ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
Werrej |
|
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
|
||
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009 tat-30 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-ajru uniku Ewropew ( 1 ) |
|
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
|
2009/302/KE |
|
|
* |
||
|
|
Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri |
|
|
|
2009/303/KE, Euratom |
|
|
* |
||
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
|
2009/304/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 2009 li taħtar 12-il membru tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
31.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 260/2009
tas-26 ta' Frar 2009
dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet
(Verżjoni kodifikata)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,
Wara li kkonsidra l-istrumenti li jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u tal-istrumenti li jirrigwardaw il-prodotti agrikoli pproċessati adottati taħt l-Artikolu 308 tat-Trattat, b’mod partikolari safejn u sakemm dawn jipprovdu għal deroga mill-prinċipju ġenerali li r-restrizzjonijiet jew il-miżuri kwantitattivi li jkollhom effett ekwivalenti jistgħu jiġu sostitwiti biss permezz tal-miżuri li jipprovdu l-istess strumenti,
Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3285/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 518/94 (1) ġie emendat kemm-il darba (2) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
Il-politika kummerċjali komuni għandha tkun imsejsa fuq prinċipji uniformi. |
(3) |
Il-Komunità Ewropea kkonkludiet il-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (minn hawn ’il quddiem ”WTO”). L-Anness 1A mal-Ftehim fih fost ħwejjeġ oħra l-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994) u l-Ftehim dwar is-Salvagwardja. |
(4) |
Il-Ftehim dwar is-Salvagwardja jilħaq il-ħtieġa li jikkjarifika u jirrinforza d-dixxiplini tal-GATT tal-1994, u b’mod speċifiku dawk tal-Artikolu XIX. Dan il-Ftehim jeħtieġ l-eliminazzjoni tal-miżuri tas-salvagwardja li ma jinsabux f’dawn ir-regoli, bħalma huma t-trażżin tal-esportazzjoni b’mod volontarju, l-arranġamenti tat-tqegħid fis-suq b’mod ordnat u kull xorta simili ta’ arranġamenti ta’ importazzjoni jew ta’ esportazzjoni. |
(5) |
Il-Ftehim dwar is-Salvagwardja jkopri wkoll il-prodotti tal-faħam u l-azzar. Ir-regoli komuni dwar l-importazzjonijiet, b’mod speċjali dawk dwar il-miżuri tas-salvagwardja, għalhekk japplikaw ukoll għal dawn il-prodotti mingħajr preġudizzju għal kull miżura possibbli sabiex jiġi applikat ftehim li jirrigwarda speċifikament il-prodott tal-faħam u l-azzar. |
(6) |
Il-prodotti tat-tessuti koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta’ Marzu 1994 dwar ir-regoli komuni tal-importazzjoni tal-prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi terzi mhux koperti bi ftehimijiet bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli ta' l-importazzjoni speċifika tal-Komunità i (3) huma bla ħsara għal trattament speċjali fil-livell Komunitarju u internazzjonali. Dawn għandhom għalhekk jiġu esklużi mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa mill-Istati Membri b’kull periklu maħluq mix-xejriet fl-importazzjonijiet li jistgħu jitolbu għas-sorveljanza tal-Komunità jew l-applikazzjoni tal-miżuri tas-salvagwardja. |
(8) |
F’każijiet simili l-Kummissjoni għandha teżamina t-termini u l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom jiġru l-importazzjonijiet, ix-xejra fl-importazzjonijiet, l-aspetti varji tas-sitwazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali u, fejn ikun xieraq, il-miżuri li jridu jiġu applikati. |
(9) |
Jekk tiġi applikata s-sorveljanza minn qabel tal-Komunità minn qabel, ir-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti interessati għandu jsir bla ħsara għall-wirja ta’ dokument ta’ sorveljanza li jilħaq kriterji uniformi. Dan id-dokument għandu, ma’ applikazzjoni sempliċi mill-importatur, jiġi maħruġ mill-awtoritajiet tal-Istati Membri f’perjodu taż-żmien stabbilit iżda mingħajr ma b’daqshekk jagħti d-dritt lill-importatur li jimporta. Id-dokument tas-sorveljanza għandu għalhekk ikun validu biss matul dak il-perjodu taż-żmien fejn ir-regoli tal-importazzjoni ma jinbidlux. |
(10) |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaqsmu bejniethom it-tagħrif li jirriżulta mis-sorveljanza tal-Komunità bl-aktar mod komplet possibbli. |
(11) |
Huwa d-dmir tal-Kummissjoni u l-Kunsill li jadottaw il-miżuri tas-salvagwardja meħtieġa fl-interess tal-Komunità. Dawn l-interessi għandhom jiġu meqjusa flimkien u għandhom b’mod partikolari jħaddnu l-interessi tal-produtturi, tal-utenti u tal-konsumaturi tal-Komunità. |
(12) |
Il-miżuri tas-salvagwardja kontra Membru tad-WTO jistgħu jitqiesu biss jekk il-prodott fil-kwistjoni jiġi importat ġewwa l-Komunità fi kwantitajiet miżjuda tant u taħt it-termini u l-kondizzjonijiet hekk li jikkaġunaw, jew li jheddu li jikkaġunaw, dannu serju lill-produtturi Komunitarji li jipproduċu prodotti bħalhom jew li jkunu f’kompetizzjoni diretta magħhom, għajr jekk l-obbligi internazzjonali jippermettu deroga minn din ir-regola. |
(13) |
It-termini “dannu serju”, “theddida ta’ dannu serju” u “produtturi Komunitarji” għandhom jiġu definiti u għandhom jiġu stabbiliti kriterji preċiżi sabiex jiġi stabbilit id-dannu. |
(14) |
Investigazzjoni għandha ssir qabel ma tiġi applikata kull miżura ta’ salvagwardja, bla ħsara għar-riserva li l-Kummissjoni tiġi mħollija tapplika miżuri provviżorji f’każijiet urġenti. |
(15) |
Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet iddettaljati dwar il-ftuħ tal-investigazzjonijiet, dwar il-kontroll u l-ispezzjonijiet meħtieġa, dwar l-aċċess għat-tagħrif miġbur mill-pajjiżi esportaturi u mill-partijiet interessati, dwar il-proċessi fil-qorti għall-partijiet involuti u dwar l-opportunitajiet għal dawn il-partijiet li jippreżentaw il-veduti tagħhom. |
(16) |
Id-dispożizzjonijiet dwar l-investigazzjonijiet introdotti b’dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għar-regoli Komunitarji jew nazzjonali dwar is-sigriet professjonali. |
(17) |
Huwa wkoll meħtieġ li jiġu stabbiliti l-limiti taż-żmien sabiex jinbdew l-investigazzjonijiet u sabiex jiġi stabbilit jekk il-miżuri humiex xierqa jew le, bil-ħsieb li jiġi żgurat li dawn il-konsiderazzjonijiet isiru malajr, sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi interessati. |
(18) |
Fil-każijiet fejn il-miżuri tas-salvagwardja jieħdu l-għamla ta’ kwota, il-livell ta’ dawn tal-aħħar għandhom fil-prinċipju jiġu stabbiliti bħala mhux anqas mil-livell medju tal-importazzjonijiet fuq perjodu rappreżentattiv taż-żmien ta’ mill-anqas tliet snin. |
(19) |
Fil-każijiet fejn kwota tiġi allokata fost il-pajjiżi fornituri, il-kwota ta’ kull pajjiż tista’ tiġi stabbilita permezz ta’ ftehim mal-pajjiżi nfushom jew billi jittieħed bħala referenza l-livell tal-importazzjonijiet fuq perjodu rappreżentattiv taż-żmien. Id-derogi minn dawn ir-regoli għandhom xorta waħda jkunu possibbli meta jkun hemm dannu serju u żieda sproporzjonata fl-importazzjonijiet, sakemm issir konsultazzjoni xierqa taħt l-awspiċi tal-Kumitat tad-WTO dwar is-Salvagwardja. |
(20) |
It-tul massimu taż-żmien tal-miżuri tas-salvagwardja għandu jiġi stabbilit u għandhom jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-estensjoni, il-liberalizzazzjoni progressiva u r-reviżjonijiet ta’ dawn il-miżuri. |
(21) |
Għandhom jiġu stabbiliti ċ-ċirkostanzi li fihom il-prodotti li joriġinaw fi stat li qiegħed jiżviluppa li jkun Membru tad-WTO għandhom jiġu eżentati mill-miżuri tas-salvagwardja. |
(22) |
Is-sorveljanza jew il-miżuri tas-salvagwardja ristretti għal reġjun jew iktar tal-Komunità jistgħu jirriżultaw aktar xierqa mill-miżuri li japplikaw għall-Komunità kollha. Madankollu, dawn il-miżuri għandhom jiġu awtorizzati biss f’każi eċċezzjonali u fejn ma teżisti l-ebda alternattiva. Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li dawn il-miżuri jkunu temporanji u li jikkawżaw l-inqas taħwid għax-xogħol tas-suq intern. |
(23) |
Fl-interess tal-uniformità fir-regoli għall-importazzjonijiet, il-formalitajiet li għandhom jitwettqu mill-importaturi għandhom jiġu simplifikati u magħmula identiċi irrispettivament mill-post minn fejn l-oġġetti jinħarġu mid-dwana. Huwa għalhekk mixtieq li jiġi stabbilit li kull formalità għandha titwettaq bl-użu tal-formoli li jikkorrispondu għall-kampjun anness mar-Regolament. |
(24) |
Id-dokumenti tas-sorveljanza maħruġa rigward il-miżuri Komunitarji tas-sorveljanza għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha irrispettivament minn min ikun l-Istat Membru li joħroġhom, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT
KAPITOLU I
Prinċipji ġenerali
Artikolu 1
1. Dan ir-Regolament japplika għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi, ħlief għal:
(a) |
prodotti tat-tessuti suġġetti għal regoli speċifiċi ta’ importazzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 517/94; |
(b) |
il-prodotti li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi elenkati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 519/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar regoli komuni għal importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (4). |
2. Il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu importati liberament ġewwa l-Komunità u għaldaqstant, mingħajr preġudizzju għall-miżuri tas-salvagwardja li jistgħu jittieħdu taħt il-Kapitolu V, m’għandhomx ikunu suġġetti għal restrizzjonijiet kwantitattivi.
KAPITOLU II
Il-proċedura Komunitarja dwar it-tagħrif u u l-konsultazzjoni
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni jekk kemm-il darba x-xejriet fl-importazzjonijiet jidhru li jeħtiġilhom miżuri ta’ sorveljanza jew ta’ salvagwardja. Dan it-tagħrif għandu jkun fih l-evidenza disponibbli, kif stabbilit fuq il-bażi tal-kriterji li jinsabu fl-Artikolu 10. Il-Kummissjoni għandha minnufih tgħaddi dan it-tagħrif lill-Istati Membri kollha.
Artikolu 3
1. Jistgħu jsiru konsultazzjonijiet jew fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.
2. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien tmint ijiem tax-xogħol minn meta l-Kummissjoni tirċievi t-tagħrif previst fl-Artikolu 2 u, f’kull każ, qabel ma tiġi introdotta kull miżura Komunitarja dwar is-sorveljanza u s-salvagwardja.
Artikolu 4
1. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi ħdan Kumitat Konsultattiv, minn hawn ’il quddiem “il-Kumitat”, li jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ kull Stat Membru b’rappreżentant tal-Kummissjoni bħala President.
2. Il-Kumitat għandu jiltaqa’ meta msejjaħ mill-President. Hu għandu jipprovdi lill-Istati Membri b’kull tagħrif rilevanti malajr kemm jista’ jkun.
3. Il-konsultazzjonijiet għandhom ikopru b’mod partikolari:
(a) |
it-termini u l-kondizzjonijiet dwar l-importazzjoni, ix-xejriet tal-importazzjoni u l-aspetti varji dwar is-sitwazzjoni ekonomika u kummerċjali rigward il-prodott fil-kwistjoni; |
(b) |
il-miżuri, jekk ikun il-każ, li jridu jittieħdu. |
4. Il-konsultazzjonijiet jistgħu isiru bil-kitba jekk meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha f’dan il-każ tgħarraf lill-Istati Membri, li jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom jew jitolbu konsultazzjonijiet bil-fomm f’perjodu taż-żmien bejn ħames u tmint ijiem tax-xogħol, li jridu jiġu deċiżi mill-Kummissjoni.
KAPITOLU III
Il-proċedura Komunitarja ta' investigazzjoni
Artikolu 5
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, il-proċedura Komunitarja ta' investigazzjoni għandha tiġi implimentata qabel ma tiġi applikata kull miżura ta’ salvagwardja.
2. Filwaqt li jintużaw bħala bażi l-fatturi imsemmija fl-Artikolu 10, l-investigazzjoni għandha tfittex li tistabbilixxi jekk l-importazzjonijet tal-prodott fil-kwistjoni jikkawżawx jew jheddu li jiġi kkawżat dannu serju lill-produtturi interessati tal-Komunità.
3. Għandhom japplikaw t-tifsiriet li ġejjin:
(a) |
“dannu serju” jfisser ħsara ġenerali sinifikanti għall-pożizzjoni tal-produtturi Komunitarji; |
(b) |
“theddida ta’ dannu serju” tfisser dannu serju li jkun imminenti biċ-ċar; |
(ċ) |
“produtturi Komunitarji” jfissru l-produtturi kollha bħala grupp wieħed tal-istess prodotti jew ta’ prodotti li jikkompetu direttament ma’ xulxin u li joperaw fit-territorju tal-Komunità, jew dawk li l-output kollettiv tagħhom ikun tal-istess prodotti jew ta’ prodotti li jikkompetu direttament ma’ xulxin jikkostitwixxu proporzjon maġġuri tal-produzzjoni totali Komunitarja ta’ dawn il-prodotti. |
Artikolu 6
1. Meta wara li jsiru l-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u 4, jidher lill-Kummissjoni li teżisti evidenza biżżejjed li tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiftaħ investigazzjoni fi żmien xahar minn meta tirċievi t-tagħrif minn Stat Membru u tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan l-avviż għandu:
(a) |
jagħti sommarju tat-tagħrif riċevut, u jistabbilixxi li t-tagħrif kollu rilevanti irid jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni, |
(b) |
jiddikjara l-perjodu taż-żmien li fih il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu magħrufa l-veduti tagħhom bil-miktub u jippreżentaw it-tagħrif, jekk dawn il-veduti u dan it-tagħrif iridu jitqiesu matul l-investigazzjoni, |
(ċ) |
jiddikjara l-perjodu taż-żmien li fih il-partijiet interessati jistgħu japplikaw sabiex jinstemgħu bil-fomm mill-Kummissjoni konformement mal-paragrafu 4. |
Il-Kummissjoni għandha tibda l-investigazzjoni, filwaqt li taġixxi f’ koperazzjoni mal-Istati Membri.
2. Il-Kummissjoni għandha tfittex kull tagħrif li jidhrilha li jkun meħtieġ u, meta tħoss li jkun xieraq, wara li tikkonsulta lill-Kumitat, tagħmel ħiltha sabiex teżamina dan it-tagħrif mal-importaturi, il-kummerċjanti, l-aġenti, il-produtturi, l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet kummerċjali.
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita f’dan ix-xogħol mill-persunal tal-Istati Membri li fit-territorju tagħhom jitwettqu dawn il-kontrolli, sakemm dan l-Istat Membru jixtieq dan.
3. L-Istati Membri għandhom ifornu lill-Kummissjoni, fuq it-talba tagħha u konformement mal-proċeduri li tistabbilixxi hi, it-tagħrif fid-dispożizzjoni tagħhom dwar l-iżviluppi fis-suq tal-prodott li jkun qiegħed jiġi investigat.
4. Il-partijiet interessati li jkunu ppreżentaw ruħhom taħt l-ewwel subparagrafu tal- paragrafu 1 u r-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur jistgħu, fuq talba bil-miktub, jispezzjonaw it-tagħrif kollu magħmul disponibbli lill-Kummissjoni b’konnessjoni mal-investigazzjoni għajr id-dokumenti interni mħejjija mill-awtoritajiet tal-Komunità jew tal-Istati Membri tagħha, sakemm dan it-tagħrif ikun rilevanti għall-preżentazzjoni tal-każ tagħhom u mhux konfidenzjali fis-sens tal-Artikolu 9 u li jintuża mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni.
Il-partijiet interessati li jkunu ppreżentaw ruħhom jistgħu jikkomunikaw il-veduti tagħhom dwar it-tagħrif fil-kwistjoni lill-Kummissjoni. Dawn il-veduti jistgħu jiġu kkonsidrati meta jkunu mirfuda b’evidenza suffiċjenti.
5. Il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati. Dawn il-partijiet għandhom jinstemgħu meta jkunu għamlu applikazzjoni bil-miktub fil-perjodu taż-żmien stabbilit fl-avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fejn juru li attwalment x’aktarx ikunu sejrin jintlaqtu mir-riżultat tal-investigazzjoni u li jeżistu raġunijiet speċjali sabiex jinstemgħu bil-fomm.
6. Meta ma jingħatax it-tagħrif fil-limiti taż-żmien stabbiliti b’dan ir-Regolament jew mill-Kummissjoni taħt dan ir-Regolament, jew meta l-investigazzjoni tkun imxekkla b’mod sinifikanti, jista jingħata verdett fuq il-bażi tal-fatti disponibbli. Fejn il-Kummissjoni ssib li parti interessata jew parti mhux interessata jkunu fornewha b’tagħrif qarrieq jew li jiżvija, ma għandhiex tagħti każ ta’ dan it-tagħrif u għandha tagħmel użu mill-fatti disponibbli.
7. Meta l-Kummissjoni jidhrilha, wara l-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4, li ma jkunx hemm evidenza biżżejjed li tiġġustifika investigazzjoni, għandha tgħarraf lill-Istat Membru bid-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar minn meta tirċievi t-tagħrif mill-Istat Membru.
Artikolu 7
1. Fit-tmiem tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar ir-riżultati lill-Kumitat.
2. Meta l-Kummissjoni jidhrilha, fi żmien disa’ xhur mill-bidu tal-investigazzjoni, li ma huma meħtieġa l-ebda miżuri Komunitarji ta’ sorveljanza jew ta’ salvagwardja, l-investigazzjoni għandha tiġi terminata fi żmien xahar, wara li l-ewwel jiġi kkonsultat il-Kumitat.
Id-deċiżjoni sabiex tintemm l-investigazzjoni, fejn jiġu ddikjarati l-konklużjonijiet ewlenin tal-investigazzjoni u sommarju tar-raġunijiet għaliha, għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
3. Jekk il-Kummissjoni tikkonsidra li huma meħtieġa l-miżuri Komunitarji ta’ sorveljanza jew ta’ salvagwardja, għandha tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa taħt il-Kapitoli IV u V, sa mhux aktar tard minn disa’ xhur mill-bidu tal-investigazzjoni. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, dan il-limitu taż-żmien jista’ jiġi estiż b’perjodu ieħor taż-żmien b’massimu ta’ xahrejn; il-Kummissjoni għandha mbagħad tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fejn tiddikjara t-tul taż-żmien tal-estensjoni u sommarju tar-raġunijiet għal dan.
Artikolu 8
1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu m’għandhomx jipprekludu l-użu, fi kwalunkwe mument, tal-miżuri tas-sorveljanza taħt l-Artikoli 11 sa 15 jew il-miżuri provviżorji tas-salvagwardja taħt l-Artikoli 16, 17 u 18.
Il-miżuri provviżorji tas-salvagwardja għandhom jiġu applikati:
(a) |
f’ċirkostanzi kritiċi fejn id-dewmien jikkawża dannu li jkun diffiċli li jiġi msewwi, fejn tkun meħtieġa azzjoni immedjata, u |
(b) |
fejn deċiżjoni preliminari dwar l-applikazjoni tagħhom tipprovdi evidenza ċara li l-importazzjonijiet miżjuda kkawżaw jew qegħdin jheddu li jikkawżaw dannu serju. |
It-tul taż-żmien ta’ dawn il-miżuri m’għandhomx jaqbżu l-200 jum.
2. Il-miżuri provviżorji tas-salvagwardja għandhom jieħdu l-għamla ta’ żieda fil-livell eżistenti tad-dazji tad-dwana (sewwa jekk dawn tal-aħħar ikunu xejn u sewwa jekk aktar) jekk din l-azzjoni x’aktarx li tipprevjeni jew issewwi d-dannu serju.
3. Il-Kummissjoni għandha minnufih tmexxi l-miżuri tal-investigazzjoni li, jkunu liema jkunu, jibqgħu jidhru meħtieġa.
4. Jekk il-miżuri provviżorji tas-salvagwardja jiġu mħassra minħabba li ma jkunu jeżistu l-ebda dannu serju jew theddida ta’ dannu serju, id-dazji tad-dwana miġbura bħala riżultat tal-miżuri provviżorji għandhom jiġu awtomatikament imħallsa lura malajr kemm jista’ jkun. Għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 235 et seq tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (5).
Artikolu 9
1. It-tagħrif li jkun ġie riċevut taħt dan ir-Regolament għandu jintuża biss għall-għan li għalih ikun ġie mitlub.
2. La l-Kunsill, la l-Kummissjoni, la l-Istati Membri, u lanqas l-uffiċjali ta’ kull wieħed jew waħda minn dawn ma għandhom jiżvelaw xi tagħrif ta’ natura konfidenzjali li jkun ġie riċevut taħt dan ir-Regolament, jew kull tagħrif li jkun ingħata fuq bażi konfidenzjali mingħajr il-permess speċifiku ta’ min ikun forna dan it-tagħrif.
3. Kull talba għall-konfidenzjalità għandha tagħti r-raġunijiet għaliex it-tagħrif huwa konfidenzjali.
Madankollu, jekk ikun jidher li talba għall-konfidenzjalità ma tkunx ġustifikata u jekk min iforni t-tagħrif jixtieq li la jagħmlu pubbliku u lanqas li jawtorizza l-iżvelar tiegħu f’termini ġenerali jew fil-għamla ta’ sommarju, dan it-tagħrif jista’ ma jitqiesx.
4. It-tagħrif għandu f’kull każ jitqies bħala konfidenzjali jekk l-iżvelar tiegħu x’aktarx ikollu effett kuntrarju sinifikattiv fuq min ifornih jew fuq is-sors ta’ dan it-tagħrif.
5. Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx jipprekludu r-referenza mill-awtoritajiet tal-Komunità għal tagħrif ġenerali u b’mod partikolari għar-raġunijiet li fuqhom ikunu msejsa d-deċiżjonijiet meħuda taħt dan ir-Regolament. Dawk l-awtoritajiet għandhom, madankollu, iqisu l-interess leġittimu tal-persuni legali u naturali interessati li ma jiġux żvelati s-sigrieti kummerċjali tagħhom.
Artikolu 10
1. L-eżami tax-xejra fl-importazzjonijiet, tal-kundizzjonijiet li fihom isiru u tad-dannu serju jew it-theddida ta’ dannu serju għall-produtturi Komunitarji li jirriżultaw minn dawn l-importazzjonijiet għandhom ikopru b’mod partikolari l-fatturi li ġejjin:
(a) |
il-volum tal-importazzjonijiet, b’mod partikolari fejn ikun hemm żieda sinifikanti, jew f’termini assoluti jew relattivi għall-produzzjoni jew il-konsum fil-Komunità; |
(b) |
il-prezz tal-importazzjonijiet, b’mod partikolari fejn ikun sar bejgħ sinifikanti bi prezzijiet inqas meta pparagunat mal-prezz ta’ prodott simili fil-Komunità; |
(ċ) |
l-impatt b’konsegwenza ta’ dan fuq il-produtturi Komunitarji kif indikat mix-xejriet f’ċerti fatturi ekonomiċi bħal:
|
(d) |
il-fatturi għajr ix-xejriet fl-importazzjonijiet li jkunu qegħdin jikkawżaw jew setgħu ikkawżaw dannu lill-produtturi Komunitarji interessati. |
2. Meta tiġi allegata theddida ta’ dannu serju, il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll jekk huwiex previst b’mod ċar li sitwazzjoni partikolari x’aktarx tiżviluppa f’dannu attwali.
F’dan ir-rigward għandhom jitqiesu fatturi bħal:
(a) |
ir-rata taż-żieda fl-esportazzjonijiet lejn il-Komunità; |
(b) |
il-kapacità tal-esportazzjoni fil-pajjiż tal-oriġini jew l-esportazzjoni, kif tkun jew kif x’aktarx li tkun fil-futur qrib, u kemm x’aktarx li din il-kapaċità tiġi wżata għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. |
KAPITOLU IV
Is-sorveljanza
Artikolu 11
1. Fejn ix-xejra fl-importazzjonijiet ta’ prodott li joriġina minn pajjiż terz kopert b’ dan ir-Regolament thedded li tikkawża dannu lill-produtturi Komunitarji, u fejn l-interessi tal-Komunità hekk jeħtieġu, l-importazzjoni ta’ dan il-prodott tista’ tkun bla ħsara, kif xieraq, għal:
(a) |
is-sorveljanza retroattiva tal-Komunità mwettqa konformement mad-dispożizzjonijiet stabbiliti bid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2; |
(b) |
is-sorveljanza minn qabel tal-Komunità mwettqa taħt l-Artikolu 12. |
2. Id-deċiżjoni li tiġi imposta sorveljanza għandha tittieħed mill-Kummissjoni konformement mal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(6) u l-Artikolu 16(7).
3. Il-miżuri tas-sorveljanza għandhom ikunu validi għal perjodu limitat taż-żmien. Għajr jekk jkun ipprovdut xorta oħra, dawn għandhom jieqfu milli jibqgħu validi fit-tmiem tal-perjodu taż-żmien tat-tieni sitt xhur li jiġi wara s-sitt xhur li fihom ikunu ġew introdotti l-miżuri.
Artikolu 12
1. Il-prodotti li kienu taħt sorveljanza Komunitarja preċedenti jistgħu jitpoġġew f’ċirkolazzjoni libera biss ladarba jiġi prodott dokument ta’ sorveljanza. Dan id-dokument għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti nnominata mill-Istati Membri, minghajr ħlas, għal kull kwantità mitluba f’massimu ta’ ħamest ijiem tax-xogħol minn meta l-awtorità nazzjonali kompetenti tirċievi applikazzjoni minn kwalunkwe importatur Komunitarju, ikun fejn ikun il-post fil-Komunità fejn jopera n-negozju tiegħu. Din l-applikazzjoni għandha tkun meqjusa li tkun wasslet għand l-awtorità nazzjonali kompetenti mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara li ssir, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju.
2. Id-dokument ta’ sorveljanza għandu jsir fuq formola li tkun bħall-mudell fl-Anness I.
Sakemm id-deċiżjoni li timponi s-sorveljanza ma tgħidx mod ieħor, l-applikazzjoni tal-importatur ghad-dokumenti ta’ sorveljanza għandha jkollha li ġej biss:
(a) |
l-isem sħiħ u l-indirizz tal-applikant (inkluż numri tat-telefon u numri tal-fax u numru ieħor li jiddentifika l-applikant mal-awtorità kompetenti nazzjonali), flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT jekk irid iħallas il-VAT; |
(b) |
fejn hu xieraq, l-isem sħiħ u l-indirizz ta’ min jagħmel d-dikjarazzjoni jew xi rappreżentant maħtur mill-applikant (inkluż in-numri tat-telefon u tal-fax); |
(ċ) |
deskrizzjoni tal-merkanzija li tagħti:
|
(d) |
il-kwantità ddikjarata, f’kilogrammi u, jekk hu l-każ, kull unità addizzjonali oħra (pari, oġġetti, eċċ.); |
(e) |
il-valur tal-merkanzija, cif fil-fruntiera tal-Komunità, f’euro; |
(f) |
il-prospett li ġej, bid-data u ffirmat mill-applikant, bl-isem tal-applikant imniżżel b’ittri kbar: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-informazzjoni pprovduta f’din l-applikazzjoni hija veru u mogħtija in bona fide, u li jiena stabbilit fil-Komunità.” |
3. Id-dokument tas-sorveljanza għandu jkun validu ġewwa l-Komunità, ikun min ikun l-Istat Membru li joħorġu.
4. Id-dikjarazzjoni ta’ verdett li l-prezz għal kull l-unità li fuqu tkun saret it-transazzjoni jaqbeż dak indikat fid-dokument tas-sorveljanza b’inqas minn 5 %jew li l-valur totali jew il-kwantità tal-prodotti preżentati għall-importazzjoni jaqbeż il-valur jew il-kwantità mogħtija fid-dokument tas-sorveljanza b’inqas minn 5 %ma tipprekludix ir-rilaxx tal-prodott fil-kwistjoni għal ċirkolazzjoni libera. Il-Kummissjoni, wara li tkun semgħet l-opinjonijiet espressi fil-Kumitat u wara li tikkonsidra n-natura tal-prodotti u l-fatturi l-oħra speċjali tat-transazzjonijiet involuti, tista’ tiffissa perċentwali differenti li, madankollu, normalment ma għandux jaqbeż il-10 %.
5. Id-dokumenti tas-sorveljanza jistgħu jintużaw biss għal dak iż-żmien li l-arranġamenti għal liberalizzazzjoni tal-importazzjoni jibqgħu fis-seħħ rigward it-transazzjonijiet fil-kwistjoni. Dawn id-dokumenti tas-sorveljanza ma jistgħu fl-ebda każ jintużaw wara li jagħlaq iż-żmien li għandu jiġi stabbilit fl-istess waqt u permezz tal-istess proċedura tal-impożizzjoni tas-sorveljanza, u għandhom iqisu n-natura tal-prodotti u tal-fatturi l-oħra speċjali tat-transazzjonijiet.
6. Meta d-deċiżjoni li tittieħed taħt l-Artikolu 11 hekk titlob, l-oriġini tal-prodotti taħt is-sorveljanza tal-Komunità jridu jiġu ppruvati permezz ta’ ċertifikat tal-oriġini. Dan il-paragrafu ma għandux jaffettwa dispożizzjonijiet oħra li jirrigwardaw il-preżentazzjoni ta’ kull ċertifikat minn dan.
7. Fejn il-prodott li jkun taħt is-sorveljanza minn qabel tal-Komunità jkun bla ħsara għall-miżuri reġjonali ta’ salvagwardja fi Stat Membru, l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni konċessa minn dan l-Istat Membru tista’ tieħu l-post tad-dokument tas-sorveljanza.
8. Il-formoli tad-dokument ta’ sorveljanza u l-estratti tiegħu għandhom ikunu doppji, kopja mmarkata “kopja tad-Detentur” u li ġġib in-numru 1, li tinħareġ lill-applikant, u l-oħra mmarkata “Kopja għall-awtorità kompetenti” li ġġib in-numru 2, li għandha tinżamm mill-awtorità li toħroġ id-dokument. Ghal dak li jirrigwarda l-amministrazzjoni l-awtorità kompetenti tista’ żżid kopji supplimentari għal formola 2.
9. Il-formoli ghandhom jiġu stampati fuq karta bajda ħielsa minn polpa mekkanika, li tkun intiża għal kitba u li tkun tiżen bejn 55 u 65 grammi kull metru kwadru. Il-qies tagħhom għandu jkun 210 × 297 mm; t-tip ta spazju bejn il-linji għandu jkun 4,24 mm (wieħed minn sitta ta’ pulzier); dak li hu mniżżel fil-formola għandu jiġi segwit b’mod preċiż. Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1, li hu d-dokument ta’ sorveljanza nnifsu, għandhom ikollhom ukoll sfond ta’ disinn arabesk isfar stampat sabiex jiżvela kull falsifikazzjoni b’mezzi mekkaniċi jew kimiċi.
10. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-istampar tal-formoli. Il-formoli jistgħu wkoll jiġu stampati minn stampaturi maħtura mill-Istat Membru fejn huma stabbiliti. F’każ ta’ dan l-aħħar, għandha tidher refernza għall-ħatra mill-Istat Membru fuq kull formola. Kull formola għandu jkollha indikazzjoni tal-isem u l-indirizz tal-istampatur jew marka li tidentifika l-istampatur.
Artikolu 13
Fejn l-importazzjoni ta’ prodott ma tkunx saret suġġetta għas-sorveljanza minn qabel tal-Komunità fi żmien tmint ijiem tax-xogħol mit-tmiem tal-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u 4, il-Kummissjoni, taħt l-Artikolu 18, tista’ tintroduċi sorveljanza ristretta għall-importazzjoni f’reġjun tal-Komunità jew iktar.
Artikolu 14
1. Prodotti taħt sorveljanza reġjonali jistgħu jiddaħħlu f’ċirkolazzjoni libera fir-reġjun ikkonċernat biss ladarba jiġi prodott dokument ta’ sorveljanza. Dan id-dokument għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti nnominata mill-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i), minghajr ħlas, għal kull kwantità mitluba u fi żmien mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol minn meta l-awtorità nazzjonali kompetenti tirċievi l-applikazzjoni minn kull importatur Komunitarju, irrispettivament mill-post tal-kummerċ tieghu fil-Komunità. Din l-applikazzjoni għandha titqies li tkun wasslet għand l-awtorità nazzjonali kompetenti mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara li tiġi magħmula, sakemm ma jiġix ippruvat xort’oħra. Id-dokumenti ta’ sorveljanza jistgħu jintużaw biss sakemm l-arranġamenti għall-importazzjoni jibqgħu liberalizzati fir-rigward tat-transazzjonijiet ikkonċernati.
2. L-Artikolu 12(2) għandu japplika.
Artikolu 15
1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fi żmien l-ewwel għaxart ijiem ta’ kull xahar fil-każ ta’ sorveljanza Komunitarja jew reġjonali:
(a) |
fil-każ ta’ sorveljanza minn qabel, id-dettalji tal-ammonti tal-flus (ikkalkolati fuq il-bażi ta’ prezzijiet c.i.f.) u l-kwantitajiet tal-oġġetti li rigward tagħhom id-dokumenti tas-sorveljanza jkunu nħarġu matul il-perjodu preċedenti; |
(b) |
f’kull każ, id-dettaliji dwar l-importazzjonijiet matul il-perjodu taż-żmien ta’ qabel il-perjodu taż-żmien imsemmi fil-punt(a). |
It-t-tagħrif mogħti mill-Istati Membri għandu jiġi maqsum abbażi tal-prodott u l-pajjiż.
Jistgħu jiġu stabbiliti diposizzjonijiet differenti fl-istess żmien u bl-istess proċedura bħall-arranġamenti tas-sorveljanza.
2. Fejn in-natura tal-prodotti u ċ-ċirkostanzi speċjali hekk jeħtieġu, il-Kummissjoni tista’, fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, temenda t-tabelli taż-żmien għall-preżentazzjoni ta’ dan it-tagħrif.
3. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri kif xieraq.
KAPITOLU V
Miżuri ta' salvagwardja
Artikolu 16
1. Meta prodott jiġi importat ġewwa l-Komunità fi kwantitajiet miżjuda tant u/jew taħt it-termini u l-kondizzjonijiet hekk li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, dannu serju lill-produtturi Komunitarji, il-Kummissjoni, sabiex tissalvagwardja l-interessi tal-Komunità, tista’, fil-waqt li taġixxi fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess:
(a) |
tagħmel limitu għall-perjodu taż-żmien tal-validità tad-dokumenti tas-sorveljanza fis-sens tal-Artikolu 12 li jridu jinħarġu wara d-dħul fis-seħħ ta’ din il-miżura; |
(b) |
tibdel ir-regoli tal-importazzjoni għall-prodott fil-kwistjoni billi tagħmel ir-rilaxx tiegħu fiċ-ċirkolazzjoni libera bil-kondizzjoni li tiġi ppreżentata l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni, li l-konċessjoni tagħha għandha tkun irregolata minn dawn id-dispożizzjonijiet u bla ħsara għal dawk il-limiti li l-Kummissjoni tista’ timponi. |
Il-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jidħlu fis-seħħ minnufih.
2. Rigward il-Membri tad-WTO, il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu biss meta ż-żewġ kondizzjonijiet indikati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jiġu sodisfatti.
3. Jekk tkun qiegħda tiġi stabbilita kwota, għandu jittieħed kont b’mod partikolari ta’:
(a) |
ix-xewqa li jiġu mantnuti, kemm jista’ jkun possibbli, il-flussi tradizzjonali tal-kummerċ; |
(b) |
il-volum tal-oġġetti esportati fuq kuntratti konklużi taħt it-termini u l-kondizzjonijiet normali qabel id-dħul fis-seħħ ta’ miżura tas-salvagwardja fis-sens ta’ dan il-Kapitolu, fejn dawn il-kuntratti jkunu ġew notifikati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri interessati; |
(ċ) |
il-ħtieġa li jiġi evitat li l-kisba tal-għan segwit meta tkun qiegħda tiġi stabbilita l-kwota tiġi pperikolata. |
Kull kwota ma għandhiex tiġi stabbilita taħt il-livell medju tal-importazzjonijiet fuq il-medda tal-aħħar tliet snin rappreżentattivi li għalihom tkunu disponibbli l-istatistika għajr jekk ikun meħtieġ livell differenti sabiex jipprevjieni jew jirrimedja dannu serju.
4. Fil-każijiet fejn il-kwota tiġi allokata fost il-pajjiżi fornituri, l-allokazzjoni tista’ tiġi miftiehma ma’ dawk minnhom li jkollhom interess sostanzjali li jfornu l-prodott fil-kwistjoni għall-importazzjoni ġewwa l-Komunità.
Fin-nuqqas ta’ dan, il-kwota għandha tiġi allokata fost il-pajjiżi fornituri abbażi tal-proporzjon tas-sehem tagħhom fl-importazzjonijiet tal-prodott fil-kwistjoni ġewwa l-Komunità matul il-perjodu rappreżentattiv taż-żmien preċedenti, filwaqt li jitqies kull fattur speċifiku li jkun sata’ affettwa jew li jista’ jkun qiegħed jaffettwa l-kummerċ fil-prodott.
Sakemm ma tinjorax l-obbligu tagħha li tara li l-konsultazzjonijiet jitmexxew taħt l-awspiċi tal-Kumitat tas-Salvagwardja tad-WTO, il-Komunità tista’ madanakollu titbiegħed minn dan il-metodu ta’ allokazzjoni fil-każ ta’ dannu serju jekk importazzjonijiet li joriġinaw f’wieħed jew aktar mill-pajjiżi fornituri jkunu żdiedu b’perċentwali sproporzjonat meta mqabbla maż-żieda totali fl-importazzjonijiet tal-prodott konċernat matul perjodu taż-żmien rappreżentattiv preċedenti.
5. Il-miżuri msemmija f’dan Artikolu għandhom japplikaw għal kull prodott li jinħareġ fiċ-ċirkolazzjoni libera wara d-dħul fis-seħħ tagħhom. Taħt l-Artikolu 18 dawn jistgħu jiġu ristretti għal reġjun tal-Komunità jew iktar.
Madankollu, dawn il-miżuri ma għandhomx jipprevjienu r-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti li jkunu diġà fi triqthom lejn il-Komunità sakemm id-destinazzjoni ta’ dawn il-prodotti ma tkunx tista’ tiġi mibdula u li dawn il-prodotti li, taħt l-Artikoli 11 u 12, ikunu jistgħu jinħarġu fiċ-ċirkolazzjoni libera biss jekk meta jkun meħtieġ li jiġi ppreżentat dokument tas-sorveljanza huma jkunu fil-fatt akkumpanjati minn dan id-dokument.
6. Meta jiġi mitlub l-intervent tal-Kummissjoni minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fiż-żmien massimu ta’ ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi din it-talba.
Kull deċiżjoni li tittieħed mill-Kummissjoni taħt dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata lill-Kunsill u lill-Istati Membri. Kull Stat Membru jista’, fi żmiem xahar wara l-jum ta’ din il-komunikazzjoni, jirriferi d-deċiżjoni lill-Kunsill.
7. Jekk Stat Membru jirriferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza kkwalifikata, jista’ jikkonferma, jemenda jew jirrevoka din id-deċiżjoni.
Jekk, fi żmien tliet xhur minn meta l-materja tiġi referita lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx ħa deċiżjoni, id-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni għandha titqies li tkun ġiet revokata.
Artikolu 17
Fejn l-interssi tal-Komunità hekk jeħtieġu, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni mfassla taħt it-termini tal-Kapitolu III, jista’ jadotta l-miżuri xierqa sabiex jipprevjieni milli l-prodott jiġi importat ġewwa l-Komunità fi kwantitajiet miżjuda tant bil-qawwi u/jew taħt dawk it-termini jew kondizzjonijiet li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, dannu serju lill-produtturi Komunitarji tal-istess prodotti jew li jkunu prodotti f’kompetizzjoni diretta magħhom.
Għandu japplika l-Artikolu 16(2), sa (5).
Artikolu 18
Fejn jirriżulta, primarjament fuq il-bażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 10, li l-kondizzjonijiet stabbiliti sabiex jiġu adottati l-miżuri taħt l-Artikoli 11 u 16 jiġu sodisfatti f’reġjun jew iktar tal-Komunità, il-Kummissjoni, wara li tkun eżaminat soluzzjonijiet alternattivi, tista’ eċċezzjonalment tawtorizza li jiġu applikati miżuri tas-sorveljanza jew tas-salvagwardja limitati għar-reġjun(i) interessat(i) jekk tikkonsidra li dawn il-miżuri applikati f’dan il-livell ikunu aktar xierqa mill-miżuri applikati fil-Komunità intiera.
Dawn il-miżuri jridu jkunu temporanji u jridu jfixklu l-operat tas-suq intern mill-inqas possibbli.
Il-miżuri għandhom jiġu adottati konformement mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 11 u 16.
Artikolu 19
Ma tista’ tiġi applikata l-ebda miżura ta’ salvagwardja għal prodott li joriġina f’pajjiż Membru tad-WTO li qiegħed jiżviluppa safejn u sakemm is-sehem ta’ dan il-pajjiż fl-importazzjonijiet tal-prodott fil-kwistjoni fil-Komunità ma jaqbiżx it-3 %, dment li l-pajjiżi Membri tad-WTO li qegħdin jiżviluppaw u li jkollhom sehem fl-importazzjoni ta’ inqas minn 3 % jakkontaw b’mod kollettiv għal mhux aktar minn 9 % tal-importazzjonijiet totali tal-Komunità tal-prodott interessat.
Artikolu 20
1. It-tul taż-żmien tal-miżuri tas-salvagwardja irid ikun limitat għal perjodu ta’ żmien meħtieġ sabiex jipprevjieni jew jirrimedja dannu serju u sabiex jiffaċilita l-aġġustament minn naħa tal-produtturi Komunitarji. Il-perjodu taż-żmien ma għandux jaqbeż l-erba’ snin, inkuż it-tul taż-żmien ta’ kull miżura provviżorja.
2. Dan il-perjodu inizjali taż-żmien jista’ jiġi estiż, għajr fil-każ tal-miżuri msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(4) sakemm jiġi stabbilit li:
(a) |
l-miżura tas-salvagwardja tissokta meħtieġa sabiex tipprevjieni jew tirrimedja dannu serju; |
(b) |
u jkun hemm evidenza li l-produtturi Komunitarji jkunu qegħdin jagħmlu l-aġġustamenti. |
3. Għandhom jiġu adottati estensjonijiet konformement mat-termini tal-Kapitolu III u bl-użu tal-istess proċeduri bħall-miżuri inizjali. Miżura li tiġi estiża b’dan il-mod ma għandhiex tkun aktar restrittiva milli kienet fl-aħħar tal-perjodu inizjali taż-żmien.
4. Jekk it-tul taż-żmien tal-miżura taqbeż is-sena, il-miżura trid tiġi liberalizzata progressivament f’intervalli regolari matul il-perjodu taż-żmien tal-applikazzjoni, li jinkludi l-perjodu taż-żmien tal-estensjoni.
5. Il-perjodu totali taż-żmien tal-applikazzjoni ta’ miżura tas-salvagwardja, inklużi l-perjodu taż-żmien tal-applikazzjoni ta’ kull miżura provviżorja, il-perjodu inizjali taż-żmien tal-applikazzjoni u kull proroga tiegħu, ma jistax jaqbeż it-tmien snin.
Artikolu 21
1. Filwaqt li tkun qiegħda tiġi mħaddna kull miżura tas-sorveljanza jew tas-salvagwardja applikata taħt il-Kapitoli IV u V, għandhom isiru konsultazzjonijiet ġewwa l-Kumitat, jew fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Jekk it-tul taż-żmien ta’ kull miżura tas-salvagwardja taqbeż it-tliet snin, il-Kummissjoni għandha tfittex li jsiru dawn il-konsultazzjonijiet mhux aktar tard mill-punt tan-nofs tal-perjodu taż-żmien tal-applikazzjoni ta’ din il-miżura. Il-għan ta’ dawn il-konsultazzjonijiet għandu jkun:
(a) |
illi jiġu eżaminati l-effetti tal-miżura; |
(b) |
illi jiġi stabbilit jekk u b’liema mod ikun xieraq li jitħaffef il-pass tal-liberalizzazzjoni; |
(ċ) |
illi jiġi aċċertat jekk l-applikazzjoni tal-miżura tkunx għadha meħtieġa. |
2. Fejn, bħala riżultat tal-konsultazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tikkonsidra li għandha tiġi revokata jew emendata xi waħda mill-miżuri tas-sorveljanza jew tas-salvagwardja msemmija fl-Artikoli 11, 13, 16, 17 u 18, għandha tipproċedi kif ġej:
(a) |
fejn il-miżura tkun saret mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tipproponi lill-Kunsill li din tiġi revokata jew emendata. Il-Kunsill għandu jaġixxi permezz ta’ maġġoranza kkwalifikata; |
(b) |
fil-każijiet l-oħra kollha, il-Kummissjoni għandha temenda jew tirrevoka l-miżuri tas-salvagwardja u s-sorveljanza. |
Fejn id-deċiżjoni tirrigwarda l-miżuri reġjonali tas-sorveljanza, din għandha tapplika mis-stitt jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fi Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 22
1. Fejn l-importazzjonijiet ta’ prodott ikunu diġa bla ħsara għal kull miżura ta’ salvagwardja, l-ebda miżura minn din ma għandha tiġi applikata għal dan il-prodott sakemm jiskadi t-tul taż-żmien ugwali għall-miżura preċedenti. Dan il-perjodu taż-żmien ma għandux ikun inqas minn sentejn.
2. Minkejja l-paragrafu 1, tista’ tiġi imposta mill-ġdid miżura ta’ salvagwardja ta’ 180 ġurnata jew inqas fuq prodott jekk:
(a) |
tkun għaddiet mill-inqas sena mid-data tal-introduzzjoni ta’ kull miżura tas-salvagwardja fuq l-importazzjoni ta’ dan il-prodott; u |
(b) |
din il-miżura tas-salvagwardja ma tkunx ġiet applikata għall-istess prodott għal aktar minn darbtejn fil-perjodu taż-żmien ta’ ħames snin minnufih qabel id-data tal-introduzzjoni tal-miżura. |
KAPITOLU VI
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 23
Fejn l-interess tal-Komunità hekk ikun jeħtieġ, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jadotta l-miżuri xierqa sabiex iħalli lid-drittijiet u lill-obbligi tal-Komunità jew tal-Istati Membri kollha, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-kummerċ f’merkanzija, li jiġu eżerċitati u mwettqa fuq il-livell internazzjonali.
Artikolu 24
1. Dan ir-Regolament ma għandux jipprekludi milli jitwettqu l-obbligi li joħorġu mir-regoli speċjali li jkunu jinsabu fi ftehimijiet konklużi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi.
2. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità, dan ir-Regolament ma għandux jipprekludi l-addozzjoni jew l-applikazzjoni mill-Istati Membri:
(a) |
ta’ projbizzjonijiet, restrizzjonijiet kwantitattivi jew miżuri tas-sorveljanza għal raġunijiet ta’ moralità pubblika, politika pubblika jew sigurtà pubblika; il-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni umani, tal-annimali jew tal-pjanti, il-protezzjoni tat-teżori nazzjonali li jkollhom valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku, jew il-protezzjoni tal-proprjetà industrijali u kummerċjali; |
(b) |
tal-formalitajiet speċjali li jirrigwardaw il-kambju tal-flus barranin; |
(ċ) |
il-formalitajiet introdotti permezz ta’ ftehim internazzjonali taħt dan it-Trattat. |
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miżuri jew il-formalitajiet li jkun beħsiebhom jintroduċu jew jemendaw taħt l-ewwel subparagrafu.
F’każ ta’ urġenza estrema, dawn il-miżuri jew formalitajiet nazzjonali għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni minnufih mal-addozzjoni tagħhom.
Artikolu 25
1. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-operazzjoniji tal-istrumenti li jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli jew tad-dispożizzjonijiet amministrattivi Komunitarji jew nazzjonali li joħorġu minnhom jew tal-istrumenti speċifiċi li japplikaw għall-oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli; għandu jaħdem b’mod komplimentari għal dawn l-istrumenti.
2. Fil-każ tal-prodotti li huma koperti permezz tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1, l-Artikoli 11 sa 15 u l-Artikolu 22 ma għandhomx japplikaw għal dawk li rigward tagħhom ir-regoli Komunitarji dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi jeħtieġu l-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ta’ dokument ieħor tal-importazzjoni.
L-Artikoli 16, 18 u 21 sa 24 ma għandhomx japplikaw għal dawk il-prodotti li dwarhom dawn ir-regoli jipprovdu restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni.
Artikolu 26
Ir-Regolament (KE) Nru 3285/94, kif emendat bl-atti elenkati fl-Anness II, huwa b'dan imħassar.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw konformement mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 27
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Frar 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
I. LANGER
(1) ĠU L 349, 31.12.1994, p. 53.
(2) Ara l-Anness II.
(4) ĠU L 67, 10.3.1994, p. 89.
(5) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS II
Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu
(imsemmija fl-Artikolu 26)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3285/94 |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/96 |
L-Artikolu 1 u Anness I biss |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2315/96 |
L-Artikolu 1(3) u Anness III biss |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2474/2000 |
L-Artikolu 1(3) u Anness III biss |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/2004 |
L-Artikolu 2 biss |
ANNESS III
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Regolament (KE) Nru 3285/94 |
Dan ir-Regolament |
It-Titolu I |
Il-Kapitolu I |
L-Artikolu 1 |
L-Artikolu 1 |
It-Titolu II |
Il-Kapitolu II |
L-Artikoli 2, 3 u 4 |
L-Artikoli 2, 3 u 4 |
It-Titolu III |
Il-Kapitolu III |
L-Artikolu 5 |
L-Artikolu 5 |
L-Artikolu 6(1), sentenza tal-bidu |
L-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, sentenza tal-bidu, kliem tal-bidu |
L-Artikolu 6(1)(a) |
L-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, sentenza tal-bidu, kliem finali u punt (a), (b) u (ċ) |
L-Artikolu 6(1)(b) |
L-Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu |
L-Artikolu 6(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafu |
L-Artikolu 6(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafu |
L-Artikolu 6(2), it-tielet u r-raba’ subparagrafu |
L-Artikolu 6(4), l-ewwel u t-tieni subparagrafu |
L-Artikolu 6(3) |
L-Artikolu 6(3) |
L-Artikolu 6(4) |
L-Artikolu 6(5) |
L-Artikolu 6(5) |
L-Artikolu 6(6) |
L-Artikolu 6(6) |
L-Artikolu 6(7) |
L-Artikolu 7(1) |
L-Artikolu 7(1) |
L-Artikolu 7(2), l-ewwel sentenza |
L-Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu |
L-Artikolu 7(2), it-tieni sentenza |
L-Artikolu 7(2), it-tieni subparagrafu |
L-Artikolu 7(3) |
L-Artikolu 7(3) |
L-Artikolu 8(1) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 8(1) l-ewwel subparagrafu |
L-Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu |
L-Artikolu 8(1) it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu |
L-Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż |
L-Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu, punt (a) u (b) |
L-Artikolu 8(2) |
L-Artikolu 8(1), it-tielet subparagrafu |
L-Artikolu 8(3) |
L-Artikolu 8(2) |
L-Artikolu 8(4) |
L-Artikolu 8(3) |
L-Artikolu 8(5) |
L-Artikolu 8(4) |
L-Artikolu 9(1) |
L-Artikolu 9(1) |
L-Artikolu 9(2)(a) |
L-Artikolu 9(2) |
L-Artikolu 9(2)(b), l-ewwel subparagrafu |
L-Artikolu 9(3), l-ewwel subparagrafu |
L-Artikolu 9(2)(b), it-tieni subparagrafu |
L-Artikolu 9(3), it-tieni subparagrafu |
L-Artikolu 9(3) |
L-Artikolu 9(4) |
L-Artikolu 9(4) |
L-Artikolu 9(5) |
L-Artikolu 10(1) |
L-Artikolu 10(1) |
L-Artikolu 10(2), kliem tal-bidu, l-ewwel frażi |
L-Artikolu 10(2), l-ewwel subparagrafu |
L-Artikolu 10(2), is-sentenza introduttorja, it-tieni frasi |
L-Artikolu 10(2), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu |
L-Artikolu 10(2), punt (a) u (b) |
L-Artikolu 10(2), it-tieni subparagrafu, punti (a) u (b) |
It-Titolu IV |
Il-Kapitolu IV |
L-Artikolu 11 sa 15 |
L-Artikolu 11 sa 15 |
It-Titolu V |
Kapitolu V |
L-Artikolu 16(1) u (2) |
L-Artikolu 16(1) u (2) |
L-Artikolu 16(3)(a), is-sentenza tal-bidu |
L-Artikolu 16(3), l-ewwel subparagrafu, is-sentenza tal-bidu |
L-Artikolu 16(3)(a), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż |
L-Artikolu 16(3), l-ewwel subparagrafu, punt (a), (b) u (ċ) |
L-Artikolu 16(3)(b) |
L-Artikolu 16(3) it-tieni subparagrafu |
L-Artikolu 16(4)(a), l-ewwel subparagrafu |
L-Artikolu 16(4), l-ewwel subparagrafu |
L-Artikolu 16(4)(a), it-tieni subparagrafu |
L-Artikolu 16(4), it-tieni subparagrafu |
L-Artikolu 16(4)(b) |
L-Artikolu 16(4), it-tielet subparagrafu |
L-Artikolu 16(5)(a) |
L-Artikolu 16(5), l-ewwel subparagrafu |
L-Artikolu 16(5)(b) |
L-Artikolu 16(5), it-tieni subparagrafu |
L-Artikolu 16(6) |
L-Artikolu 16(6), l-ewwel subparagrafu |
L-Artikolu 16(7) |
L-Artikolu 16(6), it-tieni subparagrafu |
L-Artikolu 16(8) |
L-Artikolu 16(7) |
L-Artikolu 17 sa 19 |
L-Artikoli 17 sa 19 |
L-Artikolu 20(1) |
L-Artikolu 20(1) |
L-Artikolu 20(2), is-sentenza tal-bidu |
L-Artikolu 20(2), is-sentenza tal-bidu |
L-Artikolu 20(2), l-ewwel u t-tieni inċiż |
L-Artikolu 20(2)(a) u (b) |
L-Artikolu 20(3) sa (5) |
L-Artikolu 20(3) sa (5) |
L-Artikolu 21 u 22 |
L-Artikolu 21 u 22 |
It-Titolu VI |
Il-Kapitolu VI |
L-Artikolu 23 |
L-Artikolu 23 |
L-Artikolu 24(1) |
L-Artikolu 24(1) |
L-Artikolu 24(2)(a), is-sentenza tal-bidu |
L-Artikolu 24(2), l-ewwel subparagrafu, is-sentenza tal-bidu |
L-Artikolu 24(2)(a)(i) sa (iii) |
L-Artikolu 24(2), l-ewwel subparagrafu, punti (a) sa (ċ) |
L-Artikolu 24(2)(b), l-ewwel sentenza |
L-Artikolu 24(2), it-tieni subparagrafu |
L-Artikolu 24(2)(b), it-tieni sentenza |
L-Artikolu 24(2), it-tielet subparagrafu |
L-Artikolu 25 |
L-Artikolu 25 |
L-Artikolu 26 |
— |
L-Artikolu 27 |
— |
— |
L-Artikolu 26 |
L-Artikolu 28 |
L-Artikolu 27 |
L-Anness I |
L-Anness I |
— |
L-Anness II |
— |
L-Anness III |
31.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/18 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 261/2009
tat-30 ta’ Marzu 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
JO |
68,6 |
MA |
50,1 |
|
TN |
134,4 |
|
TR |
96,3 |
|
ZZ |
87,4 |
|
0707 00 05 |
JO |
155,5 |
MA |
55,7 |
|
TR |
167,4 |
|
ZZ |
126,2 |
|
0709 90 70 |
MA |
39,1 |
TR |
135,0 |
|
ZZ |
87,1 |
|
0709 90 80 |
EG |
60,4 |
ZZ |
60,4 |
|
0805 10 20 |
EG |
46,5 |
IL |
60,4 |
|
MA |
52,6 |
|
TN |
48,5 |
|
TR |
77,1 |
|
ZZ |
57,0 |
|
0805 50 10 |
TR |
47,9 |
ZZ |
47,9 |
|
0808 10 80 |
AR |
88,1 |
BR |
72,6 |
|
CA |
78,6 |
|
CL |
69,5 |
|
CN |
72,5 |
|
MK |
23,7 |
|
US |
106,3 |
|
UY |
58,9 |
|
ZA |
83,6 |
|
ZZ |
72,6 |
|
0808 20 50 |
AR |
78,2 |
CL |
79,6 |
|
CN |
50,9 |
|
US |
194,4 |
|
ZA |
89,3 |
|
ZZ |
98,5 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
31.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 262/2009
tat-30 ta’ Marzu 2009
li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-ajru uniku Ewropew
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament dwar l-interoperabilità) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Mode S (Select) hija teknika kooperattiva ta’ sorveljanza għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru. Hi tippermetti l-interrogazzjoni selettiva ta’ inġenji tal-ajru u l-estrazzjoni ta’ dejta miksuba mill-arja li minnha jistgħu jiġu żviluppati funzjonalitajiet ġodda ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru. Id-disinn ta’ sistemi li jappoġġjaw l-indirizzar ta’ inġenji tal-ajru individwali permezz tal-Mode S (minn hawn ‘il quddiem interrogaturi Mode S) jeħtieġ l-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għas-sejba u s-sorveljanza tal-inġenju tal-ajru li jkun armat b’transponder Mode S. |
(2) |
Biex tiġi żgurata s-sikurezza tas-sistema ta’ sorveljanza tat-traffiku tal-ajru, huwa fundamentali li ż-żoni koperti mir-radar ta’ żewġ interrogaturi Mode S li jużaw l-istess kodiċi tal-interrogatur ma jirkbux fuq xulxin, sakemm ma jkunux miġbura flimkien fi grupp (“cluster”) jew sakemm ma jkunux implimentati mitigazzjonijiet operattivi xierqa oħra. |
(3) |
Biex tiġi sostnuta d-distribuzzjoni ta’ għadd dejjem akbar ta’ interrogaturi Mode S u biex jissolvew il-problemi li jinħolqu minħabba nuqqas ta’ kodiċijiet tal-interrogatur disponibbli għall-interrogazzjoni tal-inġenji tal-ajru, jinħass il-bżonn li jkunu koordinati l-allokazzjoni u l-użu effikaċi ta’ dawk il-kodiċijiet tal-interrogatur. |
(4) |
Eurocontrol ingħata s-setgħa, skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, li jiżviluppa r-rekwiżiti għall-allokazzjoni u l-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S (minn hawn ‘il quddiem kodiċijiet tal-interrogatur Mode S). Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq ir-rapport tal-mandat tat-2 ta’ Jannar 2008 li rriżulta. |
(5) |
Fil-bidu, għal raġunijiet tekniċi, il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-interrogatur (minn hawn ‘il quddiem kodiċijiet II) 0 sa 15 biss kienu definiti u użati bħala kodiċijiet tal-interrogatur. Minħabba l-għadd mistenni ta’ interrogaturi Mode S, iktar tard ittieħdu miżuri biex jitħalla jsir użu minn kodiċijiet ta’ identifikazzjoni ta’ sorveljanza addizzjonali (minn hawn ‘il quddiem kodiċi SI) 1 sa 63. |
(6) |
Normalment, l-użu ta’ kodiċijiet SI jirrikjedi li l-miri kollha Mode S li jinsabu fiż-żona koperta mill-interrogaturi Mode S ikunu mgħammra għal dan il-għan. Minkejja dan, Eurocontrol żviluppa speċifikazzjonijiet għat-tħaddim ta’ kodiċi II/SI li jippermetti l-użu kmieni ta’ kodiċijiet SI mill-interrogaturi Mode S anke f’ambjent fejn il-miri kollha Mode S ma jkunux mgħammra għall-użu tal-kodiċijiet SI. Għalhekk, l-operaturi Mode S għandhom ikunu meħtieġa li jakkomodaw din il-ħidma ta’ kodiċi II/SI. |
(7) |
Bl-awtorità tal-Eurocontrol ġie stabbilit servizz ċentrali ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur, provdut permezz tas-sistema ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur. L-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-sistema ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur tipprovdi informazzjoni li ssostni l-konsistenza tal-punti ewlenin tal-allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur. Dawn il-punti ewlenin għandhom ikunu identifikati b’mod ċar. |
(8) |
Għandhom jiġu definiti proċeduri komuni biex jiġi żgurat li l-elementi ewlenin tal-allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur ikunu implementati b’mod xieraq. Huma għandhom iqisu d-dispożizzjonijiet relevanti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (minn hawn ‘il quddiem ICAO). |
(9) |
L-operaturi tal-Mode S u l-fornituri tas-servizz tal-traffiku tal-ajru għandhom jieħdu miżuri xierqa biex isibu u jnaqqsu l-effett ta’ kunflitti possibli bejn kodiċijiet tal-interrogatur. |
(10) |
Dan ir-Regolament m’għandux ikopri l-ħidmiet u t-taħriġ militari msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004. |
(11) |
Għadd limitat ta’ kodiċijiet tal-interrogatur huwa riservat għall-użu u ġestjoni esklussiv minn entitajiet militari inkluż minn organizzazzjonijiet intergovernattivi, partikolarment l-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana. Għalhekk, l-interrogaturi Mode S li qed jużaw dawn il-kodiċijiet m’hemmx għalfejn ikunu suġġetti għall-proċess ta’ allokazzjoni koordinat. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-użu ta’ dawn il-kodiċijiet tal-interrogatur ma jħallix impatt negattiv fuq is-sikurezza tat-traffiku tal-ajru b’mod ġenerali. |
(12) |
Il-kodiċi tal-interrogatur 0 ġie riservat mill-ICAO għall-ħidma mingħajr kodiċi assenjat. L-interrogaturi Mode S li jużaw kodiċi tal-interrogatur 0 skont l-Istandards u l-Prassi Rakkomandata mill-ICAO m’hemmx għalfejn ikunu suġġetti għall-proċess ta’ allokazzjoni koordinat. |
(13) |
Il-kodiċi II 14 ġie riservat għall-użu komuni tas-sistemi ta’ ttestjar. Mhux garantit li tinstab l-mira Mode S meta diversi sistemi ta’ ttestjar ikunu qed jaħdmu fl-istess ħin. Għalhekk, l-operaturi ta’ sistemi ta’ ttestjar Mode S li għandhom bżonn jagħmlu provi temporanji li jeħtieġu sitwazzjoni libera mill-kunflitti għandhom jiżguraw koordinazzjoni bilaterali xierqa ma’ operaturi Mode S oħra ta’ sistemi ta’ ttestjar. |
(14) |
Is-servizz ċentralizzat tal-allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur għandu jipprovdi pjan ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur lill-Istati Membri u lill-operaturi tal-Mode S u jaġġornah kif ikun hemm bżonn biex tiġi żgurata s-sigurtà u l-effiċjenza fl-użu tal-kodiċi tal-interrogatur. Il-pjan ta’ allokazzjoni għandu jkun approvat mill-Istati Membri affetwati mill-kontenut tiegħu. |
(15) |
Għandu jkun definit mekkaniżmu biex tinstab soluzzjoni għas-sitwazzjonijiet fejn l-approvazzjoni tal-pjan ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur ma tistax tinkiseb fi żmien xieraq. |
(16) |
Bil-għan li jinżammu u jissaħħu l-livelli eżistenti ta’ sikurezza tal-operazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jiżguraw li l-partijiet interessati jagħmlu evalwazzjoni ta’ sikurezza, inkluż l-identifikazzjoni tal-periklu, l-evalwazzjoni tar-riskju u l-proċessi ta’ mitigazzjoni. L-implimentazzjoni armonizzata ta’ dawn il-proċessi mas-sistemi koperti minn dan ir-Regolament teħtieġ l-identifikazzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza għar-rekwiżiti kollha ta’ interoperabilità u rendiment. |
(17) |
Skont l-Artikolu 3(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, ir-regoli tal-implimentazzjoni tal-interoperabbiltà għandhom jiddeskrivu l-proċeduri speċifiċi tal-valutazzjoni tal-konformità li għandhom jintużaw biex tiġi vvalutata l-konformità jew l-idonjetà għall-użu tal-kostitwenti kif ukoll il-verifika tas-sistemi. |
(18) |
Il-livell ta’ maturità tas-suq għall-kostitwenti li għalihom japplika dan ir-Regolament huwa tali li l-konformità jew l-adattabilità tagħhom għall-użu jistgħu jkunu valutati b’mod sodisfaċenti permezz ta’ kontroll intern tal-produzzjoni, bl-użu ta’ proċeduri bbażati fuq il-Modulu A tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 768/2008/EC tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE (3). |
(19) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ajru Uniku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u ambitu
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S (minn hawn ‘il quddiem kodiċijiet tal-interrogatur) biex ikun hemm ħidma sigura u effiċjenti ta’ sorveljanza tat-traffiku tal-ajru u koordinazzjoni ċivili-militari.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-interrogaturi eliġibbli Mode S u s-sistemi ta’ sorveljanza relatati, il-kostitwenti tagħhom u l-proċeduri assoċjati, meta tappoġġja l-allokazzjoni koordinata jew l-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogaturi eliġibbli.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.
Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“Interrogatur Mode S” tfisser sistema, magħmula mill-antenna u mill-elettronika, li tappoġġja l-indirizzar tal-inġenju tal-ajru individwali permezz tal-Mode Select, magħrufa bħala Mode S; |
(2) |
“kodiċi tal-interrogatur” tfisser jew l-identifikazzjoni tal-interrogatur jew kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ sorveljanza użat biex ikun hemm imblokk f’iktar minn sit wieħed u possibilment għall-protokolli ta’ komunikazzjoni; |
(3) |
“kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-interrogatur” (minn hawn ‘il quddiem kodiċi II) tfisser kodiċi tal-interrogatur Mode S b’valur fl-iskala bejn 0 u 15 li jista’ jkun użat kemm għall-imblokk f’iktar minn sit wieħed kif ukoll għall-protokolli ta’ komunikazzjonijiet; |
(4) |
“kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ sorveljanza” (minn hawn ‘il quddiem kodiċi SI) tfisser kodiċi tal-interrogatur Mode S b’valur fl-iskala bejn 1 u 63 li jista’ jkun użat għall-protokolli għall-imblokk f’iktar minn sit wieħed, iżda ma jistax jiġi użat għall-protokolli ta’ komunikazzjonijiet f’iktar minn sit wieħed; |
(5) |
“imblokk f’iktar minn sit wieħed” tfisser il-protokoll li jippermetti l-akkwist ta’ mira Mode S u l-imblokk minn diversi interrogaturi Mode S li għandhom koperturi li jirkbu fuq xulxin; |
(6) |
“protokolli ta’ komunikazzjonijiet f’iktar minn sit wieħed” tfisser il-protokolli wżati biex, f’żoni fejn hemm koperturi ta’ interrogaturi Mode S li jirkbu fuq xulxin, ikun koordinat il-kontroll tal-komunikazzjonijiet li jsiru f’iktar minn transazzjoni waħda; |
(7) |
“mira Mode S” tfisser pjattaforma mgħammra b’transponder Mode S; |
(8) |
“imblokk” tfisser il-protokoll li jippermetti t-trażżin tat-tweġibiet għas-sejħiet Mode S kollha mill-miri Mode S diġà akkwistati; |
(9) |
“operatur Mode S” tfisser persuna, organizazzjoni jew intrapriża li tħaddem jew toffri li tħaddem interrogatur Mode S, inkluż:
|
(10) |
“allokazzjoni ta’ kodiċi tal-interrogatur” tfisser definizzjoni ta’ valuri għall-inqas għall-punti prinċipali tal-allokazzjoniet tal-kodiċi tal-interrogatur kif imniżżel fl-Anness II, Parti B; |
(11) |
“sistema ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur” tfisser sistema fi ħdan in-Network Ewropew ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru, u l-proċeduri assoċjati, li minnha, permezz tal-Istati Membri, huwa pprovdut servizz ċentrali ta’ allokazzjoni ta’ kodiċi tal-interrogatur (minn hawn ‘il quddiem servizz ta’ allokazzjoni ta’ kodiċi tal-interrogatur), li jieħu ħsieb l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-kodiċi tal-interrogatur u d-distribuzzjoni tal-proposta tal-pjan tal-allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur, lill-operaturi Mode S; |
(12) |
“applikazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur” tfisser applikazzjoni minn operatur Mode S għall-allokazzjoni ta’ kodiċi tal-interrogatur; |
(13) |
“proposta għall-pjan ta’ allokazzjoni ta’ kodiċi tal-interrogatur” tfisser proposta għal sett sħiħ ta’ allokazzjonijiet IC, preżentat mis-servizz ta’ allokazzjoni ta’ kodiċi tal-interrogatur għall-approvazzjoni tal-Istati Membri. |
(14) |
“pjan ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur” tfisser sett sħiħ approvat l-aktar reċentement ta’ allokazzjonijiet ta’ kodiċi tal-interrogatur. |
(15) |
“interrogatur eliġibbli Mode S” tfisser interrogatur Mode S li jissodisfa tal-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(16) |
“kodiċi eliġibbli tal-interrogatur” tfisser kull kodiċi fost il-kodiċijiet II u l-kodiċijiet SI, minbarra:
|
(17) |
“interrogazzjoni tas-sejħiet kollha Mode S” tfisser il-messaġġi li huma normalment użati mill-interrogaturi Mode S biex jakkwistaw miri Mode S li jkunu deħlin fiż-żona tagħhom ta’ kopertura; |
(18) |
“kodiċi operattivi tal-interrogatur” tfisser kull kodiċi eliġibbli tal-interrogatur minbarra l-kodiċi II 14; |
(19) |
“Stat Membru kompetenti” tfisser:
|
(20) |
“kunflitt fil-kodiċi tal-interrogatur” tfisser irkib mhux koordinat fil-kopertura ta’ żewġ interrogaturi Mode S jew iktar li qed jaħdmu fuq l-istess kodiċi tal-interrogatur, li jista’ potenzjalment jirriżulta f’inġenju tal-ajru li wieħed mill-interrogaturi Mode S ma jindunax bih; |
(21) |
“monitoraġġ tal-kunflitt tal-kodiċi tal-interrogatur” tfisser l-implimentazzjoni ta’ mezzi tekniċi jew proċedurali minn operatur Mode S biex jiġu identifikati l-effetti tal-kunflitti tal-kodiċi tal-interrogatur ma’ interrogaturi oħra Mode S fuq id-dejta ta’ sorveljanza pprovduta mill-interrogaturi Mode S tagħhom stess;. |
(22) |
“sekwenza tal-implimentazzjoni” tfisser is-sekwenza marbuta bil-ħin tal-implimentazzjoni tal-allokazzjonijiet tal-kodiċi tal-interrogatur li l-operaturi Mode S iridu jżommu magħha biex jiġu evitati konflitti temporanji tal-kodiċi tal-interrogatur; |
(23) |
“kodiċi II li jaqbel” tfisser il-kodiċi II dekodifikat minn transponder Mode S li ma jissapportjax il-kodiċijiet SI, f’interrogazzjoni tas-sejħiet kollha Mode S li fihom kodiċi SI, u li jintuża minn dan it-transponder biex it-tweġiba tas-sejħiet kollha ta’ tiġi kkodifikata; |
(24) |
“mappa ta’ imblokk” tfisser li l-fajl ta’ konfigurazzjoni tal-interrogatur Mode S li jindika fejn u kif għandha tiġi applikata l-ostruzzjoni ta’ sinjali għall-miri Mode S. |
Artikolu 3
Rekwiżiti ta’ interoperabbiltà u rendiment
L-operaturi Mode S għandhom jiżguraw li l-kostitwent elettroniku tar-radar head tal-interrogaturi Mode S tagħhom, li jużaw il-kodiċi tal-interrogatur imħaddem:
(1) |
isostnu l-użu ta’ kodiċijiet SI u kodiċijiet II f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili speċifikati fl-Anness I punt (1); |
(2) |
isostnu l-użu ta’ kodiċi ta’ ħidma II/SI f’konformità mar-rekwiżiti speċifikati fl-Anness III. |
Artikolu 4
Proċeduri assoċjati għall-operaturi Mode S
1. L-operaturi Mode S għandhom iħaddmu interrogatur eliġibbli Mode S, billi jużaw kodiċi eliġibbli tal-interrogatur, jekk irċevew allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur għal dan il-għan, mill-Istat Membru kompetenti.
2. L-operaturi Mode S li għandhom l-intenzjoni li jħaddmu, jew qegħdin iħaddmu, interrogatur eliġibbli Mode S li għalih ma giet ipprovduta l-ebda allokazzjoni ta’ kodiċi tal-interrogatur, għandhom jippreżentaw applikazzjoni għall-kodiċi tal-interrogatur lill-Istat Membru kompetenti, skont ir-rekwiżiti speċifikati fl-Anness II, Parti A.
3. L-operaturi Mode S għandhom ikunu f’konformità mal-punti ewlenin tal-allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur li jirċievu kif imniżżla fl-Anness II, Parti B.
4. L-operaturi Mode S għandhom jinfurmaw lill-Istat Membru kompetenti tal-inqas kull 6 xhur ta’ kull bdil fl-ippjanar tal-installazzjoni jew fl-istat ta’ ħidma tal-interrogaturi eliġibbli Mode S fir-rigward ta’ kull punt ewlieni tal-allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur imniżżel fl-Anness II, Parti B.
5. L-operaturi Mode S għandhom jiżguraw li kull interrogatur Mode S tagħhom juża esklussivament l-allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur tiegħu.
Artikolu 5
Proċeduri assoċjati għall-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-validità tal-applikazzjonijiet tal-kodiċi tal-interrogatur li jirċievu mill-operaturi Mode S, qabel jgħadduhom għall-koordinazzjoni mis-sistema ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur. Il-verifika tal-validità għandha tinkludi il-punti ewlenin imniżżla fl-Anness II, Parti A.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-sistema ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur:
(a) |
tiċċekkja li l-applikazzjonijiet għall-kodiċi tal-interrogatur huma konformi mal-konvenzjonijiet ta’ format u ta’ dejta; |
(b) |
tiċċekkja l-applikazzjonijiet għall-kodiċi tal-interrogatur għall-kompletezza, għall-preċiżjoni u għaż-żamma tal-ħin; |
(ċ) |
fi żmien massimu ta’ 6 xhur kalendarji mill-applikazzjoni:
|
3. It-tibdil fil-pjan ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur ikun suġġett għall-approvazzjoni tal-Istati Membri affettwati mill-aġġornament tal-pjan.
4. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil fuq it-tibdil kif imsemmi f’paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri konċernati għandhom iressqu l-każ quddiem il-Kummissjoni biex tieħu azzjoni. Il-Kummissjoni għandha taġixxi bi qbil skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.
5. L-Istati Membri li għalihom jirreferi l-paragrafu 3, għandhom jiżguraw li kull approvazzjonijiet tal-pjan ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur ikunu komunikati lill-Istati Membri l-oħra permezz tas-sistema ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur.
6. L-Istati Membri li għalihom jirreferi l-paragrafu 3 għandhom jiżguraw li tibdil fl-allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur minħabba aġġornament tal-pjan ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur ikun komunikat lill-operaturi Mode S relevanti li jaqgħu taħt l-awtorità tagħhom fi żmien 14-il jum kalendarju minn meta jasal il-pjan ta’ allokazzjoni aġġornat.
7. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Istati Membri l-oħra tal-inqas kull 6 xhur permezz tas-sistema ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur, reġistru aġġornat tal-allokazzjoni u tal-użu tal-kodiċi tal-interrogatur mill-interrogaturi eliġibbli Mode S fiż-żona ta’ responsabbiltà tagħhom.
8. Fejn jeżisti rkib bejn il-kopertura ta’ interrogatur Mode S li jinsab fiż-żona ta’ responsabbiltà ta’ Stat Membru u l-kopertura ta’ interrogatur Mode S li jinsab fiż-żona ta’ responsabbilta’ ta’ pajjiż terz, l-Istat Membru konċernat għandu:
(a) |
jassikura li l-pajjiż terz huwa infurmat bir-rekwiżiti ta’ sikurezza relatati mal-allokazzjoni u mal-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur; |
(b) |
jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikkoordina l-użu tal-kodiċijiet tal-interrogatur mat-tielet Stat. |
Artikolu 6
Proċeduri assoċjati għall-fornituri tas-servizz tat-traffiku tal-ajru
Il-fornituri tas-servizz tat-traffiku tal-ajru m’għandhomx jużaw dejta li ġejja minn interrogaturi Mode S li jaħdmu taħt ir-responsabbiltà ta’ pajjiż terz jekk l-allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur għadha ma ġietx ikkoordinata.
Artikolu 7
Rekwiżiti ta’ kontinġenza
1. Il-fornituri tas-servizz tat-traffiku tal-ajru għandhom jevalwaw l-impatt possibbli fuq is-servizzi tat-traffiku tal-ajru tal-kunflitti tal-kodiċi tal-interrogaturi u t-telf potenzjali marbut magħhom tad-dejta ta’ sorveljanza tal-miri Mode S mill-interrogaturi Mode S affettwati, meta jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti ta’ ħidma tagħhom u ż-żejjed disponibbli.
2. Sakemm it-telf potenzjali tad-dejta ta’ sorveljanza ta’ miri Mode S ma ġietx evalwata bħala li m’għandha l-ebda sinifikanza f’dik li hija sikurezza, l-operaturi Mode S għandhom:
(a) |
jimplimentaw mezzi ta’ monitoraġġ biex jinstabu kunflitti tal-kodiċi tal-interrogatur kawżati minn interrogaturi Mode S oħra li qed jaffettwaw interrogaturi eliġibbli Mode S li huma jħaddmu fuq kull kodiċi tal-interrogatur operattiv; |
(b) |
jiżguraw li l-iskoperta ta’ kunflitt tal-kodiċi tal-interrogatur pprovduta mill-implimentazzjoni tal-monitoraġġ jinkiseb f’waqtu u f’kopertura li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ sikurezza tagħhom; |
(ċ) |
jidentifikaw u jimplimentaw kif xieraq, alternattiva ta’ kif isir il-ħidma biex tnaqqas il-perikli ta’ kunflitti possibbli tal-kodiċi tal-interrogatur fuq kull kodiċi operattiv, identifikat fl-evalwazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1; |
(d) |
jiżguraw li l-alternattiva ta’ kif isir il-ħidma ma toħloq l-ebda kunflitt tal-kodiċi tal-interrogatur ma’ interrogaturi Mode S oħra msemmija mill-pjan ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur. |
3. L-operaturi Mode S għandhom jirrapurtaw kull kunflitt tal-interrogatur li jinvolvi interrogatur eliġibbli Mode S li huma jħaddmu fuq kull kodiċi tal-interrogatur operattiv lill-Istat Membru kompetenti u għandhom ipoġġu l-informazzjoni relatata għad-dispożizzjoni tal-operaturi Mode S l-oħra permezz tas-sistema ta’ allokazzjoni IC.
Artikolu 8
Kordinazzjoni ċivili-militari
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-unitajiet militari li qed iħaddmu l-interrogaturi eliġibbli Mode S fuq kull kodiċi tal-interrogatur ieħor minbarra kodiċi II 0 u kodiċijiet oħra riservati għall-ġestjoni tal-militar, huma konformi mal-Artikli 3 sa 7 sa l-Artikolu 12.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-unitajiet militari, li qed joperaw interrogaturi Mode S fuq kodiċi II 0 jew kodiċijiet tal-interrogatur oħra riservati għall-ġestjoni tal-militar, jikkontrollaw l-użu esklussiv ta’ dawn il-kodiċijiet tal-interrogatur, biex jevitaw in-nuqqas ta’ koordinazzjoni fl-użu ta’ kull kodiċi eliġibbli tal-interrogatur.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-allokazzjoni u l-użu tal-kodiċijiet tal-interrogatur minn unitajiet militari ma jkollu l-ebda impatt negattiv fuq is-sikurezza tat-traffiku tal-ajru b’mod ġenerali.
Artikolu 9
Rekwiżiti ta’ Sikurezza
1. L-operaturi Mode S għandhom jiżguraw li l-perikli potenzjali tal-kunflitti tal-kodiċi tal-interrogatur li jaffettwaw l-interrogaturi Mode S tagħhom ikunu evalwati u mnaqqsa b’mod xieraq.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull bidla fis-sistemi eżistenti u fil-proċeduri assoċjati msemmija fl-Artikolu 1(2) jew l-introduzzjoni ta’ sistemi ġodda u proċeduri simili tkun ippreċeduta minn evalwazzjoni ta’ sikurezza, inklużi l-identifikazzjoni tal-periklu, l-evalwazzjoni u t-tnaqqis tar-riskju, immexxija mill-partijiet ikkonċernati.
3. Għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta’ sikurezza stabbilita fil-paragrafu 2, ir-rekwiżiti speċifikati fl-Artikoli 4 sa 8 u l-Artikolu 12 għandhom ikunu kkunsidrati wkoll bħala rekwiżiti minimi ta’ sikurezza.
Artikolu 10
Evalwazzjoni tal-konformità
Qabel ma joħorġu dikjarazzjoni tal-KE dwar il-konformità jew dwar kemm huma adatti għall-użu kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, il-fabbrikanti tal-kostitwenti, jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom stabbiliti fil-Komunità, tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament għandhom jivvalutaw il-konformità ta’ dawk il-kostitwenti jew kemm huma adatti għall-użu b’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV, Parti A ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 11
Sistemi ta’ verifika
1. Il-fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru li jistgħu juru jew li wrew li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness V għandhom iwettqu verifika tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2) b’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VI, Parti A.
2. Il-fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru li ma jistgħux juru li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness V għandhom jgħaddu, permezz ta’ subkuntratt, il-verifika tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2) lil korp notifikat. Din il-verifika għandha titmexxa skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness VI, Parti B.
Artikolu 12
Rekwiżiti addizzjonali
1. L-operaturi Mode S għandhom jiżguraw li l-impjegati tagħhom li huma responsabbli mill-implimentazzjoni tal-allokazzjonijiet tal-kodiċi tal-interrogatur huma konxji mid-dispożizzjonijiet relevanti f’dan ir-Regolament u li huma mħarrġa b’mod adekwat biex jaqdu l-funzjonijiet ta’ xogħolhom.
2. L-operaturi Mode S għandhom:
(a) |
jiżviluppaw u jżommu l-manwali tat-tħaddim Mode S inkluż l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa biex l-impjegati tagħhom responsabbli mill-implimentazzjoni tal-allokazzjonijiet tal-kodiċi tal-interrogatur ikunu jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
jiżguraw li l-manwali msemmija fil-punt (a) ikunu aċċessibbli u jinżammu aġġornati u li l-aġġornament u d-distribuzzjoni tagħhom ikunu suġġetti għal ġestjoni xierqa ta’ kwalità u ta’ konfigurazzjoni tad-dokumentazzjoni; |
(ċ) |
jiżguraw li l-metodi ta’ ħidma u l-proċeduri operattivi mitluba għall-implimentazzjoni tal-allokazzjonijiet tal-kodiċi tal-interrogatur ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet relevanti speċifikati f’dan ir-Regolament. |
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-impjegati li qed jipprovdu s-servizz ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur huma konxji mid-dispożizzjonijiet relevanti ta’ dan ir-Regolament u li huma mħarrġa b’mod adekwat biex jaqdu l-funzjonijiet ta’ xogħolhom.
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-servizz ċentrali ta’ allokazzjoni tal-kodiċi tal-interrogatur:
(a) |
jiżviluppa u jżomm manwali ta’ ħidmiet li jkollhom l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa biex l-impjegati tagħhom ikunu jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijet ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
jiżgura li l-manwali msemmija fil-punt (a) jkunu aċċessibbli u jinżammu aġġornati u li l-aġġornament u d-distribuzzjoni tagħhom ikunu suġġetti għal ġestjoni xierqa ta’ kwalità u ta’ konfigurazzjoni tad-dokumentazzjoni; |
(ċ) |
jiżgura li l-metodi u l-proċeduri ta’ ħidma jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet relevanti kif speċifikati f’dan ir-Regolament. |
Artikolu 13
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President
(1) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.
(3) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.
(4) ĠU L 335, 21.12.2005, p. 13.
ANNESS I
Id-dispożizzjonijiet ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili msemmija fl-Artikolu 3(1) u fl-Anness III punt (2)
1. |
Kapitlu 3 “Sistemi ta' radar ta' sorveljanza”, taqsima 3.1.2.5.2.1.2. “IC: Kodiċi tal-interrogatur” l-Anness 10 tal-ICAO “Telekomunikazzjonijiet Aeronawtiċi”, Volum IV “Sistemi ta' Radar ta' Sorveljanza u l-Evitar tal-Kolliżjoni” (It-Tielet Edizzjoni, Lulju 2002, jinkorpora l-Emenda Nru 77). |
2. |
Kapitlu 5, “SSR Mode S Kollegament tad-Dejta bejn l-Ajru u l-Art”, taqsima 5.2.9 “Il-format tar-rapport fuq il-kapaċita tal-kollegament tad-dejta” tal-Anness 10 tal-ICAO “Telekomunikazzjonijiet Aeronawtiċi”, Volum III “Sistemi ta' Komunikazzjoni” (L-Ewwel Edizzjoni, l-Emenda Nru 79). |
ANNESS II
Parti A Rekwiżiti marbuta mal-applikazzjoni għall-kodiċijiet tal-interrogatur imsemmija fl-Artikoli 4(2), 5(1) u 5(2)
L-applikazzjoni IC għandha tiġbor fiha, bħala minimu, il-punti prinċipali li ġejjin:
(a) |
ir-referenza għall-applikazzjoni unika mill-Istat Membru kompetenti; |
(b) |
id-dettalji sħaħ tar-rapprezentant tal-Istat Membru li hu responsabbli għall-koordinazzjoni tal-Allokazzjoni Mode S IC; |
(c) |
id-dettalji sħaħ tal-punt ta' kuntatt tal-operatur Mode S għall-affarijiet ta' Allokazzjoni Mode S IC; |
(d) |
l-isem tal interrogatur Mode S; |
(e) |
l-użu tal-interrogatur Mode S (imħaddem jew bi prova); |
(f) |
il-post tal-interrogatur Mode S; |
(g) |
id-data ppjanata għall-ewwel trażmissjoni Mode S mill-interrogatur Mode S; |
(h) |
il-kopertura Mode S rikjesta; |
(i) |
ir-rekwiżiti ta' ħidma speċifiċi; |
(j) |
il-kapaċità tal-kodiċi SI; |
(k) |
il-kapaċità tal-“ħidma tal-kodiċi II/SI”; |
(l) |
il-kapaċità tal-mappa ta' kopertura. |
Parti B Rekwiżiti marbuta mal-allokazzjoni tal-kodiċijiet tal-interrogatur imsemmija fl-Artikoli 2(10), 4(3) u 4(4)
L-allokazzjoni IC għandha tinkludi il-punti minimi li ġejjin:
(a) |
ir-referenza għall-applikazzjoni korrispondenti mill-Istat Membru kompetenti; |
(b) |
ir-referenza ta' allokazzjoni unika mis-servizz ta' allokazzjoni IC; |
(c) |
ir-referenzi ta' allokazzjoni li ġew mibdula, kif meħtieġ; |
(d) |
l-IC allokat; |
(e) |
ir-restrizzjonijijiet ta' sorveljanza u ta' imblokk fil-forma ta' skali settorjali jew ta' mappa ta' kopertura Mode S; |
(f) |
il-perjodu ta' implimentazzjoni li matulu l-allokazzjoni għandha tiġi reġistrata fl-interrogatur Mode S identifikat fl-applikazzjoni; |
(g) |
is-sekwenza ta' implimentazzjoni li għandha tiġi mħarsa; |
(h) |
l-alternattivi l-oħra assoċjati u mhux obbligatorji: rakkomandazzjoni ta' ragruppament; |
(i) |
ir-restrizzjonijiet ta' ħidma speċifiċi, kif meħtieġ. |
ANNESS III
Il-ħidma ta' kodiċi II/SI msemmija fl-Artikolu 3(2)
1. |
L-interrogaturi Mode S, meta joperaw b'kodiċi SI u jekk ikun permess minn parametru ta' ħidma xieraq, għandhom jakkwistaw ukoll miri permezz tas-sejħiet kollha ta' tweġiba li huma miktuba b'kodiċi II li jaqbel. |
2. |
L-interrogaturi Mode S, meta joperaw b'kodiċi SI u jekk ikun permess minn parametru ta' ħidma xieraq, għandhom jikkunsidraw tweġibiet bit-transponders bit-tweġibiet tas-sejħiet kollha miktuba b'kodici II li jaqbel bħala transponders li mhumiex mgħammra b'SI, irrispettivament mill-kapaċità SI msemmija fir-rapport ta' kapaċità tal-kollegament tad-dejta definit fid-dokument imsemmi fl-Anness I punt (2). |
3. |
L-interrogaturi Mode S, meta jaħdmu b'kodiċi SI u jekk ikun permess minn parametru ta' ħidma xieraq, għandhom jinterrogaw transponders li m'għandhomx kapaċità ta' kodiċi SI billi jużaw il-messaġġi ta' protokoll ta' imblokk f'iktar minn sit wieħed Mode S kif previst għall-ħidma tal-kodiċi II. Il-kodiċi II li għandu jintuża għandu jkun il-kodiċi II li jaqbel. |
4. |
L-interrogaturi Mode S, meta joperaw b'kodiċi SI u jekk ikun permess minn parametru ta' ħidma xieraq, għandhom ikunu konfigurabbli minn operatur biex jew:
|
5. |
L-interrogaturi Mode S, meta joperaw b'kodiċi II u jekk ikun permess minn parametru ta' ħidma xieraq, għandhom ikunu konfigurabbli minn operatur biex jew:
|
6. |
Meta l-ħidma tal-kodiċi II/SI hija attivata, il-mapep tal-imblokk m'għandhomx jitqiesu għal transponders li m'għandhomx kapaċità ta' kodiċi SI. |
ANNESS IV
Parti A Ir-rekwiżiti għall-evalwazzjoni tal-konformità u tal-adegwatezza għall-użu tal-kostitwenti tas-sistema msemmija fl-Artikolu 10
1. |
L-attivitajiet ta’ verifikazzjoni għandhom juru l-konformità tal-kostitwenti li jappoġġjaw protokolli ta’ imblokk tal-kodiċi II u l-kodiċi SI u l-ħidma tal-kodiċi II/SI bir-rekwiżiti ta’ interoperabilità u rendiment ta’ dan ir-Regolament, jew l-adegwatezza għall-użu tagħhom waqt li dawn il-kostitwenti jkunu qed jaħdmu f'ambjent ta’ prova. |
2. |
L-applikazzjoni mill-fabbrikant, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, tal-modulu deskritt fil-Parti B għandha titqies bħala proċedura xierqa ta’ evalwazzjoni ta’ konformità biex tiżgura u tiddikjara l-konformità tal-kostitwenti. Proċeduri ekwivalenti jew aktar stretti huma wkoll awtorizzati. |
Parti B Il-modulu tal-kontroll intern tal-produzzjoni
1. |
Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità li jwettaq l-obbligi stabbiliti f'punt 2, jiżgura, u jiddikjara li l-kostitwenti kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jfassal dikjarazzjoni bil-miktub ta’ konformità jew adegwatezza għall-użu skont l-Anness III punt (3) tar-Regolament (KE) Nru 552/2004. |
2. |
Il-fabbrikant għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika deskritta f'punt 4 u hu jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jżommha għal perjodu li jagħlaq mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar kostitwenti jkunu nħadmu, għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti ta’ sorveljanza għal finijiet ta’ spezzjoni u għad-dispożizzjoni tal-fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru li jintegraw dawn il-kostitwenti fis-sistemi tagħhom. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jgħarraf lill-Istati Membri dwar fejn u kif id-dokumentazzjoni teknika ta’ hawn fuq tista’ ssir disponibbli. |
3. |
Meta l-fabbrikant ma jkunx stabbilit fil-Komunità, għandu jaħtar il-persuna(i) li tqiegħed/jqiegħdu l-kostitwenti fis-suq Komunitarju. Din il-persuna/dawn il-persuni għandha/għandhom tgħarraf/jgħarrfu lill-Istati Membri dwar fejn u kif id-dokumentazzjoni teknika tista’ ssir disponibbli. |
4. |
Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li tkun evalwata l-konformità tal-kostitwenti mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Għandha, sa fejn ikun rilevanti għal din l-evalwazzjoni, tkopri d-disinn, il-fabbrikazzjoni u l-ħidma tal-kostitwenti. |
5. |
Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità jew adegwatezza għall-użu mad-dokumentazzjoni teknika. |
ANNESS V
Kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11
1. |
Il-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jkollu stabbiliti metodi ta’ rappurtaġġ fl-organizzazzjoni li jiżguraw u juru imparzjalità u indipendenza ta’ ġudizzju fir-rigward tal-attivitajiet ta’ verifika. |
2. |
Il-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jiżgura li l-impjegati involuti fil-proċessi ta’ verifika, iwettqu l-verifiki bl-akbar integrità professjonali possibbli u bl-aqwa kompetenza teknika possibbli u jkunu ħielsa minn kull pressjoni u inċentiv, b’mod partikolari ta’ xorta finanzjarja, li jistgħu jaffettwaw il-konklużjonijiet jew ir-riżultati tal-verifiki tagħhom, b’mod partikolari minn persuni jew gruppi ta’ persuni milquta mir-riżultati tal-verifiki. |
3. |
Il-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jiżgura li l-impjegati involuti fil-proċessi ta’ verifika jkollhom aċċess għat-tagħmir li jippermettilhom li jwettqu tajjeb il-kontrolli meħtieġa. |
4. |
Il-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jiżgura li l-impjegati involuti fil-proċessi ta’ verifika jkollhom taħriġ tekniku u vokazzjonali sod, għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-verifiki li jkunu mistennija jwettqu, esperjenza adegwata ta’ ħidmiet bħal dawn, u l-ħila meħtieġa biex ifasslu dikjarazzjonijiet, rekords u rapporti li juru t-twettiq tal-verifiki. |
5. |
Il-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jiżgura li l-impjegati involuti fil-proċessi ta’ verifika jkunu jistgħu jwettqu l-kontrolli tagħhom b’imparzjalità. Ir-rimunerazzjoni tagħhom m’għandhiex tiddependi fuq l-għadd ta’ kontrolli mwettqa jew fuq ir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli. |
ANNESS VI
Parti A: Rekwiżiti għall-verifika ta’ sistemi msemmija fl-Artikolu 11(1)
1. |
Il-verifika tas-sistemi għandha turi l-konformità ta’ dawn is-sistemi mar-rekwiżiti tal-interoperabilità, tar-rendiment, tal-kontinġenza u ta’ sikurezza ta’ dan ir-Regolament fl-ambjent ta’ evalwazzjoni li tirrifletti l-kuntest ta’ ħidma ta’ dawn is-sistemi. Partikolarment, il-verifika tal-interrogaturi Mode S għandha turi:
|
2. |
Il-verifika ta’ sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandha titmexxa skont prattika ta’ ttestjar adatta u rikonoxxuta. |
3. |
L-għodda tal-itestjar użata għall-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandu jkollha funzjonalitajiet adatti. |
4. |
Il-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament għandha tipproduċi l-elementi tal-fajl tekniku meħtieġ mill-Anness IV punt (3) tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, inklużi l-elementi li ġejjin:
|
5. |
Il-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jmexxi l-attivitajiet ta’ verifika u għandu b’mod partikolari:
|
6. |
Il-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jiżgura li s-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) mħaddmin f’ambjent ta’ evalwazzjoni ta’ ħidma jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-interoperabilità, tar-rendiment, tal-kontinġenza u tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament. |
7. |
Wara li jissodisfaw it-tmiem tal-verifika ta’ konformità, il-fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom ifasslu d-dikjarazzjoni tal-KE tal-verifika tas-sistema u jippreżentawha lill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza flimkien mal-fajl tekniku kif meħtieġ mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru. 552/2004. |
Parti B: Rekwiżiti għall-verfika tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 11(2)
1. |
Il-verifika tas-sistemi għandha turi l-konformità ta’ dawn is-sistemi mar-rekwiżiti tal-interoperabilità, tar-rendiment, tal-kontinġenza u tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament f’ambjent ta’ evalwazzjoni li jirrifletti l-kuntest ta’ ħidma ta’ dawn is-sistemi. Partikolarment, il-verifika tal-interrogaturi Mode S għandha turi:
|
2. |
Il-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandha titmexxa skont prattika ta’ prova adatta u rikonoxxuta. |
3. |
L-għodda tal-prova użata għall-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandu jkollha funzjonalitajiet adatti. |
4. |
Il-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament għandha tipproduċi l-elementi tal-fajl tekniku meħtieġ mill-Anness IV punt (3) tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, inklużi l-elementi li ġejjin:
|
5. |
Il-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jiddetermina l-ambjent tal-evalwazzjoni ta’ ħidma u tekniku xieraq li jirrifletti l-ambjent ta’ ħidma u għandu jkollu attivitajiet ta’ verifika mwettqa minn korp notifikat. |
6. |
Il-korp notifikat għandu jmexxi l-attivitajiet tal-verifika u għandu b’mod partikolari:
|
7. |
Il-korp notifikat għandu jiżgura li l-implimentazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni li jsostni l-proċess ta’ allokazzjoni u l-użu tal-Mode S IC, integrat fis-sistemi mħaddma f’ambjent simulat ta’ ħidma, jissodisfa r-rekwiżiti tal-interoperabilità, tar-rendiment, tal-kontinġenza u tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament. |
8. |
Meta jissodisfa t-tmiem tal-ħidmiet ta’ verifika, il-korp notifikat għandu jfassal ċertifikat ta’ konformità fir-rigward tal-ħidmiet li jkun wettaq. |
9. |
Wara, il-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandu jfassal dikjarazzjoni tal-KE dwar il-verifika tas-sistema u jippreżentaha lill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza flimkien mal-fajl tekniku kif meħtieġ mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru. 552/2004. |
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Il-Kunsill
31.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta' Mejju 2008
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
(2009/302/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar it-tibdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi strumenti ta’ ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
(2) |
Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, Ftehim mal-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru konformement mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2003 li tawtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar it-tibdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi strumenti ta’ ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
(3) |
Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar ‘il quddiem, il-Ftehim negozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat u applikat proviżorjament, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità suġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem il-Komunità suġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 3
Sa meta jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat proviżorjament mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri kollha meħtieġa għal dan il-għan.
Artikolu 4
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim.
Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ZVER
FTEHIM
bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
IL-KOMUNITÀ EWROPEA
minn naħa waħda, u
R-REPUBBLIKA IŻLAMIKA TAL-PAKISTAN (minn hawn ‘il quddiem “il-Pakistan”)
min-naħa l-oħra
(minn hawn ‘il quddiem “il-Partijiet”)
FILWAQT LI JINNUTAW li ċerti dispożizzjonijiet fi strumenti ta’ ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn bosta Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan jeħtiġilhom jinġiebu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità,
FILWAQT LI JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,
FILWAQT LI JINNUTAW li t-trasportaturi tal-ajru Komunitarji stabbiliti f’xi wieħed mill-Istati Membri ingħataw id-dritt, mill-Komunità Ewropea skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità, għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot tal-ajru bejn dak l-Istat Membru u pajjiżi terzi,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-istrumenti ta’ ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-erba’ pajjiżi Ewropej elenkati fl-Anness III li jipprovdu dwar il-possibbiltà għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi li jiksbu dritt ta’ sjieda fi trasportaturi tal-ajru mogħtija liċenzja f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea,
FILWAQT LI JAGĦRFU li l-aspetti kollha relatati ma’ strumenti ta’ ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan jeħtiġilhom ikunu konformi mal-liġijiet tal-partijiet sabiex tiġi stabbilita bażi ġuridika soda għas-servizzi tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u sabiex tinżamm il-kontinwità ta’ servizzi tal-ajru bħal dawn,
FILWAQT LI JINNUTAW li d-dispożizzjonijiet ta’ strumenti ta’ ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan, li ma jmorrux kontra l-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea u dik tal-Pakistan, ma għandhomx bżonn jiġu milquta minn dan il-Ftehim,
FILWAQT LI JAGĦRFU li d-dispożizzjonijiet fi strumenti ta’ ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan li i) jirrikjedu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta’ ftehim bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki kkonċertati li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti; jew (ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika kkonċertata ta’ dan it-tip; jew iii) jiddelegaw lit-trasportaturi tal-ajru jew lil operaturi ekonomiċi privati oħrajn ir-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti, jistgħu jrendu mhux effettivi r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi,
FILWAQT LI JINNUTAW li, f’dan il-Ftehim, mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea u tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan li jiżdied il-volum totali tat-traffiku tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan, li jiġi milqut il-bilanċ bejn it-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità u t-trasportaturi tal-ajru tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan, jew li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet ta’ strumenti ta’ ftehim bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru rigward id-drittijiet tat-traffiku,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “Stati Membri” tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.
2. Ir-referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness I għaċ-ċittadini tal-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim għandhom jinftiehmu bħala referenzi għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.
3. Ir-referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness I għat-trasportaturi tal-ajru jew linji tal-ajru tal-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim għandhom jinftiehmu bħala referenzi għat-trasportaturi tal-ajru jew linji tal-ajru nominati minn dak l-Istat Membru.
Artikolu 2
Nomina minn Stat Membru
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jirbħu fuq id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam man-nomina tat-trasportatur tal-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tiegħu mogħtija mir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tat-trasportatur tal-ajru, rispettivament.
2. Malli tirċievi nomina mingħand Stat Membru tal-Komunità Ewropea, ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi meħtieġa bl-anqas dewmien proċedurali, sakemm:
(i) |
it-trasportatur tal-ajru jkun stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru li jinnomina skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u li għandu Liċenzja Operattiva valida maħruġa minn Stat Membru f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea; kif ukoll |
(ii) |
jiġi eżerċitat u jinżamm kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru tiegħu u l-awtorità ajrunawtika rilevanti tkun identifikata b’mod ċar fin-nomina; kif ukoll |
(iii) |
it-trasportatur tal-ajru jkun proprjetà, direttament jew permezz tal-akbar sehem azzjonarju, ta’, u jkun kontrollat effettivament minn, l-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-Istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-Istati l-oħra; kif ukoll |
(iv) |
it-trasportatur tal-ajru ikollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru li jkun ħariġlu l-Liċenzja Operattiva valida tiegħu. |
3. Ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan tista’ tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ trasportatur tal-ajru nnominat minn Stat Membru fejn:
(i) |
it-trasportatur tal-ajru ma jkunx stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru li nnominah skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew ma għandux Liċenzja Operattiva valida minn Stat Membru f’konformità mal-liġi tal-Komunità Ewropea; jew |
(ii) |
ma jitħaddimx jew ma jinżammx kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tiegħu tal-Operatur tal-Ajru, jew l-awtorità ajrunawtika rilevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fin-nomina; jew |
(iii) |
it-trasportatur tal-ajru ma jkunx proprjetà, direttament jew permezz tal-akbar sehem azzjonarju, ta’, jew ma jkunx kontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-Istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-Istati l-oħra; jew |
(iv) |
it-trasportatur tal-ajru ma jkollux il-post prinċipali tan-negozju tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru li jkun ħariġlu l-Liċenzja Operattiva valida tiegħu. jew |
(v) |
it-trasportatur tal-ajru jkun diġà awtorizzat li jopera fl-ambitu ta’ ftehim bilaterali bejn ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u xi Stat Membru ieħor u, billi jeżerċita d-drittijiet tat-traffiku fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat Membru l-ieħor, dan ikun qed jevita r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti minn dak il-ftehim l-ieħor; jew |
(vi) |
it-trasportatur tal-ajru nnominat ikun fil-pussess ta’ Ċertifikat tal-Operaturi tal-Ajru u Liċenzja Operattiva maħruġin minn Stat Membru li miegħu r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan ma għandhiex ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru, u dak l-Istat Membru jkun ċaħad lil trasportatur tal-ajru b’liċenzja maħruġa mir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan id-drittijiet tat-traffiku jew l-opportunitajiet kummerċjali relatati. |
4. Hija u tħaddem id-dritt tagħha skont il-paragrafu 3, ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan ma għandhiex tiddiskrimina bejn trasportaturi tal-ajru tal-Komunità abbażi tan-nazzjonalità, bil-kundizzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq.
Artikolu 3
Is-sikurezza
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness II(c).
2. Fejn Stat Membru jkun innomina trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu huwa mħaddem u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan skont id-dispożizzjonijiet ta’ sikurezza tal-ftehim bejn l-Istat Membru li nnomina t-trasportatur tal-ajru u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan għandhom japplikaw b’mod ugwali fir-rigward tal-adozzjoni, it-tħaddim jew iż-żamma tal-istandards tas-sikurezza minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għall-operat ta’ dak it-trasportatur tal-ajru.
Artikolu 4
It-tariffi għall-ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness II(d).
2. It-tariffi li għandhom jinżammu mit-trasportatur/i tal-ajru nnominat/i mir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan permezz ta’ ftehim elenkat fl-Anness I li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness II(d) għal ġarr li jseħħ kollu kemm hu fi ħdan il-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea. Il-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea hija applikata fuq bażi mhux diskriminatorja.
Artikolu 5
Kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni
1. Minkejja kull dispożizzjoni oħra għall-kuntrarju, xejn f’kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness I ma għandu (i) jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ akkordji bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki kkonċertati li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni; (ii) isaħħaħ l-effetti ta’ kwalunkwe akkordju, deċiżjoni jew prattika kkonċertata ta’ dan it-tip; jew (iii) jiddelega lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.
2. Id-dispożizzjonijiet fil-ftehim elenkati fl-Anness I li mhumiex kompatibbli mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu applikati.
Artikolu 6
Annessi ma’ dan il-Ftehim
L-Annessi ma’ dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.
Artikolu 7
Reviżjoni jew emendament
Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin, jirrivedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku. Kull waħda mill-Partijiet tista’, fi kwalunkwe waqt, titlob konsultazzjonijiet bil-għan li jiġi rivedut jew emendat dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku, u l-parti l-oħra għandha twieġeb għal din it-talba sa mhux aktar tard minn 60 (sittin) jum wara li tkun saret it-talba għall-konsultazzjoni.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu tlestew.
2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Ftehim provviżorjament mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri kollha meħtieġa għal dan il-għan ikunu tlestew.
3. Jinsabu elenkati fl-Anness I(b) dawk l-istrumenti ta’ ftehim u arranġamenti oħra bejn l-Istati Membri u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, għadhom ma daħlux fis-seħħ u m’humiex qed jiġu applikati provviżorjament. Dan il-Ftehim għandu japplika għal dawn l-istrumenti ta’ ftehim u arranġamenti kollha mad-dħul fis-seħħ jew mal-applikazzjoni provviżorja tagħhom.
Artikolu 9
Terminazzjoni
1. Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness I jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-ftehim elenkat fl-Anness I ikkonċernat għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin.
2. Fil-każ li l-istrumenti ta’ ftehim kollha elenkati fl-Anness I jiġu tterminati, dan il-Ftehim jiġi tterminat fl-istess ħin.
B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.
Magħmul fi Brussell f’żewġ kopji, fl-erbgħa u għoxrin jum ta’ Frar, tas-sena elfejn u disgħa bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża.
За Европейската общност
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenství
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā
Europos bendrijos vardu
Az Európai Közösség részéről
Għall-Komunità Ewropea
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Comunidade Europeia
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvo
Za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
För Europeiska gemenskapen
За Ислямска република Пакистан
Por la República Islámica de Pakistán
Za Pákistánskou islámskou republiku
For Den Islamiske Republik Pakistan
Für die Islamische Republik Pakistan
Pakistani Islamivabariigi nimel
Για την Ισλαμική Δημοκρατία του Πακιστάν
For the Islamic Republic of Pakistan
Pour la République islamique du Pakistan
Per la Repubblica islamica del Pakistan
Pakistānas Islāma Republikas vārdā
Pakistano Islamo Respublikos vardu
A Pakisztáni Iszlám Köztársaság részéről
Għar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan
Voor de Islamitische Republiek Pakistan
W imieniu Islamskiej Republiki Pakistanu
Pela República Islâmica do Paquistão
Pentru Republica Islamică Pakistan
Za Pakistanskú islamskú republiku
Za Islamsko republiko Pakistan
Pakistanin islamilaisen tasavallan puolesta
För Islamiska republiken Pakistan
ANNESS I
Lista provviżorja ta’ strumenti ta’ ftehim imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Ftehim dwar is-servizzi tal-ajru bejn ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament
|
(b) |
Ftehim dwar is-servizzi tal-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati provviżorjament:
|
ANNESS II
Lista proviżorja ta’ Artikoli fil-ftehim elenkati fl-Anness I u msemmija fl-Artikoli 2 sa 4 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Nomina minn Stat Membru:
|
(b) |
Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet jew permessi:
|
(c) |
Sikurezza:
|
(d) |
Tariffi għall-Ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea:
|
ANNESS III
Lista ta’ Stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Ir-Repubblika tal-Iżlanda (skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); |
(b) |
Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); |
(c) |
Ir-Renju Norveġiż (skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); |
(d) |
Il-Konfederazzjoni Żvizzera (skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport tal-Ajru). |
Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri
31.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/43 |
DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tal-25 ta' Marzu 2009
li taħtar żewġ Imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej
(2009/303/KE, Euratom)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 223 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 139 tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattati, kull tliet snin għandu jkun hemm sostituzzjoni parzjali tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej. |
(2) |
Għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2009 sas-6 ta’ Ottubru 2015, kellhom jinħatru tlettax-il Imħallef u erba’ Avukati Ġenerali. |
(3) |
Fil-25 ta’ Frar 2009, il-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri ħatret ħdax-il Imħallef u erba’ Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għall-perijodu msemmi hawn fuq. |
(4) |
Sabiex jikkompletaw is-sostituzzjoni parzjali tal-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, il-Gvernijiet tal-Istati Membri għandhom jaħtru żewġ Imħallfin oħra li l-mandat attwali tagħhom jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2009, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Marko ILEŠIČ u s-Sinjura Camelia TOADER huma b’dan maħturin Imħallfin għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2009 sas-6 ta’ Ottubru 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Marzu 2009.
Il-President
M. VICENOVÁ
Il-Kummissjoni
31.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/44 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Marzu 2009
li taħtar 12-il membru tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/304/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi l-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika, u li tħassar id-Deċizjoni tal-Kunsill 91/116/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(a) tagħha,
Wara li kkonsultat mal-Kunsill,
Wara li kkonsultat mal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Il-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika huwa magħmul minn 24 membru. |
(2) |
Skont l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE, 12-il membru għandhom ikunu maħtura mill-Kummissjoni, wara li din tikkonsulta mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill. |
(3) |
L-Istati Membri pprovdew lill-Kummissjoni b’lista ta’ kandidati li għandhom kwalifiki stabbiliti sew fil-qasam tal-istatistika. |
(4) |
Meta taħtar lil dawk it-12-il membru, il-Kummissjoni għandha tiżgura li huma jirrappreżentaw b’mod ugwali lill-utenti, lil min iwieġeb u lill-partijiet l-oħra interessati fl-istatistika Komunitarja (fosthom il-komunità xjentifika, il-partijiet soċjali u s-soċjetà ċivili). |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-persuni msemmijin fl-Anness huma b’dan maħtura membri tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika għal żmien ta’ ħames snin.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 73, 15.3.2008, p. 13.
ANNESS
Karl Andrea FEMRELL
Ladislav KABÁT
Lea KAUPPI
Irena E. KOTOWSKA
Denise Anne LIEVESLEY
Hristina MITREVA
Luca PAOLAZZI
Robert ROCHEFORT
Julio RODRĺGUEZ LÓPEZ
Ineke STOOP
Hartmut TOFAUTE
Brendan WALSH