91) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-fojl tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, il-Brażil u r-RPĊ għandhomx jiġu evalwati b’mod kumulattiv skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. |
(92) |
L-esportatur Brażiljan argumenta li l-kwantitajiet tal-importazzjoni kif ukoll l-ishma mis-suq mill-Brażil kienu qegħdin jonqsu tul il-perjodu meqjus, filwaqt li l-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi l-oħra kienu qegħdin jiżdiedu. Barra minn hekk, il-prodott importat mill-Brażil hu allegatament ta’ kwalità aħjar milli dak importat mir-RPĊ u l-Armenja u l-kanali tal-bejgħ u l-“metodu ta’ distribuzzjoni” huma differenti. Dan għandu mnejn jindika li l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni għall-importazzjonijiet Brażiljani kienu differenti minn dawk b’rigward l-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kkonċernati. Għalhekk, mill-inqas kundizzjoni waħda stipulata fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku kellha mnejn ma tiġix ssodisfatta. |
(93) |
Din it-talba ma setgħetx tiġi aċċettata minħabba r-raġunijiet stipulati hawn isfel.
Tabella 2 Prezzijiet tal-importazzjonijiet medji mill-pajjiżi kkonċernati
|
(94) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, qiegħed jitqies b'mod provviżorju li ġew sodisfatti l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku u li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati għandhom jiġu eżaminati b’mod kumulattiv. |
4. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
4.1. Ammont u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati
(95) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu minn 13 499 tunnellata fl-2005 għal 48 141 tunnellata fil-PI, żieda ta’ 257 %. Dan deher b’mod parikulari bejn is-sena 2006 u 2007, fejn żdiedu b’276 %. Tabella 3 Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(96) |
Is-sehem mis-suq tal-pajjiżi kkonċernati żdied bejn l-2005 u l-PI minn 14 % għal 49 % jiġifieri b'35 punt perċentwali. Iż-żieda kienet partikolarment evidenti bejn l-2006 u l-2007 meta telgħet bi 28 punt perċentwali. Tabella 4 Sehem mis-suq tal-pajjiżi kkonċernati
|
4.2. Il-prezzijiet
(97) |
Mill-2005 sal-PI, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu bi 15 % minn EUR 2 211/tunnellata għal EUR 2 552/tunnellata, li rriflettew iż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima, iżda inqas meta mqabbla mal-prezzijiet tal-IK (ara t-Tabella 7 hawn isfel). Tabella 5 Prezzijiet tal-importazzjonijiet ikkonċernati
|
4.3. Waqgħa fil-prezz
(98) |
Għall-iskop li jiġi analizzat it-twaqqigħ tal-prezz, il-prezzijiet medji peżati tal-bejgħ għal kull tip ta’ prodott tal-industrija Komunitarja għal klijenti mhux relatati fis-suq Komunitarju, aġġustati għal livell ex-works, tqabblu mal-prezzijiet medji peżati korrispondenti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati għall-ewwel klijent indipendenti, stabbiliti fuq bażi CIF, b’aġġustament kif xieraq għall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni. |
(99) |
Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja u l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati tqabblu fl-istess livell ta’ kummerċ, speċifikament lil konsumaturi indipendenti fi ħdan is-suq Komunitarju. |
(100) |
Matul il-PI, il-marġnijiet li jwaqqgħu l-prezz medju b’piż differenzjat, espressi bħala perċentwal tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja, kien ta’ 8,0 % għall-Armenja, 12,6 % għall-Brażil, u 20 % għar-RPĊ. Il-marġini tat-twaqqigħ medju bil-piż differenzjat totali għall-pajjiżi kollha kkonċernati kien ta’ 10,0 % matul il-PI. |
5. Il-qagħda tal-industrija Komunitarja
(101) |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li kienu oġġetti ta’ dumping fuq l-industrija Komunitarja inkluda valutazzjoni tal-fatturi ekonomiċi rilevanti kollha li għandhom rilevanza għall-istat tal-industrija Komunitarja matul il-perjodu meqjus. |
5.1. Produzzjoni, kapaċità u użu tal-kapaċità
Tabella 6
Produzzjoni, kapaċità u użu tal-kapaċità
|
2005 |
2006 |
2007 |
PI |
Produzzjoni f'tunnellati |
56 662 |
50 184 |
41 482 |
33 645 |
Produzzjoni (indiċi) |
100 |
95 |
79 |
64 |
Kapaċità ta’ produzzjoni f'tunnellati |
61 144 |
60 142 |
56 873 |
55 852 |
Kapaċità ta’ produzzjoni (indiċi) |
100 |
98 |
93 |
91 |
Kapaċità ta’ użu |
86 % |
83 % |
73 % |
60 % |
Użu ta’ kapaċità (indiċi) |
100 |
97 |
85 |
70 |
(102) |
L-ammonti ta’ produzzjoni tal-IK wrew xejra negattiva ċara bejn l-2005 u l-PI. Il-volum ta’ produzzjoni tal-IK naqas b’36 % u l-ħila ta’ produzzjoni globali naqset b’9 %. Dan jispjega għala l-użu tal-ħila naqas biss bi 30 % tul il-perjodu meqjus, għaliex inkella, kien jonqos aktar. |
5.2. Il-volum tal-bejgћ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir u l-prezz medju tal-unità fil-KE
(103) |
It-tabella ta’ hawn taħt turi r-rendiment tal-industrija Komunitarja fir-rigward tal-bejgħ tagħha lil klijenti indipendenti fil-Komunità. Tabella 7 Il-volum tal-bejgћ, is-sehem mis-suq, il-prezzijiet u l-prezzijiet medji tal-unità fil-Komunità
|
(104) |
Filwaqt li l-konsum Komunitarju varja tul il-perjodu meqjus u fl-aħħar żdied b'4 % fl-aħħar tal-PI meta mqabbel mal-bidu tal-perjodu meqjus, l-ammonti tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat mill-IK lill-klijenti individwali fis-suq Komunitarju naqas bi 30 %. Dan ifisser li l-IK ma setgħetx tibbenefika minn konsum miżjud, speċjalment tul l-2007 u fl-aħħar tal-PI, u mill-konsum ġeneralment stabbli tul il-perjodu meqjus minħabba l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. Għaldaqstant, is-sehem fis-suq tal-industrija Komunitarja naqas b’16-il punt perċentwali bejn l-2005 u l-PI. |
(105) |
Tul l-istess perjodu, il-prezzijiet tal-bejgħ medji ex-works tal-IK għall-klijenti mhux relatati fis-suq Komunitarju żdiedu b'20 % li jirrifletti ż-żieda sinifikanti tal-prezz tal-materja prima ewlenija, jiġifieri l-aluminju. Madankollu, filwaqt li l-ispejjeż tal-aluminju żdiedu b’27 %, il-prezz tal-bejgħ tal-IK żdied biss b’20 %. Tabilħaqq, l-industrija tal-Komunità ma kinitx kapaċi tgħaddi bis-sħiħ iż-żieda ġenerali tal-ispiża lill-konsumaturi tagħha. |
5.3. Ħażniet
(106) |
Iċ-ċifri ta’ hawn taћt jirrappreżentaw il-volum tal-ħażniet fi tmiem kull perjodu. Tabella 8 Ħażniet
|
(107) |
L-investigazzjoni kixfet li l-ħażniet ma jistgħux jitqiesu bħala fattur ta’ ħsara sinifikanti minħabba li l-biċċa l-kbira tal-produzzjoni ssir bħala reazzjoni għall-ordnijiet. Għalhekk, ix-xejriet fil-ħażniet qed jingħataw bħala tagħrif. Fi kwalunkwe każ, il-livell tal-ħażniet naqas b’7 % bejn l-2005 u l-PI. |
5.4. L-investimenti u l-ħila li jinġabar kapital
Tabella 9
Investimenti
|
2005 |
2006 |
2007 |
PI |
L-investimenti (EUR) |
6 900 065 |
671 268 |
1 329 302 |
3 993 640 |
Investmenti (indiċi) |
100 |
10 |
19 |
58 |
(108) |
Bejn l-2005 u l-PI, l-investimenti għall-produzzjoni tal-prodott simili naqsu bi 42 %. Wara tnaqqis f'daqqa ta’ 90 % bejn l-2005 u l-2006, baqgħu f'livell baxx fl-2007. Matul il-PI, il-valur tal-investimenti żdied b'39 % iżda meta mqabbel mal-2005, baqa' f'livell baxx. Matul l-investigazzjoni nstab li l-investimenti fil-bini, fl-impjanti u fil-makkinarju fil-biċċa l-kbira saru sabiex jippreżervaw il-kapaċità tal-produzzjoni. Ġie osservat li dawn l-investimenti jistgħu jintużaw ukoll għall-produzzjoni ta’ folji tal-aluminju oħrajn li mhumiex il-prodott ikkonċernat. Madankollu, għalkemm ma kienx possibbli li jiġi allokati l-ammonti eżatti għall-prodott ikkonċernat fid-dawl tal-ħila tal-użu baxxa msemmija qabel, jidher li l-investimenti, f’kwalunkwe każ, ma kinux magħmula bl-għan li jżidu l-ħila ta’ produzzjoni globali, iżda biex itejbu u jarmonizzaw aktar il-proċess ta’ produzzjoni sabiex jiffrankaw l-ispejjeż. |
5.5. Profittabiltà, redditu fuq l-investiment u likwidità
Tabella 10
Profittabiltà, redditu fuq l-investiment u likwidità
|
2005 |
2006 |
2007 |
PI |
Profitabbiltà fuq il-bejgħ tal-KE |
–4,8 % |
–3,0 % |
–0,1 % |
–3,7 % |
Ir-redditu fuq l-investimenti totali |
–90,3 % |
– 718,8 % |
–9,7 % |
–85,7 % |
Il-likwidità |
3 % |
–2 % |
–1 % |
1 % |
(109) |
Tul il-perjodu meqjus, il-profitabbiltà espressa f’perċentwal tal-bejgħ nett tal-IK baqgħet negattiva u segwiet l-istess xejra tal-konsum Komunitarju jiġifieri l-investigazzjoni kixfet titjib żgħir fil-kuntest tal-konsum Komunitarju miżjud fis-sena 2007, iżda reġa’ naqas tul il-PI. |
(110) |
Ir-redditu fuq l-investimenti totali (RIT) kien ikkalkolat bid-dikjarazzjoni tal-qligħ nett ta’ qabel it-taxxa tal-prodott simili bħala perċentwal tal-valur nett ta’ kontabilità ta’ assi fissi allokati lill-prodott simili. L-indikatur instab li kien negattiv tul il-perjodu meqjus u kien b'mod partikolarment prominenti bejn l-2005 u l-2006, meta r-redditu fuq l-investiment naqas minn – 90 % għal – 719 %. |
(111) |
F'dak li għandu x'jaqsam mal-likwidità ġġenerata mill-industrija tal-Komunità, instabet xejra negattiva, li rriżultat f'deterjorazzjoni ġenerali drammatika tal-qagħda finanzjarja tal-industrija Komunitarja fil-PI. |
5.6. L-impjiegi, il-Produttività u l-Pagi
Tabella 11
L-impjiegi, il-Produttività u l-Pagi
|
2005 |
2006 |
2007 |
PI |
In-numru ta’ impjegati |
528 |
492 |
412 |
370 |
In-numru ta’ impjegati (indiċi) |
100 |
93 |
78 |
70 |
L-ispiża tal-impjieg |
12 868 631 |
12 653 345 |
10 281 921 |
9 116 970 |
L-ispiża tal-impjieg (indiċi) |
100 |
98 |
80 |
71 |
L-ispejjeż medji fuq il-ħaddiema |
24 379 |
25 710 |
24 967 |
24 655 |
L-ispejjeż medji fuq il-ħaddiema (Indiċi) |
100 |
105 |
102 |
101 |
Produttività (tunnellati/impjegat) |
100 |
102 |
101 |
91 |
Produttività (Indiċi) |
100 |
102 |
101 |
91 |
(112) |
L-għadd ta’ persunal impjegat mill-industrija Komunitarja naqas b'mod ġenerali bi 30 % parzjalment minħabba l-proċess ta’ ristrutturar fil-bidu tal-perjodu meqjus. L-ispejjeż ġenerali tal-impjiegi naqsu b'mod konsiderevoli, għalkemm il-pagi medji baqgħu stabbli. It-tnaqqis fl-impjiegi ma kienx mgħaġġel daqs it-tnaqqis fil-produzzjoni. Għaldaqstant, l-industrija tal-Komunità ma kinetx kapaċi tmantni l-istess livell ta’ produttività bħal fl-2005. |
5.7. Id-daqs tal-marġini tad-dumping
(113) |
Fid-dawl tal-ammont u l-prezz tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, l-impatt tal-marġnijiet effettivi tad-dumping ma jistax jitqies bħala negliġibbli. |
5.8. L-irkupru minn dumping fl-imgħoddi
(114) |
Fl-2001, il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq il-fojl tal-aluminju li joriġina mir-RPĊ (5). Dawn il-miżuri skadew f'Mejju 2006 (6). Iċ-ċifri li nġabru matul din l-investigazzjoni jissuġġerixxu li l-IK ma kienx irkupra minn prassi preċedenti ta’ dumping u li l-qagħda tagħha marret għall-agħar aktar wara l-2006 meta skadew id-dazji tal-antidumping u importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping daħlu fis-suq Komunitarju mill-ġdid. |
5.9. It-tkabbir
(115) |
L-investigazzjoni wriet li minkejja żieda relattivament stabbli fil-konsum, għalkemm b’varjazzjoni tul il-perjodu meqjus, l-IK tilfet fl-ammont tal-bejgħ (– 31,4 %) u s-sehem mis-suq (– 35 %) matul il-perjodu meqjus. |
6. Il-konklużjoni dwar il-ħsara
(116) |
L-analiżi tal-indikaturi tal-ħsara kixfet li l-qagħda tal-IK marret għall-agħar b’mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus. L-indikaturi kollha tal-ħsara jsegwu xejra negattiva tul il-perjodu meqjus, ħlief għall-prezzijiet ta’ bejgħ tal-unità minħabba żieda fil-prezzijiet tal-materja prima u għalhekk, ma kellux impatt pożittiv fuq il-profitabbiltà tal-IK li baqgħet negattiva tul il-perjodu meqjus. B'mod partikolari, sabiex ma titlifx aktar mis-sehem mis-suq u sabiex iżżomm il-produzzjoni f'livell raġonevoli, l-IK ma kellha l-ebda għażla oħra ħlief li ssegwi l-livelli tal-prezz stabbiliti mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping u għalhekk ma setgħetx tgħaddi bis-sħiħ fuq il-klijenti ż-żieda f’daqqa fl-ispejjeż tal-materja prima. Dan irriżulta fit-telf imġarrab mill-IK u l-qagħda finanzjarja tagħha marret għall-agħar b’mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus. |
(117) |
It-tnaqqis fl-ammont tal-bejgħ implika wkoll li l-IK ma setgħatx tibbenefika mit-talba relattivament stabbli fis-suq tal-Fojl tal-Aluminju tul il-perjodu meqjus. |
(118) |
Fid-dawl ta’ dak li gћadu kif ingћad, qed jiġi provviżorjament konkluż li l-IK sofriet ћsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
F. IL-KAWŻALITÀ
1. Introduzzjoni
(119) |
Skont l-Artikoli 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li kienu oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mill-Armenja, il-Brażil u r-RPĊ ikkawżaw ħsara lill-IK sa grad li jista’ jitqies ta’ sustanza. Fatturi magħrufa oħra differenti mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, li setgħu fl-istess ħin ikunu qed jagħmlu ħsara lill-IK, kienu wkoll eżaminati biex ikun żgurat li ħsara possibbli kkaġunata minn dawn il-fatturi l-oħra ma kinitx attribwita lill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. |
2. L-effett tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping
(120) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’mod sinifikanti b’257 % f’termini ta’ ammont, u b’35 punt perċentwali f’termini ta’ sehem mis-suq biex jilħqu d-49 % tas-suq Komunitarju fil-PI. Fl-istess ħin, is-sehem mis-suq tal-IK naqas b’madwar 17-il punt perċentwali. |
(121) |
Il-prezz medju tal-bejgħ tal-unità għal kull tunnellata tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati naqas biss bi 15 % għalkemm il-prezzijiet tal-materja prima naqas internazzjonalment b’27 %, u b'hekk waqqa' l-prezzijiet medji tal-industrija Komunitarja b’10 % bħala medja fil-PI. Iż-żieda sostanzjali fl-ammont ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u l-kisba tagħhom fis-sehem mis-suq matul il-perjodu meqjus, bi prezzijiet li kienu sinifikament aktar baxxi minn dawk tal-industrija Komunitarja, ħabtet fl-istess waqt mad-deterjorazzjoni evidenti tal-qagħda finanzjarja ġenerali tal-industrija Komunitarja matul l-istess perjodu. Id-deterjorazzjoni tidher, b'mod partikolari, f'termini ta’ ammont tal-produzzjoni u ammont ta’ bejgħ, li naqsu b’mod sinifikanti. Barra minn hekk, iż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ ma żiditx bl-istess mod bħaż-żieda tal-ispejjeż tal-materja prima. Għalkemm il-marġnijiet tal-qligħ tjiebu kemm kemm bejn l-2005 u tmiem l-IP, dawn jibqgħu negattivi tul il-perjodu meqjus. |
(122) |
Fl-analiżi tal-effett tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, instab li l-prezz huwa element importanti ta’ kompetizzjoni minħabba li l-kwistjonijiet ta’ kwalità ma għandhomx rwol sinifikanti. ta’ min jinnota li l-prezzijiet ta’ importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping kienu konsiderevolment aktar baxxi kemm minn dawk tal-industrija Komunitarja kif ukoll minn dawk ta’ esportaturi minn pajjiżi terzi oħra. |
(123) |
Għalhekk huwa provviżorjament konkluż li l-pressjoni applikata mill-importazzjonijiet ikkonċernati, li għollew l-ammont u s-sehem mis-suq tagħhom mill-2005 'l quddiem, u li saru bi prezzijiet baxxi ħafna jew li kienu l-oġġett ta’ dumping, kellha rwol determinanti fil-kaġun tal-ħsara materjali. |
3. L-effett ta’ fatturi oħrajn
(a)
Tabella 12
Importazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiżi terzi oħrajn (kwantità)
Importazzjonijiet (tunnellati) |
2005 |
2006 |
2007 |
PI |
Ir-Russja |
10 661 |
11 393 |
9 835 |
7 139 |
Indiċi |
100 |
107 |
92 |
67 |
It-Turkija |
3 525 |
2 278 |
1 968 |
2 075 |
Indiċi |
100 |
65 |
56 |
59 |
Il-Venezwela |
3 446 |
1 346 |
1 814 |
1 039 |
Indiċi |
100 |
39 |
53 |
30 |
Pajjiżi terzi oħra |
1 982 |
1 489 |
2 124 |
2 617 |
Indiċi |
100 |
75 |
107 |
132 |
Total |
19 614 |
16 506 |
15 741 |
12 870 |
Indiċi |
100 |
84 |
80 |
66 |
Tabella 13
Importazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiżi terzi oħrajn (prezz medju għal kull tunnellata)
Prezzijiet medji (EUR) |
2005 |
2006 |
2007 |
PI |
Ir-Russja |
2 366 |
2 718 |
2 905 |
2 743 |
Indiċi |
100 |
115 |
123 |
116 |
It-Turkija |
3 124 |
2 977 |
3 027 |
2 948 |
Indiċi |
100 |
95 |
97 |
94 |
Il-Venezwela |
2 351 |
2 885 |
2 982 |
2 698 |
Indiċi |
100 |
123 |
127 |
115 |
Pajjiżi terzi oħra |
2 325 |
2 728 |
3 123 |
3 307 |
Indiċi |
100 |
117 |
134 |
142 |
Total |
2 541 |
2 827 |
3 009 |
2 924 |
Indiċi |
100 |
111 |
118 |
115 |
Tabella 14
Ishma mis-suq
Ishma mis-suq (%) |
2005 |
2006 |
2007 |
PI |
Ir-Russja |
11,19 % |
13,00 % |
8,52 % |
7,23 % |
It-Turkija |
3,70 % |
2,60 % |
1,71 % |
2,10 % |
Il-Venezwela |
3,62 % |
1,54 % |
1,57 % |
1,05 % |
Pajjiżi terzi oħra |
2,08 % |
1,70 % |
1,84 % |
2,65 % |
Total |
20,6 % |
18,8 % |
13,6 % |
13,0 % |
(124) |
Il-pajjiżi esportaturi ewlenin l-oħra huma r-Russja, it-Turkija u l-Venezwela li jirrappreżentaw l-ishma mis-suq bejn l-1,0 % u s-7,3 % tul il-PI. L-importazzjonijiet tal-pajjiżi terzi l-oħra li jifdal, wieħed wieħed irrappreżentaw biss ishma mis-suq negliġibbli. Kif jista’ jidher mit-Tabella 11 hawn fuq, l-ammonti ta’ importazzjoni mill-pajjiżi terzi oħrajn naqsu b'mod sinifikanti tul il-perjodu meqjus, jiġifieri b'34 punt perċentwali minn 19 614-il tunnellata fl-2005 għal 12 870 tunnellata fil-PI. Bl-istess mod, l-ishma mis-suq naqsu minn 20,6 % fl-2005 għal 13 % tul il-PI. |
(125) |
B'rigward għall-prezzijiet tal-importazzjoni, ġie osservat li l-importazzjonijiet mit-tliet pajjiżi esportaturi ewlenin l-oħra, jiġifieri r-Russja, it-Turkija u l-Venezwela saru bi prezzijiet kemxejn irħas milli dawk tal-prezz tal-bejgħ tal-industrja Komunitarja. Madankollu, is-sehem mis-suq tagħhom li hu limitat u li bil-mod il-mod qiegħed jixxejjen ma ġiex meqjus bħala li kellu effett negattiv fuq il-qagħda tal-IK. Il-prezzijiet tal-pajjiżi terzi l-oħrajn, jiġifieri għajr ir-Russja, it-Turkija, il-Venezwela u t-tliet pajjiżi kkonċernati, nstabu li fil-medja kienu ogħla milli l-prezzijiet tal-IK (+ 7,8 %). |
(126) |
Għalhekk, ġie konkluż li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn ma kellhomx impatt sinifikanti fuq l-istat tal-industrija Komunitarja. |
(b)
(127) |
Produttur esportatur wieħed ressaq li l-iżvilupp mhux favorevoli tar-rata ta’ kambju Euro/USD kien ir-raġuni għad-deterjorazzjoni sinifikanti tar-rendiment ta’ esportazzjoni tal-IK li min-naħa tagħha kkawżat ħsata materjali lill-IK. |
(128) |
L-esportazzjonijiet tal-fojl tal-aluminju mill-industrija Komunitarja barra mill-Komunità kienu qegħdin jonqsu matul il-perjodu meqjus (bi 63 %). Bl-istess mod, il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-industrija Komunitarja naqsu matul il-perjodu meqjus b'26 %. Madankollu, dawn l-esportazzjonijiet irrappreżentaw biss 6.6 % tal-bejgħ totali tal-industrija Komunitarja lil partijiet mhux relatati fil-PI u għalhekk ġie konkluż li ma kellhomx impatt sinifikanti fuq il-ħsara materjali mġarrba mill-industrija Komunitarja. |
(c)
(129) |
Produttur esportatur wieħed importa l-prodott ikkonċernat mill-kumpanija relatata tiegħu fir-RPĊ u biegħu mill-ġdid fis-suq tal-Komunità. Minkejja li l-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija Komunitarja, għandu jiġi osservat li l-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu jirrappreżentaw biss parti żgħira mill-importazzjonijiet totali mir-RPĊ (bejn 1 u 5 %). Barra minn dan, dawn l-importazzjonijiet saru sabiex jinżammu konsumaturi globali li kieku mhux hekk kienu jixtru l-prodott ikkonċernat mill-fornituri Ċiniżi bil-prezzijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. Għalhekk, ġie konkluż li l-ammont baxx ta’ importazzjonijiet tal-produttur Komunitarju kkonċernat tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ ma kissirx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping u l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija Komunitarja. |
(d)
(130) |
Produttur esportatur wieħed iddikjara li t-tnaqqis fl-ammont tal-bejgħ mill-IK ma kienx ikkaġunat mill-importazzjonijiet meqjusa iżda minħabba li l-IK iddeċidiet li taqleb il-produzzjoni u l-bejgħ għal suq ACF li jħalli aktar qligħ. |
(131) |
L-impriżi li jirrumblaw mill-ġdid iddikjaraw li l-prodott ikkonċernat kien tabilħaqq prodott sekondarju għall-IK u użat sempliċiment biex “jinħadmu l-magni” f’każ li talba għal ACF tkun baxxa. |
(132) |
Madankollu, l-investigazzjoni kkonkludiet provviżorjament li dawn l-allegazzjonijiet huma bla bażi. L-ammonti ta’ produzzjoni tal-ACF ta’ wieħed mill-akbar produtturi Komunitarji baqgħu stabbli tul il-perjodu meqjus, filwaqt li l-volumi tal-bejgħ tiegħu tal-prodott ikkonċernat naqsu b’mod sinifikanti. Għalhekk, jista’ jiġi provviżorjament konkluz li hemm kapaċitajiet żejda sinifikanti disponibbli fl-IK. Kapaċitajiet żejda tal-IK tabilħaqq żdiedu mindu l-użu tal-kapaċità naqas b’mod sinifikanti (minn 86 % għal 60 %). |
(e)
(133) |
Tqies jekk l-iżvilupp tal-konsum setax kien fattur li jikkawża ħsara materjali lill-IK. |
(134) |
Kif imsemmi fil-premessa (87), il-konsum Komunitarju ma jurix xejra omoġenja. Għalkemm, il-konsum Komunitarju totali naqas bejn l-2005 u l-2006, reġa’ żdied fl-2007. Tul l-IP naqas bi 17-il punt perċentwali. Madankollu, il-bejgħ tal-ammonti tal-IK ma segwewx l-istess xejra, peress li kien hemm tnaqqis qawwi fil-bejgħ, speċjalment bejn l-2007 u l-2007 (– 19 %), filwaqt li fl-istess ħin il-konsum Komunitarju żdied b’+ 29 %. Barra minn hekk, meta jitqies il-perjodu meqjus, jidher li l-IK ma kisbetx l-istess livell ta’ ammont ta’ bejgħ tul il-PI, meta mqabbel mal-bidu tal-perjodu meqjus (– 20 %), għalkemm il-konsum Komunitarju naqas għal kważi l-istess livell fl-aħħar tal-PI, b’żieda globali ta’ + 4 %. |
(f)
(135) |
Peress li l-ispejjeż tal-materja prima jirrappreżentaw bejn 60 u 65 % tal-ispejjeż tal-produzzjoni totali, iż-żieda f’daqqa tal-prezz tal-aluminju fis-suq internazzjonali, li żdied b’27 % tul il-perjodu meqjus wassal għal żieda sinifikanti fl-ispejjeż tal-IK. |
(136) |
Madankollu, filwaqt li l-ispiża tal-materja prima żdiedet b’27 %, il-prezz ta’ bejgħ tal-IK żdied biss b’19 %, li jfisser li ż-żieda fl-ispiża ma setgħetx tingħadda bis-sħiħ lill-konsumatur. |
4. Konklużjoni dwar il-kawżalità
(137) |
Imsejjes fuq dak li ngħad hawn fuq, ġie provviżorjament konkluż li l-ħsara materjali mġarrba mill-IK mhix tort l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra jew tort tnaqqis fid-domanda tas-suq Komunitarju, iżda tort l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping tul il-perjodu meqjus mill-pajjiżi kkonċernati. Il-koinċidenza fiż-żmien bejn, fuq naħa waħda, iż-żieda fl-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-Armenja, il-Brażil u r-RPĊ, iż-żieda tagħhom fis-sehem mis-suq u l-bejgħ bi prezzijiet irħas li nstab u, fuq in-naħa l-oħra, il-qagħda evidenti li qiegħda tmur għall-agħar tal-industrija Komunitarja, twassal għall-konklużjoni li l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping ikkawżaw il-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija Komunitarja fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. B'mod partikolari, l-industrija Komunitarja kellha tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq Komunitarju minħabba l-pressjoni tal-prezz tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. Għalhekk, iż-żieda ġenerali tal-ispiża ma setgħatx tgħaddi għal fuq il-konsumaturi u l-marġini tal-qligħ baqa’ b'mod sinifikanti baxx, minkejja ż-żieda f’daqqas tal-konsum Komunitarju bejn l-2007 u l-2007, b'impatt drastiku fuq il-qagħda finanzjarja globali tal-industrija Komunitarja. L-effett possibbli ta’ fatturi oħra, l-aktar l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra, l-esportazzjonijiet tal-industrija Komunitarja u l-iżvilupp tal-ispejjeż kienu analizzati iżda nstabu li ma kinux raġuni determinanti għall-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja. |
(138) |
Imsejsa fuq l-analiżi ta’ hawn fuq, li ddistingwiet u firdet kif xieraq l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa li jħallu effett fuq il-qagħda tal-industrija Komunitarja mill-effett ta’ ħsara tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, huwa provviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet tal-fojl tal-aluminju mill-Armenja, il-Brażil u r-RPĊ ikkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja fis-sens tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. |
G. INTERESS KOMUNITARJU
(139) |
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, kien eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni dwar id-dumping ta’ ħsara, kinux jeżistu raġunijiet b'saħħithom sabiex jiġi konkluż li mhux fl-interess Komunitarju li jiġu adottati miżuri f’dan il-każ partikolari. L-impatt probabbli ta’ miżuri possibli fuq il-partijiet kollha involuti f'dan il-proċediment kif ukoll il-konsegwenzi jekk ma jittiħdux miżuri jridu jitqiesu f'dan ir-rigward. |
(140) |
Sabiex tevalwa l-impatt probabbli tal-impożizzjoni jew in-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri ntalab tagħrif mill-partijiet interessati kollha li jew kienu magħrufin li huma kkonċernati jew li għamlu lihom infushom magħrufa. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-industrija Komunitarja, lil żewġ importaturi mhux relatati u lill-24 utent. |
(141) |
Kif inhu spjegat fil-premessa (10), sitt produtturi tal-IK u tmien importaturi/utenti mhux relatati wieġbu l-kwestjonarju. |
1. L-interessi tal-industrija Komunitarja
(142) |
Il-qagħda ta’ ħsara tal-industrija Komunitarja kienet r-riżultat tad-diffikultà tagħha sabiex tikkompeti ma’ importazzjonijiet bi prezz baxx, li kienu l-oġġett ta’ dumping. |
(143) |
L-impożizzjoni tal-miżuri mistennija li tipprevjeni aktar tgħawiġ tas-suq, aktar tnaqqis tal-prezzijiet u treġġa' lura l-kompetizzjoni ġusta. L-industrija Komunitarja għandha tkun kapaċi żżid il-volum tal-bejgħ tagħha u tikseb lura s-sehem mis-suq u b'hekk tiġġenera ekonomiji aqwa tal-iskala, u għalhekk tikseb il-livell meħtieġ tal-qligħ sabiex ittejjeb il-qagħda finanzjarja tal-industrija. Din tippermetti lill-industrija Komunitarja sabiex tissokta fil-faċilitajiet tagħha ta’ produzzjoni, sabiex b'hekk tiggarantixxi l-għajxien tal-industrija Komunitarja. |
(144) |
Inkella, jekk il-miżuri tal-antidumping ma jiġux imposti, il-qagħda tal-industrija Komunitarja tissokta tmur għall-agħar. L-IK hi mmarkata b’mod partikolari minn tnaqqis fid-dħul minkejja l-prezzijiet ta’ bejgħ tal-unità li qegħdin jiżdiedu. Dan hu minħabba l-ammonti tal-bejgħ u l-ishma mis-suq tal-IK li qegħdin jonqsu minħabba l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. L-IK ma kinetx kapaċi tgħaddi ż-żieda fl-ispiża tal-materja prima bis-sħiħ lill-klijenti tagħha minħabba l-pressjoni fil-prezz mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. Tabilħaqq, fid-dawl tad-dħul baxx u x-xejra li qalbet sinifikament għall-agħar fil-PI, huwa probabbli ħafna li l-qagħda finanzjarja tal-industrija Komunitarja se tiddeterjora aktar fin-nuqqas ta’ kwalunkwe miżura. Dan għandu mnejn fl-aħħar mill-aħħar iwassal għal twaqqif fil-produzzjoni, li għandu għalhekk jhedded lill-impjiegi u lill-investimenti fil-Komunità. Bl-għeluq tal-produzzjoni tal-Komunità, l-utenti tal-fojl tal-aluminju għandhom isiru aktar dipendenti fuq il-fornituri li jinsabu 'l barra mill-Komunità. |
(145) |
Għaldaqstant, qed jiġi provviżorjament konkluż li l-impożizzjoni tal-miżuri antidumping għandha tippermetti lill-industrija Komunitarja sabiex tirkupra mill-effetti ta’ ħsara tad-dumping li ġarrbet u li għalhekk tkun fl-interess tal-industrija Komunitarja. |
2. L-interess ta’ importaturi mhux relatati
(146) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-importaturi/kummerċjanti kollha magħrufa. F'dak li għandu x'jaqsam mal-importaturi, żewġ importaturi biss ippreżentaw it-tweġiba tal-kwestjonarju. L-ammonti tal-prodott ikkonċernat importat minn dawn iż-żewġ importaturi kienu jirrappreżentaw 17,0 % tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiżi kkonċernati fil-Komunità u 8,0 % tal-konsum Komunitarju. |
(147) |
Fuq il-bażi tat-tagħrif ippreżentat mill-importaturi kkonċernati, jidher li l-marġini ta’ qligħ fuq il-prodott ikkonċernat huwa tabilħaqq relattivament baxx. Għalhekk, ġie ddikjarat li dazji anti-dumping eventwali ma jistgħux jingħaddu fuq il-klijenti finali li fil-biċċa l-kbira huma impriżi li jirrumblaw mill-ġdid. |
(148) |
L-ewwenett għandu jiġi osservat li l-investigazzjoni kixfet li ż-żidiet fil-prezz jistgħu, għallinqas parzjalment jingħaddu lill-konsumaturi minħabba li, kif imsemmi hawn isfel, il-prezzijiet tal-fojl tal-aluminju jiċċaqilqu b’mod sinifikanti u żidiet importanti fl-prezz fl-imgħoddi diġà ngħaddew lill-konsumaturi. |
(149) |
It-tieni nett, hemm pajjiżi fornituri oħrajn bħar-Russja, il-Venezwela jew it-Turkija minn fejn il-prodott jista’ jiġi importat mingħajr ebda dazju anti-dumping. Għalhekk, għalkemm mhuwiex qiegħed jinċaħad li l-impożizzjoni tad-dazju antidumping jista' jkollha ċertu impatt fuq dawn il-kumpaniji; dan l-impatt jittaffa bl-eżistenza ta’ pajjiżi fornituri oħrajn. |
3. Interess tal-utenti
(150) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-utenti magħrufin kollha fil-Komunità li minnhom sitta wieġbu għall-kwestjonarju. L-utenti ewlenin fil-Komunità huma l-impriżi li jirrumblaw mill-ġdid li l-attivitajiet tagħhom jikkonsistu fin-negozju ta’ materjal għat-tgeżwir (fojl tal-aluminju iżda wkoll karti u plastik) wara r-rumblar mill-ġdid tal-prodott importat ikkonċernat f’rombli żgħar u imballaġġ mill-ġdid ta’ dan l-aħħar għall-kummerċ industrijali u l-bejgħ bl-imnut. L-impriżi li jirrumblaw mill-ġdid mhumiex klijenti tal-ACF. L-impriżi li jirrumblaw mill-ġdid jirrappreżentaw 80 % tal-konsum Komunitarju tal-prodott ikkonċernat. |
(151) |
F’każ li miżuri anti-dumping kellhom jiġu imposti, l-impriżi li jirrumblaw mill-ġdid kienu kkonċernati b’mod partikolari dwar i) ir-riskju ta’ tgħawiġ ta’ kompetizzjoni bl-impriżi li jirrumblaw mill-ġdid f’pajjiżi terzi oħrajn, ii) l-eżistenza ta’ forniment biżżejjed tal-fojl tal-aluminju fil-Komunità u iii) l-impatt ta’ miżuri eventwali fuq is-sezzjoni tal-industrija tagħhom. |
3.1. Żvantaġġ sinifikanti rigward l-impriżi li jirromblaw mill-ġdid minn pajjiżi terzi oħra
(152) |
Ġie ddikjarat li jekk il-miżuri kellhom jiġu imposti, il-produtturi tal-fojl tal-aluminju fil-pajjiżi kkonċernati, b’mod partikolari fir-RPĊ, għandhom mnejn jespandu fil-produzzjoni tal-prodotti l-ibgħad mis-sors (jiġifieri r-rumblar mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat f'rombli għall-konsumatur ta’ fojl tal-aluminju) għall-esportazzjoni lill-Komunità biex jiġi evitat il-ħlas tad-dazji anti-dumping. F’dan il-każ id-dumping allegatament iseħħ fuq livell tal-prodott l-ibgħad mis-sors u għaldaqsant, l-impriżi li jirrumblaw mill-ġdid fil-Komunità għalhekk jistgħu jitkeċċew barra mis-suq. |
(153) |
Għandu jiġi osservat li l-ispiża tat-trasport tar-rombli tal-konsumatur hi proporzjonalment għoli ħafna u għalhekk it-trasport ta’ dan il-prodott lill-Komunità jista’ ma jkunx ekonomikament vijabbli. Għalhekk, l-impriżi Komunitarji li jirrumblaw mill-ġdid għandhom mnejn xorta jissoktaw jibbenefikaw mill-vantaġġi naturali bħal spejjeż ta’ trasport inqas u firxa tal-prodott akbar biex joffru lill-bejjiegħa bl-imnut. |
3.2. Nuqqas ta’ fornitura
(154) |
L-impriżi li jirrumblaw mill-ġdid iddikjaraw li l-produtturi Komunitarji ta’ rombli jumbo huma aktar interessati fil-manifattura ta’ ACF, li għandhom prezz ta’ bejgħ ogħla milli l-fojl tal-aluminju u allegatament qegħdin ifornuhom biss f’fojl tal-aluminju meta t-talba għal ACF hi baxxa. Mindu l-ACF u l-fojl tal-aluminju ġew prodotti fuq l-istess linja ta’ produzzjoni, il-bidla minn prodott għall-ieħor għandha tkun ħafifa u ma għandhiex tinvolvi spiża sinifikanti. |
(155) |
L-istess partijiet interessati argumentaw li għal dik ir-raġuni ma hemmx biżżejjed (jew għall-inqas mhux stabbli) forniment ta’ fojl tal-aluminju fil-Komunità li jirriżulta f’dipendenza akbar fuq l-importazzjonijiet, speċjalment mill-pajjiżi kkonċernati. Madankollu, f’dan l-istadju fuq il-bażi tat-tagħrif verifikat disponibbli, l-investigazzjoni wriet li dawn l-allegazzjonijiet ma kellhomx bażi. Għalhekk, l-ammonti ta’ produzzjoni tal-ACF ta’ wieħed mill-akbar produtturi Komunitarji baqgħu stabbli tul il-perjodu meqjus, filwaqt li l-volumi tal-bejgħ tal-fojl tal-aluminju naqas b’mod sinifikanti. Dan jindika li l-produzzjoni tal-fojl tal-aluminju ma ġietx sostitwita bil-produzzjoni tal-ACF kif iddikjarat. |
(156) |
Ġeneralment, il-kapaċitajiet żejda tal-IK żdiedu mindu l-użu tal-kapaċità naqas b’mod sinifikanti (minn 88 % għal 62 %). Għalhekk ġie konkluż li hemm kapaċitajiet żejda sinifikanti tal-fojl tal-aluminju disponibbli fl-IK li jistgħu jissodisfaw żieda fid-domanda għall-prodott tal-IK. Fuq din il-bażi, ma setax jiġi konkluż li l-klijenti fil-Komunità jiddependu fuq l-importazzjonijiet tal-fojl tal-aluminju. |
(157) |
Id-dazju ma għandhomx jikkawżaw nuqqas fil-provvista. Għejun alternattivi ta’ provvista minn pajjiżi terzi oħra mingħajr dazju huma disponibbli. Barra minn hekk, pajjizi terzi oħra wkoll raw is-sehem mis-suq tagħhom jixxejjen, li jindika li hemm kapaċitajiet żejda disponibbli f’dawn il-pajjiżi sabiex is-suq Komunitarju jiġi fornit li kieku terġa’ tiġi stabbilita kompetizzjoni ġusta. |
3.3. Impatt ta’ miżuri eventwali fuq l-impriżi li jirrumblaw mill-ġdid
(158) |
Dawn ir-rombli finali żgħar (“rombli tal-konsumatur”) jiżnu inqas minn 10 kilogrammi u jintużaw għal varji użi ta’ tġeżwir għal żmien qasir (b’mod partikolari fid-djar, għall-kajtering u negozji ta’ bejgħ bl-imnut tal-ikel u tal-fjuri). |
(159) |
L-impriżi li jirrumblaw mill-ġdid allegaw li jinsabu f’pożizzjoni vulnerabbli peress li jinsabu bejn il-produtturi tal-fojl tal-aluminju u l-katini ta’ distribuzzjoni ta’ bejgħ bl-imnut maġġuri li qegħdin jimponulhom marġini ta’ qligħ stretti ħafna. Il-qligħ globali tal-impriżi li jirrumblaw mill-ġdid instab li kien bejn – 2 % u + 2 %. |
(160) |
Għalkemm l-impriżi li jirrumblaw mill-ġdid ġeneralment huma fornituri ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti ta’ imballaġġ, il-fojl tal-aluminju hu parti importanti (sa 70 %) tal-fatturat tagħhom u minħabba l-livell baxx ta’ profitabbiltà tagħhom, l-impatt ta’ miżuri eventwali għandu mnejn ikollu impatt sinifikanti peress li jemmnu li ma jkunux jistgħu jgħadduhom lill-klijenti tagħhom. |
(161) |
L-impriżi li jirrumblaw mill-ġdid xorta jistgħu jkunu kapaċi li jgħaddu d-dazju anti-dumping fuq il-klijenti tagħhom, speċjalment jekk il-prezzijiet tal-materja prima ewlenija tibqa’ relattivament baxxa meta mqabbla mal-prezzijiet għoljin ħafna fl-2006 u l-2007. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (155) hemm pajjiżi fornituri oħrajn disponibbli. |
(162) |
Fuq il-bażi ta’ dawn ta’ hawn fuq, ġie provviżorjament konkluż li l-impatt fuq l-utenti għandu mnejn ma jkunx tali li l-miżuri jkollhom jitqiesu bħala li jmorru kontra l-interess Komunitarju globali. |
4. Konklużjoni dwar l-interess Komunitarju
(163) |
Meta jitqiesu l-fatturi kollha ta’ hawn fuq, huwa konkluż li l-impożizzjoni tal-miżuri ma tħallix effett negattiv sinifikanti fuq il-qagħda tal-utenti u l-importaturi tal-prodott ikkonċernat. Fuq din il-bażi, qed jiġi provviżorjament konkluż li m’hemm l-ebda raġuni b'saħħitha għaliex ma jiġux imposti l-miżuri tal-antidumping. |
H. IL-MIŻURI ANTIDUMPING PROVVIŻORJI
1. Il-livell ta’ tneħħija tal-ħsara
(164) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaћqu dwar id-dumping, il-ћsara li rriżultat, il-kawżalità u l-interess tal-Komunità, gћandhom jiġu imposti miżuri provviżorji sabiex tiġi evitata aktar ћsara li qed tiġi kkawżata lill-industrija Komunitarja mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. |
(165) |
Sabiex jiġi stabbilit il-livell ta’ dazju, tqies il-livell tal-marġnijiet tad-dumping li nstabu u tal-ammont ta’ dazju meħtieġ biex titneħħa l-ħsara li mġarrba mill-industrija Komunitarja. Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti ta’ dumping dannuż, tqies li kull miżura għandha tagħti lok lill-industrija Komunitarja biex tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb b'mod globali qligħ qabel it-taxxa li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f'kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott li jixxiebah fil-Komunità. Il-marġini tal-qligħ ta’ qabel it-taxxa għall-produtturi li ntuża kien ta’ 5 % kif propost ukoll fl-ilment użat fil-proċediment ta’ investigazzjoni oriġinali. Il-livell ta’ qligħ ġie kkonfermat tul din l-investigazzjoni. |
(166) |
Iż-żieda fil-prezz meħtieġa ġiet imbagħad iddeterminata fuq il-bażi ta’ tqabbil għal kull tip ta’ prodott, tal-prezz medju tal-importazzjoni bil-piż differenzjat, kif stabbilit għall-kalkoli tat-tnaqqis fil-prezz (ara l-premessi 4.3 sa (99) hawn fuq) mal-prezz tal-prodotti li m’huwiex ta’ ħsara mibjugħa mill-industrija Komunitarja fis-suq tal-Komunità. Il-prezz li mhuwiex ta’ ħsara ttieħed permezz tal-aġġustament tal-prezz tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja mit-telf attwali li sar matul il-PI u billi ġie miżjud il-marġini ta’ qligħ imsemmi hawn fuq. Kull differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet imbagħad espressa bħala perċentwali tal-valur CIF totali tal-importazzjoni. Minħabba l-livell għoli ta’ kooperazzjoni, il-marġni ta’ ħsara li jifdal għall-Armenja u l-Brażil ġie stabbilit fuq livell tal-marġni li nstab għall-esportaturi kkonċernati li kkooperaw. Minħabba l-livell baxx ta’ kooperazzjoni, il-marġni ta’ ħsara li jifdal taċ-Ċina kien ikkalkulat imsejjes fuq l-esportazzjonijiet li kienu l-aktar ta’ ħsara ta’ produttur esportatur li kkoopera li ngħata t-TI. |
2. Miżuri provviżorji
(167) |
Fid-dawl ta’ dak li ssemma aktar 'il fuq, jitqies li skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri anti-dumping provviżorji għandhom jiġu imposti fuq livell tal-marġnijiet ta’ ħsara u ta’ dumping aktar baxxi, skont ir-regola ta’ inqas dazju. |
(168) |
Ir-rati ta’ dazju anti-dumping ta’ kumpanija individwali li ġew speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Gћalhekk, dawn jirriflettu l-qagħda ta’ dawn il-kumpaniji li nstabet matul din l-investigazzjoni. Dawn ir-rati ta’ dazju (kuntrarjament għad-dazju li jifdal applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” fl-Armenja, il-Brażil u r-RPĊ) għalhekk huma applikabbli b’mod esklussiv għall-importazzjonijiet tal-prodotti li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati u magħmula mill-kumpaniji u b’hekk mill-entitajiet speċifiċi legali msemmija. Il-prodotti importati mmanifatturati minn kwalunkwe kumpanija oћra li ma tissemmhiex speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan id-dokument b’isimha u bl-indirizz tagћha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgћux igawdu minn dawn ir-rati u gћandhom ikunu soġġetti gћar-rata tad-dazju li tapplika gћall-“kumpaniji l-oћra kollha”. |
(169) |
Kwalunkwe talba gћall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju tal-antidumping gћal kumpaniji individwali (eż. wara bdil fl-isem ta l-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi indirizzata minnufih lill-Kummissjoni (7) bit-tagħrif kollu rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u ma’ dak tal-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, wara li tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv, temenda r-Regolament kif meћtieġ billi taġġorna l-lista tal-kumpaniji li jkunu jgawdu mir-rati tad-dazju individwali. |
(170) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati provviżorji tad-dazju huma:
|
I. DISPOŻIZZJONI FINALI
(171) |
Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, gћandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li gћamlu lilhom infushom magћrufa fil-limitu taż-żmien speċifikat fl-avviż ta’ bidu jkunu jistgћu jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u jitolbu seduta. Barra minn hekk, irid jiġi ddikjarat li s-sejbiet dwar l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping magћmula gћall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jistgћu jitqiesu mill-ġdid gћall-gћan ta kwalunkwe dazju definittiv, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju definittiv kontra d-dumping huwa b'dan impost fuq l-importazzjoni ta’ fojl tal-aluminju ta’ ħxuna ta’ mhux inqas minn 0,008 mm u mhux aktar minn 0,018 mm, mingħajr appoġġ, mhux maħdum aktar milli rolljat, f'rukkelli ta’ wisgha li ma mhux aktar minn 650 u li ma jiżnux aktar minn 10 kilogrammi u li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 7607 11 19 (kodiċi TARIC 7607111910) u li joriġina mill-Aremnja, il-Brażil u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett ħieles fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, tal-prodotti manufatturati mill-kumpaniji ta’ hawn isfel għandha tkun:
Il-pajjiż |
Il-kumpanija |
Id-dazju Anti-Dumping |
Il-Kodiċi Addizzjonali TARIC |
L-Armenja |
Kumpanija Konġunta għall-Ishma Magħluqa Rusal -Armenal |
20,0 % |
A943 |
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
20,0 % |
A999 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Alcoa (Shanghai) Aluminium Products Co., Ltd, u Alcoa (Bohai) Aluminium Industries Co., Ltd. |
10,7 % |
A944 |
Shandong Loften Aluminium Foil Co., Ltd. |
28,3 % |
A945 |
|
Zhenjiang Dingsheng Aluminium Co., Ltd. |
31,9 % |
A946 |
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
42,9 % |
A999 |
|
Il-Brażil |
Companhia Brasileira de Aluminio |
25,9 % |
A947 |
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
25,9 % |
A999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpaniji fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li trid tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. Jekk ma tiġix ippreżentata din il-fattura, gћandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-kumpaniji l-oћra kollha.
4. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-provviżjoni ta’ garanzija, ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.
Artikolu 2
Mingћajr ħsara gћall-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-kxif tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgћu oralment mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ ta’ dan ir-Regolament.
Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgћu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ tiegћu.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta’ wara dik tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Catherine ASHTON
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU C 177, 12.7.2008, p. 13.
(4) Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-għanijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Komunità ĠU C 372, 9.12.1997, p. 5.
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 950/2001, (ĠU L 134, 17.5.2001, p. 1).
(6) (ĠU C 112, 12.5.2006, p. 2).
(7) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat-Ġenerali gћall-Kummerċ, id-Direttorat B, 1049 Brussell, il-Belġju.
ANNESS
Il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament gћandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-kumpanija u għandu jkollha t-timbru uffiċjali tal-kumpanija, fil-format li ġej:
(1) |
L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-kumpanija li ħarġet il-fattura kummerċjali. |
(2) |
Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, hawn taћt iffirmat, niddikjara li [l-ammont] ta’ fojl tal-aluminju mibjugħ gћall-esport-azzjoni fil-Komunità Ewropea u li hu kopert b’din il-fattura ġie manifatturat minn [l-isem u l-indirizz tal-kumpanija] [il-kodiċi addizzjonali TARIC] fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett.” |
8.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/38 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 288/2009
tas-7 ta’ April 2009
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-għajnuna Komunitarja għall-forniment ta’ frott u ħaxix, frott u ħaxix ipproċessat u prodotti tal-banana lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi, fil-qafas tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 103h(f) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 13/2009 (2) emenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007, sabiex jipprovdi għal għajnuna Komunitarja taħt Skema tal-Frott għall-Iskejjel għall-forniment ta’ frott u ħaxix, frott u ħaxix ipproċessat u prodotti tal-banana lit-tfal li jattendu b’mod regolari wieħed mill-istabbilimenti edukattivi amministrati jew rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru. |
(2) |
Sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tal-Iskema tagħhom tal-Frott għall-Iskejjel, l-Istati Membri li jixtiequ jipparteċipaw fl-Iskema, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, għandhom ifasslu strateġija minn qabel għall-implimentazzjoni tagħha. Sabiex jiżguraw il-valur miżjud tal-Iskemi tal-Frott għall-Iskejjel stabbiliti taħt dan ir-Regolament, fl-istrateġija tagħhom l-Istati Membri għandhom jispjegaw kif se jiggarantixxu l-valur miżjud tal-iskema tagħhom, speċjalment meta l-ikliet regolari tal-iskola jiġu kkunsmati fl-istess ħin bħall-prodotti ffinanzjati taħt l-Iskema tagħhom tal-Frott għall-Iskejjel. Meta l-Istati Membri jagħżlu li jimplimentaw aktar minn Skema waħda, għandhom ifasslu strateġija għal kull waħda mit-tali Skemi. |
(3) |
L-istrateġija ta’ Stat Membru għandu jkun fiha l-elementi prinċipali msemmija fl-Artikolu 103ga(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jiġifieri l-baġit tal-iskema tiegħu, inkluża l-kontribuzzjoni Komunitarja u dik nazzjonali, it-tul ta’ żmien tagħha, il-grupp fil-mira, il-prodotti eliġibbli u l-involviment tal-partijiet interessati rilevanti, bħall-awtoritajiet edukattivi u dawk tas-saħħa, is-settur privat u l-ġenituri tat-tfal. L-istrateġija ta’ Stat Membru għandha wkoll tiddeskrivi l-miżuri ta’ akkumpanjament li għandhom jiġu adottati sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-Iskema. |
(4) |
Skont l-Artikolu 152(1) tat-Trattat, irid jiġi żgurat livell għoli tas-saħħa fit-tifsira u fl-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-Komunità. Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti eliġibbli għall-għajnuna joffru livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa għat-tfal u sabiex ikun hemm promozzjoni ta’ drawwiet tajbin fil-konsum tal-ikel, l-Istati Membri għandhom jeskludu mill-istrateġija tagħhom prodotti miżjudin biz-zokkor, bix-xaħam, bil-melħ jew b’sustanzi li jagħtu l-ħlewwa, għajr fejn, f’każijiet iġġustifikati kif dovut, l-Istati Membri jipprovdu fl-istrateġija tagħhom li t-tali prodotti jistgħu jkunu eliġibbli taħt l-iskema tagħhom. Fil-każijiet kollha, il-lista ta’ Stat Membru tal-prodotti eliġibbli għandha tiġi approvata mill-awtorità tas-saħħa nazzjonali kompetenti. |
(5) |
L-Iskemi tal-Frott għall-Iskejjel jirrikjedu miżuri ta’ akkumpanjament sabiex ikunu effettivi. Il-miżuri ta’ akkumpanjament m’għandhomx ikunu limitati għal ċerti żoni ġeografiċi jew ċerti stabbilimenti edukattivi, u b’hekk jeskludu lil ċerti tfal mill-ambitu tagħhom. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jagħtu aċċess għall-miżuri ta’ akkumpanjament lill-biċċa l-kbira tat-tfal li huma fil-grupp fil-mira tal-iskema tagħhom. |
(6) |
Fl-interess tal-amministrazzjoni soda u tal-gestjoni tal-baġit, l-Istati Membri li jimplimentaw Skema tal-Frott għall-Iskejjel għandhom japplikaw għall-għajnuna Komunitarja fuq bażi annwali. |
(7) |
Għal skopijiet tat-trasparenza, għandu jkun hemm dispożizzjoni dwar allokazzjoni indikattiva tal-għajnuna Komunitarja għal kull Stat Membru, ikkalkulata abbażi tal-kriterju tal-allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 103ga(5) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi demografiċi, il-Kummissjoni għandha tevalwa tal-anqas darba kull tliet snin jekk dik l-allokazzjoni tkunx għadha aġġornata. |
(8) |
Sabiex jiġi mmassimizzat il-potenzjal sħiħ tal-fondi disponibbli, l-għajnuna Komunitarja li tkun ġiet attribwita b’mod indikattiv lill-Istati Membri li ma jkunux innotifikaw lill-Kummissjoni bl-istrateġija tagħhom fil-ħin għandhom jiġu allokati mill-ġdid bejn l-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw u li jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar ir-rieda tagħhom li jużaw aktar mill-allokazzjoni inizjali tagħhom tal-għajnuna Komunitarja. |
(9) |
Mhux biss spejjeż imġarrba għax-xiri tal-frott u l-ħaxix, tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u tal-prodotti tal-banana għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna Komunitarja, jekk dan ikun ipprovdut fl-istrateġija ta’ Stat Membru, iżda wkoll xi spejjeż relatati magħhom li huma direttament marbuta mal-implimentazzjoni tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel. Madankollu, sabiex titħares l-effettività tal-Iskema, perċentwal żgħir biss ta’ għajnuna għandu jiġi allokat għal dawn l-ispejjeż relatati. Għall-finijiet tal-ġestjoni finanzjarja u tal-kontroll, dawn l-ispejjeż għandhom jirrappreżentaw ammonti fissi, ikkalkulati fuq bażi pro rata. |
(10) |
Fl-interess tal-amministrazzjoni soda u tal-ġestjoni u s-superviżjoni baġitarja, il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna, l-approvazzjoni tal-applikanti għall-għajnuna u l-kundizzjonijiet għal applikazzjoni valida għall-għajnuna għandhom jiġu speċifikati. Fdak li għandu x’jaqsam mal-ħlas tal-għajnuna, ir-rekwiżiti li jridu jintlaħqu mill-applikanti għandhom jiġu speċifikati u għandhom jiġu stabbiliti r-regoli għat-tressiq tal-applikazzjonijiet, għall-verifiki u għas-sanzjonijiet li jridu jsiru mill-awtoritajiet kompetenti u r-regoli dwar il-proċedura tal-ħlas. |
(11) |
Biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunità għandhom jiġu adottati miżuri adegwati għall-ġlieda kontra l-irregolaritajiet u kontra l-frodi. Dawn il-miżuri ta’ kontroll għandhom jinvolvu verifika amministrattiva sħiħa ssupplementata b’verifiki fuq il-post. L-ambitu, il-kontenut, l-iskeda taż-żmien u r-rappurtar ta’ miżuri ta’ kontroll bħal dawn għandhom jiġu speċifikati biex jiżguraw approċċ ġust u uniformi bejn l-Istati Membri, filwaqt li jqisu l-implimentazzjoni differenti tagħhom tal-iskema. |
(12) |
Ammonti mħallsa b’mod mhux dovut għandhom jiġu rkuprati u għandhom jiġu ddeterminati sanzjonijiet sabiex iżommu lill-applikanti minn imġiba ta’ frodi u ta’ negliġenza serja. |
(13) |
Sabiex tiġi vvalutata l-effettività tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel, u biex jippermettu r-reviżjoni bejn il-pari u l-iskambju tal-aħjar prassi, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jevalwaw l-implimentazzjoni tal-Iskema tagħhom tal-Frott għall-Iskejjel fuq bażi regolari u jibagħtu r-riżultati u s-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni. Meta frott u ħaxix, frott u ħaxix proċessati u prodotti tal-banana ma jitqassmux mingħajr ħlas lill-grupp fil-mira tal-iskema tagħhom, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-impatt ta’ kontribuzzjoni min-naħa tal-ġenituri fuq l-effettività tal-Iskema tagħhom. |
(14) |
L-esperjenza wriet li l-benefiċjarji tal-proġetti kkofinanzjati mill-għajnuna Komunitarja mhumiex dejjem konxji biżżejjed mir-rwol tal-Komunità fil-proġett rilevanti. Ir-rwol tal-Komunità fl-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel għandu għalhekk ikun indikat b’mod ċar f’kull stabbiliment edukattiv li jkun qed jipparteċipa fiha. |
(15) |
Sabiex tippermetti lill-Istati Membri biżżejjed żmien biex jistabbilixxu l-Iskema tagħhom tal-Frott għall-Iskejjel, jew biex jallinjaw l-iskema eżistenti tagħhom mad-dispożizzjonijiet il-ġodda, l-Istati Membri jistgħu jelaboraw strateġija li jkun fiha biss l-element prinċipali ewlieni għall-perjodu inizjali ta’ bejn l-1 ta’ Awwissu 2009 u l-31 ta’ Lulju 2010. Għandhom ikunu jistgħu jipposponu wkoll l-adozzjoni tal-miżuri ta’ akkumpanjament matul dak il-perjodu ta’ tranżizzjoni. |
(16) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ambitu u l-użu tat-termini
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-għajnuna Komunitarja għall-forniment ta’ frott u ħaxix, frott u ħaxix ipproċessat u prodotti tal-banana lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi, fil-qafas tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel u għal ċerti spejjeż relatati.
2. It-termini wżati f’dan ir-Regolament għandhom ikollhom l-istess tifsira li għandhom fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor.
Artikolu 2
Il-grupp fil-mira
L-għajnuna msemmija fl-Artikolu 103ga tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha tiġi mmirata lejn it-tfal li jattendu b’mod regolari fi kwalunkwe wieħed mill-istabbilimenti edukattivi amministrati jew irrikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru.
Artikolu 3
L-istrateġija
1. L-Istati Membri li jixtiequ jistabbilixxu Skema tal-Frott għall-Iskejjel għandhom ifasslu l-istrateġija msemmija fl-Artikolu 103ga(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
2. L-istrateġija ta’ Stat Membru ma għandhiex tkopri prodotti li huma elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Madankollu, f’każijiet iġġustifikati b’mod dovut, bħal meta Stat Membru jixtieq jiżgura firxa wiesgħa ta’ prodotti taħt l-iskema tiegħu jew jixtieq jagħmel l-iskema tiegħu aktar attraenti, strateġija tista’ tipprovdi li t-tali prodotti jistgħu jsiru eliġibbli, jekk jiżdiedu biss ammonti limitati tas-sustanzi msemmija f’dak l-Anness.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tas-saħħa kompetenti tagħhom japprovaw il-lista tal-prodotti li għandhom ikunu eliġibbli taħt l-Iskema tagħhom tal-Frott għall-Iskejjel.
3. L-Istati Membri għandhom jispjegaw, fl-istrateġija tagħhom, kif se jiggarantixxu l-valur miżjud tal-Iskema tagħhom tal-Frott għall-Iskejjel, speċjalment fejn l-istrateġija tagħhom tippermetti l-konsum tal-ikliet regolari tal-iskola fl-istess ħin mal-prodotti ffinanzjati taħt l-Iskema tagħhom tal-Frott għall-Iskejjel. Għandhom jiddeskrivu l-miżuri ta’ kontroll tagħhom fl-istrateġija tagħhom.
4. L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fl-istrateġija tagħhom liema miżuri ta’ akkumpanjament se jadottaw biex jiżguraw l-implimentazzjoni b’suċċess tal-iskema tagħhom. Dawn il-miżuri jistgħu jiffokaw fuq it-titjib tal-għarfien tal-grupp fil-mira dwar is-settur tal-frott u tal-ħaxix jew dwar drawwiet tajbin fil-konsum tal-ikel, bħall-iżvilupp ta’ siti tal-internet jew l-organizzazzjoni ta’ żjarat fl-irziezet jew ta’ sessjonijiet dwar il-ġardinaġġ.
5. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-livell ġeografiku u amministrattiv xieraq li fih jixtiequ jimplimentaw “Skema tal-Frott għall-Iskejjel”. Jekk jagħżlu li jimplimentaw aktar minn skema waħda, għandhom jipprovdu strateġija għal kull skema. Stat Membru li jimplimenta diversi skemi jista’ jistabbilixxi qafas ta’ koordinazzjoni.
Artikolu 4
Għajnuna għall-forniment ta’ frott u ħaxix, frott u ħaxix ipproċessat u prodotti tal-banana lit-tfal
1. L-Istati Membri li jistabbilixxu Skema tal-Frott għall-Iskejjel jistgħu japplikaw għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 103ga tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għal perjodu li jestendi mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju ta’ sena jew aktar, billi sal-31 ta’ Jannar tas-sena meta jibda dak il-perjodu jinnotifikaw l-istrateġija tagħhom lill-Kummissjoni.
2. L-Istati Membri li diġà għandhom skema tal-frott għall-iskejjel, jew skemi oħrajn ta’ distribuzzjoni fl-iskejjel li jinkludu l-frott, qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandhom jikkwalifikaw għall-għajnuna Komunitarja soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 103ga(6) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Għandhom jinnotifikaw l-istrateġija tagħhom lill-Kummissjoni sad-data tal-iskadenza pprovduta fil-paragrafu 1.
3. L-Anness II għal dan ir-Regolament jipprovdi għall-allokazzjoni indikattiva tal-għajnuna Komunitarja għal kull Stat Membru, ikkalkulata abbażi tal-kriterju tal-allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 103ga(5) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta tal-anqas darba kull tliet snin jekk l-Anness II għadux konsistenti ma’ dak il-kriterju tal-allokazzjoni.
4. L-allokazzjonijiet tal-għajnuna Komunitarja riżervati għall-Istati Membri li sal-31 ta’ Jannar ta’ dik is-sena li fiha jibda l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 ma jkunux innotifikaw lill-Kummissjoni, jewinkella li jkunu talbu għal parti biss mill-allokazzjoni inizjali tagħhom, għandhom jiġu allokati mill-ġdid bejn l-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw u li, sad-data tal-iskadenza msemmija fil-paragrafu 1, ikunu nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar ir-rieda tagħhom li jużaw aktar mill-allokazzjoni inizjali tagħhom tal-għajnuna Komunitarja.
L-allokazzjoni mill-ġdid tal-għajnuna Komunitarja msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi implimentata skont id-daqs tal-allokazzjoni inizjali tal-Istati Membri, ikkalkulata abbażi tal-kriterju tal-allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 103ga(5) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
Sal-31 ta’ Marzu tas-sena li fiha jibda l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna Komunitarja lill-Istati Membri.
Artikolu 5
L-ispejjeż eliġibbli
1. L-ispejjeż li ġejjin huma eliġibbli għall-għajnuna Komunitarja msemmija fl-Artikolu 103ga tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007:
(a) |
spejjeż għall-frott u l-ħaxix, għall-frott u l-ħaxix ipproċessat u għall-prodotti tal-banana koperti mill-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel imsemmija fl-Artikolu 3(1) u mwassla lill-istabbiliment edukattiv. |
(b) |
l-ispejjeż relatati, li huma l-ispejjeż marbuta direttament mal-implimentazzjoni ta’ Skema tal-Frott għall-Iskejjel u għandhom jinkludu biss:
|
Fejn l-ispejjeż tat-trasport u tad-distribuzzjoni tal-prodotti koperti mill-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel tinħarġilhom fattura separata, it-tali spejjeż ma għandhomx jaqbżu t-3 % tal-ispejjeż tal-prodotti.
Meta l-prodotti jingħataw lill-istabbilimenti edukattivi bla ħlas, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw fatturi għat-trasport u d-distribuzzjoni, soġġetti għal limitu stabbilit fl-istrateġija tal-Istat Membru.
L-ispejjeż tal-komunikazzjoni msemmija fil-punt (b)(iii) tal-ewwel subparagrafu ma jistgħux jiġu ffinanzjati taħt l-iskemi l-oħrajn tal-għajnuna Komunitarja.
2. L-ammont totali tal-ispejjeż skont il-punti (b)(i) u (iii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jirrappreżenta ammont fiss u għandu jkun soġġett għal limitu li ma jaqbiżx il-5 % tal-pakkett tal-għajnuna Komunitarja tal-Istat Membru wara l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna Komunitarja msemmija fl-Artikolu 4(4).
Għas-sena li fiha jseħħ l-eżerċizzju tal-evalwazzjoni skont l-Artikolu 12, l-ammont totali għall-ispejjeż taħt il-punti (b)(i) u (ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandux jaqbeż l-10 % tal-pakkett tal-għajnuna Komunitarja tal-Istat Membru għas-sena li fiha sseħħ l-evalwazzjoni, wara l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna Komunitarja msemmija fl-Artikolu 4(4).
Artikolu 6
Kundizzjonijiet ġenerali għall-għoti tal-għajnuna
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna li hemm dispożizzjoni dwarha taħt l-istrateġija tagħhom għandha titqassam lill-applikanti għall-għajnuna fejn dawn l-applikanti jkunu ressqu applikazzjoni valida għall-għajnuna lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Applikazzjoni għall-għajnuna għandha tkun valida biss jekk titressaq minn applikant li jkun ġie approvat għal dak il-għan mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun jinsab l-istabbiliment edukattiv li lilu jkunu qed jiġu fornuti l-prodotti.
2. L-Istat Membru jista’ jagħżel applikanti għall-għajnuna minn fost l-entitajiet li ġejjin:
(a) |
l-istabbilimenti edukattivi; |
(b) |
l-awtoritajiet tal-edukazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti mqassma lit-tfal fiż-żona tagħhom; |
(c) |
il-fornituri u/jew id-distributuri tal-prodotti; |
(d) |
l-organizzazzjonijiet li jaġixxu f’isem wieħed jew aktar mill-istabbilimenti edukattivi jew mill-awtoritajiet edukattivi u stabbiliti b’mod speċifiku għal dan il-għan; |
(e) |
kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra li tieħu ħsieb:
|
Artikolu 7
Kundizzjonijiet ġenerali għall-approvazzjoni tal-applikanti għall-għajnuna
L-approvazzjoni għandha tiddependi fuq it-teħid tal-impenji bil-miktub li ġejjin min-naħa tal-applikant lill-awtorità kompetenti:
(a) |
li juża prodotti ffinanzjati taħt Skema tal-Frott għall-Iskejjel stabbilita taħt, jew allinjata ma’, dan ir-Regolament għall-konsum mit-tfal tal-istabbiliment edukattiv tiegħu jew tal-istabbilimenti li għalihom tkun intalbet l-għajnuna; |
(b) |
li jħallas lura kwalunkwe ammont ta’ għajnuna mħallsa b’mod mhux dovut għall-kwantitajiet konċernati, jekk jinstab li dawn il-prodotti ma jkunux tqassmu lit-tfal imsemmija fl-Artikolu 2 jew li l-għajnuna tkun tħallset għal prodotti li mhumiex eliġibbli taħt dan ir-Regolament; |
(c) |
f’każ ta’ frodi jew ta’ negliġenza serja, li jħallas ammont li jkun ugwali għad-differenza bejn l-ammont imħallas inizjalment u l-ammont li huwa intitolat għalih l-applikant; |
(d) |
li jagħmel disponibbli d-dokumenti ta’ appoġġ lill-awtoritajiet kompetenti fuq it-talba tagħhom; |
(e) |
li jaċċetta kwalunkwe verifika li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tiddeċiedi li tagħmel, b’mod partikolari l-iskrutinju tar-reġistri u l-ispezzjonar fiżiku. |
L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-għoti tal-approvazzjoni dipendenti fuq it-teħid ta’ impenji oħra bil-miktub min-naħa tal-applikant lill-awtorità kompetenti.
Artikolu 8
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-approvazzjoni ta’ ċerti applikanti
Jekk l-għajnuna jkun applika għaliha applikant imsemmi fl-Artikolu 6(2)(c) sa (e), l-applikant għandu jieħu impenn bil-miktub, minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 7, li jżomm ir-reġistri tal-ismijiet u l-indirizzi tal-istabbilimenti edukattivi jew, fejn ikun xieraq, tal-awtoritajiet tal-edukazzjoni u tal-prodotti u l-kwantitajiet mibjugħin jew fornuti lil dawn l-istabbilimenti jew lil dawn l-awtoritajiet.
Artikolu 9
Is-sospensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni
Jekk jinstab illi applikant għall-għajnuna m’għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6, 7 u 8, jew kull obbligu ieħor skont dan ir-Regolament, l-approvazzjoni tista’ tiġi sospiża għal perjodu ta’ bejn xahar u tnax-il xahar jew tista’ tkun irtirata, skont il-gravità tal-irregolarità. Din l-azzjoni ma għandhiex tittieħed f’każi ta’ force majeure jew jekk l-Istat Membru jsib illi l-irregolarità ma kinetx imwettqa apposta jew b’negliġenza jew li din kienet ta’ ftit importanza. L-approvazzjoni, ġaladarba tkun irtirata, tista’ tingħata lura fuq it-talba tal-applikant wara perjodu minimu ta’ 12-il xahar.
Artikolu 10
Applikazzjonijiet għall-għajnuna
1. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom isiru b’mod li għandu jiġi speċifikat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u għandhom jinkludu tal-anqas it-tagħrif li ġej:
(a) |
il-kwantitajiet imqassma; |
(b) |
l-isem u l-indirizz jew in-numru tal-identifikazzjoni tal-istabbiliment edukattiv jew tal-awtorità tal-edukazzjoni li għalih/għaliha jkun qed jirreferi t-tagħrif imsemmi fil-punt (a); kif ukoll |
(c) |
l-għadd ta’ tfal fl-istabbiliment edukattiv rispettiv tal-grupp fil-mira kif identifikat fl-istrateġija tal-Istat Membru. |
2. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-frekwenza tal-applikazzjonijiet f’konformità mal-istrateġija tagħhom, iżda l-perjodi ta’ applikazzjoni għall-għajnuna ma għandhomx ikopru aktar minn 5 xhur. Jekk l-iskema ddum iktar minn 6 xhur mill-perjodu msemmi fl-Artikolu 4(1), l-għadd totali tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għal kull perjodu għandu jkun tal-anqas tlieta.
3. Għajr f’każijiet ta’ force majeure, biex ikunu validi, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jimtlew b’mod korrett u jitressqu sal-aħħar jum tat-tielet xahar ta’ wara tmiem il-perjodu relatat magħhom.
4. L-ammonti murija fl-applikazzjoni għandhom ikunu appoġġati minn xhieda ddokumentata miżmuma disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti. Din l-evidenza għandha turi l-prezz tal-prodotti mwassla u għandha tkun bl-irċevuta jew bi prova tal-ħlas.
Artikolu 11
Ħlas tal-għajnuna
1. F’dak li għandu x’jaqsam mal-fornituri, l-organizzazzjonijiet jew l-entitajiet imsemmija fil-punti (c) sa (e) tal-Artikolu 6(2), l-għajnuna għandha titħallas biss:
(a) |
jekk tiġi ppreżentata rċevuta għall-kwantitajiet imwassla fil-verità; jew |
(b) |
fuq il-bażi tar-rapport ta’ spezzjoni magħmula mill-awtorità kompetenti qabel il-ħlas finali tal-għajnuna, li jistabbilixxi li r-rekwiżiti tal-ħlas ikunu ntlaħqu; jew |
(c) |
jekk l-Istat Membru jawtorizza hekk, jekk tiġi ppreżentata prova alternattiva li l-kwantitajiet imwassla għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament ikunu tħallsu. |
2. L-għajnuna għandha titħallas mill-awtorità kompetenti fi żmien tliet xhur wara l-jum tat-tressiq tal-applikazzjoni għall-għajnuna mimlija b’mod korrett u valida. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-forma u l-kontenut ta’ applikazzjoni valida għall-għajnuna.
3. Jekk il-limitu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 10(3) jinqabeż b’anqas minn xahrejn, l-għajnuna xorta waħda għandha titħallas iżda għandha titnaqqas:
(a) |
b’5 % jekk iż-żmien ikun inqabeż b’xahar jew anqas; |
(b) |
b’10 % jekk iż-żmien ikun inqabeż b’aktar minn xahar iżda b’anqas minn xahrejn. |
Ladarba l-limitu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 10(3) jinqabeż b’xahrejn, l-għajnuna għandha titnaqqas b’1 % għal kull jum addizzjonali.
Artikolu 12
Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Iskema tagħhom tal-Frott għall-Iskejjel fuq bażi annwali. Il-monitoraġġ għandu jissejjes fuq id-dejta li toriġina mill-obbligi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, inklużi dawk stipulati fl-Artikoli 10 u 11. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal strutturi u forom adegwati sabiex jiżguraw il-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-programm
2. L-Istati Membri għandhom jevalwaw l-implimentazzjoni tal-Iskema tagħhom tal-Frott għall-Iskejjel u jivvalutaw l-effettività tagħha. Għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2010 sal-31 ta’ Lulju 2011, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-riżultati tal-eżerċizzju tagħhom tal-evalwazzjoni lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Frar 2012. Għall-perjodi sussegwenti, l-Istati Membri għandhom jevalwaw l-implimentazzjoni tal-iskema tagħhom tal-anqas kull ħames snin u għandhom jinnotifikaw ir-riżultati tagħhom kull ħames snin wara dik id-data.
3. Fil-każ li, sad-data msemmija fil-paragrafu 2 jew inkella kull ħames snin wara dik id-data, Stat Membru ma jinnotifikax ir-riżultati tal-eżerċizzju tiegħu tal-evalwazzjoni, l-ammont tal-allokazzjoni li jmiss se jitnaqqas kif ġej:
(a) |
b’5 % jekk id-dewmien ikun ta’ xahar jew anqas; |
(b) |
b’10 % jekk id-dewmien ikun ta’ aktar minn xahar iżda ta’ anqas minn xahrejn. |
Ladarba l-limitu taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 1 jiddewwem b’xahrejn, l-għajnuna għandha titnaqqas b’1 % għal kull jum addizzjonali.
Artikolu 13
Il-kontrolli u s-sanzjonijiet
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu verifiki amministrattivi sħaħ tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna, li għandhom ikunu ssupplmentati b’verifiki fuq il-post kif speċifikat fil-paragrafi 2 sa 8.
2. Il-verifiki amministrattivi għandhom jitwettqu għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna kollha u għandhom jinkludu l-ivverifikar tad-dokumenti ta’ appoġġ kif definiti mill-Istati Membri, relatati mat-twassil tal-prodotti. Il-verifiki amministrattivi għandhom ikunu ssupplimentati b’verifiki fuq il-post imwettqin b’mod partikolari fuq:
(a) |
ir-reġistri msemmija fl-Artikolu 8, inklużi r-reġistri finanzjarji bħall-fatturi tax-xiri u tal-bejgħ u l-estratti bankarji; |
(b) |
l-użu tal-prodotti ssussidjati skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari jekk ikun hemm raġunijiet biex wieħed jissuspetta xi irregolarità. |
3. L-għadd totali tal-verifiki fuq il-post imwettqa għal kull perjodu li jestendi mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju għandu jkopri tal-anqas 5 % tal-għajnuna mqassma fil-livell nazzjonali u tal-anqas 5 % tal-applikanti kollha msemmija fl-Artikolu 6.
F’każ li l-għadd tal-applikanti fi Stat Membru jkun ta’ anqas minn mija, il-verifiki fuq il-post għandhom jitwettqu fil-postijiet ta’ ħames applikanti.
F’każ li l-għadd tal-applikanti fi Stat Membru jkun ta’ anqas minn ħamsa, 100 % tal-applikanti għandhom isirulhom kontrolli.
4. Il-verifiki fuq il-post għandhom jitwettqu matul il-perjodu mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju u għandhom ikopru perjodu ta’ mill-anqas it-tnax-il xahar ta’ qabel.
5. L-applikanti suġġetti għall-verifiki fuq il-post għandhom jintagħżlu mill-awtorità kompetenti billi jitqiesu b’mod dovut iż-żoni ġeografiċi differenti, u abbażi ta’ analiżi tar-riskju li tqis b’mod partikolari n-natura rikorrenti tal-iżbalji u s-sejbiet tal-verifiki li jkunu twettqu fis-snin ta’ qabel. L-analiżi tar-riskju għandha tqis ukoll l-ammonti differenti ta’ għajnuna involuti u t-tip ta’ applikanti msemmija fl-Artikolu 6(2).
6. F’każijiet fejn l-applikant imsemmi fl-Artikolu 6(2) (b) sa (e) japplika għall-għajnuna, il-verifika fuq il-post imwettqa fil-post tal-applikant għandha tkun issupplimentata b’verifiki fuq il-post fil-postijet ta’ mill-anqas żewġ stabbilimenti edukattivi jew ta’ mill-anqas 1 % tal-istabbilimenti edukattivi msemmija fir-reġistru tal-applikant, skont liema minnhom ikun l-akbar.
7. Madankollu, sakemm l-iskop tal-kontroll ma jitqiegħedx fil-periklu, jista’ jingħata avviż bil-quddiem, limitat b’mod strett għall-perjodu minimu taż-żmien neċessarju.
8. L-awtorità kompetenti ta’ kontroll għandha tfassal rapport ta’ kontroll dwar kull verifika fuq il-post. Ir-rapport għandu jiddeskrivi preċiżament il-prodotti differenti kkontrollati.
Ir-rapport ta’ kontroll għandu jitqassam fil-partijiet li ġejjin:
(a) |
parti ġenerali li jkun fiha, b’mod partikolari, it-tagħrif li ġej:
|
(b) |
parti li tiddeskrivi, b’mod separat, il-kontrolli mwettqa, u li jkun fiha, b’mod partikolari, it-tagħrif li ġej:
|
9. Għall-irkupru ta’ ammonti mħallsa b’mod mhux dovut, għandu japplika, mutatis mutandis, l-Artikolu 73(1), (3), (4) u (8) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (3).
10. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 9, f’każ ta’ frodi jew ta’ negliġenza serja li għaliha l-applikant ikun responsabbli, huwa għandu, minbarra li jirkupra l-ammonti mħallsa b’mod mhux dovut skont il-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, jħallas ukoll ammont li huwa ugwali għad-differenza bejn l-ammont imħallas inizjalment u l-ammont li huwa intitolat għalih l-applikant.
Artikolu 14
Il-powster dwar “Skema Ewropea tal-Frott għall-Iskejjel”
1. L-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw fl-“Iskema Ewropea tal-Frott għall-Iskejjel” għandhom jikkomunikaw lill-pubbliku li l-iskema rċeviet appoġġ finanzjarju mill-Komunità Ewropea. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri jistgħu jużaw powster magħmul skont ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness III, li għandu jitqiegħed b’mod permanenti f’post fejn ikun jidher u fejn ikun jista’ jinqara biċ-ċar fid-daħla prinċipali tal-istabbiliment edukattiv li jkun qed jipparteċipa.
2. F’każ li l-Istati Membri jiddeċiedu li ma jużawx il-powster imsemmi fil-paragrafu 1, fl-istrateġija tagħhom għandhom jispjegaw b’mod ċar kif se jinfurmaw lill-pubbliku dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità Ewropea fl-iskema tagħhom. Fi kwalunkwe każ, il-powsteri, is-siti tal-internet jew kwalunkwe strument ieħor tat-tagħrif jew għar-riklamar dwar l-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel ta’ Stat Membru għandhom juru l-bandiera Ewropea u s-sentenza li ġejja: “[it-tip ta’ stabbiliment edukattiv] tagħna jipparteċipa fl-‘Iskema Ewropea tal-Frott għall-Iskejjel’ bl-appoġġ finanzjarju tal-Komunità Ewropea.”
3. Referenzi għall-kontribuzzjoni finanzjarja li l-Komunità Ewropea tkun għamlet disponibbli għandu jkollhom tal-anqas l-istess viżibbiltà bħall-kontribuzzjonijiet minn entitajiet privati jew pubbliċi oħrajn li jkunu qed jappoġġaw l-iskema tal-Istat Membru.
Artikolu 15
In-notifiki
1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu n-notifiki msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar tas-sena li fiha jibda l-perjodu msemmi fl-Artikolu 4(1). Dawn in-notifiki għandhom jintbagħtu bil-posta elettronika lil AGRI-HORT-SCHOOLFRUIT@ec.europa.eu f’format li għandha tiddeċiedi l-Kummissjoni.
Sa mill-2010 ‘il quddiem, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull sena, wara tmiem il-perjodu msemmi fl-Artikolu 4(1) sat-30 ta’ Novembru tas-sena li fiha jintemm il-perjodu msemmi fl-Artikolu 4(1):
(a) |
ir-riżultati tal-eżerċizzju tal-monitoraġġ, fejn hemm dispożizzjoni dwaru fl-Artikolu 12; |
(b) |
il-verifiki fuq il-post li twettqu skont l-Artikoli 13 u 16 u s-sejbiet relatati. |
2. L-għamla u l-kontenut tan-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ddefiniti abbażi ta’ gwida mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri mill-Kummissjoni. Dawn il-mudelli ma għandhomx japplikaw sakemm ma jkunx ġie infurmat il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli.
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-istrateġiji tal-Istati Membri u r-riżultati tal-eżerċizzju tagħhom ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni fuq bażi regolari.
4. F’każ li Stat Membru jbiddel l-istrateġija msemmija fl-Artikolu 3, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-istrateġija l-ġdida tiegħu bla dewmien, bil-posta elettronika fl-indirizz imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.
Artikolu 16
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. Għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2009 sal-31 ta’ Lulju 2010, l-Istati Membri jistgħu jfasslu strateġija li jkun fiha biss l-elementi prinċipali li ġejjin: il-baġit, il-grupp fil-mira u l-prodotti eliġibbli u, b’deroga mill-Artikolu 3(2), jistgħu jastjenu milli jkollhom il-lista tal-prodotti eliġibbli approvati mill-awtoritajiet tas-saħħa kompetenti tagħhom. Jistgħu wkoll jipposponu l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ akkumpanjament sa tmiem dak il-perjodu.
2. Għall-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, u b’deroga mill-Artikolu 4(1) u (2), l-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw l-istrateġija tagħhom sal-31 ta’ Mejju 2009, filwaqt li sal-31 ta’ Lulju 2009 l-Kummissjoni għandha tiddeċiedi biss dwar l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna Komunitajra.
3. Għall-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, u b’deroga mill-Artikolu 11(2), l-għajnuna għandha titħallas mill-awtorità kompetenti fi żmien erba’ xhur mill-ġurnata tat-tressiq tal-applikazzjoni mimlija b’mod korrett u valida msemmija fl-Artikolu 6(1), filwaqt li l-perċentwal tal-verifiki fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 13(3) għandu jkopri tal-anqas 10 % tal-għajnuna u 10 % tal-applikanti għall-għajnuna.
Artikolu 17
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-15 ta’ April 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(3) ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18.
ANNESS I
Lista ta’ prodotti li għandhom jiġu esklużi minn Skema tal-Frott għall-Iskejjel li hija kkofinanzjata mill-għajnuna Komunitarja
Prodotti li fihom:
— |
Iz-zokkor miżjud |
— |
Ix-xaħam miżjud |
— |
Il-melħ miżjud |
— |
Sustanzi miżjuda li jagħtu l-ħlewwa |
ANNESS II
Allokazzjoni indikattiva tal-għajnuna Komunitarja għal kull Stat Membru
L-Istat Membru |
Ir-rata tal-kofinanzjament f'% |
Tfal ta’ bejn is-6 u l-10 snin numri assoluti |
EUR |
L-Awstrija |
50 |
439 035 |
1 320 400 |
Il-Belġju |
50 |
592 936 |
1 782 500 |
Il-Bulgarija |
75 |
320 634 |
1 446 100 |
Ċipru |
50 |
49 723 |
175 000 |
Ir-Repubblika Ċeka |
73 |
454 532 |
1 988 100 |
Id-Danimarka |
50 |
343 807 |
1 034 000 |
L-Estonja |
75 |
62 570 |
282 400 |
Il-Finlandja |
50 |
299 866 |
901 200 |
Franza |
51 |
3 838 940 |
11 778 700 |
Il-Ġermanja |
52 |
3 972 476 |
12 488 300 |
Il-Greċja |
59 |
521 233 |
1 861 300 |
L-Ungerija |
69 |
503 542 |
2 077 900 |
L-Irlanda |
50 |
282 388 |
849 300 |
L-Italja |
58 |
2 710 492 |
9 521 200 |
Il-Latvja |
75 |
99 689 |
450 100 |
Il-Litwanja |
75 |
191 033 |
861 300 |
Il-Lussemburgu |
50 |
29 277 |
175 000 |
Malta |
75 |
24 355 |
175 000 |
L-Olanda |
50 |
985 163 |
2 962 100 |
Il-Polonja |
75 |
2 044 899 |
9 222 800 |
Il-Portugall |
68 |
539 685 |
2 199 600 |
Ir-Rumanija |
75 |
1 107 350 |
4 994 100 |
Is-Slovakkja |
73 |
290 990 |
1 276 500 |
Is-Slovenja |
75 |
93 042 |
419 200 |
Spanja |
59 |
2 006 143 |
7 161 900 |
L-Iżvezja |
50 |
481 389 |
1 447 100 |
Ir-Renju Unit |
51 |
3 635 300 |
11 148 900 |
L-UE 27 |
58 |
25 920 489 |
90 000 000 |
ANNESS III
Ir-rekwiżiti minimi għall-powster dwar l-“Iskema Ewropea tal-Frott għall-Iskejjel”
Id-daqs tal-powster |
: |
A3 jew akbar |
Id-daqs tal-ittri |
: |
Ċentimetru (1) jew akbar |
It-titlu |
: |
“Skema Ewropea tal-Frott għall-Iskejjel” |
Il-kontenut |
: |
Tal-anqas il-kliem li ġejjin filwaqt li jitqies it-tip ta’ stabbiliment edukattiv: “[it-tip ta’ stabbiliment edukattiv (per eżempju skola tat-trabi/skola ta’ qabel l-iskola primarja/skola)] tagħna jipparteċipa fl-‘Iskema Ewropea tal-Frott għall-Iskejjel’ bl-appoġġ finanzjarju tal-Komunità Ewropea.” Il-powster għandu jkollu l-emblema tal-Komunità Ewropea. |
8.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/48 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 289/2009
tas-7 ta’ April 2009
li jimponi dazju provviżorju anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunitajiet Ewropej (1), (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Bidu
(1) |
Fid-9 ta’ Lulju 2008, il-Kummissjoni ħabbret, b’avviż ippubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), il-bidu ta’ proċediment fir-rigward ta’ importazzjonijiet ġewwa l-Komunità ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura (seamless pipes and tubes SPT) tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “ir-RPĊ”). |
(2) |
Il-proċediment ingħata bidu bħala riżultat ta’ lment imressaq fit-28 ta’ Mejju 2008 mill-Kumitat tad-Difiża tal-Industrija tat-Tubi tal-Azzar mingħajr Saldatura tal-Unjoni Ewropea (“il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ aktar minn 50 % tat-total tal-produzzjoni tal-Komunità ta’ ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid jew tal-azzar. L-ilment kellu xhieda ta’ dumping tal-prodott imsemmi u ta’ theddida prevedibbli u immedjata ta’ ħsara materjali li tirriżulta minn dan, li tqieset bħala suffiċjenti biex tiġġustifika l-bidu ta’ proċediment. |
2. Partijiet ikkonċernati mill-proċediment
(3) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat il-kwerelant, produtturi oħra magħrufa fil-Komunità, il-produtturi esportaturi, l-importaturi, il-fornituri u l-utenti li huwa magħruf li huma kkonċernati, kif ukoll l-għaqdiet tagħhom, u r-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, dwar il-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li juru l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fi żmien il-limitu ta’ żmien stabbilit fl-avviż ta’ bidu. |
(4) |
Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari li għalihom għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta. |
(5) |
Sabiex il-produtturi esportaturi fir-RPĊ jkunu jistgħu jibagħtu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (TES) jew trattament individwali (TI), jekk dan jixtiequh, il-Kummissjoni bagħtet formuli ta’ talba lill-produtturi esportaturi magħrufa bħala kkonċernati u lill-kumpaniji kollha l-oħra li ppreżentaw lilhom infushom fi żmien l-iskadenzi stabbiliti fl-avviż ta’ bidu. Għaxar (gruppi ta’) kumpaniji talbu TES skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jew TI f’każ li l-investigazzjoni tistabbilixxi li ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet għal TES. |
(6) |
Minħabba l-għadd għoli ta’ produtturi esportaturi, importaturi u produtturi tal-Komunità, kien hemm ħsieb ta’ teħid ta’ kampjuni fl-avviż ta’ bidu biex jiġu ddeterminati d-dumping u l-ħsara, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk ikunx hemm il-ħtieġa ta’ teħid ta’ kampjuni u, jekk hu hekk, jingħażel kampjun, l-produtturi esportaturi kollha, l-importaturi u l-produtturi tal-Komunità ntalbu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fl-avviż ta’ bidu, tagħrif bażiku dwar l-attivitajiet tagħhom marbuta mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (1 ta’ Lulju 2007 - 30 ta’ Ġunju 2008). |
(7) |
Wara eżami tat-tagħrif li ntbagħat, u minħabba l-għadd għoli ta’ produtturi esportaturi u produtturi tal-Komunità li wera l-ħeġġa li jikkooperaw, inqatgħet li t-teħid ta’ kampjuni kien meħtieġ fir-rigward ta’ dawn il-produtturi. Minħabba l-għadd limitat ta’ importaturi li wera l-ħeġġa li jikkooperaw inqatgħet li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ fir-rigward ta’ importaturi mhux relatati. |
(8) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi esportaturi fil-kampjun, produtturi tal-Komunità fil-kampjun, lill-importaturi, u lill-utenti kollha magħrufa u għaqdiet utenti. Waslu tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarju mill-produtturi esportaturi fil-kampjun fir-RPĊ, mill-produtturi kollha tal-Komunità fil-kampjun għajr għal kumpanija waħda li pprovdiet biss tagħrif mhux komplut, sitt importaturi u ħames utenti. |
(9) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu meqjus meħtieġ għal determinazzjoni provviżorja tad-dumping, il-ħsara li toħroġ minnu jew it-theddida ta’ ħsara u l-interess tal-Komunità. Saru żjarat ta’ verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
(10) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi stabbilit valur normali għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ li jistgħu ma jingħatawx TES, seħħet verifika biex jiġi stabbilit il-valur normali fuq il-bażi ta’ dejta minn pajjiż analogu fil-bini tal-kumpanija li ġejja:
|
3. Teħid ta’ kampjuni
(11) |
Fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni għażlet kampjun, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, ibbażat fuq l-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet li b’mod raġonevoli jista’ jiġi investigat fi żmien l-iskadenza disponibbli. Il-kampjun magħżul jikkonsisti f’erba’ (gruppi ta’) kumpaniji, li jirrappreżentaw 70 % tal-volum ta’ esportazzjoni tal-partijiet li kkooperaw mir-RPĊ lejn il-Komunità. Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati u ma ressqu ebda oġġezzjoni. |
(12) |
Fir-rigward tal-produtturi tal-Komunità, il-Kummissjoni għażlet kampjun, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, ibbażat fuq l-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni tal-prodott simili fil-Komunità li b’mod raġonevoli jista’ jiġi investigat fi żmien l-iskadenza disponibbli. Il-kampjun magħżul huwa magħmul minn ħames gruppi ta’ kumpaniji (total ta’ disa’ kumpaniji) li jirrappreżentaw 62 % tal-produzzjoni totali fil-Komunità. Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi li kkooperaw ġew ikkonsultati u ma ressqu l-ebda oġġezzjoni dwar il-kampjun magħżul. Billi l-għadd ta’ importaturi tal-Komunità li kkooperaw kien limitat, inqatgħet li fil-każ tagħhom l-użu ta’ metodi tekniċi ta’ teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ. |
4. Perjodu ta’ investigazzjoni
(13) |
L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008 (“PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti gћall-valutazzjoni tal-ћsara kopra l-perjodu mill-2005 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (il-perjodu meqjus). |
B. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
1. Prodott ikkonċernat
(14) |
Il-prodott ikkonċernat huwa ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura (“SPT”) tal-ħadid jew tal-azzar, bi profil ċirkolari, b’dijametru estern li ma jaqbiżx 406.4 mm b’Valur Ekwivalenti għall-Karbonju (VEK) li ma jaqbiżx 0,86 skont il-formula u l-analiżi kimika tal-Istitut Internazzjonali tal-Issaldjar (International Institute of Welding - IIW) (3), li joriġinaw fir-Repubbika tal-Poplu taċ-Ċina (il-prodott ikkonċernat). L-avviż ta’ bidu (ara l-premessa 1 hawn fuq) wera li normalment il-prodott ikkonċernat huwa dikjarat f il-kodiċijiet NM ex 7304 11 00, ex 7304 19 10, ex 7304 19 30, ex 7304 22 00, ex 7304 23 00, ex 7304 24 00, ex 7304 29 10, ex 7304 29 30, ex 7304 31 80, ex 7304 39 58, ex 7304 39 92, ex 7304 39 93, ex 7304 51 89, ex 7304 59 92 u ex 7304 59 93 u li dawn il-kodiċijiet NM ingħataw biss bħala tagħrif. Iżda, l-investigazzjoni stabbilit li tlieta minn dawn il-kodiċijiet NM ma jirreferux għall-prodott ikkonċernat, jiġifieri ex 7304 11 00, ex 7304 22 00 u ex 7304 24 00, u li ħames kodiċijiet NM oħra kienu neqsin, jiġifieri ex 7304 31 20, ex 7304 39 10, ex 7304 39 52, ex 7304 51 81 u ex 7304 59 10. |
(15) |
Il-prodott ikkonċernat jintuża f’medda wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, bħal f’użi mekkaniċi (inkluż fil-karozzi u l-inġenjerija), fil-bini għall-puntali, għall-ġenerazzjoni tal-enerġija bħala tubi tal-bojlers, bħala prodotti tubulari għall-pajjiżi li jipproduċu ż-żejt (oil country tubular goods - OCTG) li jintużaw fit-tħaffir, kasing u tubaturi fl-industrija taż-żejt, u bħala pajpijiet tal-linja għat-trasport ta’ likwidi jew gassijiet. |
(16) |
Fil-mument tal-konsenja tagħhom lill-utenti, l-SPT jieħdu forom ferm differenti. Jistgħu jkunu pereżempju ggalvanizzati, bil-kamin, ikkonsenjati bħala tubi ħodor (jiġifieri mingħajr l-ebda trattament bis-sħana), bi truf speċjali, u maqtugħin skont il-qies jew le. Hemm ħafna parametri differenti li jiddefinixxu l-karatteristiċi ta’ tubu, u minn dan wieħed jifhem għaliex il-biċċa l-kbira tal-SPT jsiru fuq ordni tal-klijient. L-SPT normalment jitwaħħlu permezz ta’ saldatura. Madankollu, f’każijiet partikolari jistgħu jitwaħħlu permezz tal-kamin li għandhom jew jintużaw waħedhom, għalkemm xorta jibqgħu jistgħu jiġu ssaldjati. |
(17) |
L-investigazzjoni wriet li, minkejja d-differenzi fl-applikazzjonijiet aħħarija ta’ bosta tipi ta’ pajpijiet u tubu mingħajr saldatura, it-tipi differenti tal-prodott ikkonċernat ilkoll għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi. Għalhekk jitqiesu li jikkostitwixxu prodott wieħed u uniku. |
(18) |
Għaqda ta’ produtturi Ċiniżi stqarret li l-pajpijiet u t-tubi OCTG għandhom jitħallew barra mid-definizzjoni ta’ prodott ikkonċernat għaliex għandhom użi differenti, speċifikazzjonijiet differenti, u karatteristiċi differenti u mhumiex interskambjabbli ma’ pajpijiet u tubi oħra, u l-volumi ta’ esportazzjoni mir-RPĊ lejn l-UE huma limitati. Iżda, l-investigazzjoni wriet li l-pajpijiet u tubi OCTG għandhom, fost l-oħrajn, karatteristiċi kimiċi komparabbli ma’ tipi oħra ta’ SPT billi kollha jaqgħu fi ħdan il-limitu minimu ta’ 0,86 VEK. Barra minn hekk, għandhom karatteristiċi bażiċi oħra bħal tat-tipi SPT li jifdal, bħad-dijametru ta’ barra u l-ħxuna tal-ħajt. Sa fejn għandhom x’jaqsmu l-utenti aħħarija tal-pajpijiet u tubi tal-OCTG, instab li ċerti pajpijiet u tubi tal-OCTG huma interskambjabbli ma’ tubi oħra tal-azzar mingħajr liga. Billi l-pajpijiet u t-tubi OCTG għandhom l-istess karatteristiċi essenzjali bħal pajpijiet u tubi oħra mingħajr saldatura u huma interskambjabbli sa ċertu punt, ġie konkluż b’mod provviżorju li ma hemmx raġuni biex teskludi dan it-tip mid-definizzjoni tal-prodott. |
2. Prodott simili
(19) |
Il-prodott ikkonċernat u l-pajpijiet mingħajr saldatura prodotti u mibjugħa fis-suq domestiku tar-RPĊ, u fis-suq domestiku tal-Istati Uniti tal-Amerika, li serva b’mod provviżorju bħala pajjiż analogu, kif ukoll il-pajpijiet u tubi mingħajr saldatura prodotti u mibjugħa fil-Komunità mill-industrija tal-Komunità nstabu li kellhom l-istess karatteristiċi bażiċi u użi fiżiċi, kimiċi u tekniċi. Għalhekk dawn il-prodotti jitqiesu provviżorjament bħala li jixxibħu skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
C. DUMPING
1. Trattament ta’ ekonomija tas-suq (TES)
(20) |
Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet ta’ anti-dumping li jikkonċernaw importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi li nstabu li ssodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. |
(21) |
Fi ftit kliem, u xejn għajr biex issir referenza ta’ malajr, dawn il-kriterji jidhru taħt forma mqassra hawn taħt:
|
(22) |
Fl-investigazzjoni attwali, tlieta mill-produtturi esportaturi fil-kampjun talbu TES skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u wieġbu għall-formula ta’ talba tat-TES qabel ma skada ż-żmien preskritt:
|
(23) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni fittxet it-tagħrif kollu meqjus meħtieġ u vverifikat it-tagħrif mibgħut fit-talba tat-TES fil-bini tal-kumpaniji kkonċernati kif tqies li kien meħtieġ. |
(24) |
L-investigazzjoni żvelat li t-TES ma setax jingħata lil ħadd mit-tliet gruppi ta’ kumpaniji Ċiniżi billi ħadd minnhom ma ssodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, għar-raġunijiet li ġejjin. |
(25) |
It-tliet (gruppi ta’) kumpaniji kollha kemm huma naqsu milli juru li jissodisfaw il-kriterju 3 u jidher li kien hemm tagħwiġ ġej mis-sistema ta’ qabel ta’ ekonomija mhux tas-suq - jiġifieri t-tliet (gruppi ta’) kumpaniji kollha kemm huma bbenefikaw minn trattament fiskali preferenzjali u żewġ (gruppi ta’) kumpaniji kisbu assi taħt il-valur tas-suq. Wara li ġew żvelati r-riżultati tat-TES, żewġ (gruppi ta’) kumpaniji stqarru li l-fatt li gawdew benefiċċji fiskali speċjali ma setax kien f’kontradizzjoni għal dak li huwa l-kriterju 3 billi t-tnaqqis fit-taxxa jiġi applikat ukoll f’pajjiżi b’ekonomija tas-suq. Ta’ min jinnota li l-kumpaniji msemmija kienu soġġetti għal bosta trattamenti preferenzjali ta’ politika fiskali billi gawdew eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul lokali, u rċevew ukoll l-hekk imsejħa eżenzjoni fiskali ta’ “sentejn franki, tliet snin bin-nofs” li jgawdu minnha kumpaniji b’investiment barrani u intrapriżi konġunti Sino-barranin. Fil-qosor, dawn ir-reġimi fiskali preferenzjali taw benefiċċju sinifikanti lill-kumpaniji li bl-istess mod ħallew impatt importanti fuq l-ispejjeż u l-prezzijiet matul il-PI. It-tielet (grupp ta’) kumpanija(-iji) stqarret li l-benefiċċju fiskali li huma gawdew mhux applikabbli aktar mill-1 ta’ Jannar 2008 u li kienet skema ta’ darba ta’ tnaqqis ta’ taxxa li ma setgħetx ikollha impatt fuq l-ispejjeż tal-kumpanija fis-snin ta’ wara u li barra minn hekk l-eżenzjoni mit-taxxa kienet żgħira ħafna. Ta’ min jinnota li dan il-grupp ta’ kumpaniji bbenefika mit-tnaqqis fit-taxxa għal makkinarju mixtri domestikament fl-2006 kif ukoll fl-2007 (jiġifieri matul il-PI). Il-benefiċċju li tgawda ma jistax jitqies insinifikanti u bħala konsegwenza l-konklużjoni kienet li dan kellu impatt importanti b’mod ċar fuq l-ispejjeż u l-prezzijiet matul il-PI. |
(26) |
Barra minn hekk, żewġ (gruppi ta’) kumpaniji ma ssodisfawx il-kriterju 2 dwar il-verifika billi waħda minnhom instab li taqtal-ammonti pagabbli ma’ dawk riċevibbli u l-oħra ma kellhiex dikjarazzjonijiet finanzjarji kompluti u l-prinċipju tad-dovuti ma ġiex applikat b’mod konsistenti. Wara l-iżvelar tar-riżultati tat-TES kumpanija minnhom stqarret li minħabba ċ-ċokon tagħha, il-fatt li l-ishma tagħha mhumiex elenkati f’xi Borża u li tinsab f’żona rurali, l-Istandards ta’ Kontabilità Internazzjonali (International Accounting Standards/IAS) mhumiex obbligatorji għaliha. Din it-talba iżda ma tistax tintlaqa’ billi l-ksur li nstab ma kienx gravi ħafna, jiġifieri l-kontabilità vverifikata ma kinitx kompluta f’oqsma importanti u l-prinċipju tad-dovuti ma kienx irrispettat. Dawn il-prinċipji ta’ kontabilità kemxejn bażiċi jridu jiġu rrispettati jkunu xi jkunu l-istat legali tal-kumpanija, id-daqs tagħha u l-post fejn tinsab. Il-grupp l-ieħor ta’ kumpaniji stqarr li l-awditur ta assigurazzjoni li l-karta tal-bilanċ fid-dikjarazzjoni finanzjarja vverifikata hija konformi mal-IAS u kklassifika mill-ġdid il-kontijiet diġà maqtugħa kontra xulxin bħala ammonti pagabbli u ammonti riċevibbli. Ta’ min jinnota li din l-istqarrija ma saritx qabel l-iżvelar tar-riżultati u aktar u aktar mhux matul iż-żjara ta’ verifika u għaldaqstant ma tistax tiġi vverifikata. Barra minn hekk, ta’ min jinnota wkoll li l-imsemmi grupp ta’ kumpaniji ma jiċħadx il-prassi tat-tpaċija li minnha nnifisha mhiex konformi mal-IAS. Għaldaqstant, l-argument ma ntlaqax. |
(27) |
Barra minn hekk, żewġ gruppi ta’ kumpaniji ma wrewx li d-deċiżjonijiet dwar l-ispejjeż u l-inputs tagħhom huma bħala tweġiba għas-sinjali tas-suq u mingħajr ebda ndħil sinifikanti mill-Istat, u għalhekk ma wrewx li l-kriterju 1 huwa sodisfatt. Wara l-iżvelar tar-riżultati, kumpanija minnhom ġabet l-argument li r-raġunijiet li nġabu biex jiġi miċħud is-sodisfazzjon ta’ dan il-kriterju mhumiex ibbażati fuq evidenza oġġettiva billi l-kumpanija ma għandha xejn x’jorbotha fid-deċiżjoni tagħha dwar bejgħ u prezzijiet minkejja dak li hemm stipulat fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji vverifikati tagħha dwar politika ta’ prezzijiet bejn partijiet assoċjati. Il-kumpanija ġabet l-argument li din ma kinitx restrizzjoni, iżda ħtieġa li toħroġ mill-iżvelar fil-konfront tal-awditur huwa hu jirrevedi t-tranżazzjonijiet fost “il-partijiet assoċjati”. Iżda, din l-istqarrija mhiex spjegazzjoni biżżejjed ta’ stipulazzjoni espliċita fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji vverifikati li “fejn il-prezz huwa ddeterminat mid-dipartiment tal-istat għall-prodotti, għandu jgħodd il-prezz tad-dipartiment tal-istat għall-prodotti”. Għaldaqstant l-argument ma ntlaqax. Il-kumpanija l-oħra stqarret li minkejja li l-maġġoranza tal-ishma tagħhom huma tal-istat, hija taħt il-kontroll ewlieni ta’ intrapriża privata u ma għandhiex irbit ta’ ndħil mill-Istat. Il-kumpanija, madankollu, ma ressqitx xi argumenti ġodda li jistgħu jbiddlu l-konklużjoni li, wara li titqies il-kompożizzjoni attwali tal-bord tad-diretturi bil-maġġoranza tad-diretturi jirrappreżentaw intrapriżi li huma tal-istat, l-indħil mill-Istat ma jistax jitħalla barra għal kollox, u li l-kumpanija ma wrietx li d-deċiżjonijiet isiru mingħajr indħil sinifikanti mill-Istat, u għaldaqstant ma laħqitx dan il-kriterju. Ta’ min jinnota wkoll li l-iżvelar tar-riżultati tat-TES għal dan il-grupp ta’ kumpaniji inkluda eżempju ta’ deċiżjoni li saret mhux bi tweġiba għas-sinjali tas-suq u possibilment taħt influwenza mhux mixtieqa mill-Istat (id-dritt tal-kiri mingħajr ħlas għall-użu tal-art) u l-kumpanija ma kkummentatx. |
2. Trattament individwali (TI)
(28) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, dazju li japplika għall-pajjiż kollu, jekk jeżisti, jiġi stabbilit għall-pajjiżi li jaqgħu taħt dan l-Artikolu, ħlief f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jistgħu juru li jilħqu l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. |
(29) |
It-tliet kumpaniji Ċiniżi jew gruppi ta’ kumpaniji kollha kemm huma, li talbu TES, talbu wkoll TI f’każ li ma jingħatawx TES. |
(30) |
Fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli, instab li tnejn mit-tliet kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji wrew li b’mod kumulattiv issodisfaw ir-rekwiżiti kollha għal TI kif stipulat fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. |
(31) |
Għal dak li għandu x’jaqsam mat-tielet kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji, il-maġġoranza tal-ishma tagħha huma tal-Istat. Barra minn hekk, minħabba li l-Istat għandu maġġoranza ta’ ishma, u minħabba l-influwenza sinifikanti tiegħu fuq l-industrija tal-azzar Ċiniża, ma tistax tiġi eskluża l-possibbiltà ta’ qerq. |
(32) |
Għalhekk ġie konkluż li TI għandu jingħata liż-żewġ kumpaniji esportaturi li ġejjin biss:
|
3. Valur normali
3.1. Pajjiż analogu
(33) |
Skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-kumpaniji li ma setgħux jingħataw TES ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet jew il-valur kostrutt f’pajjiż analogu. |
(34) |
Fl-avviż ta’ bidu, il-Kummissjoni wriet il-ħsieb tagħha li tuża l-Istati Uniti bħala pajjiż analogu xieraq għall-fini li jiġi stabbilit il-valur normali għar-RPĊ u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar dan. |
(35) |
Waħda mill-partijiet interessati kkumentat dwar l-għażla tal-pajjiż analogu u ssuġġeriet li l-Ukraina jew l-Indja tkun aktar xierqa biex jiġi stabbilit il-valur normali. |
(36) |
Intqal li l-Ukraina tkun għażla aktar xierqa billi barra milli għandha kompetizzjoni ħielsa fis-suq tagħha, il-proċess ta’ produzzjoni u l-aċċess għall-materja prima huma simili għall-qagħda fir-RPĊ. Ta’ min jinnota li mit-30 ta’ Ġunju 2006, hemm dazji anti-dumping imposti fuq importazzjonijiet tal-SPT li joriġinaw fl-Ukraina b’medda ta’ bejn 12,3 % u 25,7 %. Għalkemm hemm bosta produtturi fis-suq tal-Ukraina, il-fatt li nstab id-dumping fl-2006 jindika kundizzjonijiet possibbli ta’ tagħwiġ ta’ suq u jidher dubjuż kemm wieħed għandu juża dawk il-prezzijiet u spejjeż domestiċi. Fi kwalunkwe każ, ebda produttur Ukrain ma kkoopera fl-investigazzjoni. |
(37) |
L-istess parti interessata stqarret li l-Indja tkun ukoll alternattiva aħjar mill-Istati Uniti u pprovdiet l-isem ta’ produttur Indjan tal-prodott simili. Dan il-produttur, iżda, ma kellu ebda rieda li jikkoopera. Billi ma hemm ebda kooperazzjoni ġejja mill-produtturi Indjani, l-Indja ma tistax tintgħażel bħala pajjiż analogu. |
(38) |
Barra minn hekk, id-daqs tas-suq tal-Istati Uniti, l-għadd ta’ produtturi domestiċi u l-kwantitajiet sinifikanti ta’ importazzjonijiet juru li s-suq tal-Istati Uniti huwa kompetittiv u għalhekk intgħażel provviżorjament bħala l-iktar pajjiż analogu xieraq. Kif jidher fil-premessa 10 hawn fuq, produttur mill-Istati Uniti kkoopera fl-investigazzjoni u pprovda t-tagħrif kollu meħtieġ. Produttur ieħor mill-Istati Uniti pprovda wkoll xi tagħrif mhux komplut li b’mod ġenerali kkonferma t-tagħrif imressaq mill-produttur tal-Istati Uniti li kkoopera. |
3.2. Determinazzjoni tal-valur normali
(39) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES ġie stabbilit fuq il-bażi tat-tagħrif ivverifikat li wasal mill-produttur fil-pajjiż analogu, skont il-metodoloġija stabbilita hawn taħt. |
(40) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet għall-produttur fil-pajjiż analogu jekk il-bejgħ totali domestiku tiegħu tal-prodott ikkonċernat kienx rappreżentattiv matul il-PI, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ dan il-bejgħ irrappreżentax mill-inqas 5 % ta’ bejgħ ta’ esportazzjoni Ċiniża tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. |
(41) |
Imbagħad, għal kull tip tal-prodott ikkonċernat mibjugħ mill-produttur tal-Istati Uniti fis-suq domestiku tiegħu u li nstab li kien direttament paragunabbli mat-tip ta’ prodott ikkonċernat mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku kienx biżżejjed rappreżentattiv għall-finijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari tqies biżżejjed rappreżentattiv meta l-volum ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ fis-suq domestiku lill-klijenti indipendenti matul il-PI rrappreżenta madwar 5 % tal-volum totali tat-tip ta’ prodott paragunabbli mibjugħ mill-produtturi Ċiniżi għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. |
(42) |
Il-Kummissjoni sussegwentement eżaminat jekk kull tip tal-prodott ikkonċernat mibjugħ domestikament fi kwantitajiet rappreżentattivi setax jitqies li nbigħ fil-kors normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi għal kull tip ta’ prodott ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ bi profitt lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku matul il-PI. |
(43) |
Fejn il-volum tal-bejgħ ta’ tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz nett ta’ bejgħ daqs jew ogħla mill-kost ta’ produzzjoni kkalkulat irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum ta’ bejgħ totali ta’ dan it-tip, u fejn il-prezz medju differenzjat ta’ dan it-tip kien daqs jew ogħla mill-kost ta’ produzzjoni, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz domestiku attwali. Dan il-prezz ġie kkalkulat bħala l-medja differenzjata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dan it-tip matul il-PI, kien jew ma kienx bi profitt dan il-bejgħ. |
(44) |
Fejn il-volum ta’ bejgħ bi profitt ta’ tip ta’ prodott irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum totali ta’ bejgħ ta’ dan it-tip, jew fejn il-prezz medju differenzjat ta’ dan it-tip kien taħt il-kost ta’ produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, ikkalkulat bħala medja differenzjata ta’ bejgħ bi profitt ta’ dan it-tip biss. |
4. Prezz ta’ esportazzjoni
(45) |
Fil-każijiet kollha l-prodott ikkonċernat ġie esportat lill-klijenti indipendenti fil-Komunità, u għalhekk, il-prezz ta’ esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi ta’ prezzijiet ta’ esportazzjoni diġà mħallsa jew pagabbli attwalment. |
5. Paragun
(46) |
Il-valur normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tqabblu fuq bażi ta’ kif joħorġu mill-fabbrika. Għall-fini li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, tħalliet il-wisa’ taħt forma ta’ aġġustamenti għal differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-possibbiltà ta’ tqabbil ta’ prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ingħataw aġġustamenti xierqa fil-każijiet kollha fejn instabu li kienu raġonevoli, preċiżi u mirfuda minn xhieda vverifikata. Ingħata aġġustament għal spejjeż ta’ konsenja bil-baħar u assigurazzjoni, tqandil, tagħbija u spejjeż anċillari, spejjeż ta’ spezzjoni, kummissjonijiet u ħlasijiet tal-bank. |
(47) |
Fejn kienu jeżistu differenzi fiżiċi bejn il-prodott ikkonċernat mibjugħ domestikament mill-kumpaniji fil-pajjiż analogu u l-prodott ikkonċernat mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Komunità, sar aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(a) tar-Regolament bażiku. Dan l-aġġustament jikkorrispondi għal stima raġonevoli tal-valur tas-suq tad-differenza. |
6. Marġini ta’ dumping
(48) |
Il-marġini provviżorji ta’ dumping kienu espressi bħala perċentwali tal-prezz fuq il-fruntiera tal-Komunità CIF, dazju mhux imħallas. |
(49) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li setgħu jingħataw TI, ġew stabbiliti marġini individwali ta’ dumping fuq bażi ta’ tqabbil ta’ medja ddifferenzjata ta’ valur normali ma’ medja ddifferenzjata ta’ prezz ta’ esportazzjoni, skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
(50) |
Il-marġini ta’ dumping għall-kumpaniji fil-kampjun li ma ngħatawx TES jew TI u għall-kumpaniji mhux fil-kampjun li kkooperaw ġie kkalkulat bħala medja tal-erba’ kumpaniji fil-kampjun. |
(51) |
Billi l-livell ta’ kooperazzjoni fl-investigazzjoni tqies li kien baxx, il-kumpaniji li kkooperaw jirrappreżentaw madwar 40 % tal-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ matul il-PI, għall-kumpaniji li ma kkooperawx, il-marġini għall-pajjiż kollu ġie stabbilit bl-użu tal-ogħla marġini li nstab għat-tipi rappreżentattivi ta’ produttur wieħed li kkoopera u li ma ngħatax la TES lanqas TI. |
(52) |
Fuq din il-bażi l-livelli provviżorji ta’ dumping huma kif ġej:
|
D. ĦSARA
1. Il-produzzjoni tal-Komunità u l-industrija tal-Komunità
(53) |
Fil-Komunità, il-prodott simili huwa mmanifatturat minn 23 produttur. Il-produzzjoni ta’ dawn it-23 produttur tal-Komunità hija għalhekk meqjusa li tikkostitwixxi l-produzzjoni tal-Komunità skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
(54) |
Minn dawn it-23 produttur, total ta’ 15, il-biċċa l-kbira tagħhom membri tal-għaqda li għamlet l-ilment (ESTA), stqarrew l-interess tagħhom li jikkooperaw fil-proċediment fi żmien il-limitu stabbilit fl-avviż ta’ bidu u kkooperaw fl-investigazzjoni. Dawn il-15-il produttur nstabu li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ aktar minn 90 % tal-produzzjoni totali tal-Komunità tal-prodott simili. Il-15-il produttur li kkooperaw għalhekk jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u minn issa 'l quddiem se jissejħu l-“industrija tal-Komunità”. Il-produtturi tal-Komunità li jibqa’ minn issa se jissejħu l-“produtturi l-oħra tal-Komunità”. Dawn il-produtturi l-oħra tal-Komunità ma tawx l-appoġġ attiv tagħhom fl-ilment, iżda lanqas ma huma kontra. |
(55) |
Kif jidher fil-premssa 12 hawn fuq, intgħażel kampjun ta’ ħames produtturi li jirrappreżentaw 62 % tal-produzzjoni totali tal-Komunità. Billi dawn il-produtturi huma gruppi ta’ kumpaniji, il-kampjun kien magħmul b’kollox minn disa’ kumpaniji individwali. |
2. Konsum tal-Komunità
(56) |
Il-konsum tal-Komunità ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Komunità lill-UE, id-dejta dwar il-volumi ta’ importazzjoni għas-suq tal-Komunità miksuba mill-Eurostat u, fir-rigward tal-produtturi l-oħra tal-Komunità, minn stimi magħmula mill-kwerelant. |
(57) |
Is-suq tal-Komunità għall-prodott ikkonċernat u l-prodott simili kiber b’rata sostnuta bejn l-2005 u l-PI b’madwar 24 %. L-iktar żieda sinifikanti seħħet bejn l-2006 u l-2007 meta l-konsum żied bi 17-il punt perċentwali.
|
(58) |
F’dan ir-rigward huwa importanti li wieħed jinnota li s-suq tal-Komunità tal-prodott ikkonċernat jinqasam bejn dawn l-oqsma ta’ suq ewlenin: Mekkanika u Kostruzzjoni (madwar 60 %), Tkattir ta’ Enerġija (madwar 10 %), OCTG (madwar 8 %) u Pajpijiet tal-Linji (madwar 8 %). Il-prodott ikkonċernat jintuża l-aktar għalhekk fl-oqsma tal-mekkanika u l-kostruzzjoni u dawn l-oqsma raw titjib rapidu fl-2007. |
3. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
(a) Volum ta’ importazzjonijiet ikkonċernati
(59) |
Il-volum ta’ importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ wera żieda spettakolari matul il-perjodu kkunsidrat. L-importazzjonijiet fl-UE żdiedu b’aktar minn 20 darba mill-2005 lilhawn.
|
(60) |
L-analiżi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fl-oqsma varji tas-suq turi li l-importazzjonijiet Ċiniżi huma partikolarment preżenti fil-Mekkanika u l-Kostruzzjoni (madwar 65 %) u l-Pajpijiet tal-Linji (madwar 15 %), filwaqt li l-OCTG u t-tkattir tal-enerġija jirrappreżentaw anqas minn 5 %. |
(b) Sehem tas-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati
(61) |
Is-sehem tas-suq li kellhom l-importazzjonijiet mir-RPĊ kien madwar 1 % matul l-2005 u żdied b’mod sostnut b’madwar 16-il punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Fid-dettall, tela’ b’erba’ punti perċentwali bejn l-2005 u l-2006, b’10 punti perċentwali oħra bejn l-2006 u l-2007 u b’żewġ punti perċentwali matul il-PI. Fil-PI, is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien ta’ 17,1 %.
|
(62) |
Iżda, il-preżenza tal-importazzjonijiet Ċiniżi mhiex imqassma kullimkien l-istess fi ħdan l-oqsma varji li minnhom huwa magħmul is-suq tal-Komunità. L-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-PI kellhom sehem tas-suq ta’ madwar 38 % fil-qasam tal-pajpijiet tal-linja, 19 % fil-mekkanika u l-kostruzzjoni, 9 % fl-OCTG, u madwar 7 % fil-qasam tat-tkattir tal-enerġija. |
(c) Prezzijiet
(i)
(63) |
Mill-2005 sal-2007, il-prezz medju tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fir-RPĊ naqas sewwa b’9 % u mbagħad żdied b’żewġ punti perċentwali mill-2007 sal-PI. B’kollox, il-prezz medju tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fir-RPĊ naqas b’7 % bejn l-2005 u l-PI.
|
(ii)
(64) |
Sar tqabbil ta’ prezzijiet mudell ma mudell bejn il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Komunità fil-Komunità. Għal dan il-għan, il-prezzijiet tal-industija tal-Komunità għall-klijenti mhux relatati tqabblu mal-prezzijiet ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw tal-pajjiż ikkonċernat. Ġew applikati aġġustamenti fejn kien meħtieġ biex jitqiesu d-differenzi fil-livell tal-ispejjeż ta’ kummerċ u post-importazzjoni. |
(65) |
Biex jiġi kkalkulat b’kemm sar bejgħ bi prezz inqas, intuża tagħrif mill-produtturi tal-Komunità fil-kampjun li kkooperaw li pprovdew tagħrif verifikabbli għall-PI. It-tqabbil wera li, matul il-PI, il-marġini tal-medja differenzjata tal-bejgħ bi prezz inqas, espress bħala perċentwali tal-prezzijiet ta’ bejgħ tal-industrija Komunitarja, kien ta’ 24 %. |
4. Il-qagħda tal-industrija Komunitarja
(66) |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċijiet rilevanti kollha li jistgħu jaffettwaw l-istat tal-industrija Komunitarja. Id-dejta ppreżentata hawn taħt tirreferi għall-industrija kollha tal-Komunità għall-bejgħ u l-ishma tas-suq, u għall-kumpaniji fil-kampjun għall-indikaturi kollha li jibqa’. Id-dejta li tirreferi għat-tliet kumpaniji fil-kampjun tħalliet barra minħabba li: i) kumpanija minnhom kienet parti minn grupp kbir li jaħdmu l-azzar sakemm inqatgħet minnu f’Mejju 2007, li jfisser li t-tagħrif qabel u wara ma nqagħtet ma jistax jitqabbel, ii) kumpanija oħra ma bagħtetx biżżejjed dejta fid-dettall, u iii) kumpanija oħra ma setgħetx tipprovdi ċifri attwali għall-2008 u tbassir għall-2009. Biex ikun hemm tagħrif konsistenti għall-analiżi tal-indikaturi ta’ ħsara u l-analiżi ta’ theddid ta’ ħsara, it-tielet kumpanija kellha titħalla barra wkoll mill-analiżi tal-indikaturi ta’ ħsara. Iżda, minħabba l-importanza relattivament baxxa ta’ dawn it-tliet kumpaniji fil-kampjun din l-esklużjoni ma taffettwa bl-ebda mod l-istampa ġenerali li toħroġ mill-indikaturi. |
(a) Il-produzzjoni
(67) |
Minn livell ta’ madwar 2 000 000 tunnellata fl-2005, il-produzzjoni tal-produtturi fil-kampjun żdiedet għal massimu ta’ aktar minn 2 200 000 fl-2007, minħabba żieda fit-talba kif spjegat fil-premessa (57) hawn fuq, qabel ma naqset fil-PI. B’kollox, il-produzzjoni żdiedet tul il-perjodu meqjus b’7 % għal madwar 2 150 000 tunnellata matul il-PI.
|
(b) Rati ta’ kapaċità u ta’ użu ta’ kapaċità
(68) |
Il-kapaċità ta’ produzzjoni kienet stabbilita fuq il-bażi tal-kapaċità nominali tal-unitajiet ta’ produzzjoni fil-pussess tal-industrija Komunitarja, fejn tqiesu l-interruzzjonijiet fil-produzzjoni kif ukoll il-fatt li f’ċerti każijiet parti mill-kapaċità ntużat għal prodotti oħra li ġew manifatturati bl-istess linji ta’ produzzjoni. |
(69) |
Il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-produtturi fil-kampjun baqgħet stabbli, f’livell ta’ madwar 2 400 000 tunnellata, matul il-perjodu kollu meqjus.
|
(70) |
L-użu tal-kapaċità kien 83 % fl-2005, u żdied għal madwar 90 % għall-bqija tal-perjodu kkonsidrat. Dan jirrifletti l-varjazzjonijiet fil-volumi ta’ produzzjoni kif deskritt fil-premessa 67 hawn fuq. B’kollox, l-użu tal-kapaċità tela’ b’biss seba’ punti perċentwali, żieda żgħira meta mqabbla maż-żieda sostanzjali fil-konsum kif deskritt fil-premessa 57 hawn fuq. |
(71) |
Iżda, importanti li wieħed jinnota li, minħabba l-livell għoli ta’ konsum, il-produtturi fil-kampjun kienu għaddejjin fuq rati ta’ kapaċità ta’ produzzjoni għoljin. Il-possibbiltà li jinkisbu rati għoljin ta’ użu ta’ kapaċità titqies element importanti biex jintlaħqu livelli sodisfaċenti ta’ kapaċità ta’ profitt għall-prodott simili. Pereżempju, il-qagħda matul il-perjodu meqjus hija differenti b’mod ċar mill-qagħda prevalenti bejn l-2002 u l-2004, fejn, minħabba pressjoni magħmula minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li oriġinaw, fost l-oħrajn, fil-Kroazja, ir-Russja u l-Ukraina, l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Komunità biss kien ta’ madwar 66 %-75 %, u l-industrija tal-Komunità ġarrbet telf ta’ bejn 5 % u 10 %. |
(c) Ħażniet
(72) |
Il-livell tal-ħażniet ta’ għeluq tal-produturi fil-kampjun żdied b’16 % fl-2006, u sussegwentement naqas ftiet bi tliet punti perċentwali fl-2007 u punt perċentwali ieħor matul il-PI. Ta’ min jinnota li l-biċċa l-kbira tal-produzzjoni ssir bi tweġiba għall-ordnijiet. Għalhekk, huwa meqjus li r-rilevanza ta’ dan l-indikatur fl-analiżi tal-ħsara hija limitata.
|
(d) Volum ta’ bejgħ
(73) |
Il-volum ta’ bejgħ mill-industrija tal-Komunità tal-produzzjoni tagħha stess lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Komunità matul il-PI kien madwar 2 000 000 tunnellata, żieda ta’ 14 % fuq il-livell tagħha stess fl-2005. Din iż-żieda trid tiġi attribwita għaż-żieda sostanzjali fil-konsum kif deskritt fil-premessa (56) hawn fuq, bl-effett pożittiv tagħha, iżda, rifless parzjalment biss fil-bejgħ li żdied tal-industrija tal-Komunità.
|
(74) |
Ta’ min jinnota li l-importazzjonijiet Ċiniżi u l-bejgħ tal-industrija tal-Komunità huma f’kompetizzjoni ma xulxin l-aktar fi tliet oqsma tas-suq: mekkanika, kostruzzjoni u pajpijiet tal-linja. Tabilħaqq, 65 % tal-bejgħ tal-industrija tal-Komunità u madwar 80 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi huma għal dawn it-tliet oqsma tas-suq. |
(e) Is-sehem mis-suq
(75) |
Matul il-perjodu meqjus, l-industrija tal-Komunità tilfet ħames punti perċentwali mis-sehem tas-suq, li naqas minn 69 % fl-2005 sa 64 % fil-PI. Dan it-telf fis-sehem tas-suq jirrifletti l-fatt li, minkejja żieda sostanzjali fil-konsum, l-industrija tal-Komunità kienet kapaċi tibbenefika minnu parzjalment biss, minħabba l-preżenza tal-importazzjonijiet Ċiniżi li żdiedu b’mod massiv. Ta’ min ifakkar li s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi tela’ minn 1 % sa 17,1 % matul l-istess perjodu (ara l-premessa (61) hawn fuq).
|
(f) Tkabbir
(76) |
Bejn l-2005 u l-PI, filwaqt li l-konsum tal-Komunità żdied b’24 %, il-volum ta’ bejgħ mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità żdied b’14 % biss, u s-sehem tas-suq tal-industrija tal-Komunità naqas b’ħames punti perċentwali. Min-naħa l-oħra, il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi kiber aktar minn 20 darba, u s-sehem tas-suq tagħhom żdied b’16-il punt perċentwali tul l-istess perjodu. Għalhekk il-konklużjoni hi li, minkejja li l-industrija tal-Komunità rat xi tkabbir, żgur li ma setgħetx tibbenefika bis-sħiħ mit-talba tas-suq li żdiedet sostanzjalment, filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi bbenefikaw minnu b’mod iktar minn proporzjonali. |
(g) Impjieg
(77) |
Il-livell ta’ impjieg tal-produtturi fil-kampjun żdied b’mod sostnut b’6 % bejn l-2005 u l-2007. Naqas b’sitt punti perċentwali bejn l-2007 u l-PI. Inġenerali, l-impjieg tal-produtturi fil-kampjun baqa’ stabbli bejn l-2005 u l-PI fuq madwar 9 100 persuna. Dan juri li l-produtturi fil-kampjun żiedu fl-effiċjenza billi, fl-istess waqt, il-volumi ta’ produzzjoni żdiedu b’7 % (ara l-premessa (67) hawn fuq).
|
(h) Produttività
(78) |
Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-produtturi fil-kampjun, imkejla bħala produzzjoni (tunnellati) kull persuna impjegata kull sena, żdiedet b’mod sostnut tul il-perjodu meqjus, u spiċċat matul il-PI f’livell ta’ 7 % ogħla mill-2005. Dan huwa bi qbil mal-fatt li l-impjieg baqa’ stabbli tul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li fl-istess waqt il-produzzjoni żdiedet b’7 %.
|
(i) Pagi
(79) |
Il-paga medja kull impjegat żdiedet b’7 % bejn l-2005 u l-2006, bi tmien punti perċentwali oħra bejn l-2006 u l-2007 u baqgħet kważi stabbli bejn l-2007 u l-PI. Inġenerali, il-paga medja kull impjegat żdiedet b’16 % tul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda fl-ispejjeż tal-pagi medji ġejja parzjalment mill-fatt li t-tnaqqis fl-impjiegi għal dawk il-produtturi tal-Komunità fejn il-pagi medji kienu relattivament baxxi kien bbilanċjat b’żidiet fil-persunal mill-produtturi tal-Komunità fejn il-pagi medji kienu relattivament għolja. Billi ż-żieda medja fil-pagi kienet parzjalment ikkumpensata minn żieda importanti fil-produttività, l-impatt totali f’dawk li huma spejjeż ta’ xogħol ma kienx partikolarment sinifikanti.
|
(j) Fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet ta’ bejgħ
(80) |
Il-prezzijiet ta’ bejgħ tal-produtturi fil-kampjun żdiedu b’mod sostanzjali b’21 % bejn l-2005 u l-2007, u baqgħu stabbli matul il-PI. Iż-żieda fil-prezzijiet ta’ bejgħ fl-istess waqt maż-żieda fil-volumi ta’ bejgħ hija spjegata mill-fatt li l-ispejjeż kienu wkoll qed jiżdiedu matul l-istess perjodu. Il-produtturi tal-Komunità rnexxielhom jirriflettu din iż-żieda fl-ispejjeż fil-prezzijiet tagħhom ta’ bejgħ, u jgħadduha lill-klijenti tagħhom. Huwa għalhekk biss matul il-PI li l-pressjoni dejjem tiżdied mill-prodotti Ċiniżi bdiet tipproduċi l-ewwel effetti ċari fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ, fejn il-prezzijiet tal-industrija tal-Komunità baqgħu stabbli minkejja żieda fl-ispejjeż ta’ erba’ punti perċentwali.
|
(81) |
Kif jidher mit-tabella hawn taħt, iż-żieda fl-ispejjeż kienet l-aktar ġejja minn żieda fil-prezzijiet tal-materja prima. Tabilħaqq, l-industrija tal-Komunità wriet li kienet effiċjenti ħafna biex tilqa’ għaż-żidiet fl-ispejjeż tax-xogħol u spejjeż oħra ġenerali. Madankollu, iż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima setgħet biss tiġi bbilanċjata minn żieda li tikkorrispondi fil-prezzijiet ta’ bejgħ u dan sar dejjem iktar diffiċli tul il-perjodu kkunsidrat.
|
(k) Kapaċità ta’ profitt u qligħ mill-investimenti
(82) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kapaċità ta’ profitt tal-produtturi fil-kampjun tal-prodott simili, espressa bħala perċentwali ta’ bejgħ nett, żdiedet minn 12,1 % fl-2005 għal 17,9 % fl-2007. Imbagħad naqset għal 15,4 % fil-PI. Il-kapaċità ta’ profitt għalhekk żdiedet bi tliet punti perċentwali bejn l-2005 u l-PI
|
(83) |
Ir-redditu fuq l-investimenti (ROI), espress bħala l-profitt f’perċentwali tal-valur nett deprezzat tal-investimenti, segwa b’mod wiesal-bixra tal-kapaċità ta’ profitt. Żdied minn livell ta’ 47 % fl-2005 sa 85 % fl-2006. Naqas sa 79 % fl-2007 u naqas aktar sa 52 % fil-PI. Inġenerali, ir-redditu fuq l-investimenti żdied b’4,6 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. |
(l) Likwidità u kapaċità ta’ ġbir ta’ kapital
(84) |
Il-likwidità netta minn attivitajiet operattivi kienet kważi EUR 367 miljun fl-2005. Żdiedet għal madwar EUR 684 miljun fl-2006, għal biljun EUR fl-2007, qabel ma marret lura għal madwar EUR 630 miljun fil-PI. Ma kienx hemm indikazzjonijiet li l-industrija tal-Komunità sabet diffikultajiet biex tiġbor il-kapital.
|
(m) Investimenti
(85) |
L-investimenti annwali tal-kumpaniji fil-kampjun fil-produzzjoni tal-prodott simili żdiedu bi 83 % bejn l-2005 u l-2006, b’94 punt perċentwali aktar bejn l-2006 u l-2007 u wara żdiedu kemm kemm biss fil-PI. Inġenerali, l-investimenti żdiedu b’madwar 185 % bejn l-2005 u l-PI. Dawn l-investimenti tal-industrija tal-Komunità kellhom, bħala għanijiet ewlenin, it-titjib tal-kwalità tal-prodott, aktar effiċjenza fl-impjant, l-iżvilupp ta’ prodotti u proċessi ġodda, it-titjib tas-sikurezza industrijali u l-ħarsien tal-ambjent. Ma rriżultawx f’żieda tal-kapaċità ta’ produzzjoni.
|
(86) |
Jitqies li l-industrija tal-Komunità indirizzat ammont sostanzjali ħafna ta’ riżorsi lejn l-investimenti matul il-perjodu kkunsidrat. Dan għandu jiġi interpretat fil-kuntest tal-livell baxx ħafna ta’ investiment li kien possibbli fis-snin ta’ qabel, meta l-livelli ta’ kapaċità ta’ profitt tal-industrija tal-Komunità kienu estremament baxxi jew anki negattivi. Minħabba l-perjodi twal li matulhom l-industrija tal-Komunità sofriet, fost l-oħrajn, minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li oriġinaw fil-Kroazja, ir-Russja u l-Ukraina u li matulhom l-investimenti kellhom jonqsu sewwa (4), il-livell meħtieġ ta’ investiment ma setax isseħħ. Il-livell imtejjeb tal-profitti matul il-perjodu kkunsidrat kien għalhekk essenzjali biex jippermetti lill-industrija tal-Komunità tagħmel dawk l-investimenti li kienu għal tant żmien posposti. Ma saru ebda investimenti bil-ħsieb li tiżdied il-kapaċità ta’ produzzjoni minħabba tħassib dejjem jikber dwar il-possibbiltà li jsir profitt mit-talba dejjem tiżdied quddiem l-espansjoni aggressiva tal-importazzjonijiet Ċiniżi. |
(n) Il-kobor tad-daqs tal-marġini ta’ dumping u rkupru minn dumping tal-imgħoddi
(87) |
Minħabba l-volum, is-sehem tas-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, l-impatt fuq l-industrija tal-Komunità tal-marġini attwali ta’ dumping jista’ jitqies sinifikanti. Huwa importanti li jiġi mfakkar li miżuri ta’ anti-dumping ġew imposti fl-2006 biex jinnewtralizzaw id-dumping ta’ ħsara kkawżat minn importazzjonijiet minn għadd ta’ pajjiżi oħra. Ir-riżultati finanzjarji tajba miksuba mill-industrija tal-Komunità matul il-perjodu kkunsidrat bla dubju ppermettewlha li tirkupra mhux ħażin mid-dumping tal-imgħoddi. Iżda, ġie ppruvat ukoll li l-industrija tal-Komunità ma setgħetx tibbenefika fis-sħiħ mill-espansjoni eċċezzjonali tas-suq li seħħet matul il-perjodu ta’ analiżi (ara l-premessa 75 hawn fuq), billi l-ishma tas-suq li l-importazzjonijiet kellhom qabel taħt il-miżuri ġew sostitwiti minn importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx, li għawwru wkoll parzjalment l-ishma tas-suq tal-industrija tal-Komunità. Dan ċertament kellu effett billi llimita l-irkupru sħiħ tal-industrija tal-Komunità u l-inklinazzjoni tagħha li tinvesti u tespandi l-kapaċità ta’ produzzjoni biex timxi wara l-espansjoni fis-suq (ara l-premessa 86 hawn fuq). Għalhekk jista’ jiġi konkluż li l-irkupru tal-industrija tal-Komunità mid-dumping tal-imgħoddi ma jistax jitqies komplut u li l-industrija tal-Komunità tibqa’ miftuħa għall-effett ta’ ħsara possibbilment ikkawżat mill-preżenza ta’ kwantitajiet sostanzjali ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Komunità. |
5. Konklużjoni dwar il-ħsara
(88) |
Id-dejta vverifikata turi xi sinjali ta’ ħsara. F’suq li kiber b’mod sinifikanti (+ 24 %), l-industrija tal-Komunità setgħet iżżid il-bejgħ tagħha lejn is-suq tal-Komunità parzjalment biss (+ 14 %), li wassal għal tnaqqis tas-sehem tagħha tas-suq (minn 69 % sa 64 %). Madankollu, f’dan il-kuntest l-industrija tal-Komunità rnexxielha żżomm livell biżżejjed għoli ta’ użu tal-kapaċità u tal-prezzijiet, biex b’hekk il-kapaċità ta’ profitt tagħha baqa’ fuq livelli tajbin (madwar 15 % fil-PI). Bħala konklużjoni, kull ħsara mġarrba mill-industrija tal-Komunità kienet limitata u ma wasslitx għal xi problema ekonomika sinifikanti. |
(89) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-konklużjoni hi li l-industrija tal-Komunità ma ġġarbitx ħsara materjali fil-PI skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. Ta’ min jenfasizza wkoll iżda, li l-industrija tal-Komunità kienet ġejja minn perjodu li fih kienet suġġetta għal dumping ta’ ħsara, li wassal għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ anti-dumping fis-sena 2006. Jekk l-industrija tal-Komunità rnexxielha tirkupra parzjalment mill-qaqgħda ta’ ħsara tagħha tal-imgħoddi dan kien l-aktar minħabba l-espansjoni sinifikanti ħafna tas-suq li seħħet bejn l-2005 u l-PI. Għalkemm l-adozzjoni tal-miżuri ta’ anti-dumping f’Ġunju 2006 eliminat l-effetti ta’ ħsara tad-dumping minn għadd ta’ pajjiżi, kien hemm fis-suq tal-Komunità matul il-PI sehem importanti ta’ prodotti oġġett ta’ dumping mibjugħa bi prezzijiet baxxi ħafna, u dawn kienu l-importazzjonijiet Ċiniżi. Jekk jinbidlu ċ-ċirkustanzi tas-suq u tieqaf l-espansjoni tas-suq osservata matul il-perjodu kkunsidrat u l-bixra ta’ qabel ta’ tkabbir titreġġa’ lura, l-industrija tal-Komunità tkun esposta għal kollox għall-effett ta’ ħsara possibbli li ġej minn dawn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Għalhekk il-konklużjoni hija li, għalkemm l-industrija tal-Komunità ma ġarrbitx ħsara materjali matul il-PI, kienet f’qagħda dgħajfa fi tmiemu. |
E. THEDDIDA TA’ ĦSARA
1. Kif x’aktarx jiżviluppaw l-konsum tal-Komunità, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u l-qagħda tal-industrija tal-Komunità wara l-perjodu ta’ investigazzjoni
(90) |
Sabiex setgħet issir stima dwar jekk l-industrija tal-Komunità kinitx soġġetta għal theddida ta’ ħsara, xi elementi stabbiliti għall-perjodu kkunsidrat u l-PI kellhom jerġgħu jiġu analizzati. Din l-analiżi mill-ġdid twettqet fuq il-bażi tat-tagħrif miġbur dwar l-indikaturi ewlenin ta’ ħsara għas-snin 2008 u 2009. Għal dan il-għan, intalab tagħrif mingħand il-kumpaniji fil-kampjun fil-kwestjonarji tagħhom, it-tagħrif statistiku ġie aġġornat u kull element ieħor mibgħut mill-partijiet ġie analizzat. Abbażi ta’ dan, ġie stabbilit dan li ġej: |
1.1. Konsum tal-Komunità
(91) |
Il-konsum tal-Komunità, li kien qed jiżdied sal-PI, huwa stmat li jonqos b’mod konsiderevoli, b’tal-inqas 30 % bejn tmiem il-PI u s-sena 2009. Din l-istima hija bbażata fuq tagħrif pubbliku disponibbli, li kien mirfud mid-dejta mibgħuta mill-kwerelant u t-tbassir ippreżentat mill-produtturi tal-Komunità fil-kampjun. |
(92) |
Barra minn dan il-kwerelant bagħat tagħrif skont il-qasam tas-suq li jbassar tnaqqis importanti fis-setturi kollha, għajr għat-taqsima OCTG, li titqies bħala anqas affettwata mit-tnaqqis qawwi fit-talba ġeneralizzat fit-taqsimiet l-oħra. |
1.2. Importazzjonijiet mir-RPĊ u sehem tas-suq relatat
(93) |
L-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ baqgħu jiżdiedu b’mod sostanzjali sa tmiem il-PI. It-tendenza tagħhom li dejjem jiżdiedu fuq bażi annwali hija mill-inqas ikkonfermata sa tmiem l-2008. Minħabba l-konsum li qed jonqos mill-aħħar xhur tal-2008, is-sehem tas suq tagħhom mistenni li jiżdied ukoll fl-2009. |
(94) |
L-importazzjonijiet Ċiniżi huma mbassra li jibqgħu l-aktar ikkonċentrati fil-mekkanika u l-kostruzzjoni, kif ukoll it-taqsimiet tas-suq tal-pajpijiet tal-linja, kif jidher fil-premessa 60 hawn fuq. |
(95) |
Ukoll, jekk bħala riżultat tas-suq li qed jiċkien, it-talba totali ta’ importazzjonijiet tonqos – liema tnaqqis madankollu mhux mistenni li jkun sinifikanti – l-importazzjonijiet Ċiniżi se jżidu b’mod proporzjonali s-sehem tas-suq tagħhom f’dawn it-taqsimiet fejn storikament kienu b’saħħithom. Tabilħaqq, x’aktarx li l-importazzjonijiet bi prezz baxx se jsiru aktar attraenti f’suq li dejjem aktar qed ifittex tnaqqis fl-ispejjeż. |
(96) |
Għaldaqstant, is-sehem stmat tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi huwa mbassar li jiżdied. Skont l-iżvilupp tal-konsum, is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi jista’ wkoll jiżdied b’xi punti perċentwali bejn l-2008 u l-2009, minħabba l-politika aggressiva tal-espansjoni tas-suq li dehret f’dawn l-aħħar snin. Ara l-premessa 61 hawn fuq u 114 u 115 hawn taħt. |
(97) |
Għal dawk li huma prezzijiet ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, l-għaqda tal-esportaturi Ċiniżi (“CISA”) stqarret li dawn il-prezzijiet żdiedu sostanzjalment wara l-PI. |
(98) |
Huwa kkonfermat li d-dejta tal-Eurostat turi tabilħaqq żieda bħal din wara l-PI. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li din iż-żieda f’ċerti każijiet hija sinifikanti (sa 33 %- 43 %). Madankollu, l-investigazzjoni wriet li din iż-żieda hija xbieha ta’ żieda ġenerali fil-prezz f’ċerta materja prima (azzar, ħadid għall-iskart u ħadid tal-kalkara) u l-ispejjeż tal-enerġija li seħħew mad-dinja kollha bejn April u Ottubru 2008 u li din iż-żieda ma eliminatx għal kollox il-bejgħ bi prezz inqas, li mid-dehra jibqa’ sostanzjali. |
1.3. Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Komunità
(99) |
Il-produzzjoni tal-industrija tal-Komunità hija mbassra li tonqos b’bejn 20 u 35 punt perċentwali bejn il-PI u l-2009. Din it-tendenza ġiet ikkonfermata mit-tbassir mibgħut mill-kumpaniji fil-kampjun. Mill-analiżi ta’ dan it-tbassir wieħed jista’ jikkonkludi li t-tnaqqis ġenerali fil-produzzjoni kien xbieha wkoll tal-fatt li fi ħdan tnaqqis ġenerali fil-konsum, it-talba għal ċerti tipi ta’ prodotti naqset inqas mit-talba għal prodotti oħra biex b’hekk hemm tbassir li se sseħħ bidla fit-taħlita tal-prodotti. |
(100) |
Minn tagħrif mibgħut mill-kumpaniji fil-kampjun jidher li l-kapaċità ta’ produzzjoni hija mbassra li tibqa’ stabbli fl-2009, filwaqt li l-użu tal-kapaċità huwa mbassar li jonqos sewwa għal livell qrib ta’ 70 % fl-istess sena. Dan huwa bi qbil mat-tnaqqis qawwi fil-konsum kif deskritt fil-premessa (91). Tabilħaqq, iż-żjarat ta’ verifika diġà wrew: (i) tnaqqis fix-xiftijiet (l-aktar komuni minn 18 għal 15 fil-ġimgħa), (ii) użu dejjem jiżdied ta’ skemi ta’ ħaddiema żejda u ta’ sensja ta’ impjegati temporanji, (iii) għeluq imtawwal matul il-perjodu ta’ btala. Ta’ min ifakkar li l-investigazzjonijiet fil-passat diġà wrew li fuq rati ta’ użu tal-kapaċità ta’ inqas minn 75 % l-industrija tal-Komunità x’aktarx li taħdem b’mod sostenibbli (ara l-premessa 71 hawn fuq). |
1.4. Bejgħ KE tal-industrija tal-Komunità (volumi u prezzijiet)
(101) |
Il-bejgħ tal-industrija tal-Komunità fis-suq tal-KE huwa mbassar li jonqos b’mod sinifikanti, għall-istess raġunijiet spjegati fil-premessa 1 hawn fuq, tal-inqas flimkien mat-tnaqqis ta’ konsum iżda x’aktarx li anke iktar, skont it-tbassir magħmul mill-produtturi tal-Komunità fil-kampjun. |
(102) |
Billi l-industrija tal-Komunità hija mbassra li tkompli titlef is-sehem tas-suq fis-suq tal-KE kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping, se jkollha bilfors torbot iżjed fuq is-swieq ta’ esportazzjoni. Il-kumpaniji fil-kampjun tabilħaqq irrappurtaw tnaqqis fil-bejgħ fil-Komunità li huwa akbar mit-tnaqqis fil-produzzjoni totali billi l-produzzjoni għall-esportazzjoni tibqa’ stabbli mhux ħażin meta mqabbla mal-produzzjoni ta’ prodotti ddestinati għas-suq tal-Komunità. Dan ġej mill-fatt li l-attività ta’ esportazzjoni tal-industrija tal-Komunità hija kkonċentrata fuq l-OCTG (35 %), pajpijiet tal-linja (25 %) u t-tkattir tal-enerġija (13 %), filwaqt li l-mekkanika u l-pajpijiet tal-kostruzzjoni rrappreżentaw 16 % tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Komunità (imqabbla ma’ 60 % tal-bejgħ tagħhom fil-KE, ara l-premessa 73 hawn fuq). |
(103) |
L-industrija tal-Komunità bagħtet tagħrif li juri li l-volumi ta’ bejgħ diġà naqsu u/jew huma mbassra li jonqsu b’mod sinifikanti, partikolarment f’ċerti oqsma tas-suq fejn il-preżenza tal-prodotti Ċiniżi turi aktar il-qawwa tagħha ta’ nfid (jiġifieri fil-mekkanika u l-kostruzzjoni u l-pajpijiet tal-linja). |
(104) |
Safejn għandhom x’jaqsmu l-prezzijiet tal-bejgħ, dawn ġew imbassra mill-produtturi fil-kampjun li se jibqgħu stabbli bħala medja fir-rigward tal-prezzijiet fil-PI. |
(105) |
Iżda, l-iżvilupp fil-prezzijiet tal-bejgħ ma jkunx xbieha sħiħa tat-tnaqqis veru fil-prezz li mistenni jseħħ fuq bażi ta’ prodott bi prodott. Dan jiġri għaliex l-industrija tal-Komunità tipprova tersaq lejn pajpijiet ta’ grad ogħla minħabba l-pressjoni tal-prezzijiet mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Minħabba f’hekk, is-sehem tal-prodotti ta’ grad iktar baxx fil-bejgħ totali tal-industrija tal-Komunità jonqos konsiderevolment aktar mit-tnaqqis medju fil-bejgħ totali, u b’hekk il-piż tal-prodotti li għandhom prezz ta’ bejgħ ogħla jkun ogħla proporzjonalment. Huwa minħabba f’hekk li t-tnaqqis medju fil-prezz huwa mbassar li jkun iktar limitat mit-tnaqqis fil-prezz li se jġarrbu dawk il-prodotti li huma f’kompetizzjoni aktar diretta mal-importazzjonijiet Ċiniżi li huma oġġett ta’ dumping. |
(106) |
Għalhekk, inġabar tagħrif mill-industrija tal-Komunità marbut mal-evoluzzjoni tal-prezzijiet ta’ għadd ta’ tipi ta’ prodotti rappreżentattivi li nstabu li kienu f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping matul il-PI. Abbażi ta’ din l-analiżi ġie stabbilit li l-prezzijiet tat-tipi ta’ prodotti importanti li ġew impurtati fi kwantitajiet sinifikanti mir-RPĊ matul il-PI żdiedu fit-tieni nofs tal-2008 biex jirriflettu parzjalment iż-żieda fl-ispejjeż imsemmija wkoll fil-premessa 98 hawn fuq. |
1.5. Prezzijiet/spejjeż tal-industrija tal-Komunità
(107) |
Il-kumpaniji fil-kampjun intalbu wkoll jibagħtu dejta marbuta mal-evoluzzjoni mbassra tal-ispejjeż tagħhom għall-prodott ikkonċernat, kif ukoll l-ispejjeż ewlenin. |
(108) |
Id-dejta mibgħuta turi li se jkun hemm x’aktarx żieda ġenerali fl-ispejjeż. Dan ġej minn żewġ fatturi ewlenin. L-ewwelnett, it-tnaqqis fl-għadd tal-ħaddiema li ġej mir-rati iktar baxxi ta’ produzzjoni u ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità huwa mistenni li mhux se jirriżulta fi tnaqqis korrispondenti ta’ spejjeż tax-xogħol minħabba l-użu ta’ sensji temporanji u sigħat ta’ xogħol imnaqqsa li jistgħu jżidu l-ispiża medja tax-xogħol. It-tieni, il-bidla fit-taħlita tal-prodotti lejn prodotti ta’ valur għoli (għalkemm mhux bilfors b’kapaċità ta’ profitt ogħla) tfisser li bħala medja anki l-ispejjeż (inklużi spejjeż ta’ materja prima) jiżdiedu. Barra min hekk, it-tnaqqis ovvju fl-effiċjenza minħabba l-volumi mnaqqsa u l-użu tal-kapaċità sotto-ottimali jwassal għal żieda proporzjonali fl-ispejjeż fissi. |
1.6. Sehem tas-suq tal-industrija tal-Komunità
(109) |
Is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Komunità huwa mbassar li jonqos b’xi punti perċentwali bejn il-PI u l-2009, minħabba aktar pressjoni mill-importazzjonijiet Ċiniżi u li huma oġġett ta’ dumping (ara l-premessi 93 u 102 hawn fuq), f’suq Ewropew li dejjem qed jonqos bil-qawwa. |
1.7. Kapaċità ta’ profitt tal-industrija tal-Komunità
(110) |
Skont dejta mibgħuta mill-produtturi tal-Komunità, il-kapaċità ta’ profitt tal-industrija tal-Komunità naqset ħarira b’0,5 punti perċentwali bejn il-PI u s-sena tal-2008. Iżda din il-kapaċità ta’ profitt hija rrappurtata li niżlet b’mod konsiderevoli sa tmiem is-sena 2008 u hija mbassra li tonqos sewwa għal madwar 2 % għas-sena 2009. |
(111) |
Ta’ min iffakkar li diġà fl-imgħoddi ntwera li l-kapaċità ta’ profitt tal-industrija tal-Komunità kienet partikolarment baxxa f’perjodi fejn ir-rata ta’ użu tal-kapaċità kienet taħt il-75 %. Dan ġie ppruvat li kien il-każ matul il-perjodu kopert mill-investigazzjoni konkluża bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 954/2006 (5), meta l-użu tal-kapaċità naqset b’mod sinifikanti minħabba l-pressjoni tal-importazzjonijiet li kienu oġġett ta’ dumping, fost l-oħrajn, mill-Kroazja, ir-Russja u l-Ukraina. |
1.8. Konklużjoni dwar kif x’aktarx ikun l-iżvilupp tal-konsum tal-Komunità, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u l-qagħda tal-industrija tal-Komunità wara l-perjodu ta’ investigazzjoni
(112) |
L-analiżi ta’ hawn fuq dwar kif x’aktarx ikunu l-iżvilupp tal-konsum, l-importazzjonijiet tal-prodotti Ċiniżi oġġett ta’ dumping u l-indikaturi ewlenin ta’ ħsara għall-perjodu bejn il-PI u l-2009 (ara l-premessi 90 sa 112 turi li diġà qed iseħħ deterjorament konsiderevoli tal-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Komunità u huwa mbassar li jkompli jekk mhux li jmur għall-agħar fil-ġejjieni qrib. Dan jidher ċar minn tnaqqis evidenti fil-produzzjoni, il-volum ta’ bejgħ tal-KE, sehem tas-suq u l-kapaċità ta’ profitt (madwar - 13-il punt perċentwali). Din l-evalwazzjoni saret abbażi tad-dejta li hija marbuta ma tbassir mirfud minn xhieda li fiha biżżejjed dettall. B’mod partikolari, il-bixriet riflessi għall-perjodu wara l-PI u sa tmiem l-2008 setgħu fil-biċċa l-kbira tagħhom digà jiġu vverifikati fil-kors taż-żjarat ta’ verifika li seħħu. Aktar xhieda (partikolarment marbuta mat-tnaqqis fil-prezzijiet u l-volumi ta’ bejgħ u għas-sena 2009) intbagħtet fil-kors tal-investigazzjoni. Ukoll jekk, kif inhu f’kull każ ta’ tbassir, ma jistax ikun hemm l-ebda ċertezza li l-bixriet indikati jseħħu eżattament kif mistenni, xorta huwa meqjus li x’aktarx dan se jkun il-każ. Għalhekk il-konklużjoni hija li l-industrija tal-Komunità diġà kellha quddiemha qagħda ta’ ħsara materjali matul l-ewwel xhur tal-2009. |
2. Theddida ta’ ħsara
(113) |
Skont l-Artikolu 3(9) tar-Regolament bażiku, sar eżami ta’ liema fatti, jekk hemm, joħolqu qagħda li fiha l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping jikkawżaw ħsara lill-industrija tal-Komunità. F’dan il-kuntest, ingħatat kunsiderazzjoni speċifika lil: i) l-iżvilupp tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, ii) id-disponibbilità tal-kapaċitajiet ħielsa tal-esportaturi, iii) il-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi u iv) il-livell tal-inventarji. |
2.1. Żvilupp ta’ volumi ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
(114) |
L-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b’mod spettakolari minn 26 000 sa 543 000 tunnellata bejn l-2005 u l-PI, kif spjegat fil-premessa 59 hawn fuq. Dawn l-importazzjonijiet seħħu konsistentement bi prezzijiet baxxi ħafna, li mminaw b’mod sinifikanti kull prezz ieħor offrut mis-suq tal-Komunità minn sorsi oħra ta’ provvista. Iż-żieda sostanzjali fis-sehem tas-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping (ara l-premessa 61 hawn fuq) tikkonferma li l-iżvilupp ta’ dawn l-importazzjonijiet ma kienx konsegwenza ta’ żieda fit-talba. Għall-kuntrarju, jidher li dan l-iżvilupp kien fil-biċċa l-kbira tiegħu mmexxi minn strateġija fl-isfond ibbażata fuq is-sostituzzjoni tal-post fis-suq li qabel kien tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn sorsi oħra (ara l-premessa 142 hawn taħt), bl-għan ta’ nfid aggressiv ġewwa suq ġdid. Iż-żieda fil-prezzijiet ta’ importazzjoni li dehret fit-tieni parti tal-2008 kienet kollha ġejja minn żieda sostanzjali fl-ispejjeż tal-materja prima, li feġġet f’żieda mad-dinja kollha fl-ispejjeż għal pajpijiet u tubi mingħajr saldatura u ma tikkorrispondix għal xi ħsieb li tiġi mnaqqsa d-differenzjali tal-prezz mal-prezzijiet ta’ fornituri oħra fis-suq tal-KE. |
(115) |
Abbażi ta’ dan, jitqies li ma tistax tiġi stabbilita korrelazzjoni diretta bejn żvilupp ta’ konsum u livell ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Min-naħa l-oħra jitqies li ż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bejn l-2005 u l-PI kienet se sseħħ xorta waħda, anki f’qagħda ta’ konsum stabbli, bl-unika differenza li kien ikollha impatt ikbar fuq l-ishma tas-suq tal-fornituri l-oħra. Ma jistax jiġi eskluż li diġà matul il-perjodu kkunsidrat, kieku l-konsum ma żdiedx bil-pass li fil-fatt żdied, dan kien iġib ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità. Għalhekk, jitqies li bixra 'l isfel fil-qagħda ġenerali tas-suq tal-Komunità ma jkollhiex xi impatt konsiderevoli fuq l-iżvilupp tal-volumi ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Il-probabbiltà kbira hi li l-istrateġija aggressiva użata għall-infid tas-suq tal-Komunità matul il-perjodu kkunsidrat se tkompli, bl-għan ġenerali ta’ rebħ ta’ ishma tas-suq għad-dannu tal-atturi ekonomiċi l-oħra b’importazzjonijiet bi prezz baxx u oġġett ta’ dumping. |
(116) |
L-aħħar ċifri disponibbli, marbuta mas-sena sħiħa tal-2008, juru importazzjonijiet ta’ 507 589 tunnellata, jiġifieri ogħla mill-2007 għalkemm ħarira iktar baxxi mill-PI. Barra minn hekk, iċ-ċifri marbuta mal-aħħar xahrejn tal-2008, juru li l-importazzjonijiet żdiedu wkoll meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel (84 000 tunnellata fl-2008 kontra 79 000 tunnellata fl-2007), minkejja li l-investigazzjoni wriet li kien hemm diġà sinjali ta’ tnaqqis fis-suq tal-Komunità f’Novembru 2008. Għalhekk jista’ jiġi konkluż li, skont l-aktar tagħrif disponibbli, il-volum ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ jista’ jitqies li huwa tal-inqas stabbli. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li, anki fil-każ fejn l-iżvilupp tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping juri fil-medda l-qasira ta’ żmien bixra differenti bi tqabbil mal-imgħoddi, jiġifieri jibqgħu stabbli jew jibdew jonqsu, dan it-tagħrif għandu dejjem jiġi interpretat u analizzat fil-kuntest tal-iżvilupp tal-konsum. Fi kliem ieħor, il-konklużjonijiet rigward dan il-fattur ma għandhomx ikunu bbażati fuq osservazzjoni sempliċi tal-iżvilupp tal-volum ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping f’termini assoluti, iżda għandhom iqiesu kif xieraq il-kuntest tas-suq li fih iseħħ dan l-iżvilupp u kemm setgħu jew ma setgħux jaslu għal żieda jew tnaqqis tas-sehem tas-suq li għandhom dawn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Mit-tagħrif disponibbli huwa ċar li mhux biss l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping urew żieda sostanzjali fis-sehem tas-suq tagħhom matul il-perjodu kkunsidrat, iżda li ma wrew ukoll ebda sinjal li se jwaqqfu jew ireġġgħu lura din il-bixra f’perjodu meta t-talba diġà bdiet tmajna. Għaldaqstant, is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping huwa lest biex jiżdied (ara l-premessa 96 hawn fuq). Għaldaqstant, il-konklużjoni hija li minħabba t-tnaqqis sostanzjali mistenni fil-konsum, il-pressjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq is-suq tal-Komunità x’aktarx li tiżdied sostanzjalment. |
2.2. Disponibbiltà tal-kapaċità ħielsa tal-esportaturi
(117) |
L-analiżi tat-tagħrif li ntbagħat mill-produtturi esportaturi fil-kampjun uriet li żieda fil-kapaċità ta’ mill-inqas 740 000 tunnellata tbassret li se seħħ f’dawn il-kumpaniji waħedhom matul is-sena 2008. Barra minn hekk, l-industrija tal-Komunità tallega li żewġ kumpaniji fil-kampjun beħsiebhom jibnu pajpijiet mingħajr saldatura, u għandhom kapaċità li ssarraf f’ 500 000 tunnellata sa nofs l-2009. Il-verifika taż-żidiet tal-kapaċità mbassra tista’ naturalment isseħħ biss ġaladarba din il-kapaċità tibda tintuża; huwa għalhekk diffiċli li ssir stima tad-disponibbiltà fil-ġejjieni tal-kapaċità ħielsa li teżisti fir-RPĊ. Madankollu, ukoll jekk jitqiesu biss it-tweġibiet tal-esportaturi Ċiniżi fil-kampjun, wieħed jista’ jikkonkludi li, fid-dawl tal-fatt li l-konsum totali tal-Komunità ġie kkalkulat li huwa 3 300 000 tunnellata matul il-PI, hemm kapaċità ta’ produzzjoni sostanzjali disponibbli fiċ-Ċina. Barra minn hekk, il-kwerelant bagħat tagħrif kredibbli dwar l-ikkummissjonar ta’ żewġ impjanti ġodda ta’ pajpijiet mingħajr saldatura fir-RPĊ f’Jannar 2009. Dawn iż-żewġ impjanti, b’kapaċità ta’ madwar 400 000 tunnellata kull wieħed, għandhom il-kapaċità li jipprovdu kwart tas-suq tal-KE waħedhom. |
(118) |
Barra minn hekk, it-tagħrif ipprovdut mill-Għaqda tal-produtturi Ċiniżi (CISA) jistabbilixxi l-produzzjoni totali Ċiniża għal madwar 20 miljun tunnellata. Il-produtturi Ċiniżi fil-kampjun irrappurtaw li, bħala medja, l-esportazzjonijiet tagħhom irrappreżentaw 27 % tal-bejgħ totali tagħhom matul il-PI, żieda fil-perċentwali minn 17 %, li kien il-proporzjon ta’ esportazzjoni tagħhom fl-2005. Għalhekk wieħed jista’ jikkonkludi li matul il-perjodu kkunsidrat l-esportaturi Ċiniżi żiedu b’mod sostanzjali l-inklinazzjoni tagħhom li jesportaw, u dan fisser żieda konsiderevoli ħafna ta’ esportazzjonijiet f’termini assoluti, billi l-bejgħ totali tal-produtturi fil-kampjun kiber b’aktar minn 56 % matul il-perjodu kkunsidrat. Ma hemm xejn x’juri li din il-bixra, li hija l-effett kombinat ta’ ħieda fil-produzzjoni u żieda fir-rata ta’ esportazzjoni, għandha titreġġa’ lura fil-ġejjieni qrib. |
(119) |
Il-perċentwali tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn il-Komunità (bħala perċentwali tal-esportazzjonijiet totali Ċiniżi) żdiedet b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat minn 1 % fl-2005 sa 9 % matul il-PI. Dan jikkonferma li matul il-perjodu kkunsidrat diġà kien hemm ċaqliq konsiderevoli fl-attivitajiet ta’ esportazzjoni u l-Komunità kisbet importanza fl-istrateġija ġenerali tas-suq tal-esportaturi Ċiniżi. Is-swieq ewlenin l-oħra huma l-Istati Uniti b’36 % (minn 31 % fl-2007), l-Alġerija (6 %, minn 2 % fl-2006) u l-Korea ta’ Isfel (6 %, minn 3 % fl-2005). Abbażi ta’ dan, wieħed jista’ jistenna li parti sinifikanti tal-kapaċità żejda maħluqa dan l-aħħar se tkun diretta lejn is-suq tal-KE. Barra minn hekk, wieħed jista’ jistenna tnaqqis sinifikanti ta’ xi uħud minn dawn is-swieq, u b’mod partikolari tas-suq tal-Istati Uniti, u għalhekk il-volumi meħlusa minn dawn is-swieq jistgħu malajr jiġu diretti mill-ġdid lejn il-KE. Din id-direzzjoni mill-ġdid setgħet ma seħħetx b’mod aktar sostanzjali s’issa għaliex, skont l-istatistika Ċiniżi u t-tagħrif miġbur mill-produtturi Ċiniżi fil-kampjun, il-prezzijiet fis-suq tal-KE s’issa kienu xi ftit iktar baxxi minn dawk fi swieq oħrajn. Iżda, wieħed jista’ jistenna li, f’każ ta’ tnaqqis sostanzjali fil-volumi mibjugħa fi swieq oħra, il-kunsiderazzjonijiet li jirrigwardaw livelli ta’ prezzijiet malajr ma jitqiesux iżjed minħabba l-ħtieġa li l-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità jinżammu fuq livelli biżżejjed għolja. Barra minn hekk, huwa mistenni li swieq bħal tal-Komunità, fejn l-infid rriżulta relativament faċli u b’suċċess kbir se jkunu l-mira preferita ta’ kull politika ta’ direzzjoni mill-ġdid. |
2.3. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ
(120) |
Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu sostanzjalment iktar baxxi matul il-perjodu kkunsidrat mhux biss mill-prezzijiet tal-industrija tal-Komunità iżda wkoll mill-prezzijiet minn pajjiżi oħra. Dan huwa kkonfermat mill-analiżi tal-bejgħ bi prezz inqas kif imsemmi fil-premessi 65 hawn fuq u 143 hawn taħt. Il-bejgħ bi prezz inqas li nstab, sostanzjali u sistematiku ħafna, (jiġifieri relativament omoġenju fuq bażi ta’ tip b’tip), kien ta’ garanzija għall-espansjoni bla waqfien tas-sehem tas-suq li kellhom l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping matul il-perjodu kkunsidrat. Kien hemm, għalhekk, matul il-perjodu kkunsidrat rabta ċara bejn iż-żieda fl-ishma tas-suq tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u t-tnaqqis fl-ishma tas-suq tal-bejgħ minn sorsi oħra, inkluża l-industrija tal-Komunità, u dan seta’ jinkiseb permezz tal-vantaġġ mirbuħ mid-differenza li tolqot l-għajn fil-prezzijiet ta’ bejgħ. Jekk dan ma ġabx ħsara materjali għall-industrija tal-Komunità matul il-perjodu kkunsidrat, kien biss minħabba li l-espansjoni tas-suq tal-Komunità pprovdiet biżżejjed bażi lill-industrija tal-Komunità biex iżżomm il-livelli ta’ produzzjoni, ta’ kapaċità ta’ produzzjoni, ta’ bejgħ u ta’ kapaċità ta’ profitt. |
(121) |
Ma hemm ebda raġuni biex wieħed jemmen li f’ambjent ekonomiku kkaratterizzat minn tnaqqis sostanzjali fit-talba jista’ jkun hemm bixra ta’ żieda tal-prezzijiet baxxi. Bil-kontra, min-naħa tal-fornitur f’kuntest ta’ konsum dejjem jonqos, il-prezzijiet baxxi huma mistennija jibqgħu baxxi, bl-għan li jinkisbu aktar ishma tas-suq jew tal-inqas li jinżammu u jissaħħu dawk attwali. Fl-istess waqt, dawk il-produtturi ta’ oġġetti li jinkludu fihom il-prodott ikkonċernat li diġà kienu qed jixtru prodotti bi prezz baxx se jagħmlu pressjoni biex iżommu dawn il-prezzijiet baxxi jew anki jnaqqsuhom, biex jikkontrollaw il-baġits tal-ispejjeż tagħhom. Il-produtturi li fl-imgħoddi ffavorixxew prodotti bi prezz ogħla se jxaqilbu lejn tnaqqis tal-ispejjeż tagħhom ta’ produzzjoni kull meta jkun possibbli, u għalhekk jagħtu preferenza lill-inputs bi prezz iktar baxx anki jekk dan jista’ jitlob xi sagrifiċċju f’dak li huwa pereżempju kwalità tal-prodott u affidabbiltà ta’ provvista. |
(122) |
Issemma fil-premessa 98 hawn fuq li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi wrew ċerta żieda wara l-PI. Billi din iż-żieda qabel kollox tirrifletti żieda fil-prezz ta’ xi materja prima importanti mad-dinja kollha, ma jistax jiġi eskluż li din iż-żieda hija biss temporanja u se titreġġa’ lura malli jinżel il-prezz ta’ din il-materja prima. Barra minn hekk, billi din il-materja prima hija prodott ewlieni ta’ kuljum, iż-żieda osservata fil-prezz ġiet riflessa fil-prezz aħħari tal-pajpijiet u tubi mingħajr saldatura mill-produtturi kollha sa fejn jista’ jkun. L-industrija tal-Komunità kellha wkoll bilfors tirrifletti din iż-żieda fl-ispejjeż fil-prezzijiet tagħha ta’ bejgħ li għalhekk telgħu wkoll. Għaldaqstant, billi l-prezzijiet kollha fis-suq urew żieda, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping jibqgħu sostanzjalment iktar baxxi mill-prezzijiet ta’ bejgħ tal-industrija tal-Komunità wkoll fil-perjodu wara l-IP. |
(123) |
Fl-aħħar nett, l-effett negattiv tal-prezzijiet baxxi ħafna tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping instab li huwa doppju: i) min-naħa l-waħda, id-differenzjali sinifikanti fil-prezz x’aktarx li ġġib ċaqliq lejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, billi l-konsumaturi x’aktarx li se jixtru dejjem aktar kwantitajiet ta’ prodotti li jinbiegħu bi prezzijiet baxxi; ii) min-naħa l-oħra, l-eżistenza ta’ dawn il-prezzijiet baxxi fis-suq x’aktarx li tintuża mill-konsumaturi bħala għodda ta’ negozjar biex iwaqqgħu l-prezzijiet offruti mill-produtturi tal-Komunità u sorsi oħra u b’hekk iġibu effett ta’ depressjoni f’termini kemm ta’ volumi dejjem jonqsu kif ukoll ta’ prezzijiet iktar baxxi. Filwaqt li dawn l-effetti jista’ jkun hemm dubju dwarhom f’sitwazzjonijiet fejn id-differenzjali fil-prezz mhumiex sostanzjali, f’dan il-każ partikolari, u meta jitqies x’bejgħ bi prezz inqas instab, il-ħsara li tirriżulta mistennija li tkun serja. |
2.4. Livell tal-inventarji
(124) |
Dan il-fattur ma għandux xi tifsira partikolari għall-analiżi billi normalment il-prodotti maħżuna jinżammu mill-kummerjanti (sidien tal-imħażen) u mhux mill-produtturi. Minkejja li saru xi allegazzjonijiet mill-industrija tal-Komunità, ebda xhieda ma setgħet tinstab li setgħu seħħew xi attivitajiet ta’ żamma tal-istokk b’tali mod li tista’ tinfluwenza b’mod sinifikanti s-suq fil-ġejjieni qrib. |
2.5. Elementi oħra
(125) |
Tajjeb li tinġibed l-attenzjoni wkoll li ebda wieħed mill-produtturi Ċiniżi fil-kampjun ma nstab li jissodisfa l-kriterji ta’ TES, inter alia billi dawn il-kumpaniji jitqiesu li kollha jaħdmu taħt l-influwenza tal-istat (kollha kemm huma ma jissodisfawx tal-inqas jew il-kriterju 1 jew il-kriterju 3). F’qagħda ta’ kriżi ekonomika fid-dinja kollha, x’aktarx li l-Gvern Ċiniż jitħajjar ikompli jintervjeni biex jirfed dawn il-kumpaniji (jew lill-fornituri tagħhom), b’hekk jgħinhom iżommu l-ispejjeż tagħhom baxxi, u jżommu, jekk mhux iżidu, il-vantaġġ tal-prezz fis-suq tal-KE. Fl-aħħar nett, jitqies ukoll li l-esportaturi Ċiniżi qed jaħdmu f’ambjent li jista’ jipprovdilhom malajr opportunitajiet biex ikomplu jżommu l-vantaġġ tagħhom tal-prezz anki fil-każ jekk fornituri oħra tas-suq tal-Komunità jnaqqsu l-prezzijiet biex iqarrbu mal-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li jkunu attwali matul il-perjodu kkunsidrat. Anki fil-każ li l-pressjoni magħmula mill-bejgħ bi prezz inqas b’mod sinifikanti kif jidher mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping matul il-PI twassal għal tnaqqis tal-livell tal-prezzijiet tal-industrija tal-Komunità, aktar tnaqqis ta’ prezzijiet mill-esportaturi Ċiniżi bl-għan li jżommu d-differenzjali osservata matul il-PI ma tistax ma tiġix ikkunsidrata. |
3. Konklużjoni dwar it-theddida ta’ ħsara
(126) |
Il-fatturi ta’ theddida ta’ ħsara analizzati fil-premessi 113 sa 125 hawn fuq jeħtieġ li jiġu interpretati fil-kuntest tal-qagħda speċifika tas-suq li nbidlet wara l-PI u li x’aktarx tibqa’ tal-inqas fil-ġejjieni qrib fis-suq tal-KE. Fil-kuntest ta’ konsum li sostanzjalment dejjem qed jonqos, kif imsemmi fil-premessa 91 hawn fuq, l-importazzjonijiet Ċiniżi jikkostitwixxu theddida sinifikanti ta’ ħsara minħabba:
B’mod provviżorju huwa konkluż li fin-nuqqas ta’ miżuri l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping jikkawżaw minnufih ħsara materjali lill-Industrija vulnerabbli tal-Komunità, b’mod partikolari, f’termini ta’ tnaqqis ta’ bejgħ, sehem ta’ suq, produzzjoni u kapaċità ta’ profitt. |
F. KAWŻALITÀ
1. Introduzzjoni
(127) |
Skont l-Artikolu (3)(6) u l-Artikolu (3)(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li kienu oġġett ta’ dumping ikkawżawx ħsara jew fihomx theddida ta’ ħsara għall-industrija Komunitarja sa tali punt li tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala materjali. Fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, li jistgħu fl-istess ħin ikunu qed jagħmlu ħsara jew ikunu kawża ta’ theddida għall-industrija Komunitarja, ġew eżaminati wkoll biex jiġi żgurat li l-ħsara possibbli kkawżata minn dawn l-fatturi l-oħra ma kinitx attribwita lill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
2. Effett tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
(128) |
Bejn l-2005 u l-PI, il-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-RPĊ żdied b’aktar minn 20 darba minn 26 273 tunnellata għal 542 840 tunnellata, u s-sehem tagħhom tas-suq tal-Komunità żdied b’aktar minn 16-il punt perċentwali (minn 1 % sa 17,1 %). Il-prezz medju ta’ dawn l-importazzjonijiet naqas bejn l-2005 u l-PI, u baqa’ iktar baxx b’mod sinifikanti mill-prezz medju tas-sorsi kollha l-oħra ta’ provvista. |
(129) |
Kif intwera fil-premessa 65 hawn fuq, il-bejgħ bi prezz inqas tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien 24 % inġenerali u fuq bażi ta’ medja differenzjata. Ta’ min jinnota wkoll li għall-istess perjodu l-istess importazzjonijiet oġġett ta’ dumping inbiegħu bi prezzijiet iktar baxxi b’mod sinifikanti mill-importazzjonijiet minn kull sors ieħor (ara l-premessa 143 hawn taħt). |
(130) |
L-importazzjonijiet mir-RPĊ ma kkawżawx ħsara li tista’ titqies materjali matul il-perjodu mill-2005 sal-PI. Iżda, hemm koinċidenza ċara fiż-żmien bejn iż-żieda sostanzjali tal-importazzjonijiet Ċiniżi u d-deterjorament ta’ xi indikaturi ta’ ħsara, bħat-tnaqqis fis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Komunità, liema sehem naqas b’ħames punti perċentwali f’kuntest ta’ konsum dejjem jiżdied. Iż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping kienet għalhekk ir-raġuni għala l-industrija tal-Komunità ma kinitx f’qagħda li tibbenefika bis-sħiħ miż-żieda fit-talba li seħħet fis-suq tal-Komunità. Ta’ min jinnota wkoll f’dan ir-rigward li hemm koinċidenza ċara fiż-żmien bejn iż-żieda rapida fis-sehem tas-suq tal-prodotti Ċiniżi u t-tagħwir sostanzjali korrispondenti tal-ishma tas-suq tal-importazzjonijiet mir-Russja u l-Ukraina, li kienu l-eqreb kompetituri għal dawk li huma prezzijiet. |
(131) |
Barra minn hekk, fid-dawl tal-bejgħ sostanzjali bi prezz inqas tal-importazzjonijiet mir-RPĊ taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Komunità, jitqies li dawn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping għamlu pressjoni ġenerali fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità, mill-bidu tal-PI, u b’hekk ma ħallewx lill-industrija tal-Komunità żżid il-prezzijiet tagħha ta’ bejgħ sal punt meħtieġ biex jinżamm il-livell miksub ta’ kapaċità ta’ profitt. |
(132) |
Kif imsemmi fil-premessa 89 hawn fuq, minkejja l-bixra lejn 'l isfel li seħħet fuq ċerti indikaturi ta’ ħsara bl-importazzjonijiet Ċiniżi, ġie konkluż li inġenerali l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Komunità ma kinitx materjali. Iżda, dawn il-konklużjonijiet għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-analiżi prospettiva dwar l-iżvilupp tal-konsum, l-importazzjonijiet u ċerti indikaturi ta’ ħsara magħmula għall-perjodu wara l-PI u rrappurtati fil-premessi 91 sa 113 hawn fuq. |
(133) |
Kif spjegat fil-premessa 93 hawn fuq, it-tagħrif marbut mal-aktar perjodu reċenti bejn il-PI u Diċembru 2008 juri li l-volum ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ma naqasx matul l-aħħar xahrejn ta’ dik is-sena meta mqabbel mal-2007, u dan minkejja sinjali ċari ta’ konsum tal-Komunità li diġà qed jonqos matul ix-xhur ta’ Novembru u Diċembru 2008. Dan juri li t-tnaqqis tal-bidu fil-konsum ma kellu ebda effett fuq il-volum ta’ importazzjonijiet li minflok żiedu s-sehem tagħhom tas-suq. Ma hemm ebda raġuni biex wieħed jemmen li f’xenarju simili fuq medda qasira ta’ żmien, jew f’wieħed agħar, din il-bixra se titreġġa’ lura. |
(134) |
Madankollu, ukoll f’każ li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping jonqsu sa ċertu punt f’termini assoluti, is-sehem tas-suq tagħhom se jibqa’ stabbli jew jiżdied f’suq li huwa mbassar li jiċkien b’mod relattivament rapidu. Fl-aħħar nett, anki fil-każ li l-volumi ta’ importazzjonijiet Ċiniżi jibdew jonqsu b’mod proporzjonali aktar mit-tnaqqis fil-konsum, jitqies li l-preżenza stess ta’ volumi sostanzjali ta’ prodotti Ċiniżi bi prezz baxx f’kuntest ta’ konsum li dejjem jonqos għandha titqies bħala kawża ta’ ħsara, billi tagħmel pressjoni importanti lejn 'l isfel fuq il-livell ġenerali tal-prezzijiet fis-suq. F’qagħda ta’ provvista żejda, u bil-klijenti jippruvaw inaqqsu l-ispejjeż tagħhom ta’ produzzjoni biex iżommu l-kompetittività, il-prezzijiet tal-inputs x’aktarx li jersqu lejn l-iktar livell baxx tagħhom (li huwa l-prezz Ċiniż). Konsiderazzjonijiet ta’ kwalità u sigurtà ta’ provvista li fil-mument setgħu ffavorixxew l-industrija tal-Komunità x’aktarx li jkollhom rwol inqas importanti u l-industrija tal-Komunità se jkollha traħħas il-prezzijiet tagħha minħabba l-pressjoni fuq is-suq magħmula mill-prodotti Ċiniżi ta’ prezz baxx. |
(135) |
Fl-aħħar nett, meta jitqies li, minkejja li l-industrija tal-Komunità ma ġarrbitx ħsara materjali matul il-perjodu kkunsidrat iżda fi tmiem il-PI kienet fi stat vulnerabbli (ara l-premessa 89), li l-kundizzjonijiet kollha biex tiffaċċja bis-sħiħ il-ħsara wara l-PI huma preżenti (ara l-premessa 113 hawn fuq), u l-kundizzjonijiet kollha ta’ theddida ta’ ħsara huma sodisfatti kif spjegat fil-premessa 127 hawn fuq, il-konklużjoni hija li hemm rabta kawżali bejn it-theddida mminenti tal-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping u l-ħsara li huwa mbassar li se ġġarrab l-industrija tal-Komunità. |
3. Effett ta’ fatturi oħra
3.1. Attività ta’ importazzjoni u esportazzjoni tal-industrija tal-Komunità
(136) |
Instab li xi membri tal-industrija tal-Komunità impurtaw kwantitajiet limitati tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ u minn pajjiżi oħra. Dawn l-importazzjonijiet (stmati li huma inqas minn 2 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ) saru biex jiġu sodisfatti talbiet speċifiċi ta’ klijenti li jew jitolbu għal prodotti b’karatteristiċi li mhumiex immanifatturati minn dawn il-produtturi tal-Komunità, jew jitolbu prodotti bi prezz estremament baxx. Minħabba l-kwantitajiet żgħar ħafna impurtati, mhux meqjus li dawn l-importazzjonijiet jistgħu jitqiesu bħala li jiksru r-rabta kawżali identifikata hawn fuq. |
(137) |
Barra minn hekk, grupp wieħed ta’ produtturi tal-Komunità huwa relatat ma’ produttur esportatur Ċiniż permezz ta’ sehem ta’ minoranza. Iżda, ġie stabbilit li ma jsir ebda bejgħ ta’ esportazzjoni lill-Komunità minn dan il-produttur esportatur Ċiniż lil kumpaniji marbuta mal-imsemmi produttur tal-Komunità. Għalhekk, ġie konkluż li dan is-sehem ta’ minoranza ma għandu ebda impatt fuq il-qagħda tal-industrija tal-Komunità u li x’aktarx lanqas ikollu impatt fil-ġejjieni. |
(138) |
Grupp wieħed ta’ produtturi tal-Komunità importa kwantitajiet sostanzjali ta’ pajpijiet u tubi tal-azzar li joriġinaw mill-Arġentina u l-Messiku minn kumpaniji relatati. Dawn il-prodotti kienu l-aktar prodotti ta’ valur għoli bħal pajpijiet tal-linja u OCTG, u rrappreżentaw inqas minn 10 % tal-produzzjoni tal-Komunità ta’ dan il-grupp. Barra minn hekk, minn tqabbil mudell b’mudell deher li dawn l-importazzjonijiet ma mminawx il-prezzijiet ta’ bejgħ tal-industrija tal-Komunità. Għalhekk, il-konklużjoni hija li dawn l-importazzjonijiet ma ġabux jew mhux se jġibu fil-ġejjieni xi ħsara lill-industrija tal-Komunità. |
(139) |
Kif jista’ jidher mit-tabella hawn taħt, il-volum ta’ bejgħ ta’ esportazzjoni baqa’ stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. L-attività ta’ esportazzjoni tal-industrija tal-Komunità ġiet eżaminata wkoll u jista’ jiġi eskluż li din tikkontribwixxi għall-ħsara tal-industrija tal-Komunità. L-ewwel nett, l-effetti possibbli ta’ dawn l-attivitajiet inqatgħu għalihom kif xieraq u ġew eżaminati matul l-investigazzjoni. It-tieni, kif issemma fil-premessa 103 hawn fuq, l-esportazzjonijiet mill-industrija tal-Komunità huma mbassra li jibqgħu stabbli meta mqabbla mal-produzzjoni u l-bejgħ li qed jonqsu fis-suq tal-Komunità, waqt li l-esportazzjonijiet jikkonċentraw fuq oqsma differenti tas-suq, kif spjegat fil-premessa 103 hawn fuq.
|
3.2. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi (Russja + Ukraina)
(140) |
L-importazzjonijiet mir-Russja u l-Ukraina t-tnejn naqsu b’mod sinifikanti fil-volumi matul il-perjodu kkunsidrat, kif jidher mit-tabella hawn taħt. Is-sehem tas-suq tagħhom ikkombinat niżel minn 15,4 % fl-2005 għal 4,4 % matul il-PI. Fl-istess waqt il-prezz medju ta’ dan il-bejgħ tela’ bi 33 %. Importanti li jkun innutat li kemm l-importazzjonijiet Russi kif ukoll dawk Ukraini kienu suġġetti għal miżuri ta’ anti-dumping mill-2006 (ara wkoll il-premessa 86 hawn fuq). Għalhekk, il-prezzijiet irrappurtati fit-tabelli hawn taħt mhumiex il-prezzijiet li bihom il-prodotti daħlu fis-suq tal-KE. Jekk id-dazju ta’ anitidumping applikabbli jiżdied ma’ dawn il-prezzijiet, il-prezz medju tal-importazzjonijiet mir-Russja u l-Ukraina jiżdied għal EUR 860/tunnellata matul il-PI. |
(141) |
Minħabba d-differenza konsistenti fil-prezz bejn il-prezz medju li bih l-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-importazzjonijiet mir-Russja u l-Ukraina daħlu fis-suq tal-KE, u l-fatt li l-importazzjonijiet Russi u Ukraini kienu l-kompetituri ovvji tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-eqreb medda ta’ prezz tas-suq, ġie konkluż li t-tnaqqis drammatiku fl-ishma tas-suq ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi tal-aħħar ġej mill-fatt li d-dazji imposti ta’ anti-dumping lil dawn l-importazzjonijiet ġabuhom inqas kompetittivi fir-rigward tal-importazzjonijiet Ċiniżi li huma oġġett ta’ dumping, u li bħala konsegwenza għawwru s-sehem tas-suq li qabel kien tal-importazzjonijiet Russi u Ukraini. Ta’ min jinnota wkoll li dan it-tgħawwir kien diġà tant sostanzjali li kull espansjoni oħra tas-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi sseħħ għad-dannu tal-kompetituri l-aktar ovvji tagħhom fl-eqreb medda ta’ prezz tas-suq, u dawn huma l-industrija tal-Komunità.
|
3.3. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra
(142) |
L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra żdiedu b’mod sinifikanti fil-volumi u l-prezzijiet tas-suq bejn l-2005 u l-PI. Iżda, is-sehem tas-suq tagħhom baqa’ sostanzjalment stabbli matul il-perjodu. Mill-analiżi tal-prezzijiet tas-suq jidher li l-prodotti li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi għandhom prezzijiet għolja ħafna meta jitqabblu mal-prodotti mmanifatturati u mibjugħa mill-industrija tal-Komunità u l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping.
|
(143) |
Il-prezzijiet ta’ importazzjoni mill-Arġentina u l-Messiku kienu, bħala medja, sostanzjalment ogħla mill-prezzijiet medji ta’ bejgħ tal-industrija tal-Komunità. Kif spejgat fil-premessa 139 hawn fuq, il-prezzijiet mill-Arġentina u l-Messiku ma mminawx il-prezzijiet tal-industrija tal-Komunità. |
(144) |
L-importazzjonijiet mill-Ġappun u l-Istati Uniti tal-Amerika kienu, bħala medja, sostanzjalment ogħla mill-prezzijiet medji ta’ bejgħ tal-industrija tal-Komunità. Barra minn hekk, dawn l-importazzjonijiet ma żiedu xejn is-sehem tas-suq tagħhom. Għalhekk, lanqas dawn l-importazzjonijiet ma huma meqjusa bħala sors possibbli ta’ ħsara għall-industrija tal-Komunità. |
(145) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kollha jsiru f’volumi li huma tant baxxi li ma jistgħux jitqiesu kawża ta’ ħsara. Għalhekk il-konklużjoni hija li l-importazzjonijiet minn sorsi oħra għajr għaċ-Ċina ma kkawżawx ħsara lill-industrija tal-Komunità u li ma hemm ebda element li jġiegħel li taħseb li jistgħu possibbilment jikkontribwixxu għal ħsara fil-ġejjieni qrib. |
3.4. Kompetizzjoni mill-produtturi l-oħra tal-Komunità
(146) |
Ma hemm ebda raġuni biex wieħed jaħseb li l-produtturi l-oħra tal-Komunità li mhumiex jagħtu s-sostenn tagħhom b’mod attiv fl-ilment kellhom sitwazzjoni differenti minn dik tal-industrija tal-Komunità matul il-PI jew li se jkollhom quddiemhom xi sitwazzjoni differenti fil-ġejjieni qrib. Ma hemm ebda element li juri li l-aġir ta’ dawn il-produtturi jista’ jkun kawża ta’ ħsara għall-industrija tal-Komunità fil-ġejjieni li jista’ jitbassar. |
3.5. Kost ta’ produzzjoni (materja prima)
(147) |
Kif issemma fil-premessa 80 hawn fuq, l-industrija tal-Komunità rnexxielha tirrifletti ż-żieda fl-ispejjeż li seħħet matul il-perjodu kkunsidrat b’żieda suffiċjenti fil-prezzijiet ta’ bejgħ. Għaldaqstant, fil-perjodu 2005 - PI jista’ jingħad li l-industrija tal-Komunità wriet il-kapaċità tagħha taħt kundizzjoni normali li taħdem b’mod effiċjenti u twieġeb kif xieraq għat-tibdil fil-prezzijiet tagħha ta’ xiri. |
(148) |
Kif jidher fil-premessa 107 hawn fuq, l-ispejjeż żdiedu sostanzjalment għall-perjodu wara l-PI u għadhom imbassra li se jiżdiedu għall-perjodu ta’ wara. L-aktar minħabba żieda mbassra, f’termini relattivi, ta’ spejjeż fissi minħabba użu mnaqqas ta’ kapaċità. Ikun xi jkun il-każ irid jitqies li żieda fl-ispejjeż ġenerali medji tal-industrija tal-Komunità tista’ wkoll tkun ġejja mit-tibdil fit-taħlita tal-prodott li l-industrija tal-Komunità jista’ jkollha bil-fors twettaq minħabba l-pressjoni qawwija 'l isfel magħmula minn ċerti tipi ta’ prodotti Ċiniżi oġġett ta’ dumping. |
(149) |
Kif jidher fil-premessa 105 hawn fuq, minħabba l-bejgħ qawwi bi prezz inqas, is-suq għal ċerti tipi ta’ prodotti jista’ jonqos sostanzjalment jew jingħalaq għal kollox għall-industrija tal-Komunità, u b’hekk iġġiegħlha tibdel il-produzzjoni għal tipi ta’ prodotti li għandhom prezzijiet ta’ bejgħ ogħla iżda spejjeż ta’ produzzjoni proporzjonalment ogħla. Kuntrarjament għal dak li ġara matul il-perjodu ta’ analiżi, iżda, l-industrija tal-Komunità – minħabba l-pressjoni magħmula mill-importazzjonijiet Ċiniżi f’termini ta’ telf ta’ ishma tas-suq u tnaqqis fil-prezz ta’ bejgħ - ma jidhirx li għandha aktar mezzi suffiċjenti biex tirrifletti ż-żieda fl-ispejjeż f’żieda korrispondenti fil-prezzijiet ta’ bejgħ. |
3.6. Kriżi fis-suq tal-Komunità ta’ pajpijiet u tubi mingħajr saldatura minħabba l-kriżi ekonomika
(150) |
Għal dawk li huma l-effetti probabbli ta’ tnaqqis fil-konsum u t-talba li tiċkien, dan żgur se jkollu effett fuq ir-rendiment ġenerali tal-industrija tal-Komunità. Iżda, dan l-effett probabbli negattiv se jsir xi ftit jew wisq sinifikanti skont l-iżvilupp tas-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Ukoll jekk il-kriżi ekonomika tista’ għalhekk titqies bħala kawża possibbli ta’ ħsara għall-perjodu li jibda minn Novembru 2008, dan bl-ebda mod ma jista’ jnaqqas l-effetti dannużi ta’ ħsara li se jiġu kkawżati mill-eżistenza ta’ kwantitajiet sinifikanti ta’ importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx ħafna li huma oġġett ta’ dumping fis-suq tal-KE. Pereżempju, ukoll f’qagħda ta’ volumi li jonqsu, l-industrija tal-Komunità taf tkun kapaċi żżomm livell aċċettabbli ta’ prezzijiet u għalhekk tillimita l-effetti negattivi ta’ tnaqqis fil-konsum, f’każ li ma jkunx hemm kompetizzjoni mhux ġusta ta’ prodotti Ċiniżi bi prezz baxx ħafna li huma oġġett ta’ dumping li jnaqqsu l-livell ġenerali tal-prezzijiet fis-suq. Għalhekk, il-kriżi ekonomika ma tistax titqies bħala kawża possibbli li tikser ir-rabta kawżali bejn it-theddida ta’ ħsara u l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping. |
4. Konklużjoni dwar il-kawżalità
(151) |
Il-koinċidenza fiż-żmien bejn, min-naħa waħda, iż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ, iż-żieda fl-ishma tas-suq u l-bejgħ bi prezz inqas li nstab u, min-naħa l-oħra, l-eżistenza tal-elementi kollha li jippuntaw lejn theddida ċara u imminenti ta’ ħsara li se ġġib deterjorament sinifikanti fil-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Komunità, twassal għall-konklużjoni li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping se jkunu l-kawża tal-ħsara materjali li tiġġarrab mill-industrija tal-Komunità fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku jekk ebda azzjoni ta’ ħarsien ma tittieħed kontra dawn l-importazzjonijiet. |
(152) |
Fatturi oħra ġew analizzati iżda ma nstabux li huma raġuni determinanti għall-ħsara li x’aktarx tiġġarrab. B’mod partikolari la l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, la l-ispejjeż, lanqas tnaqqis ġenerali fit-talba għall-prodott ikkonċernat minħabba l-kriżi ekonomika ma jistgħu b’xi mod inaqqsu l-effett potenzjali ta’ tħarbit tat-theddida mwettqa mill-importazzjonijiet Ċiniżi fuq il-qagħda tal-industrija tal-Komunità. |
(153) |
Abbażi tal-analiżi hawn fuq imsemmija, li għamlet distinzjoni b’mod xieraq u firdet l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin li seta’ kellhom jew x’aktarx ikollhom effett fuq il-qagħda tal-industrija tal-Komunità mill-effetti probabbli ta’ ħsara tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, il-konklużjoni hija li l-importazzjonijiet mir-RPĊ jikkostitwixxu theddida imminenti għall-industrija tal-Komunità skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) u l-Artikolu 3(9) tar-Regolament bażiku. |
G. INTERESS KOMUNITARJU
(154) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar id-dumping, il-ħsara, it-theddida ta’ ħsara u l-kawżalità, kienx hemm raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma jkunx fl-interess tal-Komunità li jiġu imposti miżuri f’dan il-każ partikolari. Għal dan il-għan, u skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset l-impatt probabbli ta’ miżuri fuq il-partijiet kollha involuti, kif ukoll il-konsegwenzi probabbli jekk ma jittieħdux miżuri. |
1. Interess tal-industrija Komunitarja
(155) |
Fid-dawl ta’ dak ta’ hawn fuq, ikunu imposti miżuri fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ. Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dawn il-miżuri twassal għal żieda fil-prezzijiet minn dak il-pajjiż u tipprovdi lill-industrija tal-Komunità b’opportunità li ttejjeb l-qagħda tagħha permezz taż-żamma ta’ livell biżżejjed ta’ volumi ta’ produzzjoni, bejgħ u għalhekk sehem tas-suq. F’nuqqas ta’ miżuri huwa mistenni li, f’kuntest ta’ tnaqqis ta’ konsum, l-importazzjonijiet mir-RPĊ ikomplu bi prezzijiet baxxi ħafna, b’hekk iżidu s-sehem tas-suq tagħhom u jeżerċitaw effett depressiv fuq il-livell ġenerali tal-prezzijiet fis-suq. F’din il-qagħda, l-industrija tal-Komunità għandha quddiemha theddida imminenti ta’ ħsara minħabba t-telf fil-volum li ġej mill-preżenza tal-importazzjonijiet Ċiniżi u t-tnaqqis possibbli fil-prezz li ġej minn pressjoni 'l isfel fuq il-prezzijiet tas-suq li nħolqot mill-preżenza dejjem tikber tal-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq tal-Komunità. |
2. L-interess tal-produtturi Komunitarji l-oħra
(156) |
Ma hemm xejn x’juri li l-interessi tal-produtturi l-oħra fil-Komunità li ma tawx sostenn attiv fl-ilment se jkunu differenti minn dawk li ntwerew għall-industrija tal-Komunità. Skont it-tagħrif disponibbli ma hemm ebda raġuni għala l-analiżi mwettqa għall-industrija tal-Komunità ma għandhiex tapplika bl-istess mod għal dawn il-kumpaniji l-oħra. |
3. L-interess tal-importaturi mhux relatati fil-Komunità
(157) |
Sitt importaturi biss ikkollaboraw f’din l-investigazzjoni. Importatur wieħed biss, li jirrappreżenta madwar 1,5 % tal-importazzjonijiet totali Ċiniżi fil-KE, jixtri esklużivament miċ-Ċina; Dan l-importatur għandu kapaċità ta’ profitt taħt 5 % biss u huwa l-uniku wieħed li wera oppożizzjoni ċara għall-impożizzjoni possibbli ta’ miżuri. Ta’ min iżda jinnota li matul il-PI, il-prodott ikkonċernat irrappreżenta inqas minn 10 % tal-fatturat tal-kumpanija. Barra minn hekk, billi dazji anti-dumping se jkunu imposti fuq il-produtturi kollha Ċiniżi, x’aktrax li dan l-importatur se jkun jista’ jgħaddi ż-żieda fl-ispejjeż lill-klijenti tiegħu, billi l-kompetituri diretti tiegħu huma affettwati bl-istess mod. L-importaturi l-oħra kollha li kkooperaw jixtru wkoll minn sorsi oħra, inkluża l-industrija tal-Komunità (ix-xiri tagħhom mill-industrija tal-Komunità jvarja bejn 25 % u 95 % tal-ħtiġijiet tagħhom) u l-kapaċità ta’ profitt tagħhom hija ħafna ogħla. |
4. L-interess tal-utenti
(158) |
Wieħed biss minn dawk il-ħamsa biss li kkooperaw fost l-utenti jixtri miċ-Ċina (madwar 20 ta’ xiri f’volum, il-bilanċ jinxtara l-aktar mill-industrija tal-Komunità) u jallega li l-impożizzjoni ta’ miżuri jkollha impatt ewlieni fuq in-negozju tiegħu. Iżda, il-kapaċità ta’ profitt ta’ din il-kumpanija għal prodotti li jinkorporaw il-prodott imsemmi hija għolja ħafna, u hija aktar minn 10 %. Kalkolu wera li, ukoll fl-agħar każ, jiġifieri l-materjal kollu Ċiniż jinxtara bil-prezzijiet tal-industrija tal-Komunità, u xejn miż-żieda fil-prezz ma jista’ jgħaddi għand il-klijenti, l-impatt fuq il-kapaċità ta’ profitt ta’ dan l-utent ikun żgħir ħafna (madwar 1 % tal-fatturat). Għaldaqstant jitqies li l-impożizzjoni possibbli ta’ miżuri bl-ebda mod ma toħloq ħsara serja għall-interessi ta’ dan l-utent. |
5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità
(159) |
Fl-aħħar nett, huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ f’kuntest ta’ konsum li qed jonqos ma jkollhiex effett f’termini tal-volum offrut fis-suq tal-KE li għalih hemm biżżejjed kapaċità ta’ produzzjoni disponibbli mill-industrija tal-Komunità. Ebda effett negattiv għalhekk ma jista’ jitbassar dwar sikurezza ta’ provvista (ta’ min ifakkar li t-tipi ta’ prodotti importati huma mmanifatturati wkoll mill-industrija tal-Komunità). Mill-analiżi jidher ukoll li ma hemmx interessi ewlenin ta’ importaturi jew utenti li jitqiegħdu f’riskju f’każ jiġu imposti miżuri, u l-kooperazzjoni relattivament baxxa tal-importaturi u l-utenti f’dan il-każ tappoġġja din il-konklużjoni. |
H. PROPOSTA GĦALL-MIŻURI PROVVIŻORJI ANTI-DUMPING
(160) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaћqu dwar id-dumping, il-ћsara, it-theddida ta’ ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Komunità, gћandhom jiġu imposti miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-RPĊ sabiex jiġi evitat li titfaċċa ћsara materjali għall-industrija tal-Komunità mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, ħaġa li hija imminenti u li fin-nuqqas ta’ dan isseħħ. |
1. Livell ta’ eliminazzjoni ta’ ħsara
(161) |
Il-miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ għandhom jiġu imposti f’livell suffiċjenti biex tiġi eliminata t-theddida ta’ ħsara kkawżata lill-industrija Komunitarja minn dawn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, mingħajr ma jinqabeż il-marġni tad-dumping misjub. Meta jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping ta’ ħsara, normalment jitqies li kwalunkwe miżura għandha tippermetti lill-industrija tal-Komunità tkopri l-ispejjeż u tikseb inġenerali profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fl-assenza ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
(162) |
L-industrija tal-Komunità stqarret li marġini ta’ profitt ta’ 12 % jkun meħtieġ biex tiġi żgurata l-qagħda normali ta’ kompetizzjoni fis-suq tal-Komunità, fl-assenza ta’ dumping ta’ ħsara. L-għaqda tal-esportaturi Ċiniżi ammettiet li profitt ta’ 8 % jista’ f’ċerti ċirkustanzi jitqies bħala marġni ta’ profitt xieraq. |
(163) |
Iżda, investigazzjoni bbażata fuq theddida ta’ ħsara bilfors tinvolvi għadd aktar sostanzjali ta’ evalwazzjonijiet u suppożizzjonijiet minn investigazzjoni bbażata fuq ħsara materjali fil-PI. Dan huwa minħabba li l-kunċett ta’ theddida ta’ ħsara bilfors jimplika li jsir tbassir dwar il-materjalizzazzjoni fil-ġejjieni ta’ ħsara li ma kinitx preżenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. F’dan ix-xenarju ta’ inċertezza, jitqies bħala approċċ prudenti li jintuża b’mod provviżorju l-marġini ta’ profitt li kien stabbilit matul l-aħħar proċediment dwar l-istess prodott (6), jiġifieri 3 %. Huwa iżda magħruf li din il-kwistjoni se jeħtieġ li tiġi eżaminata aktar fl-istadju definittiv, fejn se jkun possibbli li tinġabar aktar xhieda fir-rigward tal-ħsara mbassra. |
(164) |
Fid-dawl ta’ dan, iż-żieda meħtieġa fil-prezz ġiet iddeterminata abbażi ta’ tqabbil, fl-istess livell ta’ kummerċ, tal-medja ddifferenzjata tal-prezz ta’ importazzjoni, kif stabbilit għall-kalkoli tal-bejgħ bi prezz inqas, mal-prezz mingħajr ħsara ta’ prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità, iddeterminat kif jidher fil-premessa (163) hawn fuq. |
(165) |
Kull differenza li toħroġ mit-tqabbil imsemmi fil-premessa 163 hawn fuq ġiet imbagħad espressa bħala perċentwali tal-valur ta’ importazzjoni totali CIF stabbilit għall-PI. Billi tnejn mill-produtturi Ċiniżi li kkooperaw ingħataw TI, u minħabba l-livell baxx ta’ kooperazzjoni, ġie kkalkulat il-livell uniku provviżorju ta’ tneħħija ta’ ħsara għall-pajjiż kollu bħala l-ogħla marġini ta’ ħsara li nstabu għat-tipi rappreżentattivi ta’ prodott mibjugħa minn produttur esportatur ta’ ekonomija mhux tas-suq. |
(166) |
Il-marġini ta’ ħsara hekk stabbilit għar-RPĊ kien iktar baxx b’mod sinifikanti mill-marġini ta’ dumping li nstab.
|
2. Miżuri provviżorji
(167) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, huwa kkunsidrat li dazju provviżorju anti-dumping għandu jiġi impost fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-RPĊ fuq il-livell tal-iktar marġni baxx ta’ dumping u ħsara li jinstab, skont ir-regola tal-inqas dazju, li fil-każijiet kollha huwa l-marġini ta’ ħsara. |
(168) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati ta’ dazju proposti huma:
|
(169) |
Ir-rati ta’ dazju ta’ anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, jirriflettu l-qagħda li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (bil-maqlub tad-dazju għall-pajjiż kollu applikabbli lill-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat u mmanifatturati mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi li ssemmew. Prodotti impurtati mmanifatturati minn xi kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi entitajiet marbuta ma’ dawk speċifikament imsemmija, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
(170) |
Kull talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju anti-dumping għall-kumpaniji individwali (pereżempju wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda ta’ produzzjoni jew bejgħ) għandha tintbagħat lill-Kummissjoni (7) minnufih bit-tagħrif kollu rilevanti, b’mod partikolari kull modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni marbut ma’, pereżempju, dan it-tibdil tal-isem jew dan it-tibdil fl-entitajiet ta’ produzzjoni u bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament jiġi emendat skont dan billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta’ dazju individwali. |
(171) |
Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju ta’ anti-dumping, il-livell ta’ dazju li jibqa’ ma għandux japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn il-Komunità matul il-PI. |
I. DISPOŻIZZJONI FINALI
(172) |
Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li fi ħdanu l-partijiet interessati li ppreżentaw lilhom infushom fil-limitu ta’ żmien speċifikat fl-avviż ta’ bidu jistgħu jwasslu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta. Barra minn hekk, ta’ min jgħid li l-konklużjonijiet dwar l-impożizzjoni ta’ dazji magħmula għall-finijiet ta’ dan id-Dokument huma provviżorji u jistgħu jerġu jitqiesu għall-fini ta’ xi miżuri definittivi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju provviżorju ta’ anti-dumping huwa b’dan impost fuq importazzjonijiet ta’ pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, ta’ profil ċirkolari, ta’ dijametru estern li ma jaqbiżx 406,4 mm b’Valur Ekwivalenti ta’ Karbonju (CEV) li ma jaqbiżx 0,86 skont il-formula u l-analiżi kimika tal-Istitut Internazzjonali tal-Welding (IIW) (8), li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7304 19 10, ex 7304 19 30, ex 7304 23 00, ex 7304 29 10, ex 7304 29 30, ex 7304 31 20, ex 7304 31 80, ex 7304 39 10, ex 7304 39 52, ex 7304 39 58, ex 7304 39 92, ex 7304 39 93, ex 7304 51 81, ex 7304 51 89, ex 7304 59 10, ex 7304 59 92 u ex 7304 59 93 (9) (Kodiċijiet TARIC 7304191020, 7304193020, 7304230020, 7304291020, 7304293020, 7304312020, 7304318030, 7304391010, 7304395220, 7304395830, 7304399230, 7304399320, 7304518120, 7304518930, 7304591010, 7304599230 u 7304599320) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju provviżorju ta’ anti-dumping applikabbli għall-prezz nett mingħajr ħlas fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u mmanifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:
Kumpanija |
Dazju anti-dumping (%) |
Kodiċi addizjonali TARIC |
Hubei Xinyegang Steel Co., Ltd., Huangshi City |
15,6 |
A948 |
Shandong Luxing Steel Pipe Co., Ltd, Qingzhou City |
15,1 |
A949 |
Kumpaniji elenkati fl-Anness |
22,3 |
A950 |
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
24,2 |
A999 |
3. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal depożitu ta’ garanzija, ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali fis-seħħ.
Artikolu 2
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu li jkollhom tagħrif dwar id-dettalji wara l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jwasslu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgħu oralment mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul tiegħu fis-seħħ.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Catherine ASHTON
Membru tal-Kummissjoni
(3) Il-VEK għandu jiġi ddeterminat skont ir-Rapport Tekniku, 1967, IIW dok. IX-535-67, ippubblikat mill-Istitut Internazzjonali tal-Issaldjar (IIW).
(4) Ara r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 954/2006 tas-27 ta’ Ġunju 2006, ĠU L 175, 29.6.2006, p. 4, premessi 160 u 168. Fl-2001, l-unika sena bi profitt matul il-PI tal-investigazzjoni ta’ qabel, l-investimenti ammontaw għal EUR 65 miljun. Sal-2004 (sena li fiha l-industrija tal-Komunità sofriet telf kbir), dan l-ammont kellu jitnaqqas għal EUR 26 miljun.
(6) Ara r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 954/2006 tas-27 ta’ Ġunju 2006, ĠU L 175, 29.6.2006, p. 4, premessa 233.
European Commission |
Directorate-General for Trade |
Direction H |
Office Nerv- 105 |
B-1049 Brussels. |
(8) Is-CEV għandu jiġi ddeterminat skont ir-Rapport Tekniku, 1967, IIW doc. IX-535-67, ippubblikat mill-Istitut Internazzjonali tal-Welding (IIW).
(9) Kif iddefinit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008 tad-19 ta’ Settembru 2008 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 291, 31.10.2008, p. 1). Il-kopertura tal-prodott hija ddeterminata billi jiġu kkombinati d-deskrizzjoni tal-prodott fl-Artikolu 1(1) u d-deskrizzjoni tal-prodott tal-kodiċijiet korrispondenti NM meħuda flimkien.
ANNESS
Lista ta’ produtturi li kkooperaw imsemmija fl-Artikolu 1(2) taħt il-kodiċi addizzjonali Taric 950
Isem il-Kumpanija |
Belt |
Hengyang Valin MPM Co., Ltd |
Hengyang |
Hengyang Valin Steel Tube Co., Ltd |
Hengyang |
Handan Precise Seamless Steel Pipes Co., Ltd |
Handan |
Jiangsu Huacheng Industry Group Co., Ltd |
Zhangjiagang |
Jiangyin Metal Tube Making Factory |
Jiangyin |
Jiangyin City Seamless Steel Tube Factory |
Jiangyin |
Pangang Group Chengdu Iron & Steel Co., Ltd |
Chengdu |
Shenyang Xinda Co., Ltd |
Shenyang |
Suzhou Seamless Steel Tube Works |
Suzhou |
Tianjin Pipe (Group) Corporation (TPCO) |
Tianjin |
Wuxi Dexin Steel Tube Co., Ltd |
Wuxi |
Wuxi Dongwu Pipe Industry Co., Ltd |
Wuxi |
Wuxi Seamless Oil Pipe Co., Ltd |
Wuxi |
Zhangjiagang City Yiyang Pipe Producing Co., Ltd |
Zhangjiagang |
Zhangjiagang Yichen Steel Tube Co., Ltd |
Zhangjiagang |
8.4.2009 |
MT EN |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/75 |
REGOLAMENT (KE) Nru 290/2009 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-31 ta’ Marzu 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) dwar l-istatistika fir-rigward tar-rati tal-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self fil-konfront ta’ households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji
(BĊE/2009/7)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6(4),
Billi:
(1) |
Sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 63/2002 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Diċembru 2001 dwar l-istatistika fir-rigward tar-rati tal-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self fil-konfront ta’ households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BĊE/2001/18) (2), ġew identifikati numru ta’ punti ta’ titjib fir-rigward tal-iskema ta’ rappurtar għal self ġdid lil households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji. Għalhekk l-obbligi ta’ rappurtar eżistenti għandhom jiġu emendati. |
(2) |
L-inklużjoni ta’ klassifikazzjoni ġenerali ta’ self ġdid, li tidentifika separatament ir-rati tal-imgħax applikati għal u l-volumi ta’ dawk li huma ggarantiti b’garanziji, għandha tgħin biex wieħed jakkwista data aktar armonizzata fuq livell taż-żona tal-ewro u jiffaċilita paraguni tul il-pajjiżi. |
(3) |
L-inklużjoni ta’ klassifikazzjoni skont id-daqs ta’ self ġdid lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji għandha tipprovdi aktar intuwizzjonijiet fl-iffinanzjar ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. |
(4) |
L-inklużjoni ta’ klassifikazzjoni skont il-perijodu inizjali tal-fissazzjoni tar-rati tal-imgħax għal self ġdid għandha tipprovdi informazzjoni aktar omoġenika dwar ir-rati tal-imgħax, billi żżid in-numru ta’ perijodu ta’ kategoriji ta’ fissazzjoni u għalhekk tiżdied l-omoġenija ta’ kull kategorija. |
(5) |
Ir-rappurtar separat tar-rati tal-imgħax imposti fuq dejn ta’ karti ta’ kreditu (irreferut ukoll bħala kreditu tal-karti ta’ kreditu) jippermetti s-sorveljar ta’ dawn ir-rati tal-imgħax u jiżgura t-trattament komuni ta’ dan l-istrument fil-pajjiżi kollha taż-żona tal-ewro. |
(6) |
Il-kategorija addizzjonali ta’ self ġdid lil sole proprietors ġewwa “self għal skopijiet oħra lil households” se tagħti aktar informazzjoni dwar l-iffinanzjar ta’ negozji mhux korporati u tgħin fl-interpretazzjoni tal-iżviluppi ġenerali fis-self lil households. |
(7) |
Ir-rappurtar addizzjonali ta’ self ġdid lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji skont il-Maturità għandu jagħmilha aktar faċli biex wieħed jiddistingwixxi r-rati applikati għall-iffinanzjar għal żmien qasir u dak twil. |
(8) |
Tinħtieġ kjarifika, definizzjoni mill-ġdid u rabta aktar diretta mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (ifformulat mill-ġdid) (BĊE/2008/32) (3) fir-rigward ta’ self revolving u overdrafts. |
(9) |
Jinħtieġ ukoll li jiġu adottati regoli aktar ċari fir-rigward tal-istratifikazzjoni u l-għażla ta’ aġenti ta’ rappurtar mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) u biex jiġi speċifikat id-dritt tal-Kunsill Governattiv biex jiċċekkja dawn il-proċeduri, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2(3) huwa sostitwit b’li ġej: “3. Il-Kunsill Governattiv għandu jkun intitolat jiċċekkja l-konformità mal-Anness I.” |
(2) |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ma’ dan ir-Regolament. |
(3) |
L-Anness II huwa sostitwit bl-Anness II ma’ dan ir-Regolament. |
(4) |
L-Anness IV huwa sostitwit bl-Anness III ma’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(3) għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2010.
Magħmul fi Frankfurt am Main fil-31 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(2) ĠU L 10, 12.1.2002, p. 24.
(3) ĠU L 15, 20.1.2009, p. 14.
ANNESS I
L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) huwa emendat kif ġej:
1. |
Il-paragrafu 7 ta’ Sezzjoni III ta’ Parti 1 huwa sostitwit b’li ġej:
(*) Jiġifieri s-somma tad-differenzi ġewwa l-istrat iddefinita bħala għandha tkun anqas sostanzjalment mid-differenza totali tal-popolazzjoni ta’ rappurtar iddefinita bħala a , fejn h tindika kull strat, xi ir-rata ta’ l-imgħax għall-istituzzjoni i, ir-rata medja u sempliċi ta’ l-imgħax ta’ l-istrat h, n in-numru totali ta’ istituzzjonijiet fil-kampjun u il-medja sempliċi tar-rati ta’ l-imgħax ta’ l-istituzzjonijiet kollha fil-kampjun”" |
2. |
Il-paragrafu 16 ta’ Sezzjoni V ta’ Parti 1 huwa sostitwit b’li ġej:
|
3. |
Il-paragrafu 20 ta’ Sezzjoni V ta’ Parti 1 huwa sostitwit b’li ġej:
|
ANNEX II
ANNESS II
SKEMA TA’ RAPPURTAR GĦALL-ISTATISTIKA TAR-RATI TAL-IMGĦAX TAL-ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI MONETARJI
PARTI 1
TIP TA’ RATA
I. Rata miftiehma annwalizzata
Prinċipju ġenerali
1. |
It-tip ta’ rata li l-aġenti ta’ rappurtar jipprovdu għall-kategoriji kollha ta’ strumenti ta’ depożiti u self jirreferu għal negozju ġdid u ammonti dovuti hija r-rata miftiehma annwalizzata (AAR). Hija ddefinita bħala r-rata tal-imgħax li hija miftiehma individwalment bejn l-aġenti ta’ rappurtar u l-households jew korporazzjoni mhux finanzjarja għal depożitu jew self, mibdula fuq bażi ta’ kull sena u kkwotata f’perċentwali kull sena. L-AAR ikopri l-ħlasijiet kollha tal-imgħax fuq depożiti u self, imma l-ebda ħlasijiet oħra li jistgħu japplikaw. Disagio, iddefinit bħala d-differenza bejn l-ammont nominali tas-self u l-ammont irċevut mill-konsumatur, jitqies bħala ħlas ta’ imgħax fil-bidu tal-kuntratt (ħin t0) u huwa għalhekk rifless fl-AAR. |
2. |
Jekk il-ħlasijiet tal-imgħax miftiehma bejn l-aġent ta’ rappurtar u l-households jew korporazzjoni mhux finanzjarja huma kkapitalizzati f’intervalli regolari fi spazju ta’ sena, per eżempju kull xahar jew kull trimestru aktar milli kull sena, ir-rata miftiehma hija annwalizzata permezz tal-formola li ġejja biex wieħed jasal għar-rata miftiehma annwalizzata:
fejn:
|
3. |
Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jistgħu jeżiġu biex l-aġenti tar-rappurtar tagħhom jipprovdu r- rata effettiva ddefinita b’mod ristrett (NDER) għall-istrumenti kollha ta’ depożiti u self li jirreferu għal negozju ġdid u ammonti dovuti, minflok l-AAR. L-NDER hija ddefinita bħala r-rata tal-imgħax, fuq bażi annwali, li ddaqqas (equalises) il-valur preżenti tad-dovuti kollha minbarra l-ispejjeż (depożiti jew self, ħlasijiet jew ħlasijiet mill-ġdid, ħlasijiet ta’ imgħax), futuri jew eżistenti, miftiehma mill-aġenti tar-rappurtar u l-households jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja. L-NDER hija ekwivalenti għall-komponent tar-rata tal-imgħax tar-rata perċentwali annwali tat-tariffa (APRC) kif iddefinita fl-Artikolu 3(i) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 t’April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi u li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1). L-unika differenza bejn l-NDER u l-AAR hija l-metodu bażi biex jiġu annwalizzati l-ħlasijiet tal-imgħax. L-NDER tuża approssimazzjoni suċċessiva u għalhekk tista’ tiġi applikata għal kull tip ta’ depożiti jew self, fejn l-AAR tuża l-formola alġebrajka ddefinita fil-paragrafu 2, u għalhekk tapplika biss għal depożiti u self b’kapitalizzazzjoni regolari ta’ ħlasijiet ta’ imgħax. L-obbligi l-oħra kollha huma identiċi, li tfisser li r-referenzi fil-bqija ta’ dan l-Anness għall-AAR japplikaw ukoll għall-NDER. |
Trattament tat-taxxi, sussidji u ftehim regolatorji
4. |
Il-ħlasijiet tal-imgħax koperti fl-AAR jirriflettu dak li l-aġent ta’ rappurtar iħallas fuq id-depożiti u jirċievi għas-self. Fejn l-ammont imħallas minn persuna waħda u rċevut mill-oħra jvarja, il-veduta tal-aġent tar-rappurtar tiddetermina r-rata tal-imgħax irrappurtata għall-għanijiet tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFI). |
5. |
Skont dan il-prinċipju, ir-rati tal-imgħax jitniżżlu fuq bażi gross qabel it-taxxa, billi r-rati tal-imgħax ta’ qabel it-taxxa jirriflettu dak li l-aġenti tar-rappurtar iħallsu fuq id-depożiti u dak li jirċievu għas-self. |
6. |
Barra minn dan, meta jiġi ddeterminat il-ħlas tal-imgħax ma jitqisux is-sussidji mogħtija lil households jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji minn terzi partijiet, għax is-sussidji ma jitħallsux jew ma jiġux riċevuti mill-aġent tar-rappurtar. |
7. |
Rati favorevoli li l-aġenti tar-rappurtar japplikaw għall-impjegati tagħhom huma koperti bl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI. |
8. |
Meta ftehim regolatorji jaffettwaw ħlasijiet ta’ imgħax, per eżempju l-limiti massimi tar-rati tal-imgħax jew il-projbizzjoni tar-remunerazzjoni ta’ depożiti ta’ matul il-lejl, dawn huma riflessi fl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI. Kull bidla fir-regoli li tiddetermina l-ftehim regolatorji, per eżempju l-livell ta’ rati ta’ imgħax amministrati jew il-limiti massimi tar-rati tal-imgħax, tintwera fl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI bħala bidla fir-rata tal-imgħax. |
II. Rata tal-perċentwali annwali tat-tariffa
9. |
Minbarra l-AARs, l-aġenti ta’ rappurtar jipprovdu l-APRC għal negozju ġdid fir-rigward tal-kreditu tal-konsumatur u s-self lil households għal xiri ta’ djar jiġifieri:
|
10. |
L-APRC tkopri l-“ispejjeż totali tal-kreditu lill-konsumatur”, kif iddefinit fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48/KE. Dawn l-ispejjeż totali jkopru komponent tar-rata tal-imgħax u komponent ta’ tariffi oħra (relatati), bħall-ispiża tal-istħarriġ (inquiries), amministrazzjoni, preparazzjoni tad-dokumenti, garanziji, assigurazzjoni ta’ kreditu, etċ. |
11. |
Il-kompożizzjoni tal-komponent ta’ tariffi oħra tista’ tvarja tul il-pajjiżi, minħabba d-definizzjonijiet fid-Direttiva 2008/48/KE huma applikati b’mod differenti, u minħabba li s-sistemi finanzjarji nazzjonali u l-proċedura biex tiżgura l-krediti jvarjaw. |
III. Konvenzjoni
12. |
L-aġenti ta’ rappurtar japplikaw sena standard ta’ 365 jum għall-kumpilazzjoni tal-AAR, jiġifieri l-effett ta’ jum addizzjonali fi snin biżestili huwa injorat. |
PARTI 2
KOPERTURA TAN-NEGOZJU
13. |
Aġenti ta’ rappurtar jipprovdu statistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI li tirreferi għal ammonti dovuti u għal negozju ġdid. |
IV. Rati tal-imgħax fuq ammonti dovuti
14. |
Ammonti dovuti huma ddefiniti bħala l-istokk tad-depożiti kollha mqiegħda minn households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji mal-aġent ta’ rappurtar u l-istokk tas-self kollu mogħti mill-aġent ta’ rappurtar lil households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji. |
15. |
Rata ta’ imgħax fuq ammonti dovuti tirrifletti r-rata medja tal-imgħax ippeżata applikata għall-istokk ta’ depożiti jew self fil-kategorija rilevanti tal-istrumenti fil-ħin tal-punt ta’ referenza kif iddefinit fil-paragrafu 26. Ir-rata medja tal-imgħax ippeżata hija s-somma tal-AAR immultiplikata bl-ammonti dovuti korrispondenti u diviżi bl-ammonti dovuti totali. Tkopri l-kuntratti kollha dovuti li jkunu ġew miftiehma fil-perijodi kollha qabel id-data ta’ referenza. |
16. |
Self ħażin m’huwiex inkluż fir-rati medja tal-imgħax ippeżati. Self ħażin huwa ddefinit skont l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (ifformulat mill-ġdid) (BĊE/2008/32) (3).L-ammont totali ta’ self ikklassifikat parzjalment jew totalment bħala self ħażin huwa eskluż mill-istatistika tar-rati tal-imgħax. Self għal dejn irristrutturat skont rati anqas mill-kundizzjonijiet tas-suq, jiġifieri ristrutturar ta’ dejn fir-rigward ta’ debituri f’qagħda finanzjarja ħażina, huma esklużi wkoll mill-istatistika tar-rati tal-imgħax. |
V. Negozju ġdid fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts
17. |
Fil-każ ta’ depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, (estiżi u ta’ konvenjenza) dejn tal- karti ta’ kreditu (irreferut ukoll bħala kreditu tal-karti ta’ kreditu) u self revolving u overdrafts huma ddefiniti fil-paragrafi 42 sa 45 u 51, il-kunċett ta’ negozju ġdid huwa estiż għall-istokk sħiħ. Għalhekk, il-bilanċ ta’ debitu jew kreditu, jiġifieri l-ammont dovut fil-ħin tal-punt ta’ referenza kif iddefinit fil-paragrafu 29, huwa wżat bħala indikatur għal negozju ġdid fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts. |
18. |
Ir-rati tal-imgħax għal depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts jirriflettu r-rata medja tal-imgħax ippeżata applikata għall-istokk fuq dawn il-kontijiet fil-ħin tal-punt ta’ referenza kif iddefinit fil-paragrafu 29. Huma jkopru l-pożizzjonijiet kurrenti tal-karta tal-bilanċ tal-kuntratti kollha dovuti li jkunu ġew miftiehma fil-perijodi kollha qabel id-data ta’ referenza. |
19. |
Sabiex jiġu kkalkulati r-rati tal-imgħax tal-MFI fuq kontijiet li jistgħu jkunu jew depożitu jew self, jiddependi skont il-bilanċ tagħhom, l-aġenti tar-rappurtar jiddistingwixxu bejn il-perijodi b’bilanċ ta’ kreditu u l-perijodi b’bilanċ ta’ debitu. L-aġenti tar-rappurtar jirrappurtaw rati medja tal-imgħax ippeżati li jirreferu għall-bilanċi ta’ kreditu bħala depożiti ta’ matul il-lejl, u rati medja tal-imgħax ippeżati li jirreferu għall-bilanċi ta’ debitu bħala overdrafts. Huma ma jirrappurtawx rati medja tal-imgħax ippeżati li jgħaqqdu flimkien rati ta’ depożitu ta’ matul il-lejl (baxxi) u rati ta’ overdraft (għolja). |
VI. Negozju ġdid f’kategoriji ta’ strumenti minbarra depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts
20. |
Il-paragrafi li ġejjin 21 sa 25 jirreferu għal depożiti b’Maturità miftiehma, repos u s-self kollu minbarra self revolving u overdrafts u dejn tal-karti ta’ kreditu, kif iddefiniti fil-paragrafi 42 sa 45 u 51. |
21. |
Negozju ġdid huwa ddefinit bħala kull ftehim bejn il-households jew korporazzjoni mhux finanzjarja u l-aġent tar-rappurtar. Ftehim ġodda jkopru:
Id-dewmien ta’ kuntratti eżistenti ta’ depożitu u self li jitwettqu awtomatikament jiġifieri mingħajr l-ebda involviment attiv tal-households jew tal-korporazzjoni mhux finanzjarja, u li ma jinvolvu l-ebda nnegozjar mill-ġdid tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt, inkluża r-rata tal-imgħax, m’humiex meqjusa bħala negozju ġdida. |
22. |
Ir-rata tan-negozju ġdid tirrifletti r-rata medja ta' l-imgħax ippeżata applikata għad-depożiti u s-self fil-kategorija relevanti tal-istrumenti, fir-rigward ta’ ftehim ġodda konklużi bejn households jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji u l-aġent tar-rappurtar matul il-perijodu tar-referenza tal-ħin kif iddefinit fil-paragrafu 32. |
23. |
Bidliet fir-rati floating tal-imgħax, fis-sens ta’ aġġustamenti awtomatiċi tar-rata tal-imgħax, imwettqa mill-aġent tar-rappurtar m’humiex ftehim ġodda u għalhekk m’humiex meqjusa bħala negozju ġdid. Għal kuntratti eżistenti, għalhekk dawn it-tibdiliet fir-rati floating ma jinqabdux f’rati ta’ negozju ġdid imma biss fir-rati medja fuq l-ammonti dovuti. |
24. |
24.Bidla minn rati ta’ imgħax fissi għal floating jew viċi versa (fil-ħin t1) matul iż-żmien tal-kuntratt, li jkun inftiehem fil-bidu tal-kuntratt (ħint0), m’hijiex ftehim ġdid imma parti tat-termini u l-kundizzjonijiet tas-self stabbiliti fil-ħin t0. Għalhekk m’hijiex meqjusa negozju ġdid. |
25. |
Normalment households jew korporazzjoni mhux finanzjarja hija mistennija tieħu self minbarra self revolving jew overdraft f’somma sħiħa waħda fil-bidu tal-kuntratt. Madankollu, tista’ tieħu self fi tranches f’ħinijiet t1, t2, t3, etċ. minflok tissellef l-ammont kollu fil-bidu tal-kuntratt (ħin t0). Il-fatt li s-self jittieħed fi tranches huwa rrelevanti għall-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI. Il-ftehim bejn il-households jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja u l-aġent tar-rappurtar fil-ħin t0, li jinkludi r-rata tal-imgħax u l-ammont sħiħ tas-self, huwa kopert bl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI dwar negozju ġdid. |
PARTI 3
PUNT TA’ REFERENZA TAL-ĦIN
VII. Punt ta’ referenza tal-ħin għar-rati tal-imgħax tal-MFI fuq ammonti dovuti
26. |
Il-BĊNi jiddeċiedu jekk fuq livell nazzjonali, ir-rati tal-imgħax tal-MFI fuq ammonti dovuti, jiġifieri l-indikaturi 1 sa 14 deskritti fl-Appendiċi 1, humiex ikkumpilati bħala snapshot ta’ osservazzjonijiet ta’ tmiem il-perijodu jew bħala rati impliċiti li jirreferu għal medji tal-perijodu. Il-perijodu kopert huwa xahar. |
27. |
Ir-rati tal-imgħax fuq ammonti dovuti bħala snapshot ta’ osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar huma kkalkulati bħala medji ppeżati tar-rati tal-imgħax applikati għall-istokk ta’ depożiti u self f’ċertu ħin fl-aħħar jum tax-xahar. F’dak ħin, l-aġent ta’ rappurtar jiġbor ir-rati tal-imgħax applikabbli u l-ammonti involuti għad-depożiti kollha u self dovuti fil-konfront tal-households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji, u jikkumpila rata medja ta’ imgħax ippeżata għal kull kategorija ta’ strumenti. B’kuntrast mal-medji ta’ kull xahar, ir-rati tal-imgħax tal-MFI fuq ammonti dovuti kkumpilati bħala osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar jkopru biss dawk il-kuntratti li jkunu għadhom dovuti fil-ħin tal-ġbir tad-data. |
28. |
Ir-rati tal-imgħax fuq ammonti dovuti bħala rati impliċiti li jirreferu għall-medja tax-xahar huma kkalkulati bħala kwozjenti, bl-imgħax akkumulat pagabbli fuq depożiti u riċevibbli fuq self matul ix-xahar ta’ referenza bħala n-numeratur, u l-istokk medju matul ix-xahar bħala d-denominatur. Fl-aħħar tax-xahar ta’ referenza, l-aġent tar-rappurtar jirrapporta l-imgħax akkumulat pagabbli jew riċevibbli matul ix-xahar għal kull kategorija ta’ strumenti u l-istokk medju ta’ depożiti u self matul l-istess xahar. Bil-kuntrarju għall-osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar, ir-rati tal-imgħax tal-MFI fuq ammonti dovuti kkumpilati bħala medji ta’ kull xahar, jinkludu wkoll kuntratti li kienu dovuti f’xi ħin matul ix-xahar, inma li ma jkunux aktar dovuti fi tmiem ix-xahar. L-aħjar l-istokk medju ta’ depożiti u self matul ix-xahar ta’ referenza huwa kkumpilat bħala l-medja tal-istokks ta’ kuljum matul ix-xahar. Bħala standard minimu, l-istokk medju ta’ kull xahar jiġi dedott minn bilanċi ta’ kuljum għal kategoriji ta’ strumenti volatili, jiġifieri ta’ lanqas depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn estiż tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts. Għall-kategoriji l-oħra kollha ta’ strumenti, l-istokk medju ta’ kull xahar huwa dedott mill-bilanċi ta’ kull ġimgħa jew bilanċi aktar frekwenti. Għal perijodu tranżitorju ta’ mhux aktar minn sentejn, għal self b’Maturità miftiehma ta’ aktar minn ħames snin, jiġu aċċettati l-osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar. |
VIII. Punt ta’ referenza tal-ħin għal negozju ġdid fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn estiż tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts
29. |
Il-BĊNi jiddeċiedu jekk fuq livell nazzjonali, ir-rati tal-imgħax tal-MFI fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn estiż tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts, jiġifieri l-indikaturi 1, 5, 6, 7, 12, 23, 32 u 36 deskritti fl-Appendiċi 2, humiex ikkumpilati bħala snapshot ta’ osservazzjonijiet ta’ tmiem il-perijodu jew bħala rati impliċiti li jirreferu għal medji tal-perijodu. Il-perijodu kopert huwa xahar. |
30. |
Analogwi mal-kumpilazzjoni tar-rati tal-imgħax fuq ammonti dovuti li jinsabu fl-Appendiċi 1, ir-rati tal-imgħax fuq id-depożiti ta’ matul il-lejl, id-depożiti mifdija b’notifika, dejn estiż tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts huma kkumpilati f’wieħed minn dawn il-metodi:
|
31. |
Fir-rigward ta’ kontijiet dubjużi li jistgħu jkunu jew depożitu jew self, jiddependi skont il-bilanċ tagħhom, huwa biss il-bilanċ f’ċertu ħin fl-aħħar jum tax-xahar li jiddetermina jekk il-kont huwiex depożitu ta’ matul il-lejl jew overdraft f’dak ix-xahar, jekk ir-rati tal-imgħax tal-MFI huma kkumpilati bħala snapshot ta’ osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar. Jekk ir-rati tal-imgħax tal-MFI huma kkalkulati bħala rati impliċiti li jirreferu għall-medja tax-xahar, issir valutazzjoni kuljum dwar jekk il-kont huwiex depożitu jew self. Il-medja tal-bilanċi ta’ kreditu ta’ kuljum u l-bilanċi ta’ debitu ta’ kuljum hija mbagħad ikkalkulata biex jiġi dedott l-istokk medju ta’ kull xahar għad-denominatur tar-rati impliċiti. Barra minn dan, il-fluss fin-numeratur jiddistingwixxi bejn imgħax akkumulat pagabbli fuq depożiti u riċevibbli fuq self. L-aġenti tar-rappurtar ma jirrappurtawx rati medji ta’ imgħax ippeżati li jgħaqqdu flimkien rati ta’ depożitu ta’ matul il-lejl (baxxi) u rati ta’ overdraft (għolja). |
IX. Punt ta’ referenza tal-ħin għal negozju ġdid (minbarra depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn estiż tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts)
32. |
Ir-rati tal-imgħax tal-MFI fuq negozju ġdid minbarra depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn estiż tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts, jiġifieri l-indikaturi kollha deskritti fl-Appendiċi 2 ħlief l-indikaturi 1, 5, 6, 7, 12, 23, 32 u 36, huma kkalkulati bħala medji tal-perijodu. Il-perijodu kopert huwa xahar (sħiħ). |
33. |
Għal kull kategorija ta’ strumenti, l-aġenti ta’ rappurtar jikkalkulaw ir-rata ta’ negozju ġdid bħala medja ppeżata tar-rati kollha fuq operazzjonijiet ta’ negozju ġdid fil-kategorija tal-istrumenti matul ix-xahar ta’ referenza. Dawn ir-rati tal-imgħax li jirreferu għall-medja tax-xahar jintbagħtu lill-BĊN tal-Istat Membru parteċipanti li fih l-aġent tar-rappurtar huwa residenti, flimkien mal-informazzjoni ppeżata fuq l-ammont ta’ negozju ġdid imwettaq matul ix-xahar tar-rappurtar għal kull kategorija ta’ strumenti. L-aġenti tar-rappurtar iqisu l-operazzjonijiet ta’ negozju ġdid imwettqa matul ix-xahar sħiħ. |
PARTI 4
KATEGORIJI TA’ STRUMENTI
X. Dispożizzjonijiet ġenerali
34. |
L-aġenti tar-rappurtar jipprovdu statistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI fuq ammonti dovuti għall-kategoriji ta’ strumenti speċifikati fl-Appendiċi 1 u dwar negozju ġdid għall-kategoriji ta’ strumenti speċifikati fl-Appendiċi 2. Kif iddefinit fil-paragrafu 17, ir-rati tal-imgħax fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn estiż tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts, huma rati ta’ imgħax fuq negozju ġdid u għalhekk huma nklużi fl-Appendiċi 2. Madankollu, billi l-metodu ta’ kumpilazzjoni u l-punt ta’ referenza tal-ħin għar-rati fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn estiż tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts, huwa l-istess bħal dak għall-indikaturi l-oħra fuq ammonti dovuti, l-indikaturi 1, 5, 6, 7, 12, 23, 32 u 36 tal-Appendiċi 2 huma rrepetuti fl-Appendiċi 1. |
35. |
Kategorija ta’ strumenti speċifikata fl-Appendiċi 1 u 2 hija inapplikabbli fuq livell nazzjonali f’xi Stati Membri parteċipanti u għalhekk injorata jekk istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk oħrajn residenti ma joffru, lil households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji, l-ebda prodott li jappartjeni għal din il-kategorija. Tingħata data jekk jeżisti xi negozju, madankollu llimitata. |
36. |
Għal kull kategorija ta’ strumenti ddefinita fl-Appendiċi 1 u 2, u applikata fil-kummerċ bankarju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk oħrajn residenti b’households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji residenti fl-Istati Membri parteċipanti, l-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI hija kkumpilata skont ir-rati kollha applikati għall-prodotti kollha li jaqgħu ġewwa din il-kategorija tal-istrumenti. Dan ifisser li l-BĊNi jista’ ma jiddefinixxix sett ta’ prodotti nazzjonali ġewwa kull kategorija ta’ strumenti, li fuqhom tinġabar l-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI; minflok, huma koperti r-rati fuq il-prodotti kollha offruti minn kull wieħed mill-aġenti tar-rappurtar. Kif intqal fil-paragrafu 28 tal-Anness I, il-BĊNi ma għandhomx ikopru fil-kampjun kull prodott li jeżisti fuq livell nazzjonali. Madankollu, m’għandhomx jeskludu kategorija sħiħa ta’ strument minħabba li l-ammont involuti huma żgħar. Għaldaqstant, jekk kategorija ta’ strumenti tiġi offruta biss minn istituzzjoni waħda, allura din l-istituzzjoni hija rrappreżentata fil-kampjun. Jekk il-kategorija ta’ strumenti ma kinitx teżisti fi Stat Membru parteċipanti fil-ħin ta' l-ifformular inizjali tal-kampjun, imma jkun qed jiġi ntrodott prodott ġdid li jappartjeni għal din il-kategorija minn istituzzjoni minn hemm ’il quddiem, din l-istituzzjoni hija inkluża fil-kampjun fil-ħin tal-eżami dwar ir-rappreżentanza li jmiss. Jekk jinħoloq prodott ġdid ġewwa l-kategorija ta’ strumenti eżistenti f’livell nazzjonali, l-istituzzjonijiet fil-kampjun ikopruh mar-rappurtar li jkun imiss, billi l-aġenti kollha ta’ rappurtar huma mitluba jirrappurtaw dwar il-prodotti kollha tagħhom. |
37. |
L-eċċezzjoni għall-prinċipju li jiġu koperti r-rati kollha tal-imgħax applikati għall-prodotti kollha huma r-rati tal-imgħax fuq self ħażin u self għal ristrutturar ta’ dejn. Kif intqal fil-paragrafu 16, is-self kollu ħażin, u s-self għal ristrutturar ta’ dejn b’rati anqas minn kundizzjonijiet tas-suq, jiġifieri applikati għal debituri f’qagħda ħażina finanzjarja, m’huwiex kopert bl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI. |
XI. Klassifikazzjoni skont il-valuta
38. |
L-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI jkopru r-rati tal-imgħax applikati mill-popolazzjoni ta’ rappurtar. Id-data dwar depożiti u self f’valuti minbarra l-euro m’għandhiex tintalab fil-livell tal-Istati Membri kollha parteċipanti. Dan huwa rifless fl-Appendiċi 1 u 2 fejn l-indikaturi kollha jirreferu għal depożiti u self iddenominati fl-euro. |
XII. Klassifikazzjoni skont is-settur
39. |
Bl-eċċezzjoni tar-repos, klassifikazzjoni skont is-settur għandha tiġi applikata għad-depożiti u s-self kollha meħtieġa għall-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI. Għalhekk l-Appendiċi 1 u 2 jiddistingwixxu bejn indikaturi fil-konfront ta’ households (inklużi istituzzjonijiet bla qligħ li jservu lil households) (4)u fil-konfront ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji (5)Barra minn dan, data separata hija rrappurtata għal sole proprietors/soċjetajiet mhux korporati bħala parti mill-households, imma biss fir-rigward ta’ negozju ġdid għal “għanijiet oħra”. Il-BĊNi jista’ jneħħi l-obbligu tal-identifikazzjoni separata tas-self lil sole proprietors meta dan is-self jikkostitwixxi anqas minn 5 % tas-self totali tal-households tal-Istat Membru parteċipanti f’termini ta’ ammonti dovuti, kif ikkalkulat skont ir-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32). |
40. |
L-indikatur 5 fl-Appendiċi 1 u indikatur 11 fl-Appendiċi 2 jirreferi għal repos. Minkejja r-remunerazzjoni ta’ repos m’hijiex indipendenti mill-holding sector fl-Istati Membri parteċipanti kollha, ma jinħtieġ l-ebda klassifikazzjoni skont is-settur, skont households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji, għal repos fuq il-livell tal-Istati Membri parteċipanti kollha. Barra minn dan, ma tinħtieġ l-ebda klassifikazzjoni skont il-Maturità fuq il-livell tal-Istati Membri parteċipanti kollha, billi huwa assunt li r-repos huma l-aktar għal żmien qasir ħafna. Ir-rata tal-imgħax tal-MFI fuq ir-repos tirreferi mingħjar divrenzjar (differentiation) għaż-żewġ setturi. |
41. |
L-indikaturi 5 u 6 fl-Appendiċi 2 jirreferu għal depożiti mifdija b’notifika miżmuma minn households. Madankollu, ir-rata tal-imgħax u l-piż għal depożiti mifdija b’notifika, fuq il-livell tal-Istati Membri parteċipanti kollha, tirreferi għal depożiti mifdija b’notifika miżmuma minn kemm households kif ukoll minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji, jiġifieri ż-żewġ setturi magħqudin flimkien imma allokati għal households. Fuq il-livell tal-Istati Membri parteċipanti kollha, ma tinħtieġ l-ebda klassifikazzjoni skont is-settur. |
XIII. Klassifikazzjoni skont it-tip ta’ strument
42. |
Sakemm stabbilit mod ieħor fil-paragrafi li ġejjin 43 sa 52, il-klassifikazzjoni skont l-istrument għar-rati tal-imgħax tal-MFI u d-definizzjonijiet tat-tipi ta’ strumenti jsegwu l-kategoriji tal-attiv u l-passiv stabbiliti f’Parti 2 tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32). |
43. |
Ir-rati tal-imgħax tal-MFI fuq depożiti ta’ matul il-lejl, jiġifieri l-indikaturi 1 u 7 fl-Appendiċi 2, ikopru d-depożiti kollha ta’ matul il-lejl, huma jew m’humiex bl-imgħax. Għalhekk depożiti ta’ matul il-lejl bla imgħax jinqabdu mill-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI. |
44. |
Għall-fini tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, self revolving u overdrafts, jiġifieri l-indikaturi 12 u 23 fl-Appendiċi 2, għandhom l-istess tifsira kif iddefinita f’Parti 2 tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32), minkejja l-perijodu inizjali tagħhom tal-fissazzjoni tar-rata tal-imgħax. Penali fuq overdrafts applikati bħala komponent ta’ tariffi oħra, per eżempju fil-forma ta’ tariffi speċjali, m’humiex koperti mill-AAR kif iddefinita fil-paragrafu 1, minħabba li din it-tip ta’ rata tkopri biss ir-rata tal-imgħax fuq is-self. Self irrappurtat taħt din il-kategorija m’huwa irrappurtat taħt l-ebda kategorija oħra ta’ negozju ġdid. |
45. |
Għall-fini tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, id-dejn tal-karti ta’ kreditu għandu l-istess tifsira kif iddefinit f’Parti 2 tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32). Id-data dwar ir-rata tal-imgħax hija rrappurtata biss fir-rigward ta’ dejn estiż tal-karti ta’ kreditu, fl-indikaturi 32 u 36. Ir-rata tal-imgħax fuq kreditu ta’ konvenjenza m’hijiex irrappurtata separatament, billi skont id-definizzjoni hija 0 %. Madankollu, id-dejn tal-karti ta’ kreditu ta’ konvenjenza dovut huwa inkluż bħala parti mill-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI fuq ammonti dovuti, flimkien mad-dejn tal-karti ta’ kreditu estiż dovut. La d-dejn tal-karti ta’ kreditu estiż u lanqas dak ta’ konvenjenza ma hu rrappurtat taħt l-ebda kategorija oħra ta’ negozju ġdid. |
46. |
Għall-fini tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, self ġdid lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji (ħlief self revolving u overdrafts u dejn tal-karti ta’ kreditu), jiġifieri l-indikaturi 37 sa 54 fl-Appendiċi 2, ikopru s-self kollu minbarra (dak ta’ konvenjenza u dak estiż) dejn tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts lil intrapriżi, minkejja l-ammont tagħhom, filwaqt li l-indikaturi 62 sa 85 jirreferu għal self iggarantit kif iddefinit fil-paragrafu 60. Self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji fl-Appendiċi 1 li jirreferi għall-ammonti dovuti, għandu l-istess tifsira kif iddefinit f’Parti 2 tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32), u jkopri self revolving u overdrafts, u d-dejn tal-karti ta’ kreditu estiż u dak ta’ konvenjenza. |
47. |
Għall-fini tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, self ġdid għal households għall-konsum, i.e. l-indikaturi 13 sa 15, 30 u 55 sa 57 fl-Appendiċi 2, huma ddefiniti bħala self, minbarra dejn tal-karti ta’ kreditu (estiż jew ta’ konvenjenza) jew self revolving u overdrafts, mogħti bl-għan tal-użu personali fil-konsum ta’ oġġetti u servizzi, filwaqt li l-indikaturi 55 sa 57 jirreferu għal self iggarantit kif iddefinit fil-paragrafu 60. Is-self għall-konsum fl-Appendiċi 1 li jirreferi għall-ammonti dovuti għandu l-istess tifsira kif iddefinit f’Parti 2 tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32), u jkopri self revolving u overdrafts u dejn tal-karti ta’ kreditu estiż u dak ta’ konvenjenza. |
48. |
Self lil households għal xiri ta’ djar, jiġifieri l-indikaturi 6 sa 8 fl-Appendiċi 1 u l-indikaturi 16 sa 19 u 31 fl-Appendiċi 2, jista’ jkun iggarantit jew mhux iggarantit, filwaqt li l-indikaturi 58 sa 61 jirreferu għal self iggarantit kif iddefinit fil-paragrafu 60. L-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI tkopri self iggarantit u mhux iggarantit lil households għal xiri ta’ djar mingħajr divrenzjar (differentiation) fl-indikaturi 16 sa 19 u 31. Għall-fini tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, self ġdid lil households għal xiri ta’ djar, jiġifieri l-indikaturi 16 sa 19, 31 u 58 sa 61 fl-Appendiċi 2, huma ddefiniti bħala kreditu minbarra self revolving u overdrafts jew dejn tal-karti ta’ kreditu, estiż għall-għan biex wieħed jinvesti fi djar, inkluż bini, garaxxijiet u titjib fid-dar (dekorazzjoni mill-ġdid). Is-self lil households għal xiri ta’ djar fl-Appendiċi 1 li jirreferi għal ammonti dovuti, għandu l-istess tifsira kif iddefinit f’Parti 2 tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) u jkopri self revolving u overdrafts u dejn tal-karti ta’ kreditu. |
49. |
Għall-fini tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, self ġdid lil households għal għanijiet oħra, jiġifieri l-indikaturi 20 sa 22 u 33 sa 35 fl-Appendiċi 2, huwa ddefinit bħala self minbarra self revolving u overdrafts jew dejn tal-karti ta’ kreditu, mogħti għal għanijiet bħal negozju, konsolidar, edukazzjoni, etċ. Self ieħor lil households fl-Appendiċi 1 li jirreferi għal ammonti dovuti, għandu l-istess tifsira kif iddefinit f’Parti 2 tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) u jinkludi self revolving u overdrafts u dejn tal-karti ta’ kreditu. |
50. |
Għal rati tal-imgħax tal-MFI fuq ammonti dovuti, is-self għall-konsum, is-self lil households għal xiri ta’ djar u self ieħor lil households għal għanijiet oħra, flimkien ikopru s-self mogħti lil households minn istituzzjonijiet ta’ kreditu residenti u dawk oħrajn, inkluż is-self revolving u overdrafts u d-dejn tal-karti ta’ kreditu (kemm ta’ konvenjenza kif ukoll dak estiż). |
51. |
Għal rati tal-imgħax tal-MFI fuq negozju ġdid, id-dejn estiż tal-karti ta’ kreditu, is-self revolving u overdrafts, is-self lil households għall-konsum, għax-xiri ta’ djar u għal għanijiet oħra, ikopri s-self kollu mogħti lil households minn istituzzjonijiet ta’ kreditu residenti u dawk oħrajn. Id-dejn tal-karti ta’ kreditu ta’ konvenjenza m’huwiex irrappurtat separatament f’negozju ġdid tar-rati tal-imgħax tal-MFI, imma jiddaħħal bħala parti mill-partiti korrispondenti tal-ammont dovut. |
XIV. Klassifikazzjoni skont il-kategoriji tal-ammont
52. |
Għal self ieħor lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji, jiġifieri l-indikaturi 37 sa 54 u 62 sa 85 fl-Appendiċi 2, tliet kategoriji ta’ ammonti jiddistingwixxu rwieħhom: (a) “sa u tinkludi EUR 0,25 miljun”; (b) “aktar minn EUR 0,25 miljun u tinkludi EUR 1 miljun”; u (c) “aktar minn EUR 1 miljun”. L-ammont jirreferi għat-tranżazzjoni ta’ self wieħed meqjus bħala negozju ġdid, aktar milli għan-negozju kollu bejn il-korporazzjoni mhux finanzjarja u l-aġent tar-rappurtar. |
XV. Klassifikazzjoni skont il-maturita' oriġinali, perijodu ta’ notifika jew fissazzjoni tar-rata inizjali
53. |
Skont it-tip ta’ strument u jekk MFI interest rate tirreferi għal ammonti dovuti jew għal negozju ġdid, l-istatistika tipprovdi klassifikazzjoni skont il-Maturità oriġinali, il-perijodu ta’ notifika u/jew perijodu inizjali tal-fissazzjoni tar-rata. Dawn il-klassifikazzjonijiet jirreferu għall-kategoriji tal-ħin jew firxiet, per eżempju rata ta’ imgħax fuq depożitu b’Maturità miftiehma sa sentejn tirreferi għal rata medja tul id-depożiti kollha b’Maturità oriġinali miftiehma bejn jumejn u massimu ta’ sentejn, ippeżati bid-daqs tad-depożitu. |
54. |
Il-klassifikazzjoni skont il-Maturità oriġinali u l-perijodu ta’ notifika jsegwu d-definizzjonijiet stabbiliti f’Parti 2 tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32). Il-klassifikazzjoni skont il-Maturità oriġinali hija applikata għall-kategoriji kollha ta’ depożiti minbarra r-repos li jirreferu għall-ammonti dovuti u l-kategoriji kollha ta’ self li jirreferu għall-ammonti dovuti kif stabbiliti fl-Appendiċi 1. Klassifikazzjoni skont il-Maturità oriġinali hija applikata wkoll għal negozju ġdid fuq depożiti b’Maturità miftiehma, u klassifikazzjoni skont il-perijodu ta’ notifika għal negozju ġdid fuq depożiti li jinfdew b’notifika kif stabbilit fl-Appendiċi 2. Data separata fuq self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji b’perijodu inizjali ta’ fissazzjoni tar-rati tal-imgħax sa sena flimkien ma’ Maturità oriġinali ta’ aktar minn sena, hija rrappurtata għal kull wieħed mid-daqs tal-kategorija tas-self imsemmija fil-paragrafu 52, kif stabbilit fl-Appendiċi 2. |
55. |
Ir-rati tal-imgħax tas-self fuq negozju ġdid fl-Appendiċi 2 huma kklassifikati skont il-perijodu inizjali tal-fissazzjoni tar-rati tal-imgħax li jinsab fil-kuntratt. Għall-fini tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, il-perijodu inizjali tal-fissazzjoni huwa ddefinit bħala perijodu ta’ żmien iddeterminat minn qabel fil-bidu ta’ kuntratt li matulu l-valur tar-rata tal-imgħax ma jinbidilx. Il-perijodu inizjali tal-fissazzjoni jista’ jkun iqsar mill- jew daqs il-Maturità oriġinali tas-self. Il-valur tar-rata tal-imgħax jitqies biss li ma jinbidilx jekk huwa ddefinit bħala livell eżatt, per eżempju daqs 10 %, jew bħala divrenzjali (differential) għal rata ta’ referenza f’ċertu ħin fiss, per eżempju bħala EURIBOR ta’ 6-xhur miżjuda ma’ 2 punti perċentwali f’ċertu jum u ħin iddeterminat minn qabel. Jekk fil-bidu tal-kuntratt tinftiehem proċedura biex tiġi kkalkulata r-rata tas-self bejn il-households jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja u l-aġent tar-rappurtar għal ċertu perijodu ta’ ħin, per eżempju EURIBOR ta’ 6-xhur miżjuda ma’ 2 punti perċentwali għal tliet snin, din ma titqisx fissazzjoni tar-rata inizjali billi l-valur tar-rata tal-imgħax jista’ jinbidel matul dawn it-tliet snin. L-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI dwar negozju ġdid ta’ self tirrifletti biss ir-rata tal-imgħax li tinftiehem għall-perijodu inizjali tal-fissazzjoni fil-bidu tal-kuntratt jew wara n-negozjar mill-ġdid tas-self. Jekk wara dan il-perijodu inizjali ta’ fissazzjoni, ir-rata tal-imgħax tinbidel awtomatikament għal rata floating, dan ma jiġix rifless fir-rati tal-imgħax tal-MFI dwar negozju ġdid imma biss f’dawk l-ammonti dovuti. |
56. |
Il-perijodi li ġejjin tal-fissazzjoni tar-rata inizjali huma distingwibbli għas-self lil households: Għal self lil households għall-konsum u għanijiet oħra:
Għal self lil households għal xiri ta’ djar:
|
57. |
Il-perijodi li ġejjin tal-fissazzjoni tar-rata inizjali huma distingwibbli għas-self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji sa EUR 0,25 miljun, ta’ aktar minn EUR 0,25 miljun u sa EUR 1 miljun u ta’ aktar EUR 1 miljun:
|
58. |
Għall-fini tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, “floating rate” hija ddefinita bħala r-rata tal-imgħax li hija suġġetta għal reviżjonijiet ta’ imgħax fuq bażi kontinwa (e.ż. kuljum) jew fid-diskrezzjoni tal-MFI. |
XVI. Klassifikazzjoni skont self iggarantit
59. |
Self lil households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji iggarantiti huma rrappurtati addizzjonalment u separatament għall-kategoriji kollha ta’ negozju ġdid tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, ħlief għad-dejn tal-karti ta’ kreditu, self revolving u overdrafts, u self għal għanijiet oħra. |
60. |
Għall-fini tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, il-klassifikazzjoni ta’ self skont il-garanziji tinkludi l-ammont totali ta’ self ta’ negozju ġdid li huwa ggarantit bl-użu tat-teknika “protezzjoni ta” kreditu ffinanzjat’ kif iddefinita fl-Artikolu 4(31) u l-Annes VIII, Parti 1, Taqsimiet 6-25 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u s-segwitu tan-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ifformulata mill-ġdidt) (6) u/jew iggarantit bl-użu tat-teknika “protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjat” kif iddefinit fl-Artikolu 4(32) u l-Anness VIII, Parti 1 Taqsimiet 26-29 tad-Direttiva 2006/48/KE, f’manjiera li l-valur tal-garanzija jkun ogħla minn jew daqs l-ammont totali tas-self. Jekk l-MFI tapplika sistema differenti mill-“metodu standardizzat” kif iddefinit fid-Direttiva 2006/48/KE għal finijiet superviżorji, tista’ tapplika wkoll l-istess trattament fir-rappurtar tas-self inkluż taħt din il-klassifikazzjoni. |
61. |
Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi fir-rigward tar-rappurtar ta’ kemm ir-rati tal-imgħax applikati għal u l-volumi ta’ negozju ta’ self iggarantit lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji, l-indikaturi 62 sa 85, jekk il-volum ta’ negozju aggregat nazzjonali tal-partita korrispondenti (l-indikaturi 37 sa 54) li jkopri s-self kollu (iggarantit jew mhux iggarantit), għad-daqs korrispondenti tas-self u l-kategorija tal-perijodu inizjali tal-fissazzjoni, jirrappreżenta anqas minn 10 % tal-volumi ta’ negozju aggregati nazzjonali għall-kategorija tad-daqs totali, u anqas minn 2 % tal-volumi ta’ negozju għall-istess daqs u l-kategorija tal-perijodu inizjali tal-fissazzjoni fuq il-livell taż-żona tal-euro. Jekk jingħataw id-derogi, dawn il-limiti massimi/minimi għandhom jiġu ċċekkjati fuq bażi annwali. |
PARTI 5
OBBLIGI TA’ RAPPURTAR
62. |
Sabiex jiġu dedotti l-aggregati li jirreferu għall-Istati Membri parteċipanti, jiġu applikati tliet livelli ta’ aggregazzjoni għal kull waħda mill-kateoriji ta’ strumenti mniżżla fl-Appendiċi 1 u 2. |
XVII. Informazzjoni statistika fil-livell tal-aġenti ta’ rappurtar
63. |
L-ewwel livell ta’ aggregazzjoni isir mill-aġenti tar-raġppurtar kif iddefinit fil-paragrafi 64 sa 69. Madankollu, il-BĊNi jistgħu jsaqsu wkoll lill-aġenti tar-rappurtar biex jagħtu data fuq il-livell ta’ depożiti u self individwali. Id-data hija rrappurtata lill-BĊN tal-Istat Membru parteċipanti li fih l-aġent tar-rappurtar huwa residenti. |
64. |
Jekk ir-rati tal-imgħax fuq ammonti dovuti, jiġifieri l-indikaturi 1 sa 14 fl-Appendiċi 1, huma kkumpilati bħala snapshot ta’ osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar, allura l-aġenti tar-rappurtar jagħtu rata medja tal-imgħax ippeżata li tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar għal kull kategorija ta’ strumenti. |
65. |
Jekk ir-rati tal-imgħax fuq ammonti dovuti, jiġifieri l-indikaturi 1 sa 14 fl-Appendiċi 1, huma kkumpilati bħala rati impliċiti li jirreferu għall-medja tax-xahar, l-aġenti tar-rappurtar jagħtu l-imgħax akkumulat pagabbli jew riċevibbli matul ix-xahar u l-istokk medju ta’ depożiti u self matul l-istess xahar għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti. |
66. |
Jekk ir-rati tal-imgħax fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn estiż tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts, jiġifieri l-indikaturi 1, 5, 6, 7, 12, 23, 32 u 36 fl-Appendiċi 2, huma kkumpilati bħala snapshot tal-osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar, allura l-aġenti tar-rappurtar jagħtu rata medja ta’ imgħax ippeżata li tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti. |
67. |
Jekk ir-rati tal-imgħax fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn estiż tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts, jiġifieri l-indikaturi 1, 5, 6, 7, 12, 23, 32 u 36 fl-Appendiċi 2, huma kkumpilati bħala rati impliċiti li jirreferu għall-medja tax-xahar, allura l-aġenti tar-rappurtar jagħtu l-imgħax akkumulat pagabbli jew riċevibbli matul ix-xahar u l-istokk medju ta’ depożiti u self matul l-istess xahar għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti. |
68. |
Għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti dwar negozju ġdid, jiġifieri l-indikaturi 2 sa 4, 8 sa 11, 13 sa 22, 30 sa 31, 33 sa 35 u 37 sa 85 fl-Appendiċi 2, l-aġenti tar-rappurtar jagħtu rata medja ta’ imgħax ippeżata. Barra minn dan, l-aġenti tar-rappurtar jipprovdu l-ammont ta’ negozju ġdid imwettaq f’kull kategorija ta’ strumenti matul ix-xahar għal kull wieħed mill-indikaturi 2 sa 4, 8 sa 11, 13 sa 22, 33 sa 35 u 37 sa 85 fl-Appendiċi 2. |
69. |
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk oħrajn li jitħallew minn BĊN jirrappurtaw l-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI flimkien bħala grupp, jitqiesu bħala aġent wieħed ta’ rappurtar, u jagħtu d-data msemmija fil-paragrafi 64 sa 66 li jirreferu għall-grupp bħala unita' sħiħa. Barra minn dan, dawn l-aġenti tar-rappurtar kull sena jagħtu n-numru ta’ istituzzjonijiet ta’ rappurtar ġewwa l-grupp u d-differenza tar-rati tal-imgħax tul dawn l-istituzzjonijiet għal kull kategorija ta’ strumenti. In-numru tal-istituzzjonijiet li jirrappurtaw ġewwa l-grupp u d-differenza jirreferu għax-xahar t’Ottubru u huma trasmessi mad-data t’Ottubru. |
XVIII. Rati medja nazzjonali tal-imgħax ippeżati
70. |
It-tieni livell ta’ aggregazzjoni jitwettaq mill-BĊNi. Huma jaggregaw ir-rati tal-imgħax u l-ammonti relatati tan-negozju għall-aġenti kollha nazzjonali ta’ rappurtar tagħhom għal rata medja nazzjonali tal-imgħax ippeżata għal kull kategorija ta’ strumenti. Id-data hija rrappurtata lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). |
71. |
Għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti dwar ammonti dovuti, jiġifieri l-indikaturi 1 sa 14 fl-Appendiċi 1, il-BĊNi jipprovdu rata medja nazzjonali ta’ imgħax ippeżata. |
72. |
Għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti dwar negozju ġdid, jiġifieri l-indikaturi 1 sa 23 u 30 sa 85 fl-Appendiċi 2, il-BĊNi jagħtu rata medja nazzjonali ta’ imgħax ippeżata. Barra minn dan, il-BĊNi jagħtu għal kull wieħed mill-indikaturi 2 sa 4, 8 sa 23, 33 sa 35 u 37 sa 85 fl-Appendiċi 2, l-ammont ta’ negozju ġdid imwettaq fuq livell nazzjonali f’kull kategorija ta’ strumenti matul ix-xahar ta’ referenza. Dawn l-ammonti ta’ negozju ġdid jirreferu għat-total tal-popolazzjoni , jiġifieri l-popolazzjoni ta’ rappurtar potenzjali sħiħa. Għalhekk, jekk jintgħażel il-metodu tal-kampjuni biex jintgħażlu l-aġenti tar-rappurtar, jintużaw fatturi t’espansjoni fuq livell nazzjonali biex jiġi dedott it-total tal-popolazzjoni (7)Il-fatturi t’espansjoni huma l-kuntrarju tal-għażla tal-probabbiltajiet πi, jiġifieri 1/πi. L-ammont ta’ negozju ġdid, kif stmat, għat-total tal-popolazzjoni, Ŷ, imbagħad jiġi kkalkulat permezz tal-formula ġenerika li ġejja:
fejn:
|
73. |
Il-BĊNi jipprovdu r-rati tal-imgħax tal-MFI dwar ammonti dovuti u negozju ġdid lill-BĊE b’dettal ta’ erba’ postijiet deċimali. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal kull deċiżjoni meħuda mill-BĊNi fuq il-livell ta’ dettal li bih huma jixtiequ jiġbru d-data. Ir-riżultati ppubblikati ma jinkludux aktar minn żewġ postijiet deċimali. |
74. |
Il-BĊNi jiddokumentaw kull (bidliet fi) ftehim regolatorji li jaffettwaw l-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI fin-noti metodoloġiċi li jingħataw ma-data nazzjonali. |
75. |
Il-BĊNi li jagħżlu l-metodu tal-kampjuni għall-għażla tal-aġenti ta’ rappurtar, jagħtu stima tal-iżbalji fosti l-kampjuni għall-kampjun inizjali. Stima ġdida tingħata wara kull manteniment tal-kampjun. |
XIX. Riżultati aggregati għall-Istati Membri parteċipanti
76. |
Il-livell finali ta’ aggregazzjoni tal-kategoriji ta’ strumenti għal kull Stat Membru parteċipanti għal-livell tal-Istati Membri kollha parteċipanti jitwettaq mill-BĊE. |
PARTI 6
TRATTAMENT TA’ PRODOTTI SPEĊIFIĊI
77. |
It-trattament tal-prodotti ddefiniti fil-paragrafi li ġejjin 78 sa 86 jintuża bħala referenza għall-prodotti b’karatteristiċi simili. |
78. |
Depożitu jew self step-up (step-down) huwa depożitu jew self b’Maturità fissa li għalih tiġi applikata rata ta’ imgħax li tiżdied (titnaqqas) minn sena għal sena b’numru ffissat minn qabel ta’ punti perċentwali. Depożiti u self step-up (step-down) huma strumenti b’rati fissi ta’ imgħax fuq il-Maturità sħiħa. Ir-rata tal-imgħax għall-Maturità sħiħa tad-depożitu jew self u t-termini u l-kundizzjonijiet l-oħra huma miftiehma minn qabel fil-ħin t0 meta l-kuntratt huwa ffirmat. Eżempju ta’ depożitu step-up huwa depożitu b’Maturità miftiehma ta’ erba’ snin, li jirċievi imgħax ta’ 5 % fl-ewwel sena, 7 % it-tieni sena, 9 % it-tielet u 13 % fir-raba’. L-fuq negozju ġdid, li hija koperta fil-ħin t0 fl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, hija l-medja ġeometrika tal-fatturi “1 + rata tal-imgħax”. Skont il-paragrafu 3, il-BĊNi jistgħu jitolbu lill-aġenti tar-rappurtar biex jimplimentaw l-NDER għal dan it-tip ta’ prodott. L-AAR fuq ammonti dovuti tli hija koperta mill-ħin t0 sa t3 hija r-rata applikata mill-aġent tar-rappurtar fil-ħin tal-kalkolu tar-rata tal-imgħax tal-MFI, jiġifieri bl-użu tal-eżempju ta’ depożitu b’Maturità miftiehma ta’ erba’ snin 5 % fil-ħin t0, 7 % fil-ħin t1, 9 % fil-ħin t2 u 13 % fil-ħin t3. |
79. |
Għall-finijiet tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, is-self meħud bħala parti minn “linji ta’ kreditu” għandu l-istess tifsira kif iddefinit fi u huwa kklassifikat fir-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32). Huma biss ammonti dovuti, jiġifieri ammonti miġbuda u li jkunu għadhom ma tħallsux lura fil-kuntest ta’ linja ta’ kreditu, li huma koperti bħala negozju ġdid u riflessi fl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI skont il-paragrafu 17. Ammonti disponibbli permezz ta’ linja ta’ kreditu li jkunu għadhom ma nġibdux jew li jkunu tħallsu lura diġa' ma jitqisux, kemm jekk huma negozju ġdid jew ammonti dovuti. |
80. |
“Kuntratt umbrella” jippermetti lill-konsumatur jiġbed self minn diversi tipi ta’ kontijiet ta’ self sa ċertu ammont massimu li japplika għall-kontijiet ta’ self flimkien. Fil-ħin tal-ftehim dwar kuntratt umbrella, il-forma li s-self jieħu u/jew id-data li fiha s-self jinġibed u/jew ir-rata tal-imgħax, m’humiex speċifikati, imma tista’ tinftiehem firxa ta’ possibbiltajiet. Dan il-kuntratt umbrella m’huwiex kopert bl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI. Madankollu, malli jinġibed self miftiehem taħt kuntratt umbrella, huwa kopert taħt il-partita korrispondenti fl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, kemm f’negozju ġdid u ammonti dovuti. |
81. |
Jistgħu jeżistu depożiti ta' tfaddil b' rata ta’ imgħax bażika flimkien ma’ rigal (premium) kontra l-infedelta' u/jew rigal ta’ tkabbir. Fil-ħin li jsir id-depożitu, m’huwiex ċert jekk ir-rigal jitħallasx jew le. Il-ħlas jiddependi fuq l-attitudni futura u mhix magħrufa tal-households jew tal-korporazzjoni mhux finanzjarja. Bħala konvenzjoni, dawn ir-rigali kontra l-infedelta' jew rigali ta’ tkabbir m’humiex inklużi fl-AAR fuq negozju ġdid. L-AAR fuq ammonti dovuti tkopri dejjem ir-rati applikati mill-aġent tar-rappurtar fil-ħin tal-kalkolu tar-rati tal-imgħax tal-MFI. Għaldaqstant, jekk dan ir-rigal kontra l-infedelta' jew rigal ta’ tkabbir jingħata mill-aġent tar-rappurtar, dan huwa rifless fl-istatistika dwar ammonti dovuti. |
82. |
Is-self jista’ jiġi offrut lil households jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji b’ kuntratti ta’ derivattivi assoċjati, jiġifieri swap/cap/floor tar-rati tal-imgħax etċ. Bħala konvenzjoni, dawn il-kuntratti ta’ derivattivi assoċjati m’għandhomx jiddaħħlu fl-AAR fuq negozju ġdid. L-AAR fuq ammonti dovuti tkopri dejjem ir-rati applikati mill-aġent tar-rappurtar fil-ħin tal-kalkolu tar-rati tal-imgħax tal-MFI. Għaldaqstant, jekk dan il-kuntratt ta’ derivattivi huwa eżerċitat u l-aġent tar-rappurtar jaġġusta r-rata tal-imgħax imposta fuq il-households jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja, dan huwa rifless fl-istatistika dwar ammonti dovuti. |
83. |
Id-depożiti jistgħu jiġu offruti jkopru żewġ komponenti: depożitu b’Maturità miftiehma li għalih tiġi applikata rata fissa ta’ imgħax, u derivattiv infilzat (embedded derivative) bi dħul li huwa marbut mal-andament ta’ indiċi ddefinit ta’ borża jew ma’ rata tal-kambju bilaterali, suġġett għal dħul minimu ggarantit ta’ 0 %. Il-Maturità taż-żewġ komponenti tista’ tkun l-istess jew tista’ tvarja. L-AAR fuq negozju ġdid tkopri r-rata tal-imgħax għad-depożitu bil-Maturità miftiehma, billi hija tirrifetti l-ftehim bejn id-depożitant u l-aġent tar-rappurtar u hija magħrufa meta jitqiegħdu l-flus. Id-dħul fuq il-komponent l-ieħor tad-depożitu, marbut mal-andament tal-indiċi ta’ borża jew ma’ rata tal-kambju bilaterali, huwa magħruf biss ex post meta l-prodott jimmatura u għalhekk ma jkunx jista’ jiġi kopert bir-rata tan-negozju ġdid. Għaldaqstant, huwa kopert biss id-dħul minimu ggarantit (is-soltu 0 %). L-AAR fuq ammonti dovuti tkopri dejjem ir-rata tal-imgħax applikata mill-aġent tar-rappurtar fil-ħin tal-kalkolu tar-rati tal-imgħax tal-MFI. Sal-jum tal-Maturità, ir-rata fuq id-depożitu b’Maturità miftiehma tinqabad kif ukoll id-dħul minimu ggarantit fuq id-depożitu li jinkludi d-derivattiv infilzat. Huwa biss fiż-żmien tal-Maturità li r-rati tal-imgħax tal-MFI fuq ammonti dovuti jirriflettu l-AAR li jitħallas mill-aġent tar-rappurtar. |
84. |
Id-depożiti b’Maturità ta’ aktar minn sentejn kif iddefinit f’Parti 2 tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) jistgħu jinkludu kontijiet ta’ tfaddil għall-pensjoni. Il-parti prinċipali ta’ kontijiet ta’ tfaddil għall-pensjoni jistgħu jitqiegħdu f’titoli u mbagħad ir-rata tal-imgħax fuq il-kontijiet tiddependi fuq id-dħul (yield) ta’ dawk it-titoli. Il-parti li jifdal tal-kontijiet ta’ tfaddil għall-pensjoni tista’ tinżamm fi flus kontanti u r-rata tal-imgħax tiġi ddeterminata mill-istituzzjoni ta’ kreditu jew dik oħra bl-istess mod kif jiġri għal depożiti oħra. Fil-ħin meta jsir id-depożitu, id-dħul totali lill-households mill-kontijiet ta’ tfaddil għall-pensjoni ma jkunx magħruf u jista’ jkun ukoll negattiv. Barra minn dan, fil-ħin li jsir id-depożitu, tinftiehem rata tal-imgħax bejn il-households u l-istituzzjoni ta’ kreditu jew dik oħra, li tapplika biss għall-parti tad-depożitu; din ma tapplikax għall-parti investita f’titoli. Għaldaqstant, hija biss il-parti tad-depożitu li m’hijiex investita f’titoli li hija koperta bl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI. L-AAR fuq negozju ġdid li hija rrappurtata hija r-rata miftiehma bejn il-households u l-aġent tar-rappurtar għall-parti tad-depożitu fil-ħin li jsir id-depożitu. L-AAR fuq ammonti dovuti hija r-rata applikata mill-aġent tar-rappurtar għall-parti tad-depożitu tal-kontijiet ta’ tfaddil għall-pensjoni fil-ħin tal-kalkolu tar-rata tal-imgħax tal-MFI. |
85. |
Pjanijiet ta’ tfaddil għal xiri ta’ djar huma skemi ta’ tfaddil fuq żmien twil li jistgħu jagħtu dħul baxx imma, wara ċertu perijodu ta’ tfaddil, jagħtu lill-households jew lill-korporazzjoni mhux finanzjarja d-dritt għal self fuq id-djar b’rata skontata. Skont Parti 2 tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32), dawn il-pjanijiet ta’ tfaddil huma kklassifikati bħala depożiti b'Maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn sakemm jintużaw bħala depożiti. Hekk kif dawn jinbidlu f’self, jiġu kklassifikati bħala self lil households għal xiri ta’ djar. L-aġenti tar-rappurtar jirrappurtaw bħala negozju ta’ depożitu ġdid ir-rata tal-imgħax li tinftiehem fil-ħin li jsir id-depożitu inizjali. L-ammont korrispondenti ta’ negozju ġdid huwa l-ammont ta’ flus li jkunu tpoġġew. Iż-żieda ta’ dan l-ammont fuq id-depożitu matul iż-żmien hija koperta biss bl-ammonti dovuti. Fil-ħin meta d-depożitu jinbidel f’self, dan is-self ġdid huwa rreġistrat bħala negozju ta’ self ġdid. Ir-rata tal-imgħax hija r-rata skontata li tiġi offruta mill-aġent tar-rappurtar. Il-piż huwa l-ammont totali tas-self li jingħata lill-households jew lill-korporazzjoni mhux finanzjarja. |
86. |
Skont Parti 2 tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32), id-depożiti li jsiru skont il-pjan Franċiż irregolat tad-djar “plan d'épargne-logement” (PEL) huma kklassifikati bħala depożiti b’Maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn. Il-gvern jirregola l-kundizzjonijiet li jiggvernaw dawn il-PELs u jiffissa r-rata tal-imgħax, li tibqa’ l-istess matul il-perijodu sħiħ ta’ Maturità tad-depożitu, jiġifieri kull “ġenerazzjoni” ta’ PELs għandha l-istess rata ta’ imgħax. Il-PELs jinżammu għal ta’ lanqas erba’ snin u kull sena l-konsumatur jiddepożita ammont minimu ffissat minn qabel, imma jitħalla jżid il-ħlasijiet f’kull ħin matul iż-żmien tal-iskema. L-aġenti tar-rappurtar jirrappurtaw d-depożitu inizjali bħala negozju ġdid fil-ftuħ ta’ PEL ġdid. L-ammont ta’ flus li jitqiegħed għall-bidu fil-PEL jista’ jkun baxx ħafna, li jfisser li l-“piż” mogħti lir-rata ta’ negozju ġdid ikun ukoll relattivament baxx. Dan il-metodu jiżgura li r-rata ta’ negozju ġdid tirrifletti dejjem il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ġenerazzjoni ta’ bħalissa ta’ PELs. It-tibdiliet fir-rata tal-imgħax applikata għall-PELs ġodda huma riflessi fir-rata l-ġdida tan-negozju. Ir-reazzjoni tal-konsumaturi f’termini ta’ shift fil-portafoll minn depożiti oħra fuq żmien twil għal PELs li kienu jeżistu qabel, m’hijiex riflessa fir-rati l-ġodda tan-negozju imma biss fir-rati fuq ammonti dovuti. Fl-aħħar tal-perijodu ta’ erba’ snin, il-konsumatur jista’ jew isaqsi għal self b’rata mraħħsa jew iġedded il-kuntratt. Billi dan it-tiġdid tal-PEL huwa mwettaq awtomatikament mingħajr l-ebda involviment attiv tal-konsumatur, u billi t-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt inkluża r-rata tal-imgħax m’humiex innegozjati, skont il-paragrafu 21 dan it-tiġdid m’huwiex meqjus bħala negozju ġdid. Malli jġedded il-kuntratt, il-konsumatur jitħallas jagħmel depożiti addizzjonali, bil-kundizzjoni li l-ammont dovut ma jaqbiżx limitu massimu ddefinit u l-kuntratt ma jaqbiżx numru massimu ddefinit ta’ snin ta’ Maturità. Jekk jintlaħqu l-limitu massimu jew il-Maturità massima, il-kuntratt jeħel. Il-households jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja żżomm id-drittijiet ta’ self u xorta tingħata imgħax skont il-kundizzjonijiet li japplikaw dak iż-żmien tal-ftuħ tal-PEL sakemm il-flus jitħallew fil-ktieb tal-bank. Il-gvern jagħti sussidju f’termini ta’ ħlas ta’ imgħax flimkien mar-rata tal-imgħax offruta mill-istituzzjoni ta’ kreditu jew dik oħra. Konformi mal-paragrafu 6, hija dik il-parti mill-ħlas tal-imgħax li hija offruta mill-istituzzjoni ta’ kreditu jew dik oħra li tinqabad fl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI. Is-sussidju tal-gvern, li huwa mħallas imma mhux mill-istituzzjoni ta’ kreditu jew dik oħra, huwa injorat. |
Appendiċi 1
Kategoriji ta’ strumenti għal rati tal-imgħax fuq ammonti dovuti
AAR jew NDER hija rrappurtata kull xahar għal kull waħda mill-kategoriji inklużi fit-Tabella 1.
Tabella 1
|
Settur |
Tip ta’ strument |
Maturità oriġinali, perijodu ta’ notifika, perijodu inizjali ta’ fissazzjoni tar-rata tal-imgħax |
Indikatur tal-ammont dovut |
Obbligu ta’ rappurtar |
Depożiti f’EUR |
Minn households |
B’Maturità miftiehma |
Sa sentejn |
1 |
AAR |
Aktar minn sentejn |
2 |
AAR |
|||
Minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
B’Maturità miftiehma |
Sa sentejn |
3 |
AAR |
|
Aktar minn sentejn |
4 |
AAR |
|||
Repos |
5 |
AAR |
|||
Self f’EUR |
Lil households |
Għal xiri ta’ djar |
Sa sena |
6 |
AAR |
Aktar minn sena u sa ħames snin |
7 |
AAR |
|||
Aktar minn ħames snin |
8 |
AAR |
|||
Għal konsum u għanijiet oħra |
Sa sena |
9 |
AAR |
||
Aktar minn sena u sa ħames snin |
10 |
AAR |
|||
Aktar minn ħames snin |
11 |
AAR |
|||
Lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
Sa sena |
12 |
AAR |
||
Aktar minn sena u sa ħames snin |
13 |
AAR |
|||
Aktar minn ħames snin |
14 |
AAR |
Appendiċi 2
Kategoriji ta’ strumenti għal rati tal-imgħax fuq negozju ġdid
AAR jew NDER hija rrappurtata kull xahar għall-kategoriji nklużi fit-Tabelli 2, 3, 4 u 5. Ir-rappurtar tal-AAR huwa akkumpanjat bl-ammont ta’ negozju relatat jekk indikat fit-tabelli bil-kelma “ammont”.
Il-kategoriji ġewwa t-Tabelli 2 (ħlief l-indikaturi 33 sa 35), 3 u 5 huma esklussivi reċiprokament ġewwa kull tabella. Għalhekk, self irrappurtat taħt kwalunkwe indikatur fit-Tabella 2 (ħlief l-indikaturi 33 sa 35) u/jew fit-Tabelli 3 u/jew Tabella 5 ma jerġax jiġi rrappurtat taħt l-ebda indikatur ieħor fl-istess tabella, ħlief għal self irrappurtat fl-indikaturi 33 sa 35, li għandu jkun irrappurtat ukoll taħt l-indikaturi 20 sa 22. Is-self kollu rrappurtat taħt xi kategorija fit-Tabella 3 għandu jidher ukoll fil-kategorija korrispondenti tat-Tabella 2. Fir-rigward tal-indikaturi fit-Tabella 4, dawn huma sub-indikaturi tat-Tabella 2, u, jekk iggarantiti, tat-Tabella 3; għalhekk kull self irrappurtat taħt it-Tabella 4 għandu jidher ukoll fit-Tabella 2 jew 3 kif jixraq.
It-Tabella 5 tirreferi biss għall-APRC. Self imniżżel fit-Tabella 5 għandu jitniżżel ukoll fit-Tabelli 2, 3 u 4 kif jixaq, u titqies il-metodoloġija differenti tal-APRC kif inhu inkluż fil-paragrafu 9.
Il-kunċett ta’ negozju ġdid huwa estiż għall-istokk sħiħ, jiġifieri għall-ammonti dovuti fil-każ ta’ depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, self revolving u overdrafts u dejn tal-karti ta’ kreditu estiż, jiġifieri l-indikaturi 1, 5, 6, 7, 12, 23, 32, 36.
Tabella 2
|
Settur |
Tip ta’ strument |
Maturita' oriġinali, perijodu ta’ notifika, perijodu inizjali tal-fissazzjoni tar-rata tal-imgħax |
Indikatur ta’ negozju ġdid |
Obbligu ta’ rappurtar |
Depożiti f’EUR |
Minn households |
Matul il-lejl |
1 |
AAR |
|
B’Maturità miftiehma |
Maturità sa sena |
2 |
AAR, ammont |
||
Maturità ta’ aktar minn sena u sa sentejn |
3 |
AAR, ammont |
|||
Maturità ta’ aktar minn sentejn |
4 |
AAR, ammont |
|||
Mifdija b’notifika (*) |
Notifika sa tliet xhur |
5 |
AAR |
||
Notifika ta’ aktar minn tliet xhur |
6 |
AAR |
|||
Minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
Matul il-lejl |
7 |
AAR |
||
B’Maturità miftiehma |
Maturità sa sena |
8 |
AAR, ammont |
||
Maturità ta’ aktar minn sena u sa sentejn |
9 |
AAR, ammont |
|||
Maturità ta’ aktar minn sentejn |
10 |
AAR, ammont |
|||
Repos |
11 |
AAR, ammont |
|||
Self f’ EUR |
Lil households |
Self revolving u overdrafts |
12 |
AAR |
|
Dejn estiż tal-karti ta’ kreditu |
32 |
AAR |
|||
Għall- konsum |
Rata floating u perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa sena |
13 |
AAR, ammont |
||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa ħames snin |
14 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin |
15 |
AAR, ammont |
|||
Għal xiri ta’ djar |
Rata floating u perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa sena |
16 |
AAR, ammont |
||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa ħames snin |
17 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn ħames snin u sa għaxar snin |
18 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin |
19 |
AAR, ammont |
|||
Għal għanijiet oħra |
Rata floating u perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa sena |
20 |
AAR, ammont |
||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa ħmes snin |
21 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin |
22 |
AAR, ammont |
|||
Għal għanijiet oħra, li minnhom: Sole proprietors |
Rata floating u perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa sena |
33 |
AAR, ammont |
||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa ħames snin |
34 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin |
35 |
AAR, ammont |
|||
Lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
Self revolving u overdrafts |
23 |
AAR |
||
Dejn estiż tal-karti ta’ kreditu |
36 |
AAR |
|||
Self sa EUR 0,25 mn |
Rata floating u perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa 3 xhur |
37 |
AAR, ammont |
||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena |
38 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 3 snin |
39 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin |
40 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin |
41 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin |
42 |
AAR, ammont |
|||
Self ta’ aktar minn EUR 0,25 mn u sa EUR 1 mn |
Rata floating u perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa 3 xhur |
43 |
AAR, ammont |
||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena |
44 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 3 snin |
45 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin |
46 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin |
47 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin |
48 |
AAR, ammont |
|||
Self ’il fuq minn EUR 1 mn |
Rata floating u perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa 3 xhur |
49 |
AAR, ammont |
||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena |
50 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 3 snin |
51 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin |
52 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin |
53 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin |
54 |
AAR, ammont |
Tabella 3
Self ta’ negozju ġdid b’garanziji
|
Settur |
Tip ta’ strument |
Perijodu inizjali tal-fissazzjoni tar-rata tal-imgħax |
Indikatur ta’ negozju ġdid |
Obbligu ta’ rappurtar |
Self f’EUR |
Lil households |
Għall- konsum |
Rata floating u perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa sena |
55 |
AAR, ammont |
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 5 snin |
56 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin |
57 |
AAR, ammont |
|||
Għal xiri ta’ djar |
Rata floating u perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa sena |
58 |
AAR, ammont |
||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 5 snin |
59 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin |
60 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin |
61 |
AAR, ammont |
|||
Lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
Self sa EUR 0,25 mn |
Rata floating u perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa tliet xhur |
62 |
AAR, ammont |
|
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena |
63 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 3 snin |
64 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin |
65 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin |
66 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin |
67 |
AAR, ammont |
|||
Self ’il fuq minn EUR 0,25 mn u sa EUR 1 mn |
Rata floating u perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa tliet xhur |
68 |
AAR, ammont |
||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena |
69 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa tliet snin |
70 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin |
71 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin |
72 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin |
73 |
AAR, ammont |
|||
Self ’il fuq minn EUR 1 mn |
Rata floating u perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa tliet xhur |
74 |
AAR, ammont |
||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena |
75 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa tliet snin |
76 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin |
77 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin |
78 |
AAR, ammont |
|||
Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin |
79 |
AAR, ammont |
Tabella 4
Self ta’ negozju ġdid lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji b’perijodu ta’ fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ anqas minn sena u ta’ Maturità oriġinali ta’ aktar minn sena
|
Settur |
Tip ta’ strument |
Is-self kollu / is-self iggarantit skont il-maturita' oriġinali |
Indikatur ta’ negozju ġdid |
Obbligu ta’ rappurtar |
Self f’ EUR |
Lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
Self sa ammont ta’ EUR 0,25 mn |
Rata floating u sa perijodu ta’ sena ta’ fissazzjoni tar-rata inizjali, b’Maturità oriġinali ta’ aktar minn sena |
80 |
AAR, ammont |
Rata floating u sa perijodu ta’ sena ta’ fissazzjoni tar-rata inizjali, b’Maturità oriġinali ta’ aktar minn sena, self iggarantit biss |
81 |
AAR, ammont |
|||
Self ta’ aktar minn EUR 0,25 mn u sa EUR 1 mn |
Rata floating u sa perijodu ta’ sena ta’ fissazzjoni tar-rata inizjali, b’Maturità oriġinali ta’ aktar minn sena |
82 |
AAR, ammont |
||
Rata floating u sa perijodu ta’ sena ta’ fissazzjoni tar-rata inizjali, b’Maturità oriġinali ta’ aktar minn sena, self iggarantit biss |
83 |
AAR, ammont |
|||
Self ta’ aktar minn EUR 1 mn |
Rata floating u sa perijodu ta’ sena ta’ fissazzjoni tar-rata inizjali, b’Maturità oriġinali ta’ aktar minn sena |
84 |
AAR, ammont |
||
Rata floating u sa perijodu ta’ sena ta’ fissazzjoni tar-rata inizjali, b’Maturità oriġinali ta’ aktar minn sena, self iggarantit biss |
85 |
AAR, ammont |
Tabella 5
Self ta’ negozju ġdid lil households
|
Settur |
Tip ta’ strument |
Is-self kollu |
Indikatur ta’ negozju ġdid |
Obbligu ta’ rappurtar |
Self f’EUR |
Lil households |
Għall-konsum |
APRC |
30 |
APRC |
Għal xiri ta’ djar |
APRC |
31 |
APRC |
(1) ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66.
(2) Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi għall-kreditu tal-konsumatur u s-self lil households għal xiri ta’ djar fil-konfront ta’ istituzzjonijiet bla qligħ li jservu households.
(3) ĠU L 15, 20.1.2009, p. 14.
(4) S.14 u S.15 flimkien, kif iddefinit fis-Sistema Ewropea tal-Kontabilita' (ESA) 1995, li jinsabu fl-Anness A mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-Sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunita', ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1.
(5) S.11 kif iddefinit fis-ESA 1995.
(6) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
(7) Ma jinħtieġu l-ebda fatturi t’espansjoni għar-rati medja tal-imgħax ippeżati jekk l-istima mill-kampjun titqies li hija daqs l-istima għall-popolazzjoni ta’ rappurtar potenzjali sħiħa (e.ż. minħabba li n-negozju fl-istrument rispettiv isir mill-istituzzjonijiet fil-kampjun).
(*) Għal din il-kategorija ta’ strumenti, households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji huma miġburin flimkien u allokati lis-settur tal-households.
ANNESS III
“ANNESS IV
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI
Sakemm u inkluż ix-xahar ta’ referenza ta’ Diċembru 2010, il-paragrafu 10 tal-Anness I jaqra kif ġej:
‘Id-daqs tal-kampjun nazzjonali minimu huwa tali li:
(a) |
l-iżball fortuwitu massimu (1) għal rati tal-imgħax fuq negozju ġdid bħala medja fuq il-kategoriji kollha tal-istrumenti, ma jeċċedix 10 punti bażi f’livell ta’ kunfidenza ta’ 90 % (2); jew |
(b) |
jkopri ta’ lanqas 30 % tal-popolazzjoni ta’ rappurtar potenzjali residenti; fejn 30 % tal-popolazzjoni ta’ rappurtar potenzjali residenti huwa akbar minn 100, madankollu d-daqs tal-kampjun nazzjonali minimu jista’ jkun illimitat għal 100 aġent tar-rappurtar; jew |
(c) |
l-aġenti ta’ rappurtar fil-kampjun nazzjonali jkopru ta’ lanqas 75 % tal-istokk ta’ depożiti ddenominati fl-euro rċevuti minn, u ta’ lanqas 75 % tal-istokk ta’ self iddenominat fl-euro mogħti lil households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji residenti fl-Istati Membri parteċipanti.’ |
Sakemm u inkluż ix-xahar ta’ referenza ta’ Diċembru 2010, il-paragrafu 61 tal-Anness II jaqra kif ġej:
‘Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi fir-rigward tar-rappurtar tar-rati tal-imgħax applikati għal, u tal-volumi ta’ negozju ta’ self iggarantit lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji, indikaturi 62 sa 85, jekk:
— |
Il-volum tan-negozju aggregat nazzjonali tal-partita korrispondenti (l-indikaturi 37 sa 54) jirrappreżenta anqas minn 10 % tal-volumi tan-negozju aggregati nazzjonali tas-somma tas-self kollu fl-istess kategorija u anqas minn 2 % tal-volumi tan-negozju għad-daqs korrispondenti tal-kategorija tas-self u l-perijodu inizjali tal-fissazzjoni fil-livell taż-żona tal-euro; jew |
— |
il-volum tan-negozju aggregat nazzjonali tal-partita korrispondenti li jkopri s-self kollu (iggarantit u dak mhux iggarantit) għad-daqs korrispondenti tal-kategorija tas-self u l-perijodu inizjali tal-fissazzjoni fir-rigward tal-indikaturi fit-tabella hawn isfel (l-indikaturi tan-negozju ġdid ta’ qabel (NB) 24 sa 29 fit-Tabella 2 tal-Appendiċi 2 mal-Anness II) huwa anqas mill-EUR 100 miljun f’Diċembru 2008. |
|
Settur |
Tip ta’ strument |
Maturita' oriġinali, perijodu ta’ notifika, perijodu inizjali tal-fissazzjoni tar-rata tal-imgħax |
Indikatur ta’ negozju ġdid ta’ qabel |
Self f’EUR |
Għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
Self sa (*) ammont ta’ EUR 1 miljun |
Rata floating u fissazzjoni tar-rata inizjali sa sena |
24 |
Fissazzjoni tar-rata inizjali għal aktar minn sena u sa ħames snin |
25 |
|||
Fissazzjoni tar-rata inizjali għal aktar minn ħames snin |
26 |
|||
Self ’il fuq minn ammont ta’ EUR 1 miljun |
Rata floating u fissazzjoni tar-rata inizjali sa sena |
27 |
||
Fissazzjoni tar-rata inizjali għal aktar minn sena u sa ħames snin |
28 |
|||
Fissazzjoni tar-rata inizjali għal aktar minn ħames snin |
29 |
Jekk jingħataw derogi, il-limiti minimi u massimi hawn fuq imsemmija għandhom jiġu ċċekkjati kull sena.’ ”.
(*) “Sa” tfisser “sa u tinkludi”.
DIRETTIVI
8.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/97 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/27/KE
tas-7 ta’ April 2009
Li temenda ċerti Annessi tad-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet tekniċi li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tar-riskju
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-kumpaniji tal-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu (kif ifformulata mill-ġdid) [titlu mhux uffiċjali] (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 41 (1)(g) tagħha,
Billi:
(1) |
Sabiex jiżguraw implimentazzjoni u applikazzjoni koerenti tad-Direttiva 2006/49/KE madwar l-UE kollha, fl-2006 l-Kummissjoni u l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej waqqfu grupp ta’ ħidma (il-Grupp għat-Traspożizzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali – is-CRDTG) li kien inkarigat jiddiskuti u jsolvi kwistjonijiet li kellhom x’jaqsmu mal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva. Skont is-CRDTG, ċerti dispożizzjonijiet tekniċi inklużi fl-Annessi I, II u VII tad-Direttiva 2006/49/KE jeħtieġ li jiġu speċifikati iktar sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni konverġenti tagħhom. Barra minn hekk, ċerti dispożizzjonijiet ma jikkorrispondux ma’ prattiki għaqlin tal-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Għalhekk huwa xieraq li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu aġġustati. |
(2) |
Id-Direttiva 2006/49/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan. |
(3) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Bankarju Ewropej, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2006/49/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Anness II, il-punt 11 qed jitbiddel b’dan li ġej:
|
(3) |
Fil-Parti Ċ tal-Anness VII, il-punt 3 qed jitbiddel b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2010. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-31 ta’ Diċembru 2010.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew jinkludu din ir-referenza meta jippubblikawhom b’mod uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Il-Kummissjoni
8.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/100 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta’ April 2009
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE rigward il-ġarr tal-annimali bl-ajru, it-tranżitu tal-annimali permezz ta’ ċerti pajjiżi terzi u ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għal ċertu laħam mis-solipedi għat-tranżitu u l-ħażna ta’ ċertu laħam frisk
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2273)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/317/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistipula r-regoli tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, punt (4) tal-Artikolu 8 u t-tielet inċiż tal-punt (5) tal-Artikolu 8 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’ April 2004 li tistipula r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-tranżitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, li temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 li tfassal il-lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minn pajjiżi terzi, u li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk (3) tagħhom tistabbilixxi l-kundizzjonijiet sanitarji għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali ħajjin, minbarra l-ekwini, u l-importazzjoni tal-laħam frisk ta’ annimali ta’ din ix-xorta, inklużi l-ekwini, imma teskludi l-preparazzjonijiet tal-laħam. |
(2) |
L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 79/542/KEE jikkonċerna l-ġarr ta’ annimali ħajjin għall-importazzjoni fil-Komunità. It-trasport bl-ajru ta’ annimali ta’ din ix-xorta jippreżenta riskju għas-saħħa tal-annimali fil-Komunità, minħabba organiżmi insetti ta’ mard tal-annimali li jistgħu jkunu preżenti fil-mezz tat-trasport tal-ajru. Għalhekk huwa xieraq li jkunu previsti miżuri għal diżinfestazzjoni tal-mezzi ta’ trasport bħal dawn sabiex tiġi evitata l-introduzzjoni aċċidentali fil-Komunità ta’ organiżmi insetti potenzjalment infettati flimkien ma’ annimali importati. |
(3) |
Id-Deċiżjoni 79/542/KEE tipprovdi li annimali maħsuba għall-importazzjoni fil-Komunità jistgħu jagħmlu tranżitu biss minn pajjiżi terzi li għandhom permess jesportaw annimali tal-istess speċi lill-Komunità. Madankollu, huwa permess li jkun hemm tranżitu tal-annimali minn ċerti pajjiżi terzi li mhux permessi jesportaw annimali lill-Komunità. Tranżitu bħal dan hu permess biss jekk l-annimali jkunu maħsuba għal qatla minnufih hekk kif jilħqu d-destinazzjoni finali tagħhom fil-Komunità. Il-proċedura biex dawn il-pajjiżi terzi jkunu fil-lista ġiet stabbilita billi ġew ikkunsidrati diversi fatturi, b’mod partikolari s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali tal-pajjiż terz, il-garanziji dwar l-integrità tal-annimali waqt it-tranżitu, il-kontrolli tal-positijiet tal-ispezzjoni fil-fruntieri u fid-destinazzjoni finali. |
(4) |
Il-benessri tal-annimali u aspetti ta’ traċċabilità għandhom jiġu kkunsidrati wkoll meta wieħed iqis it-trasport tal-annimali lill-Komunità minn jew permezz ta’ pajjiżi terzi. Ir-Regoli tal-Komunità li huma attwalment fis-seħħ iwasslu għal sitwazzjoni fejn l-annimali bovini maħsuba għas-simna għandhom jinġarru fuq rotot itwal, sabiex jiġi evitat tranżitu minn ċerti pajjiżi terzi li mhumiex permessi jesportaw annimali lill-Komunità. Dan għandu impatt negattiv fuq il-benessri tal-annimali. Għalhekk huwa xieraq li tiġi estiża wkoll il-possibbiltà ta’ tranżitu minn pajjiżi terzi li mhumiex permessi jesportaw annimali lill-Komunità għall-annimali maħsuba għas-simna. |
(5) |
Barra minn hekk, huwa meħtieġ li tiġi żgurata protezzjoni adegwata għas-saħħa tal-annimali fil-Komunità meta l-annimali maħsuba għas-simna jiġu introdotti wara t-tranżitu tagħhom minn pajjiżi terzi li mhumiex permessi jesportaw annimali lill-Komunità. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti miżuri xierqa, biex jiġu applikati kemm waqt it-tranżitu u waqt id-destinazzjoni finali. Dawn il-miżuri għandhom jiżguraw l-istatus tas-saħħa tal-annimali u l-integrità tal-konsenja waqt it-trasport, u jillimataw aktar movimenti tal-annimali mill-irziezet ta’ destinazzjoni fil-Komunità. |
(6) |
L-irziezet ta’ destinazzjoni għandhom jintgħażlu b’mod speċifiku mill-veterinarju kompetenti tal-awtorità tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni. Meta jiġu magħżula rziezet ta’ din ix-xorta, l-awtorità veterinarja kompetenti għandha, b’mod partikolari, tiżgura kontroll tal-annimali matul il-perjodu mid-data tal-wasla fir-razzett sad-data tal-qatla. |
(7) |
Id-Deċiżjoni 79/542/KEE, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/752/KE (4), tinkludi referenza għall-mard innotifikat b’mod obbligatorju mniżżla fl-Anness A tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE (5) fiċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għal ċertu laħam minn solipedi domestiċi u selvaġġi. Madankollu, minħabba li l-marda Afrikana taż-żwiemel u l-glanders jistgħu jiġu trażmessi permezz tal-laħam, dawn iċ-ċertifikati għandhom jinkludu referenzi speċifiċi għal dan il-mard biss. |
(8) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza u konsistenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal “Tranżitu/Ħażna” għandu jitneħħa mill-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE u l-Anness III ta’ dik id-Deċiżjoni għandu jiġi mibdul. |
(9) |
Id-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 79/542/KEE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 6(1), huwa miżjud dan it-tieni subinċiż li ġej: “Meta l-annimali jinġarru bl-ajru, iċ-ċestun jew il-kontejner li jkunu qed jinġarru fihom u ż-żona tal-madwar għandhom jiġu sprejjati minnufih b’insettiċida xierqa qabel ma jingħalqu l-bibien tal-ajruplan u kull meta jinfetħu l-bibien tal-ajruplan sussegwentement qabel ma jaslu fid-destinazzjoni finali.” |
(2) |
L-Annessi I, II u III huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Marzu 2009.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321.
(3) ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15.
(4) ĠU L 261, 30.9.2008, p. 1.
(5) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42.
ANNESS
L-Annessi I, II u III tad-Deċiżjoni 79/542/KEE huma emendati kif ġej:
(1) |
Fil-Parti 1 tal-Anness I, fil-parti li tikkonċerna “Kundizzjonijiet Speċifiċi”, il-punt “I” hu mibdul b’dan li ġej:
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977." (2) ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19." (*) Ħassar il-pajjiż kif applikabbli." (**) Is-Serbja ma tinkludix il-Kosovo kif definit bir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999.’" |
(2) |
Il-Parti 2 tal-Anness II hi emendata kif ġej:
|
(3) |
L-Anness III għandu jinbidel b’dan li ġej: |
Corrigendum
8.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/112 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2009 tat-2 ta' April 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ endo-1,4 beta-xylanase u endo-1,4-beta-glucanase bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma, tiġieġ għat-tismin, tiġieġ li jbidu, dundjani għat-tismin u papri għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 91 tat-3 April 2009 )
F’paġna 6, fl-Anness, fil-kolonna 7 “Kontenut minimu”, l-unità “TXT” għandha tkun “TXU”.