ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
Werrej |
|
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
|
||
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 254/2009 tal-25 Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 12 tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet Internazzjonali dwar ir-Rapportar Finanzjarju (IFRIC) ( 1 ) |
|
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
|
2009/295/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/296/KE |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
26.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 252/2009
tal-25 ta’ Marzu 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Marzu 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
IL |
82,5 |
JO |
73,2 |
|
MA |
62,5 |
|
TN |
134,4 |
|
TR |
103,9 |
|
ZZ |
91,3 |
|
0707 00 05 |
JO |
167,2 |
MA |
69,5 |
|
TR |
170,8 |
|
ZZ |
135,8 |
|
0709 90 70 |
MA |
52,1 |
TR |
96,8 |
|
ZZ |
74,5 |
|
0709 90 80 |
EG |
60,4 |
ZZ |
60,4 |
|
0805 10 20 |
EG |
41,1 |
IL |
55,3 |
|
MA |
47,0 |
|
TN |
59,0 |
|
TR |
73,6 |
|
ZZ |
55,2 |
|
0805 50 10 |
TR |
56,6 |
ZZ |
56,6 |
|
0808 10 80 |
AR |
87,1 |
BR |
75,0 |
|
CA |
63,9 |
|
CL |
81,9 |
|
CN |
67,5 |
|
MK |
21,2 |
|
US |
109,5 |
|
UY |
68,8 |
|
ZA |
79,1 |
|
ZZ |
72,7 |
|
0808 20 50 |
AR |
76,7 |
CL |
90,6 |
|
CN |
48,8 |
|
ZA |
90,2 |
|
ZZ |
76,6 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
26.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 253/2009
tal-25 ta’ Marzu 2009
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2009 (4). |
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Marzu 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(3) ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-26 ta’ Marzu 2009
(EUR) |
||
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
1701 11 10 (1) |
24,57 |
4,01 |
1701 11 90 (1) |
24,57 |
9,25 |
1701 12 10 (1) |
24,57 |
3,82 |
1701 12 90 (1) |
24,57 |
8,82 |
1701 91 00 (2) |
29,52 |
10,47 |
1701 99 10 (2) |
29,52 |
5,95 |
1701 99 90 (2) |
29,52 |
5,95 |
1702 90 95 (3) |
0,30 |
0,35 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
26.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 254/2009
tal-25 Marzu 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 12 tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet Internazzjonali dwar ir-Rapportar Finanzjarju (IFRIC)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008. |
(2) |
Fit-30 ta’ Novembru 2006, il-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet Internazzjonali tar-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRIC) ippubblika l-Interpretazzjoni 12 tal-IFRIC Arranġamenti għall-Konċessjoni ta' Servizz, minn hawn ’il quddiem l-“IFRC 12”. L-IFRIC 12 hija interpretazzjoni li tipprovdi kjarifika dwar kif jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Istandards Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) diġà adottati mill-Kummissjoni dwar l-arranġamenti għall-konċessjoni ta' servizz. L-IFRIC 12 tikkjarifika kif għandhom jiġu rrikonoxxuti fil-kontijiet tal-operatur tal-konċessjoni l-infrastruttura soġġetta għall-arranġament għall-konċessjoni ta' servizz. Tikkjarifika wkoll id-distinzjoni bejn il-fażijiet differenti ta' arranġament għall-konċessjoni ta' servizz (fażijiet ta' kostruzzjoni/operattivi) u kif d-dħul u l-infiq għandhom jiġu rrikonoxxuti f'kull każ. Tiddistingwi bejn żewġ modi ta' rikonoxximent tal-infrastruttura kif ukoll ta' dħul u nfiq relatat (“il-mudelli” tal-assi finanzjarju u l-assi intanġibbli) skont l-iskopertura tal-operatur tal-konċessjoni għall-inċertezza fid-dħul futur tiegħu. |
(3) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-IFRIC 12 tissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja [dwar ir-Rappurtar Finanzjarju] (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u ta l-parir lill-Kummissjoni li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva. |
(4) |
L-adozzjoni tal-IFRIC 12 timplika, b'konsegwenza, emendi għall-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1, l-IFRIC 4 u l-Interpretazzjoni 29 tal-Kumitat Permanenti tal-Interpretazzjoni (SIC) sabiex tiġi ggarantita konsistenza bejn l-istandards internazzjonali tal-kontabilità. |
(5) |
Huwa b’dan mifhum li l-kumpaniji jistgħu japplikaw jew ikomplu japplikaw l-IFRIC 12. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Interpretazzjoni 12 tal-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet Internazzjonali tar-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRIC) Arranġamenti għall-Konċessjoni ta' Servizz, qed tiddaħħal kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
(2) |
L-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1, l-IFRIC 4 u l-Interpretazzjoni 29 tal-Kumitat Permanenti tal-Interpretazzjoni (SIC) huma emendati skont l-Appendiċi B tal-IFRIC 12 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-IFRIC 12, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament..
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.
(3) ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.
ANNESS
STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ
IFRIC 12 |
IFRIC Interpretazzjoni 12 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta' Servizz |
Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet eżistenti kollha huma rriservati lil hinn miż-ŻEE, għajr għad-dritt tar-riproduzzjoni għall-finijiet ta’ użu persunali jew użu ġust ieħor. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fis-sit www.iasb.org
INTERPRETAZZJONI IFRIC 12
Arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizz
REFERENZI
— |
Qafas għat-Tħejjija u l-Preżentazzjoni ta' Rendikonti Finanzjarji |
— |
L-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba ta’ Standards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju |
— |
L-IFRS 7. Strumenti Finanzjarji: Żvelar |
— |
L-IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji |
— |
L-IAS 11 Kuntratti ta’ kostruzzjoni |
— |
L-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir |
— |
L-IAS 17 Kirjiet |
— |
L-IAS 18 Dħul |
— |
L-IAS 20 Kontabilità għal Għotjiet Pubbliċi u Żvelar ta' Assistenza Pubblika. |
— |
L-IAS 23 L-Ispejjeż tas-self |
— |
L-IAS 32. Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni |
— |
L-IAS 36 Deterjorament tal-Assi |
— |
L-IAS 37 Dispożizzjonijiet, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti |
— |
L-IAS 38 Assi mhux tanġibbli |
— |
L-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Għarfien u Kejl |
— |
L-IFRIC 4 Determinazzjoni dwar jekk Arranġament fihx Kirja |
— |
Is-SIC-29 Żvelar—Arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizz |
SFOND
1 F’bosta pajjiżi, l-infrastruttura għas-servizzi pubbliċi—bħat-toroq, pontijiet, mini, ħabsijiet, ajruporti, faċilitajiet għad-distribuzzjoni tal-ilma, il-forniment tal-enerġija u n-netwerks tat-telekomunikazzjoni—tradizzjonalment ġew mibnija, mħaddma u mantenuti mis-settur pubbliku u ffinanzjati permezz ta’ approprijazzjoni tal-baġit pubbliku.
2 F’ċerti pajjiżi, il-gvernijiet introduċew arranġamenti ta’ servizz kuntrattwali biex jiġbdu l-parteċipazzjoni tas-settur privat lejn l-iżvilupp, il-finanzjament, il-tħaddim u l-manteniment ta’ infrastruttura bħal din. Din l-infrastruttura għandha mnejn diġà teżisti, jew tista’ tkun mibnija waqt il-perijodu tal-arranġament tas-servizz. Arranġament fi ħdan l-ambitu ta' din l-Interpretazzjoni ġeneralment jinvolvi entità tas-settur privat (operatur) li jibni l-infrastruttura li tintuża biex tforni s-servizz pubbliku jew taġġornah (pereżempju, billi żżid il-kapaċità) u t-tħaddim u l-manteniment ta’ dik l-infrastruttura għal perijodu ta’ żmien speċifiku. L-operatur jitħallas għas-servizzi tiegħu matul il-perijodu tal-arranġament. L-arranġament huwa mmexxi permezz ta’ kuntratt li jistabbilixxi l-istandards ta’ rendiment, mekkaniżmi għall-aġġustament tal-prezzijiet, u arranġamenti għall-arbitraġġ tat-tilwim. Arranġament bħal dan ta' sikwit huwa deskritt bħala arranġament għall-konċessjoni ta’ servizz ta’“ibni-ħaddem-ittrasferixxi”, “irrejabilita-ħaddem-ittrasferixxi” jew “mill-pubbliku-għall-privat”.
3 Waħda mill-karatteristiċi ta’ dawn l-arranġamenti ta’ servizz hija x-xejra ta’ servizz pubbliku tal-obbligu meħud mill-operatur. Il-politika pubblika tapplika għas-servizzi marbuta mal-infrastratruttura li jridu jiġu forniti lill-pubbliku, irrispettivament mill-identità tal-parti li topera s-servizzi. L-arranġament tas-servizz jobbliga kuntrattwalment l-operatur jipprovdi s-servizzi lill-pubbliku f’isem l-entità tas-settur pubbliku. Xi karatteristiċi komuni oħrajn huma:
(a) |
il-parti li tagħti l-arranġament tas-servizz (il-konċessjonant) hija entita’ tas-settur pubbliku, inkluża entità tal-gvern, jew entità tas-settur privat li ngħatat ir-responsabbiltà għas-servizz. |
(b) |
l-operatur huwa responsabbli għal talanqas ftit mill-ġestjoni tas-servizzi tal-infrastruttura u servizzi relatati u ma jaġixxix biss bħala aġent f’isem il-konċessjonant. |
(c) |
il-kuntratt jistabbilixxi l-prezzijiet inizjali li għandhom jinġabru mill-operatur u jirregola r-reviżjonijiet tal-prezzijiet matul il-perijodu tal-arranġment tas-servizz. |
(d) |
L-operatur huwa obbligat li jittrasferixxi l-infrastruttura lill-konċessjonant f'kundizzjoni determinata fl-aħħar tal-perijodu tal-arranġament, għal ftit jew l-ebda korrispettiv inkrementali, indipendentement mil-liema parti ġiet iffinanzjata inizjalment l-infrastruttura . |
AMBITU
4 Din l-Interpretazzjoni toffri gwida għall-operaturi ta’ kontabilità dwar l-arranġamenti għall-konċessjoni tas-servizzi pubbliċi għall-privat.
5 Din l-Interpretazzjoni tapplika għall-arranġamenti għall-konċessjoni ta' servizzi pubbliku għall-privat jekk:
(a) |
Il-konċessjonant jikkontrolla jew jirregola liema servizzi għandu jipprovdi l-operatur mal-infrastruttura, lil min għandhom jiġu pprovduti, u għal liema prezz; u kif ukoll |
(b) |
il-konċessjonant jikkontrolla—permezz ta’ proprjetà, dritt benefiċjarju jew inkella—kwalnkwe interess residwu sinifikanti fl-infrastruttura fit-tmiem l-arranġament. |
6 L-infrastruttura li tintuża fl-arranġament għall-konċessjoni ta’servizz pubbliku għall-privat għall-ħajja utli kollha tagħha (il-ħajja kollha tal-assi) taqa’ fi ħdan l-ambitu ta’ din l-Interpretazzjoni jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 5(a). Il-paragrafi AG1-AG8 jipprovdu gwida fuq id-determinazzjoni dwar jekk, u sakemm, l-arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizzi pubbliċi għall-privat jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta’ din l-Interpretazzjoni.
7 Din l-Interpretazzjoni tapplika għat-tnejn:
(a) |
l-infrastruttura li l-operatur jibni jew jixtri minn parti terza għall-għan tal-arranġament tas-servizz; u kif ukoll |
(b) |
l-infrastruttura eżistenti li għaliha l-konċessjonant jagħti aċċess lill-operatur għall-għan tal-arranġament tas-servizz. |
8 Din l-Interpretazzjoni ma tispeċifikax lil-kontabilità għall-infrastruttura li inżammet u ġiet rikonoxxuta bħala proprjetà, impjant jew makkinarju mill-operatur qabel ma daħal għall-arranġament tas-servizz. Ir-rekwiżiti ta’ eliminazzjoni tal-IFRSs (stabbiliti fl-IAS 16) japplikaw għal infrastruttura bħal din.
9 Din l-Interpretazzjoni ma tispeċifikax il-kontabilità min-naħa tal-konċessjonanti.
IL-KWISTJONIJIET
10 Din l-Interpretazzjoni tistabbilixxi l-prinċipji ġenerali għar-rikonoxximent u l-kejl ta’ obbligi u drittijiet relatati fl-arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizzi. Rekwiżiti għal żvelar ta’ tagħrif dwar l-arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizzi jinsabu fis-SIC-29 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizzi: Żvelar. Il-kwistjonijiet indirizzati f’din l-Interpretazzjoni huma:
(a) |
it-trattament tad-drittijiet tal-operatur dwar l-infrastruttura; |
(b) |
ir-rikonoxximent u l-valutazzjoni tal-korrispettiv tal-arranġament; |
(c) |
is-servizzi ta' kostruzzjoni jew miljorament; |
(d) |
servizzi ta’ operat; |
(e) |
l-ispejjeż tas-self; |
(f) |
it-trattament ta' kontabilità sussegwenti ta' assi finanzjarju u assi mhux tanġibbli; u kif ukoll |
(g) |
oġġetti pprovduti mill-konċessjonant lill-operatur. |
KONSENSUS
It-trattament tad-drittijiet tal-operatur dwar l-infrastruttura;
11 L-infrastruttura fi ħdan din l-Interpretazzjoni m’għandhiex tiġi rikonoxxuta bħala proprjetà, impjant jew makkinarju tal-operatur minħabba li l-arranġament tas-servizz kuntrattwali ma jagħtix id-dritt għall-kontroll tal-użu tal-infrastruttura tas-servizz pubbliku lill-operatur. L-operatur għandu l-aċċess biex jopera l-infrastruttura biex iforni s-servizz pubbliku f’isem il-konċessjonant f'konformità mat-termini speċifikati fil-kuntratt.
Ir-Rikonoxximent u l-valutazzjoni tal-korrispettiv tal-arranġament;
12 Skont it-termini tal-arranġamenti kuntrattwali fi ħdan l-iskop ta' din l-Interpretazzjoni, l-operatur jaġixxi bħala fornitur ta' servizzi. L-operatur jibni u jtejjeb l-infrastruttura (servizzi ta' kostruzzjoni jew miljorament) li tintuża biex tipprovdi servizz pubbliku u jħaddem u jimmantjeni dik l-infrastruttura (servizzi ta’ operat) għal perijodu ta’ żmien speċifikat.
13 L-operatur għandu jagħraf u jivvaluta d-dħul għas-servizzi li jagħti fi qbil mal-IAS 11 u 18 . Jekk l-operatur jagħti iktar minn servizz wieħed (i.e. servizzi ta’ kostruzzjoni u titjib u servizzi fl-operat) taħt kuntratt jew arranġament wieħed, il-korrispettiv meħud jew li għandu jittieħed jista’ jiġi allokat b’referenza għal valuri tas-servizzi mogħtija, meta l-ammonti huma identifikabbli separatament. In-natura tal-korrispettiv jiddetermina it-trattament sussegwenti ta’ kontabilità. Il-kontabilità sussegwenti għall-korrispettiv meħud bħala assi finanzjarju u bħala assi mhux tanġibbli hija deskritta fil-paragrafi 23-26 hawn taħt.
Is-servizzi ta' kostruzzjoni jew miljorament
14 L-operatur għandu jieħu kont tad-dħul u l-ispejjeż marbuta mas-servizzi ta’ kostruzzjoni jew miljorament fi qbil ma l-IAS 11.
Korrispettiv mogħti mill-konċessjonarju għall-operatur
15 Jekk l-operatur jipprovdi servizzi ta’ kostruzzjoni jew miljorament, il-korrispettiv meħud jew li għandu jittieħed mill-operatur għandu jiġi rikonoxxut fil-valur ekwu tiegħu. Il-korrispettiv jista’ jikkonsisti minn drittijiet għal:
(a) |
assi finanzjarju, jew |
(b) |
assi mhux tanġibbli. |
16 L-operatur għandu jirrikonoxxi assi finanzjarju sakemm għandu dritt kuntrattwali mhux kundizzjonat biex jirċievi flus jew assi finanzjarju ieħor minn jew fid-direzzjoni tal-konċessjonant għas-servizzi ta’ kostruzzjoni; il-konċessjonant għandu ftit, jekk xejn, diskrezzjoni biex jevità li jħallas, ġeneralment minħabba li l-fethim huwa infurzabbli bil-liġi. L-operatur għandu dritt mhux kundizzjonat li jirċievi kontanti jekk il-konċessjonant b'kuntratt jiftiehem li jħallas l-operatur (a) ammonti speċifikati jew determinabbli jew (b) in-nuqqas, jekk xejn, bejn l-ammonti meħuda mill-utenti tas-servizz pubbliku u ammonti speċifikati jew determinabbli, anke jekk il-pagament huwa kontinġenti fuq l-operatur u jiżgura li l-infrastruttura tilħaq rekwiżiti speċifikati ta’ kwalità jew effiċjenza.
17 L-operatur għandu jirrikonoxxi assi mhux tanġibbli sakemm jirċievi dritt (liċenzja) biex jitlob pagament mill-utenti tas-servizz pubbliku. Id-dritt li l-utenti tas-servizz pubbliku jintalbu li jħallsu mhuwiex dritt bla kundizzjoni għat-teħid tal-kontanti minħabba li l-ammonti huma kontinġenti sakemm il-pubbliku juża s-servizz.
18 Jekk l-operatur jitħallas għas-servizzi ta’ kostruzzjoni parzjalment permezz ta’ assi finanzjarju u parzjalment minn assi mhux tanġibbli ikun neċessarju li kull komponent mill-korrispettiv tal-operatur jitqies separatament. Il-korrispettiv meħud jew li għandu jittieħed għaż-żewġ komponenti għandu jiġi rikonoxxut inizjalment fil-valur ekwu tal-korrispettiv meħud jew li għandu jittieħed.
19 In-natura tal-korrispettiv mogħti mill-konċessjonant lill-operatur għandu jiġi determinat bir-referenza għat-termini tal-kuntratt u, meta dan jeżisti, il-liġi tal-kuntratt rilevanti.
Servizzi ta’ ġestjoni
20 L-operatur għandu jieħu kont tad-dħul u l-ispejjeż marbuta mas-servizzi ta’ operat fi qbil mal-IAS 18.
Obbligi kuntrattwali biex l-infrastruttura terġa’ lura għal-livell speċifikat ta’ funzjonalità
21 L-operatur jista jkollu obbligi kuntrattwali li għandu jilħaq bħala kundizzjoni tal-liċenzja tiegħu (a) biex iżomm l-infrastruttura f'livell speċifikat ta’ funzjonalità jew (b) biex l-infrastruttura terġa’ lura għal kundizzjoni speċifikata qabel ma tiġi trasferita lill-konċessjonant fit-tmiem tal-arranġament tas-servizz. L-obbligi kuntrattwali biex tiġi mantnuta jew restawrata l-infrastruttura, ħlief għal kwalunkwe element ta’ miljorament (ara l-paragrafu 14), għandu jiġi rikonoxxut u mkejjel fi qbil mal-IAS 37, jiġifieri, fl-aħjar stima tan-nefqa li jkun meħtieġ biex jitħallas l-obbligu preżenti fid-data tal-karta tal-bilanċ.
L-ispejjeż tas-self imġarrba mill-operatur
22 Fi qbil mal-IAS 23, l-ispejjez tas-self li jistgħu jiġu attribwiti għall-arranġament għandhom jiġu rikonoxxuti bħala spiża fil-perijodu meta jinġarrbu sakemm l-operatur ikollu d-dritt kuntrattwali li jirċievi assi mhux tanġibbli (dritt li jitlob pagament mill-utenti tas-servizz pubbliku). F’dan il-każ l-ispejjeż tas-self li jistgħu jiġu attribwiti għall-arranġament għandhom jiġu kkapitaliżżati waqt il-fażi ta’ kostruzzjoni tal-arranġament fi qbil mat-trattament alternattiv permess skont dak l-Istandard.
Assi finanzjarju
23 L-IASs 32 u 39 u l-IFRS 7 japplikaw għall-assi finanzjarju rikonoxxut skont il-paragrafi 16 u 18.
24 L-ammont dovut mill-konċessjonant jew fid-direzzjoni tiegħu għandu jiġi kkuntjat skont l-IAS 39 bħala:
(a) |
self jew kreditu; |
(b) |
assi finanzjarju disponibbli għall-bejgħ; jew |
(c) |
Jekk jiġi deċiż hekk malli jiġi rikonoxxut, l-assi finanzjarju fil-valur ekwu permezz ta' profitt jew telf, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet għal dik il-klassifikazzjoni. |
25 Jekk l-ammont dovut mill-konċessjonant jiġi kkuntjat jew bħala self jew bħala kreditu jew bħala assi finanzjarju disponibbli għall-bejgħ, l-IAS 39 jistipula imgħax ikkalkulat bil-metodu ta’ imgħax effettiv li għandu jiġi rikonoxxut f'gwadann jew f'telf.
Assi mhux tanġibbli
26 L-IAS 38 tapplika għall-assi mhux tanġibbli rikonoxxut skont il-paragrafi 17 u 18. Il-paragrafi 45–47 tal-IAS 38 jipprovdu gwida għall-kejl tal-assi mhux tanġbbli miksuba bi skambju għal assi jew assi mhux-monetarju/i jew taħlita ta’ assi monetarji u mhux-monetarji.
Oġġetti pprovduti mill-konċessjonant lill-operatur.
27 Skont il-paragrafu 11, l-oġġetti ta’ infrastruttura li għalihom il-konċessjonant jagħti aċċess lill-operatur għall-għanijiet tal-arranġament tas-servizz mhumiex rikonoxxuti bħala proprjetà, impjant, u makkinarju tal-operatur. Il-konċessjonant jista’ jipprovdi wkoll oġġetti oħra li l-operatur jista’ jżomm jew jitratta kif jixtieq. Jekk assi bħal dawn jiffurmaw parti mill-korrispettiv pagabbli mill-konċessjonant għas-servizzi, dawn mhumiex għotjiet tal-gvern kif definiti fl-IAS 20. Huma meqjusa bħala assi tal-operatur, mkejla fil-valur ekwu fuq rikonoxximent inizjali. L-operatur għandu jirrikonoxxi r-riskju fir-rigward tal-obbligi mhux milħuqa li jkun assuma bi skambju għall-assi.
DATA EFFETTIVA
28 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perijodi annwali li jibdew fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2008. Hija permessal-applikazzjoni qabel iż-żmien. Jekk entità tapplika l-Interpretazzjoni għall-perijodu li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2008, għandha tiżvela dan il-fatt.
TRANŻIŻŻJONI
29 Soġġett għall-paragrafu 30, il-bidliet fil-politiki tal-kontijiet huma meqjusa skont l-IAS 8, jiġifieri retrospettivament.
30 Jekk, għal kwalunkwe arranġament ta’ servizz partikolari huwa imprattikabbli għal operatur li japplika din l-Interpretazzjoni retrospettivament fil-bidu tal-iktar perijodu bikri ppreżentat, huwa għandu:
(a) |
Jagħraf l-assi finanzjarji u l-assi mhux tanġibbli li kienu jeżistu fil-perijodu l-iktar bikri ppreżentat; |
(b) |
juża l-valuri kontabbli preċedenti ta’ dawk l-assi finanzjarji u mhux tanġibbli (jew kif kienu kklassifikati qabel) kif kienu l-valuri aġġustabbli f’dik id-data. kif ukoll |
(c) |
jevalwa l-assi finanzjarji u mhux tanġibbli rikonoxxuti f’dik id-data għal deterjorament, sakemm dan mhuwiex prattikabbli, li fil-każ l-ammonti għandhom jiġu ttestjati għal deterjorament kif kienu fil-bidu tal-perijodu attwali. |
Appendiċi A
GWIDA TA’ APPLIKAZZJONI
Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-Interpretazzjoni.
AMBITU (il-paragrafu 5)
AG1 Il-paragrafu 5 ta’ din l-Interpretazzjoni jispeċifika li l-infrastruttura hija fi ħdan l-ambitu ta’ din l-Interpretazzjoni meta japplikaw l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-konċessjonant jikkontrolla jew jirregola liema servizzi għandu jipprovdi l-operatur mal-infrastruttura, lil min għandhom jiġu pprovduti, u għal liema prezz; kif ukoll |
(b) |
il-konċessjonant jikkontrolla—permezz ta’ proprjetà, dritt benefiċjarju jew xort’oħra—kwalunkwe interess residwu sinifikanti fl-infrastruttura fi tmiem l-arranġament. |
AG2 Il-kontroll jew regolament imsemmi fil-kundizzjoni (a) jista jsir permezz ta’ kuntratt jew xort’oħra (pereżempju permezz ta’ regolatur), u jinkludi ċirkostanzi fejn il-konċessjonant jixtri l-output kollu kif ukoll ċirkostanzi fejn xi ftit jew l-output kollu ikun inxtra minn utenti oħra. Fl-applikazzjoni ta’ din il-kundizzjoni, il-konċessjonant u kwalunkwe partijiet relatati għandhom jiġu kkunsidrati flimkien. Jekk il-konċessjonant huwa entità tas-settur pubbliku, is-settur pubbliku kollu flimkien ma kwalunkwe regolaturi li qed jaġixxu fl-interess tal-pubbliku, għandhom jitqiesu bħala marbuta mal-konċessjonant għall-għanijiet ta’ din l-Interpretazzjoni.
AG3 Għall-finijiet ta’ din il-kundizzjoni (a) il-konċessjonant m’għandux għalfejn ikollu kontroll sħiħ tal-prezz: huwa biżżejjed biex il-prezz ikun regolat mill-konċessjonant, il-kuntratt jew ir-regolatur, pereżempju permezz ta' mekkaniżmu li jimponi limitu. Madankollu, il-kundizzjoni għandha tiġi applikata għas-sustanza tal-ftehim. Fatturi mhux sostantivi, bħal limitu li japplika biss f’ċirkostanzi rari, għandhom jiġu injorati. Min-naħa l-oħra, jekk pereżempju kuntratt jagħti l-operatur il-libertà biex jistabbilixxi prezzijiet, iżda kwalunkwe gwadann żejjed jirritorna għall-konċessjonant, jitqiegħed limitu fuq id-dħul tal-konċessjonant u jintlaħaq l-element ta’ prezz tat-test tal-kontroll.
AG4 Għall-finijiet tal-kundizzjoni (b) il-kontroll tal-konċessjonant fuq kwaunkwe interess residwu sinifikanti għandu jirrestrinġi kemm l-abbiltà prattika tal-operatur biex ibigħ jew iwiegħed l-infrastruttura kif ukoll jagħti l-konċessonant dritt ta’ użu kontinwu matul il-perijodu ta’ arranġament. L-interess residwu fl-infrastruttura huwa l-valur kif stmat attwalment tal-infrastruttura bħallikieku kien diġà fl-età u l-kundizzjoni mistennija fl-aħħar tal-perijodu tal-arranġament.
AG5 Il-kontroll għandu jkun distint mit-tmexxija. Jekk il-konċessjonant iżomm kemm il-grad ta’ kontroll deskritt fil-paragrafu 5(a) u kwalunkwe interess residwu sinifikanti fl-infrastruttura, l-operatur ikun qed imexxi biss l-infrastruttura f’isem il-konċessjonant—anke jekk, f’ħafna każijiet, ikollu diskrezzjoni wiesgħa fit-tmexxija.
AG6 Kundizzjonijiet (a) u (b) flimkien jidentifikaw meta l-infrastruttura, inkluż xi tibdil meħtieġ (ara il-paragrafu 21) tiġi kkontrollata mill-konċessjonant matul il-ħajja ekonomika tagħha kollha. Pereżempju, jekk l-operatur ikollu jibdel parti minn element tal-infrastruttura waqt il-perijodu tal-arranġament (eż. s-saff ta’ fuq nett ta’ xi triq jew il-bejt ta’ xi bini), l-element ta’ infratruttura għandu jiġi kkunsidrat sħiħ. Għalhekk tintlaħaq il-kundizzjoni (b) għall-infrastruttura sħiħa, inkluża l-parti li tinbidel, jekk il-konċessjonant jikkontrolla kwalunkwe interess residwu sinifikanti fl-aħħar sostituzzjoni ta’ dik il-parti.
AG7 Xi kultant l-użu tal-infrastruttura hija regolata parzjalment fil-mod deskritt fil-paragrafu 5(a) u parzjalment mhux regolata. Madankollu, dawn l-arranġamenti jieħdu diversi għamliet:
(a) |
kwalunkwe infrastruttura li hija separabbli fiżikament u kapaċi titħaddem b’mod indipendenti u tilħaq id-definizzjoni ta’ unità li tiġġenera kontanti kif definit fl-IAS 36 għandha tiġi analizzata għaliha jekk tintuża totalment għal għanijiet mhux regolati. Pereżempju, dan jista’ japplika għal parti privata ta’ sptar, fejn il-bqija tal-isptar jintuża mill-konċessjonant għat-trattament ta' pazjenti pubbliċi. |
(b) |
meta attivitajiet purament anċillari (bħal ħanut ġewwa sptar) ma jkunux regolati, it-testijiet tal-kontroll għandhom japplikaw daqslikieku dawk is-servizzi ma kinux jeżistu, minħabba li fil-każijiet fejn il-konċessjonant jikkontrolla s-servizzi fil-mod deskritt fil-paragrafu 5, l-eżistenza tal-attivitajiet anċillari ma tnaqqasx il-kontroll tal-infrastruttura tal-konċessjonant. |
AG8 L-operatur jista’ jkollu d-dritt li juża l-infrastruttura separabbli deskritta fil-paragrafu AG7(a), jew il-faċilitajiet użati biex jipprovdu servizzi anċillari mhux regolati deskritti fil-paragrafu AG7(b). Fiż-żewġ każi, jista fis-sustanza jkun hemm kirja mill-konċessjonant għall-operatur; jekk dan ikun il-każ, din għandha titqies skont l-IAS 17.
Appendiċi B
EMENDI GĦALL–IFRS 1 U GĦAL INTERPRETAZZJONIJIET OĦRA
L-emendi f’dan l-appendiċi għandu japplika għal perijodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2008. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal xi peirjodu aktar bikri, dawn l-emendi japplikaw għal dak il-perijodu aktar bikri.
B1 L-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba ta’ Standards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju huwa emendat kif deskritt hawn taħt. It-test il-ġdid huwa sottolinjat u t-test mħassar huwa ingassat.
Il-paragrafu 9 huwa emendat kif ġej:
9 |
Id-dispożizzjonijiet tranżitorji f'IFRSs oħra japplikaw għal bidliet fil-politika dwar il-kontabilità magħmula minn entità li diġa' tuża l-IFRSs; dawn ma japplikawx għat-tranżizzjoni għall-IFRSs ta' min jadottahom għall-ewwel darba, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 25D, 25H, 34A u 34B. |
Fil-paragrafi 12(a), ir-referenza għall-paragrafi 13-25G tinbidel għal 13-25H.
Fil-paragrafu 13, is-subparagrafi (k) u (l) huma emendati, u s-subparagrafu (m) jiddaħħal, kif ġej:
(k) |
kirjiet (paragrafu 25F); u kif ukoll |
(l) |
Il-kejl tal-valur ekwu tal-assi finanzjarji jew ir-riskji finanzjarji fl-ewwel rikonoxximent (paragrafu 25G). ; u kif ukoll |
(m) |
assi finanzjarju jew assi mhux tanġibbli meqjus skont l-IFRIC 12 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizz (paragrafu 25H).. |
Wara l-paragrafu 25G, intestatura ġdida u l-paragrafu 25H jiddaħħlu kif ġej:
Arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizz
25H Dak li qed jadotta għall-ewwel darba jista’ japplika dispożizzjonijiet tranzitorji fl-IFRIC 12 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizz.
B2 L-IFRIC 4 Determiazzjoni dwar jekk Arranġament Fihx Kirja hija emendata kif deskritt hawn taħt.
Il-Paragrafu 4 huwa emendat kif ġej (it-test ġdid huwa sottolinjat):
4 Din l-Interpretazzjoni ma tapplikax għal arranġamenti li:
(a) |
Huma jew fihom, kirjiet esklużu mill-ambitu tal-IAS 17; or |
(b) |
huma arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizz mill-pubbliku għall-privat fi ħdan l-ambitu ta l-IFRIC 12 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizz.. |
B3 Is-SIC–29 Żvelar—Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizz huwa emendat kif deskritt hawn taħt (f’paragrafi emendati t-test il-ġdid huwa sottolinjat).
It-titolu huwa emendat għal Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizz: Żvelar.
Fil-paragrafi 1-6 ir-referenzi għall-“Operatur għall-konċessjoni” jinbidlu għal “operatur”, u referenzi għal “Dak li jipprovdi l-Konċessjoni” jinbidlu għal “konċessjonant”.
Fil-paragrafu 6, is-subparagrafu (d) huwa emendat, u s-subparagrafu (e) jiddaħħal, kif ġej:
(d) |
bidliet fl-arranġament li sar waqt il-perijodu. ; u kif ukoll |
(e) |
kif ġie kklassifikat l-arranġament tas-servizz. |
Wara l-paragrafu 6, paragrafu ġdid 6A jiddaħħal, kif ġej:
6A |
Operatur għandu jiżvela l-ammont ta’ dħul jew il-gwadann jew it-telf rikonoxxuti fil-perijodu tal-iskambju tas-servizzi ta’ kostruzzjoni għal assi finanzjarju jew assi mhux tanġibbli. |
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Il-Kummissjoni
26.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta' Marzu 2009
dwar l-adattament tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Frar 2008, l-1 ta’ Marzu 2008, l-1 ta’ April 2008, l-1 ta’ Mejju 2008 u l-1 ta’ Ġunju 2008 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi
(2009/295/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg applikabbli għall-aġenti oħrajn ta’ dawn il-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod speċjali l-Artikolu 13(2), tal-Anness X tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 624/2008 (2), bl-applikazzjoni tal-Artikolu 13(1), tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, ġew stabbiliti l-koeffiċjenti korrettivi li jaffettwaw ir-remunerazzjonijiet imħallsa, mill-1 ta’ Lulju 2007, fil-munita tal-pajjiż tax-xogħol tagħhom, lill-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi. |
(2) |
Jeħtieġ li jiġu adattati, f’konformità mal-Artikolu 13(2) tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, mill-1 ta’ Frar 2008, l-1 ta’ Marzu 2008, l-1 ta’ April 2008, l-1 ta’ Mejju 2008 u l-1 ta’ Ġunju 2008, uħud minn dawn il-koeffiċjenti korrettivi, minħabba li minn statistika li għandha l-Kummissjoni, joħroġ fid-deher li f’ċerti pajjiżi terzi l-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja, ikkalkulata skont il-koeffiċjent korrettiv u r-rata tal-kambju korrispondenti, qabżet il-5 % minn meta ġiet stabbilita jew adattata l-aħħar, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi, imħallsa fil-munita tal-pajjiż tax-xogħol tagħhom, huma adattati għal ċerti pajjiżi, indikati fl-Anness. Dan l-Anness jinkludi ħames tabelli ta’ kull xahar li jindikaw il-pajjiżi kkonċernati kif ukoll id-dati suċċessivi għall-applikazzjoni f’kull pajjiż (l-1 ta’ Frar 2008, l-1 ta’ Marzu 2008, l-1 ta’ April 2008, l-1 ta’ Mejju 2008 u l-1 ta’ Ġunju 2008).
Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta’ dawn ir-remunerazzjonijiet huma stabbiliti f’konformità mal-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu mad-dati differenti indikati fl-ewwel paragrafu.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
Benita FERRERO-WALDNER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1, Ħarġa Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Volum 0, p. 5.
ANNESS
FRAR 2008
Pajjiż assenjat |
Paritajiet ekonomiċi Frar 2008 |
Rata tal-kambju Frar 2008 (*) |
Koeffiċjenti korrettivi Frar 2008 (**) |
L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (1) |
41,78 |
61,451 |
68,0 |
L-Għarabja Sawdita |
4,505 |
5,5288 |
81,5 |
L-Arġentina |
2,504 |
4,6491 |
53,9 |
Il-Kosta Rika |
542,1 |
736,035 |
73,7 |
L-Indja |
32,24 |
58,1618 |
55,4 |
Il-Libanu |
1 835 |
2 232,61 |
82,2 |
In-Niġerja |
162,7 |
171,243 |
95,0 |
Is-Serbja (Belgrad) (1) |
56,74 |
81,476 |
69,6 |
Is-Sierra Leone |
3 222 |
4 380,09 |
73,6 |
Is-Sri Lanka (2) |
87,73 |
159,65 |
55,0 |
Is-Sirja (1) |
44,27 |
70,5 |
62,8 |
It-Tanzanija (3) |
1 109 |
1 664,73 |
66,6 |
L-Ukraina |
7,794 |
7,45128 |
104,6 |
Il-Venezwela (1) |
2,186 |
3,18415 |
68,7 |
MARZU 2008
Pajjiż assenjat |
Paritajiet ekonomiċi Marzu 2008 |
Rata tal-kambju Marzu 2008 (***) |
Koeffiċjenti korrettivi Marzu 2008 (****) |
Il-Belarus |
1 945 |
3 181,1 |
61,1 |
Il-Bolivja |
5,432 |
11,4012 |
47,6 |
Il-Bulgarija |
1,688 |
1,9558 |
86,3 |
Il-Gżejjer Solomon (4) |
9,905 |
11,4748 |
86,3 |
Il-Kirgistan (4) |
48 |
55,0253 |
87,2 |
Il-Laos |
10 277 |
13 450 |
76,4 |
Is-Sri Lanka (5) |
92,37 |
160,023 |
57,7 |
It-Tanzanija (6) |
1 046 |
1 693,89 |
61,8 |
APRIL 2008
Pajjiż assenjat |
Paritajiet ekonomiċi April 2008 |
Rata tal-kambju April 2008 (*****) |
Koeffiċjenti korrettivi April 2008 (******) |
Il-Kamerun |
713,8 |
655,957 |
108,8 |
Il-Kanada |
1,234 |
1,608 |
76,7 |
Il-Gambja (7) |
21,26 |
30,75 |
69,1 |
Il-Ginea (Conakry) |
3 799 |
6 851,17 |
55,5 |
Il-Ginea-Bissaw |
760,7 |
655,957 |
116,0 |
L-Indoneżja (Banda Aceh) |
6 925 |
14 540,2 |
47,6 |
Ir-Repubblika Afrikana Ċentrali |
728,4 |
655,957 |
111,0 |
Il-Vanwatu |
155,8 |
148,98 |
104,6 |
MEJJU 2008
Pajjiż assenjat |
Paritajiet ekonomiċi Mejju 2008 |
Rata tal-kambju Mejju 2008 (*******) |
Koeffiċjenti korrettivi Mejju 2008 (********) |
L-Armenja |
331,6 |
482,2 |
68,8 |
L-Eġittu (8) |
2,708 |
8,60965 |
31,5 |
Il-Ħaiti (8) |
63,31 |
61,9632 |
102,2 |
Il-Lesoto |
6,059 |
11,8167 |
51,3 |
Il-Madagaskar |
2 125 |
2 621,33 |
81,1 |
Il-Perù |
3,132 |
4,34275 |
72,1 |
Il-Filippini |
42,21 |
65,686 |
64,3 |
Is-Surinam |
1,743 |
4,2939 |
40,6 |
ĠUNJU 2008
Pajjiż assenjat |
Paritajiet ekonomiċi Ġunju 2008 |
Rata tal-kambju Ġunju 2008 (*********) |
Koeffiċjenti korrettivi Ġunju 2008 (**********) |
l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (9) |
45,35 |
61,3871 |
73,9 |
L-Eġittu (10) |
2,913 |
8,44855 |
34,5 |
L-Etjopja |
12,12 |
15,2245 |
79,6 |
Il-Gambja (11) |
22,41 |
32,7 |
68,5 |
Il-Ħaiti (10) |
66,63 |
62,9246 |
105,9 |
Il-Gżejjer Fiġi |
1,695 |
2,33508 |
72,6 |
Il-Gżejjer Solomon (12) |
10,81 |
12,0152 |
90,0 |
Il-Ġamajka |
93,22 |
110,025 |
84,7 |
Il-Kirgistan (12) |
50,99 |
56,6834 |
90,0 |
Il-Kaledonja Ġdida |
172,6 |
119,332 |
144,6 |
L-Uganda |
1 835 |
2 563,8 |
71,6 |
Il-Pakistan |
44,72 |
107,615 |
41,6 |
Is-Samoa |
2,642 |
3,89332 |
67,9 |
Is-Serbja (Belgrad) (9) |
61,51 |
80,7545 |
76,2 |
Is-Sudan (Khartoum) |
1,685 |
3,1984 |
52,7 |
Is-Sirja (9) |
46,93 |
72,09 |
65,1 |
It-Tanzanija (13) |
1 165 |
1 873,39 |
62,2 |
It-Turkija |
1,567 |
1,9039 |
82,3 |
Il-Venezwela (9) |
2,075 |
3,34347 |
62,1 |
Il-Jemen |
182,6 |
310,909 |
58,7 |
(*) EURO 1 = munita nazzjonali (Kuba, El Salvador, l-Ekwador = USD).
(**) Brussell = 100 %
(1) Il-Koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Frar u Ġunju.
(2) Il-Koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Frar u Marzu.
(3) Il-Koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat tliet darbiet: għal Frar, Marzu u Ġunju.
(***) EURO 1 = munita nazzjonali (Kuba, El Salvador, l-Ekwador = USD)
(****) Brussell = 100 %
(4) Il-Koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Marzu u Ġunju.
(5) Il-Koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Frar u Marzu.
(6) Il-Koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat tliet darbiet: għal Frar, Marzu u Ġunju.
(*****) EURO 1 = munita nazzjonali (Kuba, El Salvador, l-Ekwador = USD).
(******) Brussell = 100 %.
(7) Il-Koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal April u Ġunju.
(*******) EURO 1 = munita nazzjonali (Kuba, El Salvador, l-Ekwador = USD).
(********) Brussell = 100 %
(8) Il-Koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Mejju u Ġunju.
(*********) EURO 1 = munita nazzjonali (Kuba, El Salvador, l-Ekwador = USD).
(**********) Brussell = 100 %.
(9) Il-Koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Frar u Ġunju.
(10) Il-Koeffiċjenti ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Mejju u Ġunju.
(11) Il-Koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal April u Ġunju.
(12) Il-Koeffiċjenti ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Marzu u Ġunju.
(13) Il-Koeffiċjent ta’ dan il-post hu adattat tliet darbiet: għal Frar, Marzu u Ġunju.
26.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Marzu 2009
li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni marbut mal-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2032)
(2009/296/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika tas-Sajd Komuni (1), u partikolarment l-Artikolu 34c(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn fl-Atlantiku (ICCAT) fl-2006 adottat pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (Rakkomandazzjoni 06-05), li daħlet fis-seħħ fit-13 ta’ Ġunju 2007. Dak il-Pjan ta’ Rkupru ġie traspost fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea (KE) fuq bażi temporanja permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 643/2007 (2) u fuq bażi permanenti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1559/2007 (3) |
(2) |
Ir-Rakkomandazzjoni 08-05 tal-ICCAT adottata fl-24 ta’ Novembru 2008 u li temenda r-Rakkomadazzjoni 06-05 biex jiġi stabbilit pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fl-Atlantiku tal-Lvant u fil-Mediterran fiha tibdiliet importanti. Dawn it-tibdiliet ġew imdaħħla fil-proposta għat-traspożizzjoni tar-Rakkomandazzjoni 08-05 fil-liġi Komunitarja, li tressqet mill-Kummissjoni quddiem il-Kunsill u l-Parlament. |
(3) |
Sabiex jiġi żgurat is-suċċess tal-pjan multiannwali tal-irkupru, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni li jinvolvi lill-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, Malta u l-Portugall, bil-għan li jiġi ggarantit livell xieraq ta’ implimentazzjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd b’rabta mal-irkupru tal-istokkijiet tat-tonn. |
(4) |
Dak il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu jkun stabbilit għall-perjodu mill-15 ta’ Marzu 2009 sal-15 ta’ Marzu 2011. Ir-riżultati miksuba bl-applikazzjoni tal-programm speċifiku tal-kontroll u l-ispezzjoni għandhom jiġu evalwati perjodikament f’kooperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati. |
(5) |
Sabiex jiġu armonizzati l-kontroll u l-ispezzjoni tas-sajd tat-tonn fuq il-livell Komunitarju, huwa xieraq li jitħejjew regoli komuni għall-attivitajiet tal-kontroll u l-ispezzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, u li l-Istati Membri jadottaw programmi nazzjonali ta’ kontroll ekwivalenti għal dawn ir-regoli komuni. Għal dak il-għan, għandhom jiġu stabbiliti punti ta’ riferiment għall-intensità tal-attivitajiet tal-kontroll u l-ispezzjoni, kif ukoll il-prijoritajiet u l-proċeduri għall-kontroll u l-ispezzjoni. |
(6) |
Sabiex jiġi żgurat is-segwiment tal-ksur skont l-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni tas-Sajd (4), għandu jitwaqqaf qafas li fi ħdanu l-awtoritajiet kollha kkonċernati jistgħu jitolbu għajnuna reċiproka u jaqsmu informazzjoni rilevanti skont l-Artikolu 34a u 34b tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. |
(7) |
Għandhom jitwettqu attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u sorveljanza skont il-pjanijiet ta’ mobbilizzazzjoni konġunta stabbiliti mill-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (CFCA) stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 (5). |
(8) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni ġew stabbiliti flimkien mal-Istati Membri kkonċernati. |
(9) |
Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont il-fehma tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni armonizzata tal-pjan multiannwali tal-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran adottat mill-ICCAT fl-24 ta’ Novembru 2008.
Artikolu 2
Ambitu
1. Il-programm speċifiku tal-kontroll u l-ispezzjoni marbut mat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Baħar Mediterran għandu jkopri:
(a) |
l-attivitajiet kollha tas-sajd mill-bastimenti, in-nases u l-farms; |
(b) |
l-operazzjonijiet kollha tal-qbid, il-ħatt, it-trasferimenti, it-trażbord u t-tqegħid fil-gaġeġ; |
(ċ) |
l-attivitajiet kollha relatati tal-farms u l-impriżi involuti fiż-żamma fil-gaġeġ, it-tismin, l-produzzjoni jew l-ipproċessar tat-tonn u/jew il-kummerċ ta’ prodotti tat-tonn, fosthom l-importazzjoni, l-esportazzjoni u l-esportazzjoni mill-ġdid, it-trasport u l-ħażna; |
(d) |
l-implimentazzjoni tal-pjanijiet multiannwali tas-sajd; |
(e) |
l-probizzjoni tal-użu ta’ inġenji tal-arju u ħelikopters tat-tiftix; |
(f) |
is-sajd sportiv u rikreazzjonali; |
(g) |
l-implimentazzjoni tal-Iskema tal-ICCAT dwar l-Ispezzjonijiet Internazzjonali Konġunti; |
(h) |
il-monitoraġġ u s-segwitu tal-operazzjoni konġunti tas-sajd; |
(i) |
l-implimentazzjoni tal-miżuri dwar il-kapaċitajiet tas-sajd u l-produzzjoni; |
(j) |
l-implimentazzjoni tal-programmi tal-osservazzjoni mill-Istati Membri u l-programm tal-ICCAT tal-osservazzjoni reġjonali; |
(k) |
l-implimentazzjoni tar-regoli dwar ir-resiġistrazzjoni tal-bastimenti tal-qbid awtorizzati u ta’ bastimenti tas-sajd oħra. |
2. Il-programm speċifiku tal-kontroll u l-ispezzjoni għandu japplika mill-15 ta’ Marzu 2009 sal-15 ta’ Marzu 2011.
Artikolu 3
Programmi nazzjonali tal-kontroll
1. Il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, Malta u l-Portugall għandhom jistabbilixxu programmi nazzjonali tal-kontroll, skont ir-regoli komuni stabbiliti fl-Anness I, fir-rigward tal-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 2.
2. L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Marzu 2009 u 2010 il-programmi nazzjonali tal-kontroll u l-iskedi annwali tal-implimentazzjoni tagħhom.
3. Il-programmi nazzjonali tal-kontroll għandhom ikun fihom id-dejta kollha elenkata fl-Anness II. L-iskedi tal-implimentazzjoni annwali għandhom jinkludu d-dettalji fir-rigward tar-riżorsi umani u l-materjali allokati u ż-żoni fejn ser jintużaw dawk ir-riżorsi.
Artikolu 4
Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri
L-Istati Membri kollha għandhom jikkooperaw mal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 3(1) għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku tal-kontroll u l-ispezzjoni.
Artikolu 5
Spezzjonijiet mill-Kummissjoni
1. L-ispetturi Komunitarji jistgħu jwettqu spezzjonijiet mingħajr l-għajnuna ta’ spetturi mill-Istati Membri kkonċernati, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tipprovdi lill-ispetturi tal-Kummissjoni l-għajnuna meħtieġa biex iwettqu l-ispezzjonijiet previsti fil-paragrafu 1.
3. L-ispetturi tal-Kummissjoni għandhom jivverifikaw is-sejbiet tagħhom mal-ispetturi tal-Istat Membru kkonċernat. Għal dak il-għan, għandhom jiltaqgħu wara kull waħda miż-żjarat tagħhom ta’ spezzjoni mal-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat sabiex jinfurmawhom dwar is-sejbiet li jkunu għamlu.
Artikolu 6
Attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u sorveljanza
1. L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 3(1) għandhom iwettqu attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u sorveljanza skont il-Pjan ta’ Eżerċizzju Konġunt stabbilit mill-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd abbażi tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 768/2005. It-twettiq ta’ spezzjoni għandu jkun skont id-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni 08-05 tal-Iskema tal-Ispezzjonijiet Internazzjonali Konġunti u l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
2. Għal dak il-għan, l-Istat Membru kkonċernat għandu:
(a) |
jiżgura li l-ispetturi minn Stati Membri oħra kkonċernati jkunu mistiedna jieħdu sehem fi spezzjonijiet konġunti u attivitajiet ta’ sorveljanza; |
(b) |
jistabbilixxi proċeduri operattivi konġunti applikabbli għall-inġenji tagħhom ta’ sorveljanza. |
Artikolu 7
Attivitajiet ta’ sorveljanza u spezzjoni mill-Istati Membri
Stat Membru li jkun bi ħsiebu jissorvelja u jispezzjona bastimenti tas-sajd fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru ieħor, fil-qafas tal-Pjan ta’ Eżerċizzju Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005, għandu jinnotifika l-intenzjoni tiegħu lill-punt ta’ kuntatt tal-Istat Membru kostali kkonċernat, imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1042/2006 (6), u lill-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd. Din in-notifika għandha jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
it-tip, l-isem u l-kodiċi tar-radju tal-bastimenti tal-ispezzjoni u tal-inġenji tal-ajru tal-ispezzjoni skont il-lista msemmija fl-Artikolu 28(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002; |
(b) |
iż-żoni, kif imsemmija fl-Artikolu 1, fejn ikunu ser jitwettqu s-sorveljanza u l-ispezzjoni; |
(ċ) |
it-tul taż-żmien tal-attivitajiet tas-sorveljanza u l-ispezzjoni. |
Artikolu 8
Ksur
1. L-Istati Membri li l-ispetturi tagħhom jiskopru kwalunkwe ksur waqt spezzjoni tal-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 2, għandhom jinfurmaw lill-Istati li ġejjin dwar id-data tal-ispezzjoni u d-dettalji tal-ksur:
(a) |
l-Istat Membru tal-bandiera rilevanti u/jew il-Parti Kontraenti tal-ICCAT u, fejn xieraq; |
(b) |
l-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-istallazzjoni tal-farm jew l-impriża involuta fl-ipproċessar u/jew il-kummerċ tal-prodotti tat-tonn. |
2. Meta l-Istat Membru li l-ispetturi tiegħu skoprew il-ksur ma jiħux azzjoni ulterjuri, l-Istati Membri mgħarrfa skont il-paragrafu 1 għandhom jieħdu azzjoni xierqa fil-pront biex jilqgħu u jikkunsidraw il-provi tal-ksur. Għandhom iwettqu kwalunkwe investigazzjoni ulterjuri kif meħtieġ biex jiġi segwit il-ksur.
3. L-Istati Membri li l-ispetturi tagħhom josservaw attività jew kundizzjoni li tista’ tikkostitwixxi ksur serju, kif definit fir-Rakkomandazzjoni 08-05, għandhom minnufih jinnotifikaw lill-awtoritajiet tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd, direttament kif ukoll permezz tas-Segretarjat tal-ICCAT u l-Kummissjoni.
4. F’każ li ksur serju, kif definit fir-Rakkomandazzjoni 08-05, jiġi skopert abbord bastiment tas-sajd Komunitarju, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li, wara l-ispezzjoni, il-bastiment tas-sajd bil-bandiera tiegħu jieqaf mill-attivitajiet kollha tas-sajd. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jitlob lill-bastiment tas-sajd biex jipproċedi immedjatament lejn port deżinjat mill-Istat Membru u fejn għandha tinbeda investigazzjoni. Jekk il-bastiment tas-sajd ma jissejjaħx fil-port, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jagħti ġustifikazzjoni xierqa lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat Eżekuttiv tal-ICCAT, li għandu jpoġġiha għad-dispożizzjoni tal-Partijiet Kontraenti l-oħra.
5. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jiżguraw li, jekk il-prosekuzzjoni ta’ ksur tiġi trasferita lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 31(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, is-sigurtà u l-kontinwità ta’ kwalunkwe evidenza tal-ksur ċċitat mill-ispetturi tiegħu tkun garantita f’kull każ.
Artikolu 9
Informazzjoni
1. L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 3(1) għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa tmiem kull xahar, l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta’ dak ix-xahar:
(a) |
l-attivitajiet ta’ spezzjoni u kontroll imwettqa; |
(b) |
il-ksur kollu, fosthom għal kull ksur, l-identifikazzjoni ta’:
|
(ċ) |
il-qagħda attwali tas-segwiment tal-ksur li nstab; |
(d) |
kwalunkwe azzjoni rilevanti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. |
2. Ksur għandu jibqa’ jitniżżel fuq kull rapport sussegwenti sakemm l-azzjoni tiġi konkluża skont il-liġijiet tal-Istat Membru kkonċernat. Kull rapport sussegwenti għandu:
(a) |
jindika l-istatus attwali tal-każ (eż. kawża pendenti, taħt appell, għadu jiġi investigat) u |
(b) |
deskrizzjoni f’termini speċifiċi ta’ kwalunkwe penali imposta (eż. livelli ta’ multi, valur tal-ħut u/jew irkaptu kkonfiskat, jekk twasslitx twissija bil-miktub). |
3. Jekk spettur tal-Kummissjoni jsib ksur abbord ta’ bastiment li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom jinfurmaw mingħajr dawmien lil dak l-ispettur tal-Kummisjoni bis-segwitu li ngħata lill-ksur.
4. Ir-rapporti għandhom jinkludu spjegazzjoni jekk ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni.
Artikolu 10
Evalwazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tlaqqa’ darba fis-sena, fil-bidu ta’ Settembru laqgħa tal-Kumitat tas-Sajd u l-Akkwakultura biex tiġi evalwata l-konformità ma’ u r-riżultati tal-programm speċifiku tal-kontroll u l-ispezzjoni bi ħsieb li jiġi mħejji r-rapport li l-Kummissjoni għandha l-obbligu li tippreżenta lis-Segretarjat tal-ICCAT fil-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena.
Artikolu 11
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.
(2) ĠU L 151, 13.6.2007, p. 1.
(3) ĠU L 340, 22.12.2007, p. 8.
(4) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(5) ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1; MT: ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 36.
(6) ĠU L 187, 8.7.2006, p. 14.
ANNESS I
REGOLI KOMUNI GĦALL-PROGRAMMI NAZZJONALI TAL-KONTROLL, KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3 (1)
Għanijiet
1 |
L-għan ġenerali tal-programmi nazzjonali tal-kontroll għandu jkun il-verifika tal-konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli li tirrigwarda:
|
2 |
L-għan speċifiku tal-programmi nazzjonali tal-kontroll għandu ikun l-ksib tal-implimentazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet kollha tal-pjan tal-irkupru għat-tonn stabbilit bir-Rakkomadazzjoni 08-05. |
Strateġija
Il-programm tal-kontroll nazzjonali għandu jikkonċentra fuq il-kontroll u l-ispezzjoni tas-sajd u tal-attivitajiet kollha relatati minn kwalunkwe bastiment tas-sajd, nassa, farm u impriża involuti fl-ipproċessar u/jew kummerċ fil-prodotti tat-tonn.
L-ispezzjonijiet tat-trasport u tal-kummerċjalizzazzjoni tat-tonn għandhom jintużaw bħala mekkaniżmu komplementari ta’ kontroverifika biex tiġi ttestjata l-effiċjenza tal-kontroll u tal-ispezzjoni.
1.1. Prijoritajiet
Kategoriji ta’ rkaptu differenti għandhom ikunu soġġetti għal livelli differenti ta’ prijoritizzazzjoni, skont il-pjan annwali tas-sajd. Minħabba f’hekk, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi prijoritajiet speċifiċi.
1.2. Punti ta’ referenza fil-mira
Sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-iskedi tagħhom tal-ispezzjoni li jqisu l-punti ta’ referenza li ġejjin:
Post ta’ Spezzjoni |
Punt ta’ referenza |
Attivitajiet tat-tqegħid fil-gaġeġ (inkluż il-qbid) |
Kwalunkwe operazzjoni ta’ trasferiment f’farm għandha tkun awtorizzata mill-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid. L-operazzjonijiet kollha ta’ tqegħid fil-gaġeġ u l-proċessi ta’ qbid għandhom jiġu spezzjonati. L-operazzjonijiet kollha ta’ tqegħid fil-gaġeġ għandhom jiġi rreġistrati fuq vidjow. |
Spezzjoni fuq il-baħar |
Punt ta’ referenza, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività tas-sajd f’kull żona. Il-punti ta’ referenza għandhom jirreferu għall-għadd ta’ jiem ta’ għassa fuq il-baħar fiż-żona speċifika għall-irkupru tat-tonn u għandhom jirreferu wkoll għall-għadd ta’ jiem ta’ għassa b’indikazzjoni tal-istaġun tas-sajd u t-tip ta’ attività tas-sajd fil-mira. |
Operazzjoni ta’ trasferiment |
L-operazzjonijiet kollha ta’ trasferiment għandhom ikunu ġew awtorizzati minn qabel mill-Istat Membru tal-bandiera abbażi ta’ notifika minn qabel. Dikjarazzjoni ta’ trasferiment għandha tintbagħat wara kull operazzjoni ta’ trasferiment. L-operazzjonijiet kollha ta’ trasferiment għandhom jiġu rreġistrati fuq vidjow. |
Trażbord |
Il-bastimenti kollha tas-sajd li jidħlu f’port deżinjat bil-għan li jwettqu operazzjonijiet ta’ trażbord li jinvolvu t-tonn għandhom jiġu kkontrollati. Għandhom isiru verifiki aleatorji f’portijiet mhux deżinjati. Il-bastiment kollha tal-ipproċessar għandhom jiġi spezzjonati mal-wasla qabel jibdew l-operazzjonijiet ta’ trażbord, kif ukoll qabel it-tluq wara l-operazzjonijiet tat-trażbord. |
Operazzjonijiet konġunti tas-sajd |
L-operazzjonjiet konġunti kollha tas-sajd għandhom ikunu ġew awtorizzati minn qabel mill-Istati tal-bandiera. L-Istati Membri għandhom imbagħad jistabbilixxu u jżommu reġistrazzjoni tal-operazzjonijiet konġunti kollha tas-sajd awtorizzati minnhom. |
Sorveljanza mill-ajru |
Punt ta’ referenza flessibbli, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività tas-sajd imwettqa f’kull żona, filwaqt li jitqiesu r-riżorsi disponibbli għall-Istati Membri. |
Ħatt |
Il-bastimenti kollha li jidħlu f’port deżinjat bil-għan li jħottu t-tonn għandhom jiġu spezzjonati. Għandhom isiru verifiki aleatorji f’portijiet mhux deżinjati. |
Kummerċjalizzazzjoni |
Punt ta’ referenza, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività ta’ kummerċjalizzazzjoni li twettqet. |
Sajd sportiv u rikreattiv |
Punt ta’ referenza, li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attivitajiet tas-sajd sportiv u rikreattiv li twettqu. |
Kompiti ta’ spezzjoni
1.3. Kompiti ġenerali ta’ spezzjoni
Għandu jitħejja rapport ta’ spezzjoni għal kull kontroll u spezzjoni, fil-format mehmuż ma’ dan l-anness. L-ispetturi għandhom, fi kwalunkwe każ, jivverifikaw u jirreġistraw fir-rapport tagħhom l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
id-dettalji tal-identità tal-persuni responsabbli, kif ukoll dawk tal-bastiment, persunal tal-farm, eċċ. involuti fl-attivitajiet spezzjonati; |
(b) |
l-awtorizzazzjonijiet, il-liċenzji u l-permessi speċjali tas-sajd; |
(ċ) |
dokumentazzjoni rilevanti dwar il-bastimenti, bħal ġurnali ta’ abbord, dikjarazzjonijiet ta’ trasferiment u trażbord, T2M, dokumenti tal-ICCAT dwar l-qabda tan-tonn, ċertifikati tal-esportazzjoni mill-ġdid u dokumentazzjoni oħra eżaminata għall-iskopijiet ta’ kontroll u spezzjoni; |
(d) |
osservazzjoni dettaljata tad-daqsijiet ta’ tonn maqbuda, maqbud b’nases, ittrasferiti, ittrażbordati, imħatta l-art, ittrasportati, prodotti, ipproċessati jew ikkummerċjalizzati fil-kuntest tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-pjan tal-irkupru; |
(e) |
il-qabdiet inċidentali tat-tonn li jinżammu abbord il-bastimenti li ma jkunux attivament qed jistadu għat-tonn. |
L-informazzjoni dwar is-sejbiet rilevanti kollha mill-ispezzjoni fuq il-baħar, mis-sorveljanza mill-ajru, f’portijiet, f’nases, farms jew f’kwalunkwe impriza oħra kkonċernata għandha titniżżel fir-rapporti tal-ispezzjoni.
Dawk is-sejbiet għandhom jitqabblu mal-informazzjoni magħmula disponibbli għall-ispetturi minn awtoritajiet kompetenti oħra, fosthom l-informazzjoni u l-listi tal-bastimenti awtorizzati mis-Sistema ta’ Sorveljanza tal-Bastimenti (SSB), ir-rapporti tal-osservaturi u r-reġistrazzjonijiet fuq il-vidjow.
1.4. Kompiti ta’ spezzjoni għas-sorveljanza mill-ajru
L-ispetturi għandhom jirrappurtaw dwar id-dejta tas-sorveljanza għal finijiet ta’ kontroverifika, u b’mod partikolari jivverifikaw avvistamenti ta’ bastimenti tas-sajd mal-listi tal-VMS u tal-bastimenti awtorizzati;
L-ispetturi għandhom ifittxu u jirrappurtaw dwar l-attivitajiet ta’ sajd IUU u dwar l-użu ta’ inġenjij tal-ajru jew ħelikopters tat-tiftix;
Għandha tingħata attenzjoni partikolari għal żoni magħluqa, għall-perjodi tal-istaġuni tas-sajd u għall-attivitajiet tal-flotot li għalihom japplikaw xi derogi.
1.5. Kompiti ta’ spezzjoni fuq il-baħar
Meta ħut mejjet jittella’ abbord il-bastiment tal-qbid, inkella jkun preżenti fuq bastiment tal-ipproċessar jew tat-trasport, l-ispetturi għandhom dejjem jivverifikaw il-kwantitajiet ta’ ħut miżmuma abbord u jqabbluhom mal-kwantitajiet irreġistrati fid-dokumentazzjoni rilevanti miżmuma abbord;
Meta ħut ħaj ikun qed jiġi ttrasferit minn bastimenti tal-qbid għal bastimenti tal-gaġeġ/tal-irmonk jew minn bastimenti tal-gaġeġ/tal-irmonk lejn stallazzjonijiet tal-farms, l-ispetturi għandhom jippruvaw jidentifikaw il-mezzi użati mill-partijiet involuti biex jistmaw il-kwantitajiet ta’ tonn ħaj ittrasferit. Meta jkun disponibbli vidjow, l-ispetturi għandhom jingħataw aċċess għalih u jivverifikaw il-kwantitajiet ittrasferiti, kif osservat fil-vidjow;
L-ispetturi għandhom jivverifikaw sistematikament:
(a) |
li l-bastimenti tas-sajd huma awtorizzati joperaw (immarkar, identità, liċenzja, permessi speċjali, awtorizzazjoni u listi tal-ICCAT), |
(b) |
li l-informazzjoni rilevanti tkun preżenti abbord u kkompletata kif xieraq u rraportata (ġurnali ta’ abbord, dokumenti tal-qbid tat-tonn, dikjarazzjoni ICCAT tat-trasferiment u dikjarazzjoni tat-trażbord), |
(ċ) |
li l-bastimenti tas-sajd ikunu mgħammra b’Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS) li tkun taħdem, |
(d) |
li l-bastimenti tas-sajd mhumiex joperaw f’żoni magħluqa u qed jirrispettaw l-għeluq tal-istaġun tas-sajd, |
(e) |
ir-rispett tal-limitazzjonijiet tal-kwoti u tal-qabdiet inċidentali, |
(f) |
il-kompożizzjoni tal-qabdiet f’termini tad-daqs tat-tonn abbord, |
(g) |
il-kwantitajiet fiżiċi ta’ tonn abbord u l-preżentazzjoni tagħhom, |
(h) |
l-irkaptu tas-sajd abbord; |
(i) |
il-preżenza ta’ osservatur fejn rilevanti. |
L-ispetturi għandhom ifittxu u jirrappurtaw dwar attivitajiet ta’ sajd IUU, u dwar l-użu ta’ inġenji tal-ajru jew ħelikopters ta’ tiftix.
1.6. Kompiti ta’ spezzjoni waqt operazzjonijiet ta’ trasferiment
L-ispetturi għandhom jivverifikaw sistematikament:
(a) |
li l-kaptan tal-bastiment tal-qbid bagħat notifika minn qabel, iffirmata mill-osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord, lill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera; |
(b) |
il-kaptan tal-bastiment tal-qbid irċieva awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tiegħu; |
(ċ) |
li l-kaptani tal-bastimenti tal-qbid lestew u ttrażmettew lill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tagħhom id-dikjarazzjoni ICCAT tat-trasferiment kif mehmuż (l-Anness 3) mar-Rakkomdazzjoni 08-05; |
(d) |
id-dikjarazzjoni tat-trasferiment ġiet ivverifikata mill-osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord il-bastiment tal-qbid u trażmessa lill-kaptan tal-bastiment tal-irmonk (tug); |
(e) |
li il-kaptan tal-bastiment tat-tug żgura l-monitoraġġ tal-attivitajiet kollha tat-trasferiment b’kamera tal-vidjow fl-ilma. |
1.7. Kompiti ta’ spezzjoni waqt operazzjonijiet konġunti tas-sajd
L-ispetturi għandhom jivverifikaw sistematikament:
(a) |
li l-informazzjoni rilevanti dwar l-operazzjonijiet konġunti tas-sajd tiġi rrapurtata kif xieraq fil-ġurnal tas-sajd; |
(b) |
li l-bastimenti tas-sajd tkun ingħatatilhom awtorizzazzjoni għall-operazzjoni konġunta tas-sajd mill-Istat tal-bandiera tagħhom bl-użu tal-mudell fl-Anness 6 għar-Rakkomandazzjoni 08-05; |
(ċ) |
il-preżenza ta’ osservatur matul l-operazzjoni konġunta tas-sajd. |
1.8. Kompiti ta’ spezzjoni mal-ħatt l-art
L-ispetturi għandhom jivverifikaw sistematikament:
(a) |
li l-bastimenti tas-sajd jkunu awtorizzati joperaw (immarkar, identità, liċenzja, permessi speċjali, awtorizzazzjoni u listi tal-ICCAT); |
(b) |
li l-prenotifika tal-wasla għall-ħatt l-art tkun intbagħtet u li kien fiha l-informazzjoni korretta dwar il-qabda abbord; |
(ċ) |
li l-bastimenti tas-sajd jkunu mgħammra b’Sistema ta’ Sorveljanza tal-Bastimenti (VMS); |
(d) |
għal bastimenti tas-sajd, li l-informazzjoni rilevanti tkun preżenti abbord u kkompletata kif xieraq u rraportata (ġurnali ta’ abbord, dokumenti tal-qbid tat-tonn, ċertifikat tal-esportazzjoni mill-ġdid, dikjarazzjoni ICCAT tat-trasferiment u dikjarazzjoni tat-trażbord); |
(e) |
il-kwantitajiet fiżiċi ta’ tonn abbord, u l-preżentazzjoni tagħhom; |
(f) |
il-kompożizzjoni tal-qabdiet f’termini ta’ daqs ta’ tonn abbord (qbid inċidentali u r-regoli dwar id-daqs minimu); |
(g) |
l-irkaptu tas-sajd abbord; |
(h) |
fil-każ ta’ ħatt l-art ta’ prodotti pproċessati, l-użu tal-fatturi ta’ konverżjoni tal-ICCAT biex jiġi kkalkolat il-piż gross ekwivalenti tat-tonn ipproċessat; |
(i) |
li t-tonn offert għall-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur finali, mill-bastimenti tas-sajd fil-Lvant tal-Atlantiku, jkun immarkat jew ittikkettat korettament; |
(j) |
li t-tonn li jinħatt l-art mill-dgħajjes tas-sajd bil-qasba fil-Lvant tal-Atlantiku jkunu ttegjati korrettament minn denbhom. |
1.9. Kompiti ta’ spezzjoni matul it-trażbord
L-ispetturi għandhom jivverifikaw sistematikament:
(a) |
li l-bastimenti tas-sajd huma awtorizzati joperaw (immarkar, identità, liċenzja, permessi speċjali, awtorizzazzjoni u listi tal-ICCAT); |
(b) |
li l-prenotifika tal-wasla fil-port tkun intbagħtet u kien fiha l-informazzjoni korretta dwar it-trażbord; |
(ċ) |
li l-bastimenti tal-qbid li jixtiequ jittrażbordaw ikunu rċevew awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat tal-bandiera tagħhom; |
(d) |
li l-kwantitajiet prenotifikati għat-trażbord huma vverifikati; |
(e) |
li d-dokumentazzjoni rilevanti tkun abbord u kkompletata kif jixraq, fosthom id-dikjarazzjoni tat-trażbord, id-dokumenti rilevanti T2M u tal-ICCAT tal-qbid tat-tonn u ċ-ċertifikat tal-esportazzjoni mill-ġdid; |
(f) |
fil-każ ta’ prodotti pproċessati, l-użu tal-fatturi tal-ICCAT ta’ konverżjoni biex jiġi kkalkolat il-piż gross ekwivalenti tat-tonn ipproċessat. |
1.10. Kompiti ta’ spezzjoni fuq installazzjonijiet tal-farms
L-ispetturi għandhom jivverifikaw sistematikament:
(a) |
li d-dokumentazzjoni hija preżenti u kkompletata u rraportata kif xieraq u rraportata (dokumenti tal-qbid tat-tonn, ċertifikat tal-esportazzjoni mill-ġdidi, dikjarazzjoni tat-trasferiment, dikjarazzjoni tal-qbid mill-gaġeġ u dikjarazzjoni tat-trażbord); |
(b) |
li l-operazzjoni tat-trasferiment kienet awtorizzata minn qabel mill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid; |
(ċ) |
li osservatur kien dejjem preżenti matul it-trasferimenti u l-qabdiet mill-gaġeġ tat-tonn, u vvalida d-dikjarazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ; |
(d) |
li l-attivitajiet kollha tat-trasferimenti mill-gaġeġ għall-farm ġew is-sorveljati minn vidjow kamera fl-ilma, sakemm il-gaġeġ ma jkunux direttament imwaħħla mas-sistema tal-irmiġġ. |
1.11. Kompiti ta’ spezzjoni marbuta mat-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni
L-ispetturi għandhom jivverifikaw sistematikament:
(a) |
fir-rigward tat-trasport, b’mod partikolari d-dokumenti rilevanti ta’ akkumpanjament u jivverifikawhom mal-kwantitajiet fiżiċi ttrasportati; |
(b) |
fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni, li d-dokumentazzjoni rilevanti tkun preżenti u kkompletata kif jixraq, inklużi d-dokumenti rilevanti tal-qbid tat-tonn u ċ-ċertifikati tal-esportazzjoni mill-ġdid. |
Rapport tal-Ispezzjoni
1. Spettur
1.1. |
Isem … |
1.2. |
Nazzjonalità … |
1.3. |
Numru tal-Karta tal-Identità tal-Ispettur/tip (ICCAT) … |
2. Tip ta’ Spezzjoni
|
Bastiment fil-baħar |
|
Trażbord |
|
Farm: trasferiti fi/qbid mill-gaġeġ |
|
Nassa |
|
Mal-ħatt |
|
Sorveljanza mill-ajru |
|
Trasport lejn l-art |
|
Kummerċalizzazzjoni |
3. Bastiment li jġorr l-ispettur (fejn xieraq)
3.1. |
Isem u Reġistrazzjoni … |
3.2. |
Bandiera … |
4. Bastiment/Farm/Nassa spezzjonat(a)
4.1. |
Isem u Reġistrazzjoni … |
4.2. |
Bandiera/Stat Membru … |
4.3. |
Kaptan/Maniġer tal-Farm (Isem) … |
4.4. |
Sid/Kumpanija (Isem u indirizz) … |
4.5. |
Numru ICCAT tar-Reġistrazzjoni. … |
5. Pożizzjoni
5.1. |
Kif iddeterminata mill-ispettur: Lat. Long. |
5.2. |
Iddeterminata mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd: Lat. Long. |
5.3. |
Ħin (GMT) meta ġiet irreġistrata l-pożizzjoni: |
6. Data …
7. Ħin
7.1. |
Mal-wasla … |
7.2. |
Mat-tluq … |
8. Irkaptu tas-sajd abbord
Purse Seine |
|
Qasab u xlief (Dgħajjes tas-sajd) |
|
Bil-konz |
|
Xolfa tat-trejjix |
|
Oħrajn (speċifika) |
|
9. Speċijiet osservati abbord
10. Dikjarazzjoni tar-ritratti meħuda b’deskrizzjoni tas-suġġetti
11. Lista ta’ dokumenti spezzjonati u kkummenti
12. Riżultati tal-ispezzjoni tal-ħut abbord
Speċijiet |
|
|
|
|
Qabda totali (kg) |
|
|
|
|
Tip ta’ prodott |
|
|
|
|
Kampjun spezzjonat |
|
|
|
|
% Taħt id-daqs minimu |
|
|
|
|
13. Kummenti tal-ispettur
14. Kummenti tal-osservatur
ANNESS II
KONTENUTI TAL-PROGRAMMI NAZZJONALI TAL-KONTROLL KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3
Il-programmi nazzjonali tal-kontroll għandhom, fost l-oħrajn, jispeċifikaw:
Mezzi ta’ kontroll
— Mezzi umani
L-għadd ta’ spetturi fuq l-art u fuq il-baħar u l-perjodi u ż-żoni minn fejn jistgħu jissejħu.
— Mezzi tekniċi
L-għadd ta’ bastimenti u inġenji tal-ajru tas-sorveljanza, u l-perjodi u ż-żoni minn fejn jistgħu jissejħu.
— Mezzi finanzjarji
L-allokazzjoni baġitarja għall-użu tar-riżorzi umani, il-bastimenti u l-inġenji tal-ajru tas-sorveljanza.
Għażla ta’ portijiet
Il-lista tal-portijiet u l-ħinijiet magħżula kif meħtieġ skont ir-Rakkomandazzjoni.
Pjanijiet annwali tas-sajd
Id-dettalji ta’ kwalunkwe sistema eżistenti għall-allokazzjoni tal-kwoti, sorveljanza kontroll tal-pjan tas-sajd.
Protokolli għal spezzjoni
Protokolli Dettaljati għall-attivitajiet kollha ta’ spezzjoni.
Linji gwida
Linji gwida tal-ispjegazzjoni għall-ispetturi, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u s-sajjieda.
Protokolli għal komunikazzjoni
Protokolli għall-komunikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati mill-Istati Membri oħra biex ikunu responsabbli għall-programm speċifiku tal-kontroll u l-ispezzjoni tat-tonn.