ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

Ħarġa Speċjali ( 1 )

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
17 ta' Marzu 2009


Werrej

 

Paġna

 

 

1092/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1092/2004 ta’ l-10 ta’ Ġunju 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1342/2003 għal dak li għandu x’jaqsam mad-definizzjoni tal-kategoriji tar-ross għas-sens tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

1

 

 

1101/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1101/2004 ta’ l-10 ta’ Ġunju 2004 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistipula proċedura komunitarja għall-istabbiliment ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

2

 

 

1132/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1132/2004 tat-18 ta’ Ġunju 2004 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1764/86 u r-Regolament (KE) Nru 1535/2003, għal dak li għandu x’jaqsam mal-prodott tradizzjonali Kunserva ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

5

 

 

2004/517/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ġunju 2004 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE li tirrigwarda l-lista ta’ postijiet ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera kif sar ftehim dwarhom għal spezzjonijiet veterinarji fuq l-annimali u prodotti ta’ l-annimali minn pajjiżi terzi ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

7

 

 

1215/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1215/2004 tat-30 ta’ Ġunju 2004 li jemenda l-elementi ta’ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ denominazzjoni li tidher fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1107/96 relatat mar-reġistrazzjoni ta’ l-ismijiet ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi (Scotch Beef) ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

9

 

 

1233/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1233/2004 tat-2 ta’ Lulju 2004 li jipprovdi miżuri transitorji għall-applikazzjoni ta’ Regolament (KE) Nru 595/2004 dwar l-iskema ta’ levy fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ma’ l-Unjoni Ewropea ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

13

 

 

1258/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1258/2004 tat-8 ta’ Lulju 2004 li jiffinalizza l-anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 li jikkonċerna r-reġistrazzjoni ta’ ċerti denominazzjonijiet fir-Reġistru ta’ ismijiet u tikketti ta’ oriġini protetta u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Paia de Toucinho de Estremoz e Borba, Chouriço de Carne de Estremoz e Borba, Paia de Lombo de Estremoz e Borba, Morcela de Estremoz e Borba, Chouriço grosso de Estremoz e Borba, Paia de Estremoz e Borba) ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

15

 

 

2004/542/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2004 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE għal dak li jirrigwarda l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

18

 

 

1275/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2004 tat-12 ta’ Lulju 2004 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2692/89 dwar il-modalitajiet ta’ l-applikazzjoni marbuta mal-kunsinni tar-ross lejn Réunion, dwar il-korrezzjoni li trid issir għas-sovvenzjoni wara l-ksur tal-prezz ta' intervent għar-ross li jkun għadu fil-ħliefa fl-aħħar ta’ l-istaġun ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

25

 

 

1319/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1319/2004 tas-16 ta’ Lulju 2004 li jimmodifikaw (KE) Nru 214/2001 li jdaħħlu modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 tal-Kunsill fejn jidħlu l-miżuri ta' intervenzjoni fis-suq tal-trab tal-ħalib xkumat ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

26

 

 

1327/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1327/2004 tad-19 ta’ Lulju 2004 dwar aġġudikazzjoni permanenti fil-kampanja ta' bejgħ 2004/2005 dwar levies u/jew rimborżi fl-esportazzjoni taz-zokkor ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

30

 

 

1345/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1345/2004 tat-22 ta’ Lulju 2004 li jemenda l-elementi ta’ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ denominazzjoni li tidher fl-Anness tar-Regolament (Ke) Nru 1107/96 relatat mar-reġistrazzjoni ta’ l-ismijiet ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi (Scotch lamb) ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

35

 

 

1356/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1356/2004 tas-26 ta’ Lulju 2004 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin tal-addittiv Elancoban fl-għalf, li jagħmel parti mill-grupp ta’ coccidiostats u ta’ sustanzi mediċinali oħra ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

39

 

 

2004/568/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2004 li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE dwar skwadri ta’ ġbir ta’ l-embrijuni fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

42

 

 

2004/591/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Awwissu 2004 li temenda d-Deċiżjoni 97/467/KE rigward l-inkużjoni ta’ stabbiliment fl-Islanda għal-laħam tat-tjur imrobbi u stabbiliment fil-Botswana għal-laħam tar-ratita fil-listi proviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi minn fejn Stati Membri huma awtorizzati jimportaw tali prodotti ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

44

 

 

1437/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1437/2004 tal-11 ta’ Awwissu 2004 li jissupplementa l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 relattiv għar-reġistrazzjoni ta’ ċerti denominazzjonijiet fir-Reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ l-Oriġini protetti u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Valençay, Scottish Farmed Salmon, Ternera de Extremadura u Aceite de Mallorca jew Aceite mallorquín jew Oli de Mallorca jew Oli mallorquí) ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

47

 

 

2004/595/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Lulju 2004 tistabbilixxi ċertifikat tas-saħħa mudell għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ klieb, qtates u inmsa għall-kummerċ ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

49

 

 

1454/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2004 tas-16 ta’ Awwissu 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2090/2002 li jistipula regoli dettalljati biex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 fir-rigward ta’ l-ispezzjonijiet imwettqa meta prodotti agrikoli li jikkwalifikaw għar-rifużjonijiet jiġu esportati ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

53

 

 

1471/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1471/2004 tat-18 ta’ Awwissu 2004 li jemenda l-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar l-importazzjoni ta’ prodotti taċ-ċerv mill-Kanada u l-Istati Uniti ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

58

 

 

2004/600/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Awwissu 2004 li taċċetta impenn offrut f'konnessjoni mal-proċedimenti anti-dumping li jirrigwarda l-importazzjonijiet tal-polyethylene terephthalate li joriġina, inter alia, mill-Awstralja ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

60

 

 

1483/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1483/2004 ta’ l-20 ta’ Awwissu 2004 dwar it-tkomplija ta’ l-anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 marbut mar-reġistrazzjoni ta’ ċerti ismijiet fir- Reġistru ta’ l-ismijiet ta’ oriġini protetta u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Carne de la Sierra de Guadarrama, Ternera de Navarra jew Nafarroako Aratxea, Carne de Vacuno del País Vasco jew Euskal Okela, Ternera Asturiana u Carne de Cantabria) ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

62

 

 

1486/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1486/2004 ta’ l-20 ta’ Awwissu 2004 Dwar it-tkomplija ta’ l-anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 marbut mar-reġistrazzjoni ta’ ċerti ismijiet fir-Reġistru ta’ l-ismijiet ta’ oriġini protetta u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Farinheira de Estremoz e Borba, Domfront, Kiwi Latina, Valle del Belice u Noix du Périgord) ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

64

 

 

1488/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/2004 ta’ l-20 ta’ Awwissu 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

66

 

 

1489/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1489/2004 ta’ l-20 ta’ Awwissu 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/2004 li jikkonċerna ċerti miżuri ristrettivi fir-rigward tal-Liberja u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1030/2003 ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

70

 

 

2004/608/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Awwissu 2004 li temenda id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/EC fir-rigward il-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera miftiehma għal spezzjonijiet veterinarji fuq l-annimali u fuq prodotti ta’ l-annimali minn pajjiżi terzi ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

74

 

 

1515/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1515/2004 tas-26 ta’ Awwissu 2004 li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 2295/2003 li jistabbilixxi t-termini għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 tal-Kunsill rigward ċerti standards ta’ bejgħ applikabbli għall-bajd ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

76

 

 

1516/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2004 tal-25 ta’ Awwissu 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 131/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tas-Sudan ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

84

 

 

2004/620/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2004 li temenda l-Annessi I u II mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE rigward iċ-ċertifikati mudell relatati ma’ l-importazzjoni ta’ annimali bovini għall-qatla u laħam frisk bovin, ovin u kaprin ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

87

 

 

2004/623/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2004 li temenda d-Deċiżjoni 2003/804/KE rigward l-importazzjoni ta’ molluski ħajjin għall-konsum uman ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

101

 

 

1566/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1566/2004 tal-31 ta’ Awwissu 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ma’ l-Iraq u li jirrevoka t-Regolament (KE) Nru 2465/96 ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

109

 

 

1845/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1845/2004 tat-22 ta’ Ottubru 2004 li jikkompleta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ ċerti denominazzjonijiet fir-Reġistru ta’ l-ismijiet ta’ l-oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. (Tergeste, Lucca, Miele della Lunigiana et Αγιος Ματθαιος Κερκυρας (Agios Mathaios Kerkyras)) ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

113

 

 

1851/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1851/2004 tal-25 ta' Ottubru 2004 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistipula proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

115

 

 

1875/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2004 tat-28 ta’ Ottubru 2004 li jemenda l-Annessi II u III għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi l-proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’ l-ogħla livelli ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali b’rabta mas-saliċilat tas-sodju u l-fenvalerat ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

118

 

 

1877/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1877/2004 tat-28 ta’ Ottubru 2004 li jemenda l-Anness IIIB tar-Regolament (KE) Nru 517/94 fir-rigward tal-kwoti għas-Serbja u l-Montenegro ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

121

 

 

1993/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1993/2004 tad-19 ta’ Novembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Portugall ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

123

 

 

2004/785/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri bejn Il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku fir-rigward tal-emendi lill-Anness II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku dwar ir-rikonoxximent reċiproku u l-protezzjoni tad-denominazzjoni tal-ispirti ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

128

 

 

Rettifika għall-Anness ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

129

 

 

2004/839/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2004 li tistabbilixxi il-kundizzjonijiet taċ-ċaqlieq non-kummerċjali ta’ klieb u qtates żgħar minn pajjiżi terzi għall-Komunità ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

132

 

 

2004/864/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2004 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 478/1999 tal-14 ta’ Lulju 1999 li ġġedded il-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sajd u l-Akkwakultura ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

133

 

 

2172/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2172/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta' ħtiġiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

134

 

 

2186/2004/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2186/2004 tal-20 ta’ Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1613/2000 li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw użati għall-iskopijiet tal-iskema ta' preferenzi ġeneralizzati sabiex jieħdu in konsiderazzjoni l-qagħda speċjali fil-Laos fir-rigward ta' xi oġġetti tat-tessuti esportati lejn il-Komunità ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

136

 

 

2004/881/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ iskambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċile li għandha x'taqsam ma' emendi għall-Appendiċi I tal-Ftehim fuq il-kummerċ ta’ spirti u xorb aromatizzat tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika taċ-Ċile, min-naħa l-oħra, in vista tat-tkabbir ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

138

 

 

Rettifika għall-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċile f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-emendi ta’ Appendiċi I tal-Ftehim bejn il-kummerċ ta’ spirti u xorb aromatizzat tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika taċ-Ċile, min-naħa l-oħra ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

139

 

 

2004/883/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Diċembru 2004 għall-aġġustament tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE dwar il-ġbir tal-informazzjoni dwar l-istatistika fil-qasam tat-turiżmu fir-rigward tal-listi tal-pajjiżi ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

146

 

 

2004/914/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2004 li temenda d-Deċiżjoni 2003/858/KE dwar l-importazzjonijiet ta' ħut ħaj li joriġina mill-akkwakultura u prodotti ta' dan il-ħut, għal aktar ipproċessar jew għall-konsum immedjat mill-bniedem ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

150

 

 

105/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 105/2005 tas-17 ta’ Novembru 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/1999 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999 fir-rigward tal-kunsinni bil-baħar ta' ċerti tipi ta' skart lejn iċ-Ċina u l-Għarabja Sawdita ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )  ( 48 )

164

 

 

109/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/2005 ta’ l-24 ta’ Jannar 2005 dwar it-tifsira tat-territorju ekonomiku ta’ l-Istati Membri għall-għanijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

169

 

 

2005/60/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Jannar 2005 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/881/KE dwar is-saħħa ta’ l-annimali u kundizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjoni tan-naħal (Apis mellifera & Bombus spp.) minn [cdot]; ċerti pajjiżi terzi fir-rigward ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

171

 

 

2005/7/KE

 

 

Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/7/KE tas-27 ta’ Jannar 2005 li temenda d-Direttiva 2002/70/KE li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet mitluba sabiex jiġu ddeterminati l-livelli tal-PCBs li jixbħu d-diossina fl-għalf ta’ l-annimali ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

176

 

 

2005/64/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2005 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward tal- kondizzjonijiet ta’ l-importazzjoni ghal qtates, klieb u inmsa ghal korpi, istituti jew ċentri approvati ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

179

 

 

241/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 241/2005 tal-11 ta' Frar 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 rigward il-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-Iżrael ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

183

 

 

2005/154/KE

 

 

Rettifika għar-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2003/760/KE li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd mill-Polineżja Franċiża, fl-ambitu ta’ l-allokament ta’ l-awtoritá kompetenti u tal-mudell taċ-ċertifikat sanitarju ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

189

 

 

2005/23/KE

 

 

Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/23/KE tat-8 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttiva 2001/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

193

 

 

2005/233/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni ta’ pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwu mressqa minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

195

 

 

2005/270/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2005 li tistabbilixxi l-formati relatati mas-sistema tad-bażi tad-dejta skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

200

 

 

2005/306/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Frar 2005 li tapprova f’isem il-Komunità Ewropea l-emendi għall-annessi tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti ta’ l-annimali ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

207

 

 

2005/306/KE

 

 

Rettifika għall-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri mal-Gvern tal-Kanada dwar il-modifikazzjonijiet ta’ l-Anness V u l-Anness VIII għall- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-miżuri tas-sanità biex jiġu protetti is-saħħa pubblika u dik ta’ l-annimali fejn jikkonċerna il-kummerċ ta’ l-annimali ħajjin u l-prodotti ta’ l-annimali ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

209

 

 

611/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 611/2005 tal-20 ta' April 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 823/2000 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma bejn il-kumpanniji tat-tbaħħir tal-linja (konsorzja) ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

217

 

 

705/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 705/2005 tal-4 ta’ Mejju 2005 li jemenda jew iħassar ċerti regolamenti dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

219

 

 

2005/381/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2005 li tistabbilixxi kwestjonarju għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta' emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

226

 

 

781/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 781/2005 ta' l-24 ta’ Mejju 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

238

 

 

826/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2005 tat-30 ta' Mejju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2659/94 dwar regoli ddettaljati għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-ħżin privat tal-ġobnijiet Grana padano, Parmigiano-Reggiano u Provolone ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

240

 

 

898/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2005 tal-15 ta’ Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

241

 

 

2005/42/KE

 

 

Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/42/KE ta' l-20 ta’ Ġunju 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar prodotti kosmetiċi, bl-iskop li tadatta l-AnnessoII tagħha għall-progress tekniku ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

247

 

 

1010/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2005 tat-30 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 628/2005 li jimponi dazju provviżorju anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ salamun imrobbi li joriġina min-Norveġja ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

250

 

 

1102/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1102/2005 tat-13 ta' Lulju 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 biex jitqiesu l-emendi tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

253

 

 

1148/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1148/2005 tal-15 ta' Lulju 2005 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità biex jiġu determinati l-limiti massimi tar-residwi tal-prodotti tal-mediċina veterinarja fl-affarijiet tal-ikel li huma ta' oriġini mill-annimali, fir-rigward tal-penethamate. ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

255

 

 

2005/573/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Lulju 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2002/994/KE dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward tal-prodotti li ġejjin mill-annimali importati miċ-Ċina ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

257

 

 

2005/578/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Lulju 2005 li twassal deroga għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE, dwar dak li jikkonċerna r-regoli ta’ origini għall-molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus ta’ Saint-Pierre u Miquelon ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

260

 

 

1219/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1219/2005 tat-28 ta' Lulju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid, fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

263

 

 

1239/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1239/2005 tad-29 ta’ Lulju 2005 jemenda r-Regolament (KE) Nru 581/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ butir u r-Regolament (KE) Nru 582/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna t-trab tal-ħalib xkumat ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

265

 

 

2005/591/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2005 li temenda l-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 fir-rigward ta' ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-ħut, il-laħam u l-ħalib fil-Polonja ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

267

 

 

1282/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2005 tat-3 ta' Awwissu 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 biex jitqies ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

269

 

 

2005/606/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Awwissu 2005 Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara operattiv il-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-istokk Pelaġiku fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

271

 

 

1356/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1356/2005 tat-18 ta' Awwissu 2005 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistipula proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta' limiti massimi ta' residwu ta' prodotti veterinarji mediċinali fil-prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, għal dak li huwa aċidu ossoliniku u l-morantel ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

272

 

 

2005/618/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Awwissu 2005 li temenda d-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-finijiet tal-iffissar tal-valuri massimi ta' konċentrazzjoni għal ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

275

 

 

1452/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1452/2005 tas-6 ta' Settembru 2005 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

276

 

 

1460/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1460/2005 tat-8 ta' Settembru 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 rigward il-kwoti tat-tariffi u l-kwantitajiet ta' riferenza tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Alġerija ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

279

 

 

2005/58/KE

 

 

Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/58/KE tal-21 ta’ Settembru 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-bifenazate u l-milbemectin bħala sustanzi attivi ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

285

 

 

1570/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1570/2005 tas-27 ta' Settembru 2005 li jikkoreġi r-Regolament 2104/2004 li jistipula regoli dettaljati ta' implimentazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 dwar l-amministrazzjoni [ġestjoni] tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

288

 

 

1623/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2005 ta' l-4 ta' Ottubru 2005 li jikkompleta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' ċerti denominazzjonijiet fir-Reġistru ta' l-ismijiet ta' l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Tuscia) — [AOP] u (Basilico Genovese) — [AOP] ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

290

 

 

1662/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1662/2005 tal-11 ta’ Ottubru 2005 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 953/2003 biex ċerti mediċini ewlenin ma jiġux iddevjati kummerċjalment għal ġewwa l-Unjoni Ewropea ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

292

 

 

2005/747/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta'Ottubru 2005 li temenda għall-iskopijiet li jkun adottat lill-progress tekniku l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi ta' riskju f'tagħmir elettriku u elettroniku ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

295

 

 

2005/752/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-kummissjoni ta’ l-24 ta’ Ottubru 2005 li tistabbilixxi grupp ta’ esperti dwar il-kummerċ elettroniku ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

297

 

 

1804/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1804/2005 tat-3 ta' Novembru 2005 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2807/83 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni ta' informazzjoni dwar il-qabdiet ta' ħut tal-Istati Membri ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

299

 

 

1805/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1805/2005 tat-3 ta' Novembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 356/2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-immarkar u għall-identifikazzjoni ta’ rkaptu tas-sajd passiv u tat-tkarkir bit-travu ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

301

 

 

2005/783/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2005 li temenda d-Deċiżjonijiet 2001/689/KE, 2002/231/EC and 2002/272/EC, sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għal ċerti prodotti ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

303

 

 

2005/842/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat rigward għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għal servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

305

 

 

2005/844/EURATOM

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2005 rigward l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika mal-Konvenzjoni dwar Notifikazzjoni Bikrija ta’ Inċident Nukleari ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

312

 

 

Rettifika għall-Konvenzjoni dwar Notifikazzjoni Bikrija ta’ Inċident Nukleari ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

313

 

 

2005/849/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2005 rigward l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar verifiki fuq assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

318

 

 

2005/909/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Diċembru 2005 li twaqqaf grupp ta' esperti biex jagħtu parir lill-Kummissjoni u jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn sistemi pubbliċi ta' kontroll għal awdituri statutorji u ditti tal-verifika finanzjarja ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

320

 

 

2067/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2067/2005 tas-16 ta’ Diċembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 92/2005 fir-rigward ta’ mezzi alternattivi għar-rimi ta' l-iskart u l-użu ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

322

 

 

2107/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2107/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 174/1999, (KE) Nru 2771/1999, (KE) Nru 2707/2000, (KE) Nru 214/2001 u (KE) Nru 1898/2005 fis-settur tal-ħalib ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

326

 

 

2154/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2154/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jikkompleta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni fir-Reġistru ta' l-ismijiet ta' l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Sidra de Asturias jew Sidra d'Asturies) [DPO] ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

329

 

 

2156/2005/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2156/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jemenda l-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni ta' l-oriġini stipulati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1107/96 (Siurana) [DOP — denominazzjoni ta’ l-oriġini protetta] ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

331

 

 

2006/2/KE

 

 

Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/2/KE tas-6 ta’ Jannar 2006 li temenda, għall-finijiet ta’ l–adattazzjoni tagħha għall-progress tekniku, l-Anness II tad-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ żewġ fibri tat-tessut ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

336

 

 

29/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2006 ta’ l-10 ta' Jannar 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-kodiċijiet doganali għall-bromoklorometan ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

340

 

 

68/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2006 tas-16 ta' Jannar 2006 li jemenda ir-Regolament tal-Kunsill (EC) No 2488/2000 li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x'jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

342

 

 

208/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 208/2006 tas-7 ta’ Frar 2006 li jemenda l-Annessi VI u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ livelli stabbiliti għall-ipproċessar għall-impjanti tal-bijogass u ta’ l-ikkompostjar u r-rekwiżiti għad-demel ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

344

 

 

241/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 241/2006 ta’ l-10 ta' Frar 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1004/2001 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

351

 

 

2006/103/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) tal-14 ta' Frar 2006 dwar ir-reviżjoni tal-limiti stipulati fl-Artikoli 157(b) u 158(1)(a) u (c) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistabilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

353

 

 

2006/191/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-1 ta' Marzu 2006 Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara li l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-Baħar Baltiku skont il-Politika Komuni tas-Sajd huwa operattiv ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

354

 

 

2006/207/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Marzu 2006 dwar il-kummerċ ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu mat-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

355

 

 

2006/215/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Marzu 2006 dwar it-twaqqif ta' grupp espert ta' livell għoli sabiex jagħti pariri lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-Istrateġija i2010 ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

356

 

 

730/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 730/2006 tal-11 ta' Mejju 2006 dwar il-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru u l-aċċess tat-titjiriet VFR 'l fuq mil-livell 195 ta' titjir ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

358

 

 

734/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 734/2006 tas-16 ta’ Mejju 2006 regoli dettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar l-għoti ta' għajnuna finanzjarja għall-ħżin privat ta' xi ġobnijiet fiż-żmien ta' ħżin 2006/2007 ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

360

 

 

736/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006 tas-16 ta' Mejju 2006 dwar metodi ta' ħidma tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni għat-twettiq ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

366

 

 

2006/355/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Mejju 2006 li twaqqaf grupp ta' esperti fuq il-mobilità tal-klijent f'relazzjoni mal-kontijiet tal-bank ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

372

 

 

785/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 785/2006 tat-23 ta’ Mejju 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

374

 

 

831/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2006 tat-2 ta’ Ġunju 2006 li temeda Regolament (KE) Nru 622/2003 li tistipula miżuri għall-implimentazzjoni ta' l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

377

 

 

928/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 928/2006 tat-22 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 fir-rigward ta' ċerti kwoti tariffarji Komunitarji ġodda mifthiema fi ħdan il-GATT ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

379

 

 

2006/883/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistipula l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, rigward iż-żamma tal-kotba ta’ l-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta’ ħlas lura ta’ l-ispejjeż fil-qafas ta’ l-EAGF u ta’ l-EAFRD ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

382

 

 

939/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 939/2006 tat-23 ta’ Ġunju 2006 li jiddefinixxi, għas-sena tas-suq 2006/2007, l-ammont ta' l-għajnuna għal-lanġas ta' l-ipproċessar ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

416

 

 

1055/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1055/2006 tat-12 ta' Lulju 2006 li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward tal-flubendazole u tal-lasalocid ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

417

 

 

1104/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1104/2006 tat-18 ta’ Lulju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 831/2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill Nru 322/97 dwar l-Istatistika Komunitarja, li jikkonċerna l-aċċess għad-data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

420

 

 

1115/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1115/2006 ta' l-20 ta' Lulju 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3703/85 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' livelli komuni fis-suq għal ċertu ħut frisk jew imkessaħ ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

422

 

 

1178/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1178/2006 ta' l-1 ta' Awwisu 2006 li jistabbilixxi l-prezz minimu li għandu jitħallas lill-produtturi tat-tin imqadded mhux ipproċessat kif ukoll l-ammont ta' l-għajnuna għall-produzzjoni għat-tin imqadded għas-sena tas-suq 2006/2007 ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

424

 

 

1231/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1231/2006 tas-16 ta' Awwissu 2006 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, fir-rigward tal-ceftiofur u l-polyoxyethylene sorbitan monooleate u t-trioleate ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

425

 

 

1256/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1256/2006 tal-21 ta’ Awwissu 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1010/2006 dwar ċerti miżuri eċċezjonali ta' sostenn għas-suq fis-settur tal-bajd u tat-tjur f'ċerti Stati Membri ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

427

 

 

1278/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1278/2006 tal-25 ta’ Awwissu 2006 dwar miżura partikolari ta' intervent għall-ħafur fil-Finlandja u l-Iżvezja għas-sena tas-suq 2006/07 ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

435

 

 

1282/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2006 tas-17 ta’ Awwissu 2006 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar liċenzji ta' esportazzjoni u rifużjonijiet dwar esportazzjonijiet tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

439

 

 

1451/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 li jemenda l-Annessi I u II għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għall-iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward ta’ fluazuron, nitrit tas-sodju u peforelin ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

464

 

 

1489/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1489/2006 tad-9 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi, għas-sena tal-kontijiet 2007 tal-FAEG, ir-rati ta' l-imgħax li għandhom jintużaw għall-kalkolu ta' l-ispejjeż għall-iffinanzjar tal-miżuri ta' intervent, li jikkonsistu fix-xiri, il-ħżin u r-rimi tal-ħażniet ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

467

 

 

2006/691/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-kummissjoni tal-12 ta' Ottubru 2006 li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward eżenzjonijiet għal applikazzjonijiet taċ-ċomb u l-kadmju ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

469

 

 

2006/699/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-kummissjoni tas-17 ta’ Ottubru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tistabbilixxi lista ta’ istituzzjonijiet li r-riċerkaturi tagħhom jistgħu jkollhom aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

471

 

 

1629/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1629/2006 tal-31 ta’ Ottubru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1010/2006 dwar ċerti miżuri eċċezzjonali ta' sostenn tas-suq fis-settur tal-bajd u tat-tjur f'ċerti Stati Membri ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

473

 

 

1630/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1630/2006 tal-31 ta’ Ottubru 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/2002 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Iżvizzera, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 851/95 ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

475

 

 

1635/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1635/2006 tas-6 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli li jorġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident ta' l-istazzjon ta’ l-enerġija nukleari ta' Chernobyl ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

477

 

 

2006/791/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Grupp ta’ Koordinament għall-Gass ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

484

 

 

1743/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1743/2006 ta’ l-24 ta’ Novembru 2006 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ addittiv fl-għalf tal-bhejjem ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

486

 

 

1831/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1831/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward ta’ Doramectin ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

489

 

 

1832/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-miżuri ta' transizzjoni għas-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

492

 

 

1869/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 1869/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2172/2005 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ annimali bovini ħajjin ta’ piż li ma jaqbiżx il-160 kg u li joriġinaw mill-Iżvizzera kif previst fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (traduzzjoni mhux uffiċjali) ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

503

 

 

2006/944/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Diċembru 2006 li tiddetermina l-livelli rispettivi ta' emissjonijiet allokati lill-Komunità u lil kull wieħed mill-Istati Membri tagħha taħt il-Protokoll ta' Kjoto skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

505

 

 

1976/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1976/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2204/2002, (KE) Nru 70/2001 u (KE) Nru 68/2001 fir-rigward tal-estjoni tal-perjodi ta' applikazzjoni ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

508

 

 

2003/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2003/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) tan-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akwakultura ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

510

 

 

1962/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1962/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li japplika l-Artikolu 37 tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija mal-Unjoni Ewropea ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

515

 

 

1993/2006/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1993/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 l-istipulazzjoni ta' miżuri tranżizzjonali dwar l-esportazzjoni ta' ħalib u prodotti tal-ħalib skont Regolament (KE) Nru 1282/2006, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

518

 

 

37/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 37/2007 tas-17 ta' Jannar 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 990/2006 dwar is-sejħa għall-offerti permanenti għall-esportazzjoni taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent tal-Istati Membri ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

520

 

 

91/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 91/2007 tat-30 ta’ Jannar 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1483/2006 fir-rigward tal-kwantitajiet koperti mis-sejħa permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-organizzazzjonijiet ta' l-intervent ta' l-Istati Membri ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

521

 

 

103/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 103/2007 tat-2 ta’ Frar 2007 dwar l-estensjoni tal-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 53(4) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-parlament Ewropew u tal-Kunsill ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

526

 

 

104/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 104/2007 tat-2 ta’ Frar 2007 li jiffissa l-għajnuna għat-tadam għall-ipproċessar għas-sena tas-suq 2007-2008 ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

528

 

 

2007/81/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tfassal elenku ta' entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jista'jkollhom aċċess għad-data kunfidenzali għall-għanijiet xjentifiċi ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

530

 

 

119/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2007 tat-8 ta' Frar 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 493/2006 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fil-qafas tar-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

532

 

 

2007/90/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/513/KE tal-11 ta' Lulju 2005 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-medda ta' frekwenza tal-5 GHz għall-implimentazzjoni tas-Sistemi ta' Aċċess Bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs) ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

534

 

 

142/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 142/2007 tal-14 ta' Frar 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1610/2006 li jidderoga mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 327/98 u tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 dwar xi liċenzji tal-importazzjoni, li ħarġu għaż-żmien ta’ Lulju 2006, fil-qafas tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

535

 

 

146/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 146/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3440/84 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għal ċerti xbieki tat-tkarkir għal bastimenti li jħaddmu sistemi ta’ ppumpjar abbord ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

537

 

 

147/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 147/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jadatta ċerti kwoti tas-sajd mill-2007 sal-2012 skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

538

 

 

148/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jirreġistra ċerti ismijiet fir-Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Geraardsbergse mattentaart (IĠP) — Pataca de Galicia jew Patata de Galicia (IĠP) — Poniente de Granada (DPO) — Gata-Hurdes (DPO) — Patatas de Prades jew Patates de Prades (IĠP) — Mantequilla de Soria (DPO) — Huile d'olive de Nîmes (DPO) — Huile d'olive de Corse jew Huile d'olive de Corse — Oliu di Corsica (DPO) — Clémentine de Corse (IĠP) — Agneau de Sisteron (IĠP) — Connemara Hill Lamb jew Uain Sléibhe Chonamara (IĠP) — Sardegna (DPO) — Carota dell'Altopiano del Fucino (IĠP) — Stelvio jew Stilfser (DPO) — Limone Femminello del Gargano (IĠP) — Azeitonas de Conserva de Elvas e Campo Maior (DPO) — Chouriça de Carne de Barroso — Montalegre (IĠP) — Chouriço de Abóbora de Barroso — Montalegre (IĠP) — Sangueira de Barroso — Montalegre (IĠP) — Batata de Trás-os-Montes (IĠP) — Salpicão de Barroso — Montalegre (IĠP) — Alheira de Barroso — Montalegre (IĠP) — Cordeiro de Barroso, Anho de Barroso jew Cordeiro de leite de Barroso (IĠP) — Azeite do Alentejo Interior (DPO) — Paio de Beja (IĠP) — Linguíça do Baixo Alentejo jew Chouriço de carne do Baixo Alentejo (IĠP) — Ekstra deviško oljčno olje Slovenske Istre (DPO)) ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

542

 

 

149/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 149/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti Boerenkaas (STG) ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

546

 

 

203/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 203/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 958/2006 u (KE) Nru 38/2007 sabiex jitneħħew ir-rifużjonijiet għall-esportazzjonijiet lejn ċerti destinazzjonijiet ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

548

 

 

205/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 205/2007 tas-27 ta' Frar 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 990/2006 dwar il-kwantitajiet koperti mis-sejħa permanenti għall-esportazzjoni tas-segala li tinżamm mill-aġenzija ta’ intervent Ġermaniża ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

550

 

 

206/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 206/2007 tas-27 ta' Frar 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2247/2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni fis-settur taċ-ċanga u l-vitella tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti li jirriżultaw mill-proċessar ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (l-Istati AKP) ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

555

 

 

207/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 207/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 li jiddetermina l-għajnuna msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 għall-ħażna privata tal-butir u l-krema u jagħti deroga mir-Regolament (KE) Nru 2771/1999 ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

557

 

 

210/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 210/2007 tas-27 ta' Frar 2007 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1282/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mat-terminu tal-validità tal-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw minn qabel ir-rifużjoni applikabbli fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

559

 

 

214/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2007 tat-28 ta' Frar 2007 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

560

 

 

217/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 217/2007 tat-28 ta’ Frar 2007 li jagħti bidu għal investigazzjoni li għandha x'taqsam ma' l-elużjoni ta' miżuri ta' kontrobilanċ imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004 dwar importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodu tal-grafita li joriġinaw mill-Indja minn importazzjonijiet ta' ċerta grafita artifiċjali li toriġina mill-Indja u li tagħmel tali importazzjonijiet soġġetti għal reġistrazzjoni ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

562

 

 

218/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 218/2007 tat-28 ta' Frar 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi Komunitarji għall-inbejjed ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

565

 

 

240/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 240/2007 tas-6 ta' Marzu 2007 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Štramberské uši (PGI) — Aceite Monterrubio (PDO) — Alfajor de Medina Sidonia (PGI)) ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

566

 

 

249/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 249/2007 tat-8 ta' Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1431/94 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġu applikati, fis-settur tal-laħam tat-tjur, l-arranġamenti tal-importazzjonijiet ipprovvduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa tal-Komunità għal-laħam tat-tjur u ċerti prodotti oħra agrikoli ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

568

 

 

257/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 257/2007 tad-9 ta' Marzu 2007 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 800/1999 fir-rigward tal-provi li l-formalitajiet doganali għall-importazzjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib f’pajjiżi terzi jkunu saru ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

570

 

 

275/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 275/2007 tal-15 ta’ Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1825/2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar taċ-ċanga u tal-prodotti taċ-ċanga ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

572

 

 

287/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/2007 tas-16 ta’ Marzu 2007 li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi kull proċedura Komunitarja għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward tal-Ginseng, estratti standardizzati u preparazzjonijiet minnhom ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

576

 

 

305/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2007 tal-21 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi derogi temporanji mir-Regolamenti (KE) Nru 2402/96, (KE) Nru 2375/2002, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006 u (KE) Nru 1918/2006 f'dak li jirrigwarda d-dati għall-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet u l-tal-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni, fl-2007, fil-kuntest tal-kwoti tariffarji li jikkonċernaw il-patata ħelwa, il-lamtu tal-manjoku, iċ-ċereali u ż-żejt taż-żebbuġa ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

578

 

 

306/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2007 tal-21 ta’ Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1539/2006 li jadotta pjan ta' konċessjoni lill-Istati Membri ta' riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2007 għall-provvista ta' l-ikel mill-ħażniet ta' l-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

581

 

 

326/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 326/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 li, għas-sena 2007, jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1518/2003 rigward id-dati tal-ħruġ tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

585

 

 

327/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 li jidderoga, għall-2007, mir-Regolament (KE) Nru 1445/95 dwar id-dati tal-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

587

 

 

328/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 328/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 li, għas-sena 2007, jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 596/2004 u (KE) Nru 633/2004 rigward id-dati tal-ħruġ tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni fis-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

589

 

 

2007/18/KE

 

 

Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/18/KE tas-27 ta’ Marzu 2007 li temenda d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esklużjoni jew l-inklużjoni ta' ċerti istituzzjonijiet mill-ambitu ta' l-applikazzjoni u tat-trattament ta' exposures għall-banek ta' żvilupp multilaterali ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

591

 

 

336/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 336/2007 tat-28 ta’ Marzu 2007 li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib, fir-rigward tal-kontenut ta' referenza tax-xaħam għar-Rumanija ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

593

 

 

373/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 373/2007 tat-2 ta’ April 2007 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 795/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

594

 

 

2007/207/KE

 

 

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Marzu 2007 li temenda d-Deċiżjonijiet 2001/405/KE, 2002/255/KE, 2002/371/KE, 2004/669//KE, 2003/31//KE u 2000/45/KE sabiex tiġi mtawla l-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għal ċerti prodotti ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

597

 

 

381/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 381/2007 ta’ l-4 ta’ April 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta' kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa u r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward ta' l-iskemi ta' appoġġ ipprovduti fit-Titoli IV u IVa ta' dak ir-Regolament u l-użu ta' art imwarrba/li tkun twarrbet/intiża/maħsuba/miżmuma għall-produzzjoni tal-materji primi ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

599

 

 

382/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2007 ta’ l-4 ta’ April 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fir-rigward tad-deskrizzjoni, tad-denominazzjoni ta' l-origini, tal-preżentazzjoni u tal-protezzjoni ta' ċerti prodotti fis-settur ta' l-inbid ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

603

 

 

386/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2007 ta' l-10 ta’ April 2007 li jemenda u jadatta r-Regolament (KE) Nru 990/2006 li jiftaħ sejħiet permanenti ta' offerti għall-esportazzjoni ta' ċereali miżmuma mill-aġenziji ta' l-intervent ta' l-Istati Membri ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

612

 

 

388/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 388/2007 tal-11 ta’ April 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta' prattiċi u proċessi oenoloġiċi ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

616

 

 

389/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 389/2007 tal-11 ta’ April 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid, u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta' prattiċi u proċessi oenoloġiċi ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

618

 

 

394/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 394/2007 tat-12 ta' April 2007 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

619

 

 

406/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 406/2007 tat-12 ta' April 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fl-ilmijiet tal-KE u internazzjonali taż-żoni I u II minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

621

 

 

411/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 411/2007 tas-17 ta’ April 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

623

 

 

435/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 435/2007 ta' l-20 ta’ April 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1010/2006 dwar ċerti miżuri eċċezzjonali ta' sostenn tas-suq fis-settur tal-bajd u tat-tjur f'ċerti Stati Membri ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

626

 

 

437/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 437/2007 ta’ l-20 ta’ April 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 622/2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

627

 

 

414/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 414/2007 tat-13 ta' Marzu 2007 Dwar il-linji gwida tekniċi għall-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-użu operazzjonali tas-servizzi ta’ informazzjoni tax-xmajjar (RIS) imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/44/KE dwar is-servizzi armonizzati ta’ informazzjoni tax-xmajjar (RIS) f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

629

 

 

446/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 446/2007 tat-23 ta’ April 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2273/2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward l-istħarriġ tal-prezzijiet ta’ ċerti annimali bovini fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

663

 

 

630/2007/KE

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 630/2007 tal-4 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 biex jitqiesu l-emendi tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

664

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali għandha n-Nru L 71 M.

 

(48)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1092/2004 ta’ l-10 ta’ Ġunju 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1342/2003 għal dak li għandu x’jaqsam mad-definizzjoni tal-kategoriji tar-ross għas-sens tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1092/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1092/2004

ta’ l-10 ta’ Ġunju 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1342/2003 għal dak li għandu x’jaqsam mad-definizzjoni tal-kategoriji tar-ross għas-sens tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 3072/95 tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ġunju 2000 dwar l-emendi komuni ta’ l-iskemi taċ-ċertifikati ta’ importazzjoni, ta’ esportazzjoni u ta’ prefissazzjoni għall-prodotti agrikoli (2) tipprovdi l-possibbiltà li tiddefinixxi kategoriji ta’ prodotti għat-talbiet taċ-ċertifikati u ċertifikati dwar it-twaqqif minn qabel tar-restituzzjoni.

(2)

Sabiex ikun hemm tmexxija iktar flessibbli ta’ l-iskema ta’ restituzzjonijiet ta’ l-esportazzjoni fil-qasam tar-ross, hemm bżonn li jiġu ddefiniti l-kategoriji tar-ross.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2003 tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 2003 dwar l-emendi partikolari ta’ l-iskema ta-ċertifikati ta’ importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni fil-qasam taċ-ċereali u tar-ross (3) jista’ jiġi mmodifikat b’konsegwenza.

(4)

Il-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-test li jmiss hu mehmuz ma’ l-Artikolu 4(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003:

“Kategorija 7

:

1006 20 11 9000, 1006 20 13 9000, 1006 20 15 9000, 1006 20 92 9000, 1006 20 94 9000, 1006 20 96 9000

Kategorija 8

:

1006 30 21 9000, 1006 30 23 9000, 1006 30 25 9000, 1006 30 42 9000, 1006 30 44 9000, 1006 30 46 9000

Kategorija 9

:

1006 30 61 9100, 1006 30 63 9100, 1006 30 65 9100, 1006 30 92 9100, 1006 30 94 9100, 1006 30 96 9100

Kategorija 10

:

1006 30 61 9900, 1006 30 63 9900, 1006 30 65 9900, 1006 30 92 9900, 1006 30 94 9900, 1006 30 96 9900.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jgħodd għal-liċenzji maħruġa mill-1 ta' April 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Ġunju 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 329, 30.12.1995, p. 18. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 411/2002 tal-Kummissjoni (ĠU L 62, 5.3.2002, p. 27). Ġie abrogat bir-Regolament (KE) Nru 1785/2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96) b’effet mill-jum wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(2)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 322/2004 (ĠU L 58, 26.2.2004, p. 3).

(3)  ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

2


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1101/2004 ta’ l-10 ta’ Ġunju 2004 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistipula proċedura komunitarja għall-istabbiliment ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1101/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1101/2004

ta’ l-10 ta’ Ġunju 2004

li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistipula proċedura komunitarja għall-istabbiliment ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi l-limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-oġġetti ta’ l-ikel li joriġina mill-annimali (1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 546/2004 (2) u b’mod partikolari fl-Artikoli 6, 7 u 8 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90, il-limiti massimi ta’ residwi għandhom ikunu stabbiliti progressivament għas-sustanzi farmakoloġikament attivi kollha li huma użati fi ħdan il-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji intenzjonati għal l-għoti lil annimali li jipproduċu l-ikel.

(2)

Il-limiti massimi ta’ residwi għandhom jiġu stabbiliti biss wara eżami fi ħdan il-Kumitat tal-Prodotti Mediċinali Veterinarji ta’ l-informazzjoni relevanti kollha li tikkonċerna is-sigurtà tar-residwi tas-sustanza kkonċernata għall-konsumatur ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel li ġej mill-annimali u l-impatt tar-residwi fuq l-industrija li tipproċessa dan.

(3)

Meta jipu stabbiliti l-limiti massimi ta’ residwi għar-residwi ta’ prodotti mediċinali vetrinarji fl-oġġetti ta’ l-ikel li ġej mill-annimali jiġu stabbiliti, hemm bżonn li jiġu speċifikati l-ispeċi ta’ l-annimali fejn jinstabu r-residwi, il-livelli li jistgħu ikunu preżenti f’kull waħda mit-tessuti tal-laħam ta’ l-annimali ttrattati (tessuti speċifiċi) u n-natura tar-residwu li hu relevanti sabiex jiġu mmonitorjati r-residwi (residwu li jimmarka).

(4)

Sabiex ir-residwi jiġu kkontrollati, kif hemm ipprovdut għalihom fil-leġislazzjoni komunitarja approprjata, il-limiti massimi ta’ residwi għandhom normalment jiġu stabbiliti għat-tessuti speċifiċi tal-fwied jew tal-kliewi. Minkejja dan, il-fwied u l-kliewi huma ta’ spiss imneħħija mill-karkassi ttrasportati fis-suq internazzjonali, u l-limiti massimi ta’ residwi għandhom għalhekk ukoll jiġu stabbiliti għat-tessuti tal-muskoli u tax-xaħam.

(5)

Fil-każ ta’ prodotti medeċinali veterinarji intenzjonati għall-użu f’għasafar li qed ibidu, annimali li qed ineddgħu jew naħal ta’ l-għasel, il-limiti massimi ta’ residwi għandhom ukoll jiġu stabbiliti għal bajd, ħalib u għasel.

(6)

Tulathromycin għandu jitniżżel fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(7)

Diclazuril għandu jitniżżel fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(8)

Tul ta’ żmien adegwat għandu jgħaddi qabel dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ sabiex jippermetti lill-Istati Membri jagħmlu emendi li jistgħu jkunu neċessarji għall-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid tal-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati fuq is-suq. Dawn l-awtorizzazzjonijiet ingħataw bi qbil mad-Direttiva 2001/82/KE (3), kif emendate l-aħħar bid-Direttiva 2004/28/KE (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jikkunsidraw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(9)

Il-miżuri li hemm ipprovdut għalihom f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Mediċinali Veterinarji.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huma għalhekk emendati kif stabbilit fl-Anness tiegħu.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jiġi implimentat mis-sittin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Ġunju 2004.

Għall-Kummissjoni

Erkki LIIKANEN

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

A.   Is-sustanza(i) li ġejja(in) hija (huma) mniżżla fl-Anness I (Lista ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi li għalihom ġew stabbiliti l-limiti massimi ta’ residwi).

1.   Aġenti anti-infettivi

1.2.   Antibiotiċi

1.2.4.   Makrolidi

Sustanza(i) farmakoloġikament attiva(i)

Residwu li jimmarka

Speċi ta’ l-annimali

MRLs

Tessuti speċifiċi

Tulathromycin

(2R,3S,4R,5R,8R,10R,11R,12S, 13S,14R)-2-ethyl-3,4,10,13-tetrahydroxy-3,5,8,10,12,14-hexamethyl-11-[[3,4,6-trideoxy-3-(dimethylamino)-β-D-xylo-hexopy-ranosyl]oxy]-1-oxa-6-azacyclopent-decan-15-one espressi bħala ekwivalenti ta’ tulathromycin

Ta’ l-ifrat (5)

100 µg/kg

Xaħam

 

Tal-ħnieżer

3 000 µg/kg

Fwied

3 000 µg/kg

Kliewi

100 µg/kg

Ġilda + Xaħam

3 000 µg/kg

Fwied

3 000 µg/kg

Kliewi

B.   Is-sustanza(i) li ġejja(in) hi(huma) mniżżla fl-Anness II (Lista ta’ sustanzi li mhumiex soġġetti għal-limiti massimi ta’ residwi)

2.   Komposti organiċi

Sostanza(i) farmakoloġikament attiva(i)

Speċi ta’ l-annimali

Diclazuril

L-annimali kollha li jixtarru (6)

Tal-ħnieżer (7)


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1.

(2)  ĠU L 87, 25.3.2004, p. 13.

(3)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.

(4)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58.

(5)  Mhux għall-użu f’annimali li jipproduċu ħalib għall-konsum uman.”

(6)  Għall-użu orali biss.

(7)  Għall-użu orali biss.”


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

5


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1132/2004 tat-18 ta’ Ġunju 2004 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1764/86 u r-Regolament (KE) Nru 1535/2003, għal dak li għandu x’jaqsam mal-prodott tradizzjonali Kunserva

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1132/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1132/2004

tat-18 ta’ Ġunju 2004

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1764/86 u r-Regolament (KE) Nru 1535/2003, għal dak li għandu x’jaqsam mal-prodott tradizzjonali Kunserva

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-frott ipproċessat u l-prodotti veġetali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1764/86 tas-27 ta’ Mejju 1986 li jistipula ħtiġijiet ta’ kwalità minimi għall-prodotti pproċessati mit-tadam taħt l-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni (2) li tipprovdi d-definizzjoni ta’ konċentrat tat-tadam li huwa eliġibbli għall-għajnuna għall-produzzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2003 tad-29 ta’ Awwissu 2003 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iskema ta’ għajnuna għall-prodotti pproċessati minn frott u ħxejjex (3) jelenka l-prodotti eliġibbli għall-għajnuna għall-produzzjoni.

(3)

Il-kunserva hija prodott tradizzjonali Malti, u stabbilit sew, u t-tadam użat fil- produzzjoni tal-kunserva għandu jkun eliġibbli għall-għajnuna għall-produzzjoni mid-data ta’ l-adeżjoni ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.

(4)

Għalhekk ir-Regolamenti (KEE) Nru 1764/86 u (KE) Nru 1535/2003 għandhom jiġu emendati kif meħtieġ.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’ dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Immaniġjar tal-Prodotti Pproċessati mill-Frott u mill-Ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Regolament (KEE) Nru 1764/86 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 8 huwa sostitwit mis-segwenti:

“Artikolu 8

Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu ‘meraq tat-tadam’ u ‘konċentrat tat-tadam’ ifissru l-prodotti definiti fil-punti 11, 12 u 18 ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2003 (*).

(*)  ĠU L 218, 30.8.2003, p. 14.”"

(2)

L-Artikolu 9 huwa sostitwit minn dan li ġej:

“Artikolu 9

1.   Dawn l-ingredjenti biss jistgħu jinżiedu mal-meraq tat-tadam u mal-konċentrat tat-tadam:

(a)

il-melħ komuni (klorur tas-sodju);

(b)

ħwawar naturali, ħaxix aromatiku u l-estratti tagħhom, u aromi naturali.

Minbarra dan, fil-każ tal-kunserva, iz-zokkor li jinżied, għandu jkun bejn 8 % u 25 % mill-piż tal-prodott finali.

2.   Bħala additiv fil-manifattura tal-meraq tat-tadam u ikkonċentrat tat-tadam jista’ jintuża l-aċtu ċitriku (E 330).

Fil-manifattura tal-meraq tat-tadam b’ piż meta niexef ta’ inqas minn 7 %, jista’ jintuża l-aċtu askorbiku (E 300). Madankollu, il-kontenut ta’ l-aċdu aksorbiku ma jistax jaqbeż 0,03 % mill-piż tal-prodott finali;

Fil-manifattura tal-konċentrat tat-tadam fil-forma ta’ trab, jista’ jintuża diossidu tas-silikon (551). Madankollu, l-kontenut tad-diossidu tas-silikon m’għandux jaqbeż 1 % mil-piż tal-prodott finali.

3.   Il-kwantità ta’ melħ komuni miżjud:

(a)

m’ għandux jaqbeż 15 % mill-piż meta l-kontenut ikun niexef għall-konċentrat tat-tadam li jkollu piż meta niexef li jaqbeż 20 %;

(b)

m’ għandux jaqbeż 3 % mill-piż tal-piż nett għal konċentrati oħra tat-tadam u għall-meraq tat-tadam.

(c)

għandu jkun bejn 2 % u 5 % mill-piż għall-kunserva.

Meta jkun qed jiġi kkalkolat l-ammont ta’ melħ komuni li nżied, il-kontenut naturali ta’ kloridi jitiqes ekwivalenti għal 2 % tal-piż tal-kontenut meta niexef.”

Artikolu 2

Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1535/2003, il-punt 18 segwenti huwa miżjud:

“18.

kunserva: il-prodott miksub billi jiġi kkonċentrat il-meraq tat tadam, direttament minn tadam frisk, li fih zokkor u melħ miżjud, li għandu kontenut niexef minn 28 % sa 36 %, ippakkjat f’ kontentituri ssiġillati ermetikament bit-tabella ‘kunserva’ u li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2002 90 31, 2002 90 39, 2002 90 91 u 2002 90 99.”

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l- Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvija, tal-Litwanja, ta’ l-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2004 (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 25).

(2)  ĠU L 153, 7.6.1986, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 996/2001 (ĠU L 139, 23.5.2001, p. 9).

(3)  ĠU L 218, 30.8.2003, p. 14. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2004 (ĠU L 72, 11.3.2004, p. 54).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

7


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ġunju 2004 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE li tirrigwarda l-lista ta’ postijiet ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera kif sar ftehim dwarhom għal spezzjonijiet veterinarji fuq l-annimali u prodotti ta’ l-annimali minn pajjiżi terzi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/517/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Ġunju 2004

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE li tirrigwarda l-lista ta’ postijiet ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera kif sar ftehim dwarhom għal spezzjonijiet veterinarji fuq l-annimali u prodotti ta’ l-annimali minn pajjiżi terzi

(notifikata bid-dokument numru C(2004) 2185)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/517/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkinsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizazzjoni ta’ l-ispezzjonijiet veterinarji dwar prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Wara li kkinsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi il-prinċipji li jirregolaw l-organizazzjoni ta’ l-ispezzjonijiet veterinarji dwar annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/ŻEE u 90/675/ŻEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE tas-7 ta’ Diċembru 2001 tfassal lista li kien hemm qbil fuqha ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera għal spezzjonijiet fuq annimali u prodotti ta’ l-annimali minn pajjiżi terzi u li taġġorna r-regoli dettaljati li jikkonċernaw l-ispezzjonijeit li jsiru mill-esperti tal-Kummissjoni (3) għandhom ikunu aġġornati biex jieħdu partikolarment in konsiderazzjoni l-iżviluppi f’ċerti Stati Membri u l-ispezzjonijeit tal-Komunità.

(2)

Fuq talba ta’ l-awtoritajiet Sloveni, u wara spezzjoni tal-Komunità, għandu jiżdied mal-lista post ta’ spezzjoni addizzjonali fil-fruntiera fil-port ta’ Koper.

(3)

Fuq talba ta’ l-awtoritajiet Latvjani, u wara spezzjoni tal-Komunità, għandu jiżdied mal-lista post ta’ spezzjoni addizzjonali fil-fruntiera fil-Grebneva.

(4)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/469/KE li temenda Deċiżjoni 2001/881/KE li tirrigwarda l-lista tal-postijiet ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera in vista ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, L-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja bi żball irtiraw il-post ta’ l-ispezzjoni fil-fruntiera ta’ Munich [München] mill-lista tal-Ġermanja, u l-opportunità mogħtija bid-Deċiżjoni preżenti għandha tittieħed biex tikkoreġi dan l-iżball materjali.

(5)

Il-miżuri pprovduti b’din id-deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Annes tad-Deċiżjoni 2001/881/KE, dan li ġej huwa miżjud mal-lista tal-postijiet ta’ l-ispezzjoni fil-fruntiera għas-Slovenja:

1

2

3

4

5

6

“Koper

2600399

P

 

HC, NHC-T(CH), NHC-NT”

 

Artikolu 2

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2001/881/KE, dan li ġej huwa miżjud mal-lista tal-postijiet ta’ l-ispezzjoni fil-fruntiera tal-Latvja:

1

2

3

4

5

6

“Grebneva

2972199

R

 

HC-T, NHC-T(CH), NHC-NT”

 

Artikolu 3

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2001/881/KE, dan li ġej huwa miżjud mal-lista tal-postijiet ta’ l-ispezzjoni fil-fruntiera tal-Ġermanja:

1

2

3

4

5

6

“München

0149699

A

 

HC(2), NHC(2)

O”

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Ġunju 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/43/KE (ĠU L 162, 1.7.1996, p. 1).

(3)  ĠU L 326, 11.12.2001, p. 44. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata b’Deċiżjoni 2004/469/KE (ĠU L 160, 30.4.2004, p. 7).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

9


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1215/2004 tat-30 ta’ Ġunju 2004 li jemenda l-elementi ta’ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ denominazzjoni li tidher fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1107/96 relatat mar-reġistrazzjoni ta’ l-ismijiet ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi (Scotch Beef)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1215/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1215/2004

tat-30 ta’ Ġunju 2004

li jemenda l-elementi ta’ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ denominazzjoni li tidher fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1107/96 relatat mar-reġistrazzjoni ta’ l-ismijiet ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi (Scotch Beef)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 2081/92 tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 relatat mal-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u ta’ l-ismijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u partikolarment ta’ l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-awtoritajiet tar-Renju Unit talbu għad-denominazzjoni “Scotch Beef”, irreġistrata bħala indikazzjoni ġeografika protetta mir-Regolament (KE) Nru 1107/96 tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ġunju 1996 relatat mar-reġistrazzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u ta’ l-ismijiet ta’ l-oriġini għan-nom tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 tal-Kunsill (2), ta’ l-emendi tad-deskrizzjoni u tal-metodu ta’ kif jinkiseb il-prodott.

(2)

Wara eżami ta’ din id-domanda ta’ emenda, ġie deċiż li dawn l-emendi kienu importanti.

(3)

Bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 u li għandha x’taqsam ma’ emendi importanti, il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6 tapplika mutatis mutandis.

(4)

F’dan il-każ l-emendi huma konformi mar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. L-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, fis-sens ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament imsemmi, ma ġiet ipprovduta lill-Kummissjoni wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn l-emendi msemmija fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (3).

(5)

Minħabba dan, dawn l-emendi għandhom jiġu rreġistrati u jkunu s-suġġett ta’ pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi li jidhru fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament huma rreġistrati u ppubblikati skond il-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

Il-lista kkonsolidata li turi l-elementi prinċipali ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tidher fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolmanet jidħol fis-seħħ wara għoxrin ġurnata mill-pubblikazzjoni ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Ġunju 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS I

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92

EMENDI FL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA (Artikolu 9)

Nru KE: UK/0274/25.1.1994

1.   Denominazzjoni rreġistrata: I.G.P. Scotch Beef

2.   Emenda(i) meħtieġa:

Lista ta’ l-ispeċifikazzjonijiet:

Image

Isem

Image

Deskrizzjoni

Image

Żona ġeografika

Image

Prova ta’ l-oriġini

Image

Metodu ta’ kisba

Image

Konnessjoni

Image

Tikkettar

Image

Esiġenza nazzjonali

3.   Emenda(i):

Deskrizzjoni

Sabiex tirrefletti aktar il-pratikka attwali, tikkunsidra l-preokkupazzjoni tal-konsumaturi f’dak li jirrigwarda t-trasparenza tat-tikkettar u sabiex tiżdied il-kwalità ta’ l-Iscotch Beef, id-deskrizzjoni attwali:

“Il-prodott hu magħmul minn bovini mrobbija fil-fażi ta’ l-irfinar — fuq medda ta’ żmien ta’ mill-inqas tliet xhur —, maqtula u ppreparati fiż-żona delimitata.”

hi emendata kif ġej:

“Il-prodott hu magħmul minn bovini mwielda, mrobbija waqt iż-żmien kollu ta’ ħajjithom, maqtula u ppreparati fiż-żona delimitata. L-annimali ġew prodotti u maqtula skond is-sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità skond in-norma Ewropea EN 45011 (Gwida ISO 65), liema normi, evalwazzjonijiet u frekwenza ta’ evalwazzjonijiet jaqblu ma’ dawk meħtieġa mingħand minn qed jagħmel it-talba.”

Metodu ta’ kisba

L-emenda tad-deskrizzjoni murija hawn isfel teħtieġ l-emenda tad-dettalji tal-metodu tal-kisba. Minbarra dan, waqt l-introduzzjoni tad-talba inizzjali, l-Iscotch Beef ma kien kważi qatt jinbiegħ iffriżat. Għalkemm din il-prassi m’għadhiex daqshekk mifruxa, minn qed jagħmel it-talba jixtieq ineħħi l-espressjoni “Il-prodott jista’ biss jinbiegħ frisk jew mkessaħ” sabiex jippermetti l-bejgħ ta’ l-Iscotch Beef ffriżat jekk it-trasformatur tal-prodott jixtieq dan.

Minħabba f’hekk id-deskrizzjoni attwali:

“Il-bovini huma mrobbija fl-Iskozja fil-fażi ta’ l-irfinar, fuq medda ta’ żmien ta’ mill-inqas tliet xhur. Jinqatlu u jiġu ppreparati f’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet. Il-prodott jista’ jinbiegħ biss frisk jew imkessaħ.”

hi emendata kif ġej:

“Il-bovini huma mwielda u mrobbija f’żona ġeografika delimitata waqt iż-żmien kollu ta’ ħajjithom. L-annimali ġew prodotti u maqtula f’konformità mas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità skond in-norma Ewropea EN 45011 (Gwida ISO 65) u liema normi, evalwazzjonijiet u frekwenza ta’ evalwazzjoni jikkorrispondu ma’ dawk stabbiliti minn min qed jagħmel it-talba. Jinqatlu u jiġu ppreparati f’din iż-żona f’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet.”

ANNESS II

FORMOLA KKONSOLIDATA

Ir-Regolament (KEE) Nru 2081/92 TAL-KUNSILL

“SCOTCH BEEF”

Nru KE: UK/0274/25.1.1994

AOP ( ) IGP (X)

Din il-formula hi taqsira stabbilita għall-fini ta’ informazzjoni. Għall-informazzjoni sħiħa, b’mod partikolari għall-produtturi ta’ prodotti koperti mill-AOP u l-IGP ikkonċernata, tajjeb li tikkonsulta l-verżjoni kompleta ta’ l-ispeċifikazzjonijiet jew fuq livell nazzjonali, jew mas-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea (4).

1.   Servizz kompetenti ta’ l-Istat Membru:

Isem

:

Department of Environment, Food and Rural Affairs Food Chain Marketing and Competitiveness Division

Indirizz

:

Room 338

Nobel House

17 Smith Square

London — SW1P 3JR

United Kingdom

Tel.

:

(44-207) 238 66 87

Fax

:

(44-207) 238 57 28

e-mail

:

rlf.feedback@defra.gsi.gov.uk

2.   Organizzazzjoni ta’ minn isaqsi:

2.1.

Isem

:

Quality Meat Scotland

2.2.

Indirizz

:

Rural Centre

West Mains

Ingliston

Newbridge

Midlothian, EH28 8NZ

United Kingdom

Tel.

:

(44-131) 472 40 40

Fax

:

(44-131) 472 40 38

e-mail

:

info@qmscotland.co.uk

2.3.

Komposizzjoni : produtturi (8 969), transformateurs (32), oħrajn (310)

3.   Tip ta' prodott: klassi 1.1 laħam frisk

4.   Deskrizzjoni ta’ l-ispeċifikazzjonijiet

sommarju tal-kundizzojnijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2)

4.1.   Isem: “Scotch Beef”

4.2.   Deskrizzjoni:

Il-prodott hu magħmul minn bovini mwielda, imrobbija tul iż-żmien kollu ta’ ħajjithom, maqtula u ppreparati fiż-żona ġeografika delimitata. L-annimali ġew prodotti u maqtula skond is-sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità skond in-norma Ewropea EN 45011 (Gwida ISO 65) u liema normi, evalwazzjonijiet u frekwenza ta’ evalwazzjoni jikkorrispondu ma’ dawk stabbiliti minn min qed jitlob. Jiġu maqtula u ppreparata f’din iż-żona b’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet.

4.3.   Żona ġeografika:

Iż-żona ddefinita hi dik ta’ l-Iskozja kontinentali, kif ukoll il-gżejjer tal-kosta oċċidentali, Orkney u Shetland.

4.4.   Prova ta’ l-oriġini:

Mis-seklu 19, l-Iscotch Beef hu magħruf għall-kwalità dejjem superjuri tiegħu minħabba s-sistemi alimentari tradizzjonali użati. Din is-sistema kisbet reputazzjoni kbira fuq is-suq tal-laħam, fir-Renju Unit u f’postijiet oħra.

4.5.   Metodu ta’ kisba:

Il-bovini huma mwielda, mrobbija fiż-żona delimitata tul iż-żmien kollu ta’ ħajjithom. L-annimali ġew prodotti u maqtula skond is-sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità skond in-norma Ewropea EN 45011 (Gwida ISO 65) u liema normi, evalwazzjonijiet u frekwenza ta’ evalwazzjonijiet jaqblu ma’ dawk meħtieġa mingħand minn qed jitlob. Inqatlu u ġew ippreparati f’din iż-żona b’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet.

4.6.   Konnessjoni:

Il-kwalità u l-partikolaritajiet ta’ l-Iscotch Beef jirriżultaw minn ragħa estensiv fil-mriegħi karatteristiċi ta’ l-Iskozja.

4.7.   Struttura ta’ kontroll:

Isem

:

Scottish Food Quality Certification

Indirizz

:

Royal Highland Centre

10th Avenue

Ingliston

Edinburgh, EH28 8NF

United Kingdom

Tel.

:

(44-131) 335 66 15

Fax

:

(44-131) 335 66 01

e-mail

:

enquiries@sfqc.co.uk

4.8.   Tikkettar: IGP

4.9.   Eżiġenzi nazzjonali: —


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 526/2004 (ĠU L 85, 23.3.2004, p. 3).

(3)  ĠU C 99, 25.4.2003, p. 2 (Scotch Beef).

(4)  Il-Kummissjoni Ewropea — Id-Direzzjoni Ġenerali ta’ l-Agrikultura — L-Unità Politika tal-kwalitajiet tal-prodotti agrikoli — B-1049 Brussell.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

13


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1233/2004 tat-2 ta’ Lulju 2004 li jipprovdi miżuri transitorji għall-applikazzjoni ta’ Regolament (KE) Nru 595/2004 dwar l-iskema ta’ levy fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ma’ l-Unjoni Ewropea

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1233/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1233/2004

tat-2 ta’ Lulju 2004

li jipprovdi miżuri transitorji għall-applikazzjoni ta’ Regolament (KE) Nru 595/2004 dwar l-iskema ta’ levy fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ma’ l-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ l-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ l-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

(1)

Miżuri transitorji għandhom ikunu mniżżla biex jippermettu r-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (imsemmija il-quddiem bħala “l-Istati Membri l-ġodda”) japplikaw l-iskema ta’ levy ipprovduta fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li tistabbilixxi levy fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati biex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi levy fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jaġġustaw ir-referenza individwali tal-kontenuti ta’ xaħmijiet tal-produtturi kollha f’każ li r-referenza nazzjonali tal-kontenut tax-xaħmijiet tiġi maqbuża. Huwa xieraq jiġi pprovdut li l-Istati Membri l-ġodda għandhom jaġġustaw ir-referenza individwali tal-kontenuti ta’ xaħmijiet biss mit-tieni perjodu ta’ tnax ’il-xhar ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ levy f’dawk l-Istati Membri. Dan għandu jipprovdi lill-Istati Membri l-ġodda b’perjodu ta’ żmien suffiċjenti sabiex jikkalkolaw il-qabża tagħhom tar-referenza nazzjonali tal-kontenut tax-xaħmijiet.

(3)

Skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 595/2004 għal prodotti immarkitjati minn barra l-ħalib, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kwantitajiet ta’ ħalib użati għall-ipproċessar. Fejn ikun diffiċli li jiġu stabbiliti dawk il-kwantitajiet, abbażi tal-prodotti immarkitjati, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw il-kwantitajiet ta’ l-ekwivalenza tal-ħalib fuq bażi ta’ rata fissa b’referenza għan-numru ta’ baqar tal-ħalib miżmuma mill-produttur u fuq produzzjoni medja tal-ħalib kull baqra rappreżentanti tal-merħla. Fejn fil-bidu ta’ l-iskema ta’ levy, in-numru għoli ta’ produtturi żgħar iwassal għal diffikultajiet amministrattivi, għandu jkun possibbli li l-Istati Membri l-ġodda jkunu awtorizzati, abbażi ta’ talba debitament ġustifikata, li jużaw il-produzzjoni nazzjonali medja tal-ħalib minflok il-produzzjoni medja tal-ħalib kull baqra rappreżentanti tal-merħla għal perjodu limitat ta’ żmien.

(4)

L-allokazzjoni ta’ kwantitajiet ta’ referenza nazzjonali ser tapplika biss mill-perjodu 2005/2006 għar-rigward il-Polonja u s-Slovenja skond l-Att ta’ Adeżjoni, kif adattat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/281/CE tat-22 ta’ Marzu 2004 li adatta l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom l-Unjoni Ewropea ġiet imwaqqfa, wara r-riforma tal-Politika Agrikola Komuni (3). Għal dawk iż-żewġ Stati Membri, iż-żmien sa meta għandha ssir is-sottomissjoni tar-rapport dwar is-sistema biex tamministra il-kwantitajiet ta’ referenza nazzjonali, provvduta fir-Regolament (KE) Nru 595/2004, għandu għalhekk ikun pospost sa l-1 ta’ Settembru 2005.

(5)

Skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Att ta’ Adeżjoni, kif adattat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/281/CE, il-bażi għall-kwantitajiet tar-referenza individwali għall-Istati Membri l-ġodda hija mniżżla fit-tabella (f) tal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003. Għalhekk m’huwiex neċessarju li l-Istati Membri l-ġodda, jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-diviżjoni bejn kunsinni u bejgħ dirett li tirriżulta mill-ewwel allokazzjoni individwali kif pprovdut għaliha fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 595/2004.

(6)

Il-miżuri ipprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Arikolu 1

Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja, u s-Slovakkja għandhom japplikaw l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 595/2004 mit-tieni perjodu ta’ tnax ’il-xhar ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ levy f’dawk l-Istati Membri, skond id-dispożizzjonijiet ta’ kapitolu 6.A, punt 13 ta’ l-anness II ta’ l-Att ta’ Adeżjoni.

Arikolu 2

B’mod ta’ deroga mill-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 595/2004, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza r-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja, u s-Slovakkja, għall-perjodu sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2007, abbażi ta’ talbiet debitament ġustifikati, li jużaw il-produzzjoni nazzjonali medja tal-ħalib minflok il-produzzjoni medja tal-ħalib kull bqara rappreżentanta tal-merħla.

Arikolu 3

Fil-każ tal-Polonja u s-Slovenja, ir-rapport pprovvdut fl-Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 595/2004 għandu jkun notifikat l-aktar tard sa’ l-1 ta’ Settembru 2005.

Arikolu 4

Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja, u s-Slovakkja m’għandhomx japplikaw l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 595/2004.

Arikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Lulju 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 123.

(2)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 22.

(3)  ĠU L 93, 30.3.2004, p. 1.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

15


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1258/2004 tat-8 ta’ Lulju 2004 li jiffinalizza l-anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 li jikkonċerna r-reġistrazzjoni ta’ ċerti denominazzjonijiet fir-“Reġistru ta’ ismijiet u tikketti ta’ oriġini protetta u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (Paia de Toucinho de Estremoz e Borba, Chouriço de Carne de Estremoz e Borba, Paia de Lombo de Estremoz e Borba, Morcela de Estremoz e Borba, Chouriço grosso de Estremoz e Borba, Paia de Estremoz e Borba)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1258/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1258/2004

tat-8 ta’ Lulju 2004

li jiffinalizza l-anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 li jikkonċerna r-reġistrazzjoni ta’ ċerti denominazzjonijiet fir-“Reġistru ta’ ismijiet u tikketti ta’ oriġini protetta u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (Paia de Toucinho de Estremoz e Borba, Chouriço de Carne de Estremoz e Borba, Paia de Lombo de Estremoz e Borba, Morcela de Estremoz e Borba, Chouriço grosso de Estremoz e Borba, Paia de Estremoz e Borba)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) nru 2081/92 tal-Kunsill, ta’ l-14 ta’ Lulju 1992, li jikkonċerna l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u l-ismijiet u t-tikketti ta’ oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ prodotti alimentari oħra (1), u partikolarment l-Artikolu 6, paragrafu 4 u l-Artikolu 7, paragrafu 5 (b) tiegħu;

Billi:

(1)

F’konformità ma’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, il-Portugall bagħat lill-Kummissjoni sitt talbiet ta’ reġistrazzjoni bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għad-denominazzjonijiet “Paia de Toucinho de Estremoz e Borba”, “Chouriço de Carne de Estremoz e Borba”, “Paia de Lombo de Estremoz e Borba”, “Morcela de Estremoz e Borba”, “Chouriço grosso de Estremoz e Borba”, “Paia de Estremoz e Borba”.

(2)

Intwera, f'konformità ma’ l-Artikolu 6, paragrafu 1 ta’ dan ir-Regolament, li dawn kienu konformi ma’ dan ir-Regolament, u partikolarment dawk li fihom l-elementi kollha previsti fl-Artikolu 4 tiegħu.

(3)

L-elementi ewlenin ta’ l-ispeċifikazzjonijiet relattivi għat-talbiet ta’ reġistrazzjoni ta’ dawn id-denominazzjonijiet ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fis-27 ta’ April 2002 (2).

(4)

Ir-Repubblika Taljana bagħtet lill-Kummissjoni dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ dawn id-denominazzjonijiet għas-sens ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

(5)

Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni kienu jikkonċentraw fuq in-nuqqas ta’ rispett għall-kundizzjonijiet previsti mill-Artikolu 2 tar-Regolament u kienu ammissibbli għas-sens tal-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament. Il-Kummissjoni stiednet liż-żewġ Stati Membri kkonċernati biex ifittxu ftehim bejniethom f’konformità mal-proċeduri interni tagħhom.

(6)

Billi l-ebda ftehim ma ntlaħaq, wara tliet xhur, bejn ir-Repubblika tal-Portugall u r-Repubblika Taljana, il-Kummissjoni għalhekk għandha tieħu deċiżjoni f’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 15.

(7)

Fl-ewwel lok, skond ir-Repubblika Taljana, billi l-medda ġeografika ta’ produzzjoni tal-materja prima mhix preċiżament delimitata, il-prova ta’ l-oriġini ma tistax tiġi ċċertifikata. Fl-istess ħin, f’dak li jikkonċerna r-razza użata, billi riġini mhix biżżejjed, anki jekk kellu jeżisti ktieb ġenealoġiku dwar din ir-razza.

(8)

Għal kull waħda mis-sitt denominazzjonijiet, li għandhom x’jaqsmu ma’ indikazzjoni ġeografika protetta (IGP), il-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 ġew sodisfatti għaliex iż-żona ta’ trasformazzjoni hija preċiżament delimitata u din il-konnessjoni hija ġustifikata minn reputazzjoni u karatteristiċi organolettiċi partikolari. L-argument tar-Repubblika Taljana mhux pertinenti għaliex il-prova ta’ l-oriġini trid, f’ dan il-każ, tibbaża ruħa fuq il-prova tat-trasformazzjoni fiż-żona ġeografika delimitata u mhux fuq il-prova ta’ l-oriġini tal-materja prima.-ispeċifikazzjonijiet jistgħu madankollu ikollhom kriterji oġġettivi relatati ma’ l-għażla tal-materja prima.

(9)

Fit-tieni lok, skond ir-Repubblika Taljana, l-affermazzjoni ta’ tradizzjoni ta’ produzzjoni fi ħdan faċilitajiet “mifthema kif suppost” ma tiswix jekk il-parametri li għandhom jiġu osservati u l-persuna legali li sar magħha l-ftehim ma ġewx imsemmija. Fl-istess ħin, it-talbiet għar-reġistrazzjoni ma jiddeskrivux il-fażijiet u l-parametri li għandhom jiġu osservati fil-fażijiet ta’ produzzjoni bħal, per eżempju, il-ħin u t-temperatura tal-iffumigar u l-possibbiltajiet u l-modi ta’ maturazzjoni skond it-teknika tradizzjonali.

(10)

Id-dossjers fornuti bħala appoġġ għat-talbiet ta’ reġistrazzjoni juru li l-istabbilimenti rreġistrati huma kkatalogati u jiġu kkontrollati sabiex ikun jista’ jiġi vverifikat li dawn qed jirrispettaw il-parametri mniżżla fl-ispeċifikazzjonijiet. Il-fażijiet u l-parametri li għandhom jiġu osservati waqt il-proċess ta’ produzzjoni huma deskritti b’mod preċiż fl-ispeċifikazzjonijiet depożitati għand il-Kummissjoni.

(11)

Fit-tielet lok, skond ir-Repubblika Taljana, it-talbiet għar-reġistrazzjoni ta’ dawn id-denominazzjonijiet għandhom il-għan li jiddifferenzjaw, fuq livell kummerċjali, prodotti simili ħafna għal xulxin u fl-istess ħin jistabbilixxu wkoll l-eżistenza ta’ diversità fil-produzzjoni agrikola li hija inkoraġġita fit-tieni inċiż tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

(12)

Wara d-depożitu ta’ l-ispeċifikazzjonijiet għand il-Kummissjoni u l-informazzjoni komplimetari fornuta mid-delegazzjoni Portugiża, il-prodotti jippreżentaw differenzi importanti, kemm fil-każ tal-biċċiet tal-laħam użati, tat-tħawwir, tat-tip u tat-tul tat-tnixxif, tat-tip ta’ envelope użat, tad-daqs tal-biċċiet tal-laħam u tax-xaħam tad-dimensjonijiet, tal-forma u tat-togħma tal-prodott aħħari. Il-prodotti huma wkoll mogħtija ismijiet differenti.

(13)

L-analiżi formali ta’ l-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw id-denominazzjonijiet “Paia de Toucinho de Estremoz e Borba”, “Chouriço de Carne de Estremoz e Borba”, “Paia de Lombo de Estremoz e Borba”, “Morcela de Estremoz e Borba”, “Chouriço grosso de Estremoz e Borba” u “Paia de Estremoz e Borba” m’urewx żball manifest fil-valutazzjoni.

(14)

B’konsegwenza ta’ dan, dawn id-denominazzjonijiet jistgħu jitniżżlu fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u għalhekk jkunu protetti fuq bażi Komunitarja bħala indikazzjonijiet ġeografiċi.

(15)

L-Anness 1 tar-Regolament preżenti jiffinalizza l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 (3).

(16)

Il-miżuri previsti mir-Regolament preżenti huma konformi ma’ l-opinjoni tal-kumitat tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

DOTTAT IR-REGOLAMENT PREŻENTI:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 huwa finalizzat mid-denominazzjonijiet imniżżla fl-Anness 1 tar-regolament preżenti u dawn id-denominazzjonjiet huma mniżżla fir-“Reġistru ta’ l-ismijiet ta’ oriġini protetta u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” bħall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, previst mill-Artikolu 6, paragrafu 3, tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Ir-Regolament preżenti jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli fl-istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Lulju 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

PRODOTTI ALIMENTARI STIPULATI FL-ANNESS I TAR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2081/92

Prodotti b’bażi ta’ laħam

PORTUGALL

Paia de Toucinho de Estremoz e Borba (IGP)

Chouriço de Carne de Estremoz e Borba (IGP)

Paia de Lombo de Estremoz e Borba (IGP)

Morcela de Estremoz e Borba (IGP)

Chouriço grosso de Estremoz e Borba (IGP)

Paia de Estremoz e Borba (IGP)


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU C 102, 27.4.2002, p. 2.

(3)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1165/2004 (ĠU L 224, 25.6.2004, p. 16).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

18


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2004 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE għal dak li jirrigwarda l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/542/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Ġunju 2004

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE għal dak li jirrigwarda l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk

(notifikat bid-dokument numru C(2004) 1954)

(Test b’relevanza ŻEE)

(2004/542/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar problemi ta’ spezzjoni tas-saħħa u dik veterinarja fuq importazzjoni ta’ annimali ta’ l-ifrat, ovini u kaprini u majjal, laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 14(3)(c) u (d) u l-Artikolu15 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tipprovdi r-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali għal konsum uman (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) u (4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1979 li jipprovdi lista ta’pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li jipprovdi l-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa pubblika u veterinarja ta’ l-annimali, għal importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (3), reċentement ġiet emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/212/KE dwar il-kundizzjonijiet Komunitarji tas-saħħa fuq l-importazzjonijiet ta’ l-annimali u l-laħam frisk taghom inkluż il-kapuljat, u li temenda d-Deċiżjonijiet 79/542/KEE, 2000/572/KE u 2000/585/KE (4). In segwitu ta’ din l-emenda, mudelli ġodda ta’ ċertifikati tas-saħħa jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2004.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/402/KEE dwar kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ laħam frisk mill-pajjiżi ta’ l-Amerika t’Isfel (5) għandha tapplika għall-Arġentina, il-Brazil, iċ-Ċili, il-Kolumbja, il-Paragwaj u l-Urugwaj u reċentement ġiet emendata permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/758/KE ta’ l-20 ta’ Ottubru 2003 li temenda d-Deċiżjoni 93/402/KEE għal dak li jirrigwarda l-importazzjoni ta’ laħam frisk mill-Arġentina (6) li mmodifikat ir-reġjonalizzazzjoni ta’ l-Arġentina; din id-deċiżjoni tkun revokata fl-1 ta’ Mejju 2004 mid-Deċiżjoni 2004/212/KE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/283/KE dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ laħam frisk minn ċerti pajjiżi Afrikani (7) reċentement ġiet emendata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/571/KE tal-31 ta’ Lulju 2003 li temenda d-Deċiżjonijiet 1999/283/KE u 2000/585/KE għal dak li jirrigwarda l-importazzjoni ta’ laħam frisk mill-Botswana u mis-Swaziland (8) li mmodifikat ir-reġjonalizzazzjoni tas-Swaziland; din id-deċiżjoni tkun irrevokata fl-1 ta’ Mejju 2004 mid-Deċiżjoni 2004/212/KE.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/585/KE (9) li tipprovdi lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtoriżżaw l-importazzjoni ta’ laħam tal-fenek u ċerti laħam kemm salvaġġ kif ukoll laħam tal-kaċċa mrobbi, u li tipprovdi l-kundizzjonjiet ta’ l-annimali u dawk tas-saħħa pubblika u l-kundizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għal tali importazzjonijiet, reċentement ġiet emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/245/KE (10) li awtorizzat lill-Iżlanda sabiex tesporta laħam tal-kaċċa mrobbi ta’ annimali b’ difer maqsum bl-eċċezzjoni tal-majjal.

(5)

Għalhekk id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE trid tiġi aġġornata sabiex tieħu in konsiderazzjoni l-ħtiġijiet ta’ reġjonalizzazzjoni u ta’ ċertifikazzjoni dwar l-Arġentina kif ipprovdut fid-Deċiżjoni 2003/758/KE, dwar is-Swaziland kif ipprovdut fid-Deċiżjoni 2003/571/KE u dwar l-Iżlanda kif ipprovdut fid-Deċiżjoni 2004/245/KE.

(6)

Kodiċi ISO ta’ xi pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 ta’ l-Anness II għad-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha tiġi aġġornata.

(7)

Għandu jiġi ċċarat li l-użu tal-mudelli taċ-ċertifikat li jinsabu fid-Deċiżjoni 79/542/KEE huwa meħtieġ mingħajr jedd għal ċerti ħtiġijiet ta’ ċertifikazzjoni speċifika bbażat fuq ftehim tal-Komunità ma’ pajjiżi terzi.

(8)

Il-Parti 1 ta’ l-Anness II għad-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

(9)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Peramanenti dwar Iċ-Ċiklu Alimentari u s-Saħħa ta’l-Annimali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Parti 1 ta’ l-Anness II għad-Deċiżjoni 79/542/KE hija sostitwita bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu2

Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Mejju 2004.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul f’Brussell, 25 ta’ Ġunju 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

ANNESS II (LAĦAM FRISK)

PARTI 1

Lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnha (*)

Pajjiż

Kodiċi tat-Territorju

Deskrizzjoni tat-territorju

Ċertifikat Veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Mudell (i)

SG

1

2

3

4

5

6

AL — L-Albanija

AL-0

Il-pajjiż kollu

 

 

AR — L-Arġentina

AR-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

1 u 2

AR-1

Il-Provinċji ta’ Bwenos Ajres, Katamarca, Korrientes, Entre Ríos, La Pampa, La Rioja, Mendoza, Misiones, Neuquen, Rio Negro, San Juan, San Luis, Santa Fe, Santiago del Estero, u t-Tucuman.

BOV

A

AR-2

La Pampa u Santiago del Estero

BOV

A

1 u 2

AR-3

Cordoba

BOV

A

1 u 2

AR-4

Chubut, Santa Cruz and Tierra del Fuego

BOV, OVI

 

 

AR-5

Formosa (it-territorju ta’ Ramon Lista biss) u Salta (id-dipartiment ta’ Rivadavia biss)

BOV

A

1 u 2

AR-6

Salta (id-dipartimenti tal-Ġeneral Jose de San Martin, Oran, Iruya, u Santa Vitorja biss)

BOV

A

1 u 2

AR-7

Chaco, Formosa (ħlief it-territorju ta’ Ramon Lista), Salta (ħlief għad-dipartimenti tal-Ġeneral Jose de San Martin, Rivadavia, Oran, Iruya, u Santa Vitorja), Jujuy

BOV

A

1 u 2

AU — L-Awstralja

AU-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

 

 

BA —

Il-Bożnija Ħerżegovina

BA-0

Il-pajjiż kollu

 

 

BG — L-Bulgarija

BG-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

BG-1

Il-provinċi ta’ Varna, Dobrich, Silistra, Choumen, Targovitchte, Razgrad, Rousse, V. Tarnovo, Gabrovo, Pleven, Lovetch, Plovdic, Smolian, Pasardjik, id-distrett ta’ Sofija, il-belt ta’ Sofija, Pernik, Kustendil, Blagoevgrad, Vratza, Montana u Vidin

BOV, OVI RUW, RUF

BG-2

Il-provinċi ta’ Bourgas, Jambol, Sliven, Starazagora, Hasskovo, Kardjaliand u l-kuritur mal-frutjiera tat-Turkija li hija wiesa’ 20-km-

BH — Il-Baħrain

BH-0

Il-pajjiż kollu

 

 

BR — Il-Brażil

BR-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

BR-1

L-Istati tal-Paraná, Minas Gerais (ħlief delegazzjonijiet reġjonali ta’ Oliveira, Passos, São Gonçalo de Sapucai, Setelagoas and Bambuí), São Paulo, Espíritu Santo, Mato Grosso do Sul (ħlief għal muniċipalitajiet ta’ Sete Quedas, Sonora, Aquidauana, Bodoqueno, Bonito, Caracol, Coxim, Jardim, Ladario, Miranda, Pedro Gomes, Porto Murtinho, Rio Negro, Rio Verde of Mato Grosso and Corumbá), Santa Catarina, Goias u l-unitajiet reġjonali ta’ Cuiaba (ħlief għall-muniċipalitajiet ta’ San Antonio de Leverger, Nossa Senhora do Livramento, Pocone u Barão de Melgaço), Caceres (ħlief għal muniċipalitàn ta’ Caceres), Lucas do Rio Verde, Rondonopolis (ħlief għal muniċipalità ta’ Itiquiora), Barra do Garça u Barra do Burges f’Mato Grosso.

BOV

A

1 u 2

BR-2

L-Istat ta’ Rio Grande do Sul

BOV

A

1 u 2

BR-3

L-Istat ta’ Mato Grosso do Sul, il-muniċipalità ta’ Sete Quedas

BOV

A

1 u 2

BW — Il-Botswana

BW-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

BW-1

Iż-żoni ta’ kontroll tal-mard veterinarju 5, 6, 7, 8, 9 u 18

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1 u 2

BW-2

Iż-żoni ta’ kontroll tal-mard veterinarju 10, 11, 12, 13 u 14

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1 u 2

BY — Il-Belarus

BY-0

Il-pajjiż kollu

 

 

BZ — Il-Belize

BZ-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

CA — Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW RUF, RUW,

 

 

CH — L-Isvizzera

CH-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

 

 

CL — Iċ-Ċili

CL-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW

 

 

CN —

Iċ-Ċina (Ir-Repubblika popolari taċ-)

CN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

CO — Il-Kolombja

CO-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

CO-1

Iż-żona inkluża fil-frunjieri mill-punt fejn ix-xmara Murri titfa’ l’isfel għal ġox-xmara Atrato, tul ix-xmara Atrato fejn titfa’ għal ġo l-Oċeanu Atlantiku minn dan il-punt tal-fruntjiera tal-Panama tul il-kosta Atlantika sal-Cabo Tiburón; minn dan il-punt sa l-Oċean Paċifiku tul il-fruntjiera ta’ bejn il-Kolumbja u l-Panama; minn dan il-punt sal-bokka tax-xmara Valle tul il-kosta Paċifika u minn dan il-punt tul linja dritta sal punt fejn ix-xmara Murri titfa’ ġox-xmara Atrato

BOV

A

2

CO-2

Il-muniċipalitajiet ta’ Arboletas, Necocli, San Pedro de Urah, Turbo, Apartado, Chigorodo, Mutata, Daheiba, Uramita, Murindo, Riosucio (ix-xatt tal-lemin tax-xmara Atrato) u Frontino

EQU

 

 

CO-3

Iż-żona inkluża fil-fruntjiera mill-bokka tax-xmara Sinu fuq ix-xmara Atlantika, li titla’ tul ix-xmara Sinu sa l-ilmijiet ta’ fuq tal-Alto Paramillo, minn dan il-punt sal-Puerto Rey fl-Oċean Atlantiku, tul il-fruntjiera bejn id-Dipartiment ta’ l-Antiquia u Córdoba, u minn dan il-punt tal-bokka tax-xmara Sinu tul il-kosta Atlantika

BOV

A

2

CR — Il-Kosta Rika

CR-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

CS —

Is-Serbja u l-Montenegro

CS-0

Il-pajjiż kollu

 

 

CS-1

Il-pajjiż kollu ħlief ir-reġun tal-Kosovo u tal-Metohija

BOV, OVI, EQU

 

 

CU — L-Kuba

CU-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

DZ — L-Alġerija

DZ-0

Il-pajjiż kollu

 

 

ET — L-Etjopja

ET-0

Il-pajjiż kollu

 

 

FK — Il-Gżejjer tal-Falklands

FK-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU

 

 

GL — Il-Greenland

GL-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

GT — Il-Gwate-mala

GT-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

HK — Il-Ħong Kong

HK-0

Il-pajjiż kollu

 

 

HN — Il-Ħonduras

HN-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

HR — Il-Kroazja

HR-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

IL — Iżrael

IL-0

Il-pajjiż kollu

 

 

IN — L-Indja

IN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

IS — L-Iżlanda

IS-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

KE — Il-Kenja

KE-0

Il-pajjiż kollu

 

 

MA — Il-Marokk

MA-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

MG — Il-Madaga-skar

MG-0

Il-pajjiż kollu

 

 

MK —

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (**)

MK-0

Il-pajjiż kollu

OVI, EQU

 

 

MU — Il-Mawritanja

MU-0

Il-pajjiż kollu

 

 

MX — Il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

NA — In-Namibja

NA-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

NA-1

Fin-nofs-inhar tal-kurdun tad-delimitazzjoni li jestendi mill-Palgrave Point fil-Punent sa Gam fil-Lvant

BOV, OVI, RUF, RUW

F

2

NC — In-New Caledonia

NC-0

Il-pajjiż kollu

BOV, RUF, RUW

 

 

NI — In-Nikaragwa

NI-0

Il-pajjiż kollu

 

 

NZ — In-New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

 

 

PA — Panama

PA-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

PY — Il- Paraguay

PY-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

PY-1

Iż-żoni ta’ Chaco ċentrali u San Pedro

BOV

A u F

1 u 2

RO — Ir-Rumanija

RO-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUW, RUF

 

 

RU — Il-Federazzjoni Russa

RU-0

Il-pajjiż kollu

 

 

RU-1

Ir-Reġjun tal-Murmansk (Murmanskaya oblast)

RUF

 

 

SV — El Salvador

SV-0

Il-pajjiż kollu

 

 

SZ — Is-Swaziland

SZ-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

SZ-1

Iż-żona tal-Punent tal-“linja ħamra” li testendi mit-Tramuntana mix-xmara Usutu sal-fruntjiera ma’ l-Afrika t'Isfel fil-Punent ta’ Nkalashane

BOV, RUF, RUW

F

2

SZ-2

Iż-żoni ta’ sorveljanza u vaċċinazzjoni veterinarja għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer kif imħabbar bħala Strument legali taħt l-avviż legali numru 51 ta’ l-2001

BOV, RUF, RUW

F

1 u 2

TH — It-Tajlandja

TH-0

Il-pajjiż kollu

 

 

TN — It-Tuneżija

TN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

TR — It-Turkija

TR-0

Il-pajjiż kollu

 

 

TR-1

Il-Provinċji ta’ Amasya, Ankara, Aydin, Balikesir, Bursa, Cankiri, Corum, Denizli, Izmir, Kastamonu, Kutahya, Manisa, Usak, Yozgat u Kirikkale

EQU

 

 

UA — L-Ukraina

UA-0

Il-pajjiż kollu

 

 

US — L-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW, RUF, RUW

 

 

UY — L-Urugwaj

UY-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

BOV,

A

1

OVI

B

1 u 2

ZA — L-Afrika t’ Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

ZA-1

Il-pajjiż kollu ħlief:

il-parti taż-żoni ta’ sorveljanza u vaċċinazzjoni għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tinsab fir-reġjuni veterinarji ta’ Mpumalanga u l-provinċji tat-Tramuntana, fid-distrett ta’ Ingwavuma tar-reġjun veterinarju ta’ Natal u fiż-żona tal-fruntjiera mal-Botswana fil-lvant ta’ lonġitudni 28°, u

id-distrett ta’ Camperdown, fil-provinċja ta’ KwaZulu-Natal

BOV, OVI, RUF, RUW

F

2

ZW — Zimbabwe

ZW-0

Il-pajjiż kollu

 

 

Kundizzjonijiet speċifiċi msemmija fil-kolonna 6

“1”:   Restrizzjonijiet Ġeografiċi u ta’ sinkroniżżar

Kodiċi tat-Territorju

Ċertifikat Veterinarju

Perjodu ta’ żmien/dati li għalihom l-importazzjoni fil-Komunità hija awtorizzata jew mhux awtorizzata skond id-dati tal-qatla/qtil- ta’ annimali li minnhom jittieħed il-laħam

Mudell

SG

AR-1

BOV

A

Qabel u inkluż il-31 ta’ Jannar 2002

Mhux awtorizzat

Wara u inkluż l-1 ta’ Frar 2002

Awtorizza

AR-2

BOV

A

Qabel u inkluż it-8 ta’ Marzu 2002

Mhux awtorizzat

Wara u inkluż id-9 ta’ Marzu 2002

Awtorizzat

AR-3

BOV

A

Qabel u inkluż is-26 ta’ Marzu 2002

Xejn

Wara u inkluż is-27 ta’ Marzu 2002

Awtorizzat

AR-4

BOV, OVI, RUM, RUF

Qabel u inkluż it-28 ta’ Frar 2002

Mhux awtorizzat

Wara u inkluż l-1 ta’ Marzu 2002

Awtorizzat

AR-5

BOV

A

Qabel u inkluż l-10 ta’ Lulju 2003

Awtorizzat

Wara u inkluż il-11 ta’ Lulju 2003

Mhux awtorizzat

AR-6

BOV

A

Qabel u inkluż l-4 ta’ Settembru 2003

Awtorizzat

Wara u inkluż il-5 ta’ Settembru 2003

Mhux awtorizzat

AR-7

BOV

A

Wara l-1 ta’ Frar 2002 u qabel u inkluż is-7 ta’ Ottubru 2003

Awtorizzat

Wara u inkluż it-8 ta’ Ottubru 2003

Mhux awtorizzat

BR-2

BOV

A

Qabel u inkluż it-30 ta’ Novembru 2001

Mhux awtorizzat

Wara u inkluż l-1 ta’ Diċembru 2001

Awtorizzat

BR-3

BOV

A

Qabel u inkluż l-31 ta’ Ottubru 2002

Awtorizzat

Wara u inkluż l-1 ta’ Novembru 2002

Mhux awtorizzat

BW-1

BOV, OVI, RUM, RUF

A

Qabel u inkluż is-7 ta’ Lulju 2002

Mhux awtorizzat

Wara u inkluż it-8 ta’ Lulju sat-22 ta’ Diċembru 2002

Awtorizzat

Wara u inkluż it-23 ta’ Diċembru 2002 sas-6 ta’ Ġunju 2003

Mhux awtorizzat

Wara u inkluż is-7 ta’ Ġunju 2003

Awtorizzat

BW-2

BOV, OVI, RUM, RUF

A

Qabel u inkluż is-6 ta’ Marzu 2002

Mhux awtorizzat

Wara u inkluż is-7 ta’ Marzu 2002

Awtorizzat

PY-1

BOV

A

Qabel u inkluż il-31 ta’ Awissu 2002

Mhux awtorizzat

Wara u inkluż l-1 ta’ Settembru 2002 sad-19 ta’ Frar 2003

Awtorizzat

Wara u inkluż l-20 ta’ Frar 2003

Mhux awtorizzat

SZ-2

BOV, RUF, RUW

A

Qabel u inkluż it-3 ta’ Awissu 2003

Mhux awtorizzat

Wara u inkluż l-4 ta’ Awissu 2003

Awtorizzat

UY-0

BOV, OVI

A

Qabel u inkluż il-31 ta’ Ottubru 2001

Mhux awtorizzat

Wara u inkluż l-1 ta’ Novembru 2001

Awtorizzat

“2”:   Restrizzjonijiet fuq il-Kategorija:

L-ebda interjuri ma huma awtorizzati (ħlief diaframma ta’ l-ifrat u muskoli masseter).


(1)  ĠU L 302, 31.12.1972, p. 28. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).

(2)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(3)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/372/KE (ĠU L 118, 23.4.2004, p. 45).

(4)  ĠU L 73, 11.3.2004, p. 11.

(5)  ĠU L 179, 22.7.1993, p. 11.

(6)  ĠU L 272, 23.10.2003, p. 16.

(7)  ĠU L 110, 28.4.1999, p. 16.

(8)  ĠU L 194, 1.8.2003, p. 79.

(9)  ĠU L 251, 6.10.2000, p. 1.

(10)  ĠU L 77, 13.3.2004, p. 62.

(*)  Mingħajr jedd għal ħtiġijiet ta’ ċertifikazzjoni speċifika meħtieġa minn ftehim tal-Komunità ma’ pajjiżi terzi.

(**)  L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi proviżorju li ma jaffettwax id-denominazzjoni definittiva tal-pajjiż li tiġi attribwita wara l-konklużjoni tan-negozjati li fil-preżent qed iseħħu fin-Nazzjonijiet Uniti.

— L-ebda ċertifikazzjoni ipprovduta u l-importazzjoni ta’ laħam frisk huwa ipprojbit.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

25


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2004 tat-12 ta’ Lulju 2004 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2692/89 dwar il-modalitajiet ta’ l-applikazzjoni marbuta mal-kunsinni tar-ross lejn Réunion, dwar il-korrezzjoni li trid issir għas-sovvenzjoni wara l-ksur tal-prezz ta' intervent għar-ross li jkun għadu fil-ħliefa fl-aħħar ta’ l-istaġun

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1275/2004

tat-12 ta’ Lulju 2004

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2692/89 dwar il-modalitajiet ta’ l-applikazzjoni marbuta mal-kunsinni tar-ross lejn Réunion, dwar il-korrezzjoni li trid issir għas-sovvenzjoni wara l-ksur tal-prezz ta' intervent għar-ross li jkun għadu fil-ħliefa fl-aħħar ta’ l-istaġun

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar is-suq komuni tar-ross (1), u b’mod partikolari Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2692/89 (2) ma jipprovdix għal disposizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-ksur tal-prezz ta’ l-intervent fl-aħħar ta’ l-istaġun.

(2)

Mill-bidu ta' l-istaġun 2004/05, il-prezz ta’ l-intervent tar-ross, mingħajr iż-żejjed ta’ kull xahar, ser jiċċaqlaq minn 298,35 Euro kull tunellata għal 150 Euro kull tunellata. Biex jiġi evitat tfixkil fil-kompetizzjoni, il-bażi tal-prezz ta’ l-intervent trid tittieħed in konsiderazzjoni biex tiddetermina l-ammont ta’ sovvenzjoni applikabbli għall-kunsinni ta’ ross kopert bid-dokumenti tas-sovvenzjoni mogħtija fl-istaġun preċedenti u li jkunu għadhom jiswew fil-bidu tal-kampanja 2004/05. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 2692/89 għandu bżonn, għal dan il-għan, jikkonsidra dan il-prezz.

(3)

Regolament (KE) Nru 2692/89 għandu jkun emendat kif hemm bżonn.

(4)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1878/2003 (3) fetaħ aġġudikazzjoni biex jiġi determinat is-sovvenzjoni għall-kunsinna tar-ross maqsum twil B għad-destinazzjoni tal-gżira tar-Réunion.

(5)

Huwa opportun li ttawwal dan l-aġġudikazzjoni qabel id-29 ta’ Lulju 2004.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Immaniġjar taċ-ċereali,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) nru 2692/89, il-paragrafi 2 u 3 huma mibdula bit-test li ġej:

“2.   Fil-każ fejn il-validità tad-dokument tas-sovvenzjoni imsemmi fl-Artikolu 13 taqbeż tmiem l-istaġun u fejn il-kunsinna ssir tul l-istaġun li jmiss, l-ammont tas-sovvenzjoni li hu relata mal-proċedura prevista fl-Artikolu 9 li jibqa’ aġġustjat billi titnaqqas id-differenza bejn il-prezz ta’ l-intervent tar-ross li għadu fil-ħliefa tal-kampanja l-antika minn dik ġdida, mingħajr dak li jibqa’ kull xahar.

3.   L-aġġustament maħsub fil-paragrafu 2 għandu jsir billi tikkonsidra r-rata ta' konverżjoni maħsuba fl-Artikolu 1 tar-Regolament nru 467/67/KEE. Jekk l-ammont ta’ sovvenzjoni li jirriżulta minn dan l-aġġustament hu inferjuri għal zero, l-imsemmi ammont jibqa' zero.”

Artikolu 2

Fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) nru 1878/2003, tas-“17 ta’ Ġunju” hu mibdul bid-data id-“29 ta’ Lulju”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-publikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Lulju 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 329, 30.12.1995, p. 18. Regolament kif l-aħħar emendat bit-Trattat ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

(2)  ĠU L 261, 7.9.1989, p. 8. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1453/1999 (ĠU L 167, 2.7.1999, p. 19).

(3)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 23.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

26


Rettifika għar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1319/2004 tas-16 ta’ Lulju 2004 li jimmodifikaw (KE) Nru 214/2001 li jdaħħlu modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 tal-Kunsill fejn jidħlu l-miżuri ta' intervenzjoni fis-suq tal-trab tal-ħalib xkumat

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1319/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENTI TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1319/2004

tas-16 ta’ Lulju 2004

li jimmodifikaw (KE) Nru 214/2001 li jdaħħlu modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 tal-Kunsill fejn jidħlu l-miżuri ta' intervenzjoni fis-suq tal-trab tal-ħalib xkumat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

rat it-trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

rat ir-regolamenti (KE) Nru 1255/1999 tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1999 li jdaħħlu organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u speċifikament artiklu 10 tagħhom,

tikkunsidra dan li ġej:

(1)

Artiklu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, qiesu li ċ-ċirkulazzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat, mixtri mill-organu ta’ intervent, issir bi prezz minimu u b’tali kundizzjonijiet li ma jikkompromettux l-ekwilibriju tas-suq u li l-aċċess indaqs għall-prodotti għall-bejgħ kif ukoll it-trattament indaqs tax-xerrejja jiġu żgurati.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2001 (2) qiesu, fost il-miżuri ta’ intervent għaċ-ċirkulazzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat, il-bejgħ bi prezz fiss,

(3)

Biex tiġi żgurata ċirkulazzjoni tajba ta’ l-istokks ta' intervent, jixraq li mmorru għal bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat li minnu jinbtu possibiltajiet ta’ ċirkulazzjoni, għal dan, li jieħdu post is-sistema ta’ bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat li nibtet mill-istokks ta’ intervent bi prezz fiss, minn sistema ta’ bejgħ bl-irkant, li tippermetti li l-prezz tal-bejgħ jiġi ffissat bl-operat tal-kundizzjonijiet tas-suq,

(4)

L’esperjenza wriet li l-komunikazzjoni bejn l-Istati membri trid issir b’aktar ħeffa sabiex il-Kummissjoni tkun fil-ħin biex issegwi l-evoluzzjoni tal-kwantitajiet tat-trab tal-ħalib xkumat offruti b’intervent pubbliku u, jekk ikun meħtieġ, biex tissuspendi x-xiri b’intervent sakemm il-kwantitajiet offruti jilħqu l-livell ifissat f’artiklu 7(2) tar-Regolamenti (KE) Nru 1255/1999,

(5)

Jaqbel għalhekk li r-Regolamenti (KE) Nru 214/2001 jiġu modifikati,

(6)

Il-miżuri maħsuba fir-regolamenti preżenti huma konformi ma’ l-opinjoni tal-kumitat ta' ċirkulazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib,

IKKONKLUDEW IR-REGOLAMENTI PREŻENTI:

Artikolu 1

Ir-Regolamenti (KE) Nru 214/2001 qegħdin jiġu modifikati kif ġej:

1)

Fl-ewwel artiklu, punt ċ) huwa mibdul bit-test li ġej:

“ċ)

il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat ta’ l-istokk pubbliku fil-kategorija ta’ rkant permanenti”;

2)

Kapitlu II qiegħed jiġi modifikat kif ġej:

a)

sezzjoni 5 qiegħda tiġi mibdula bit-test li ġej:

“SEZZJONI 5

BEJGĦ BL-IRKANT TA’ TRAB TAL’ ĦALIB XKUMAT TA’ L-ISTOKK PUBBLIKU

Artiklu 21

1.   Il-bejgħ tal-trab tal-ħalib xkumat li daħal fl-istokk qabel l-ewwel ta’ Ġunju 2002 għandu jsir bil-proċedura ta’ rkant permanenti li ddaħħlet għall-organi kollha li jintervjenu.

2.   L'organu li jkun qiegħed jintervjeni għandu jistabbilixxi opinjoni ta’ l-irkant permanenti li jindika sew it-terminu u l-post tal-preżentazzjoni ta’ l-offerti. Għall-kwantitajiet tat-trab tal-ħalib xkumat li jżomm, l-organu indikat li jkun qiegħed jintervjeni għandu jindika wkoll,

a)

is-sit ta’ l-imħażen fejn ikun maħżun it-trab tal-ħalib xkumat għall-bejgħ;

b)

il-kwantitajiet tat-trab tal-ħalib xkumat allokati għall-bejgħ f’kull depożitu.

Opinjoni ta’ rkant permanenti tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għall-inqas tmient ijiem qabel l-iskadenza ta' l-ewwel terminu għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti.

3.   L'organu li jkun qiegħed jintervjeni għandu jipprovdi fil-jum konċernat, u għad-dispożizzjoni ta’ dawk interessati, fuq talba tagħhom, lista bl-indikazzjonijiet ikkunsidrati f’paragrafu 2. Barra minn hekk, għandu jipproċedi regolarment, bil-mod xieraq muri fl-opinjoni ta’ l-irkant permanenti, għall-pubblikazzjoni ta’ din il-lista fil-jum konċernat.

4.   L-organu li jkun qiegħed jintervjeni għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jippermetti lil dawk interessati:

a)

li għandhom jeżaminaw, bi spejjeż tagħom, qabel jitfgħu l-offerta, kampjuni tal-trab tal-ħalib xkumat għall-bejgħ;

b)

li jivverifikaw ir-riżultati ta’ l-analiżi kkunsidrati f'artiklu 2 paragrafu 2.

Artiklu 22

1.   L-organu li jkun qiegħed jintervjeni għandu jipproċedi, matul il-perijodu ta’ l-irkant permanenti, għal irkanti partikulari.

2.   It-terminu għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti għal kull wieħed mill-irkanti partikulari jiskadi ti-tienu u r-raba’ Tlieta ta’ kull xahar f’nofsinhar (ħin ta’ Brussell), ħlief it-tieni Tlieta tax-xahar ta’ Awissu u r-raba’ Tlieta tax-xahar ta’ Diċembru. Jekk it-Tlieta jkun jum ta’ vaganza, it-terminu jiskadi fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ qabel, f’nofsinhar (ħin ta’ Brussell).

Artiklu 23

1.   Dawk interessati jipparteċipaw fl-irkant partikulari, kemm bid-depożitu ta’ l-offerta bil-miktub mill-organu li jkun qiegħed jintervjeni, kontra riċevuta, kemm b’kull mezz ta’ telekomunikazzjoni bil-miktub, kontra riċevuta.

L'offerta tiġi introdotta mill-organu li jkun qiegħed intervjeni li jkollu t-trab tal-ħalib xkumat.

2.   L-offerta għandha tindika:

a)

l-isem u l-indirizz ta’ min qegħdin jissottomettu;

b)

il-kwantità mitluba;

ċ)

il-prezz offrut kull 100 kg tat-trab tal-ħalib xkumat, mingħajr it-taxxi u l-impożizzjonijiet interjuri, tluq mill-maħżen, espressi f’Euros;

d)

jekk ikun il-każ, il-maħżen fejn ikun it-trab tal-ħalib xkumat u eventwalment maħżen fejn jittieħdu.

3.   Offerta ma tapplikax ħlief jekk:

a)

tikkonċerna kwantità ta’ għall-inqas 10 tunellati ħlief fil-każ li l-kwantità disponibbli f’maħżen tkun inqas minn għaxar tunnellati;

b)

tkun akkumpanjata bis-sottomissjoni bil-miktub li jiġu rispettati d-dispożizzjonijet tar-regolamenti preżenti;

ċ)

tinġieb il-prova s-sottomissjoni tikkostitwixxi, fl-Istat membru fejn tiġi introdotta l-offerta u qabel l-iskadenza tat-terminu għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti kkunsidrati f’artiklu 22, paragrafu 2, garanzija ta’ rkant ta’ 50 Euro kull tunnellata għall-irkant partikulari konċernat.

4.   L'offerta ma tistax tiġi rtirata wara l-iskadenza tat-terminu kkunsidrat f'artiklu 22, paragrafu 2.

Artiklu 24

Fejn tidħol il-garanzija ta’ l-irkant, ikkunsidrata f'artiklu 23, paragrafu 3, punt ċ), it-tkomplija ta’ l-offerta wara l-iskadenza tat-terminu kkunsidrat f’artiklu 22, paragrafu 2 u l-ħlas tal-prezz fit-terminu kkunsidrat f’artiklu 24 septies, paragrafu 2, jikkostitwixxu esiġenzi prinċipali fil-kuntest ta’ artiklu 20 tar-regolamenti (KEE) Nru 2220/85.”

b)

qiegħda tiddaħħal is-sezzjoni 6 li ġejja:

“SEZZJONI 6

TMEXXIJA TA’ L-IRKANTANT

Artiklu 24a

1.   L-Istati membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fl-istess jum li jiskadi t-termininu kkunsidrat f'artiklu 22, paragrafu 2, il-kwantità u l-prezz offruti minn dawk li jkun qegħdin jissottomettu kif ukoll il-kwantità tat-trab tal-ħalib xkumat għall-bejgħ.

L-Istati membri jittrażmettu dawn l-indikazzjonijiet flimkien ma’ l-identifikazzjoni ta’ l-operatur fil-forme ta’ numru ta’ kodiċi, mhux magħruf mis-servizzi tal-Kummissjoni. Għandhom jindikaw jekk l-istess operatur ikun għamel offerti multipli.

Meta ma tkun ġiet komunikata ebda offerta, l-Istati membri għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni matul l-istess terminu.

2.   Wara li jiġu kkunsidrati l-offerti rċevuti għal kull irkant partikulari, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minnu għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat, skond il-proċedura kkunsidrata f'artiklu 42 tar-regolamenti (KE) Nru 1255/1999. Dan il-prezz jista’ jiġi distint skond id-data tad-dħul fl-istokk u l-allokazzjoni tal-kwantitajiet tat-trab tal-ħalib xkumat għall-bejgħ.

Jista’ jiġi deċiż li l-irkant ma jitkompliex.

Id-deċiżjoni dwar l-irkant partikulari tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artiklu 24b

L-offerta għandha tiġi rifjutata jekk il-prezz propost ikun inqas mill-prezz minimu.

Artiklu 24c

1.   L-organu li jkun qiegħed jintervjeni għandu jipproċedi għall-allokazzjoni ta’ l-irkant filwaqt li jitqiesu r-regoli kkunsidrat f’paragrafi 2 sa 5.

2.   It-trab tal-ħalib xkumat huwa allokat skond id-data tad-dħul fl-istokk, nibdew mill-prodott l-aktar antik tal-kwantità totali disponibbli fil-maħżen jew imħażen maħsub/a mill-operatur.

3.   Il-persuna li tieħu l-irkant hija dik li toffri l-aktar prezz għoli. Jekk il-kwantità ma tiġix eżawrita, l-irkant jiġi allokat, għall-bqija tal-kwantita, għal oħrajn li joffru fl-irkant skond il-prezzijiet offruti nibdew mill-aktar prezz għoli.

4.   F’każ li l-aċċettazzjoni ta’ offerta twassal biex tinqabeż il-kwantità tat-trab tal-ħalib xkumat li jkun għad baqha, għall-maħżen konċernat, l-irkant ma jiġix allokat lil min ikun qegħdin jissottomettu fir-rigward ħlief għal dik il-kwantità.

Fl-istess ħin, l-organu li jkun qiegħed jintervjeni jista’ jfassal, bi qbil ma’ min ikunu qegħdin jissottomettu, depożiti oħra biex tintlaħaq il-kwantità ta’ l-offerta.

5.   F’każ li, bl-aċċettazzjoni ta’ diversi offerti li jindikaw l-istess prezz għall-istess maħżen, tinqabeż il-kwantità disponibbli, din tgħaddi għall-allokazzjoni ta' l-irkant bil-qsim tal-kwantità disponibbli proporzjonalment bejn il-kwantitajiet li jidhru fl-offerti konċernati.

Fl-istess ħin, f’każ li tali qsim iwassal għall-allokazzjoni ta’ kwantitajiet inqas minn ħames tunnellati, dan jgħaddi għall-allokazzjoni bil-polza.

6.   L-aktar tard it-tielet jum tax-xogħol tal-ġimgħa ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni kkunsidrata f'artiklu 24 bis, paragrafu 2, l-Istati membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-isem u l-indirizz ta’ kulmin jissottomettu li jikkorrispondu man-numru ta’ kodiċi msemmi f’artiklu 24 bis, paragrafu 1.

Artiklu 24d

Id-drittijiet u l-obbligi li joħorġu mill-irkant m’humiex trasferibbli.

Artiklu 24e

1.   Kulmin jissottometti jiġu mgħarrfa minnufih, mill-organu li jkun qiegħed jintervjeni, bir-riżultat tal-parteċipzzjoni tagħhom fl-irkant partikulari.

Il garanzija kkunsidrata f'artiklu 23, paragrafu 3, punt ċ), għandha tiġi rilaxxata bla dawmien fil-każ ta’ l-offerti li ma jintlaqgħux.

2.   Min jieħdu l-irkant għandhom jgħaddu lill-organu li jkun qiegħed intervjeni, qabel il-ġbir tal-trab tal-ħalib xkumat u fit-terminu kkunsidrat f’artiklu 24 septies, paragrafu 2, għal kull kwantità li għandu l-interess jirtira, l-ammont li jikkorrispondi ma’ l-offerta tiegħu.

Artiklu 24f

1.   Meta jsir it-trasferiment ta’ l-ammont ikkunsidrat f'artiklu 24 sexties, paragrafu 2, l'organu li jkun qiegħed jintervjeni għandu jgħaddi riċevuta li tindika:

a)

il-kwantità li għaliha tħallas l-ammont;

b)

il-maħżen fejn jitqiegħed it-trab tal-ħalib xkumat;

c)

id-data sa meta jrid jittieħed it-trab tal-ħalib xkumat;

2.   Min jieħdu l-irkant għandhom, f’terminu ta’ tletin jum wara l-iskadenza tat-terminu kkunsidrat f’artiklu 22, paragrafu 2, jipproċedu biex jiġbru t-trab tal-ħalib xkumat li jkunu ġew allokati lilhom. Dan il-ġbir jista ‘ jinqasam f’lottijiet kull wieħed ta’ mhux inqas minn 5 tunnellati. F’każ li l-kwantità attwali li jkun baqa’ fil-maħżen tkun inqas minn dan il-minimu, din tkun tista’, madankollu tinġabar.

Ħlief f’każ ta’ force majeure, jekk il-ġbir tal-trab tal-ħalib xkumat ma jsirx fit-terminu kkunsidrat fl-ewwel sub-inċiż, l-ispejjeż tal-ħażna ikolljom jitħallsi minn min jieħu l-irkant, b’effett mill-ewwel jum wara l-jum ta’ l-iskadenza ta’ l-imsemmi terminu. Ir-responsabbiltà tal-ħażna tgħaddi wkoll lil min jieħu l-irkant.

3.   Il-garanzija kostitwita bl-applikazzjoni ta' artiklu 23, paragrafu 3, punt ċ), għandha tiġi rilaxxata minnufih, għall-kwantitajiet miġbura fit-terminu preskritt f’paragrafu 2, l-ewwel sub-inċiż, ta’ l-artiklu preżenti.

Fil-każi ta’ force majeure ikkunsidrati f’paragrafu 2, it-tieni sub-inċiż, l'organu li jkun qiegħed jintervjeni għandu jieħu l-miżuri li jidhrulu neċessarji meta jqis iċ-ċirkustanzi invokati.”

3)

L-artiklu 36 qiegħed jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Artiklu 36

1.   L-Istati membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mit-Tnejn ta’ kull ġimgħa qabel it-15:00 (ħin ta’ Brussell), bil-kwantitajiet tat-trab tal-ħalib xkumat li matul il-ġimgħa ta’ qabel kienu l-oġġett:

a)

ta’ offerta ta’ bejgħ b’konformità ma’artiklu 5;

b)

ta’ kuntratt ta’ stock meħud b’konformità ma’ artiklu 28.

2.   B’effett mill-waqt li jiġi konfermat li l-offerti kkunsidrati f’artiklu 5 jkunu laħqu t-80 000 tunnellata, it-tagħrif ikkunsidrat f’paragrafu 1, punt a), ta’ l-artiklu preżenti għandu jiġi mgħaoddi kuljum qabel it-15:00 (ħin ta’ Brussell) għall-kwantitajiet tat-trab tal-ħalib xkumat offruti l-jum ta’ qabel.”

Artiklu 2

Ir-regolamenti preżenti jidħlu fis-seħħ fit-tielet jum qabel dak tal-pubblikazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Ir-regolamenti preżenti jorbtu fl-elementi kollha tagħhom u huma applikabbli direttament f’kull Stat membru.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Lulju 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).

(2)  ĠU L 37, 7.2.2001, p. 100. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2131/2003 (ĠU L 320, 5.12.2003, p. 3).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

30


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1327/2004 tad-19 ta’ Lulju 2004 dwar aġġudikazzjoni permanenti fil-kampanja ta' bejgħ 2004/2005 dwar levies u/jew rimborżi fl-esportazzjoni taz-zokkor

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1327/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1327/2004

tad-19 ta’ Lulju 2004

dwar aġġudikazzjoni permanenti fil-kampanja ta' bejgħ 2004/2005 dwar levies u/jew rimborżi fl-esportazzjoni taz-zokkor

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

rat it-trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

rat ir-Regolament (KE) Nru 1260/2001 tal-Kunsill tad-19 ta Ġunju 2001 li joħloq organiżżazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-artiklu 22(2), l-artiklu 27(5) u (15), u l-artiklu 33(3) tiegħu,

Ikkunsidrat dan li ġej:

(1)

In vista tas-sitwazzjoni tas-suq taz-zokkor fil-Komunità u fis-suq dinji, jidher opportun li ssir aġġudikazzjoni permanenti malajr kemm jista' jkun rigward l-esportazzjoni taz-zokkor abjad għall-kampanja ta' bejgħ 2004/2005 li, wieħed u jżomm f'moħħu il-varjazzjoni possibbli tal-prezzijiet mondjali, toħloq il-possibbiltà li jiġu ffissati levies jew rimborżi fl-esportazzjoni.

(2)

Għandhom jiġu applikati r-regoli ġenerali tal-proċedura ta' l-aġġudikazzjoni biex jiġu ffissati l-levies fl-esportazzjoni taz-zokkor, imwaqqfa bl-artiklu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001.

(3)

In vista ta' l-ispeċifiċità ta' l-operazzjoni, jidher li hu meħtieġ li jiġu deċiżi l-provvedimenti xierqa dwar iċ-ċertifikati ta' l-esportazzjoni maħruġa bis-saħħa ta' l-aġġudikazzjoni permanenti kif ukoll li ssir deroga ghar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1464/95 tas-27 ta' Ġunju ta' l-1995 li joħloq il-modalitajiet partikolari ta' implimentazzjoni tar-reġim taċ-ċertifikati ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni fis-settur taz-zokkor (2). Madankolu l-provvedimenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li joħloq il-modalitajiet komuni ta' l-implimentazzjoni tar-reġim taċ-ċertifikati ta' importazzjoni, ta' esportazzjoni u ta' l-iffissar minn qabel għall-prodotti tal-biedja (3), kif ukoll dawk tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 120/89 tad-19 ta' Jannar ta' l-1989 li ffissa il-modalitiajiet komuni ta' implimentazzjoni tal-levies u tat-taxxi fl-esportazzjoni għall-prodotti tal-biedja (4), għandhom jibqgħu jgħoddu.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-parir tal-kumitat ta' ġestjoni taz-zokkor.

GĦAMLET DAN IR-REGOLAMENT

L-ewwel artiklu

1.   Saret aġġudikazzjoni permanenti biex jiġi ffissati l-levies ta' l-esportazzjoni u/jew rimborzi ta' l-esportazzjoni taz-zokkor abjad skond il-kodiċi NC 1701 99 10 għall-pajjiżi kollha ħlief għall-Albanija, għall-Bożnja-Ħerżegovina, għas-Serbja-u-Montenegro (5), u għall-Maċedonja ta' dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava. Sakemm tibqa' fis-seħħ din l-aġġudikazzjoni permanenti għandhom isiru aġġudikazzjonijiet parzjali.

2.   L-aġġudikazzjoni permanenti tgħodd sat-28 ta' Lulju 2005.

Artiklu 2

L-aġġudikazzjoni permanenti u l-aġġudikazzjonijiet parzjali għandhom isiru a tenur ta' l-artiklu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 u skond dan ir-Regolament.

Artiklu 3

1.   L-Istati Membri għandhom joħorġu avviż ta' aġġudikazzjoni. L-avviż ta' l-aġġudikazzjoni jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Barra minn dan, l-Istati Membri jistgħu jippubblika jew jordnaw il-pubblikazzjoni ta' l-avviż ta' l-aġġudikazzjoni mod ieħor.

2.   L-avviż ta' l-aġġudikazzjoni għandu juri b'mod partikolari l-kundizzjonijiet ta' l-aġġudikazzjoni.

3.   L-avviż ta' l-aġġudikazzjoni jista' jiġi emendat fiż-żmien li tagħmel fis-seħħ l-aġġudikazzjioni permanenti. Dan jiġi emendat jekk f'dan iż-żmien, isseħħ xi modifika tal-kundizzjonijiet ta' aġġudikazzjoni.

Artiklu 4

1.   Iż-żmien għall-preżentata ta' l-offerti għall-ewwel aġġudikazzjoni parzjali:

a)

jibda fit-23 ta' Lulju 2004;

b)

jiskadi l-Ħamis 29 ta' Lulju 2004 fl-10.00 a.m., ħin ta' Brussell.

2.   Għal kull aġġudikazzjoni parzjali li ġejja iż-żmien tal-preżentata ta' l-offerti:

a)

jibda mill-ewwel jum tax-xogħol wara dak li fih jiskadi ż-żmien ta' l-aġġudikazzjoni parzjali ta' qabel;

b)

jiskadi fid-dati li gejjin fl-10.00 a.m., ħin ta' Brussell;

it-12 u s-26 ta' Awissu 2004,

id-l-9, is-16, it-23 u t-30 ta' Settembru 2004,

is-7, l-14, il-21 u t-28 ta' Ottubru 2004,

l-4, il-11 u l-25 ta' Novembru 2004,

id-9 u t-23 ta' Diċembru 2004,

is-6 u l-20 ta' Jannar 2005,

it-3 u s-17 ta' Frar 2005,

it-3, s-17 u l-31 ta' Mazu 2005,

l-14 u l-28 t'April 2005,

it-12 u s-26 ta' Meju 2005,

it-2, id-9, is-16, it-23 u t-30 ta' Ġunju 2005,

l-14 u t-28 ta' Lulju 2005.

Artiklu 5

1.   Dawk interssati jistgħu jieħdu sehem fl-aġġudikazzjoni skond xi wieħed mill-modi li ġejjin:

a)

bid-depożitu ta' l-offerta bil-miktub għand l-organiżżazzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru, bit-teħid ta' rċevuta;

b)

b'ittra reġistrata jew b'telegramm indirizzat lill-imsemmija organiżżazzjoni;

c)

b'teleks, faks jew messaġġ elettroniku indirizzat lill-imsemmija orgainiżżazzjoni, sakemm din ta' l-aħħar taċċetta dawn il-forom ta' komunikazzjoni;

2.   Offerta ma tkunx valida jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ma jkunux soddisfatti:

a)

l-offetra tkun iġġib:

i)

ir-riferenza ta' l-aġġudikazzjoni;

ii)

l-isem u l-indirizz ta' min jagħmilha;

iii)

l-ammont ta' zokkor abjad għall-esportazzjoni;

iv)

l-ammont ta' levy fl-esportazzjoni jew, jekk ikun il-każ, dak tar-rimborż fl-esportazzjoni għal kull 100 kilogramma ta' zokkor abjad, imfissra f'ewro sat-tielet punt deċimali;

v)

l-ammont tal-garanzija li għandha ssir għall-ammont ta' zokkor imsemmi f'punt iii) u mfisser fil-valuta ta' l-Istat membru fejn issir l-offerta.

b)

l-ammont ta' zokkor għall-esportazzjoni tkun ta' mhux anqas minn 250 tunnelalta ta' zokkor abjad;

c)

qabel ma jiskadi ż-żmien għall-preżentata ta' l-offerti, tkun inġiebet prova li l-offerent ikun ta l-garanzija imsemmija fl-offerta;

d)

l-offerta ikun fiha dikjarazzjoni mill-offerent li biha jintrabat, li jekk jintgħażel, li japplika fil-ħin meħtieġ skond l-artiklu 12, paragrafu 2, it-tieni subinċiż, għaċ-ċertifikat(i) ta' esportazzjoni għall-ammonti ta' zokkor li għandu jiġi esportat;

e)

l-offerta jkun fiha dikajrazzjoni ta' l-offerent li biha jintrabat jekk jintgħażel li:

i)

jaqdi l-garanzija bil-ħlas ta' l-ammont imsemmi fl-artiklu 13, paragrafu 4 jekk l-obbligu ta' esportazzjoni li joħroġ miċ-ċertifikat ta' esportazzjoni imsemmi fl-artiklu 12, paragrafu 2, ma jiġix soddisfatt,

ii)

jgħarraf lill-organiżżazzjoni li tkun ħarġet iċ-ċertifikat ta' esportazzjoni in kwistjoni fi żmien tletin jum wara dak li fih tiskadi l-validità taċ-ċertifikat għall-ammont jew għall-ammonti li għalihom ma jkunx intuża ċ-ċertifikat ta' esportazzjoni.

3.   Offerta jista' jkun fiha r-riżerva li m'għandhiex tingħad li ġiet ippreżentata ħlief jekk ikunu soddisfatti jew it-tnejn jew waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

a)

li tittieħed deċiżjoni dwar l-ammont minimu ta' rimborż ta' l-esportazzjoni jew jekk ikun il-każ, tal-levy ta' l-esportazzjoni dakinhar li jiskadi ż-żmien tal-preżentata ta' l-offerti in kwistjoni:

b)

l-allokazzjoni ta' l-aġġudikazzjoni għandha tirreferi jew għall-ammont kollu offrut jew għal parti speċifika minnu.

4.   Ma titqiesx bħala offerta dik li ma tkunx ippreżentata skond il-paragrafi 1 u 2 jew li jkun fiha kundizzjonijiet ħlief dawk imsemmija f'din l-aġġudikazzjoni.

5.   Offerta li tiġi ppreżentata ma tistax tiġi rtirata.

Artiklu 6

1.   Garanzija ta' 11-il ewro kull 100 kilogramma ta' zokkor abjad, għall-esportazzjoni bis-saħħa ta' din l-aġġudikazzjoni, għandha ssir minn kull offerent.

Mingħajr preġudizzju għall-artikolu 13(4), din il-garanzija tikkostitwixxi għall-aġġudikaturi, il-garanzija taċ-ċertifikat ta' esportazzjoni mad-depożitu tat-talba imsemmija fl-artiklu 12(2).

2.   Il-garanziji imsemmija fil-paragrafu 1 issir, skond kif jagħżel l-offerent, fi flus jew bil-forma ta' garanzija mogħtija minn stabbiliment li għandu l-kwalifiki meħtieġa mill-Istat Membru li fih issir l-offerta.

3.   Ħlief f'każ ta' forza maġġuri, il-garanzija imsemmija fil-paragrafu 1 tinħeles:

a)

rigward l-offerenti, għall-ammont li għalih l-offerta ma tapplikax

b)

rigward l-aġġudikatarji li ma jkunux talbu ċ-ċertifikat ta' esportazzjoni tagħhom in kwistjoni fiż-żmien imsemmi fl-artiklu 12, paragrafu 2, it-tieni subinċiż, 'l fuq minn 10 ewro kull 100 kilogramma zokkor abjad;

c)

rigward l-aġġudikatarji, għall-ammont li għalih ikunu ssoddisfaw, skond l-artikli 31, punt b) u l-artiklu 32, paragrafu 1, punti b) i), tar-regolament (KE) Nru 1291/2000, l-obbligu ta' esportazzjoni li joħroġ miċ-ċertifikat imsemmi fl-artiklu 12, paragrafu 2, skond il-kundizzjonijiet ta' l-artiklu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.

Fil-każ imsemmi fl-ewwel subinċiż, punt b), il-parti li tista' tinħeles għandha titnaqqas, jekk ikun il-każ:

a)

bid-differenza bejn l-ammont massimu tra-rimborz fl-esportazzjoni iffissat bl-aġġudikazzjoni parzjali in kwistjoni u l-ammont massimu tar-rimborz fl-esportazzjoni ffissat bl-aġġudikazzjoni parzjali ta' wara, meta dan l-aħħar ammont ikun ogħla minn ta' l-ewwel;

b)

id-differenza bejn l-ammont minimu tal-levy ta' l-esportazzjoni ffissat bl-aġġudikazzjoni parzjali in kwistjoni u l-ammont minimu tal-levy ta' l-esportazzjoni ffissat bl-aġġudikazzjoni ta' wara, meta dan l-aħħar ammont ikun anqas minn ta' qabel.

Il-parti tal-garanzija jew il-garanzija li ma tkunx inħelset tibqa' torbot għall-ammont ta' zokkor li dwaru l-obbligi korrispondenti ma jkunux ġew sodisfatti.

4.   F'każ ta' forza maġġuri, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li jkun, għandha tiddeċiedi dwar il-miżuri relattivi għall-ħelsien tal-garanzija li jidhrilha meħtieġa minħabba ċirkostanzi mqajjma mill-interessat.

Artiklu 7

1.   Il-ftuħ ta' l-offerti għandu jsir mill-awtorità kompetenti in kwistjoni fl-assenza tal-pubbliku. Il-persuni ammessi għall-ftuħ ta' l-offerti huma marbuta bil-kunfidenzjalità.

2.   L-offerti depożitati għandhom jintbagħtu b'format anonimu u għandhom jaslu għand il-Kummissjoni permezz ta' l-intermedjarji ta' l-Istati Membri mhux aktar tard minn siegħa u 30 minuta wara li jiskadi ż-żmien tad-depożitu ta' l-offerti ta' kull ġimgħa bħalma jipprovdi l-avviż ta' l-aġġudikazzjoni.

F'każ ta' nuqqas ta' offerti, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fl-istess żmien.

Artiklu 8

1.   Wara l-eżami ta' l-offerti rċevuti jista' jiġi ffissat ammont massimu bl-aġġudikazzjoni parzjali.

2.   Jista' jiġi deċiż li ma titkompliex aġġudikazzjoni parzjali partikolari.

Artiklu 9

1.   In vista, b'mod partikolari, tas-sitwazzjoni u ta' l-evoluzjoni prevedibbli tas-suq taz-zokkor fil-Komunità u fis-suq dinji, saru:

a)

kemm l-iffissar ta' ammont minimu ta' levies ta' l-esportazzjoni,

b)

kemm l-iffissar ta' ammont massimu ta' rimborz ta' l-esportazzjoni.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-artiklu 10, meta ammont minimu ta' levies ta' l-esportazzjoni jiġi ffissat, l-aġġudikazzjoni għandha tiġi allokata lil dak jew dawk l-offerenti li l-offerta tagħhom tkun fil-livell ta' l-ammont minimu ta' levy ta' l-esportazzjoni jew 'l fuq minnu.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-artiklu 10, meta ammont massimu ta' rimborż ta' l-esportazzjoni tiġi ffissata, l-aġġudikazzjoni għandha tiġi allokata lil dak jew dawk l-offerenti li l-offerta tagħhom tkun fil-livell ta' l-ammont massimu ta' rimborż ta' l-esportazzjoni jew f'livell iżjed baxx minnu kif ukoll lill-offerenti kollha li joffru levy fl-esportazzjoni.

Artiklu 10

1.   Meta, f'aġġudikazzjoni parzjali, ammont massimu jkun ġie ffissat u fil-każ meta jkun ġie ffissat tnaqqis minimu, l-aġġudikazzjoni għandha tiġi allokata lill-offerent li l-offerta tiegħu turi l-ogħla tnaqqis ta' l-esportazzjoni. Jekk l-ammont massimu ma jkunx eżawrit b'din l-offerta, l-aġġudikazzjoni tiġi allokata sakemm tiġi ezawrita a bażi tal-kobor ta' l-ammont ta' levy ta' l-esportazzjoni, bl-allokazzjoni tibda b'dak l-iżjed ogħli.

Meta, f'aġġudikazzjoni parzjali, ammont massimu jkun ġie ffissat u fil-każ meta jkun ġie ffissat rimborz massimau l-aġġudikazzjoni għandha tiġi allokata skond l-ewwel subinċiż u f'każ ta' eżawriment jew nuqqas ta' offerti li juri tnaqqis fl-esportazzjoni, lill-offerenti li l-offerta tagħhom turi rimborż ta' l-esportazzjoni, skond il-kobor ta' l-ammont tar-rimborż jibda b'dak l-inqas għoli sakemm jiġi eżawrit l-ammont massimu.

2.   Fil-każ illi r-regola ta' allokazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1 twassal, bit-teħid in konsiderazzjoni ta' offerta, li jinqabeż l-ammont massimu, l-aġġudikazzjoni tiġi allokata lill-offerent in kwistjoni biss għall-ammont li jippermetti li jiġi eżawrit l-ammont massimu. L-offerti li juru l-istess levy ta' l-esportazzjoni jew l-istess rimborż u li jwasslu f'każ li jiġu milqugħa għat-totalità ta' l-ammonti li jirrappreżentaw, biex jinqabeż l-ammont massimu, jintgħażlu:

a)

jew pro rata ta' l-ammont totali imsemmi f'kull offerta,

b)

jew b'aġġudikazzjoni sakemm jintlaħaq it-tunnellaġġ massimu li għandu jiġi ffissat,

c)

jew bix-xorti.

Artiklu 11

1.   L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru in kwistjoni għandha tgħarraf immedjatament lill-offerenti bir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-aġġudikazzjoni. Barra minn dan, din l-awtorità għandha tindirizza lill-aġġudikatarjii dikjarazzjoni ta' l-allokazzjoni ta' l-aġġudikazzjoni.

2.   Id-dikajarazzjoni ta' l-allokazzjoni ta' l-aġġudikazzjoni għandha tinkludi mill-inqas:

a)

ir-riferenza ta' l-aġġudikazzjoni;

b)

l-ammont ta' zokkor abjad għall-esportazzjoni;

c)

l-ammont imfisser f'ewro tal-levy ta' l-esportazzjoni li għandu jsir, jew, jekk ikun il-każ, tar-rimborż ta' l-esportazzjoni li għandu jsir għall kull 100 kilogramma ta' zokkor abjad għall-ammont imsemmi fil-punt b).

Artiklu 12

1.   L-aġġudikatarju għandu dritt li jingħatalu, bil-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, għall-ammont allokat, ċertifikat ta' l-esportazzjoni li jkun isemmi, skond il-każ, il-levy ta' l-esportazzjoni jew ir-rimborż ta' l-esportazzjoni imsemmija fl-offerta.

2.   L-aġġudikatarju hu obbligat li jiddepożita, skond il-provvedimenti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, talba għal ċertifikat ta' l-esportazzjoni għall-ammont li jkun ġie allokat lilu, liema talba tkun irrevokabbli, u dan b'deroga għall-artiklu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 120/89.

Id-depożitu tat-talba għandu jsir mhux aktar tard minn waħda mid-dati li ġejjin

a)

l-aħħar jum tax-xogħol qabel l-aġġudikazzjoni parzjali mistennija li ssir fil-ġimgħa ta' wara;

b)

l-aħħar jum tax-xogħol tal-ġimgħa ta' wara meta aġġudikazzjoni parzjali ma tkunx mistennija li ssir tul l-imsemmija ġimgħa.

3.   L-aġġudikatarju għandu l-obligu li jesporta l-ammont li jidher fl-offerta u li jħallas jekk dan l-obbligu ma jiġix soddisfatt, jekk ikun il-każ, l-ammont imsemmi fl-artiklu 13(4).

4.   Id-dritt u l-obbligi imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ma jistgħux jiġu trasferiti lil ħaddieħor.

Artiklu 13

1.   Bis-saħħa ta' dan ir-regolament, ż-żmien għall-konsenja taċ-ċertifikati ta' l-esportazzjoni imsemmija fl-artiklu 9(1), tar-Regolament (KE) Nru 1464/95 ma japplikawx għaz-zokkor abjad għall-esportazzjoni.

2.   Iċ-ċerftifikati ta' esportazzjoni kkonsenjati bis-saħħa ta' aġġudikazzjoni parzjali huma validi mill-jum tal-konsenja tagħhom sa l-aħħar jum tal-ħames xahar wara dak li fih tkun saret din l-aġġudikazzjoni parzjali.

Madankollu ċ-ċertifikati ta' l-esportazzjoni kkonsenjati skond aġġudikazzjoni parzjali li jsiru mill-1 ta' Mejju 2005 huma validi biss sat-30 ta' Settembru 2005.

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jkunu kkonsenjaw iċ-ċertifikat ta' esportazzjoni jistgħu, fuq talba bil-miktub ta' min ikun intitolat għalih, li jtawlu il-perjodu ta' validità tiegħu sa mhux aktar tard mill-15 ta Ottubru 2005 meta jinqalgħu diffikoltajiet tekniċi, li ma jippermettux l-esportazzjoni fl-aħħar data ta' validità msemmija fit-tieni subinċiż u bil-kundizzjoni li l-imsemmija operazzjoni ma tkunx suġġetta għar-reġim imsemmi fl-artikli 4 jew 5 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80 tal-Kunsill (6).

3.   Iċ-ċertiifikati ta' l-esportazzjoni kkonsenjati skond l-aġġudikazzjonijiet parzjali li jsiru bejn id-29 ta' Lulju 2004 u t-30 ta' Settembru 2004 ma jistgħux jintużaw qabel l-1 ta' Ottubru 2004.

4.   Ħlief f'każ ta' forza maġġuri, min ikun intitolat għal ċertifikat għandu jħallas lill awtorità kompetenti ammont iffissat, għall-ammont li għalih l-obbligu ta' l-esportazzjoni bbażat fuq iċ-ċertifikat ta' l-esportazzjoni skond l-artiklu 12, paragrafu 2, ma jkunx ġie soddisfatt, meta l-garanzija imsemmija fl-artiklu 6, paragrafu 1, tkun inqas mir-riżultat ta' xi wieħed mill-kalkoli li ġejjin:

a)

il-levy ta' l-esportazzjoni muri fiċ-ċertifikat, imnaqqas mit-tnaqqis imsemmi fl-artiklu 33, paragrafu 1, it-tieni subinċiż tar-regolament (KE) Nru 1260/2001 fis-seħħ fl-aħħar jum ta' validità ta' l-imsemmi ċertifikat;

b)

is-somma tal-levy ta' l-esportazzjoni muri fiċ-ċertifikat mar-rimborż imsemmi fl-artiklu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 fis-seħħ fl-aħħar jum ta' validità ta' l-imsemmi ċertifikat;

c)

ir-rimborż ta' l-esportazzjoni imsemmija fl-artiklu 28(3) tar-Regolament Nru 1260/2001 fis-seħħ fl-aħħar jum ta' vaidità taċ-ċertifikat, imnaqqsa biż-żjieda murija fl-imsemmi ċertifikat.

L-ammont li għandu jitħallas imsemmi fl-ewwel subinċiż hu ugwali għad-differenza bejn ir-riżultat tal-kalkolu li jsir, skond il-każ fil-punti a), b) jew c) u l-garanzija imsemmija fl-artiklu 6(1).

Artiklu 14

Dan ir-regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-regolament hu obbligatorju fil-partijiet tiegħu kollha u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Lulju 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 178, 30.6.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 39/2004 (ĠU L 6, 10.1.2004, p. 16).

(2)  ĠU L 144, 28.6.1995, p. 14. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 96/2004 (ĠU L 15, 22.1.2004, p. 4).

(3)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 636/2004 (ĠU L 100, 6.4.2004, p. 25).

(4)  ĠU L 16, 20.1.1989, p. 19. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 910/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 63).

(5)  Inkluż il-Kossovo, bħalma hu deskritt bir-reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill ta' Sigutrá tal-Ġnus Magħquda ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

(6)  ĠU L 62, 7.3.1980, p. 5.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

35


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1345/2004 tat-22 ta’ Lulju 2004 li jemenda l-elementi ta’ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ denominazzjoni li tidher fl-Anness tar-Regolament (Ke) Nru 1107/96 relatat mar-reġistrazzjoni ta’ l-ismijiet ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi (Scotch lamb)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1345/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1345/2004

tat-22 ta’ Lulju 2004

li jemenda l-elementi ta’ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ denominazzjoni li tidher fl-Anness tar-Regolament (Ke) Nru 1107/96 relatat mar-reġistrazzjoni ta’ l-ismijiet ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi (Scotch lamb)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 2081/92 tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 relatat mal-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u ta’ l-ismijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u partikolarment ta’ l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-awtoritajiet tar-Renju Unit talbu għad-denominazzjoni “Scotch Lamb”, irreġistrata bħala indikazzjoni ġeografika protetta mir-Regolament (KE) Nru 1107/96 tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ġunju 1996 relatat mar-registrazzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u ta’ l-ismijiet ta’ l-oriġini f’isem il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 tal-Kunsill (2), ta’ l-emendi tad-deskrizzjoni u tal-metodu ta’ kif jinkiseb il-prodott.

(2)

Wara eżami ta’ din it-talba ta’ emenda, ġie deċiż li dan l-emendi kienu importanti.

(3)

Bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 u li għanda x’taqsam ma’ emendi importanti, il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6 tapplika mutatis mutandis.

(4)

F’dan il-każ l-emendi huma konformi mar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. L-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, għas-sens ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament imsemmi, ma ġiet ipprovduta lill-Kummissjoni wara l-pubblikazzjoni ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (3) ta’ dawn l-emendi msemmija.

(5)

Minħabba dan, dawn l-emendi għandhom jiġu rreġistrati u jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi li jidhru fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament huma rreġistrati u ppubblikati skond il-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

Il-lista kkonsolidata li turi l-elementi ewlenin ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tidher fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ wara għoxrin ġurnata mill-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Ujjiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Lulju 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS I

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 2081/92

EMENDI FL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TA’ L-INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA (Art. 9)

Nru KE: UK/0275/24.1.1994

1.   Denominazzjoni rreġistrata: I.G.P. Scotch Beef

2.   Emenda(i) meħtieġa:

Lista ta’ l-ispeċifikazzjonijiet:

Image

Isem

Image

Deskrizzjoni

Image

Żona ġeografika

Image

Prova ta’ l-oriġini

Image

Metodu ta’ kisba

Image

Konnessjoni

Image

Tikkettar

Image

Esiġenza nazzjonali

Emenda(i)

Deskrizzjoni

Sabiex tirrefletti aktar il-prassi attwali, tikkunsidra l-preokkupazzjoni tal-konsumaturi f’dak li jirrigwarda t-trasparenza tat-tikkettar u sabiex tiżdied il-kwalità ta’ l-Iscotch Lamb, id-deskrizzjoni attwali:

“Il-prodott hu magħmul minn ħrief mrobbija fil-fażi ta’ l-irfinar — fuq medda ta’ żmien ta’ mill-inqas xahrejn —, maqtula u ppreparati fiż-żona delimitata.”

hi emendata kif ġej:

“Il-prodott hu magħmul minn ħrief mwielda, mrobbija waqt iż-żmien kollu ta’ ħajjithom, maqtula u ppreparati fiż-żona delimitata. L-annimali ġew prodotti u maqtula skond is-sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità skond in-norma Ewropea EN 45011 (Gwida ISO 65), ta’ liema normi, evalwazzjonijiet u frekwenza ta’ evalwazzjonijiet jaqblu ma’ dawk meħtieġa mingħand minn qed jagħmel it-talba.”

Metodu ta’ kisba

L-emenda tad-deskrizzjoni murija hawn isfel teħtieġ l-emenda tad-dettalji tal-metodu tal-kisba. Minbarra dan, waqt l-introduzzjoni tad-talba inizzjali, l-Iscotch Lamb ma kien kważi qatt jinbiegħ iffriżat. Għalkemm din il-prassi m’għadhiex daqshekk mifruxa, minn qed jagħmel it-talba jixtieq ineħħi l-espressjoni “Il-prodott jista’ biss jinbiegħ frisk jew imkessaħ” sabiex jippermetti l-bejgħ ta’ l-Iscotch Lamb iffriżat jekk it-trasformatur tal-prodott jixtieq dan.

Minħabba f’hekk id-deskrizzjoni attwali:

“Il-ħrief huma mrobbija fl-Iskozja fil-fażi ta’ l-irfinar, fuq medda ta’ żmien ta’ mill-inqas xahrejn. Jinqatlu u jiġu ppreparati f’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet. Il-prodott jista’ jinbiegħ biss frisk jew imkessaħ.”

hi emendata kif ġej:

“Il-ħrief huma mwielda u mrobbija f’żona ġeografika delimitata waqt iż-żmien kollu ta’ ħajjithom. L-annimali ġew prodotti u maqtula f’konformità mas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità skond in-norma Ewropea EN 45011 (Gwida ISO 65) u liema normi, evalwazzjonijiet u frekwenza ta’ evalwazzjoni jikkorrispondu ma’ dawk stabbiliti minn min qed jagħmel it-talba. Jinqatlu u jiġu ppreparati f’din iż-żona f’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet.”

ANNESS II

FORMOLA KKONSOLIDATA

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92

“SCOTCH LAMB”

Nru KE: UK/0275/24.1.1994

AOP ( ) IGP (x)

Din il-formula hi taqsira stabbilita għall-fini ta’ l-informazzjoni. Għall-informazzjoni sħiħa, b’mod partikolari għall-produtturi ta’ prodotti koperti mill-AOP u l-IGP ikkonċernata, tajjeb li tikkonsulta l-verżjoni kompleta ta’ l-ispeċifikazzjonijiet jew fuq livell nazzjonali, jew mas-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea (4).

1.   Servizz kompetenti ta’ l-Istat Membru

Isem:

Department of Environment, Food and Rural Affairs — Food Chain Marketing and Competitiveness Division

Indirizz:

Room 338

Nobel House

17 Smith Square

London — SW1P 3JR

Tel.

(44-207) 238 66 87

Fax

(44-207) 238 57 28

e-mail:

rlf.feedback@defra.gsi.gov.uk

2.   anizzazzjoni ta’ min qed jagħmel it-talba

2.1.

Isem

:

Quality Meat Scotland

2.2.

Indirizz:

Rural Centre

West Mains

Ingliston

Newbridge

Midlothian — EH28 8NZ

Tel.

(44-131) 472 40 40

Fax

(44-131) 472 40 38

e-mail:

info@qmscotland.co.uk

2.3.

Komposizzjoni : produtturi (6 633), transformaturi tal-prodott (32), oħrajn (310)

3.   Tip ta' prodott: klassi 1.1 laħam frisk

4.   Deskrizzjoni ta’ l-ispeċifikazzjonijiet

(summary of requirements under Article 4(2))

4.1.   Isem: “Scotch Lamb”

4.2.   Deskrizzjoni

Il-prodott hu magħmul minn ħrief imwielda, imrobbija tul iż-żmien kollu ta’ ħajjithom, maqtula u ppreparati fiż-żona ġeografika delimitata. L-annimali ġew prodotti u maqtula skond is-sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità skond in-norma Ewropea EN 45011 (Gwida ISO 65) u liema normi, evalwazzjonijiet u frekwenza ta’ evalwazzjoni jikkorrispondu ma’ dawk stabbiliti minn min qed jitlob. Jinqatlu u jiġu ppreparati f’din iż-żona b’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet.

4.3.   Żona ġeografika

Iż-żona ddefinita hi dik ta’ l-Iskozja kontinentali, kif ukoll il-gżejjer tal-kosta oċċidentali, Orkney u Shetland.

4.4.   Prova ta’ l-oriġini

Mis-seklu 19, l-Iscotch Lamb hu magħruf għall-kwalità dejjem superjuri tiegħu minħabba s-sistemi alimentari tradizzjonali użati. Din is-sistema kisbet reputazzjoni kbira fuq is-suq tal-laħam, fir-Renju Unit u f’postijiet oħra.

4.5.   Metodu ta’ kisba

Il-ħrief huma mwielda, mrobbija fiż-żona delimitata tul iż-żmien kollu ta’ ħajjithom. L-annimali ġew prodotti u maqtula skond is-sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità skond in-norma Ewropea EN 45011 (Gwida ISO 65) u liema normi, evalwazzjonijiet u frekwenza ta’ evalwazzjonijiet jaqblu ma’ dawk meħtieġa mingħand minn qed jitlob. Inqatlu u ġew ippreparati f’din iż-żona b’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet.

4.6.   Konnessjoni

Il-kwalità u l-partikolaritajiet ta’ l-Iscotch Lamb jirriżultaw minn ragħa estensiv fl-imriegħi karatteristiċi ta’ l-Iskozja.

4.7.   Struttura ta’ kontroll

Isem:

Scottish Food Quality Certification

Indirizz:

Royal Highland Centre

10th Avenue

Ingliston

Edinburgh — EH28 8NF

Tel.

(44-131) 335 66 15

Fax

(44-131) 335 66 01

e-mail

enquiries@sfqc.co.uk

4.8.   Tikkettar: IGP

4.9.   Eżiġenzi nazzjonali: —


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 526/2004 (ĠU L 85, 23.3.2004, p. 3).

(3)  ĠU C 99, 25.4.2003, p. 3 (Scotch Lamb).

(4)  Il-Kummissjoni Ewropea — Id-Direzzjoni Ġenerali ta’ l-Agrikultura — L-Unità Politika tal-kwalitajiet tal-prodotti agrikoli — B-1049 Brussell.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

39


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1356/2004 tas-26 ta’ Lulju 2004 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin tal-addittiv “Elancoban” fl-għalf, li jagħmel parti mill-grupp ta’ coccidiostats u ta’ sustanzi mediċinali oħra

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1356/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1356/2004

tas-26 ta’ Lulju 2004

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin tal-addittiv “Elancoban” fl-għalf, li jagħmel parti mill-grupp ta’ coccidiostats u ta’ sustanzi mediċinali oħra

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 rigward addittivi f'għalf għall-bhejjem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9g(5) (b) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 70/524/KEE, il-coccidiostats inklużi fl-Anness I għal dik id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 1988 ġew awtorizzati b’mod provviżorju sa mill-1 ta’ April 1998 u trasferiti għall-Kapitolu I tal-Anness B bl-għan li jiġu vvalutati mill-ġdid bħala addittivi marbuta ma’ persuna responsabbli għat-tqegħid tagħhom fiċ-ċirkolazzjoni. Il-prodott tal-monensin sodium, Elancoban, huwa addittiv li jagħmel parti mill-grupp ta’ “Coccidiostats u sustanzi mediċinali oħra” mniżżla fil-Kapitolu I tal-Anness B tad-Direttiva 70/524/KEE.

(2)

Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta’ Elancoban ressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni kif ukoll dossier, skont l-Artikolu 9g(2) u (4) ta’ din id-Direttiva.

(3)

L-Artikolu 9g(6) tad-Direttiva 70/524/KEE jippermetti l-estensjoni awtomatika tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni tal-addittivi kkonċernati sakemm il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni f'każ li, għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-awtorizzazzjoni tad-detentur, ma tista' tittieħed l-ebda deċiżjoni fuq l-applikazzjoni qabel id-data ta' skadenza tal-awtorizzazzjoni. Din id-dispożizzjoni tapplika għall-awtorizzazzjoni ta' Elancoban. Il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Xjentifiku għan-Nutriment tal-Annimali fis-26 ta’ April 2001 biex iwettaq valutazzjoni sħiħa tar-riskju u din it-talba ġiet konsegwentement trasferita lill-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel. Matul il-proċess ta’ valutazzjoni mill-ġdid saru diversi talbiet għal tagħrif addizzjonali b'tali mod li kien impossibbli li titlesta l-valutazzjoni mill-ġdid fil-limiti ta’ żmien mitluba mill-Artikolu 9g.

(4)

Il-Bord Xjentifiku dwar Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf tal-Annimali tal-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel esprima opinjoni favorevoli fir-rigward tas-sigurtà u l-effikaċja tal-Elancoban għal tiġieġ għat-tismin, tiġieġ imrobbija għall-bajd u dundjani.

(5)

Il-valutazzjoni mill-ġdid tal-Elancoban imwettqa mill-Kummissjoni wriet li l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fid-Direttiva 70/524/KEE huma sodisfatti. L-Elancoban għandu għalhekk jiġi awtorizzat għal għaxar snin bħala addittiv marbut mal-persuna responsabbli għat-tqegħid tiegħu fiċ-ċirkolazzjoni u inkluż fil-Kapitolu I tal-lista msemmija fl-Artikolu 9t (b) ta’ din id-Direttiva.

(6)

Billi l-awtorizzazzjoni għall-addittiv issa hi marbuta ma’ persuna responsabbli għat-tqegħid tiegħu fiċ-ċirkolazzjoni, u tieħu post l-awtorizzazzjoni ta’ qabel li ma kienet marbuta mal-ebda persuna speċifika, huwa xieraq li titħassar din l-awtorizzazzjoni tal-aħħar.

(7)

Billi mhemm l-ebda raġuni ta’ sigurtà għall-irtirar minnufih tal-prodott tal-monensin sodium mis-suq, huwa xieraq li jitħalla perjodu tranżitorju ta’ sitt xhur għar-rimi ta’ ħażniet eżistenti tal-addittiv.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness B għad-Direttiva 70/524/KEE qed jinbidel kif ġej:

L-addittiv monensin sodium, li jagħmel parti mill-grupp ta’ “Coccidiostats u sustanzi mediċinali oħra”, għandu jitħassar.

Artikolu 2

L-addittiv Elancoban li jagħmel parti mill-grupp ta’ “Coccidiostats u sustanzi mediċinali oħra” kif stabbilit fl-Anness għar-Regolament preżenti hu awtorizzat għall-użu fin-nutriment tal-annimali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Anness.

Artikolu 3

Qed jitħalla perjodu ta' sitt xhur mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament biex jintużaw il-ħażniet eżistenti kollha ta' monensin sodium.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Lulju 2004

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni

ANNOTAZZJONI TAL-ANNESS

Numru ta’ reġistrazzjoni tal-addittiv

Isem u numru ta’ reġistrazzjoni tal-persuna responsabbli għat-tqegħid tal-addittiv fiċ-ċirkolazzjoni

Addittiv

(isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ

Coccidiostats u sustanzi mediċinali oħra

“E 757

Eli Lilly and Company Limited

Monensin sodium

Sustanza attiva:

 

C36H61O11Na

melħ tas-sodju tal-aċtu tal-polyether monocarboxylic prodott minn Streptomyces cinnamonensis, ATCC 15413 f’forma granulari.

 

Kompożizzjoni tal-fatturi:

 

Monensin A: mhux inqas minn 90 %

 

Monensin: A + B: mhux inqas minn 95 %

Tiġieġ għat-tismin

100

125

Użu pprojbit sa mill-inqas tliet ijiem qabel il-qtil

Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: Ta’ ħsara għall-ekwini'. Dan l-għalf fih ionophore: evita amministrazzjoni simultanja ma' tiamulin u kkontrolla għal reazzjonijiet avversi possibbli meta jintuża fl-istess waqt ma' sustanzi mediċinali oħra

10 snin (mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament)”

Elancoban G100

Elancoban 100

Elancogran 100

Kompożizzjoni tal-addittivi:

 

Monensin granulari (prodott mill-fermentazzjoni mnixxfa) ekwivalenti għal attività ta’ Monensin 10 % w/w

 

Żejt minerali 1-3 % w/w

 

Ġebel tal-ġir granulari 13-23 % w/w

 

Ħlief tar-ross jew ġebel tal-ġir granulari qs 100 % w/w

Tiġieġ imrobbija għall-bajd

16-il ġimgħa

100

120

Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: Ta’ ħsara għall-ekwini'. Dan l-għalf fih ionophore: evita amministrazzjoni simultanja ma' tiamulin u kkontrolla għal reazzjonijiet avversi possibbli meta jintuża fl-istess waqt ma' sustanzi mediċinali oħra

Elancoban G200

Elancoban 200

 

Monensin granulari (prodott mill-fermentazzjoni mnixxfa) ekwivalenti għal attività ta’ Monensin 20 % w/w

 

Żejt minerali 1-3 % w/w

 

Ħlief tar-ross jew ġebel tal-ġir granulari qs 100 % w/w

Dundjani

16-il ġimgħa

60

100

Użu pprojbit sa mill-inqas tliet ijiem qabel il-qtil

Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: Ta’ ħsara għall-ekwini'. Dan l-għalf fih ionophore: evita amministrazzjoni simultanja ma' tiamulin u kkontrolla għal reazzjonijiet avversi possibbli meta jintuża fl-istess waqt ma' sustanzi mediċinali oħra


(1)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1756/2002 (ĠU L 265, 3.10.2002, p. 1).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

42


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2004 li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE dwar skwadri ta’ ġbir ta’ l-embrijuni fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/568/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Lulju 2004

li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE dwar skwadri ta’ ġbir ta’ l-embrijuni fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika

(notifikata bid-dokument numru C(2004) 2420)

(Test b’rilvenza għaż-ŻEE)

(2004/568/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li tirregola l-kummerċ intra-Komunitarju f’pajjiżi terzi u importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE tat-30 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi elenki ta’ gruppi ta’ ġbir ta’ l-embrijuni u gruppi tal-produzzjoni tal-embrijuni approvati f’pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta’ embrjuni bovini lejn il-Komunità (2) tipprovdi li Stati Membri jistgħu biss jimpurtaw embrijuni minn pajjiżi terzi fejn dawn inġabru, ġew ipproċessati u nħażnu minn gruppi tal-ġbir ta’ l-embrijuni elenkati f’dik id-Deċiżjoni.

(2)

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika talbet li ssir emenda fl-elenku fir-rigward ta’ entrati għal dak il-pajjiż.

(3)

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika pprovdiet garanziji dwar il-konformità mar-regoli xierqa mniżżla fid-Direttiva 89/556/KEE u l-grupp tal-ġbir ta’ l-embrijuni kkonċernat ġie approvat uffiċjalment għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterinarji ta’ dak il-pajjiż.

(4)

Id-Deċiżjoni 92/452/KEE għandha għalhekk tiġi emendata f’dan is-sens.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 92/452/KEE huwa emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni ser tapplika mill-31 ta’ Lulju 2004.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 92/452/KEE, ir-ringiela li ġejja hija miżjuda ma' l-elenku għall-Istati Uniti ta' l-Amerika:

“US

 

04KY110

E625

 

Lutz Brookview Farm

4475 Fairfield Road, Box 74

Fairfield, KY 40020

Dr Cheryl Nelson


US

 

04WI109

E1257

 

Cashton Veterinary Clinic

406 South Street

Cashton, WI 54619

Dr Brent Beck”


(1)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 250, 29.8.1992, p. 40. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/52/KE (ĠU L 10, 16.1.2004, p. 67).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

44


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Awwissu 2004 li temenda d-Deċiżjoni 97/467/KE rigward l-inkużjoni ta’ stabbiliment fl-Islanda għal-laħam tat-tjur imrobbi u stabbiliment fil-Botswana għal-laħam tar-ratita fil-listi proviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi minn fejn Stati Membri huma awtorizzati jimportaw tali prodotti

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/591/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Awwissu 2004

li temenda d-Deċiżjoni 97/467/KE rigward l-inkużjoni ta’ stabbiliment fl-Islanda għal-laħam tat-tjur imrobbi u stabbiliment fil-Botswana għal-laħam tar-ratita fil-listi proviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi minn fejn Stati Membri huma awtorizzati jimportaw tali prodotti

(notifikat bid-dokument numru C(2004) 2681)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/591/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 dwar il-kundizzjonijiet għat-tfassil, għal perjodu transitorju, ta’ listi proviżorji ta’ pajjiżi terzi minn fejn Stati Membri huma awtorizzati jimportaw ċerta prodotti ta’ oriġini ta’ l-annimali, prodotti tas-sajd u molluski bivalvi ħajjin (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/467/EC tas-7 ta’ Lulju 1997 li toħloq listi proviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi minn fejn Stati Membri huma awtorizzati jimportaw laħam tal-fenek u laħam tat-tjur imrobbi (2) toħloq listi proviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw laħam tat-tjur imrobbi, laħam tal-fenek u laħam tar-ratita.

(2)

L-Islanda provdiet l-isem ta’ stabbiliment li jipproduċi laħam tat-tjur imrobbi li l-awtoritajiet responsabbli iċċertifikataw li jikkonforma mar-regoli tal-Kommunità.

(3)

Il-Botswana provdiet l-isem ta’ stabbiliment li jipproduċi laħam tar-ratita li l-awtoritajiet responsabbli iċċertifikataw li jikkonforma mar-regoli tal-Kommunità.

(4)

Għalhekk, dawn l-istabbilimenti għandhom jiġu inklużi mal-listi magħmula skond id-Deċiżjoni 97/467/EC.

(5)

Minħabba il-fatt li spezzjonijiet fuq il-post ta’ l-istabbilimenti konċernati għadhom ma sarux, importazzjonijiet minnhom m’għandhomx ikunu eleġibbli għal spezzjonijiet fiżiċi ridotti skond id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabilixxi il-prinċipji li jirregolaw l-organizzazjoni ta’ spezzjonijiet veterinarji fuq prodotti li deħlin fil-Kommunità minn pajjiżi terzi (3).

(6)

Id-Deċiżjoni 97/467/KE għalhekk għandha tiġi emendata fid-dawl ta’ dan.

(7)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Kurrenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Animali,

ADDOTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 97/467/KE hija emendata skond l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness II tad-Deċiżjoni 97/467/KE hija emendata skond l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-17 ta’ Awwissu 2004.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 2 ta’ Awwissu 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS I

It-test li ġej huwa miżjud ma’ l-Anness I:

“País: Islandia / Země: Island / Land: Island / Land: Island Riik: Island / Χώρα: Iσλάνδια / Country: Iceland / Pays: Islande / Paese: Islanda / Valsts: Islande / Šalis: Islandija / Ország: Izland / Pajjiż: Islanda / Land: Ijsland / Państwo: Islandia / País: Islandia / Krajina: Island / Država: Islandija / Maa: Islanti / Land: Island

1

2

3

4

5

6

70

Vidbot

Husavik

 

CP

b, (4)

b

:

Biungulados / Sudokopytníci / Klovbærende dyr / Paarhufer / Sõralised / Δίχηλα / Biungulates / Biongulés / Biungulati / Pārnadži / Porakanopiai / Párosujjú patások / Annimali ta' l-ifrat / Tweehoevigen / Parzystokopytne / Biungulados / Párnokopytníky / Parkljarji / Sorkkaeläimet / Klövdjur

ANNESS II

It-test li ġej huwa miżjud ma’ l-Anness II

“País: Botsuana / Země: Botswana / Land: Botswana / Land: Botsuana / Riik: Botswana / Χώρα: Μποτσουάνα / Country: Botswana / Pays: Botswana / Paese: Botswana / Valsts: Botsvāna / Šalis: Botsvana / Ország: Botswana / Pajjiż: Botswana / Land: Botswana / Państwo: Botswana / País: Botsuana / Krajina: Botswana / Država: Bocvana / Maa: Botswana / Land: Botswana

1

2

3

4

5

6

4

Botswana Ostrich Company

Gaborone

 

SH, CP”

 


(1)  ĠU L 243, 11.10.1995, p. 17. Deċiżjoni hekk kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33).

(2)  ĠU L 199, 26.7.1997, p. 57. Deċiżjoni hekk kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2004/144/KE (ĠU L 47, 18.2.2004, p. 33).

(3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Direttiva hekk kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

(4)  Stabbiliment li juża biss materja prima minn stabbilimenti approvati minn pajjiżi terzi għall-produzzjoni ta’ l-ikel”


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

47


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1437/2004 tal-11 ta’ Awwissu 2004 li jissupplementa l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 relattiv għar-reġistrazzjoni ta’ ċerti denominazzjonijiet fir-“Reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ l-Oriġini protetti u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (“Valençay”, “Scottish Farmed Salmon”, “Ternera de Extremadura” u “Aceite de Mallorca” jew “Aceite mallorquín” jew “Oli de Mallorca” jew “Oli mallorquí”)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1437/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1437/2004

tal-11 ta’ Awwissu 2004

li jissupplementa l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 relattiv għar-reġistrazzjoni ta’ ċerti denominazzjonijiet fir-“Reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ l-Oriġini protetti u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (“Valençay”, “Scottish Farmed Salmon”, “Ternera de Extremadura” u “Aceite de Mallorca” jew “Aceite mallorquín” jew “Oli de Mallorca” jew “Oli mallorquí”)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992, relattiv għall-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-Denominazzjonijiet ta’ l-Oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) ta’ dan;

Billi:

(1)

F’konformità ma’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, Franza għaddiet lill-Kummissjoni talba ta’ reġistrazzjoni bħala Denominazzjoni ta’ l-Oriġini għad-Denominazzjoni “Valençay”, ir-Renju Unit għadda lill-Kummissjoni talba għar-reġistrazzjoni bħala indikazzjoni ġeografika għad-denominazzjoni “Scottish Farmed Salmon”, u Spanja għaddiet lill-Kummissjoni talba ta’ reġistrazzjoni bħala indikazzjoni ġeografika għad-denominazzjoni “Ternera de Extremadura” u talba ta’ reġistrazzjoni bħala Denominazzjoni ta’ l-Oriġini għad-denominazzjoni “Aceite de Mallorca” jew “Aceite mallorquín” jew “Oli de Mallorca” jew “Oli mallorquí”.

(2)

Ġie ċċertifikat, f’konformità ma’ l-Artikolu 6(1) ta’ l-imsemmi Regolament, li dawn huma konformi ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari li huma għandhom l-elementi kollha stipulati mill-Artikolu 4 ta’ dan.

(3)

L-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, ma ġiet mgħoddija lill-Kummissjoni wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2) tad-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(4)

Għalhekk, dawn id-denominazzjonijiet jistħoqqilhom li jitniżżlu fir-“Reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ l-Oriġini protetti u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” u għalhekk li jkunu protetti fil-pjan komunitarju bħala Denominazzjoni ta’ l-Oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta.

(5)

L-Anness mar-Regolament preżenti jissupplementa l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 (3).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 hu supplementat mid-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness tar-Regolament preżenti u dawn id-denominazzjonijiet huma mniżżla bħala Denominazzjoni ta’ l-Oriġini protetta (AOP) jew indikazzjoni ġeografika protetta (IGP), fir-“Reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ l-Oriġini protetti u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” stipulat mill-Artikolu 6 Paragrafu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fit-totalità kollha tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Awwissu 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

PRODOTTI TA’ L-ANNESS I TAT-TRATTAT DESTINATI GħALL-IKEL UMAN

Ġobon

FRANZA

Valençay (AOP)

Ħut, molluski, krustaċji friski u prodotti a bażi ta’

RENJU UNIT

Scottish Farmed Salmon (IGP)

Laħam (u interjuri) friski

SPANJA

Ternera de Extremadura (IGP)

Materji grassi, (butir, marġerina, żjut eċċ)

SPANJA

Aceite de Mallorca jew Aceite mallorquín jew Oli de Mallorca jew Oli mallorquí (AOP)


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1215/2004 (ĠU L 232, 1.7.2004, p. 21).

(2)  ĠU C 236, 2.10.2003, p. 27 (Valençay).

ĠU C 246, 14.10.2003, p. 4 (Scottish Farmed Salmon).

ĠU C 246, 14.10.2003, p. 10 (Ternera de Extremadura).

ĠU C 246, 14.10.2003, p. 15 (Aceite de Mallorca jew Aceite mallorquín jew Oli de Mallorca jew Oli mallorquí).

(3)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1258/2004 (ĠU L 239, 9.7.2004, p. 5).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

49


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Lulju 2004 tistabbilixxi ċertifikat tas-saħħa mudell għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ klieb, qtates u inmsa għall-kummerċ

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/595/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Lulju 2004

tistabbilixxi ċertifikat tas-saħħa mudell għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ klieb, qtates u inmsa għall-kummerċ

(notifikata bid-dokument numru C(2004) 1947)

(Test b’rilevanza għaz-ZEE)

(2004/595/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Konformi mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistipula r-rekwiżiti dwar saħħet l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijoni li m’humiex soġġetti għar-rekwiżiti dwar saħħet l-annimali kif stipulati fir-regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A (I) mad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikulari punt (b) ta’ l-Artikolu 17(2) ta’ dan,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistipula r-rekwiżiti dwar saħħet l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijoni.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li jirrigwarda r-rekwiżiti dwar saħħet l-annimali applikabbli għall-ispostament mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi u d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (2) li temendah jistipula r-rekwiżiti dwar saħħet l-annimali applikabbli għall-ispostament mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi u r-regoli applikabbli għall-kontrolli fuq tali spostament. Wieħed mill-għanijiet ta’ dak ir-Regolament hu li jiżgura l-uniformità tar-regoli applikabbli għall-kummerċ u l-ispostament mhux kummerċjali ta’ annimali u li jevita l-frodi.

(3)

Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 emenda d-Direttiva 92/65/KEE sabiex dik id-Direttiva tipprovdi li biex ikunu l-oġġett ta’ kummerċ, klieb, qtates u inmsa jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’dak ir-Regolament.

(4)

Għalhekk, huwa xieraq li jkunu adottati regoli għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ klieb, qtates u inmsa għall-kummerċ li jikkorrispondu ma’ dawk għall-importazzjoni mhux kummerċjali ta’ dawk l-annimali waqt li jibqa’ jinżamm l-eżami kliniku meħtieġ mill- Artikolu 16 tad-Direttiva (KE) 92/65/KE.

(5)

Huwa xieraq li jkun żgurat li r-regoli u l-prinċipji applikati mill-uffiċjali taċ-ċertifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi jipprovdu garanziji suffiċjenti. Għalhekk hija biss l-importazzjoni għall-kummerċ fil-Komunità ta’ klieb, qtates u inmsa li ġejjin mill-pajjiżi elenkati fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976, li għamel lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ annimali bovini, majjali, annimali ekwini, nagħaġ u mogħoż, laħam frisk u prodotti tal-laħam (3), jew fl-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 998/2003 li għandha tkun awtorizzata.

(6)

Ċertifikat mudell għall-ispostamenti mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi ta’ klieb, qtates u inmsa ġie stabbilit bid-Deċiżjoni 2004/203/KE (4) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 998/2003. Ċertifikat mudell għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ klieb, qtates u inmsa għall-kummerċ għandu għalhekk jiġi stabbilit.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 emenda l-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/65/KEE sabiex il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-kummerċ ta’ klieb, qtates u inmsa jkunu konformi mal-kundizzjonijiet li japplikaw għall-movimenti mhux kummerċjali u b’konsegwenza ta’ dan, id-Deċiżjoni 94/273/CE (5) li tirrigwarda ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għat-tqegħid fis-suq fir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ klieb u qtates li ma joriġinawx minn dawk il-pajjiżi, għandha tiġi revokata.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ klieb, qtates u inmsa għall-kummerċ kif stipulat mill-Artikolu 16 tad-Direttiva 92/65/KEE assoġġettata għar-rekwiżiti segwenti:

(a)

huma jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi elenkati fi: Anness II mad-Deċiżjoni 79/542/KEE jew elenkati f’Sezzjoni 2 ta’ Parti B u Parti Ċ ta’ l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 998/2003

(b)

huma jkunu akkumpanjati minn ċertifikat skond il-mudell stipulat fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Dak iċ-ċertifikat għandu jkun meħtieġ għal dħul minn kwalunkwe pajjiż terz kif imsemmi f’punt (a) ta’ l-ewwel paragrafu fi Stat Membru li m’huwiex l-Irlanda, l-Isvezja jew ir-Renju Unit u minn kwalunkwe pajjiz terz elenkat f’Sezzjoni 2 ta’ Parti B and Parti Ċ ta’ l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 998/2003 għal dħul fl-Irlanda, l-Isvezja u r-Renju Unit.

Artikolu 2

Deċiżjoni 94/273/KE hija revokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ mit-12 ta’ Ottubru 2004.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Lulju 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Anness imsemmi fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

(2)  ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 592/2004 (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 7).

(3)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/372/KE (ĠU L 118, 23.4.2004, p. 45).

(4)  ĠU L 65, 3.3.2004, p. 13. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/301/KE (ĠU L 98, 2.4.2004, p. 55).

(5)  ĠU L 117, 7.5.1994, p. 37. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2001/298/KE (ĠU L 102, 12.4.2001, p. 63).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

53


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2004 tas-16 ta’ Awwissu 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2090/2002 li jistipula regoli dettalljati biex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 fir-rigward ta’ l-ispezzjonijiet imwettqa meta prodotti agrikoli li jikkwalifikaw għar-rifużjonijiet jiġu esportati

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1454/2004

tas-16 ta’ Awwissu 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2090/2002 li jistipula regoli dettalljati biex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 fir-rigward ta’ l-ispezzjonijiet imwettqa meta prodotti agrikoli li jikkwalifikaw għar-rifużjonijiet jiġu esportati

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill(KEE) Nru 386/90 tat-12 ta’ Frar 1990 dwar il-monitoraġġ imwettaq fil-ħin ta’ l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli li jirċievu r-rifużjonijiet jew ammonti oħra (1), u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/2002 (2) jirrikjedi li l-Istati Membri jesegwixxu numru ta’ spezzjonijiet ssostituttivi kull sena kalendarja, li ma tridx tkun inqas min numru ta’ jiem li fuqhom prodotti li għandhom rifużjoni ta’ l-esportazzjoni jitilqu it-territorju tad-dwana tal-Komunità. Irid ikun iċċarat li n-numru ta’ l-ispezzjonijet sostituttivi ma jridux ikunu inqas min-numru ta’ ġranet jew nofs in-numru ta’ ġranet li fuqhom kunsinni ta’ prodotti li għandhom rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni, mhux issiġġillati skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 10(2), iħallu it-territorju tad-dwana tal-Komunità mill-uffiċċju tal-ħruġ tad-dwana kkonċernat.

(2)

L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/2002 jirrikjedi li l-Istati Membri jissottomettu evalwazzjonijet annwali fuq l-implimentazzjoni u l-effettività ta’ l-ispezzjonijiet imwettqa taħt dan ir-Regolament u l-proċeduri applikati biex jiġu magħżula l-prodotti suġġetti għall-ispezzjonijiet fiżiċi.

(3)

L-Artikolu 26(7) tar-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 800/1999 tal-15 t’April 1999 li jistipula regoli ddettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fuq prodotti agrikoli (3) jirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jissottomettu evalwazzjonijiet annwali fuq l-implimentazzjoni u l-effettività ta’ l-ispezzjonijiet imwettqa skond ir-Regolament (KE) Nru 2090/2002 fuq dikjarazzjonijiet ta’ pagamenti.

(4)

L-elementi ta’ dawn ir-rapporti annwali jridu jitfasslu f’aktar dettal sabiex tiġi żgurata trasparenza u tiġi permessa evalwazzjoni komuni.

(5)

Dawn ir-rapporti annwali jridu jitfasslu abbażi tar-rapport annwali tal-2005 li jkopri s-sena 2004. Minħabba li l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu addattamenti organizzattivi biex jiġbru l-informazzjoni dwar il-valur mitlub tar-rifużjonijiet, huma jistgħu jagħżlu li jirrappurtaw din l-informazzjoni mir-rapport ta’ l-2006 li jkopri s-sena 2005.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitati tat-Tmexxija kkonċernati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2090/2002 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 10(2), it-tieni u t-tielet subparagrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“In-numru ta’ spezzjonijiet sostituttivimagħmula f’kull sena kalendarja ma jistgħux ikunu inqas min-numru ta’ jiem li fihom kunsinni ta’ prodotti li għandhom rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni, mhux issiġġillati skond l-ewwel subparagrafu, iħallu t-territorju tad-dwana tal-Komunità mill-Uffiċċju tad-dwana kkonċernat.

Meta esportatur wieħed biss huwa suġġett għall-ispezzjoni isostituttiva, dan in-numru ma jistax ikun inqas minn nofs in-numru tal-ġranet li fihom il-kunsinni tal-prodotti li għandhom ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni, mhux issiġġillati skond l-ewwel subparagrafu, iħallu t-territorju tad-dwana tal-Komunità mill-Uffiċċju tad-dwana kkonċernat.”

2.

L-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Qabel l-ewwel ta’ Mejju ta’ kull sena, l-Istati Membri jridu jibagħtu lill-Kummissjoni rapport li jevalwa l-implimentazzjoni u l-effettivita ta’ l-ispezzjonijiet imwettqa taħt dan ir-Regolament u l-proċeduri applikati biex jintgħażlu l-prodotti suġġetti għall-ispezzjonijiet. Ir-rapport irid jinkludi l-elementi li hemm imniżżla fl-Anness III li jkopru d-dikjarazzjonijiet ta’ l-esportazzjoni aċċettati mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti.

Ir-rapporti jridu jiġu ssottomessi fuq CD-ROM kompattibli ma’ ISO 9660 jew fuq mezz ta’ data elettroniku ekwivalenti u f’forma kartaċea.

Għar-rapport annwali tas-sena 2005 li jkopri dikjarazzjonijiet aċċettati fl-2004, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jirrappurtawx:

l--inċidenzi finanzjarji ta’ l-irregolaritajiet bejn EUR 200 u EUR 4 000 taħt punt 1.5 ta’Al-anness III,

L-informazzjoni mitluba taħt punt 1.7 ta’ l-Anness III.”

3.

It-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament huwa miżjud bħala Anness III.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Awwissu 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

ANNESS III

L-ELEMENTI TAR-RAPPORT ANNWALI SKOND L-ARTIKOLU 11

1.   L-esekuzzjoni ta’ l-ispezzjonijiet fl-uffiċċji ta’ l-esportazzjoni tad-dwana

1.1.   In-numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ l-esportazzjoni għal kull settur ta’ kull uffiċċju tad-dwana mhux esklużi taħt l-Artikolu 2 meta tiġi kkalkulata r-rata minima ta’ l-ispezzjonijiet.

1.2.   L-indikazzjoni dwar jekk id-dikjarazzjonijiet kienu eskluzi taħt l-Artikolu 2(2)(a) jew taħt l-Artikolu 2(2)(b).

1.3.   In-numru ta’ spezzjonijiet fiżiċi mwettqa għal kull settur għal kull uffiċċju tad-dwana.

1.4.   Jekk applikabbli, ista ta’ Uffiċċji tad-dwana li japplikaw rati mnaqqsa ta’ spezzjonijiet skond Artikolu 6(c).

1.5.   In-numru ta’ spezzjonijiet kull settur li wassal biex jinkixfu irregolaritajiet, l-inċidenza finanzjarja ta’ l-irregolaritajiet żvelati fejn il-valur mitlub ta’ rifużjonijiet jaqbeż il-EUR 200 u, fejn applikabbli, in-numru tar-riferenza użat għall-kommunikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 595/91 (*).

1.6.   Jekk applikabbli, l-aġġornament tan-numru ta’ irregolaritaijiet li kienu kkomunikati lill-Kummissjoni fir-rapporti annwali preċedenti.

1.7.   Il-valur mitlub tar-rifużjonijiet għal kull settur ta’ dikjarazzjonijiet soġġetti għall-ispezzjonijiet.

2.   L-esekuzzjoni ta’ spezzjonijiet sostituttivi fl-uffiċċji tad-dwana

2.1.   In-numru ta’ jiem għal kull uffiċċju tad-dwana li minnhom il-kunsinni tal-prodotti li għandom ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni, mhux issiġġilati skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 10(2), ħallew it-territorju tad-dwana tal-Komunità mill-Uffiċċju partikolari tad-dwana.

2.2.   In-numru ta’ spezzjonijiet sostituttivisostituttivi kif imsemmijaimsemmija fl-Artikolu 10(2) immwettqa f’kull uffiċċju tad-dwana.

2.3.   In-numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ l-esportazzjoni li għalihom l-uffiċċju tad-dwana ta’ l-esportazzjoni ma jkunx issiġilla l-mezz tat-trasport jew l-ippakkjar.

In-numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ l-esportazzjoni li għalihom is-siġilli mwaħħla mat-tluq tneħħew mhux taħt is-superviżjoni tad-dwana, jew li s-siġilli nkisru jew li l-dispensa mill-issiġillar taħt l-Artikolu 357(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 ma ġietx konċessa.

2.4.   In-numru ta’ l-ispezzjonijiet sostituttivi speċifiċi kif imsemmija fl-Artikolu 10(2a) ta’ dan ir-Regolament esegwit għal kull uffiċċju tad-dwana.

2.5.   In-numru ta’ spezzjonijiet sostituttivi kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament, li fihom instabu irregolaritajiet li jaqbżu l-valur ta’ rifużjoni ta’ EUR 200, jinkludu, fejn applikabbli, in-numru ta’ riferenza li huwa wżat għall-kommunikazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 595/91.

In-numru ta’ spezzjonijiet sostituttivi speċifiċi kif imsemmija fl-Artikolu 10(2a) ta’ dan ir-Regolament, li fihom instabu irregolaritajiet li jaqbżu l-valur ta’ rifużjoni ta’ EUR 200 jinkludu, fejn applikabbli, in-numru tar-referenza li huwa wżat għall-kommunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 595/91.

2.6.   Jekk applikabbli, l-aġġornament tan-numru ta’ l-irregolaritajiet li kienu kkomunikati lill-Kummissjoni fir-rapport annwali preċedenti.

2.7.   Sa liema punt l-uffiċċji tad-dwana tal-ħruġ applikaw l-Artikolu 10(7) ta’ dan ir-Regolament u liema informazzjoni ingħatat mill-aġenziji li jħallsu kkonċernati.

3.   Proċeduri għall-għażla ta’ kunsinni għall-ispezzjonar

3.1.   Deskrizzjoni tal-proċeduri għall-għażla ta’ kunsinni għall-ispezzjonar fiżiku u l-effettività tagħhom.

4.   Modifikitas-sistema jew l-istrateġija ta’ l-analiżi tar-riskju

L-informazzjoni f’punt 4.1 hija mitluba mill-Istati Membri li qed japplikaw analiżi tar-riskju skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 386/90.

4.1.   Deskrizzjoni tal-modifikikollha tal-miżuri nnotifikati lill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3122/94 (**).

5.   Informazzjoni ddettaljata dwar is-sistemi ta’ selezzjoni u sistemi ta’ l-analiżi tar-riskju

L-informazzjoni f’punti 5.1-5.4 hija mitluba mill-Istati Membri li qed japplikaw analiżi tar-riskju skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 3122/94. L-informazzjoni ghandha tiġi sottomessa biss jekk kien hemm modifiki mill-aħħar rapport.

L-informazzjoni f’punt 5.5 hija mitluba mill-Istati Membri li mhux qed japplikaw l-analiżi tar-riskju skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 3122/94.

5.1.   Deskrizzjoni tas-sistema uniformi, jekk hi eżistenti, li tirrekordja l-iskala tar-rata tar-riskji assoċjat ma’ kull kunsinna.

5.2.   Deskrizzjoni ta’ l-intervalli ta’ l-evalwazzjoni perjodika u reviżjoni tar-riskji assessjati

5.3.   Deskrizzjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ u l-feedback sabiex jiġi żgurat li l-ispezzjonijiet mmirati jitwettqu jew li jiġu rrekordjati raġunijiet sodisfaċenti ‘l għaliex dan ma jkunx sar.

5.4.   Jekk ma jkun hemm l-ebda reviżjoni ta’ l-evalwazzjoni tar-riskju (ara punt 5.2) għall-aħħar perjodi ta’ l-irrappurtar, irid ikun hemm spjegazzjoni ‘l għaliex l-evalwazzjoni eżistenti tibqa’ l-mezz xieraq biex tiġi żgurata l-effettività ta’ l-ispezzjonar.

5.5.   Jekk l-analiżi tar-riskju skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 3122/94 ma tiġix applikata, għandu jkun hemm spjegazzjoni ‘l għaliex is-sistema ta’ l-ispezzjonijiet tibqa’ xorta waħda l-mezz xieraq li jiżgura l-effettività ta’ l-ispezzjonijiet.

6.   Koordinament mar-Regolament (KEE) Nru 4045/89

6.1.   Deskrizzjoni tal-miżura skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 386/90 li ttieħdet biex jittejjeb il-koordinament mar-Regolament(KEE) Nru 4045/89.

7.   Diffikultajiet biex jiġi applikat ir-Regolament (KEE) Nru 386/90 u dan ir-Regolament

7.1.   Deskrizzjoni ta’ xi diffikultajiet li wieħed jiltaqa’ magħhom fl-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 386/90 jew f’dan ir-Regolament u l-miżuri meħuda biex dawn jingħelbu jew proposti b’dan il-għan.

8.   Evalwazzjonijiet ta’ l-ispezzjonijiet imwettqa

8.1.   Evalwazzjoni dwar jekk l-ispezzjonijiet twettqux b’mod sodisfaċenti.

8.2.   Rapport jekk il-korp li jiċċertifika msemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 1663/95 (***) għamilx xi stqarrijiet rigward l-esekuzzjoni ta’ l-ispezzjonar fiżiku u l-ispezzjonar sostituttiv fl-aħħar rapport skond l-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament u li jkun indikat il-post rispettiv fir-rapport (kapitolu, paġna etc). Jekk ir-rapport ikun fih rakkomandazzjonijiet dwar it-titjib tas-sistema ta’ l-ispezzjonijiet fiżiċi u sostituttivi, għandu jiġi indikat liema miżuri ġew implimentati biex tittejjeb is-sistema.

8.3.   L-Istati Membri li għadhom ma implimentawx il-miżuri kif imfissra taħt punt 8.2 meta jitfassal ir-rapport annwali jridu jghaddu din l-informazzjoni sal-31 ta’ Lulju tas-sena li fiha jiġi sottomess ir-rapport annwali.

9.   Suġġerimenti għat-titjib

9.1.   Fejn hu xieraq, suġġerimenti għat-titjib, jew fl-applikazzjoni tar-Regolament, jew fir-Regolament innifsu.

10.   Spezzjonijiet fiżiċi fuq prodotti jew prodotti mqiegħda taħt il-prefinanzjament skond Artikolu 26(7) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999

Għall-ispezzjonijiet fiżiċi, eżegwiti abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-pagamenti, biex jiġi applikat l-Artikolu 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 565/80 (****), irid jiġi rrapurtat dan li ġej:

10.1.   In-numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ pagament għal kull settur għalkull uffiċċju tad-dwana li mhux eskluż taħt Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament meta tiġi kkalkulata ir-rata minima ta’ l-ispezzjonijiet.

10.2.   In-numru ta’ l-ispezzjonijiet fiżiċi għal kull settur għal kull uffiċċju tad-dwana.

10.3.   In-numru ta’ spezzjonijiet għal kull settur li wasslu biex jinstabu l-irregolaritaijiet, l-inċidenza finanzjarja ta’ l-irregolaritajiet misjuba fejn il-valur misjub tar-rifużjonijiet qabeż l-EUR 200 u, fejn applikabbli, in-numru tar-riferenza wżat għall-kommunikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 595/91.


(1)  ĠU L 42, 16.2.1990, p. 6. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 163/94 (ĠU L 24, 29.1.1994, p. 2).

(2)  ĠU L 322, 27.11.2002, p. 4. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament(KE) Nru 909/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 61).

(3)  ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Regolament l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 671/2004 (ĠU L 105, 14.4.2004, p. 5).

(*)  ĠU L 67, 14.3.1991, p. 11.

(**)  ĠU L 330, 21.12.1994, p. 31.

(***)  ĠU L 158, 8.7.1995, p. 6.

(****)  ĠU L 62, 7.3.1980, p. 5.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

58


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1471/2004 tat-18 ta’ Awwissu 2004 li jemenda l-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar l-importazzjoni ta’ prodotti taċ-ċerv mill-Kanada u l-Istati Uniti

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1471/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1471/2004

tat-18 ta’ Awwissu 2004

li jemenda l-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar l-importazzjoni ta’ prodotti taċ-ċerv mill-Kanada u l-Istati Uniti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jwaqqaf ir-regoli għall-ħarsien, il-kontroll u l-qerda ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu (1), u l-aktar l-ewwel paragrafu ta’ l-Artiklu 23 miġjub fih,

Billi:

(1)

Il-Marda tal-Chronic Wasting ġiet irrappurtata fi ċriev u elk li jitrabbew fl-irziezet u salvaġġi fil-Kanada u fl-Istati Uniti. S’issa, ma kienu kkonfermati l-ebda każijiet ta’ din il-marda fl-Ewropa.

(2)

Fl-opinjoni tiegħu tas-6-7 ta’ Marzu 2003, il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv irrakkomanda li jkun imsaħħaħ il-ħarsien tas-saħħa ta’ l-annimali u dik pubblika fil-Komunità minħabba r-riskju li ġej mill-Marda Chronic Wasting fiċ-ċriev fil-Kanada u l-Istati Uniti.

(3)

Minħabba li l-Kanada u l-Istati Uniti mhumiex imniżżla fil-lista ta’ pajjiżi terzi li huma approvati biex jesportaw annimali li jixtarru mhux domestiċi lejn il-Komunità, kif stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tfassal il-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi u li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet fuq is-saħħa ta’ l-annimali u dik pubblika kif ukoll fuq iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (2), l-esportazzjoni ta’ ċriev ħajjin minn dawn il-pajjiżi lejn il-Komunità hija diġà pprojbita.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE, li tistabbilixxi l-kriterji tas-saħħa ta’ l-annimali li jikkontrollaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ annimali, semen, bajd u embrijoni li mhumiex suġġetti għall-kriterji tas-saħħa ta’ l-annimali stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(1) għad-Direttiva 90/425/KEE (3), tisħaq li s-semen, il-bajd u l-embrijoni biss ta’ ċerti speċi msemmija jistgħu jkunu impurtati fil-Komunità. L-ispeċi taċ-ċriev mhumiex inklużi. Għalhekk, l-importazzjoni tas-semen, l-embrijoni u l-bajd taċ-ċriev fil-Komunità hija diġà pprojbita.

(5)

Għandhom jiddaħħlu miżuri biex jitnaqqas ir-riskju li jista’ jkun hemm għas-saħħa ta’ l-annimali u ta’ dik pubblika minħabba l-importazzjoni ta’ laħam frisk, prodotti tal-laħam u preparazzjonijiet tal-laħam taċ-ċriev li jitrabbew fl-irziezet u slavaġ.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu, għalhekk, jiġi emendat kif xieraq.

(7)

Il-miżuri li hemm f’dan ir-Regolament huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artiklu 1

L-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 qed ikun emendat fi qbil ma’ l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artiklu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu jkun jgħodd mill-1 ta’ Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jgħodd direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Awwissu 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Fil-parti D ta’ l-Anness XI, il-punt 4 li ġej għandu jiżdied:

“4.

(a)

Meta l-laħam ta’ l-annimali tal-kaċċa li jitrabbew fl-irziezet definit bid-Direttiva tal-Kunsill 91/495/KEE (4), il-preparazzjonijiet tal-laħam definiti bid-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KE (5), u l-prodotti tal-laħam definiti bid-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE (6), li jkunu ġejjin miċ-ċriev li jitrabbew fl-irziezet, ikunu impurtati fil-Komunità mill-Kanada jew l-Istati Uniti, iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom ikunu appoġġjati b’dikjarazzjoni ffirmata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-produzzjoni, b’din il-kitba li ġejja:

‘Dan il-prodott fih jew ġej esklussivament mil-laħam, barra l-ġewwieni u s-sinsla tad-dahar, ta’ ċriev li ġew eżaminati għall-Marda Chronic Wasting b’metodi ta’ istopatoloġija, immunoistokimika jew ta’ dijanjosi oħra li huma magħrufa mill-awtorità kompetenti, u dawn il-metodi ma taw l-ebda riżultat pożittiv ta’ mard. Dan il-laħam mhuwiex ġej minn annimali ta’ merħliet li fihom kienet ikkonfermata l-marda Chronic Wasting jew fejn dwarha hemm suspett uffiċjali.’

(b)

Meta l-laħam ta’ l-annimali tal-kaċċa kif definit bid-Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE (7), il-preparazzjonijiet tal-laħam definiti bid-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KE, u l-prodotti tal-laħam definiti bid-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE, li jkunu ġejjin minn ċriev salvaġġi, jiġu impurtati fil-Komunità mill-Kanada jew l-Istati Uniti, iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkun appoġġjat b’dikjarazzjoni ffirmata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-produzzjoni, b’din il-kitba li ġejja:

‘Dan il-prodott fih jew ġej esklussivament mil-laħam, barra l-ġewwieni u s-sinsla tad-dahar, ta’ ċriev li ġew eżaminati għall-Marda Chronic Wasting b’metodi ta’ istopatoloġija, immunoistokimika jew ta’ dijanjosi oħra li huma magħrufa mill-awtorità kompetenti, u dawn il-metodi ma taw l-ebda riżultat pożittiv ta’ mard. Dan il-laħam mhuwiex ġej minn reġjun fejn il-marda Chronic Wasting ġiet ikkonfermata fl-aħħar tliet snin jew fejn dwarha hemm suspett uffiċjali.’”


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 876/2004 (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 52).

(2)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/554/KE (ĠU L 248, 9.7.2004, p. 1).

(3)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/68/KE (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 320).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

60


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Awwissu 2004 li taċċetta impenn offrut f'konnessjoni mal-proċedimenti anti-dumping li jirrigwarda l-importazzjonijiet tal-polyethylene terephthalate li joriġina, inter alia, mill-Awstralja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/600/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-4 ta’ Awwissu 2004

li taċċetta impenn offrut f'konnessjoni mal-proċedimenti anti-dumping li jirrigwarda l-importazzjonijiet tal-polyethylene terephthalate li joriġina, inter alia, mill-Awstralja

(2004/600/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunitajiet Ewropej (1) (ir-“regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi,

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Fid-19 ta’ Frar 2004, il-Kummissjoni imponiet, bir-Regolament (KE) Nru 306/2004 (2), dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ poly(ethylene terephthalate) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “PET” jew ‘il-prodott ikkonċernat’) li joriġina fl-Awstralja, fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Pakistan (“ir-Regolament provviżorju”).

(2)

Wara l-adozzjoni tal-miżuri anti-dumping provviżorji, il-Kummissjoni kompliet l-investigazzjoni tad-dumping, ħsara u l-interess tal-Komunità. Is-sejbiet definittivi u l-konklużjonijiet tal-investigazzjoni huma stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/2004 (3) li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-PET li joriġina mill-Awstralja, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Pakistan (“ir-Regolament definittiv”).

(3)

L-investigazzjoni kkonfermat is-sejbiet provviżorji ta’ dumping ta’ ħsara li jirrigwardaw l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Awstralja u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   L-IMPENN

(4)

Wara l-adozzjoni tal-miżuri anti-dumping provviżorji, produttur kooperattiv li jesporta fl-Awstralja (Leading Synthetics Pty Ltd) offra prezz tal-impenn skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. F’dan l-impenn, il-produttur li jesporta kkonċernat offra li jbiegħ il-prodott kkonċernat fil-livell jew fuq il-liveli ta' prezzijiet li jeliminaw l-effett ta’ ħsara ta’ dumping.

(5)

Il-kumpanija se tipprovdi wkoll lill-Kummissjoni b’informazzjoni regolari u dettaljata dwar l-esportazzjonijiet tagħha lejn il-Komunità, li jfisser li l-impenn jista’ jiġi ssorveljat b’mod effettiv mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-istruttura tal-bejgħ tal-kumpanija hija magħmula b'mod li l-Kummissjoni tikkunsidra li r-riskju li l-impenn ma jinżammx huwa wieħed limitat.

(6)

Minħabba dan, huwa kkunsidrat li l-impenn ikun aċċettat.

(7)

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tissorvelja b’mod effettiv il-konformità tal-kumpanija mal-impenn, meta t-talba għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont l-impenn issir lill-awtorità rilevanti tad-dwana, l-eżenzjoni mid-dazju għandha tiddependi fuq li tkun preżentata fattura li jkollha mill-inqas il-punti ta’ informazzjoni elenkati fl-Anness 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/2004. Dan il-livell ta’ informazzjoni hu wkoll meħtieġ sabiex jippermetti lill-awtoritajiet tad-dwana jaċċertaw irwieħhom bi preċiżjoni suffiċjenti li l-ġarr jikkorispondi mad-dokumenti kummerċjali. Meta ma tkunx ippreżentata fattura bħal din, jew meta ma tikkorrispondix mal-prodott ippreżentat lid-dwana, għandu minflok jitħallas l-ammont xieraq ta’ dazju anti-dumping.

(8)

Fil-każ ta' ksur jew irtirar tal-impenn, jew ksur issuspettat, jista' jiġi impost dazju anti-dumping skont l-Artikolu 8(9) u (10) tar-Regolament bażiku,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-impenn offrut mill-produttur esportatur imsemmi hawn isfel, b’konnessjoni mal-proċediment anti-dumping preżenti dwar importazzjonijiet ta’ ċertu poly(ethylene terephthalate) li joriġina mill-Awstralja, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Pakistan huwa b’dan aċċettat.

Pajjiż

Il-manifattur

Kodiċi TARIC addizzjonali

Awstralja

Leading Synthetics Pty Ltd

A503

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Awwissu 2004.

Għall-Kummissjoni

Pascal LAMY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 52, 21.2.2004, p. 5.

(3)  Ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

62


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1483/2004 ta’ l-20 ta’ Awwissu 2004 dwar it-tkomplija ta’ l-anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 marbut mar-reġistrazzjoni ta’ ċerti ismijiet fir- “Reġistru ta’ l-ismijiet ta’ oriġini protetta u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (“Carne de la Sierra de Guadarrama”, “Ternera de Navarra” jew “Nafarroako Aratxea”, “Carne de Vacuno del País Vasco” jew “Euskal Okela”, “Ternera Asturiana” u “Carne de Cantabria”)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1483/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1483/2004

ta’ l-20 ta’ Awwissu 2004

dwar it-tkomplija ta’ l-anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 marbut mar-reġistrazzjoni ta’ ċerti ismijiet fir- “Reġistru ta’ l-ismijiet ta’ oriġini protetta u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (“Carne de la Sierra de Guadarrama”, “Ternera de Navarra” jew “Nafarroako Aratxea”, “Carne de Vacuno del País Vasco” jew “Euskal Okela”, “Ternera Asturiana” u “Carne de Cantabria”)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunisdrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li rat ir-Regolament tal-Kunsill(KEE) Nru 2081/92, ta’ l-14 ta’ Lulju 1992, dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u ta’ l-ismijiet ta’ oriġini tal-prodotti agrikoli u materjal ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu;

Tikkunsidra dan li ġej:

(1)

Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, Spanja ressqet quddiem il-Kummissjoni ħames talbiet ta’ reġistrazzjoni marbuta ma’ l-indikazzjoni ġeografika għall-ismijiet “Carne de la Sierra de Guadarrama”, “Ternera de Navarra” jew “Nafarroako Aratxea”, “Carne de Vacuno del País Vasco” jew “Euskal Okela”, “Ternera Asturiana” u “Carne de Cantabria”.

(2)

Ġie żgurat, skond l-Artikolu 6(1) ta’ l-imsemmi Regolament, li huma konformi ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari li jinkludu l-elementi kollha previsti fl-Artikolu 4 tiegħu.

(3)

Il-Kummissjoni ma ħarġet l-ebda dikjarazzjoni ta’ objezzjoni, fis-sens ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, wara l-pubblikazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2) dwar l-ismijiet li jidhru fl-anness ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Għalhekk, dawn l-ismijiet jixirqilhom li jkunu inklużi fir-“Reġistru ta’ l-isimijiet ta’ oriġini protetta u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” u għalhekk ikunu mħarsa fuq il-pjan Komunitarju bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

(5)

L-anness ta’ dan ir-Regolament ikompli ma’ l-anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 hu miżjud bl-ismijiet li jidhru fl-anness ta’ dan ir-Regolament u dawn l-ismijiet huma mniżżla fir-“Reġistru ta’ l-isimijiet ta’ oriġini protetta u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” bħala indikazzjoni ġeografika protetta (IGP), previst fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 2081/92.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u hu direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul Brussell, 20 ta’ Awwissu 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

PRODOTTI TA’ L-ANNESS I TAT-TRATTAT MAĦSUBA GĦALL-IKEL TAL-BNIEDEM

Laħam (u skart) friski

SPANJA

 

Carne de la Sierra de Guadarrama (IGP)

 

Ternera de Navarra ou Nafarroako Aratxea (IGP)

 

Carne de Vacuno del País Vasco ou Euskal Okela (IGP)

 

Ternera Asturiana (IGP)

 

Carne de Cantabria (IGP)


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Regolament modifikat fl-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1215/2004 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU C 206, 2.9.2003, p. 11 (Carne de la Sierra de Guadarrama)

ĠU C 207, 3.9.2003, p. 5 (Ternera de Navarra jew Nafarroako Aratxea)

ĠU C 207, 3.9.2003, p. 10 (Carne de Vacuno del País Vasco jew Euskal Okela)

ĠU C 207, 3.9.2003, p. 16 (Ternera Asturiana)

ĠU C 212, 6.9.2003, p. 2 (Carne de Cantabria)

(3)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1258/2004 (ĠU L 239, 9.7.2004, p. 5).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

64


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1486/2004 ta’ l-20 ta’ Awwissu 2004 Dwar it-tkomplija ta’ l-anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 marbut mar-reġistrazzjoni ta’ ċerti ismijiet fir-“Reġistru ta’ l-ismijiet ta’ oriġini protetta u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (Farinheira de Estremoz e Borba, Domfront, Kiwi Latina, Valle del Belice u Noix du Périgord)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1486/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1486/2004

ta’ l-20 ta’ Awwissu 2004

Dwar it-tkomplija ta’ l-anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 marbut mar-reġistrazzjoni ta’ ċerti ismijiet fir-“Reġistru ta’ l-ismijiet ta’ oriġini protetta u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (Farinheira de Estremoz e Borba, Domfront, Kiwi Latina, Valle del Belice u Noix du Périgord)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li rat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92, ta’ l-14 ta’ Lulju 1992, relattiv mal-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u ta’ l-ismijiet ta’ oriġini tal-prodotti agrikoli u materjal ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3)(4);

Tikkunsidra dan li ġej:

(1)

Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, il-Portugall ressaq quddiem il-Kummissjoni talba ta’ reġistrazzjoni bħala indikazzjoni ġeografika għall-isem “Farinheira de Estremoz e Borba”, l-Italja ressqet quddiem il-Kummissjoni talba għal reġistrazzjoni bħala indikazzjoni ġeografika għall-isem “Kiwi Latina” u talba ta’ reġistrazzjoni bħala isem ta’ oriġini għall-isem “Valle del Belice” u Franza ressqet quddiem il-Kummissjoni żewġ talbiet ta’ reġistrazzjoni bħala indikazzjoni ta’ oriġini għall-ismijiet “Domfront” u “Noix du Périgord”.

(2)

Ġie żgurat, skond l-Artikolu 6(1) ta’ l-imsemmi Regolament, li huma konformi ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari li jinkludu l-elementi kollha previsti fl-Artikolu 4 tiegħu.

(3)

Il-Kummissjoni ma ħarġet l-ebda dikjarazzjoni ta’ objezzjoni, fis-sens ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, wara l-pubblikazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2) dwar l-ismijiet li jidhru fl-anness ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Għalhekk, dawn l-ismijiet jixirqilhom li jkunu inklużi fir-“Reġistru ta’ l-isimijiet ta’ oriġini protetta u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” u għalhekk ikunu mħarsa fuq il-pjan Komunitarju bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jew ismijet ta’ oriġini protetta.

(5)

L-anness ta’ dan ir-Regolament ikompli ma’ l-anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 (3).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 hu miżjud bil-ħames ismijiet li jidhru fl-anness ta’ dan ir-Regolament u dawn l-ismijiet huma mniżżla fir-“Reġistru ta’ l-isimijiet ta’ oriġini protetta u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” bħala indikazzjoni ġeografika protetta (IGP) jew isem ta’ oriġini protetta (AOP) previst fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 2081/92.

Article 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u hu direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul Brussell, 20 ta’ Awwissu 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

PRODOTTI TA’ L-ANNESS I TAT-TRATTAT MAĦSUBA GĦALL-IKEL TAL-BNIEDEM

Prodotti derivati mill-laħam (imsaħħan, immellaħ, iffumikat eċċ)

 

PORTUGALL

Farinheira de Estremoz e Borba (IGP)

Prodotti oħra ta’ l-anness I (spezji eċċ)

 

FRANZA

Domfront (AOP)

Xaħmijiet (butir, margarina, żjut eċċ)

 

ITALJA

Valle del Belice (AOP)

Frott, ħxejjex u ċereali fi stat naturali jew mibdula

 

ITALJA

Kiwi Latina (IGP)

 

FRANZA

Noix du Périgord (AOP)


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1215/2004 (ĠU L 232, 1.7.2004, p. 21).

(2)  ĠU C 168, 13.7.2002, p. 10 (Farinheira de Estremoz e Borba).

ĠU C 261, 30.10.2003, p. 6 (Domfront).

ĠU C 262, 31.10.2003, p. 7 (Kiwi Latina).

ĠU C 277, 18.11.2003, p. 9 (Valle del Belice).

ĠU C 277, 18.11.2003, p. 12 (Noix du Périgord).

(3)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1258/2004 (ĠU L 239, 9.7.2004, p. 5).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

66


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/2004 ta’ l-20 ta’ Awwissu 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1488/2004

ta’ l-20 ta’ Awwissu 2004

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (1), u partikolarment l-Artikolu 11 (a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-awtoritajiet kompetenti li għalihom huma attribwiti funzjonijiet speċifiċi marbuta ma' l-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament.

(2)

Fl-1 ta’ Mejju 2004, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ssieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea. L-Att ta’ l-Adeżjoni ma jipprevedix emenda għal dan l-Anness.

(3)

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ġodda għandhom għalhekk jiġu inklużi mill-1 ta’ Mejju 2004 f’dak l-Anness,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Anness II għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa għalhekk emendat fi qbil ma’ l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regoilament jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Ser japplika mill-1 ta’ Mejju 2004.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Maghmula fi Brussell, 20 ta’ Awwissu 2004.

Ghall-Kummissjoni

Christopher PATTEN

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Anness II għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jiġi emendat kif ġej:

1)

Dan li ġej jiddaħħal bejn l-entrati għall-Belġju u d-Danimarka:

 

“IR-REPUBBLIKA ĊEKA

 

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Licenční správa

Na Františku 32

110 15 Praha 1

Tel: +420 22406 2720

Fax: +420 22422 1811

 

Ministerstvo financí

Finanční analyticky útvar

P.O. Box 675

Jindřisská 14

111 21 Praha 1

Tel: +420 25704 4501

Fax: +420 25704 4502”

2)

Dan li ġej jiddaħħal bejn l-entrati għall-Ġermanja u l-Greċja:

 

“L-ESTONJA

Eesti Välisministeerium

Islandi väljak 1

15049 Tallinn

Tel +372 6 317 100

Fax: +372 6 317 199

Finantsinspektsioon

Sakala 4

15030 Tallinn

Tel: +372 6680500

Fax: +372 6680501”

3)

Dan li ġej jidda]]al bejn l-entrati għall-Italja u l-Lussemburgu:

 

“ĊIPRU

 

Υπουργείο Εξωτερικών

Λεωφ. Προεδρικού Μεγάρου

1447 Λευκωσία

Τηλ: +357-22-300600

Φαξ: +357-22-661881

 

Ministry of Foreign Affairs

Presidential Palace Avenue

1447 Nicosia

Tel: +357-22-300600

Fax: +357-22-661881

 

IL-LATVJA

 

Latvijas Republikas Ārlietu ministrija

Brīvības iela 36

Rīga LV1395

Tel. Nr. (371) 7016201

Fax Nr. (371) 7828121

 

Noziedzīgi iegūto līdzekļu legalizācijas novēršanas dienests

Kalpaka bulvārī 6,

Rīgā, LV 1081

Tel: +7044 431

Fax: +7044 549

 

IL-LITWANJA

Economics Department

Ministry of Foreign Affairs of the Republic of Lithuania

J. Tumo-Vaižganto 2

LT-2600 Vilnius

Tel.: 370 5 236 25 92

Fax: 370 5 231 30 90”

4)

Dan li ġej jiddaħħal bejn l-entrati għal-Lussemburgu u l-Olanda:

 

“L-UNGERIJA

Pénzügyminisztérium

1051 Budapest

József nádor tér 2-4.

Tel: (36-1) 327 2100

Fax: (36-1) 318 2570

 

MALTA

Bord ta' Sorveljanza dwar is-Sanzjonijiet

Direttorat ta' l-Affarijiet Multilaterali

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Palazzo Parisio

Triq il-Merkanti

Valletta CMR 02

Tel: +356 21 24 28 53

Fax: +356 21 25 15 20”

5)

Dan li ġej jidda]]al bejn l-entrati għall-Awstrija u l-Portugall:

 

“IL-POLONJA

Ministerstwo Spraw Zagranicznych

Departament Prawno — Traktatowy

Al. J. CH. Szucha 23

PL-00-580 Warszawa

Tel. (48 22) 523 93 48

Fax (48 22) 523 91 29”

6)

Dan li ġej jiddaħħal bejn l-entrati għall-Portugall u l-Finlandja:

 

“IS-SLOVENJA

 

Bank of Slovenia

Slovenska 35

1505 Ljubljana

Tel: +386 (1) 471 90 00

Fax: +386 (1) 251 55 16

http://www.bsi.si

 

Ministry of Foreign Affairs of the Republic of Slovenia

Prešernova 25

1000 Ljubljana

Tel: +386 1 478 20 00

Fax: +386 1 478 23 47

http://www.gov.si/mzz

 

IS-SLOVAKKJA

 

Għal assistenza finanzjarja u teknika marbuta ma’ attivitajiet militari:

Ministerstvo hospodárstva Slovenskej republiky

‘Sekcia obchodných vzťahov a ochrany spotrebiteľa’.

Mierová 19

827 15 Bratislava

tel: +421 2 4854 2116

fax: +421 2 4854 3116

 

Għall-fondi u r-riżorsi ekonomiċi:

Ministerstvo financií Slovenskej republiky

Štefanovičova 5

817 82 Bratislava

tel: +421 2 5958 2201

fax: +421 2 5249 3531”

7)

Dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għar-Renju Unit:

 

“IL-KOMUNITÀ EWROPEA

Il-Kummissjoni għall-Komunitajiet Ewropej

Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni

Direttorat CFSP

Unità A.2: Kwistjonijiet legali u istituzzjonali għar-relazzjonijiet esterni — Sanzjonijiet

CHAR 12/163

B-1049 Bruxelles/Brussel

Tel. (32-2) 295 81 48, 296 25 56

Fax (32-2) 296 75 63”


(1)  ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

70


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1489/2004 ta’ l-20 ta’ Awwissu 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/2004 li jikkonċerna ċerti miżuri ristrettivi fir-rigward tal-Liberja u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1030/2003

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1489/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1489/2004

ta’ l-20 ta’ Awwissu 2004

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/2004 li jikkonċerna ċerti miżuri ristrettivi fir-rigward tal-Liberja u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1030/2003

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/2004 ta’ l-10 ta’ Frar 2004 li jikkonċerna ċerti miżuri ristrettivi fir-rigward tal-Liberja u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1030/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 (a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 234/2004 jelenka l-awtoritajiet kompetenti li fuqhom huma attribwiti l-funzjonijiet speċifiċi relatati ma’ l-implimentazzjoni tar-Regolament.

(2)

Fl-1 ta’ Mejju 2004, saret l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja. L-Att ta’ l-Adeżjoni ma jipprovdiex għal emenda ta’ dan l-Anness.

(3)

L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi ta’ l-Istati Membri l-ġodda għandhom, għalhekk, jiġu nklużi f’dan l-Anness mill-1 ta’ Mejju 2004,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 234/2004 qed jiġi hawnhekk emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Awwissu 2004.

Għall-Kummissjoni

Christopher PATTEN

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Anness I tar-Regolament (KE) Nru 234/2004 huwa emendat kif ġej:

1)

Dan li ġej jiddaħħal bejn l-entrati tal-Belġjum u d-Danimarka:

 

“CZECH REPUBLIC

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Licenční správa

Na Františku 32

110 15 Praha 1

Tel: +420 22406 2720

Fax: +420 22422 1811”

2)

Dan li ġej jiddaħħal bejn l-entrati tal-Ġermanja u tal-Greċja:

 

“ESTONIA

 

Eesti Välisministeerium

Islandi väljak 1

15049 Tallinn

Tel +372 6 317 100

Fax: +372 6 317 199

 

Finantsinspektsioon

Sakala 4

15030 Tallinn

Tel: +372 6680500

Fax: +372 6680501”

3)

Dan li ġej jiddaħħal bejn l-entrati ta' l-Italja u tal-Lussemburgu:

 

“CYPRUS

 

Υπουργείο Εξωτερικών

Λεωφ. Προεδρικού Μεγάρου

1447 Λευκωσία

Τηλ: +357-22-300600

Φαξ: +357-22-661881

 

Ministry of Foreign Affairs

Presidential Palace Avenue

1447 Nicosia

Tel: +357-22-300600

Fax: +357-22-661881

 

LATVIA

Latvijas Republikas Ārlietu ministrija

Brīvības iela 36

Rīga LV1395

Tel. Nr. (371) 7016201

Fax Nr. (371) 7828121

 

LITHUANIA

Economics Department

Ministry of Foreign Affairs of the Republic of Lithuania

J. Tumo-Vaižganto 2

LT-2600 Vilnius

Tel.: 370 5 236 25 92

Fax: 370 5 231 30 90”

4)

Dan li ġej jiddaħħal bejn l-entrati tal-Lussemburgu u ta’ l-Olanda:

 

“HUNGARY

Gazdasági és Közlekedési Minisztérium

Engedélyezési és Közigazgatási Hivatal

1024 Budapest

Margit körút 85

Tel: (36-1) 336 7300

Fax: (36-1) 336 7302

 

MALTA

Bord ta' Sorveljanza dwar is-Sanzjonijiet

Direttorat ta' l-Affarijiet Multilaterali

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Palazzo Parisio

Triq il-Merkanti

Valletta CMR 02

Tel: +356 21 24 28 53

Fax: +356 21 25 15 20”

5)

Dan li ġej jiddaħħal bejn l-entrati ta’ l-Awstrija u tal-Portugall:

 

“POLAND

Ministerstwo Spraw Zagranicznych

Departament Prawno — Traktatowy

Al. J. CH. Szucha 23

PL-00-580 Warszawa

Tel. (48 22) 523 93 48

Fax (48 22) 523 91 29”

6)

Dan li ġej jiddaħħal bejn l-entrati tal-Portugall u tal-Finlandja:

 

“SLOVENIA

Ministry of Foreign Affairs of the Republic of Slovenia

Prešernova 25

1000 Ljubljana

Tel: +386 1 478 20 00

Fax: +386 1 478 23 47

http://www.gov.si/mzz

 

SLOVAKIA

Ministerstvo hospodárstva Slovenskej republiky

Sekcia obchodných vzťahov a ochranspotrebiteľa

Mierová 19

827 15 Bratislava

tel: +421 2 4854 2116

fax: +421 2 4854 3116”

7)

Dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata tar-Renju Unit:

 

“KOMUNITÀ EWROPEA

Commission of the European Communities

Directorate-General for External Relations

Directorate CFSP

Unit A.2: Legal and institutional matters for external relations — Sanctions

CHAR 12/163

B-1049 Bruxelles/Brussel

Tel. (32-2) 295 81 48, 296 25 56

Fax (32-2) 296 75 63”


(1)  ĠU L 40, 12.2.2004, p. 1.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

74


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Awwissu 2004 li temenda id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/EC fir-rigward il-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera miftiehma għal spezzjonijiet veterinarji fuq l-annimali u fuq prodotti ta’ l-annimali minn pajjiżi terzi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/608/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Awwissu 2004

li temenda id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/EC fir-rigward il-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera miftiehma għal spezzjonijiet veterinarji fuq l-annimali u fuq prodotti ta’ l-annimali minn pajjiżi terzi

(notifikata bid-dokument numru C(2004) 3127)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/608/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazjoni ta’ spezzjonijiet veterinarji fuq prodotti li deħlin fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ spezzjonijiet veterinarji fuq annimali li deħlin fil-Kommunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE tas-7 ta’ Diċembru 2001 li toħloq lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera miftiehma għal-spezzjonijiet veterinarji fuq l-annimali u fuq prodotti ta’ l-annimali minn pajjiżi terzi u li taġġorna r-regoli dettaljati li jikkonċernaw l-ispezzjonijiet li jridu jsiru minn esperti tal-Kummissjoni (3) għandhom jiġu aġġornati biex jieħdu in konsiderazzjoni b’mod partikolari l-iżviluppi f’ċerti Stati Membri u ta’ l-ispezzjonijiet tal-Komunità.

(2)

Fuq rikjesta ta’ l-Awtoritajiet Sloveni, u wara spezzjoni tal-Komunità, postijiet addizzjonali ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fi triq Jelsane, ajruport ta’ Brnik, u l-istazzjon tal-ferrovija ta’ Dobova għandhom jiġu miżjuda mal-lista.

(3)

Fuq rikjesta ta’ l-Awtoritajiet Maltin, u wara spezzjoni tal-Kommunità, postijiet addizzjonali ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-Port Ħieles ta’ Marsaxlokk għandhom jiġi miżjuda mal-lista.

(4)

Fuq rikjesta ta’ l-Awtoritajiet Estonjani, u wara spezzjoni tal-Komunità, postijiet addizzjonali ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Muuga, u fi triq Narva għandhom jiġu miżjuda mal-lista.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Kurrenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2001/881/KE, l-entrata li ġejja hija miżjuda mal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għall-Estonia:

“1

2

3

4

5

6

Muuga

2300399

P

 

HC, NHC-T(FR), NHC-NT

 

Narva

2300299

R

 

HC, NHC-NT”

 

Artikolu 2

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2001/881/KE, l-entrata li ġejja hija miżjuda mal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għal-Malta:

“1

2

3

4

5

6

Marsaxlokk

3103099

P

 

HC, NHC”

 

Artikolu 3

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2001/881/KE, l-entrata li ġejja hija miżjuda mal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għas-Slovenja:

“1

2

3

4

5

6

Ljubljana Brnik

2600499

A

 

HC(2), NHC(2)

O

Dobova

2600699

F

 

HC(2), NHC(2)

U, E

Jelsane

2600299

R

 

HC, NHC-NT, NHC-T(CH)

O”

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul Brussell, 19 ta’ Awwissu 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Direttiva hekk kif l-aħħar emendata bir-Regolament 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

(2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Direttiva hekk kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

(3)  ĠU L 326, 11.12.2001, p. 44. Deċiżjoni hekk kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2004/517/KE (ĠU L 221, 21.6.2004, p. 18).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

76


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1515/2004 tas-26 ta’ Awwissu 2004 li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 2295/2003 li jistabbilixxi t-termini għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 tal-Kunsill rigward ċerti standards ta’ bejgħ applikabbli għall-bajd

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1515/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1515/2004

tas-26 ta’ Awwissu 2004

li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 2295/2003 li jistabbilixxi t-termini għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 tal-Kunsill rigward ċerti standards ta’ bejgħ applikabbli għall-bajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 1907/90 tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1990 rigward ċerti standards ta’ bejgħ applikabbli għall-bajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5, Paragrafu 3, l-Artikolu 7, Paragrafu 1, punt d), l-Artikolu 10, Paragrafu 3, l-Artikolu 20, Paragrafu 1, u l-Artikolu 22, Paragrafu 2 ta’ dan,

Billi:

(1)

L-esperjenza akkwiżita fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2295/2003 tal-Kummissjoni (2) wriet li hu neċessarju li jsiru xi preċiżjonijiet għal ċerti miżuri ta’ l-imsemmi Regolament.

(2)

Il-kolletturi jeżerċitaw attività li tippermettilhom jiġbru l-bajd fil-postijiet tal-produzzjoni u li jikkunsinjawhom fiċ-ċentri ta’ l-ippakkjar jew fi stabbilimenti oħra, kemm l-industrija ta’ l-ikel u kemm dik li mhix. Jaqbel li jiġi ppreċiżat lil liema stabbilimenti jistgħu jsiru dawn il-konsenji.

(3)

Il-garanzija tal-kwalità tal-bajd tiddependi parzjalment mill-ħinijiet ta’ ġbir tal-bajd u tal-konsenja ta’ dawn fiċ-ċentri ta’ l-ippakkjar. L-użu ta’ metodi differenti ta’ ġbir u ta’ konsenja tal-bajd mill-operaturi ekonomiċi m’għandux iwassal biex ikun preferut metodu ta’ organizzazzjoni fir-rigward ta’ ieħor. Għalhekk hu neċessarju li jkunu preċiżati l-ħinijiet applikabbli fil-każijiet differenti ta’ metodi użati.

(4)

Il-leġislazzjoni komunitarja tiddistingwi bejn l-operaturi ekonomiċi skond il-kundizzjonijiet li fihom huma jintervjenu fl-immaniġġjar ta’ prodotti ta’ oriġini annimali u ma tissottomettix għall-approvazzjoni l-istabbilimenti li jieħdu biss ħsieb ta’ l-attivitajiet ta’ trasport jew ta’ ħażna li m’għandhomx bżonn ta’ regolazzjoni tat-temperatura. Jaqbel għalhekk li jkunu sottomessi biss għar-reġistrazzjoni il-kolletturi li ma jintervjenux ħlief biex jassiguraw it-trasport tal-bajd bejn il-post tal-produzzjoni u l-istabbiliment li ser jimmaniġġja l-bajd, li jiġu preċiżati t-termini ta’ l-approvazzjoni u li jkunu stipulati l-formalitajiet speċifiċi għar-reġistrazzjoni ta’ din il-kategorija ta’ kolletturi.

(5)

Minħabba li jkun hemm telf fiżjoloġiku ta’ ilma u ta’ piż fil-bajd bejn id-data meta tbiedu u d-data li jinbiegħu lill-konsumatur finali, huwa neċessarju li jkun ippreċiżat li l-piż nett totali muri fil-ħin ta’ l-ippakkjar tal-bajd għandu mill-anqas jikkorespondi għall-piż nett totali tal-bajd meta jinbiegħu lill-konsumatur finali.

(6)

Il-konsenja lill-industrija ta’ “bajd ta’ kategorija A” tista’ ssir mingħajr ma tkun affettwata l-klassifikazzjoni f’kategoriji ta’ piż. Jaqbel għalhekk li jintalab li l-marka ta’ distinzjoni “bajd ta’ kategorija A” tkun imwaħħla fuq il-kontenituri konsenjati lill-istabbilimenti konċernati.

(7)

L-immarkar tal-bajd u ta’ l-ippakkjar kif stipulat mill-Artikoli 7 u 10 tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 jistgħu jsiru f’dati differenti. Jaqbel li dawn id-dati jkunu preċiżati.

(8)

Sabiex tkun evitata l-frodi fl-użu ta’ kuntratti ta’ esklussività maħsuba fl-Artikolu 8, Paragrafu 5, tar-Regolament (KE) Nru 2295/2003, jaqbel li l-Istati Membri jitħallew liberi li jiffissaw iż-żmien minimu għal dawn il-kuntratti, li jkun ta’ aktar minn xahar.

(9)

Sabiex ikun hemm traċċabilità tajba tal-prodotti f’każ ta’ trasferiment tal-bajd minn ċentru ta’ l-ippakkjar għal ieħor, jaqbel li l-ewwel ċentru ta’ l-ippakkjar jintalab jittimbra l-bajd qabel ma dawn jiġu konsenjati lit-tieni ċentru ta’ l-ippakkjar.

(10)

Il-miżuri relattivi għall-klassifikazzjoni, għall-ippakkjar u għall-konsenja lejn ċentru ta’ l-ippakkjar ieħor kif stipulati mill-Artikolu 12, Paragrafu 3, tar-Regolament (KE) Nru 2295/2003 joħolqu ċerta konfużjoni u jagħmlu xogħol doppju ma’ dawk ta’ l-Artikolu 2 ta’ l-imsemmi Regolament. Għalhekk jaqbel li jitneħħew.

(11)

Sabiex ikun permess li l-immarkar tal-bajd isir f’kundizzjonijiet identiċi jkun xi jkun il-metodu tat-trobbija, jaqbel li jkun permess, fil-każijiet kollha, l-użu ta’ kodiċi li jidhru f’punt 2.1. ta’ l-Anness mad-Direttiva 2002/4/KE tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Jannar 2002 rigward ir-reġistrazzjoni ta’ stabbilimenti ta’ trobbija ta’ tiġieġ bajjada skond id-Direttiva 1999/74/KE tal-Kunsill (3).

(12)

Sabiex il-konsumatur ikun infurmat, fil-każ ta’ bejgħ fi kwantitajiet kbar, bit-tifsira tan-numru ta’ distinzjoni tal-produttur u tal-kodiċi użati, huwa indispensabbli li l-ispjegazzjoni tkun obbligatorja, fuq l-ippakkjar il-kbir u ppakkjar ieħor bħal per eżempju dawk fuq film tal-plastik, jew f’avviż separat.

(13)

Sabiex il-konsumatur ikun infurmat, fil-każ ta’ bejgħ ta’ bajd taħt it-titli ta’ “bajd maħsul” jew “bajd imkessaħ”, huwa neċessarju li l-bajd ikun immarkat b’mod li jippermetti li jingħarfu minn bajd mibjugħ taħt it-titlu ta’ “bajd ta’ kategorija A”, filwaqt li jkun meħtieġ li dawn il-bajd ikunu mmarkati b’indikazzjonijiet oħra stipulati għall-bajd ta’ kategorija A.

(14)

In-nuqqas ta’ mmarkar ta’ bajd destinat għall-industrija jista’ jippermetti frodi li twassal biex fuq is-suq ikun hemm ċerti gruppi ta’ bajd destinati għall-bejgħ separat ta’ bajd, li jkun fi ksur tal-leġislazzjoni komunitarja. Jaqbel li jkunu stipulati miżuri limitattivi għall-derogi stipulati għal dawn il-konsenji.

(15)

B’kunsiderazzjoni għall-obbligi internazzjonali tal-Komunità, il-bajd ta’ kategorija B impurtat minn pajjiżi terzi huwa eżenti mill-immarkar. Madankollu, b’kunsiderazzjoni għar-riskji ta’ frodi inerenti għal dan il-kummerċ fis-suq intern, jaqbel li jkunu stipulati miżuri ta’ sorveljanza li jippermettu li tkun garantita d-destinazzjoni finali tal-prodotti.

(16)

Il-leġislazzjoni komunitarja stipulat għall-importazzjoni tal-bajd minn pajjiżi terzi, f’konformità ma’ l-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991 rigward il-metodu ta’ produzzjoni bijoloġika ta’ prodotti agrikoli u l-preżentazzjoni tagħha fuq il-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel (4) ir-rikonoxximent ta’ standards applikati minn uħud minn dawn il-pajjiżi terzi. Jaqbel għalhekk li jkun stipulat li l-immarkar tal-bajd jista’ jsir direttament fil-pajjiż ta’ l-oriġini konċernat, fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk stipulati fil-livell komunitarju.

(17)

Bil-ħsieb li titjieb il-preżentazzjoni ta’ miżuri relattivi għar-reġistrazzjoni ta’ informazzjoni mitluba min-naħa tal-kategoriji differenti ta’ l-operaturi ekonomiċi, jaqbel li jerġgħu jinġabru l-obbligi stipulati fl-Artikoli 25, 26 u 27 tar-Regolament (KE) Nru 2295/2003 skond il-kategorija ta’ l-operaturi u skond it-tip ta’ l-obbligu.

(18)

L-Artikolu 6, Paragrafu 4, tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 jistipula li ċerti ċentri ta’ l-ippakkjar jistgħu jkunu approvati għall-ħasil tal-bajd. Il-komunikazzjoni tal-lista taċ-ċentri ta’ l-ippakkjar għalhekk għandha tinkludi din l-informazzjoni speċifika komplementari.

(19)

Ċerti derogi rigward l-eżiġenzi minimi applikabbli għall-faċilitajiet ta’ trobbija jibbenefikaw lill-stabbilimenti tat-trobbija sad-dati kif preċiżati mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 1999/74/KE tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 1999 li jistabbilixxi n-normi minimi relattivi għall-protezzjoni tat-tiġieġ bajjada (5). Dawn id-derogi madankollu ma jistgħux jistrieħu fuq obbligi stipulati mill-leġislazzjoni komunitarja applikabbli qabel, b’mod partikolari għal dawk li huma l-eżiġenzi minimi li jidhru fl-Anness II, punti c) u d), tar-Regolament (KEE) Nru 1274/91 tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Mejju 1991 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 tal-Kunsill rigward ċerti standards ta’ bejgħ applikabbli għall-bajd (6), qabel il-modifika introdotta mir-Regolament (KE) Nru 1651/2001 tal-Kummissjoni (7).

(20)

Għal raġunijiet ta’ lingwa, jaqbel li jiżdiedu ċerti sinonimi Griegi ekwivalenti għall-avviżi biex jintużaw għat-turija ta’ metodi ta’ trobbija ta’ tiġieġ bajjada imsemmija fil-kolonna 2 ta’ l-Anness II.

(21)

Għal din ir-raġuni jaqbel li jiġi modifikat r-Regolament (KE) Nru 2295/2003.

(22)

Il-miżuri stipulati minn dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-immaniġġjar tal-laħam tat-tajr u tal-bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2295/2003 hu emendat kif ġej.

1)

Fl-Artikolu 1, Paragrafu 3 hu sostitwit mit-test li ġej:

“3.   Il-kollettur jikkonsenja l-bajd lill-istabbilimenti oħra li l-kolletturi, stipulati fl-Artikolu 4, Paragrafu 1, punt a), tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90, sa l-aktar tard il-jum ta’ xogħol li jsegwi dak li fih jirċevihom.”

2)

Fl-Artikolu 2, Paragrafu 1 hu sostitwit mit-test li ġej:

“1.   Iċ-ċentru ta’ l-ippakkjar jikklassifika u jimmarka l-bajd sa l-aktar tard it-tieni jum ta’ xogħol li jsegwi dak li fih jirċevihom. Jingħata jum ta’ xogħol supplementari għall-ippakkjar tagħhom u l-immarkar ta’ l-ippakkjar.

L-ewwel linja mhix applikabbli meta l-bajd irċevut mill-produtturi huma konsenjati, wara l-immarkar konformi ma’ l-Artikolu 8, Paragrafu 6, lejn tieni ċentru ta’ ppakkjar għall-klassifikazzjoni skond il-kwalità u l-piż, ippakkjar u mmarkar ta’ l-ippakkjar. F’dan il-każ, il-konsenja lejn it-tieni ċentru ta’ l-ippakkjar issir sa l-aktar tard il-jum ta’ xogħol li jsegwi dak li fih jirċevihom l-ewwel wieħed. Il-klassifikazzjoni tal-bajd issir sa l-aktar tard il-jum ta’ xogħol li jsegwi dak li fih jirċevihom it-tieni ċentru ta’ l-ippakkjar. It-tieni ċentru ta’ l-ippakkjar jingħata jum ta’ xogħol supplementari għall-ippakkjar tal-bajd u l-immarkar ta’ l-ippakkjar.

Meta l-ewwel ċentru ta’ l-ippakkjar jikkonsenja l-bajd lit-tieni ċentru ta’ l-ippakkjar wara li jkun għamel l-immarkar u l-klassifikazzjoni skond il-kwalità u l-piż, l-ippakkjar tal-bajd u l-immarkar ta’ l-ippakkjar isiru fi żmien jum ta’ xogħol li jsegwi dak li fih jirċevihom it-tieni ċentru.

L-Artikolu 1, Paragrafu 4, japplika għall-konsenji maħsuba fit-tieni u t-tielet linja. Fil-każ maħsub fit-tielet linja, kull kontenitur ikollu wkoll l-avviż tal-kategorija tal-piż u tal-kwalità tal-bajd.”

3)

Fl-Artikolu 3, Paragrafu 1 hu sostitwit bit-test li ġej:

“1.   Ma jistgħux ikunu approvati bħala ċentri ta’ l-ippakkjar maħsuba fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 jew irreġistrati bħala kolletturi ħlief l-intrapriżi u l-produtturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.”

4)

L-Artikolu 4 hu emendat kif ġej:

a)

il-Paragrafu 1 hu sostitwit bit-test li ġej:

“1.   Kull rikjesta għall-approvazzjoni ta’ ċentru ta’ l-ippakkjar jew ta’ reġistrazzjoni ta’ kollettur għandha tkun indirizzata lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsabu l-lokalità tal-kollettur jew taċ-ċentru.”

b)

fil-Paragrafu 2, is-sentenza introduttorja hi sostitwita mit-test li ġej:

“L-awtorità kompetenti tattribwixxi liċ-ċentru ta’ l-ippakkjar numru ta’ approvazzjoni ta’ distinzjoni li kodiċi inizjali tiegħu hu dan li ġej:”

c)

il-Paragrafu 4 hu miżjud kif ġej:

“4.   L-awtorità kompetenti tirreġistra separatament l-intrapriżi li jintervjenu biss bħala kolletturi, f’konformità ma’ l-Artikolu 4, Paragrafu 2 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jiffissa regoli speċifiċi ta’ iġjene applikabbli għall-oġġetti ta’ l-ikel ta’ oriġini annimali (*).

(*)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.”"

5)

L-Artikolu 7 hu emendat kif ġej:

a)

Paragrafu 3 hu sostitwit mit-test li ġej:

“3.   Meta l-bajd ta’ gradi differenti tal- ‘kategorija A’ jew tal- ‘bajd maħsul’ ta’ gradi differenti huma ppakkjati fl-istess ippakkjar, f’konformità ma’ l-Artikolu 13, Paragrafu 3, tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90, il-piż nett totali tal-bajd ikun indikat fi grammi u l-avviż ‘Bajd ta’ gradi differenti’ jkun indikat permezz ta’ termini korrispondenti.

Il-piż nett totali tal-bajd, maħsub fl-ewwel linja, għandu jqis it-telf fiżjoloġiku ta’ piż tal-bajd matul il-ħażna u mill-anqas jikkorrisponi għall-piż nett totali tal-bajd fil-ħin tal-bejgħ lill-konsumatur finali.”

b)

Paragrafu 4 hu sostitwit mit-test li ġej:

“4.   Meta l-bajd ta’ kategorija A jkun konsenjat, taħt dan it-titlu, lill-intrapriżi ta’ l-industrija ta’ l-ikel approvati f’konformità mad-Direttiva 89/437/KEE, il-klassifikazzjoni f’kategoriji ta’ piż mhix obbligatorja u l-konsenja ssir taħt il-kundizzjonijiet definiti mill-Artikolu 1, Paragrafu 4, b’indikazzjoni fuq il-kontenitur ta’ l-avviż supplementari ‘Bajd tal-kategorija A’.”

6)

L’Artikolu 8 hu emendat kif ġej:

a)

fil-Paragrafu 1, l-ewwel linja hi sostitwita mit-test li ġej:

“Il-marki stipulati fl-Artikolu 7 u fl-Artikolu 10, Paragrafu 1 u Paragrafu 2, punt c), tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 huma miżjuda rispettivament sa l-aktar tard fil-jum tal-klassifikazzjoni u ta’ l-ippakkjar.”

b)

il-Paragrafu 3 hu sostitwit mit-test li ġej:

“3.   Il-marki ta’ distinzjoni miżjuda fuq il-bajd tal-kategorija A u fuq il-bajd li jissodisfaw il-kriterji applikabbli għall-bajd ta’ kategorija A, mibjugħa bħala ‘bajd maħsul’ jew ‘bajd imkessaħ’, jikkonsistu fi:

a)

il-marka ta’ distinzjoni tal-kategorija A li tikkonsisti minn ċirku ta’ dijametru ta’ mill-anqas 12-il millimetru li fih hemm indikata l-marka ta’ distinzjoni tal-kategorija tal-piż li tikkonsisti mill-ittra jew l-ittri indikati fl-Artikolu 7, Paragrafu 1, ta’ dan ir-Regolament, ta’ għoli ta’ mill-anqas 2 millimetri, għall-bajd mibjugħa bħala bajd ta’ kategorija A;

b)

il-marka ta’ distinzjoni tal- ‘bajd maħsul’ li tikkonsisti mill-kelma ‘tvättat’ jew ‘gewassen’ b’ittri ta’ għoli ta’ mill-anqas 2 millimetri, għall-bajd mibjugħ taħt it-titlu ta’ ‘bajd maħsul’, f’konformità ma’ l-Artikolu 5, Paragrafu 2;

c)

il-marka ta’ distinzjoni tal-‘bajd imkessaħ’ li tikkonsisti fi triangolu ekwilaterali bil-ġnub ta’ mill-anqas 10 millimetri, għall-bajd mibjugħ taħt dan it-titlu ‘bajd imkessaħ’, f’konformità ma’ l-Artikolu 5, Paragrafu 3;

d)

in-numru ta’ distinzjoni tal-produttur li jikkonsisti minn kodiċi u ittri stipulati mid-Direttiva 2002/4/KE, ta’ għoli ta’ mill-anqas 2 millimetri;

e)

in-numru taċ-ċentru ta’ l-ippakkjar, f’ittri u ċifri ta’ għoli minimu ta’ 2 millimetri;

f)

id-dati, indikati permezz ta’ ittri u ċifri ta’ għoli minimu ta’ 2 millimetri, f’konformità ma’ l-avviżi li jidhru fl-Anness I, bl-indikazzjoni tal-jum u tax-xahar hekk kif definit fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament.”

c)

it-tieni linja tal-Paragrafu 4 hi mneħħija.

d)

il-Paragrafu 5 hu sostitwit mit-test li ġej:

“5.   Meta l-bajd ikun konsenjat mingħand produttur għal ċentru ta’ l-ippakkjar li qiegħed fi Stat Membru ieħor, il-bajd ikun ittimbrat b’numru ta’ distinzjoni tal-produttur, qabel ma jitlaq mill-post tal-produzzjoni.

Madankollu, jekk il-produttur u ċ-ċentru ta’ l-ippakkjar għaddew kuntratt ta’ konsenja li għandu esklussività għan-negozji b’sottokuntratt f’dan l-Istat Membru u l-obbligu li jagħmel l-immarkar, f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu qiegħed il-post tal-produzzjoni jista’, taħt talba ta’ l-operaturi ekonomiċi u skond il-ftehim preliminari ta’ l-Istat Membru fejn qiegħed iċ-ċentru ta’ l-ippakkjar, imur kontra dan l-obbligu. F’dan il-każ, kopja tal-kuntratt, ċertifikat li hu konformi ma’ l-oriġinali minn dawn l-operaturi, jintbagħat mat-trasport. L-awtoritajiet tal-kontroll maħsuba fl-Artikolu 29, Paragrafu 2, punt e), ikunu infurmati bl-għotja ta’ din id-deroga.

L-Istati Membri jiddeterminaw it-tul minimu tal-kuntratt ta’ konsenja maħsuba fit-tieni linja, li ma jistax ikun inferjuri għall-xahar.”

e)

il-Paragrafu 6 jiżdied kif ġej:

“6.   Meta bajd mhux klassifikat ikun trasferit minn ċentru ta’ l-ippakkjar għat-tieni, il-bajd ikun ittimbrat bin-numru ta’ distinzjoni tal-produttur, qabel ma jitlaq mill-ewwel ċentru ta’ l-ippakkjar.”

f)

il-Paragrafu 7 jiżdied kif ġej:

“7.   Meta l-bajd ikun konsenjat lill-industrija u l-immarkar tal-bajd m’hux obbligatorju fid-destinazzjoni l-ġdida tagħhom għal fini tal- konverżjoni, fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 2, Paragrafu 2, punti a) u b) tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90, l-eżenzjoni mill-immarkar mhix possibbli ħlief jekk il-konsenja tal-bajd issir:

mill-industrijalist konċernat taħt ix-xorta ta’ kollezzjoni diretta mingħand il-fornituri tradizzjonali tiegħu,

taħt ir-responsabilità totali ta’ l-industrijalist, li jintrabat b’dan it-titlu li juża l-bajd esklussivament għall-konverżjoni.

Fil-każijiet mhux maħsuba fil-linja preċedenti, l-immarkar ta’ bajd għandu jsir, skond il-kategorija ta’ bajd, f’konformità mal-Paragrafi 3, 4 u 5.”

7)

Fl-Artikolu 9, il-Paragrafu 5 hu miżjud kif ġej:

“5.   Għall-bajd imkessaħ destinant għall-bejgħ separat fid-dipartimenti Franċiżi barranin, id-data tad-dewmien minimu ma tistax tkun aktar minn erbgħin jum wara dak li fih ikun tbied.”

8)

Fil-Paragrafu 2, it-tieni linja ta’ l-Artikolu 11, il-kelma “erbgħin” hi sostitwita mill-kliem “tlieta u tletin”

9)

Fl-Artikolu 12, il-Paragrafu 3 hu sostitwit mit-test li ġej:

“3.   Meta l-fornitura ta’ bajd fiċ-ċentru ta’ l-ippakkjar ma ssirx f’kontenituri, imma hi żgurata mill-istess mezzi ta’ produzzjoni stabbiliti fil-post innifsu, il-bajd għandu jkun ittimbrat b’indikazzjoni tad-data li fih jinbied fil-jum li fih jinbied.

Madankollu, l-bajd li jitbiedu f’jiem li mhux ta’ xogħol jistgħu jiġu ttimbrati l-ewwel jum ta’ xogħol li jsegwi, fl-istess ħin tal-bajd li jkun tbied dak il-jum stess, u juri d-data ta’ l-ewwel jum mhux ta’ xogħol.”

10)

L-Artikolu 13 hu emendat kif ġej:

a)

fil-Paragrafu 1, l-ewwel daxx hu sostitwit mit-test li ġej:

“—

il-metodi ta’ trobbija maħsuba fl-Artikolu 7 u fl-Artikolu 10, Paragrafu 1, tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90, biss jistgħu jintużaw il-kodiċi li jidhru f’punt 2.1. ta’ l-Anness tad-Direttiva 2002/4/KE u l-avviżi li jidhru fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, bil-kundizzjoni li, fil-każijiet kollha, l-eżiġenzi stabbiliti fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament ikunu sodisfatti,”

b)

Paragrafu 2 hu sostitwit mit-test li ġej:

“2.   It-tifsira tan-numru ta’ distinzjoni tal-produttur hu mfisser f’avviż separat fil-każ ta’ bejgħ fi kwantitajiet kbar u fuq jew ġewwa l-ippakkjar fil-każ ta’ bajd ippakkjat.”

11)

L-Artikolu 16 hu emendat kif ġej:

a)

il-Paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti bit-test li ġej:

“1.   Il-bajd ta’ kategorija ‘A’, bl-eċċezzjoni ta’ bajd ta’ tnissil bijoloġiku, impurtat minn Norveġja, u wkoll il-bajd li ġej minn tnissil bijoloġiku impurtat f’konformità ma’ l-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, huma ttimbrati fil-pajjiż ta’ l-oriġini bin-numru ta’ distinzjoni tal-produttur, fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk stipulati mill-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-bajd ta’ kategorija ‘A’ impurtat minn pajjiżi terzi li mhumiex dawk maħsuba f’Paragrafu 1 huma ttimbrati fil-pajjiż ta’ l-oriġini, viżibilment b’mod ċar u perfettament leġibbli, bl-indikazzjoni tal-kodiċi ISO tal-pajjiż ta’ l-oriġini preċeduta mill-avviż li ġej: ‘standards mhux KE –’.”

b)

f’Paragrafu 4, l-ewwel linja hi sostitwita mit-test li ġej:

“L-indikazzjoni tal-metodu ta’ tnissil fuq l-ippakkjar tal-bajd ta’ kategorija ‘A’, bl-eċċezzjoni ta’ bajd ta’ tnissil bijoloġiku, impurtat minn Norveġja u fuq l-ippakkjar ta’ bajd li ġej minn tnissil bijoloġiku impurtat f’konformità ma’ l-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 issir fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk stipulati mill-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament”.

c)

il-Paragrafu 6. hu miżjud kif ġej:

“6.   Il-bajd, barra dawk ta’ kategorija A, impurtati minn pajjiżi terzi huma eżentati mill-ittimbrar. Madankollu, il-konsenja ta’ dawn il-bajd lill-industrija hi suġġetta għall-kontroll fid-destinazzjoni finali tagħhom, f’konformità mal-proċedura stipulata mill-Artikolu 296 tar-Regolament (KE) Nru 2454/93 (**), bil-ħsieb tal-konverżjoni tagħhom. B’din l-ipoteżi, id-dokument tal-kontroll T5 għandu jkollu fil-kaxxa 104 wieħed mill-avviżi li jissemmew fl-Anness V.

(**)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1335/2003 (ĠU L 187, 26.7.2003, p. 16).”"

12)

L-Artikolu 24 hu emendat kif ġej:

a)

Paragrafu 1 hu sostitwit mit-test li ġej:

“Il-produtturi, ċentri ta’ l-ippakkjar, il-kolletturi, l-intrapriżi agroalimentari, il-kummerċ fuq skala kbira u, fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 14, il-produtturi u l-fornituri ta’ l-ikel huma suġġetti ta’ kontrolli li l-frekwenza tagħhom hi stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi ta’ analiżi ta’ riskji fejn mill-anqas jittieħed kont ta’:

r-riżultat ta’ kontrolli li saru qabel,

l-komplessità tal-vjaġġ ta’ bejgħ li jgħaddu minnu l-bajd,

l-importanza tat-tqassim fl-istabbiliment tal-produzzjoni jew ta’ l-ippakkjar,

l-importanza ta’ l-ammonti prodotti jew ippakkjati,

xi tibdiliet konsiderevoli fin-natura tal-bajd prodotti jew trattati u/jew fil-metodu ta’ bejgħ meta mqabbel mas-snin ta’ qabel”.

b)

il-Paragrafu 2 hu sostitwit mit-test li ġej:

“Il-kontrolli jsiru b’mod regolari u mhux mistennija fl-istabbilimenti kollha. Il-mezzi ta’ produzzjoni u ċentri ta’ l-ippakkjar, meta jimmarkaw kif stipulat mill-Artikolu 12, ikunu suġġetti għal ispezzjonijiet aktar frekwenti.”

13)

L-Artikolu 25 hu emendat kif ġej:

a)

fil-Paragrafu 1, punt b), it-termini ta’ l-introduzzjoni huma sostitwiti mit-test li ġej:

b)

“l-informazzjoni relattiva għall-metodi ta’ għalf ta’ tiġieġ bajjada meta l-bajd ta’ kategorija A u l-ippakkjar tagħhom juru indikazzjoni tal-metodu ta’ l-għalf tat-tiġieġ bajjada, fejn jitniżżel il-metodu ta’ għalf magħmul:”.

b)

il-Paragrafu 2 hu sostitwit mit-test kif ġej:

“2.   Jekk il-produttur jimmarka ċerti bajd bl-indikazzjoni tad-data li fiha tbiedu u bajd ieħor mingħajr din l-indikazzjoni, l-informazzjoni maħsuba f’Paragrafu 1, punt a), it-tielet, ir-raba' u l-ħames daxx, huma reġistrati b’mod separat.”.

14)

Fl-Artikolu 26, Paragrafu 1, l-ewwel linja, il-punti mill-a) sa l-e) huma sostitwiti mit-test kif ġej:

“a)

il-kwantitajiet ta’ bajd mhux klassifikati li jirċievu, maqsuma skond il-produttur, li jkollhom l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ distinzjoni tal-produttur, id-data jew il-perjodu li fih tbiedu;

b)

wara l-klassifikazzjoni tal-bajd, il-kwantitajiet skond il-kwalità u l-kategorija tal-piż;

c)

il-kwantitajiet ta’ bajd klassifikati rċevuti li joriġinaw minn ċentri ta’ l-ippakkjar oħra, li juru n-numri ta’ distinzjoni ta’ dawn iċ-ċentri, d-data ta’ dewmien minimu u li jippreċiżaw l-identità tal-bejjiegħa;

d)

il-kwantitajiet ta’ bajd mhux klassifikati konsenjati lejn ċentri ta’ l-ippakkjar oħrajn, inklużi n-numri ta’ distinzjoni ta’ dawn iċ-ċentri u d-data li fiha tbiedu jew il-perjodu li fih tbiedu;

e)

in-numru u/jew il-piż tal-bajd konsenjati, skond il-kwalità u l-kategorija tal-piż, data ta’ l-ippakkjar għall-bajd tal-kategorija B jew data ta’ dewmien minimu għall-bajd ta’ kategorija A, bajd maħsul u bajd imkessaħ u skond ix-xerrej, bl-isem u l-indirizz ta’ dan ta’ l-aħħar.”.

15)

L-Artikolu 27 hu sostitwit mit-test kif ġej:

“Artikolu 27

Reġistrazzjoni mill-operaturi l-oħra

1.   Għall-bajd maħsuba fl-Artikoli 13, 14 u 15, il-kolletturi għandhom jippruvaw:

a)

id-dati tal-ġbir u l-kwantitajiet li nġabru;

b)

l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ distinzjoni tal-produtturi;

c)

id-dati u l-kwantitajiet tal-bajd konsenjati liċ-ċentri ta’ l-ippakkjar rispettivi.

Huma jirreġistraw separatament, skond il-metodu ta’ tnissil, skond il-metodu ta’ l-għalf u skond il-jum il-kwantitajiet ta’ bajd li huma jikkonsenjaw liċ-ċentri ta’ l-ippakkjar, inklużi n-numri ta’ distinzjoni ta’ dawn iċ-ċentri u d-data li fiha tbiedu jew il-perjodu li fih tbiedu.

2.   Għall-bajd maħsuba fl-Artikoli 13, 14 u 15, il-kummerċjanti ta’ kwantitajiet kbar, inklużi dawk li jerġgħu ibiegħu mingħajr ma jimmanipulaw il-bajd fiżikament, iridu jippruvaw:

a)

id-dati u l-ammonti kemm tax-xiri u kemm tal-bejgħ;

b)

l-ismijiet u l-indirizzi tal-fornituri u tax-xerrejja.

Barra minn hekk, il-kummerċjanti ta’ kwantitajiet kbar li jimmanipulaw dawn il-bajd fiżikament għandhom kull ġimgħa jirreġistraw l-istokk attwali.

3.   Il-kolletturi u l-kummerċjanti ta’ kwantitajiet kbar għandhom iżommu għal mill-anqas sitt xhur ir-reġistrazzjonijiet relattivi għat-transazzjonijiet kummerċjali ta’ xiri u bejgħ u inventorju ta’ stokks.

Huma jistgħu, minflok iżommu reġstri tax-xiri u l-bejgħ, iżommu l-irċevuti u n-noti ta’ konsenja ġewwa fajls, fejn ikunu indikati l-avviżi maħsuba fl-Artikoli 13, 14 u 15.

4.   Il-fabbrikanti u l-fornituri ta’ ikel iżommu rendikont ta’ konsenji magħmula lill-produtturi msemmija fl-Artikolu 25, Paragrafu 1, punt b), u jsemmu l-kompożizzjoni ta’ l-ikel konsenjat.

Huma jżommu dan ir-rendikont għal mill-anqas sitt xhur wara l-konsenja.

5.   L-intrapriżi agroalimentari, approvati f’konformità mad-Direttiva 89/437/KEE, iżommu għal perjodu ta’ mill-anqas sitt xhur, skond id-data li rċevewhom, id-dikjarazzjoni tat-taxxa tal-ġbir fuq konsenji li huma ħadu ħsieb, kompluti bl-informazzjoni li jkun hemm fuq il-kontenituri u l-ippakkjar, kif ukoll inventorju ta’ kull ġimgħa ta’ l-istokks ta’ bajd tagħhom.

6.   Ir-reġistri kollha, rendikontijiet u reġistrazzjonijiet oħra maħsuba fl-Artikoli 25 u 26 u f’dan l-Artikolu jitpoġġew, hekk kif mitluba, għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti.”.

16)

L-Artikolu 29 hu emendat kif ġej:

a)

Paragrafu 2 hu emendat kif ġej:

i)

punt b) hu sostitwit mit-test li ġej:

“b)

il-lista taċ-ċentri ta’ l-ippakkjar approvati f’konformità ma’ l-Artikolu 4, li fuqha jidhru l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ distinzjoni allokat lil kull wieħed minnhom, u li tippreċiża liema ċentri huma awtorizzati fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6, Paragrafu 4, tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90;”.

ii)

punt c) hu sostitwit mit-test li ġej:

“c)

il-metodi ta’ kontroll użati għall-fini ta’ l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ l-Artikoli 12, 13, 14, 15, 16 u 24 ta’ dan ir-Regolament;”.

iii)

il-punt g) jiżdied kif ġej:

“g)

l-intenzjoni tiegħu li japplika jew le d-deroga stipulata fl-Artikolu 8, Paragrafu 5, flimkien ma', jekk ikun il-każ, il-miżuri applikabbli għat-twettiq ta’ l-imsemmija deroga.”.

b)

f’Paragrafu 3, it-tieni linja hi sostitwita mit-test li ġej:

“Kull modifikazzjoni tal-listi, metodi tal-kontroll u miżuri tekniċi maħsuba f’Paragrafu 2 ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni, b’mezz elettroniku, mill-anqas sa l-1 t’April ta’ kull sena.”

17)

Fl-ewwel linja il-punti a) u b) tal-Paragrafu 1. ta’ l-Anness III, l-element tal-frażi li ġejja jitneħħa: “mid-dati maħsuba fl-imsemmi Artikolu,”

18)

Fit-tieni kolonna ta’ l-Anness II, it-termini Griegi li ġejjin huma miżjuda:

“α)

ή αυγά στρωμνής

β)

ή στρωμνής”.

19)

Fl-Anness III, il-Paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti mit-test li ġej:

“2.

Sal-31 ta’ Diċembru 2006, l-eżiġenzi relattivi għall-Artikolu 4, Paragrafu 1 tad-Direttiva 1999/74/KE msemmija f’punt 1 ta’ dan l-Anness ma japplikawx għall-faċilitajiet ta’ trobbija mibnija, mibnija mill-ġdid jew li bdew jaħdmu għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Jannar 2002 u li għadhom ma sarux konformi ma’ din id-Direttiva, f’konformità ma’ l-Artikolu 4, Paragrafu 2 ta’ din.

F’dan il-każ, mingħajr telfien ta’ derogi li jistgħu jagħtu l-Istati Membri f’dak li jikkonċerna d-densità ta’ l-annimali, f’konformità ma’ l-Artikolu 4, Paragrafu 1, punt 4) ta’ l-imsemmija Direttiva, il-faċilitajiet konċernati għandhom jirrispettaw l-eżiġenzi minimi li ġejjin:

a)

għas-sistemi ta’ trobbija li jippermettu lit-tiġieġ bajjada li jiċċaqalqu liberament bejn livelli differenti tal-faċilitajiet interjuri tal-bini:

il-faċilitajiet ikunu armati b’passiġġieri li jkunu twal biżżejjed biex kull tiġieġa jkollha spazju ta’ mill-anqas 15-il ċentimetru,

id-densità tal-popolazzjoni ma taqbiżx il-ħamsa u għoxrin tiġieġa għal kull metru kwadru ta’ superfiċje ta’ art aċċessibbli għat-tiġieġ.

b)

għas-sistemi ta’ trobbija li ma jippermettux lit-tiġieġ bajjada li jiċċaqalqu liberament bejn livelli differenti tal-faċilitajiet interjuri tal-bini:

id-densità tal-popolazzjoni ma teċċedix seba’ tiġiġiet għal kull metru kwadru ta’ superfiċje ta’ art aċċessibbli għat-tiġieġ,

mill-anqas terz ta’ din l-istess superfiċje tkun mgħottija b’mifrex għal taħt il-bhejjem bħal tiben, serratura, ramel jew pît,

parti suffiċjenti mis-superfiċje aċċessibbli għat-tiġieġ tkun destinata għall-ġbir tal-ħmieġ ta’ l-għasafar.

c)

għas-sistemi tat-trobbija li jippermettu lit-tiġieġ bajjada li jkollhom aċċess għal spazji esterjuri:

l-intern tal-bini jissodisfa l-kundizzjonijiet dikjarati f’a) jew b),

it-tiġieġ igawdu matul il-ġurnata minn possibilità mhux interrotta ta’ ħruġ liberu fil-beraħ, ħlief fil-każ ta’ restrizzjonijiet temporanji imposti mill-awtoritajiet veterinarji,

l-art aċċessibbli għat-tiġieġ hi, fil-biċċa l-kbira, mgħottija b’veġetazzjoni u ma tintuża għall-ebda użu ieħor, jekk mhux bħal għelieqi miżrugħa, imsaġar jew mergħat, anke jekk din ta’ l-aħħar tkun awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti,

is-superfiċje ta’ l-art trid tkun adatta għad-densità ta’ tiġieġ miżmuma u għan-natura ta’ l-art, id-densità ta’ l-annimali ma tistax taqbeż fl-ebda ħin l-2 500 tiġieġa għal kull ettaru ta’ art għad-dispożizzjoni tat-tiġieġ jew tiġieġa għal kull 4 metri kwadri; madankollu, meta kull tiġieġa jkollha għad-dispożizzjoni minimu ta’ 10 metri kwadri, tkun ipprattikata rotazzjoni u t-tiġieġ ikollhom aċċess liberu għall-ispazju kollu tul il-ħajja kollha fil-grupp, kull magħlaq użat irid jiggarantixxi l-ħin kollu mill-anqas 2,5 metri kwadri għal kull tiġieġa,

l-ispazji esterjuri ma jistgħux jestendu ’l hemm minn raġġ ta’ 150 metru mill-bokkaport tal-ħruġ tal-bini l-aktar qrib; madanakollu, estensjoni sa 350 metru mill-bokkaport tal-ħruġ tal-bini l-aktar qrib hi permessa sakemm numru suffiċjenti ta’ postijiet għall-kenn u minn fejn jittieħed l-ilma għar-raġuni ta’ din il-miżura jkunu mifruxa b’mod uniformi madwar l-ispazju esterjuri kollu b’mill-anqas erba’ postijiet għall-kenn għal kull ettaru.

3.

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw derogi għal punti 1 a) u 1 b) għall-istabbilimenti ta’ anqas minn 350 tiġieġa bajjada jew it-trobbija ta’ tiġieġ bajjada li jipproduċu għal dak li jikkonċerna l-obbligi maħsuba fl-Artikolu 4, Paragrafu 1, punt 1)d), it-tieni sentenza, u punt 1)e), tad-Direttiva 1999/74/KE għat-tiġieġ imrobbija fil-beraħ, fl-Artikolu 4, Paragrafu 1, punt 2), kif ukoll fl-Artikolu 4, Paragrafu 1, punti 3)a) i) u 3)b) i), ta’ l-imsemmija Direttiva.”

20)

L-Anness V li jsegwi hu miżjud:

“ANNESS V

Avviżi maħsuba fl-Artikolu 16, Paragrafu 6

—   bl-Ispanjol: huevos destinados exclusivamente a la transformación, de conformidad con lo dispuesto en el apartado 6 del artículo 16 del Reglamento (CE) no 2295/2003.

—   biċ-Ċek: vejce určená výhradně ke zpracování v souladu s čl. 16, odst. 6 Nařízení (ES) č. 2295/2003.

—   bid-Daniż: æg, der udelukkende er bestemt til forarbejdning, jf. artikel 16, stk. 6, i forordning (EF) nr. 2295/2003.

—   bil-Ġermaniż: Eier ausschließlich bestimmt zur Verarbeitung gemäß Artikel 16 Absatz 6 der Verordnung (EG) Nr. 2295/2003.

—   bl-Estonjan: eranditult ümbertöötlemisele kuuluvad munad, vastavalt määruse (EÜ) nr 2295/2003 artikli 16 lõikele 6.

—   bil-Grieg: αυγά που προορίζονται αποκλειστικά για την μεταποίησή τους σε υποπροϊόντα των αυγών που αναφέρονται στο παράρτημα Ι της συνθήκης, σύμφωνα με το άρθρο 16, παράγραφος 6 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 2295/2003.

—   bl-Ingliż: eggs intended exclusively for processing in accordance with Article 16(6) of Regulation (EC) No 2295/2003.

—   bil-Franċiż: œufs destinés exclusivement à la transformation, conformément à l’article 16, paragraphe 6 du règlement (CE) no 2295/2003.

—   bit-Taljan: uova destinate esclusivamente alla trasformazione, in conformità dell’articolo 16, paragrafo 6, del regolamento (CE) n. 2295/2003.

—   bil-Lettonjan: olas, kas paredzētas tikai pārstrādei, saskaņā ar regulas (EK) Nr. 2295/2003 16. panta 6. punktu.

—   bil-Litwan: tik perdirbti skirti kiaušiniai, atitinkantys Reglamento (EB) Nr. 2295/2003 16 straipsnio 6 dalies reikalavimus.

—   bl-Ungeriż: A 2295/2003/EK rendelet 16. cikke (6) bekezdésének megfelelően kizárólag feldolgozásra szánt tojás.

—   bil-Malti: bajd destinat esklussivament għall-konverżjoni, f’konformità ma’ l-Artikolu 16, Paragrafu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2295/2003.

—   bl-Olandiż: eieren die uitsluitend bestemd zijn voor verwerking, overeenkomstig artikel 16, lid 6, van Verordening (EG) nr. 2295/2003.

—   bil-Pollakk: jaja przeznaczone wyłącznie dla przetwórstwa, zgodnie z artykułem 16, paragraf 6 rozporządzenia (WE) nr 2295/2003.

—   bil-Portugiż: ovos destinados exclusivamente à transformação, em conformidade com o n.o 6 do artigo 16.o do Regulamento (CE) n.o 2295/2003.

—   bis-Slovakk: vajcia určené výhradne na spracovanie podľa článku 16, odsek 6 nariadenia (ES) č. 2295/2003.

—   bl-Isloven: jajca namenjena izključno predelavi, v skladu s 6. odstavkom 16. čelna uredbe (CE) št. 2295/2003.

—   bil-Finlandiż: Yksinomaan jalostettaviksi tarkoitettuja munia asetuksen (EY) N:o 2295/2003 16 artiklan 6 kohdan mukaisesti.

—   bl-Isvediż: Ägg uteslutande avsedda för bearbetning, i enlighet med artikel 16.6 i förordning (EG) nr 2295/2003.”;

21)

L-Anness V jsir l-Anness VI.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fit-totalità kollha tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Awwissu 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 173, 6.7.1990, p. 5. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2052/2003 (ĠU L 305, 22.11.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 340, 24.12.2003, p. 16. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 818/2004 (ĠU L 153, 30.4.2004, p. 84).

(3)  ĠU L 30, 31.1.2002, p. 44. Direttiva emendata mill-Att tas-Sħubija ta’ l-2003.

(4)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 746/2004 (ĠU L 122, 26.4.2004, p. 10).

(5)  ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(6)  ĠU L 121, 16.5.1991, p. 11. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 326/2003 (ĠU L 47, 21.2.2003, p. 31).

(7)  ĠU L 220, 15.8.2001, p. 5.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

84


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2004 tal-25 ta’ Awwissu 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 131/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tas-Sudan

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1516/2004

tal-25 ta’ Awwissu 2004

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 131/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tas-Sudan

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 131/2004 tas-26 ta’ Jannar 2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tas-Sudan (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 131/2004 jelenka l-awtoritajiet kompetenti li għalihom huma attribwiti funzjonijiet speċifiċi marbuta ma' l-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament.

(2)

Fl-1 ta’ Mejju 2004, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ssieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea. L-Att ta’ l-Adeżjoni ma jipprevedix emenda għal dan l-Anness.

(3)

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ġodda għandhom għalhekk jiġu inklużi mill-1 ta’ Mejju 2004 f’dak l-Anness,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 131/2004 huwa għalhekk emendat fi qbil ma’ l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Ser japplika mill-1 ta’ Mejju 2004.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Maghmul fi Brussell, 25 ta’ Awwissu 2004.

Ghall-Kummissjoni

Christopher PATTEN

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 131/2004 jiġi emendat kif ġej:

1)

Dan li ġej jiddaħħal bejn l-entrati għall-Belġju u d-Danimarka:

 

“IR-REPUBBLIKA ĊEKA

 

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Licenční správa

Na Františku 32

110 15 Praha 1

Tel: +420 22406 2720

Fax: +420 22422 1811”

2)

Dan li ġej jiddaħħal bejn l-entrati għall-Ġermanja u l-Greċja:

 

“L-ESTONJA

 

Eesti Välisministeerium

Islandi väljak 1

15049 Tallinn

Tel +372 6 317 100

Fax: +372 6 317 199

 

Finantsinspektsioon

Sakala 4

15030 Tallinn

Tel: +372 6680500

Fax: +372 6680501”

3)

Dan li ġej jidda]]al bejn l-entrati għall-Italja u l-Lussemburgu:

 

“ĊIPRU

 

Υπουργείο Εξωτερικών

Λεωφ. Προεδρικού Μεγάρου

1447 Λευκωσία

Τηλ: +357-22-300600

Φαξ: +357-22-661881

 

Ministry of Foreign Affairs

Presidential Palace Avenue

1447 Nicosia

Tel: +357-22-300600

Fax: +357-22-661881

 

IL-LATVJA

 

Latvijas Republikas Ārlietu ministrija

Brīvības iela 36

Rīga LV1395

Tel. Nr. (371) 7016201

Fax Nr. (371) 7828121

 

IL-LITWANJA

 

Economics Department

Ministry of Foreign Affairs of the Republic of Lithuania

J. Tumo-Vaižganto 2

LT-2600 Vilnius

Tel.: 370 5 236 25 92

Fax: 370 5 231 30 90”

4)

Dan li ġej jiddaħħal bejn l-entrati għal-Lussemburgu u l-Olanda:

 

“L-UNGERIJA

 

Pénzügyminisztérium

1051 Budapest

József nádor tér 2-4.

Tel: (36-1) 327 2100

Fax: (36-1) 318 2570

 

MALTA

 

Bord ta' Sorveljanza dwar is-Sanzjonijiet

Direttorat ta' l-Affarijiet Multilaterali

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Palazzo Parisio

Triq il-Merkanti

Valletta CMR 02

Tel: +356 21 24 28 53

Fax: +356 21 25 15 20”

5)

Dan li ġej jidda]ħħal bejn l-entrati għall-Awstrija u l-Portugall:

 

“IL-POLONJA

 

Ministerstwo Spraw Zagranicznych

Departament Prawno — Traktatowy

Al. J. CH. Szucha 23

PL-00-580 Warszawa

Tel. (48 22) 523 93 48

Fax (48 22) 523 91 29”

6)

Dan li ġej jiddaħħal bejn l-entrati għall-Portugall u l-Finlandja:

 

“IS-SLOVENJA

 

Ministry of Foreign Affairs of the Republic of Slovenia

Prešernova 25

1000 Ljubljana

Tel: +386 1 478 20 00

Fax: +386 1 478 23 47

http://www.gov.si/mzz

 

IS-SLOVAKKJA

 

Ministerstvo hospodárstva Slovenskej republiky

‘Sekcia obchodných vzťahov a ochrany spotrebiteľa’.

Mierová 19

827 15 Bratislava

tel: +421 2 4854 2116

fax: + 421 2 4854 3116”

7)

Dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għar-Renju Unit:

 

“IL-KOMUNITÀ EWROPEA

 

Il-Kummissjoni għall-Komunitajiet Ewropej

Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni

Direttorat CFSP

Unità A.2: Kwistjonijiet legali u istituzzjonali għar-relazzjonijiet esterni — Sanzjonijiet

CHAR 12/163

B — 1049 Bruxelles/Brussel

Tel. (32-2) 295 81 48, 296 25 56

Fax (32-2) 296 75 63”


(1)  ĠU L 21, 28.1.2004, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1353/2004 (ĠU L 251, 27.7.2004, p. 1).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

87


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2004 li temenda l-Annessi I u II mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE rigward iċ-ċertifikati mudell relatati ma’ l-importazzjoni ta’ annimali bovini għall-qatla u laħam frisk bovin, ovin u kaprin

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/620/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Lulju 2004

li temenda l-Annessi I u II mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE rigward iċ-ċertifikati mudell relatati ma’ l-importazzjoni ta’ annimali bovini għall-qatla u laħam frisk bovin, ovin u kaprin

(notifikat bid-dokument numru C(2004) 2838)

(Test b’rilevanza għall-EEA)

(2004/620/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 fuq problemi ta’ saħħa u ta’ spezzjonijiet veterinarji malli ssir l-importazzjoni ta’ annimali bovini, ovini u kaprini u majjali, laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) ta’ din.

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistipula r-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali għall-konsum uman (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) ta’ din,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 li telenka pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li tistipula l-kondizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja u s-saħħa pubblika u ta’ l-annimali, għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (3) tipprovdi li l-importazzjoni ta’ dawk l-annimali u laħam għandha tissodisfa l-ħtiġijiet stipulati fiċ-ċertifikati mudell adatti kkompilati taħt dik id-Deċiżjoni.

(2)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza u trasparenza, huwa opportun li jiġu emendati ċerti referenzi u attestazzjonijiet f’xi wħud miċ-ċertifikati veterinarji mudell f’Parti 2 ta’ l-Anness I u f’Parti 2 ta’ l-Anness II mad-Deċiżjoni 79/542/KEE. Għall-istess raġunijiet, f’Parti 1 ta’ l-Anness II l-ismijiet ta’ żewġ Provinċji Arġentini għandhom jitħassru u garanzija supplimentari relatata ma’ l-Urugwaj għandha tiġi emendata.

(3)

L-Annessi I u II mad-Deċiżjoni 79/542/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE hija emendata kif ġej:

1.

F’Parti 2 ta’ l-Anness I, il-Mudell “BOV-Y” huwa sostitwit mit-test fl-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni.

2.

F’Parti 1 ta’ l-Anness II, fil-kolonna “deskrizzjoni tat-territorju” li tikkorrispondi mal-“kodiċi tat-territorju” AR-1, il-kelmiet “La Pampa” u “Santiago del Estero” jitħassru u fil-kolonna “SG” li tikkorrispondi mal-“kodiċi tat-territorju”“UY-0”, linja “OVI” ir-reġistrazzjoni “B” titneħħa u tiġi ssostitwita minn “A”

3.

F’Parti 2 ta’ l-Anness II, il-Mudell “BOV” u l-Mudell “OVI” jiġu ssostitwiti mit-test fl-Anness II ma’ din id-Deċiżjoni, u fil-Mudelli “POR”“EQU”“RUF”“RUW”“SUF”“SUW” u “EQW” f’kaxxa 5 “Destinazzjoni ppjanata tal-laħam”, punt 5.2 tiġi ssostitwita minn dan li ġej

“5.2.

Stabbiliment:

Isem u indirizz: …

Approvazzjoni jew numru tar-reġistrazzjoni (fejn japplika): …”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ mis-17 ta’ Settembru 2004.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Lulju 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS I

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

(1)  ĠU L 302, 31.12.1972, p. 28. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003 ta’ l-14 ta’ April 2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).

(2)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(3)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/554/KE (ĠU L 248, 22.7.2004, p. 1).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

101


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2004 li temenda d-Deċiżjoni 2003/804/KE rigward l-importazzjoni ta’ molluski ħajjin għall-konsum uman

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/623/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Lulju 2004

li temenda d-Deċiżjoni 2003/804/KE rigward l-importazzjoni ta’ molluski ħajjin għall-konsum uman

(notifikata bid-dokument numru C(2004) 2613)

(Test b’rilevanza għall-EEA)

(2004/623/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 li tikkonċerna l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-ħruġ fis-suq ta’ annimali u prodotti ta’ akkwakultura (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 21(2) ta’ din,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2003/804/KE ta’ l-14 ta’ Novembru 2003 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni għall-importazzjoni ta’ molluski, il-bajd u l-gameti tagħhom għal tkabbir ulterjuri, tismin, tqegħid mill-ġdid jew konsum uman (2), tistipula l-kundizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni ta’ molluski ħajjin fil-Komunità minn pajjiżi terzi.

(2)

Huwa neċessarju li jitqies li l-importazzjoni ta’ kwantitajiet żgħar ta’ molluski, sikwit prodotti ta’ valur għoli, direttament għall-bejgħ bl-imnut lis-supermarkets jew ristoranti, tista’ tirrappreżenta riskju baxx għas-saħħa ta’ l-annimali, peress li dawn il-konsenji m’humiex għal tkabbir ulterjuri, tismin, jew tqegħid mill-ġdid fl-ilmijiet tal-Komunità.

(3)

Ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u l-ħruġ fis-suq ta’ molluski bivalvi ħajjin (3) u d-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u l-ħruġ fis-suq ta’ prodotti tas-sajd (4), jagħtu l-livell adattat ta’ protezzjoni rigward molluski ħajjin ippakkjati f’pakketti ta’ daqs adattat għall-bejgħ bl-imnut lir-ristoranti jew direttament lill-konsumatur, sakemm il-molluski ma’ jiġux f’kuntatt ma’ l-ilmijiet tal-Komunità. Ċertifikazzjoni addizzjonali tas-saħħa ta’ l-annimali għal kunsinni bħal dawn m’għandhiex tkun meħtieġa.

(4)

Huwa wkoll neċessarju li titqies il-possibilità li l-importazzjoni ta’ molluski ħajjin, li ma jkunux konformi għal kollox mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2003/804/KE għas-sitwazzjonijiet fejn il-molluski huma intenzjonati għal ipproċessar ulterjuri, jistgħu jintbagħtu lejn ċentri ta’ importazzjoni approvati skond l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2003/804/KE, u ppakkjati f’pakketti ta’ daqs adattat għall-bejgħ bl-imnut lir-ristoranti jew direttament lill-konsumatur. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, il-molluski impurtati m’humiex ser jiġu f’kuntatt dirett ma’ ilmijiet naturali fil-Komunità.

(5)

Molluski bivalvi ħajjin għandhom jitqiesu bħala annimali akkwatiċi ħajjin fejn huma għal tnissil ulterjuri u produzzjoni, iżda dawn jistgħu jitqiesu wkoll bħala prodotti fejn huma għall-konsum uman immedjat, bl-eċċezzjoni li huma ttrasportati fl-istat ħaj biex jibqgħu friski. Madanakollu, rigward kontrolli veterinarji, il-molluski bivalvi ħajjin kollha għandhom jiġu eżaminati f’faċilitajiet approvati għall-immaniġġjar ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali, li huma aktar adattati biex jimmaniġġjaw konsenji bħal dawn.

(6)

Molluski bivalvi ħajjin impurtati minn pajjiżi terzi għandhom għalhekk ikunu soġġetti għal kontrolli veterinarji skond id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (5).

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2004 tat-18 ta’ Frar 2004 li jintroduċi dokument għad-dikjarazzjoni ta’, u kontrolli veterinarji fuq, annimali minn pajjiżi terzi li jidħlu fil-Komunità (6), issostitwixxa d-Deċiżjoni 92/527/KE (7). Fejn molluski bivalvi ħajjin huma maħsuba għat-tkabbir jew produzzjoni għandha tintuża l-proċedura ta’ kontroll fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 97/78/KE u d-Dokument Veterinarju Komuni għad-Dħul tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 282/2004 jimtela mill-veterinarju uffiċjali kif ikun meħtieġ.

(8)

Fejn molluski bivalvi ħajjin huma impurtati u maħsuba għall-konsum uman id-Dokument Veterinarju Komuni għad-Dħul stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 li jistipula l-proċeduri għall-kontrolli veterinarji f’postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti impurtati minn pajjiżi terzi (8) għandu jintuża u jimtela mill-veterinarju uffiċjali kif ikun meħtieġ.

(9)

Sabiex ma tiġix interrotta bla bżonn l-importazzjoni, meta jitqies ir-riskju baxx għas-saħħa ta’ l-annimali rrappreżentat minn konsenji bħal dawn, il-proċeduri ta’ kontroll stipulati fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2003/804/KE għandhom jiġu emendati kif meħtieġ, u l-Anness IV jitħassar.

(10)

Il-miżuri li għalihom hemm provvediment f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2003/804/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Kundizzjonijiet relatati ma’ l-importazzjoni ta’ molluski ħajjin maħsuba għall-konsum uman

1.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fit-territorju tagħhom ta’ molluski ħajjin maħsuba għal ipproċessar ulterjuri qabel il-konsum uman biss jekk il-konsenja:

(a)

tikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(1), jew

(b)

tintbagħat direttament lil ċentru ta’ importazzjoni approvat għal ipproċessar ulterjuri.

2.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fit-territorju tagħhom ta’ molluski ħajjin maħsuba għall-konsum uman immedjat biss jekk il-molluski joriġinaw minn pajjiżi terzi u stabbilimenti awtorizzati skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/492/KEE u l-Artikolu 11 tad-Direttiva 91/493/KEE u jikkonformaw mar-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa pubblika kif stipulati skond dawk id-Direttivi; u

 

jew

(a)

il-konsenja tikkonsisti f’molluski ppakkjati f’pakketti ta’ daqs adattat għall-bejgħ bl-imnut lir-ristoranti jew direttament lill-konsumatur; u l-pakketti huma ttikkettati bit-test li ġej ‘Molluski ħajjin għal konsum uman immedjat. M’għandhomx jerġgħu jitqiegħdu f’ilmijiet tal-Komunità.’;

 

jew

(b)

il-konsenja tintbagħat direttament lil ċentru ta’ importazzjoni approvat fejn il-molluski huma pproċessati ulterjorment. Madanakollu, molluski vijabbli jistgħu jħallu postijiet bħal dawn biss jekk ikunu ppakkjati u ttikkettati kif mitlub f'(a) hawn fuq.”

(2)

L-Artikolu 6 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Proċeduri ta’ kontroll

1.   Molluski bivalvi ħajjin impurtati minn pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli veterinarji fil-post ta’ spezzjoni tal-fruntiera fl-Istat Membru tal-wasla skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 97/78/KE.

2.   Fil-każ ta’ molluski ħajjin, il-bajd u l-gameti tagħhom, impurtati fil-Komunità għall-iskop ta’ tkabbir ulterjuri, tismin jew tqegħid mill-ġdid, id-dokument veterinarju komuni għad-dħul li għalih hemm provvediment fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 282/2004 għandu jimtela kif meħtieġ.

3.   Fil-każ ta’ molluski ħajjin impurtati fil-Komunità għall-konsum uman immedjat jew għall-iskop ta’ pproċessar ulterjuri qabel il-konsum uman, id-dokument veterinarju komuni għad-dħul li għalih hemm provvediment fir-Regolament (KE) 136/2004 għandu jimtela kif meħtieġ.”

(3)

L-Anness II jinbidel bit-test fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

(4)

L-Anness IV huwa mħassar.

(5)

It-test fil-Punt A.2. ta’ l-Anness V jinbidel b’dan li ġej:

“2.

Molluski vijabbli jistgħu jħallu ċentri approvati ta’ importazzjoni biss jekk ikunu ppakkjati u ttikkettati skond l-Artikolu 4.2.(a) ta’ din id-Deċiżjoni.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

“ANNESS II

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

(1)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 302, 20.11.2003, p. 22. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/319/KE (ĠU L 102, 7.4.2004, p. 73).

(3)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

(4)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 15. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

(5)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Direttiva kif emendata mill-Att ta’ l-2004.

(6)  ĠU L 49, 19.2.2004, p. 11. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 585/2004 (ĠU L 91, 30.3.2004, p. 17).

(7)  ĠU L 332, 18.11.1992, p. 22.

(8)  ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

109


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1566/2004 tal-31 ta’ Awwissu 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ma’ l-Iraq u li jirrevoka t-Regolament (KE) Nru 2465/96

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1566/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1566/2004

tal-31 ta’ Awwissu 2004

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ma’ l-Iraq u li jirrevoka t-Regolament (KE) Nru 2465/96

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ma’ l-Iraq (1) u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96,

Billi:

(1)

L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka l-awtoritajiet kompetenti li għalihom huma attribwiti funzjonijiet speċifiċi marbuta ma' l-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament.

(2)

Fl-1 ta’ Mejju 2004, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ssieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea. L-Att ta’ l-Adeżjoni ma jipprevedix emenda għal dan l-Anness.

(3)

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ġodda għandhom għalhekk jiġu inklużi mill-1 ta’ Mejju 2004 f’dak l-Anness,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa għalhekk emendat fi qbil ma’ l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Se japplika mill-1 ta’ Mejju 2004.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Maghmul fi Brussell, 31 ta’ Awwissu 2004.

Ghall-Kummissjoni

Christopher PATTEN

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat kif ġej:

1)

Dan li ġej jiddaħħal bejn l-entrati għall-Belġju u d-Danimarka:

 

“IR-REPUBBLIKA ĊEKA

 

Fondi u r-riżorsi ekonomiċi:

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Licenční správa

Na Františku 32

110 15 Praha 1

Tel: +420 22406 2720

Fax: +420 22422 1811

 

Ministerstvo financí

Finanční analyticky útvar

P.O. Box 675

Jindřisská 14

111 21 Praha 1

Tel: +420 25704 4501

Fax: +420 25704 4502

 

Negozju fi propjetà kulturali Iraqqina:

Národní museum — Náprstkovo museum asijských; afrických a amerických kultur

Bétlémske naměstí 1

110 00 Praha

Tel: +420 22449 7501

Fax: +420 22222 1418”

2)

Dan li ġej jiddaħħal bejn l-entrati għall-Ġermanja u l-Greċja:

 

“L-ESTONJA

 

Eesti Välisministeerium

Islandi väljak 1

15049 Tallinn

Tel +372 6 317 100

Fax: +372 6 317 199

 

Finantsinspektsioon

Sakala 4

15030 Tallinn

Tel: +372 6680500

Fax: +372 6680501”

3)

Dan li ġej jiddaħħal bejn l-entrati għall-Italja u l-Lussemburgu:

 

“ĊIPRU

 

Υπουργείο Εξωτερικών

Λεωφ. Προεδρικού Μεγάρου

1447 Λευκωσία

Τηλ: +357-22-300600

Φαξ: +357-22-661881

 

Ministry of Foreign Affairs

Presidential Palace Avenue

1447 Nicosia

Tel: +357-22-300600

Fax: +357-22-661881

 

Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

Υπηρεσία Εμπορίου

Οδός Αραούζου Αρ.6

1421 Λευκωσία

Τηλ: +357-22-867100

Φαξ: +357-22-375120

 

Ministry of Commerce, Industry and Tourism

6 Andreas Araouzos Street

1421 Nicosia

Tel: +357-22-867100

Fax: +357-22-375120

 

IL-LATVJA

 

Noziedzīgi iegūto līdzekļu legalizācijas novēršanas dienests

Kalpaka bulvārī 6,

Rīgā, LV 1081

Tel: +7044 431

Fax: +7044 549

 

LITHUANIA

 

Economics Department

Ministry of Foreign Affairs of the Republic of Lithuania

J. Tumo-Vaižganto 2

LT-2600 Vilnius

Tel.: 370 5 236 25 92

Fax: 370 5 231 30 90”

4)

Dan li ġej jiddaħħal bejn l-entrati għal-Lussemburgu u l-Olanda:

 

“L-UNGERIJA

 

Pénzügyminisztérium

1051 Budapest

József nádor tér 2-4.

Tel: (36-1) 327 2100

Fax: (36-1) 318 2570

 

MALTA

 

Bord ta' Sorveljanza dwar is-Sanzjonijiet

Direttorat ta' l-Affarijiet Multilaterali

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Palazzo Parisio

Triq il-Merkanti

Valletta CMR 02

Tel: +356 21 24 28 53

Fax: +356 21 25 15 20”

5)

Dan li ġej jiddaħħal bejn l-entrati għall-Awstrija u l-Portugall:

 

“IL-POLONJA

 

Ministerstwo Spraw Zagranicznych

Departament Prawno — Traktatowy

Al. J. CH. Szucha 23

PL-00-580 Warszawa

Tel. (48 22) 523 93 48

Fax (48 22) 523 91 29”

6)

Dan li ġej jiddaħħal bejn l-entrati għall-Portugall u l-Finlandja:

 

“IS-SLOVENJA

 

Bank of Slovenia

Slovenska 35

1505 Ljubljana

Tel: +386 (1) 471 90 00

Fax: +386 (1) 251 55 16

http://www.bsi.si

 

Ministry of Foreign Affairs of the Republic of Slovenia

Prešernova 25

1000 Ljubljana

Tel: +386 1 478 20 00

Fax: +386 1 478 23 47

http://www.gov.si/mzz

 

IS-SLOVAKKJA

 

Fondi u riżorsi ekonomiċi:

Ministerstvo financií Slovenskej republiky

Štefanovičova 5

817 82 Bratislava

tel: +421 2 5958 2201

fax: + 421 2 5249 3531

 

Negozju f’propjetà kulturali Iraqqina:

Ministerstvo kultúry Slovenskej republiky

Nám. SNP 33

813 31 Bratislava

tel: 5939 1155

fax: 5939 1174”


(1)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1412/2004 (ĠU L 257, 4.8.2004, p. 1).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

113


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1845/2004 tat-22 ta’ Ottubru 2004 li jikkompleta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ ċerti denominazzjonijiet fir-“Reġistru ta’ l-ismijiet ta’ l-oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”. (Tergeste, Lucca, Miele della Lunigiana et Αγιος Ματθαιος Κερκυρας (Agios Mathaios Kerkyras))

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1845/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1845/2004

tat-22 ta’ Ottubru 2004

li jikkompleta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ ċerti denominazzjonijiet fir-“Reġistru ta’ l-ismijiet ta’ l-oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”. (Tergeste, Lucca, Miele della Lunigiana et Αγιος Ματθαιος Κερκυρας (Agios Mathaios Kerkyras))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92, ta’ l-14 ta’ Lulju 1992, dwar il-ħarsien ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u ta’ l-ismijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-Italja transmettiet lill-Kummissjoni tliet talbiet ta’ reġistrazzjoni bħala isem ta’ l-oriġini għad-denominazzjonijiet “Tergeste”, “Miele della Lunigiana” u “Lucca”; il-Ġreċja transmettiet lill-Kummissjoni talba ta’ reġistrazzjoni bħala indikazzjoni ġeografika għad-denominazzjoni “Αγιος Ματθαιος Κερκυρας” (Agios Mathaios Kerkyras).

(2)

Skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament imsemmi, dawn id-denominazzjonijiet huma konformi ma’ dan ir-Regolament, u għandhom l-elementi kollha msemmija fl-Artikolu 4.

(3)

L-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, għas-sens ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, ma ġiet transmessa lill-Kummissjoni wara l-pubblikazzjoni ta’ Il-Ġurnal Uffiiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2) tad-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Minħabba dan, dawn id-denominazzjonijiet jixirqilhom jiġu mniżżla fir-“Reġistru ta’ l-ismijiet ta’ l-oriġini protetti u ta’ l-indikazjzonijiet ġeografiċi protetti” u b’hekk li jiġu protetti fuq livell komunitarju bħala isem ta’ l-oriġini protett jew indikazzjoni ġeografika protetta.

(5)

L-Anness ta’ dan ir-Regolament jikkompleta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 hu kkompletat bid-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness ta’ dan ir-Regolament u danw id-denominazzjonijiet huma rreġistrati taħt isem ta’ l-oriġini protett (IOP) jew indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), fir-“Reġistru ta’ l-ismijiet ta’ l-oriġini protetti u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” imsemmija fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

PRODOTTI TA’ L-ANNESS I TAT-TRATTAT MAĦSUBA GħALL-ALIMENTAZZJONI HUMANA

Xaħmijiet (butir, marġarin, żejtijiet, eċċ)

L-ITALJA

Tergeste (IOP)

Lucca (IOP)

IL-GREĊJA

Agios Mathaios Kerkyras (IĠP)

Prodotti oħra magħmulin mill-annimali (bajd, għasel, prodotti tal-ħalib differenti ħlief butir, eċċ)

L-ITALJA

Miele della Lunigiana (IOP)


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1215/2004 (ĠU L 232, 1.7.2004, p. 21).

(2)  ĠU C 303, 13.12.2003 (Tergeste)

ĠU C 321, 31.12.2003, p. 39 (Miele della Lunigiana).

ĠU C 321, 31.12.2003, p. 45 (Lucca).

ĠU C 321, 31.12.2003, p. 43 (Agios Mathaios Kerkyras).

(3)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1486/2004 (ĠU L 273, 21.8.2004, p. 9).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

115


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1851/2004 tal-25 ta' Ottubru 2004 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistipula proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1851/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1851/2004

tal-25 ta' Ottubru 2004

li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistipula proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistipula proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 7 u 8 ta’ dan;

Billi:

(1)

F’konformità mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90, għandhom ikunu stabbiliti limiti massimi ta’ residwu għas-sustanzi kollha li huma farmakoloġikament attivi użati fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji li huma intenzjonati għall-għoti lill-annimali li jipproduċu l-ikel.

(2)

Il-limiti massimi ta’ residwu għandhom ikunu stabbiliti biss wara l-eżami fi ħdan il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji (CVMP) tal-informazzjoni relevanti kollha li tikkonċerna s-sigurtà tar-residwi tas-sustanza kkonċernata għall-konsumatur ta’ oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali u l-impatt tar-residwi fl-ipproċessar industrijali ta’ oġġetti ta’ l-ikel.

(3)

Meta jiġu stabbiliti l-limiti massimi ta’ residwu għar-residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ ikel li ġejjin mill-annimali, jinħtieġ li jkunu speċifikati l-ispeċi ta’ l-annimali fejn ir-residwi jistgħu jkunu preżenti, l-ikel relevanti meħud mill-annimal ittrattat (“it-tessut indikat”) kif ukoll in-natura tar-residwu li hija relevanti għas-sorveljanza tar-residwi (“ir-residwu li jimmarka”).

(4)

Għall-kontroll tar-residwi, kif ipprovdut f’leġislazzjoni Komunitarja rilevanti, il-limiti massimi tar-residwu ġeneralment għandhom ikunu stabbiliti għat-tessuti indikati tal-fwied jew il-kilwa. Madankollu, il-fwied u l-kilwa ta’ spiss jitneħħew minn karkassi li deħlin fil-kummerċ internazzjonali, u għalhekk il-limiti massimi tar-residwu għandhom ukoll ikunu dejjem stabbiliti għat-tessuti tal-muskolu jew tax-xaħam.

(5)

Fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji intenzjonati għall-użu f’għasafar li jbidu, annimali li jipproduċu l-ħalib jew naħal li jagħmlu l-għasel, il-limiti massimi ta’ residwu għandhom ikunu stabbiliti wkoll għall-bajd, il-ħalib jew l-għasel.

(6)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 jistipula li t-twaqqif tal-limiti massimi ta’ residwu m’għandhom bl-ebda mod jippreġudikaw l-applikazzjoni ta’ leġislazzjoni relevanti oħra tal-Komunità.

(7)

Skond opinjoni tas-CVMP, l-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 kien emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 997/1999 (2) biex jinkludi limiti massimi ta’ residwu proviżorji għall-morantel, sabiex jitħallew jitlestew l-istudji xjentifiċi, notevolment f’dak li jikkonċerna r-residwu li jimmarka u l-metodu analitiku għad-determinazzjoni ta’ residwi ta’ morantel fit-tessuti indikati. Sussegwentement dawn il-limiti massimi ta’ residwu ġew estiżi mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1322/2001 (3) biex jagħtu iktar ħin lill-applikant għat-tlestija ta’ l-istudji mitluba.

(8)

Id-data mitluba dwar ir-residwu li jimmarka u l-metodu analitiku kienet evalwata mis-CVMP u nstabet li ma kenitx kompletament konformi mal-ħtiġijiet stipulati f’Volum 8 tar-Regoli Dwar Prodotti Mediċinali fl-Unjoni Ewropea. Madankollu l-metodu tqies għal kollox validat għall-muskolu u l-ħalib u għall-kilwa jew il-fwied għall-ispeċi bovini u tan-nagħaġ. Sussegwentement is-CVMP ppropona li jiddaħħal il-morantel fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90, bil-motivazzjoni li r-residwi ta’ morantel jonqsu b’mod mgħaġġel u għalhekk it-twaqqif tal-limiti massimi ta’ residwu ma kinux neċessarji għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika.

(9)

Minħabba li r-residwi ta’ morantel fl-oġġetti ta’ l-ikel minn annimali ttrattati jistgħu jaqbżu t-teħid aċċettabbli ta’ kuljum 24 siegħa wara li jkun ingħata, huwa meqjus neċessarju, għal raġunijiet ta’ sigurtà tal-konsumatur u biex jitħallew perjodi adegwati tal-irtirar biex ikunu stabbiliti għall-prodotti mediċinali veterinarji li fihom il-morantel, biex jiġu stabbiliti limiti massimi ta’ residwu, li jieħdu inkonsiderazzjoni l-limiti massimi ta' residwu li kienu stabbiliti qabel.

(10)

Il-morantel huwa sustanza antelmintika farmakoloġikament attiva li ilha tintuża fil-prodotti mediċinali veterinarji għal speċijiet ta’ annimali li jipproduċu l-ikel għal żmien konsiderevoli għat-trattament kontra roundworms u tapeworms. Minħabba l-possibbiltà ta’ żvilupp ta’ reżistenza, huwa meqjus li l-aċċess għal għażliet varji għat-trattament għandhom jibqgħu possibbli.

(11)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 (4) l-immaniġġjar tar-riskju għandu jikkunsidra r-riżultati ta’ valutazzjoni ta’ riskji u fatturi oħra li huma leġittimi għall-kwistjoni li qed tkun ikkunsidrata, bħalma huma metodi ta’ skoperta u l-probabbiltà ta’ kontrolli bl-għan li jkunu evitati riskji minn dawn is-sustanzi. Il-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza relevanti kkonferma li l-metodi proposti mill-applikant jistgħu jkunu applikati għal analiżi ta’ konferma ta’ morantel fit-tessuti indikati.

(12)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li huwa xieraq li jiddaħħal il-morantel fl-Anness I għall-annimali bovini u n-nagħaġ biex tiġi pprovduta protezzjoni għall-konsumatur u biex jitħallew kontrolli relevanti tal-morantel f’oġġetti ta’ l-ikel ta’ annimali ttrattati.

(13)

Perjodu ta’ 60 ġurnata għandu jitħalla jgħaddi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex l-Istati Membri jitħallew jagħmlu kwalunkwe aġġustamenti li jistgħu jkunu neċessarji għall-awtorizzazzjonijiet biex jitpoġġew il-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati fis-suq li ġew konċessi skond id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-kodiċi Komunitarja relatata ma’ prodotti mediċinali veterinarji (5).

(14)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Prodotti Mediċinali Veterinarji.

ADOTTAT IR-REGOLAMENT LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa b’dan emendat kif stipulat fl-Anness għal dan.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mis-sittin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Olli REHN

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

A. Is-sustanza(i) li ġejja(ġejjin) hija(huma) mdaħħla fl-Anness I (Lista ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi li għalihom ġew iffissati limiti massimi ta’ residwu).

2.   Aġenti antiparassitiċi

2.1.   Aġenti li jaġixxu kontra l-endoparassiti

2.1.7   Tetraidropirimidi

Sustanza(i) farmakoloġikament attiva(i)

Residwu li jimmarka

Speċi ta’ annimali

MRLs

Tessuti indikati

Morantel

Is-somma ta’ residwi li jistgħu jiġu idrolizzati għal N-methyl-1,3- propanediamine u mfissra bħala ekwivalenti tal-morantel

Bovini, ovini

100 µg/kg

Muskolu

100 µg/kg

Xaħam

800 µg/kg

Fwied

200 µg/kg

Kilwa

50 µg/kg

Ħalib”


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1646/2004 (ĠU L 296, 21.9.2004, p. 5)

(2)  ĠU L 122, 12.5.1999, p. 24.

(3)  ĠU L 177, 30.6.2001, p. 52.

(4)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 4).

(5)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2004/28/UE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

118


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2004 tat-28 ta’ Ottubru 2004 li jemenda l-Annessi II u III għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi l-proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’ l-ogħla livelli ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali b’rabta mas-saliċilat tas-sodju u l-fenvalerat

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1875/2004

tat-28 ta’ Ottubru 2004

li jemenda l-Annessi II u III għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi l-proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’ l-ogħla livelli ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali b’rabta mas-saliċilat tas-sodju u l-fenvalerat

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi l-proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’ l-ogħla livelli ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 3 u t-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 4 miġjubin fih,

Wara li kkunsidrat l-opinjonijiet ta’ l-Aġenzija Ewropea tal-Valutazzjoni tal-Prodotti Mediċinali, permezz tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

Billi:

(1)

Is-sustanzi kollha li huma farmakoloġikament attivi u li jintużaw fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-amministrazzjoni ta’ l-annimali li jipproduċu l-ikel għandha ssir valutazzjoni tagħhom skond ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(2)

Is-sustanza saliċilat tas-sodju ddaħħlet fl-Anness II għall-ispeċi kollha ta’ l-annimali li jipproduċu l-ikel ħlief il-ħut, iżda għal użu topiku biss. Id-dħul għandu jitwessa’ biex ikopri l-użu orali fl-annimali bovini u l-ħnieżer, ħlief għall-annimali li jipproduċu l-ħalib għall-użu mill-bniedem.

(3)

L-ogħla livell ta’ residwu proviżorju għall-Fenvalerat jintemm fl-1 ta’ Lulju 2004. Kien jaqbel li l-istudji xjentifiċi dwar dik is-sustanza jitħallew ikomplu, u għalhekk il-validità ta’ l-ogħla livelli ta’ residwu proviżorji għandha tkun imtawla sa l-1 ta’ Lulju 2006.

(4)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(5)

Għandu jkun hemm perjodu biżżejjed qabel ma jibda jgħodd dan ir-Regolament biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu l-aġġustamenti kollha meħtieġa, fid-dawl ta’ dan ir-Regolament, biex il-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati jkunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq, liema prodotti jkunu kisbu l-awtorizzazzjoni meħtieġa skond id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 fuq il-kodiċi tal-Komunità dwar il-prodotti veterinarji mediċinali (2), biex jitqiesu wkoll id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri li hemm f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Prodotti Mediċinali Veterinarji.

ADOTTAT IR-REGOLAMENT LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Annessi II u III għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 qed jiġu emendati kif muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu jgħodd mill-[niżżel id-data (60 jum wara l-pubblikazzjoni)].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 28 ta’ Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Olli REHN

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

A.   Is-sustanza(i) li ġejja(ġejjin) qed titniżżel(jitniżżlu) fl-Anness II (Lista ta’ sustanzi li mhumiex suġġetti għall-ogħla livelli ta’ residwu).

2.   Komposti organiċ

Sustanza(i) farmakoloġikament attiva(i)

L-ispeċi ta’ l-annimali

Saliċilat tas-sodju

Bovini, ħnieżer (3)

B.   Is-sustanza(i) li ġejja(ġejjin) qed titniżżel(jitniżżlu) fl-Anness III (Lista ta’ sustanzi farmakolġikament attivi li jintużaw fi prodotti mediċinali veterinarji li għalihom diġà ġew stabbiliti l-ogħla livelli ta’ residwu proviżorji).

2.   Aġenti antiparasitiċi

2.2.   Aġenti li jaħdmu kontra l-ektoparasiti

2.2.3.   Piretrojdi

Sustanza(i) farmakoloġikament attiva(i)

Residwu li jimmarka

L-Ispeċi ta’ l-annimal

MRLs

Tessuti mmirati

Fenvalerat  (4)

Fenvalerat (is-somma ta’ l-isomeri RR, SS, RS u SR)

Bovini

25 µg/kg

Muskoli

250 µg/kg

Xaħam

25 µg/kg

Fwied

25 µg/kg

Kliewi

40 µg/kg

Ħalib


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1851/2004 (ĠU L 323, 26.10.2004, p. 6).

(2)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Direttiva kif emendate l-aħħar bid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).

(3)  Għal użu orali; mhux biex jintuża f’annimali li minnhom jittieħed il-ħalib għall-konsum mill-bniedem.”

(4)  L-MRLs proviżorji jiskadu fl-1 ta’ Lulju 2006.”


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

121


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1877/2004 tat-28 ta’ Ottubru 2004 li jemenda l-Anness IIIB tar-Regolament (KE) Nru 517/94 fir-rigward tal-kwoti għas-Serbja u l-Montenegro

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1877/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1877/2004

tat-28 ta’ Ottubru 2004

li jemenda l-Anness IIIB tar-Regolament (KE) Nru 517/94 fir-rigward tal-kwoti għas-Serbja u l-Montenegro

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni tal-prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi terzi mhux koperti bi ftehimiet bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew b'regoli speċifiċi Komunitarji oħra dwar l-importazzjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 jistabbilixxi l-limiti kwantitattivi annwali għal ċerti prodotti tessili li joriġinaw mis-Serbja u l-Montenegro (2).

(2)

Is-Serbja u l-Montenegro bħalissa qiegħed f'punt kritiku fil-proċess ta' riforma tiegħu. F'dan l-istadju huwa importanti li r-riformi politiċi u ekonomiċi li saru f'dan l-istat ikunu appoġġati u li l-pajjiż jibqa’ miexi b'ritmu tajjeb lejn il-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

(3)

It-titjib tal-opportunitajiet ta' kummerċ tas-Serbja u l-Montenegro f'oqsma fejn il-pajjiż għandu vantaġġ ekonomiku komparattiv, huwa ta' importanza kbira biex ikunu msaħħa r-riformi ekonomiċi u politiċi tal-pajjiż u biex il-pajjiż jintegra ruħu aktar fl-istrutturi Ewropej.

(4)

It-tkabbir propost huwa parti minn proċess akbar biex jippromwovi relazzjonijiet ta' kummerċ aktar mill-qrib mas-Serbja u l-Montenegro, li jinkludi negozjati fuq ftehim dwar it-tessuti mas-Serbja u l-Montenegro sabiex tinkiseb liberalizzazzjoni bilaterali.

(5)

Huwa għalhekk importanti li jitjieb l-aċċess għas-suq b'mod speċifiku għat-tessuti u li l-kwoti li japplikaw bħalissa fuq l-importazzjoni ta' prodotti tat-tessuti mis-Serbja u l-Montenegro jkunu riveduti. Dan it-titjib ulterjuri jirrifletti l-progress ġenerali reġistrat sa issa fit-taħditiet tekniċi li jwasslu għan-negozjar ta' ftehim dwar it-tessuti, u l-Minuti Miftiehma ffirmati fil-15 ta' Ġunju 2004.

(6)

Aktar importazzjonijiet fl-UE ta' ċerti kategoriji ta' prodotti tat-tessuti ma humiex possibbli bħalissa għaliex il-kwoti rispettivi ġew eżawriti. Is-Serbja u l-Montenegro, kif ukoll l-Istati Membri, talbu li l-kwoti jkunu miżjuda.

(7)

Huwa xieraq li l-livelli ta' kwoti jkunu miżjuda għas-Serbja u l-Montenegro biex ikunu assorbiti r-rikjesti ta' importazzjoni pendenti għall-kategoriji 6, 7 u 15, u għall-kategorija 16 fejn il-limiti kwantitattivi huwa kważi eżawriti.

(8)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 517/94 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tessuti, kif imsemmi fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 517/94,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IIIB tar-Regolament (KEE) Nru 517/94 qed jinbidel kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Pascal LAMY

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

“ANNESS III B

Il-limiti kwantitattivi Komunitarji annwali msemmija fir-raba' inċiż tal-Artikolu 2(1)

Is-Serbja u l-Montenegro

Kategorija

Unità

Kwantità

1

tunnellati

2 350

2

tunnellati

2 853

2a

tunnellati

645

3

tunnellati

312

5

1 000  biċċa

1 326

6

1 000  biċċa

713

7

1 000  biċċa

386

8

1 000  biċċa

1 109

9

tunnellati

292

15

1 000  biċċa

552

16

1 000  biċċa

279

67

tunnellati

244 ”


(1)  ĠU L 67, 10.3.1994, p. 1, kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2309/2003 (ĠU L 342, 30.12.2003, p. 21).

(2)  Dik li qabel kienet ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (FRY).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

123


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1993/2004 tad-19 ta’ Novembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Portugall

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1993/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1993/2004

tad-19 ta’ Novembru 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Portugall

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u partikolarment l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u qerda ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (3), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/376/KE tat-18 ta’ April 2001 li tikkonċerna miżuri li huma neċessarji minħabba l-enċifalopatija sponġiformi bovina fil-Portugall u li timplimenta skema ta’ esportazzjoni bbażata fuq data (4), tipprojbixxi l-ħruġ mill-Portugall ta’ annimali bovini ħajjin u ċerti prodotti li jiġu minnhom. Dik id-Deċiżjoni ssostitwiet u rrevokat id-Deċiżjoni ta-Kummissjoni 98/653/KE (5) li kienet adottatta minħabba r-rata għolja ta’ inċidenza ta’ enċifalopatija sponġiformi bovina (il-BSE) u n-nuqqas, dak iż-żmien, ta’ ġestjoni adegwata ta’ dik il-marda fil-Portugall.

(2)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni Xjentifika (is-SSC) irrikonoxxa tliet kwistjonijiet prinċipali biex jitqies ir-riskju tal-BSE. L-ewwel, ir-riskju ta’ espożizzjoni lill-bniedem li tiġi mill-konsum dirett ta’ materjal potenzjalment infettiv; it-tieni, ir-riskju għall-bniedem mill-inġestjoni, jew mill-espożizzjoni għall-materjal ipproċessat u potenzjalment infettiv; u t-tielet, ir-riskju li l-infezzjoni tkompli tinxtered billi jiġi rriċiklat il-materjal infettiv bħala għalf għall-annimali. L-Organizzazzjoni Internazzjonali għal Saħħet l-Annimali (l-OIE) issuġġeriet ukoll li l-valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali fil-pajjiżi għandha tkun ibbażata fuq kumbinazzjoni tal-firxa tal-BSE u l-applikazzjoni tal-miżuri biex jiġi kkontrollat ir-riskju.

(3)

Fis-sessjoni ġenerali tagħha ta’ Mejju 2003, l-OIE emendat il-Kapitolu dwar il-Kodiċi għal Saħħet l-Annimali dwar il-BSE u bidlet il-kriterji li jiddefinixxu l-limitu bejn pajjiżi b’riskju moderat u dawk b’riskju għoli. Il-limitu issa huwa stabbilit skont ir-rata ta’ inċidenza ta’ BSE maħduma fuq it-12-il xahar preċedenti ta’ 200 każ għal kull miljun annimal fi ħdan il-popolazzjoni ta’ baqar li għandhom ‘il fuq minn 24 xahar, għal pajjiżi li jissorveljaw b’mod attiv.

(4)

Fil-Portugall, kienu nnotifikati 103 każi ta’ BSE bejn l-1 ta’ Settembru 2003 u l-31 ta’ Awwissu 2004. Għaldaqstant, dak iwassal għal rata ta’ inċidenza ta’ BSE maħduma fuq it-12-il xahar preċedenti ta’ 131,7. Barra minn hekk, ir-riżultati tal-monitoraġġ attiv u tas-sorveljanza passiva jindikaw li r-rata ta’ inċidenza tal-BSE f’dak il-pajjiż qiegħda tonqos.

(5)

Għalhekk, ir-rata ta’ inċidenza tal-BSE hija taħt l-ogħla limitu għal pajjiż b’riskju moderat ta’ BSE kif stipulat fil-Kodiċi tal-OIE dwar Saħħet l-Annimali. L-iżvilupp favorevoli tar-rata ta’ inċidenza tal-BSE tindika l-effettività tal-miżuri adottati mill-Portugall.

(6)

Fil-Portugall, fl-4 ta’ Diċembru 1998, ġiet introdotta projbizzjoni fuq l-għalf ta’ proteina mammifera lill-annimali tat-trobbija u ta’ xaħam mammiferu lir-ruminanti. Fl-istess ħin, iż-żamma, il-ħażna u t-tqegħid fis-suq tal-proteina mammifera u ta’ ċerti xaħmijiet kienu pprojbiti u ġie organizzat l-irtirar tal-ħażniet eżistenti.

(7)

F’Ġunju 1999 saret żjara fil-Portugall mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju li kkonkludiet li l-irtirar ta’ dawk il-ħażniet eżistenti kien sar u li l-kontrolli fuq l-effettività tal-projbizzjoni tal-għalf kienu applikati sew. Il-projbizzjoni tqieset effettiva mill-1 ta’ Lulju 1999.

(8)

Fl-4 ta’ Diċembru 1998, fil-Portugall kienet introdotta projbizzjoni fuq l-użu ta’ materjali speċifiċi ta’ riskju f’ikel għall-bniedem jew f’għalf għall-annimali. Dik il-projbizzjoni kienet estiża skont ir-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(9)

Sistema nazzjonali ċentralizzata ġdida għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali bovini kienet introdotta fil-Portugall mill-1 ta’ Lulju 1999.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula miżuri li jikkonċernaw ir-riskji kollha għal saħħet l-annimali u dik pubblika li jirriżultaw mit-TSE kollha tal-annimali, u li jmexxu l-katina sħiħa ta’ produzzjoni u ta’ tqegħid fis-suq ta’ animali ħajjin u ta’ prodotti ġejjin mill-annimali. B’mod partikolari, ir-Regolament jistabbilixxi regoli fil-livell Komunitarju fuq il-monitoraġġ sistematiku tal-BSE, it-tneħħija ta’ materjali speċifiċi ta’ riskju u fuq il-projbizzjonijiet li jikkonċernaw l-għalf għall-annimali.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 ilu japplika mill-1 ta’ Lulju 2001. Bosta żjarat mill-FVO fil-Portugall eżaminaw l-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati f’dak ir-Regolament li għandhom iwasslu għall-qerda, il-kontroll u l-prevenzjoni tat-TSEs.

(12)

Żjara magħmula mill-FVO fi Frar 2004 wriet li l-Portugall kien ħa l-miżuri kollha neċessarji u indirizza, b’mod sodisfaċenti, ir-rakkomandazzjonijiet kollha fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni kontra l-BSE stipulati fir-Regolament (KE) Nru 999/2001, u partikolarment dawk marbuta mas-sorveljanza tal-BSE, it-tneħħija tal-materjali speċifiċi ta’ riskju u mal-projbizzjoni fuq l-għalf.

(13)

It- tliet kwistjonijiet prinċipali biex jitqies ir-riskju tal-BSE: l-ewwel, ir-riskju ta’ espożizzjoni lill-bniedem li tiġi mill-konsum dirett ta’ materjal potenzjalment infettiv; it-tieni, ir-riskju għall-bniedem mill-inġestjoni, jew mill-espożizzjoni għall-materjal ipproċessat u potenzjalment infettiv; u t-tielet, ir-riskju li l-infezzjoni tkompli tinxtered billi jiġi rriċiklat il-materjal infettiv bħala għalf għall-annimali, issa jidhru li qed jiġu ġestiti b’mod adegwat mill-Portugall.

(14)

Huwa xieraq, għalhekk, li d-Deċiżjoni 2001/376/KE tiġi rrevokata.

(15)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 999/2001, il-kolonna vertebrali tal-annimali bovini li għandhom ‘il fuq minn 12-il xahar titqies bħala materjal speċifiku ta’ riskju. Il-Portugall jibbenefika minn deroga li tippermetti l-użu tal-kolonni vertebrali ġejjin minn annimali bovini li għandhom anqas minn 30 xahar. Barra minn hekk, għall-Portugall ir-Regolament jistabbilixxi lista estiża ta’ materjal speċifiku ta’ riskju.

(16)

Fl-interessi tal-armonizzazzjoni tal-kummerċ, il-limitu tal-età għat-tneħħija tal-kolonna vertebrali tal-annimali bovini u l-lista ta’ materjali speċifiċi ta’ riskju applikabbli fl-Istati Membri l-oħra għandhom japplikaw ukoll fil-Portugall. Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu jiġi emendat skont dan.

(17)

Fl-interess taċ-ċarezza u tal-koerenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/345/KE tat-22 ta’ Mejju 2000 li tistabbilixxi d-data li fiha jridu jintbagħtu mill-Portugall lejn il-Ġermanja ċerti prodotti bl-iskop li jiġu inċinerati tista’ tibda tapplika skont l-Artikolu 3(6) tad-Deċiżjoni 98/653/KE (6), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/371/KE tas-6 ta’ Ġunju 2000 li tistabbilixxi d-data li fiha jintbagħtu l-barrin tal-ġlied mill-Portugall lejn Franza tista’ tibda tapplika skont l-Artikolu 3(7) tad-Deċiżjoni 98/653/KE (7), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/372/KE tas-6 ta’ Ġunju 2000 li tistabbilixxi d-data meta jintbagħtu l-barrin tal-ġlied mill-Portugall lejn Spanja tista’ tibda tapplika skont l-Artikolu 3(7) tad-Deċiżjoni 98/653/KE (8), għandhom jiġu rrevokati.

(18)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-Deċiżjonijiet 2000/345/KE, 2000/371/KE, 2000/372/KE u 2001/376/KE jiġu rrevokati.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Novembru 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

L-Anness XI huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Anness XI, fil-Parti A, il-punti 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.

(a)

It-tessuti li ġejjin huma indikati bħala materjal speċifiku ta’ riskju:

(i)

il-kranju minbarra x-xedaq u inklużi l-moħħ u l-għajnejn, il-kolonna vertebrali minbarra l-vertebri tad-denb, il-proċessi spinali u trasversi tal-vertebri ċervikali, toraċiku u tal-ġenbejn u l-kresta tal-ossu sagru medjana u l-ġwienaħ tal-ossu sagru, iżda inkluż il-gangliju bl-għerq dorsali tal-annimali bovini ta’ ‘l fuq minn 12-il xahar, u t-tunsilli, l-intestini mid-duwodenu sar-rektum u l-mindila tal-annimali bovini ta’ kull età;

(ii)

ir-ras, li tinkludi l-moħħ u l-għajnejn, it-tunsilli u l-korda spinali ta’ annimali tar-razza tal-mogħoż u tar-razza tan-nagħaġ ta’ ‘l fuq minn 12-il xahar jew li għandhom inċisur permanenti li ħareġ mill-ħanek, u l-milsa u l-ilju ta’ annimali tar-razza tal-mogħoż jew tar-razza tan-nagħaġ ta’ kull età.

L-età speċifikata f’(i) għat-tneħħija tal-kolonna vertebrali tal-bovini tista’ tiġi aġġustata billi jiġi emendat dan ir-Regolament fid-dawl tal-probabbiltà statistika tal-okkorrenza tal-BSE fil-gruppi ta’ età rilevanti tal-popolazzjoni bovina tal-Komunità, fuq il-bażi tar-riżultati tal-monitoraġġ tal-BSE kif stabbilit mill-Kapitolu A.I tal-Anness III.

(b)

Minbarra l-materjal speċifiku riskjuż elenkat f’(a), it-tessuti li ġejjin għandhom jiġu kklassifikati bħala materjal speċifiku ta’ riskju fir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq: ir-ras kollha minbarra l-ilsien, li tinkludi l-moħħ, l-għajnejn, u l-gangliju triġeminali; it-timu, il-milsa u l-kolonna vertebrali tal-annimali bovini ta’ ’l fuq minn 6 xhur.

2.

Bis-saħħa ta’ deroga mill-punt 1(a)(i), tista’ tittieħed deċiżjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2) biex ikun awtorizzat l-użu tal-kolonna vertebrali u l-ganglija bl-għerq dorsali mill-annimali bovini:

(a)

imwielda, imrobbijin minn dejjem u maqtula fi Stati Membri li għalihom il-valutazzjoni xjentifika tkun stabbiliet li l-okkorrenza tal-BSE fl-annimali bovini li twieldu fil-post hija tabilħaqq improbabbli, jew inkella improbabbli imma mhux eskluża għal kollox; jew

(b)

imwielda wara d-data tal-infurzar effettiv tal-projbizzjoni fuq l-għalf tal-proteina mammifera għar-ruminanti fi Stati Membri li għandhom każijiet ta’ BSE fl-annimali li twieldu fil-post, jew li għalihom il-valutazzjoni xjentifika tkun stabbiliet li l-okkorrenza tal-BSE fl-annimali bovini li twieldu fil-post hija probabbli.

Ir-Renju Unit u l-Iżvezja jistgħu jibbenefikaw minn din id-deroga fuq il-bażi tal-evidenza li tkun ġiet ippreżentata u evalwata preċedentement. Stati Membri oħra jistgħu japplikaw għal din id-deroga billi jressqu evidenza konklużiva ta’ appoġġ lill-Kummissjoni rigward il-punt (a) jew (b), skont il-każ.

L-Istati Membri li jibbenefikaw minn din id-deroga, għandhom, barra mir-rekwiżiti stipulati fl-Anness III, il-Kapitolu A, it-Taqsima I, jiżguraw li wieħed mit-testijiet rapidi approvati u elenkati fl-Anness X, il-Kapitolu C, il-punt 4, ikun applikat lill-annimali bovini kollha li għandhom ’il fuq minn 30 xahar li:

(i)

ikunu mietu fir-razzett jew waqt it-trasport, iżda li ma jkunux inqatlu għall-konsum mill-bniedem, bl-eċċezzjoni ta’ dawk l-annimali mejta f’żoni remoti b’densità baxxa ta’ annimali li jinsabu fi Stati Membri fejn l-okkorrenza tal-BSE hija improbabbli;

(ii)

ikunu ġew suġġetti għall-qtil normali għall-konsum mill-bniedem.

Id-deroga ma għandhiex tingħata biex ikun awtorizzat l-użu tal-kolonna vertebrali u l-ganglija tal-għerq dorsali minn annimali bovini ta’ ’l fuq minn 30 xahar mir-Renju Unit.

Esperti mill-Kummissjoni jistgħu jagħmlu spezzjonijiet fuq il-post biex ikomplu jivverifikaw l-evidenza mressqa, skont l-Artikolu 21.”

2.

Fl-Anness XI, fil-Parti D, il-punt 1, jitħassru r-referenzi għad-Deċiżjonijiet 2000/345/KE, 2000/371/KE, 2000/372/KE u 2001/376/KE.


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33).

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(3)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1492/2004 (ĠU L 274, 24.8.2004, p. 3).

(4)  ĠU L 132, 15.5.2001, p. 17. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2004/653/KE (ĠU L 298, 23.9.2004, p. 25).

(5)  ĠU L 311, 20.11.1998, p. 23.

(6)  ĠU L 121, 23.5.2000, p. 9.

(7)  ĠU L 134, 7.6.2000, p. 34.

(8)  ĠU L 134, 7.6.2000, p. 35.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

128


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri bejn Il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku fir-rigward tal-emendi lill-Anness II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku dwar ir-rikonoxximent reċiproku u l-protezzjoni tad-denominazzjoni tal-ispirti

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/785/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta' Ottubru 2004

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri bejn Il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku fir-rigward tal-emendi lill-Anness II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku dwar ir-rikonoxximent reċiproku u l-protezzjoni tad-denominazzjoni tal-ispirti

(2004/785/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/361/KE tas-27 ta' Mejju 1997 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku fuq ir-rikonoxximent komuni u l-protezzjoni tad-deskrizzjoni ta’ spirti alkoħoliċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha.

Billi:

(1)

Jekk titqies ir-rikjesta tal-Messiku li tqajmet matul “It-taħditiet Formali dwar l-adattamenti tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles wara t-tkabbir tal-UE” li saru fit-28-30 ta’ Jannar 2004 f’Mexico City, jeħtieġ li jiġi emendat l-Anness II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku dwar ir-rikonoxximent reċiproku u l-protezzjoni tal-ispirti b'effett mid-29 ta' Ottubru 2004.

(2)

Għalhekk, il-Komunità u l-Istati Uniti tal-Messiku nnegozjaw, skont l-Artikolu 18 tal-Ftehim imsemmi fuq, ftehim f’għamla ta’ skambju ta’ ittri biex jiġi emendat il-Ftehim. Dan l-iskambju ta' ittri għandu għalhekk jiġi approvat.

(3)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Implimentazzjoni għall-Ispirti,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim f’għamla ta' skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku li jemenda l-Anness II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku dwar ir-rikonoxximent reċiproku u l-protezzjoni tad-denominazzjoni tal-ispirti huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huma mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Kummissarju tal-Agrikoltura huwa b'dan mogħti s-setgħa jiffirma l-iskambju ta' ittri sabiex jorbot lill-Komunità.

Magħmula fi Brussell, 26 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 152, 11.6.1997, p. 15.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

129


Rettifika għall-Anness

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

L-Anness għandha taqra:

ANNESS

FTEHIM FL-GĦAMLA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI

bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku fir-rigward tal-emendi lill-Anness II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku dwar ir-rikonoxximent reċiproku u l-protezzjoni tad-denominazzjoni tal-ispirti

ITTRA Nru 1

Ittra mill-Komunità Ewropea

Brussell, 29 ta’ Ottubru 2004

Sinjur,

Għandi l-unur nirreferi għat-talba tiegħek imqajma matul id-diskussjonijiet marbuta mat-Taħditiet Formali dwar l-adattamenti tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles wara t-tkabbir, li saru fit-28-30 ta’ Jannar 2004 f’Mexico City u li saru skont l-Artikolu 18 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku dwar ir-rikonoxximent reċiproku u l-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-ispirti, tas-27 ta’ Mejju 1997, li jistipula li l-Partijiet Kontraenti, b’kunsens reċiproku, jistgħu jemendaw dan il-Ftehim.

Il-Komunità eżaminat din it-talba u taqbel li l-Anness II tal-Ftehim jiġi modifikat f’konformità mal-Anness mehmuż mal-iskambju preżenti ta' ittri, b’effett minn 29 ta’ Ottubru 2004.

Inkun nafulek jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra.

Dejjem tiegħek,

F’isem il-Komunità Ewropea

Franz FISCHLER

ITTRA Nru 2

Ittra mill-Istati Uniti tal-Messiku

(Mexico City/Brussell, 29 ta’ Ottubru 2004)

Sinjur,

Għandi l-unur nirrikonoxxi li rċevejt l-ittra tiegħek ta' (data) li tgħid kif ġej:

“Għandi l-unur nirreferi għat-talba tiegħek imqajma matul id-diskussjonijiet marbuta mat-Taħditiet Formali dwar l-adattamenti tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles wara t-tkabbir, li saru fit-28-30 ta’ Jannar 2004 f’Mexico City u li saru skont l-Artikolu 18 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku dwar ir-rikonoxximent reċiproku u l-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-ispirti, tas-27 ta’ Mejju 1997, li jistipula li l-Partijiet Kontraenti, b’kunsens reċiproku, jistgħu jemendaw dan il-Ftehim..

Il-Komunità eżaminat din it-talba u taqbel li l-Anness II tal-Ftehim jiġi modifikat f’konformità mal-Anness mehmuż mal-iskambju preżenti ta' ittri, b’effett minn 29 ta’ Ottubru 2004.

Inkun nafulek jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra.”

Għandi l-unur ninfurmak li l-Istati Uniti tal-Messiku jaqblu mal-kontenut tal-ittra tiegħek.

Dejjem tiegħek,

F’isem l-Istati Uniti tal-Messiku

Luis Ernesto DERBEZ

ANNESS

Annex II of the Agreement between the European Community and the United Mexican States on the mutual recognition and protection for spirit drinks shall be modified as follows:

“ANNESS II

tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku dwar ir-rikonoxximent u l-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-ispirti

Spirti ta’ Agave:

 

Tequila: protett, elaborat u kklassifikat f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Uniti tal-Messiku.

 

Mezcal: protett, elaborat u kklassifikat f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Uniti tal-Messiku.

Spirti ta’ Sotol (Dasylirion):

 

Sotol: protett, elaborat u kklassifikat f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Uniti tal-Messiku

Spirti tal-kannamiela:

 

Charanda: protett, elaborat u kklassifikat f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Uniti tal-Messiku.”


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

132


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2004 li tistabbilixxi il-kundizzjonijiet taċ-ċaqlieq non-kummerċjali ta’ klieb u qtates żgħar minn pajjiżi terzi għall-Komunità

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/839/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Diċembru 2004

li tistabbilixxi il-kundizzjonijiet taċ-ċaqlieq non-kummerċjali ta’ klieb u qtates żgħar minn pajjiżi terzi għall-Komunità

(notifikat bid-dokument numru C(2004) 4546)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/839/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għaċ-ċaqlieq non-kummerċjali ta’ l-annimali domestiċi u li temenda id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) (c) tagħha,

Billi:

(1)

Regolament (KE) Nru 998/2003 jistabbilixxi il-kundizzjonijiet taċ-ċaqlieq non-kummerċjali ta’ klieb u qtates minn pajjiżi terzi għall-Komunità. Dawn il-kundizzjonijiet ivarjaw skond l-istat tal-pajjiż terz ta’ l-oriġini u ta’ l-Istat Membru destinatarju.

(2)

Artikolu 8(3) (c) tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 jipprevedi li l-kundizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti għad-dħul tal-klieb u l-qtates ta’ taħt it-tliet xhur mill-pajjiżi terzi elenkati rispettivament fil-Partijiet B u Ċ ta’ l-Anness II tar-Regolament.

(3)

Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk il-kundizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċaqlieq fost l-Istati Membri tal-klieb u l-qtates żgħar li mhumiex mlaqqma.

(4)

Minħabba li r-Regolament (KE) Nru 998/2003 huwa diġà applikabbli, u minħabba is-sidien Ewropej ta’ l-annimali domestiċi, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mingħajr dewmien.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw id-dħul tal-klieb u l-qtates ta’ inqas minn tliet xhur u li mhumiex mlaqqma kontra r-rabja fit-territorju tagħhom minn pajjiżi terzi elenkati rispettivament fil-Parti B u C ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 998/2003 skond kundizzjonijiet għallinqas ekwivalenti għal dawk stipulati skond l-Artikolu 5 (2) ta’ dak ir-Regolament.

2.   Xi ċaqlieq li jsir wara li xi Stat Membru ieħor ta’ l-annimali mdaħħla skond il-paragrafu 1 se jkun projbit, minbarra fejn l-annimal għandu jiġi mċaqlaq skond il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 988/2003 għal xi Stat Membru li mhuwiex mniżżel fil-lista fil-Parti A tal-Anness II għal dak ir-Regolament.

Xi ċaqlieq li jsir wara għal xi Stat Membru ieħor mniżżel fil-lista fil-Parti A ta’ l-Anness II skond dak ir-Regolament ta’ xi annimal mdaħħal skond il-paragrafu 1 għandu jsir skond il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6.1 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 la darba l-annimal fil-kwistjoni ikun qabeż it-tliet xhur.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni se tapplika mill-11 ta’ Diċembru 2004.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1994/2004 (ĠU L 344, 20.11.2004, p. 17).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

133


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2004 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 478/1999 tal-14 ta’ Lulju 1999 li ġġedded il-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sajd u l-Akkwakultura

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/864/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta' Diċembru 2004

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 478/1999 tal-14 ta’ Lulju 1999 li ġġedded il-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sajd u l-Akkwakultura

(2004/864/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Billi:

(1)

Huwa importanti għall-Kummissjoni li jkollha r-reazzjonijiet tal-interessi konċernati dwar il-kwistjonijiet imqajma bl-istabbiliment ta' politika komuni tas-sajd (PKS). Inħoloq kumitat ta' konsulenza (ACF) fis-settur tas-sajd bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KEE) Nru 71/128 (1), sostitwita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 478/1999 tal-14 ta’ Lulju 1999 li ġedded il-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sajd u l-Akkwakultura (ACFA) (2). Is-sħubija fl-ACFA hija ddefinita fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 478/1999/KE.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 478/1999/KE stabilixxiet erba’ gruppi ta’ ħidma biex iħejju l-opinjonijiet tal-Kumitat; il-grupp ta’ ħidma Nru 2 huwa inkarigat mill-Akkwakultura.

(3)

Fid-dawl tat-tkabbir rapidu tal-akkwakultura Ewropea fl-aħħar snin, huwa xieraq li l-interessi f’dan is-settur ikunu rappreżentati b’mod aħjar fi ħdan l-ACFA. Is-sħubija ta’ dan il-Kumitat għalhekk għandha tiġi estiża sabiex il-Viċi President tal-grupp ta’ ħidma Nru 2 ikun inkluż. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 478/1999/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 478/1999 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-ewwel sentenza hija mibdula b'dan li ġej:

Il-Kumitat hu magħmul minn 21 membru, minn issa ‘l quddiem “il-membri”.

(b)

Il-paragrafu 2 jitbiddel b’dan li ġej:

“2.   Dawn li ġejjin ukoll għandhom siġġu fuq il-Kumitat: il-president u l-viċi-president tal-Kumitat għad-djalogu settorjali tas-Sajd, il-president u l-viċi president tal-gruppi ta' ħidma 1, 2, 3 u 4 kif jissemma fl-Artikolu 7”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 16 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 68, 22.3.1971, p. 18.

(2)  ĠU L 187, 20.7.1999, p. 70.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

134


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2172/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta' ħtiġiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2172/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2172/2004

tas-17 ta’ Diċembru 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta' ħtiġiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonisdrat ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2002 id-dħul gradwali aċċellerat ta' ħtiġiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 huwa bbażat fuq id-definizzjonijiet u n-normi ddettaljati fl-Anness I tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti (minn hawn 'il quddiem imsemmija “l-Konvenzjoni ta' Marpol”).

(2)

Fl-4 ta' Diċembru 2003, il-Kumitat dwar il Protezzjoni tal-Ambjent Marittimu (MEPC) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali addotta numru ta' emendi fl-Anness I tal-Konvenzjoni ta’ Marpol. Dawk l-emendi jibdew iseħħu nhar il-5 ta' April 2005.

(3)

Ir-referenzi fir-Regolament (KE) Nru 417/2002 għall-Anness I tal-Konvenzjoni ta’ Marpol għandhom jiġu emendati fid-dawl ta' dawk l-emendi.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Ħielsa mill-Perikli u l-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 huwa emendat kif jidher hawn taħt:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif jidher hawn taħt:

(a)

Fil-punt numru 2, ir-referenza għar-“Riżoluzzjoni MEPC 94(46) tas-27 ta' April 2001 li tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2002” hija sostitwita b'referenza għar-“Riżoluzzjoni MEPC 111(50) tal-4 ta' Diċembru 2003 li tidħol fis-seħħ nhar l-4 ta' April 2005”

(b)

Mal-punt numru 7, ġiet miżjuda is-sentenza li jmiss:

“kull tanker taż-żejt tal-Kategorija 2 irid ikollu t-tankijiet tas-saborra segregati u mqegħdin f'post fis-sikur (SBT/PL)”

(c)

Il-punt numru 10 huwa sostitwit b'li jmiss:

“10.

tanker taż-żejt b'żewġt ibwieq tfisser:

(a)

tanker taż-żejt ta' 5 000 tunnellata piż nett u aktar, u li jissodisfa l-kondizzjonijiet taż-żewġt ibwieq jew ta' disinn ekwivalenti tar-Regolament 13F tal-Anness I tal-MARPOL 73/78 jew jissodisfa l-kondizzjonijiet tal-Paragrafu 1(c) tar-Regolament 13G rivedut tal-Anness I tal-MARPOL 73/78; jew

(b)

tanker taż-żejt ta' 600 tunnellata piż nett u aktar imma ta' inqas minn 5 000 tunnellata piż nett, armat b'tankijiet jew spazji ta' qiegħ doppju li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tar-Regolament 13F (7)(a) tal-Anness I tal-MARPOL 73/78, u tankijiet tal-ġnub jew spazji mqiegħda skont ir-Regolament 13F (3)(a) u li jissodisfaw il-kondizzjoni tad-distanza w kif riferit għaliha fir-Regolament 13F (7)(b) tal-Anness I tal-MARPOL 73/78,”

(2)

Fl-Artikolu 6, ir-referenza għar-“Riżoluzzjoni MEPC 94(46) tal-tas-27 ta' April 2001” hija sostitwita b'referenza għar “Riżoluzzjoni MEPC 94(46) tas-27 ta' April 2001 kif emendata mir-Riżoluzzjoni MEPC 99(48) tal-11 ta' Ottubru 2002 u mir-Riżoluzzjoni MEPC 112(50) tal-tal-4 ta' Diċembru 2003”

(3)

Fl-Artikolu 11, ir-referenza għar-“Riżoluzzjonijiet MEPC 94(46) u 95(46)” hi sostitwita b'referenza għar-“Riżoluzzjonijiet MEPC 111(50) u r-Riżoluzzjoni MEPC 94(46) kif emendata mir-Riżoluzzjoni MEPC 99(48) u r-Riżoluzzjoni MEPC 112(50)”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament ikun jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 1. Ir-Regolament kif ġie emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1726/2003 (ĠU L 249, 1.10.2003, p. 1).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

136


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2186/2004 tal-20 ta’ Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1613/2000 li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw użati għall-iskopijiet tal-iskema ta' preferenzi ġeneralizzati sabiex jieħdu in konsiderazzjoni l-qagħda speċjali fil-Laos fir-rigward ta' xi oġġetti tat-tessuti esportati lejn il-Komunità

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2186/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2186/2004

tal-20 ta’ Diċembru 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1613/2000 li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw użati għall-iskopijiet tal-iskema ta' preferenzi ġeneralizzati sabiex jieħdu in konsiderazzjoni l-qagħda speċjali fil-Laos fir-rigward ta' xi oġġetti tat-tessuti esportati lejn il-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jippreskrivi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,

Billi:

(1)

Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2501/2001 tal-10 ta’ Diċembru 2001 li japplika skema ta' preferenzi ġeneralizzati tat-tariffa għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 ta' Diċembru 2004 (3), il-Komunità tat lil-Laos preferenzi ġeneralizzati tat-tariffa.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 jistabbilixxi d-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinanti li għandu jintuża għall-finijiet tal-iskema tal-preferenzi tariffarji ġeneralizzati (GSP). Madankollu, ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jipprovdi għal derogi favur il-pajjiżi l-anqas żviluppati li huma benefiċjarji tal-GSP u li jressqu lill-Komunità talba f’lokha għal dak il-għan.

(3)

Il-Laos ibbenefika minn tali deroga għal ċerti tessuti mill-1997, l-aħħar darba skont tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1613/2000 tal-24 ta' Lulju 2000 li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw użati għall-iskopijiet tal-iskema ta' preferenzi ġeneralizzati sabiex jieħdu in konsiderazzjoni l-qagħda speċjali fil-Laos fir-rigward ta' xi oġġetti tat-tessuti esportati lejn il-Komunità (4), kif emendat bir-Regolament Nru 291/2002 (5), li estenda l-validità tad-deroga sal-31 ta' Diċembru 2004. Permezz ta’ ittri bid-data tal-4 ta’ Mejju 2004 u l-4 ta’ Awwissu 2004, il-Laos ressaq talba għat-tiġdid ta’ din id-deroga.

(4)

Il-talba mressqa mil-Laos kienet ikkunsidrata mill-Kummissjoni u ġie konkluż li kienet sostanzjata sewwa.

(5)

Meta kienet estiża l-validità tar-Regolament Nru 1613/2000, tqies li għandha tiskadi fl-istess waqt li tintemm l-iskema kurrenti tal-GSP, li kellha tagħlaq f’dik id-data. Madankollu, ir-Regolament Nru 2211/2003 (6) estenda l-validità tal-iskema tal-GSP għal sena oħra, sal-31 ta’ Diċembru 2005.

(6)

Fit-18 ta’ Diċembru 2003, il-Kummissjoni ppubblikat Green Paper dwar ir-regoli futuri tal-oriġini fl-arranġamenti ta’ kummerċ preferenzjali [traduzzjoni mhux uffiċjali] (7), li fetħet dibattitu wiesa’ dwar dak is-suġġett. Fis-7 ta’ Lulju 2004, ippubblikat Komunikazzjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bl-isem “Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-kummerċ internazzjonali u l-iżvilupp sostenibbli: il-funzjoni tas-sistema ġeneralizzata ta’ preferenzi (GSP) għall-perjodu ta’ għaxar snin mill-2006 sal-2015” (8), li rrikonoxxiet ukoll il-ħtieġa għal bidla fir-regoli tal-oriġini. Madankollu, għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni u l-ebda regola ġdida mhi se tkun implimentata qabel il-31 ta’ Diċembru 2004.

(7)

Estensjoni tad-deroga għaldaqstant ma għandiex tiddeteremina minn qabel jew tippreġudika l-eżitu tad-diskussjonijiet dwar regoli ġodda possibbli tal-oriġini għall-GSP. Madankollu, l-interess tal-kummerċjanti li jkunu qed jikkonkludu kuntratti sew fil-Laos kif ukoll fil-Komunità, kif ukoll għall-istabbiltà u l-iżvilupp sostenibbli tal-industrija tal-Laos f’dak li jirrigwarda l-investiment li jinsab għaddej kif ukoll l-impjiegi, jirrikjedu li d-deroga għandha tkun estiża għal biżżejjed żmien biex tippermetti l-issuktar jew il-konklużjoni ta’ kuntratti aktar fit-tul, filwaqt li tiffaċilita t-tranżizzjoni għal regoli ġodda possibbli tal-oriġini għall-GSP.

(8)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1613/2000, partikolarment l-eżistenza ta’ limiti kwantitattivi, li jgħoddu fuq bażi ta' kull sena u jirriflettu l-kapaċità tas-suq tal-Komunità li jassorbi l-prodotti tal-Laos, il-kapaċità tal-esportazzjoni tal-Laos u l-movimenti effettivament irreġistrati tal-kummerċ, kienu mfassla biex ma jagħmlux ħsara lill-fergħat korrispondenti tal-industrija tal-Komunità.

(9)

Id-deroga għandha għaldaqstant tiġġedded sal-31 ta’ Diċembru 2006, bl-ebda tibdil fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħha għajr f’dak i jirrigwarda l-livelli tal-limiti kwantitattivi. Madankollu, biex ikun żgurat it-trattament ekwu sew għal-Laos kif ukoll għall-pajjiżi l-anqas żviluppati l-oħra, l-issuktar tal-ħtieġa għad-deroga għandu jerġa’ jkun eżaminat ġaladarba jkunu adottati kwalunkwe regoli ġodda tal-oriġini fil-kuntest tal-GSP l-ġdid.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 1613/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1613/2000 huwa emendat kif ġej:

fl-Artikolu 2, il-“31 ta’ Diċembru 2004” għandha tinbidel bil-“31 ta’ Diċembru 2006”

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-issuktar tal-ħtieġa għad-deroga għandu, madankollu, jerġa’ jkun eżaminat sa mhux ajtar tard mill-31 ta’ Diċembru 2005, skont id-dispożizzjoniiet il-ġodda li jkun għandhom jiġu adottati rigward is-sistema ġeneralizzata tal-preferenzi u r-regoli ġodda tal-oriġini relatati magħhom.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2286/2003 (ĠU L 343, 31.12.2003, p. 1).

(3)  ĠU L 346, 31.12.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1928/2004 (ĠU L 321, 22.10.2004, p. 23).

(4)  ĠU L 185, 25.7.2000, p. 38.

(5)  ĠU L 46, 16.2.2002, p. 12.

(6)  ĠU L 332, 19.12.2003, p. 1.

(7)  COM(2003) 787 finali.

(8)  COM(2004) 461 finali.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

138


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ iskambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċile li għandha x'taqsam ma' emendi għall-Appendiċi I tal-Ftehim fuq il-kummerċ ta’ spirti u xorb aromatizzat tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika taċ-Ċile, min-naħa l-oħra, in vista tat-tkabbir

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/881/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Novembru 2004

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ iskambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċile li għandha x'taqsam ma' emendi għall-Appendiċi I tal-Ftehim fuq il-kummerċ ta’ spirti u xorb aromatizzat tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika taċ-Ċile, min-naħa l-oħra, in vista tat-tkabbir

(2004/881/KE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/979/KE tat-18 ta’ Novembru 2002 fuq il-firma u l-applikazzjoni proviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika taċ-Ċile, min-naħa l-oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tagħha,

Billi:

(1)

In vista tat-tkabbir, huwa meħtieġ li jiġi emendat l-Appendiċi I, Taqsima A tal-Ftehim fuq spirti u xorb aromatizzat tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika taċ-Ċile, min-naħa l-oħra, sabiex jitħarsu t-termini ġodda ta’ l-ispirti alkoħoliċi ta’ l-Istati Membri ġodda b’effett mill-1 ta’ Mejju 2004.

(2)

Il-Komunità u r-Repubblika taċ-Ċile għalhekk innegozjaw, bi qbil ma’ l-Artikolu 16(2) tal-Ftehim hawn fuq imsemmi, ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri biex jemendaw l-Appendiċi I. Taqsima A. Dan il-iskambju ta' ittri għandu għalhekk jiġi approvat.

(3)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Implimentazzjoni għall-Ispirti.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċile li jemenda l-Appendiċi I, Taqsima A tal-Ftehim fuq il-kummerċ ta’ spirti u xorb aromatizzat tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika taċ-Ċile, min-naħa l-oħra, huwa b’hekk approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Kummissarju ta’ l-Agrikoltura huwa b’hekk awtorizzat li jiffirma l-iskambju ta’ ittri sabiex tintrabat il-Komunità.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Novembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 352, 30.12.2002, p. 1.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

139


Rettifika għall-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċile f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-emendi ta’ Appendiċi I tal-Ftehim bejn il-kummerċ ta’ spirti u xorb aromatizzat tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika taċ-Ċile, min-naħa l-oħra

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

It-test għall-Ftehim għandhu jaqra:

FTEHIM FIL-FORMA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI

bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċile f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-emendi ta’ Appendiċi I tal-Ftehim bejn il-kummerċ ta’ spirti u xorb aromatizzat tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika taċ-Ċile, min-naħa l-oħra

ITTRA Nru 1

Ittra mill-Komunità Ewropea

Brussell, 30 ta’ Novembru 2004

Sinjur,

Għandi l-unur li nirreferi għal-laqgħat marbuta ma’ adattazzjonijiet tekniċi li seħħew skond l-Artikolu 16(2) tal-Ftehim fuq il-kummerċ ta’ spirti u xorb aromatizzat tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika taċ-Ċile min-naħa l-oħra, tat-18 ta’ Novembru 2002, li tipprovdi li l-Partijiet Kontraenti jistgħu, b'kunsens reċiproku, jemendaw dan il-Ftehim.

Kif diġà taf, it-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea ser iseħħ fl-1 ta’ Mejju 2004. Għalhekk, f’dan il-kuntest huwa meħtieġ li jsiru adattazzjonijiet tekniċi għall-Appendiċi I, Taqsima A (Lista ta' denominazzjonijiet protetti għal spirti li joriġinaw mill-Komunità) tal-Ftehim imsemmi hawn fuq, sabiex jinkludi l-għarfien u l-ħarsien tad-denominazzjonijiet għal spirti ta' l-Istati Membri ġodda bil-għan li jiġu applikati mill-Partijiet b'effett mill-1 ta' Mejju 2004.

Għandi għalhekk l-unur li nipproponi li l-Appendiċi I, Taqsima A tal-Ftehim fuq il-kummerċ ta’ spirti u xorb aromatizzat tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika taċ-Ċile, min-naħa l-oħra, huwa b’hekk sostitwit mill-Appendiċi anness ma’ din l-ittra, b’effett mill-1 ta’ Mejju 2004, soġġett għad-dħul fis-seħħ fl-istess data tat-Trattat ta' Adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ l-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja.

Inkun grat jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek huwa fi qbil mal-kontenut ta' din l-ittra.

Nassigurak, Sinjur, mill-istima għolja tiegħi.

F’isem il-Komunità Ewropea

Mariann FISCHER BOEL

ITTRA Nru 2

Ittra miċ-Ċile

Brussell, 30 ta’ Novembru 2004

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum li fiha li ġej:

“Għandi l-unur li nirreferi għal-laqgħat marbuta ma’ adattazzjonijiet tekniċi li seħħew skond l-Artikolu 16(2) tal-Ftehim fuq il-kummerċ ta’ spirti u xorb aromatizzat tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika taċ-Ċile min-naħa l-oħra, tat-18 ta’ Novembru 2002, li tipprovdi li l-Partijiet Kontraenti jistgħu, b'kunsens reċiproku, jemendaw dan il-Ftehim.

Kif diġà tafu it-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea ser iseħħ fl-1 ta’ Mejju 2004. Għalhekk, f’dan il-kuntest huwa meħtieġ li jsiru adattazzjonijiet tekniċi għall-Appendiċi I, Taqsima A (Lista ta' denominazzjonijiet protetti għal spirti li joriġinaw mill-Komunità) tal-Ftehim imsemmi hawn fuq, sabiex jinkludi l-għarfien u l-ħarsien tad-denominazzjonijiet għal spirti ta' l-Istati Membri ġodda bil-għan li jiġu applikati mill-Partijiet b'effett mill-1 ta' Mejju 2004.

Għandi għalhekk l-unur li nipproponi li l-Appendiċi I, Taqsima A tal-Ftehim fuq il-kummerċ ta’ spirti u xorb aromatizzat tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika taċ-Ċile, min-naħa l-oħra, huwa b’hekk sostitwit mill-Appendiċi anness ma’ din l-ittra, b’effett mill-1 ta’ Mejju 2004, soġġett għad-dħul fis-seħħ fl-istess data tat-Trattat ta' Adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ l-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja.

Inkun grat jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek huwa fi qbil mal-kontenut ta' din l-ittra.”

Għandi l-unur ngħarrfek li r-Repubblika taċ-Ċile hija fi qbil mal-kontenut ta’ din l-ittra.

Nassigurak, Sinjur, mill-istima għolja tiegħi.

F’isem ir-Repubblika taċ-Ċile

Alberto VAN KLAVEREN

“APPENDIĊI 1

(imsemmi fl-Artikolu 6)

DENOMINAZZJONIJIET PROTETTI GĦAL SPIRTI U XORB AROMATIZZAT

A.   Lista ta’ denominazzjonijiet protetti ta’ spirti li joriġinaw mill-Komunità

1.   Rumm

 

Rhum de la Martinique/Rhum de la Martinique traditionnel

 

Rhum de la Guadeloupe/Rhum de la Guadeloupe traditionnel

 

Rhum de la Réunion/Rhum de la Réunion traditionnel

 

Rhum de la Guyane/Rhum de la Guyane traditionnel

 

Ron de Málaga

 

Ron de Granada

 

Rum da Madeira

2. (a)    Wiski (whisky)

 

Scotch Whisky

 

Irish Whisky

 

Whisky español

(Dawn id-denominazzjonijiet jistgħu jiġu supplimentati mit-termini ‘malt’ jew ‘grain’)

2. (b)   Wiski (whiskey)

 

Irish Whiskey

 

Uisce Beatha Eireannach/Irish Whiskey

(Dawn id-denominazzjonijiet jistgħu jiġu supplimentati mit-terminu ‘Pot Still’)

3.   Spirtu alkoħoliku magħmul miċ-ċereali

 

Eau-de-vie de seigle de marque nationale luxembourgeoise

 

Korn

 

Kornbrand

4.   Spirtu alkoħoliku magħmul mill-inbid

 

Eau-de-vie de Cognac

 

Eau-de-vie des Charentes

 

Cognac

(Id-denominazzjoni ‘Cognac’ tista’ tiġi supplimentata mit-termini li ġejjin:

Fine

Grande Fine Champagne

Grande Champagne

Petite Champagne

Petite Fine Champagne

Fine Champagne

Borderies

Fins Bois

Bons Bois)

 

Fine Bordeaux

 

Armagnac

 

Bas-Armagnac

 

Haut-Armagnac

 

Ténarèse

 

Eau-de-vie de vin de la Marne

 

Eau-de-vie de vin originaire d'Aquitaine

 

Eau-de-vie de vin de Bourgogne

 

Eau-de-vie de vin originaire du Centre-Est

 

Eau-de-vie de vin originaire de Franche-Comté

 

Eau-de-vie de vin originaire du Bugey

 

Eau-de-vie de vin de Savoie

 

Eau-de-vie de vin originaire des Coteaux de la Loire

 

Eau-de-vie de vin des Côtes-du-Rhône

 

Eau-de-vie de vin originaire de Provence

 

Eau-de-vie de Faugères/Faugères

 

Eau-de-vie de vin originaire du Languedoc

 

Aguardente do Minho

 

Aguardente do Douro

 

Aguardente da Beira Interior

 

Aguardente da Bairrada

 

Aguardente do Oeste

 

Aguardente do Ribatejo

 

Aguardente do Alentejo

 

Aguardente do Algarve

 

Aguardente de Vinho da Região dos Vinhos Verdes

 

Aguardente da Região dos Vinhos Verdes Alvarinho

 

Lourinhã

5.   Brandi

 

Brandy de Jerez

 

Brandy del Penedés

 

Brandy italiano

 

Brandy Αττικής/Brandy of Attica

 

Brandy Πελλοπονήσου/Brandy of the Peloponnese

 

Brandy Κεντρικής Ελλάδας/Brandy of Central Greece

 

Deutscher Weinbrand

 

Wachauer Weinbrand

 

Weinbrand Dürnstein

 

Karpatské brandy špeciál

6.   Spirtu magħmul mill-karfa ta’ l-għeneb magħsur

 

Eau-de-vie de marc de Champagne ou

Marc de Champagne

 

Eau-de-vie de marc originaire d'Aquitaine

 

Eau-de-vie de marc de Bourgogne

 

Eau-de-vie de marc originaire du Centre-Est

 

Eau-de-vie de marc originaire de Franche-Comté

 

Eau-de-vie de marc originaire de Bugey

 

Eau-de-vie de marc originaire de Savoie

 

Marc de Bourgogne

 

Marc de Savoie

 

Marc d'Auvergne

 

Eau-de-vie de marc originaire des Coteaux de la Loire

 

Eau-de-vie de marc des Côtes du Rhône

 

Eau-de-vie de marc originaire de Provence

 

Eau-de-vie de marc originaire du Languedoc

 

Marc d'Alsace Gewürztraminer

 

Marc de Lorraine

 

Bagaceira do Minho

 

Bagaceira do Douro

 

Bagaceira da Beira Interior

 

Bagaceira da Bairrada

 

Bagaceira do Oeste

 

Bagaceira do Ribatejo

 

Bagaceiro do Alentejo

 

Bagaceira do Algarve

 

Aguardente Bagaceira da Região dos Vinhos Verdes

 

Bagaceira da Região dos Vinhos Verdes Alvarinho

 

Orujo gallego

 

Grappa

 

Grappa di Barolo

 

Grappa piemontese/Grappa del Piemonte

 

Grappa lombarda/Grappa di Lombardia

 

Grappa trentina/Grappa del Trentino

 

Grappa friulana/Grappa del Friuli

 

Grappa veneta/Grappa del Veneto

 

Südtiroler Grappa/Grappa dell'Alto Adige

 

Τσικουδιά Κρήτης/Tsikoudia of Crete

 

Τσίπουρο Μακεδονίας/Tsipouro of Macedonia

 

Τσίπουρο Θεσσαλίας/Tsipouro of Thessaly

 

Τσίπουρο Τυρνάβου/Tsipouro of Tyrnavos

 

Eau-de-vie de marc de marque nationale luxembourgeoise

 

Zivania

 

Pálinka

7.   Spirtu tal-Frott

 

Schwarzwälder Kirschwasser

 

Schwarzwälder Himbeergeist

 

Schwarzwälder Mirabellenwasser

 

Schwarzwälder Williamsbirne

 

Schwarzwälder Zwetschgenwasser

 

Fränkisches Zwetschgenwasser

 

Fränkisches Kirschwasser

 

Fränkischer Obstler

 

Mirabelle de Lorraine

 

Kirsch d'Alsace

 

Quetsch d'Alsace

 

Framboise d'Alsace

 

Mirabelle d'Alsace

 

Kirsch de Fougerolles

 

Südtiroler Williams/Williams dell'Alto Adige

 

Südtiroler Aprikot/Südtiroler

 

Marille/Aprikot dell'Alto Adige/Marille dell'Alto Adige

 

Südtiroler Kirsch/Kirsch dell'Alto Adige

 

Südtiroler Zwetschgeler/Zwetschgeler dell'Alto Adige

 

Südtiroler Obstler/Obstler dell'Alto Adige

 

Südtiroler Gravensteiner/Gravensteiner dell'Alto Adige

 

Südtiroler Golden Delicious/Golden Delicious dell'Alto Adige

 

Williams friulano/Williams del Friuli

 

Sliwovitz del Veneto

 

Sliwovitz del Friuli-Venezia Giulia

 

Sliwovitz del Trentino-Alto Adige

 

Distillato di mele trentino/Distillato di mele del Trentino

 

Williams trentino/Williams del Trentino

 

Sliwovitz trentino/Sliwovitz del Trentino

 

Aprikot trentino/Aprikot del Trentino

 

Medronheira do Algarve

 

Medronheira do Buçaco

 

Kirsch Friulano/Kirschwasser Friulano

 

Kirsch Trentino/Kirschwasser Trentino

 

Kirsch Veneto/Kirschwasser Veneto

 

Aguardente de pêra da Lousã

 

Eau-de-vie de pommes de marque nationale luxembourgeoise

 

Eau-de-vie de poires de marque nationale luxembourgeoise

 

Eau-de-vie de kirsch de marque nationale luxembourgeoise

 

Eau-de-vie de quetsch de marque nationale luxembourgeoise

 

Eau-de-vie de mirabelle de marque nationale luxembourgeoise

 

Eau-de-vie de prunelles de marque nationale luxembourgeoise

 

Wachauer Marillenbrand

 

Bošácka Slivovica

 

Szatmári Szilvapálinka

 

Kecskeméti Barackpálinka

 

Békési Szilvapálinka

 

Szabolcsi Almapálinka

 

Slivovice

 

Pálinka

8.   Spirtu tas-sidru tat-tuffieħ u spirtu tas-sidru tal-lanġas

 

Calvados

 

Calvados du Pays d'Auge

 

Eau-de-vie de cidre de Bretagne

 

Eau-de-vie de poiré de Bretagne

 

Eau-de-vie de cidre de Normandie

 

Eau-de-vie de poiré de Normandie

 

Eau-de-vie de cidre du Maine

 

Aguardiente de sidra de Asturias

 

Eau-de-vie de poiré du Maine

9.   Spirtu tal-ġenzjana

 

Bayerischer Gebirgsenzian

 

Südtiroler Enzian/Genzians dell'Alto Adige

 

Genziana trentina/Genziana del Trentino

10.   Spirti tal-frott

 

Pacharán

 

Pacharán navarro

11.   Spirti b’togħma ta’ ġnibru

 

Ostfriesischer Korngenever

 

Genièvre Flandres Artois

 

Hasseltse jenever

 

Balegemse jenever

 

Péket de Wallonie

 

Steinhäger

 

Plymouth Gin

 

Gin de Mahón

 

Vilniaus Džinas

 

Spišská Borovička

 

Slovenská Borovička Juniperus

 

Slovenská Borovička

 

Inovecká Borovička

 

Liptovská Borovička

12.   Spirti b’togħma ta’ kemmun Ġermaniż

 

Dansk Akvavit/Dansk Aquavit

 

Svensk Aquavit/Svensk Akvavit/Swedish Aquavit

13.   Spirti b’togħma ta’ ħlewwa

 

Anis español

 

Évoca anisada

 

Cazalla

 

Chinchón

 

Ojén

 

Rute

 

Oύζο/Ouzo

14.   Likur

 

Berliner Kümmel

 

Hamburger Kümmel

 

Münchener Kümmel

 

Chiemseer Klosterlikör

 

Bayerischer Kräuterlikör

 

Cassis de Dijon

 

Cassis de Beaufort

 

Irish Cream

 

Palo de Mallorca

 

Ginjinha portuguesa

 

Licor de Singeverga

 

Benediktbeurer Klosterlikör

 

Ettaler Klosterlikör

 

Ratafia de Champagne

 

Ratafia catalana

 

Anis português

 

Finnish berry/Finnish fruit liqueur

 

Grossglockner Alpenbitter

 

Mariazeller Magenlikör

 

Mariazeller Jagasaftl

 

Puchheimer Bitter

 

Puchheimer Schlossgeist

 

Steinfelder Magenbitter

 

Wachauer Marillenlikör

 

Jägertee/Jagertee/Jagatee

 

Allažu Kimelis

 

Čepkeliu

 

Demänovka Bylinný Likér

 

Polish Cherry

 

Karlovarská Hořká

15.   Spirti

 

Pommeau de Bretagne

 

Pommeau du Maine

 

Pommeau de Normandie

 

Svensk Punsch/Swedish Punch

 

Slivovice

16.   Vodka

 

Svensk Vodka/Swedish Vodka

 

Suomalainen Vodka/Finsk Vodka/Vodka of Finland

 

Polska Wódka/Polish Vodka

 

Laugarício Vodka

 

Originali Lietuviška degtiné

 

Wódka zioowa z Niziny Pónocnopodlaskiej aromatyzowana ekstraktem z trawy żubrowej/Herbal Vodka from the North Podlasie Lowland aromatised with an extract of bison grass

 

Latvijas Dzidrais

 

Rīgas Degvīns

 

LB Degvīns

 

LB Vodka

17.   Spirti b’togħma morra

 

Rīgas melnais Balzāms/Riga Black Balsam

 

Demänovka bylinná horká”


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

146


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Diċembru 2004 għall-aġġustament tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE dwar il-ġbir tal-informazzjoni dwar l-istatistika fil-qasam tat-turiżmu fir-rigward tal-listi tal-pajjiżi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/883/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-10 ta' Diċembru 2004

għall-aġġustament tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE dwar il-ġbir tal-informazzjoni dwar l-istatistika fil-qasam tat-turiżmu fir-rigward tal-listi tal-pajjiżi

(notifikata bid-dokument numru C(2004) 4723)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/883/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE tat-23 ta' Novembru 1995 dwar il-ġbir ta' informazzjoni dwar l-istatistika fil-qasam tat-turizmu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,

Billi:

(1)

Il-listi tal-pajjiżi li għandhom jintużaw fil-ġbir ta' dejta jeħtieġ li jiġu aġġornati biex jiffaċilitaw il-ġbir ta' statistika armonizzata u billi hemm rekwiżiti ġodda rigward id-dejta ta' pajjiżi ġodda destinatarji jew ta' oriġini, minħabba f'bidliet fl-imġiba tal-ivvjaġġar.

(2)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programmi tal-Istatistiċi stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (2),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 95/57/KE huwa emendat kif jidher fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 10 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

It-taqsima intitolata “Tqassim biż-Żoni Ġeografiċi” fl-Anness tad-Direttiva 95/57/KE qed tinbidel bit-test li ġej:

“TQASSIM BIŻ-ŻONI ĠEOGRAFIĊI

1.   Statistika għan-naħa tal-provvista

Total Dinji

Total taż-Żona Ekonomika Ewropea

Total tal-Unjoni Ewropea (25)

 

Il-Belġju

 

Ir-Repubblika Ċeka

 

Id-Danimarka

 

Il-Ġermanja

 

L-Estonja

 

Il-Ġreċja

 

Spanja

 

Franza

 

L-Irlanda

 

L-Italja

 

Ċipru

 

Il-Latvja

 

Il-Litwanja

 

Il-Lussemburgu

 

L-Ungerija

 

Malta

 

L-Olanda

 

L-Awstrija

 

Il-Polonja

 

Il-Portugall

 

Is-Slovenja

 

Ir-Repubblika Slovakka

 

Il-Finlandja

 

L-Iżvezja

 

Ir-Renju Unit

Total tal-EFTA

 

L-Iżlanda

 

In-Norveġja

 

L-Iżvizzera (inkl. Liechtenstein)

Total ta' Pajjiżi Oħra Ewropej

li minnhom:

 

Ir-Russja

 

It-Turkija

 

L-Ukraina

Total tal-Afrika

li minnhom:

L-Afrika ta' Isfel

Total tal-Amerika ta' Fuq

li minnhom:

 

L-Istati Uniti tal-Amerika

 

Il-Kanada

Total tal-Amerika ta' Isfel u tal-Amerika Ċentrali

li minnhom:

Il-Brażil

Total tal-Ażja

li minnhom:

 

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

 

Il-Ġappun

 

Ir-Repubblika tal-Korea ta' Isfel

Total tal-Awstralja, tal-Oċeanja u ta' Territorji oħra

li minnhom:

l-Awstralja

Mhux speċifikati

2.   Statistika gĦan-naĦa tad-domanda

Total Dinji

Total taż-Żona Ekonomika Ewropea

Total tal-Unjoni Ewropea (25)

 

Il-Belġju

 

Ir-Repubblika Ċeka

 

Id-Danimarka

 

Il-Ġermanja

 

L-Estonja

 

Il-Ġreċja

 

Spanja

 

Franza

 

L-Irlanda

 

L-Italja

 

Ċipru

 

Il-Latvja

 

Il-Litwanja

 

Il-Lussemburgu

 

L-Ungerija

 

Malta

 

L-Olanda

 

L-Awstrija

 

Il-Polonja

 

Il-Portugall

 

Is-Slovenja

 

Ir-Repubblika Slovakka

 

Il-Finlandja

 

L-Iżvezja

 

Ir-Renju Unit

Total tal-EFTA

 

L-Iżlanda

 

In-Norveġja

 

L-Iżvizzera (inkl. Liechtenstein)

Total ta' Pajjiżi Oħra Ewropej

li minnhom:

 

Il-Bulgarija

 

Ir-Rumanija

 

Ir-Russja

 

It-Turkija

Total tal-Afrika

li minnhom:

 

L-Afrika ta' Isfel

 

Il-pajjiżi tal-Magreb

Total tal-Amerika ta' Fuq

li minnhom:

L-Istati Uniti tal-Amerika

Total tal-Amerika ta' Isfel u tal-Amerika Ċentrali

li minnhom:

 

L-Argentina

 

Il-Brażil

Total tal-Ażja

li minnhom:

 

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

 

Il-Ġappun

 

Ir-Repubblika tal-Korea ta' Isfel

Total tal-Awstralja, tal-Oċeanja u ta' Territorji oħra

li minnhom:

l-Awstralja

Mhux speċifikati”


(1)  ĠU L 291, 6.12.1995, p. 32.

(2)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

150


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2004 li temenda d-Deċiżjoni 2003/858/KE dwar l-importazzjonijiet ta' ħut ħaj li joriġina mill-akkwakultura u prodotti ta' dan il-ħut, għal aktar ipproċessar jew għall-konsum immedjat mill-bniedem

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/914/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Diċembru 2004

li temenda d-Deċiżjoni 2003/858/KE dwar l-importazzjonijiet ta' ħut ħaj li joriġina mill-akkwakultura u prodotti ta' dan il-ħut, għal aktar ipproċessar jew għall-konsum immedjat mill-bniedem

(notifikata bid-dokument numru C(2004) 4560)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/914/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li tirregola t-tqegħid fis-suq ta' annimali u prodotti ta' l-akkwakultura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 21(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2003/858/KE tal-21 ta' Novembru 2003 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u l-kriterji ta' ċertifikazzjoni għall-importazzjonijiet ta’ ħut ħaj, il-bajd u l-gameti tiegħu maħsuba għall-akkwakultura, u ħut ħaj u prodotti tiegħu li joriġinaw mill-akkwakultura maħsuba għall-konsum mill-bniedem (2), tistipula l-kundizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta' ħut ħaj u ċerti prodotti li joriġinaw mill-akkwakultura minn pajjiżi terzi.

(2)

Id-definizzjoni ta' “akkwakultura” fid-Deċiżjoni 2003/858/KE wasslet għal interpretazzjonijiet varji fir-rigward tal-firxa ta' l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni. Għal raġunijiet ta' ċarezza, din id-definizzjoni għandha għalhekk issir aktar preċiża.

(3)

Il-kriterji stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-ħut (3), japplikaw ukoll għal ħut ħaj impurtat bil-għan li jittiekel mill-bniedem. Għal raġunijiet ta' ċarezza, l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2003/858/KE għandu jkun emendat kif jixraq.

(4)

Il-kriterji ta' importazzjoni fid-Deċiżjoni 2003/858/KE għal prodotti tal-ħut li għandhom ikunu pproċessati aktar, għandhom japplikaw biss għal speċi vulnerabbli għall-mard imsemmi fil-Lista II ta' l-Anness A tad-Direttiva 91/67/KEE jew għal mard li huwa meqjus bħala eżotiku għall-Komunità. L-esperjenza wriet li dawn il-kriterji m'humiex deskritti b'mod ċar fid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5.2, u għalhekk dan l-artikolu għandu jiġi emendat sabiex dawn ikunu ċċarati.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 282/2004 tat-18 ta' Frar 2004 li jintroduċi dokument għad-dikjarazzjoni ta', u l-kontrolli veterinarji fuq, annimali minn pajjiżi terzi li jidħlu fil-Komunità (4), ħa post id-Deċiżjoni 92/527/KE (5). Meta l-ħut ħaj huwa ddestinat għal skopijiet ta' akkwakultura jew ta' stokkjar mill-ġdid, il-proċedura ta' kontroll fl-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (6), għandha tintuża, u d-Dokument Veterinarju Komuni tad-Dħul fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 282/2004 għandu jimtela kif jixraq mill-veterinarju uffiċjali.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 136/2004 li jistipula l-proċeduri għall-kontrolli veterinarji fl-istabbilimenti ta' spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità ta' prodotti impurtati minn pajjiżi terzi (7), ħa post id-Deċiżjoni 93/13/KE (8). Fejn ċerti prodotti ta' oriġini ta' akkwakultura huma ddestinati għal aktar ipproċessar fil-Komunità, il-proċedura ta' kontroll fl-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (9) għandha tintuża, u d-Dokument Veterinarju Komuni tad-Dħul fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 136/2004 għandu jimtela kif jixraq mill-veterinarju uffiċjali.

(7)

Il-proċeduri ta' ċertifikazzjoni stipulati fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2003/858/KE għandhom jiġu emendati kif jixraq, u l-Anness VI tagħha għandu jitneħħa.

(8)

Huwa meħtieġ, għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni u ċarezza, li d-dikjarazzjonijiet fiċ-ċertifikati mudelli ppreżentati fl-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/858/KE jkunu armonizzati ma' dawk fiċ-ċertifikati mudelli ppreżentati skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li tistipula l-kundizzjonijiet ta' saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-ħut (10). L-Annessi II, III, IV u V tad-Deċiżjoni 2003/858/KE għandhom jiġu emendati kif jixraq.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2003/858/KE hija emendata kif ġej.

1.

It-test fl-Artikolu 2.2. (g) jinbidel b':

“(g)

‘akkwakultura’ (farming) tfisser li annimali ta' l-ilma jinżammu fi stabbiliment ta' l-akkwakultura (farm).”

2.

L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Kundizzjonijiet marbuta ma' l-importazzjoni ta' ħut ħaj li joriġina mill-akkwakultura għall-konsum mill-bniedem

Stati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fit-territorju tagħhom ta' ħut ħaj li joriġina mill-akkwakultura maħsub għall-konsum immedjat mill-bniedem jew għal aktar ipproċessar qabel il-konsum mill-bniedem, biss jekk:

(a)

il-ħut joriġina f'pajjiżi terzi awtorizzati skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 91/493/KEE, u jaderixxi mal-kriterji ta' ċertifikazzjoni tas-saħħa pubblika stipulati skond dik id-Direttiva, u

(b)

il-konsenja taderixxi mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3.1, jew

(c)

il-ħut jintbagħat direttament lejn post ta' l-importazzjoni approvat sabiex jinqatlu u jitnaddfu minn ġewwa.”

3.

It-test fl-Artikolu 5.2 jinbidel b':

“2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ipproċessar ta' prodotti tal-ħut ta' speċi vulnerabbli għall-EHN, ISA, VHS u IHN li joriġinaw mill-akkwakultura, isir f'ċentru ta' importazzjoni approvat sakemm:

(a)

il-ħut ma tnaddafx minn ġewwa qabel ma ntbagħat lejn il-Komunità Ewropea, jew

(b)

il-post ta' l-oriġini fil-pajjiż terz m’għandux status ta' saħħa ekwivalenti għall-post fejn għandhom jiġu pproċessati, fir-rigward ta' l-EHN, ISA, VHS u IHN.”

4.

L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej:

“L-Artikolu 6

Kundizzjonijiet marbuta ma' l-importazzjoni ta' prodotti tal-ħut li joriġina mill-akkwakultura għall-konsum immedjat mill-bniedem

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fit-territorju tagħhom ta' prodotti ta' ħut li joriġinaw mill-akkwakultura għall-konsum immedjat mill-bniedem biss jekk:

(a)

il-ħut ġej minn pajjiżi terzi u stabbilimenti awtorizzati skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 91/493/KEE, u jaderixxi mal-kriterji taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa pubblika stipulati skond dik id-Direttiva, u

(b)

il-konsenja tikkonsisti fi prodotti tal-ħut għall-bejgħ bl-imnut lil ristoranti jew direttament lill-konsumatur mingħajr ma' jkun ipproċessat aktar; u ttikkettati skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KE, u

(c)

il-konsenja taderixxi mal-garanziji stipulati fiċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali mħejji skond il-mudell fl-Anness V, filwaqt li jitqiesu n-noti ta' spjegazzjoni fl-Anness III.”

5.

L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej:

“L-Artikolu 7

Proċeduri ta' kontroll

1.   Ħut ħaj, il-bajd u l-gameti tiegħu importati għal skopijiet ta' akkwakultura, u ħut ħaj li joriġina mill-akkwakultura importat għall-iskop ta' stokkjar mill-ġdid ta' msajad artifiċjalment rinnovabbli (put-and take fisheries) ser ikunu soġġetti għal kontrolli veterinarji fil-punti ta' spezzjoni fuq il-fruntieri fl-Istat Membru tal-wasla skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 91/496/KEE, u d-dokument veterinarju komuni tad-dħul previst fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 282/2004 għandu jimtela kif jixraq.

2.   Ħut ħaj li joriġina mill-akkwakultura u prodotti tiegħu importati bil-għan li jkunu ikkunsmati immedjatament mill-bniedem jew għal aktar ipproċessar qabel il-konsum mill-bniedem, ser ikunu soġġetti għal kontrolli veterinarji fil-punti ta' spezzjoni fuq il-fruntieri fl-Istat Membru tal-wasla skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 97/78/KEE, u d-dokument veterinarju komuni tad-dħul previst fir-Regolament (KE) 136/2004 għandu jimtela kif jixraq.”

6.

L-Artikolu 8 jinbidel b'dan li ġej:

“L-Artikolu 8

Il-ħarsien mit-tniġġis ta' l-ilmijiet naturali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ħut importat ħaj li joriġina mill-akkwakultura u maħsub għall-konsum mill-bniedem ma jinħelisx fl-ilmijiet naturali fit-territorju tagħhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li prodotti importati li joriġinaw mill-akkwakultura maħsuba għall-konsum mill-bniedem ma jniġġsux l-ilmijiet naturali fit-territorju tagħhom.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ilma użat għat-trasportazzjoni minn konsenji importati ma jwassalx għat-tniġġis ta' l-ilmijiet naturali fit-territorju tagħhom.”

7.

L-Anness II jinbidel bit-test fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

8.

L-Anness III jinbidel bit-test fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

9.

L-Anness IV jinbidel bit-test fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

10.

L-Anness V jinbidel bit-test fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni.

11.

L-Anness VI tneħħa.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS I

“ANNESS II

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS II

“ANNESS III

NOTI TA' SPJEGAZZJONI

(a)

Iċ-ċertifikati għandhom ikunu prodotti mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż esportatur, ibbażati fuq il-mudell xieraq li jidher fl-Anness II, IV jew V ta' din id-Deċiżjoni, b'kunsiderazzjoni lid-destinazzjoni u l-użu tal-ħut jew tal-prodotti wara l-wasla fil-KE.

(b)

B'qies għall-istatus tal-post tad-destinazzjoni fir-rigward tas-settiċemija emorraġika virali (VHS), nekrożi ematopojetika li tinfetta (IHN), viraemija tar-rebbiegħa tal-karpjuni (SVC), mard batterjali tal-kliewi (BKD), nekrożi pankreatika li tinfetta (IPN) u Gyrodactylus salaris (G. salaris) fl-Istat Membru tal-KE, il-kriterji addizzjonali speċifiċi meħtieġa għandhom ikunu inkorporati u mdaħħla fiċ-ċertifikat.

(c)

L-oriġinal ta' kull ċertifikat ser jikkonsisti f'paġna waħda, b'żewġ naħat, jew fejn tkun meħtieġa aktar minn paġna waħda, tkun b'tali mod li l-paġni kollha jiffurmaw parti sħiħa u li ma jkunux jistgħu jinqalgħu minn ma' xulxin.

Ser ikollu, fuq il-lemin tan-naħa ta' fuq ta' kull paġna, l-indikazzjoni ‘oriġinal’ u ser ikollu numru ta' kodiċi speċifiku maħruġ mill-awtorità kompetenti. Il-paġni kollha taċ-ċertifikat ser ikunu nnumerati — (numru tal-paġna) minn (numru totali ta' paġni).

(d)

L-oriġinal taċ-ċertifikat u t-tikketti msemmija fiċ-ċertifikat mudell ser jitlestew f'għallinqas lingwa uffiċjali waħda ta' l-Istat Membru tal-KE li fih l-ispezzjoni fuq il-fruntiera ser isseħħ u ta' l-Istat Membru tal-KE tad-destinazzjoni. Madankollu, dawn l-Istati Membri jistgħu jippermettu lingwi oħra, jekk huma meħtieġa, flimkien ma traduzzjoni uffiċjali.

(e)

Iċ-ċertifikat maħruġ għall-ħut ħaj, il-bajd u l-gameti tiegħu għandu jitħejja fil-jum tat-tagħbija tal-konsenja għall-esportazzjoni lejn il-KE. L-oriġinal taċ-ċertifikat għandu jitlesta b'timbru uffiċjali u ffirmat minn spettur uffiċjali maħtur mill-awtorità kompetenti. Meta tagħmel dan, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż esportatur għandha tiżgura li l-prinċipji taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE huma segwiti.

It-timbru, sakemm dan ma jkunx imqabbeż 'il-barra, ser ikun ta' kulur differenti minn dak ta' l-istampar.

(f)

Jekk, għal raġunijiet ta' identifikazzjoni ta' l-oġġetti tal-konsenja, paġni addizzjonali huma mehmuża maċ-ċertifikat, dawn il-paġni ser jitqiesu bħala parti mill-oriġinal u jkunu ffirmati u ttimbrati mill-ispettur uffiċjali taċ-ċertifikazzjoni fuq kull paġna.

(g)

L-oriġinal taċ-ċertifikat għandu jakkumpanja l-konsenja sakemm din tasal fil-post ta' spezzjoni tal-KE fuq il-fruntiera.

(h)

Iċ-ċertifikat maħruġ għall-ħut ħaj, il-bajd u l-gameti tiegħu ser ikun validu għal 10 ijiem mid-data tal-ħruġ. Fil-każ ta' trasport bil-vapur, il-perjodu ta' validità jittawwal biż-żmien imqatta' fi vvjaġġar bil-baħar.

(i)

Il-ħut ħaj, il-bajd u l-gameti tiegħu, mhux ser ikunu ttrasportati flimkien ma’ ħut, bajd jew gameti oħra, li, jew mhumiex ddestinati għall-KE, jew li huma ta' status ta' saħħa aktar baxx. Minbarra dan, m'għandhomx ikunu ttrasportati taħt l-ebda kundizzjoni oħra li tibdel l-istatus ta' saħħa tagħhom.

(j)

Il-preżenza possibbli ta' patoġeni fl-ilma hija rilevanti sabiex jitqies l-istatus ta' saħħa ta' ħut ħaj, bajd u gameti. L-uffiċjal li jiċċertifika għalhekk għandu jqis dan li ġej:

 

Il-‘Post ta' l-Oriġni’ għandu jkun il-post ta' l-istabbiliment fejn il-ħut, il-bajd jew il-gameti tkabbru u laħqu d-daqs kummerċjali rilevanti għall-konsenja koperta minn dan iċ-ċertifikat.”

ANNESS III

“ANNESS IV

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS IV

“ANNESS V

Image Test ta 'immaġni

(1)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 324, 11.12.2003, p. 37. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/454/KE (ĠU L 156, 30.4.2004, p. 33).

(3)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 15. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

(4)  ĠU L 49, 19.2.2004, p. 11. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 585/2004 (ĠU L 91, 30.3.2004, p. 17).

(5)  ĠU L 332, 18.11.1992, p. 22.

(6)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att dwar il-kundizzjonijiet ta’ l-adeżjoni 12003TN02/06/B1 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 381).

(7)  ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11.

(8)  ĠU L 9, 15.1.1993, p. 33.

(9)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

(10)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 15. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 585/2004 (ĠU L 91, 30.3.2004, p. 17).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

164


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 105/2005 tas-17 ta’ Novembru 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/1999 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999 fir-rigward tal-kunsinni bil-baħar ta' ċerti tipi ta' skart lejn iċ-Ċina u l-Għarabja Sawdita (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 105/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 105/2005

tas-17 ta’ Novembru 2004

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/1999 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999 fir-rigward tal-kunsinni bil-baħar ta' ċerti tipi ta' skart lejn iċ-Ċina u l-Għarabja Sawdita

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 tal-1 ta' Frar 1993 dwar is-sorveljanza u l-kontroll ta' kunsinni bil-baħar ta' skart ġewwa, lejn u 'l barra mill-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/1999 tad-29 ta' April 1999 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni li għandhom japplikaw għal kunsinni bil-baħar ta' ċerti tipi ta' skart lejn ċerti pajjiżi li mhumiex imsieħba fl-OECD (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ Awwissu 2003, il-Ministeru tad-Difiża u l-Avjazzjoni, il-Presidenza tal-Meteoroloġija u l-Ambjent tar-Renju tal-Għarabja Sawdita, bagħat talba lill-Kummissjoni Ewropea biex it-tranżazzjonijiet kummerċjali normali (il-proċedura tal-“lista ħadra”) japplikaw għall-materjal GH 014 “skart, bċejjeċ maqtugħin u fdalijiet ta’ fowm tal-polijuretan li ma fihx klorofluworokarbonji”.

(2)

Fit-13 ta’ Mejju 2004, il-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Komunitajiet Ewropej bagħtet talba lill-Kummissjoni Ewropea għal emenda fil-lista ta' tipi ta' skart fl-Anness D tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999 (3) li huma permessi mingħajr rikors għal xi waħda mill-proċeduri ta' kontroll stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93. Din il-lista emendata se tkun soġġetta, bħal qabel, għal proċeduri addizzjonali ta’ spezzjoni qabel il-ġarr bil-baħar taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet Ċiniżi.

(3)

B'konformità mal-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KEE) Nru 259/93, il-kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart (4) ġie nnotifikat dwar it-talbiet uffiċjali tal-Għarabja Sawdita u taċ-Ċina fit-2 ta’ April 2004 u fit-18 ta’ Mejju 2004.

(4)

Sabiex titqies il-qagħda ġdida ta’ dawn il-pajjiżi, jeħtieġ li jiġi emendat fl-istess waqt ir-Regolament (KE) Nru 1420/1999 u r-Regolament (KE) Nru 1547/1999.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness D għar-Regolament (KE) Nru 1547/1999 qed jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness A għar-Regolament (KE) Nru 1420/1999 qed jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness II għar-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Novembru 2004.

Ghall-Kummissjoni

Pascal LAMY

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS I

L-Anness D għar-Regolament (KE) Nru 1547/1999 qed jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Anness D, bejn l-annotazzjoni marbuta ma' São Tomé u Príncipe u l-annotazzjoni marbuta mas-Sjerra Leone, qed tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja

“L-GĦARABJA SAWDITA

 

GH 014 ex ex 3915 90 Skart, bċejjeċ maqtugħin u fdalijiet ta’ plastik tal-polijuretan (li ma fihx klorofluworokarbonji).”

(2)

Fl-Anness D, bejn l-annotazzjoni marbuta maċ-Ċilì u l-annotazzjoni marbuta mal-Comores, l-annotazzjoni marbuta maċ-Ċina għandha titħassar u għandha tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja

“IĊ-ĊINA

L-ispezzjoni qabel il-ġarr bil-baħar hija meħtieġa mill-awtoritajiet Ċiniżi

1.

Fit-taqsima GA (Metall u skart tal-metall illigat fil-metalliku, forma li ma tinxteridx) (*)

GA 120

7404 00

Skart u fdalijiet tar-ram

GA 130

7503 00

Skart u fdalijiet tan-nikil

GA 140

7602 00

Skart u fdalijiet tal-aluminju

GA 160

7902 00

Skart u fdalijiet taż-żingu

GA 170

8002 10

Skart u fdalijiet tal-landa

GA 200

ex ex 8103 10

Fdalijiet u skart tat-tantalu

GA 430

7204

Fdalijiet tal-ħadid jew tal-azzar

2.

Fit-taqsima GC (Skart ieħor li fih il-metalli):

GC 030

ex ex 8908 00

Bastimenti u strutturi oħra li jżommu fil-wiċċ biex jiġu żarmati, żvujtati minn kull tagħbija u materjal ieħor li jiġu mill-operazzjoni tal-bastiment li setgħu ġew ikklassifikati bħala sustanza perikoluża jew skart

GC 070

ex ex 2619 00

Gagazzi li jinħolqu mill-manifattura ta’ ħadid u azzar bil-karbonju (inkluż azzar illigat b’mod dgħajjef) għajr dawk il-gagazzi li ġew speċifikament prodotti biex jilħqu r-rekwiżiti u l-istandards rilevanti kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali (**)

3.

Fit-taqsima GH (Skart tal-plastik solidu):

Li jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

GH 010

3915

Skart, bċejjeċ maqtugħin u fdalijiet tal-plastik ta’:

GH 011

ex ex 3915 10

Polimeri tal-etilene

GH 012

ex ex 3915 20

Polimeri tal-istirene

GH 013

ex ex 3915 30

Polimeri tal-kloru tal-vinil

GH 014

ex ex 3915 90

Polimeri jew kopolimeri, pereżempju:

Polipropilene

Polietilene terephthalate

Akrilonitrile kopolimeru

Butadiene kopolimeru

Stirene kopolimeru

Poliamide

Polibutilin terephthalates

Polikarbonji

Sulfidi ta' polifenilene

Polimeri tal-akriliku

Paraffini (C10-C13) (4)

Poliuretejn (li ma fihx klorofluworokarbonji)

Polysiloxalanes (silikoni)

Polimetil metharcrylate

Alkoħol tal-polivinil

Butiral tal-vinil

Aċetat tal-polivinil

Polimeri tal-etilene bil-flworin (Teflon, PTFE)

GH 015

ex ex 3915 90

Reżini jew prodotti ta’ kondensazzjoni, pereżempju:

Reżini ta' urea formaldehyde

Reżini ta' phenol formaldehyde

Reżini ta' melamina formaldehyde

Reżini epossidi

Reżini alkidi

Poliamidi

4.

Fit-taqsima GI (Skart tal-karta, tal-kartun u tal-prodotti tal-karta):

GI 010

4707

Skart u fdalijiet tal-karta jew tal-kartun:

GI 011

4707 10

Tal-karta tat-tip kraft mhux ibbliċjata jew kartun jew ta' karta jew kartun immewweġ

GI 012

4707 20

Tal-karti jew kartun ieħor, magħmul prinċipalment minn polpa bbliċjata kimikament, mhux ikkuluriti fil-massa

GI 013

4707 30

Tal-karti jew kartun magħmul prinċipalment minn polpa mekkanika (pereżempju, gazzetti, ġurnali u materjal stampat b’mod simili)

GI 014

4707 90

Oħrajn, li jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

1.

Kartun laminat

2.

Skart u fdalijiet mhux magħżula

5.

Fit-taqsima GJ (Skart tat-tessuti):

GJ 030

5202

Skart tal-qoton (li jinkludi skart ta' ħjut u stokk ta' granata)

GJ 031

5202 10

— Skart tal-ħjut (li jinkludi skart tal-ħajt)

GJ 032

5202 91

— Stokk ta' granata

GJ 033

5202 99

— Oħrajn

GJ 110

5505

Skart (li jinkludi suf qasir, skart ta’ ħjut u stokk ta’ granata) ta’ fibri magħmula mill-bniedem

GJ 111

5505 10

— Ta’ fibri sintetiċi

GJ 112

5505 20

— Ta' fibri artifiċjali

6.

Fit-taqsima GL (Sufra mhux trattata u skart tal-injam):

GL 010

ex ex 4401 30

Skart u fdalijiet tal-injam, kemm jekk ikunu miġbura jew le fi zkuk, trab tal-faħam, pritkuna jew forom simili

GL 020

4501 90

Skart tas-sufra; sufra mgħaffġa, magħquda jew mitħuna

7.

Fit-taqsima GM (Skart li jinħoloq mill-industriji agro-alimentari):

GM 100

0506 90

Skart tal-għadam u tal-qrun, mhux maħduma, bix-xaħam imneħħi, ippreparati b'mod sempliċi (imma mhux maqtugħin fil-forom), trattati bl-aċidu jew bil-ġelatina mneħħija.

(*)  ‘Ma jinxteridx’ ma jinkludi l-ebda skart fil-forma ta’ trab, tajn, għabra jew oġġetti solidi li fihom skart perikoluż f’forma likwida."

ANNESS II

L-Anness A għar-Regolament (KE) Nru 1420/1999 huwa emendat kif ġej:

 

(1) Fl-Anness A għar-Regolament (KE) Nru 1420/1999, l-annotazzjoni relatata mal-Għarabja Sawdita hi sostitwita b’dan li ġej:

 

“It-tipi kollha għajr

 

Fit-taqsima GH (‘Skart ta’ Plastiku Solidu’):

 

GH 014 ex ex 3915 90 Skart, bċejjeċ maqtugħin u fdalijiet ta’ plastik tal-polijuretan li ma fihx klorofluworokarbonji.”


(1)  ĠU L 30, 6.2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2557/2001 (ĠU L 349, 31.12.2001, p. 1).

(2)  ĠU L 166, 1.7.1999, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2118/2003 (ĠU L 318, 3.12.2003, p. 5).

(3)  ĠU L 185, 17.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2118/2003.

(4)  ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

169


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/2005 ta’ l-24 ta’ Jannar 2005 dwar it-tifsira tat-territorju ekonomiku ta’ l-Istati Membri għall-għanijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 109/2005

ta’ l-24 ta’ Jannar 2005

dwar it-tifsira tat-territorju ekonomiku ta’ l-Istati Membri għall-għanijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) 1287/2003 tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq (Regolament GNI) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 (1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 2(7) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta’ Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunità (2) jistipula li l-prodott gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq (GNP) għandu jitqies bħala daqs id-dħul gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq (GNI) kif ipprovdut mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA). L-ESA ta’ l-1995 (ESA95), li ħadet post żewġ sistemi ta’ qabel ta’ l-1970 u l-1979 rispettivament, twaqqfet bir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (3), u kienet mniżżla fl-Anness tiegħu. Il-GNI, kif użat fl-ESA95, issostitwixxa l-GNP bħala kriterju għall-għanijiet ta' riżorsi proprji, b’effett mis-sena tal-baġit 2002.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) 1287/2003 jistipula l-proċeduri sabiex tintbagħat id-data tal-GNI mill-Istati Membri kif ukoll il-proċeduri u l-kontrolli fuq il-kalkolu tal-GNI, u jwaqqaf il-Kumitat tal-GNI.

(3)

Għall-għan tat-tifsira tad-dħul gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq (GNI) skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1287/2003, huwa meħtieġ li tiġi ċċarata d-definizzjoni ESA95 tat-territorju ekonomiku.

(4)

Għall-għan ta' implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom dwar l-armonizzazzjoni tal-kumpilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq (4), it-territorju ekonomiku ta’ l-Istati Membri huwa mfisser bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/450/KEE, Euratom (5). It-tifsira ekwivalenti għandha issa tiġi pprovduta fir-rigward tal- GNI.

(5)

Il-miżuri previst f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-GNI.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-għanijiet ta’ Regolament (KE, Euratom) 1287/2003 il-frażi “territorju ekonomiku” għandha jkollha t-tifsira attribwita lilha fil-paragrafi 2.05 u 2.06 ta’ Anness A għar-Regolament (KE) 2223/96, il-frażi “territorju ġeografiku” kif użata f’dawk il-paragrafi tinftiehem bħala li tikkonsisti mit-territorji ta’ l-Istati Membri kif imniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Jannar 2005.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

It-territorju ta’ l-Istati Membri:

it-territorju tar-Renju tal-Belġju,

it-territorju tar-Repubblika Ċeka,

it-territorju tar-Renju tad-Danimarka, għajr il-Gżejjer Faroe u Greenland,

it-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

it-territorju tar-Repubblika ta’ l-Estonja,

it-territorju tar-Repubblika Ellenika,

it-territorju tar-Renju ta’ Spanja,

it-territorju tar-Repubblika Franċiża, bl-eċċezzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin li fuqhom teżerċita s-sovranità, kif imfisser fl-Anness II għat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

it-territorju ta’ l-Irlanda,

it-territorju tar-Repubblika Taljana,

it-territorju tar-Repubblika ta’ Ċipru,

it-territorju tar-Repubblika tal-Latvja,

it-territorju tar-Repubblika tal-Litwanja,

it-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu,

it-territorju tar-Repubblika ta’ l-Ungerija,

it-territorju tar-Repubblika ta’ Malta,

it-territorju tar-Renju ta’ l-Olanda, bl-eċċezzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin li fuqhom jeżerċita s-sovranità, kif imfisser fl-Anness II għat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

it-territorju tar-Repubblika ta’ l-Awstrija,

it-territorju tar-Repubblika tal-Polonja,

it-territorju tar-Repubblika Portugiża,

it-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja,

it-territorju tar-Repubblika Slovakka,

it-territorju tar-Repubblika tal-Finlandja,

it-territorju tar-Renju ta’ l-Isvezja,

it-territorju tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq.


(1)  ĠU L 181, 19.7.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42.

(3)  ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1; Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1267/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 180, 18.7.2003, p. 1).

(4)  ĠU L 49, 21.2.1989, p. 26; Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(5)  ĠU L 240, 29.8.1991, p. 36; Deċiżjoni kif emendata bl-Att ta’ Adeżjoni 2003.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

171


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Jannar 2005 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/881/KE dwar is-saħħa ta’ l-annimali u kundizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjoni tan-naħal (Apis mellifera & Bombus spp.) minn ċerti pajjiżi terzi fir-rigward ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/60/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta’ Jannar 2005

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/881/KE dwar is-saħħa ta’ l-annimali u kundizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjoni tan-naħal (Apis mellifera & Bombus spp.) minn ċerti pajjiżi terzi fir-rigward ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika

(notifikata bid-dokument C(2004) 5567)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2005/60/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1) tat-13 ta' Lulju 1992 li stabbiliet rekwiżiti dwar is-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijoni mhux soġġetti għal rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti f'regoli speċifiċi Komunitarji msemmija fl-Anness A(1) tad-Direttiva 90/425/KEE, u partikolarment l-Artikolu 17(2) (b) u (3) (a), u l-Artikolu 19 (b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 2003/881/KE (2) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali u ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjoni tan-naħal (Apis mellifera & Bombus spp.) minn ċerti pajjiżi terzi.

(2)

Il-ħanfusa ż-żgħira tal-ġarra tan-naħal (Aethina tumida) u t-Tropilaelaps mite (Tropilaelaps spp) huma animmali ta’ ħsara eżotiċi li jaffetwaw in-naħal ta’ l-għasel li nfirxu għal numru ta’ pajjiżi terzi, u li ħolqu problemi serji għall-industrija ta’ l-apikultura. Sabiex tinżamm id-daħla ta’ dawn l-annimali ta’ ħsara fl-UE, miżuri ta’ protezzjoni dwar l-importazzjoni ta’ naħal ħaj ġew stipulati mid-Deċiżjoni 2003/881/KE.

(3)

Minħabba l-karatteristiċi ta' dan il-mard u n-nuqqas ta' standard O.I.E. ta' notifika madatorju, il-ħteġijiet ta' importazzjoni ta' reġini tan-naħal ħajjin ġewwa l-UE jipprovdu għal dikjarazzjoni tan-notifikabilità tal-ħanfusa ż-żgħira tal-ġarra tan-naħal u t-Tropilaelaps mite mintul it-territorju tal-pajjiż terz ta' l-esportazzjoni. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istati Uniti (APHIS -Animal and Plant Health Inspection Service) infurmat lis-servizzi tal-Kummissjoni li dan m'huwiex il-każ fl-Istati kollha ta' l-Istati Uniti. Għal din ir-raġuni, talbu lill-Kummissjoni li tipprovdi deroga li tawtorizza l-esportazzjoni ta’ reġini tan-naħal ħajjin mill-Hawaii, li huwa ġeografikament separat mill-Istati l-oħra kollha ta’ l-Unjoni, u fejn il-mard huwa notifikabbli.

(4)

L-awtorità kompetenti ta’ l-Istati Uniti ttrasmettiet l-informazzjoni kollha meħtieġa fir-rigward tas-sitwazzjoni dwar is-saħħa tan-naħal fil-Hawaii, b’enfasi fuq il-fatt li l-ebda naħal ma ġie impurtat fit-territorju tagħhom mill-1985 u programmi ta’ eżaminazzjoni għall-identifikazzjoni ta' mard tan-naħal, inkluża l-ħanfusa ż-żgħira tal-ġarra tan-naħal (Aethina tumida) u t-Tropilaelaps mite (Tropilaelaps spp) isiru regolarment.

(5)

B’konsiderazzjoni għas-sitwazzjoni ġeografika tal-Hawai u l-istatus ta’ saħħa tiegħu fir-rigward ta’ mard tan-naħal, mekkaniżmu ta’ reġjonalizzazzjoni għal territorji iżolati għandu jiġi stabbilit sabiex jippermetti għal derogi xierqa, u din id-deroga għandha tiġi konċessa lill-Hawaii sabiex tiġi permessa l-importazzjoni ta’ reġini tan-naħal ħajjin u reġini tan-naħal bagħli (Bombus) esklussivament minn dik il-parti ta' l-Istati Uniti.

(6)

L-Artikolu 1 u l-Annessi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/881/KE għandhom jiġu emendati kif jixraq.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/881/KE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 hu mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ naħal (Apis mellifera & Bombus spp.) kif previst mid-Direttiva 92/65/KEE bil-kundizzjoni li dawn il-ħteġijiet jiġu sodisfatti:

jiġu minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom imsemmija fl-ewwel parti ta' l-Anness III u,

huma akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa bi qbil mal-kampjun stabbilit fl-Anness I u jaderixxu mal-garanziji stipulati f’ dan il-kampjun, u

il-konsenji huma limitati għal massimu ta’ 20 qaddej għal reġina waħda f’gaġġa unika ta’ reġina tan-naħal.

2.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw biss l-importazzjoni ta’ naħal (Apis mellifera & Bombus spp.) imsemmija fil-paragrafu 1 minn pajjiż terz jekk il-preżenza ta’ batteri tal-larvi tan-naħal (foulbrood) Amerikani, il-ħanfusa ż-żgħira tal-ġarra tan-naħal (Aethina tumida) u t-Tropilaelaps mite (Tropilaelaps spp) huma mard/annimali ta' ħsara notifikabbli mintul it-territorju kollu ta' dak il-pajjiż terz.

Għal raġunijiet ta’ deroga, l-importazzjonijiet ta’ naħal ser ikunu awtorizzati minn parti ġeografikament u b’mod epidemjologiku iżolata tal-pajjiż terz elenkat fil-parti 2 ta’ l-Anness III. Meta din id-deroga tiġi applikata, l-importazzjonijiet ta’ naħal mill-partijiet l-oħra tat-territorju ta’ dak il-pajjiż terz mhux elenkat fil-parti 2 ta’ l-Anness III ser ikunu awtomatikament esklużi.

3.   Fid-destinazzjoni intenzjonata, fejn il-ġarar tan-naħal ser ikunu soġġetti għal kontroll uffiċjali, ir-reġini ser ikunu trasferiti għal gaġeġ ġodda qabel ma jkunu trasferiti għal kolonji lokali.

4.   Il-gaġeġ, qaddejja u materjal ieħor li akkumpanja r-reġini mill-pajjiż terz ta’ l-oriġini ser jintbagħtu f’laboratorju għall-eżami għall-preżenza tal-ħanfusa ż-żgħira tal-ġarra tan-naħal, il-bajd tagħha jew larvi u sinjali tat-Tropilaelaps mite. Wara l-eżami fil-laboratorju, il-materjal kollu għandu jinqered.”

2.

L-Anness I huwa mibdul bl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

3.

L-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni huwa inkluż bħala l-Anness III l-ġdid.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-7 ta’ Frar 2005.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Jannar 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS I

“ANNESS I

Kampjun ta’ Ċertifikat tas-saħħa għar-reġini tan-naħal u reġini tan-naħal bagħal (Apis mellifera & Bombus spp.), u l-qaddejja tagħhom, maħsuba għall-konsenja lejn il-komunità ewropea

Nota għall-importatur: Dan iċ-ċertifikat huwa biss għal skopijiet veterinarji u għandu jakkumpanja l-konsenja sakemm tilħaq il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera.

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS II

“ANNESS III

Parti 1:

Lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati bi prinċipju li jissodisfaw il-kundizzjonijiet bażiċi tas-saħħa ta’ l-annimali għall-esportazzjoni ta’ reġini tan-naħal lejn il-KE:

pajjiżi elenkati fil-Parti 1 ta' l-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE (kif emendat l-aħħar).

Parti 2:

Reġjuni ta’ pajjiż terz li huwa ġeografikament u epidemoloġikament iżolat għall-batteri tal-larva tan-naħal (fouldbrood) Amerikani; tal-ħanfusa ż-żgħira tal-ġarar tan-naħal (Aethina tumida) u t-Tropilaelaps mite (Tropilaelaps spp), u jissodisfaw il-ħteġijiet ta’ notifika ta’ dan il-mard/annimali ta’ ħsara, permessi għall-esportazzjoni ta’ reġini tan-naħal lejn il-KE.

l-Istat tal-Hawaii (lL-Istati Uniti ta’ l-Amerika).”


(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Direttiva kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 328, 17.12.2003, p. 26.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

176


Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/7/KE tas-27 ta’ Jannar 2005 li temenda d-Direttiva 2002/70/KE li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet mitluba sabiex jiġu ddeterminati l-livelli tal-PCBs li jixbħu d-diossina fl-għalf ta’ l-annimali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/7/KE għandha taqra:

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/7/KE

tas-27 ta’ Jannar 2005

li temenda d-Direttiva 2002/70/KE li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet mitluba sabiex jiġu ddeterminati l-livelli tal-PCBs li jixbħu d-diossina fl-għalf ta’ l-annimali

(Test b'rilevanza għaz-ZEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/373/ŻEE ta’ l-20 ta’ Lulju 1970 dwar l-introduzzjoni tal-Komunità tal-metodi ta’ ġbir ta’ kampjuni u analiżi, għall-kontroll uffiċjali ta’ l-għalf ta’ l-annimali (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/70/KE tas-26 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet mitluba sabiex jiġu ddeterminati l-livelli ta’ diossina u PCBs li jixbħu d-diossina fl-għalf ta’ l-annimali (2) tistipula dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-metodi ta' l-analiżi li għandhom ikunu applikati għal kontroll uffiċjali previsti fid-Direttiva 70/373/KEE.

(2)

Il-proċedura tal-ġbir ta’ kampjuni stipulata fid-Direttiva tal-Kummissjoni 76/371/KEE ta’ l-1 ta’ Marzu 1976 li tistabbilixxi l-metodi tal-Komunità tal-ġbir ta’ kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta’ l-għalf ta’ l-annimali (3) għandha tkun applikata għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ dijossini u sabiex ikunu ddeterminati l-PCBs li jixbħu d-diossina f’ċertu għalf ta' l-annimali. Huwa xieraq li jkun speċifikat li l-kondizzjonijiet kwantitattivi mitluba fir-rigward tal-kontroll ta’ sostanzi jew prodotti mxerda b’mod uniformi f’kull parti ta’ l-għalf ta’ l-annimali jkunu applikati.

(3)

Huwa importanti ferm li r-riżultati analitiċi jkunu rrappurtati u interpretati b’mod uniformi sabiex ikun żgurat approċċ armonizzat ta’ implimentazzjoni fl-Istati Membri kollha.

(4)

Id-Direttiva 2002/70/KEE għandha għalhekk tkun emendata kif xieraq.

(5)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi għad-Direttiva 2002/70/KE huma emendati skond l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri ser idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jirrispettaw din id-Direttiva sa, l-aktar tard, tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni it-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u l-lista tal-korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Stati Membri għandhom jistabilixxu kif issir kull tali riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Jannar 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

L-Annessi għad-Direttiva 2002/70/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I hu mibdul b'dan li ġej:

“1.   L-iskop u l-firxa ta' applikazzjoni

Il-ġbir ta’ kampjuni maħsuba għall-kontroll uffiċjali tal-livelli tal-kontenut tad-diossina (PCDD/PCDF) kif ukoll sabiex ikun stabbilit il-kontenut ta’ PCBs (*) li jixbaħ id-diossina fl-għalf ta’ l-annimali, se jittieħed b'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 76/371/KEE. Il-kondizzjonijiet kwantitattivi mitluba in konnessjoni mal-kontroll ta’ sostanzi jew prodotti li huma mxerda b’mod uniformi f’kull parti ta’ l-għalf ta’ l-annimali hekk kif imfisser fil-punt 5.A. Ta’ l-Anness għad-Direttiva 76/371/KEE għandhom jiġu applikati. Il-ġbir globali ta’ kampjuni li jinkisbu b’dan it-tali mod se jkunu kkunsidrati bħala rapreżentattivi għal-lottijiet jew għas-sublottijiet minn fejn ittieħdu. Il-konformità mal-livelli massimi stipolati fid-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**) se tkun stabbilita abbażi tal-livelli stabbiliti fil-ġbir ta’ kampjuni tal-laboratorju.

2.   Il-konformità tal-lott jew tas-sublott ma’ l-ispeċifikazzjoni

Il-lott huwa aċċettat jekk ir-riżultat analitiku ta' analiżi waħdanija ma taqbiżx il-livell massimu rispettiv hekk kif stipolat fid-Direttiva 2002/32/KE filwaqt li tqis l-inċertezza tal-kejl.

Il-lott mhuwiex konformi mal-livell massimu stipolat fid-Direttiva 2002/32/KE, jekk ir-riżultat analitiku kkonfermat minn analiżi dduplikata u kkalokolata bħala l-medja ta’ mill-anqas żewġ determinazzjonijiet separati, jaqbeż il-livell massimu mingħajr dubju raġjonevoli meta jkun meqjus l-inċertezza tal-kejl.

L-incertezza tal-kejl jista' jittieħed in kunsiderazzjoni skond wieħed minn dawn it-trattamenti:

billi tiġi kkalkolata l-inċertezza li qiegħda tespandi, billi jintuża fattur ta’ kopertura ta’ 2 li jagħti livell ta’ kunfidenza ta’ madwar 95 %;

billi jitwaqqaf limitu ta’ deċiżjoni (CCα) bi qbil mad-Deċiġjoni tal-Kummissjoni 2002/657/EC (***) (punt 3.1.2.5. ta’ l-Anness — il-każ ta’ sostanzi b’livell permess li huwa stabbilit).

Ir-regoli ta’ interpretazzjoni preżenti japplikaw għar-riżultat analitiku miksub minn fuq il-ġbir ta’ kampjuni għall-kontroll uffiċjali. Ma jaffetwax id-dritt ta’ l-Istati Membri li jiġu applikati regoli nazzjonali għall-analiżi bi skopijiet ta’ difiża jew arbitraġġ imsemmija fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 95/53 (****).

(*)  

Skeda tal-PCBs li jixbħu lid-diossina

Konġeneru

Valur TEF

Dibenzo-p-diossina (‘PCDDs’)

2,3,7,8 — TCDD

1

1,2,3,7,8 — PeCDD

1

1,2,3,4,7,8, — HxCDD

0,1

1,2,3,6,7,8 — HxCDD

0,1

1,2,3,7,8,9 — HxCDD

0,1

1,2,3,4,6,7,8 — HpCDD

0,01

OCDD

0,0001

Dibenzofurani (‘PCDFs’)

2,3,7,8 — TCDF

0,1

1,2,3,7,8 — PeCDF

0,05

2,3,4,7,8 — PeCDF

0,5

1,2,3,4,7,8 — HxCDD

0,1

1,2,3,7,8,9 — HxCDD

0,1

1,2,3,7,8,9 — HxCDF

0,1

2,3,4,6,7,8 — HxCDF

0,1

1,2,3,4,6,7,8 — HpCDD

0,01

1,2,3,4,7,8,9 — HpCDF

0,01

OCDF

0,0001

PCBs ‘li jixbħu d-diossina’: PCBs non-orto + PCBs mono-orto

PCBs non-orto

PCB77

0,0001

PCB81

0,0001

PCB126

0,1

PCB169

0,01

PCBs mono-orto

PCB105

0,0001

PCB114

0,0005

PCB118

0,0001

PCB123

0,0001

PCB156

0,0005

PCB157

0,0005

PCB167

0,00001

PCB189

0,0001

Abbrevjazzjonijiet użati: ‘T’ = tetra; ‘Pe’ = penta; ‘Hx’ = hexa; ‘Hp’ = hepta; ‘O’ = octa; ‘CDD’ = clorodibenzo-p-diossina; ‘CDF’ = clorodibenzofuran; ‘CB’ = chlorobifenili.

"

(**)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10."

(***)  ĠU L 221, 17.8.2002, p. 8."

(****)  ĠU L 265, 8.11.1995, p. 17”."

(2)

Fl-Anness II, il-paragrafu li jmiss huwa miżjud fl-aħħar tal-punt 2. Sfond:

“Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva biss, il-limitu speċifikat aċċettat ta’ kwantifikazzjoni ta’ ħaġa ta’ l-istess klassi huwa l-konċentrazzjoni ta’ analita li tinsab fl-estratt ta’ kampjun li jipproduċi risposta instrumentali f’żewġ joni differenti, li għandhom ikunu sorveljati bi proporzjon S/Ħ (Sinjal/ħoss) ta’ 3:1 għall-anqas sinjal sensittiv u sabiex jintlaħqu l-kondizzjonijiet bażiċi meħtieġa bħal per eżempju, iż-żmien ta’ ritensjoni, il-proporzjon ta’ l-isotopu skond il-proċedura tal-kalkolu hekk kif deskritta fil-metodu EPA 1613 reviżjoni B.”


(1)  ĠU L 170, 3.8.1970, p. 2. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).

(2)  ĠU L 209, 6.8.2002, p. 15.

(3)  ĠU L 102, 15.4.1976, p. 1.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

179


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2005 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward tal- kondizzjonijiet ta’ l-importazzjoni ghal qtates, klieb u inmsa ghal korpi, istituti jew ċentri approvati

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/64/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Jannar 2005

li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward tal- kondizzjonijiet ta’ l-importazzjoni ghal qtates, klieb u inmsa ghal korpi, istituti jew ċentri approvati

(notifikata bid-dokument Numru C(2005) 118)

(Test b’rilevanza ghaż-ŻEE)

(2005/64/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistipula r-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali li jikkontrollaw il-kummerċ fil-Komunità u l-importazzjonijiet lejha ta’ annimali, semen, ova u embrijoni li mhumiex suġġetti għall-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali stipulati f’regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jikkontrollaw il-kummerċ fil-Komunità u l-importazzjonijiet lejha ta’ annimali, semen, ova u embrijoni. Dik id-Direttiva tistipula li l-kondizzjonijiet ta’ l-importazzjoni għal qtates, klieb u inmsa għandhom ikunu mill-anqas ekwivalenti għall-kondizzjonijiet imfassla fir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-kondizzjonijiet applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (2). L-intenzjoni ta’ din l-ekwivalenza bejn il-kondizzjonijiet li japplikaw għal-moviment kummerċjali u dak mhux kummerċjali ta’ dawn l-ispeċi kienet li tevita l-frodi fil-kummerċ fl-annimali domestiċi.

(2)

Ir-riskju ta’ frodi hu negliġibbli fir-rigward ta’ dawn l-ispeċi bejn korpi, istituti jew ċentri approvati skond id-Direttiva 92/65/KEE.

(3)

Hu xieraq li jiġu stipulati kondizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta’ qtates, klieb u inmsa maħsuba għal korpi, istituti jew ċentri approvati skond id-Direttiva 92/65/KEE.

(4)

Hu neċċessarju li jiġi mfassal mudell ta’ ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni ta’ qtates, klieb u inmsa maħsuba għal korpi, istituti jew ċentri.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-importazzjoni ta’ qtates, klieb u inmsa maħsuba għal korpi, istituti jew ċentri approvati skond id-Direttiva 92/65/KEE għandha tkun konformi mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għandhom jiġu minn pajjiż jew territorju terz elenkat fis-Sezzjoni 2 tal-Parti B jew f’Parti C ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 998/2003, u

(b)

għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat veterinarju li jikkorrispondi mal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa li jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Frar 2005.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Jannar 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/68/KE (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 320).

(2)  ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2054/2004 (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 14).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

183


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 241/2005 tal-11 ta' Frar 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 rigward il-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-Iżrael

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 241/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 241/2005

tal-11 ta' Frar 2005

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 rigward il-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-Iżrael

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad-9 ta’ April 2001 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ tariffa ta’ kwoti tal-Komunità u ta’ kwantitajiet ta’ referenza għall-prodotti eliġibbli għal preferenzi bis-saħħa ta’ ftehim ma’ ċerti pajjiżi tal-Mediterran u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1981/94 u (KE) Nru 934/95 (1), partikolarment l-Artikolu 5(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-31 ta' Jannar 2005 (2), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar u pprovda għall-applikazzjoni provviżorja mill-1 ta’ Mejju 2004 ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Istat tal-Iżrael, min-naħa l-oħra, sabiex tkun ikkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea

(2)

Dan il-Protokoll jipprovdi għal kwoti tat-tariffi ġodda kif ukoll għall-bidliet fil-kwoti tat-tariffi eżistenti li ġew stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 747/2001.

(3)

Sabiex jiġu implimentati l-kwoti tat-tariffi l-ġodda kif ukoll il-bidliet fil-kwoti tat-tariffi eżistenti, huwa meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 747/2001.

(4)

Għas-sena 2004 il-volumi tal-kwoti tat-tariffi l-ġodda kif ukoll iż-żjidiet fil-volumi tal-kwoti tat-tariffi eżistenti għandhom jiġu kkalkulati bħala pro rata tal-volumi bażiċi speċifikati fil-Protokoll, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-parti tal-perjodu li għadda qabel l-1 ta’ Mejju 2004.

(5)

Sabiex tkun faċilitata l-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tat-tariffi eżistenti previsti fir-Regolament (KE) Nru 747/2001, il-kwantitajiet impurtati fi ħdan il-qafas ta’ dawk il-kwoti għandhom jiġu kkunsidrati sabiex jiġu applikati l-kwoti tat-tariffi miftuħa b’mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 747/2001, kif emendat b’dan ir-Regolament.

(6)

Peress li l-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn l-UE u l-Iżrael japplika fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Mejju 2004, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u għandu jidħol fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 747/2001 qed jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-kwantitajiet li, skont ir-Regolament (KE) Nru 747/2001, tpoġġew f’ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità minn mindu daħlu fis-seħħ il-perjodi tal-kwota, u li fl-1 ta’ Mejju 2004 ikunu għadhom miftuħa fi ħdan il-kwoti tat-tariffi bl-ordnijiet numri 09.1303, 09.1306, 09.1310, 09.1318, 09.1329, 09.1352 u 09.1360, għandhom, meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, jiġu kkunsidrati sabiex jiġu applikati l-kwoti tat-tariffa rispettivi stabbiliti fl-Anness VII għar-Regolament (KE) No 747/2001, kif emendat b’dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta' Frar 2005.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President

ANNESS

Fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 747/2001, it-tabella stabbilita fil-Parti A tiġi emendata kif ġej:

(1)

jiżdiedu r-ringieli l-ġodda li ġejjin:

Nru tas-serje

Kodiċi NM

Is-subdiviżjoni tat-TARIC

Deżinjazzjoni tal-merkanzija

Il-perjodu tal-kwota

Volum talkwota

Id-dazju fuq il-kwota

“09.1361

0105 12 00

 

Dundjani ħajjin, li jiżnu mhux iktar minn 185 g

mill-1.5 sal-31.12.2004

79 653 biċċa

Eżenzjoni

mill-1.1 sal-31.12.2005

122 960 biċċa

mill-1.1 sal-31.12.2006

126 440 biċċa

mill-1.1 sal-31.12.2007 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.1 sal-31.12

129 920 biċċa

09.1362

0407 00

 

Bajd tal-għasafar, fil-qoxra, frisk, ippreżervat jew imsajjar

mill-1.5 sal-31.12.2004

357 067 biċċa

Eżenzjoni

mill-1.1 sal-31.12.2005

551 200 biċċa

mill-1.1 sal-31.12.2006

566 800 biċċa

mill-1.1 sal-31.12.2007 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.1 sal-31.12

582 400 biċċa

09.1363

0604 99 90

 

Weraq miżbugħ, ibbliċjat, imdakkar jew ippreparat mod ieħor, friegħi u partijiet oħra tal-pjanti, mingħajr fjuri jew blanzuni tal-fjuri, ħaxix, għall-bukketti jew għal għanijiet ornamentali

mill-1.5 sal-31.12.2004

6,87

Eżenzjoni

mill-1.1 sal-31.12.2005

10,6

mill-1.1 sal-31.12.2006

10,9

mill-1.1 sal-31.12.2007 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.1 sal-31.12

11,2

09.1364

0701 90 50

 

Patata ġdida, friska jew imkessħa

mill-1.5 sat-30.6.2004

103

Eżenzjoni

mill-1.1 sat-30.6.2005

318

mill-1.1 sal-30.6.2006

327

mill-1.1 sat-30.6.2007 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.1 sat-30.6

336

09.1365

ex 2004 90 98

12

19  (1)

30

80

Ħxejjex u taħlitiet ta’ ħxejjex oħra, ippreparati jew ippreżervati mod ieħor ħlief bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, iffriżati, għajr il-prodotti tal-intestatura 2006, għajr il-krafes jew il-karrotti

mill-1.5 sal-31.12.2004

103

Eżenzjoni

mill-1.1 sal-31.12.2005

159

mill-1.1 sal-31.12.2006

163,5

mill-1.1 sal-31.12.2007 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.1 sal-31.12

168

09.1366

2009 80 89

 

Ġulepp ieħor ta’ kwalunkwe frott jew ħaxix waħdu, ta’ valur Brix ta’ mhux iżjed minn 67, ta’ valur ta’ mhux aktar minn EUR 30 għal kull 100 kg piż nett, b’kontenut ta’ zokkor miżjud ta’ mhux iktar minn 30 % skont il-piż, għajr il-ġulepp tal-lanġas jew ġuleppi ta’ frott tropikali

mill-1.5 sal-31.12.2004

240,33

Eżenzjoni

mill-1.1 sal-31.12.2005

371

mill-1.1 sal-31.12.2006

381,5

mill-1.1 sal-31.12.2007 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.1 sal-31.12

392

(2)

Ir-ringieli għall-kwoti tat-tariffa għall-ordnijiet Numri 09.1306, 09.1303, 09.1310, 09.1318, 09.1329, 09.1360 u 09.1352 jiġu mibdula, rispettivament, bir-ringieli li ġejjin:

Order No

CN code

TARIC subdivision

Description of goods

Quota period

Quota volume

(in tonnes)

Quota duty

“09.1306

0603 10

 

Fjuri maqtugħa friski u blanzuni tal-fjuri ta’ tip li jkunu adattati għall-bukketti u għanijiet ornamentali

mill-1.1 sal-31.12.2004

20 085 + żjieda ta’ 206 tunnellata piż nett mill-1.5 sal-31.12.2004

Eżenzjoni

mill-1.1 sal-31.12.2005

20 988

mill-1.1 sal-31.12.2006

21 582

mill-1.1 sal-31.12.2007 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.1 sal-31.12

22 176

09.1303

0709 60 10

 

Bżar ħelu, frisk jew imkessaħ

mill-1.1 sal-31.12.2004

15 450 + żjieda ta’ 274,67 tunnellata piż nett mill-1.5 sal-31.12.2004

Eżenzjoni

mill-1.1 sal-31.12.2005

16 324

mill-1.1 sal-31.12.2006

16 786

mill-1.1 sal-31.12.2007 u għal kull perjodu min hemm ’il quddiem mill-1.1 sal-31.12

17 248

09.1310

0709 90 60

 

Qamħirrun ħelu, frisk jew imkessaħ

mill-1.1 sal-31.12

1 500 (1)

Eżenzjoni

09.1318

0712 90 50

 

Karrotti mnixxfin, sħaħ, imqattgħin, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux preparati aktar

mill-1.1 sal-31.12.2004

103 + żjieda ta’ 54,93 tunnellata piż nett mill-1.5 sal-31.12.2004

Eżenzjoni

0712 90 90

Ħxejjex oħra mnixxfin u taħlitiet ta’ ħxejjex, sħaħ, imqattgħin, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux preparati aktar

mill-1.1 sal-31.12.2005

190,8

0910 40 19

Sagħtar mgħaffeġ jew mitħun

mill-1.1 sal-31.12.2006

196,2

0910 40 90

Weraq tar-rand

mill-1.1 sal-31.12.2007 u għal kull perjodu mill-1.1 sal-31.12

201,6

0910 91 90

Taħlitiet mgħaffġa jew mitħuna ta’ tipi differenti ta’ ħwawar

0910 99 99

Ħwawar oħrajn mgħaffġa jew mitħuna

09.1329

0807 19 00

 

Bettieħ ieħor, frisk

mill-1.11.2003 sal-31.5.2004

11 400 + żjieda ta’ 14,29 tunnellata piż nett mill-1.5 sal-31.5.2004

Eżenzjoni

mill-15.9.2004 sal-31.5.2005

11 845

mill-15.9.2005 sal-31.5.2006

12 190

mill-15.9.2006 sal-31.5.2007

12 535

mill-15.9.2007 sal-31.5.2008 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-15.9 sal-31.5

12 880

09.1360

ex 2009 90 59

30

Taħlitiet ta’ ġuleppi tal-frott taċ-ċitru ma’ ġuleppi tropikali u taħlitiet ta’ ġuleppi tal-frott taċ-ċitru, ta’ valur Brix ta’ mhux iktar minn 67, ta’ valur ta’ mhux iktar minn EUR 30 għal kull 100 kg piż nett, li ma jkollux zokkor miżjud

mill-1.1 sal-31.12.2004

1 545 + żjieda ta’ 892,67 tunnellata piż nett mill-1.5 sal-31.12.2004

Eżenzjoni

mill-1.1 sal-31.12.2005

2 968

mill-1.1 sal-31.12.2006

3 052

mill-1.1 sal-31.12.2007 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.1 sal-31.12

3 136

09.1352

2204 21 10

 

Inbid ta’ għeneb frisk inklużi inbejjed imsaħħin f’kontenituri ta’ 2 litri jew inqas

mill-1.1 sal-31.12.2004

3 718,3  hl + żjieda ta’ 103 hl mill-1.5 sal-31.12.2004

Eżenzjoni

ex 2204 21 79

79,80

mill-1.1 sal-31.12.2005

3 985,6  hl

ex 2204 21 80

79, 80

mill-1.1 sal-31.12.2006

4 098,4  hl

ex 2204 21 83  (2)

10, 79, 80

mill-1.1 sal-31.12.2007 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.1 sal-31.12

4 211,2  hl

ex 2204 21 84  (3)

10, 79, 80

ex 2204 21 94

10, 30 (4)

ex 2204 21 98

10, 30 (4)

ex 2204 21 99

10


(1)  ĠU L 109, 19.4.2001, p. 2. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2279/2004 (ĠU L 396, 31.12.2004, p. 38).

(2)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(1)  Mill-1 ta' Jannar 2005 is-subdiviżjoni tat-TARIC 12 u 19 jinbidlu bl-10.”

(2)  From 1 January 2005 the CN code ex 2204 21 83 will change to ex 2204 21 84 and the TARIC subdivisions 10, 79 and 80 will change to 59 and 70.

(3)  From 1 January 2005 the CN code ex 2204 21 84 will change to ex 2204 21 85 and the TARIC subdivisions 10, 79 and 80 will change to 79 and 80.

(4)  From 1 January 2005 the TARIC subdivisions 10 and 30 will be replaced by 20.”


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

189


Rettifika għar-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2003/760/KE li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd mill-Polineżja Franċiża, fl-ambitu ta’ l-allokament ta’ l-awtoritá kompetenti u tal-mudell taċ-ċertifikat sanitarju

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/154/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Frar 2005

li temenda d-Deċiżjoni 2003/760/KE li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd mill-Polineżja Franċiża, fl-ambitu ta’ l-allokament ta’ l-awtoritá kompetenti u tal-mudell taċ-ċertifikat sanitarju

(notifikata bid-dokument numru C(2005) 356)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2005/154/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u t-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti tas-sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 11(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/760/KE (2), id-“Département de la Qualité Alimentaire et de l’Action Vétérinaire (DQAAV) du Service de Développement Rural du Ministère de l’Agriculture et de l'Elevage” huwa identifikat bħala l-awtorità kompetenti fil-Polineżja Franċiża għall-verifikazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-konformità ta’ prodotti mis-sajd u mill-akkwakoltura mal-kondizzjonijiet tad-Direttiva 91/493/KEE.

(2)

Wara ristrutturazzjoni ta’ l-amministrazzjoni Polineżjana, l-awtorità kompetenti saret id-“Département de la qualité alimentaire et de l’action vétérinaire (DQAAV) du Ministère de la promotion des ressources naturelles, chargé de la perliculture, de la pêche, de l'aquaculture, de l’agriculture, de l’élevage, des eaux et forêts et de la recherche”.

(3)

L-awtorita l-ġdida hija kapaċi li tivverifika b’mod effettiv l-applikar tar-regoli fis-seħħ.

(4)

Id-DQAAV pprovdiet assigurazzjonijiet uffiċjali dwar il-konformità ma’ l-istandards għall-kontrolli sanitarji u għall-monitoraġġ ta’ prodotti tas-sajd u ta’ akkwakoltura kif stipulati fid-Direttiva 91/493/KEE u dwar it-tisħiħ tar-rekwiżiti iġjeniċi ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dik id-Direttiva.

(5)

Id-Deċiżjoni 2003/760/KE għandha, għalhekk, tiġi emendata b’mod xieraq.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma stipolati b’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimal,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2003/760/KE hi emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 hu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Id-‘Département de la qualité alimentaire et de l’action vétérinaire (DQAAV) du Ministère de la promotion des ressources naturelles, chargé de la perliculture, de la pêche, de l'aquaculture, de l'agriculture, de l’élevage, des eaux et forêts et de la recherche’ għandu jitqies bħala l-awtorità kompetenti fil-Polineżja Franċiża għall-verifikazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-konformità tal-prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakoltura mar-rekwiżiti stipulati bid-Direttiva 91/493/KEE.”

2.

L-Anness A huwa mibdul bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-10 ta’ April 2005.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Frar 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

“ANNESS A

ĊERTIFIKAT SANITARJU

għal prodotti tas-sajd mill-POLINEŻJA FRANĊIŻA intenzjonati għall-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea, esklużi l-molluski bivalvi ħajjin, organiżmi ekinodermi, organiżmi tunikati u organiżmi gastropodi tal-baħar f’kull forma

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 15. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 273, 24.10.2003, p. 23.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

193


Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/23/KE tat-8 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttiva 2001/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/23/KE għandha taqra:

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/23/KE

tat-8 ta’ Marzu 2005

li temenda d-Direttiva 2001/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 22(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2001/25/KE tiddefenixxi r-rekwiżiti minimi ta' taħriġ, ċertifikazzjoni u għassa għall-baħħara li jagħtu servizz abbord il-vapuri tal-Komunità. Dawn ir-rekwiżiti huma bbażati fuq l-istandards stabbiliti fil-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara (il-Konvenzjoni STCW) u l-Kodiċi ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa tal-Baħħara (il-Kodiċi STCW).

(2)

Il-Kovenzjoni STCW u l-Kodiċi STCW ġew emendati bir-Reżoluzzjonijiet MSC.66(68) u MSC.67(68) tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1999, bir-Reżoluzzjoni MSC.78(70), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2003, u biċ-ċirkulari STCW.6/Circ.3 u STCW.6/Circ.5, li daħlu fis-seħħ fl-20 ta' Mejju 1998 u fis-26 ta' Mejju 2000, rispettivament.

(3)

Ir-Regolament V/3 il-ġdid tal-Konvenzjoni SCTW, li ġie miżjud bir-Reżoluzzjoni MSC.66(68), jippreskrivi rekwiżiti minimi mandatorji ta' taħriġ u kwalifikazzjonijiet għall-kaptani, uffiċjali, baħħara u persunal ieħor fuq vapuri tal-passiġġieri minbarra l-vapuri tal-passiġġieri ro-ro.

(4)

Id-Direttiva 2001/25/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri provduti f'din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti [Sikuri] stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Anness I għad-Direttiva 2001/25/KE, il-Kapitolu V huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-paragrafu 3 tar-Regolament V/2, għandu jiżdied it-test li ġej:

“… jew jiġu obbligati li jipprovdu evidenza li laħqu l-istandard ta' kompetenza rekwizit matul il-ħames snin preċedenti.”

(2)

It-test li ġej għandu jiżdied fl-aħħar tal-Kapitolu:

“Regolament V/3

Rekwiżiti minimi mandatorji għat-taħriġ u l-kwalifiki ta' kaptani, uffiċjali, baħħara u persunal ieħor fuq vapuri tal-passiġġieri minbarra l-vapuri tal-passiġġieri ro-ro

1.

Dan ir-Regolament japplika għal kaptani, uffiċjali, baħħara u persunal ieħor li jagħtu servizz fuq vapuri tal-passiġġieri, minbarra l-vapuri tal-passiġġieri ro-ro, ingaġġati fi vjaġġi internazzjonali. L-amministrazzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-applikabilità ta' dawn ir-rekwiżti għall-persunal li jagħti servizz fuq vapuri ingaġġati fi vjaġġi domestiċi.

2.

Qabel ma jiġu assenjati dmirijiet ta' fuq il-vapur abbord vapuri tal-passiġġieri, il-baħħara għandhom ikunu temmew it-taħriġ li jesiġuh il-paragrafi 4 sa 8 ta' hawn taħt skont il-kapaċità, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom.

3.

Il-baħħara li jeħtiġilhom ikunu mħarrġin skont il-paragrafi 4, 7 u 8 ta' hawn taħt għandhom, f'intervalli ta' mhux aktar minn ħames snin, jagħmlu taħriġ ta' aġġornament xieraq jew jiġu rikjesti biex jipprovdu evidenza li laħqu l-istandard ta' kompetenza rekwiżit matul il-ħames snin preċedenti.

4.

Il-persunal iddeżinjat fil-listi tal-ekwipaġġ biex jassisti passiġġieri f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza fuq vapuri tal-passiġġieri għandu jkun temm it-taħriġ fit-tmexxija tal-folla kif speċifikat fit-taqsima A-V/3, il-paragrafu 1, tal-Kodiċi STCW.

5.

Il-kaptani, l-uffiċjali u l-impjegati oħra li jingħataw dmirijiet u responsabbiltajiet speċifiċi fuq vapuri tal-passiġġieri għandhom ikunu temmew taħriġ ta' familjarizzazzjoni kif speċifikat fit-taqsima A-V/3, il-paragrafu 2, tal-Kodiċi STCW.

6.

Il-persunal li jipprovdi servizz dirett lill-passiġġieri fuq vapuri tal-passiġġieri fi spazji tal-passiġġieri għandu jkun temm taħriġ ta' sikurezza speċifikat fit-taqsima A-V/3, il-paragrafu 3, tal-Kodiċi STCW.

7.

Kaptani, chief mates, u kull persuna oħra li jingħataw dmirijiet u responsabbiltajiet immedjati għall-imbarkazzjoni u disembarkazzjoni tal-passiġġieri għandhom ikunu temmew it-taħriġ approvat għas-sikurezza tal-passiġġieri kif speċifikat fit-taqsima A-V/3, il-paragrafu 4, tal-Kodiċi STCW.

8.

Kaptani, chief mates, uffiċjali prinċipali tal-inġinerija, it-tieni uffiċjali tal-inġinerija u kull persuna li għandha responsabbiltà għas-sikurezza tal-passiġġieri f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza fuq vapuri tal-passiġġieri għandhom ikunu temmew taħriġ approvat dwar kriżi fit-tmexxija u mġiba umana kif speċifikat fit-taqsima A-V/3, il-paragrafu 5, tal-Kodiċi STCW.

9.

L-amministrazzjonijiet għandhom jiżguraw li tinħareġ evidenza bil-miktub tat-taħriġ mitmum lil kull persuna li tkun ikkwalifikat skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.”

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mid-29 ta’ Settembru 2005. Għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandha tiġi inkluża referenza għal din id-Direttiva jew magħhom għandu jkun hemm it-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 136, 18.5.2001, p. 17. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/103/KE (ĠU L 326, 13.12.2003, p. 28).

(2)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1. Ir-Regolament hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 415/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004, p. 10).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

195


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni ta’ pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwu mressqa minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/233/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Marzu 2005

li temenda d-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni ta’ pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwu mressqa minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2005) 568)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/233/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċertu sustanzi u r-residwi tagħhom f’annimali ħajjin u fi prodotti ta’ l-annimali u li tirrevoka d-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b’mod partikolari r-raba’ sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 29(1) tagħha,

Billi:

(1)

Taħt id-Direttiva 96/23/KE l-inklużjoni u ż-żamma fil-listi tal-pajjiżi terzi, imsemmija fil-leġislazzjoni tal-Komunità, li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw annimali u prodotti primarji li ġejjin mill-annimali (“il-prodotti”) koperti minn dik id-Direttiva, huma suġġetti għat-tressiq mill-pajjiżi terzi kkonċernati ta’ pjan li jniżżel il-garanziji li jistgħu joffru fir-rigward tal-monitoraġġ tal-gruppi tar-residwi u s-sustanzi msemmija f’dik id-Direttiva. Dik id-Direttiva tniżżel ukoll ċerti rekwiżiti li jikkonċernaw il-limitu taż-żmien għat-tressiq ta’ dawn il-pjanijiet.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432/KE (2) telenka l-pajjiżi terzi li ressqu pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi, li jniżżel il-garanziji offruti minnhom b’mod konformi mar-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Ċertu pajjiżi terzi ppreżentaw pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi lill-Kummissjoni għal annimali u prodotti li m’humiex elenkati fid-Deċiżjoni 2004/432/KE. L-evalwazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet u l-informazzjoni addizzjonali mitluba mill-Kummissjoni huma garanzija biżżejjed fuq il-monitoraġġ tar-residwu f’dawn il-pajjiżi fir-rigward ta’ l-annimali u l-prodotti kkonċernati. Dawn l-annimali u l-prodotti għandhom għalhekk ikunu inklużi fil-lista ta’ dawn il-pajjiżi terzi.

(4)

Id-Deċiżjoni 2004/432/KE għandha għalhekk tkun emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri msemmija f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-21 ta’ Marzu 2005.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata fl-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

“ANNESS

Kodiċi ISO2

Pajjiż

Ta’ l-ifrat

nagħaġ/mogħ-oż

Majjal

Żwie-mel

Tiġieġ

Akwa-kultura

Ħalib

Bajd

Fniek

Kaċċa ferali

Tal-kaċċa mrobbi

Għasel

AD

L-Andorra (3)

X

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

AF

L-Afganistan

 

X (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AL

L-Albanija

 

X

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

AN

L-Antilli ta’ l-Olanda

 

 

 

 

 

 

X (5)

 

 

 

 

 

AR

L-Arġentina

X

X

X (4)

X

X

X

X

X

X

X

X

X

AU

L-Awstralja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

BD

Il-Bangladexx

 

X (4)

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BG

Il-Bulgarija

X

X

X

X (6)

X

X

X

X

 

X

X

X

BH

Il-Baħrejn

 

X (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X

X (4)

X

X

X

X

X

 

 

 

X

X

BW

Il-Botswana

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

BY

Il-Belorussja

 

 

 

X (6)

 

 

 

 

 

 

 

 

BZ

Il-Beliże

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

CA

Il-Kanada

X

X

X

X

X

X

X

X

 

X

X

X

CH

L-Isvizzera

X

X

X

X

X

X

X

X

 

 

 

X (5)

CL

Iċ-Ċili

X

X (7)

X

X (4)

X

X

X

 

 

X

 

X

CN

Iċ-Ċina

 

X (4)

X (4)

 

X

X

 

 

X

 

 

X

CO

Il-Kolombja

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

CR

IL-Kosta Rika

X (4)

X (4)

X (4)

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CS

Is-Serbja u l-Montenegro (8)

X

X

X

X (6)

 

 

 

 

 

 

 

X

CU

Kuba

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

EC

L-Ekwador

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

EG

L-Eġittu

 

X (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ER

L-Eritrea

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

FK

Il-Gżejjer Falklands

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FO

Il-Gżejjer Faroe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GL

Greenland

 

X

 

X (6)

 

 

 

 

 

X

X

 

GT

Il-Gwatemala

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

HK

Ħong Kong

 

 

 

 

X (5)

X (5)

 

 

 

 

 

 

HN

Il-Ħonduras

 

X (4)

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

HR

Il-Kroazja

X

X

X

X (6)

X

X

X

X

X

X

X

X

ID

L-Indoneżja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

IL

L-Iżrael

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

X

X

IN

L-Indja

X (4)

X (4)

 

 

 

X

X

X

 

 

 

X

IR

L-Iran

 

X (4)

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

IS

L-Iżlanda

X

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X (5)

 

JM

Il-Ġamajka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

JP

Il-Ġappun

 

X (4)

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

KE

Il-Kenja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

KG

Kyrgyzstan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

KR

Il-Korea ta’ Isfel

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

KW

Il-Kuwajt

 

X (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

LB

Il-Libanu

 

X (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

LK

Is-Sri Lanka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

 

X (4)

 

X (6)

 

X

 

 

 

 

 

 

MD

Il-Moldova

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

MG

Il-Madagaskar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MK

L-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (9)

X

X

 

X (6)

 

 

X

 

 

 

 

 

MN

Il-Mongolja

 

X (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MX

Il-Messiku

X

X (4)

 

X

X

X

X

X

X

 

 

X

MY

Il-Malasja

 

 

 

 

X (10)

X

 

 

 

 

 

 

MZ

Il-Możambik

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

NA

In-Namibja

X

X

 

 

 

X

 

 

 

X

X

 

NC

New Caledonia

X

 

 

 

 

X

 

 

 

X

X

 

NI

In-Nikaragwa

X (4)

X (4)

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

NO

In-Norveġja (11)

X

X

X

 

X

X

X

X

 

X

X

X

NZ

New Zealand

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

OM

L-Oman

X (4)

X (4)

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PA

Il-Panama

X

X (4)

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PE

Il-Perù

 

X (4)

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

PH

Il-Filippini

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PK

Il-Pakistan

X (4)

X (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PY

Il-Paragwaj

X

X (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

RO

Ir-Rumanija

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

RU

Ir-Russja

X

X

X

X (6)

X

 

X

X

 

 

X (12)

X

SA

Saudi Arabia

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SC

Is-Seychelles

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SG

Singapor

X (5)

X (5)

X (5)

 

X (5)

X (5)

X (5)

 

 

 

 

 

SM

San Marino (13)

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SR

Is-Surinam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SV

El Salvador

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SY

Is-Sirja

 

X (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

SZ

Is-Sważiland

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TH

It-Tajlandja

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

X

TM

It-Turkmenistan

 

X (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TN

It-Tuneżija

 

X (4)

 

X (6)

X

X

 

 

 

X

X

 

TR

It-Turkija

 

X (4)

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

TW

It-Tajwan

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

TZ

It-Tanżanija

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

UA

L-Ukraina

 

 

 

X (6)

 

 

 

 

 

 

 

X

UG

Uganda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

US

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

UY

L-Urugwaj

X

X

 

X

 

X

X

 

X

X

X

X

UZ

L-Użbekistan

 

X (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

VE

Il-Venezwela

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

VN

Il-Vjetnam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

YT

Mayotte

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ZA

L-Afrika ta’ Isfel

X

X

X

 

X

 

X

 

 

X

X

X

ZM

Iż-Żambja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

ZW

Iż-Żimbabwe

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 


(1)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(2)  ĠU L 154, 30.4.2004, p. 44. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/685/KE (ĠU L 312, 9.10.2004, p. 19).

(3)  Pjan inizjali tal-monitoraġġ tar-residwu approvat mis-sotto-grupp veterinarju KE/Andorra (skond id-Deċiżjoni Nru 2/1999 tal-Kumitat Konġunt KE/Andorra tat-22 ta’ Diċembru 1999 — (ĠU L 31, 5.2.2000, p. 84).

(4)  Kisi biss.

(5)  Pajjiżi terzi li għall-produzzjoni ta’ l-ikel jużaw materja prima biss minn pajjiżi terzi approvati oħra.

(6)  Esportazzjoni ta’ żwiemel ħajjin għat-tbiċċir (biss annimali maħsuba għall-produzzjoni ta’ l-ikel).

(7)  Nagħaġ biss.

(8)  Ma tinkludix il-Kosovo kif definit bir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda 1244 ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999.

(9)  Denominazzjoni xierqa għadha qed tiġi diskussa fil-UN.

(10)  Il-Malasja peniżolari (tal-lvant) biss.

(11)  Pjan ta’ monitoraġġ approvat skond id-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA Nru 223/96/KOL ta’ l-4 ta’ Diċembru 1996 (ĠU L 78, 20.3.1997, p. 38).

(12)  Għar-renni mir-reġjun ta’ Murmansk biss.

(13)  Pjan ta’ monitoraġġ approvat skond id-Deċiżjoni Nru 1/94 tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni KE-San Marino tat-28 ta’ Ġunju 1994 (ĠU L 238, 13.9.1994, p. 25).”


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

200


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2005 li tistabbilixxi l-formati relatati mas-sistema tad-bażi tad-dejta skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta' Marzu 2005

li tistabbilixxi l-formati relatati mas-sistema tad-bażi tad-dejta skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

(innotifikata taħt id-dokument numru C(2005 854)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/270/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 12(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-formati stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/138/KE (2), għall-proviżjoni ta' dejta armonizzata fil-qafas tad-Direttiva 94/62/KE, għadhom jiġu rriveduti u simplifikati sabiex titqies l-esperjenza fl-applikazzjoni tagħhom.

(2)

Dawn il-formati għandhom jirriflettu l-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE kif emendata mid-Direttiva 2004/12/KE.

(3)

Sabiex id-dejta tal-Istati Membri tkun tista' tiġi mqabbla, jeħtieġ li jkun hemm regoli dettaljati dwar id-dejta li għandha tinsab fil-formati u sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu aktar dejta fuq bażi volontarja.

(4)

Minħabba l-emendi li jeħtieġ li jsiru għad-Deċiżjoni 97/138/KE, din għandha tiġi sostitwita għal raġunijiet ta' ċarezza.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 94/62/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-formati għas-sistemi ta' bażi tad-dejta marbutin mal-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ previsti fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 94/62/KE.

Artikolu 2

1.   Flimkien mad-definizzjonijiet relevanti msemmijin fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/62/KE, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“kompost” ifisser imballaġġ magħmul minn materjali differenti, u li ma jistgħux jiġu sseparati manwalment, li l-ebda materjal minnhom ma jeċċedi perċentwali partikolari skont il-piż;

(b)

“skart mill-imballaġġ iġġenerat” tfisser l-ammont ta' imballaġġ li jsir skart fi ħdan it-territorju ta' Stat Membru, skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE (3), wara li jkun ġie użat bħala kontenitur jew għall-ħarsien, l-immaniġġjar, il-kunsinna jew il-preżentazzjoni ta' prodotti;

(c)

“skart tal-imballaġġ irkuprat” ifisser il-kwantità tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerata fi Stat Membru li tiġi rkuprata, irrespettivament minn jekk l-skart mill-imballaġġ huwa rkuprat fi ħdan l-Istat Membru, fi Stat Membru ieħor jew barra mill-Komunità;

(d)

“skart ta' imballaġġ li ġie rkuprat jew maħruq f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru tal-enerġija” ifisser il-kwantità tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerata fi Stat Membru li tiġi rkuprata jew maħruqa f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru ta’ enerġija, irrespettivament minn jekk l-iskart tal-imballaġġ huwiex irkuprat jew maħruq f'impjanti għall-ħruq tal-skart b'irkupru ta' energija fi ħdan l-Istat Membru, fi Stat Membru ieħor jew barra mill-Komunità.

(e)

“skart mill-imballaġġ riċiklat” ifisser il-kwantità tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerata fi Stat Membru li ġiet riċiklata, irrispettivament minn jekk l-skart mill-imballaġġ huwiex riċiklat fi ħdan l-Istat Membru, fi Stat Membru ieħor jew barra mill-Komunità;

(f)

“rata ta' l-irkupru jew ta' ħruq f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru ta' enerġija” għall-fini tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 94/62/KE, tfisser il-kwantità totali tal-iskart mill-imballaġġ irkuprata jew maħruqa f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru ta' enerġija diviża mill-kwantità totali tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerata;

(g)

“rata ta' riċiklaġġ” għall-fini tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 94/62/KE tfisser il-kwantità totali tal-iskart mill-imballaġġ irriċiklat diviża mill-kwantità totali tal-iskart iġġenerat mill-imballaġġ.

2.   L-iskart iġġenerat mill-imballaġġ, imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, m'għandha tinkludi l-ebda tip ta' reżidwu mill-produzzjoni tal-imballaġġ jew mill-produzzjoni tal-materjali tal-imballaġġ jew minn kwalunkwe proċess ta' produzzjoni ieħor.

Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, il-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ fi Stat Membru tista' titqies bħala ewkivalenti għall-ammont tal-imballaġġ li jitpoġġa fis-suq fl-istess sena, fi ħdan dak l-Istat Membru.

Artikolu 3

1.   Id-dejta għall-imballaġġ totali għandha tkopri l-imballaġġ kollu kif definit fl-Artikoli 2(1) u 3(1) tad-Direttiva 94/62/KE.

B'mod partikolari għal materjali li nsibuhom fi kwantitajiet iżgħar u għal dawk mhux imsemmija f'din id-Deċiżjoni, jistgħu jintużaw stimi. Dawn l-istimi għandom ikunu bbażati fuq l-aħjar informazzjoni disponibbli u għandhom jiġu deskritti skont l-Artikolu 7.

2.   Imballaġġ li jista' jerġa jintuża mill-ġdid għandu jitqies bħala prodott tas-suq meta jsir disponibbli għall-ewwel darba flimkien mal-prodotti li għandu l-għan li jkun ta' kontenitur għalihom, jew li jipproteġġi jew jimmaniġġa, jew li jintuża għall-kunsinna jew il-preżentazzjoni tagħhom.

Imballaġġ li jista' jerġa jintuża mill-ġdid m'għandux jitqies bħala skart mill-imballaġġ meta jintbagħat lura għall-użu mill-ġdid. Imballaġġ li jista' jerġa' jintuża m'għanduz jitqies li tpoġġa fis-suq bħala imballaġġ meta jkun ġie użat mill-ġdid ma' xi prodott u jsir disponibbli mill-ġdid.

Imballaġġ li jista' jerġa jintuża mill-ġdid li jintrema peress li jkun wasal fi tmiem il-ħajja utili tiegħu għandu jitqies bħala skart mill-imballaġġ.

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:, l-iskart iġġenerat fi Stat Membru partikolari mill-imballaġġ li jista' jerġa' jintuża jista' jitqies bħala ewkivalenti għall-ammont tal-imballaġġ li jista' jerġa' jintuża li jitpoġġa fis-suq fi ħdan dak l-Istat Membru, fl-istess sena.

3.   Imballaġġ kompost għandu jiġi rrappurtat taħt il-materjal predominanti bil-piż.

Barra minn hekk, tista' tiġi pprovduta dejta separata dwar l-irkupru u r-riċiklaġġ ta' materjali komposti fuq bażi volontarja.

4.   Il-piż ta' imballaġġ li ġie riċiklat jew irkuprat għandu jkun ekwivalenti għall-kontribut tal-iskart mill-imballaġġ għal proċess ta' rkupru jew ta' riċiklaġġ effettiv. Jekk lil-prodott ta' impjant għas-separazzjoni tal-iskart jintbagħat biex jgħaddi minn proċessi ta' reċiklaġġ jew ta' rkuprar effettivi mingħajr telf sinifikanti, wieħed jista' jikkunsidra dan il-prodott bħala l-piż tal-iskart mill-imballaġġ li ġie rkuprat jew irriċiklat.

Artikolu 4

1.   L-iskart mill-imballaġġ esportat barra mill-Komunità għandu biss jitqies bħala rkuprat jew riċiklat jekk ikun hemm evidenza ċara li l-irkupru u/jew ir-riċiklaġġ saru taħt kundizzjonijiet li huma, b'mod ġenerali, ekwivalenti għal dawk preskritti mill-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar dan il-qasam.

2.   Il-movimenti transkonfinali tal-iskart mill-imballaġġ għandhom ikunu konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 259/93 (4), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/1999 (5) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999 (6).

3.   L-iskart mill-imballaġġ iġġenerat fl-Istati Membri l-oħra jew barra mill-Komunità, li jintbagħat lil Stat Membru għall-irkupru jew ir-riċiklaġġ m'għandux jitqies bħala rkuprat jew riċiklat f'dan l-istess Stat Membru, li ntbagħat l-iskart mill-imballaġġ.

Artikolu 5

1.   It-piż tal-iskart mill-imballaġġ rkuprat jew riċiklat għandu jitkejjel bl-użu ta' rata ta' umdità naturali tal-iskart mill-imballaġġ li hija paragunabbli mal-umdità ta' imballaġġ ekwivalenti li tqiegħed fis-suq.

Għandhom isiru korrezzjonijiet ta' dejta li tkejlet dwar it-piż ta' skart mill-imballaġġ irkuprat jew riċiklat kemm-il darba r-rata ta' umdità tal-iskart mill-imballaġġ tkun differenti b'mod regolari u sinifikanti minn dik tal-imballaġġ li jinsab fis-suq u jekk hemm ir-riskju li dan il-fattur iwassal għal eċċessi jew nuqqasijiet kbar fl-istimi dwar ir-rati ta' irkupru jew riċiklaġġ tal-imballaġġ.

Dawn il-korrezzjonijiet għandhom jintużaw biss f'każijiet eċċezzjonali, li jinħolqu minħabba kondizzjonijiet tal-klima speċifiċi jew minħabba kondizzjonijiet oħra.

Il-korrezzjonijiet sinifikanti għandhom jiġu rrapportati fid-deskrizzjonijiet relatati mal-kompilazzjoni tad-dejta kif previst fir-raba' paragrafu tal-Artikolu 7.

2.   It-piż tal-iskart mill-imballaġġ irkuprat jew riċiklat għandu, safejn dan ikun prattiku, jeskludi materjali mhux ta' imballaġġ li jinġabru flimkien mal-iskart mill-imballaġġ.

Għandhom isiru korrezzjonijiet lid-dejta relatata mal-piż tal-iskart irkuprat jew riċiklat jekk il-materjali li mhumiex ġejjin mill-imballaġġ li jinsabu fl-iskart u li jinbgħatu biex jgħaddu minn proċess ta' irkupru jew riċiklaġġ effettiv jistgħu jirriżultaw f'eċċessi jew nuqqasijiet kbar fl-istimi dwar ir-rati ta' irkupru jew riċiklaġġ tal-imballaġġ.

M'għandhom isiru l-ebda korrezzjonijiet fil-każ ta' ammonti żgħar ta' materjali li mhumiex ġejjin mill-imballaġġ jew fil-każ ta' kontaminazzjoni bħal dik li tista' tinsab regolarment fl-iskart mill-imballaġġ.

Il-korrezzjonijiet sinifikanti għandhom jiġu rrapportati fid-deskrizzjonijiet relatati mal-kompilazzjoni tad-dejta kif previst fir-raba' paragrafu tal-Artikolu 7.

Artikolu 6

Id-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru fl-Artikoli 3, 4 u 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-iskart mill-imballaġġ maħruq fl-impjanti tal-ħruq tal-iskart bl-irkupru ta' enerġija.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jimlew it-tabelli li jinsabu fl-Anness fuq bażi annwali u jibagħtuhom lill-Kummissjoni b'mezzi elettroniċi.

It-tabelli għandhom ikopru kull sena kalendarja sħiħa u għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, bla ħsara għar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), fi żmien 18-il xhar minn tmiem is-sena relevanti.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel din id-dejta disponibbli fuq websajt pubbliku.

Flimkien mat-tabelli li jkunu mlew, l-Istati Membri għandhom jibagħtu deskrizzjoni xierqa ta' kif id-dejta ġiet kompilata. Din id-deskrizzjoni għandha tagħti wkoll spjegazzjoni ta' kwalunkwe stimi li ntużaw.

Artikolu 8

L-Istati Membri jistgħu jressqu, fuq bażi volontarja, dejta ulterjuri dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, li tkun disponibbli.

Din id-dejta tista' tinkludi:

(a)

dejta dwar il-produzzjoni, l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' imballaġġ vojt;

(b)

dejta dwar imballaġġ li jista' jintuża mill-ġdid;

(c)

sottofrazzjonijiet speċifiċi tal-imballaġġ bħal pereżempju imballaġġ kompost;

(d)

il-livelli ta' konċentrazzjoni ta' metalli tqal preżenti fl-imballaġġ fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 94/62/KE u l-preżenza ta' sustanzi li huma ta' ħsara u sustanzi u materjali perikolużi oħra fi ħdan it-tifsira tat-tielet inċiż tal-punt 1 tal-Anness II ta' dik id-Direttiva;

(e)

skart mill-imballaġġ li huwa kkunsidrat bħala perikoluż minħabba l-kontaminazzjoni kkaġunata minn prodotti li jinsabu fih, fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE (8) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE (9).

Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dejta permezz tal-formati li jinsabu fl-Anness u għandhom jibdew jagħmlu dan bid-dejta li nġabret għall-2003.

Artikolu 10

Id-Deċiżjoni 97/138/KE tħassret.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 22 ta' Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

TABELLA 1

Kwantitajiet ta' skart mill-imballaġġ iġġenerati fl-Istat Membru u li ġew irkuprati jew maħruqa f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru ta' enerġija fi ħdan jew barra mill-Istat Membru

(Tunnellati)

Materjal

Skart mill-imballaġġ iġġenerat

Li ġie rkuprat jew maħruq f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru ta' enerġija permezz ta'

Riċiklaġġ materjali

Forom oħra ta’ riċiklaġġ

Riċiklaġġ totali

Irkupru ta' enerġija

Forom oħra ta’ rkupru

Ħruq f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru ta' enerġija

Total tal-irkupru u l-ħruq f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru ta' enerġija

 

(a)

(b)

(c)

(d)

(e)

(f)

(g)

(h)

Ħġieġ

 

 

 

 

 

 

 

 

Plastik

 

 

 

 

 

 

 

 

Karta u kartun

 

 

 

 

 

 

 

 

Metall

Aluminju

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzar

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

Injam

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

1.

Il-kaxxi bojod: L-għoti tad-dejta huwa mandatorju L-istimi jistgħu jintużaw għalkemm għandhom ikunu bbażati fuq dejta empirika u spjegati fid-deskrizzjoni tal-metodoloġija.

2.

Il-kaxxi bi sfumatura ċara: L-għoti tad-dejta huwa mandatorju, iżda stimi bejn wieħed u ieħor huma aċċettabbli. Dawn l-istimi għandhom jiġu spjegati fid-deskrizzjoni tal-metodoloġija.

3.

Il-kaxxi bi sfumatura skura: L-għoti tad-dejta huwa volontarju.

4.

Għall-fini ta' din id-deċiżjoni, id-dejta dwar ir-riċiklaġġ materjali għall-plastiks għandu jinkludi l-materjal kollu li ġie riċiklatrriċiklat lura fi plastik.

5.

Il-kolonna (c) tinkludi kull forma ta riċiklaġġ li tinkludi riċiklaġġ organiku iżda mhux ir-riċiklaġġ materjali.

6.

L-ammont fil-kolonna (d) għandu jkun is-somma tal-kolonni (b) u (c).

7.

Il-kolonna (f) tinkludi kull forma ta' rkupru bl-esklużjoni tar-riċiklaġġ u l-irkupru ta' enerġija

8.

L-ammont fil-kolonna (h) għandu jkun is-somma tal-kolonni (d), (e), (f) u (g).

9.

Ir-rata ta' rkupru jew tal-ħruq tal-iskart f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru ta' enerġija għall-fini tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 94/62/KE: Kolonna (h)/kolonna (a).

10.

Ir-rata ta' riċiklaġġ għall-fini tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 94/62/KE: Kolonna (d)/kolonna (a).

11.

Id-dejta għall-injam m'għandhiex tintuza biex issir evalwazzjoni tal-mira minima ffisata ta' 15 % tal-piż għal kull tip ta' materjal ta' imballaġġ, kif previst fl-Artikolu 6(1c) tad-Direttiva 94/62/KE, kif emendata mid-Direttiva 2004/12/KE.


TABELLA 2

Il-kwantitajiet ta' skart mill-imballaġġ li ntbagħtu lil Stati Membri oħra jew li ġew esportati barra mill-Komunità għall-irkupru jew biex jiġu maħruqa f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru ta' enerġija

(Tunnellati)

Materjal

Skart mill-imballaġġ li ntbagħat lejn Stati Membri oħra jew li ġie esportat barra mill-Komunità għal

Riċiklaġġ materjali

Forom oħra ta’ riċiklaġġ

Irkupru ta' enerġija

Forom oħra ta’ rkupru

Ħruq f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru ta' enerġija

Ħġieġ

 

 

 

 

 

Plastik

 

 

 

 

 

Karta u kartun

 

 

 

 

 

Metall

Aluminju

 

 

 

 

 

Azzar

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

Injam

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

1.

Id-dejta f'din it-tabella tirreferi biss għal kwantitajiet li suppost jingħaddew skond l-obbligi tad-Direttiva 94/62/KE. Id-dejta hija dejta sekondarja għal dik li diġà ngħatat fit-tabella 1. Din it-tabella tħejjiet għal ragunijiet ta' tagħrif biss.

2.

Il-kaxxi bi sfumatura ċara: L-għoti tad-dejta huwa mandatorju, iżda stimi bejn wieħed u ieħor huma aċċettabbli. Dawn l-istimi għandhom jiġu spjegati fid-deskrizzjoni tal-metodoloġija.

3.

Il-kaxxi bi sfumatura skura: L-għoti tad-dejta huwa volontarju

4.

Għall-fini ta' din id-deċiżjoni, id-dejta dwar ir-riċiklaġġ materjali tal-plastiks għandu jinkludi l-materjal kollu li ġie rriċiklat lura fi plastiks.


TABELLA 3

Il-kwantitajiet tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerati fi Stati Membri oħra jew li ġew impurtati minn barra l-Komunità u li ntbagħtu lill-Istat Membru għall-irkupru jew għall-ħruq f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru ta' enerġija

(Tunnellati)

Materjal

Skart mill-imballaġġ iġġenerat fi Stati Membri oħra jew li ġie impurtat minn barra l-Komunità u li ntbagħat lill-Istat Membru għal:

Riċiklaġġ tal-materjali

Forom oħra ta’ riċiklaġġ

Irkupru ta' enerġija

Forom oħra ta’ rkupru

Ħruq f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru ta' ta' enerġija

Ħġieġ

 

 

 

 

 

Plastik

 

 

 

 

 

Karta jew kartun

 

 

 

 

 

Metall

Aluminju

 

 

 

 

 

Azzar

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

Injam

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

1.

Id-dejta f'din it-tabella hija pprovduta għal raġunijet ta' tagħrif biss. Id-dejta la tinstab fit-tabella 1 u lanqas ma tista' tiġi kkunsidrata biex biha jintlaħqu l-miri mfasslin mill-Istat Membru kkonċernat.

2.

Il-kaxxi bi sfumatura skura: L-għoti ta' din id-dejta huwa volontarju:

3.

Għall-fini ta' din id-deċiżjoni, id-dejta dwar ir-riċiklaġġ materjali tal-plastika għandu jinkludi l-materjal kollu li ġie rriċiklat lura fi plastiks.


(1)  ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/12/KE (ĠU L 47, 18.2.2004, p. 26)

(2)  ĠU L 52, 22.2.1997, p. 22.

(3)  ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39.

(4)  ĠU L 30, 6.2.1993, p. 1.

(5)  ĠU L 166, 1.7.1999, p. 6.

(6)  ĠU L 185, 17.7.1999, p. 1.

(7)  ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1.

(8)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20.

(9)  ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

207


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Frar 2005 li tapprova f’isem il-Komunità Ewropea l-emendi għall-annessi tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti ta’ l-annimali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/306/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Frar 2005

li tapprova f’isem il-Komunità Ewropea l-emendi għall-annessi tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti ta’ l-annimali

(notifikata bid-dokument numru C(2005) 336)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/306/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE ta’ l-14 ta’ Diċembru 1998 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-miżuri sanitarji biex jipproteġu s-saħħa pubblika u dik ta’ l-annimali b’rispett tal-kummerċ ta’ l-annimali ħajjin u l-prodotti ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 u t-tielet paragrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-miżuri sanitarji biex jipproteġu s-saħħa pubblika u dik ta’ l-annimali b’rigward il-kummerċ ta’ l-annimali ħajjin u l-prodotti ta’ l-annimali (minn hawn il-quddiem ‘il-Ftehim’) jipprevedi il-possibilità li tagħraf l-ekwivalenza tal-miżuri sanitarji wara li l-Parti li tesporta wriet b’mod oġġettiv li l-miżuri tagħha jiksbu il-livell xieraq ta’ protezzjoni tal-Parti li timporta. Id-determinazzjoni ta’ l-ekwivalenza twettqet u ġiet konkluża mal-Kanada dwar il-miżuri tas-saħħa ta’ l-annimali marbuta mas-semen tal-bovini, u dwar il-miżuri tas-saħħa pubblika marbuta mal-laħam tal-majjal. L-ekwivalenza ġiet konkluża fuq bażi reċiproka.

(2)

B’rigward ta’ l-ekwivalenza għall-esportazzjonijiet Kanadiżi tal-laħam tal-majjal għad-dispożizzjonijiet ta’ l-UE ante u post mortem, id-definizzjoni tal-ħnieżer għall-kummerċ u ħtiġijiet oħra għandhom jiġu reveduti meta jiġu applikati ir-Regolamenti ġodda ta’ l-Iġjene fl-Ikel ta’ l-UE. Bl-istess mod, fejn jirrigwarda l-ekwivalenza għall-esportazzjonijiet ta’ l-UE tal-laħam tal-majjal għall-Kanada xi dispożizzjonijiet għandhom jiġu reveduti meta jiġi emendat ir-Regolament ta’ l-Ispezzjoni tal-Laħam Kanadiż.

(3)

Il-Kumitat Konġunt ta’ Ġestjoni għall-Ftehim, fil-laqgħa tiegħu fis-16 u 17 ta’ Frar 2004, ħareġ rakkomandazzjoni marbuta mad-determinazzjoni ta’ l-ekwivalenza għas-semen tal-bovini u l-laħam tal-majjal. Fl-istess laqgħa, il-Kumitat irrakkomanda li jiġu aġġornati r-referenzi għall-UE u l-leġislazzjoni Kanadiża fl-annessi għall-Ftehim. Il-Kumitat, fil-laqgħa tiegħu tas-16 u 17 ta’ Lulju 2003, ibbażat fuq emendi reċenti tal-legislazzjoni Kanadiża, ħareġ rakkomandazzjoni biex iħassar il-paragrafu 2 tal-Kapitolu I tan-Nota f’qiegħ il-paġna B fl-Anness V għall-Ftehim fejn jirrigwarda ir-rekorders tat-temperatura awtomatiċi fiż-żoni tal-ħżin tal-ħut ffriżat u friskaturi għal-ħasil li mhumiex operati bl-idejn fiż-żoni ta’ l-ipproċessar. Fl-istess laqgħa, il-Kumitat, bbażat fuq l-esperjenza tal-Komunità bl-importazzjoni ta’ ċertu ħut Kanadiż u prodotti tal-ħut mill-Kanada u konsiderazzjonijiet għall-benesseri ta’ l-annimali, ħareġ rakkomandazzjoni biex titnaqqas il-frekwenza tal-verifiki ta’ l-identità tal-KE u ta’ l-importazzjoni fiżika għall-konsenji bħal dawn.

(4)

Bħala riżultat ta’dawn ir-rakkomandazzjonijiet huwa xieraq li jinbidlu il-partijiet rilevanti fl-Anness V u l-Anness VIII għall-Ftehim.

(5)

Skond l-Artikolu 16(3) tal-Ftehim l-emendi għall-annessi se jiġu miftehma bi skambju ta’ noti bejn il-Partijiet.

(6)

Dan il-bdil għandu jkun approvat f’isem il-Komunità,

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Skond ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kumitat Konġunt ta’ Ġestjoni stabbilit skond l-Artikolu 16 tal-Ftehim bejn il_Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji applikabbli għal kummerċ ta’ l-annimali ħajjin u prodotti ta’ l-annimali il-modifikazzjonijiet għall-Anness V u l-Anness VIII għal dan il-Ftehim huma b’dan approvati f’isem il-Komunità. It-test ta’ Skambju ta’ Ittri li jikkostitwixxu ftehim mal-Gvern tal-Kanada, jinkludi il-modifikazzjonijiet għall-Annessi għall-Ftehim, huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Direttur Ġenerali għall-Protezzjoni tas-Saħħa u tal-Konsumatur b’dan jingħata is-setgħa li jiffirma il-ftehim fil-forma ta’skambju ta’ ittri sabiex tintrabat il-Komunità.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Frar 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 71, 18.3.1999, p. 1.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

209


Rettifika għall-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri mal-Gvern tal-Kanada dwar il-modifikazzjonijiet ta’ l-Anness V u l-Anness VIII għall- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-miżuri tas-sanità biex jiġu protetti is-saħħa pubblika u dik ta’ l-annimali fejn jikkonċerna il-kummerċ ta’ l-annimali ħajjin u l-prodotti ta’ l-annimali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

It-test għall-Ftehim għandu jaqra:

FTEHIM FIL-FORMA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI

mal-Gvern tal-Kanada dwar il-modifikazzjonijiet ta’ l-Anness V u l-Anness VIII għall- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-miżuri tas-sanità biex jiġu protetti is-saħħa pubblika u dik ta’ l-annimali fejn jikkonċerna il-kummerċ ta’ l-annimali ħajjin u l-prodotti ta’ l-annimali

A.   Ittra mill-Komunità Ewropea

Brussell, 7 ta’ Marzu 2005

Sinjur,

B’referenza għall-Artikolu 16(2) u (3) dwar il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-miżuri sanitarji biex jiġu protetti s-saħħa pubblika u dik ta’ l-annimali fir-rigward tal-kummerċ ta’ l-annimali ħajjin u l-prodotti ta’ l-annimali, magħmul f’Ottawa fis-17 ta’ Diċembru 1998, minn hawn il-quddiem msejjaħ ‘il-Ftehim’, għandi l-unur li nipproponi modifikazzjonijiet għall-Anness V u Anness VIII għall-Ftehim skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt ta’ Ġestjoni stabbilit skond l-Artikolu 16(1) tal-Ftehim, kif ġej:

1.

It-tabella f’punt 3 fejn jikkonċerna Semen fl-Anness V għall-Ftehim huwa mibdul bit-tabella fl-Appendiċi I.

2.

It-tabella f’punt 6 fejn jikkonċerna laħam Frisk fl-Anness V għall-Ftehim huwa mibdul bit-tabella fl-Appendiċi II.

3.

In-Nota f’qiegħ il-paġna A fl-Anness V għall-Ftehim huwa mibdul bit-test fl-Appendiċi III.

4.

Paragrafu 2 tal-Kapitlu I tan-Nota f’qiegħ il-paġna B fl-Anness V għall-Ftehim huwa mħassar.

5.

Anness VIII tal-Ftehim huwa mibdul bit-test fl-Appendiċi IV.

Għandi l-unur nipproponi li jekk din l-ittra u l-Appendiċi għaliha huma aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien se jikkostitwixxu ftehima biex jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada, li se jidħol fis-seħħ fid-data tat-tweġiba tiegħek.

Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Komunità Ewropea

Robert MADELIN

Director-General for Health and Consumer Protection

Image

B.   Ittra mill-Gvern tal-Kanada

Brussell, 15 ta’ Marzu 2005

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek bil-wasla ta’ l-ittra tiegħek tas-7 ta’ Marzu 2005 li taqra kif ġej:

“Sinjur,

B’referenza għall-Artikolu 16(2) u (3) dwar il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-miżuri sanitarji biex jiġu protetti s-saħħa pubblika u dik ta’ l-annimali fir-rigward tal-kummerċ ta’ l-annimali ħajjin u l-prodotti ta’ l-annimali, magħmul f’Ottawa fis-17 ta’ Diċembru 1998, minn hawn il-quddiem msejjaħ ‘il-Ftehim’, għandi l-unur li nipproponi modifikazzjonijiet għall-Anness V u Anness VIII għall-Ftehim skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt ta’ Ġestjoni stabbilit skond l-Artikolu 16(1) tal-Ftehim, kif ġej:

1.

It-tabella f’punt 3 fejn jikkonċerna Semen fl-Anness V għall-Ftehim huwa mibdul bit-tabella fl-Appendiċi I.

2.

It-tabella f’punt 6 fejn jikkonċerna laħam Frisk fl-Anness V għall-Ftehim huwa mibdul bit-tabella fl-Appendiċi II.

3.

In-Nota f’qiegħ il-paġna A fl-Anness V għall-Ftehim huwa mibdul bit-test fl-Appendiċi III.

4.

Paragrafu 2 tal-Kapitlu I tan-Nota f’qiegħ il-paġna B fl-Anness V għall-Ftehim huwa mħassar.

5.

Anness VIII tal-Ftehim huwa mibdul bit-test fl-Appendiċi IV.

Għandi l-unur nipproponi li jekk din l-ittra u l-Appendiċi għaliha huma aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien se jikkostitwixxu ftehima biex jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada, li se jidħol fis-seħħ fid-data tat-tweġiba tiegħek.”

Għandi l-unur nikkonferma li dan ta’ ahwn fuq huwa aċċettabbli għall-Gvern tiegħi u li l-ittra tiegħek, u din it-tweġiba u l-Appendiċi mehmuża, li huma awtentiċi kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Franċiż, flimkien ser jikkostitwixxu ftehima biex jiġi emendat il-Ftehim bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea, fi qbil mal-proposta tiegħek, li ser tidħol fis-seħħ fid-data ta' din l-Ittra.

Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Il-Gvern tal-Kanada

Jeremy KINSMAN

Ambassador of the Canadian Mission to the EU

Image

APPENDIĊI I

“3.   Semen

Prodott

Esportazzjonijiet KE għall-Kanada

Esportazzjonijiet KE għall-Kanada

Kundizzjonijiet ta’ Kummerċ

Ekwivalenza

Kundizzjonijiet Speċjali

Azzjoni

Kundizzjonijiet ta’ Kummerċ

Ekwivalenza

Kundizzjonijiet Speċjali

Azzjoni

Standards tal-KE

Standards tal-Kanada

Standards tal-Kanada

Standards tal-KE

Saħħa ta’ l-annimali

Bhejjem ta’ l-ifrat

(88/407/KEE)

H of A Act and Regs.,

Iva 1

Ċentru ta’ Kollezzjoni tas-Semen klinikament ħieles mill-paratuberkulosi

KE jitlob lill-Kanada biex tirrevedi l-kundizzjoni speċjali għall-kollezzjoni tas-semen li tkun klinikament ħielsa mill-paratuberkulosi.

H of A Act and Regs.

(88/407/KEE)

94/577/KE

Iva 1

Subtaqsimiet (1.5.6) dwar l-EBL u (3.6.6) dwar l-IBR tat-taqsima 15.4.1 tal-Programm ta’ l-Inseminazzjoni Artifiċjali, verżjoni Marżu 2004

Il-Kanada titlob li l-KE:

(I)

tipprovdi ġustifikazzjoni għall-ħtieġa li l-għoġol kollha li qegħdin f’ċentru approvat iridu jkunu IBR/IPV seronegattivi..

Kundizzjonijiet tal-Permess

Il-Manwal DC tal-Proċeduri, Taq. 15

Ngħaġ/mogħoż

(92/65/KEE)

H of A Act and Regs.,

E

 

Il-Kanada bi ħsieba tistabbilixxi kundizzjonijiet ġeneriċi.

H of A Act and Regs,

(92/65/KEE)

Iva 3

 

Il-Kanada titlob li l-KE:

(I)

tarmonizza il-kundizzjonijiet żoosanitarji għall-importazzjonijiet

(II)

tneħħi il-ħtieġa għall-ittestjar tal-mycoplasma (jagħmluh fil-baqar)

(III)

taċċetta reġjonalizzazzjoni tal-bluetongue u l-EHD u tneħħi l-ħtieġa tat-test

(IV)

taġġorna il-ħtieġa għat-test MV/CAE għal ELISA

(V)

ħassar il-ħtieġa marbuta mat-test ta’ wara il-ġbir għall-MV/CAE.

Kundizzjonijiet tal-Permess

Il-Manwal DC tal- Proċeduri, Taq. 15

Ħnieżer

(90/429/KEE)

H of A Act and Regs.,

E

 

Il-Kanada titlob li l-KE:

(I)

li tirrevedi l-ħtieġa għall-leptospirosi seronegativittà

(II)

tistabbilixxi kundizzjonijiet ġeneriċi.

H of A Act and Regs.,

(90/429/KEE)

2002/613/KE

E

Nota f’qiegħ il-paġna E

Il-Kanada titlob li l-KE:

(I)

tarmonizza għall-importazzjoni minn pajjiż terz;

(II)

tirrevedi l-ħtieġa li tittestja ħnieżer tar-refgħa kollha għas-CSF u l-AD.

Kundizzjonijiet tal-Permess

Il-Manwal DC tal- Proċeduri, Taq. 15

tal-Klieb

(92/65/KEE)

H of A Act and Regs.,

E

 

Il-KE titlob lil-Kanada biex tistabbilixxi kundizzjonijiet ġeneriċi.

H of A Act and Regs.,

(92/65/KEE)

Iva 3

 

Il-Kanada titlob li l-KE tipproduċi ċertifikat.:

tal-Qtates

(92/65/KEE)

 

(l-ebda kummerċ)

 

 

 

(92/65/KEE)”

 

 

 

APPENDIĊI II

“6.   Laħam Frisk

Prodott

Esportazzjonijiet KE għall-Kanada

Esportazzjonijiet KE għall-Kanada

Kundizzjonijiet ta’ Kummerċ

Ekwivalenza

Kundizzjonijiet Speċjali

Azzjoni

Kundizzjonijiet ta’ Kummerċ

Ekwivalenza

Kundizzjonijiet Speċjali

Azzjoni

Standards tal-KE

Standards tal-Kanada

Standards tal-Kanada

Standards tal-KE

Saħħa ta’ l-annimali

Annimal li Jixtarru

2002/99/KE

Regolament (KE) Nru 999/2001)

H of A Act and Regs.

Taq. 40, 41

Iva 2

Dikjarazzjoni ta’ l-oriġini

 

H of A Act and Regs.

2002/99/KE

Regolament (KEE) Nru 999/2001)

Iva 3

 

 

Ekwini

2002/99/KE

H of A Act and Regs.

Taq. 40, 41

Iva 2

Dikjarazzjoni ta’ l-oriġini

 

H of A Act and Regs.

2002/99/KE

Iva 3

 

 

Ħnieżer

2002/99/KE

H of A Act and Regs.

Taq. 40, 41

Iva 2

Dikjarazzjoni ta’ l-oriġini

 

H of A Act and Regs.

2002/99/KE

Iva 3

 

 

Saħħa pubblika

(64/433/KEE)

Meat Inspection Act & Regs.

Food and Drugs Act & Regs.

Consumer Packaging & Labelling Act & Regs. (jekk ippakkjati għal bejgħ bl-imnut)

Canada Agricultural Products Act & Livestock and Poultry Carcass Grading Regs. (jekk ċanga)

Iva 1

 

Xi dispożizzjonjiet riveduti meta jkun emendat ir-Regolament tal-Meat Inspection.

Meat Inspection Act & Regs.

Food and Drugs Act & Regs.

Consumer Packaging & Labelling Act & Regs. (jekk ippakkjati għal bejgħ bl-imnut)

Canada Agricultural Products Act & Livestock and Poultry Carcass Grading Regs. (jekk ċanga)

2002/477/KE

Iva 1

Subtaqsimiet (2) u (3) tat-taqsima 11.7.3 dwar l-Unjoni Ewropea tal-Kapitolu 11 tal-Meat Hygiene Manual kif preskritt fid-Direttiva dwar iġjene tal-laħam (No 2005-3) (1)

Dispożizzjonijiet ante u post mortem, id-definizzjoni ta’ħnieżer għall-kummerċ u ħtiġiet oħra li jridu jiġu riveduti meta jiġu riveduti r-Regolamenti dwar l-Iġjene ta’ l-Ikel.”

APPENDIĊI III

“NOTI F’QIEGĦ IL-PAĠNA

Nota f’Qiegħ il-Paġna A

Laħam frisk, prodotti tal-laħam friski, laħam tat-tjur, laħam tat-tjur tal-kaċċa

I.   ESPORTAZZJONIJIET KANADIŻI GĦALL-KE:

1.

Il-ġlud għandhom jitneħħew mill-vitella.

2.

Il-karkassi m’għandhomx jiġu mkeffna.

3.

Konformità mar-regoli tal-KE dwar il-counter-flow chillers (Direttiva 71/118/KEE).

4.

Konformità mar-regoli tal-KE dwar dekontaminazzjoni.

II.   ESPORTAZZJONIJIET KE GĦALL-KANADA:

1.

Konformità mar-regoli tal-Kanada dwar l-ispezzjoni post-mortem għat-tjur.”

APPENDIĊI IV

“ANNESS VIII

KONTROLLI FIL-FRUNTIERI

Frekwenzi ta’ l-iċċekkjar tal-fruntieri dwar il-konsenji ta’ l-annimali ħajjin u l-prodotti ta’l-annimali

Il-Partijiet jistgħu jimmodifikaw kwalunkwe rata ta’ frekwenza, fi ħdan ir-responsabbiltajiet tagħhom, kif jixraq, filwaqt li jqisu n-natura ta’ xi kontrolli applikati mill-Parti li qed tesporta qabel ma’ tesporta, l-esperjenza tal-passat tal-Parti li qed timporta mall-prodotti mill-Parti li tesporta, xi progress lejn ir-rikonoxxenza ta’ l-ekwivalenza, jew bħala riżultat ta’azzjonijiet jew konsultazzjonijiet oħra previsti f’dan il-Ftehim.

Tip ta’ kontrolli fil-fruntieri

Ir-rata normali skond l-Artikolu 11(2)

1.   Dokumentarju u identità

Iż-żewġ partijiet se jagħmlu kontrolli tad-dokumenti u ta’ l-identità fuq il-konsenji kollha minbarra il-krustaċeji ħajja jew ħut frisk bir-ras maqtugħa u mnaddaf mill-msaren mingħajr iktar proċessar manwali li għalih il-kontroll ta’ l-identità jsir bl-istess rata tal-kontroll fiżiku.

 

2.   Kontrolli Fiżiċi

Annimali ħajjin

100  %

Semen/embrijuni/bajd(ova)

10  %

Prodotti ta’ l-annimali għal konsum tal-bniedem

Laħam frisk li jinkludi l-ġewwieni, u l-prodotti ta’ l-ispeċi tal-bovini, ovini, kaprini, porċini u ekwini kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 92/5/KEE

Bajd sħiħ

Xaħam u xaħmijiet proċessati

Ġlud u qxur ta’ l-annimali

Ġelatina

Laħam tat-tjur u prodotti tal-laħam tat-tjur

Laħam tal-fenek, laħam tat-tjur tal-kaċċa (selvaġġi/mrobbijin) u prodotti

Ħalib u prodotti tal-ħalib

Prodotti tal-bajd

Għasel

Għadam u prodotti ta’ l-għadam

Preparazzjonijiet tal-laħam u laħam ikkapuljat

Koxox taż-żrinġijiet u bebbux

10  %

Prodotti ta’ l-annimali għal konsum tal-bniedem

Xaħam u xaħmijiet proċessati

Msaren ta’ l-annimali

Ħalib u prodotti tal-ħalib

Ġelatina

Għadam u prodotti tal-għadam

Ġlud ta’ l-ungulati

Irjus ta’ l-annimali tal-kaċċa bbalzmati

Ikel ta’ l-annimali domestiċi ipproċessat

Materja prima għal manifattura ta’ l-ikel ta’ l-annimali

Materja prima, demm, prodotti tad-demm, glandoli u organi għall-użu farmaċewtiku jew tekniku

Proteina ta’ l-annimali pproċessata (ippakkettjata)

Lanżit, suf, xagħar u rix

Qrunijiet, qwieqeb u prodotti tagħhom

Prodotti tat-trobbija tan-naħal

Bajd tat-tfaqqis

Demel

Ħuxlief u tiben

10  %

Proteina ta’ l-annimali pproċessat mhux għal konsum tal-bniedem (sfuż)

100 % għal sitt kunsinni konsekuttivi (skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002), jekk dawn it-testijiet konsekuttivi jkunu negattivi, il-kampjuni każwali ser jitnaqqsu għal 20 % ta’ kunsinni bl-ingrossa suċċessivi mill-istess sors. Jekk wieħed minn dawn il-kampjuni każwali jkun pożittiv, l-awtorità kompetenti trid tieħu kampjuni minn kull kunsinna mill-istess sors sakemm sitt testijiet konsekuttivi jkunu negattivi.

Molluski bivalvi ħajjin (frott tal-baħar)

15  %

Prodotti tal-Ħut u tas-Sajd għal konsum tal-bniedem

Prodotti tal-ħut f’reċipjenti magħluqin bla arja maħsuba biex jiġu stabbli f’temperaturi ambjentali, ħut ffriżat u prodotti tas-sajd mnixxfa/jew mielħa. Prodotti oħra tas-sajd.

15  %

Krustaċeji ħajjin jew ħut frisk bir-ras maqtugħa u mnaddfa mill-imsaren mingħajr iżjed ipproċessar bl-idejn

2  %

Għall-għanijiet ta’dan il-Ftehim, ‘konsenja’ tfisser kwantità ta’prodotti ta’ l-istess tip, koperti bl-istess ċertifikat jew dokument, mibgħut bl-istess mezz ta’ trasport, konsenjati minn destinatarju wieħed u toriġina mill-istess Parti li tesporta jew parti minn Parti bħal din.”


(1)  http://www.inspection.gc.ca/francais/anima/meavia/mmopmmhv/chap11/eu-uef.shtml għall-verżjoni Franċiża u http://www.inspection.gc.ca/english/anima/meavia/mmopmmhv/chap11/eu-uee.shtml għall-verżjoni Ingliża.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

217


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 611/2005 tal-20 ta' April 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 823/2000 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma bejn il-kumpanniji tat-tbaħħir tal-linja (konsorzja)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 611/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 611/2005

tal-20 ta' April 2005

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 823/2000 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma bejn il-kumpanniji tat-tbaħħir tal-linja (konsorzja)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 479/92 tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma bejn il-kumpanniji tat-tbaħħir tal-linja (consortia) (1),

Wara li ppubblikat abbozz ta’ dan ir-Regolament (2),

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti,

billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 823/2000 (3) jagħti eżenzjoni ġenerali lill-konsorzji tat-trasport bil-baħar mill-projbizzjoni illi tinstab fl-Artikolu 81(1) tat-Trattat, liema eżenzjoni hija soġġetta għal ċerti kondizzjonijiet.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 823/2000 se jiskadi fil-25 ta' April 2005. Fuq il-bażi tal-esperjenza tal-Kummissjoni meta tiġi biex tapplika l-eżenzjoni ta' kategorija, jidher li l-ġustifikazzjonijiet għal eżenzjoni ta' kateġorija għall-konsorzji għadhom validi. L-applikabilità tar-Regolament (KE) 823/2000 tista' għalhekk tiġi estiża b'ħames snin oħra.

(3)

L-eżenzjoni ta' kateġorija mogħtija mir-Regolament (KE) Nru 823/2000 tkopri konsorzji li joperaw kemm fi ħdan kif ukoll 'il barra mill-kumpanniji tat-tbaħħir tal-linja. Għalhekk l-eżenzjoni ta' kateġorija mogħtija mir-Regolament (KE) Nru 823/2000 hija marbuta mill-qrib mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4056/86 tat-22 ta' Diċembru 1986 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat għat-trasport marittimu (4), li jagħti eżenzjoni ta' kateġorija lill-kumpanniji tat-tbaħħir tal-linja. Il-Kummissjoni dan l-aħħar niedet reviżjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4056/86.

(4)

B'mod partikolari, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 823/2000 jipprevedi li l-ftehimiet ta' konsorzju jridu jagħtu lill-kumpaniji membri d-dritt li jirtiraw mill-konsorzju mingħajr ebda penali finanzjarja jew penali oħra suġġett għal ċerti kundizzjonijiet li jikkonċernaw il-perjodu tal-avviż li għandu jingħata. Mill-prattika jirriżulta li mhuwiex ċar kif din id-dispożizzjoni għandha tkun interpretata fl-eventwalità li d-data li fiha l-ftehim ta' konsorzju jidħol fis-seħħ tkun aktar qabel id-data li fiha s-servizz tabilħaqq jibda, pereżempju, meta l-bastimenti ma jkunux disponibbli, jew għadhom qegħdin jinbnew. Għalhekk għandha ssir dispożizzjoni speċifika għal sitwazzjoni bħal din.

(5)

Huwa ġustifikabbli għall-konsorzji li jfittxu sigurtà għal investimenti ġodda kommessi għal servizz eżistenti. Għalhekk, il-possibilità li ngħatat lill-partijiet li jkunu daħlu fi ftehim ta' konsorzju biex jiftiehmu fuq klawżola kontra l-irtirar, għandha tapplika wkoll fejn il-partijiet fi ftehim ta' konsorzju eżistenti jkunu ftehmu bejniethom li jagħmlu investimenti sostanzjali ġodda u li l-ispejjeż marbutin ma' dawn l-investimenti jiġġustifikaw il-bżonn ta' klowżola ġdida “kontra l-irtirar”.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 823/2000 jipprevedi li l-eżenzjoni hija biss applikabbli suġġetta għalċerti kundizzjonjiet, li jinkludu l-eżistenza ta' kompetizzjoni effettiva fil-prezzijiet bejn il-membri tal-konferenza li fiha jaħdem il-konsorzju minħabba l-fatt li l-membri huma awtorizzati espliċitament mill-ftehim tal-konferenza biex japplikaw rata ta’ ħlas indipendenti għal kwalunkwe rata ta' ħlas ta' ġarr prevista fit-tariffa tal-konferenza. L-attenzjoni tal-Kummissjoni nġibdet għall-fatt li r-rata ta’ ħlas indipendenti ma tistax tibqa' titqies aktar bħala prattika ġenerali komuni fis-suq. Minflok il-kuntratti kunfidenzjali individwali huma issa aktar importanti fil-qasam ta' diversi negozji. Kuntratti kunfidenzjali bħal dawn jistgħu wkoll iwasslu għal kompetizzjoni aktar effettiva bejn il-membri tal-konferenza tal-liner. Għalhekk, l-eżistenza ta' kuntratti individwali għandha tkun ikkunsidrata wkoll bħala indikatur tal-kompetizzjoni effettiva fil-prezzijiet bejn il-membri tal-konferenza.

(7)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 823/2000 għandu jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 823/2000 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 2, għandhom jiżdiedu l-punti 6 u 7 li ġejjin:

“6.

‘bidu tas-servizz’ ifisser id-data li fiha l-ewwel bastiment isalpa biex irendi servizz jew, fil-każ li jkun hemm investiment ġdid sostanzjali, id-data li fiha l-ewwel bastiment isalpa taħt il-kundizzjonijiet li jirriżultaw direttament minn dak l-investiment sostanzjali ġdid;

7.

‘investiment ġdid sostanzjali’ jfisser investiment li jwassal għall-bini, ix-xiri jew il-kiri fit-tul (charter) ta' bastimenti, li jsiru speċifikament, huma meħtieġa u sostanzjali għall-funzjonament tas-servizz u li jiffurmaw minn tal-inqas nofs it-total tal-investiment li sar mill-membri tal-konsorzju meta mqabbel mas-servizz tat-trasport marittimu offrut mill-konsorzju.”;

2.

Fl-Artikolu 5, il-punt (a) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(a)

teżisti kompetizzjoni effettiva fil-prezzijiet bejn il-membri tal-konferenza li fiha jopera l-konsorzju, minħabba l-fatt li l-membri huma espliċitament awtorizzati mill-ftehim tal-konferenza, sew jekk bis-saħħa ta' obbligu statutorju jew b’mod ieħor, biex japplikaw rata ta’ ħlas indipendenti għal kwalunkwe ġarr ta’ merkanzija li hemm provdut għaliha fit-tariffa tal-konferenza u/jew biex jidħlu fi ftehimiet kunfidenzjali individwali; jew”;

3.

Il-punt (b) tal-Artikolu 8 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(b)

il-ftehim tal-konsorzju għandu jagħti lill-kumpaniji membri d-dritt li jirtiraw mill-konsorzju mingħajr ebda penali finanzjarja jew penali oħra bħalma hu, b'mod partikolari, l-obbligu li jwaqqfu l-attivitajiet kollha tagħhom tat-trasport fin-negozju jew in-negozji kkonċernati, sew jekk marbuta mal-kondizzjoni li dik l-attivita tista’ titkompla biss wara li jkun għadda perjodu stipulat u sew jekk le. Dan id-dritt għandu jkun soġġett għal perjodu massimu ta’ avviż ta’ sitt xhur li jista' jingħata wara perjodu inizjali ta’ 18-il xahar li jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta' konsorzju jew tal-ftehim biex isir investiment sostanzjali ġdid fis-servizz marittimu konġunt. Jekk id-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim hija aktar kmieni mid-data li fiha jinbeda s-servizz, il-perjodu inizjali m'għandux ikun itwal minn 24 xhar mid-data li fiha l-ftehim ta' konsorzju jidħoll fis-seħħ jew mid-data li fiha l-ftehim sabiex isir investiment sostanzjali ġdid fis-servizz marittimu konġunt jidħol fis-seħħ.

Madanakollu, fil-każ ta’ konsorzju integrat ħafna, li għandu dħul komuni nett u/jew livell għoli ta’ investiment minħabba x-xiri jew kiri mill-membri tiegħu ta’ bastimenti speċifikament għall-għan li jitwaqqaf il-konsorzju, il-perjodu massimu ta' avviż għandu jkun ta' sitt xhur, li jistgħu jingħataw wara perjodu inizjali ta’ 30 xahar li jibdew mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta' konsorzju jew tal-ftehim li jsir investiment sostanzjali ġdid fis-servizz marittimu konġunt. Jekk id-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim hija aktar kmieni mid-data li fiha jibda s-servizz, il-perjodu inizjali m'għandux ikun itwal minn 36 xhar mid-data tad-dħul tal-ftehim ta' konsorzju jew id-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim sabiex isir investiment sostanzjali ġdid fis-servizz marittimu konġunt.”;

4.

Fl-Artikolu 14, id-data “25 ta’ April 2005” għandha tiġi ssostitwita bil-“25 ta’ April 2010”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta' April 2005. Għandu japplika sal-25 ta' April 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta' April 2005.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 55, 29.2.1992, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(2)  ĠU C 319, 23.12.2004, p. 2.

(3)  ĠU L 100, 20.4.2000, p. 24. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 463/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 23).

(4)  ĠU L 378, 31.12.1986, p. 4, Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1/2003.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

219


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 705/2005 tal-4 ta’ Mejju 2005 li jemenda jew iħassar ċerti regolamenti dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 705/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 705/2005

tal-4 ta’ Mejju 2005

li jemenda jew iħassar ċerti regolamenti dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffii u dik statistika u tat-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ċerti Regolamenti tal-Kummissjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti, adottati sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jirreferu għall-kodiċi li m’għadhomx jeżistu. Għaldaqstant għandhom jiġu aġġornati permezz ta’ emendi li jikkunsidraw il-kodiċi xierqa fis-seħħ.

(2)

Regolamenti oħra m’għadhomx fis-seħħ minħabba l-bidliet tad-deskrizzjonijiet tal-prodotti u l-kodiċi relatati tagħhom fis-Sistema Armonizzata jew fin-Nomenklatura Magħquda. Għaldaqstant dawn għandhom jitħassru.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kodiċi li hemm fir-Regolamenti nnumerati fl-Anness I għal dan ir-Regolament ġew issostitwiti bil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda kif muri f’dak l-Anness.

Artikolu 2

1.   Fit-tabella mehmuża mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3491/88 (2), il-punt 2 jitħassar.

2.   Fit-tabella mehmuża mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 883/94 (3), il-punt 1 jitħassar.

3.   Fit-tabella mehmuża mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 710/2000 (4), il-punt 2 jitħassar.

Artikolu 3

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament huma mħassra.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Mejju 2005

Għall-Kummissjoni

Láslo KOVÀCS

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS I

Nru

Regolament tal-Kummissjoni

Għat-tibdil

Bil-Kodiċi NM

(1)

(2)

(3)

(4)

1

(KE) Nru 731/93 (ĠU L 75, 30.3.1993, p. 7)

0106 00 90

0106 90 00

2

(KEE) Nru 1669/77 (ĠU L 186, 26.7.1977, p. 23), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2723/90 (5)

0207 41 10

0207 42 10

0207 43 11

0207 43 15

0207 14 10

0207 27 10

0207 36 11

0207 36 15

3

Il-Punt 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE Nru 3491/88 (ĠU L 306, 11.11.1988, p. 18), kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 936/1999 (6)

0304 90 20 jew

0304 90 21 jew

0304 90 27

0304 90 22

4

(KE) Nru 288/84 (ĠU L 33, 4.2.1984, p. 1)

07.01 H

0709 90 90

5

Il-Punt 2 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KE) Nru 1196/97 (ĠU L 170, 28.6.1997, p. 13)

0711 90 40

0711 51 00

6

(KEE) Nru 1669/71 847/71 (ĠU L 92, 24.4.1971, p. 26), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2723/90

1212 91 90

1212 91 20

7

Il-Punt 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 314/90 (ĠU L 35, 7.2.1990, p. 9)

1602 39 30

1602 32 30

8

Il-Punt 2 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 964/91 (ĠU L 100, 20.4.1991, p. 14), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3411/91 (7)

2003 10 10

2003 10 20

9

Il-Punt 2 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 316/91 (ĠU L 37, 9.2.1991, p. 25), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 936/1999

2008 19 59

2008 19 91

10

Il-Punt 2 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KE) Nru 627/2003 (ĠU L 90, 8.4.2003, p. 34)

2008 99 68

2008 99 67

11

Il-Punt 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 3565/88 (ĠU L 311, 17.11.1988, p. 25)

2106 90 91

2106 90 92

12

Il-Punt 3 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 1533/92 (ĠU L 162, 16.6.1992, p. 5)

2106 90 99

2106 90 98

13

(KEE) Nru 1676/89 (ĠU L 164, 15.6.1989, p. 7)

2206 00 93

2206 00 59

14

Il-Punt 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2084/91(ĠU L 193, 17.7.1991, p. 16), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 936/1999

2309 90 93

2309 90 95

15

(KEE) Nru 200/82 (ĠU L 21, 29.1.1982, p. 20), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 936/1999

2309 90 93

2309 90 99

16

Il-Punt 2 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 509/92 (ĠU L 55, 29.2.1992, p. 80), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 936/1999

2309 90 97

2309 90 99

17

Il-Punt 4 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 1533/92(ĠU L 162, 16.6.1992, p. 5), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 936/1999

2309 90 97

2309 90 99

18

Il-Punt 2 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KE) Nru 2696/95 (ĠU L 280, 23.11.1995, p. 17)

2309 90 93

2309 90 99

19

(KE) Nru 2354/2000 (ĠU L 272, 25.10.2000, p. 10)

2309 90 97

2309 90 99

20

Il-Punt 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2257/87 (ĠU L 208, 30.7.1987, p. 8), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2080/91 (8)

2707 50 91

2707 50 99

2707 50 90

21

Il-Punt 2 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2257/87 (ĠU L 208, 30.7.1987, p. 8), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2080/91

2707 50 91

2707 50 99

2707 50 90

22

Il-Punt 4 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 314/90 (ĠU L 35, 7.2.1990, p. 9)

2710 00 59

2710 19 29

23

(KEE) Nru 2585/86 tat-12.8.1986 (ĠU L 232, 19.8.1986, p. 5), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 936/1999

2710 00 66 ,

2710 00 67 jew

2710 00 68

2710 19 41 ,

2710 19 45 jew

2710 19 49

24

(KEE) Nru 2585/90 tal-5.2.1990 (ĠU L 35, 7.2.1990, p. 7), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 936/1999

2710 00 66 ,

2710 00 67 jew

2710 00 68

2710 19 41 ,

2710 19 45 jew

2710 19 49

25

L-Intestatura 2 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 1260/89 (ĠU L 126, 9.5.1989, p. 12)

2930 90 90

2930 90 70

26

Il-Punt 2 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 1825/93 (ĠU L 167, 9.7.1993, p. 8)

2940 00 90

2940 00 00

27

(KEE) Nru 2053/83 (ĠU L 202, 26.7.1983, p. 5), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2695/95 (9)

3203 00 19

3203 00 10

28

Il-Punt 5 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2084/91 (ĠU L 193, 17.7.1991, p. 16)

3823 90 91

3824 90 64

29

(KEE) Nru 3402/82 (ĠU L 357, 18.12.1982, p. 16), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 936/1999

3824 90 95

3824 90 99

30

Il-Punt 6 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2275/88 (ĠU L 200, 26.7.1988, p. 10), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 936/1999

3824 90 95

3824 90 99

31

Il-Punt 7 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2275/88 (ĠU L 200, 26.7.1988, p. 10), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 936/1999

3824 90 95

3824 90 99

32

Il-Punt 8 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2275/88 (ĠU L 200, 26.7.1988, p. 10), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 936/1999

3824 90 95

3824 90 99

33

Il-Punt 3 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 3491/88(ĠU L 306, 11.11.1988, p. 18), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 936/1999

3824 90 95

3824 90 99

34

Il-Punt 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 542/90 (ĠU L 56, 3.3.1990, p. 5), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 936/1999

3824 90 95

3824 90 99

35

Il-Punt 6 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2084/91(ĠU L 193, 17.7.1991, p. 16), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 936/1999

3824 90 95

3824 90 99

36

Il-Punt 6 tar-Regolament (KEE) Nru 1533/92 (ĠU L 162, 16.6.1992, p. 5), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 936/1999

3824 90 95

3824 90 99

37

(KEE) Nru 2933/92 (ĠU L 293, 9.10.1992, p. 8), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 936/1999

3824 90 95

3824 90 99

38

Il-Punt 2 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KE) Nru 691/96 (ĠU L 97, 18.4.1996, p. 13), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 936/1999

3824 90 95

3824 90 99

39

Il-Punt 3 tar-Regolament (KE) Nru 691/96 (ĠU L 97, 18.4.1996, p. 13), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 936/1999

3824 90 95

3824 90 99

40

Il-Punt 6 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KE) Nru 1264/98 (ĠU L 175, 19.6.1998, p. 4)

3824 90 95

3824 90 99

41

Il-Punt 7 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KE) Nru 1264/98 (ĠU L 175, 19.6.1998, p. 4)

3824 90 95

3824 90 99

42

Il-Punt 8 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KE) Nru 169/1999 (ĠU L 19, 26.1.1999, p. 6)

3824 90 95

3824 90 99

43

Il-Punt 2 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KE) Nru 1694/2001 (ĠU L 229, 25.8.2001, p. 3)

3824 90 95

3824 90 99

44

Il-Punt 3 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 1260/89(ĠU L 126, 9.5.1989, p. 12), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 936/1999

3911 90 99

3911 90 19

45

Il-Punt 3 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 1214/91 (ĠU L 116, 9.5.1991, p. 44)

3913 90 90

3913 90 00

46

Il-Punt 2 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 597/92 (ĠU L 64, 10.3.1992, p. 13)

3913 90 80

3913 90 00

47

Il-Punt 6 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 314/90 (ĠU L 35, 7.2.1990, p. 9)

3921 19 90

3921 19 00

48

(KE) Nru 201/98 (ĠU L 21, 28.1.1998, p. 3)

3921 19 90

3921 19 00

49

Il-Punt 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KE) Nru 1509/97 (ĠU L 204, 31.7.1997, p. 8)

4411 19 00

4411 19 90

50

Il-Punt 2 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2141/89 (ĠU L 205, 18.7.1989, p. 22)

4810 12 00

4810 14 80 jew 4810 19 90

51

(KEE) Nru 3557/81 ĠU L 356, 11.12.1981, p. 26), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2080/91

4811 39 00

4811 59 00

52

(KEE) Nru 2174/93 (ĠU L 195, 4.8.1993, p. 20)

5509 22 10

5509 22 00

53

Il-Punt 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 1796/91 (ĠU L 160, 25.6.1991, p. 40)

6002 43 31

6005 31 90

54

Il-Punt 3 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 1796/91 (ĠU L 160, 25.6.1991, p. 40)

6002 43 31

6005 31 90

55

Il-Punt 2 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 1796/91 (ĠU L 160, 25.6.1991, p. 40)

6002 49 00

6005 90 00

56

Il-Punt 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 1611/93 (ĠU L 155, 26.6.1993, p. 9)

6002 91 00

6002 92 10

6002 93 31

6002 93 99

6002 99 00

6006 10 00

6006 21 00

6006 31 90

6006 41 00

6006 90 00

57

Il-Punt 2(b) tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 893/93 (ĠU L 93, 17.4.1993, p. 5)

6104 62 10

6104 62 00

58

Il-Punt 5(b) tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 1054/97 (ĠU L 154, 12.6.1997, p. 14)

6104 62 10

6104 62 00

59

Il-Punt 6(b) tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 1054/97 (ĠU L 154, 12.6.1997, p. 14)

6104 62 10

6104 62 00

60

Il-Punt 5(b) tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KE) Nru 2049/2002 (ĠU L 316, 20.11.2002, p. 15)

6104 62 90

6104 62 00

61

Point 1 of the table annexed to Regulation (EC) No 2855/2000 (ĠU L 332, 28.12.2000, p. 41)

6104 63 90

6104 63 00

62

Il-Punt 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 1176/91 (ĠU L 114, 7.5.1991, p. 27)

6108 31 90

6108 31 00

63

Il-Punt 2 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 1176/91 (ĠU L 114, 7.5.1991, p. 27)

6108 31 90

6108 31 00

64

Il-Punt 2 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 1911/92 (ĠU L 192, 11.7.1992, p. 23)

6108 31 90

6108 31 00

65

Il-Punt 7 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KE) Nru 1911/94 (ĠU L 198, 30.7.1994, p. 103)

6302 31 90

6302 31 00

66

Il-Punt I tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KE) Nru 546/91 (ĠU L 60, 7.3.1991, p. 12)

6302 51 90

6302 51 00

67

(KEE) Nru 1592/71 (ĠU L 166, 24.7.1971, p. 39), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2080/91

6807 10 11

6807 10 10

68

Il-Punt 6 tar-Regolament (KEE) Nru 810/83 (ĠU L 90, 8.4.1983, p. 11), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 936/1999

7326 90 97

7326 90 98

69

Il-Punt 3 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KE) Nru 1165/95 (ĠU L 117, 24.5.1995, p. 15), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 936/1999

8471 80 10

8471 80 00

70

Il-Punt 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KE) Nru 48/90 (ĠU L 8, 11.1.1990, p. 16), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 936/1999

8524 91 10

8524 91 00

71

(KEE). Nru 1718/98 (ĠU L 215, 1.8.1998, p. 56)

8527 39 91

8527 39 20

72

Il-Punt 4 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KE) Nru 701/1999 (ĠU L 89, 1.4.1999, p. 23)

8528 12 93

8528 12 94

73

Il-Punt 5 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KE) Nru 701/1999 (ĠU L 89, 1.4.1999, p. 23)

8528 12 93

8528 12 94

74

Il-Punt 5(a) tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KE) Nru 1638/94 (ĠU L 172, 7.7.1994, p. 5), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 936/1999

5829 90 88

8529 90 40

75

Il-Punt 5(b) tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KE) Nru 1638/94 (ĠU L 172, 7.7.1994, p. 5), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 936/1999

5829 90 88

8529 90 40

76

(KEE) Nru 1936/84 (ĠU L 180, 7.7.1984, p. 12), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 936/1999

8542 13 60 ,

8542 14 40 jew

8542 19 66

8542 21 50 jew

8542 21 85

77

Il-Punt 3 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 396/92 (ĠU L 44, 20.2.1992, p. 9)

8704 10 19

8704 10 10

78

Il-Punt 4 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 442/91 (ĠU L 52, 27.2.1991, p. 11)

9503 90 31

9503 90 32

79

Il-Punt 4 tat-tabella mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2087/92 (ĠU L 208, 24.7.1992, p. 24)

9503 90 31

9503 90 32

ANNESS II

Nru

Regolament tal-Kummissjoni

(1)

(2)

1

(KEE) Nru 955/69 (ĠU L 124, 24.5.1969, p. 20)

2

(KEE) Nru 1484/70 (ĠU L 163, 25.7.1970, p. 19)

3

(KEE) Nru 2606/70 (ĠU L 278, 23.12.1970, p. 19)

4

(KEE) Nru 2607/70 (ĠU L 278, 23.12.1970, p. 21)

5

(KEE) Nru 1487/73 (ĠU L 149, 6.6.1973, p. 15)

6

(KEE) Nru 482/74 (ĠU L 57, 28.2.1974, p. 23)

7

(KEE) Nru 565/75 (ĠU L 60, 6.3.1975, p. 7)

8

(KEE) Nru 2811/77 (ĠU L 322, 17.12.1977, p. 20)

9

(KEE) Nru 251/78 (ĠU L 38, 8.2.1978, p. 6)

10

KEE) Nru 885/79 (ĠU L 111, 4.5.1979, p. 19)

11

(KEE) Nru 2282/79 (ĠU L 262, 18.10.1979, p. 23)

12

(KEE) Nru 308/80 (ĠU L 35, 12.2.1980, p. 7)

13

(KEE) Nru 479/80 (ĠU L 56, 29.2.1980, p. 13)

14

(KEE) Nru 2418/80 (ĠU L 249, 20.9.1980, p. 17)

15

(KEE) Nru 299/81 (ĠU L 33, 5.2.1981, p. 17)

16

(KEE) Nru 333/81 (ĠU L 37, 10.2.1981, p. 11)

17

(KEE) Nru 550/81 (ĠU L 56, 3.3.1981, p. 19)

18

(KEE) Nru 3555/81 (ĠU L 356, 11.12.1981, p. 24), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2723/90

19

(KEE) Nru 3559/81 (ĠU L 356, 11.12.1981, p. 29)

20

(KEE) Nru 1978/82 (ĠU L 214, 22.7.1982, p. 11), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2723/90

21

(KEE) Nru 2496/82 (ĠU L 267, 16.9.1982, p. 11)

22

(KEE) Nru 2497/82 (ĠU L 267, 16.9.1982, p. 12)

23

(KEE) Nru 2738/82 (ĠU L 290, 14.10.1982, p. 11)

24

(KEE) Nru 524/83 (ĠU L 61, 8.3.1983, p. 5)

25

(KEE) Nru 1535/83 (ĠU L 155, 14.6.1983, p. 6)

26

(KEE) Nru 2055/83 (ĠU L 202, 26.7.1983, p. 9)

27

(KEE) Nru 2056/83 (ĠU L 202, 26.7.1983, p. 11

28

(KEE) Nru 2333/83 (ĠU L 224, 17.8.1983, p. 13)

29

(KEE) Nru 3529/83 (ĠU L 352, 15.12.1983, p. 32)

30

(KEE) Nru 555/84 (ĠU L 61, 2.3.1984, p. 18)

31

(KEE) Nru 1219/84 (ĠU L 117, 3.5.1984, p. 18)

32

(KEE) Nru 1935/84 (ĠU L 180, 7.7.1984, p. 10)

33

(KEE) Nru 3518/84 (ĠU L 328, 15.12.1984, p. 10)

34

(KEE) Nru 3317/85 (ĠU L 317, 28.11.1985, p. 12)

35

(KEE) Nru 244/86 (ĠU L 30, 5.2.1986, p. 8)

36

(KEE) Nru 315/86 (ĠU L 39, 14.2.1986, p. 15)

37

(KEE) Nru 1202/86 (ĠU L 108, 25.4.1986, p. 19)

38

(KEE) Nru 1203/86 (ĠU L 108, 25.4.1986, p. 20)

39

(KEE) Nru 277/87 (ĠU L 28, 30.1.1987, p. 8)

40

(KEE) Nru 1324/87 (ĠU L 125, 14.5.1987, p. 22)

41

(KEE) Nru 1464/87 ĠU L 138, 28.5.1987, p. 38), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 936/1999

42

(KEE) Nru 3791/87 (ĠU L 356, 18.12.1987, p. 30)

43

(KEE) Nru 3844/87 (ĠU L 361, 22.12.1987, p. 25)

44

(KEE) Nru 2383/96 (ĠU L 326, 17.12.1996, p. 1)


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 493/2005 (ĠU L 82, 31.3.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 306, 11.11.1988, p. 18. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 936/1999 (ĠU L 117, 5.5.1999, p. 9).

(3)  ĠU L 103, 22.4.1994, p. 7. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 936/1999.

(4)  ĠU L 84, 5.4.2000, p. 8.

(5)  ĠU L 261, 25.9.1990, p. 24.

(6)  ĠU L 117, 5.5.1999, p. 9.

(7)  ĠU L 321, 23.11.1991, p. 23.

(8)  ĠU L 193, 17.7.1991, p. 6.

(9)  ĠU L 280, 23.11.1995, p. 15.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

226


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2005 li tistabbilixxi kwestjonarju għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta' emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/381/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ Mejju 2005

li tistabbilixxi kwestjonarju għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta' emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE

(innotifikata bid-dokument numru C(2005) 1359)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/381/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta' emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(1) tagħha,

Billi:

(1)

Il-kwestjonarju li għandu jintuża mill-Istati Membri għall-fini tat-tfassil tar-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE għandu jimmira li jaċċerta rendikont dettaljat tal-applikazzjoni mill-Istati Membri tal-miżuri ewlenin stabbiliti f'dik id-Direttiva kif ukoll tal-miżuri li ġejjin, sakemm dawn ikunu marbuta mill-qrib mal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE: id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE tal-24 ta’ Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (2), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/156/KE tad-29 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi linji gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (3), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004 tal-21 ta' Diċembru 2004 għal sistema standardizzata u sikura ta’ reġistri (4). Ikun xieraq li l-kwestjonarju jiġi rrivedut perjodikament.

(2)

L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Ġunju 2005. Madankollu, huwa mixtieq li jkun hemm rapport annwali wieħed li jkopri l-ewwel sena sħiħa ta' operazzjoni tal-iskema. Għalhekk, l-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sat-30 ta’ April 2005, u t-tieni rapport, li għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Ġunju 2006, għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2005. Ir-rapporti ta’ wara għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju ta' kull sena u għandhom ikopru s-sena kalendarja preċedenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru;

(3)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta' Diċembru 1991 biex tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti Direttivi fuq l-ambjent (5),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jużaw il-kwestjonarju stabbilit fl-Anness għall-fini tat-tfassil tar-rapporti annwali li jridu jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2003/87/KE.

Artikolu 2

L-ewwel rapport, li għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Ġunju 2005, għandu jkopri l-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u t-30 ta’ April 2005.

Ir-rapporti ta’ wara għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju ta' kull sena u għandhom ikopru s-sena kalendarja preċedenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 4 ta' Mejju 2005.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

PARTI 1

KWESTJONARJU DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

1.   Dettalji dwar l-istituzzjoni li qed tippreżenta r-rapport

1.

Isem il-persuna ta’ kuntatt:

2.

Titlu uffiċjali tal-persuna ta’ kuntatt:

3.

Denominazzjoni u dipartiment tal-organizzazzjoni:

4.

Indirizz:

5.

Numru tat-telefon (bi prefiss internazzjonali):

6.

Numru tal-feks (bi prefiss internazzjonali):

7.

E-mail:

2.   Awtoritajiet kompetenti

Il-mistoqsija għandha titwieġeb fl-ewwel rapport u fir-rapporti li jiġu wara jekk ikunu seħħew tibdiliet matul il-perjodu tar-rappurtaġġ:

2.1.

Jekk jogħġbok elenka l-awtoritajiet kompetenti u l-karigi rispettivi tagħhom.

3.   Kopertura tal-attivitajiet u l-impjanti

Il-mistoqsijiet sa għandhom jitwieġbu fl-ewwel rapport  (6) dwar kull perjodu ta’ skambju u fir-rapporti li jiġu wara jekk it-tibdiliet ikunu saru matul il-perjodu tar-rappurtaġġ:

3.1.

Kemm huma l-impjanti li wettqu kull waħda mill-attivitajiet indikati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE? Għal kull attività, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ impjanti inklużi unilateralment, jekk dan ikun il-każ.

Biex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-Tabella 1 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness. Barra minn hekk għandu jiġi nnutat li l-istess impjant jista’ jwettaq l-attivitajiet li jaqgħu taħt subintestaturi differenti. Indika l-attivitajiet rilevanti kollha (ukoll jekk dan ikun ifisser li l-impjant jingħadd aktar minn darba).

3.2.

Kemm mill-impjanti ta’ kombustjoni għandhom saħħa kalorifika li taqbeż l-20 MW iżda hija anqas minn 50 MW? B’kollox, għal kemm jammontaw f’ekwivalenza ta’ tunnellati ta’ CO2 l-emissjonijiet ta’ dawn l-impjanti matul il-perjodu tar-rappurtaġġ?

3.3.

Kemm mill-impjanti koperti għandhom emissjoni inqas minn ekwivalenza ta’ 10 000 tunnellata ta’ CO2, bejn 10 000 u 25 000 tunnellata, bejn 25 000 u 50 000 tunnellata, bejn 50 000 u 500 000 tunnellata jew aktar minn ammont ekwivalenti għal 500 000 tunnellata ta’ CO2 fis-sena? Ippreċiża, f’termini ta’ perċentwali, kif l-emissjonijiet totali koperti mid-Direttiva jitqassmu f’dawn il-kategoriji?

3.4.

Liema kienu t-tibdiliet li seħħew matul il-perjodu tar-rappurtaġġ meta mqabbla ma’ dak li jidher fit-tabella tal-pjan nazzjonali għall-allokazzjonijiet kif imniżżla fir-Reġistru Komunitarju għal Tranżazzjonijiet Indipendenti (impjanti ġodda, impjanti li għalqu)?

Meta twieġeb din il-mistoqsija, uża t-Tabella 2 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness.

3.5.

Matul il-perjodu tar-rappurtaġġ, l-awtorità kompetenti rċeviet applikazzjoni(jiet) mingħand operaturi li xtaqu jiffurmaw raggruppament skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2003/87/KE? Jekk iva, għal liema attività indikata fl-Anness I kienet qiegħda tirreferi l-applikazzjoni?

Kwalunkwe informazzjoni mogħtija fit-tweġiba għal din il-mistoqsija mhix se tiġi ppubblikata.

3.6.

Hemm informazzjoni oħra rilevanti dwar il-kopertura tal-impjanti u tal-attivitajiet fejn għandu x’jaqsam pajjiżek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika.

4.   Awtorizzazzjoni tal-impjanti

Il-mistoqsijiet sa għandhom jitwieġbu fl-ewwel rapport u fir-rapporti ta’ wara jekk ikunu seħħew tibdiliet matul il-perjodu tar-rappurtaġġ:

4.1.

X’miżuri ttieħdu biex jiġi żgurat li l-operaturi kkonformaw mar-rekwiżiti tal-permessi għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra?

4.2.

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali kif tiggarantixxi l-koordinazzjonji tad-diversi proċeduri għar-rilaxx u tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni jekk ikunu involuti aktar minn awtorità kompetenti waħda? Din il-koordinazzjoni kif taħdem fil-prattika?

4.3.

X’miżuri ttieħdu biex jiġu żgurati, fil-każ li l-impjanti jkunu wettqu attivitajiet inklużi fl-Anness I għad-Direttiva 96/61/KE, il-koordinazzjoni bejn il-kundizzjonijiet u l-proċeduri ta’ rilaxx u ta’ awtorizzazzjoni għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-awtorizzazzjoni kif previst f’din id-Direttiva? Ir-rekwiżiti ffissati fl-Artikoli 5, 6 u 7 tad-Direttiva 2003/87/KE ġew integrati fil-proċeduri previsti fid-Direttiva 96/61/KE? Jekk iva, kif saret din l-integrazzjoni?

4.4.

Semmi d-dispożizzjoniet leġiżlattivi, il-proċeduri u l-prassi għall-aġġornament tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni magħmula mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/87/KE?

4.5.

Kemm kienu l-permessi li ġew aġġornati matul il-perjodu tar-rappurtaġġ minħabba tibdil fin-natura jew l-iffunzjonar, jew it-tkabbir tal-impjanti, imwettqa mill-operaturi skont kif speċifikat taħt l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/87/KE? Jekk jogħġbok, għal kull kategorija (żieda jew tnaqqis fil-kapaċità, tibdil fin-natura tal-proċess, eċċ.), kemm-il permess ġie aġġornat?

4.6.

Hemm informazzjoni oħra rilevanti dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-impjanti f’pajjiżek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika.

5.   Applikazzjoni tal-linji gwida għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet

Jista’ jagħti l-każ li għall-ewwel rapport l-informazzjoni sħiħa biex jitwieġbu l-mistoqsijiet 5.1 sa 5.7 ma tkunx disponibbli. Fl-ewwel rapport, wieġeb għal dawn il-mistoqsijiet bl-iżjed mod eżawrjenti possibbli.

5.1.

Liema approċċi u metodi ġew applikati għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet mill-impjanti (ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/156/KE tad-29 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi linji gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra)?

Meta twieġeb għal din il-mistoqsija, uża t-Tabella 3 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness. L-informazzjoni meħtieġa fit-Tabella 3 għandha tingħata biss għall-impjanti li l-emissjonijiet tagħhom li jkunu ġew irrappurtati ma jaqbżux il-500 000 tunnellata ta’ CO2 fis-sena.

5.2.

Jekk teknikament ma kienx possibbli li jiġu ggarantiti l-livelli minimi speċifikati fit-Tabella 1 fit-Taqsima 4.2.2.1.4 tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/156/KE, jekk jogħġbok indika, għal kull impjant li fih tkun seħħet din is-sitwazzjoni, il-kopertura tal-emissjonijiet, l-attività, il-kategorija tal-livelli (id-dejta dwar l-attività, il-valur kalorifiku nett, il-fattur ta’ emissjoni, il-fattur ta’ ossidazzjoni jew il-fattur ta’ konverżjoni) u l-approċċ/livell ta’ monitoraġġ approvat fil-permess.

Meta twieġeb għal din il-mistoqsija, uża l-kolonni A sa I tat-Tabella 3 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness. L-informazzjoni meħtieġa fit-Tabella 3 għandha tingħata biss għall-impjanti li l-emissjonijiet annwali rrappurtati tagħhom huma anqas minn 500 000 tunnellata ta’ CO2 fis-sena.

5.3.

Semmi liema impjanti applikaw temporanjament metodi ta’ kategorizzazzjoni f’livelli b’mod differenti minn dawk miftiehma mal-awtorità kompetenti.

Meta twieġeb għal din il-mistoqsija, uża t-Tabella 4 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness.

5.4.

F’kemm-il impjant ġie applikat kejl kontinwu tal-emissjonijiet? Jekk jogħġbok speċifika l-għadd ta’ impjanti għal kull attività elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE u, fl-ambitu ta’ kull attività, għal kull sottokategorija fuq il-bażi tal-emissjonijiet annwali rrappurtati (inqas minn 50 kt, bejn 50 u 500 kt u aktar minn 500 kt).

Meta twieġeb għal din il-mistoqsija, uża t-Tabella 5 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness.

5.5.

Xi kwantità ta’ CO2 ġiet ittrasferita mill-impjanti? Jekk jogħġbok speċifika l-ammont ta' tunnellati ta’ CO2 li ġie ttrasferit skont it-Taqsima 4.2.2.1.2 tal-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/156/KE u l-għadd ta’ impjanti li ttrasferew is-CO2 għal kull attività elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE.

5.6.

Xi kwantità ta’ bijomassa nħarqet jew intużat fil-proċessi? Jekk jogħġbok speċifika l-kwantità ta’ bijomassa kif iddefinita fil-paragrafu 2(d) tal-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/156/KE maħruqa (TJ) jew użata (f’t jew f’m3) għal kull attività elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE.

Hawnhekk għandek tinkludi l-frazzjoni organika ta’ kwalunkwe skart maħruq jew użat bħala materjal ta' kombustjoni.

5.7.

Speċifika l-kwantità totali ta’ emissjonijiet ta’ CO2 minn skart użat bħala fjuwil jew materjal ta' kombustjoni. Jekk jogħġbok issottometti t-tqassim f'termini perċentwali ta' dawn l-emissjonijiet skont it-tip ta’ skart.

5.8.

Jekk jogħġbok ipprovdi kampjun ta’ dokumenti dwar monitoraġġ u rappurtaġġ, minn xi impjanti temporanjament esklużi, jekk dan hu applikabbli.

Il-mistoqsija 5.9 għandha titwieġeb fl-ewwel rapport u fir-rapporti li jiġu wara jekk it-tibdil iseħħ matul il-perjodu tar-rappurtaġġ:

5.9.

X’miżuri ttieħdu biex jiġu kkoordinati r-rekwiżiti tar-rappurtaġġ ma’ rekwiżiti eżistenti ta’ rappurtaġġ sabiex il-piż tar-rappurtaġġ jinżamm ħafif kemm jista' jkun għall-impriżi?

5.10.

Hemm informazzjoni oħra rilevanti dwar l-applikazzjoni tal-linji gwida għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ f’pajjiżek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika.

6.   Arranġamenti għall-verifika

Il-mistoqsijiet sa għandhom jitwieġbu fl-ewwel rapport u fir-rapporti li jiġu wara jekk it-tibdil iseħħ matul il-perjodu tar-rappurtaġġ:

6.1.

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-kuntest li fih twettqet il-verifika tal-emissjonijiet mill-impjanti, b'mod partikolari r-rwol tal-awtoritajiet kompetenti u l-verifikaturi l-oħrajn fil-proċess ta’ verifika.

6.2.

Jekk jogħġbok issottometti dokumenti li jiddefinixxu l-kriterji tal-akkreditazzjoni tal-verifikaturi.

Jekk dawn id-dokumenti jkunu disponibbli fuq l-Internet, ikun biżżejjed li tiġi indikata l-link għall-websajt.

6.3.

Il-verifikaturi li jkunu ġew akkreditati fi Stat Membru ieħor huma soġġetti għal proċess ta’ akkreditazzjoni addizzjonali qabel ma jkunu jistgħu jwettqu l-verifiki? Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi fil-qosor il-proċedura u għaliex din hi meqjusa bħala meħtieġa.

6.4.

Jekk jogħġbok issottometti l-linji gwida għall-verifika li jista' jkun hemm li huma pprovduti lill-verifikaturi akkreditati, u d-dokumenti, jekk dawn ikunu disponibbli, li jiddefinixxu l-mekkaniżmi għall-monitoraġġ u l-garanzija tal-kwalità għall-verifikaturi.

Jekk dawn id-dokumenti jkunu disponibbli fuq l-Internet, ikun biżżejjed li tiġi indikata l-link għall-websajt.

6.5.

Kien hemm xi operatur li ma pprovdiex rapport dwar l-emissjonijiet ivverifikat bħala sodisfaċenti sal-31 ta’ Marzu tal-perjodu tar-rappurtaġġ? Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi lista tal-impjanti konċernati u r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ validazzjoni.

Meta twieġeb għal din il-mistoqsija, uża t-Tabella 6 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness.

6.6.

L-awtorità kompetenti wettqet xi kontrolli indipendenti fir-rigward tar-rapporti vverifikati? Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi kif twettqu dawn il-kontrolli supplimentari u/jew kemm-il rapport ġie vverifikat.

6.7.

L-awtorità kompetenti tat struzzjonijiet lill-amministratur tar-reġistru biex jikkoreġi l-emissjonijiet annwali vverifikati għas-sena preċedenti fir-rigward tal-impjant(i) biex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti dettaljati stabbiliti mill-Istat Membru skont l-Anness V għad-Direttiva 2003/87/KE?

Indika kwalunkwe korrezzjoni fit-Tabella 6 tal-Parti 2.

6.8.

Hemm informazzjoni oħra rilevanti dwar l-arranġamenti għall-verifika f’pajjiżek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika.

7.   Operat tar-reġistri

Il-mistoqsijiet u għandhom jitwieġbu fl-ewwel rapport u fir-rapporti li jiġu wara jekk it-tibdil iseħħ matul il-perjodu tar-rappurtaġġ:

7.1.

Jekk jogħġbok ipprovdi t-termini u l-kundizzjonijiet li t-titulari tal-kontijiet għandhom jiffirmaw u agħti wkoll deskrizzjoni ta’ kif saret il-verifika tal-identità tal-persuni qabel infetħu l-kontijiet ta’ depożitu (ara r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004 dwar sistema standardizzata u sikura tar-reġistri).

7.2.

X’tariffi ġew applikati, jekk kien hemm? Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji.

7.3.

X’passi ttieħdu skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 2216/2004 biex tiġi evitata repetizzjoni tad-diskrepanzi misjuba fir-Reġistru Komunitarju għal Tranżazzjonijiet Indipendenti?

7.4.

Jekk jogħġbok ipprovdi sommarju tas-sinjali kollha ta’ twissija tas-sigurtà rilevanti għar-reġistru nazzjonali, li ġew ivverifikati matul il-perjodu tar-rappurtaġġ, u kif ukoll semmi kif dawn ġew indirizzati u ż-żmien li ttieħed biex instabet soluzzjoni.

7.5.

Jekk jogħġbok iddikjara għal kemm-il minuta f'kull xahar waqt il-perjodu tar-rappurtaġġ ir-reġistru nazzjonali ma kienx disponibbli għall-utenti tiegħu a) minħabba perjodi ta' interruzzjoni tal-attivitajiet ipprogrammati (downtime) u b) minħabba problemi mhux previsti.

7.6.

Jekk jogħġbok indika fid-dettall u agħti lista ta’ kull aġġornament tar-reġistru nazzjonali pprogrammat għall-perjodu tar-rappurtaġġ li jkun jmiss.

7.7.

Hemm informazzjoni oħra rilevanti dwar il-funzjonament tar-reġistri f’pajjiżek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika.

8.   Arranġamenti għall-allokazzjoni tal-kwoti — impjanti ġodda — impjanti li għalqu

Il-mistoqsijiet sa għandhom jitwieġbu fl-ewwel rapport wara kull notifika u proċedura ta’ allokazzjoni skont l-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva 2003/87/KE:

8.1.

Meta tħares lura lejn il-proċess ta’ allokazzjoni mitmum, jekk jogħġbok iddeskrivi l-l-għarfien prinċipali li bbenefikaw minnu l-awtoritajiet ta’ pajjiżek, u kif taħseb li dan l-għarfien se jinfluwenza l-approċċ tiegħek lejn il-proċess ta' allokazzjoni li jmiss?

8.2.

Għandek xi suġġerimenti għat-titjib tal-proċessi ta' notifika u allokazzjoni fil-ġejjieni għall-UE kollha?

8.3.

Kemm-il kwota ġiet allokata għall-impjanti l-ġodda elenkati fit-Tabella 2? Jekk jogħġbok agħti l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-impjant għall-impjant il-ġdid u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tat-tranżazzjoni assoċjata mal-allokazzjoni tal-kwoti.

Meta twieġeb din il-mistoqsija, uża t-Tabella 2 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness.

8.4.

Kemm tħallew kwoti fir-riżerva ta' kwalunkwe impjant ġdid fl-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ, u x’perċentwali tar-riżerva oriġinali jirrappreżentaw dawn il-kwoti?

8.5.

Jekk intuża l-irkant bħala metodu ta’ allokazzjoni, kemm-il irkant sar matul il-perjodu tar-rappurtaġġ, kemm-il kwota ġiet irkantata matul kull irkant, x’perċentwali jirrappreżentaw mill-kwantità totali ta’ kwoti għall-perjodu ta’ skambju, x’kien il-prezz ta’ kull kwota f’kull wieħed mill-irkantijiet u kif ġew użati l-kwoti li ma nxtrawx waqt l-irkant(ijiet)? Jekk jogħġbok elenka wkoll il-kodiċi ta' identifikazzjoni tat-tranżazzjonijiet assoċjati mal-allokazzjoni tal-kwoti rkantati.

8.6.

Kif kienu ttrattati l-kwoti li ma ġewx allokati u li ma ġewx irrilaxxati għall-impjanti li għalqu matul il-perjodu tar-rappurtaġġ?

Il-mistoqsija għandha titwieġeb fl-ewwel rapport wara tmiem il-perjodi ta’ skambju stabbiliti fl-Artrikolu 11(1) u (2) tad-Direttiva 2003/87/KE:

8.7.

Il-kwoti li kien fadal fir-riżerva tal-impjanti l-ġodda fi tmiem il-perjodu ta’ skambju ġew ikkanċellati jew irkantati?

8.8.

Hemm informazzjoni oħra rilevanti dwar l-arranġamenti għall-allokazzjoni tal-kwoti, l-impjanti l-ġodda u l-impjanti li għalqu f’pajjiżek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika.

9.   Ċediment ta' kwoti mill-operaturi

9.1.

Fil-każijiet kollha fejn kont fir-reġistru ngħalaq minħabba li ma kienet teżisti l-ebda possibbiltà raġonevoli li l-operatur tal-impjant kien se jċedi aktar kwoti, jekk jogħġbok iddeskrivi għaliex ma kienet teżisti l-ebda possibbiltà raġonevoli ulterjuri u ddikjara l-ammont ta’ kwoti pendenti.

9.2.

Hemm informazzjoni oħra rilevanti dwar iċ-ċediment ta’ kwoti mill-operaturi f’pajjiżek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika.

10.   Użu tal-unitajiet ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet (ERUs) u tat-tnaqqis iċċertifikat tal-emissjonijiet (CERs) fl-iskema komunitarja

Il-mistoqsijiet u għandhom jitwieġbu kull sena u, għas-CERs, għandek tibda bir-rapport li ġie ppreżentat fl-2006 filwaqt li għall-ERUs għandek tibda bir-rapport li ġie ppreżentat fl-2009:

10.1.

Kemm ġew użati CERs u ERUs mill-operaturi skont l-Artikolu 11(a) tad-Direttiva 2003/87/KE? Jekk jogħġbok agħmel lista separata, waħda għas-CERs u l-oħra għall-ERUs, tas-somma tal-unitajiet użati u l-għadd totali ta’ operaturi li użawhom.

10.2.

Kienu rrilaxxati ERUs u CERs li għalihom kien meħtieġ li jiġi kkanċellat għadd ugwali ta’ kwoti skont l-Artikolu 11(b)(3) jew (4) tad-Direttiva 2003/87/KE minħabba li l-attivitajiet tal-proġett ta’ Implimentazzjoni Konġunta (JI) jew ta' Mekkaniżmu għal Żvilupp Nadif (CDM) naqqsu jew illimitaw direttament jew indirettament il-livell ta’ emissjonijiet tal-impjanti li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva? Jekk iva, jekk jogħġbok iddikjara t-total ta’ kwoti kkanċellati u l-għadd totali tal-operaturi konċernati filwaqt li tiddistingwi bejn il-kwoti kanċellati skont l-Artikolu 11(b)(3) u bejn dawk kanċellati skont l-Artikolu 11(b)(4).

Il-mistoqsija għandha titwieġeb fl-ewwel rapport u fir-rapporti li jiġu wara jekk it-tibdiliet ikunu saru matul il-perjodu tar-rappurtaġġ:

10.3.

X’miżuri ttieħdu biex jiġi żgurat li, matul l-iżvilupp ta’ proġetti għall-produzzjoni ta’ enerġija idroelettrika ta’ saħħa kalorifika li taqbeż l-20 MW, ikunu rrispettati l-kriterji u l-linji gwida internazzjonali applikabbli, inklużi dawk tar-Rapport Finali għas-sena 2000 tal-Kummissjoni Dinjija tad-Digi?

10.4.

Hemm informazzjoni oħra rilevanti dwar l-użu tal-ERUs u s-CERs fl-iskema Komunitarja f’pajjiżek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika.

11.   Kwistjonijiet marbuta ma’ konformità mad-Direttiva

11.1.

F’każ li ġew imposti xi penali skont l-Artikolu 16(1) għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, jekk jogħġbok indika d-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti u l-penali imposti.

11.2.

Jekk jogħġbok ipprovdi l-ismijiet tal-operaturi li kontrihom ġew imposti penali għal emissjonijiet eċċessivi skont l-Artikolu 16(3).

Meta twieġeb din il-mistoqsija, ikun biżżejjed jekk tipprovdi referenza għall-pubblikazzjoni tal-ismijiet skont l-Artikolu 16(2).

11.3.

Hemm informazzjoni oħra rilevanti dwar il-konformità mad-Direttiva f’pajjiżek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika.

12.   In-natura legali tal-kwoti u t-trattament fiskali

Il-mistoqsijiet sa għandhom jitwieġbu biss fl-ewwel rapport u fir-rapporti li jiġu wara jekk it-tibdiliet ikunu seħħu matul il-perjodu tar-rappurtaġġ:

12.1.

X’inhu l-istatus legali mogħti lill-kwoti għall-finijiet ta’ kontabilità, leġiżlazzjoni finanzjarja u tassazzjoni?

12.2.

Jekk l-Istat Membru tiegħek jalloka kwoti li mhumiex b’xejn, jekk jogħġbok fisser kif isiru dawn l-allokazzjonijiet (pereżempju, fisser il-mod kif jiżvolġi l-irkant).

12.3.

Jekk l-Istat Membru jalloka kwoti bi ħlas, il-VAT tapplika għal dawn it-tranżazzjonijiet?

12.4.

Hemm informazzjoni oħra rilevanti dwar in-natura legali tal-kwoti u t-trattament fiskali tagħhom f’pajjiżek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika.

13.   Aċċess għall-informazzjoni skont l-Artikolu 17

13.1.

Id-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-kwoti, l-informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-proġett li fihom jipparteċipa l-Istat Membru jew li fihom dan tal-aħħar jawtorizza lill-entitajiet privati jew pubbliċi biex jipparteċipaw, u r-rapporti dwar l-emissjonijiet meħtieġa skont il-permess li jikkontrolla l-emissjonijiet tal-gass b’effett serra miżmum mill-awtorità kompetenti fejn jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku?

13.2.

Hemm informazzjoni oħra rilevanti dwar l-aċċess għall-informazzjoni skont l-Artikolu 17 f’pajjiżek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika.

14.   Osservazzjonijiet ġenerali

14.1.

Jeżistu kwistjonijiet partikolari marbuta mal-implimentazzjoni li jqanqlu tħassib f'pajjiżek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika.

PARTI 2

Tabella 1

Għadd ta’ impjanti għal kull attività fl-Anness I

 

Stat Membru:

 

Perjodu ta’ rappurtaġġ:


Attivitajiet fl-Anness I

Għadd ta’ Impjanti (1)

Attivitajiet ta’ enerġija

E1

Impjanti ta’ kombustjoni b’saħħa termika speċifikata li taqbeż 20 MW (għajr impjanti ta’ skart perikoluż jew muniċipali)

 

E2

Raffineriji taż-żejt minerali

 

E3

Fran tal-coke

 

Produzzjoni u pproċessar ta’ metalli tal-ħadid

F1

Impjanti ta’ kalċinazzjoni jew tgħaqqid ta’ minerali tal-metall (inklużi il-minerali tas-sulfid)

 

F2

Impjanti għall-produzzjoni tal-“pig iron” jew azzar (fużjoni primarja jew sekondarja), inkluż il-casting kontinwu, b’kapaċità li taqbeż 2,5 tunnellati fis-siegħa

 

Industrija tal-minerali

M1

Impjanti għall-produzzjoni ta' klinker tas-siment fi fran li jduru b’kapaċità ta' produzzjoni li taqbeż 500 tunnellata kuljum jew ġir fi fran li jduru b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż 50 tunnellata kuljum jew fi fran oħrajn b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż 50 tunnellata kuljum

 

M2

Impjanti għall-manifattura tal-ħġieġ inkluż il-fibra tal-ħġieġ b’kapaċità ta’ tidwib li taqbeż 20 tunnellata kuljum

 

M3

Impjanti għall-fabbrikazzjoni ta’ prodotti taċ-ċeramika permezz ta’ proċess li jinvolvi n-nar, b’mod partikolari madum tas-soqfa, brikks, brikks refrattorji, madum, oġġetti tal-ġebel jew porċellana, b’kapaċità ta’ produzzjoni ta’ aktar minn 75 tunnellata kuljum, u/jew b’kapaċità tal-forn li taqbeż 4 m3 u b’densità ambjentali għal kull forn ta’ aktar minn 300 kg/m3

 

Attivitajiet oħrajn

 

Impjanti industrijali għall-fabbrikazzjoni ta’:

 

O1

a)

polpa minn injam u minn materjal fibruż ieħor

 

O2

b)

karta u kartun b’kapaċità ta’ produzzjoni ta’ aktar minn 20 tunnellata kuljum.

 


Tabella 2

Tibdil fil-lista ta’ impjanti

 

Stat Membru:

 

Perjodu ta’ rappurtaġġ:


A

B

C

D

E

F

G

H

I

J

Impjant

Operatur

Attività prinċipali fl-Anness I (2)

Attivitajiet oħrajn fl-nness I (2)

Attività prinċipali mhux fl-Anness I (3)

Bidla meta mqabbla ma’ impjanti inklużi f’NAP (4)

Kwoti allokati jew maħruġa (5)

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tat-tranżazzjoni (6)

Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-permess

Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-impjant

Isem

Kwantità

Sena (snin)

 

 

 

 

 


Tabella 3

Metodi ta’ monitoraġġ applikati (għal dawk l-impjanti biss li l-emissjonijiet ta’ CO2 annwali rrappurtati tagħhom jaqbżu l-500 000  t fis-sena u għal dawk l-impjanti li għalihom ma kienx teknikament possibbli li jintużaw il-livelli minimi indikati fit-Tabella 1 tat-Taqsima 4.2.2.1.4 tad-Deċiżjoni 2004/156/KE)

 

Stat Membru:

 

Sena ta' rappurtaġġ:


A

B

C

D

E

F

G

H

I

J

K

L

M

N

Limitu magħżul (9)

Valur (11)

Impjant

Emissjonijiet annwali totali (8)

Dejta tal-attività

Fattur ta' emissjoni

Valur kalorifiku nett

Fattur ta’ ossidifikazzjoni

Tip ta’ fjuwil jew attività (10)

Fattur ta’ emissjoni

Valur kalorifiku nett

Fattur ta’ ossidifikazzjoni

Kodiċi ta’ identifikazjoni tal-permess

Kodiċi ta’ identifikazjoni tal-impjant

Kategorija (7)

t CO2

Limitu

Limitu

Limitu

Limitu

Valur

Unità (12)

Valur

Unità (13)

%

 

 

 

 

 


Tabella 4

Tibdil temporanju fil-metodu ta’ monitoraġġ

 

Stat Membru:

 

Sena ta’ rappurtaġġ


A

B

C

D

E

F

G

H

I

J

Impjant

Attività fl-Anness I (14)

Emissjonijiet annwali totali

Parametru ta’ monitoraġġ affettwat (15)

Metodu oriġinali approvat

Metodu temporanju applikat

Raġuni għal bidla temporanja (16)

Perjodu ta’ sospensjoni temporanja sakemm jerġa’ jintuża l-metodu tal-limitu xieraq

Bidu

Tmiem

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-permess

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-impjant

t CO2

Limitu

Limitu

Xahar/sena

Xahar/sena

 

 

 

 

 


Tabella 5

Għadd ta’ impjanti li japplikaw il-kejl tal-emissjonijiet tagħhom kontinwament

 

Stat Membru:

 

Sena ta’ rappurtaġġ:


A

B

C

D

Attività prinċipali fl-Anness I (17)

< 50 000  t CO2e

50 000 a 500 000  t CO2e

> 500 000  t CO2e

E1

 

E2

 

E3

 

F1

 

F2

 

M1

 

M2

 

M3

 

O1

 

O2

 


Tabella 6

Rapporti dwar l-emissjonijiet skont l-Artikolu 14(3) mhux ivvalidati bħala sodisfaċenti

 

Stat Membru:

 

Sena ta' rappurtaġġ:


A

B

C

D

E

F

G

Impjant

Emissjonijiet irrappurtati minn impjanti

Kwoti ċeduti

Kwoti imblukkati fil-kont tad-detentur tal-operatur

Raġuni għan-nuqqas ta’ validazzjoni tar-rapport ta’ emissjoni (18)

Korrezzjoni tal-emissjonijiet ivverifikati mill-awtorità kompetenti

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-permess

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-impjant

t CO2

t CO2

t CO2

t CO2

 

 

 

 


(1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/101/KE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 18).

(2)  ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(3)  ĠU L 59, 26.2.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 386, 29.12.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48.

(6)  Meta ma jkunx possibbli li tingħata informazzjoni sħiħa fl-ewwel rapport, jekk jogħġbok ipprovdi stima waqt li tagħti l-informazzjoni sħiħa fit-tieni rapport.

(1)  L-istess impjant jista’ jwettaq attivitajiet li jaqgħu taħt subintestaturi differenti. L-attivitajiet kollha għandhom jiġu indikati (anke jekk dan ifisser li l-impjant jingħadd aktar minn darba).

(2)  L-istess impjant jista’ jwettaq attivitajiet li jaqgħu taħt subintestaturi differenti. L-attivitajiet rilevanti kollha għandhom jiġu indikati. Jekk jogħġbok uża l-kodiċi għall-attivitajiet fl-Anness I elenkati fit-Tabella 1.

(3)  L-attività prinċipali f’impjant tista’ tkun attività oħra li ma taqax taħt l-Anness I. Jekk jogħġbok imla fejn ikun rilevanti.

(4)  Jekk jogħġbok indika “dħul ġdid” jew “għeluq”.

(5)  Fil-każ ta’ daħliet ġodda, jekk jogħġbok indika s-snin li għalihom ġiet allokata l-kwantità ta’ kwoti. Għal għeluq, jekk jogħġbok indika l-kwoti maħruġin matul il-perjodu kummerċjali li jibqa’, jekk applikabbli.

(6)  Fil-każ ta’ daħliet ġodda, jekk jogħġbok indika l-kodiċi assoċjat mal-allokazzjoni tal-kwoti.

(7)  L-istess impjant jista’ jwettaq attivitajiet li jaqgħu taħt subintestaturi differenti. L-attivitajiet rilevanti kollha għandhom jiġu indikati. Jekk jogħġbok uża l-kodiċijiet għall-attivitajiet fl-Anness I elenkati fit-Tabella 1.

(8)  Emissjonijiet ivverifikati jekk disponibbli, inkella emissjonijiet kif irrappurtati mill-operatur.

(9)  Għandha timtela biss jekk jiġu kkalkulati l-emissjonijiet.

(10)  Faħam iebes, gass naturali, azzar, ġir eċċ.; jekk jogħġbok uża linja separata għal kull karburant jew attività jekk aktar minn karburant jew attività waħda jitwettqu fl-istess impjant.

(11)  Il-kolonni J sa N biss jeħtieġ li jimtlew għal impjant b’emissjonijiet ta' CO2 irrappurtati ta’ aktar minn 500 000 tunnellata fis-sena.

(12)  kg CO2/kWh, t CO2/kg eċċ.

(13)  kJ/kg, kJ/m3 eċċ.

(14)  L-istess impjant jista’ jwettaq attivitajiet li jaqgħu taħt subintestaturi differenti. L-attività prinċipali għandha tiġi indikata. Jekk jogħġbok uża l-kodiċijiet għall-attivitajiet tal-Anness I elenkati fit-Tabella 1.

(15)  Jekk jogħġbok uża l-annotazzjonijiet li ġejjin: Dejta tal-Attività (AD), Valur Kalorifiku Nett (NCV), Fattur ta’ Emissjoni (EF), Dejta tal-Kompożizzjoni (CD), Fattur ta’ Ossidifikazzjoni (OF), Fattur ta’ Konverżjoni (CF); jekk bosta valuri f’impjant huma affettwati, imla ringiela waħda għal kull valur.

(16)  Uża l-annotazzjonijiet li ġejjin: Falliment fl-apparat ta’ kejl (FMD), nuqqas temporanju ta’ dejta (TLD), bidliet fl-impjant, tip ta’ fjuwil eċċ. (CIF), oħrajn (jekk jogħġbok speċifika).

(17)  Jekk jogħġbok irreferi għat-Tabella 1 għal deskrizzjoni tal-kodiċijiet tal-attivitajiet fl-Anness I. Jekk impjant iwettaq aktar minn attività waħda, għandha tingħadd darba biss skont l-attività prinċipali tagħhafl-Anness I.

(18)  Jekk jogħġbok uża l-annotazzjonijiet li ġejjin: id-dejta rrappurtata mhijiex nieqsa mill-inkonsistenzi (NFI), il-ġbir ta’ dejta ma seħħx skont l-istandards xjentifiċi applikabbli (NASS), ir-rekords rilevanti tal-impjant mhumiex kompleti u/jew konsistenti (RNC), il-verifikatur ma ngħatax aċċess għas-siti u għall-informazzjoni kollha relatati mas-suġġett tal-verifika (VFA), ma ġie ppreżentat ebda rapport (NR), oħrajn (jekk jogħġbok speċifika).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

238


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 781/2005 ta' l-24 ta’ Mejju 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 781/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 781/2005

ta' l-24 ta’ Mejju 2005

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni għandha l-obbligu, skont ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, li tadotta miżuri għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni għas-sigurtà tal-avjazzjoni fi ħdan il-Komunità Ewropea kollha. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2003 tal-4 ta' April 2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (2) kien l-ewwel att li kien fih dan it-tip ta' miżuri.

(2)

Hemm il-ħtieġa ta’ miżuri li jagħtu l-preċiżjoni lill-istandards bażiċi komuni.

(3)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 u sabiex jiġu evitati atti kontra l-liġi, il-miżuri stabbiliti fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 622/2003 għandhom ikunu sigrieti u ma għandhomx jiġu ppubblikati. L-istess regola tapplika neċessarjament għal kull att emendatorju.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 622/2003 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni Ċivili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan

L-Anness għar-Regolament (KE) 622/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

L-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament għandu japplika fir-rigward tan-natura kunfidenzjali ta’ dan l-Anness.

Artikolu 2

Id-Dħul fis-Seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Mejju 2005.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President

ANNESS

B’konformità mal-Artikolu 1, l-anness huwa sigriet u m’għandux jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.


(1)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 89, 5.4.2003, p. 9, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 68/2004 (ĠU L 10, 16.1.2004, p. 14).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

240


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2005 tat-30 ta' Mejju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2659/94 dwar regoli ddettaljati għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-ħżin privat tal-ġobnijiet Grana padano, Parmigiano-Reggiano u Provolone

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 826/2005

tat-30 ta' Mejju 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2659/94 dwar regoli ddettaljati għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-ħżin privat tal-ġobnijiet Grana padano, Parmigiano-Reggiano u Provolone

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 10(b) tieghu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2659/94 (2) jistabbilixxi l-ammonti għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-ħżin privat tal-ġobnijiet Grana padano, Parmigiano-Reggiano u Provolone. Fid-dawl tar-riżorsi finanzjarji disponibbli u l-iżvilupp fl-ispejjeż għall-ħżin u l-previżjonijiet tal-prezz tas-suq, jeħtieġ li dawk l-ammonti jiġu emendati.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2659/94 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(3)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) 2659/94 b' dan hu mibdul mis-segwenti:

“1.   L-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat għall-ġobon għandu jkun kif ġej:

(a)

7,50 EUR kull tunnellata metrika għall-ispejjeż fissi;

(b)

0,20 EUR kull tunnellata metrika kull ġurnata ta' ħżin skond il-kuntratt għall-ispejjeż tal-maħżen;

(c)

għall-ispejjeż finanzjarji, kull ġurnata ta’ ħżin skond il-kuntratt:

0,30 EUR kull tunnellata metrika għall-Grana padano

0,40 EUR għall-Parmigiano-Reggiano

0,25 EUR għall-Provolone.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta' Mejju 2005.

Ghall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).

(2)  ĠU L 284, 1.11.1994, p. 26. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 830/2003 (ĠU L 234, 3.7.2004, p. 4).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

241


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2005 tal-15 ta’ Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 898/2005

tal-15 ta’ Ġunju 2005

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 (b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-persuni li jaqgħu taħt l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji skont dak ir-Regolament.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/444/PESK (2) temenda l-Anness tal-Pożizzjoni Komuni 2004/161/CFSP (3). L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu, għalhekk, jiġi emendat skont din.

(3)

Biex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ġunju 2005.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

“ANNEX III

List of persons referred to in Article 6

1.

Mugabe, Robert Gabriel

President, born 21.2.1924

2.

Bonyongwe, Happyton

Director-General Central Intelligence Organisation, born 6.11.1960

3.

Buka (a.k.a. Bhuka), Flora

Minister for Special Affairs responsible for Land and Resettlement Programmes (Former Minister of State in the Vice-President’s Office and former Minister of State for the Land Reform Programme in the President’s Office), born 25.2.1968

4.

Chapfika, David

Deputy Minister of Finance (former Deputy Minister of Finance and Economic Development), born 7.4.1957

5.

Charamba, George

Permanent Secretary Department for Information and Publicity, born 4.4.1963

6.

Charumbira, Fortune Zefanaya

Former Deputy Minister for Local Government, Public Works and National Housing, born 10.6.1962

7.

Chigudu, Tinaye

Provincial Governor: Manicaland

8.

Chigwedere, Aeneas Soko

Minister of Education, Sports and Culture, born 25.11.1939

9.

Chihota, Phineas

Deputy Minister for Industry and International Trade

10.

Chihuri, Augustine

Police Commissioner, born 10.3.1953

11.

Chimbudzi, Alice

ZANU (PF) Politburo Committee Member

12.

Chimutengwende, Chen

Minister of State for Public and Interactive Affairs (former Minister of Post and Telecommunications), born 28.8.1943

13.

Chinamasa, Patrick Anthony

Minister of Justice, Legal and Parliamentary Affairs, born 25.1.1947

14.

Chindori-Chininga, Edward Takaruza

Former Minister of Mines and Mining Development, born 14.3.1955

15.

Chipanga, Tongesai Shadreck

Former Deputy Minister of Home Affairs, born 10.10.1946

16.

Chitepo, Victoria

ZANU (PF) Politburo Committee Member, born 27.3.1928

17.

Chiwenga, Constantine

Commander Zimbabwe Defence Forces, General (former Army Commander, Lieutenant General), born 25.8.1956

18.

Chiweshe, George

Chairman, ZEC (Supreme Court Judge and Chairman of the controversial delimitation committee), born 4.6.1953

19.

Chiwewe, Willard

Provincial Governor: Masvingo (former Senior Secretary responsible for Special Affairs in the President’s Office), born 19.3.1949

20.

Chombo, Ignatius Morgan Chininya

Minister of Local Government, Public Works and National Housing, born 1.8.1952

21.

Dabengwa, Dumiso

ZANU (PF) Politburo Senior Committee Member, born 1939

22.

Damasane, Abigail

Deputy Minister for Women’s Affairs Gender and Community Development

23.

Goche, Nicholas Tasunungurwa

Minister of Public Service, Labour and Social Welfare (former Minister of State for National Security in the President’s Office), born 1.8.1946

24.

Gombe, G

Chairman, Electoral Supervisory Commission

25.

Gula-Ndebele, Sobuza

Former Chairman of Electoral Supervisory Commission

26.

Gumbo, Rugare Eleck Ngidi

Minister of Economic Development (former Minister of State for State Enterprises and Parastatals in the President’s Office), born 8.3.1940

27.

Hove, Richard

ZANU (PF) Politburo Secretary for Economic Affairs, born 1935

28.

Hungwe, Josaya (a.k.a. Josiah) Dunira

Former Provincial Governor: Masvingo, born 7.11.1935

29.

Jokonya, Tichaona

Minister of Information and Publicity, born 27.12.1938

30.

Kangai, Kumbirai

ZANU (PF) Politburo Committee Member, born 17.2.1938

31.

Karimanzira, David Ishemunyoro Godi

Provincial Governor: Harare and ZANU (PF) Politburo Secretary for Finance, born 25.5.1947

32.

Kasukuwere, Saviour

Deputy Minister for Youth Development & Employment Creation and ZANU (PF) Politburo Deputy-Secretary for Youth Affairs, born 23.10.1970

33.

Kaukonde, Ray

Provincial Governor: Mashonaland East, born 4.3.1963

34.

Kuruneri, Christopher Tichaona

Former Minister of Finance and Economic Development, born 4.4.1949. NB currently in remand

35.

Langa, Andrew

Deputy Minister of Environment and Tourism and former Deputy Minister of Transport and Communications

36.

Lesabe, Thenjiwe V.

ZANU (PF) Politburo Secretary for Women’s Affairs, born 1933

37.

Machaya, Jason (a.k.a. Jaison) Max Kokerai

Former Deputy Minister of Mines and Mining Development, born 13.6.1952

38.

Made, Joseph Mtakwese

Minister of Agriculture and Rural Development (former Minister of Lands, Agricultural and Rural Resettlement), born 21.11.1954

39.

Madzongwe, Edna (a.k.a. Edina)

ZANU (PF) Politburo Deputy Secretary for Production and Labour, born 11.7.1943

40.

Mahofa, Shuvai Ben

Former Deputy Minister for Youth Development, Gender and Employment Creation, born 4.4.1941

41.

Mahoso, Tafataona

Chair, Media Information Commission

42.

Makoni, Simbarashe

ZANU (PF) Politburo Deputy Secretary General for Economic Affairs (former Minister of Finance), born 22.3.1950

43.

Malinga, Joshua

ZANU (PF) Politburo Deputy Secretary for Disabled and Disadvantaged, born 28.4.1944

44.

Mangwana, Paul Munyaradzi

Minister of State (former Minister of Public Service, Labour and Social Welfare), born 10.8.1961

45.

Manyika, Elliot Tapfumanei

Minister without Portfolio (former Minister of Youth Development, Gender and Employment Creation), born 30.7.1955

46.

Manyonda, Kenneth Vhundukai

Former Deputy Minister of Industry and International Trade, born 10.8.1934

47.

Marumahoko, Rueben

Deputy Minister for Home Affairs (former Deputy Minister of Energy and Power Development), born 4.4.1948

48.

Masawi, Ephrahim Sango

Provincial Governor: Mashonaland Central

49.

Masuku, Angeline

Provincial Governor: Matabeleland South (ZANU (PF) Politburo Secretary for Disabled and Disadvantaged), born 14.10.1936

50.

Mathema, Cain

Provincial Governor: Bulawayo

51.

Mathuthu, Thokozile

Provincial Governor: Matabeleland North and ZANU (PF) Politburo Deputy Secretary for Transport and Social Welfare

52.

Matiza, Joel Biggie

Deputy Minister for Rural Housing and Social Amenities, born 17.8.1960

53.

Matonga, Brighton

Deputy Minister for Information and Publicity, born 1969

54.

Matshalaga, Obert

Deputy Minister of Foreign Affairs

55.

Midzi, Amos Bernard (Mugenva)

Minister of Mines and Mining Development (former Minister of Energy and Power Development), born 4.7.1952

56.

Mnangagwa, Emmerson Dambudzo

Minister of Rural Housing and Social Amenities (former Speaker of Parliament), born 15.9.1946

57.

Mohadi, Kembo Campbell Dugishi

Minister of Home Affairs (former Deputy Minister of Local Government, Public Works and National Housing), born 15.11.1949

58.

Moyo, Jonathan

Former Minister of State for Information and Publicity in the President’s Office, born 12.1.1957

59.

Moyo, July Gabarari

Former Minister of Energy and Power Development (former Minister of Public Service, Labour and Social Welfare), born 7.5.1950

60.

Moyo, Simon Khaya

ZANU (PF) Politburo Deputy Secretary for Legal Affairs, born 1945. NB Ambassador to South Africa

61.

Mpofu, Obert Moses

Minister for Industry and International Trade (former Provincial Governor: Matabeleland North) (ZANU (PF) Politburo Deputy Secretary for National Security), born 12.10.1951

62.

Msika, Joseph W.

Vice-President, born 6.12.1923

63.

Msipa, Cephas George

Provincial Governor: Midlands, born 7.7.1931

64.

Muchena, Olivia Nyembesi

Minister of State for Science and Technology (a.k.a. Nyembezi) in the President’s Office (former Minister of State in Vice-President Msika’s Office), born 18.8.1946

65.

Muchinguri, Oppah Chamu

Minister for Women’s Affairs, Gender and Zvipange Community Development ZANU (PF) Politburo Secretary for Gender and Culture, born 14.12.1958

66.

Mudede, Tobaiwa (Tonneth)

Registrar General, born 22.12.1942

67.

Mudenge, Isack Stanilaus Gorerazvo

Minister of Higher Tertiary Education (former Minister of Foreign Affairs), born 17.12.1941

68.

Mugabe, Grace

Spouse of Robert Gabriel Mugabe, born 23.7.1965

69.

Mugabe, Sabina

ZANU (PF) Politburo Senior Committee Member, born 14.10.1934

70.

Muguti, Edwin

Deputy Minister for Health and Child Welfare, born 1965

71.

Mujuru, Joyce Teurai Ropa

Vice-President (former Minister of Water Resources and Infrastructural Development), born 15.4.1955

72.

Mujuru, Solomon T.R.

ZANU (PF) Politburo Senior Committee Member, born 1.5.1949

73.

Mumbengegwi, Samuel Creighton

Former Minister of Industry and International Trade, born 23.10.1942

74.

Mumbengegwi, Simbarashe

Minister of Foreign Affairs, born 20.7.1945

75.

Murerwa, Herbert Muchemwa

Minister of Finance (former Minister of Higher and Tertiary Education), born 31.7.1941

76.

Mushohwe, Christopher Chindoti

Minister of Transport and Communications (former Deputy Minister of Transport and Communications), born 6.2.1954

77.

Mutasa, Didymus Noel Edwin

Minister for National Security (former Minister of Special Affairs in the President’s Office in charge of the Anti-Corruption and Anti-Monopolies Programme and former ZANU (PF) Politburo Secretary for External Relations), born 27.7.1935

78.

Mutezo, Munacho

Minister for Water Resources and Infrastructural Development

79.

Mutinhiri, Ambros (a.k.a. Ambrose)

Minister of Youth Development, Gender and Employment Creation, Retired Brigadier

80.

Mutiwekuziva, Kenneth Kaparadza

Deputy Minister of Small and Medium Enterprises Development and Employment Creation, (former Deputy Minister of Small and Medium Enterprises Development), born 27.5.1948

81.

Muzenda, Tsitsi V.

ZANU (PF) Politburo Senior Committee Member, born 28.10.1922

82.

Muzonzini, Elisha

Brigadier (former Director-General Central Intelligence Organisation), born 24.6.1957

83.

Ncube, Abedinico

Deputy Minister of Public Service, Labour and Social Welfare (former Deputy Minister of Foreign Affairs), born 13.10.1954

84.

Ndlovu, Naison K.

ZANU (PF) Politburo Secretary for Production and Labour, born 22.10.1930

85.

Ndlovu, Richard

ZANU (PF) Politburo Deputy Commissariat, born 26.6.1942

86.

Ndlovu, Sikhanyiso

ZANU (PF) Politburo Deputy Secretary for Commissariat, born 20.9.1949

87.

Nguni, Sylvester

Deputy Minister for Agriculture, born 4.8.1955

88.

Nhema, Francis

Minister of Environment and Tourism, born 17.4.1959

89.

Nkomo, John Landa

Speaker of Parliament (former Minister of Special Affairs in the President’s Office), born 22.8.1934

90.

Nyambuya, Michael Reuben

Minister for Energy and Power Development (former Lieutenant General, Provincial Governor: Manicaland), born 23.7.1955

91.

Nyanhongo, Magadzire Hubert

Deputy Minister of Transport and Communications

92.

Nyathi, George

ZANU (PF) Politburo Deputy Secretary of Science and Technology

93.

Nyoni, Sithembiso Gile

Glad Minister of Small and Medium Enterprises Development and Employment Creation (former Minister of Small and Medium Enterprises Development), born 20.9.1949

94.

Parirenyatwa, David Pagwese

Minister of Health and Child Welfare (former Deputy Minister), born 2.8.1950

95.

Patel, Khantibhal

ZANU (PF) Politburo Deputy Secretary for Finance, born 28.10.1928

96.

Pote, Selina M.

ZANU (PF) Politburo Deputy Secretary for Gender and Culture

97.

Rusere, Tino

Deputy Minister for Mines and Mining Development (former Deputy Minister for Water Resources and Infrastructural Development), born 10.5.1945

98.

Sakabuya, Morris

Deputy Minister for Local Government, Public Works and Urban Development

99.

Sakupwanya, Stanley

ZANU (PF) Politburo Deputy Secretary for Health and Child Welfare

100.

Samkange, Nelson Tapera

Crispen Provincial Governor: Mashonaland West

101.

Sandi or Sachi, E.

ZANU (PF) Politburo Deputy Secretary for Women’s Affairs

102.

Savanhu, Tendai

ZANU (PF) Deputy Secretary for Transport and Social Welfare, born 21.3.1968

103.

Sekeramayi, Sydney

Minister of Defence, born 30.3.1944 (a.k.a. Sidney) Tigere

104.

Sekeremayi, Lovemore

Chief Elections Officer

105.

Shamu, Webster

Minister of State for Policy Implementation (former Minister of State for Policy Implementation in the President’s Office), born 6.6.1945

106.

Shamuyarira, Nathan Marwirakuwa

ZANU (PF) Politburo Secretary for Information and Publicity, born 29.9.1928

107.

Shiri, Perence

Air Marshal (Air Force), born 1.11.1955

108.

Shumba, Isaiah Masvayamwando

Deputy Minister of Education, Sports and Culture, born 3.1.1949

109.

Sibanda, Jabulani

Former Chair, National War Veterans Association, born 31.12.1970

110.

Sibanda, Misheck Julius Mpande

Cabinet Secretary (successor to No 117 Charles Utete), born 3.5.1949

111.

Sibanda, Phillip Valerio

Commander Zimbabwe National Army, (a.k.a. Valentine) Lieutenant General, born 25.8.1956

112.

Sikosana, Absolom

ZANU (PF) Politburo Secretary for Youth Affairs

113.

Stamps, Timothy

Health Advisor in the Office of the President, born 15.10.1936

114.

Tawengwa, Solomon Chirume

ZANU (PF) Politburo Deputy Secretary for Finance, born 15.6.1940

115.

Tungamirai, Josiah T.

Minister of State for Indigenisation and Empowerment, Retired Air Marshall (former ZANU (PF) Politburo Secretary for Empowerment and Indigenisation), born 8.10.1948

116.

Udenge, Samuel

Deputy Minister of Economic Development

117.

Utete, Charles

Chairman of the Presidential Land Review Committee (former Cabinet Secretary), born 30.10.1938

118.

Zimonte, Paradzai

Prisons Director, born 4.3.1947

119.

Zhuwao, Patrick

Deputy Minister for Science and Technology (NB nephew of Robert Gabriel Mugabe)

120.

Zvinavashe, Vitalis

Retired General (former Chief of Defence Staff), born 27.9.1943”


(1)  ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/2004 (ĠU L 273, 21.8.2004, p. 12).

(2)  Ara paġna 37 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 50, 20.2.2004, p. 66.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

247


Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/42/KE ta' l-20 ta’ Ġunju 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar prodotti kosmetiċi, bl-iskop li tadatta l-AnnessoII tagħha għall-progress tekniku

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/42/KE għandha taqra:

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/42/KE

ta' l-20 ta’ Ġunju 2005

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar prodotti kosmetiċi, bl-iskop li tadatta l-AnnessoII tagħha għall-progress tekniku

(Test b'rilevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li ikkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku tal-Prodotti Kosmetiċi u tal-Prodotti Mhux tal-Ikel maħsuba għall-Konsumaturi,

Billi:

(1)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tat-tossiċitajiet tal-ġilda taż-żejt tal-għeruq tal-Costus (Saussurea lappa Clarke), 7-Ethoxy-4-methylcoumarin, hexahydrocoumarin u l-balzmu tal-Perù (Myroxylon pereirae), il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kosmetiċi u l-Prodotti Mhux għall-Ikel intenzjonati għall-Konsumaturi hu tal-opinjoni li dawn is-sustanzi m'għandhomx jintużaw bħala ingredjenti ta’ fwieħa fi prodotti kosmetiċi. Għalhekk għandhom jiġu miżjuda fl-Anness II tad-Direttiva 76/768/KEE.

(2)

Il-kuluranti ażotiċi CI 12150, CI 20170 u CI 27290 huma inklużi fil-Parti 1 tal-Anness IV għad-Direttiva 76/768/KEE bħala aġenti kuluranti li huma awtorizzati għal użu fi prodotti kosmetiċi. Is-sikurezza ta’ dawn il-kuluranti ġiet iddubbitatha minħabba li jistgħu jiffurmaw amini karċinoġeniċi waqt il-metaboliżmu. L-SCCNFP hu tal-fehma, ibbażata fuq informazzjoni disponibbli, li l-użu tal-kuluranti CI 12150, CI 20170 u CI 27290 joħloq riskju għas-saħħa tal-konsumatur billi dawn jistgħu jerħu waħda jew diversi amini aromatiċi karċinoġeniċi. Dawn il-kuluranti għandhom għalhekk jiġu esklużi mill-Parti 1 għall-Anness IV tad-Direttiva 76/768/KEE.

(3)

Il-klorur tal-benżetonju hu inkluż bħala numru ta’ referenza 53 fil-Parti 1 għall-Anness VI tad-Direttiva 76/768/KEE bħala preżervattiv li jista’ jintuża fi prodotti kosmetiċi li jitlaħalħu sa konċentrazzjoni ta’ 0,1 %. Hi l-fehma tal-SCCNFP li l-klorur tal-benżetonju għandu jingħata l-awtorizzazzjoni li jintuża fi prodotti kosmetiċi li ma jitlaħalħux li mhumiex għall-użu ta’ kura orali sa konċentrazzjoni ta’ 0,1 %. L-entratura taħt ir-referenza numru 53 fil-Parti 1 tal-Anness VI għad-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(4)

L-SCCNFP hi tal-fehma li l-Methylisothiazolinone ma toħloqx riskju għas-saħħa tal-konsumaturi jekk tintuża fi prodotti kosmetiċi lesti bħala preżervattiv sa konċentrazzjoni ta’ 0,01 %. Il-Methylisothiazolinone għandha għalhekk tiġi inkluża fil-Parti 1 tal-Anness VI għad-Direttiva 76/768/KEE bħala numru ta’ referenza 57.

(5)

Direttiva 76/768/KEE għandha mela tiġi emendata kif ġej.

(6)

Il-miżuri stabbiliti f’din id-Direttiva huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi II, IV, u VI għad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati skont it-test fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri se jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw mill-31 ta’ Marzu 2006 prodotti kosmetiċi li ma jikkonfermawx mal-Annessi II u IV tad-Direttiva 76/768/KEE kif emendata b’din id-Direttiva ma jitqegħdux fis-suq mill-manifatturi Komunitarji jew minn esportaturi stabbiliti fil-Komunità, lanqas ma jinbiegħu jew ikunu disponibbli għall-konsumatur finali.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 2005 l-aktar tard (2). Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella li turi l-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 20 ta' Ġunju 2005.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President

ANNESS

L-Annessi għad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati kif ġej:

1.

Fl-Anness II tad-Direttiva 76/768/KEE, in-numri ta' referenza li ġejjin huma miżjuda:

“1133.

Żejt tal-għeruq Costus (Saussurea lappa Clarke)(CAS Nru 8023-88-9), meta jintuża bħala ingredjent għall-fwieħa.

1134.

7-Ethoxy-4-methylcoumarin (CAS No. 87-05-8), meta jintuża bħala ingredjent għall-fwieħa.

1135.

Hexahydrocoumarin (CAS No. 700-82-3), meta jintuża bħala ingredjent għall- fwieħa.

1136.

Balzmu tal-Perù (INCI isem: Myroxylon pereirae; CAS No. 8007-00-9), meta jintuża bħala ingredjent għall-fwieħa.”.

2.

fil-Parti 1 tal-Anness IV, l-aġenti kuluranti CI 12150, CI 20170 u CI 27290 qed jitħassru.

3.

Il-Parti 1 tal-Anness VI hi emendata kif ġej:

(a)

in-Nru ta’ referenza 53 hu ssostitwit b’dan li ġej:

Numru ta' Referenza

Sustanza

Konċentrazzjoni massima awtorizzata

Limitazzjonijiet u rekwiżiti

Kundizzjonijiet dwar l-użu u twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta

a

b

c

d

e

“53

Klorur tal-benżetonju (INCI)

0,1  %

(a)

Prodotti li jitlaħalħu,

(b)

Prodotti li ma jitlaħalħux għajr dawk għal użu ta’ kura orali”

 

(b)

l-entratura li ġejja qed tiżdied bħala numru ta’ referenza 57:

Numru ta' Referenza

Sustanza

Konċentrazzjoni massima awtorizzata

Limitazzjonijiet u rekwiżiti

Kundizzjonijiet dwar l-użu u twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta

a

b

c

d

e

“57

Methylisothiazolinone (INCI)

0,01  %”

 

 


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/9/KE (ĠU L 27, 29.1.2005, p. 46).

(2)  3 xhur wara l-addattament tad-Direttiva (data kalendarja li tirrappreżenta dan id-dewmien se tkun inkluża u din in-nota fil-qiegħ tal-paġna se titneħħa qabel il-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-ĠU).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

250


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2005 tat-30 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 628/2005 li jimponi dazju provviżorju anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ salamun imrobbi li joriġina min-Norveġja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1010/2005

tat-30 ta' Ġunju 2005

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 628/2005 li jimponi dazju provviżorju anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ salamun imrobbi li joriġina min-Norveġja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikulari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   IL-MIŻURI EŻISTENTI

(1)

Wara l-bidu ta' investigazzjoni (2) tal-anti-dumping fit-23 ta' Ottubru 2004, fit-23 ta' April 2005, il-Kummissjoni imponiet dazji provviżorji fuq importazzjonijiet ta' salamun imrobbi li joriġina min-Norveġja (3) (“Regolament li jimponi dazju provviżorju”).

(2)

Id-dazji provviżorji tal-anti-dumping li ħadu s-sura ta' dazji ad valorem li jvarjaw minn 6,8 % għal 24,5 % tal-valur tal-prodotti importati japplikaw mis-27 ta' April 2005.

2.   FORMA TAL-MIŻURI PROVVIŻORJI ANTI-DUMPING

(3)

Il-miżuri anti-dumping jistgħu jieħdu forom differenti. Pereżempju, għalkemm l-ammont attwali ta' dazju ad valorem ivarja skont il-prezzijiet tal-importazzjoni l-effett tal-prezz minimu tal-importazzjoni huwa fin-natura tiegħu statiku. L-għan taż-żewġ forom ta' miżuri huwa li jeliminaw l-effetti tad-dumping li jagħmlu l-ħsara. Meta tiġi biex tagħżel il-forma tal-miżura, il-Kummissjoni għandha diskrezzjoni wiesgħa. F'investigazzjonijiet preċedenti ta' salamun imrobbi, dazji bbażati fuq prezz minimu tal-importazzjoni li huwa biżżejjed biex jitneħħew l-effetti tad-dumping li jagħmlu l-ħsara kienu l-aktar forma ta' miżuri mixtieqa.

(4)

Madankollu, dwar l-impożizzjoni ta' miżuri provviżorji fil-każ kurrenti, il-Kummissjoni kkunsidrat provviżorjament li prezz minimu tal-importazzjoni jista' jkun diffiċli li jiġi infurzat u jkun aktar faċli li jiġi evitat meta mqabbel ma’ forom oħra ta' miżuri. Għaldaqstant, f'din l-investigazzjoni, miżuri provviżorji kienu oriġinarjament imposti bħala dazji ad valorem.

(5)

Wara li ttieħdu miżuri provviżorji, is-suq tal-Komunità ra żieda sinifikanti, imprevedibbli u bla preċedent fil-prezzijiet tas-suq tas-salamun imrobbi. Is-sitwazzjoni hija aktar gravi minħabba l-fatt li l-biċċa l-kbira tas-salamun huwa nnegozjat bħala prodott frisk li ma jistax idum ħafna fuq l-ixkaffi tal-ħwienet. Għalhekk, il-varjazzjonijiet eċċessivi tal-prezzijjiet tas-suq ma jistgħux jiġu bbilanċjati billi jiġu maħżuna kwantitajiet suffiċjenti tal-prodott.

(6)

Fiċ-ċirkustanzi speċifiċi ta' dan il-każ, il-konsiderazzjonijiet oriġinali biex ma jiġux imposti prezzijiet tal-importazzjoni minimi m'għadhomx preżenti. Fil-fatt, bħalissa hemm ftit li xejn riskju li prezz minimu tal-importazzjoni ser jiġi evitat, għal kuntrarju ta' ċerti esperjenzi fil-passat. Minkejja dan, il-volatilità issa osservata fis-suq se tissuġġerixxi wkoll li dan l-iżvilupp drammatiku mhuwiex ta' natura permanenti li jpoġġi inkwistjoni l-iskoperti ta' dumping u ħsara li saru fir-rigward tal-perjodu ta' investigazzjoni.

(7)

Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, huwa kkunsidrat tajjeb li tinbidel il-forma ta' miżuri għal prezz minimu ta' importazzjoni. Kif ġie msemmi hawn fuq, l-iskop tal-prezz tal-importazzjoni minimu huwa l-istess bħal dak tad-dazju ad valorem, jiġifieri biex ineħħu l-effetti ta’ ħsara tad-dumping.

(8)

Fejn l-importazzjonijiet jiddaħħlu bil-prezz tal-fruntiera tal-Komunità CIF li huwa ugwali, jew ogħla mill-prezz minimu ta' importazzjoni, ebda dazju ma jrid jitħallas. Jekk l-importazzjonijiet jiddaħħlu bi prezz aktar baxx, id-differenza bejn il-prezz u l-prezz minimu ta' importazzjoni stabbilit trid titħallas.

(9)

Fir-rigward tal-livell tal-prezz minimu ta' importazzjoni neċessarju sabiex jitneħħew l-effetti ta' ħsara tad-dumping, l-emenda preżenti ma tbiddilx is-sejbiet u l-metodoloġija użata fir-Regolament li jimponi dazju provviżorju, b'mod partikolari kif ġew imniżżla fil-premessi (132) sa (134) ta' dak ir-Regolament.

(10)

Peress li l-importazzjonijiet min-Norveġja li saru skont il-prezz minimu tal-importazzjoni jew ogħla ser ineħħu l-effetti ta' ħsara ta' dumping, huwa xieraq li l-prezz minimu għandu japplika għall-importazzjonijiet kollha min-Norveġja.

(11)

Is-salamun imrobbi huwa ġeneralment innegozjat fi preżentazzjonijiet differenti (imnaddaf bir-ras, imnaddaf bla ras, ħut sħiħ bla xewk, ħut bla xewk ieħor jew porzjonijiet bla xewk). Għalhekk, meta ġew emendati d-dazji eżistenti fil-forma l-ġdida tagħhom, livell ta' prezz ta' imporatazzjoni minimu li ma jħallix ħsara kellu jiġi stabbilit għal kull waħda minn dawn il-preżentazzjonijiet, sabiex jirrifletti l-ispejjeż żejda li saru fil-preparazzjoni ta' kull waħda minn dawn. F'dan ir-rigward, il-prezzijiet ta' importazzjoni minimi huma bbażati fuq is-sejbiet ta' investigazzjonijiet dwar l-anti-dumping ta' qabel dwar il-prodott ikkonċernat, kif ukoll fuq is-sejbiet ta' din l-investigazzjoni. Dawn essenzjalment ġejjin mill-fatturi ta' konverżjoni, kif ġew inklużi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 772/1999 (4), u huma ukoll użati f'din l-investigazzjoni.

(12)

Il-produtturi ta' esportazzjoni għandhom jagħrfu li jekk jirriżulta li l-miżuri mhumiex effettivi, b'mod partikolari, jekk il-prezz minimu ta' importazzjoni jiġi mmanipulat, assorbit jew evitat, il-Kummissjoni tistà, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv, tkompli temenda r-Regolament (KE) Nru 628/2005, fejn jixraq, sabiex tiżgura l-effettività tal-miżuri.

3.   TUL TA' ŻMIEN TAL-MIŻURI

(13)

Il-miżuri tal-anti-dumping provviżorji kienu oriġinarjament imposti għal perjodu ta' sitt xhur. Produtturi ta' esportazzjoni li jirrappreżentaw persentaġġ sinifikanti tas-suq involut talbu estensjoni tal-miżuri provviżorji għal perjodu ieħor li ma jaqbiżx it-tliet xhur.

(14)

Għalhekk, u skont l-Artikolu 7(7) tal-Regolament bażiku, ġie deċiż li jiġi estiż il-perjodu tal-miżuri provviżorji sat-22 ta' Jannar 2006, inkluż din il-ġurnata.

4.   ID-DISPOŻIZZJONI FINALI

(15)

Fl-interess ta' amministrazzjoni b'bażi soda, u b'kunsiderazzjoni għall-fatt li l-limiti ta' żmien għal kummenti kienu diġà ġew stabbiliti fir-Regolament li jimponi dazju provviżorju, irid jiġi stabbilit perjodu, li fih il-partijiet interessati li għarrfu l-preżenza tagħhom fil-limitu taż-żmien speċifikat fl-avviż tal-bidu jistgħu jagħmlu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta ta' smigħ. Barra minn hekk, għandu jkun iddikjarat li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni tad-dazji li saret għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista’ jkun li jkollha titqies mill-ġdid għall-iskop ta’ kwalunkwe dazju definittiv.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 628/2005 qiegħed hawn jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Dazju tal-anti-dumping provviżorju qiegħed jiġi impost hawnhekk fuq l-importazzjonijiet ta' salamun imrobbi (li mhux selvaġġ), disponibbli jew le bħala fillet, frisk, imkessaħ jew iffriżat, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 0302 12 00, ex 0303 11 00, ex 0303 19 00, ex 0303 22 00, ex 0304 10 13 u ex 0304 20 13 (minn hawn ’il quddiem ‘salamun imrobbi’) li joriġina min-Norveġja.

2.   Salamun selvaġġ m'għandux ikun soġġett għad-dazju tal-anti-dumping provviżorju. Għall-għan ta' dan ir-Regolament, salamun selvaġġ se jkun dak li fir-rigward tiegħu l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fejn id-dikjarazzjoni tad-dwana għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa huwa aċċettat, ikunu sodisfatti, permezz tad-dokumenti kollha xierqa li għandhom jiġu ppreżentati mill-partijiet interessati, li dan kien maqbud fil-baħar għas-salamun Atlantiku jew Paċifiku jew fi xmajjar għal-salamun tad-Danubju.

3.   L-ammont ta' dazju tal-anti-dumping provviżorju għandu jkun id-differenza bejn il-prezz minimu ta' importazzjoni ffissat fil-paragrafu 4 u l-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, jekk dan tal-aħħar huwa aktar baxx minn dak ta' qabel. M'għandu jinġabar ebda dazju fejn il-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Komunità huwa ugwali jew ogħla mill-prezz minimu tal-importazzjoni korrispondenti ffissat fil-paragrafu 4.

4.   Għall-għan tal-paragrafu 3, il-prezz minimu ta' importazzjoni li ġej għandu japplika għal kull kilogramm ta’ piż nett tal-prodott:

Preżentazzjoni ta' salamun imrobbi

Prezz minimu tal-importazzjoni EUR/kg għall-piż nett tal-prodott

Kodiċi TARIC

Ħut sħiħ, frisk imkessaħ jew iffriżat

2,81

0302120012 , 0302120033 , 0302120093 , 0303110093 , 0303190093 , 0303220012 , 0303220083

Imnaddaf, bir-ras, frisk, imkessaħ jew iffriżat

3,12

0302120013 , 0302120034 , 0302120094 , 0303110094 , 0303190094 , 0303220013 , 0303220084

Ieħor (inkluż imnaddaf, bla ras), frisk, imkessaħ jew friżat

3,51

0302120015 , 0302120036 , 0302120096 , 0303110018 , 0303110096 , 0303190018 , 0303190096 , 0303220015 , 0303220086

Ħut sħiħ bla xewk u ħut bla xewk maqtugħ f'biċċiet, li jiżen aktar minn 300 g kull ħuta bla xewk, friska, imkessħa jew iffriżata

4,99

0304101312 , 0304101393 , 0304201312 , 0304201393

Ħut sħiħ ieħor bla xewk u ħut bla xewk maqtugħ f'biċċiet, li jiżen aktar minn 300 g jew inqas għal kull ħuta bla xewk, friska, imkessħa jew iffriżata

6,00

0304101315 , 0304101396 , 0304201315 , 0304201396

5.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għad-dispożizzjoni ta’ garanzija, ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

6.   F'każijiet fejn l-oġġetti ġarrbu ħsara qabel ma ddaħħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u għalhekk, il-prezz li tħallas attwalment jew li għandu jitħallas huwa mqassam għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (*), l-ammont tad-dazju anti-dumping, maħdum abbażi tal-paragrafu 4 hawn fuq, irid jitnaqqas b'persentaġġ li jikkorrispondi mat-tqassim tal-prezz imħallas attwalment jew li għandu jitħallas.

7.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.”

Artikolu 2

Mingћajr ħsara gћall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol mid-data tad-dћul fis-seћћ ta' dan ir-Regolament, il-partijiet interessati jistgћu jagħmlu rikjesta għall-iżvelar tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagћhom ġie adottat dan ir-Regolament, jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgћu oralment mill-Kummissjoni.

Artikolu 3

It-tieni sentenza tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 628/2005 qed tinbidel b'dan li ġej:

“L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika sat-22 ta’ Jannar 2006.”

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ tlett ijiem wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta' Ġunju 2005.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

(2)  ĠU C 261, 23.10.2004, p. 8.

(3)  ĠU L 104, 23.4.2005, p. 5.

(4)  ĠU L 101, 16.4.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 321/2003 (ĠU L 47, 21.2.2003, p. 3).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

253


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1102/2005 tat-13 ta' Lulju 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 biex jitqiesu l-emendi tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1102/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1102/2005

tat-13 ta' Lulju 2005

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 biex jitqiesu l-emendi tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta' tariffa tal-Komunità marbuta mal-GATT u ċerti kwoti ta' tariffi oħrajn tal-Komunità u li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-aġġustament tal-kwoti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1808/95 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (2) kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004 (3) emenda l-kodiċijiet tan-nomenklatura magħquda għal ċerti prodotti tal-Annessi III, IV, u V għar-Regolament (KE) Nru 32/2000. Dawn l-Annessi għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(2)

Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu tar-Regolament (KE) Nru 1810/2004.

(3)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 32/2000 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Anness III, il-kodiċijiet għan-numru tal-ordni 09.0107 huma emendati kif ġej:

(a)

kodiċi NM “ex 5702 39 90” hija mibdula mill-kodiċi NM “ex 5702 39 00”;

(b)

il-kodiċi NM “ex 5702 49 90” u s-subdiviżjoni TARIC “10” għal dik il-kodiċi huma mibdula mill-kodiċi NM“ex 5702 49 00” u s-subdiviżjoni TARIC “20” b'mod korrispondenti;

(c)

il-kodiċi NM “ex 5703 90 00” hija mibdula mill-kodiċi NM “ex 5703 90 10” u “ex 5703 90 90”.

(2)

L-Anness IV hu emendat kif ġej:

(a)

il-kodiċijiet NM għan-numru tal-ordni 09.0106, fit-tieni kolonna, huma emendati kif ġej:

(i)

il-kodiċi NM “6207 91 90” hija mibdula mill-kodiċi NM “ex 6207 91 00”;

(ii)

il-kodiċi NM “6208 91 19” hija mibdula mill-kodiċi NM “ex 6208 91 00”;

(iii)

il-kodiċi NM “6302 51” hija mibdula mill-kodiċi NM “6302 51 00”;

(iv)

il-kodiċi NM “6302 91” hija mibdula mill-kodiċi NM “6302 91 00”;

(v)

il-kodiċi NM “6301 20 91” u “6301 20 99” huma mibdula mill-kodiċi NM“6301 20 90”.

(b)

il-kodiċi tan-numru tal-ordni 09.0106 fil-kolonna tal-kodiċi TARIC huma emendati kif ġej:

(i)

fil-kolonna għall-kodiċi NM “6207 91 90” il-kodiċi “10” hija mibdula mill-kodiċi “91”;

(ii)

fil-kolonna għall-kodiċi NM “6208 91 19” il-kodiċi “10” hija mibdula mill-kodiċi “18”;

(c)

il-kodiċijiet NM għan-numru tal-ordni 09.0106 huma emendati kif ġej:

(i)

kodiċijiet NM “6207 91 90” huma mibdula mill-kodiċi NM “6207 91 00”;

(ii)

kodiċijiet NM “6208 91 19” huma mibdula mill-kodiċi NM “6208 91 00”;

(iii)

kodiċijiet NM “6301 20 91” u “6301 20 99” huma mibdula mill-kodiċi NM “6301 20 90”;

(iv)

il-kodiċijiet NM “6302 51 10” u “6302 51 90” huma mibdula mill-kodiċi NM “6302 51 00”;

(v)

il-kodiċijiet NM “6302 91 10” u “6302 91 90” huma mibdula mill-kodiċi NM “6302 91 00”.

(3)

Fl-Anness V, il-kodiċi tan-numru tal-ordni 09.0103, fil-lista tal-kodiċi TARIC, fil-kolonna “kodiċi tan-NM”, huma emendati kif ġej:

(a)

il-kodiċijiet NM “5210 11 10” u “5210 11 90” huma mibdula mill-kodiċi NM“5210 11 00”;

(b)

kodiċi NM “5210 21 10” u “5210 21 90” huma mibdula mill-kodiċi NM “5210 21 00”;

(c)

il-kodiċi NM “5210 31 10” u “5210 31 90” huma mibdula mill-kodiċi NM “5210 31 00”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ghandu jidhol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Gurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta' Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 5, 8.1.2000, p. 1. Regolament l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 545/2004 (ĠU L 87, 25.3.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 493/2005 (ĠU L 82, 31.3.2005, p. 1).

(3)  ĠU L 327, 30.10.2004, p. 1.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

255


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1148/2005 tal-15 ta' Lulju 2005 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità biex jiġu determinati l-limiti massimi tar-residwi tal-prodotti tal-mediċina veterinarja fl-affarijiet tal-ikel li huma ta' oriġini mill-annimali, fir-rigward tal-penethamate.

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1148/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1148/2005

tal-15 ta' Lulju 2005

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità biex jiġu determinati l-limiti massimi tar-residwi tal-prodotti tal-mediċina veterinarja fl-affarijiet tal-ikel li huma ta' oriġini mill-annimali, fir-rigward tal-penethamate.

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta' Ġunju 1990 li jistabbilixxi l-limitu massimu tar-residwi tal-prodotti mediċinali veterinarji f'oġġetti tal-ikel ta' oriġini mill-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini li kienet ifformulata mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi li jiġu użati fil-Komunità fil-prodotti mediċinali veterinarji u li l-għan tagħhom huwa biex jintużaw fuq l-annimali li jipproduċu l-ikel għandhom jiġu evalwati skont ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(2)

Il-Penethamate ġie inkluż fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għall-prodotti taċ-ċanga u tal-majjal għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi u għall-ħalib imma biss għall-baqar. Li din l-annotazzjoni għandha tiġi estiża għal l-ispeċi mammiferi kollha li jintużaw għall-prodotti tal-ikel.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Għandu jitħalla biżżejjed żmien jgħaddi qabel ma jibda jseħħ dan ir-Regolament biex fid-dawl ta' dan ir-Regolament l-Istati Membri jkollhom iċ-ċans jagħmlu kull tibdil meħtieġ lill-awtorizzazzjoni għas-suq li jkunu mogħtija skont id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandha x'taqsam mal-prodotti mediċinali veterinarji.

(5)

Il-miżuri pprovduti għal dan ir-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Prodotti Mediċinali Veterinarji.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jkun ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa jkun japplika mill-14 ta' Settembru 2005.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta' Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President

ANNESS

Is-sustanzi msemmijin hawn taħt huma mdaħħlin fl-Anness I (Lista tas-sustanzi attivi farmakoliġikament li għalihom ġew fissi l-limiti massimi tar-residwi)

1.   Aġenti kontra l-mard infettiv

1.2.   Antibiotiċi

1.2.1.   Penisilin.

Sustanzi attivi farmakoloġikament

Residwu markatur

Speċi tal-annimali

MRLs

Tessuti involuti

Penethamate

Benzylpenicillin

L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel minnhom

50 µg/kg

Muskoli

50 µg/kg

Xaħam

50 µg/kg

Fwied

50 µg/kg

Kliewi

4 µg/kg

Ħalib”


(1)  ĠU L 224, 18. 8. 1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 869/2005 (ĠU L 145, 9.6.2005, p. 19).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

257


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Lulju 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2002/994/KE dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward tal-prodotti li ġejjin mill-annimali importati miċ-Ċina

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/573/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Lulju 2005

li temenda d-Deċiżjoni 2002/994/KE dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward tal-prodotti li ġejjin mill-annimali importati miċ-Ċina

(notifikata bid-dokument numru C(2005) 2764)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/573/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(1) tagħha,

Billi:

(1)

Wara s-sejbien ta’ residwi ta’ mediċini veterinarji f’ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali importati miċ-Ċina, u n-nuqqasijiet identifikati waqt żjara ta' spezzjoni f'dak il-pajjiż fir-rigward tar-regolamentazzjoni tal-mediċini veterinarji u s-sistema ta' kontroll tar-residwi fl-annimali ħajjin u fil-prodotti ta’ l-annimali, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2002/69/KE (2).

(2)

Sussegwentement, l-awtoritajiet Ċiniżi implimentaw miżuri korrettivi u ġew ipprovduti informazzjoni addizzjonali u garanziji supplimentari. Flimkien mar-riżultati favorevoli tal-kontrolli mwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni u l-Istati Membri, dawn il-miżuri ppermettew xi emendi għad-Deċiżjoni 2002/69/KE u l-adozzjoni sussegwenti ta’ għadd ta’ miżuri li jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali miċ-Ċina. Dawn l-emendi ġew ikkonsolidati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/994/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li ġejjin mill-annimali importati miċ-Ċina (3), li rrevokat id-Deċiżjoni 2002/69/KE.

(3)

Ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa mill-Istati Membri fuq il-prodotti awtorizzati għall-importazzjoni mindu bdiet tapplika d-Deċiżjoni 2004/621/KE tas-26 ta’ Awissu 2004 huma ġeneralment favorevoli. Dan jippermetti l-konsiderazzjoni li tiġi awtorizzata l-importazzjoni ta’ l-għalf tal-pets miċ-Ċina. Fid-dawl tar-riskju negliġibbli għall-konsumaturi, jixraq li d-Deċiżjoni tiġi emendata biex tirrifletti dan.

(4)

Sabiex tittejjeb iċ-ċarezza legali fuq il-firxa ta’ prodotti mill-annimali li l-importazzjoni tagħhom miċ-Ċina hija pprojbita, jixraq li t-test tad-Deċiżjoni 2002/994/KE jiġi ċċarat.

(5)

Id-Deċiżjoni 2002/994/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2002/994/KE hi emendata kif ġej:

1.

L-Artikoli 2 u 3 huma ssostitwiti minn dan li ġej:

“Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni skond il-kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali applikabbli għall-prodotti kkonċernati, u skond l-Artikolu 3 fil-każ ta' prodotti elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ konsenji tal-prodotti elenkati fil-Parti II ta' l-Anness akkompanjati minn dikjarazzjoni ta' l-awtorità kompetenti Ċiniża li tistqarr li kull konsenja kienet soġġetta, qabel intbagħtet, għal test kimiku sabiex ikun żgurat li l-prodotti ikkonċernati ma jippreżentawx xi periklu għas-saħħa tal-bniedem. Dan it-test għandu jitwettaq, b’mod partikolari, bil-ħsieb li tiġi osservata l-preżenza tal-Chloramphenicol u n-Nitrofuran u l-metaboliti tiegħu. Ir-riżultati tal-kontrolli analitiċi għandhom ikunu inklużi.”

2.

L-Annes jiġi ssostitwit mit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-26 ta’ Lulju 2005.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

“ANNESS

PARTI I

Lista ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew għall-użu bħala għalf lill-annimali li l-importazzjoni tagħhom fil-Komunità hija awtorizzata mingħajr l-attestazzjoni prevista mill-Artikolu 3:

Prodotti tas-sajd, ħlief:

dawk miksuba permezz ta’ l-akwakultura,

gambli mqaxxrin u/jew ipproċessati,

Crayfish ta’ l-ispeċi Procambrus clarkii maqbuda f’ilma ħelu naturali permezz ta' operazzjonijiet tas-sajd.

Ġelatina.

Għalf tal-pets kif irregolat taħt ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

PARTI II

Lista ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew għall-użu bħala għalf lill-annimali li l-importazzjoni tagħhom fil-Komunità hija awtorizzata, suġġetta li tkun akkumpanjata mill-attestazzjoni prevista mill-Artikolu 3:

Prodotti tas-sajd mill-akkwakultura.

Gambli mqaxxrin u/jew ipproċessati.

Crayfish ta’ l-ispeċi Procambrus clarkii maqbuda f’ilma ħelu naturali permezz ta' operazzjonijiet tas-sajd.

Imsaren (Casings).

Laħam tal-fenek.

Għasel.

Royal Jelly.


(1)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

(2)  ĠU L 30, 31.1.2002, p. 50. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2002/933/KE (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 71).

(3)  ĠU L 348, 21.12.2002, p. 154. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2004/621/KE (ĠU L 279, 28.8.2004, p. 44).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

260


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Lulju 2005 li twassal deroga għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE, dwar dak li jikkonċerna r-regoli ta’ origini għall-molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus ta’ Saint-Pierre u Miquelon

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/578/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Lulju 2005

li twassal deroga għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE, dwar dak li jikkonċerna r-regoli ta’ origini għall-molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus ta’ Saint-Pierre u Miquelon

(notifikata bid-dokument numru C(2005) 2819)

(2005/578/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji lil Hinn mix-Xtut tal-Komunità Ewropea (1), u notevolment l-Artikolu 37 ta’ l-Anness III tagħha,

Billi

(1)

Fis-27 ta’ April 2005, Saint-Pierre u Miquelon talbu, għal perjodu ta’ seba’ snin, deroga mir-regoli ta’ origini definiti fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE f’dak li jikkonċerna l-kwantità annwali ta’ 250 tunnellata ta’ molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus, friski jew iffriżati, esportati minn Saint-Pierre u Miquelon.

(2)

Saint-Pierre u Miquelon ibbaża t-talba tiegħu minn banda minħabba d-dewmien meħud għall-bidu ta’ l-attivitajiet ta’ trobbija ta’ l-imsemmija molluski fil-bajja ta’ Miquelon u, mill-banda l-oħra, minħabba l-fatt li l-produzzjoni lokali ta’ dawn il-molluski għadha bbażata fil-parti l-kbira fuq il-bajd ta’ molluski importat mill-Kanada. Il-bajd tal-molluski, kif ukoll molluski mhux ipproċessati u molluski importati mill-Kanada se jieħdu post temporanjament l-ammonti ta’ provisti ta’ molluski mhux ipproċessati li huma nieqsa fl-industrija ta’ l-ipproċessar lokali.

(3)

Id-deroga mitluba hi ġġustifikata bis-saħħa ta’ l-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE u b’mod partikulari bl-Artikolu 37(1) tiegħu notevolment f’dak li jikkonċerna l-iżvilupp ta’ industrija eżistenti f’Saint-Pierre u Miquelon. Id-deroga hi indispensabbli għaż-żamma ta’ l-attività tal-fabbrika kkonċernata, li tħaddem numru importanti ta’ persuni. Bir-riżerva li tirrispetta ċerti kondizzjonijiet relatati mal-kwantitajiet, mas-sorveljanza u d-dewmien, id-deroga ma tistax tikkawża preġudizzju serju lil settur ekonomiku tal-Komunità jew ta’ wieħed jew diversi Stati Membri tagħha.

(4)

Konsegwentement, deroga għandha tkun mogħtija għal ċerti kwantitajiet ta’ molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus, ipproċessati f’Saint-Pierre u Mielon u importati fil-Komunità.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa ċerti dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-kodiċi doganali Komunitarja (2), jiffissa r-regoli ta’ l-immaniġġjar tal-kwoti tariffarji. Dawn ir-regoli għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-immaniġġjar tal-kwantitajiet li għalihom d-deroga kkonċernata hi mogħtija.

(6)

Minħabba t-tmiem tal-validità tad-Deċiżjoni 2001/822/KE tal-1 ta’ Diċembru 2011, dispożizzjoni adatta għandha tkun introdotta sabiex tiżgura l-validità tad-deroga lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2011, fl-eventwalità fejn deċiżjoni ġdida relatata ma’ l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji lil Hinn mix-Xtut tal-Komunità tkun adottata qabel din id-data jew jekk il-validità tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE kienet estiża.

(7)

Il-miżuri previsti b’din id-Deċiżjoni jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Permezz ta’ deroga għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE, il-molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus friski jew iffriżati li jaqgħu fil-pożizzjoni 0307 ta’ l-NM u speċifikati fl-Anness, ipproċessati f’Saint-Pierre u Miquelon, huma kkunsidrati li qed joriġinaw minn Saint-Pierre u Miquelon meta huma jkunu akkwistati mill-bajd ta’ molluski, molluski mhux ipproċessati u molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus mhux oriġinarji, b’konformità mal-kondizzjonijiet definiti f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-deroga prevista mill-Artikolu 1 tapplika għall-kwantitajiet indikati fl-Anness, li huma importati minn Saint-Pierre u fil-Komunità bejn l-1 ta’ Awissu 2005 u l-31 ta’ Lulju 2012.

Artikolu 3

L-Artikoli 308(a), 308(b) u 308(c) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 relatati ma’ l-immaniġġjar tal-kwoti tariffarji japplikaw mutatis mutandis għall-immaniġġjar tal-kwantitajiet indikati fl-Anness.

Artikolu 4

1.   L-awtoritajiet tad-dwana ta’ Saint-Pierre u Miquelon għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw il-kontrolli kwantitattivi applikabbli għall-esportazzjonijiet tal-prodotti indikati fl-Artikolu 1. Għal dan l-għan, iċ-ċertifikati maħruġa b’konformità ma’ din id-Deċiżjoni għandhom ikollhom referenza għaliha.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Saint-Pierre u Miquelon għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, kull tliet xhur, fattura tal-kwantitajiet li għalihom ċertifikati ta’ ċirkolazzjoni EUR 1 kienu mogħtija bis-saħħa ta’ din id-Deċiżjoni u n-numru tas-serje ta’ dawn iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

Il-kolonna Nru 7 taċ-ċertifikati EUR. 1 mogħtija bis-saħħa ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkollha wieħed minn dawn it-titli li ġejjin:

“Derogation — Commission Decision 2005/578/EC”,

“Dérogation — Décision 2005/578/CE de la Commission”.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Awissu 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Fl-eventwalità li tkun adottata skema ġdida preferenzjali li tieħu post d-Deċiżjoni 2001/822/KE lil hinn mid-data tal-31 ta’ Diċembru 2011, din id-Deċiżjoni tkompli xorta waħda tapplika sad-data tat-tmiem ta’ dik l-iskema l-ġdida, mingħajr għaldaqstant ma taqbeż id-data tal-31 ta’ Lulju 2012.

Artikolu 7

L-Istati Membri huma d-destinatarji ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Kwantitajiet importati ta’ Saint-Pierre u Miquelon

Numru ta’ l-ordni

Kodiċi NM

TARIC

suddiviżjoni

Isem tal-merkanziji

Perjodu

Kwantitajiet

(tunnellati)

09.1643

0307 21 00

0307 29 90

20

10

Molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus, friski jew iffriżati

mill-1.8.2005 sal-31.7.2006

250

mill-1.8.2006 sal-31.7.2007

250

mill-1.8.2007 sal-31.7.2008

250

mill-1.8.2008 sal-31.7.2009

250

mill-1.8.2009 sal-31.7.2010

250

mill-1.8.2010 sal-31.7.2011

250

mill-1.8.2011 sal-31.7.2012

250


(1)  ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 883/2005 (ĠU L 148, 11.6.2005, p. 5).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

263


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1219/2005 tat-28 ta' Lulju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid, fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1219/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1219/2005

tat-28 ta' Lulju 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid, fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 li joħloq organiżżazzjoni komuni fis-suq ta' l-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 33 u 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 (2) jipprovdi, fil-qafas tas-sistema ta' l-għajnuniet għall-most li jintuża biex jitqawwew l-inbejjed, derogazzjoni għall-most li jkun ġej minn żoni tal-koltivazzjoni tad-dwieli għajr iz-zona CIII, li tiskadi fi tmiem is-sena ta' l-inbid 2004/2005. Fl-istennija ta' tibdila aktar profonda f'din is-sistema ta' għajnuniet meta ssir ir-riforma prevista ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq tad-dwieli u ta' l-inbid, huwa xieraq li din id-deroga tiġi mtawla sa' tmiem is-sena ta' l-inbid 2006/2007.

(2)

L-Artikoli 45, 59 u 61 tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000 jistabbilixxu ċerti dati rigward id-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni ta' l-inbid. Fid-dawl tal-vendemmja abbundanti ħafna tas-sena ta' l-inbid 2004/2005, f'ċerti Stati Membri hemm diffikultajiet materjali biex id-distillazzjoni sseħħ sa l-iskadenzi previsti. Għalhekk jirriżulta li jeħtieġ li d-dati msemmija jiġu posposti.

(3)

L-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000 jipprevedi deroga għas-sistema ta' distillazzjoni ta' l-inbejjed prodotti minn għeneb li jaqgħu sew fil-klassifika ta' varjetajiet għall-produzzjoni ta' l-inbejjed kif ukoll f'dik ta' varjetajiet maħsuba għall-produzzjoni ta' spirti ta' l-inbid ta' denominazzjoni ta' l-oriġini għas-snin ta' l-inbid 2001/2002 sa 2004/2005. Fl-istennija ta' tibdila aktar profonda f'din is-sistema ta' għajnuniet meta ssir ir-riforma prevista ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq tad-dwieli u ta' l-inbid, huwa xieraq li din id-deroga tiġi mtawla sa tmiem is-sena ta' l-inbid 2006/2007.

(4)

L-Artikolu 63(2) tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000, rigward id-distillazzjoni ta' l-inbid għall-produzzjoni ta' alkoħol għax-xorb, jiddetermina perċentwal tal-produzzjoni li l-produtturi jistgħu jiddedikaw għal din id-distillazzjoni. Jeħtieġ li dan il-perċentwal jiġi ddeterminat għas-sena ta' l-inbid 2005/2006.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1623/2000 għandu jiġi emendat.

(6)

Ġaladarba s-sena ta' l-inbid li jmiss tibda mill-1 ta' Awwissu 2005, dan ir-Regolament għandu japplika minn dik id-data.

(7)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Inbejjed,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1623/2000 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1)

fl-Artikolu 13(1)(b), “għas-snin ta' l-inbid 2003/2004 sa 2004/2005” huma ssostitwiti minn “għas-snin ta' l-inbid 2003/2004 sa 2006/2007”.

2)

fl-Artikolu 45(1) jiġi miżjud is-subparagrafu li ġej:

“B'deroga mill-ewwel subparagrafu, għas-sena ta' l-inbid 2004/2005, id-data msemmija l-ewwel subparagrafu hija posposta għall-31 ta' Awissu tas-sena ta' l-inbid ta' warajha.”

3)

fl-Artikolu 52(1)(d), “għas-snin ta' l-inbid 2001/2002 sa 2004/2005” huma ssostitwiti minn “għas-snin ta' l-inbid 2001/2002 sa 2006/2007”.

4)

ma' l-Artikolu 59, jiġi miżjud is-subparagrafu li ġej:

“B'deroga mill-ewwel subparagrafu, għas-sena ta' l-inbid 2004/2005, id-data msemmija fis-subparagrafu msemmi hija posposta għall-15 ta' Settembru tas-sena ta' l-inbid ta' warajha.”

5)

fl-Artikolu 61(3) jiġi miżjud is-subparagrafu li ġej:

“Madankollu, għas-sena ta' l-inbid 2004/2005, id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu hija posposta għall-15 ta' Settembru tas-sena ta' l-inbid ta' warajha.”

6)

fl-Artikolu 63(a)(2), l-ewwel inċiż, l-aħħar sentenza hija ssostitwita b'dan li ġej:

“Għas-snin ta' l-inbid 2004/2005 u 2005/2006, dan il-perċentwal huwa 25 %.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Awwissu 2005.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta' Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1795/2003 (ĠU L 262, 14.10.2003, p. 13).

(2)  ĠU L 194, 31.7.2000, p. 45. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 616/2005 (ĠU L 103, 22.4.2005, p. 15).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

265


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1239/2005 tad-29 ta’ Lulju 2005 jemenda r-Regolament (KE) Nru 581/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ butir u r-Regolament (KE) Nru 582/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna t-trab tal-ħalib xkumat

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1239/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1239/2005

tad-29 ta’ Lulju 2005

jemenda r-Regolament (KE) Nru 581/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ butir u r-Regolament (KE) Nru 582/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna t-trab tal-ħalib xkumat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3)(b) u (14) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 581/2004 (2) u l-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 582/2004 (3), ċerti destinazzjonijiet huma esklużi mill-għoti ta’ rifużjoni għall-esportazzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 909/2005 tal-16 ta’ Ġunju 2005 li jiffissa r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib (4) eskluda lil-Liechtenstein, lill-Komuni ta’ Livigno u ta’ Campione d’Italia, lil Heligoland, lil Greenland u lill-Gżejjer Faeroe mill-għoti ta’ rifużjoni, mis-17 ta’ Ġunju 2005, billi ġew inklużi fiż-żoni L 01 u L 03, li jelenkaw destinazzjonijiet mhux eliġibbli għal rifużjonijiet għall-esportazzjoni. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu esklużi l-istess destinazzjonijiet mir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni stabbiliti permezz ta’ l-offerti skond ir-Regolamenti (KE) Nru 581/2004 u Nru 582/2004.

(3)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 581/2004 u (KE) Nru 582/2004 għandhom ikunu emendati skond dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 581/2004, it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Il-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu huma maħsuba għall-esportazzjoni għad-destinazzjonijiet kollha minbarra l-Andorra, Ceuta u Melilla, Ġibiltà, il-Liechtenstein, il-Komuni ta’ Livigno u ta’ Campione d'Italia, Heligoland, Greenland, il-Gżejjer Faeroe, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Belt tal-Vatikan.”

Artikolu 2

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 582/2004, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Offerta permanenti hija miftuħa sabiex tiġi ddeterminata r-rifużjoni għall-esportazzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat imsemmi fis-Sezzjoni 9 ta’ l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (*) fi xkejjer ta’ mill-anqas 25 kilogramma piż nett u li jkun fih mhux aktar minn 0,5 % fil-piż ta’ materja mhux lattika miżjuda li jidħol taħt il-kodiċi tal-prodott ex ex 0402 10 19 9000, li hu maħsub għall-esportazzjoni lejn id-destinazzjonijiet kollha minbarra l-Andorra, Ceuta u Melilla, Ġibiltà, il-Liechtenstein, il-Komuni ta’ Livigno u ta’ Campione d’Italia, Heligoland, Greenland, il-Gżejjer Faeroe, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Belt tal-Vatikan.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).

(2)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 64. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2250/2004 (ĠU L 381, 28.12.2004, p. 25).

(3)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 67. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2250/2004.

(4)  ĠU L 154, 17.6.2005, p. 10.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

267


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2005 li temenda l-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 fir-rigward ta' ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-ħut, il-laħam u l-ħalib fil-Polonja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/591/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Lulju 2005

li temenda l-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 fir-rigward ta' ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-ħut, il-laħam u l-ħalib fil-Polonja

(notifikata bid-dokument numru C(2005) 2813)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/591/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (1), u b'mod partikolari l-Anness XII, Kapitolu 6, Taqsima B, Subsezzjoni I(1), paragrafu (e) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Polonja ngħatat perjodi tranżizzjonali għal ċerti stabbilimenti elenkati fl-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

(2)

L-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 kien emendat mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/458/KE (2), 2004/471/KE (3), 2004/474/KE (4) u 2005/271/KE (5).

(3)

Skond dikjarazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti Pollakka erba’ stabbilimenti oħra fis-setturi tal-ħut, il-laħam u l-ħalib temmu l-proċess tagħhom ta' titjib u issa jinsabu f'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità.

(4)

L-Appendiċi B ta' l-Anness XII ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali ġie infurmat dwar il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-istabbilimenti elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni tneħħew mill-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Lista ta' stabbilimenti li għandhom jitneħħew mill-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003

STABBILIMENTI TAL-LAĦAM

Lista inizjali

Nru

Nru Veterinarju

L-isem ta' l-istabbiliment

103

14250301

Radomskie Zakłady Drobiarskie “Imperson” Sp. z o.o.


LAĦAM ABJAD

Lista inizjali

Nru

Nru Veterinarju

L-isem ta' l-istabbiliment

30

18030501

“Animex-Południe” Sp. z o.o.


SETTUR TAL-ĦUT

Lista inizjali

Nru

Nru Veterinarju

L-isem ta' l-istabbiliment

13

22111807

“Laguna” s.j.


SETTUR TAL-ĦALIB

Lista supplimentari

Nru

Nru Veterinarju

L-isem ta' l-istabbiliment

11

14031601

Okregowa Spółdzienia Mleczarska w Garwolinie


(1)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.

(2)  ĠU L 156, 30.4.2004, p. 53. Corrigendum ĠU L 202, 7.6.2004, p. 39.

(3)  ĠU L 160, 30.4.2004, p. 56. Corrigendum ĠU L 212, 12.6.2004, p. 31.

(4)  ĠU L 160, 30.4.2004, p. 73. Corrigendum ĠU L 212, 12.6.2004, p. 44.

(5)  ĠU L 86, 5.4.2005, p. 13.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

269


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2005 tat-3 ta' Awwissu 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 biex jitqies ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1282/2005

tat-3 ta' Awwissu 2005

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 biex jitqies ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 tat-18 ta' Settembru 2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2820/98, u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1763/1999 u (KE) Nru 6/2000 (1), u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003 tal-11 ta' Settembru 2003 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (2), għamel tibdiliet fil-kodiċi tan-nomenklatura magħquda għal ċerti prodotti tal-ħut koperti bir-Regolament (KE) Nru 2007/2000.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004 tas-7 ta' Settembru 2004 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (3), għamel tibdiliet fil-kodiċi tan-nomenklatura magħquda għal ċerti prodotti tal-inbid koperti bir-Regolament (KE) Nru 2007/2000.

(3)

Għal raġunijiet ta' ċarezza, ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 għandu jiġi aġġustat kif xieraq.

(4)

L-aġġustament fil-kodiċijiet tan-nomenklaturs magħquda għandhom japplikaw kif xieraq mid-dati tad-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti (KE) Nru 1789/2003 — mill-1 ta' Jannar 2004 — u (KE) Nru 1810/2004 — mill-1 ta' Jannar 2005.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fit-tieni kolonna tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2007/2000, għandhom jiġu inkorporati l-emendi li ġejjin:

1.

għan-Nri tas-Serje 09.1571 u 09.1573:

il-kodiċi NM “ex 0305 59 90” għandu jinbidel bil-kodiċi NM “ex 0305 59 80”,

il-kodiċi NM “ex 0305 69 90” għandu jinbidel bil-kodiċi NM “ex 0305 69 80”,

2.

għan-Nri tas-Serje 09.1575 u 09.1577:

il-kodiċi NM “ex 0304 20 95” għandu jinbidel bil-kodiċi NM “ex 0304 20 94”,

il-kodiċi NM “ex 0305 59 90” għandu jinbidel bil-kodiċi NM “ex 0305 59 80”,

il-kodiċi NM “ex 0305 69 90” għandu jinbidel bil-kodiċi NM “ex 0305 69 80”,

3.

għan-Nru tas-Serje 09.1515:

il-kodiċi NM “2204 21 83” għandu jinbidel bil-kodiċi NM “2204 21 84”,

il-kodiċi NM “ex 2204 21 84” għandu jinbidel bil-kodiċi NM “ex 2204 21 85”,

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(1) u 1(2) għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2004.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(3) għandhom japplkaw mill-1 ta' Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta' Awwissu 2005.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 374/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 281, 30.10.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 327, 30.10.2004, p. 1.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

271


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Awwissu 2005 Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara operattiv il-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-istokk Pelaġiku fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/606/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Awwissu 2005

Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara operattiv il-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-istokk Pelaġiku fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd

(2005/606/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 585/2004/KE tad-19 ta’ Lulju 2004 li tistabbilixxi l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni kkomunikata mill-Olanda fid-19 ta’ Mejju 2005 f’isem id-Danimarka, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, l-Iżvenzja u r-Renju Unit,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd (2) u d-Deċiżjoni Nru 585/2004/KE jipprovdu l-qafas għall-istituzzjoni u l-operazzjoni tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali.

(2)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 585/2004/KE jistabbilixxi Kunsill Konsultattiv Reġjonali biex ikopri l-istokk pelaġiku (merlangu kavall, sawrell, aringi) fiż-żoni kollha tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Ibħra (ICES) (3) minbarra l-Baħar Baltiku.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 585/2004/KE, ir-rappreżentanti tas-settur tas-sajd u gruppi oħra ta’ interessi ressqu talba lid-Danimarka, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Olanda, il-Polonja il-Portugall, l-Iżvezja u r-Renju Unit biex dan il-Kunsill Konsultattiv Reġjonali jsir operattiv.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 585/2004/KE, l-Istati Membri kkonċernati żguraw jekk l-applikazzjoni li tikkonċerna lill-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-istokk Pelaġiku kinitx konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. Fid-19 ta’ Mejju 2005, l-Istati Membri kkonċernati kkomunikaw lill-Kummissjoni rakkomandazzjoni dwar dan il-Kunsill Konsultattiv Reġjonali.

(5)

Il-Kummissjoni vvalutat l-applikazzjoni mill-partijiet interessati u r-rakkomandazzjoni fil-kuntest tad-Deċiżjoni 585/2004/KE u l-miri u l-prinċipji tal-Politika Komuni tas-Sajd u kkonkludiet li l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-istokk Pelaġiku kien lest li jibda jopera.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-istokk pelaġiku, imwaqqaf bl-Artikolu 2(1) (f) tad-Deċiżjoni 2004/585/KE, għandu jibda jopera mis-16 ta’ Awwissu 2005.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Awwissu 2005.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 3.8.2004, p. 17.

(2)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(3)  Kif iddefinit fir-Regolament (KEE) Nru 3880/91 tas-17 ta’ Diċembru 1991, ĠU L 365, 31.12.1991, p. 1.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

272


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1356/2005 tat-18 ta' Awwissu 2005 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistipula proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta' limiti massimi ta' residwu ta' prodotti veterinarji mediċinali fil-prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, għal dak li huwa aċidu ossoliniku u l-morantel

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1356/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1356/2005

tat-18 ta' Awwissu 2005

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistipula proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta' limiti massimi ta' residwu ta' prodotti veterinarji mediċinali fil-prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, għal dak li huwa aċidu ossoliniku u l-morantel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta' Ġunju 1990 li jistipula proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta' limiti massimi ta' residwu ta' prodotti veterinarji mediċinali fil-prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fformulata mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għal Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Is-sustanzi farmaloġikament attivi kollha li jintużaw fi ħdan il-Komunità fil-prodotti veterinarji mediċinali maħsuba biex jingħataw lill-annimali tal-ikel għandhom jiġu evalwati skont ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(2)

L-aċidu ossoliniku ġie inkluż fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għat-tiġieġ u l-porċini għall-muskolu, il-ġilda u x-xaħam, il-fwied u l-kliewi, għall-muskolu u l-ġilda fi proporzjonijiet naturali għall-ħut bil-ġewnaħ u għajr għall-annimali li minnhom jiġi prodott bajd għall-konsum mill-bniedem. L-annotazzjoni għandha tiġi estiża għall-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel għajr għall-annimali li minnhom jiġu prodotti ħalib u bajd għall-konsum mill-bniedem, għall-ħut bil-ġewnaħ, din l-annotazzjoni tirrigwarda biss “il-muskolu u l-ġilda fi proporzjonijiet naturali” u għall-ispeċijiet porċini u tat-tjur il-limitu massimu ta' residwu għal dak li huwa xaħam jirrigwarda l-“ġilda u x-xaħam fi proporzjonijiet naturali”.

(3)

Il-Morantel ġie inkluż fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għall-bovini u l-ovini għall-muskolu, xaħam, fwied, kliewi u ħalib. Din l-annotazzjoni għandha tiġi estiża għall-annimali kollha li jixtarru.

(4)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għandu jkun emendat skont dan.

(5)

Għandu jitħalla perjodu xieraq qabel l-applikabilità ta' dan ir-Regolament sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu kull tibdil meħtieġ fid-dawl ta' dan ir-Regolament fl-awtorizzazzjonijiet tat-tqegħid fis-suq mogħtija skont id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità marbut mal-prodotti veterinarji mediċinali (2).

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Veterinarji Mediċinali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-18 ta' Ottubru 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta' Awwissu 2005.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President

ANNESS

A.   Is-sustanz/a li ġejja/in tiddaħħal/jiddaħħlu fl-Anness I (Lista ta' sustanzi farmakoloġikament attivi li għalihom ġew iffissati limiti massimi ta' residwu)

1.   Aġenti kontra l-infezzjoni

1.2.   Antibijotiċi

1.2.3.   Kwinoloni

Sustanza(i) farmaloġikament attiva/i

Residwu indikatur

Speċi ta' annimal

MRLs

Tessuti fil-mira

Aċidu ossoliniku

Aċidu ossoliniku

L-ispeċijiet kollha li jipproduċu l-ikel (3)

100 µg/kg

Muskolu (4)

50 µg/kg

Xaħam (5)

150 µg/kg

Fwied

150 µg/kg

Kliewi

2.   Aġenti kontra l-parassiti

2.1.   Aġenti kontra l-endoparassiti

2.1.7.   Tetrahydropyrimides

Sustanza(i) farmaloġikament attiva/i

Residwu indikatur

Speċi ta' annimal

MRLs

Tessuti fil-mira

Morantel

Is-somma tar-residwi li jistgħu jiġu idrolizzati f'N-methyl-1,3-propanediamine u espressi bħala ekwivalenti tal-morantel

L-annimali kollha li jixtarru

100 µg/kg

Muskolu

100 µg/kg

Xaħam

800 µg/kg

Fwied

200 µg/kg

Kliewi

50 µg/kg

Ħalib


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1299/2005 (ĠU L 206, 9.8.2005, p. 4).

(2)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).

(3)  Mhux għall-użu f'annimali li minnhom jiġi prodott ħalib u bajd għall-konsum mill-bniedem; MRLs għax-xaħam, fwied u kliewi ma japplikawx għal-ħut tal-ġewnaħ.

(4)  Għall-ħut bil-ġewnaħ dan l-MRL jirrigwarda “muskolu u ġilda fi proporzjonijiet naturali”.

(5)  Għall-ispeċijiet porċini u tat-tjur dan l-MRL jirrigwarda “ġilda u xaħam fi proporzjonijiet naturali”.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

275


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Awwissu 2005 li temenda d-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-finijiet tal-iffissar tal-valuri massimi ta' konċentrazzjoni għal ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/618/KE) għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' Awwissu 2005

li temenda d-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-finijiet tal-iffissar tal-valuri massimi ta' konċentrazzjoni għal ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku

(notifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 3143)

(2005/618/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

minħabba li huwa evidenti li f’ċerti każijiet huwa impossibbli li jkunu evitati għal kollox il-metalli t-tqal u r-retardanti brominati tan-nirien, għandhom ikunu tollerati fil-materjali ċerti valuri ta’ konċentrazzjoni ta’ ċomb, merkurju, kadmju, kromju essavalenti, bifenili polibrominatati (PBB) jew eteri tad-difenil polibrominatat (PBDE).

(2)

Il-valuri massimi ta’ konċentrazzjoni proposti huma bbażati fuq il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Komunità dwar il-Kimika, u jitqiesu li huma l-aktar f’lokhom biex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 5(2), il-Kummissjoni kkonsultat ma’ produtturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, riċiklaturi, operaturi tat-trattament, organizzazzjonijiet ambjentali u assoċjazzjonijiet tal-impjegati u tal-konsumaturi, u ressqet il-kummenti quddiem il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar l-iskart (2).

(4)

Il-Kummissjoni ressqet il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni għal vot fil-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE dwar l-iskart fl-10 ta’ Ġunju 2004. Ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata favur dawn il-miżuri. B’hekk skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE, Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill tressqet quddiem il-Kunsill fit-23 ta’ Settembru 2004. Minħabba li, fl-iskadenza tal-perjodu mniżżel fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2002/95/KE, il-Kunsill la kien adotta l-miżuri proposti u lanqas wera l-oppożizzjoni tiegħu għalihom, skont l-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (3), il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2002/95/KE għandha tiżdied din in-nota:

“Għal-finijiet tal-Artikolu 5(1)(a), għandu jkun tollerat valur massimu ta’ konċentrazzjoni ta’ 0,1 % piż f’materjali omoġenei għaċ-ċomb, il-merkurju, il-kromju essavalenti, il-bifenili polibrominatati (PBB) u l-eteri tad-difenil polibrominatat (PBDE) u ta’ 0,01 % piż f’materjali omoġenei għall-kadmju.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2006.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Awwissu 2005.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.

(2)  ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(3)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

276


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1452/2005 tas-6 ta' Settembru 2005 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1452/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1452/2005

tas-6 ta' Settembru 2005

li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/2004 tal-10 ta' Frar 2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1030/2003 (1), u partikolarment l-Artikolu 9(a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 234/2004 jelenka l-awtoritajiet kompetenti li ngħatawlhom funzjonjiet speċifiċi li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tar-Regolament.

(2)

Il-Belġju u l-Olanda talbu li d-dettalji tal-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom jiġu emendati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 234/2004 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Settembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali tar-Relazzjonijiet Esterni

ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 234/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

Id-dettalji tal-indirizz taħt l-intestatura “il-Belġju” għandhom jinbidlu bi:

“1.

Service public fédéral des affaires étrangères, commerce extérieur et coopération au développement

Direction générale des affaires bilatérales

Service ‘Afrique du sud du Sahara’

Egmont 1

Rue des Petits Carmes 19

B-1000 Bruxelles

Tel.: (32-2) 501 88 75

Feks (32-2) 501 38 26

1.

Federale Overheidsdienst Buitenlandse Zaken, Buitenlandse Handel en Ontwikkelingssamenwerking

Directoraat-generaal Bilaterale Zaken

Dienst Afrika ten zuiden van de Sahara

Egmont 1

Karmelietenstraat 19

B-1000 Brussel

Tel.: (32-2) 501 88 75

Feks: (32-2) 501 38 26

2.

Service public fédéral, économie, P.M.E., classes moyennes & énergie

Potentiel économique

Direction Industries

Textile — Diamants et autres secteurs

City Atrium

Rue du Progrès 50

5ème étage

B-1210 Bruxelles

Tel.: (32-2) 277 51 11

Feks: (32-2) 277 53 09/277 53 10

2.

Federale Overheidsdienst Economie, K.M.O., Middenstand & Energie

Economisch potentieel

Directie Nijverheid

Textiel — Diamant en andere sectoren

City Atrium

5de verdieping

Vooruitgangstraat 50

B-1210 Brussel

Tel.: (32-2) 277 51 11

Feks: (32-2) 277 53 09/277 53 10

3.

Brussels Hoofdstedelijk Gewest:

Kabinet van de minister van Financiën, Begroting, Openbaar Ambt en Externe Betrekkingen van de Brusselse Hoofdstedelijke regering

Kunstlaan 9

B-1210 Brussel

Tel.: (32-2) 209 28 25

Feks: (32-2) 209 28 12

3.

Région de Bruxelles-Capitale:

Cabinet du ministre des finances, du budget, de la fonction publique et des relations extérieures du gouvernement de la

Avenue des Arts 9

B-1210 Bruxelles

Tel.: (32-2) 209 28 25

Feksx: (32-2) 209 28 12

4.

Région wallonne:

Cabinet du ministre-président du gouvernement wallon

Rue Mazy 25-27

B-5100 Jambes-Namur

Tel.: (32-81) 33 12 11

Feks: (32-81) 33 13 13

5.

Vlaams Gewest:

Administratie Buitenlands Beleid

Boudewijnlaan 30

B-1000 Brussel

Tel.: (32-2) 553 59 28

Feks: (32-2) 553 60 37”

(2)

Id-dettalji tal-indirizz taħt l-intestatura “l-Olanda” għandhom jinbidlu bi:

“Minister van Economische Zaken

Belastingdienst/Douane Noord

Postbus 40200

8004 DE Zwolle

The Netherlands

Tel.: (31-38) 467 25 41

Feks: (31-38) 469 52 29”


(1)  ĠU L 40, 12.2.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1489/2004 (ĠU L 273, 21.8.2004, p. 16).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

279


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1460/2005 tat-8 ta' Settembru 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 rigward il-kwoti tat-tariffi u l-kwantitajiet ta' riferenza tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Alġerija

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1460/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1460/2005

tat-8 ta' Settembru 2005

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 rigward il-kwoti tat-tariffi u l-kwantitajiet ta' riferenza tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Alġerija

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad-9 ta' April 2001 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' tariffa ta' kwoti tal-Komunità u ta' kwantitajiet ta' referenza għall-prodotti eliġibbli għal preferenzi bis-saħħa ta' ftehimiet ma' ċerti pajjiżi tal-Mediterran u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1981/94 u (KE) Nru 934/95 (1), u partikolarment l-Artikolu 5(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tat-18 ta' Lulju 2005 (2) tiegħu, il-Kunsill approva l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija min-naħa l-oħra.

(2)

Dak il-Ftehim jipprovdi, għal ċerti prodotti li joriġinaw fl-Alġerija, għal konċessjonijiet tariffarji li japplikaw fil-limiti tal-kwoti tariffarji tal-Komunità u fil-qafas tal-kwantitajiet ta' referenza.

(3)

Biex jiġu implimentati l-kwoti tariffarji u l-kwantitajiet ta' referenza, huwa neċessarju li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 747/2001.

(4)

Peress li r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3590/85 tat-18 ta' Diċembru 1985 fuq iċ-ċertifikat u r-rapport tal-analiżi meħtieġ għall-importazzjoni ta' inbid, ġulepp tal-għeneb u masti tal-għeneb (3) kien revokat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 tal-24 ta' April 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma’ terzi pajjiżi ta’ prodotti fis-settur tal-inbid (4), ir-referenza fir-Regolament (KE) Nru 747/2001 għar-Regolament (KEE) Nru 3590/85 għandha, għaċ-ċarezza, tinbidel b'referenza ġdida għar-Regolament (KE) Nru 883/2001.

(5)

Għas-sena 2005, il-volumi tal-kwoti tariffarji l-ġodda għandhom jiġu kkalkulati bħala pro rata tal-volumi bażiċi speċifikati fil-Ftehim, fi proporzjon mal-parti tal-perjodu li jkun għadda qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

(6)

Sabiex tkun faċilitata l-ġestjoni għall-2005 taż-żewġ kwoti tariffarji diġà eżistenti fir-Regolament (KE) Nru 747/2001 għall-inbejjeb li joriġinaw mill-Alġerija, il-kwantitajiet importati fil-qafas ta' dawk il-kwoti għandhom jiġu kkunsidrati għall-ħlas fuq il-kwoti tariffarji miftuħa skont ir-Regolament (KE) Nru 747/2001, kif emendat b'dan ir-Regolament.

(7)

Peress li l-Ftehim japplika mill-1 ta' Settembru 2005, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 747/2001 hu emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3(1) għandu jinbidel bit-test li ġej:

“Artkolu 3

Kundizzjonijiet speċjali għall-intitolar tal-kwoti tariffarji għal ċerti nbejjed

Sabiex jibbenefikaw mill-kwoti tariffarji tal-Komunità msemmija fl-Annessi I sa III taħt in-numri tas-serje 09.1001, 09.1107 u 09.1205, l-inbejjed għandhom ikunu akkumpanjati jew b'ċertifikat tad-denominazzjoni tal-oriġini maħruġ mill-awtorità rilevanti tal-Alġerija, tal-Marokk jew tat-Tuneżija, f'konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness XII, jew b'dokument VI 1 jew estratt VI 2 annotat f'konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 883/2001.”

(2)

L-Anness I għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għall-2005, il-volumi tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità li l-perjodu tal-kwota tagħhom jibda qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija, min-naħa l-oħra, ħlief għall-volumi tal-kwoti tat-tariffa għall-inbejjed bin-numri tas-serje 09.1001 u 09.1003, għandhom jitnaqqsu fil-proporzjon tal-parti tal-perjodu li jkun għadda qabel dik id-data.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f‘Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jidħol fis-seħħ b'effett mill-1 ta' Settembru 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' Settembru 2005.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

“ANNESS I

L-ALĠERIJA

Minkejja r-regoli ta’ interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jitqiesu li jkollhom mhux aktar minn valur indikattiv, ġaladarba l-iskema preferenżjali hija ddeterminata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM kif jeżistu fil-waqt tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Fejn ex kodiċijiet tan-NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tiġi stabbilita bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi meħuda flimkien.

PARTI A:

Kwoti Tariffarji

Nru tas-Serje

Kodiċi tan-NM

Subdiviżjoni tat-TARIC

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Il-perjodu tal-kwota

Volum tal-kwota

(f’tunnellati ta’ piż nett)

Id-dazju fuq il-kwota

09.1002

0409 00 00

 

Għasel naturali

minn 1.1 sa 31.12

100

Eżenzjoni

09.1004

0603

 

Fjuri u blanzuni tal-fjuri maqtugħa ta' tip xieraq għall-bukketti jew għal għanijiet ornamentali, friski, mnixxfa, ibbliċjati, mimlijiet jew ippreparati b'xi mod ieħor

minn 1.1 sa 31.12

100

Eżenzjoni

09.1005

0604

 

Weraq, friegħi u partijiet oħrajn ta’ pjanti, mingħajr fjuri jew blanzuni, u ħaxix ħażiż u likeni, li huma oġġetti adattati għal bukketti jew għal għanijiet ornamentali friski, nixfin, miżbugħin, ibbliċjati, mimlijin jew ippreparati mod ieħor

minn 1.1 sa 31.12

100

Eżenzjoni

09.1006

ex 0701 90 50

 

Patata ġdida, friska jew imkessħa

minn 1.1 sa 31.3

5 000

Eżenzjoni

09.1007

0809 10 00

 

Berquq, frisk

minn 1.1 sa 31.12

1 000

Eżenzjoni (5)

09.1008

0810 10 00

 

Frawli, frisk

minn 1.11 sa 31.3

500

Eżenzjoni

09.1009

1509

 

Żejt taż-żebbuġa u l-frazzjonijiet tiegħu, kemm jekk raffinat kemm jekk le, iżda mhux modifikat kimikament

minn 1.1 sa 31.12

1 000

Eżenzjoni

1510 00

 

Żjut oħrajn u l-frazzjonijiet tagħhom, miksuba biss miż-żebbuġ, kemm jekk raffinati u kemm jekk le, iżda mhux modifikati kimikament, inklużi taħlitiet ta' dawn iż-żjut jew frazzjonijiet oħra tal-intestatura 1509

09.1010

ex 1512 19 90

10

Żejt tal-ġirasol raffinat

minn 1.1 sa 31.12

25 000

Eżenzjoni

09.1011

2002 10 10

 

Tadam imqaxxar, ippreparat jew ippreservat minbarra bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku

minn 1.1 sa 31.12

300

Eżenzjoni

09.1012

2002 90 31

2002 90 39

2002 90 91

2002 90 99

 

Tadam ippreparat jew ippreżevat minbarra bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, minbarra sħiħ jew imqatta', b'kontenut ta' materjal xott ta' mhux inqas minn 12 % tal-piż

minn 1.1 sa 31.12

300

Eżenzjoni

09.1013

2009 50

 

Meraq tat-tadam

minn 1.1 sa 31.12

200

Eżenzjoni

09.1014

ex 2009 80 35

40 , 91

Meraq tal-berquq

minn 1.1 sa 31.12

200

Eżenzjoni (5)

ex 2009 80 38

93 , 97

ex 2009 80 79

40 , 80

ex 2009 80 86

50 , 80

ex 2009 80 89

50 , 80

ex 2009 80 99

15 , 92

09.1001

ex 2204 21 79

71

Inbejjed intitolati għal waħda mid-denominazzjonijiet tal-oriġini li ġejjin: Aïn Bessem-Bouira, Médéa, Coteaux du Zaccar, Dahra, Coteaux de Mascara, Monts du Tessalah, Coteaux de Tlemcen, ta' saħħa alkoħolika attwali bil-volum mhux iktar minn 15 %, f'kontenituri jesgħu 2 l jew inqas

minn 1.1 sa 31.12

224 000  hl

Eżenzjoni

ex 2204 21 80

71

ex 2204 21 84

51

ex 2204 21 85

71

09.1003

2204 10 19

2204 10 99

 

Inbid frizzanti ieħor

minn 1.1 sa 31.12

224 000  hl

Eżenzjoni

2204 21 10

2204 21 79

 

Inbid ieħor mill-għeneb frisk

ex 2204 21 80

71

79

80

2204 21 84

 

ex 2204 21 85

71

79

80

ex 2204 21 94

20

ex 2204 21 98

20

ex 2204 21 99

2204 29 10

2204 29 65

10

ex 2204 29 75

2204 29 83

10

ex 2204 29 84

20

ex 2204 29 94

20

ex 2204 29 98

20

ex 2204 29 99

10


PARTI B:

Kwanitajiet ta' referenza

Nru tas-Serje

Kodiċi tan-NM

Subdiviżjoni tat-TARIC

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Perjodu tal-kwanitajiet ta' referenza

Volum tal-kwanitajiet ta' referenza

(f’tunnellati ta’ piż nett)

Dazju tal-kwanitajiet ta' referenza

18.0410

0704 10 00

 

Pastard u brokkli bir-ras, frisk jew imkessaħ

Minn 1.1 sa 14.4 u minn 1.12 sa 31.12

1 000

Eżenzjoni

0704 20 00

 

Brussels sprouts, friski jew imkessħin

minn 1.1 sa 31.12

0704 90

 

Kaboċċi, pastard, ġdur u brassicae oħrajn li jittieklu, friski jew imkessħin

minn 1.1 sa 31.12

18.0420

0709 52 00

 

Tartuf, frisk jew imkessaħ

minn 1.1 sa 31.12

100

Eżenzjoni

18.0430

ex 2005 10 00

10

20

40

Asparagu, karrotti u taħlit ta' ħxejjex omoġenizzati, ippreparati jew ippreżervati minbarra bil-ħall jew l-aċidu aċetiku, mhux iffriżati

minn 1.1 sa 31.12

200

Eżenzjoni

18.0440

ex 2005 10 00

30

80

Ħxejjex oħra omoġenizzati, ippreparati jew ippreservati b'xi mod ieħor għajr bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżati, minbarra l-asparagu, il-karrotti u taħliet ta' ħxejjex

minn 1.1 sa 31.12

200

Eżenzjoni

18.0450

2005 51 00

 

Ful, imqaxxar, ippreparat jew ippreservat minbarra bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżat

minn 1.1 sa 31.12

200

Eżenzjoni

18.0460

2005 60 00

 

Asparagu, ippreparat jew ippreservat minbarra bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżat

minn 1.1 sa 31.12

200

Eżenzjoni

18.0470

2005 90 50

 

Qaqoċċ, ippreparat jew ippreżervat minbarra bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżat

minn 1.1 sa 31.12

200

Eżenzjoni

18.0480

2005 90 60

 

Karrotti, ippreparat jew ippreservat minbarra bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżat

minn 1.1 sa 31.12

200

Eżenzjoni

18.0490

2005 90 70

 

Taħlit ta' ħxejjex oħra, ippreparati jew ippreżervati b’mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu qares, mhux iffriżati

minn 1.1 sa 31.12

200

Eżenzjoni

18.0500

2005 90 80

 

Ħxejjex oħra, ippreparati jew ippreżervati b’mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu qares, mhux iffriżati

minn 1.1 sa 31.12

200

Eżenzjoni

18.0510

2007 91 90

 

Ġammijiet, ġèli tal-frott, marmellati, purée u pejsts, miksubin bit-tisjir ta' frott taċ-ċitru, b'kontenut ta' zokkor ta' mhux iktar minn 13 % tal-piż, minbarra fi preparazzjonijiet omoġenizzati

minn 1.1 sa 31.12

200

Eżenzjoni

18.0520

2007 99 91

 

Purée tat-tuffieħ, inklużi compotes b'kontenut ta' zokkor ta' mhux iktar minn 13 % tal-piż

minn 1.1 sa 31.12

200

Eżenzjoni

18.0530

2007 99 98

 

Ġammijiet, ġèli tal-frott, marmellati, purée u pejsts, miksubin bit-tisjir ta' frott ieħor, b'kontenut ta' zokkor ta' mhux iktar minn 13 % tal-piż, minbarra fi preparazzjonijiet omoġenizzati

minn 1.1 sa 31.12

200

Eżenzjoni”


(1)  ĠU L 109, 19.4.2001, p. 2. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 503/2005 (ĠU L 83, 1.4.2005, p. 13).

(2)  Għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 343, 20.12.1985, p. 20.

(4)  ĠU L 128, 10.5.2001, p. 1. ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 908/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 56).

(5)  L-eżenzjoni tapplika biss għad-dazju ad valorem.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

285


Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/58/KE tal-21 ta’ Settembru 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-bifenazate u l-milbemectin bħala sustanzi attivi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/58/KE għandha taqra:

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/58/KE

tal-21 ta’ Settembru 2005

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-bifenazate u l-milbemectin bħala sustanzi attivi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju ta’ l-1991 dwar it-tqegħid fuq is-suq ta' prodotti għall-protezzjoni ta’ pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE l-Olanda rċeviet nhar il-3 ta’ Lulju ta’ l-2001 applikazzjoni minn għand Crompton Europe Ltd. għall-inklużjoni tas-sustanza attiva bifenazate fl-Anness I lid-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/268/KE (2) ikkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li jista’ jitiqies bħala sodisfaċenti, fil-prinċipju, għall-ħtiġijiet tad-data u l-informazzjoni stipulati fl-Annessi II u III fid-Direttiva 91/414/KEE.

(2)

L-Olanda rċiviet applikazzjoni skond Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE nhar is-6 ta’ Marzu ta’ l-2000 mis-Sankyo Company Ltd. għall-inklużjoni tas-sustanza attiva milbemectin fl-Anness I lid-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/540/KE (3) ikkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li jista’ jitqies bħala sodisfaċenti, fil-prinċipju, għall-ħtiġijiet tad-data u l-informazzjoni stipulati fl-Annessi II u III fid-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Għal dawk is-sustanzi attivi, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew ivvalutati, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użu li ġie propost mill-applikanti. L-Istati Membri li ġew innominati b]ala rapporteur ressqu abbozzi ta’ rapporti ta’ valutazzjoni li jikkonċernaw is-sustanzi lill-Kummissjoni nhar it-3 ta’ April ta’ l-2003 (milbemectin).

(4)

L-abbozzi tar-rapporti tal-valutazzjoni ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimal. Ir-reviżjoni ġiet iffinalizzata nhar it-3 ta’ Ġunju ta’ l-2005 fil-format tar-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-bifenazate u għall-milbemectin.

(5)

Ir-reviżjoni ta’ l-bifenazate u l-milbemectin ma wriet ebda mistoqsijiet jew affarijiet mhux iċċarati, li fil-każ kien ikun hemm il-ħtieġa ta’ konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku dwar Pjanti jew ma’ l-Awtorità Ewropea dwar Sigurtà ta’ l-Ikel li ħa r-rwol ta’ dak il-Kumitat.

(6)

Ħareġ ċar minn bosta eżamijietli saru li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi kkonċernati jistgħu jissodisfaw, b’mod ġenerali, il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari dwar l-użu għalihom li ġew eżaminati u imniżżla fid-dettal fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li jiġu inklużi l-bifenazate u l-milbemectin fl-Anness I, sabiex ikun aċċertat li f’kull Stat Membru l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi jistgħu jingħataw skond id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(7)

Mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet stipolati mid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza ta’ l-inklużjoni tas-sustanzi attivi fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jitħallew, għal perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni, li jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti eżistenti li fihom il-bifenazate jew il-milbemectin sabiex jaċċertaw li l-kondizzjonijiet stipolati fid-Direttiva 91/414/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha u l-kondizzjonijiet rilevanti stipolati fl-Anness I, jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom jittrasformaw awtorizzazzjonijiet proviżorji eżistenti f’ awtorizzazzjonijiet kompluti, jemendawhom jew jirtirawhom skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. Permezz tad-deroga mil-limitu ta’ żmien stabbilit hawn fuq, perjodu itwal għandu jiġi pprovdut għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni ta’ dossier komplut ta’ Anness III għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skond il-prinċipji uniformi stipolati fid-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

L-inklużjoni fl-Anness I tal-bifenazate hija bbażata fuq dossier li jkopri l-użu ta’ sustanzi attivi fuq pjanti ornamentali tas-serrer. Użu ieħor mhuwiex appoġġat adegwatament b’ data mingħand in-notifikant, u skond il-kriterji meħtieġa skond l-Anness VI mhux ir-riskji kollha minn tali użu ma ġew indirizzati. Jekk l-Istati Membri għandhom jagħtu awtorizzazzjonijiet għal użu ieħor, huma għandhom għalhekk jeħtieġu d-data u l-informazzjoni neċessarja sabiex jippruvaw li l-użu huwa kompatibbli mal-kriterji fid-Direttiva 91/414/KEE, b’ mod partikolari fejn jikkonċernaw l-effetti fuq il-konsumatur uman u fuq l-ambjent.

(9)

Huwa għalhekk xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata kif meħtieġ.

(10)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma stipolati b’ konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimal,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipolat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Mejju ta’ l-2006 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom, mingħajr ebda telf ta’ żmien, jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella li turi l-korrelazzjoni ta’ bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw tali dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ġunju ta’ l-2006.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati bit-tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif it-tali referenza għandha ssir.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom skond id-Direttiva 91/414/KEE, fejn huwa meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jikkuntienu l-bifenazate jew il-milbemectin bħala sustanzi attivi sal-31 ta’ Mejju ta’ l-2006. Sa dik id-data, huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li l-kondizzjoniet fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li jittrattaw dwar il-bifenazate u l-milbemectin, rispettivament, jintlaħqu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-Parti B tad-daħla li jikkonċernaw dawk is-sustanzi attivi, u li l-persuna li għandha l-awtorizzazzjoni jkollha, jew ikollha aċċes għad-dossier li jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ l-Anness II ta’ dik id-Direttiva skond il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13.

2.   Permezz ta’ deroga minn paragrafu 1, għal kull prodott tal-protezzjoni tal-pjanti li fih il-bifenazate, jew il-milbemectin jew bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li huma kollha elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru ta’ l-2005, l-Istati Membri jerġgħu jevalwaw mill-ġdid il-prodott skond il-prinċipji uniformi li hemm imsemmija fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-Anness III ta’ dik id-Direttiva u tittieħed in konsiderazzjoni il-parti B tad-daħla fl-Anness i ta’ dik-id-Direttiva li tikkonċerna il-bifenazate u il-milbemectin rispettivament Fuq bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, huma jridu jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfa l-kondizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li jiddeterminaw dak, l-Istati Membri jridu:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-bifenazate jew il-milbemectin bħala l-unika sustanza attiva, fejn hemm il-ħtieġa, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Mejju ta’ l-2007; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih l-bifenazate jew il-milbemectin bħala wieħed minn bosta sustanzi attivi, fejn hu meħtieġ, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Mejju ta’ l-2007 jew sad-data ffissata, għal tali emendament jew l-irtirar fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li kien ġabu fis-seħħ l-inklużjoni tas-sustanza jew tas-sustanzi in kwestjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skond liem waħda hi l-iktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Direttiva ser tidħol fis-seħħ nhar il-1 ta’ Diċembru ta’ l-2005.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Settembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

F’Anness I il-fillieri li ġejjin huma miżjuda fl-aħħar tat-tabella:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purezza (4)

Dħul fis-seħħ

Skadenza ta’ żmien għall-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“110

Bifenazate

CAS Nru 149877-41-8

CIPAC Nru 736

Isopropyl 2-(4-methoxybiphenyl-3-yl)hydrazinoformate

≥ 950 g/kg

1 Diċembru ta’ l-2005

30 ta’ Novembru ta’ l-2015

PARTI A

Użu bħala akariċida biss jista’ jiġi awtorizzat

PARTI B

Fil-valutazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-bifenazate għall-użu li mhux fuq pjanti kummerċjali jew fi-serrer, L-Istati Membri għandhom jagħtu importanza partikolari għall-kriterji fl-Artikolu 4(1)(b), u għandhom jaċċertaw li kull data u informazzjoni neċessarja hija pprovduta qabel ma tingħata tali awtorizzazzjoni.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-bifenazate u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-3 ta’ Ġunju ta’ l-2005 għandhom jiġu kkunsidrati.

111

Milbemectin

Milbemectin hija taħlita ta’ M.A3 u M.A4

CAS Nru

M.A3: 51596-10-2

M.A4: 51596-11-3

CIPAC Nru 660

M.A3: (10E,14E,16E,22Z)-(1R,4S,5’S,6R,6’R, 8R,13R,20R,21R,24S)-21,24-dihydroxy-5’,6’,11,13,22-pentamethyl-3,7,19-trioxatetracyclo[15.6.1.14,8.020,24] pentacosa-10,14,16,22-tetraene-6-spiro-2’-tetrahydropyran-2-one

M.A4: (10E,14E,16E,22Z)-(1R,4S,5’S,6R,6’R,8R,13R,20R,21R,24S)-6’-ethyl-21,24-dihydroxy-5’,11,13,22-tetramethyl-3,7,19-trioxatetracyclo[15.6.1. 14,8.020,24] pentacosa-10,14,16,22-tetraene-6-spiro-2’-tetrahydropyran-2-one

≥ 950 g/kg

1 Diċembru ta’ l-2005

30 ta’ Novembru ta’ l-2015

PARTI A

Huma biss użi bħala agariċida jew insettiċida li jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-milbemectin u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-3 ta’ Ġunju ta’ l-2005 għandhom jiġu kkunsidrati.

Dwar dan l-assessjar globali l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi.

Miżuri ta’ trażżin tar-riskji iridu jiġu applikati fejn xieraq.”


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 92, 9.4.2002, p. 34.

(3)  ĠU L 230, 12.9.2000, p. 14.

(4)  Further details on identity and specification of active substances are provided in the review report.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

288


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1570/2005 tas-27 ta' Settembru 2005 li jikkoreġi r-Regolament 2104/2004 li jistipula regoli dettaljati ta' implimentazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 dwar l-amministrazzjoni [ġestjoni] tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1570/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1570/2005

tas-27 ta' Settembru 2005

li jikkoreġi r-Regolament 2104/2004 li jistipula regoli dettaljati ta' implimentazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 dwar l-amministrazzjoni [ġestjoni] tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 tat-30 ta' Marzu 2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2104/2004 (3) jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ġestjoni tal-flotot tas-sajd fir-reġjuni l-aktar periferiċi sal-31 ta' Diċembru 2006 u b'mod partikolari jistabilixxi il-livelli speċifiċi ta' referenza għal kull taqsima ta’ flotta għal reġjuni l-aktar periferiċi kollha ta' Franza, il-Portugall u Spanja.

(2)

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2104/2004 l-ismijiet taż-żewġ taqsimiet ta' flotta għar-reġjun Franċiż ta' La Réunion huma ħżiena u għandhom jiġu kkoreġuti. Din il-korrezzjoni għandha tapplika retroattivament u m'għandha tikkawża l-ebda effett ta' ħsara fuq l-operaturi.

(3)

Il-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għas-Sajd u l-Akwakoltura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2104/2004 jinbidel mit-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-publikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' Settembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Livelli speċifiċi ta' referenza għal flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi ta' Franza, il-Portugall u Spanja

Spanja

Taqsima ta' flotta

Kodiċi tat-taqsima

GT

kW

Il-Gżejjer Kanarji. Tul < 12 m. ibħra tal-UE

CA1

2 878

23 202

Il-Gżejjer Kanarji. Tul >12 m. ibħra tal-UE

CA2

4 779

16 055

Il-Gżejjer Kanarji. Tul > 12 m. ibħra internazzjonali u ta' pajjiżi terzi

CA3

51 167

90 680

Total

 

58 824

129 937


Franza

Taqsima ta' flotta

Kodiċi tat-taqsima

GT

kW

Réunion. Speċijiet dimersali. Tul < 12 m

4FC

1 050

14 000

Réunion. Speċijiet pelaġiċi.

4FD

9 705

24 610

Il-Gujana Franċiża. Speċijiet dimersali u pelaġiċi. Tul < 12m

4FF

400

5 250

Il-Gujana Franċiża. Bastimenti għas-sajd tal-gambli.

4FG

6 526

19 726

Il-Gujana Franċiża. Speċijiet pelaġiċi. Bastimenti li jistadu 'l barra mill-kosta

4FH

3 500

5 000

Martinique. Speċijiet dimersali u pelaġiċi. Tul < 12 m

4FJ

2 800

65 500

Martinique. Speċijiet pelaġiċi. Tul > 12 m

4FK

1 000

3 000

Guadeloupe. Speċijiet dimersali u pelaġiċi. Tul < 12 m

4FL

4 100

105 000

Guadeloupe. Speċijiet pelaġiċi. Tul > 12 m

4FM

500

1 750

Total

 

29 581

243 836


Il-Portugall

Taqsima ta' flotta

Kodiċi tat-taqsima

GT

kW

Madeira. Speċijiet dimersali. Tul < 12 m

4K6

680

4 574

Madeira. Speċijiet dimersali u pelaġiċi. Tul > 12 m

4K7

5 354

17 414

Madeira. Speċijiet pelaġiċi. Seine. Tul > 12 m

4K8

253

1 170

L-Azores. Speċijiet dimersali. Tul < 12 m

4K9

2 721

20 815

L-Azores. Speċijiet dimersali u pelaġiċi. Tul > 12 m

4KA

14 246

36 846

Total

 

23 254

80 819


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 102, 7.4.2004, p. 9.

(3)  ĠU L 365, 10.12.2004, p. 19.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

290


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2005 ta' l-4 ta' Ottubru 2005 li jikkompleta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' ċerti denominazzjonijiet fir-“Reġistru ta' l-ismijiet ta' l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (Tuscia) — [AOP] u (Basilico Genovese) — [AOP]

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1623/2005

ta' l-4 ta' Ottubru 2005

li jikkompleta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' ċerti denominazzjonijiet fir-“Reġistru ta' l-ismijiet ta' l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (Tuscia) — [AOP] u (Basilico Genovese) — [AOP]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92, ta' l-14 ta' Lulju 1992, dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u ta' l-ismijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità ma' l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, it-talbiet ta' l-Italja għall-irreġistrar taż-żewġ denominazzjonijiet “Tuscia” u “Basilico Genovese” ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni konformi ma' l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, dawn id-denominazzjonijiet għaldaqstant għandhom jitniżżlu fir-Reġistru ta' l-ismijiet ta' l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 huwa kkompletat bid-denominazzonijiet li jidhru fl-Anness tar-Regolament preżenti (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta' Ottubru 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Prodotti ta' l-Anness I tat-trattat maħsuba għall-alimentazzjoni umana

Xaħmijiet (butir, marġerina, żjut, eċċ)

L-ITALJA

Tuscia (AOP)

Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

L-ITALJA

Basilico Genovese (AOP)


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1 Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU C 229, 14.9.2004, p. 2 (Tuscia); ĠU C 259, 21.10.2004, p. 3 (Basilico Genovese).

(3)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1357/2005 (ĠU L 214, 19.8.2005, p. 6).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

292


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1662/2005 tal-11 ta’ Ottubru 2005 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 953/2003 biex ċerti mediċini ewlenin ma jiġux iddevjati kummerċjalment għal ġewwa l-Unjoni Ewropea

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1662/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1662/2005

tal-11 ta’ Ottubru 2005

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 953/2003 biex ċerti mediċini ewlenin ma jiġux iddevjati kummerċjalment għal ġewwa l-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 953/2003 tas-26 ta' Mejju 2003 biex ċerti mediċini ewlenin ma jiġux iddevjati kummerċjalment għal ġewwa l-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4, (4) u (8) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kumissjoni rċeviet applikazzjonijiet ta’ modifika taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 953/2003 fir-rigward ta’ Epivir 150 mg × 60 uCombivir 300/150 mg × 60.

(2)

Il-Kummissjoni ddeterminat li l-applikazzjonijiet irċevuti jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 953/2003 b’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 5 (2) ta’ dak ir-Regolament.

(3)

L-applikanti ġew informati bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li aċċettat l-applikazzjonijiet tagħhom.

(4)

Huwa għalhekk meħtieġ li jinbidel l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 953/2003,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 953/2003 huwa mibdul bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament irid jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Ottubru 2005.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Il-Prodott

Manufattur/esportatur

Pajjiż ta’ destinazzjoni

Karatteristiċi distintivi

Data ta’ approvazzjoni

Kodiċi NM/TARIC (2)

“TRIZIVIR

750 mg × 60

GLAXO SMITH KLINE

GSK House

980 Great West Road

BRENTFORD, MIDDX

TW8 9GS

United Kingdom

L-Afganistan

L-Angola

L-Armenja

L-Ażerbajġan

Il-Bangladexx

Il-Benin

Il-Bhutan

Il-Botswana

Il-Burkina Faso

Il-Burundi

Il-Kambodja

Il-Kamerun

Cape Verde

Ir-Repubblika Ċentrali Afrikana

Iċ-Ċadd

Il-Komoros

Il-Kongo

Il-Kosta ta' l-Avorju

Id-Dġibuti

Id-DR Kongo

East Timor

Il-Guinea Ekwatorjali

L-Eritrea

L-Etjopja

Il-Gambja

Il-Gana

Il-Gwinea

Gwinea (Bissau)

Haïti

Il-Ħonduras

L-Indja

L-Indonesja

Il-Kenja

Il-Kiribati

Il-Korea (Rep Dem)

Ir-Repubblika Kyrgyz

Repubblika Demokratika tal-Laos

Il-Lesoto

Il-Liberja

Il-Madagaskar

Il-Malawi

Il-Maldive

Il-Mali

Il-Mawritanja

Il-Moldova

Il-Mongolja

Il-Możambik

Il-Mjanmar

In-Namibja

In-Nepal

In-Nikaragwa

In-Niġer

In-Niġerja

Il-Pakistan

Ir-Rwanda

Samoa

Sao Tomé u Prínċipe

Is-Senegal

Sierra Leone

Il-Gżejjer Solomon

Is-Somalja

L-Afrika t'Isfel

Is-Sudan

Is-Sważiland

It-Taġikistan

It-Tanżanija

Togo

Tuvalu

L-Uganda

Vanuatu

Il-Jemen

Iż-Żambja

Iż-Żimbabwe

Ippakkeġġar speċifiku — test tri-lingwi

19.4.2004

3004 90 19

EPIVIR

150 mg × 60

GLAXO SMITH KLINE

GSK House

980 Great West Road

BRENTFORD, MIDDX

TW8 9GS

United Kingdom

Ippakkeġġar speċifiku — test tri-lingwi — pilloli ħomor

 

3004 90 19

RETROVIR

250 mg × 40

GLAXO SMITH KLINE

GSK House

980 Great West Road

BRENTFORD, MIDDX

TW8 9GS

United Kingdom

Ippakkeġġar ġenerali għall-esportazzjoni (blu) mhux użat fl-UE.

Ippakkeġġar użat fl-Isptarijiet Franċiżi — Swieq Frankofoni

19.4.2004

3004 90 19

RETROVIR

300 mg × 60

GLAXO SMITH KLINE

GSK House

980 Great West Road

BRENTFORD, MIDDX

TW8 9GS

United Kingdom

Ippakkeġġar ġenerali għall-esportazzjoni (blu) mhux użat fl-UE.

Ippakkeġġar użat fl-Isptarijiet Franċiżi — Swieq Frankofoni

19.4.2004

3004 90 19

RETROVIR

100 mg × 100

GLAXO SMITH KLINE

GSK House

980 Great West Road

BRENTFORD, MIDDX

TW8 9GS

United Kingdom

Ippakkeġġar ġenerali għall-esportazzjoni (blu) mhux użat fl-UE.

Ippakkeġġar użat fl-Isptarijiet Franċiżi — Swieq Frankofoni

19.4.2004

3004 90 19

COMBIVIR

300/150 mg × 60

GLAXO SMITH KLINE

GSK House

980 Great West Road

BRENTFORD, MIDDX

TW8 9GS

United Kingdom

Ippakkeġġar speċifiku — test tri-lingwi

Flixkun (aktar milli ppakkeġġar blisterPilloli ħomor b’ ‘A22’ miktuba fuqhom

 

3004 90 19

EPIVIR MISTURA

10 mg/ml

240 ml

GLAXO SMITH KLINE

GSK House

980 Great West Road

BRENTFORD, MIDDX

TW8 9GS

United Kingdom

Ippakkeġġar speċifiku — test tri-lingwi

19.4.2004

3004 90 19

ZIAGEN

300 mg × 60

GLAXO SMITH KLINE

GSK House

980 Great West Road

BRENTFORD, MIDDX

TW8 9GS

United Kingdom

Ippakkeġġar ġenerali għall-esportazzjoni — mhux użat fl-UE.

Ippakkeġġar użat fl-Isptarijiet Franċiżi — Swieq Frankofoni

20.9.2004

3004 90 19

RETROVIR MISTURA

10 mg/ml

200 ml

GLAXO SMITH KLINE

GSK House

980 Great West Road

BRENTFORD, MIDDX

TW8 9GS

United Kingdom

Ippakkeġġar speċifiku

Test trilingwi

20.9.2004

3004 90 19


(1)  ĠU L 135, 3.6.2003, p. 5. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1876/2004 (ĠU L 326, 29.10.2004, p. 22.

(2)  Jekk applikabbli biss”


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

295


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta'Ottubru 2005 li temenda għall-iskopijiet li jkun adottat lill-progress tekniku l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi ta' riskju f'tagħmir elettriku u elettroniku

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/747/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta'Ottubru 2005

li temenda għall-iskopijiet li jkun adottat lill-progress tekniku l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi ta' riskju f'tagħmir elettriku u elettroniku

(notifikata bid-dokument numru C(2005) 4054)

(Test b'relevanza maż-ŻEE)

(2005/747/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi ta' riskju f'tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Taħt id-Direttiva 2002/95/KE il-Kummissjoni hi meħtieġa li tevalwa ċerti sustanzi ta' riskju projbiti skont l-Artikolu (1) ta' dik id-Direttiva.

(2)

Ċerti materjali u komponenti li jkollhom iċ-ċomb għandhom jkunu eżentati (jew jibqgħu jkunu eżentati) mill-projbizzjoni, peress li l-użu ta' dawn is-sustanzi ta' riskju f'dawk il-materjali u komponenti speċifiċi ma jistax ikun evitat.

(3)

Ċerti eċċezzjonijiet mill-projbizzjoni ta' ċerti materjali jew komponenti speċifiċi għandhom ikunu limitati għall-ambitu tagħhom, sabiex tintlaħaq tneħħija gradwali tas-sustanzi ta' riskju f'tagħmir elettriku u elettroniku, peress li l-użu ta' dawn is-sustanzi f'operazzjonijiet bħal dawn għandu jsir evitabbli.

(4)

Skont l-Artikolu 5(1)(c) tal-2002/95/KE kull eżenzjoni elenkata fl-Anness għandha tkun soġġetta għal reviżjoni mill-inqas kull erba’ snin jew erba’ snin wara li jkun miżjud oġġett fil-lista bil-għan li jiġi kkunsidrat it-tħassir tal-materjali u l-komponenti tat-tagħmir elettriku jew elettroniku mill-Anness jekk it-tħassir jew is-sostituzzjoni tagħhom permezz tat-tibdiliet fid-disinn jew ta' materjali u komponenti li ma jeħtiġux l-ebda waħda mill-materjali jew is-sustanzi riferiti fl-Artikolu 4(1) jkunu possibbli teknikament jew xjentifikament, sakemm l-impatti negattivi ambjentali, tas-saħħa u/jew għas-sikurezza tal-konsumatur ikkawżati bis-sostituzzjoni ma jegħilbux il-benefiċċji possibbli ambjentali, tas-saħħa u/jew għas-sikurezza tal-konsumatur ta’ dawn.

(5)

Id-Direttiva 2002/95/KE għandha għalhekk tkun emendata kif xieraq.

(6)

Skont l-Artikolu 5(2) tal-2002/95/KE il-Kummissjoni kkonsultat lill-produtturi ta' tagħmir elettriku jew elettroniku, lir-riċiklaturi, lill-operaturi tat-trattament, lill-organizzazzjonijiet ambjentali u lill-assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem u tal-konsumaturi u resqet il-kummenti lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart (2) minn issa 'l quddiem magħrufa bħala “l-Kumitat”.

(7)

Il-miżuri provduti għalihom f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

L-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE hi emendata skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 21 ta'Ottubru 2005.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membri tal-Kummissjoni

ANNESS

L-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE hu emendat b'dan li jmiss:

1)

Punt 7 hu mibdu b'dan li jmiss:

“7.

Iċ-ċomb fl-istann tat-tip li jiddewweb f’temperaturi għolja (jiġifieri il-liegi taċ-ċomb li jkun fihom iktar minn 85 % bħala piż jew aktar ċomb),

iċ-ċomb fl-istannijiet tal-oġġetti li jservu, il-ħażna u s-sistemi tal-wiri fl-ordni tal-ħażna, it-tagħmir tal-infrastrutturi tan-netwerks għas-swiċċjar, is-sinjalar, it-trasmissjoni kif ukoll il-ġestjoni tan-netwerks għat-telekomunikazzjonijiet,

iċ-ċomb fil-partijiet elettroniċi taċ-ċeramika (p.e., il-mezzi piezoelettroniċi).”

2)

Punt 8 hu mibdul b'dan li jmiss:

“8.

Il-Kadmju u l-komposti tiegħu f'kuntati eletroniċi u kisi tal-kadmju b'eċċezzjoni għall-applikazzjonijiet projbiti taħt id-Direttiva 91/338/KEE (*) li temenda d-Direttiva 76/769/KEE (**) dwar restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi.

(*)  ĠU L 186, 12.7.1991, p. 59."

(**)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.”;"

3)

Punt 10 hu mibdul minn Punti 10 u 15 b'dan li jmiss:

“11.

Iċ-ċomb użat fis-sistemi ta' konnettur compliant pin.

12.

Iċ-ċomb bħala materjal għall-kisi għall-module c-ring ta' trasmissjoni termali.

13.

Iċ-ċomb u l-kadmju fi ħġieġ ottiku u tal-iffiltrar

14.

Iċ-ċomb f'stannijiet ta' aktar minn żewġ elementi għall-konnessjoni bejn il-pinnijiet u l-pakkett ta' makroprosessuri b'kontenut ta' ċomb ta' aktar minn 80 % jew inqas minn 85 % bħala piż.

15.

Iċ-ċomb f'stannijiet biex titlesta konnessjoni elettrika vijabli bejn semikonduttur die u carrier integrat fi ħdan iċ-ċirkwit ta' pakketti Flip Chip.”


(1)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19. Id-Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/717/KE (ĠU L 271, 15.10.2005, p. 48).

(2)  ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Id-Direttiva l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

297


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-kummissjoni ta’ l-24 ta’ Ottubru 2005 li tistabbilixxi grupp ta’ esperti dwar il-kummerċ elettroniku

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/752/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’ Ottubru 2005

li tistabbilixxi grupp ta’ esperti dwar il-kummerċ elettroniku

(2005/752/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-qafas tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċertu aspetti legali tas-servizzi ta’ soċjetà ta’ l-informazzjoni, b'mod partikolari l-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttivi dwar il-kummerċ elettroniku) (1), l-Istati Membri kienu mitluba jappuntaw punt ta’ kuntatt wieħed jew għadd ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali biex itejbu l-kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri l-oħra (l-Artikolu 19.2 tad-Direttiva).

(2)

Wara dan, l-Ewwel Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE dwar il-kummerċ elettroniku (COM(2003) 702 finali tal-21 ta' Novembru 2003) f'kapitolu sebgħa ippreveda li l-Kummissjoni issa se “tiffoka fuq li tiżgura l-funzjonar prattiku tal-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambjar kontinwu ta' l-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri nfushom”.

(3)

Aktar minn hekk, ikun utli li l-Istati Membri jingħataw il-possibiltà li jiddiskutu l-problemi fl-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku u kwistjonijiet li qed iqumu fil-qasam tal-kummerċ elettroniku. Huwa importanti wkoll li l-kooperazzjoni bejniethom u l-Kummissjoni titħeġġeġ u tiġi ffaċilitata. Il-Grupp ta’ Esperti għalhekk se jipprovdi forum utli għall-iskambju ta’ opinjonijiet dwar l-implimentazzjoni prattika u l-applikazzjoni tad-Direttiva, inkluża informazzjoni dwar kodiċijiet ta’ kondotta mfassla minn assoċjazzjonijiet tal-konsumatur u ta’ professjonisti, kodiċijiet ta’ kondotta dwar reklamar fuq l-internet minn professjonijiet regolati; ġurisprudenza nazzjonali, speċjalment relatata mad-dispożizzjonijiet ta’ responsabbiltà; żviluppi ġodda msemmija fl-Artikoku 21 tad-Direttiva, bħar-responsabbiltà tal-fornituri ta’ hyperlinks u servizzi ta’ għodod fil-lokali u proċeduri ta’ “avviż u ta’ tneħħija”, u biex jiddiskutu l-possibiltà ta’ rapporti sussegwenti ta' evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva fuq il-kummerċ elettroniku.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet dwar il-ħarsien tal-konsumatur (2), jistabbilixxi netwerk ta’ awtoritajiet pubbliċi responsabbli mill-ħarsien ta’ l-interessi ekonomiċi tal-konsumatur li parzjalment jarmonizza l-investigazzjoni tagħhom u jipprovdi arranġamenti ta’ assistenza reċiproka bejntiehom. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/31/KE li jħarsu l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi jidħlu fl-iskop ta’ dan ir-Regolament. Huwa xieraq li l-Kumitat imwaqqaf għall-implimentazzjoni tar-Regolament 2006/2004/KE jinforma regolarment lill-grupp ta’ Esperti fil-kummerċ elettroniku dwar l-attivitajiet tiegħu li jistgħu jkunu rilevanti għal dan ta’ l-aħħar.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ġie stabbilit grupp ta’ esperti dwar il-kummerċ elettroniku (minn issa ’l quddiem imsejjaħ bħala l-“Grupp”).

Artikolu 2

Missjoni

Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-Grupp dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mad-direttiva dwar il-kummerċ elettroniku. Dan ikopri, fost l-oħrajn, l-oqsma li ġejjin:

il-kooperazzjoni amministrattiva fil-kuntest ta’ l-Artikolu 3(4)-(6) proċedura biex tillimita l-libertà biex ikunu provduti s-servizzi kontra fornitur tas-servizzi tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni;

informazzjoni dwar kodiċijiet ta’ kondotta mfassla fuq livell ta’ Komunità minn assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonijiet tal-konsumatur, tal-kummerċ jew professjonali, imfassla biex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni xierqa ta’ l-Artikoli 5-15 tad-Direttiva (l-Artikolu 16 tad-Direttiva),

kodiċijiet tal-kondotta dwar reklamar on-line minn professjonijiet regolati (l-Artikolu 8 tad-Direttiva);

ġurisprudenza nazzjonali, speċjalment relatata mad-dispożizzjonijiet ta’ responsabbiltà, inkluż deċiżjonijiet meħuda f’soluzzjoni ta’ tilwim barra l-qorti (l-Artikolu 17, 19.5 tad-Direttiva);

oqsma li bħalissa huma barra mill-iskop tas-sezzjoni tar-responsabbiltà tad-Direttiva iżda li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 21, bħal: proċeduri ta’ “avviż u ta’ tneħħija”, hyperlinks u search engines;

l-iskop tar-rapporti sussegwenti ta’ evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kummerċ elettroniku (l-Artikolu 21 tad-Direttiva).

Il-president tal-Grupp jista' jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tikkonsulta lill-Grupp dwar kull materja relatata.

Materji ta’ kooperazzjoni amministrattiva li wkoll jaqgħu taħt l-iskop tar-Regolament 2006/2004/KE rigward id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/31/KE li jħarsu l-interessi tal-konsumaturi għandhom jiġu trattati wkoll mill-Kumitat imwaqqaf għall-implimentazzjoni tar-Regolament 2006/2004/KE. Dan ta’ l-aħħar iżomm lill-Grupp ta' Esperti infurmat regolarment.

Artikolu 3

Kompożizzjoni — Nominai

1.   Il-membri tal-grupp għandhom ikunu punti nazzjonali ta’ kuntatt maħtura taħt l-Artikolu 19.2 tad-direttiva dwar il-kummerċ elettroniku (wieħed minn kull Stat Membru) u rappreżentanti tal-Kummissjoni.

2.   Il-Grupp jinkludi numru ta’ membri li jikkorrispondi man-numru ta’ Stati Membri tal-Komunità Ewropea u rappreżentanti tal-Kummissjoni.

3.   Il-membri jibqgħu jiffunzjonaw sakemm jiġu sostitwiti jew sakemm jintemm il-mandat tagħhom.

4.   Il-Membri li m’għadhomx aktar kapaċi li jikkontribwixxu b’mod effettiv għax-xogħlijiet tal-grupp, li jirriżenjaw jew li ma jirrispettawx il-kundizzjonijietimsemmija fl-Artikolu 3(1) jew l-Artikolu 287 tat-Trattat, jistgħu jiġu sostitwiti b’Membru alternattiv, għall-bqija tal-mandat tagħhom.

Artikolu 4

Tħaddim

Il-Grupp għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

Il-Grupp, bi qbil mal-Kummissjoni, jista' jwaqqaf gruppi ta' ħidma biex jistudjaw suġġetti speċifiċi fuq il-bażi tal-mandat. Il-gruppi ta’ ħidma għandhom jitneħħew hekk kif il-mandat tagħhom jiskadi.

Il-Kummissjoni tista’ tistieden esperti u osservaturi li jifhmu speċifikament fis-suġġett biex jipparteċipaw fix-xogħol tal-Grupp u/jew fil-gruppi ta’ ħidma.

L-informazzjoni miksuba matul ix-xogħlijiet tal-bord jew tas-sotto-gruppi ma tistax tiġi ppubblikata jekk il-Kummissjoni tkun ta’ l-opinjoni li l-informazzjoni hi kunfidenzjali.

Il-grupp ta’ esperti dwar il-kummerċ elettroniku għandu jadotta regoli ta’ proċedura li hemm qbil dwarhom fuq il-bażi ta’ mudell adottat mill-Kummissjoni (Anness III tas-SEC(2005) 1004).

Artikolu 5

Laqgħat

Il-Grupp u l-gruppi ta’ ħidma għandhom normalment jiltaqgħu fil-bini tal-Kummissjoni, fl-għamla u skond l-iskeda ta’ ħin iddeterminata mill-Kummissjoni.

Is-Segretarjat tal-Grupp għandu jkun provdut mill-Kummissjoni. Membri tal-personell tal-Kummissjoni li huma interessati jistgħu jkunu preżenti fil-laqgħat tal-Grupp u tal-gruppi ta’ ħidma u jistgħu jieħdu parti fid-dibattiti.

Il-Kummissjoni tista’ tippubblika fuq l-Internet, bil-lingwa oriġinali tad-dokument ikkonċernat, kull konklużjoni, sommarju, konklużjoni parzjali jew karta ta’ ħidma relatata mal-Grupp jew mal-gruppi ta’ ħidma tiegħu.

Artikolu 6

Spejjeż tal-Laqgħa

Spejjeż ta’ vjaġġar u sussistenza li jkollhom iħallsu l-membri, l-osservaturi u l-esperti, li jsiru minħabba l-attivitajiet tal-Grupp, għandhom jitħallsu lura mill-Kummissjoni skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fi ħdan il-Kummissjoni. Il-funzjonijiet tagħhom m'għandhomx ikunu remunerati.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Din id-deċiżjoni għandha tapplika mill-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Ottubru 2005.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

299


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1804/2005 tat-3 ta' Novembru 2005 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2807/83 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni ta' informazzjoni dwar il-qabdiet ta' ħut tal-Istati Membri

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1804/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1804/2005

tat-3 ta' Novembru 2005

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2807/83 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni ta' informazzjoni dwar il-qabdiet ta' ħut tal-Istati Membri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (1) tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd u b'mod partikolari l-Artikolu 22(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1954/2003 tal-4 ta' Novembru 2003 dwar l-immaniġġjar tal-isforz għas-sajd li jirrigwarda ċerti żoni u riżorsi tas-sajd tal-Komunità u li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 685/95 u (KE) Nru 2027/95 (2) jistabilixxi l-kriterji u l-proċeduri għal sistema relatata mal-ġestjoni tal-isforz għas-sajd fl-ibħra tal-Punent.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1415/2004 tad-19 ta' Lulju 2004 li jiffissa l-isforz annwali massimu tas-sajd għal ċerti żoni ta' sajd u għas-sajd (3) jistipula l-isforz annwali massimu tas-sajd għal kull Stat Membru u għal kull żona u sajd kif definit fl-Artikoli 3 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1954/2003.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta' Settembru 1983 jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni ta' informazzjoni dwar il-qabdiet ta' ħut tal-Istati Membri (4) m'għadux konformi mar-Regolamenti (KE) Nru 1954/2003 u 1415/2004 fir-rigward l-ibħra tal-Punent. Għalhekk meħtieġ li jiġi emendat l-Anness VIa għar-Regolament (KE) Nru 2807/83 biex jiġu riflessi dawn l-arranġamenti ġodda.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 779/97 (5) tal-24 ta' April 1997 li jintroduċi arranġamenti għat-tmexxija tal-isforz tas-sajd fil-Baħar Baltiku. L-obligazzjonijiet eżistenti għar-reġistrazzjoni tal-isforz għas-sajd fil-Baħar Baltiku għandhom jibqgħu fis-seħħ.

(5)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

L-Anness VIa għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 huwa sostitwit mill-Anness għal dan ir-Regolament

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ sebat ijiem wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta' Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

“ANNESS VIa

Tabella 1

L-ISFORZ GĦAS-SAJD — L-IBĦRA TAL-PUNENT — Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003

Sajd

Speċi fil-mira

Rimarki

Kodiċi għaż-żoni ta' sforz

Dimersali

L-ispeċijiet dimersali minbarra dawk koperti mir-Regolament (KE) Nru 2347/2002 (6)

A

:

ICES V-VI

B

:

ICES VII (Minbarra l-erja bijoloġikament sensittiv)

C

:

ICES VIII

Scallop

Scallop

D

:

ICES IX

E

:

ICES X

Granċijiet

Granċijiet li jittieklu u għaġuża

F

:

CECAF 34.1.1

G

:

CECAF 34.1.2

H

:

CECAF 34.2.0

J

:

L-Erja bijoloġikament sensittiv kif definita fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) nru 1954/2003


Tabella 2

L-ISFORZ GĦAS-SAJD — IL-BAĦAR BALTIKU– Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/97

Sajd

Speċi fil-mira

Rimarki

Kodiċi għaż-żoni ta' sforz

Sajd tal-qiegħ

 

T

:

Subdiviżjonijiet 22 sa 32

Pelaġiċi

Aringi, laċċa kaħla

U

:

Subdiviżjonijiet 30 u 31

X

:

Subdiviżjonijiet 22-29 u subdiviżjoni 32

Anadromiċi u tal-ilma ħelu

Salamun, troti tal-baħar u ħut tal-ilma ħelu

T

:

Subdiviżjonijiet 22 sa 32”


(1)  ĠU L 358, 20.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 289, 7.11.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 258, 19.7.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 276, 10.10.1983, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1965/2001 (ĠU L 268, 9.10.2001, p. 23).

(5)  ĠU L 113, 30.4.1997, p. 1.

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta' stokkijiet tal-baħar fond (ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

301


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1805/2005 tat-3 ta' Novembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 356/2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-immarkar u għall-identifikazzjoni ta’ rkaptu tas-sajd passiv u tat-tkarkir bit-travu

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1805/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1805/2005

tat-3 ta' Novembru 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 356/2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-immarkar u għall-identifikazzjoni ta’ rkaptu tas-sajd passiv u tat-tkarkir bit-travu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(c) u 20a(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa meħtieġ li jiġi speċifikat l-immarkar u l-identifikazzjoni ta' rkaptu passiv fil-politika komuni tas-sajd. Għalhekk ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 356/2005 tal-1 ta’ Marzu 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-immarkar u għall-identifikazzjoni ta’ rkaptu tas-sajd passiv u tat-tkarkir bit-travu (2);

(2)

L-esperjenza miksuba u l-parir reċenti mill-Istati Membri juru li l-użu ta' gavitelli intermedji, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 356/2005, iwassal għal diffikultajiet prattiċi fl-implimentazzjoni tagħhom;

(3)

Il-frekwenza tal-użu tal-gavitelli intermedji għandha tiġi riveduta billi jitqiesu l-kundizzjonijiet speċifiċi prevalenti fiż-żoni Komunitarji differenti tas-sajd;

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 356/2005 jinbidel mit-test li ġej:

“Artikolu 14

Bagi markaturi intermedji

1.   Il-gavitelli intermedji għandhom ikunu fissi mal-irkaptu passiv li jkun fih aktar minn 5 mili nawtiċi kif ġej:

(a)

il-gavitelli intermedji għandhom jintużaw f'distanzi ta' mhux aktar minn 5 mili nawtiċi sabiex l-ebda parti tal-irkaptu li jkun fih 5 mili nawtiċi jew aktar ma jitħalla mhux sinjalat.

(b)

il-gavitelli intermedji għandu jkollhom l-istess karatteristiċi bħal dawk tal-aħħar baga fis-settur tal-Lvant għajr fil-lewn tal-bnadar li jridu jkunu bojod.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, fil-Baħar Baltiku l-gavitelli intermedji għandhom ikunu fissi mal-irkaptu passiv li fih aktar minn mil nawtiku wieħed. Il-gavitelli intermedji għandhom jintużaw f'distanzi ta' mhux aktar minn mil nawtiku wieħed sabiex l-ebda parti tal-irkaptu li jkun fiha mil nawtiku wieħed jew aktar ma jitħalla mhux sinjalat.

Il-gavitelli intermedji għandu jkollhom l-istess karatteristiċi bħal dawk tal-aħħar baga fis-settur tal-Lvant għajr dan li ġej:

(a)

il-bnadar għandhom ikunu bojod;

(b)

kull ħames baga intermedja għandu jkollha riflettur tar-radar li jagħtu eku tal-anqas ta' żewġ mili nawtiċi.”

Artikolu 2

L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 356/2005 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 15

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-publikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006.”

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-publikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta' Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 768/2005 (ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 56, 2.3.2005, p. 8.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

303


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2005 li temenda d-Deċiżjonijiet 2001/689/KE, 2002/231/EC and 2002/272/EC, sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għal ċerti prodotti

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/783/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta' Ottubru 2005

li temenda d-Deċiżjonijiet 2001/689/KE, 2002/231/EC and 2002/272/EC, sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għal ċerti prodotti

(notifikata bid-dokument numru C(2005) 4102)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2005/783/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 dwar skema riveduta tal-għoti tal-ekotikketta Komunitarja (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord għall-Ittikkettjar Ekoloġiku tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-definizzjoni tal-grupp ta' prodotti u l-kriterji ekoloġiċi stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/689/KE tat-28 ta' Awwissu 2001 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għall-magni tal-ħasil tal-platti (2) jiskadu fit-28 ta' Awwissu 2006.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/231/KE tat-18 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti sabiex tingħata l-ekotikketta Komunitarja lix-xedd tar-riġel u li temenda d-Deċiżjoni 1999/179/KE (3) tiskadi fil-31 ta' Marzu 2007.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/272/KE tal-25 ta' Marzu 2002 li tistabilixxi l-kriterji ekoloġiċi sabiex tingħata l-ekotikketta Komunitarja lill-kisi iebes tal-art (4) tiskadi fil-31 ta' Marzu 2007.

(4)

B'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, saret analiżi f'waqtha tal-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, stabbiliti b'dawk id-Deċiżjonijiet.

(5)

Fid-dawl tar-reviżjoni ta' dawk il-kriterji u rekwiżiti, fil-tliet każijiet kollha jkun xieraq li l-perjodu ta' validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti jiġi mtawwal għal perjodu ta' sena.

(6)

Peress li l-obbligu ta' reviżjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 huwa limitat biss għall-kriterji ekoloġiċi u għar-rekwiżiti ta' stima u verifika, huwa xieraq li d-Deċiżjonijiet 2002/231/KE u 2002/272/KE jibqgħu fis-seħħ.

(7)

Id-Deċiżjonijiet 2001/689/KE, 2002/231/KE u 2002/272/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(8)

Il-miżuri pprovvduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2001/689/KE qed jitbiddel b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti tal-magni tal-ħasil tal-platti, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' evalwazzjoni u verifikazzjoni, se jibqgħu validi sat-28 ta' Awwissu 2007.”

Artikolu 2

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2002/231/KE qed jitbiddel b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti tax-xedd tar-riġel, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' evalwazzjoni u verifikazzjoni, se jibqgħu validi sal-31 ta' Marzu 2008.”

Artikolu 3

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2002/272/KE qed jitbiddel b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti tal-kisi iebes tal-art, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' evalwazzjoni u verifikazzjoni, se jibqgħu validi sal-31 ta' Marzu 2008.”

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 14 ta' Ottubru 2005.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 242, 12.9.2001, p. 23.

(3)  ĠU L 77, 20.3.2002, p. 50.

(4)  ĠU L 94, 11.4.2002, p. 13.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

305


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat rigward għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għal servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' Novembru 2005

dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat rigward għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għal servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali

(notifikata bid-dokument numru C(2005) 2673)

(2005/842/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 86(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 16 tat-Trattat jobbliga lill-Komunità, bla ħsara għall-Artikoli 73, 86 u 87, li tuża l-poteri tagħha b'tali mod li jiġi żgurat li ċerti servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali joperaw abbażi ta' prinċipji u kundizzjonijiet li jippermettulhom li jaqdu l-missjonijiet tagħhom.

(2)

Biex ċerti servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jkunu jistgħu joperaw abbażi ta' prinċipji u kundizzjonijiet li jippermettulhom jaqdu l-kompiti tagħhom, jista' jkun hemm in-neċessità li jingħata sostenn finanzjarju mill-Istat maħsub biex ikopri xi spejjeż speċifiċi, jew l-ispejjeż kollha, li joħorġu mill-obbligu ta' servizz pubbliku. Skont l-Artikolu 295 tat-Trattat, kif interpretat mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, huwa irrelevanti min-naħa tal-liġi tal-Komunità jekk servizzi bħal dawn ta' interess ekonomiku ġenerali jkunux operati minn intrapriżi pubbliċi jew privati.

(3)

L-Artikolu 86(2) tat-Trattat jistipula f'dan ir-rigward li intrapriżi inkarigati bit-tħaddim ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, jew li jkollhom il-karattru ta' monopolju li jiġġenera d-dħul, huma suġġetti għar-regoli fit-Trattat, b'mod partikolari għar-regoli tal-kompetizzjoni. Madankollu, l-Artikolu 86(2) jippermetti eċċezzjoni mir-regoli fit-Trattat, sakemm jintlaqgħu numru ta' kriterji. L-ewwelnett għandu jkun hemm att ta' trasferiment, li permezz tiegħu l-Istat jikkonferixxi r-responsabbiltà għat-twettiq ta' ċertu kompitu lil intrapriża. It-tieni, it-trasferiment għandu jkun marbut ma' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali. It-tielet, l-eċċezzjoni trid tkun neċessarja għat-twettiq tal-kompiti assenjati u proporzjonat ma' dik tal-fini (minn hawn 'il quddiem “l-obbligu neċessarju”). Fl-aħħarnett, l-iżvilupp tal-kummerċ m'għandux jiġi affetwat sa dak il-punt fejn ikun kuntrarju għall-interessi tal-Komunità.

(4)

Fis-sentenza tagħha fil-każ ta' Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg v Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH (1), il-Qorti tal-Ġustizzja qatgħetha li kumpens għal servizz pubbliku ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istati fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE, sakemm jintlaqgħu erba' kriterji kumulattivi. L-ewwelnett, l-intrapriża li tieħu l-għajnuna jrid ikollha tassew obbligi ta' servizz pubbliku xi twettaq, u l-obbligi jridu jkunu ddefiniti b'mod ċar. It-tieni, il-parametri li abbażi tagħhom jiġi kkalkulat il-kumpens irid jiġi stabbilit bil-quddiem b'mod oġġettiv u trasparenti. It-tielet, il-kumpens ma jistax jaqbeż dak li huwa neċessarju biex ikopri l-ispejjeż kollha jew parti minnhom ikkawżati mill-eżekuzzjoni tal-obbligi ta' servizz pubbliku, filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni għad-dħul relatat u għal qligħ raġonevoli. Fl-aħħarnett, meta l-għażla tal-impriża inkarigata bl-eżekuzzjoni ta' obbligi ta' servizz pubbliku, f'xi każ speċifiku, ma ssirx fil-qafas ta' proċedura ta' akkwist pubbliku li jippermetti li jintgħażel il-kandidat kapaċi li jipprovdi dawn is-servizzi bl-inqas prezz għall-komunità, il-livell tal-kumpens neċessarju jrid ikun iddeterminat fuq bażi ta' analiżi tal-ispejjeż li jkollha intrapriża medja, immexxija sewwa u mgħammra adegwatament b'mezzi ta' trasport.

(5)

Meta jintlaqgħu dawn l-erba' kriterji l-kumpens ta' servizz pubbliku ma jkunx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, u l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat ma japplikawx. Jekk l-Istati Membri ma jirrispettawx dawn il-kriterji, u jekk il-kriterji ġenerali għall-applikabbiltà tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat jintlaqgħu, il-kumpens ta' servizz pubbliku jkun jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u jkun suġġett għall-Artikoli 73, 86, 87 u 88 tat-Trattat. Din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tapplika biss għal kumpens ta' servizz pubbliku meta din tkun tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

(6)

L-Artikolu 86(3) tat-Trattat jippermetti lill-Kummissjoni tispeċifika t-tifsira u l-estensjoni tal-eċċezzjoni skont l-Artikolu 86(2) tat-Trattat, u li tfassal regoli maħsuba biex ikun hemm monitoraġġ effettiv tat-twettiq tal-kriterji kif imfissra fl-Artikolu 86(2), fejn ikun meħtieġ. Il-kundizzjonijiet li taħthom ċerti sistemi ta' kumpens ikunu kumpatibbli mal-Artikolu 86(2) u ma jkunux suġġetti għall-obbligu ta' notifika minn qabel skont l-Artikolu 88 (3) tat-Trattat għandhom għalhekk ikunu speċifikati.

(7)

Għajnuna bħal din tista' tiġi ddikjarata bħala kumpatibbli biss jekk tingħata sabiex jiġi żgurat l-għoti ta' servizzi li jkunu servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali kif imfisser fl-Artikolu 86 tat-Trattat. Mill-każistika jidher ċar li, ħlief għas-setturi fejn hemm leġiżlazzjoni tal-Komunità li tirregola l-kwistjoni, l-Istati Membri għandhom marġini wiesa' ta' diskrezzjoni fid-definizzjoni ta' servizzi li jistgħu jiġu kklassifikati bħala servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali. Għaldaqstant, bl-eċċezzjoni tas-setturi fejn hemm leġiżlazzjoni tal-Komunità li tirregola l-kwistjoni, il-kompitu tal-Kummissjoni huwa dak li tiżgura li ma jkun hemm l-ebda żball ovvju fejn tidħol id-definizzjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali.

(8)

Sabiex ikun jista' jiġi applikat l-Artikolu 86(2) tat-Trattat, l-intrapriża li tibbenefika mill-għajnuna għandha tkun ġiet inkarigata mill-Istat Membru bit-tħaddim ta' servizzi partikolari ta' interess ekonomiku ġenerali. Skont il-każistika dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat, att bħal dan jew atti ta' trasferiment għandhom jispeċifikaw, mill-anqas, in-natura preċiża, l-ambitu, u l-perjodu ta' validità tal-obbligi ta' servizz pubbliku imposti, u l-identità tal-intrapriżi kkonċernati.

(9)

Sabiex jiġi żgurat li l-kriterji imfissra fl-Artikolu 86(2) jintlaqgħu, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet aktar preċiżi li għandhom ikunu mwettqa fejn jidħol it-trasferiment tal-operazzjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali. Fil-fatt l-ammont ta' kumpens jista' jiġi kkalkolat u vverifikat biss jekk l-obbligi ta' servizz pubbliku li jkunu qed iġorru l-intrapriżi, u xi obbligi li jkun qed iġorr l-Istat, ikunu mfissra b'mod ċar f'att formali tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat. Il-forma tal-istrument tista' tvarja minn Stat Membru għall-ieħor iżda dan għandu jispeċifika, mill-anqas, in-natura preċiża, l-ambitu u l-perjodu ta' validità tal-obbligi ta' servizz pubbliku kif ukoll l-identità tal-intrapriżi kkonċernati, u l-ispejjeż li għandhom jinġarru mill-intrapriża kkonċernata.

(10)

Meta jiġu ddefiniti obbligi ta' servizz pubbliku, u meta jiġi evalwat jekk dawk l-obbligi jkunux qed jiġu ssodisfati mill-intrapriżi kkonċernati, l-Istati Membri huma mistiedna jagħmlu konsultazzjoni wiesgħa, b'enfażi partikolari fuq l-utenti.

(11)

Barra minn dan, sabiex tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni, l-Artikolu 86(2) jirrekjedi li l-kumpens m'għandux jeċċedi dak li hu neċessajru biex jiġu koperti l-ispejjeż li teħel intrapriża meta tkun qed teżegwixxi l-obbligi tagħha ta' servizz pubbliku, filwaqt li jittieħed kont ta' dħul relevanti u ta' qligħ xieraq. Dan għadu jiġi miftiehem bħala li jirreferi għall-ispejjeż attwali li teħel l-intrapriża inkwistjoni.

(12)

Kumpens li jkun aktar minn dak li hu neċessarju biex jiġu koperti l-ispejjeż li teħel l-intrapriża kkonċernata mhux neċessarju għat-tħaddim tas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, u għaldaqstant jikkostitwixxi għajnujna mill-Istat inkompatibbli li għandu jitħallas lura lill-Istat. Il-kumpens mogħti għat-tħaddim ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali iżda li fil-konkret jiġi użat mill-intrapriża kkonċernata biex jitħaddem f'suq ieħor huwa wkoll mhux neċessarju għat-tħaddim tas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, u għaldaqstant jikkostitwixxi wkoll għajnuna mill-Istat inkompatibbli li għandu jitħallas lura.

(13)

Sabiex ikun hemm garanzija ta' konformità mal-obbligu neċessarju stipulat fl-Artikolu 86(2) huwa meħtieġ li jiġu stipulati dispożizzjonijiet dwar il-kalkolu u l-monitoraġġ tal-ammont ta' kumpens li jingħata. L-Istati Membri għandhom jaraw b'mod regolari li l-kumpens mogħti ma jwassalx għal kumpens żejjed. Madankollu, sabiex jitħalla minimu ta' flessibbiltà għal intrapriżi u Stati Membri, fejn l-ammont ta' kumpens żejjed ma jkunx jaqbeż l-10 fil-mija tal-ammont ta' kumpens annwali, dan il-kumpens żejjed jista' jinġarr għall-perjodu ta' wara u mnaqqas mill-ammont ta' kumpens li altrimenti kien ikollu jitħallas. Id-dħul ta' intrapriżi inkarigati mit-tħaddim ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali jista' jvarja b'mod drammatiku, l-aktar minħabba r-riskju tal-insolvenza ta' sidien il-kera. Għaldaqstant, meta intrapriżi bħal dawn joperaw biss servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, għandu jkun possibbli li kull kumpens żejjed tul perjodu wieħed ikun jista' jinġarr għall-perjodu ta' wara, sa 20 % tal-kumpens annwali.

(14)

Sakemm il-kumpens jingħata lil intrapriżi inkarigati mit-tħaddim ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, l-ammont tal-kumpens ma jmurx lil hinn minn kemm iqumu s-servizzi, u l-limiti stabbiliti f'din id-Deċiżjoni ikunu rispettati, il-Kummissjoni tqis li l-iżvilupp tal-kummerċ mhux affettwat b'mod li jkun kuntrarju għall-interessi tal-Komunità. F'ċirkostanzi bħal dawn, il-Kummissjoni tqis li l-kumpens għandu jitqies bħala għajnuna mill-Istat kumpatibbli mal-Artikolu 86(2) tat-Trattat.

(15)

Ammonti żgħar ta' kumpens mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali li jkollhom fattura limitata, ma jaffettwawx l-iżvilupp tal-kummerċ u l-kompetizzjoni sa dak il-punt li jkunu kuntrarji għall-interessi tal-Komunità. Meta jkunu milqugħa l-kundizzjonijiet stabbiliti minn din id-Deċiżjoni, ma jkunx għalhekk aktar meħtieġ li tingħata notifikazzjoni minn qabel. Għall-iskop ta' definizzjoni tal-ambitu tal-eżenzjoni min-notifika għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-fatturat tal-intrapriżi li jkunu qed jirċievu kumpens ta' servizz pubbliku u l-livell ta' dan il-kumpens.

(16)

L-isptarijiet u l-intrapriżi inkarigati mill-akkomodazzjoni soċjali, fdati b'kompiti li jkunu jinvolu servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali għandhom karatteristiċi speċifiċi li jridu jittieħdu f'kunsiderazzjoni. B'mod partikolari, irid jittieħed kont tal-fatt li fl-istadju preżenti tal-iżvilupp tas-suq intern, l-intensità tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni f'dawn is-setturi mhix neċessarjament proporzjonata mal-livell ta' fattura u ta' kumpens. Għaldaqstant, sptarijiet li jipprovdu kura tas-saħħa, inkluż fejn ikun japplika servizzi ta' emerġenza u servizzi anċillari direttament relatati mal-attivitajiet prinċipali, speċjalment fil-qasam tar-riċerka, u intrapriżi inkarigati mill-akkomodazzjoni soċjali li jipprovdu akkomodazzjoni għal ċittadini żvantaġġjati jew gruppi li jbatu minn żvantaġġ soċjali, li minħabba restrizzjonijiet ta' flus kontanti ma jkunux jistgħu jakkwistaw akkomodazzjoni bil-kundizzjonijiet tas-suq, għandhom jibbenefikaw mill-eżenzjoni min-notifikazzjoni stipulata f'din id-Deċiżjoni, anki jekk l-ammont ta' kumpens li jirċievu ikun jaqbeż il-limiti stabbiliti minn din id-Deċiżjoni, meta s-servizzi mwettqa ikunu jikkwalifikaw bħala servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali mill-Istati Membri.

(17)

L-Artikolu 73 tat-Trattat jikkostitwixxi lex specialis fir-rigward tal-Artikolu 86(2). Jistipula r-regoli applikabbli għall-kumpens ta' servizz pubbliku fis-settur tat-trasport fuq l-art. Dak l-Artikolu kien ġie żviluppat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 tas-26 ta' Ġunju 1969 dwar azzjoni mill-Istati Membri dwar l-obbligi inerenti fil-kunċett ta' servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (2), li jistipula kundizzjonijiet ġenerali għal obbligi ta' servizz pubbliku fis-settur tat-trasport fuq l-art u jimponi metodi għall-kalkolu tal-kumpens. Ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 jeżenta kull kumpens fis-settur tat-trasport tal-art li jkun jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' notifika skont l-Artikolu 88(3) tat-Tratttat. Jippermetti wkoll lill-Istati Membri li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tiegħu fil-każ ta' intrapriżi li jkunu jipprovdu esklużivament trasport urban, suburban jew reġjonali. Fejn tiġi applikata dik id-deroga, kull kumpens għal obbligi ta' servizz pubbliku jkun, safejn ikun jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, regolat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1107/70 tal-4 ta' Ġunju 1970 dwar l-għoti ta' għajnuniet għal trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma intern (3). Skont is-sentenza fil-kawża “Altmark”, il-kumpens li ma jkunx jissodisfa d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 73 ma jistax jiġi ddikjarat kumpatibbli mat-Trattat buq il-bażi tal-Artikolu 86(2), jew fuq il-bażi ta' xi dispożizzjoni oħra tat-Trattat. Għaldaqstant, kumpens bħal dan mhux kopert b'din id-Deċiżjoni.

(18)

Għall-kuntrarju tat-trasport fuq l-art, is-setturi tat-trasport marittimu u bl-ajru huma soġġetti għall-Artikolu 86(2) tat-Trattat. Fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji (4) u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta' Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (5) jinsabu ċerti regoli applikabbli għall-kumpens ta' servizz pubbliku fis-setturi tat-trasport bl-ajru u dak marittimu. Madankollu, għall-kuntrarju tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 applikabbli għat-trasport fuq l-art, dawn ir-Regolamenti dwar it-trasport bl-ajru u dak marittimu ma jirreferux għall-kumpatibbiltà tal-elementi possibbli ta' għajnuna mill-Istat u lanqas ma fihom xi eżenzjoni mill-obbligu ta' notifika skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat. Jidher għaldaqstant li jkun xieraq li din id-deċiżjoni tiġi applikata għall-kumpens ta' servizz pubbliku fis-setturi tat-trasport bl-ajru u dak marittimu sakemm, barra li jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-deċiżjoni preżenti, kumpensi bħal dawn ikunu jissodisfaw ukoll ir-regoli settorjali li hemm fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92, fejn ikun applikabbli.

(19)

Il-limiti li japplikaw għall-kumpens ta' servizz pubbliku fis-setturi tat-trasport bl-ajru u dak marittimu għandhom normalment ikunu l-istess bħal dawk applikabbli b'mod ġenerali. Madankollu, fil-każijiet speċifiċi ta' kumpens ta' servizz pubbliku għal konnessjonijiet bl-ajru jew marittimi lejn gżejjer u għal ajruporti u portijiet li jkunu servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali kif imsemmi fl-Artikolu 86(2) tat-Trattat, jidher li jkun aktar xieraq li jiġu stabbiliti limiti bbażati fuq l-għadd medju ta' passiġġieri kull sena, peress li dan ikun aktar f'konformità mar-realtà ekonomika ta' dawn l-attivitajiet.

(20)

Din id-Deċiżjoni hija f'miżura wiesgħa forma ta' speċifikar tat-tifsira u tal-firxa tal-eċċezzjoni stipulata fl-Artikolu 86(2) tat-Trattat peress li kienet applikata b'mod konsistenti fil-passat mill-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-Prim'istanza u mill-Kummissjoni. Sakemm ma timmodifikax il-liġi materjali applikabbli f'dan il-qasam, għandha tapplika b'mod immedjat. Madankollu, ċerti dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni jmorru lil hinn mill-istatus quo billi jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali maħsuba biex ikun jista' jsir monitoraġġ effettiv tal-kriterji mfissra fl-Artikolu 86(2). Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa f'dan ir-rigward, ikun xieraq li wieħed jistipula perjodu ta' sena qabel ma jibdew japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi.

(21)

L-eżenzjoni mir-rekwiżit ta' notifika minn qabel għal ċerti servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali ma jeskludix il-possibbiltà għall-Istati Membri li jinnotifikaw xi proġett speċifiku ta' għajnuna. Notifika bħal din għandha tkun evalwata skont il-linji-gwida tal-Komunità għal għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku (6).

(22)

Din id-Deċiżjoni tapplika bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Dirtettiva tal-Kummissjoni 80/723/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1980 dwar it-trasparenza ta’ relazzjonijiet finanzjarji bejn Stati Membri u intrapriżi pubbliċi kif ukoll trasparenza finanzjarja f’ċerti intrapriżi (7).

(23)

Din id-Deċiżjoni tapplika bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Komunità li huma fis-seħħ fl-oqsma tal-akkwist pubbliku u tal-kompetizzjoni, b'mod partikolari l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat.

(24)

Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni japplikaw bla ħsara għal dispożizzjonijiet speċifiċi aktar stretti li għandhom x'jaqsmu ma' obbligi ta' servizz pubbliku li jinsabu f'leġiżlazzjoni settorjali tal-Komunità.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Iskop

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom għandha titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni u eżenti mill-obbligu ta' notifika kif stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku mogħti lil ċerti intrapriżi inkarigati mit-tħaddim ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali.

Artikolu 2

L-Ambitu

1.   Din id-Deċiżjoni tapplika għall-għajnuna mill-Istati li ġejja, fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku mogħti lil intrapriżi f'rabta ma' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali kif imsemmi fl-Artikolu 86(2) tat-Trattat:

(a)

kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil intrapriżi li jkollhom fatturat medju annwali qabel it-taxxa, meta wieħed jinkludi l-attivitajiet kollha, ta' inqas minn EUR 100 miljun matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel dik is-sena li fiha jkun ingħatalha s-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, u li jirċievu kumpens annwali għas-servizz inkwistjoni ta' anqas minn EUR 30 miljun.

(b)

kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil sptarijiet u intrapriżi ta' akkomodazzjoni soċjali li jkunu qed jagħmlu attivitajiet meqjusa bħala servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali mill-Istat Membru kkonċernat

(c)

kumpens għal servizz pubbliku mogħti għal konnessjonijiet bl-ajru jew marittimi lejn gżejjer fejn it-traffiku medju annwali matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel dik is-sena li fiha jkun ingħata s-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali ma jkunx jaqbeż it-300 000 passiġġier.

(d)

kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil ajruporti u portijiet fejn it-traffiku medju annwali matul is-sentejn finanzjarji qabel is-sena li fiha jkun ġie assenjat is-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali ma jkunx jaqbeż il-miljun passiġġier fil-każ ta' ajruporti u 300 000 passiġġier fil-każ ta' portijiet.

Il-limitu ta' EUR 30 miljun fil-punt (a) tal-ewwel sottoparagrafu jista' jiġi stabbilit billi tittieħed medja annwali li tirrappreżenta l-valur tal-kumpens mogħti matul il-perjodu tal-kuntratt jew fuq perjodu ta' ħames snin. Għal istituzzjonijiet ta' kreditu, il-limitu ta' EUR 100 miljun ta' fatturat għandu jinbidel b'limitu ta' EUR 800 miljun f'termini ta' total ta' karta tal-bilanċ.

2.   Fil-qasam tat-trasport bl-ajru u dak marittimu, din id-Deċiżjoni għandha tapplika biss għal għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku mogħti lil intrapriżi f'rabta mas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali kif imsemmi fl-Artikolu 86(2) tat-Trattat u, meta applikabbli, fir-rispett tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92.

Din id-deċiżjoni ma tapplikax fil-qasam tat-trasport fuq l-art.

Artikolu 3

Kumpatibbiltà u eżenzjoni min-notifika

L-għajnujna mill-istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku li tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dn id-Deċiżjoni għandha tkun kumpatibbli mas-suq komuni u għandha tkun eżenti mill-obbligu ta' notifika minn qabel kif stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, bla ħsara għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet aktar stretti dwar obbligi ta' servizz pubbliku li hemm fil-leġiżlazzjoni settorjali tal-Komunità.

Artikolu 4

Il-Mandat

Sabiex din id-Deċiżjoni tkun tapplika, ir-responsabbiltà tat-tħaddim tas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali għandha tkun fdata lill-intrapriża kkonċernata permezz ta' atti uffiċjali wieħed jew aktar, fil-forma li tista' tkun stabbilita minn kull Stat Membru. L-att jew atti għandhom jispeċifikaw b’mod partikolari:

(a)

in-natura u l-perjodu ta' validità tal-obbligi ta' servizz pubbliku;

(b)

l-intrapriżi u t-territorju involut;

(c)

in-natura ta' xi drittijiet esklużivi jew speċjali mogħtija lill-intrapriżi;

(d)

il-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-reviżjoni tal-kumpens;

(e)

l-arranġamenti biex jiġi evitat u jiġi rkuprat kumpens eċċessiv.

Artikolu 5

Kumpens

1.   Il-kumpens m'għandux jisboq dak li hu meħtieġ biex ikopri l-ispiża li ssir fl-eżekuzzjoni tal-obbligi ta' servizz pubbliku wara li jittieħed kont tad-dħul rilevanti u ta' profitt raġonevoli fuq il-kapital proprju għall-eżekuzzjoni ta' dawk l-obbligi. Dan il-kumpens għandu jkun użat konkretament sabiex jitħaddem is-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, bla ħsara għall-possibbiltà li l-intrapriża tkun tista' tgawdi b'mod normali l-profitt raġjonevoli tagħha.

L-ammont ta' kumpens għandu jkun jinkludi l-vantaġġi kollha mogħtija mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istati tkun xi tkun il-forma. Il-profitt raġjonevoli għandu jieħu f'kunsiderazzjoni xi parti mit-titjib fil-produzzjoni, jew it-titjib kollu, li l-intraprizi kkonċernati jkunu kisbu matul perjodu maqbul, mingħajr ma jiġi affetwat il-livell ta' kwalità tas-servizzi stabbiliti mill-Istat.

2.   L-ispejjeż li għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni għandhom jinkludu l-ispejjeż kollha involuti fit-tħaddim tas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali. Għandhom ikunu kkalkolati, fuq il-bażi ta' prinċipji tal-kontabbiltà analitika aċċettati b'mod ġenerali, kif ġej:

(a)

Meta l-attivitajiet tal-intrapriża inkwistjoni ikunu limitati għas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, ikunu jistgħu jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-ispejjeż kollha.

(b)

meta l-intrapriża tkun twettaq ukoll attivitajiet li jkunu jaqgħu barra l-ambitu tas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, huma biss l-ispejjeż marbuta mas-servizz ta' interess ġenerali li għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni

(c)

l-ispejjeż allokati għas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali jista' jkun ikopri l-ispejjeż varjabbli kollha marbuta mal-forniment tas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, kontribut proporzjonat għal spejjeż fissi komuni sew għas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali kif ukoll għal attivitajiet oħra, u ritorn fuq il-kapital meħtieġ biex ikun jista' jitħaddem is-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, f'konformità mar-ritorn tas-suq normali għas-settur.

(d)

l-ispejjeż marbuta mal-investiment, b'mod speċjali fejn tidħol l-infrastruttura, jistgħu jittieħdu f'kunsiderazzjoni meta jkun meħtieġ għat-tħaddim tas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali.

3.   Id-dħul li tiegħu għandu jittieħed kont għandu jkun jinkludi mill-anqas id-dħul kollu miksub mis-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali. Jekk l-intrapriża inkwistjoni jkollha drittijiet speċjali jew esklużivi marbuta ma' servizz ieħor ta' interess ekonomiku ġenerali li jkun jiġġenera qligħ li jkun aktar minn raġjonevoli, jew benefiċċji minn vantaġġi oħra mogħtija mill-Istat, dawn għandhom ikunu inklużi fid-dħul tagħha, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tagħhom għall-fini tal-Artikolu 87. L-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li l-qligħ li jiġi minn attivitajiet oħra barra l-ambitu tas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali għandu jiġi assenjat, kollu jew in parti, għall-iffinanzjar tas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali.

4.   Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni “qligħ raġjonevoli” jfisser rata ta' ritorn fuq il-kapital proprju li tkun tieħu f'kunsiderazzjoni r-riskju, jew in-nuqqas ta' riskju, li l-intrapriża tkun qed tieħu bis-saħħa tal-intervent mill-Istat Membru, partikolarment jekk dan tal-aħħar jikkonċedi drittijiet esklussivi jew speċjali. Din ir-rata normalment m'għandhiex tkun teċċedi r-rata medja għas-settur ikkonċernat fi snin reċenti. F'setturi fejn ma jkun hemm l-ebda intrapriża kumparabbli mal-intrapriża inkarigata bit-tħaddim tas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, jista' jsir tqabbil ma' intrapriżi lokalizzati fi Stati Membri oħra jew, jekk ikun meħtieġ, f'setturi oħra, sakemm il-karatteristiċi partikolari ta' kull settur jittieħdu f'kunsiderazzjoni. Meta jiġi stabbilit x'jikkostitwixxi qligħ raġjonevoli, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu kriterji ta' inċentiv relatati, b'mod partikolari, mal-kwalità tas-servizz ipprovdut u l-kisbiet fl-effiċjenza produttiva.

5.   Meta kumpanija twettaq attivitajiet li jaqgħu sew fi ħdan kif ukoll barra l-ambitu tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, il-kontijiet interni għandhom juru b'mod separat l-ispejjeż u d-dħul marbuta mas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali u dawk ta' servizzi oħra, kif ukoll il-parametri li bihom jiġu allokati l-ispejjeż u d-dħul.

L-ispejjeż marbuta ma' xi attività li tkun barra mill-ambitu tas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali għandhom ikopru l-ispejjeż varjabbli kollha, kontribut xieraq lejn l-ispejjeż komuni fissi, kif ukoll ritorn xieraq fuq il-kapital. M'għandu jingħata l-ebda kumpens fejn jidħlu dawn l-ispejjeż.

Artikolu 6

Il-kontroll ta' kumpens żejjed

L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli regolari, jew jaraw li jsiru dawn il-kontrolli, biex jiżguraw li l-intrapriżi ma jkunux qed jirċievu xi kumpens li jkun aktar mill-ammont stabbilit skont l-Artikolu 5.

L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-intrapriża kkonċernata tħallas lura xi kumpens żejjed li tkun ingħatat, kif ukoll li għall-quddiem il-parametri tal-kalkolu jkunu aġġornati. Meta l-ammont tal-kumpens żejjed ma jkunx jaqbeż l-10 fil-mija tal-ammont tal-kumpens annwali, kumpens żejjed bħal dan jista' jiġi trasferit 'il quddiem għall-perjodu annwali li jkun imiss, u mnaqqas mill-ammont ta' kumpens li jkollu jitħallas għal dak il-perjodu.

Fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli regolari, jew jaraw li dawn il-kontrolli jsiru, fil-livell ta' kull intrapriża, biex jiżguraw li l-intrapriża kkonċernata ma tkunx qed tirċievi kumpens iżjed mill-ammont stabbilit skont l-Artikolu 5. Xi kumpens żejjed jista' jiġi trasferit għall-perjodu li jkun imiss, sa 20 fil-mija tal-kumpens annwali, sakemm l-intrapriża kkonċernata tkun topera biss servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali.

Artikolu 7

Disponibilità ta' informazzjoni

L-Istati Membri għandhom iżommu disponibbli għal perjodu ta' mill-anqas għaxar snin l-elementi kollha neċessarji biex jiġi determinat jekk il-kumpens mogħti ikunx kumpatibbli ma' din id-Deċiżjoni.

Fuq talba bil-miktub mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li din tal-aħħar tkun tqis meħtieġa biex tkun tista' tistabbilixxi jekk is-sistemi ta' kumpens fis-seħħ ikunux kumpatibbli ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Rapporti

Kull tliet snin għandhom jiġu sottomessi lill-Kumissjoni rapporti perjodiċi dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, li jkunu jinkludu deskrizzjoni dettaljata tal-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni fis-setturi kollha, inkluzi dawk tal-akkomodazzjoni soċjali u l-isptarijiet.

L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat sad-19 ta' Diċembru 2008.

Artikolu 9

Il-valutazzjoni

Sa mhux aktar tard mid-19 ta' Diċembru 2009, il-Kummissjoni se twettaq valutazzjoni tal-impatt ibbażata fuq informazzjoni fattwali u r-riżultati ta' konsultazzjoni wiesgħa mmexxija mill-Kummissjoni abbażi b'mod partikolari ta' dejta li tkun ipprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 8.

Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt isiru disponibbli għall-Parlament Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u għall-Istati Membri.

Artikolu 10

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fid-19 ta' Diċembru 2005.

L-Artikolu 4, punti (c), (d) u (e), u l-Artikolu 6 għandhom japplikaw mid-29 ta' Novembru 2006.

Artikolu 11

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 28 ta' Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  [2003] ECR I-7747.

(2)  ĠU L 156, 28.6.1969, p. 1 Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1893/91 (ĠU L 169, 29.6.1991, p. 1).

(3)  ĠU L 130, 15.6.1970, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 543/97 (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 6).

(4)  ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

(5)  ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7.

(6)  ĠU C 297, 29.11.2005.

(7)  ĠU L 195, 29.7.1980, p. 35. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2000/52/KE (ĠU L 193, 29.7.2000, p. 75)


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

312


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2005 rigward l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika mal-Konvenzjoni dwar Notifikazzjoni Bikrija ta’ Inċident Nukleari

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/844/Euratom għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Novembru 2005

rigward l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika mal-Konvenzjoni dwar Notifikazzjoni Bikrija ta’ Inċident Nukleari

(2005/844/Euratom)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2005 li tapprova l-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar Notifikazzjoni Bikrija ta’ Inċident Nukleari,

Billi:

(1)

Erbgħa u għoxrin Stat Membru huma partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni dwar Notifikazzjoni Bikrija ta’ Inċident Nukleari.

(2)

Il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għandha tissieħeb fil-Konvenzjoni dwar l-Assistenza f’każ ta’ Inċident Nukleari u Emerġenza Radjoloġika.

IDDEĊIDIET SKONT KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-adeżjoni mal-Konvenzjoni dwar Notifikazzjoni Bikrija ta’ Inċident Nukleari qed tiġi approvata bil-preżenti f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

It-test tal-Konvenzjoni dwar Notifikazzjoni Bikrija ta’ Inċident Nukleari u d-dikjarazzjoni mill-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(5)(c) ta’ dik il-Konvenzjoni huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-istrument tal-adeżjoni għandu jiġi ddepożitat għand id-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika, id-depożitarju tal-Konvenzjoni dwar l-Assistenza f’każ ta’ Inċident Nukelari jew Emerġenza Radjoloġija, kemm jista’ jkun malajr wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fil-forma ta’ ittra ffirmata mill-Kap tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea lill-Organizzazzjonijiet Internazzjonali fi Vjenna.

Magħmula fi Brussell, 25 ta' Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Andris PIEBALGS

Membru tal-Kummissjoni


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

313


Rettifika għall-Konvenzjoni dwar Notifikazzjoni Bikrija ta’ Inċident Nukleari

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

It-test tal-Konvenzjoni għandha taqra:

KONVENZJONI DWAR NOTIFIKAZZJONI BIKRIJA TA’ INĊIDENT NUKLEARI

L-ISTATI PARTIJIET GĦAL DIN IL-KONVENZJONI,

FILWAQT LI HUMA KONXJI li qed isiru attivitajiet nukleari f’diversi Stati,

FILWAQT LI JINNUTAW li ttieħdu u qed jittieħdu miżuri komprensivi biex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà f’attivitajiet nukleari, immirati biex jevitaw inċidenti nukleari u biex jimminimizzaw il-konsegwenzi ta’ kwalunkwe inċident bħal dan, li kieku kellu jseħħ,

FILWAQT LI JIXTIEQU li jsaħħu aktar il-kooperazzjoni internazzjonali fl-iżvilupp u fl-użu bla periklu tal-enerġija nukleari,

FILWAQT LI JINSABU KONVINTI tal-ħtieġa għall-Istati li jipprovdu informazzjoni relevanti dwar inċidenti nukleari kmieni kemm jista’ jkun sabiex il-konsegwenzi radjoloġiċi jkunu jistgħu jiġu minimizzati,

FILWAQT LI JINNUTAW l-utilità ta’ arranġamenti bilaterali dwar l-iskambju ta’ informazzjoni f’dan il-qasam,

FTIEHMU dan li ġej:

Artikolu 1

Ambitu tal-applikazzjoni

1.   Din il-Konvenzjoni għandha tapplika fil-każ ta’ kwalunkwe inċident li jinvolvi faċilitajiet jew attivitajiet ta’ Stat Parti jew ta’ persuni jew entitajiet legali taħt il-ġuriżdizzjoni jew kontroll tagħhom, li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 taħt, li minnhom iseħħ jew jista’ jseħħ rilaxx ta’ materjal radjuattiv u li jkun irriżulta f’rilaxx transkonfinali internazzjonali li jista’ jkun sinjifikanti fir-rigward tas-sigurtà radjoloġika għal Stat ieħor.

2.   Il-faċilitajiet u l-attivitajiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 huma li ġejjin:

a.

kwalunkwe reattur nukleari ikun fejn ikun jinsab;

b.

kwalunkwe faċilità taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari;

c.

kwalunkwe faċilità ta’ ġestjoni ta’ skart radjuattiv;

d.

il-ġarr u l-ħżin ta’ fjuwils nukleari jew ta’ skart radjuattiv;

e.

il-manifattura, l-użu, il-ħżin, ir-rimi u l-ġarr ta’ radjoisotopi għal għanijiet agrikoli, industrijali, mediċinali u għanijiet xjentifiċi u ta’ riċerka; u

f.

l-użu ta’ radjoisotopi għall-ġenereazzjoni tal-enerġija f’oġġetti spazjali.

Artikolu 2

Notifikazzjoni u informazzjoni

Fil-każ ta’ inċident speċifikat fl-Artikolu 1 (minn hawn ’il quddiem issir referenza għalih bħala “inċident nukleari”), l-Istat Parti li hemm referenza għalih f’dan l-Artikolu għandu:

a.

javża minnufih direttament jew permezz tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika (minn hawn ’il quddiem issir referenza għaliha bħala l-“Aġenzija”), lil dawk l-Istati li huma jew jistgħu jkunu affettwati fiżikament kif speċifikat fl-Artikolu 1 u lill-Aġenzija dwar l-inċident nukleari, in-natura tiegħu, il-ħin ta’ meta seħħ u l-post eżatt fejn ikun jixraq; u

b.

iforni minnufih lill-Istati msemmija fis-subparagrafu (a), direttament jew permezz tal-Aġenzija, u lill-Aġenzija bl-informazzjoni disponibbli rilevanti sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ konsegwenzi radjoloġiċi f’dawk l-Istati, kif speċifikat fl-Artikolu 5.

Artikolu 3

Inċidenti nukleari oħra

Sabiex jitnaqqsu l-konsegwenzi radjoloġiċi kemm jista’ jkun, l-Istati Partijiet jistgħu jinnotifikaw ukoll fil-każ ta’ inċidenti nukleari għajr dawk speċifikati fl-Artikolu 1.

Artikolu 4

Funzjonijiet tal-Aġenzija

L-Aġenzija għandha:

a.

tinforma minnufih lill-Istati Partijiet, lill-Istati Membri, lill-Istati l-oħra li huma jew li jistgħu jkunu affettwati fiżikament kif speċifikat fl-Artikolu 1 u lill-organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali rilevanti (minn hawn ’il quddiem issir referenza għalihom bħala “organizzazzjonijiet internazzjonali”) dwar in-notifika li din tkun irċeviet skont is-subparagrafu (a) tal-Artikolu 2; u

b.

tforni minnufih lil kwalunkwe Stat Parti, Stat Membru jew organizzazzjoni internazzjonali rilevanti, fuq talba, bl-informazzjoni li din tkun irċeviet skont is-subparagrafu (b) tal-Artikolu 2.

Artikolu 5

Informazzjoni li trid tiġi fornuta

1.   L-informazzjoni li trid tiġi fornuta skont is-subparagrafu (b) tal-Artikolu 2 għandha tinkludi d-data li ġejja kif kienet disponibbli lill-Istat Parti li jagħmel in-notifika:

a.

il-ħin, il-post eżatt fejn jixraq, u n-natura tal-inċident nukleari;

b.

il-faċilità jew l-attività involuta;

c.

il-kawża preżunta jew stabbilita u l-iżvilupp previdibbli tal-inċidenti nukleari rilevanti għar-rilaxx transkonfinali ta’ materjali radjuattivi;

d.

il-karatteristiċi ġenerali tar-rilaxx radjuattiv, inkluż, sa kemm ikun prattiku u xieraq, in-natura, il-forma fiżika u kimika probabbli u l-kwantità, il-kompożizzjoni u l-għoli effettiv tar-rilaxx radjuattiv;

e.

informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet meteoroloġiċi u idroloġiċi preżenti u mbassra, meħtieġa biex jitbassar ir-rilaxx transkonfinali ta’ materjali radjuattivi;

f.

ir-riżultati tal-monitoraġġ ambjentali rilevanti għar-rilaxx transkonfinali ta’ materjali radjuattivi;

g.

il-miżuri ta’ protezzjoni meħudin jew ippjanti barra mis-sit;

h.

l-imġiba prevista tar-rilaxx radjuattiv matul iż-żmien.

2.   Din l-informazzjoni għandha tkun issupplimentata, f’intervalli xierqa, b’informazzjoni rilevanti oħra dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni tal-emerġenza, inkluż it-terminazzjoni previdibbli jew attwali tagħha.

3.   L-informazzjoni li din tirċievi skont is-subparagrafu (b) tal-Artikolu 2 tista’ tintuża mingħajr restrizzjoni, ħlief meta din l-informazzjoni tiġi fornuta b’mod kunfidenzjali mill-Istat Parti li jagħmel in-notifika.

Artikolu 6

Konsultazzjonijiet

Stat Parti li jforni l-informazzjoni skont is-subparagrafu (b) tal-Artikolu 2 għandu, sa fejn ikun prattiku b’mod raġonevoli, iwieġeb minnufih għat-talba għal aktar informazzjoni jew konsultazzjonijiet li jintalbu mill-Stat Parti affettwat, bil-ħsieb li jiġu minimizzati l-konsegwenzi radjoloġiċi f’dak l-Istat.

Artikolu 7

Awtoritajiet kompetenti u punti ta’ kuntatt

1.   Kull Stat Parti għandu jgħarraf lill-Aġenzija u lill-Istati Partijiet l-oħrajn, direttament jew permezz tal-Aġenzija, min huma l-awtoritajiet kompetenti u l-punt ta’ kuntatt tiegħu li huma responsabbli biex joħorġu u jirċievu n-notifika u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2. Dawn il-punti ta’ kuntatt u l-punt fokali fi ħdan l-Aġenzija għandhom ikunu disponibbli l-ħin kollu.

2.   Kull Stat Parti għandu jinforma minnufih lill-Aġenzija bi kwalunkwe bidla li tista’ ssir fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.   L-Aġenzija għandha żżomm lista aġġornata ta’ dawn l-awtoritajiet nazzjonali u tal-punti ta’ kuntatt kif ukoll il-punti ta’ kuntatt tal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti u għandha tagħtiha lill-Istati Partijiet u lill-Istati Membri kif ukoll lill-organizzazzjonjiet internazzjonali rilevanti.

Artikolu 8

Għajnuna lil Stati Partijiet

L-Aġenzija għandha, skont l-Istatut tagħha u fuq it-talba ta’ Stat Parti li ma jkollux attivitajiet nukleari u li jkun jikkonfina ma’ Stat li jkollu programm nukleari attiv iżda ma jkunx Parti, twettaq investigazzjonijiet dwar il-fattibbiltà u l-istabbiliment ta’ sistema adattata għas-sorveljanza tar-radjazzjoni biex tiffaċilita l-ilħuq tal-għanijiet tal-Konvenzjoni.

Artikolu 9

Ftehimiet bilaterali u multilaterali

Biex ikattru l-interessi reċiproċi tagħhom, l-Istati Partijiet jistgħu jikkunsidraw, fejn iqisu bħala xieraq, il-konklużjoni ta’ ftehimiet bilaterali u multilaterali li jkunu relatati mas-suġġett ta’ din il-Konvenzjoni.

Artikolu 10

Relazzjoni ma’ ftehimiet internazzjonali oħra

Din il-Konvenzjoni ma taffettwax id-drittijiet u l-obbligi reċiproċi tal-Istati Partijiet taħt ftehimiet internazzjonali eżistenti li huma relatati mal-materji koperti minn din il-Konvenzjoni, jew taħt ftehimiet internazzjonali fil-futur konklużi skont l-ambitu u l-għan ta’ din il-Konvenzjoni.

Artikolu 11

Soluzzjoni ta’ kwistjonijiet

1.   F’każ ta’ kwistjoni bejn Stati Partijiet, jew bejn Stat Parti u l-Aġenzija, rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ din il-Konvenjoni, il-partijiet fil-kwistjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jsolvu l-kwistjoni b’negozjar jew bi kwalunkwe mezz paċifiku ieħor ta’ soluzzjoni ta’ kwistjonijiet li jkun aċċettabbli għalihom.

2.   Jekk kwistjoni ta’ dan it-tip bejn l-Istati Partijiet ma tissolviex fi żmien sena mit-talba għall-konsultazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, din għandha, fuq it-talba ta’ kwalunkwe parti f’din il-kwistjoni, titressaq għall-arbitraġġ jew tiġi referuta quddiem il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja għal deċiżjoni. Meta kwistjoni titressaq għall-arbitraġġ, jekk, fi żmien sitt xhur mid-data tat-talba, il-partijiet fil-kwistjoni ma jilħqux ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-arbitraġġ, parti minnhom tista’ titlob lill-President tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja jew lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti biex jaħtru arbitru wieħed jew aktar. F’każijiet ta’ talbiet konfliġġenti mill-partijiet fil-kwistjoni, it-talba lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jkollha prijorità.

3.   Meta jiffirma, jirratifika, jaċċetta, japprova jew jaderixxi ma; din il-Konvenzjoni, Stat jista’ jiddikjara li hu ma jikkunsidrax lilu nnifsu bħala marbut b’waħda mill-proċeduri, jew biż-żewġ proċeduri, tas-soluzzjoni ta’ kwistjonijiet previsti fil-paragrafu 2. L-Istati Partijiet l-oħra ma jintrabtux bi proċedura ta’ soluzzjoni ta’ kwistjonijiet prevista fil-paragrafu 2 fir-rigward ta’ Stat Parti li għalih din id-dikjarazzjoni tkun fis-seħħ.

4.   Stat Parti li jagħmel dikjarazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 jista’, fi kwalunkwe żmien, jirtiraha b’notifika li tintbagħat lid-depożitarju.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

1.   Din il-Konvenzjoni għandha tkun miftuħa għall-iffirmar mill-Istati kollha u n-Namibja, rappreżentata mill-Kunsill tan-Nazzjonijiet għan-Namibja, fil-Kwartieri Ġenerali tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika fi Vjenna u fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York, mis-26 ta’ Settembru 1986 u s-6 ta’ Ottubru 1986 rispettivament, sad-dħul fis-seħħ tagħha jew għal tnax-il xahar, skont liema perjodu jkun l-itwal.

2.   Kwalunkwe Stat u n-Namibja, din tal-aħħar rappreżentata mill-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti għan-Namibja, jistgħu jesprimu l-kunsens tagħhom li jintrabtu b’din il-Konvenzjoni billi jiffirmaw, jew billi jiddepożitaw strument ta’ ratifikazzjoni, aċċettazzjoni jew approvazzjoni wara l-iffirmar soġġett għar-ratifikazzjoni, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni, jew permezz tad-depożitu ta’ strument ta’ adeżjoni. L-istrumenti tar-ratifikazzjoni, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni għandhom jiġu ddepożitati għand id-depożitarju.

3.   Din il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ tletin jum wara li tliet Stati jkunu esprimew il-kunsens tagħhom li jintrabtu.

4.   Għal kull Stat li jesprimi l-kunsens tiegħu li jintrabat b’din il-Konvenzjoni wara d-dħul fis-seħħ tagħha, din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ għal dak l-Istat wara tletin jum mid-data li fiha jkun esprima l-kunsens tiegħu.

5.

a.

Din il-Konvenzjoni għandha tibqa’ miftuħa għall-adeżjoni, kif previst f’dan l-Artikolu, tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u tal-organizzazzjonijiet ta’ integrazzjoni reġjonali, ikkostitwiti minn Stati sovrani, li jkollhom il-kompetenzi fir-rigward tan-negozjar, il-konklużjoni u l-applikazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet koperti b’din il-Konvenzjoni.

b.

Fi kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tagħhom dawn l-organizzazzjonijiet għandhom, waqt li jaġixxu f’isimhom stess, jeżerċitaw id-drittijiet u jissodisfaw l-obbligi li din il-Konvenzjoni tattribwixxi lill-Istati Partijiet.

c.

Meta tiddepożita l-istrumenti tal-adeżjoni tagħha, din l-organizzazzjoni għandha tikkomunika lid-depożitarju dikjarazzjoni li tindika safejn hija kompetenti fir-rigward tal-kwistjonijiet inklużi f’din il-Konvenzjoni.

d.

Din l-organizzazzjoni m’għandux ikollha vot addizzjonali minbarra dawk tal-Istati Membri tagħha.

Artikolu 13

Applikazzjoni provviżorja

Stat jista’, malli jiffirma jew f’data aktar tard qabel mal-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ fir-rigward tiegħu, jiddikjara li se japplika din il-Konvenzjoni b’mod provviżorju.

Artikolu 14

Emendi

1.   Stat Parti jista’ jipproponi emendi għal din il-Konvenzjoni. L-emenda proposta għandha tiġi ppreżentata lid-depożitarju li għandu jgħaddiha immedjatament lill-Istati Partijiet l-oħra kollha.

2.   Jekk il-maġġornaza tal-Istati Partijiet jitolbu lid-depożitarju biex isejjaħ konferenza sabiex jiġu kkunsidrati l-emendi proposti, id-depożitarju għandu jistieden lill-Istati Partijiet kollha biex jattendu għal din il-konferenza li tista’ tibda mhux iktar qabel minn tletin jum wara li tkun ħarġet l-istedina għall-konferenza. Kwalunkwe emenda adottata fil-konferenza b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-Partijiet Stati kollha għandha tiġi stabbilita fi protokoll li jkun miftuħ għall-iffirmar fi Vjenna u fi New York mill-Istati Partijiet kollha.

3.   Il-protokoll jidħol fis-seħħ tletin jum wara li tliet Stati jkunu esprimew il-kunsens tagħhom li jintrabtu. Għal kull Stat li jesprimi l-kunsens tiegħu li jintrabat bil-protokoll wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, il-protokoll jidħol fis-seħħ għall-Istat tletin jum wara d-data li fiha jkun esprima l-kunsens tiegħu li jintrabat.

Artikolu 15

Denunzja

1.   Stat Parti jista’ jiddenunzja din il-Konvenzjoni b’notifika bil-miktub lid-depożitarju.

2.   Id-denunzja għandha tidħol fis-seħħ sena wara d-data li fiha d-depożitarju jkun irċieva n-notifika.

Artikolu 16

Depożitarju

1.   Id-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija huwa d-depożitarju ta’ din il-Konvenzjoni.

2.   Id-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija għandu jinnotifika minnufih lill-Istati Partijiet u lill-Istati l-oħra dwar:

a.

kull firma ta’ din il-Konvenzjoni jew tal-protokolli ta’ emenda;

b.

kull depożitu ta’ strument ta’ ratifikazzjoni, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni li jikkonċerna din il-Konvenzjoni ta’ kwalunkwe protokoll ta’ emenda;

c.

kull dikjarazzjoni jew l-irtirar ta’ din skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11;

d.

kull dikjarazzjoni ta’ applikazzjoni provviżorja ta’ din il-Konvenzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13;

e.

id-dħul fis-seħħ ta’ din il-Konvenzjoni u ta’ kwalunkwe emenda għal din; u

f.

kull denunzja magħmula skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15.

Artikolu 17

Testi awtentiċi u kopji awtentikati

L-oriġinal ta’ din il-Konvenzjoni, li l-verżjoni Għarbija, Ċiniża, Ingliża, Franċiża, Russa u Spanjola tagħha huma awtentiċi b’mod indaqs, għandha tkun iddepożitata mad-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika li għandu jibgħat kopji ċċertifikati ta’ dan lill-Istati Partijiet u lill-Istati l-oħra kollha.

B’XHIEDA TA’ DAN il-firmatarji, debitament awtorizzati, iffirmaw din il-Konvenzjoni, li hija miftuħa għall-iffirmar kif previst fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 12.

ADOTTATA mill-Konferenza Ġenerali tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika, li ltaqgħet waqt sessjoni straordinarja fi Vjenna fis-sitta u għoxrin jum ta’ Settembru elf disa’ mija u sitta u tmenin.

Id-Dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(5)(c) tal-Konvenzjoni dwar Notifikazzjoni Bikrija ta’ Inċident Nukleari

Il-Komunità tippossjedi kompetenzi, maqsuma mal-Istati Membri tagħha, fil-qasam ta’ notifikazzjoni ta’ emerġenzi radjoloġiċi, safejn hu previst bid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(b) u d-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Titolu II, Kapitolu 3 “Saħħa u Sigurtà”a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

318


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2005 rigward l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar verifiki fuq assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/849/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' Novembru 2005

rigward l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar verifiki fuq assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur

(notifikata bid-dokument numru C(2005) 4580)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2005/849/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE tal-24 ta’ April 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din r-responsabbiltà (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Mejju 2002 ġie konkluż ftehim multilaterali, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, bejn il-bureaux nazzjonali tal-assiguraturi tal-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea u Stati assoċjati oħrajn. Il-Ftehim huwa mehmuż mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/564/KE tat-28 ta' Lulju 2003 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar verifiki fuq assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur (2) li permezz tiegħu l-Kummissjoni ffissat id-data minn meta l-Istati Membri għandhom jieqfu milli jagħmlu verifiki fuq assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili rigward vetturi li normalment huma bbażati fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri li ffirmaw l-Ftehim u li huma suġġetti għall-Ftehim. Sussegwentement il-Ftehim ġie estiż għal aktar pajjiżi bl-adozzjoni tal-Addendum Nru 1.

(2)

Fis-26 ta' Mejju 2005 il-bureaux nazzjonali tal-assiguraturi tal-Istati Membri u dawk tal-Andorra, tal-Kroazja, tal-Iżlanda, tan-Norveġja u tal-Iżvizzera, iffirmaw l-Addendum Nru 2 mal-Ftehim li permezz tiegħu il-Ftehim ġie estiż sabiex jinkludi il-bureau nazzjonali tal-assiguraturi tal-Andorra. L-Addendum jipprovdi għall-arranġamenti prattiċi għat-tneħħija ta' verifiki fuq assigurazzjoni rigward vetturi li huma normalment ibbażati fit-territorju ta' Andorra u li huma suġġetti għall-Addendum.

(3)

Għalhekk il-kundizzjonijiet kollha biex jitneħħew il-verifiki fuq assigurazzjoni tal-vetturi kontra responsabbiltà ċivili skont id-Direttiva 72/166/KEE bejn l-Istati Membri u l-Andorra huma ssodisfatti.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mill-1 ta' Jannar 2006, l-Istati Membri għandhom jastjenu mill-verifiki fuq assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta' vetturi li huma normalment ibbażati fit-territorju ta' Andorra u li huma suġġetti għall-Addendum Nru 2 tas-26 ta' Mejju 2005 mal-Ftehim Multilaterali bejn il-bureaux nazzjonali tal-assiguraturi tal-Istati Membri u Stati assoċjati oħrajn.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li ttieħdu biex tiġi applikata din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 29 ta' Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 103, 2.5.1972, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/14/KE (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14).

(2)  ĠU L 192, 31.7.2003, p. 23.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

320


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Diċembru 2005 li twaqqaf grupp ta' esperti biex jagħtu parir lill-Kummissjoni u jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn sistemi pubbliċi ta' kontroll għal awdituri statutorji u ditti tal-verifika finanzjarja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta' Diċembru 2005

li twaqqaf grupp ta' esperti biex jagħtu parir lill-Kummissjoni u jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn sistemi pubbliċi ta' kontroll għal awdituri statutorji u ditti tal-verifika finanzjarja

(2005/909/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1)

It-tisħiħ tal-verifika finanzjarja statutorja huwa essenzjali sabiex ireġġa' l-kunfidenza tal-investituri fis-swieq finanzjarji. It-Tmien Direttiva modernizzata dwar il-verifika finanzjarja statutorja tal-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (1) (minn issa 'l quddiem “it-Tmien Direttiva modernizzata”) tintroduċi, inter alia, rekwiżit għall-Istati Membri biex iwaqqfu sistema pubblika ta' kontroll għal awdituri statutorji u ditti tal-verifika finanzjarja. It-Tmien Direttiva modernizzata timmira wkoll li tistabbilixxi koordinazzjoni tas-sistemi pubbliċi ta' kontroll fil-livell tal-komunità u tinkludi possibilità għall-Kummissjoni li tadotta miżuri ta' implimentazzjoni.

(2)

Sabiex tilħaq il-miri deskritti fil-qosor fit-Tmien Direttiva modernizzata, il-Kummissjoni teħtieġ li tappella lil grupp espert li għandu jikkontribwixxi għall-koordinazzjoni u l-iżvilupp ta' sistemi pubbliċi ta' kontroll fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Il-grupp jista' jikkontribwixxi wkoll għall-preparazzjoni teknika tal-miżuri ta' implimentazzjoni tat-Tmien Direttiva modernizzata.

(3)

Il-grupp espert għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta' livell għoli meħuda minn sistemi pubbliċi ta' kontroll għal awdituri statutorji u ditti tal-verifika finanzjarja fl-Istati Membri. Jekk sistemi bħal dawn għadhom ma ġewx stabbiliti, għandhom jingħaqdu fil-grupp rappreżentanti mill-Ministeri nazzjonali responsabbli għat-twaqqif tagħhom fil-ġejjieni. Huma biss dawk li ma jipprattikawx, kif definiti skont l-Arttikolu 2(11.b) tat-Tmien Direttiva modernizzata, li jistgħu jinħatru bħala rappreżentanti jew rappreżentanti ta' riżerva minħabba l-kunflitti potenzjali ta' interess bejn il-professjoni u s-settur privat min-naħa l-waħda, u l-interess pubbliku min-naħa l-oħra. Minkejja dan, il-ħidma tal-Kummissjoni u tal-grupp għandu jirfed fuq l-għarfien u l-esperjenza ta' min jipprattika. B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni, wara diskussjoni mal-grupp espert, għandha tikkonsulta b'mod estensiv u fi stadju bikri mal-parteċipanti fis-suq, il-konsumaturi, il-professjoni tal-awdituri u l-utenti finali f'mod miftuħ u trasparenti, dwar il-ħidma tal-grupp.

(4)

Għalhekk għandu jitwaqqaf il-grupp espert imsejjaħ “Il-Grupp Ewropew tal-Korpi ta' Kontroll tal-Awdituri” u għandhom jiġu ddettaljati t-termini ta' referenza u l-istrutturi tiegħu.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-grupp espert imsejjaħ “Il-Grupp Ewropew tal-Korpi ta' Kontroll tal-Awdituri” minn issa 'l quddiem “il-grupp” huwa permezz ta' dan ta' hawnhekk imwaqqaf mill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Il-kompitu

Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta l-grupp dwar kwalunkwe mistoqsija relatata mat-tħejjija tal-miżuri ta' implimentazzjoni tat-Tmien Direttiva modernizzata. Il-grupp jista' wkoll jiddiskuti dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kooperazzjoni bejn is-sistemi pubbliċi ta' kontroll għal awdituri statutorji u d-ditti tal-verifika finanzjarja.

Il-kompiti tal-grupp huma fil-biċċa l-kbira:

li jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn is-sistemi pubbliċi ta' kontroll ta' Stati Membri u joħloq skambju tal-aqwa prassi fir-rigward tat-twaqqif u l-issuktar tal-kooperazzjoni ta' sistemi bħal dawn;

li jikkontribwixxi għal valutazzjoni teknika ta' sistemi pubbliċi ta' kontroll ta' pajjiżi terzi u għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi f'dan il-qasam;

li jikkontribwixxi għall-analiżi teknika ta' standards internazzjonali tal-verifika finanzjarja, inklużi l-proċessi għall-elaborazzjoni tagħhom, bil-ħsieb tal-adozzjoni tagħhom fil-livell ta' Komunità.

Artikolu 3

L-istruttura — Il-ħatra

1.   Il-grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta' livell għoli mill-entitajiet responsabbli għall-kontroll pubbliku ta' awdituri statutorji u ditti tal-verifika finanzjarja jew fin-nuqqas ta' preżenza tagħhom, ta' rappreżentanti mill-Ministeri nazzjonali kompetenti.

2.   Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant ta' livell għoli minn waħda mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 biex jipparteċipa fil-laqgħat tal-grupp. Il-Kummissjoni tista' tirrifjuta rappreżentant maħtur minn Stat Membru meta tqis li rappreżentant ma jkunx xieraq, partikolarment jekk ikun hemm kwalunkwe kunflitt ta' interess. F'każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tinforma malajr lill-Istat Membru kkonċernat li mbagħad jista' jaħtar rappreżentant ieħor.

3.   Huma biss dawk li ma jipprattikawx li jistgħu jinħatru bħala rappreżentanti.

4.   Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant wieħed. Rappreżentant wieħed ta' riżerva għal kull Stat Membru jista' jinħatar skont il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1, 2, 3 u 5.

5.   Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejin:

Fil-każ fejn Stat Membru huwa rrappreżentat minn Ministeru, meta titwaqqaf sistema pubblika ta' kontroll għall-awdituri u d-ditti tal-verifika finanzjarja, l-Istat Membru għandu jissostitwixxi r-rappreżentant tiegħu minn rappreżentant meħud mis-sistema pubblika ta' kontroll;

rappreżentanti li ma għadhomx kapaċi jikkontribwixxu b'mod effettiv għad-diskussjonijiet tal-grupp, li jirriżenjaw jew li ma jirrispettawx il-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel jew fit-tielet punt ta' dan l-Artikolu jew l-Artikolu 287 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, għandhom jiġu ssostitwiti;

membri ta' sottogrupp imsemmija fl-Artikolu 4 hawn taħt u li jipprattikaw, għandhom jiffirmaw fil-bidu tal-mandat tagħhom u, kull darba li jitlobhom il-president, impenn li jaġixxu fl-interess pubbliku u dikjarazzjoni li tindika n-nuqqas jew l-eżistenza ta' kwalunkwe interess li jista' jdgħajjef l-oġġettività tagħhom.

Artikolu 4

Il-Ħidma

1.   Il-grupp huwa presidenzjat mill-Kummissjoni.

2.   Bħala regola ġenerali, wara diskussjoni mal-grupp, il-Kummissjoni, għandha tikkonsulta b'mod estensiv u fi stadju bikri mal-parteċipanti fis-suq, il-konsumaturi, il-professjoni tal-awdituri u l-utenti finali f'mod miftuħ u trasparenti, dwar il-ħidma tal-grupp.

3.   Bi qbil mal-Kummissjoni, jistgħu jitwaqqfu sottogruppi biex janalizzaw mistoqsijiet speċifiċi taħt termini ta' referenza stabbiliti mill-grupp; huma se jiġu xolti malli dawn jintlaħqu. Is-sottogruppi jistgħu jinkludu wkoll lil min jipprattika.

4.   Il-president jista' jistaqsi lil esperti jew osservaturi b'kompetenza speċifika f'suġġett fl-aġenda biex jieħdu sehem fid-diskussjonijiet tal-grupp jew tas-sottogrupp jekk dan ikun ta' użu u/jew meħtieġ.

5.   Id-diskussjonijiet tal-grupp mhumiex se jkunu pubbliċi.

6.   Il-grupp u s-sottogruppi tiegħu normalment jiltaqgħu f'bini tal-Kummissjoni skont il-proċeduri u l-iskeda stabbilita minnha. Il-Kummissjoni tipprovdi servizzi ta' segretarjat. Uffiċjali oħra tal-Kummissjoni b'interess fil-proċedimenti jistgħu jattendu l-laqgħat.

7.   Il-grupp għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura fuq il-bażi tar-regoli standard ta' proċedura adottati mill-Kummissjoni.

8.   Il-Kummissjoni tista' tippubblika, fl-ilsien oriġinali tad-dokument ikkonċernat, kwalunkwe sinteżi, konklużjoni, jew konklużjoni parzjali jew dokument ta' ħidma tal-grupp.

Artikolu 5

L-ispejjeż tal-laqgħat

Il-Kummissjoni għandha tħallas lura l-ivvjaġġar u, fejn xieraq, spejjeż ta' kuljum għar-rappreżentanti, il-membri tas-sottogrupp, esperti u osservaturi b'konnessjoni mal-attivitajiet tal-grupp skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni. Ir-rappreżentanti ma għandhomx jitħallsu għal dmirijiethom.

L-ispejjeż tal-laqgħat jitħallsu lura fil-limiti tal-approprjazzjonijiet allokati lid-dipartiment ikkonċernat skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

Artikolu 6

Id-dħul fis-seħħ

Id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 14 ta' Diċembru 2005

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Għandha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

322


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2067/2005 tas-16 ta’ Diċembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 92/2005 fir-rigward ta’ mezzi alternattivi għar-rimi ta' l-iskart u l-użu ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2067/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2067/2005

tas-16 ta’ Diċembru 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 92/2005 fir-rigward ta’ mezzi alternattivi għar-rimi ta' l-iskart u l-użu ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkundsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (1), u partikolarment l-Artikoli 4(2)(e), 5(2)(g) u 6(2)(i) u l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jippreskrivi regoli li jikkonċernaw il-mezzi tar-rimi ta’ skart u użi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali. Jipprevedi wkoll il-possibilità għal mezzi addizzjonali ta’ rimi ta' skart u użi oħrajn ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li jridu jiġu approvati wara konsultazzjoni tal-kumitat xjentifiku rilevanti.

(2)

Abbażi ta' l-opinjonijiet maħruġa mill-Kumitat ta’ Direzzjoni Xjentifiku u ta’ l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA), wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistipola prinċipji ġenerali u l-kondizzjonijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel u jistipola proċeduri fil-kwistjonijiet marbuta mas-sigurtà ta’ l-ikel (2), il-Kummissjoni s'issa approvat ħames proċessi bħala mezzi alternattivi ta’ rimi ta' skart jew ta’ użu ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali.

(3)

Abbażi ta' aktar informazzjoni li tressqet mill-applikanti wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 92/2005 tad-19 ta’ Jannar 2005 li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward il-mezzi ta’ skart jew ta’ użu ta’ prodotti sekondarji ta’ annimali u li temenda l-Anness VI tiegħu fir-rigward tat-trasformazzjoni tal-bijogass u l-ipproċessar tax-xaħmijiet li jirriżultaw (3), l-EFSA ħarġet b'opinjoni fit-22 ta' April 2004 dwar il-kombustjoni tax-xaħam ta' dam f'bojler termali u fit-2 ta' Ġunju 2004 dwar il-proċess’tal-biodiesel bħala mezzi mingħajr periklu għar-rimi tal-materjal tal-Kategorija 1.

(4)

Ibbażat fuq l-evalwazzjoni mill-EFSA, il-proċess tal-bijodiżil jista’ jitqies bħala mezz mingħajr periklu ta’ rimi u ta’ l-użu tal-materjal tal-Kategorija 1 wkoll. Ir-Regolament (KE) Nru 92/2005 għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jirrifletti din l-evalwazzjoni ulterjuri.

(5)

L-EFSA kkonkludew li l-kombustjoni tax-xaħam ta’ dam f’bojler termali tista’ titqies bħala mezz mingħajr periklu ta’ rimi u ta’ użu ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali. Il-kondizzjonijiet li kienu meqjusa bħala mingħajr riskju huma għalhekk riflessi f’ emenda oħra tar-Regolament. Ix-xaħam li ġie ttrattat skond il-paramentri tal-proċess għandu għalhekk jiġi permess li jiġi trasferit f’ impjanti oħrajn għall-kombustjoni sabiex jiġu evitati l-problemi bl-akkumulazzjoni tal-materjali li jirriżultaw fl-istabbilimenti eżistenti. Kondizzjonijiet stretti ta’ separazzjoni bejn il-kombustjoni u l-ipproċessar ta’ l-ikel u l-għalf għandhom japplikaw.

(6)

Il-progress teknoloġiku wassal għall-iżvilupp ta’ numru ta’ parametri modifikati ta’ proċessi għall-istadji finali tal-proċessi fil-produzzjoni tal-biodiesel u l-kombustjoni tax-xaħam ta’ dam fil-bojlers termali. Bil-kondizzjoni li wieħed mill-metodi ta’ l-ipproċessar stipolati fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 ġiet applikata preċedentement, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu fil-pożizzjoni li japprovaw dawn il-parametri ta’ l-ipproċessar modifikati.

(7)

L-approvazzjoni u l-applikazzjoni ta’ tali proċessi alternattivi għandhom isiru mingħajr preġudizzju lil-leġislazzjoni Komunitarja applikabbli l-oħra, b’mod partikolari il-leġislazzjoni ambjentali. Għalhekk, il-kondizzjonijiet fis-sistemi ta’ estrazzjoni tal-gass fil-proċessi ta’ l-idroliżi alkalinika u l-proċessi tal-biodiesel jistgħu ma jiġux ikkunsidrati.

(8)

Il-bijodiżil m’ għandux għalfejn jiġi mmarkat b’mod permanenti minħabba li l-proċess tal-produzzjoni huwa mingħajr periklu u biex jiġi ffaċilitat l-użu tiegħu bħala karburant alternattiv.

(9)

Il-miżuri stipolati f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 92/2005 hu emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b’dan li ġej:

“1.   Il-proċess ta’ l-idroliżi alkalina kif definit fl-Anness I, tal-bijogass minn idroliżi taħt pressjoni għolja kif definit fl-Anness III, tal-produzzjoni tal-bijodiesel kif definit fl-Anness IV u tal-kombustjoni tax-xaħam ta’ l-annimali f’bojler termali kif definit fl-Anness VI huma approvati u jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti għat-trattament u r-rimi tal-materjal mill-Kategorija 1.

2.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-użu ta’ parametri ta’ l-ipproċessar oħrajn għall-istadju tal-proċess tal-produzzjoni tal-bijodiesel li jissemma fl-Anness IV, punt 1(b)(i), u għall-istadju tal-proċess tal-kombustjoni tax-xaħam ta’ l-annimali f’ bojler termali li jissemma fl-Anness VI, punt 1(c)(i), jekk dwan il-parametri jipprovdu għal riduzzjoni ekwivalenti tar-riskji għas-saħħa tal-pubbliku u ta’ l-annimali.”

(2)

L-Artikolu 2 jinbidel b’ dan li ġej:

“Artikolu 2

Il-proċessi ta’ idrolosi alkalina, idrolosi bi pressjoni għolja u b’temperatura għolja, idroliżii bil-bijogass bi pressjoni għolja, produzzjoni tal-bijodiesel u gassifikazzjoni tip Brookes u l-kombustjoni tax-xaħam ta’ l-annimali f’bojler termali kif imfissra fl-Annessi I u VI rispettivament huma approvati u jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti għat-trattament u l-użu jew l-iskart ta’ materjal ta’ Kategoriji 2 jew 3. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-użu ta’ parametri ta’ l-ipproċessar oħrajn għall-istadju tal-proċess tal-produzzjoni tal-bijodiesel li jissemma fl-Anness IV, punt 1(b)(i), u għall-istadju tal-proċess tal-kombustjoni tax-xaħam ta’ l-annimali f’ bojler termali li jissemma fl-Anness VI, punt 1(c)(i), jekk dwan il-parametri jipprovdu għal riduzzjoni ekwivalenti tar-riskji għas-saħħa tal-pubbliku jew ta’ l-annimali.”

(3)

Fit-titolu u fl-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 3, “Annessi I sa V” hi mibdula bi “Annessi I sa VI”.

(4)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Materjal li jirriżulta, ħlief bijodiesel li huwa prodott sknd l-Anness IV għandu jiġi mmarkat b’ mod permanenti, fejn dan huwa teknikament possibbli permezz tar-riħa skond l-Anness VI, Kapitolu I, punt 8, tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.”

(b)

Il-paragrafu 5 li ġej huwa miżjud:

“5.   Madanakollu, il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali li jirriżultaw mit-trattament tal-materjal skond l-Anness IV jista’ jintuża għar-raġunijiet stipolati f’ dan l-Anness.”

(5)

L-Annessi I, III u IV huma emendati skond l-Anness ma’ dan ir-Regolament u jiżdied miegħu l-Anness VI.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

L-Annessi mar-Regolament (KE) Nru 92/2005 huma emendat kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, punt 3(b) huwa mħassar.

(2)

Fl-Anness III, punt 2(b) huwa mibdul b’li ġej:

“(b)

Il-bijogass li huwa prodott matrul il-proċess jinħaraq b’mod rapidu fl-istess impjant f’temperatura minima ta’ 900 °C u wara jgħaddi minn proċess ta’ tkessiħ rapidu (‘quenching’).”

(3)

Fl-Anness IV, il-punt 1 jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-Punt (b) hu mibdul b’ dan li ġej:

“(b)

Ix-xaħam ipproċessat huwa imbagħad ipproċessat iktar permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

(i)

proċess fejn ix-xaħam ipproċessat huwa sseparat mill-protejini u l-impuritajiet li ma jinħallux jitneħħew sa livell li ma jaqbżux 0,15 % f’dak li hu piż, u li sussegwentement jiġu mgħoddija għall-esterfikazzjoni u t-transesterfikazzjoni. Madankollu, l-esterfikazzjoni ma tinħtieġx għal xaħam ipproċessat idderivat minn materjal ta’ Kategorija 3. Għall-esterfikazzjoni il-pH jitnaqqas għal inqas minn 1 billi jinżied l-aċidu sulfuriku (H2SO4) jew aċidu ekwivalenti u t-taħlita tissaħħan sa 72 °C għal sagħtejn li matulhom tiġi mħawda intensament. It-transesterfikazzjoni għandha ssir billi l-pH jiġi miżjud għal madwar 14 bi idrossidu tal-potassju jew b’bażi ekwivalenti f’ 35 °C sa 50 °C għal mill-inqas 15 sa 30 minuta. It-transesterfikazzjoni għandha ssir darbtejn taħt il-kondizzjonijiet imfissra f’dan il-punt bl-użu ta’ soluzzjoni bażi friska. Dan il-proċess huwa segwit minn raffinar tal-prodotti li jinkludi distillazzjoni bil-vakwu f’150 °C, li jwassal għall-bijodiesel;

(ii)

proċess li jagħmel użu minn parametri ta’ proċess ekwivalenti awtorizzat mill-awtorità kompetenti”.

(b)

Il-punt (c) huwa mħassar.

(c)

Il-punt 3 li ġej jiddaħħal:

“3.

Il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali li jirriżultaw mill-proċess ta’ produzzjoni li jużaw l-istandards li jissemmew fil-punt 1(b) jistgħu jintużaw għall-kombustjoni f’impjant awtorizzat. Fil-każ tal-frazzjoni ta’ xaħam derivata mill-materjal tal-Kategorija 3, il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali mill-proċess tal-produzzjoni jista’ jintuża għall-produzzjoni tal-prodotti tekniċi.”

(4)

L-Anness VI li ġej huwa miżjud:

“ANNESS VI

Il-kombustjoni tax-xaħam ta’ l-annimali fil-proċess tal-bojler termali

1.

Il-kombustjoni tax-xaħam ta’ l-annimali tinvolvi t-trattament tal-frazzjoni tax-xaħam li hija derivata mill-prodotti sekondarji ta’ l-annimali taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-frazzjon ta’ xaħam derivata minn prodotti sekondarji ta’ l-annimali hija l-ewwel pproċessata bl-użu ta’:

(i)

fil-każ tal-frazzjoni ta’ xaħam intenzjonata li tinħaraq f’impjant ieħor, il-metodu ta’ l-ipproċessar 1 kif jissemma fl-Anness V, il-Kapitolu III, tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-materjali tal-Kategorija 1 u 2; u

(ii)

kull wieħed mill-metodi ta’ l-ipproċessar 1 sa 5 jew 7 jew, fil-każ tal-materjal li huwa derivat mill-ħut, il-metodu ta’ l-ipproċessar 6 kif jissemma fl-Anness V, Kapitolu III, tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-materjali tal-Kategorija 1 u 2 li huma intenzjonati għall-kombustjoni fl-istess impjant u għall-materjal tal-Kategorija 3;

(b)

Il-frazzjoni tax-xaħam hija separata mill-protejina u mill-impuritajiet li ma jinħallux li jammontaw għall 0,15 % tal-piż għandhom jitneħħew.

(c)

Wara l-proċess li jissemma f’ (a) u (b), ix-xaħam għandu:

(i)

jiġi vaporizzat f’ bojler tal-fwawar u jinħaraq f’ temperatura ta’ mhux inqas minn 1 100 °C għal mill-inqas 0,2 sekondi; jew

(ii)

jiġi pproċessat bi proċess li jagħmel użu minn parametri ta’ proċess ekwivalenti awtorizzat mill-awtorità kompetenti.

2.

Il-kombustjoni tax-xaħam li huwa derivat mill-materjal tal-Kategorija 1 u 2 għandha sseħħ fl-istess impjant fejn ix-xaħam li jirriżulta bil-għan li l-enerġija iġġenerata tiġi utilizzata għall-proċess li jwassal għar-riżultat finali.

Madanakollu, l-awtorita kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment ta’ dak ix-xaħam lejn impjanti oħrajn għall-kombustjoni bil-kondizzjoni li:

(a)

l-impjat destinatarju huwa awtorizzat għall-kombustjoni;

(b)

li ssir kombustjoni approvata ta’ l-ikel jew l-għalf fl-isess sit taħt kondizzjonijiet stretti ta’ separazzjoni.

3.

Il-kombustjoni ta’ materjali li joriġinaw mill-annimali ħlief xaħam ta’ l-annimali mhix permessa.”


(1)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 416/2005 (ĠU L 66, 12.3.2005, p. 10).

(2)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Reglament (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 4).

(3)  ĠU L 19, 21.1.2005, p. 27.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

326


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2107/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 174/1999, (KE) Nru 2771/1999, (KE) Nru 2707/2000, (KE) Nru 214/2001 u (KE) Nru 1898/2005 fis-settur tal-ħalib

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2107/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2107/2005

tal-21 ta' Diċembru 2005

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 174/1999, (KE) Nru 2771/1999, (KE) Nru 2707/2000, (KE) Nru 214/2001 u (KE) Nru 1898/2005 fis-settur tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikoli 10, 15, 31(14) u 40 tiegħu,

Billi:

(1)

Sa mill-1 ta’ Jannar 2006, id-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta' Ġunju 1992 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' ħalib mhux ipproċessat, ħalib trattat bis-sħana u prodotti bbażati fuq il-ħalib (2), hija rrevokata bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u sostitwita bir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (4) u bir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall- ikel li joriġina mill-annimali (5).

(2)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza huwa xieraq li jiġu adattati skond dan ir-referenzi għad-Direttiva 92/46/KEE fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/1999 tas-26 ta’ Jannar 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 dwar liċenzji ta' esportazzjoni urifu ¿jonijiet ta' esportazzjoni fil-każ ta' ħalib u prodotti tal-ħalib (6), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 tas-16 ta’ Diċembru 1999 jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 (7), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2707/2000 tal-11 ta’ Diċembru 2000 li jipprovdi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-għajnuna Komunitarja għall-provvista tal-ħalib u ċerti prodotti mill-ħalib lit-tfal ta' l-iskola f'ċerti stabbilimenti ta' l-edukazzjoni (8), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward interventi fis-suq tat-trab tal-ħalib xkumat (9), u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ miżuri tat-tqegħid tal-krema, il-butir u l-butir ikkonċentrat fis-suq tal-Komunità (10).

(3)

Skond l-Artikolu 1 punt (a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 ta’ Novembru 2005, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ miżuri għat-tqegħid tal-krema, tal-butir u tal-butir ikkonċentrat fis-suq tal-Komunità, ta’ butir ta’ intervent mixtri skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 li jridu jinbiegħu bi prezzijiet imraħħsa ikunu ttieħdu għall-ħażna qabel l-1 ta’ Jannar 2003. Fid-dawl tal-kwantità li għadha disponibbli u s-sitwazzjoni tas-suq, id-data għandha tiġi emendata għall-1 ta’ Jannar 2004. L-Artikolu 1a) tar-regolament msemmi hawn fuq għandu għalhekk jiġi emendat.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 174/1999 il-paragrafu 4 għandu jkun sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Biex tingħata rifużjoni għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 dawn għandhom jilħqu r-rekwiżiti relevanti tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**), notevolment preparazzjoni fi stabbiliment approvat u konformi mar-rekwiżiti għall-marki ta’ identifikazzjoni speċifikati fit-Taqsima I ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) 853/2004.

Artikolu 2

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 2771/1999 jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

huma approvati bi qbil ma' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***) u għandhom it-tagħmir tekniku xieraq;

Artikolu 3

Fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2707/2000 il-paragrafu 6 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“6.   Għandha tingħata għajnuna biss fuq il-prodotti elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament jekk il-prodotti jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (****) u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*****), u b’mod partikolari r-rekwiżiti dwar il-preparazzjoni fi stabbiliment approvat u r-rekwiżiti għall-marki ta’ identifikazzjoni speċifikati fit-Taqsima I ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 4

Ir-Regolament (KE) Nru 214/2001 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3(1), il-punt (a) jinbidel b'li ġej:

“(a)

huma approvati bi qbil ma' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (******) u għandhom it-tagħmir tekniku xieraq;

(******)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Il-verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.”"

(2)

Fl-Anness I, in-nota f’qiegħ il-paġna 5 hija sostitwita b'dan li ġej:

“(5)

Ħalib nej użat għall-manifattura tal-ħalib xkumat għandu jilħaq ir-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima IX ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.”

Artikolu 5

Ir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1 punt a), “1 ta’ Jannar 2003” jinbidel b’ “l-1 ta’ Jannar 2004”.

(2)

Fl-Artikolu 5(1) it-tieni subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

“Butir, butir ikkonċentrat, krema u prodotti intermedji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*******) u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (********), u b’mod partikolari r-rekwiżiti dwar il-preparazzjoni fi stabbiliment approvat u r-rekwiżiti għall-marki ta’ identifikazzjoni speċifikati fit-Taqsima I ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(*******)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Il-verżjoni korretta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3."

(********)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Il-verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.”"

(3)

Fl-Artikolu 13(1), il-punt (b) jinbidel b'li ġej:

“(b)

fejn applikabbli, ġew approvati skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;”

(4)

Fl-Artikolu 47(1) it-tieni subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

“Għandu jilħaq ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, b’mod partikolari fir-rigward ta’ preparazzjoni fi stabbiliment approvat u l-konformità mar-rekwiżiti dwar il-marki ta’ identifikazzjoni speċifikati fit-Taqsima I ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.”

(5)

Fl-Artikolu 63(2), il-punt (a) jinbidel b'li ġej:

“(a)

fejn applikabbli, ġew approvati skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;”

(6)

Fl-Artikolu 72(2), il-punt (a) jinbidel b'li ġej:

“(ii)

ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, b’mod partikolari fir-rigward ta’ preparazzjoni fi stabbiliment approvat u l-konformità mar-rekwiżiti dwar il-marki ta’ identifikazzjoni speċifikati fit-Taqsima I ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.”

(7)

Fl-Artikolu 81, l-paragrafu 1 jinbidel b'li ġej:

“1.   Il-butir għandu jintbagħat lill-benefiċjarju f’pakketti b’ittri ċari u li ma jitħassrux fuqhom, il-klassi tal-kwalità nazzjonali u l-marka ta' identifikazzjoni skond l-Artikolu 72(b) u wieħed jew iktar annotazzjonijiet elenkati fl-Anness XVI(1).”

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006 minbarra l-Artikolu 5(1), li għandu japplika mis-16 ta' Diċembru 2005.

Dan ir-Regolament ser jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta' Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 1. Direttiva kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(3)  ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Il-verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

(5)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Il-verżjoni kkoreġuta fil- ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.

(6)  ĠU L 20, 27.1.1999, p. 8. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1513/2005 (ĠU L 241, 17.9.2005, p. 45).

(7)  ĠU L 333, 24.12.1999, p. 11. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1802/2005 (ĠU L 290, 4.11.2005, p. 3).

(8)  ĠU L 311, 12.12.2000, p. 37. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2005 (ĠU L 144, 8.6.2005, p. 41).

(9)  ĠU L 37, 7.2.2001, p. 100. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1195/2005 (ĠU L 194, 26.7.2005, p. 8).

(10)  ĠU L 308, 25.11.2005, p. 1.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

329


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2154/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jikkompleta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni fir-“Reġistru ta' l-ismijiet ta' l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (“Sidra de Asturias” jew “Sidra d'Asturies”) [DPO]

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2154/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2154/2005

tat-23 ta’ Diċembru 2005

li jikkompleta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni fir-“Reġistru ta' l-ismijiet ta' l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (“Sidra de Asturias” jew “Sidra d'Asturies”) [DPO]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92, ta' l-14 ta' Lulju 1992, dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità ma' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, it-talba ta' Spanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Sidra de Asturias” jew “Sidra d'Asturies” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma ġietx innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni konformi ma' l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, din id-denominazzjoni għaldaqstant għandha titniżżel fir-“Reġistru ta’ l-ismijiet ta' l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 (3) huwa kkompletat mid-denominazzjoni li tidher fl-Anness tar-Regolament preżenti.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Prodotti ta' l-Anness I tat-trattat maħsuba għall-alimentazzjoni umana

Prodotti oħra ta' l-Anness I (ħwawar, eċċ.)

SPANJA

(“Sidra de Asturias” jew “Sidra d'Asturies”) — [DPO]


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU C 98, 22.4.2005, p. 3.

(3)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

331


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2156/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jemenda l-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni ta' l-oriġini stipulati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1107/96 (Siurana) [DOP — denominazzjoni ta’ l-oriġini protetta]

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2156/2005 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2156/2005

tat-23 ta’ Diċembru 2005

li jemenda l-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni ta' l-oriġini stipulati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1107/96 (Siurana) [DOP — denominazzjoni ta’ l-oriġini protetta]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu u l-Artikolu 6, paragrafi 3 u 4, it-tieni inċiż tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6, paragrafu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, it-talba ta’ Spanja biex tbiddel xi partijiet ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni ta' l-oriġini protetta “Siurana”, irreġistrata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2), ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (3).

(2)

Peress li l-Kummissjoni ma ġietx innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni t’oppożizzjoni, skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, dawn il-bidliet għandhom jiġu rreġistrati u għandhom jidhru f’pubblikazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni ta’ l-oriġini “Siurana” ġew mibdula skond l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-lista kkonsolidata tal-punti prinċipali ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tinsab fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS I

SPANJA

“Siurana”

It-tibdil li sar:

Kapitolu ta’ l-ispeċifikazzjonijiet ikkonċernat:

Isem

Deskrizzjoni

Image

Żona ġeografika

Prova ta’ l-oriġini

Metodu ta' kif jinkiseb il-prodott

Konnessjoni

Twaħħil tat-tikketta

Kondizzjonijiet nazzjonali

It-tibdil:

It-tibdil jikkonċerna t-tkabbir taż-żona ġeografika ta’ din id-denominazzjoni biex tinkludi lill-komuni msemmija hawn taħt:

Reġjun

Komun

Alt Camp

Aiguamúrcia; Alió; Bràfim; Cabra del Camp; Els Garidells; Figuerola del Camp; Masó, el; Milà, el; Montferri; Nulles; Pla de Santa Maria, el; Pont d'Armentera, el; Puigpelat; Querol; Riba, la; Rodonyà; Rourell, el; Vallmoll; Vilabella; Vilarodona

Baix Camp

Arbolí; Colldejou; Vilaplana

Baix Penedès

Albinyana; Arboç, l'; Banyeres del Penedès; Bellvei; Bisbal del Penedès, la; Bonastre; Calafell; Cunit; Llorenç del Penedès; Masllorenç; Montmell, el; Sant Jaume dels Domenys; Santa Oliva; Vendrell, el

Conca de Barberà

Barberà de la Conca; Blancafort; Espluga de Francolí, l'; Montblanc; Pira; Sarral; Senan; Solivella; Vallclara; Vilanova de Prades; Vilaverd; Vimbodí

Ribera d’Ebre

Garcia (4)

Tarragonès

Altafulla; Catllar, el; Creixell; Morell, el; Nou de Gaià, la; Pallaresos, els; Perafort; Pobla de Mafumet, la; Pobla de Montornès, la; Renau; Riera de Gaià, la; Roda de Barà; Salomó: Salou; Secuita, la; Tarragona; Torredembarra; Vespella de Gaià; Vilallonga del Camp

Għal dak li jikkonċerna l-konnessjoni ma' l-ambjent (l-istorja, il-kondizzjonijiet tal-ħamrija, it-terren u l-klima), iż-żona ġeografika li se titkabbar iżżomm kemm l-unità kif ukoll il-grad ta’ omoġeneità simili għal dawk li kellha qabel l-estensjoni (DOP inizjali) u tissodisfa l-elementi kollha ta’ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ din id-denominazzjoni ta’ l-oriġini protetta kif mniżżla fir-reġistru Komunitarju. Din tipproduċi żejt taż-żebbuġa extra-verġni li għandu l-istess karatteristiċi taż-żejt protett.

ANNESS II

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) NRU 2081/92

“SIURANA”

(KE NRU: ES/0072/24.1.1994)

DOP (X) IĠP ( )

Din il-lista hija sommarju stabbilit bil-għan li jinforma. Għall-infomazzjoni kompluta, partikolarment għall-produtturi tal-prodotti koperti bid-DOP (Denominazzjoni ta’ l-Oriġini Protetta) jew bl-IĠP (Indikazzjoni Ġeografika Protetta) kkonċernata, ikun aħjar li wieħed jikkonsulta l-verżjoni kompluta ta’ l-ispeċifikazzjonijiet kemm fuq livell nazzjonali, kif ukoll mas-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea (5).

1.   L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru

Isem

:

Subdirección General de Sistemas de Calidad Diferenciada. Dirección General de Alimentación. Secretaría General de Agricultura, Pesca y Alimentación del Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación.

Indirizz

:

Paseo Infanta Isabel, 1 — E-28071 MADRID

Numru tat-Telefown

:

(34) 913 47 53 94

Numru tal-fax

:

(34) 913 47 54 10

2.   Organizzazzjoni

2.1.

Isem

:

CONSEJO REGULADOR DE LA D.O.P. “SIURANA”

2.2.

Indirizz

:

Antoni Gaudí, 66 D-1 B.(43203) Reus

Numru tat-Telefown

:

(34) 977 33 19 37

Numru tal-fax

:

(34) 977 33 19 37

2.3.

Magħmula minn

:

produtturi/proċessuri (X) oħrajn ( )

3.   It-tip ta' prodott

Klassi 1.5: Sustanzi xaħmin (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

4.   Deskrizzjoni ta’ l-ispeċifikazzjonijiet

(sommarju tal-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4, paragrafu 2)

4.1.   Isem

“Siurana”

4.2.   Deskrizzjoni

Żejt taż-żebbuġa extra-verġni li jinkiseb mill-varjetajiet taż-żebbuġ “Arbeguina”, “Royal”, u “Morrut”, li għandu aċidità ta’ inqas minn 0.5. L-indiċi massimu ta’ perossidu: 12; l-umdità u l-impurità inqas jew ugwali għal 0.1. Kulur ħadrani u isfar, togħma ta’ frott, ħelu.

4.3.   Iż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika hija magħmula minn grupp ta’ komuni mifrux fuq il-provinċja ta’ Tarragone de Lérida sal-kosta mediterranja. Il-komuni huma dawn li ġejjin:

Reġjun

Komun

Alt Camp

Aiguamúrcia; Alcover; Alió; Bràfim; Cabra del Camp; Els Garidells; Figuerola del Camp; Masó, la; Milà, el; Montferri; Nulles; Pla de Santa Maria, el; Pont d'Armentera, el; Puigpelat; Querol; Riba, la; Rodonyà; Rourell, el; Vallmoll; Valls; Vilabella; Vila-rodona

Baix Camp

Albiol, l'; Aleixar, l'; Alforja; Almoster; Arbolí; Argentera l'; Borges del Camp, les; Botarell; Cambrils; Castellvell del Camp;Colldejou; Duesaigües; Maspujols; Montbrió del Camp; Mont-Roig del Camp; Pratdip; Reus; Riudecanyes; Riudecols; Riudoms; Selva del Camp, la; Vilanova d'Escornalbou; Vilaplana; Vinyols i els Arcs.

Baix Penedès

Albinyana; Arboç,l'; Banyeres del Penedès; Bellvei; Bisbal del Penedès, la; Bonastre; Calafell; Cunit; Llorenç del Penedès; Masllorenç; Montmell, el; Sant Jaume dels Domenys; Santa Oliva; Vendrell, el.

Conca de Barberà

Barberà de la Conca; Blancafort; Espluga de Francolí, l'; Montblanc; Pira; Sarral; Senan; Solivella; Vallclara; Vilanova de Prades; Vilaverd;Vimbodí.

Priorat

Bellmunt del Priorat; Bisbal de Falset, la; Cabacés; Capçanes; Cornudella de Montsant; Falset; Figuera, la; Gratallops; Guiamets, els; Lloar, el; Marçà; Margalef; Masroig, el; Molar, el; Morera de Montsant, la; Poboleda; Porrera; Pradell de La Teixeta; Torre de Fontaubella, la; Torroja del Priorat; Ulldemolins; Vilella Alta, la; Vilella Baixa, la.

Ribera d’Ebre

Flix (6); Garia (6); Palma D’Ebre, la; Tivissa (6); Torre de L'Espanyol, la (6); Vinebre (6);

Tarragonès

Altafulla; Montmell, el; Constantí;Creixell; Morell, el; Nou de Gaià, la; Pallaresos, els; Perafort; Pobla de Mafumet, la; Pobla de Montornès, la; Renau; Riera de Gaià, la; Roda de Barà; Salomó: Salou; Secuita, la; Tarragone; Torredembarra; Vespella de Gaià; Vilallonga del Camp; Vila-Seca

4.4.   Prova ta’ l-oriġini

L-imsaġar tas-siġar taż-żebbuġ li jinsabu fiż-żona ta’ produzzjoni u li huma mniżżla fir-reġistru tal-Kunsill regolatorju jipproduċu żebbuġ li ż-żejt tagħhom jiġi estratt f’fabbriki mniżżla fir-reġistru, biex wara jkun raffinat minn intrapriżi li wkoll huma mniżżla fir-reġistru. Iż-żejt titwaħħallu tikketta u t-tikketta ta’ kontroll enumerata tinħareġ mill-Kunsill regolatorju.

4.5.   Metodu ta' kif jinkiseb il-prodott

Iż-żejt jiġi estratt miż-żebbuġ li jinġabar direttament mis-siġra, b’saħħtu, nadif u estratt skond metodi ta’ estrazzjoni xierqa li ma jibdlu bl-ebda mod il-karatteristiċi tal-prodott.

4.6.   Konnessjoni

Il-klima mediterranja, flimkien ma’ ammont ta’ xita medju annwali ta’ bejn 550 u 380 mm u temperatura medja annwali ta’ 14,5 sa 16 gradi Celsius, kif ukoll id-differenzi bejn iż-żewġ reġjuni li flimkien jagħmlu ż-żona ta’ produzzjoni, bl-ewwel wieħed b’karatteristiċi ta’ artijiet bl-għoljiet u t-tieni wieħed b’tipografija li mhix ħarxa u b’ħamrija tajba, joffru ambjent addattat għall-iżvilupp tal-masġar tas-siġar taż-żebbuġ. Il-kultivazzjoni, il-ġbir u l-kisba xierqa u kkontrollati.

4.7.   L-istruttura tal-kontroll

Isem:

:

CONSEJO REGULADOR DE LA D.O.P. “SIURANA”

Indirizz

:

Antoni Gaudí, 66 D-1 B.(43203) Reus

Numru tat-Telefown

:

(34) 977 33 19 37

Numru tal-fax

:

(34) 977 33 19 37

Il-Kunsill regolatorju tad-denominazzjoni ta’ l-oriġini “Siurana” huwa konformi ma’ l-istandard EN 45011.

4.8.   Twaħħil tat-tikketta

“Denominazzjoni ta' l-oriġini ‘Siurana’, żejt verġni” għandha tiġi mwaħħla fejn tidher. Tikketti awtorizzati mill-Kunsill. Tikketti ta’ kontroll enumerati u maħruġa mill-Kunsill regolatorju.

4.9.   Kondizzjonijiet nazzjonali

Il-liġi nru 25 tat-2 ta' Diċembru 1970. Ordni tad-19 ta’ Novembru 1979 li tamministra d-denominazzjoni ta’ l-oriġini “Siurana” taż-żjut taż-żebbuġ verġni u l-Kunsill regolatorju tagħha.


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 148, tal-21.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 708/2005 (ĠU L 119, 11.5.2005, p. 3).

(3)  ĠU C 162, tal-11.7.2003, p. 8 (“Siurana”).

(4)  Garcia: il-poligoni 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15, 16, 22 u 23.

(5)  Il-Kummissjoni Ewropea — Direttorat Ġenerali ta’ l-Agrikultura — Is-sezzjoni “Politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli” — B-1049 Brussell.

(6)  ŻONI: Flix, 13,18,19,20 et 21; Garcia: 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15, 16, 22 u 23; Tivissa: 2,7,8,9,10,11,12,21,22 et 23 (id-distrett ta’ La Serra d'Almòs); Torre de l’Espanyol: 1 u 2; Vinebre: 8 u 9.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

336


Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/2/KE tas-6 ta’ Jannar 2006 li temenda, għall-finijiet ta’ l–adattazzjoni tagħha għall-progress tekniku, l-Anness II tad-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ żewġ fibri tat-tessut

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/2/KE għandha taqra:

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/2/KE

tas-6 ta’ Jannar 2006

li temenda, għall-finijiet ta’ l–adattazzjoni tagħha għall-progress tekniku, l-Anness II tad-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ żewġ fibri tat-tessut

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ żewġ fibri tat-tessut (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar ismijiet ta’ tessuti (2) titlob l-ittikkettjar biex jindika l-kompożizzjoni tal-fibra tal-prodotti ta’ tessuti, b’verifiki li qed jitwettqu permezz ta’ analiżi dwar il-konformità ta dawn il-prodotti ma’ indikazzjonijiet mogħtija fuq it-tikketta

(2)

Il-metodi uniformi għall-analiżi kwantitattivi ta’ taħlitiet ta’ żewġ fibri tat-tessut huma stipulati fid-Direttiva 96/73/KE

(3)

Fuq il-bażi ta’ sejbiet ta’ dan l-aħħar minn grupp ta’ ħidma tekniku, id-Direttiva 96/74/KE ġiet adattata għall-progress tekniku, permezz taż-żieda tal-fibri tal-polylactide u l-elastomultieseter mal-lista ta’ fibri stipulata fl-Annessi I u II tad-Direttiva

(4)

Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu ddefiniti metodi uniformi ta’ ttestjar għall-polylactide u l-elastomultiester

(5)

Id-Direttiva 96/73/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għad-Direttivi relatati ma' l-Ismijiet ta' Tessuti u l-Ittikkettjar,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Direttiva 96/73/KE hija emendata skond l-Anness ta' din id-Direttiva

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mis-6 ta’ Jannar 2007. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażżjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Jannar 2006.

Għall-Kummissjoni

Gunter VERHEUGEN

Viċi President

ANNESS

Il-Kapitolu 2 ta’ l-Anness II tad-Direttiva 96/73/KE huwa emendat kif ġej (3):

(1)

Il-metodi speċjali — It-Tabella Sommarja qed tinbidel b’dan li ġej:

“2.   METODI SPEĊJALI — TABELLA SOMMARJA

Metodi

Qasam ta’ applikazzjoni

Reaġent

Nru 1

Aċetat

Ċerti fibri oħra

Acetone

Nru 2

Ċerti fibri ta’ proteini

Ċerti fibri oħra

Hypochlorite

Nru 3

Viskuż, kupru jew ċerti tipi ta’ modal

Qoton

Aċidu formiku u klorur taż-żingu

Nru 4

Poliamid jew najlon

Ċerti fibri oħra

Aċidu formiku, 80 % m/m

Nru 5

Aċetat

Triaċetat

L-alkol tal-benżil

Nru 6

Triaċetat jew polylactide

Ċerti fibri oħra

Dichloromethane

Nru 7

Ċerti fibri ċellulożi

Poliester jew elastomultiester

Aċidu sulforiku, 75 % m/m

Nru 8

Akriliċi, ċerti modakriliċi jew ċerti klorofibri

Ċerti fibri oħra

Dimethylformamide

Nru 9

Ċerti klorofibri

Ċerti fibri oħra

Disulfid tal-karbonju/acetone, 55.5/44.5 v/v

Nru 10

Aċetat

Ċerti klorofibri

Aċidu aċetiku glaċjali

Nru 11

Ħarir

Suf jew xagħar

Aċidu sulforiku, 75 % m/m

Nru 12

Ġuta

Ċerti fibri ta’ l-annimali

Metodu bil-kontenut ta’ nitroġenu

Nru 13

Polipropelin

Ċerti fibri oħra

Xylene

Nru 14

Ċerti fibri oħra

Klorofibri (omopolimeri tal-klorur tal-vinyl)

Metodu ta’ l-aċidu sulfuriku kkonċentrat

Nru 15

Klorofibri, ċerti modacrylics, ċerti elastani, aċetati, triaċetati

Ċerti fibri oħra

Cyclohexanone”

(2)

Il-punt 1.2 tal-metodu Nru 1 qed jinbidel b'dan li ġej:

“2

suf (1), xagħar ta' l-annimali (2 u 3), ħarir (4) qoton (5), għażel (7) qanneb veru (8), ġuta (9) manilla (10), alfa (11), kajjar (12), ġummar (13), rami (14) sisal (15), kupru (21), modal (22), proteina (23), viskuż (25), akriliku (26), poliamid jew najlon (30), poliester (34) u elastomultiester (45)”.

(3)

Il-punt 1.2 tal-metodu Nru 2 qed jinbidel b'dan li ġej:

“2.

qoton (5), kupru (21) viskuż (25), akriliku (26), klorofibri (27) poliamid jew najlon (30), poliester (34), polipropilene (36), elastane (42, fibra tal-ħġieġ (43) u elastomultiester (45)”.

(4)

Il-punt 1.2 tal-metodu Nru 4 qed jinbidel b'dan li ġej:

“2.

suf (1), xagħar ta’ l-annimali (2 u 3) qoton (5), kupru (21), modal (22) viskuż (25), akriliku (26), klorofibri (27), poliester (34), polipropilene (36) fibra tal-ħġieġ (43) u elastomultiester (45)”.

(5)

Il-metodu Nru 6 huwa emendat kif ġej:

a)

Il-punti 1, 2 tal-metodu Nru 6 qed jinbidlu b'dan li ġej:

“1.   QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli, wara t-tneħħija ta’ materja mhux fibruża, għal taħlitiet ta’ żewġ fibri ta’:

1.

triaċetat (24) jew polilactide (33a)

ma’

2.

suf (1), xagħar ta’ l-annimali (2 u 3) ħarir (4), qoton (5), kupru (21) modal (22), viskuż (25), akriliku (26), poliamid jew najlon (30), poliester (34), fibra tal-ħġieġ (43) u elastomultiester (45).

Nota

Il-fibri tat-triaċetat li jkunu għaddew minn fażi finali li twassal għall-idrolisi parzjali ma jibqgħux idubu għall-kollox fir-reaġent. F’każijiet bħal dawn, il-metodu mhuwiex applikabbli.

2.   IL-PRINĊIPJU

Il-fibri tat-triaċetat jew tal-polylactide jiddewbu minn piż xott magħruf tat-taħlita, bid-dichloromethane. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; Il-piż tiegħu, li jkun korrett jekk meħtieġ, huwa mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali tat-triaċitat jew tal-polylactide niexef jinstab bid-differenza”.

b)

Il-punt 5 qed jinbidel b’dan li ġej:

“5.   IL-KALKOLU U T-TIFSIRA TAR-RIŻULTATI

Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa ta’ 1.00, għajr fil-każ tal-poliester u l-elastomultiester, li għalihom il-valur ta’ ‘d’ huwa ta’ 1.01”.

(6)

Il-punt 1.2 tal-metodu Nru 7 qed jinbidel b'dan li ġej:

“2.

Poliester (34) u elastomultiester (45)”.

(7)

Il-metodu Nru 8 huwa emendat kif ġej:

a)

Il-punt 1.2 qed jinbidel b’dan li ġej:

“2.

suf (1), xagħar ta’ l-annimali (2 u 3) ħarir (4), qoton (5), kupru (21) modal (22), viskuż (25), poliamid jew najlon (30), poliester (34), u elastomultiester (45).”

b)

Il-punt 5 qed jinbidel b’dan li ġej:

“5.   IL-KALKOLU U T-TIFSIRA TAR-RIŻULTATI

Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa ta’ 1,00 għajr fil-każijiet li ġejjin:

 

suf 1,01

 

qoton 1,01

 

kupru 1,01

 

modal 1,01

 

poliester 1,01

 

elastomultiester 1,01”

(8)

Il-punt 1.2 tal-metodu Nru 9 qed jinbidel b'dan li ġej:

“2.

suf (1), xagħar ta’ l-annimali (2 u 3) ħarir (4), qoton (5), kupru (21) modal (22), viskuż (25), akriliku (26), poliamid jew najlon (30), poliester (34), fibra tal-ħġieġ (43) u elastomultiester (45)”.

(9)

Il-punt 1.2 tal-metodu Nru 13 qed jinbidel b'dan li ġej:

“1.

polypropylene fibres (36)

with

2.

suf (1), xagħar ta’ l-annimali (2 u 3) ħarir (4), qoton (5), aċetat (19) kupru (21), modal (22), triaċetat (24), viskuż (25), akrilik (26), poliamid jew najlon (30), poliester (34), fibra tal-ħġieġ (43) u elastomultiester (45)”.

(10)

Il-punt 1.2 tal-metodu No 14 qed jinbidel b'dan li ġej:

“2.

qoton (5), aċetat (19) kupru (21), modal (22), triaċetat (24), viskuż (25), ċerti akriliċi (26), ċerti modakriliċi (29), poliamid jew najlon (30), poliester (34) u elastomultiester (45)”.


(1)  ĠU L 32, 3.2.1997, p. 1 Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 32, 3.2.1997, p. 38. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/34/KE.

(3)  Fibres Numbering: 1. Polyester (34) previously (31), 2. polypropylene (36) previously (33), 3.elastane (42) previously (39), 4. glass fibre (43) previously (40) see Directive 96/74/EC, as amended by Directive 97/37/EC (OJ L 169, 27.6.1997, p. 74).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

340


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2006 ta’ l-10 ta' Jannar 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-kodiċijiet doganali għall-bromoklorometan

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 29/2006

ta’ l-10 ta' Jannar 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-kodiċijiet doganali għall-bromoklorometan

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-bromoklorometan (BMC), sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu, huwa elenkat bħala sustanza kontrollata fil-Grupp IX tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000.

(2)

B'segwitu għall-istabbiliment ta' kodiċijiet doganali għall-BMC u għal taħlitiet li fihom il-BMC dawk il-kodiċijiet għandhom jiżdiedu fit-tabella fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000. Fl-interess taċ-ċarezza l-Anness għandu jiġi ssostitwit.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jinbidel bit-test definit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta' Jannar 2006.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS IV

Il-Gruppi, Il-Kodiċijiet tan-Nomenklatura magħquda 2004 (CN 04 ) (2) u d-deskrizzjonijiet għas-sustanzi msemmija fl-Annessi I u III

Grupp

Kodiċi NM 04

Deskrizzjoni

Grupp I

2903 41 00

Triklorofluworometan

2903 42 00

Diklorofluworometan

2903 43 00

Triklorotrifluworoetani

2903 44 10

Diklorotetrafluworoetani

2903 44 90

Kloropentafluworoetan

Grupp II

2903 45 10

Klorotrifluworometan

2903 45 15

Pentaklorofluworoetan

2903 45 20

Tetraklorodifluworoetani

2903 45 25

Eptaklorofluworopropani

2903 45 30

Eżaklorodifluworopropani

2903 45 35

Pentaklorotrifluworopropani

2903 45 40

Tetraklorotetrafluworopropani

2903 45 45

Trikloropentafluworopropani

2903 45 50

Dikloroeżafluworopropani

2903 45 55

Kloroeptafluworopropani

Grupp III

2903 46 10

Bromoklorodifluworometan

2903 46 20

Bromotrifluworometan

2903 46 90

Dibromotetrafluworoetani

Grupp IV

2903 14 00

Tetraklorur tal-karbonju

Grupp V

2903 19 10

1,1,1-Trikloroetan(metilkloroform)

Grupp VI

2903 30 33

Bromometan (bromur tal-metil)

Grupp VII

2903 49 30

Idrobromofluworometani, -etani jew -propani

Grupp VIII

2903 49 10

Idroklorofluworometani, -etani jew — propani

Grupp IX

ex 2903 49 80

Bromoklorometan

ex 3824 71 00

Taħlitiet li fihom sustanza waħda jew aktar li jaqgħu taħt il-kodiċijiet 2903 41 00 sa 2903 45 55 .

ex 3824 79 00

Taħlitiet li fihom sustanza waħda jew aktar li jaqgħu taħt il-kodiċijiet 2903 46 10 sa 2903 46 90

ex 3824 90 99

Taħlitiet li fihom sustanza waħda jew aktar li jaqgħu taħt il-kodiċijiet 2903 14 00 , 2903 19 10 , 2903 30 33 , 2903 49 10 , 2903 49 30 jew 2903 49 80 (il-bromoklorometan biss)


(1)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1, Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2077/2004 (ĠU L 359, 4.12.2004, p. 28.)

(2)  ‘Ex’ quddiem kodiċi timplika li prodotti oħrajn minbarra dawk imsemmija fil-kolonna ‘Deskrizzjoni’ jistgħu wkoll jaqgħu taħt dik is-subintestatura.”


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

342


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2006 tas-16 ta' Jannar 2006 li jemenda ir-Regolament tal-Kunsill (EC) No 2488/2000 li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x'jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 68/2006

tas-16 ta' Jannar 2006

li jemenda ir-Regolament tal-Kunsill (EC) No 2488/2000 li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x'jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (EC) No 2488/2000 li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x'jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2)(c) tieghu,

Billi:

(1)

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2488/2000 jelenka l-awtoritajiet kompetenti li għalihom huma attribwiti funzjonijiet speċifiċi marbuta ma' l-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament.

(2)

Il-Ġermanja, l-Olanda, l-Iżvezja u r-Renju Unit talbu li d-dettalji tal-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom jiġu emendati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 174/2005 b'dan hu emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha

Magħmul fi Brussell, 16 ta' Jannar 2006.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Id-Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni

ANNEX

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2488/2000 huwa emendat kif ġej:

(1)

Id-dettalji tal-indirizz taħt l-intestatura “il-Ġermanja” se jinbidlu b'li ġej:

“Deutsche Bundesbank

Servicezentrum Finanzsanktionen

D-80281 München

Tel: (49-89) 28 89 38 00

Fax: (49-89) 35 01 63 38 00”

(2)

Id-dettalji tal-indirizz taħt l-intestatura “l-Olanda” se jinbidlu b'li ġej:

“Minister van Financiën

Directie Financiële Markten/Afdeling Integriteit

Postbus 20201

2500 EE Den Haag

The Netherlands

Telefoon: (31-70) 342 8997

Telefax: (31-70) 342 7984”

(3)

Id-dettalji tal-indirizz taħt l-intestatura “l-Iżvezja” se jinbidlu b'li ġej:

“L-Artikolu 2(2)

Rikspolisstyrelsen

Box 12256

SE-102 26 Stockholm

Tfn (46-8) 401 90 00

Fax (46-8) 401 99 00

L-Artikolu 3

Finansinspektionen

Box 6750

SE-113 85 Stockholm

Tfn (46-8) 787 80 00

Fax (46-8) 24 13 35

L-Artikolu 4(3)

Försäkringskassan

SE-103 51 Stockholm

Tfn (46-8) 786 90 00

Fax (46-8) 411 27 89”

(4)

Id-dettalji tal-indirizz taħt l-intestatura “ir-Renju Unit” se jinbidlu b'li ġej:

“Bank of England

Sanctions Emergency Unit

London EC2R 8AH

United Kingdom

Tel. (44-207) 601 46 07

Fax (44-207) 601 43 09

HM Treasury

International Financial Services

Parliament Street

London SW1P 3AG

United Kingdom

Tel. (44-207) 207 55 50

Fax (44-207) 207 43 65

Għal Gibralter

Ernest Mon

Chief Secretary

Government Secretariat

No. 6 Convent Place

Gibraltar

United Kingdom

Tel. (350) 75707

Fax (350) 587 5700”


(1)  ĠU L 287, 14.11.2000, p. 19. Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2001 (ĠU L 163, 20.6.2001, p. 14) u l-Att ta' Adeżjoni 2004, Anness II, settur 20, punt 8 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 773).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

344


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 208/2006 tas-7 ta’ Frar 2006 li jemenda l-Annessi VI u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ livelli stabbiliti għall-ipproċessar għall-impjanti tal-bijogass u ta’ l-ikkompostjar u r-rekwiżiti għad-demel

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 208/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 208/2006

tas-7 ta’ Frar 2006

li jemenda l-Annessi VI u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ livelli stabbiliti għall-ipproċessar għall-impjanti tal-bijogass u ta’ l-ikkompostjar u r-rekwiżiti għad-demel

(Test b’rilevanza għaż-ZEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWOPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għal konsum tal-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32 (1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Nru 1774/2002 jipprevedi miżuri biex jiġi żgurat li d-demel u l-prodotti minnu huma użati jew mormija b’tali mod lim ma jkunux ta’ riskju għa — saħħa pubblika jew ta’ l-annimali.

(2)

Il-Kapitolu II ta’ l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi għall-approvjazzjoni ta’ impjanti tal-bijogass u ta’ l-ikkompostjar li jużaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali.

(3)

Wara l-opinjoni ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza ta’ l-Ikel (EFSA) tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar is-sikurezza vis-à-vis ir-riskji bijoloġiċi tal-livelli stabbiliti, ta’ trattament tal-bijogass u l-ikkompostjar tal-prodotti sekondarji ta’ l-annimali jixraq li jiġi emendat il-Kapitolu II ta’ l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 billi tiġi permessa l-awtorizzazzjoni ta’ parametri oħra għall-proċessi.

(4)

Il-Kapitolu III ta’ l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistabbilixxi rekwiżiti għad-demel, demel ipproċessat u prodotti mid-demel ipproċessat u jistipula l-parametri ta’ pproċessar u kontroll li d-demel għandu jgħaddi minnhom sabiex jissodisfa r-rekwiżiti għad-demel ipproċessat u l-prodotti mid-demel ipproċessat.

(5)

Wara l-opinjoni ta’ l-EFSA tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar is-sikurezza bijoloġika tat-trattament tad-demel bis-sħana, jixraq li jiġu emendati r-rekwiżiti relevanti tal-Kapitolu III ta’ l-Anness VIII sabiex titqies dik l-opinjoni.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi VI u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huma emendati skond l-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006. Madankollu, ir-rekwiżiti fl-Anness VI, Kapitolu II, punt C(13a) u fl-Anness VII, Kapitolu III, punt (II)(A)(5)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandhom japplikaw mil-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Frar 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

L-Anness VI u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness VI, il-Kapitolu II huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Punti A(1) u (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.

Impjant tal-bijogass għandu jkun mgħammar bi:

(a)

unità ta' pasturizzazzjoni/iġenizzazzjoni, li ma jistax jiġi bypassed, bi:

(i)

installazzjonijiet għall-monitoraġġ tat-temperatura kontra l-ħin;

(ii)

mezzi ta' rekordjar biex jiġu rrekordjati b'mod kontinwu r-riżultati tal-qisien imsemmija f’ (i); u

(iii)

sistema adegwata sikura biex tipprevjeni sħana insuffiċjenti;

(b)

faċilitajiet adegwati għat-tindif u d-diżinfettar ta' vetturi u kontenituri malli jitilqu mill-impjant tal-bijogass.

Madankollu, unità ta' pasturizzazzjoni/iġenizzazzjoni mhijiex mandatorja għall-impjanti tal-bijogass li jittrasformaw biss

(i)

prodotti sekondarji ta' l-annimali li jkunu għaddew mill- Metodu 1 ta' l-ipproċessar.

(ii)

Materjal tal-kategorija 3 li jkun għadda minn pasturizzazzjoni/iġenizzazzjoni x’imkien ieħor; jew

(iii)

prodotti sekondarji ta' l-annimali li jistgħu jintużaw bħala materja prima mingħajr proċessar.

Jekk l-impjant tal-bijogass jinsab fi stabbiliment fejn jinżammu l-annimali u ma jużax biss id-demel li ġej minn dawn l-annimali, l-impjant għandu jkun distanza xierqa ‘l bogħod miż-żona fejn jinżammu dawn l-annimali u f’kull każ għandu jkun hemm firda fiżika totali bejn dan l-impjant u dawk l-annimali u l-għalf u l-friex tagħhom, u fejn meħtieġ b’xatba li tifred.

2.

Impjant ta’ l-ikkompostjar għandu jkun mgħammar bi:

(a)

reattur ta' fejn isir il-kompost magħluq, li ma jistax jiġi bypassed, bi:

(i)

installazzjonijiet għall-monitoraġġ tat-temperatura kontra l-ħin;

(ii)

mezzi ta' rekordjar biex jiġu rrekordjati b'mod kontinwu r-riżultati tal-qisien imsemmija f’ (i); u

(iii)

sistema adegwata sikura biex tipprevjeni sħana insuffiċjenti;

(b)

faċilitajiet adegwati għat-tindif u d-diżinfettar ta' vetturi u kontenituri li jittrasportaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux trattati.

Madankollu, tipi oħra ta’ sistemi ta’ l-ikkompostjar jistgħu jiġu permessi sakemm:

(i)

jiżguraw li jkun hemm miżuri xierqa għal kontra l-ġrieden u annimali oħra li jagħmlu l-ħsara

(ii)

ikunu ġestiti b’mod li l-materjal kollu fis-sistema jilħaq il-parametri meħtieġa tal-ħin u tat-temperatura, inkluż, fen xieraq, monitoraġġ kontinwu tal-parametri;

(iii)

jikkonformaw mar-rekwiżiti l-oħra kollha ta’ dan ir-Regolament.

Jekk l-impjant ta’ l-ikkompostjar jinsab fi stabbiliment fejn jinżammu l-annimali u ma jużax biss id-demel li ġej minn dan l-annimali, l-impjant għandu jkun distanza xierqa ‘l bogħod miż-żona fejn jinżammu dawn l-annimali u f’kull każ għandu jkun hemm firda fiżika totali bejn dan l-impjant u dawk l-annimali u l-għalf u l-friex tagħhom, u fejn meħtieġ b’xatba li tifred.”

(b)

Il-punt B(11) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“11.

Ir-residwi tad-diġestjoni u l-kompost jridu jiġu mmaneġġjati u maħżuna fl-impjant rispettiv tal-bijogass jew ta’ l-ikkompostjar b'tali mod li jipprekludu kontaminazzjoni mill-ġdid.”

(c)

Il-punt C(12) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“12.

Materjal ta' Kategorija 3 użat bħala materja prima f'impjant tal-bijogas mgħammar b'unità ta' pasturizzazzjoni/iġenizzazzjoni jrid jiġi sottomess għar-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(a)

id-daqs massimu tal-partikoli qabel ma jidħol fl-unità: 12 mm;

(b)

it-temperatura minima fil-materjal kollu fl-unità: 70 °C; u

(c)

il-ħin minimu fl-unità mingħajr interruzzjoni: 60 minuta.

Madankollu, ħalib, kolostri u prodotti tal-ħalib tal-kategorija 3 jistgħu jintużaw mingħajr pasturizzazzjoni/iġenizzazzjoni bħala materja prima f'impjant tal-bijogass, jekk l-awtorità kompetenti ma tqisx li jippreżentaw riskju ta’ tixrid ta’ xi marda serja li tittieħed.”

(d)

Il-punt C(13) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“13.

Materjal ta' Kategorija 3 użat bħala materja prima f'impjant fejn isir il-kompost irid jiġi sottomess għar-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(a)

id-daqs massimu tal-partikoli qabel ma jidħol fl-unità: 12 mm;

(b)

it-temperatura minima fil-materjal kollu fir-reattur: 70 °C; u

(c)

il-ħin minimu fil-materjal kollu f'temperatura ta’ 70 °C (il-materjal kollu) 60 minuta.”

(e)

Il-Punt C (13a) li ġej jiżdied:

“13a.

Madankollu, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-użu ta’ parametri standardizzati oħra għall-proċessi sakemm l-applikant juri li dawn il-parametri jiżguraw il-minimizzazzjoni tar-riksji bijoloġiċi. Dan għandu jinkludi validazzjoni, li għandha titwettaq skond il-punti (a) sa (f):

(a)

Identifikazzjoni u analiżi tal-perikli possibbli, inkluż l-impatt tal-materjal li jiddaħħal, ibbażati fuq definizzjoni sħiħa tal-kundizzjonijiet ta’ l-ipproċessar.

(b)

Valutazzjoni tar-riskju, li tevalwa kif jitwettqu fil-prattika l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-ipproċessar imsemmija f’ (a) f'kundizzjonijiet normali u atipiċi.

(c)

Validazzjoni tal-proċess mixtieq permezz tal-kejl tat-tnaqqis tal-vijabbiltà/l-infettività ta’:

(i)

organiżmi indikaturi endoġeni waqt il-proċess, fejn l-indikatur huwa:

konsistentement preżenti fil-materja prima f’għadd kbir,

mhux inqas reżistenti għall-aspetti letali tal-proċess ta’ trattament, iżda wkoll mhux sinifikatament aktar reżistenti mill-patoġeni li għalihom qed jintuża sabiex jiġu mmonitorjati,

relattivament faċli biex tikkwantifikah u relattivament faċli biex tidentifikah u tikkonfermah;

jew

(ii)

(waqt l-esponiment) organiżmu jew vajrus għat-testijiet li jkun karatterizzat sew, introdott f’test body xieraq fil-materjal tal-bidu

(d)

Il-validazzjoni tal-proċess imsemmi f’ (c) għandu juri li l-proċess jilħaq it-tnaqqis kumplessiv tar-riskju li ġej:

(i)

għal proċessi kimiċi u termali bi:

tnaqqis ta’ 5 log10 ta’ Enterococcus faecalis jew Salmonella Senftenberg (775W, H2S negative);

tnaqqis ta’ l-infectivity titre ta’ vajrusis termoreżistenti bħall-parovirus b'mill-inqas 3 log10, kull meta jkunu identifikati bħala periklu rilevanti;

u

(ii)

fir-rigward ta’ proċessi kimiċi wkoll bi:

tnaqqis ta’ parassiti reżistenti bħall-bajd ta’ l-ascaris sp. b’mill-inqas 99,9 % (3 log10) ta’ l-istadji vijabbli.

(e)

It-tfassil ta’ programm ta’ kontroll komplut li jinkludi l-proċeduri għall-monitoraġġ ta’ kif jaħdmu l-proċessi msemmija f’ (c).

(f)

Miżuri li jiżguraw il-monitoraġġ u s-superviżjoni kontinwi tal-parametri relevanti tal-proċess stabbiliti fil-programm ta’ kontroll meta l-impjant ikun qed jitħaddem.

Deattalji dwar il-parametri relevanti tal-proċess użati f’impjant tal-bijogass jew ta’ l-ikkompostjar kif ukoll punti kritiċi ta’ kontroll oħra għandhom jiġu rrekordjati u miżmuma sabiex is-sid, l-operatur jew ir-rappreżentant tagħhom u l-awtorità kompetenti jkunu jistgħu jimmonitorjaw it-tħaddim ta’ l-impjant. Ir-rekords jridu jkunu disponibbli għall-awtorità kompetenti jekk din titlobhom.

L-informazzjoni marbuta ma’ proċess awtorizzat taħt dan il-punt trid tkun disponibbli għall-Kummissjoni jekk din titlobha.”

(f)

F’ punt C (14), il-punt (b) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

tqis li r-residwi jew il-kompost huma materjal mhux ipproċessat.”

(g)

Il-punt D(15) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“15.

Kampjuni tar-residwi ta' diġestjoni jew kompost meħuda matul jew eżatt wara l-ipproċessar fl-impjant tal-bijogass jew fejn isir il-kompost iridu jikkonformaw mal-livelli stabbiliti li ġejjin:

Escherichia coli: n = 5, c = 1, m = 1 000, M = 5 000 f’ 1 g;

jew

Enterococaceae: n = 5, c = 1, m = 1 000, M = 5 000 f’ 1 g;

u

Kampjuni tar-residwi ta' diġestjoni jew kompost meħuda matul jew ma' l-irtirar mill-ħażna fl-impjant tal-bijogass jew fejn isir il-kompost iridu jikkonformaw mal-livelli stabbiliti li ġejjin:

Salmonella: assenza f’25 g: n = 5; c = 0; m = 0; M = 0

fejn:

n

=

in-numru ta' kampjuni li jridu jiġu ttestjati;

m

=

il-valur threshold għan-numru ta' batterji; ir-riżultat huwa kkunsidrat sodisfaċenti jekk in-numru ta' batterji fil-kampjuni kollha ma jaqbiżx m;

M

=

il-valur massimu għan-numru ta' batterji; ir-riżultat huwa kkunsidrat mhux sodisfaċenti jekk in-numru ta' batterji f’wieħed jew iktar mill-kampjuni jkun M jew iktar; u

c

=

numru ta' kampjuni li n-numru ta' batterji tagħhom jista' jkun ta' bejn m u M, il-kampjun jibqa' jiġi kkunsidrat aċċettabbli jekk in-numru ta' batterji tal- kampjuni l-oħra huwa m jew inqas.

Residwi tad-diġestjoni jew kompost, li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu għandhom jiġu pproċessati mill-ġdid, fil-każ tas-Salmonella ttrattati jew mormija skond l-istruzzjonijiet ta’ l-awtorità kompetenti.”

(2)

Fl-Anness VIII, il-Kapitolu III huwa emendat kif ġej: (a) Il-punt II.A.(5) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.

It-tqegħid fis-suq ta' demel ipproċessat u prodotti mid-demel ipproċessat huwa soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (e):

(a)

Iridu jiġu minn impjant tekniku, impjant tal-bijogass jew impjant fejn isir il-kompost approvat mill-awtorità kompetenti bi qbil ma' dan ir-Regolament;

(b)

Iridu jkunu ġew soġġetti għal proċess tat-trattament tas-sħana ta' mill-inqas 70°Ċ għal mill-inqas 60 minuta u għandhom ikunu ġew soġġetti għal tnaqqis f’batterji li jiffurmaw l-ispori u l-formazzjoni tossika.

(c)

Madankollu, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-użu ta’ parametri standardizzati oħra għall-proċessi differenti minn dawk deskritti f’ (b) sakemm applikant juri li dawn il-parametri jiżguraw il-minimizzazzjoni tar-riskji bijoloġiċi. Dan għandu jinkludi validazzjoni, li għandha titwettaq kif ġej:

(i)

Identifikazzjoni u analiżi tal-perikli possibbli, inkluż l-impatt fuq il-materjal użat, ibbażati fuq definizzjoni sħiħa tal-kundizzjonijiet ta’ l-ipproċessar u valutazzjoni tar-riskju, li jevalwaw kif jintlaqħu fil-prattika l-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ l-ipproċessar f’sitwazzjonijiet normali u atipiċi.

(ii)

Il-validazzjoni tal-proċess previst

(ii-1)

billi jitkejjel it-tnaqqis tal-vijabbiltà/l-infettività ta’ organiżmi indikaturi endoġeni waqt il-proċess, fejn l-indikatur huwa:

konsistentement preżenti fil-materja prima f’għadd kbir,

mhux inqas reżistenti għall-aspetti letali tal-proċess ta’ trattament, iżda wkoll mhux sinifikatament aktar reżistenti mill-patoġeni li għalihom qed jintuża sabiex jiġu mmonitorjati,

relattivament faċli biex tikkwantifikah u relattivament faċli biex tidentifikah u tikkonfermah;

jew

(ii-2)

bil-kejl tat-tnaqqis tal-vijabilità/infettività, waqt l-esponiment, ta’ organiżmu jew vajrus għat-testijiet li jkun karatterizzat sew, introdott f’test body xieraq fil-materjal tal-bidu

(iii)

Il-validazzjoni msemmija fil-punt (ii) trid turi li l-proċess jilħaq it-tnaqqis tar-riskju kumplessiv li ġej:

għal proċessi kimiċi u termali permezz tat-tnaqqis ta’ Enterococcus faecalis b’mill-inqas 5 log10 u bi tnaqqis ta’ l-infectivity titre ta’ vajrusis termoreżistenti bħall-parvovirus, meta jiġu indentifikati bħala periklu rilevanti, b’mill-inqas 3 log10,

għal proċessi kimiċi wkoll bit-tnaqqis ta’ parassiti reżistenti bħall-bajd ta’ l-ascaris sp. b’mill-inqas 99,9 % (3 log10) ta’ l-istadji vijabbli.

(iv)

It-tfassil ta’ programm ta’ kontroll komplut li jinkludi l-proċeduri għall-monitoraġġ tal-proċess.

(v)

Miżuri li jiżguraw il-monitoraġġ u s-superviżjoni kontinwi tal-parametri relevanti tal-proċess stabbiliti fil-programm ta’ kontroll meta l-impjant ikun qed jitħaddem.

Dettalji dwar il-parametri relevanti tal-proċess użati f’impjant kif ukoll punti kritiċi ta’ kontroll oħra għandhom jiġu rrekordjati u miżmuma sabiex is-sid, l-operatur jew ir-rappreżentant tagħhom u l-awtorità kompetenti jkunu jistgħu jimmonitorjaw it-tħaddim ta’ l-impjant. Ir-rekords jridu jkunu disponibbli għall-awtorità kompetenti jekk din titlobhom.

L-informazzjoni marbuta ma’ proċess awtorizzat taħt dan il-punt trid tkunu disponibbli għall-Kummissjoni jekk din titlobha.

(d)

Kampjuni rappreżentattivi tad-demel meħuda matul jew eżatt wara l-ipproċessar fl-impjant sabiex jiġi mmonitorjat il-proċess iridu jikkonformaw mal-livelli stabbiliti li ġejjin:

Escherichia coli: n = 5, c = 5, m = 0, M = 1 000 f’ 1 g;

jew

Enterococaceae: n = 5, c = 5, m = 0, M = 1 000 f’ 1 g;

u

Kampjuni rappreżentattivi tad-demel meħuda matul jew ma' l-irtirar mill-ħażna fl-impjant tekniku, tal-bijogass jew fejn isir il-kompost iridu jikkonformaw mal-livelli stabbiliti li ġejjin:

Salmonella: assenza f’25 g: n = 5; c = 0; m = 0; M = 0

fejn:

n

=

in-numru ta' kampjuni li jridu jiġu ttestjati;

m

=

il-valur threshold għan-numru ta' batterji; ir-riżultat huwa kkunsidrat sodisfaċenti jekk in-numru ta' batterji fil-kampjuni kollha ma jaqbiżx m;

M

=

il-valur massimu għan-numru ta' batterji; ir-riżultat huwa kkunsidrat mhux sodisfaċenti jekk in-numru ta' batterji f’kampjun wieħed jew iktar ikun M jew iktar; u

c

=

numru ta' kampjuni li n-numru ta' batterji tagħhom jista' jkun ta' bejn m u M, il-kampjun jibqa' jiġi kkunsidrat aċċettabbli jekk in-numru ta' batterji tal- kampjuni l-oħra huwa m jew inqas.

Demel ipproċessat jew prodotti tad-demel ipproċessat li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti msemmija fuq għandhom jitiqesu bħala mhux ipproċessati;

(e)

Iridu jinħażnu bmod li darba li jkunu pproċessati, il-kontaminazzjoni jew l-infezzjoni sekondarja u l-indewwa jkunu minimizzati. Għalhekk iridu jinħażnu fi:

(i)

sajlows issiġillati sewwa u iżolati, jew

(ii)

pakketti ssiġillati tajjeb (boroż tal-plastik jew ‘big bags’).”


(1)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 416/2005 (ĠU L 66, 12.3.2005, p. 10).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

351


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 241/2006 ta’ l-10 ta' Frar 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1004/2001 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 241/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 241/2006

ta’ l-10 ta' Frar 2006

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1004/2001 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-klassifikazzjoni tal-iskrin tal-plasma bil-kulur b'disketti ta' installazzjoni fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1004/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li tikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (2) wasslet għall-klassifikazzjonijiet li jaqaw taħt Kodiċi NM 8528 21 90 għall-iskrin tal-plasma u 8524 91 00 għad-disketti ta' installazzjoni. Billi n-Nota 6 għal kapitolu 85 tan-Nomenklatura Magħquda ġiet emendata b'effett mill-1 ta' Jannar 2002 u minħabba l-fatt li l-Kumitat HS qabel f'Ottubru 2004 dwar l-interpretazzjoni ta' din in-Nota, ir-Regolament (KE) Nru 1004/2001 irid jiġi kkunsidrat inkorrett.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1004/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tieni oġġett mit-tabella li tidher fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1004/2001 huwa mibdul bit-test li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta' Frar 2006.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Sett imqiegħed għall-bejgħ bl-imnut magħmul minn monitor tal-kulur, klips tal-kejbil, kejbil tal-enerġija elettrika, remowt (operat b’żewġ batteriji), manwal tal-utent u disketti tal-installazzjoni.

Il-monitor huwa tat-tip plażma b’qies dijagonali tal-iskrin ta’ 105,6  cm (dimensjonijiet globali 103,5 (wisa’) × 64 (għoli) × 15 (fond) cm) b’konfigurazzjoni ta’ 852 × 840 pixel u żewġ spikers interni. Fih l-interfaċċi li ġejjin:

tliet konnetturi għall-input tal- vidjo (sinjal vidjo kompost),

konnettur għall-input tad-dejta (VGA-SVGA),

konnettur għall-input tal-awdjo,

konnettur ta’ kontroll.

L-interfaċċi differenti jippermettu li l-monitor juri bil-kulur sew id-dejta li tidħollu mill-magni awtomatiċi tal-ipproċessar tad-dejta kif ukoll immaġni statiċi jew jiċċaqilu minn apparat għar-reġistrazzjoni jew ir-reproduzzjoni tal-vidjo, plejer tad-DVD, kamera tal-vidjo, eċċ.

8528 21 90

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Noenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8528 , 8528 21 u 8528 21 90 .

il-karattru essenzjali tas-sett jagħtih il-monitor.

Il-prodott ma jistax jiġi kklassifikat taħt is-subintestatura 8471 60 minħabba li jista’ jirriproduċi immaġni bil-kulur minn sinjal tal-vidjo kompost (ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA għall-intestatura 8471 , il-punt (I)(D)(1)).

Bl-istess mod, il-prodott ma għandux jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 8531 minħabba li l-funzjoni tiegħu mhijiex li jipprovdi indikazzjoni viżiva għal finijiet tas-sinjaletika (ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA għall-intestatura 8531 , il-punt (D)).


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2175/2005 (ĠU L 347, 30.12;2005, p. 9).

(2)  ĠU L 140, 24.5.2001, p. 8.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

353


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) tal-14 ta' Frar 2006 dwar ir-reviżjoni tal-limiti stipulati fl-Artikoli 157(b) u 158(1)(a) u (c) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistabilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/103/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (KE)

tal-14 ta' Frar 2006

dwar ir-reviżjoni tal-limiti stipulati fl-Artikoli 157(b) u 158(1)(a) u (c) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistabilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju

(2006/103/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament Nru 2342/2002 tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistabilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u notevolment l-Artikolu 271 tiegħu,

billi:

(1)

L-Artikolu 271(2), jipprevedi r-reviżjoni kull sentejn tal-limiti applikabbli fir-rigward tal-ħruġ ta’ offerti pubbliċi skont id-dispożizzjonijiet stipulati fir-direttivi dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri ta’ ħruġ ta’ offerti pubbliċi.

(2)

Il-valur f’euro tal-limiti stipulati fid-Direttiva Nru 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu jiġi applikat mill-1 ta' Jannar 2006 (2).

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Il-valuri f’euro tal-limiti applikabbli fir-rigward tal-ħruġ ta’ offerti pubbliċi jiġu riveduti b'dan il-mod, b'effett mill-1 ta' Jannar 2006:

Reviżjoni kull sentejn

Limitu fl-1.1.2004

Limitu fil-5.8.2005

Limitu fl-1.1.2006

Artikolu 157(b)

EUR 5 923 624

EUR 5 923 000

EUR 5 278 000

Artikolu 158(1)(a)

EUR 154 014

EUR 154 000

EUR 137 000

Artikolu 158(1)(c)

EUR 5 923 624

EUR 5 923 000

EUR 5 278 000

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għandha tiġi nnotifikata lill-istituzzjonijiet u lill-korpi l-oħra mill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell, 14 ta' Frar 2006.

Għall-Kummissjoni

Dalia GRYBAUSKAITĖ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

(2)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2083/2005 (ĠU L 333, 20.12.2005, p. 28).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

354


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-1 ta' Marzu 2006 Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara li l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-Baħar Baltiku skont il-Politika Komuni tas-Sajd huwa operattiv

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/191/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-1 ta' Marzu 2006

Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara li l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-Baħar Baltiku skont il-Politika Komuni tas-Sajd huwa operattiv

(2006/191/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE tad-19 ta’ Lulju 2004 li tistabbilixxi Kunsilli Konsultattivi Reġjonali taħt il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 3(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjonijiet mibgħuta mid-Danimarka fit-13 ta’ Diċembru 2005 f’isem id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (2) u d-Deċiżjoni 2004/585/KE jipprovdu l-qafas għall-istabbiliment u l-operat tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali.

(2)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2004/585/KE jistabbilixxi Kunsill Konsultattiv Reġjonali li jkopri l-Baħar Baltiku fiż-Żoni IIIb, IIIc u IIId tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Ibħra (ICES) kif iddefinit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3880/91 (3).

(3)

Skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2004/585/KE, rappreżentanti tas-settur tas-sajd u gruppi oħra ta' interess ressqu talba dwar l-operat ta' dak il-Kunsill Konsultattiv Reġjonali lid-Danimarka, lill-Ġermanja, lill-Estonja, lil-Latvja, lil-Litwanja, lill-Polonja, lill-Finlandja u lill-Iżvezja.

(4)

Kif jirrikjedi l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2004/585/KE, l-Istati Membri kkonċernati stabbilixxew jekk l-applikazzjoni rigward il-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-Baħar Baltiku hijiex skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dik id-Deċiżjoni. Fis-13 ta' Diċembru 2005, l-Istati Membri kkonċernati ttrażmettew rakkomandazzjoni dwar dak il-Kunsill Konsultattiv Reġjonali lill-Kummissjoni.

(5)

Il-Kummissjoni evalwat l-applikazzjoni tal-partijiet interessati u r-rakkomandazzjoni fid-dawl tad-Deċiżjoni 2004/585/KE u l-għanijiet u l-prinċipji tal-Politika Komuni tas-Sajd, u tqis li l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-Baħar Baltiku huwa lest biex jibda jopera.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-Baħar Baltiku, stabbilit bl-Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni 2004/585/KE, għandu jibda jopera mill-13 ta’ Marzu 2006.

Magħmul fi Brussell, 1 ta' Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 3.8.2004, p. 17.

(2)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(3)  ĠU L 365, 31.12.1991, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 448/2005 (ĠU L 74, 19.3.2005, p. 5).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

355


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Marzu 2006 dwar il-kummerċ ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu mat-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/207/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta' Marzu 2006

dwar il-kummerċ ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu mat-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu

(notifikata bid-dokument C(2006) 424)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/207/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,

Billi:

(1)

It-territorju doganali separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu hu sieħeb kummerċjali importanti għall-Komunità, u l-kummerċ u l-investiment bejn dak it-territorju u l-Komunità għandu jkun inkuraġġut.

(2)

It-territorju doganali separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu huwa, madanakollu, totalment konformi mal-Protokoll ta’ Montreal, u ssottometta dejta għal dak l-effett, kif speċifikat fl-Artikolu 7 tal-Protokoll ta’ Montreal, lis-Segretarjat tal-Ożonu tal-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti.

(3)

Għaldaqstant, l-Artikoli 8, 9 u 11(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tat-territorju doganali separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu.

(4)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000.

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikoli 8, 9 u 11(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tat-territorju doganali separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 29/2006 (ĠU L 6, 11.1.2006, p. 27).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

356


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Marzu 2006 dwar it-twaqqif ta' grupp espert ta' livell għoli sabiex jagħti pariri lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-Istrateġija i2010

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/215/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' Marzu 2006

dwar it-twaqqif ta' grupp espert ta' livell għoli sabiex jagħti pariri lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-Istrateġija i2010

(2006/215/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1)

Kif hemm indikat fil-konklużjonijiet tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (1)“i2010 — Soċjetà tal-Informazzjoni Ewropea għat-tkabbir u l-impjiegi” (minn hawn 'il quddiem imsejħa “i2010”), “il-Kummissjoni se ssaħħaħ id-djalogu ma' partijiet interessati u se taħdem mal-Istati Membri biex jindirizzaw il-kwistjonijiet tal-ICT, b'mod notevoli permezz ta' metodu miftuħ ta' koordinazzjoni”. Għalhekk, il-Kummissjoni tista' tirreferi għall-gwida u għall-kompetenza ta' korp konsultattiv magħmul minn uffiċjali mill-Istati Membri li jispeċjalizzaw fiż-żona politika tal-ICT.

(2)

Il-grupp għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni effiċjenti tal-i2010.

(3)

Il-grupp irid ikun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri ta' livell għoli, u miftuħ għal osservaturi minn dawk il-pajjiżi li jkunu sejrin jissieħbu u dawk li huma membri fiż-ŻEE.

(4)

Għalhekk il-“grupp ta' livell għoli tal-i2010” għandu jiġi stabbilit u t-termini ta' referenza u struttura għandhom ikunu ddettaljati.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Grupp ta' esperti, “grupp ta' livell għoli tal-i2010”, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ bħala “l-Grupp” huwa b'hekk stabbilit mill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Il-Kompitu

Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta l-grupp dwar kwalunkwe każ li jirrelata mal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-i2010.

Il-kompitu tal-Grupp huwa li:

jiddiskuti kwistjonijiet tal-politika tal-ICT strateġiċi fil-kuntest tal-i2010 u fil-kuntest usa' tal-aġenda ta' Liżbona, jagħmel reviżjoni tal-effettività tal-i2010, u jagħti kontribut u pariri dwar titjib u aġġustamenti possibli dwar l-azzjonijiet tal-i2010, abbażi tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-evoluzzjoni tal-politika tal-i2010;

joffri forum għal diskussjonijiet strateġiċi u għal skambju ta' esperjenzi, li jinvolvi s-servizzi kollha tal-Kummissjoni; kif ukoll

isir skambju ta' opinjonijiet dwar kwistjonijiet li ħerġin mill-Pjanijiet Nazzjonali ta' Riforma, fuq it-temi koperti mill-i2010, relatati mat-twettiq tal-għanijiet tal-Istrateġija ta' Lisbona.

Artikolu 3

Kompożizzjoni — Ħatra

1.   Il-grupp għandu jkun kompost minn rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru u l-Kummissjoni. Ir-rappreżentant tal-Istat Membru jista' jkun akkumpanjat b'kollegi xierqa skont il-materjal tas-suġġett diskuss, mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli għar-rifużjonijiet ta' spejjeż relatati mal-laqgħa. Ir-rappreżentanti għandhom ikunu ħaddiema taċ-ċivil ta' livell għoli li jittrattaw ma' kwistjonijiet tas-soċjetà tal-informazzjoni fuq livell nazzjonali, li jkunu kapaċi jiżguraw koordinazzjoni xierqa bejn l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali involuti fl-oqsma varji koperti mill-istrateġija tal-i2010.

2.   Il-Kummissjoni tista' tawtorizza l-parteċipazzjoni ta' osservaturi minn pajiżi li huma membri fiż-ŻEE u dawk minn pajiżi li jkunu sejrin jissieħbu. Dawn l-osservaturi huma nnominati skont l-istess kriterji li ssemmew fil-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri, il-pajjiżi huma membri fiż-ŻEE u pajjiżi li jkunu sejrin jissieħbu għandhom javżaw lill-Kummisjoni bl-ismijiet u d-dettalji tan-nominati u bi kwalunkwe tibdiliet sussegwenti.

4.   L-ismijiet tal-membri maħtura għandhom jiġu ppublikati fuq il-websajt tal-i2010 (www.europa.eu.int/i2010). Il-lista ta' dawk fi sħubija tiġi aġġornata mid-Direttorat Ġenerali tas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja kull darba li jiġu nnotifikati xi bidliet mill-Istati Membri.

Artikolu 4

L-operat

1.   Il-grupp se jkun immexxi mill-Kummissjoni.

2.   Bi ftehim mal-Kummissjoni, il-grupp jista' jwaqqaf sottogruppi biex jeżaminaw il-kwistjonijiet speċifiċi skont it-termini ta’ referenza stabbiliti mill-grupp. dawn għandhom jiġu xolti hekk kif dawn it-termini ta' referenza jiġu ssodisfatti.

3.   Il-Kummissjoni tista' tistaqsi esperti jew osservaturi ta' kompetenza speċifika dwar suġġett fuq l-aġenda biex jipparteċipaw fid-deliberazjonijiet tal-grupp jew tas-sottogrupp jekk dan ikun utli u/jew meħtieġ.

4.   L-informazzjoni miksuba bil-parteċipazzjoni fid-deliberazzjonijiet tal-grupp jew sottogrupp ma tistax tinħareġ jekk il-Kummissjoni tindika li din tkun marbuta ma’ kwistjonijiet kunfidenzjali.

5.   Il-grupp għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura (2).

6.   Il-Kummissjoni tista' tippubblika kwalunkwe sommarju, konklużjoni, konklużjoni parzjali jew dokument ta' ħidma tal-grupp.

Artikolu 5

Spejjeż tal-laqgħat

Il-Kummissjoni għandha tirrimborsa l-ispejjeż tal-vjaġġ sussistenza għall-membri, l-esperti u l-osservaturi fl-ambitu tal-attivitajiet tal-grupp b’konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Kummissjoni. Il-membri ma għandhomx jitħallsu għad-dmirijiet tagħhom.

L-ispejjeż tal-laqgħat jiġu rrimborsati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet allokati lid-dipartiment konċernat fl-ambitu tal-proċedura annwali tal-allokazzjoni tar-riżorsi.

Artikolu 6

Id-dħul fis-seħħ

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Hija applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2010. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-possibbiltà ta' estensjoni qabel dik id-data.

Magħmul fi Brussell, 15 ta' Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  COM(2005) 229 finali.

(2)  L-Anness III ta' SEC(2005)1004 tas-27 ta' Lulju 2005.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

358


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 730/2006 tal-11 ta' Mejju 2006 dwar il-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru u l-aċċess tat-titjiriet VFR 'l fuq mil-livell 195 ta' titjir

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 730/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 730/2006

tal-11 ta' Mejju 2006

dwar il-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru u l-aċċess tat-titjiriet VFR 'l fuq mil-livell 195 ta' titjir

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta' l-ispazju ta' l-arja [ajru]fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament ta' l-ispazju ta' l-arja [ajru]) (1), test b'relevanza għaż-ŻEE u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta' l-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu;

Billi:

(1)

Il-Kapitolu 2 il-paragrafu 6 tal-Anness 11 (3) tal-Konvenzjoni ta' Chicago tal-1944 dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (it-Tlettax-il Edizzjoni — Lulju 2001) jeħtieġ il-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru fis-servizzi ta' traffiku tal-ajru ta' dimensjonijiet definiti, magħżula alfabetikament minn Klassi A sa Klassi G, li fiha jkunu jistgħu joperaw tipi ta' titjiriet speċifiċi u li għalihom ikun hemm speċifikat is-servizzi tat-traffiku tal-ajru u r-regoli ta' operazzjoni.

(2)

L-Ewrokontroll ingħata mandat skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament ta' qafas biex jeżamina skema ta' klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru armonizzata għall-Ajru Uniku Ewropew. Ir-rapporti li ħarġu mill-mandat tat-30 ta' Diċembru 2004 u ta' 30 ta' April 2005 jippronu li jiġi introdott Spazju tal-ajru Klassi C bħala klassifikazzjoni xierqa għall-ispazju tal-ajru 'l fuq mil-livell 195 ta' titjir.

(3)

Sakemm ma hemmx speċifikat l-ogħla limitu tal-ispazju tal-ajru, il-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru 'l fuq mil-livell 195 ta' titjir għandha tkun konsistenti għat-titjiriet kollha li jsiru f'dan l-ispazju tal-ajru.

(4)

Il-Kapitolu 4 il-Paragrafu 5 tal-Anness 2 (4) tal-Konvenzjoni ta' Chicago tal-1944 dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (l-Għaxar edizzjoni — Lulju 2005) jintroduċi restrizzjonijiet relatati ma' Żoni ta' Separazzjoni Minima Vertikali Mnaqqsa għal titjiriet VFR 'l fuq mil-livell 290 ta' titjir. Il-Kapitolu 4 il-Paragrafu 4 tal-Anness 2 tal-Konvenzjoni ta' Chicago tal-1944 dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (l-Għaxar edizzjoni — Lulju 2005) teħtieġ l-awtorizzazzjoni ta' titjiriet VFR 'l fuq mil-livell 200.

(5)

Il-proċeduri għall-applikazzjoni għall-aċċess ta' titjiriet VFR għall-ispazju tal-ajru 'l fuq mil-livell 195 ta' titjir, li jilħaq u jinkludi l-livell 285 ta' titjir iridu jkunu miftuħa u trasparenti għall-Istati Membri kollha mingħajr ma jżommu lura l-aċċess ta' titjiriet VFR leġittimi u jnaqqsu l-flessibiltà tal-ATS.

(6)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw tranżizzjoni sikura lejn Spazju tal-ajru ta' Klassi C 'il fuq mil-livell 195 ta' titjir. Ċerti Stati Membri jeħtieġu żmien ta' tħejjija biex ibiddlu għall-Ispazju ta' Ajru Klassi C 'il fuq mil-livell 195 ta' titjir.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Ajru Waħdieni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru armonizzata li għandha tiġi applikata għal titjir ‘il fuq mil-livell 195 ta' titjir u jistabbilixxi rekwiżiti għall-aċċess għall-ispazju tal-ajru armonizzat għal titjiriet VFR f'dan l-ispazju tal-ajru.

2.   Skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 551/2004 dan ir-Regolament għandu japplika fl-ispazju tal-ajru fir-reġjuni tal-OIAĊ Ewropew (OIAĊ EUR) u Afrikan (OIAĊ AFI) fejn l-Istati Membri huma responsabbli għall-proviżjoni tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

B'żieda mad-definizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw:

(1)

“ir-riżervazzjoni tal-ispazju tal-ajru” tfisser il-volum definit ta' spazju tal-ajru temporanjament riżervat għal użu minn ċerti kategoriji ta' utenti;

(2)

“it-taqsima tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru” (“l-Unità ATS”) tfisser taqsima, ċivili jew militari, responsabbli biex jipprovdu servizzi tat-traffiku tal-ajru;

(3)

“titjiriet ibbażati fuq regoli tat-titjir bl-istrumenti” (“Titjiriet IFR”) tfisser kwalunkwe titjira li topera skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti kif iddefinit fl-Anness 2 (5) għall-Konvenzjoni ta' Chicago tal-1944 dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;

(4)

“titjiriet ibbażati fuq regoli tat-titjir viżwali” (“Titjiriet VFR”) tfisser kwalunkwe titjira li topera skont ir-regoli tat-titjir viżwali kif iddefinit fl-Anness 2 (5) għall-Konvenzjoni ta' Chicago tal-1944 dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.

(5)

“il-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru” tfisser il-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru fl-ispazji tal-ajru tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru ta' dimensjonijiet definiti, magħżula alfabetikament, li fiha jkunu jistgħu joperaw tipi ta' titjiriet speċifiċi u li għalihom ikun hemm speċifikat is-servizzi tat-traffiku tal-ajru u r-regoli ta' operazzjoni. L-ispazji tal-ajru tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru huma ikklassifikati mill-Klassijiet A sa G kif iddefinit mill-Kapitolu 2 il-Paragrafu 6.1 tal-Anness 11 (6) għall-Konvenzjoni ta' Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.

Artikolu 3

Il-Klassifikazzjoni tal-Ispazju tal-ajru 'l fuq mil-livell 195 ta' titjir

1.   L-Istati Membri għandhom jikklassifikaw kull spazju tal-ajru 'l fuq mil-livell 195 ta' titjira bħala l-Ispazju tal-ajru ta' Klassi C.

2.   Soġġetti għall-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fl-Ispazju tal-Ajru ta' Klassi C titjiriet IFR u VFR huma permessi, u li dawn it-titjiriet kollha jkunu pprovduti b'servizz ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru u li t-titjiriet IFR ikunu mifrudin minn titjiriet IFR oħra u minn titjiriet VFR.

It-titjiriet VFR għandhom ikunu mifrudin minn titjiriet IFR u għandhom jirċievu informazzjoni tat-traffiku rigward titjiriet VFR oħra.

Artikolu 4

It-titjiriet VFR 'il fuq mill-livell 195 ta' titjir

Fl-ispazju tal-ajru 'l fuq mil-livell 195 ta' titjir l-Istati Membri jistgħu, fejn possibli, jistabbilixxu riservazzjoni tal-ispazju tal-ajru, li fiha jkun permess li jsiru t-titjiriet VFR.

Fl-ispażju tal-ajru 'l fuq mil-livell 195 ta' titjir, li jilħaq u jinkludi l-livell ta' titjir 285, it-titjir VFR jistgħu jiġu awtorizzati wkoll mit-taqsima tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru responsabbli skont il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni stabbiliti u ppublikati mill-Istati Membri fil-publikazzjoni tat tagħrif aeronawtiku relevanti.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikoli 3 u 4 għandhom jgħoddu mill-1 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta' Mejju 2006.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi-President


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

(2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(3)  It-13-il edizzjoni — Lulju 2001 www.icao.int

(4)  L-10 edizzjoni — Lulju 2005 www.icao.int

(5)  l-Għaxar Edizzjoni — Lulju 2005

(6)  it-Tlettax-il Edizzjoni — Lulju 2001


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

360


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 734/2006 tas-16 ta’ Mejju 2006 regoli dettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar l-għoti ta' għajnuna finanzjarja għall-ħżin privat ta' xi ġobnijiet fiż-żmien ta' ħżin 2006/2007

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 734/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 734/2006

tas-16 ta’ Mejju 2006

regoli dettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar l-għoti ta' għajnuna finanzjarja għall-ħżin privat ta' xi ġobnijiet fiż-żmien ta' ħżin 2006/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għajnuna privata għall-ħżin tista' tingħata għal ġobnijiet li jinħażnu fit-tul u għal ġobnijiet magħmulha minn ħalib tan-nagħaġ jew tal-mogħoż li jeħtieġu mill-anqas sitt xhur biex jeqdiemu, jekk l-andament tal-prezzijiet u s-sitwazzjoni ta' l-istokk jindikawlhom nuqqas ta' ekwilibriju tas-suq li jista' jiġi eliminat jew imnaqqas mill-ħżin staġonali.

(2)

Id-diffikultajiet li toħloq il-produzzjoni staġonali ta' ċerti ġobnijiet li jinħażnu fit-tul u tal-Pecorino Romano, Kefalotyri u Kesseri huma aggravati minn staġonalità tal-konsum li hija bil-maqlub ta' dik tal-produzzjoni. Is-sistema fframmentata tal-produzzjoni ta' dawn il-ġobnijiet tkompli taggrava il-konsegwenzi ta' dik l-istaġonalità. Għalhekk għandhom isiru provvedimenti għall-ħżin staġonali ta' kwantita' korrispondenti għad-differenza bejn il-produzzjoni sajfija u dik xitwija.

(3)

It-tipi ta' ġobon eliġibbli għall-għajnuna u l-kwantitajiet massimi li fuqhom din tista' tingħata għandhom ikunu stabbiliti, kif ukoll it-tul tal-kuntratti, li għandhom jirriflettu l-bżonnijiet reali tas-suq u kemm iżommu fit-tul il-ġobnijiet ikkonċernati.

(4)

Jeħtieġ li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta' ħżin u l-passi essenzjali li jippermettu l-ġobon kopert minn kuntratt biex ikun identifikat u suġġett għal xi kontrolli. L-għajnuna għandha tkun stipulata b'referenza għall-ispejjeż tal-ħżin u l-bilanċ li għandu jinżamm bejn ġobon li għalih tingħata l-għajnuna u ġobon ieħor mibjugħ fis-suq. Fid-dawl ta' dawn l-elementi, u r-riżorsi disponibbli, l-ammonti ta' l-ispejjeż ta' magażinaġġ għal kull ġurnata ta ħżin għandhom jitnaqqsu. L-ammont għall-ispejjeż għandu jinħadem abbażi ta' rata ta' interessi ta' 2,5 %. Dwar l-ispejjeż fissi, il-miżura ta' għajnuna ma għanhiex tibqa' tikkumpensa ħlief għall-ispejjeż tal-ħżin u dawk finanzjarji, peress li l-magażinaġġ ma jżidx l-ispejjeż fissi supplimentari, peress li huwa parti mill-proċess normali tal-produzzjoninta' dawk il-ġobnijiet.

(5)

Għandhom jinħolqu wkoll regoli dettaljati dwar id-dokumentazzjoni, il-kontijiet u l-frekwenza u n-natura tal-kontrolli. L-Istat Membru jista' jiprovdi biex l-ispejjeż tal-kontrolli jġorrhom il-kuntrattur, għal kollox jew parzjalment.

(6)

Għandu jiġi ċċarat li ġobnijiet intieri biss huma eliġibbli għall-għajnuna li tingħata għall-ħżin privat.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jipprovdi regoli dettaljati għall-għoti ta' l-għajnuna tal-Komunità għall-ħżin ta' xi ġobnijiet (minn hawn 'il quddiem “għajnuna”) skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 matul il-perjodu ta' ħżin 2006/2007.

Artikolu 2

Tifsiriet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(a)

“lott tal-ħażna” jfisser kwantita' ta' ġobon li jiżen mill-anqas żewġ tunnellati, ta' tip wieħed u maħżun f'maħżen wieħed f'ġurnata waħda;

(b)

“ġurnata ta' bidu tal-ħżin kuntrattwali” tfisser l-għada tal-bidu tal-ħżin;

(ċ)

“l-aħħar ġurnata tal-ħżin kuntrattwali” tfisser il-ġurnata qabel dik tat-tneħħija mill-ħażna;

(d)

“perjodu ta' ħżin”, tfisser perjodu li matulu l-ġobon jista' jiġi kopert mill-iskema ta' ħżin privat, kif speċifikat għall-kull tip ta' ġobon fl-Anness.

Artikolu 3

Ġobnijiet eliġibbli għall-għajnuna

1.   L-għajnuna għandha tingħata lil ċerti ġobnijiet li jżommu fit-tul, Pecorino Romano, Kefalotyri u Kasseri skond il-proviżjonijiet li jidhru fl-Anness. Ġobniet intieri biss huma eliġibbli.

2.   Il-ġobon għandu jkun ġie prodott fil-Komunità u jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jkun immarkat b'linka li ma titħassarx b'indikazzjonijiet ta' l-intrapriża u l-jum u x-xahar tal-produzzjoni; dawn ikunu indikati taħt forma ta' kodiċi;

(b)

jkun għadda minn testijiet tal-kwalità li juru li joffri garanzija xierqa ta' klassifikazzjoni, wara l-maturazzjoni, fil-kategoriji definiti fl-Anness.

Artikolu 4

Kuntratt ta' ħżin

1.   Il-kuntratti relatati ma' ħżin privat tal-ġobon għandhom ikunu konklużi bejn aġenzija ta' intervent ta' l-Istat Membru li fuq it-territorji tiegħu jinħażen il-ġobon u l-persuni naturali jew legali, minn issa 'l quddiem “kuntratturi”.

2.   Il-kuntratti tal-ħżin għandhom jitħejjew bil-miktub fuq bażi ta' applikazzjoni biex jitħejja kuntratt.

L-applikazzjonijiet għandhom jaslu għand kull aġenzija ta' intervent mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data ta' meta beda jinħażen il-prodott u jistgħu jinvolvu biss lottijiet ta' ġobon li diġa' bdew jinħażnu sħaħ. L-aġenziji ta' intervent għandhom jirreġistraw id-data ta' meta jkunu rċevew kull applikazzjoni.

Jekk l-applikazzjoni tasal fl-aġenzija ta' intervent fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara li jagħlaq iż-żmien, il-kuntratt tal-ħżin jista' jiġi xorta waħda konkluż iżda l-għajnuna għandha titnaqqas bi 30 %.

3.   Kuntratti ta' ħżin għandhom jiġu konklużi bil-miktub għal lott wieħed jew aktar ta' ħżin u għandhom jinkludu, b'mod partikolari, disposizzjonijiet dwar:

(a)

il-kwantità ta' ġobon li dwarha japplika l-kuntratt;

(b)

id-dati relatati ma' l-eżekuzzjoni tal-kuntratt;

(c)

l-ammont ta' l-għajnuna;

(d)

l-identità tal-postijiet tal-ħżin.

4.   Il-kuntratti ta' ħżin għandhom ikunu konklużi mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data ta' reġistrazzjoni ta' l-applikazzjoni biex jinħoloq kuntratt.

5.   Id-dispożizzjonijiet ta' kontroll, b'mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 7, għandhom isiru skond skeda mħejjija mill-aġenzija ta' intervent. Il-kuntratt ta' ħżin għandu jirreferi għal dawn l-ispeċifikazzjonijiet.

Artikolu 5

Id-dħul fil-ħażna u t-tneħħija minnha

1.   Il-perjodi għall-bidu u t-tmiem tal-ħżin għandhom ikunu dawk mogħtija fl-Anness.

2.   It-tneħħija mill-ħażna ssir f'lottijiet sħaħ tal-ħażna.

3.   Jekk fi tmiem l-ewwel 60 jum ta' ħżin kuntrattwali id-deterjorament fil-kwalità tal-ġobon hi akbar minn dik li hi normali fil-maħżen, il-kuntrattur jista' jkun awtorizzat, darba għal kull lott ta' ħażna, li jibdel il-kwantità difettuża, bi spejjeż tiegħu.

Jekk verifiki waqt il-ħżin jew mat-tneħħija jikxfu kwantitajiet difettużi, ebda għajnuna m'għandha titħallas għal dawk il-kwantitajiet. B'żieda, il-bqija tal-lott tal-ħażna li jkun għadu eliġibbli għall-għajnuna m'għandux ikun anqas minn żewġ tunnellati.

It-tieni subparagrafu għandu jgħodd ukoll fejn parti tal-lott titneħħa qabel il-bidu tal-perjodu ta' tneħħija mill-ħażna, indikat fil-paragrafu 1, jew qabel l-iskadenza tal-perjodu minimu ta' ħżin indikat fl-Artikolu 8(2).

4.   Għall-fini tal-kalkolu ta' l-għajnuna fil-każ imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, l-ewwel jum tal-kuntratt tal-ħżin għandu jkun il-jum tal-bidu tal-ħżin kuntrattwali.

Artikolu 6

Kundizzjonijiet tal-Ħżin

1.   L-Istat Membru għandu jiżgura illi jitwettqu l-kundizzjonijiet li jikkonċedu l-intitolment għall-ħlas tal-għajnuna.

2.   Il-kuntrattur jew, fuq talba ta' l-Istat Membru jew bl-awtorizzazzjoni tiegħu, il-persuna responsabbli għall-maħżen, għandu jagħmel disponibbli lill-awtorità kompetenti responsabbli għall-ispezzjoniji kull dokumentazzjoni li tkun tippermetti l-verifika tal-partikolaritajiet li ġejjin tal-prodotti mqiegħda f'ħażna privata:

(a)

il-proprjetà fil-waqt tat-tpoġġija fil-ħażna;

(b)

l-oriġini u d-data tal-produzzjoni tal-ġobnijiet;

(c)

id-data tad-dħul fil-ħażna;

(d)

il-preżenza fil-maħżen u l-indirizz tal-maħżen;

(e)

id-data tat-tneħħija mill-ħażna;

3.   Il-kuntrattur jew, fejn dan japplika, il-persuna responsabbli għall-maħżen, għal kull kuntratt għandu/ha jżomm/iżżomm disponibbli fil-maħżen reġsitri tal-ħażna, li jkopru:

(a)

l-identifikazzjoni, bin-numru tal-lott tal-ħażna tal-prodotti mqiegħda f'ħażna privata;

(b)

id-data tad-dħul fi u t-tneħħija mill-ħażna;

(c)

in-numru ta' l-ġobnijiet u l-piż tagħhom, indikat għal kull lott;

(d)

il-lokazzjoni tal-prodotti fil-maħżen.

4.   Prodotti maħżuna għandhom ikunu faċilment identifikabbli, faċilment aċċessibbli u identifikati individwalment skond il-kuntratt. Għandha titwaħħal marka speċifika mal-ġobnijiet maħżuna.

Artikolu 7

Verifiki

1.   Mal-bidu tal-perjodu tal-ħżin, l-aġenzija kompetenti għandha tagħmel kontrolli sabiex, b'mod partikolari, tiżgura li l-prodotti maħżuna huma eliġibbli għall-għajnuna u sabiex tipprevjeni kull possibilita' ta' sostituzzjoni tal-prodotti matul il-ħżin kuntrattwali.

2.   L-aġenzija kompetenti għandha tagħmel verifika mhux avżata, billi tikkampjuna, biex tiżgura li l-prodotti huma preżenti fil-maħżen. Il-kampjun interessat irid ikun rappreżentattiv u jrid jikkorrespondi għal mill-inqas 10 % tal-kwantità ġenerali skond il-kuntratt ta' miżura ta' l-għajnuna għall-ħżin privat.

Kontrolli tali għandhom jinkludu, minbarra eżami tad-dokumenti dwar il-lott imsemmija fl-Artikolu 6(3), kontroll tal-piż, natura u identifikazzjoni tal-prodotti. Dawn il-kontrolli fiżiċi għandhom isiru fuq talanqas 5 % tal-kwantità suġġetta għall-kontroll għal għarrieda.

3.   Fi tmiem il-perjodu ta' ħżin b'kuntratt, l-aġenzija kompetenti għandha tikkontrolla biex tara li l-prodotti jinsabu hemm. Madankollu, meta l-prodotti jkunu għadhom maħżuna wara li jiskadi l-perjodu massimu tal-kuntratt ta' ħżin, dan il-kontroll jista' jsir meta l-prodott jitneħħa mill-ħażna.

Għall-finijiet tal-kontroll imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-kuntrattur għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti, billi jindika l-lottijiet maħżuna kkonċernati, mill-anqas ħames ġranet tax-xogħol qabel ma l-perjodu ta' ħżin kuntrattwali jiskadi jew, jekk it-tneħħija ssir matul jew wara l-perjodu ta' ħżin kuntrattwali, qabel ma jibda.

L-Istat Membru jista' jaċċetta limitu ta' żmien iqsar mill-ħames ġranet tax-xogħol imsemmija fit-tieni subparagrafu.

4.   Għandu jitħejja rapport dwar il-verifiki mwettqa skond il-paragrafi 1, 2 u 3, jispeċifika:

(a)

id-data ta' l-ispezzjoni;

(b)

it-tul tagħha;

(c)

l-operazzjonijiet imwettqa.

Ir-rapport għandu jkun iffirmat mill-ispettur responsabbli bil-kontrofirma tall-kuntrattur jew, skond il-każ, il-persuna responsabbli għall-maħżen, u għandu jkun inkluż fil-fajl tal-ħlas.

5.   Fil-każ ta' irregolaritajiet li jaffettwaw talanqas 5 % tal-kwantitajiet ikkontrollati, il-kontroll irid jinfirex għal fuq kampjun akbar stabbilit mill-awtorità kompetenti.

L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni b'każi bħal dawn fi żmien erba' ġimgħat.

6.   Fuq dispożizzjoni ta' l-Istati Membri, il-kuntrattur jista' jkollu jħallas l-ispejjeż tal-kontrolli jew parti minnhom.

Artikolu 8

Għajnuna għall-ħżin

1.   L-għajnuna għandha tkun kif ġej:

(a)

EUR 0,10 (kull tunnellata metrika kull ġurnata ta' ħżin skond il-kuntratt għall-ispejjeż tal-maħżen;

(b)

għall-ispejjeż finanzjarji ta' kuljum tal-kuntratt ta' ħżin:

(i)

EUR 0,28 għal ġobnijiet li jinħażnu fit-tul;

(ii)

EUR 0,35 għal kull tunellata Pecorino Romano:

(iii)

EUR 0,49 għal kull tunellata Kefalotyri u Kasseri.

2.   Ebda għajnuna ma għandha tingħata rigward ħżin kuntrattwali għal anqas minn 60 jum. L-għajnuna massima li tista titħallas ma għandhiex taqbeż l-ammont li jikkorrispondi għal 180 jum ta' ħżin kuntrattwali.

Meta l-kuntrattur jonqos li jħares il-limitu ta' żmien li għalih jirreferi l-Artikolu 7(3), it-tieni jew it-tielet subparagrafu, skond xi jkun il-każ, l-għajnuna għandha titnaqqas bi 15 % u għandha titħallas biss għall-perjodu li għalih il-kuntrattur jipprovdi xhieda sodisfaċenti lill-aġenzija kompetenti li l-ġobnijiet ikunu baqgħu fi ħżin kuntrattwali.

3.   L-għajnuna għandha titħallas fuq applikazzjoni mill-kuntrattur, fl-aħħar tal-perjodu tal-ħżin kuntrattwali, fi żmien 120 ġurnata wara l-wasla ta' l-applikazzjoni, sakemm il-kontrolli msemmijin fl-Artikolu 7(3) ikunu saru u l-kundizzjonijiet għad-dritt għall-għajnuna jkunu ntlaħqu.

Madankollu, jekk tkun għaddejja inkjesta amministrattiva dwar id-dritt għall-għajnuna, il-pagament ma jsirx qabel ma jkun rikonoxxut dan id-dritt.

Artikolu 9

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Mejju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Kategoriji ta' ġobon

Kwantitajiet eliġibbli għall-għajnuna

Staġjonatura minima għall-ġobnijiet

Data tad-dħul fil-ħażna

Data tat-tneħħija mill-ħażna

Ġobnijiet Franċiżi li jinħażnu fit-tul;

oriġini protetta ta' ġobnijiet Beaufort u Comté

“Tikketta Hamra” Emmental grand cru

Ġobnijiet Emmental u Gruyère ta klassi A jew B

16 000  t

10 ijiem

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2006

Mill-1 ta' Ottubru 2006 sal-31 ta' Marzu 2007

Ġobnijiet Ġermaniżi li jinħażnu fit-tul;

“Markenkäse” jew “Klasse fein” Emmentaler/Bergkäse

1 000  t

10 ijiem

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2006

Mill-1 ta' Ottubru 2006 sal-31 ta' Marzu 2007

Ġobnijiet Irlandiżi li jinħażnu fit-tul;

Ġobnijiet Irlandiżi li jinħażnu fit-tul Emmental, grad speċjali

900  t

10 ijiem

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2006

Mill-1 ta' Ottubru 2006 sal-31 ta' Marzu 2007

Ġobnijiet Awstrijaċi li jinħażnu fit-tul;

1.

Güteklasse Emmentaler/Bergkäse/Alpkäse

1 700  t

10 ijiem

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2006

Mill-1 ta' Ottubru 2006 sal-31 ta' Marzu 2007

Ġobnijiet Finlandiżi li jinħażnu fit-tul;

“I luokka”

1 700  t

10 ijiem

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2006

Mill-1 ta' Ottubru 2006 sal-31 ta' Marzu 2007

Ġobnijiet Żvediżi li jinħażnu fit-tul;

“Västerbotten/Prästost/Svecia/Grevé”

1 700  t

10 ijiem

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2006

Mill-1 ta' Ottubru 2006 sal-31 ta' Marzu 2007

Ġobnijiet Pollakki li jinħażnu fit-tul;

“Podlaski/Piwny/Ementalski/Ser Corregio/Bursztyn/Wielkopolski”

3 000  t

10 ijiem

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2006

Mill-1 ta' Ottubru 2006 sal-31 ta' Marzu 2007

Ġobnijiet Sloveni li jinħażnu fit-tul;

“Ementalec/Zbrinc”

200  t

10 ijiem

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2006

Mill-1 ta' Ottubru 2006 sal-31 ta' Marzu 2007

Ġobnijiet Litwani li jinħażnu fit-tul;

“Goja/Džiugas”

700  t

10 ijiem

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2006

Mill-1 ta' Ottubru 2006 sal-31 ta' Marzu 2007

Ġobnijiet Latvjani li jinħażnu fit-tul;

“Rigamond, Ementāles tipa un Ekstra klases siers”

500  t

10 ijiem

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2006

Mill-1 ta' Ottubru 2006 sal-31 ta' Marzu 2007

Ġobnijiet Ungeriżi li jinħażnu fit-tul;

“Hajdú”

300  t

10 ijiem

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2006

Mill-1 ta' Ottubru 2006 sal-31 ta' Marzu 2007

Pecorino Romano

19 000  t

90 ġurnata u prodotti wara l-1 ta' Ottubru 2005

Mill-1 ta' Ġunju sat-31 ta' Diċembru 2006

Qabel il-31 ta’ Marzu 2007

Kefalotyri u Kasseri magħmulha minn ħalib tan-nagħaġ jew tal-mogħoż jew taħlita tat-tnejn

2 500  t

90 ġurnata u prodotti wara t-30 ta' Novembru 2005

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Novembru 2006

Qabel il-31 ta’ Marzu 2007


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

366


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006 tas-16 ta' Mejju 2006 dwar metodi ta' ħidma tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni għat-twettiq ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 736/2006

tas-16 ta' Mejju 2006

dwar metodi ta' ħidma tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni għat-twettiq ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 jitlob lill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni, minn issa 'l quddiem “l-Aġenzija”, biex twettaq spezzjonijiet u investigazzjonijiet kif meħtieġ biex taqdi ħidmietha.

(2)

L-Artikoli 16(1) u 45(1) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 jitolbu lill-Aġenzija biex tgħin lill-Kummissjoni fis-sorveljanza tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tagħha, kif ukoll tar-regoli tagħha ta' implimentazzjoni permezz tat-twettiq ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

(3)

L-Artikolu 45(4) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 jistipula li fejn spezzjoni ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru tinvolvi spezzjoni ta' impriża jew ta' assoċjazzjoni ta' impriżi, l-Aġenzija għandha ssegwi d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 46 tiegħu.

(4)

Din l-Aġenzija għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-ispezzjonijiet imwettqa bl-applikazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002.

(5)

L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 jitlob li l-Kummissjoni tistipula l-metodi ta' ħidma tal-Aġenzija meta twettaq l-ispezzjonijiet ta' standardizzazzjoni.

(6)

Dawn il-metodi ta' ħidma għandhom iqisu d-dispożizzjonijiet legali tal-Istati Membri li jirrelataw mal-awtorizzazzjoni u l-għoti ta' poter tal-istaff tagħhom li qed jieħdu sehem fi spezzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (2) jipprevedi l-proċedura li għandha tissegwa mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni meta jwettqu dawn ir-regoli.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 tal-20 ta' Novembru 2003 dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u staff involut f'din il-ħidma (3) jipprevedi l-proċedura li għandha tkun segwita mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni meta jwettqu dawn ir-regoli.

(9)

Il-metodi ta' ħidma stipulati f'dan ir-Regolament huma bla ħsara għall-poteri ta' infurzar mogħtija mit-Trattat lill-Kummissjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistipula l-metodi ta' ħidma għat-twettiq ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam kopert mill-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet li ġejjin:

a)

“spezzjoni” għandha tfisser l-ispezzjoni ta' standardizzazzjoni msemmija fl-Artikoli 16(1) u 45 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 imwettqa mill-Aġenzija bl-għan li tissorvelja l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tar-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni;

b)

“awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni” għandhom ifissru l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002;

c)

“staff awtorizzat tal-Aġenzija” għandu jfisser il-persuni li huma legalment awtorizzati mill-Aġenzija biex iwettqu l-ispezzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u spezzjonijiet ta' impriżi jew ta' assoċjazzjonijiet ta' impriżi bl-għan li tiġi vverifikata l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 minn dawn l-awtoritajiet;

d)

“staff awtorizzat tal-Istati Membri” għandu jfisser il-persuni legalment awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex jgħinu lill-Aġenzija fit-twettiq tal-ispezzjonijiet.

Artikolu 3

Il-prinċipji għat-twettiq tal-ispezzjonijiet

1.   Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, l-Aġenzija għandha twettaq spezzjonijiet tal-awtoritjiet nazzjonali tal-avjazzjoni li permezz tagħhom għandha teżamina b'mod partikolari l-konformità ta' dawn l-awtoritjiet mad-dispożizzjonijiet tal-Anness — Parti 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 u l-Annessi I (Parti M), II (Parti 145), III (Parti 66) u IV (Parti 147 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 u għandha tistabbilixxi rapport dwarhom.

2.   L-ispezzjonijiet ta' standardizzazzjoni jistgħu jinkludu, għall-għan tal-paragrafu 1, spezzjonijiet ta' impriżi jew assoċjazzjonijiet ta' impriżi taħt is-sorveljanza tal-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni.

3.   L-ispezzjonijiet ta' standardizzazzjoni għandhom jitmexxew b'mod trasparenti, effettiv, armonizzat u konsistenti.

4.   L-ispezzjonijiet ta' standardizzazzjoni għandhom jitmexxew mill-Aġenzija fuq bażi regolari u, fejn xieraq, fuq bażi ad-hoc.

5.   Dan ir-Regolament huwa bla ħsara għall-Artikoli 11 u 47 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, ECSC, Euratom (4).

Artikolu 4

Skambju ta’ tagħrif

1.   L-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni għandhom jipprovdu l-Aġenzija fuq talba bit-tagħrif kollu meħtieġ għall-finijiet tat-twettiq tal-ispezzjonijiet.

2.   Meta tressaq talba bħal din għat-tagħrif quddiem awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni ta' Stat Membru u/jew quddiem impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi l-Aġenzija għandha tistqarr il-bażi legali u l-għan tagħha, tispeċifika x'tip ta' tagħrif huwa meħtieġ u tiffissa limitu ta' żmien li fih it-tagħrif għandu jingħata.

Artikolu 5

Taħriġ u kriterji ta' kwalifika għat-timijiet ta' spezzjoni u għall-mexxejja tat-timijiet

1.   L-Aġenzija għandha tistabbilixxi programmi ta' taħriġ għall-kwalifiki xierqa tal-istaff tagħha, bħala staff awtorizzat prospettiv tal-Aġenzija, u tal-istaff awtorizzat tal-Istati Membri biex jieħdu sehem fl-ispezzjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni u, fejn meħtieġ, spezzjonijiet ta' impriżi jew assoċjazzjonijiet ta' impriżi.

2.   L-Aġenzija għandha tistabbilixxi kriterji ta' kwalifiki għall-istaff tagħha u għall-istaff tal-Istati Membri li jieħdu sehem fit-timijiet ta' spezzjoni. Kriterji ta' kwalifika bħal dawn għandhom jinkludu l-għarfien u l-esperjenza tat-tekniki ta' verifika u l-għarfien teoretiku u l-esperjenza prattika fil-kwistjonijiet rilevanti koperti bir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u r-regoli tiegħu ta' implimentazzjoni.

3.   Il-mexxejja tat-timijiet għandu jkollhom esperjenza sinifikanti tax-xogħol fl-oqsma koperti mir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u mir-regoli ta' implimentazzjoni u mill-inqas ħames snin bħala spetturi u/jew awdituri fil-qasam tal-istandardizzazzjoni. Kemm il-mexxejja tat-timijiet kif ukoll il-membri tat-timijiet għandhom jitħarrġu fir-rekwiżiti ta' standardizzazzjoni applikabbli u fil-proċeduri. Il-membri tat-timijiet għandu jkollhom esperjenza prattika ta' mill-inqas ħames snin fil-qasam rilevanti kopert mill-ispezzjoni u għandhom ikunu familjari mal-kunċett ta' investigazzjoni tas-sistema ta' kwalità.

Artikolu 6

L-istabbiliment ta' timijiet għall-ispezzjonijiet

1.   L-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu minn timijiet stabbiliti mill-Aġenzija. Kull tim għandu jkollu mexxej u minimu ta' żewġ membri. Fil-każ ta' spezzjonijiet ad hoc l-Aġenzija tista' taġġusta d-daqs tat-timijiet ta' spezzjoni. Il-mexxejja tat-timijiet għandhom ikunu staff awtorizzat tal-Aġenzija. Il-membri tat-timijiet jistgħu jkunu staff awtorizzat tal-Aġenzija u/jew tal-Istati Membri.

2.   L-istaff tal-Istati Membri li tħarrġu kif xieraq mill-Aġenzija, li jilħqu l-kriterji ta' kwalifika stabbiliti fl-Artikolu 5 u li jieħdu sehem fl-ispezzjonijiet tal-awtoritaijiet nazzjonali tal-avjazzjoni u/jew impriżi jew assoċjazzjonijiet ta' impriżi taħt is-sorveljanza tagħhom, jistgħu jkunu ssekondati mill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom biex jieħdu sehem bħala staff awtorizzat tal-Istati Membri fit-timijiet ta' spezzjoni mmexxija mill-Aġenzija. L-istaff awtorizzat mill-Istati Membri huwa eskluż mill-ispezzjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tagħhom.

3.   L-Aġenzija għandha tiżgura li, fl-istabbiliment tat-timijiet, ma għandu jkun hemm l-ebda konflitt ta' interessi la mal-awtoritajiet nazzjonali spezzjonati u lanqas mal-impriżi jew mal-assoċjazzjonijiet ta' impriżi spezzjonati. Fil-każ ta' staff awtorizzat tal-Istati Membri, għandha tinħareġ dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interessi mill-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni li qed tissekonda l-uffiċjal.

4.   L-Istati Membri għandhom jaħtru koordinatur nazzjonali biex jgħin lill-Aġenzija fl-istadji kollha tal-proċess u għandhom jiżguraw li t-tim(ijiet) ta' spezzjoni huma akkumpanjati matul l-ispezzjoni.

5.   L-Aġenzija għandha titlob fi żmien xieraq qabel tniedi spezzjoni tagħrif mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni fir-rigward tad-disponibbiltà ta' staff awtorizzat mill-Istati Membri għat-twettiq tagħha. Waqt li tippjana l-ispezzjonijiet l-Aġenzija għandha tagħmel ħilitha biex tibbilanċja s-sehem tal-istaff awtorizzat mill-Istati Membri differenti.

6.   L-Ispejjeż li jinħolqu mis-sehem tal-koordinaturi nazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 9(1)(a) u tal-istaff awtorizzat mill-Istati Membri fl-ispezzjonijiet u l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija għandhom jinġarru, f'konformità mar-regoli Komunitarji u bla ħsara għall-proċedura baġitarja Komunitarja annwali, mill-Aġenzija.

Artikolu 7

It-twettiq u r-rappurtar tal-ispezzjonijiet

Spezzjoni ta' standardizzazzjoni ta' awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni u, jekk meħtieġ, impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi għandha tinkludi l-fażijiet li ġejjin:

a)

fażi ta' tħejjija ta' mill-inqas 10 ġimgħat qabel ma ssir l-ispezzjoni;

b)

fażi ta' żjarat;

c)

fażi ta' rappurtar li tieħu massimu ta' 12-il ġimgħa wara l-ispezzjoni; u

d)

fażi ta' segwitu li tieħu massimu ta' 16-il ġimgħa wara l-fażi ta' rappurtar;

e)

fażi ta' konklużjoni li għandha ssir mat-tmiem tal-fażi ta' segwitu.

Artikolu 8

Il-fażi ta' tħejjija

Matul il-fażi ta' tħejjija l-Aġenzija għandha:

a)

tagħti avviż ta' spezzjoni lill-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni mill-inqas 10 ġimgħat qabel iż-żjara ta' spezzjoni, imbagħad tiġbor it-tagħrif meħtieġ għat-tħejjija taż-żjara ta' spezzjoni, tiddefinixxi l-programm taż-żjara u tiddeċiedi l-kompożizzjoni tat-tim ta' spezzjoni, kif ukoll kwalunkwe bidliet prospettivi għal dan, u

b)

tikkomunika lill-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni flimkien mal-avviż ta' spezzjoni kwestjonarju ta' spezzjoni li għandu jitlesta mill-inqas sitt ġimgħat qabel iż-żjara ta' spezzjoni mill-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni u, fejn meħtieġ, mill-impriża jew l-assoċjazzjoni ta' impriżi li għandhom jiġu spezzjonati meta ssir l-ispezzjoni ta' dik l-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni.

Artikolu 9

Il-fażi taż-żjarat

1.   Matul il-fażi taż-żjarat l-Aġenzija għandha

a)

torganizza laqgħat preliminari u ta' għeluq bejn it-tim ta' spezzjoni u l-koordinatur nazzjonali tal-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni li qed tiġi spezzjonata jew fuq il-post fejn tinsab l-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni jew fil-post tagħha stess; l-għan ta' laqgħat bħal dawn għandu jkun iffukat fuq aspetti organizzazzjonattivi u fuq it-twettiq ġenerali taż-żjara ta' spezzjoni;

b)

twettaq żjarat fil-post, inklużi sessjoni ta' ftuħ u tal-għeluq, tal-uffiċċji ewlenin u, jekk meħtieġ, tal-uffiċċji reġjonali u tal-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni; spezzjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni jistgħu jinkludu wkoll spezzjonijiet ta' impriżi jew assoċjazzjonijiet ta' impriżi taħt is-sorveljanza tagħhom;

c)

tagħmel intervisti mal-istaff tal-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni spezzjonata u teżamina r-rekords, id-dejta, il-proċeduri u kwalunkwe materjal rilevanti ieħor billi tuża l-mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament li jiżgura t-trasparenza u l-konsistenza tal-ispezzjoni;

d)

tressaq rapport preliminari tal-ispezzjoni lill-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni spezzjonata fis-sezzjoni tal-għeluq; dan ir-rapport għandu jinkludi kummenti mressqa mill-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni spezzjonata matul iż-żjara ta' spezzjoni, jekk ikun hemm, flimkien ma' talba lill-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni biex tieħu azzjoni effettiva minnufih għat-tneħħija ta' riskju immedjat għas-sigurtà, fejn riskju bħal dan jinstab matul spezzjoni;

e)

titlob li titressaq evidenza tal-azzjoni ta' rimedju li ttieħdet mill-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni spezzjonata fil-laqgħa tal-għeluq imsemmija f'(a).

2.   Waqt li twettaq il-ħidmiet tagħha fil-fażi msemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija tista' tintervista kwalunkwe persuna naturali jew legali għall-għan ta' ġbir ta' tagħrif relatat mas-suġġett ta' spezzjoni. Fejn intervista bħal din issir fil-post ta' impriża, l-Aġenzija għandha tgħarraf b'avviż ta' ġimgħatejn lill-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun qed issir l-intervista kif ukoll lill-awtorità tal-avjazzjoni li teżerċita s-sorveljanza fuq l-impriża inkwistjoni. Jekk meħtieġ mill-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni ta' dak l-Istat Membru, l-istaff tagħha jista' jgħin lill-istaff awtorizzat tal-Aġenzija biex itwettaq l-intervista.

Artikolu 10

Il-fażi ta' rappurtar

Matul il-fażi ta' rappurtar l-Aġenzija għandha tistabbilixxi rapport finali ta' spezzjoni li fih id-dettalji tat-twettiq tal-ispezzjoni u li jindirizza sejbiet partikolari identifikati matul l-ispezzjoni kif deskritt fl-Artikolu 13. Dan ir-rapport għandu jinkludi kummenti tal-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni spezzjonata, jekk ikun hemm. Ir-rapport finali ta' spezzjoni għandu jiġi indirizzat lill-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni spezzjonata, lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni tista' tittrażmetti sussegwentement dan ir-rapport lill-awtoritajiet nazzjonali kollha tal-avjazzjoni.

Fejn rapporti preliminari ta' spezzjonijiet jitolbu azzjonijiet korrettivi immedjati kif stipulat fil-paragrafu 9(1)(d) u talbiet bħal dawn ma jitweġbux b'mod sodisfaċenti mill-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni kkonċernata, ir-rapport finali ta' spezzjoni għandu jkun fih evidenza tan-nuqqas ta' dan.

Artikolu 11

Il-fażi ta' segwitu

Matul il-fażi ta' segwitu l-Aġenzija għandha:

a)

taqbel fi żmien 16-il ġimgħa mill-bidu ta' fażi bħal din dwar pjan ta' azzjoni mal-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni spezzjonata, waqt li tiddefinixxi kwalunkwe azzjoni rimedjali u t-tul ta' żmien rilevanti li fih azzjoni bħal din għandha tittieħed biex issolvi s-sejbiet li saru skont l-Artkolu 7;

b)

tibda tissorvelja l-progress tal-azzjonijiet rimedjali miftiehma; l-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni spezzjonata għandha tipprovdi l-Aġenzija b'tagħrif hekk kif l-azzjonijiet korrettivi jiġu adottati.

Artikolu 12

Il-fażi tal-għeluq

Matul il-fażi tal-għeluq l-Aġenzija għandha:

a)

tivverifika u tivvalida l-implimentazzjoni progressiva sodisfaċenti tal-pjan ta' azzjoni; għal dan l-għan l-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni spezzjonata għandha tipprovdi lill-Aġenzija b'tagħrif hekk kif l-azzjonijiet korrettivi jiġu adottati;

b)

toħroġ stqarrija tas-sejbiet tal-għeluq ladarba tkun issodisfata bl-azzjonijiet meħuda mill-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni spezzjonata. Stqarrija bħal din għandha tiġi indirizzata lill-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni spezzjonata, lill-Istat Membru kkonċernat u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' tittrażmetti sussegwentement dan ir-rapport lill-awtoritajiet nazzjonali kollha tal-avjazzjoni.

Artikolu 13

Ir-riżultati tal-ispezzjonijiet

Meta tkun qed tiġi evalwata l-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u tar-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, ir-riżultati fir-rapport rilevanti finali ta' spezzjoni għandhom jiġu kklassifikati bħala:

a)

konformi totalment;

b)

konformi, iżda t-titjib huwa rakkomandat fl-oqsma [referenza għar-regoli affettwati] għal aktar effiċjenza;

c)

mhux konformi, b'evidenza oġġettiva ta' nuqqasijiet żgħar li juru li m'hemmx konformità mar-rekwiżiti applikabbli fl-oqsma [referenza għar-regoli affettwati], li jistgħu jaqilgħu tħassib dwar standardizzazzjoni;

d)

mhux konformi, b'evidenza oġġettiva ta' nuqqasijiet sinifikanti li juru li ma hemmx konformità mar-rekwiżiti applikabbli fl-oqsma [referenza għar-regoli affettwati], li, barra tħassib dwar standardizzazzjoni jaqilgħu tħassib dwar sigurtà jekk ma jiġux korretti minnufih;

e)

mhux applikabbli;

f)

mhux ikkonfermata, meta l-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni spezzjonata tieħu l-impenn li tipproduċi minnufih wara ż-żjara evidenza materjali ta' konformità dwar sejbiet ikklassifikati mod ieħor mill-f'(c) jew f'(d), billi din l-evidenza materjali mhijiex direttament disponibbli fil-ħin taż-żjara.

Artikolu 14

Aċċess għat-tagħrif li jinsab fir-rapporti ta' spezzjoni

Meta t-tagħrif li jinsab f'rapport ta' spezzjoni jikkonċerna impriża taħt l-awtorità regolatorja ta' pajjiż terz u jaqa' taħt l-ambitu tal-applikazzjoni ta' ftehim Komunitarju konkluż skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002, tagħrif bħal dan għandu jkun disponibbli lill-pajjiż terz bħala parti minn ftehim bħal dan skont id-dispożizzjonijiet tiegħu rispettivi.

Artikolu 15

Azzjoni meħuda wara rapport ta' spezzjoni

1.   L-Aġenzija tista', fi kwalunkwe ħin, jew b'talba tal-Kummissjoni, twettaq spezzjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni u, fejn meħtieġ, tal-impriżi jew tal-assoċjazzjonijiet tal-impriżi biex tevalwa t-tkomplija sodisfaċenti tal-azzjonijiet korrettivi. Spezzjonijiet bħal dawn għandhom jitħabbru lill-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni kkonċernata b'avviż ta' ġimgħatejn iżda ma għandhomx għalfejn ikunu konformi mal-għeluq taż-żmien u mal-proċeduri previsti fl-Artikoli 8 sa 12, għajr li jkun meħtieġ rapport finali ta' spezzjoni.

2.   Fejn matul il-fażi ta' rappurtar ir-rapporti finali ta' spezzjoni jkun fihom sejbiet mhux konformi li saru skont l-Artikolu 13(c), (d) jew (f), l-Aġenzija għandha tindirizza talba għall-kjarifiki u/jew titlob azzjoni korrettiva mill-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni tal-Istat Membru spezzjonat, waqt li tistipula data tal-għeluq li ma għandhiex taqbeż ġimgħatejn għal sejbiet skont l-Artikolu 13(d) j (f) u 10 ġimgħat għal sejbiet skont l-Artikolu 13(c).

3.   Jekk il-kjarifiki pprovduti mill-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni tal-Istat Membru spezzjonat ma jissodisfawx lill-Aġenzija jew fejn l-ebda azzjoni korrettiva sodisfaċenti m'hi proposta fil-ħin jew mhijiex implimentata kif xieraq minn dik l-awtorità, l-Aġenzija għandha tindirizza rapport supplementari lill-awtorità nazzjonali tal-avjazzoni kkonċernata, kif ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni tista' tittrażmetti sussegwentement dan ir-rapport lill-awtoritajiet nazzjonali kollha tal-avjazzjoni.

4.   Wara t-tressiq tar-rapport stipulat fil-paragrafu 3 u bla ħsara għall-Artikolu 226 tat-Trattat, fil-każ ta' sejbiet skont l-Artikolu 13(c) u (d) ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tieħu kwalunkwe minn dawn il-passi:

a)

tindirizza kummenti lill-Istat Membru kkonċernat jew titolbu aktar spjegazzjoni biex jiċċara s-sejbiet kollha jew parti mis-sejbiet;

b)

titlob lill-Aġenzija biex twettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa tal-awtoritjiet nazzjonali tal-avjazzjoni biex jivverifikaw l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi, l-avviż minimu għal azzjoni ta' segwitu bħal din għandu jkun ta' ġimgħatejn.

Artikolu 16

Spezzjonijiet ad hoc

L-Aġenzija għandha twettaq spezzjonijiet ad hoc tal-awtoritjiet nazzjonali tal-avjazzjoni b'talba mill-Kummissjoni jew meta meqjus bħala meħtieġ għal raġunijiet ta' sigurtà. Spezzjonijiet bħal dawn għandhom jitħabbru lill-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni kkonċernata b'avviż ta' ġimgħatejn iżda ma għandhomx għalfejn ikunu konformi mal-għeluq taż-żmien u mal-proċeduri prevesti fl-Artikoli 7 sa 12, għajr li jkun meħtieġ rapport finali ta' spezzjoni.

Artikolu 17

Programm ta' spezzjoni ta' standardizzazzjoni u r-rapport annwali

L-Aġenzija għandha tiddefinixxi programm annwali għall-ispezzjonijiet f'kull qasam regolati mir-regoli ta' implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002. Programm annwali bħal dan għandu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni u lill-membri l-oħra tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Aġenzija bħala parti mill-programm ta' ħidma tal-Aġenzija skont id-dispozizzjonijiet tal-Artikolu 24(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002.

Qabel il-31 ta' Marżu kull sena, l-Aġenzija għandha tressaq rapport annwali lill-Kummissjoni li jippreżenta analiżi ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni mwettqa s-sena ta' qabel.

Artikolu 18

Proċeduri ta' ħidma

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi proċeduri xierqa ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-ħidmiet mogħtija lilha skont l-Artikoli 5 sa 16 ta' dan ir-Regolament mhux aktar tard minn xagħrejn wara dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 19

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta' Mejju 2006.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003 (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 5).

(2)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 706/2006 (ĠU L 122, 9.5.2006, p. 16).

(3)  ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 707/2006 (ĠU L 122, 9.5.2006, p. 17).

(4)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

372


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Mejju 2006 li twaqqaf grupp ta' esperti fuq il-mobilità tal-klijent f'relazzjoni mal-kontijiet tal-bank

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/355/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta' Mejju 2006

li twaqqaf grupp ta' esperti fuq il-mobilità tal-klijent f'relazzjoni mal-kontijiet tal-bank

(2006/355/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ħalla f'idejn il-Komunità Ewropea l-ħidma biex tiżgura l-ħolqien ta' suq intern ikkaratterizzat mit-tneħħija tax-xkiel għall-moviment ħieles tal-oġġetti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital bejn l-Istati Membri.

(2)

Il-Kummissjoni tixtieq tidentifika kwalunkwe xkiel legali, regolatorju, amministrattiv jew ta' natura oħra għall-mobilità tal-klijent f'relazzjoni mal-kontijiet tal-bank, u tixtieq tkun avżata dwar kif għandha tindirizza dan ix-xkiel.

(3)

Il-White Paper dwar il-Politika tas-Servizzi Finanzjarji għall-2005 sal-2010 (1) tipprovdi għat-twaqqif ta' grupp ta' esperti fuq il-mobilità tal-klijent f'relazzjoni mal-kontijiet tal-bank.

(4)

Il-grupp irid ikun magħmul minn individwi li huma kompetenti fil-qasam tal-mobilità tal-kliejnt f'relazzjoni mal-kontijiet tal-bank.

(5)

Il-grupp ta' esperti fuq il-mobilità tal-klijent f'relazzjoni mal-kontijiet tal-bank għandu għalhekk jitwaqqaf u għandhom jingħataw id-dettalji dwar it-termini ta' referenza u l-istruttura tiegħu,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-grupp ta' esperti fuq il-mobilità tal-klijent (2) f'relazzjoni mal-kontijiet tal-bank, li minn hawn 'il quddiem qed jissejjaħ “il-grupp” huwa, permezz ta' dan, imwaqqaf mill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Kompitu

Il-kompitu tal-grupp huwa li:

Jidentifika kwalunkwe xkiel legali, regolatorju, amministrattiv u xkiel ieħor għall-mobilità tal-klijent f'relazzjoni mal-kontijiet tal-bank. B'mod partikulari, il-grupp għandu jidentifika kwalunkwe xkiel fil-ftuħ ta' kont tal-bank f'pajjiż ieħor kif ukoll fit-tibdil tal-bank kemm f'pajjiżu stess kif ukoll f'pajjiż ieħor (per eż. l-ispejjeż tal-ftuħ, taż-żamma u tal-għeluq ta' kont tal-bank, l-ispejjeż tat-trasferiment dirett ta' kont minn bank għall-ieħor, eċċ.).

Jagħti parir lill-Kummissjoni dwar kif ix-xkiel identifikat għandu jkun indirizzat.

Jikkunsidra l-merti tat-tfassil ta' kont tal-bank standard fakultattiv tal-UE.

Joħroġ rapport bis-sejbiet u l-pariri tiegħu.

Artikolu 3

Kompożizzjoni — Ħatra

1.   Il-membri tal-grupp għandhom jinħatru mill-Kummissjoni minn esperti kompetenti fil-qasam kopert mill-mandat tal-grupp, abbażi ta':

proposti minn assoċjazzjonijiet Ewropej jew nazzjonali, li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti u tal-industrija tas-servizzi finanzjarji, li jkunu wieġbu għal sejħa għal espressjoni ta' interess;

tweġibiet għal sejħa għal espressjoni ta' interess minn individwi b'kuntest akkademiku.

2.   Il-grupp għandu jkun magħmul minn massimu ta’ 20 membru.

3.   Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

il-membri proposti minn assoċjazzjonijiet Ewropej jew nazzjonali, li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti u tal-industrija tas-servizzi finanzjarji, għandhom jinħatru bħala rappreżentanti tal-persuni interessati;

il-membri b'kuntest akkademiku għandhom jinħatru f'kapaċità personali;

il-mandat tal-membri tal-grupp għandu jibda bl-ewwel laqgħa tal-grupp u jintemm bil-ħruġ ta’ rapport, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2007. Huma għandhom jibqgħu membri sakemm jinbidlu minn ħaddieħor jew sakemm jispiċċa l-mandat tagħhom;

il-membri li ma jkunx għadhom f'pożizzjoni li jikkontribwixxu b’mod effettiv fid-deliberazzjonijiet tal-grupp, li jirriżenjaw jew li ma jirrispettawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel, fit-tieni jew fit-tielet inċiż ta’ dan il-paragrafu jew fl-Artikolu 287 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, jistgħu jinbidlu għall-perjodu taż-żmien li jkun fadallu l-mandat tagħhom;

l-ismijiet tal-membri se jkunu ppubblikati fuq is-sit tal-internet tad-DĠ għas-Suq Intern u għas-Servizzi. L-ismijiet tal-membri għandhom jinġabru, jiġu pproċessati u ppubblikati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali.

il-membri maħtura f'kapaċità personali kull sena għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni fejn jistqarru li huma jaġixxu fl-interess pubbliku kif ukoll dikjarazzjoni li tikkonferma n-nuqqas jew l-eżistenza ta' kwalunkwe interess li jista' jaffettwa l-oġġettività tagħhom.

Artikolu 4

Il-ħidma

1.   Il-Kummissjoni għandu jkollha l-presidenza tal-grupp.

2.   Bi ftehim mal-Kummissjoni, jistgħu jitwaqqfu sottogruppi biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi skont it-termini ta’ referenza stabbiliti mill-grupp; dawn għandhom jiġu xolti hekk kif dawn it-termini jkunu ġew sodisfatti.

3.   L-osservaturi li għandhom kompetenza speċifika f'suġġett li qiegħed fl-aġenda jistgħu jiġu mistiedna mill-president sabiex jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet tal-grupp jew tas-sottogrupp jekk dan ikun huwa utli u/jew meħtieġ.

4.   L-informazzjoni miksuba mill-parteċipazzjoni fid-deliberazzjonijiet tal-grupp jew tas-sottogrupp ma tistax tixtered jekk il-Kummissjoni tiddikjara li din hija marbuta ma’ kwistjonijiet kunfidenzjali.

5.   Il-grupp u s-sottogruppi tiegħu ġeneralment jiltaqgħu fil-bini tal-Kummissjoni skont il-proċeduri u l-iskeda stabbiliti minnha. Il-Kummissjoni tipprovdi s-servizzi tas-segretarjat. Uffiċjali tal-Kummissjoni li għandhom interess fil-proċeduri jistgħu jattendu l-laqgħat tal-grupp u tas-sottogruppi tiegħu.

6.   Il-grupp għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu abbażi tar-regoli ta’ proċedura standard adottati mill-Kummissjoni (3).

7.   Il-Kummissjoni tista’ tippubblika fuq is-sit tal-internet tad-DĠ għas-Suq Intern u għas-Servizzi, fil-lingwa oriġinali tad-dokument ikkonċernat, kwalunkwe sommarju, konklużjoni, jew konklużjoni parzjali jew dokument ta’ ħidma tal-grupp.

Artikolu 5

L-ispejjeż tal-laqgħat

1.   L-ispejjeż tal-vjaġġ u tal-akkomodazzjoni mħallsa mill-membri u mill-osservaturi fl-ambitu tal-attivitajiet tal-grupp għandhom jintrifdu mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fi ħdan din tal-aħħar. Il-membri ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi tagħhom.

2.   L-ispejjeż tal-laqgħat għandhom jintrifdu fil-limiti tal-approprjazzjonijiet allokati għad-dipartiment ikkonċernat fl-ambitu tal-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

Artikolu 6

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni. Għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 16 ta' Mejju 2006.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  COM(2005) 629 finali.

(2)  Għall-iskopijiet ta' din id-Deċiżjoni, il-klijent għandu jkun iddefinit bħala konsumatur individwali jew SME.

(3)  L-Anness III tad-dokument SEC(2005) 1004.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

374


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 785/2006 tat-23 ta’ Mejju 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 785/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 785/2006

tat-23 ta’ Mejju 2006

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

l-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka l-persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi jew entitajiet pubbliċi assoċjati mar-reġim tal-ex President Saddam Hussein koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2)

Fit-12 ta’ Mejju 2006, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ddeċieda li jemenda l-lista li tinkudi fiha lil Saddam Hussein u uffiċjali għolja oħra tal-eks reġim Iraqin, il-membri tal-familja immedjati u l-entitajiet li huma proprjetà jew huma kkontrollati minnhom jew minn persuni li jaġixxu f'isimhom jew taħt it-tmexxija tagħhom, li guqhom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi. Għalhekk, l-Anness IV għandu b' hekk jiġi emendat.

(3)

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jinkludi l-ismijiet ta' ċerti persuni ġuridiċi, korpi u entitajiet li nżiedu bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 979/2004 (2). Biex tkun żgurata l-konformità mal-lista stabbilita mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, issa dawn għandhom jitqiegħdu fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003.

(4)

Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru. 1210/2003 qed jiġi b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru. 1210/2003 qed jiġi b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Mejju 2006.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali tar-Relazzjonijiet Esterni

ANNESS I

Il-persuni, korpi jew entitajiet ġuridiċi li ġejjin għandhom jitneħħew mill-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003:

(1)

AL-ARABI TRADING COMPANY. Indirizzi: (a) Hai Babil, Lane 11, District 929, Baghdad, Iraq; (b) Hai Al-Wahda, Lane 15, Area 902, Office 10, Baghdad, Iraq, (c) P.O. Box 2337, Alwiyah, Baghdad, Iraq.

(2)

AL-BASHAIR TRADING COMPANY, LTD (magħrufa wkoll bħala AL-BASHAER TRADING COMPANY, LTD, (b) AL-BASHIR TRADING COMPANY, LTD, (c) AL-BASHA'IR TRADING COMPANY, LTD, (d) AL-BASHAAIR TRADING COMPANY, LTD, (e) AL-BUSHAIR TRADING COMPANY, LTD). Indirizz: Sadoon St, Al-Ani Building, first floor, Baghdad, Iraq.

(3)

AL-HUDA STATE COMPANY FOR RELIGIOUS TOURISM (magħrufa wkoll bħala (a) AL-HUDA FOR RELIGIOUS TOURISM COMPANY, (b) AL-HODA STATE COMPANY FOR RELIGIOUS TOURISM, (c) AL-HODA FOR RELIGIOUS TOURISM COMPANY). Indirizz: Iraq.

(4)

AL WASEL AND BABEL GENERAL TRADING LLC. Indirizzi: (a) Ibrahim Saeed Lootah Building, Al Ramool Street, P.O. Box 10631, Dubai, United Arab Emirates; (b) 638, Rashidiya, Dubai, United Arab Emirates; (c) Lootah Building, Airport Road, near Aviation Club, Rashidya, Dubai, United Arab Emirates; (d) Villa fiż-żona Harasiyah, Baghdad, Iraq.

(5)

AVIATRANS ANSTALT (magħrufa wkoll bħala AVIATRANS ESTABLISHMENT). Indirizz: Ruggell, Liechtenstein.

(6)

LOGARCHEO S.A. (magħrufa wkoll bħala LOGARCHEO AG). Indirizz: Chemin du Carmel, 1661 Le Paquier-Montbarry, Switzerland. Tagħrif ieħor: Nru Federali: CH-2 17-0-431-423-3 (l-Iżvizzera).

(7)

MIDCO FINANCIAL, S.A. (magħrufa wkoll bħala MIDCO FINANCE, S.A.). Tagħrif ieħor: Nru Federali: CH-660-0-469-982-0 (l-Iżvizzera).

(8)

MONTANA MANAGEMENT, INC. Indirizz: Il-Panama.

ANNESS II

Il-persuni, korpi jew entitajiet ġuridiċi li ġejjin għandhom jinżiedu mal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003:

(1)

AL-ARABI TRADING COMPANY. Indirizzi: (a) Hai Babil, Lane 11, District 929, Baghdad, Iraq; (b) Hai Al-Wahda, Lane 15, Area 902, Office 10, Baghdad, Iraq, (c) P.O. Box 2337, Alwiyah, Baghdad, Iraq.

(2)

AL-BASHAIR TRADING COMPANY, LTD (magħrufa wkoll bħala AL-BASHAER TRADING COMPANY, LTD, (b) AL-BASHIR TRADING COMPANY, LTD, (c) AL-BASHA'IR TRADING COMPANY, LTD, (d) AL-BASHAAIR TRADING COMPANY, LTD, (e) AL-BUSHAIR TRADING COMPANY, LTD). Indirizz: Sadoon St, Al-Ani Building, first floor, Baghdad, Iraq.

(3)

AL-HUDA STATE COMPANY FOR RELIGIOUS TOURISM (magħrufa wkoll bħala (a) AL-HUDA FOR RELIGIOUS TOURISM COMPANY, (b) AL-HODA STATE COMPANY FOR RELIGIOUS TOURISM, (c) AL-HODA FOR RELIGIOUS TOURISM COMPANY). Indirizz: Iraq.

(4)

AL WASEL AND BABEL GENERAL TRADING LLC. Indirizzi: (a) Ibrahim Saeed Lootah Building, Al Ramool Street, P.O. Box 10631, Dubai, United Arab Emirates; (b) 638, Rashidiya, Dubai, United Arab Emirates; (c) Lootah Building, Airport Road, near Aviation Club, Rashidya, Dubai, United Arab Emirates; (d) Villa fiż-żona Harasiyah, Baghdad, Iraq.

(5)

AVIATRANS ANSTALT (magħrufa wkoll bħala AVIATRANS ESTABLISHMENT). Indirizz: Ruggell, Liechtenstein.

(6)

LOGARCHEO S.A. (magħrufa wkoll bħala LOGARCHEO AG). Indirizz: Chemin du Carmel, 1661 Le Paquier-Montbarry, Switzerland. Tagħrif ieħor: Nru Federali: CH-2 17-0-431-423-3 (l-Iżvizzera).

(7)

MIDCO FINANCIAL, S.A. (magħrufa wkoll bħala MIDCO FINANCE, S.A.). Tagħrif ieħor: Nru Federali: CH-660-0-469-982-0 (l-Iżvizzera).

(8)

MONTANA MANAGEMENT, INC. Indirizz: Il-Panama.

(9)

TECHNOLOGY AND DEVELOPMENT GROUP LIMITED (magħrufa wkoll bħala TDG Ltd.). In-numru tal-kumpanija rreġistrata: 02150590 (Ir-Renju Unit) L-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat: 53/64 Chancery Lane, London WC2A 1QU, United Kingdom. Tagħrif ieħor: L-aħħar diretturi magħrufa: Hana Paul JON, Adnan Talib Hashim AL-AMIRI, Dr. Safa Hadi Jawad AL-HABOBI.

(10)

T.M.G. ENGINEERING LIMITED (magħrufa wkoll bħala TMG Ltd.). In-numru tal-kumpanija rreġistrata: 02142819 (Ir-Renju Unit) L-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat: 53/64 Chancery Lane, London WC2A 1QU, United Kingdom. Tagħrif ieħor: L-aħħar diretturi magħrufa: Hana Paul JON, Adnan Talib Hashim AL-AMIRI, Dr. Safa Hadi Jawad AL-HABOBI.


(1)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1450/2005 (ĠU L 230, 7.9.2005, p. 7).

(2)  ĠU L 180, 15.5.2004, p. 9.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

377


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2006 tat-2 ta’ Ġunju 2006 li temeda Regolament (KE) Nru 622/2003 li tistipula miżuri għall-implimentazzjoni ta' l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 831/2006

tat-2 ta’ Ġunju 2006

li temeda Regolament (KE) Nru 622/2003 li tistipula miżuri għall-implimentazzjoni ta' l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni tas-sigurtà fl-avjazzjoni fil-Komunità kollha. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2003 tal-4 ta’ April 2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (2) kien l-ewwel att li jistabbilixxi miżuri bħal dawn.

(2)

Hemm ħtieġa għal miżuri li jippreċiżaw iktar l-istandards bażiċi komuni.

(3)

Fir-rigward tal-miżuri għall-implimentazzjoni tal-istandards dwar materjali tal-linji tal-arju u dwar merkanzija, pakketti ta’ kurrier u ekspress, il-kontenut tar-Regolament (KE) Nru 622/2003 għandu jiġi rivedut fid-dawl ta' esperjenza akkwistata.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992, li jistabilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (3) jipprevedi standards approprjati ta' sigurtà u sikurezza li għandhom jitwettqu sabiex jiġi garantit l-istatus ta' Operatur Ekonomiku Awtorizzat. L-awtorità xierqa ta' Stat Membru għandha tikkonsidra li tqis l-informazzjoni rilevanti li hi fornita mill-awtorità tad-dwana meta taħtar, tapprova jew telenka aġent bħala aġent Regolat.

(5)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 u sabiex ikunu evitati atti illegali ta’ interferenza, il-miżuri stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 622/2003 għandhom ikunu sigrieti u m’għandhomx jiġu ppubblikati. L-istess regola tapplika neċessarjament għal kwalunkwe att li jemenda.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 622/2003 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 622/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

L-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika fir-rigward tan-natura kunfidenzjali ta’ dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President

ANNESS

Skont l-Artikolu 1 l-anness huwa sigriet u m’għandux jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 849/2004 (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 1).

(2)  ĠU L 89, 5.4.2003, p. 9, Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 240/2006 (ĠU L 40, 11.2.2006, p. 3).

(3)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

379


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 928/2006 tat-22 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 fir-rigward ta' ċerti kwoti tariffarji Komunitarji ġodda mifthiema fi ħdan il-GATT

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 928/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 928/2006

tat-22 ta' Ġunju 2006

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 fir-rigward ta' ċerti kwoti tariffarji Komunitarji ġodda mifthiema fi ħdan il-GATT

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi [tal-kwoti tariffarji] tal-Komunitá marbutin fil-GATT u ċerti kwoti ta' tariffi Komunitarji oħra u li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-aġġustament tal-kwoti, u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1808/95 (1), speċjalment l-Artikolu 9(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni Nru 2006/333/KE tal-20 ta' Marzu 2006, il-Kunsill approva l-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (2)

(2)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika jipprovdi għal tariffi ta' kwoti annwali ġodda għal ċerti oġġetti.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 fetaħ u pprovda għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji Komunitarji miftiehma fi ħdan il-GATT imfasslin biex jintużaw skont l-ordni kronoloġiku tad-dati tad-dikjarazzjonijiet tad-dwana.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 32/2000 jeħtieġ li jiġi emendat sabiex jiġu implimentati ċerti kwoti tariffarji annwali ġodda li għalihom ikun sar provvediment fil-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri.

(5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 (3) dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika bis-saħħa tal-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, jipprovdi għall-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji ġodda sitt ġimgħat mid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għalhekk dan ir-Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni għandu japplika mill-istess data.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 32/2000 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jidħol fis-seħħ b'effett mit-22 ta' Ġunju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella fl-Anness I:

“09.0084

1702 50 00

 

Fruttożju kimikament pur

Mill-1.1 sal-31.12

1 253  tunnellata

20

09.0085

1806

 

Ċikkulata u preparati ta' ikel oħrajn li fihom il-kawkaw

Mill-1.1 sal-31.12

107 tunnellata

43

09.0086

1902 11 00

1902 19

1902 20 91

1902 20 99

1902 30

1902 40

 

Għaġin, kemm jekk imsajjar kemm jekk mimli jew kemm jekk ippreparat mod ieħor u kemm jekk le, eskluż l-għaġin mimli li jaqa' taħt is-subintestaturi 1902 20 10 u 1902 20 30 ; kuskus, kemm jekk ippreparat u kemm jekk le

Mill-1.1 sal-31.12

532 tunnellata

11

09.0087

1901 90 99

1904 30 00

1904 90 80

1905 90 20

 

Preparazzjoniet tal-ikel biċ-ċereali

Mill-1.1 sal-31.12

191 tunnellata

33

09.0088

2106 90 98

 

Preparati tal-ikel oħra mhux speċifikati jew inklużi band'oħra

Mill-1.1 sal-31.12

921 tunnellata

18 ”


(1)  ĠU L 5, 8.1.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2158/2005 (ĠU L 342, 24.12.2005, p. 61).

(2)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 1.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

382


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistipula l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, rigward iż-żamma tal-kotba ta’ l-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta’ ħlas lura ta’ l-ispejjeż fil-qafas ta’ l-EAGF u ta’ l-EAFRD

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 883/2006

tal-21 ta’ Ġunju 2006

li jistipula l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, rigward iż-żamma tal-kotba ta’ l-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta’ ħlas lura ta’ l-ispejjeż fil-qafas ta’ l-EAGF u ta’ l-EAFRD

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 rigward l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (1), u partikolarment l-Artikolu 42 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 ħoloq Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (EAGF) u Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) li jidħol fil-qafas tal-ġestjoni maqsuma ta’ l-ispejjeż u d-dħul allokati mill-baġit Komunitarju. Dan jiffissa l-kundizzjonijiet u r-regoli ġenerali applikabbli għaż-żamma tal-kotba u għad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż u tad-dħul li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ l-aġenziji tal-ħlas, kif ukoll il-ħlas lura ta’ dawn l-ispejjeż mill-Kummissjoni. Dawn ir-regoli u l-kundizzjonijiet iridu jkunu preċiżati fil-waqt li ssir distinzjoni bejn il-modalitajiet ta’ applikazzjoni li huma komuni għaż-żewġ Fondi u dawk speċifiċi għal kull wieħed minnhom.

(2)

Sabiex tkun żgurata ġestjoni tajba tal-krediti disponibbli fil-baġit tal-Komunitajiet Ewropej għaż-żewġ Fondi, huwa indispensabbli li kull aġenzija tal-ħlas żżomm kontijiet separati marbuta esklussivament ma’ l-ispejjeż li jridu jiġu finanzjati mill-EAGF, minn naħa, u mill-EAFRD min-naħa l-oħra. Minħabba dan, il-kontijiet miżmuma mill-aġenziji tal-ħlas jridu juru b’mod distint, għal kull wieħed miż-żewġ Fondi, l-ispejjeż u d-dħul effettwati rispettivament skond il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 3 u l-Artikoli 4 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u tippermetti li dawn l-ispejjeż u d-dħul jitqabblu mal-mezzi finanzjarji li jingħataw għad-dispożizzjoni tagħhom mill-baġit Komunitarju.

(3)

L-iffinanzjar tal-Politika Agrikola Komuni jsir esklussivament f’euro, filwaqt li jkun possibbli għall-Istati Membri li mhumiex fiż-żona euro biex jagħmlu l-pagamenti lill-benefiċjarji jsiru fil-munita nazzjonali tagħhom. Sabiex tkun possibbli l-konsolidazzjoni ta’ l-ispejjeż u tad-dħul kollha, b'konsegwenza ta' dan, jeħtieġ li l-aġenziji tal-ħlas ikkonċernati jkunu f'qagħda li jipprovdu d-data relatata ma' l-ispejjeż u għad-dħul kemm f’euro u kemm fil-munita li biha ħallsu jew tħallsu.

(4)

Biex tkun garantita ġestjoni tajba tal-flussi finanzjarji, partikolarment minħabba l-fatt li l-Istati Membri jipprovdu l-mezzi finanzjarji biex ikopru l-ispejjeż, stipulati fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 3 ta-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jew jibbenefikaw minn pagament antiċipat għal dawk stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi qabel ma l-Kummissjoni tiffinanzja dawn l-ispejjeż taħt forma ta’ rimbors ta’ l-ispejjeż effettwati, jaqbel li jkun stipulat li l-Istati Membri jiġbru l-informazzjoni neċessarja għal dan ir-rimbors u jpoġġu progressivament għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-ispejjeż u d-dħul, jew jibgħatuhomlha perjodikament. Għalhekk iridu jitqiesu l-metodi speċifiċi ta’ ġestjoni ta’ l-EAGF u l-EAFRD u hemm lok li tiġi organizzata t-tpoġġija għad-dispożizzjoni u t-trasmissjoni ta’ l-informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skond regolarità adattata għall-metodu ta’ ġestjoni ta’ kull wieħed mill-Fondi, mingħajr preġudizzju ta’ l-obbligu għall-Istati Membri li jżommu l-informazzjoni stabbilita għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni bil-ħsieb ta’ sorveljanza xierqa ta’ l-evoluzzjoni fl-ispejjeż.

(5)

L-obbligi ġenerali relattivi għaż-żamma tal-kotba ta’ l-aġenziji tal-ħlas jibbażaw fuq data dettaljata mitluba għat-tmexxija tal-fondi Komunitarji u tal-kontroll tagħhom, fejn id-dettall mhux neċessarju biex isir ir-rimbors ta’ l-ispejjeż. Jaqbel għalhekk li jkun preċiżat liema informazzjoni u data relattivi għall-ispejjeż li ser jiġu finanzjati mill-EAGF jew mill-EAFRD iridu jiġu mgħoddija regolarment lill-Kummissjoni.

(6)

Il-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni trid tippermetti lil din ta’ l-aħħar li tuża direttament u bl-aktar mod effkaċi possibbli l-informazzjoni li tiġi mgħoddija lilha għall-ġestjoni tal-kontijiet tal-EAGF u tal-EAFRD, kif ukoll il-ħlasijiet relattivi għal dawn. Biex jintlaħaq dan l-għan, jaqbel li jkun stipulat li dak kollu li jkun magħmul disponibbli u l-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni isiru b’mezzi elettroniċi jew diġitali. Madankollu, jekk tiġi kkunsidrata neċessarja t-trasmissjoni b’mezzi oħra, jaqbel li jkun stipulat f’liema każijiet ikun ġustifikat dan l-obbligu.

(7)

Il-punt c) i) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jistipula li, għall-azzjonijiet relatati mal-ħidmiet iffinanzjati mill-EAGF u l-EAFRD, id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż, li jiswew daqs talba għall-ħlas, iridu jkunu komunikati lill-Kummissjoni flimkien ma’ l-informazzjoni mitluba. Sabiex l-Istati Membri u l-aġenziji tal-ħlas jkunu jistgħu jippreparaw dawn id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż skond ir-regoli miftiehma u biex l-Kummissjoni tkun tista’ tikkunsidra t-talbiet għall-ħlas, jaqbel li jkun determinat taħt liema kundizzjonijiet dawn l-ispejjeż jistgħu jiġu kkunsidrati skond il-baġits rispettivi tal-EAGF u l-EAFRD, u liema huma r-regoli applikabbli għar-rendikont ta’ dawn l-ispejjeż u tad-dħul, partikolarment tad-dħul assenjat u għall-korrezzjonijiet eventwali li jkunu jridu jsiru, kif ukoll għad-dikjarazzjoni materjali tagħhom.

(8)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 1883/78 tal-Kunsill tat-2 ta' Awwissu 1978, li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-finanzjament ta’ l-interventi mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija, Taqsima “Garanzija” (2), ppreveda li t-total li jiġi ffinanzjat minn skond miżura ta’ intervent, ikun determinat permezz tal-kontijiet annwali stabbiliti mill-aġenziji tal-ħlas. Dan ir-Regolament iddetermina wkoll ir-regoli u l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kontijiet imsemmija. Wara l-abolizzjoni tal-Fond Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija Agrikola (EAGGF) mir-Regolament (KE) Nru 1290/2005, u s-sostituzzjoni tiegħu mill-EAGF għal dak li għandu x'jaqsam ma' dawn il-miżuri, għandhom ikunu preċiżati l-modalitajiet li taħthom il-finanzjament ta’ l-imsemmija miżuri mill-EAGF jiddaħħal fis-sistema ta’ dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż u ta’ ħlasijiet mensili.

(9)

Il-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) 1290/2005 jistipula li l-ispejjeż tax-xahar ta’ Ottubru jiġu inklużi fix-xahar ta’ Ottubru jekk dawn isiru bejn l-1 u l-15 ta’ dan ix-xahar u fix-xahar ta’ Novembru jekk dawn isiru bejn is-16 u l-31 ta’ Ottubru. Madankollu, għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ispejjeż relattivi għall- ħżin pubbliku, dawk inklużi fil-kotba fix-xahar ta’ Ottubru jitqiesu fit-totalità tagħhom taħt l-eżerċizzju tal-baġit tas-sena N +1. Għalhekk, irid ikun stipulat li l-ispejjeż iffinanzjati mill-EAGF u li jirriżultaw minn proċessi ta’ ħżin pubbliku li jseħħu f’Settembru ikunu nklużi fil-kotba mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru.

(10)

Ir-rati tal-kambju applikabbli għandhom ikunu previsti skond l-eżistenza jew le ta' avveniment operattiv definit fil-leġiżlazzjoni agrikola. Sabiex l-Istati Membri li m’humiex parti miż-żona euro jevitaw l-applikazzjoni tar-rati tal-kambju differenti, minn naħa, fil-kontijiet, f’munita li mhux l-euro, tad-dħul li tħallsu jew ta' l-għajnuniet mogħtija lill-benefiċjarji u mill-oħra, matul il-preparazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż mill-aġenzija tal-ħlas, jaqbel li jkun stipulat li l-Istati Membri konċernati japplikaw għad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż tagħhom, relattivi għall-EAGF, l-istess rata tal-kambju bħal dik użata matul il-ġbir ta' dan id-dħul jew il-ħlasijiet għall-benefiċjarji. Barra minn hekk, sabiex jiġu ssimplifikati l-formalitajiet amministrattivi kkonċernati mal-ġbir lura relatati ma’ bosta tranżazzjonijiet, jeħtieġ li tiġi prevista rata ta' kambju unika waqt il-kontabilità ta' dan il-ġbir lura. Din il-miżura għandha għaldaqstant tkun limitata għall-tranżazzjonijiet li twettqu qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(11)

Il-Kummissjoni teffettwa ħlasijiet mensili jew perjodiċi a favur ta’ l-Istati Membri fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż li jitrasmettu dawn ta’ l-aħħar. Madankollu din trid iżżomm rendikont tad-dħul miġbur mill-aġenziji tal-ħlas, għall-kont tal-baġit Komunitarju. Jaqbel għalhekk li jiġu ffissati l-kundizzjonijiet li bihom irid jiġi effettwat ċertu kumpens bejn l-ispejjeż u d-dħul effettwati fil-qafas tal-EAGF u tal-EAFRD.

(12)

Il-Kummissjoni, wara li tkun iddeċidiet il-ħlasijiet mensili, tpoġġi għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri il-mezzi finanzjarji neċessarji biex ikunu koperti l-ispejjeż li jridu jiġu finanzjati mill-EAGF u l-EAFRD, skond it-termini prattiċi u l-kundizzjonijiet li jaqbel li jiġu determinati fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni komunikata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri u tas-sistemi ta’ l-informatika mwaqqfa mill-Kummissjoni.

(13)

Meta l-baġit Komunitarju ma jitwaqqafx fil-bidu ta’ l-eżerċizzju, it-tieni linja tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li fuqu jistrieħ ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3) jistipula li l-proċess tal-ħlas jistgħu jitwettqu kull xahar għal kull kapitolu fil-limitu ta’ wieħed minn tnax mill-approprjazzjonijiet awtorizzati taħt il-kapitolu konċernat fis-sena finanzjarja preċedenti. Sabiex jiġi ffissat b’mod ekwu t-tqassim tal-kreditu disponibbli bejn l-Istati Membri, jaqbel li jkun stipulat li, f’din is-sitwazzjoni ipotetika, il-pagamenti mensili fil-qafas tal-EAGF u l-pagamenti perjodiċi fil-qafas tal-EAFRD jiġu effettwati skond perċentwali, stabbilit għal kull kapitolu, tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż trasmessi minn kull Stat Membru u li l-bilanċ mhux onorat fi żmien xahar ikun riallokat matul id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni relattivi għall-pagamenti mensili jew perjodiċi ulterjuri.

(14)

Meta, fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż li jirċievu l-Istati Membri fil-qafas tal-EAGF, skond il-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 150 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, is-somma globali ta’ l-impenni bil-quddiem li jistgħu jkunu awtorizzati taqbeż nofs it-total tal-kreditu li jikkorrispondi għal dik is-sena finanzjarja, il-Kummissjoni trid teffettwa tnaqqis ta’ din is-somma. Sabiex ikun hemm ġestjoni tajba, dan it-tnaqqis irid jerġa’ jinqasam bejn l-Istati Membri kollha b’mod proporzjonali, fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż li jirċievu dawn ta’ l-aħħar. Sabiex jiġi ffissat b’mod ekwu t-tqassim tal-krediti disponibbli bejn l-Istati Membri, jaqbel li jkun stipulat li, f’din is-sitwazzjoni ipotetika, il-pagamenti mensili fil-qafas tal-EAGF jiġu effettwati skond perċentwali, stabbilit għal kull kapitolu, tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż trasmessi minn kull Stat Membru u li l-bilanċ mhux onorat fi żmien xahar ikun allokat mill-ġdid matul id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni relattivi għall-pagamenti mensili jew perjodiċi ulterjuri.

(15)

Fil-qafas tal-EAGF, ir-regolamentazzjoni agrikola komunitarja tinkludi termini għall-ħlas ta’ l-għajnuna lill-benefiċjarji, li jridu jiġu rispettati mill-Istati Membri. Kull ħlas effettwat wara dan iż-żmien regolamentari, li d-dewmien tiegħu ma jkunx ġustifikat, għandu jiġi kkunsidrat bħala nefqa irregolari u din għalhekk ma tkunx suġġetta għall-rimbors mill-Kummissjoni. Madankollu, sabiex jiġi aġġustat l-impatt finanzjarju proporzjonalment għaż-żmien ta’ limitu biex isir il-ħlas, jaqbel li jkun stipulat li l-Kummissjoni tapplika tnaqqis tal-pagamenti fi stadji progressivi skond l-importanza ta’ l-eċċessi konstatati. Min-naħa l-oħra, irid ikun stipulat marġini standard, partikolarment biex ikun permess li ma jiġix applikat it-tnaqqis meta d-dewmien fil-ħlas jirriżulta minn proċeduri ta’ kontestazzjoni.

(16)

Fil-qafas tar-riforma tal-Politika Agrikola Komuni u tat-twaqqif tas-sistema ta’ ħlas uniku, ir-rispett taż-żminijiet tal-pagamenti mill-Istati Membri huwa essenzjali għall-applikazzjoni tajba tar-regoli tad-dixxiplina finanzjarja. Jaqbel għalhekk li jiġu stipulati regoli speċifiċi li jippermettu li jkunu evitati kemm jista’ jkun ir-riskji li jinqabeż il-kreditu annwali disponibbli fil-baġit Komunitarju.

(17)

B’applikazzjoni ta’ l-Artikoli 17 u 27 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas jew tissospendi l-pagamenti lill-Istati Membri, fil-każ fejn l-Istati Membri ma jirrispettawx iż-żmien iffissat għall-pagamenti jew ma jikkomunikawx id-data relattiva għall-ispejjeż jew l-informazzjoni stipulata mir-Regolament imsemmi biex tivverifika l-koerenza ta’ din id-data. L-istess jgħodd ukoll għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-EAFRD, fil-każ meta l-Istati Membri ma jikkomunikawx l-informazzjoni mitluba taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta' l-20 ta' Settembru 2005 dwar is-sostenn għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) (4) u tal-modalitajiet ta’ l-applikazzjoni tiegħu, inkluż ir-rapport ta’ l-evalwazzjoni tal-programmi ta’ nofs it-terminu. F’dan il-kuntest jaqbel li jkunu ffissati l-modalitajiet ta’ l-eżekuzzjoni ta’ dan it-tnaqqis u dawn is-sospensjonijiet, f’dak li jikkonċerna l-ispejjeż tal-EAGF u tal-EAFRD rispettivament.

(18)

L-Artikolu 180 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 jipprevedi li n-nefqa agrikola negattiva, mill-1 ta’ Jannar 2007, tiġi kkumpensata mid-dħul allokat, ikkreditat skond l-oriġini tiegħu ta’ kreditu EAGF jew EAFRD. Il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jistipula li s-somom miġbura lura mill-aġenziji tal-ħlas b’konsegwenza ta’ irregolaritajiet jew ta’ atti negliġenti jridu jingħaddu mad-dħul tagħhom. Ċerti somom li jirriżultaw b’konsegwenza ta’ irregolaritajiet jew tnaqqis applikati fl-eventwalità ta’ ksur tal-kundizzjonijiet applikabbli fil-qasam ambjentali huma konnessi mad-dħul relatat ma’ l-irregolaritajiet jew negliġenzi kontemplati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u għandhom għalhekk jiġu ttrattati b’mod analogu. Jaqbel għalhekk li tkun stipulata l-kontijiet ta’ l-ammonti li jikkorrispondu fl-istess kundizzjonijiet tad-dħul assenjat li ġej direttament mill-irregolaritajiet jew negliġenzi kontemplati fl-Artikolu 32 imsemmi qabel.

(19)

L-ispejjeż kofinanzjati mill-baġit Komunitarju u mill-baġits nazzjonali, biex isostnu l-iżvilupp rurali fil-qafas ta’ l-EAFRD, huma bbażati fuq programmi ddettaljati skond il-miżuri. Għalhekk, dawn iridu jiġu segwiti u nklużi fil-kotba fuq din il-bażi sabiex jippermettu l-identifikazzjoni tal-ħidmiet kollha għal kull programm u għal kull miżura u li jivverifikaw il-konformità ta’ l-ispejjeż imwettqa mal-mezzi finanzjarji disponibbli. F’dan il-kuntest jaqbel li jkunu preċiżati l-elementi li jridu jiġu kkunsidrati mill-aġenziji tal-ħlas u partikolarment li jkun stipulat li l-oriġini tal-fondi pubbliċi u Komunitarji jidhru b’mod distint fil-kontijiet meta mqabbla ma’ l-iffinanzjar effettwat u li s-somom li jridu jinġabru lura mingħand il-benefiċjarji, kif ukoll is-somom miġbura jkunu speċifikati u identifikati skond l-tranżazzjoni oriġinali.

(20)

Meta tranżazzjoni ta’ ħlas jew ta’ ġbir lura titwettaq fil-munita nazzjonali li mhix l-euro fil-qafas tal-programmi għall-iżvilupp rurali ffinanzjati mill-EAFRD, huwa neċessarju li s-somom korrispondenti jitbiddlu f’euro. Jaqbel għalhekk li tkun stipulata l-applikazzjoni ta’ rata tal-kambju unika għall-kalkoli kollha inklużi fil-kontijiet matul xahar partikolari, li jrid jintuża għad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż.

(21)

Il-previżjoni ta’ l-ammonti li jridu jiġu ffinanzjati mill-EAFRD matul sena tal-kalendarju u l-istimi tat-talbiet ta’ ffinanzjar għas-sena tal-kalendarju ta’ wara huma neċessarji għall-Kummissjoni biex tiġġestixxi l-baġit u l-finanzi tagħha. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq l-obbligi tagħha, l-informazzjoni li tikkorrispondi għal dan trid tiġi kkomunikata lilha fi żmien suffiċjenti u darbtejn fis-sena jkunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi, sa l-31 ta’ Jannar u l-31 ta’ Lulju ta’ kull sena l-aktar tard.

(22)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tikkonferma l-pjan ta’ l-iffinanzjar ta’ kull programm ta’ żvilupp rurali, tistipula l-adattamenti eventwali tiegħu u teffettwa l-kontrolli neċessarji, trid tingħatalha ċerta informazzjoni. F’dan ir-rigward, huwa neċessarju li kull awtorità li tmexxi l-programmi tintroduċi fis-sistema ta’ l-informatika komuni ta’ l-EAFRD l-informazzjoni meħtieġa, biex jippermettu lill-Kummissjoni li tiddetermina, b’mod partikolari, is-somma massima tal-kontribuzzjoni ta’ l-EAFRD, l-analiżi annwali tagħha, l-analiżi għal kull tema prinċipali u għal kull miżura u l-livelli ta’ kofinanzjament applikabbli għal kull tema prinċipali. Jaqbel ukoll li jiġu ffissati l-kundizzjonijiet li fihom jiġu rreġistrati l-ammonti akkumulati fis-sistema ta’ l-informatika komuni.

(23)

Il-perjodiċità tal-preparazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż relattivi għall-proċessi effettwati fil-qafas ta’ l-EAFRD trid tiġi ffissata mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-paragrafu 6 ta’ l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. Meta jitqiesu l-karatteristiċi tar-regoli ta’ kontabilità applikati għall-EAFRD, ta’ l-użu ta’ finanzjament bil-quddiem u tal-finanzjament tal-miżuri għal kull sena tal-kalendarju, jaqbel li jkun stipulat li dawn l-ispejjeż ikunu ddikjarati skond perjodiċità adattata għal dawn il-kundizzjonijiet partikolari.

(24)

L-iskambji ta’ l-informazzjoni u tad-dokumenti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, kif ukoll it-tpoġġija għad-dispożizzjoni u l-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni mill- Istati Membri lill-Kummissjoni jsiru ġeneralment b’mezzi elettroniċi jew diġitali. Sabiex dawn l-iskambji ta’ informazzjoni jkunu mifhuma aħjar fil-qafas ta’ l-EAGF u ta’ l-EAFRD u sabiex l-użu tagħhom ikun ġeneralizzat, l-adattament tas-sistemi ta’ l-informatika eżistenti, jew l-organizzazzjoni ta’ sistemi ta’ informatika ġodda jsiru neċessarji. Jaqbel li jkun stipulat li dawn l-azzjonijiet jitwettqu mill-Kummissjoni u implimentati wara li l-Istati Membri jiġu infurmati mill-intermedjarju tal-Kumitat tal-Fondi Agrikoli.

(25)

Il-kundizzjonijiet ta’ l-ipproċessar ta’ l-informazzjoni minn dawn is-sistemi ta’ l-informatika, kif ukoll il-format u l-kontenut tad-dokumenti li jridu jiġu komunikati skond ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jirrikjedu adattamenti frekwenti minħabba bdil fir-regolamentazzjoni applikabbli jew fil-bżonnijiet marbuta mal-ġestjoni. Hija wkoll neċessarja preżentazzjoni uniformi tad-dokumenti li jridu jiġu pprovduti mill-Istati Membri. Biex jintlaħqu dawn l-objettivi u biex jiġu simplifikati l-proċeduri u jkun possibbli li jitħaddmu immedjatament is-sistemi ta’ l-informatika konċernati, huwa preferibbli li jkunu definiti l-format u l-kontenut tad-dokumenti fuq il-bażi tal-mudelli u li jkun stipulat li l-adattamenti u l-attwalizzazzjoni tagħhom isiru mill-Kummissjoni skond informazzjoni mill-Kumitat tal-Fondi Agrikoli.

(26)

Il-ġestjoni u l-kontroll tal-legalità ta’ l-ispejjeż tal-EAGF u tal-EAFRD jiddependu mill-kompetenza ta’ l-aġenziji tal-ħlas. Id-data relattiva għat-transazzjonijiet finanzjarji trid għalhekk tiġi komunikata jew introdotta fis-sistemi ta’ l-informatika u mwettqa taħt ir-responsabbiltà ta’ l-aġenzija tal-ħlas, mill-istess aġenzija tal-ħlas jew mill-entità li lilha ġiet iddelegata din il-funzjoni, jekk ikun il-każ mill-intermedjarju ta’ l-entitajiet ta’ koordinazzjoni awtorizzati.

(27)

Ċerti dokumenti jew proċeduri, stipulati mir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u l-modalitajiet ta’ l-applikazzjoni tiegħu, jirrikjedu l-firma ta’ persuna awtorizzata jew il-kunsens ta’ persuna għal stadju wieħed jew aktar tal-proċedura kkonċernata. Is-sistemi ta’ l-informatika stabbiliti għall-komunikazzjoni ta’ dawn id-dokumenti iridu jippermettu, f’dawn il-każi, li tkun identifikata kull persuna b’mod mhux ekwivoku u joffru garanziji raġonevoli li ma jistax jiġi mibdul il-kontenut ta’ dawn id-dokumenti, inkluż għall-istadji tal-proċedura. Dan għandu japplika għalhekk, partikolarment, f’dak li jikkonċerna d-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż u d-dikjarazzjoni ta’ l-assigurazzjoni marbuta mal-kontijiet annwali, imsemmija fil-punti c) i) u c) iii) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, u d-dokumenti komunikati b’mezzi elettroniċi fil-qafas ta’ dawn il-proċeduri.

(28)

Ir-regoli applikabbli għall-komunikazzjoni tad-dokumenti elettroniċi u diġitali ġew definiti fil-livell Komunitarju, f’dak li għandu x’jaqsam mat-termini tat-trasmissjoni tagħhom, mal-kundizzjonijiet tal-validità tagħhom fir-rigward tal-Kummissjoni u mal-kundizzjonijiet tagħhom ta’ kif jinżammu, ta’ l-integrità u tal-leġibbiltà tagħhom matul iż-żmien. Fil-każ li l-ġestjoni maqsuma tal-baġit Komunitarju fil-qafas tal-EAGF u tal-EAFRD tikkonċerna id-dokumenti maħruġa jew irċevuti mill-Kummissjoni, u mill-aġenziji tal-ħlas kif ukoll il-proċeduri stabbiliti għall-iffinanzjar tal-Politika Agrikola Komuni, jaqbel li tiġi stipulata l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja għall-komunikazzjonijiet ta’ dokumenti elettroniċi u diġitali li jsiru fil-qafas ta’ dan ir-Regolament u li jiġi stabbilit iż-żmien sa meta jinżammu d-dokumenti elettroniċi u diġitali.

(29)

Il-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni b’mezzi elettroniċi tista’ tkun impossibbli f’ċerti sitwazzjonijiet. Sabiex jilqa’ bil-quddiem għall-eventwalità ta’ nuqqas ta' funzjonament fis-sistema ta’ l-informatika jew ta’ nuqqas ta’ konnessjoni fit-tul, l-Istat Membru jrid jipprova jibgħat id-dokumenti b’xi mod ieħor, li jaqbel li jiġu ffissati l-kundizzjonijiet tiegħu.

(30)

Fl-applikazzjoni tal-punti d) u e) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, ir-riżorsi finanzjarji disponibbli fi Stat Membru fl-1 ta’ Jannar 2007 wara t-tnaqqis jew it-twaqqif tas-somom tal-pagamenti li dan ikun għamel b’mod volontarju, skond l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1655/2004 tat-22 ta’ Settembru 2004 li jwaqqaf ir-regoli għat-tranżizzjoni mis-sistema ta' modulazzjoni fakoltattiva stabbilita mill-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 lis-sistema ta' modulazzjoni obbligatorja stabbilita mir Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (5) jew fil-qafas tas-sanzjonijiet, skond l-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni (6), iridu jintużaw minn dan l-Istat Membru għall-iffinanzjar tal-miżuri ta’ żvilupp rurali. Jekk l-Istati Membri sa ċertu żmien ma jużawx dawn ir-riżorsi finanzjarji, is-somom korrispondenti jerġgħu jiddaħħlu fil-baġit tal-EAGF. Bil-ħsieb li jiġu ffissati l-kundizzjonijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri, jaqbel li jiġu determinati l-modalitajiet ta’ kontabilità u tal-ġestjoni tas-somom konċernati mill-aġenziji tal-ħlas, kif ukoll il-kalkolazzjoni tagħhom fid-deċiżjonijiet ta’ ħlas tal-Kummissjoni.

(31)

B’applikazzjoni tal-punt a) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri li kienu jagħmlu parti mill-Unjoni Ewropea qabel l-1 ta’ Mejju 2004 jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni, jekk dan ikun iġġustifikat u taħt ċerti kundizzjonijiet stipulati mill-punt msemmi, li sal-31 ta’ Diċembru 2006 jkomplu l-ħlasijiet relattivi għall-programmi ta’ żvilupp rurali għall-perjodu 2000-2006. Sabiex tkun permessa l-applikazzjoni ta’ din id-deroga, jaqbel li tiġi definita l-proċedura li trid tiġi segwita u ż-żmien li għandu jiġi rispettat mill-Istati Membri, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta’ l-implimentazzjoni tiegħu.

(32)

Jaqbel għalhekk li jiġi rrevokat r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 296/96 tas-16 ta' Frar dwar l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri u l-prenotament ta' kull xahar tan-nefqa ffinanzjata mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2776/88 (7) u d-Deċiżjoni C/2004/1723 tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2004 dwar it-tip ta’ dokumenti li għandhom jiġu trażmessi mill-Istati Membri biex jiddaħħlu fil-kontijiet tan-nefqa ffinanzjata mit-Taqsima Garanziji tal-FAEGG (8).

(33)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi għall-opinjoni tal-kumitat tal-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

ID-DISPOŻIZZJONIJIET TA’ INTRODUZZJONI KOMUNI GĦAL EAGF U GĦAL EAFRD

Artikolu 1

Skop

Dan ir-Regolament jiddetermina ċerti kundizzjonijiet u regoli speċifiċi applikabbli għall-ġestjoni maqsuma ta’ l-ispejjeż u tad-dħul tal-Fond Ewropew ta’ Garanzija Agrikola (EAGF) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD), għaż-żamma tal-kotba u għad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż u tad-dħul mill-aġenziji tal-ħlas, kif ukoll għall-ħlas lura ta’ l-ispejjeż mill-Kummissjoni, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

Artikolu 2

Il-kontijiet ta’ l-aġenziji tal-ħlas

1.   Kull aġenzija tal-ħlas żżomm sistema ta’ kontabilità, iddedikata esklussivament biex jiġu inklużi l-ispejjeż u d-dħul imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 3, u fl-Artikoli 4 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u għall-użu tal-mezzi finanzjarji disponibbli għall-ħlas ta’ l-ispejjeż li jikkorrispondu. Din is-sistema ta' kontabilità trid tippermetti li wieħed jiddistingwi u li jipprovdi separatament id-dettalji finanzjarji ta' l-EAGF u l-EAFRD.

2.   L-aġenziji tal-ħlas ta’ l-Istati Membri li mhumiex parti miż-żona euro jżommu kontijiet li jinkludu s-somom fil-munita li fiha tħallsu jew inġabru l-ispejjeż u d-dħul. Madankollu, biex ikun possibbli li l-infiq u d-dħul kollu tagħhom ikun konsolidat mis-16 ta' Ottubru 2006, iridu jkunu f'pożizzjoni li jagħtu d-dettalji korrispondenti fil-muniti nazzjonali u f'euro.

Madankollu, għall-ispejjeż u d-dħul ta’ l-EAGF għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 45 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri li ma jkunux f'qagħda li jdaħħlu fis-seħħ sas-16 ta' Ottubru 2006 sistema ta' kontabilità li tikkorrispondi għal dawn il-kriterji jistgħu, wara li jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru 2006, jagħmlu dan sas-16 ta' Ottubru 2007.

KAPITOLU 2

KONTIJIET EAGF

Artikolu 3

L-informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli

L-Istati Membri jiġbru u jżommu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-informazzjoni li tikkonċerna s-somma totali ta’ l-ispejjeż imħallsa u tad-dħul assenjat miġbur kull ġimgħa, taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

a)

mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol ta’ kull ġimgħa, l-informazzjoni li tikkonċerna s-somma totali ta’ l-ispejjeż imħallsa u tad-dħul assenjat miġbur mill-bidu tax-xahar sat-tmiem tal-ġimgħa preċedenti;

b)

mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol ta’ kull xahar, meta l-ġimgħa tkun mifruxa fuq xaharejn, l-informazzjoni li tikkonċerna s-somma totali ta’ l-ispejjeż imħallsa u d-dħul assenjat miġbur matul ix-xahar preċedenti.

Artikolu 4

Il-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni mill-Istati Membri

1.   L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni, skond il-punti (c)(i) u (c)(ii) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, permezz ta’ mezzi elettroniċi, l-informazzjoni u d-dokumenti li ġejjin, taħt il-kundizzjonijiet definiti fl-artikoli 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament:

a)

mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol ta’ kull xahar, l-informazzjoni li tikkonċerna is-somma globali ta’ l-ispejjeż imħallsa u tad-dħul assenjat miġbur matul ix-xahar preċedenti, fuq il-bażi tal-mudell li jidher fl-Anness I, u l-informazzjoni kollha li tista’ tispjega d-differenzi notevoli bejn il-previżjonijiet stabbiliti skond il-punt a) iii) tal-paragrafu 2, ta' dan l-Artikolu u l-ispejjeż imwettqa jew id-dħul assenjat miġbur;

b)

mhux aktar tard mill-10 jum tax-xogħol ta’ kull xahar, id-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 li tinkludi s-somma totali ta’ l-ispejjeż imħallsa u tad-dħul assenjat miġbur matul ix-xahar preċedenti, kif ukoll dawk relattivi għall-ħżin pubbliku, fuq il-bażi tal-mudell li jidher fl-Anness II ta' dan ir-Regolament Madankollu, il-komunikazzjoni relattiva għall-ispejjeż imħallsa u għad-dħul assenjat miġbur bejn l-1 u l-15 ta’ Ottubru tiġi komunikata sa mhux aktar tard mill-25 ta’ l-istess xahar.

Id-dikjarazzjoni ta’ l-infiq tinkludi analiżi statistika ta’ l-ispejjeż u tad-dħul assenjat mill-artikoli tan-nomenklatura tal-baġit tal-Komunitajiet Ewropej u, għall-kapitoli marbuta mal-verifika ta’ l-ispejjeż agrikoli u mad-dħul assenjat, l-analiżi statistika komplementari għal kull entrata. Madankollu, minħabba kundizzjonijiet partikolari tal-monitoraġġ tal-baġit, il-Kummissjoni tista’ titlob analiżi statistika aktar dettaljata.

c)

sa l-20 jum ta’ kull xahar l-aktar tard, fajl destinat li jiġi inkluż fil-baġit Komunitarju ta’ l-ispejjeż imħallsa u tad-dħul assenjat miġbur mill-aġenzija tal-ħlas matul ix-xahar preċedenti, ħlief għall-fajl destinat biex jiġi inkluż ma’ l-ispejjeż imħallsa u d-dħul assenjat miġbur bejn l-1 u l-15 ta’ Ottubru, li jiġi komunikat sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Novembru;

d)

sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Mejju u mill-10 ta’ Novembru ta’ kull sena, bħala suppliment għall-fajl imsemmi fil-punt c), is-somom miżmuma u wżati skond il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 u l-paragrafu 3 ta’ l-ewwel Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 1655/2004.

2.   Il-fajl, imsemmi fil-punt c) tal-paragrafu 1, huwa magħmul:

a)

minn rapport (T 104, li jidher fl-Anness V), stabbilit minn kull aġenzija tal-ħlas, relattiv għad-data analizzata statistikament skond in-nomenklatura tal-baġit tal-Komunitajiet Ewropej, skond it-tip ta’ l-ispiża u ta’ l-irċevuta, skond nomenklatura dettaljata, imqiegħda għad-dispożizzjoni ta' l-Istati Membri, li tibbaża fuq:

i)

l-ispejjeż imħallsa u d-dħul assenjat miġbur matul ix-xahar preċedenti,

ii)

l-ispejjeż u d-dħul assenjat akkumulat imħallsa fil-bidu tas-sena finanzjarja sat-tmiem tax-xahar preċedenti,

iii)

il-previżjonijiet ta’ l-ispejjeż u tad-dħul assenjat ibbażati, skond il-każ:

fuq ix-xahar attwali u x-xaharejn ta’ wara biss,

fuq ix-xahar attwali, ix-xaharejn ta’ wara u sat-tmiem tas-sena finanzjarja;

b)

minn sommarju tar-rapport (T 103, li jidher fl-Anness IV) tad-data msemmija fil-punt a) għal kull Stat Membru, għall-aġenziji tal-ħlas kollha ta’ dawn;

c)

minn rapport fuq id-differenza eventwali (T 101, li jidher fl-Anness III) bejn l-ispejjeż iddikjarati skond il-punt b) tal-paragrafu 1 u dawk iddikajrati skond il-punt a) ta’ dan il-paragrafu, u jekk ikun hemm bżonn, ġustifikazzjoni ta’ din id-differenza;

d)

mill-kontijiet li jiġġustifikaw l-ispejjeż u d-dħul relattivi għall-ħżin pubbliku, imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru [abbozz ta’ ħżin pubbliku] tal-Kummissjoni (9), ippreżentati f’tabella (Tabelli e.faudit), skond l-Anness III tar-Regolament imsemmi;

e)

minn tabelli (T 106 sa T 109, li jidhru fl-Annessi VI, VII, VIII u IX) komplementari għal dawk imsemmija fil-punti a) u b), għall-komunikazzjonijiet ta’ l-20 ta’ Mejju u ta’ l-10 ta’ Novembru, imsemmija fil-punt d) tal-paragrafu 1, li juru s-sitwazzjoni tal-kontijiet fit-tmiem tax-xahar ta’ April u fit-tmiem tas-sena finanzjarja u tinkludi:

il-komunikazzjoni tas-somom miżmuma minn kull aġenzija tal-ħlas b’applikazzjoni ta’ l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 jew ta’ l-ewwel Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 1655/2004, inklużi l-interessi eventwali (T 106 u T 107),

rapport ta’ l-użu għal kull aġenzija tal-ħlas tas-somom korrispondenti, skond il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 jew skond il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 3 tar-regolament (KE) Nru 1655/2004 (T 108),

sommarju globali tar-rapport, fil-livell ta’ kull Stat Membru, tad-data msemmija fl-ewwel u t-tieni inċiżi ta’ dan il-punt u ta’ l-interessi ġġenerati mil-fondi mhux utilizzati (T 109).

3.   Is-sommarju tar-rapport tad-data (T 103) stipulat fil-punt b) tal-paragrafu 2 għandu jiġi komunikat ukoll lill-Kummissjoni bil-miktub.

4.   L-informazzjoni finanzjarja kollha mitluba taħt dan l-Artikolu hija komunikata f’euro.

Madankollu:

għat-tabelli msemmija fil-paragrafu 2, punt (e), l-Istati Membri jużaw l-istess munita bħal dik użata għall-eżerċizzju tar-retenzjoni,

għad-dikjarazzjonijiet ta' l-ispejjeż u tat-tnaqqis imsemmija fl-Artikolu 39 (1), punti (a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri jużaw il-munita nazzjonali.

Barra minn hekk, għall-informazzjoni finanzjarja relatata mas-sena tal-baġit ta' l-2007, barra minn dik imsemmija fl-Artikolu 45 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri, imsemmija fl-Artikolu 2 (2), it-tieni subparagrafu, ta' dan ir-Regolament, għandhom jagħmlu l-komunikazzjonijiet fil-munita nazzjonali.

Artikolu 5

Ir-regoli ġenerali applikabbli għad-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż u għad-dħul assenjat

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi marbuta mad-dikjarazzjonijiet ta’ l-infiq u l-ispejjeż li jikkonċernaw il-ħżin pubbliku, previsti fl-Artikolu 6, l-ispejjeż u d-dħul assenjat iddikjarati mill-aġenziji tal-ħlas fi żmien xahar jikkorrispondu għall-ħlasijiet u għad-dħul fil-fatt imwettqa matul dan ix-xahar.

Dawn l-ispejjeż u d-dħul huma inklużi mill-baġit tal-EAGF fir-rigward tas-sena tal-baġit “N” li tibda mis-16 ta' Ottubru tas-sena “N-1” u li jibqgħu għaddejjin sal-15 ta' Ottubru tas-sena “N”.

Madankollu:

a)

l-ispejjeż li setgħu jitħallsu qabel bdiet tapplika d-dispożizzjoni li tistipula li għandhom jitqiesu fl-intjier jew parzjalment mill-EAGF ma jistgħux jiġu dikjarati ħlief:

fix-xahar li matulu tiġi applikata d-dispożizzjoni msemmija

jew

fix-xahar li jiġi wara l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni msemmija;

b)

id-dħul assenjat li għalih l-Istat Membru jrid jagħti rendikont lill-Kummissjoni huma ddikjarati fix-xahar li fih jintemm iż-żmien ta’ l-għotja tas-somom li jikkorrispondu, previsti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja;

c)

il-korrezzjonijiet deċiżi mill-Kummissjoni, fil-qafas tal-verifika tal-kontijiet u dik tal-konformità, il-Kummissjoni għandha tnaqqas jew iżżid direttament il-pagamenti mensili msemmija, skond il-każ, fl-Artikolu 10 (2) jew fl-Artikolu 11 (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 (10). Madankollu, l-Istati Membri jinkludu l-ammonti korrispondenti għal dawn il-korrezzjonijiet fid-dikjarazzjoni stabbilita għax-xahar li għalih isiru l-korrezzjonijiet.

2.   L-ispejjeż u d-dħul assenjat jitqiesu fid-data li fihom il-kont ta’ l-entità li tħallas ġie debitat jew kreditat. Madankollu, għall-ħlasijiet, id-data li għandha tiġi kkunsidrata tista’ tkun dik li fiha l-entità interessata tkun ħarġet u bagħtet it-titolu tal-ħlas lill-istituzzjoni finanzjarja jew lill-benefiċjarju. Kull aġenzija tal-ħlas tutilizza l-istess metodu matul is-sena finanzjarja kollha.

3.   L-ispejjeż li għandhom jiġu ddikjarati ma jinkludux it-tnaqqis imwettaq b’applikazzjoni ta’ l-ewwel Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 1655/2004.

4.   L-ispejjeż u d-dħul assenjat iddikjarati f’konformità mal-paragrafu 1 jistgħu jinkludu emendi tad-data ddikjarata fix-xhur preċedenti ta’ l-istess sena finanzjarja.

Meta l-korrezzjonijiet tad-dħul assenjat iwasslu, fil-livell ta’ aġenzija tal-ħlas, għal dikjarazzjoni ta’ dħul assenjat negattiv għal entrata fil-baġit, il-korrezzjonijiet żejda jiddaħħlu fix-xahar ta’ wara. Dawn jiġu regolarizzati, jekk ikun il-każ, matul il-verifika tal-kontijiet tas-sena konċernata.

5.   L-ordinijiet ta’ ħlas mhux eżegwiti kif ukoll il-pagamenti debitati fil-kont li wara jerggħu jiġu kreditati, jiddaħħlu fil-kotba bħala tnaqqis mill-ispejjeż fix-xahar li matulu l-aġenzija tal-ħlas tiġi infurmata li l-pagament ma ġiex eżegwit jew ġie annullat.

6.   Jekk hemm xi krediti fuq il-pagamenti dovuti skond l-EAGF, il-pagamenti jitqiesu li ġew perċepiti fit-totalità tagħhom għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tal-paragrafu 1:

a)

fid-data tal-ħlas tas-somma dovuta lill-benefiċjarju, jekk id-dejn huwa inferjuri għall-ispiża likwidata;

b)

fid-data tal-kumpens, jekk l-ispiża tkun inferjuri jew daqs id-dejn.

7.   Id-data akkumulata relattiva għall-ispejjeż u għad-dħul assenjat li trid tiddaħħal fis-sena finanzjarja, li trid tiġi kkomunikata sa l-10 ta’ Novembru l-aktar tard, jistgħu jiġu ratifikati biss fil-qafas tal-kontijiet annwali li jridu jiġu komunikati lill-Kummissjoni skond il-punt c) iii) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

Artikolu 6

Ir-regoli speċifiċi applikabbli għad-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż relattiva għall-ħżin pubbliku

Il-kalkoli li jridu jiġu kkunsidrati għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż relattiva għall-ħżin pubbliku huma dawk, stabbiliti fit-tmiem ta’ xahar fil-kontijiet ta’ l-aġenzija tal-ħlas, li inħolqu fil-bidu ta’ l-eżerċizzju ta’ kontabilità, definiti fil-punt a) tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru [ħżin pubbliku], sat-tmiem tax-xahar imsemmi.

Din id-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż tinkludi l-valuri u s-somom, determinati skond l-Artikoli 6, 7 u 9 tar-Regolament (KE) Nru [ħżin pubbliku], li ġew inklużi fil-kontijiet mill-aġenziji tal-ħlas matul ix-xahar li jsegwi dak li jirreferu għalih il-kalkoli.

Madankollu:

a)

għall-kalkoli mwettqa matul ix-xahar ta’ Settembru, il-valuri u s-somom huma inklużi fil-kontijiet mill-aġenziji tal-ħlas sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru;

b)

l-ammont globali tad-deprezzament maħsub fil-punt d) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru [ħżin pubbliku], huwa inkluż fil-kontijiet fid-data ffissata mid-deċiżjoni li tistipulahom.

Artikolu 7

Ir-rati tal-kambju applikabbli għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż

1.   Għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż tagħhom, l-Istati Membri, li mhumiex parti miż-żona euro, japplikaw l-istess rata tal-kambju bħal dik li użaw meta wettqu l-ħlasijiet lill-benefiċjarji jew meta ġabru d-dħul, skond ir-Regolament (KE) Nru 2808/98 tal-Kummissjoni (11) u l-leġiżlazzjoni agrikola settorjali.

2.   Fil-każijiet oħrajn għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, partikolarment għat-tranżazzjonijiet li dwarhom il-leġiżlazzjoni agrikola settorjali ma tistabbilixxix fatt operattiv, ir-rata tal-kambju applikabbli hija r-rata tal-kambju ta’ qabel ta’ l-aħħar stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel ix-xahar li fir-rigward tiegħu jiġu ddikjarati n-nefqa u d-dħul assenjat.

3.   Ir-rata tal-kambju msemmija fil-paragrafu 2 tapplika wkoll għall-ġbir lura globali li sar għal bosta tranżazzjonijiet li twettqu qabel is-16 ta' Ottubru 2006, jew is-16 ta’ Ottubru 2007, fil-każ ta’ l-applikazjoni tat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 2 (2).

Artikolu 8

Id-deċiżjoni tal-ħlas tal-Kummissjoni

1.   Fuq il-bażi tad-data komunikata f’konformità mal-punt b) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4 il-Kummissjoni tiddeċiedi u tagħti l-ħlasijiet mensili, mingħajr preġudizzju għall-korrezzjonijiet li għandhom jitqiesu fid-deċiżjonijiet ulterjuri u għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

2.   Jekk il-baġit Komunitarju ma jkunx stabbilit sal-bidu tas-sena finanzjarja, il-ħlasijiet mensili jingħataw skond perċentwali tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż miġbura mill-Istati Membri, stabbiliti għal kull kapitolu ta’ l-ispejjeż u fir-rispett tal-limiti ffissati fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. Il-Kummissjoni żżomm rendikont tal-bilanċ mhux imħallas lura lill-Istati Membri meta jittieħdu d-deċiżjonijiet relattivi għar-rimborsi ulterjuri.

3.   Jekk l-obbligi antiċipati msemmija fil-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 150 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 jaqbżu n-nofs tat-total tal-krediti li jikkorrispondu għas-sena finanzjarja fis-seħħ, il-ħlasijiet mensili jingħataw skond perċentwali tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż miġbura mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni żżomm rendikont tal-bilanċ mhux imħallas lura lill-Istati Membri meta jittieħdu d-deċiżjonijiet relattivi għar-rimborsi ulterjuri.

Artikolu 9

It-tnaqqis tal-pagamenti mill-Kummissjoni

1.   Kull spiża mħallsa barra mit-termini jew miż-żminijiet stipulati ssir suġġetta għal inklużjoni bħala tnaqqis fil-qafas tal-pagamenti mensili skond ir-regoli li ġejjin:

a)

meta l-ispejjeż li jitħallsu tard ma jaqbżux 4 % ta’ l-ispejjeż imħallsa sewwa skond it-termini u ż-żminijiet, m’għandu jsir l-ebda tnaqqis;

b)

wara li jintuża l-marġini ta’ l-4 %, kull spiża supplimentari effettwata tard titnaqqas skond it-termini li ġejjin:

għal dewmien ta’ mhux aktar minn xahar, l-ispiża titnaqqas b’10 %,

għal dewmien ta’ mhux aktar minn xahrejn, l-ispiża titnaqqas b’25 %,

għal dewmien ta’ mhux aktar minn tliet xhur, l-ispiża titnaqqas b’45 %,

għal dewmien ta’ mhux aktar minn erba’ xhur, l-ispiża titnaqqas b’70 %,

għal dewmien ta’ aktar minn erba’ xhur jew aktar, l-ispiża titnaqqas b’100 %.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għall-ħlasijiet diretti msemmija taħt it-titolu III ta’ l-Artikolu 12 jew, jekk ikun il-każ, taħt it-Titolu IV bis tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tal-Kunsill (12), effettwati taħt is-sena N, li l-ħlas tagħhom barra t-termini u ż-żminijiet stipulati jsir wara l-15 ta’ Ottubru tas-sena N+1, japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

a)

meta l-marġini ta’ 4 % stipulat fil-punt a) tal-paragrafu ma ntużax kollu għall-ħlasijiet effettwati mhux aktar tatrd mill-15 ta’ Ottubru tas-sena N+1 u l-parti li tibqa’ ta’ dan il-marġini taqbeż it-2 %, din ta’ l-aħħar titnaqqas għal 2 %;

b)

fil-każijiet kollha, il-ħlasijiet effettwati matul is-snin finanzjarji N+2 u wara mhumiex eliġibbli għall-Istat Membru konċernat ħlief fil-limitu tal-bilanċ nazzjonali tiegħu stipulat fl-Annessi VIII jew VIII bis tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew tal-baġit globali annwali tiegħu stabbilit skond il-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 143 ter, ta’ l-imsemmi Regolament, għas-sena preċedenti s-sena finanzjarja li matulha jsir il-ħlas, skond il-każ, jiżdied bl-ammonti relattivi għall-primjum tal-prodotti tal-ħalib u l-pagamenti addizjonali stipulati fl-Artikoli 95 u 96 ta’ l-istess Regolament, u tat-total supplimentari ta’ l-għajnuna stipulata fl-Artikolu 12 ta’ l-istess Regolament, imnaqqas bil-perċentwali stipulat fl-Artikolu 10 ta’ l-istess Regolament, u korrett bl-aġġustament stipulat fl-Artikolu 11 ta’ l-istess Regolament, filwaqt li jkun ikkunsidrat l-Artikolu 12 bis ta’ l-istess Regolament u tas-somom iffissati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 188/2005 tal-Kummissjoni (13);

c)

wara li jintużaw il-marġini msemmija fil-punt (a), l-ispejjeż konċernati minn dan il-paragrafu jitnaqqsu b’100 %.

3.   Il-Kummissjoni tapplika stadji progressivi differenti minn dawk stipulati fil-paragrafi 1 u 2 u/jew rati ta’ tnaqqis inferjuri jew l-ebda tnaqqis jekk jitfaċċjaw kundizzjonijiet partikolari ta’ ġestjoni għal ċerti miżuri, jew jekk jiġu ppreżentati ġustifikazzjonijiet leġittimi mill-Istati Membri.

Madankollu, għall-ħlasijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel inċiż ta’ dan il-paragrafu tapplika fil-limiti tal-bilanċi msemmija fil-punt b) tal-paragrafu 2 imsemmi.

4.   Il-kontroll tar-rispett tat-termini jew taż-żmien, fil-qafas tal-ħlasijiet mensili rigward kif jitqiesu l-ispejjeż, isir darbtejn fis-sena għal kull sena finanzjarja:

fuq l-ispejjeż effettwati sal-31 ta’ Marzu,

fuq l-ispejjeż effettwati sal-31 ta’ Lulju.

L-eċċessi eventwali li jsiru matul ix-xhur ta’ Awwissu, Settembru u Ottubru jiġu kkunsidrati matul id-deċiżjoni tal-verifika tal-kontijiet, imsemmija fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

5.   Wara li tkun infurmat lill-Istati Membri konċernati, il-Kummissjoni tista’ tittardja l-għotja tal-ħlas mensili lill-Istati Membri kif stipulat fil-paragrafi 2 u 3 ta’ l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jekk il-komunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament jaslulha tard jew jinkludu nuqqas ta’ qbil li jirrikjedi verifiki supplimentari.

6.   It-tnaqqis maħsub f’dan l-Artikolu u t-tnaqqis ieħor eventwali li jsiru fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 isir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni ulterjuri ta’ verifika tal-konformità, imsemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 10

Il-kontijiet u l-ġbir tad-dħul assenjat

1.   L-Artikoli 150 u 151 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 japplikaw mutatis mutandis għall-kontijiet tad-dħul assenjat imsemmija minn dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni twettaq, fid-Deċiżjoni tagħha relattiva għall-ħlasijiet mensili applikat fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-ħlas tal-bilanċ ta’ l-ispejjeż iddikjarati għal kull Stat Membru, imnaqqsa bl-ammont tad-dħul assenjat li dan l-Istat Membru msemmi jkun inkluda fl-istess dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż. Dan il-kumpens għandu l-istess valur tal-ġbir tad-dħul korrispondenti.

3.   L-approprjazzjonijiet ta’ l-obbligu u l-krediti tal-ħlas iġġenerati mid-dħul assenjat jinfetħu mill-bidu ta’ l-allokazzjoni ta’ dan id-dħul skond l-entrati fil-baġit. L-allokazzjoni sseħħ waqt il-kontijiet tad-dħul assenjat, fix-xahrejn wara li jaslu r-rapporti kkomunikati mill-Istati Membri, skond ir-Regoli msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 11

Il-mezzi finanzjarji mpoġġija għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri

1.   Wara li tkun iddeċidiet il-ħlasijiet mensili, il-Kummissjoni tpoġġi għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri, fil-qafas tal-krediti tal-baġit, il-mezzi finanzjarji neċessarji biex ikopru l-ispejjeż li ser jiġu ffinanzjati mill-EAGF, wara li jsir tnaqqis ekwivalenti għad-dħul assenjat, fil-kont miftuħ minn kull Stat Membru.

Meta l-ħlasijiet li jridu jiġu effettwati mill-Kummissjoni, wara li jkun tnaqqas id-dħul assenjat, iwasslu għal somma negattiva f'livell ta’ Stat Membru, it-tnaqqis żejjed jiġi inkluż fix-xhur ta’ wara.

2.   L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni f’isem min qiegħed il-kont u n-numru tal-kont maħsub fil-paragrafu 1, skond il-format lilhom komunikat mill-Kummissjoni.

3.   Fejn Stat Membru, imsemmi fl-Artikolu 2 (2), fit-tieni inċiż, ikompli jagħmel id-dikjarazzjonijiet ta' l-ispejjeż fil-valuta nazzjonali għas-sena finanzjarja 2007, ir-rata tal-kambju li għandha tiġi applikata mill-Kummissjoni għall-pagamenti korrispondenti għandha tkun dik applikabbli fl-10 tax-xahar wara dak ix-xahar li għalih saret id-dikjarazzjoni, jew, jekk ma teżistix kwotazzjoni ġenerali għal dik id-data, dik ta' l-ewwel jum qabel id-data msemmija li għaliha din il-kwotazzjoni teżisti.

Artikolu 12

L-ammonti meqjusa bħala dħul assenjat

1.   Jiġu meqjusa bħala dħul assenjat bl-istess mod bħas-somom miġbura wara l-irregolaritajiet u n-negliġenzi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005:

a)

l-ammonti li jridu jitħallsu fil-baġit Komunitarju, li jkunu nġabru wara penali jew sanzjonijiet skond ir-regoli speċifiċi stipulati mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali;

b)

l-ammonti li jikkorrispondu għat-tnaqqis jew għall-ħlasijiet esklużi applikati skond ir-regoli relattivi għall-kundizzjonalità stipulati fit-Titolu II tal-Kapitolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

2.   Ir-regoli stipulati għad-dħul assenjat l-ieħor, għajr dawk previsti fil-paragrafu 1, għandhom jiġu applikati mutatis mutandi. Madankollu, jekk is-somom imsemmija fil-punt a) tal-paragrafu 1 ikunu ġew miżmuma qabel il-ħlas ta’ l-għajnuna konċenata minħabba l-irregolarità jew in-negliġenza, dawn jitnaqqsu mill-ispiża korrispondenti.

KAPITOLU 3

KONTIJIET EAFRD

Artikolu 13

Il-kontijiet tal-programmi għall-iżvilupp rurali

1.   Kull aġenzija tal-ħlas maħtura għal programm għall-iżvilupp rurali għandu jkollha kontijiet li jippermettu l-identifikazzjoni tal-kalkoli kollha għal kull programm u għal kull miżura. Dawn il-kontijiet jinkludu partikolarment:

a)

l-ammont tan-nefqa pubblika u l-ammont tal-kontribuzzjoni Komunitarja mħallsa għal kull tranżazzjoni;

b)

l-ammonti li jridu jinġabru minn benefiċjarji għall-irregolaritajiet jew in-negliġenzi meqjusa;

c)

l-ammonti miġbura, b’identifikazzjoni ta’ l-tranżazzjoni oriġinali.

2.   L-aġenziji tal-ħlas ta' l-Istati Membri, biex jistabbilixxu d-dikjarazzjonijiet ta' l-ispejjeż tagħhom f'euro, li mhumiex parti miż-żona euro għandhom japplikaw, għal kull tranżazzjoni ta’ ħlas jew ta’ ġbir ir-rata tal-kambju ta’ qabel l-aħħar stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għax-xahar ta’ qabel dak li fih il-kalkoli jiġu rreġistrati fil-kontijiet ta’ l-aġenzija tal-ħlas.

Artikolu 14

Il-previżjoni tal-bżonnijiet ta’ l-iffinanzjar

Għal kull programm ta’ żvilupp rurali, l-Istati Membri jridu jikkomunikaw lill-Kummissjoni, skond il-punt c) ii tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, skond il-mudell li jidher fl-Anness X ta' dan ir-Regolament, darbtejn fis-sena, flimkien mad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż li jridu jiġu trasmessi sal-31 ta’ Jannar u l-31 ta’ Lulju l-aktar tard, il-previżjonijiet tagħhom għall-ammonti li għad iridu jiġu finanzjati mill-EAFRD għal dik is-sena, kif ukoll stima aġġornata tat-talbiet għall-finanzjament tagħhom għas-sena ta’ wara.

Artikolu 15

Il-pjan ta’ finanzjament tal-programmi għall-iżvilupp rurali

Il-pjan ta’ finanzjament ta’ kull programm ta’ żvilupp rurali għandu jiddetermina partikolarment l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni tal-EAFRD, it-tqassim annwali, it-tqassim skond il-prijoritajiet u l-miżuri u r-rata ta’ kofinanzjament applikabbli għal kull prijorità.

Dan il-pjan ta’ finanzjament jidħol fis-seħħ wara l-adozzjoni tal-programm ta’ żvilupp rurali mill-Kummissjoni. L-adattamenti ulterjuri tal-pjan ta’ finanzjament li ma jesiġux deċiżjoni ġdida mill-Kummissjoni jidħlu fis-seħħ wara l-validazzjoni ta’ l-adattamenti kkonċernati, permezz tas-sistema sigura għall-iskambju ta’ informazzjoni u dokumenti bejn il-Kumissjoni u l-Istati Membri introdotta għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005. L-adattamenti tal-pjan ta’ finanzjament li jesiġu l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida mill-Kummissjoni jidħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni l-ġdida.

Il-pjan ta’ finanzjament ta’ kull programm għall-iżvilupp rurali u kull adattament tiegħu jiġu introdotti mill-awtorità ta’ ġestjoni tal-programm imsemmi fis-sistema sigura għall-iskambju ta’ l-informazzjoni msemmija fit-tieni inċiż.

Artikolu 16

Id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż

1.   Id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż ta’ l-aġenziji tal-ħlas jiġu effettwati taħt kull programm ta’ żvilupp rurali. Dawn id-dikjarazzjonijiet jibbażaw, għal kull miżura ta’ żvilupp rurali, fuq l-ammont tan-nefqa pubblika eliġibbli li għaliha l-aġenzija tal-ħlas fil-fatt ħallset il-kontribuzzjoni korrispondenti ta’ l-EAFRD matul il-perjodu ta’ referenza.

2.   Ladarba jkun approvat l-programm, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, skond il-punt (c) (i) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż tagħhom, permezz ta’ mezzi elettroniċi, skond il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikolu 18, skond il-frekwenza u t-termini ta’ żmien li ġejjin:

a)

mhux aktar tard mit-30 ta’ April għall-ispejjeż tal-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Marzu;

b)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju għall-ispejjeż tal-perjodu bejn l-1 ta’ April u t-30 ta’ Ġunju;

c)

mhux aktar tard mill-10 ta’ Novembru għall-ispejjeż tal-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju u l-15 ta’ Ottubru;

d)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar għall-ispejjeż tal-perjodu bejn is-16 ta’ Ottubru u l-31 ta’ Diċembru.

L-ispejjeż iddikjarati għal perjodu ta’ referenza jistgħu jinkludu emenda tad-data ddikjarata fil-perjodi ta’ dikjarazzjoni preċedenti ta’ l-istess sena finanzjarja.

Madankollu, jekk programm għall-iżvilupp ma jkunx approvat mill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2007, l-ispejjeż imġarrba minn qabel mill-aġenzija tal-ħlas taħt ir-responsabilità tagħha stess, matul il-perjodi qabel l-adozzjoni ta' dan il-programm, għandhom ikunu ddikjarati lill-Kummissjoni kollha flimkien fl-ewwel dikjarazzjoni ta' l-ispejjeż ta' wara l-adozzjoni tal-programm.

3.   Id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż huma stabbiliti fuq il-bażi tal-mudell li jidher fl- Anness XI. Għall-programmi ta’ żvilupp rurali li jkopru reġjuni li qed jibbenefikaw minn rati ta’ kofinanzjament differenti, skond il-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 70, u l-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, tiġi introdotta tabella ta’ l-ispejjeż separata għal kull tip ta’ reġjun.

4.   Jekk jiġu nnutati nuqqas ta’ qbil, diverġenzi fl-interpretazzjoni jew diskrepanzi relattivi għad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż ta’ perjodu ta’ referenza, li jirriżultaw partikolarment min-nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni mitluba taħt ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u tal-modalitajiet ta’ l-applikazzjoni tiegħu, u dawn ikunu jirrikjedu verifiki supplimentari, l-Istat Membru konċernat jintalab jipprovdi informazzjoni addizzjonali. Din l-informazzjoni tiġi pprovduta permezz tas-sistema sigura għall-iskambju ta’ l-informazzjoni pprovduta fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament.

Iż-żmien tal-ħlas stipulat fil-paragrafu 5 ta’ l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 f’dan il-każ jista’ jitwaqqaf, għall-ammont kollu jew għal parti minnu li jkun is-suġġett tat-talba tal-ħlas, li jibda jgħodd mid-data tal-komunikazzjoni tat-talba għall-informazzjoni sa meta tiġi rċevuta l-informazzjoni mitluba u sa l-aktar tard sad-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż tal-perjodu ta’ wara.

Jekk ma tinstabx soluzzjoni matul dan iż-żmien, il-Kummissjoni tista’ tissospendi jew tnaqqas il-pagamenti skond il-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

5.   Id-data akkumulata marbuta man-nefqa u d-dħul assenjat li jista’ jiġi ċċarġjat lil sena speċifika, li għandha titressaq lill-Kummissjoni mhux iktar tard mill-10 ta’ Novembru, tista’ tiġi kkoreġuta biss fil-kontijiet annwali li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 8(1)(c)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

Artikolu 17

Il-kalkolu ta’ l-ammont li jrid jitħallas

1.   Il-kontribuzzjoni Komunitarja li trid titħallas taħt in-nefqiet pubbliċi eliġibbli ddikjarati taħt kull tema għal kull perjodu ta’ referenza tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-pjan tal-finanzjament fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ dan il-perjodu.

2.   L-ammonti totali tal-kontribuzzjonijiet ta’ l-EAFRD, irkuprati mill-benefiċjarji, fil-qafas tal-programm għall-iżvilupp rurali konċernat, matul kull perjodu ta’ referenza, jitnaqqsu mill-ammonti totali li jridu jitħallsu mill-EAFRD fid-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż tal-perjodu msemmi.

3.   L-ammonti totali bejn wieħed u ieħor li jirriżultaw, jekk ikun il-każ, mill-verifika tal-kontijiet, effettwata skond it-tielet inċiż tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006, u li jistgħu jerġgħu jiġu utilizzati taħt il-programm ta’ żvilupp rurali, jiġu miżjuda ma’ jew imnaqqsa mit-total tal-kontribuzzjoni ta’ l-EAFRD, meta ssir l-ewwel dikjarazzjoni wara d-deċiżjoni tal-verifika.

4.   Mingħajr preġudizzju għal-limitu stipulat fil-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 24, tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, meta l-akkumulazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż taqbeż it-total programmat għal tema tal-programm ta’ żvilupp rurali, l-ammont totali li jrid jitħallas huwa limitat għall-ammont totali pprogrammat għal din it-tema. L-infiq pubbliku eskluż b’konsegwenza ta’ dan jista’ jiġi kkunsidrat matul id-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż li tkun tmiss, sakemm ikun ġie ppreżentat pjan ta’ finanzjament adattat mill-Istat Membru, u dan ikun ġie aċċettat mill-Kummissjoni.

5.   Il-ħlas tal-kontribuzzjoni Komunitarja isir mill-Kummissjoni, suġġett għad-disponibbiltà baġitarja, jiġi effettwat mill-Kummissjoni fil-kont jew il-kontijiet miftuħa għal kull Stat Membru.

L-isem jew in-numru tal-kont jiġi komunikat mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, skond il-format lilhom indikat mill-Kummissjoni.

KAPITOLU 4

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI GĦALL-EAGF U GĦALL-EAFRD

Artikolu 18

L-iskambju elettroniku ta’ l-informazzjoni u d-dokumenti

1.   Il-Kummissjoni tistabbilixxi sistemi ta’ l-informatika li jippermettu skambji tad-dokumenti u ta’ l-informazzjoni, permezz ta’ mezzi elettroniċi, bejnha u l-Istati Membri, f’dak li jikkonċerna l-komunikazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet ta’ l-informazzjoni stipulata mir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u l-modalitajiet ta’ l-applikazzjoni tiegħu. Din tinforma lill-Istati Membri bil-kundizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ dawn is-sistemi permezz ta’ l-intermedjarju tal-Kumitat tal-Fondi Agrikoli.

2.   Is-sistemi ta’ l-informatika, stipulati fil-paragrafu 1, jistgħu jittrattaw partikolarment:

a)

id-data neċessarja għat-transazzjonijiet finanzjarji, partikolarment dawk relattivi għall-kontijiet mensili u annwali ta’ l-aġenziji tal-ħlas, għad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż u tad-dħul u għat-trasmissjoni ta’ l-informazzjoni u tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 5, 11, 15 u 17 ta’ dan ir-Regolament, fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 u fl-Artikoli 2, 10 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 884/2006;

b)

id-dokumenti ta’ interess komuni li jippermettu t-tkomplija tal-kontijiet u l-konsultazzjoni ta’ l-informazzjoni u tad-dokumenti li l-aġenzija tal-ħlas trid tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni;

c)

it-testi Komunitarji u l-pariri tal-Kummissjoni fil-qasam tal-finanzjament tal-politika agrikola komuni mill-awtoritajiet miftiehma u maħtura fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, kif ukoll il-pariri relattivi għall-applikazzjoni armonjuża tal-liġijiet konċernati.

3.   Il-format u l-kontenut tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 4, 14 u 17 ta’ dan ir-Regolament, fil-punti a), b) u d) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 u fl-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 884/2006 huma definiti mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-mudelli li jidhru fl-Annessi II sa XI ta’ dan ir-Regolament, fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru [aġenziji tal-ħlas] u fl-Anness III, tar-Regolament (KE) Nru 884/2006.

Dawn il-mudelli huma adattati u mwettqa mill-Kummissjoni, skond informazzjoni mill-Kumitat tal-Fondi Agrikoli.

4.   Is-sistemi ta’ l-informatika, stipulati fil-paragrafu 1, jistgħu jinkludu l-għodda neċessarja għall-ġbir tad-data u għall-ġestjoni tal-kontijiet tal-EAGF u tal-EAFRD, mill-Kummissjoni, kif ukoll dawk neċessarji għall-kalkolazzjoni ta’ l-ispejjeż standard jew dawk li jinneċessitaw l-użu ta’ metodi uniformi, partikolarment f’dak li jikkonċerna l-ispejjeż finanzjarji u d-deprezzament.

5.   Id-data relattiva għat-transazzjonijiet finanzjarji jiġu komunikati, introdotti u mwettqa fis-sistemi ta’ l-informatika, stipulati fil-paragrafu 1, taħt ir-responsabbiltà ta’ l-aġenzija tal-ħlas, mill-aġenzija tal-ħlas nnifisha jew mill-entità li ġiet delegata lilha din il-funzjoni, jekk ikun il-każ mill-intermedjarju ta’ l-entitajiet tal-koordinazzjoni miftiehma f’konformità mat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

6.   Meta dokument jew proċedura, stipulati mir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jew il-modalitajiet ta’ l-applikazzjoni tiegħu, jirrikjedu l-firma ta’ persuna awtorizzata jew il-kunsens ta’ persuna għal stadju wieħed jew aktar ta’ l-imsemmija proċedura, is-sistemi ta’ l-informatika stabbiliti għall-komunikazzjoni ta’ dawn id-dokumenti jridu jippermettu li tkun identifikata kull persuna b’mod mhux ekwivoku u joffru garanziji raġonevoli li mhux se jiġi alterat il-kontenut tad-dokumenti, inkluż għall-istadji tal-proċedura, f’konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Għal dak li għandu x’jaqsam mad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż u d-dikjarazzjoni ta’ l-assigurazzjoni konġunta għall-kontijiet annwali, msemmija fil-punt c) i) u c) iii) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, id-dokumenti komunikati b’mezzi elettroniċi jinżammu xorta waħda, fil-forma oriġinali tagħhom, mill-aġenziji tal-ħlas jew, jekk ikun il-każ, mill-entitajiet tal-koordinazzjoni miftiehma f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta’ l-Artikolu 6 tar-Regolament imsemmi.

7.   Iż-żamma tad-dokumenti elettroniċi u diġitali trid tiġi assigurata matul iż-żmien kollu neċessarju għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 885/2006.

8.   Fil-każ li s-sistema ta’ l-informatika ma taħdimx sew jew fl-assenza ta’ konnessjoni fit-tul, l-Istat Membru jista’, bil-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni, jibgħat id-dokumenti taħt forma oħra, bil-kundizzjonijiet determinati minnha.

KAPITOLU 5

MIŻURI TRANŻITORJI U D-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 19

Il-kontijiet tal-fondi li ġejjin mill-modulazzjoni jew mir-rispett tal-kundizzjonijiet fil-qasam ta’ l-ambjent

1.   L-ammonti totali miżmuma f’konformità ma’ l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 jew f’konformità ma’ l-ewwel Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 1655/2004 jiġu kreditati mill-Istat Membru f’kont speċifiku miftuħ għal kull aġenzija tal-ħlas jew f’kont speċifiku miftuħ fil-livell ta’ l-Istat Membru. Il-kontijiet iridu jippermetti l-identifikazjzoni ta’ l-oriġini tal-kreditu meta mqabbel mal-ħlas ta’ l-għajnuna konċernata lill-benefiċjarju.

2.   L-Istati Membri jistgħu jerġgħu jqassmu lill-aġenziji tal-ħlas ta’ l-għażla tagħhom l-ammonti totali miġbura previsti fil-paragrafu 1, bil-ħsieb li jużawhom. Dawn l-ammonti totali jiu kreditati fil-kont jew il-kontitjiet imsemmija fil-paragrafu 1 u wżati esklussivament għall-iffinanzjar ta’ l-appoġġ Komunitarju supplimentari maħsub fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 jew għall-miżuri relatati msemmija fil-paragrafu 3 ta’ l-ewwel Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 1655/2004.

Jekk ikun hemm xi interessi minn fondi mhux utilizzati, dawn jiġu miżjuda mal-bilanċ disponibbli fit-tmiem ta’ kull sena finanzjarja u utilizzati għall-iffinanzjar ta’ l-sitess miżuri.

3.   Għall-ispejjeż relatati mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 2, il-kontijiet ta’ l-aġenziji tal-ħlas jinżammu separatament minn spejjeż oħra relatati ma’ l-iżvilupp rurali u, għal kull pagament, tinvolvi distinzjoni tal-kontijiet bejn il-fondi nazzjonali u l-fondi li ġejjin minn applikazzjoni ta’ l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 jew ta’ l-ewwel Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 1655/2004.

4.   L-ammonti totali miżmuma f’konformità ma’ l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 jew f’konformità ma’ l-ewwel Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 1655/2004 u l-interessi li dawn jistgħu jipproduċu li ma tħallsux f’konformità ma’ l-ewwel Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 963/2001 tal-Kummissjoni (14) jew f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1655/2004 jiġu mnaqqsa pagamenti mensili matul id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, fl-applikazzjoni tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, rigward l-ispejjeż ta’ Ottubru tas-sena finanzjarja kkonċernata. Skond il-każ, ir-rata tal-kambju li għandha tintuża hija dik imsemmija fl-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 20

Il-ħlasijiet mit-taqsima ta’ l-EAGGF “Garanzija” bejn is-16 ta’ Ottubru u l-31 ta’ Diċembru 2006

F’konformità mal punt a) tat-tieni sentenza tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, meta ħlasijiet sal-31 ta’ Diċembru 2006 tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (EAGGF), taqsima “garanzija”, jiġu kkunsidrati minn Stat Membru fil-qafas tal-programmi għall-iżvilupp rurali tal-perjodu 2000-2006, dak l-Istat Membru jagħmel it-talba lill-Kummissjoni għalihom fil-waqt li jippreżenta l-ġustifikazzjonijiet korrispondenti, sa l-1 ta’ Lulju 2006 l-aktar tard. Din it-talba tippreċiża il-programm jew il-programmi u l-miżuri konċernati.

Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-ewwel linja ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar 2007 l-aktar tard, għal kull programm u għal kull miżura, id-data li fiha jkunu ġew affetwati l-ħlasijiet taħt l-EAGGF, taqsima “garanzija”.

Artikolu 21

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 296/96 u d-Deċiżjoni C/2004/1723 tas-26 ta’ April 2004 huma revokati b’effett mis-16 ta’ Ottubru 2006.

Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 296/96 ħlief għall-Artikolu 3 (6a) punt (a) u d-Deċiżjoni C/2004/1723 jibqgħu applikabbli għall-ispejjeż kollha effettwati mill-Istati Membri fil-qafas tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (EAGGF), taqsima “garanzija”, sal-15 ta’ Ottubru 2006.

Ir-referenzi għar-Regolament u d-Deċiżjoni revokati jinftiehmu bħal li kieku qed isiru għal dan ir-Regolament u jridu jinqraw skond it-tabella ta’ korrispondenza li tidher fl-Anness XII.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

2.   Huwa jibda japplika mis-16 ta’ Ottubru 2006, għad-dħul miġbur u l-ispejjeż effettwati mill-Istati Membri fil-qafas tal-EAGF u ta’ l-EAFRD, għas-sena finanzjarja 2007 u għal dawk sussegwenti. Madankollu, l-Artikolu 20, jibda japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

TABELLA TAL-ANNESSI

ANNESS I

AMMONT GLOBALI TAL-INFIQ IMĦALLAS U D-DĦUL ASSENJAT F’XAHAR (ARTIKOLU 4(1)(A))

ANNESS II

DIKJARAZZJONI TAL-INFIQ TA' KULL XAHAR TAL-EAGGF (ARTIKOLU 4(1)(B))

ANNESS III

T 101 — DIKJARAZZJONI TAD-DIFFERENZI (ARTIKOLU 4(2)(C))

ANNESS IV

T 103 — SOMMARJU (ARTIKOLU 4(2)(B))

ANNESS V

T 104 — DATA MAGĦŻULA SKONT IN-NOMENKLATURA TAL-BAĠIT TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ U SKONT IT-TIP TA' NFIQ U DĦUL (ARTIKOLU 4(1)(A))

ANNESS VI

T 106 — AMMONTI MIŻMUMA SKONT L-ARTIKOLU 3 TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1259/1999 (ARTIKOLU 4(2)(E))

ANNESS VII

T 107 — AMMONTI MIŻMUMA SKONT L-ARTIKOLU 4 TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1259/1999 JEW L-ARTIKOLU 1 TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1655/2004 (ARTIKOLU 4(2)(E))

ANNESS VIII

T 108 — UŻU TAL-AMMONTI MIŻMUMA SKONT L-ARTIKOLI 3 U 4 TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1259/1999 JEW L-ARTIKOLU 1 TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1655/2004 (ARTIKOLU 4(2)(E))

ANNESS IX

T 109 — SOMMARJU TAL-UŻU TAL-AMMONTI MIŻMUMA SKONT L-ARTIKOLI 3 U 4 TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1259/1999 JEW TAL-ART. 1 TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1655/2004 (ARTIKOLU 4(2)(E))

ANNESS X

PREVIŻJONIJIET TAL-INFIQ TAL-FEADER (ARTIKOLU 14)

ANNESS XI

DIKJARAZZJONI TAL-INFIQ TA' KULL XAHAR TAL-EAFRD (ARTIKOLU 17)

ANNESS XII

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

ANNESS I

AMMONT GLOBALI TAL-INFIQ IMĦALLAS U D-DĦUL ASSENJAT TUL XAHAR (ARTIKOLU 4(1)(A))

IDES

Kontenut ta’ dikjarazzjoni

Intestatura tad-dikjarazzjoni

L-intestatura tad-dikjarazzjoni fiha dawn l-elementi:

Identifikatur tan-natura tal-messaġġ u tal-Istat Membru li qed jittrażmetti l-informazzjoni. Dan l-identifikatur se jiġi kkomunikat lilkom mill-Kummissjoni.

Il-perjodu kopert mid-dikjarazzjoni.

Dettalji dwar l-infiq u d-dħul tal-perjodu kkonċernat:

L-ammont globali ir-rilaxx

It-tbassir qabel ir-rilaxx

Ir-rilaxx

It-tagħrif marbut mal-ħżin pubbliku

It-test ewlieni tad-dikjarazzjoni

It-test ewlieni tad-dikjarazzjoni fih dawn l-elementi:

Identifikatur tal-partita jew tal-artiklu

L-ammonti ddikjarati kif ukoll it-tbassir

L-ispjegazzjoni tad-differenzi fil-konfront tat-tbassir.

Taqsima finali

It-taqsima finali tad-dikjarazzjoni tagħti somma ta’ verifika li hija t-total tal-ammont kollha ddikjarati fl-intestatura u fit-test ewlieni tad-dikjarazzjoni.

Syntax tal-messaġġ

<I>[IDENTIFICATION]

<C>010<V>[BEGINDATE]/[ENDDATE] <C>020<V>[EXPENDITURE]

<C>030<V>[FORECAST

<C>040<V>[CLEARANCE

<C>050<V>[PUBLIC STORAGE]

<C>060<V>[ITEM]

<C>070<V>[AMOUNT]/[FORECAST]

<C>080<V>[DIFF1]/[DIFF2]/[DIFF3]/[DIFF4]

<C>060<V>[ITEM]

<C>070<V>[AMOUNT]/[FORECAST]

<C>080<V>[DIFF1]/[DIFF2]/[DIFF3]/[DIFF4]

<C>090<V>[CHECKSUM]

Deskrizzjoni tal-kaxxi tat-tagħrif

Isem

Format

Deskrizzjoni

Intestatura tad-dikjarazzjoni: l-okkorrenza tad-data: 1

[IDENTIFICATION] *

 

Kodiċi ta’ identifikazzjoni mogħti mill-Kummissjoni

[BEGINDATE] *

Data (JJXXSSSS)

Data tal-bidu tad-dikjarazzjoni

[ENDDATE] *

Data (JJXXSSSS)

Data ta' tmiem id-dikjarazzjoni

[EXPENDITURE]*

Numru (30,2)

Ammont globali tax-xahar, qabel ir-rilaxx

[FORECAST] *

Numru (30,2)

Previżjonijiet

[CLEARANCE] *

Numru (30,2)

Rilaxx

[PUBLIC STORAGE]*

Numru (30,2)

Infiq għall-Ħżin Pubbliku

It-test ewlieni tad-dikjarazzjoni: l-okkorrenza tad-data: 1

[ITEM]

Numru (8)

Linja tal-baġit (partita jew artiklu)

[AMOUNT]

Numru (30.2)

Ammont tal-infiq/id-dħul

[FORECAST]

Numru (30.2)

Ammont tal-previżjonijiet

[DIFF1]

Numru (30.2)

Differenza fil-konfront tax-xhur li għaddew

[DIFF2]

Numru (30,2)

Previżjoni tad-differenza fil-konfront tax-xhur li ġejjin

[DIFF3]

Numru (30,2)

Differenza fil-konfront tax-xhur li ġejjin

[DIFF4]

Numru (30,2)

Żbalji fil-previżjonijiet

Taqsima finali: l-okkorrenza tad-data: 1

[CHECKSUM] *

Nombre (30,2)

Valur ta’ kontroll: total tal-ammonti kollha tal-messaġġ

Il-kaxxi * huma obbligatorji

Eżempju

<I>AGRWDMT1

<C>010<V>16102005

<C>020<V>135454513.93

<C>030<V>163388000

<C>040<V>0

<C>050<V>2801326.91

<C>060<V>050201

<C>070<V>5462115.83/21358000

<C>080<V>0/-15835484.17/0/0

<C>060<V>050202

<C>070<V>0/0

<C>080<V>0/0/0/0

<C>090<V>157894562

E-AGREX

Stat Membru:

Data tat-trażmissjoni:

Persuna ta’ kuntatt:

Telefown:

Posta elettronika:

Infiq għall-perjodu minn … sa …

f’euro

Ammont globali għax-xahar, eskluż clearance (1):

Previżjonijiet, eskluż clearance (2):

Differenza = (1)-(2):

Clearance:

Ammont globali għax-xahar, inkluż clearance:

Li minnu nfiq għall-ħżin pubbliku (kategorija 2)

 

 

 

 


Obbligatorja għall-aħħar feks ta’ kull ġimgħa mensili, jew meta l-Kummissjoni titlobha speċifikament

Nomenklatura xierqa

Infiq/dħul (1)

Previżjonijiet (2)

Differenza = (1)-(2)

Spjega tad-differenzi ewlenin f’miljuni ta’ euro

Mix-xhur ta’ qabel

Trasferiment għax-xhur ta’ wara

Mix-xhur ta’ wara

Żball ta’ previżjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

 

 

 

 

 

 

 

ANNESS II

DIKJARAZZJONI TAL-INFIQ TA' KULL XAHAR TAL-EAGGF (ARTIKOLU 4(1)(B))

Kontenut ta’ dikjarazzjoni

Intestatura tad-dikjarazzjoni

L-intestatura tad-dikjarazzjoni fiha dawn l-elementi:

Identifikatur tan-natura tal-messaġġ u tal-Istat Membru li qed jittrażmetti l-informazzjoni. Dan huwa kodiċi li jingħaraf mill-Kummissjoni u jippermetti li jingħarfu t-tip tad-dikjarazzjoni mibgħuta u l-Istat Membru kkonċernat. (Nota: se jintuża partikolarment biex ikun garantit li l-utent li jittrasferixxi dikjarazzjoni ikun tassew intitolat li jagħmel dan mill-Istat Membru kkonċernat. Dan l-identifikatur se jiġi kkomunikat lilkom mill-Kummissjoni.

Il-perjodu tal-infiq kopert mid-dikjarazzjoni. Eżempju: 1105 għall-perjodu tal-infiq 11-2005 u d-dikjarazzjoni tal-10/12/2005;

isem, telefown u feks u indirizz tal-posta elettronika ta’ min hu inkarigat mid-dikjarazzjoni.

It-test ewlieni tad-dikjarazzjoni

It-test ewlieni tad-dikjarazzjoni fih dawn l-elementi għal kull artiklu tan-nomenklatura EAGGF:

Identifikatur tal-artiklu (per eżempju 050201) jew tal-partita;

Ammont f’EUR.

Taqsima finali

Taqsima ta’ sommarju bit-tagħrif li ġej:

Total iddikjarat f’EURO.

Taqsima għar-rimarki

Il-messaġġ jispiċċa b’parti għar-rimarki li tiflaħ mitt linja ta’ test. Din il-parti tintuża għal tagħrif addizzjonali li jkun intalab speċifikament mill-Kummissjoni.

Syntax tal-messaġġ

<I>[IDENTIFICATION]

<C>001<V>[PERIOD]

<C>004<V>[RESPNAME]

<C>005<V>[RESPPHONE]

<C>006<V>[RESPFAX]

<C>007<V>[RESPEMAIL]

<C>010<V>[ITEM]/[AMOUNT]

<C>010<V>[ITEM]/[AMOUNT]

<C>010<V>TOTALS/[TOT AMOUNT]

<C>999<V>[COMMENT]

<C>999<V>[COMMENT]

Deskrizzjoni tal-kaxxi tat-tagħrif

Isem

Format

Deskrizzjoni

Intestatura tad-dikjarazzjoni: l-okkorrenza tad-data: 1

[IDENTIFICATION] *

 

Kodiċi ta’ identifikazzjoni mogħti mid-DĠ AGRI

[PERIOD] *

Data (XXSS)

Il-perjodu li għalih tirreferi l-feks

[RESPNAME] *

Test ħieles (250 karattru)

Isem u kunjom min hu inkarigat mid-dikjarazzjoni

[RESPPHONE]

Test ħieles (50 karattru)

Numru tat-telefown ta’ min hu responabbli għad-dikjarazzjoni

[RESPFAX]

Test ħieles (50 karattru)

Indirizz tal-posta elettronika ta’ min hu responsabbli għad-dikjarazzjoni

[RESPEMAIL]

Test ħieles (50 karattru)

Numru tal-feks ta’ min hu responabbli għad-dikjarazzjoni

It-test ewlieni tad-dikjarazzjoni: l-okkorrenza tad-data: 1

[ITEM]

Test (8 karattri)

Partita jew kapitlu li għalihom issir id-dikjarazzjoni

[AMOUNT]

Nombre (15.2)

Ammont f’EURO

Taqsima finali: l-okkorrenza tad-data: 1

[TOT AMOUNT]

Nombre(15.2)

Ammont Totali tad-dikjarazzjoni f’EURO

Taqsima għar-rimarki: l-okkorrenza tad-data: 1

[COMMENT]

T

Rimarki

Il-kaxxi * huma obbligatorji

Eżempju

<I>FAX10IE

<C>001<V>1105

<C>004<V>John Smith

<C>005<V>00 32 2 2994789

<C>006<V>00 32 2 2994789

<C>007<V>John. Smith@gmail.com

<C>010<V>050201/23986.21

<C>010<V>050202/0

<C>010<V>050203/3898153.27

<C>010<V>050401/3656976.04

<C>010<V>05070108/0

<C>010<V>05070109/0

<C>010<V>TOTALS/23154379.29

<C>999<V>Ceci est un commentaire — Première ligne

<C>999<V>Ceci est un commentaire — Seconde ligne

Format stampat

Image

EAGGF

L-10 tax-xahar Dikjarazzjoni:

Infiq u dħul

 

Stat Membru:

 

 

 

Persuna inkarigata:

 

 

 

Numru tat-telefown

 

 

 

Numru tal-feks:

 

 

 

Indirizz tal-posta elettronika:

 

 

 

Xahar:

 

 

Paġna 1: Ammonti

 

data

Infiq u dħul

 

EURO

Artikolu jew partita 1

deskrizzjoni

 

Artikolu jew partita 2

deskrizzjoni

 

 

 

 

 

 

Artikolu jew partita n

deskrizzjoni

 

 

TOTAL LI GĦANDU JIDDAĦĦAL

 

 

ŻONA TA' KONTROLL

 

 

TOTAL IKKALKULAT

0,00

Paġna 2: Kummenti

ANNESS III

 

L-ebda aċċess

 

G ħandha timtela

STAT MEMBRU:

TABELLA 101

SENA FINANZJARJA

IL-KONSISTENZA TAD-DATA MIBGĦUTA

f'EUR

 

1) L-infiq totali u d-dħul assenjat li sar fix-xahar ta' … jammonta għal

 

2)

L-infiq totali u d-dħul assenjat rigward dak ix-xahar li ġie nnotifikat fid-data … jammonta għal

 

3) Kwalunkwe differenza = (1)-(2)

0,00

ĠUSTIFIKA TAD-DIFFERENZA FIL-PUNT (3)

 

1) Linji tal-baġit ta' l-infiq:

 

2) Linji tal-baġit tad-dħul assenjat:

 


Data:

 

L-uffiċjal responsabbli:

 

ANNESS IV

 

No access

 

To be filled in


TABELLA 103

DETTALJI TA' L-INFIQ U D-DĦULASSENJATU T-TBASSIR SINTEŻI

STAT MEMBRU:

Sena Finanzjarja

f'EUR

L-Aġenzija tal-ħlas

Infiq kumulattiv iddikjarat n - 1

Infiq għax-xahar ta' …

Infiq mis-16/10/2005 sa …

Verifika tal-kumulattiv

Tbassir ta' l-infiq

xahar n + 1

xhur n + 2 u n + 3

n + 4 sal-15 ta' Ottubru

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IT-TOTAL GĦANDU JITNIŻŻEL

 

 

 

 

 

 

 

Verifika tat-total

 

 

 

 

 

 

 

It-TOTAL KALKULAT

0,00

0,00

0,00

 

0,00

0,00

0,00


L-Aġenzija tal-ħlas

Dħul kumulattiv assenjat iddikjarat n - 1

Dħul assenjat għax-xahar ta' …

Dħul assenjat mis-16/10/2005 sa …

Verifika tal-kumulattiv

Tbassir tad-dħul assenjat

xahar n + 1

xhur n + 2 u n + 3

n + 4 sal-15 ta' Ottubru

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IT-TOTAL GĦANDU JITNIŻŻEL

 

 

 

 

 

 

 

Verifika tat-total

 

 

 

 

 

 

 

It-TOTAL KALKULAT

0,00

0,00

0,00

 

0,00

0,00

0,00


L-Aġenzija tal-ħlas

Infiq kumulattiv u dħul assenjat iddikjarat n - 1

Infiq u dħul assenjat għax-xahar ta' …

Infiq u dħul assenjat mis-16/10/2005 sa …

Verifika tal-kumulattiv

Tbassir ta' l-infi u d-dħul assenjat

xahar n + 1

xhur n + 2 u n + 3

n + 4 sal-15 ta' Ottubru

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IT-TOTAL GĦANDU JITNIŻŻEL

 

 

 

 

 

 

 

Verifika tat-total

 

 

 

 

 

 

 

It-TOTAL KALKULAT

0,00

0,00

0,00

 

0,00

0,00

0,00

Data

 

Firmatarju Awtorizzat:

 

Timbru (*)

 

ANNESS V

T 104 — DATA MAGĦŻULA SKONT IN-NOMENKLATURA TAL-BAĠIT TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ U SKONT IT-TIP TA' NFIQ U DĦUL

Kontenut ta’ dikjarazzjoni

Intestatura tad-dikjarazzjoni

L-intestatura tad-dikjarazzjoni fiha dawn l-elementi:

Identifikatur tan-natura tal-messaġġ u tal-entità tal-ħlas li qed tittrażmetti l-informazzjoni. (Nota: se jintuża partikolarment biex ikun garantit li l-utent li jittrasferixxi dikjarazzjoni ikun tassew intitolat li jagħmel dan mill-Istat Membru kkonċernat. Dan l-identifikatur se jiġi kkomunikat lilkom mill-Kummissjoni.

Il-perjodu tal-infiq kopert mid-dikjarazzjoni. Eżempju: 200511 għall-perjodu tal-infiq 11-2005 u t-T104 tal-20/12/2005.

Il-lingwa tad-dikjarazzjoni:

It-test ewlieni tad-dikjarazzjoni

It-test ewlieni tad-dikjarazzjoni fih dawn l-elementi għal kull subapartita tan-nomenklatura EAGGF:

Identifikatur tas-subpartita (per eżempju 050201043010001 u jekk is-subpartita mhux magħrufa 050201049999999).

Deskrizzjoni tas-subpartita fil-lingwa magħżula fl-intestatura tad-dikjarazzjoni.

L-ammont iddikjarat għall-perjodu kkonċernat (N), l-ammont kumulattiv iddikjarat mill-bidu tas-sena finanzjarja, tbassir għall-perjodi N + 1, N + 2… N + 3 et N + 4… tmiem is-sena finanzjarja. L-ammont kollha għandhom jiġu ddikjarati f’ewro.

Taqsima finali

Wara l-lista tas-subpartiti kollha, hemm:

L-ammont totali ddikjarat għall-perjodu kkonċernat (N), l-ammont kumulattiv iddikjarat mill-bidu tas-sena finanzjarja, it-total tat-tbassir għall-perjodi N + 1, N + 2… N + 3 et N + 4… tmiem is-sena finanzjarja.

L-ispjegazzjoni tal-użu tas-subpartiti “9999999”

Spazju għall-kummenti

Syntax tal-messaġġ

<I>[IDENTIFICATION]

<C>001<V>[PERIOD]

<C>011<V>[LANGUAGE]

<C>002<V>[SUBITEM]

<C>012<V>[DESCRIPTION]

<C>003<V>[AMOUNT]/[AMOUNT CUMUL]/[PRE1]/[PRE2]/[PRE3]

<C>002<V>[SUBITEM]

<C>012<V>[DESCRIPTION]

<C>003<V>[AMOUNT]/[AMOUNT CUMUL]/[PRE1]/[PRE2]/[PRE3]

<C>004<V>[AMOUNT TOT]/[AMOUNT CUMUL TOT]/[PRE1 TOT]/[PRE2 TOT]/PRE3 TOT]

<C>005<V>[EXPLANATION]

<C>006<V>[COMMENT]

Deskrizzjoni tal-kaxxi

Isem

Format

Deskrizzjoni

Intestatura tad-dikjarazzjoni: l-okkorrenza tad-data: 1

[IDENTIFICATION] *

 

Kodiċi ta’ identifikazzjoni mogħti mid-DĠ AGRI

[PERIOD] *

Data (SSSSXX)

Perjodu tal-infiq

[LANGUAGE] *

2 karattri

Kodiċi ISO tal-lingwa

It-test ewlieni tad-dikjarazzjoni: l-okkorrenza tad-data: 1

[SUBITEM] *

Numru (15)

Subpartita

[DESCRIPTION] *

Test ħieles (600)

Deskrizzjoni tas-subpartita

[AMOUNT] *

Numru (15.2)

Ammont iddikjarat

[AMOUNT CUMUL] *

Numru (15.2)

Ammont iddikjarat

[PRE1] *

Numru (15.2)

Ammont tat-tbassir għall-perjodu ta' wara

[PRE2] *

Numru (15.2)

Ammont tat-tbassir għall-perjodu N + 2… N + 3

[PRE3] *

Numru (15.2)

Ammont tat-tbassir għall-perjodu N + 4… tmiem is-sena finanzjarja

Taqsima finali: l-okkorrenza tad-data: 1

[AMOUNT TOT] *

Numru (15.2)

Ammont totali ddikjarat

[AMOUNT CUMUL TOT] *

Numru (15.2)

Ammont totali kumulattiv

[PRE1 TOT] *

Numru (15.2)

Ammont totali tat-tbassir għall-perjodu ta' wara

[PRE2 TOT] *

Numru (15.2)

Ammont totali tat-tbassir għall-perjodu N + 2… N + 3

[PRE3 TOT] *

Numru (15.2)

Ammont totali tat-tbassir għall-perjodu N + 4… tmiem is-sena finanzjarja

[EXPLANATION]

Test ħieles (80)

Spjegazzjoni tas-subpartiti 9999999

[COMMENT]

Test ħieles (80)

Kummenti:

Il-kaxxi * huma obbligatorji

Eżempju

<I>AGRCYP1T3

<C>001<V>200510

<C>011<V>EN

<C>002<V>050203003011001

<C>012<V>Sugar and isoglucose

<C>003<V>0,00/0,00/0,00/30000,00/0,00

<C>002<V>050208011500001

<C>012<V>Export refunds — fresh fruits & vegetables

<C>003<V>32417,34/32417,34/2500,00/2500,00/0,00

<C>002<V>050301020000002

<C>012<V>Single area payment scheme — new Member States — R.1782/03, Art.143b) — year 2005

<C>003<V>0,00/0,00/8357983,69/0,00/0,00

<C>004<V>478378,38/478378,38/9393593,69/330246,00/1400000,00

<C>006<V>No Comment

ANNESS VI

TABELLA 106

SOMOM MIŻMUMA SKOND L-ART; 3 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1259/99

(mis-16/10/N - 1 sa …)

STAT MEMBRU:

 

SENA FINANZJARJA

N

AĠENZIJA TAL-ĦLAS:

 

 

 


Munita

 


Subepartita fil-Baġit

Intestatura

Ammont

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Konezzjonijiet għas-sena finanzjarja (N - 1, -2 …)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

0,00


Data

 

Firmatarju Awtorizzat

 

ANNESS VII

TABELLA 107

IS-SOMOM MIŻMUMA SKOND L-ART; 4 TAR-REG. (KE) Nru 1259/99 JEW L-ART. 1 TAR-REG. (KE) Nru 1655/2004

(mis-16/10/N - 1 sa …)

STAT MEMBRU:

 

SENA FINANZJARJA

N

AĠENZIJA TAL-ĦLAS:

 

 

 


Munita

 


Subepartita fil-Baġit

Intestatura

Ammont

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Konezzjonijiet għas-sena finanzjarja (N - 1, -2 …)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

0,00


Data

 

Firmatarju Awtorizzat

 

ANNESS VIII

TABELLA 108

L-UŻU LI SAR MIS-SOMOM MIŻMUMA SKOND L-ART; 3 U 4 TAR-REG. (KE) Nru 1259/1999 JEW L-ART. 1 TAR-REG. (KE) Nru 1655/2004

(mis-16/10/N - 1 sa …)

IS-SENA TAŻ-ŻAMMAN

STAT MEMBRU:

 

AĠENZIJA TAL-ĦLAS:

 


Munita

 


 

 

Infiq magħmul matul is-snin finanzjarji

ENTRAT A FIL-BAĠIT

Titlu

N

N + 1

N + 2

N + 3

TOTAL

 

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

 

0,00

Total tas-somon użati

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00


Data

 

Firmatarju Awtorizzat

 

ANNESS IX

TABELLA 109

SINTEŻI TA' L-UŻU LI SAR MIS-SOMOM MIŻMUMA SKOND L-ART; 3 U 4 TAR-REG. (KE) Nru 1259/1999 JEW L-ART. 1 TAR-REG. (KE) Nru 1655/2004

(mis-16/10/N - 1 sa …)

IS-SENA TAŻ-ŻAMMAN

STAT MEMBRU:

 


Munita

 


 

SOMOM MIŻMUMA FIS-SENA FINANZJARJAN (**)

 

 

Infiq li sar fis-snin finanzjarji

L-AĠENŻIJA TAL-ĦLAS

N

N + 1

N + 2

N + 3

TOTAL

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

0,00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total globali

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

Korrezzjoni tas-somom miżmuma

 

 

 

 

0,00

L-imgħax miksub mill-fondi mħux użati

 

 

 

 

0,00

Il-Bilanċ

 

 

 

 

0,00


Data

 

Firmatarju Awtorizzat

 

ANNESS X

A)

PREVIŻJONIJIET tal-AMMONT LI GĦANDU JITĦALLAS MILL-EAFRD LI GĦANDHOM JIĠU PPRŻENTATI SA MHUX AKTAR TARD MILL-31 TA’ JANNAR

Stima tal-ammonti f’EUR li għandhom jitħallsu mill-EAFRD fis-sena “N” f’isem:

Nru tal-programm

Jannar–Marzu

April–Ġunju

Lulju–Ottubru

 

 

 

 

Stima tal-ammonti f’EUR li għandhom jitħallsu mill-EAFRD fis-sena “N + 1” f’isem:

Ottubru-Diċembru

Jannar–Marzu

April–Ġunju

Lulju–Ottubru

 

 

 

 

B)

PREVIŻJONIJIET tal-AMMONT LI GĦANDU JITĦALLAS MILL-EAFRD LI GĦANDHOM JIĠU PPRŻENTATI SA MHUX AKTAR TARD MILL-31 TA’ LULJU

Stima tal-ammonti f’EUR li għandhom jitħallsu mill-EAFRD fis-sena “N” f’isem:

Nru tal-programm

Jannar–Marzu

April–Ġunju

Lulju Ottubru

 

XXXXXXXXXX

XXXXXXXXXX

 

Stima tal-ammonti f’EUR li għandhom jitħallsu mill-EAFRD fis-sena “N + 1” f’isem:

Ottubru-Diċembru

Jannar–Marzu

April–Ġunju

Lulju Ottubru

 

 

 

 

ANNESS XI

A)   DIKJARAZZJONI TAL-INFIQ

Programm ta’ Żvilupp Rurali ________________ Nru CCI ______________

Dikjarazzjoni tat-transazzjonijiet li għalihom l-entità li qed tħallas ħallset il-kontribuzzjoni Komunitarja bejn le __/__/__ u __/__/__

Ass/Miżura

Dépense publique à l’origine du cofinancement communautaire

Miżura 111

(ammont f’EUR)

Miżura 112

(ammont f’EUR)

 

Miżura 1xy

(ammont f’EUR)

Total Ass I

(kalkolu awtomatiku)

Miżura 211

(ammont f’EUR)

Miżura 212

(ammont f’EUR)

 

Miżura 2xy

(ammont f’EUR)

Total Ass II

(kalkolu awtomatiku)

Miżura 311

(ammont f’EUR)

Miżura 312

(ammont f’EUR)

 

Miżura 3xy

(ammont f’EUR)

Total Ass III

(kalkolu awtomatiku)

Azzjonijiet Leader tip Ass I (411)

(ammont f’EUR)

Azzjonijiet Leader tip Ass II (412)

(ammont f’EUR)

Azzjonijiet Leader tip Ass III (413)

(ammont f’EUR)

Proġetti ta’ kooperazzjoni (421)

(ammont f’EUR)

Il-ġestjoni u t-tmexxija tal-grupp ta’ azzjoni lokali (431)

(ammont f’EUR)

Total Ass Leader

(kalkolu awtomatiku)

Total Miżuri

(kalkolu awtomatiku)

Assistenza Teknika

(ammont f’EUR)

TOTAL

(kalkolu awtomatiku)

B)   SINTEŻI TAL-INFIQ PUBBLIKU

(Din it-tabella timtela awtomatikament mill-infiq iddikjarat fit-tabella ta’ qabel u l-pjan ta’ finanzjament maħżun fis-sistema lokali)

Ass Prijoritarju

Total tal-infiq pubbliku

Rata ta’ kofinanzjament

Kontribuzzjoni pubblika

Nazzjonali

Komunitarja

Ass I

(kalkolu awtomatiku)

(stabbilita fil-programm)

(kalkolu awtomatiku)

(kalkolu awtomatiku)

Ass II

(kalkolu awtomatiku)

(stabbilita fil-programm)

(kalkolu awtomatiku)

(kalkolu awtomatiku)

Ass III

(kalkolu awtomatiku)

(stabbilita fil-programm)

(kalkolu awtomatiku)

(kalkolu awtomatiku)

Ass Leader

(kalkolu awtomatiku)

(stabbilita fil-programm)

(kalkolu awtomatiku)

(kalkolu awtomatiku)

Assistenza Teknika

(kalkolu awtomatiku)

(stabbilita fil-programm)

(kalkolu awtomatiku)

(kalkolu awtomatiku)

TOTAL

(kalkolu awtomatiku)

 

(kalkolu awtomatiku)

(kalkolu awtomatiku)

C)   TALBA GĦALL-ĦLAS

Total tal-kontribuzzjoni EAFDR li tikkorrispondi għall-infq iddikjarat

(kalkolu awtomatiku)

Irkupri mwettqa waqt il-perjodu tad-dikjarazzjoni (–)

euro

Il-limiti tar-regolarizzazzjoni jew tnaqqis fuq id-dikjarazzjoni ta' qabel (+)

euro

Bilanċ (possibilment +/–) tar-rilaxx tal-kontijiet għas-sena x

euro

Ammont li għandu jitħallas mill-EAFDR

euro

Għall-entità li qed tħallas, id-data, l-isem u l-kariga tal-persuna li qed timla d-dikjarazzjoni

Għall-entità ta’ koordinament, id-data, l-isem u l-kariga tal-persuna li qed tawtorizza it-trażmissjoni lill-Kummissjoni

ANNESS XII

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 296/96

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 11(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 19(1)

Artikolu 2(3)

Artikolu 19(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(4)

Artikolu 19(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 2(5)

Artikolu 19(3)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3

Artikolu 3(2)

Artikolu 4(1)(a)

Artikolu 3(3)

Artikolu 4(1)(b)

Artikolu 3(3a)

Artiklu 18(8)

Artikolu 3(4)

Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(5)

Artikolu 4(1)(c)

Artikolu 3(6)(a)

Artikolu 4(2)(a)

Artikolu 3(6)(b)

Artikolu 4(2)(b)

Artikolu 3(6)(c)

Artikolu 4(2)(c)

Artikolu 3(6)(d)

Artikolu 4(2)(d)

Artikolu 3(6a)(a)

Imħassar

Artikolu 3(6a)(b)

Artikolu 4(2)(e)

Artikolu 3(7)

Imħassar

Artiklu 3(8)

Imħassar

Artikolu 3(9)

Artikolu 1(2)

Artikolu 3(10)

Imħassar

Artikolu 3(11)

Artikolu 7

Artikolu 4(1)

Artikolu 8

Artikolu 4(2)(a) u (b)

Artikolu 9(1)

Artikolu 4(2)(c)

Artikolu 9(2)

Artikolu 4(2)(d)

Artikolu 9(3)

Artikolu 4(2)(e)

Imħassar

Artikolu 4(3)

Artikolu 9(4)

Artikolu 4(4)

Artikolu 9(6)

Artikolu 4(5)

Artikolu 9(5)

Artikolu 4(6)

Imħassar

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 19(4)

Artiklu 7(1)

Artikolu 5(1), (3) u (4)

Artiklu 7(2)

Artikolu 5(2)

Artikolu 7(3)

Artikolu 5(5)

Artikolu 7(4)

Artikolu 5(6)

Artikolu 7(5)

Artikolu 5(7)

Artiklu 7(6)

Imħassar

Artikolu 8

Artikolu 18

Artikolu 9

Artikolu 21

Artikolu 10

Artikolu 22


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 320/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42).

(2)  ĠU L 216, 5.8.1978, p. 1. Ir-Regolament kif immodifikat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 695/2005 (ĠU L 114, 4.5.2005, p. 1).

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 298, 23.9.2004, p. 3.

(6)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 113. Ir-Regolament revokat mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1).

(7)  ĠU L 39, 17.2.1996, p. 5, kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1607/2005 (ĠU L 256, 1.10.2005, p. 12.

(8)  Innotifikat fis-26 ta’ April 2004, immodifikat l-aħħar bid-deċiżjoni C/2005/3741, innotifikat fit-30 ta’ Settembru 2005.

(9)  Ara paġna 35 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(10)  Ara paġna 90 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(11)  ĠU L 349, 24.12.1998, p. 36

(12)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.

(13)  ĠU L 31, 4.2.2005, p. 6.

(14)  ĠU L 136, 18.5.2001, p. 4.

(*)  Tapplika biss meta t-tabella tintbagħat stampata fuq il-karta, sdond l-Artikolu 3(5) tar-Reg. 296/96

(**)  Dan l-ammont għandu jkun ekwivalenti għas-somma tat-tabelli 106 u 107 magħduda flimkien, stabbilita fid-data …


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

416


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 939/2006 tat-23 ta’ Ġunju 2006 li jiddefinixxi, għas-sena tas-suq 2006/2007, l-ammont ta' l-għajnuna għal-lanġas ta' l-ipproċessar

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 939/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 939/2006

tat-23 ta’ Ġunju 2006

li jiddefinixxi, għas-sena tas-suq 2006/2007, l-ammont ta' l-għajnuna għal-lanġas ta' l-ipproċessar

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsdirat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1535/2003 tad-29 ta' Awwissu 2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema ta' l-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel (2) jipprovdi li l-Kummissjoni, qabel il-15 ta' Ġunju, għandha tippubblika l-ammont ta' l-għajnuna applikabbli għal-lanġas ta' l-ipproċessar.

(2)

Il-medja tal-kwantitajiet ta' lanġas li ġew ipproċessati fil-kuntest tas-sistema ta' l-għajnuna matul it-tliet snin tas-suq preċedenti taqbeż il-limitu Komunitarju bi 8 574 tunnellata.

(3)

Għall-Istati Membri li qabżu l-livell massimu tagħhom ta' l-ipproċessar, l-ammont ta' l-għajnuna għal-lanġas ta' l-ipproċessar għas-sena tas-suq 2006/2007 għaldaqstant għandu jiġi emendat fir-rigward tal-livell definit bl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament imsemmi.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-kumitat ta' ġestjoni għall-prodotti pproċessati abbażi tal-frott u l-ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-suq 2006/2007, l-ammont ta' l-għajnuna għal-lanġas skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 huwa ta':

EUR 161,70 it-tunnellata fir-Repubblika Ċeka,

EUR 101,58 it-tunnellata fil-Greċja,

EUR 150,77 it-tunnellata fi Spanja,

EUR 161,70 it-tunnellata fi Franza,

EUR 148,47 it-tunnellata fl-Italja,

EUR 161,70 it-tunnellata fl-Ungerija,

EUR 41,99 it-tunnellata fl-Olanda,

EUR 161,70 it-tunnellata fl-Awstrija,

EUR 161,70 it-tunnellata fil-Portugall.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2004 (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 25).

(2)  ĠU L 218, 30.8.2003, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1663/2005 (ĠU L 267, 12.10.2005, p. 22).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

417


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1055/2006 tat-12 ta' Lulju 2006 li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward tal-flubendazole u tal-lasalocid

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1055/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1055/2006

tat-12 ta' Lulju 2006

li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward tal-flubendazole u tal-lasalocid

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990, li jistipula proċedura Komunitarja għall-istabbiliment tal-limiti massimi ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali fl-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini fformulata mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi kollha użati fil-Komunità fil-prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel għandhom ikunu vvalutati skont ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(2)

Is-sustanza flubendazole li bħalissa tinsab inkluża fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għat-tiġieġ, dundjan, tjur tal-kaċċa u l-porċini għall-muskoli, ġilda u xaħam, fwied u kliewi kif ukoll għat-tiġieġ li jipproduċi bajd għall-konsum mill-bniedem. Id-daħla għall-flubendazole f'dak l-Anness għandha tiġi estiża lill-ispeċi tat-tjur kollha għall-muskoli, ġilda u xaħam, fwied, kliewi u bajd.

(3)

Is-sustanza lasalocid bħalissa tinsab inkluża fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għat-tjur għall-muskoli, ġilda u xaħam, fwied u kliewi, għajr l-annimali li jipproduċi bajd għall-konsum mill-bniedem. Is-sustanza lasalocid għandha tiġi inkluża fl-Anness III ta' dak ir-Regolament għat-tjur li jipproduċu bajd għall-konsum mill-bniedem, li jistennew validazzjoni tal-metodi analitiċi. Għaldaqstant, id-dispożizzjoni attwali li teskludi l-annimali li jipproduċu bajd għall-konsum mill-bniedem għandha titħassar mid-daħla tal-lasalocid fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(4)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Għandu jingħata perjodu adegwat qabel ma jiddaħħal fis-seħħ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri li jagħmlu kwalunkwe aġġustament li jista' jkun meħtieġ, fid-dawl ta' dan ir-Regolament, fl-awtorizzazzjonijiet li ngħataw għat-tqegħid tal-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati fis-suq skont id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (2), biex jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u III tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika minn [daħħal id-data li tikkorrispondi għal (60 jum wara l-pubblikazzjoni)].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta' Lulju 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President tal-Kummissjoni

ANNESS

A.   Is-sustanzi li ġejjin jiddaħħlu fl-Anness I (Lista ta' sustanzi farmakoloġikament attivi li għalihom il-limiti massimi ta' residwu huma ffissati)

2.   Aġenti antiparassitiċi

2.1.   Aġenti li jaġixxu kontra l-ektoparassiti

2.1.3.   Benzimidazoles u pro-benzimidazoles

Sustanzi farmakoloġikament attivi

Residwu li jimmarka

L-ispeċi tal-annimali

MRLs

Tessuti kkonċernati

Flubendazole

Somma tal-flubendazole u (2-amino 1H-benzimidazol-5-yl) (4fluorophenyl) methanone

Tjur, porċini

50 µg/kg

Muskoli

50 µg/kg

Ġilda + xaħam

400 µg/kg

Fwied

300 µg/kg

Kilwa

Flubendazole

Flubendazole

Tjur

400 µg/kg

Bajd”

2.4.   Aġenti li jaġixxu kontra l-protozoa

2.4.4.   Ionophores

Sustanza/i attiva/i farmakoloġikament

Residwu li jimmarka

L-ispeċi tal-annimali

MRLs

Tessuti kkonċernati

Lasaloċidu

Lasaloċidu A

Tjur

20 µg/kg

Muskoli

100 µg/kg

Ġilda + xaħam

100 µg/kg

Fwied

50 µg/kg

Kilwa”

B.   Is-sustanza li ġejja tiddaħħal fl-Anness III (Lista ta' sustanzi farmakoloġikament attivi użati fi prodotti mediċinali veterinarji li għalihom ġew stabbiliti limiti massimi proviżorji ta' residwu).

2.   Aġenti antiparassitiċi

2.4.   Aġenti li jaġixxu kontra l-protozoa

2.4.5.   Ionophores

Sustanza/i attiva/i farmakoloġikament

Residwu li jimmarka

L-ispeċi tal-annimali

MRLs

Tessuti kkonċernati

Lasaloċidu

Lasaloċidu A

Tjur

150 µg/kg

Bajd (3)


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 205/2006 (ĠU L 34, 7.2.2006, p. 21).

(2)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).

(3)  Il-MRLs provviżorji jiskadu fl-1.1.2008.”


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

420


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1104/2006 tat-18 ta’ Lulju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 831/2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill Nru 322/97 dwar l-Istatistika Komunitarja, li jikkonċerna l-aċċess għad-data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1104/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1104/2006

tat-18 ta’ Lulju 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 831/2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill Nru 322/97 dwar l-Istatistika Komunitarja, li jikkonċerna l-aċċess għad-data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-Istatistika Komunitarja (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 17(2) u l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 (2) jistabbilixxi, bl-għan li jintlaħqu konklużjonijiet statistiċi għal skopijiet xjentifiċi, il-kundizzjonijiet li bihom l-aċċess għal data kunfidenzjali mgħoddija lill-awtorità tal-Komunità jista’ jingħata. Jenumera l-istħarriġ u l-għejun ta' data differenti li japplika għalihom.

(2)

Hemm domanda dejjem akbar minn riċerkaturi u mill-komunità xjentifika b’mod ġenerali biex ikun hemm aċċess ukoll, għal skopijiet xjentifiċi, għal data kunfidenzjali mill-Istħarriġ dwar l-Istruttura tal-Qligħ. L-Istħarriġ dwar l-Istruttura tal-Qligħ jirrappreżenta d-data strutturali armonizzata għall-UE kollha dwar il-qligħ gross, is-sigħat imħallsa u l-ġranet annwali ta’ liv imħallas li tinġabar kull erba’ snin skond ir-Regolament tal-Kunsill Nru 530/1999 tad-9 ta’ Marzu 1999 li jikkonċerna l-istatistika strutturali fuq il-qligħ u l-ispejjeż tax-xogħol (3). L-aċċess għal din id-data kunfidenzjali jkun ta’ benefiċċju kbir għall-ħidma ta’ riċerka dwar il-qligħ ta’ individwi u r-relazzjoni ta’ dan mal-karatteristiċi ta’ min iħaddem. Dan l-istħarriġ għandu għalhekk jiżdied ma’ l-enumerazzjoni fir-Regolament Nru 831/2002.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kunfidenzjalità ta’ l-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 831/2002 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   L-awtorità tal-Komunità tista' tagħti aċċess fil-post tagħha għal data kunfidenzjali miksuba mill-istħarriġ jew mill-għejun ta' data ta' statistika li ġejjin:

Bord dwar l-Affarijiet Domestiċi tal-Komunità Ewropea,

Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol,

Stħarriġ dwar l-Innovazzjoni Komunitarja,

Stħarriġ dwar it-Taħriġ Vokazzjonali Kontinwu

Stħarriġ dwar l-Istruttura tal-Qligħ.

Madankollu, fuq talba ta' l-awtorità nazzjonali li pprovdiet id-data, l-aċċess għad-data minn din l-awtorità nazzjonali m'għandux jingħata għal proġett speċifiku ta' riċerka.”

2.

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   L-awtorità Komunitarja tista' toħroġ settijiet ta' mikrodata anonimizzata miksuba mill-istħarriġ jew mill-għejun ta' data ta' statistika li ġejjin:

Bord dwar l-Affarijiet Domestiċi tal-Komunità Ewropea,

Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol,

Stħarriġ dwar l-Innovazzjoni Komunitarja,

Stħarriġ dwar it-Taħriġ Vokazzjonali Kontinwu,

Stħarriġ dwar l-Istruttura tal-Qligħ.

Madankollu, fuq talba ta' l-awtorità nazzjonali li pprovdiet id-data, l-aċċess għad-data minn din l-awtorità nazzjonali m'għandux jingħata għal proġett speċifiku ta' riċerka.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Lulju 2006.

Għall-Kummissjoni

Joaquin ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 133, 18.5.2002, p. 7.

(3)  ĠU L 63, 12.3.1999, p. 6. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

422


Rettifika għar-Tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1115/2006 ta' l-20 ta' Lulju 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3703/85 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' livelli komuni fis-suq għal ċertu ħut frisk jew imkessaħ

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1115/2006 għandu jaqra:

TAR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1115/2006

ta' l-20 ta' Lulju 2006

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3703/85 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' livelli komuni fis-suq għal ċertu ħut frisk jew imkessaħ

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1) u b'mod partikulari l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96 tas-26 ta' Novembru 1996 li jistabbilixxi standards komuni għall-marketing għal ċerti prodotti tal-industrija tas-sajd (2) u b'mod partikulari l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Regolament (KE) Nru 2406/96 jistabbilixxi standards komuni għall-marketing għal ċerti prodotti tal-industrija tas-sajd. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dawk l-istandards huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3703/85 (3).

(2)

Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2406/96 jipprovdi l-possibiltà li jiġu ggradati speċijiet pelagiċi fuq il-bażi ta' sistema ta' kampjunar sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-istandards komuni tal-kummerċ għal dawn l-ispeċijiet.

(3)

Wara l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 2406/96 mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 790/2005 (4), l-istandards komuni tal-kummerċ ġew iffissati wkoll għal-laċċa kaħla.

(4)

Ir-regoli dettaljati biex jiġu ggradati u miżuna l-ispeċi pelagiċi stipulati mir-Regolament (KEE) Nru 3703/85 bħalissa ma japplikawx għal-laċċa kaħla. Għaldaqstant, dak ir-Regolament għandu jiġi emendat sabiex ikopri dik l-ispeċi wkoll.

(5)

[Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni tal-Prodotti tas-Sajd],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Regolament (KE) Nru 3703/85 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, l-annotazzjoni stipulata fl-Anness għal dan ir-Regolament hija miżjuda.

(2)

F'Anness II, l-annotazzjoni li ġejja hija miżjuda:

“8.

Sardin tal-ispeċi Sprattus sprattus

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta' Lulju 2006.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Speċi

Daqs

Volum m3

Koeffiċċjenti

“Laċċa kaħla

1

1

0,92 ”


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22. Ir-Regolament kif emendat bl-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

(2)  ĠU L 334, 23.12.1996, p. 1 Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 790/2005 (ĠU L 132, 26.5.2005, p. 15).

(3)  ĠU L 351, 28.12.1985, p. 63 Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3506/89 (ĠU L 342, 24.11.1989, p. 11).

(4)  ĠU L 132, 26.5.2005, p. 15


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

424


Rettifika għar-Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1178/2006 ta' l-1 ta' Awwisu 2006 li jistabbilixxi l-prezz minimu li għandu jitħallas lill-produtturi tat-tin imqadded mhux ipproċessat kif ukoll l-ammont ta' l-għajnuna għall-produzzjoni għat-tin imqadded għas-sena tas-suq 2006/2007

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1178/2006 għandu jaqra:

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1178/2006

ta' l-1 ta' Awwisu 2006

li jistabbilixxi l-prezz minimu li għandu jitħallas lill-produtturi tat-tin imqadded mhux ipproċessat kif ukoll l-ammont ta' l-għajnuna għall-produzzjoni għat-tin imqadded għas-sena tas-suq 2006/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (1), u partikolarment l-Artikoli 6b(3) u 6c(7) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2003 tad-29 ta’ Awissu 2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema ta' l-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel (2), jistabbilixxi d-dati għas-sena tas-suq għat-tin imqadded.

(2)

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1573/1999 tad-19 ta’ Lulju 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 fir-rigward tal-karatteristiċi tat-tin imqadded li jikkwalifika għall-għajnuna skond l-iskema ta’ għajnuna tal-produzzjoni (3), jistabbilixxi l-kriterjili jrid ikollhom il-prodotti biex jibbenefikaw mill-prezz minimu u mill-ħlas ta’ l-għajnuna.

(3)

Il-prezz minimu u l-għajnuna fil-produzzjoni għandhom għalhekk jiġu stabbiliti għas-sena [2006/2007] tas-suq skond il-kriterji stipulati respettivament fl-Artikoli 6b u 6c tar-Regolament (KE) Nru 2201/96.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Prodotti Proċessati abbażi tal-Frott u l-Ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-suq 2006/2007 il-prezz minimu għal tin imqadded mhux ipproċċessat referut fl-Artikolu 6b tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 għandu jkun ta’ EUR 967,69 għal kull tunnellata netta bil-prezz ta' kif joħroġ mill-bini tal-produttur.

Għas-sena tas-suq 2006/2007 l-għajnuna għall-produzzjoni għal tin imqadded mhux ipproċċessat referut fl-Artikolu 6c tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 għandu jkun ta’ EUR 258.57 għal kull tunnellata netta.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta' Awwisu 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2004 (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 25).

(2)  ĠU L 218, 30.8.2003, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1663/2005 (ĠU L 72, 11.3.2004, p. 54).

(3)  ĠU L 187, 20.7.1999, p. 27.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

425


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1231/2006 tas-16 ta' Awwissu 2006 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, fir-rigward tal-ceftiofur u l-polyoxyethylene sorbitan monooleate u t-trioleate

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1231/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1231/2006

tas-16 ta' Awwissu 2006

li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, fir-rigward tal-ceftiofur u l-polyoxyethylene sorbitan monooleate u t-trioleate

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għall-iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji li joriġinaw mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 2 u 3 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini fformulati mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi kollha użati fil-Komunità fil-prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel għandhom ikunu evalwati skont ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(2)

Is-sustanza Ceftiofur hi attwalment inkluża fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għall-prodotti taċ-ċanga u tal-majjal għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi u għall-baqar għall-ħalib. Il-parti għal Ceftiofur f’dak l-Anness għandha tkun modifikata biex tinkludi annimali tar-razza tan-nagħaġ u estiża għall-ispeċijiet mammali kollha użati għall-produzzjoni tal-ikel għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi, u l-ħalib.

(3)

Is-sustanza polyoxyethylene sorbitan monooleate hi attwalment inkluża fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għall-ispeċijiet kollha użati għall-produzzjoni tal-ikel. Il-parti f’dak l-Anness għal polyoxyethylene sorbitan monooleate għandha tinbidel bil-polyoxyethylene sorbitan monooleate u t-trioleate li tkopri l-polyoxyethylene sorbitan trioleate għall-ispeċijiet kollha użati għall-produzzjoni tal-ikel.

(4)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Għandu jingħata perjodu adegwat qabel ma jiddaħħal fis-seħħ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri li jagħmlu kwalunkwe aġġustament li jista' jkun meħtieġ fid-dawl ta' dan ir-Regolament fl-awtorizzazzjonijiet li ngħataw għat-tqegħid tal-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati fis-suq skont id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (2) biex jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mis-16 ta’ Ottubru 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President tal-Kummissjoni

ANNESS

A.   Is-sustanza li ġejja tiddaħħal fl-Anness I (Lista ta' sustanzi farmakoloġikament attivi li għalihom il-limiti massimi ta' residwu huma ffissati).

1.   Aġenti ta' kontra l-infezzjoni

1.2.   Antibijotiċi

1.2.2.   Cephalosporins

Sustanza(i) attivi farmakoloġikament

Residwu markatur

L-ispeċi tal-annimali

MRLs

Tessuti kkonċernati

Ceftiofur

Somma tar-residwi kollha li jżommu l-istruttura betalactam espressa bħala desfuroyleceftiofur

L-ispeċijiet mammali kollha użati għall-produzzjoni tal-ikel

1 000 µg/kg

Muskoli

2 000 µg/kg

Xaħam (3)

2 000 µg/kg

Fwied

6 000 µg/kg

Kilwa

100 µg/kg

Ħalib

B.   Is-sustanza li ġejja hi mdaħħla fl-Anness II (Lista' sustanzi mhux suġġetti għal limiti massimi ta' residwi).

3.   Sustanzi ġeneralment magħrufa bħala siguri

Sustanza(i) attivi farmakoloġikament

L-ispeċijiet tal-annimali

Polyoxyethylene sorbitan monooleate u trioleate

Kull speċi li tipproduċi l-ikel”


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1055/2006 (ĠU L 192, 13.7.2006, p. 3).

(2)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).

(3)  Għall-ispeċijiet tal-ħnieżer din l-MRL għandha x’taqsam mal-‘ġilda u x-xaħam fi proporzjonijiet naturali’.”


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

427


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1256/2006 tal-21 ta’ Awwissu 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1010/2006 dwar ċerti miżuri eċċezjonali ta' sostenn għas-suq fis-settur tal-bajd u tat-tjur f'ċerti Stati Membri

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1256/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1256/2006

tal-21 ta’ Awwissu 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1010/2006 dwar ċerti miżuri eċċezjonali ta' sostenn għas-suq fis-settur tal-bajd u tat-tjur f'ċerti Stati Membri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ċerti Stati Membri kkomunikaw ċerti modifiki fl-informazzjoni mniżżla fl-Annessi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2006 (3). Barra minn hekk, tliet Stati Membri ressqu talba ġdida ta' miżuri eċċezzjonali ta' sostenn għas-suq.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1010/2006 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni dwar il-Laħam tat-Tjur u l-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I sa VII tar-Regolament (KE) Nru 1010/2006 huma sostitwiti bit-test li jinsab fl-anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

ANNESS I

Numru massimu ta' bajd għat-tifqis għal kull Stat Membru

 

Tiġieġ standard

Tiġieġa “tikketta ta' kwalità”

Farawni

Dundjan

Papra

Wiżż

Perjodu ta' applikazzjoni (sa 8.2006 għall-wiżż)

BE

368 600

18 000

1 400

1.2006-4.2006

CZ

9 522 600

126 515

587 034

25 181

2.2006-4.2006

DK

DE

1 000 000

1.2006-8.2006

EE

EL

7 704 000

4 105 000

200 000

10.2005-4.2006

ES

7 800 000

10.2005-4.2006

FR

60 000 000

21 450 000

4 166 000

4 960 000

2 663 000

450 000

12.2005-4.2006

IE

360 000

170 000

1.2006-4.2006

IT

5 990 000

465 000

220 000

35 000

25 000

9.2005-4.2006

CY

442 000

10.2005-4.2006

LV

LT

LU

HU

11 119 968

500 000

144 915

1 835 000

805 117

11.2005-8.2006

MT

NL

AT

2 000 000

50 000

50 000

40 000

10.2005-4.2006

PL

2 141 098

621 586

77 029

10.2005-4.2006

PT

6 000 000

10.2005-4.2006

SI

200 000

11.2005-4.2006

SK

80 000

13 000

10.2005-4.2006

FI

SE

UK

ANNESS II

Numru massimu ta' bajd għat-tifqis ipproċessat għal kull Stat Membru

 

Tiġieġ

Tiġieġ “tikketta ta' kwalità”

Perjodu ta' applikazzjoni

BE

3 140 000

60 000

1.2006-4.2006

CZ

10 000 000

 

2.2006-4.2006

DK

15 214 440

 

1.2006-8.2006

DE

 

EE

 

EL

4 166 000

 

10.2005-4.2006

ES

1 800 000

 

10.2005-4.2006

FR

 

IE

 

IT

18 760 000

 

9.2005-4.2006

CY

 

LV

 

LT

 

LU

 

HU

8 390 000

 

11.2005-8.2006

MT

 

NL

25 000 000

 

12.2005-4.2006

AT

700 000

90 000

10.2005-4.2006

PL

64 594 006

 

10.2005-4.2006

PT

 

SI

5 000 000

 

11.2005-4.2006

SK

1 145 000

 

10.2005-4.2006

FI

 

SE

 

UK

 

ANNESS III

Numru massimu ta' flieles għal kull Stat Membru

 

Tiġieġ

Farawni

Dundjan

Papra

Wiżż

Perjodu ta' applikazzjoni (sa 8.2006 għall-wiżż)

BE

50 000

1.2006-4.2006

CZ

2 000 000

90 000

150 000

5 000

2.2006-4.2006

DK

DE

EE

EL

4 138 440

10 000

10.2005-4.2006

ES

FR

IE

IT

15 230 000

1 005 900

165 600

137 000

13 000

9.2005-4.2006

CY

143 725

10.2005-4.2006

LV

LT

LU

HU

2 000 000

1 200 000

100 000

11.2005-8.2006

MT

NL

AT

350 000

25 000

50 000

25 000

10.2005-4.2006

PL

PT

4 000 000

10.2005-4.2006

SI

260 000

11.2005-4.2006

SK

FI

SE

UK

ANNESS IV

Numru massimu ta' annimali tat-trobbija maqtula għal kull Stat Membru

 

Tiġieġ

Farawni

Dundjan

Papra

Wiżż

Perjodu ta' applikazzjoni (sa 8.2006 għall-wiżż)

BE

164 000

1.2006-4.2006

CZ

635 000

11 000

15 000

20 000

2.2006-4.2006

DK

244 000

1.2006-8.2006

DE

20 000

1.2006-8.2006

EE

EL

454 300

16 000

10.2005-4.2006

ES

151 000

10.2005-4.2006

FR

1 400 000

60 000

130 000

60 000

12 000

1.2006-4.2006

IE

32 000

4 000

1.2006-4.2006

IT

1 957 000

12 000

47 000

1 500

2 400

9.2005-4.2006

CY

LV

LT

LU

HU

50 300

4 700

45 000

18 000

11.2005-8.2006

MT

NL

1 293 750

12.2005-4.2006

AT

140 000

500

10.2005-4.2006

PL

1 060 109

10.2005-4.2006

PT

300 000

10.2005-4.2006

SI

252 268

11.2005-4.2006

SK

49 000

10.2005-4.2006

FI

SE

UK

ANNESS V

Numru massimu ta' m2 u ġimgħat għal kull Stat Membru

 

Tiġieġ

Farawni

Dundjan

Papra

Perjodu ta' applikazzjoni

BE

75 000

10 000

4/7 ġimgħat/tiġieġ- 5 ġimgħat/papri bejn 1.2006 u 4.2006

CZ

155 000

55 000

60 000

8 ġimgħat/tiġieġ- 14-il ġimgħa/dundjani — 10 ġimgħat/papri bejn 2.2006 u 4.2006

DK

DE

EE

EL

2 350 000

7 ġimgħat bejn 10.20054.2006

ES

FR

2 200 000

16-il ġimgħa bejn 10.20054.2006

IE

400 000

400 000

3 000

4 ġimgħat bejn 10.20054.2006

IT

7 035 000

178 000

3 812 000

77 000

7 ġimgħat/tiġieġ — 4 ġimgħat/oħrajn bejn 10.20054.2006

CY

LV

LT

LU

HU

183 178

30 000

135 000

16-il ġimgħa bejn 11.2005-8.2006

MT

NL

100 000

ġimgħa 1 bejn 11.20054.2006

AT

450 000

5 000

5 000

3 ġimgħat/tiġieġ — 10 ġimgħat/oħrajn bejn 10.20054.2006

PL

2 600 000

700 000

6 ġimgħat/tiġieġ — 4 ġimgħat/dundjani bejn 10.20054.2006

PT

489 130

4 ġimgħat bejn 10.20054.2006

SI

300 000

100 000

3 ġimgħat/tiġieġ — ġimagħtejn/dundjani bejn 11.2005-4.2006

SK

11 000

16-il ġimgħa bejn 10.20054.2006

FI

SE

UK

ANNESS VI

Numru massimu ta' annimali għal kull Stat Membru

 

Tiġieġ

Farawni

Dundjan

Papra

Perjodu ta' applikazzjoni

BE

4 602 000

20 000

01/2006-04/2006

CZ

9 180 000

70 000

300 000

02/2006-04/2006

DK

8 500 000

01/2006-08/2006

DE

EE

EL

ES

15 000 000

10/2005-04/2006

FR

IE

25 000

01/2006-04/2006

IT

5 500 000

350 000

09/2005-04/2006

CY

2 626 075

11/2005-04/2006

LV

LT

LU

HU

180 000

11/2005-08/2006

MT

NL

23 000 000

200 000

12/2005-04/2006

AT

200 000

10 000

30 000

10/2005-04/2006

PL

PT

SI

3 000 000

50 000

11/2005-04/2006

SK

4 734 800

10/2005-04/2006

FI

SE

UK

ANNESS VII

Numru massimu ta' “għattuq lest biex ibid” għal kull Stat Membru

 

Għattuq “lest biex ibid”

Perjodu ta' applikazzjoni

BE

12 000

1.2006-4.2006

CZ

DK

DE

500 000

1.2006-4.2006

EE

EL

1 550 000

10.2005-4.2006

ES

FR

IE

IT

7 000

10.2005-4.2006

CY

LV

LT

LU

HU

MT

NL

AT

70 000

10.2005-4.2006

PL

PT

SI

SK

FI

SE

UK


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006.

(3)  ĠU L 180, 4.7.2006, p. 3.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

435


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1278/2006 tal-25 ta’ Awwissu 2006 dwar miżura partikolari ta' intervent għall-ħafur fil-Finlandja u l-Iżvezja għas-sena tas-suq 2006/07

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1278/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1278/2006

tal-25 ta’ Awwissu 2006

dwar miżura partikolari ta' intervent għall-ħafur fil-Finlandja u l-Iżvezja għas-sena tas-suq 2006/07

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-ħafur huwa fost dawk il-prodotti li huma koperti mill-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taċ-ċereali. Madankollu, ma jagħmilx parti miċ-ċereali ta' bażi msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 li għalihom huwa previst xiri ta' intervent.

(2)

Il-ħafur huwa prodott importanti u tradizzjonali fil-Finlandja u l-Iżvezja, li jadatta ruħu sew għall-kundizzjonijiet klimatiċi ta' hemmhekk. Din il-produzzjoni taqbeż sew il-ħtiġijiet ta' dawn il-pajjiżi, tant hu hekk li kienu obbligati jbigħu ż-żejjed lill-pajjiżi terzi. L-adeżjoni mal-Komunità ma biddlitx is-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel.

(3)

Tnaqqis eventwali tat-tkabbir tal-ħafur fil-Finlandja u l-Iżvezja jsir għall-vantaġġ ta' ċereali oħrajn li jibbenefikaw mill-intervent, u b'mod partikolari l-qamħirrum. Is-sitwazzjoni tal-qamħirrum hija kkaratterizzata minn produzzjoni żejda sew f'dawn iż-żewġ pajjiżi kif ukoll fil-Komunità kollha kemm hi. Trasferiment tat-tkabbir minn dak tal-ħafur għal dak tal-qamħirrum jista' biss jiggrava din is-sitwazzjoni ta' produzzjoni żejda. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi assigurat li l-ħafur jista' jkompli jiġi esportat lejn il-pajjiżi terzi.

(4)

Il-ħafur jista' jkun soġġett għal ħlas lura kif stipulat fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003. Is-sitwazzjoni ġeografika tal-Finlandja u ta' l-Iżvezja tqiegħed dawn il-pajjiżi f'qagħda inqas favorevoli għall-esportazzjoni minn dik ta' Stati Membri oħra. L-istipular ta' ħlas lura abbażi ta' l-Artikolu 13 imsemmi fuq igawdu minnu l-esportazzjonijiet minn dawn l-Istati l-oħra. Huwa previst li l-produzzjoni tal-ħafur fil-Finlandja u l-Iżvezja kull ma jmur se tiġi sostitwita minn dik tal-qamħirrum. Wieħed għandu għalhekk jistenna, għall-kampanji li jmiss, malli jkun hemm l-intervent tal-Finlandja u l-Iżvezja skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, kwantitajiet kbar ta' qamħirrum li l-unika possibbiltà tagħhom li jinbigħu hija bl-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi. Dawn l-esportazzjonijiet mill-istokkijiet ta' l-intervent iqumu aktar lill-baġit Komunitarju milli l-esportazzjonijiet diretti.

(5)

Miżura partikolari ta' intervent skond it-tifsira ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 tippermetti li jiġu evitati spejjeż addizjonali. Dan l-intervent jista' jieħu l-forma ta' miżura maħsuba biex tħaffef is-suq tal-ħafur fil-Finlandja u l-Iżvezja. L-għoti ta' rifużjoni abbażi ta' sejħa għall-offerti, applikabbli biss għall-ħafur prodott u esportat minn dawn iż-żewġ pajjiżi, jikkostitwixxi l-miżura l-aktar xierqa f'dan il-kuntest.

(6)

In-natura u l-għanijiet tal-miżura msemmija jagħmlu xierqa l-applikazzjoni, mutatis mutandis, ta' l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 kif ukoll tar-Regolamenti tad-29 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-għotja ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' disturb fis-suq taċ-ċereali (2).

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1501/95 jipprevedi, fost l-impenji ta' l-appaltatur, l-obbligu li jiġu ppreżentati talba għal liċenzja ta' l-esportazzjoni u garanzija. Għandu jiġi ffissat l-ammont tal-garanzija.

(8)

Iċ-ċerali in kwistjoni jridu jiġu effettivament esportati mill-Istati Membri li għalihom hemm fis-seħħ miżura ta' intervent partikolari. Jeħtieġ għalhekk li jiġi limitat l-użu tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni, minn naħa, għall-esportazzjonijiet mill-Istat Membru li fih intalbet liċenzja, u min-naħa l-oħra, għall-ħafur prodott fil-Finlandja u l-Iżvezja.

(9)

Minhabba l-Ftehimiet Ewropej li jistabbilixxu ghaqda bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri taghhom, fuq naha, u r-Repubblika tal-Bulgarija (3) u r-Rumanija (4), dawn iz-zewg pajjizi ghandhom ikunu eskluzi mil-lista tad-destinazzjonijiet elegibbli. Jekk jitqies il-mod kif tiġi kkalkulata r-rifużjoni, ibbażat fuq prezzijiet tas-suq skond destinazzjonijiet mbiegħda, jeħtieġ li jiġu esklużi d-destinazzjonijiet fil-qrib, li huma l-Iżvizzera u n-Norveġja, li għalihom dawn il-miżuri ma jidhrux ġustifikati fid-dawl ta' spejjeż ta' trasport relattivament baxxi inerenti għall-qrubija tagħhom jew mogħdijiet ta' komunikazzjoni disponibbli lejn dawn id-destinazzjonijiet.

(10)

Sabiex jiġi assigurat trattament indaqs għall-partijiet interessati kollha, jeħtieġ li jiġi pprovdut li t-tul tal-validità tal-liċenzji maħruġa jkun identiku.

(11)

Sabiex proċess ta' appalt fil-kuntest ta' l-esportazzjoni jimxi tajjeb, għandha tkun prevista kwantità minima, kif ukoll skadenza u l-forma ta' kif għandhom jiġu trażmezzi l-offerti ppreżentati lill-entitajiet kompetenti.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Miżura partikolari ta' intervent, fil-forma ta' rifużjoni għall-esportazzjoni, hija applikata għal 100 000 tunnellata ta' ħafur prodotti fil-Finlandja u fl-Iżvezja u maħsuba għall-esportazzjoni mill-Finlandja u l-Iżvezja lejn il-pajjiżi terzi kollha, għajr in-Norveġja u l-Iżvizzera.

L-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, kif ukoll id-dispożizzjonijiet applikabbli b'dan l-Artikolu, japplikaw mutatis mutandis għar-rifużjoni msemmija.

2.   Il-korpi ta' intervent Finlandiżi u Żvediżi huma inkarigati mill-implimentazzjoni tal-miżura pprovduta fil-paragrafu 1.

Artikolu 2

1.   Sabiex jiġi ddeterminat l-ammont tar-rifużjoni pprovdut fl-Artikolu 1(1), għandu jkun hemm sejħa għall-offerti.

2.   Is-sejħa għall-offerti tissejjes fuq il-kwantitajiet tal-ħafur imsemmija fl-Artikolu 1(1), biex jiġu esportati lejn il-pajjiżi terzi, għajr in-Norveġja u l-Iżvizzera.

3.   Is-sejħa għall-offerti hija miftuħa sas-28 ta’ Ġunju 2007. Tul dan iż-żmien, ikun hemm sejħiet kull ġimgħa li għalihom id-dati tal-preżentazzjoni ta' l-offerti huma ddeterminati fl-avviż tas-sejħa.

B'deroga mill-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 1501/95, l-iskadenza għall-preżentazzjoni ta' l-offerti għall-ewwel sejħa parzjali hija t-14 ta' Settembru 2006.

4.   L-offerti għandhom jiġu ppreżentati lill-korpi ta' intervent Finlandiżi jew Żvediżi, fl-indirizzi indikati fl-avviż tas-sejħa.

5.   Is-sejħa għandha sseħħ skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament kif ukoll dawk tar-Regolament (KE) Nru 1501/95.

Artikolu 3

Offerta ma tkunx valida jekk:

a)

ma tkunx għal ammont ta' anqas minn 1 000 tunnellata;

b)

ma tkunx akkumpanjata minn impenn bil-miktub ta' min qed jippreżentaha li jispeċifika li din tirreferi esklussivament għall-ħafur prodott fil-Finlandja jew fl-Iżvezja u li se jiġi esportat mill-Finlandja jew l-Iżvezja.

Jekk l-impenn imsemmi fil-punt b) ma jiġix osservat, il-garanzija msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 (5), ħlief f'każ ta' forza maġġuri.

Artikolu 4

Fil-qafas tas-sejħa pprovduta fl-Artikolu 2, it-talba u ċ-ċertifikat ta' esportazzjoni għandu jkollhom, fil-każ 20, waħda minn dawn id-diċituri li ġejjin:

:

bil-Finlandiż

:

Asetus (EY) N: o 2006/1278 — Todistus on voimassa ainoastaan Suomessa ja Ruotsissa,

:

bl-Iżvediż

:

Förordning (EG) nr 2006/1278 — Licensen giltig endast i Finland och Sverige.

Artikolu 5

Ir-rifużjoni ma tiswiex ħlief għall-esportazzjonijiet li jsiru mill-Finlandja u mill-Iżvezja.

Artikolu 6

Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 5(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1501/95 għandu jkun ta' 12 EUR għal kull tunnellata.

Artikolu 7

1.   B'deroga mill-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (6), il-liċenzji ta' l-esportazzjoni maħruġa skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1501/95 huma, għall-iffissar tat-tul tal-validità tagħhom, meqjusa bħala maħruġa dakinhar li tintefa' l-offerta.

2.   Il-liċenzji ta' l-esportazzjoni maħruġa fil-qafas tas-sejħa pprovduta fl-Artikolu 2 jiswew mid-data tal-ħruġ tagħhom skond it-tifsira tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara.

3.   B'deroga mill-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-liċenzji ta' l-esportazzjoni maħruġa fil-qafas ta' l-offerta pprovduta fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament ma jiswewx ħlief fil-Finlandja u l-Iżvezja.

Artikolu 8

Il-korpi ta' intervent Finalndiżi u Żvediżi għandhom ixandru elettronikament lill-Kummissjoni l-offerti ppreżentati sa mhux aktar tard minn siegħa u nofs wara l-iskadenza għall-preżentazzjoni ta' kull ġimgħa ta' l-offerti, kif ipprovdut fl-avviż tas-sejħa, billi juża l-formola fl-Anness.

Fil-każ li ma jkunx hemm offerti, il-korpi ta' intervent Finlandiżi u Żvediżi għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan fl-istess żmien kif ipprovdut fl-ewwel inċiż.

Il-ħinijiet stipulati għall-preżentazzjoni ta' l-offerti huma skond il-ħin tal-Belġju.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Offerta ghar-rifuzjoni ghall-esportazzjoni tal-hafur mill-Finlandja u l-Izvezja lejn il-pajjizi terzi kollha, ghajr il-Bulgarija, in-Norvegja, ir-Rumanija u l-Izvizzera

Formola (*)

Ir-Regolament (KE) Nru 1278/2006

[Limitu ta' zmien ghat-tressiq tal-offerti]

1

2

3

Numru ta' min qed jippreżenta l-offerta

Kwantitajiet

(tunnellati)

Ammont tar-rifużjoni għall-esportazzjoni

(EUR/tunnellata)

1

 

 

2

 

 

3

 

 

eċċ.

 

 


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/286/KE tat-8 ta' April 2003 (ĠU L 102, 24.4.2003, p. 60), kif emendata bid-Deċżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2005/430/KE, Euratom tat-18 ta' April 2005 (ĠU L 155, 17.6.2005, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/18/KE tad-19 December 2002 (ĠU L 8, 14.1.2003, p. 18), kif emendata bid-Deċżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2005/431/KE, Euratom tat-18 ta' April 2005 (ĠU L 155, 17.6.2005, p. 26).

(5)  ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12.

(6)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.

(*)  Biex tintbagħat lid-DĠ AGRI (D/2).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

439


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2006 tas-17 ta’ Awwissu 2006 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar liċenzji ta' esportazzjoni u rifużjonijiet dwar esportazzjonijiet tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1282/2006

tas-17 ta’ Awwissu 2006

li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar liċenzji ta' esportazzjoni u rifużjonijiet dwar esportazzjonijiet tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikoli 30(1) u 31(14) tieghu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jistabbilixxi, fost l-oħrajn, regoli ġenerali għall-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib, sabiex, b’mod partikolari, jippermetti s-sorveljar tal-valur u limiti kwantitattivi għal rifużjonijiet; Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli ġenerali ġew stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 174/1999 tas-26 ta’ Jannar 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 dwar liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib (2).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 174/1999 ġie emendat sostanzjalment diversi drabi. Billi għandhom isiru aktar emendi, ir-Regolament (KE) Nru 174/1999 għandu jitħassar u jinbidel b’regolament ġdid fl-interessi taċ-ċarezza u l-effiċjenza.

(3)

Skond il-Ftehim dwar l-Agrikoltura (3) konkluż matul l-Assemblea ta’ l-Urugwaj tan-negozjati kummerċjali tal-GATT u approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsilll 94/800/KE (4) (hawn aktar tard, magħruf bħala l-“Ftehim dwar Agrikoltura”), rifużjonijiet ta’ esportazzjoni dwar prodotti agrikoli, inklużi prodotti tal-ħalib, huma limitati għall-perjodu ta’ 12-il xahar il-wieħed li jibdew mill-1 ta’ Lulju 1995 sa kwantità massima u valur massimu. Sabiex tiġi assigurata konformità ma’ dawk il-limiti, il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni għandu jkun sorveljat u għandhom jiġu adottati wkoll proċeduri biex jiġu allokati l-kwantitajiet li jistgħu jiġu esportati u jkollhom rifużjoni.

(4)

L-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jistipula regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni u ffissar taċ-ċertifikati bil-quddiem għall-prodotti agrikoli (5), jipprovdi għal operazzjonijiet speċifiċi u ċerti kwantitajiet anqas li għalihom ma tkunx meħtieġa liċenzja ta' l-esportazzjoni. F’dak ir-rigward, għandhom jiġu adottati xi dispożizzjonijiet speċjali għas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib.

(5)

It-tolleranza permessa minn dak ir-Regolament fir-rigward tal-kwantità ta’ oġġetti esportati mqabbla mal-kwantità indikata fil-liċenzja għandha tiġi mnaqqsa u, sabiex jiġu assigurati kontrolli effettivi fuq il-limiti, m’għandhomx jitħallsu rifużjonijiet fuq kwantitajiet li jaqbżu dik indikata fil-liċenzja; Il-garanziji li għandhom jingħataw meta jsiru l-applikazzjonijiet għal-liċenzja, għandhom ikunu biżżejjed biex ma jippermettux applikazzjonijiet spekulattivi.

(6)

Il-perjodu ta’ validità ta’ liċenzji ta’l-esportazzjoni għandu jkun iffissat;

(7)

Sabiex tkun assigurata l-verifika metikoluża ta’ prodotti esportati u sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ spekulazzjoni, għandha tkun ristretta l-possibbiltà li jinbidel prodott li għalih tkun inħarġet liċenzja.

(8)

L-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli (6), jistipula r-regoli għall-użu ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni permezz ta’ ffissar minn qabel l-ammont tar-rifużjoni għall-esportazzjoni ta’ prodotti b’kodiċi bi 12-il ċifra minbarra dak muri fl-Artikolu 16 tal-liċenzja; Din id-dispożizzjoni hija applikabbli f’settur speċifiku biss jekk kategoriji ta’ prodotti kif imsemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u gruppi tal-prodott kif imsemmija fit-tieni punt ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 ikunu ġew definiti.

(9)

Għas-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib, kategoriji tal-prodott diġà ġew definiti b’referenza għall-kategoriji li jinsabu fil-Ftehim dwar l-Agrikoltura; Fl-interess tat-tmexxija għaqlija għandu jinżamm dan l-użu ta’ kategoriji, u l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 ikun applikat biss abbażi ta’ gruppi ta’ prodotti ddefiniti.

(10)

Fis-settur tal-ħalib, ir-rati ta’ rifużjoni huma differenzjati ferm, l-aktar skond il-kontenut ta’ xaħam; Sabiex ma jkunx hemm tħassib dwar dan, u fl-istess waqt jiġi rrispettat l-għan ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, il-gruppi tal-prodott għandhom jiġu ddefiniti b’mod ristrett Bil-għan ta’ l-armonizzazzjoni, huwa xieraq li dik ir-regola tapplika għall-prodotti tal-ħalib kollha, u li bl-istess mod jitfissru l-gruppi tal-prodott għall-ġobon.

(11)

Bil-għan ta’ l-armonizzazzjoni mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 il-kundizzjonijiet li bihom id-detentur tal-liċenzja jista’ jesporta prodott differenti minn dak li jidher f’taqsima 16 tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, id-detentur tal-liċenzja m’għandux ikun obbligat aktar li jitlob tibdil qabel ma jitlestew il-formalitajiet ta’ l-esportazzjoni. Biex tiġi evitata d-diskriminazzjoni bejn operaturi li jesportaw fil-qafas tas-sistemi kurrenti applikabli u dawk li jesportaw fil-qafas ta' dan ir-Regolament, dik id-dispożizzjoni tista’ tapplika retroattivament, skond it-talba mil-liċnezjat.

(12)

Sabiex operaturi jkunu jistgħu jieħdu sehem f’sejħiet għall-offerti maħruġa minn pajjiżi terzi mingħajr ma jkunu affettwati r-restrizzjonijiet fir-rigward ta’ volum, għandha tiġi introdotta sistema ta’ liċenzji proviżorji li tagħti l-jedd lill-offerenti magħżula għal-liċenzja sħiħa. Sabiex jiġi assigurat li liċenzji bħal dawn jintużaw tajjeb, għal ċerti esportazzjonijiet li għalihom ikun hemm rifużjoni, il-pajjiż destinatarju għandu jkun deskritt bħala destinazzjoni tassattiva.

(13)

Sabiex jiġi assigurat sorveljar effettiv ta’ liċenzji maħruġa, li jiddependi min-notifika ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, għandu jingħata perjodu ta’ stennija qabel ma jinħarġu liċenzji. Sabiex jiġi assigurat it-tħaddim bla xkiel ta’ l-arranġamenti u, b’mod partikolari, allokazzjoni ekwitabbli tal-kwantitajiet disponibbli fil-limiti stabbiliti bil-Ftehim dwar l-Agrikoltura, għandhom jiġu stabbiliti diversi miżuri ta’ tmexxija u, b’mod partikolari, għandha ssir dispożizzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji li jiġu sospiżi u għal koeffiċjenti ta’ l-allokazzjoni li jiġi applikat għall-kwantitajiet li għalihom issir applikazzjoni, fejn meħtieġ.

(14)

L-esportazzjoni tal-prodotti fil-kuntest ta’ operazzjonijiet ta’ għajnuna għall-ikel, għandhom ikunu esklużi minn ċerti dispożizzjonijiet fir-rigward tal-ħruġ ta' liċenzji ta' l-esportazzjoni.

(15)

L-esperjenza wriet li n-numru ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-esportazzjoni għal ġobon partikolari jvarja skond id-destinazzjoni. Sabiex ikunu jistgħu jiġu applikati miżuri speċjali skond id-destinazzjoni indikata fuq l-applikazzjonijiet għal liċenzja, iż-żoni ta’ destinazzjoni għandhom ikunu stabbiliti u ż-żona ta’ destinazzjoni indikata fuq liċenzji ta’ esportazzjoni għandha tkun tassattiva għal prodotti koperti bil-kodiċi NM 0406.

(16)

Il-metodu għall-iffissar tar-rifużjoni fuq prodotti tal-ħalib li jkollhom iz-zokkor miżjud u li l-prezz tagħhom hu ddeterminat skond il-prezz ta’ l-ingredjenti, għandu jkun stabbilit skond il-perċentwali ta’ l-ingredjenti li jkun fihom. Iżda, sabiex tkun faċilitata l-amministrazzjoni ta’ rifużjonijiet għal dawn il-prodotti, u b’mod partikolari miżuri li jassiguraw konformità ma’ l-impenji dwar esportazzjonijiet fil-kuntest tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura, għandha tiġi stabbilita kwantità massima għal sukrożi inkorporata li għaliha tista’ tingħata rifużjoni; 43 % tal-piż tal-prodott kollu għandu jitqies bħala rappreżentattiv tal-kontenut tas-sukrożi ta’ prodotti bħal dawn.

(17)

L-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 jipprevedi li rifużjonijiet jistgħu jingħataw għal ingredjenti li joriġinaw mill-Komunità f’ġobon ipproċessat magħmul taħt l-arranġamenti dwar ipproċessar intern. Ċerti regoli speċjali huma meħtieġa biex jassiguraw li din il-miżura speċifika taħdem kif suppost u tkun tista’ tiġi vverifikata b’mod effettiv.

(18)

Skond il-Ftehim konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada (7) approvat permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill 95/591/KE (8), liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-Komunità għandhom ikunu ppreżentati għal ġobon li jikkwalifika għal kondizzjonijiet preferenzjali għall-importazzjoni ġewwa l-Kanada. Għandhom jitfasslu r-regoli dettaljati għal ħruġ ta’ liċenzji bħal dawn. Biex jiġi assigurat li l-kwantitajiet ta’ ġobon importati ġewwa l-Kanada skond il-kwota ta’ importazzjoni jikkorrispondu mal-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu liċenzji, il-liċenzji li jkunu ttimbrati kif suppost mill-awtoritajiet Kanadiżi għandhom jingħataw lura lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, u d-dejta dwar l-esportazzjonijiet għandha tingħata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Huwa xieraq li l-ħtieġa ta’ garanzija minima tiġi ċċarata, anki jekk ma tapplika l-ebda rifużjoni f’dawn is-sistemi.

(19)

Il-Komunità għandha l-għażla li tindika liema importaturi jistgħu jimportaw ġobon tal-Komunità ġewwa l-Istati Uniti, skond il-kwoti addizzjonali li jinsabu fil-Ftehim dwar l-Agrikoltura. Għalhekk, sabiex il-Komunità tkun tista' tisfrutta sa l-aħħar il-valur tal-kwota, għandha tiġi stabbilita proċedura biex jintgħażlu importaturi abbażi ta’ l-allokazzjoni ta’ liċenzji ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti partikolari.

(20)

Il-Memorandum ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Dominikana rigward il-protezzjoni fuq l-importazzjoni tal-ħalib tat-trab fir-Repubblika Dominikana (9), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/486/KE (10), jipprevedi li l-Komunità tmexxi sehemha tal-kwota tariffarja skond mekkaniżmu ta' liċenzji ta' l-esportazzjoni. Għaldaqstant għandha titfassal il-proċedura għall-għoti tal-liċenzji. Sabiex jiġi assigurat li l-prodotti importati fir-Repubblika Dominikana huma inklużi fil-kwota, u sabiex tinħoloq rabta bejn il-prodotti importati u dawk indikati fuq il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, meta tkun se ssir l-importazzjoni l-esportaturi għandhom juru kopja ċċertifikata tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni, li għandha tinkludi ċertu tagħrif.

(21)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) nru 896/84 (11) jistabbilixxi dispożizzjonijiet addizzjonali rigward il-konċessjoni tar-rifużjonijiet fuq il-qlib minn sena esportattiva tal-ħalib għall-oħra, fejn ikun hemm tibdil fil-prezzijiet ta' l-intervenzjoni Dawk id-dispożizzjonijiet jipprevedu l-possibilità għall-iffissar ta’ rati ta’ rifużjoni differenti skond id-data tal-manifattura tal-prodotti. Il-preżentazzjoni meħtieġa tal-provdi dwar id-data tal-produzzjoni u l-proċeduri ta’ kontroll għall-verifika ta’ l-eżattezza tad-dokumenti relatati u l-kontabilità, irriżulta li kienet kumplikata u diffiċli ħafna. L-istess għan jista’ jintlaħaq bit-tbiddil tal-perjodu tal-validità tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni. Ir-Regolament (KEE) Nru 896/84 għandu għalhekk jiġi rrevokat.

(22)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

REGOLI PRELIMINARI

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabilixxi:

(a)

ir-regoli ġenerali dwar il-liċenzji u r-rifużjonijiet għall-esportazzjonijiet mill-Komunità, tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999;

(b)

ir-regoli speċifiċi dwar l-esportazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti, mill-Komunità lil ċerti pajjiżi terzi.

Artikolu 2

Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 800/1999 u (KE) Nru 1291/2000, għajr meta pprovvdut xorta oħra f'dan ir-Regolament.

KAPITOLU II

REGOLI ĠENERALI

Artikolu 3

1.   Ħlief fil-każijiet imsemmija fl-ewwel u fir-raba’ punt ta’ l-ewwel subpraragrafu ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000. il-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-esportazzjoni se tkun rekwiżita għall-esportazzjonijiet mill-Komunità, ta’ prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, li għalihom tintalab rifużjoni ta’ l-esportazzjoni.

Bħala deroga mill-ewwel punt ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, liċenzja ta’ l-esportazzjoni b’iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni tista’ tintuża biex tingħata rifużjoni għall-esportazzjoni ta’ prodotti tal-ħalib kif imsemmi fl-Artikolu 36(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

2.   Biex tingħata rifużjoni għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 dawn għandhom jilħqu r-rekwiżiti relevanti tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), notevolment bi preparazzjoni fi stabbiliment approvat u konformi mar-rekwiżiti għall-marki ta’ identifikazzjoni speċifikati fit-Taqsima I ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 4

1.   Ir-rifużjoni li għandha titħallas għandha tkun ir-rata valida fil-ġurnata li tkun saret l-applikazzjoni għal-liċenzja ta’ esportazzjoni jew, fejn ikun il-każ, il-liċenzja proviżorja.

2.   Applikazzjonijiet għal-liċenzja bl-iffissar minn qabel tar-rifużjonijiet, għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolamenti (KE) Nru 1255/1999, li saru, fis-sens ta’ l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, nhar l-Erbgħa u l-Ħamis wara t-tmiem ta’ kull perjodu ta’ l-offerti kif imsemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 581/2004 (14) u fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 582/2004 (15), għandhom jitqiesu li jkunu saru fil-ġurnata tax-xogħol ta’ wara l-Ħamis.

3.   It-taqsima 7 ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzja u tal-liċenzji għandha turi l-pajjiż destinatarju u l-kodiċi numeriku tal-pajjiż jew territorju destinatarju, kif muri fin-nomenklatura tal-pajjiż u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u għall-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, stabilita mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 750/2005 (16).

4.   Għall-iskopijiet tar-raba' punt ta' l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, fejn diversi kodiċijiet tal-prodott agrikolu separati fin-nomenklatura għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni kif stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (17) (hawn aktar tard, magħrufa bħala “in-nomenklatura tar-rifużjonijiet”) jew fin-Nomenklatura Magħquda huma mdaħħla fid-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni, l-partikolaritajiet marbuta ma' kull kodiċi huma meqjusa li jikkostitwixxu dikjarazzjoni separata.

Artikolu 5

Ma għandha tingħata l-ebda rifużjoni fuq l-esportazzjonijiet ta' ġobon fejn il-prezz ħieles-fuq-il-fruntiera qabel l-applikazzjoni għar-rifużjoni fl-Istat Membru ta' l-esportazzjoni jkun inqas minn EUR 230/100 kg. “Ħieles-fuq-il-fruntiera” għandha tfisser il-prezz mingħajr l-ispejjeż tax-xogħol u rata fissa bażika ta' EUR 3/100 kg.

Fejn tkun saret applikazzjoni għar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni, it-taqsima 22 ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzja u tal-liċenzji għandha tinkludi l-kliem “konformi mal-prezz ħieles-fuq-il-fruntiera minimu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006”.

Fuq talba ta' l-awtoritajiet kompetenti, l-applikanti għandhom jipprovdu kull tagħrif addizjonali u sustanzjali li l-awtoritajiet jidhrilhom li huwa meħtieġ biex jassiguraw il-konformità mal-prezz ħieles-fuq-il-fruntiera meta jkunu qed isiru l-formalitajiet doganali, u fejn applikabbli, għandhom jaċċettaw kull verifika ta’ kontabilità minn dawn l-awtoritajiet kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89 (18).

Artikolu 6

1.   Il-kategoriji tal-prodott kif imsemmi fil-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż tul l-Assemblea ta’ l-Urugwaj fin-negozjati tal-kummerċ tal-GATT (hawn aktar tard, magħruf bħala l-“Ftehim dwar l-Agrikoltura”) għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolamenti.

2.   Il-gruppi tal-prodott kif imsemmija fit-tieni punt ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 għandhom ikunu dawk stipulati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 7

1.   It-Taqsima 16 ta’ l-applikazzjonijiet għal liċenzja u tal-liċenzji għandha turi l-kodiċi tal-prodott bi 12-il ċifra fin-nomenklatura għal rifużjonijiet, fejn tintalab rifużjoni, jew l-kodiċi tal-prodott bi 8 ċifri fin-Nomenklatura Magħquda fejn ma tintalab l-ebda rifużjoni. Il-liċenzji għandhom ikunu validi għal dak il-prodott biss minbarra fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 2 u 3.

2.   Bħala deroga mill-ewwel paragrafu, liċenzja ta’ l-esportazzjoni għandha tkun valida għall-esportazzjoni ta’ prodott b’kodiċi bi 12-il ċifra minbarra dak imdaħħal fil-kaxxa 16 tal-liċenzja jekk l-istess ammont ta’ rifużjoni ta’ l-esportazzjoni tingħata liż-żewġ prodotti u jekk iż-żewg prodotti huma fl-istess kategorija tal-prodott kif imsemmi fl-Anness I.

3.   Bħala deroga mill-ewwel paragrafu, liċenzja ta’ l-esportazzjoni għandha tkun valida għall-esportazzjoni ta’ prodott b’kodiċi bi 12-il ċifra minbarra dak imdaħħal fil-kaxxa 16 tal-liċenzja jekk iż-żewg prodotti huma fl-istess grupp tal-prodott kif imsemmi fl-Anness II.

F’każijiet bħal dawn, ir-rifużjonijiet għandhom jiġu kkalkulati skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

Artikolu 8

Il-liċenzji ta’ esportazzjoni għandhom ikunu validi mid-data tal-ħruġ, skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, sa:

(a)

it-tmiem tar-raba' xahar wara l-ħruġ, fil-każ ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0402 10;

(b)

it-tmiem tar-raba’ xahar wara l-ħruġ fil-każ ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0405;

(c)

it-tmiem tar-raba’ xahar wara l-ħruġ fil-każ ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0406;

(d)

it-tmiem tar-raba’ xahar wara l-ħruġ għall-prodotti l-oħra msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999;

(e)

id-data li sa fiha l-obbligazzjonijiet li joħorġu minn sejħiet għal offerti skond l-Artikolu 9(1) għandhom jiġu osservati u sa mhux aktar tard mill-aħħar tat-tmien xahar wara l-ħruġ tal-liċenzja sħiħa msemmija fl-Artikolu 9(3) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9

1.   Fil-każ ta’ sejħa għal offerti maħruġa minn korp pubbliku f’pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 49(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, minbarra sejħiet għal offerti dwar prodotti li jinsabu fil-kodiċi NM 0406, kummerċjanti jistgħu japplikaw għal liċenzja ta’ esportazzjoni proviżorja għall-ammont kopert mill-offerta tagħhom bil-kundizzjoni li tingħata garanzija.

Il-garanzija għal liċenzji proviżorji għandha tkun ugwali għal 75 % tar-rata stabbilita skond l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament, b’minimu ta’ EUR 5/100 kg.

L-operaturi għandhom jagħti provi li l-korp li joħroġ is-sejħa għall-offerti hu pubbliku jew suġġett għal-liġi pubblika.

2.   Liċenzji proviżorji għandhom jinħarġu fil-ħames jum tax-xogħol wara dak li fih issir l-applikazzjoni, sakemm il-miżuri speċjali msemmija fl-Artikolu 11(2) ma jkunux ġew adottati.

3.   Bħala deroga mill-Artikolu 49(5) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-perjodu sabiex jingħata t-tagħrif msemmi f’dak il-paragrafu għandu jkun ta’ 60 jum.

Qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu, l-operaturi għandhom japplikaw għal liċenzja ta’ esportazzjoni sħiħa, li għandha tinħareġ wara li tingħata prova li dawn ikunu rebħu kuntratt.

Mal-preżentazzjoni tal-provi li l-offerta ma tkunx ġiet milqugħa jew li l-ammont mogħti mill-kuntratt ikun anqas minn kif indikat fil-liċenzja proviżorja, il-garanzija kollha jew parti minnha għandha tiġi rrilaxxata kif xieraq.

4.   Applikazzjonijiet għal liċenzja msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom isiru skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1291/2000.

5.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 11, għandhom japplikaw għal liċenzji ta’ l-esportazzjoni sħaħ.

6.   Il-pajjiż destinatarju msemmi fl-Artikolu 4(3) għandu jkun destinazzjoni tassattiva għall-finijiet ta’ l-Artikolu 19(5) tar-Regolament (EE) Nru 800/1999 għal liċenzji maħruġa skond dan l-Artikolu.

7.   L-Artikolu 49(9)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 m’għandux japplika.

Artikolu 10

1.   Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għandha tkun daqs il-perċentwali tar-rifużjoni stabbilta għal kull kodiċi tal-prodott applikabbli fil-jum li fih issir l-applikazzjoni għal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, kif ġej:

(a)

15 % għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0405;

(b)

15 % għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0402 10;

(c)

15 % għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0406;

(d)

15 % għall-prodotti l-oħrajn imsemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

Iżda il-garanzija ma tistax tkun inqas minn EUR 5/100 kg.

L-ammont tar-rifużjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun dak ikkalkulat għall-ammont totali tal-prodott ikkonċernat, minbarra prodotti tal-ħalib li fihom iz-zokkor miżjud.

Għall-prodotti tal-ħalib li fihom iz-zokkor miżjud, l-ammont tar-rifużjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun daqs il-kwantità totali tal-prodott sħiħ konċernat, multiplikat bir-rata tar-rifużjoni applikabbli għal kull kilogramma tal-prodott tal-ħalib.

2.   L-Artikolu 35(3) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 m'għandux japplika għal liċenzji maħruġa skond dan ir-Regolament.

Artikolu 11

1.   Liċenzji ta' l-esportazzjoni bl-iffissar tar-rifużjoni minn qabel, għandhom jinħarġu fil-ħames jum tax-xogħol wara dak inhar meta jsiru l-applikazzjonijiet, dejjem jekk il-kwantitajiet li għalihom ikunu ntalbu l-liċenzji jkunu ġew komunikati skond l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 562/2005 (19), u li l-miżuri msemmija f'punti (a) u (b) ta’ paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma jkunux ġew adottati.

2.   Fejn il-kwistjonijiet tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni jistgħu jirriżultaw fil-qbiż ta' l-ammonti tal-baġit disponibbli jew fil-kwantitajiet massimi li jistgħu jiġu esportati b'rifużjoni li tintuża kollha tul il-perjodu kkonċernat ta’ 12-il xahar jew tul perjodu iqsar li jkun determinat skond l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, b'konsiderazzjoni ta’ l-Artikolu 31(13) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, jew ma jħallux l-esportazzjonijiet jitkomplew tul il-bqija tal-perjodu, il-Kummissjoni tista':

(a)

tapplika koeffiċjent allokattiv għall-kwantitajiet mitluba;

(b)

tirrifjuta l-applikazzjonijiet pendenti kollha jew uħud minnhom li għalihom il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni jkunu għadhom ma nħarġux;

(ċ)

tissospendi t-tfigħ ta' l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-massimu ta' ħamest ijiem tax-xogħol; is-sospensjoni tista’ tiġi estiża aktar skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

Fejn il-koeffiċjent imsemmi f’punt (a) ta’ l-ewwel subparagrafu huwa inqas minn 0,4, l-applikanti jistgħu, fi tlett ijiem ta' xogħol mill-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tiffissa l-ko-effiċjent, jitlobu il-kanċellazzjoni tal-liċenzja tagħhom u jitolbu r-rilaxx tal-garanzija tagħhom.

Fil-każ imsemmi f'punt (ċ) ta' l-ewwel subparagrafu, applikazzjonijiet għal-liċenzja li saru tul il-perjodu ta' sospensjoni għandhom ikunu invalidi.

Il-miżuri msemmija f’punti (a), (b) u (ċ) ta’ l-ewwel subparagrafu jistgħu jkunu implimentati jew modulati skond il-kategorija tal-prodott u bid-destinazzjoni jew grupp ta' destinazzjonijiet.

Għall-iskopijiet ta' l-ewwel subparagrafu fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, għandha titqies in-natura staġunali tal-kummerċ, is-sitwazzjoni tas-suq u b'mod partikolari t-tendenza fil-prezzijiet fis-suq u l-kondizzjoni ta' l-esportazzjoni li jirriżultaw minn dan kollu.

3.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu wkoll jiġu adottati billi l-applikazzjonijiet għal-liċenzja ta' l-esportazzjoni għandhom x'jaqsmu ma' kwantitajiet li jaqbżu jew jistgħu jaqbżu l-kwantitajiet normali disponibbli għal destinazzjoni waħda jew grupp ta' destinazzjonijiet, u fejn l-ħruġ tal-liċenzji mitluba jġib miegħu r-riskju ta' l-ispekulazzjoni, tgħawwiġ tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi, jew tfixkil fil-kummerċ ikkonċernat jew fis-suq tal-Komunità.

4.   Jekk applikazzjonijiet għal-liċenzji jiġu rrifjutati jew il-kwantitajiet applikati għalihom jitnaqqsu, il-garanzija għandha tiġi rilaxxata fil-pront għall-kwantitajiet kollha li għalihom l-applikazzjoni ma tkunx ġiet aċċettata.

Artikolu 12

Fejn l-kwanitità totali koperta mill-applikazzjonijiet li jkunu saru għal liċenzja ikun tali li jkun hemm riskju ta’ eżawriment bikri ta’ l-kwantitajiet massimi li jistgħu jiġu esportati b’rifużjoni tul il-perjodu kkonċernat ta' 12-il xahar, tista’ tittieħed deċiżjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, li talloka dawk il-kwantitajiet massimi fuq perjodi li għandhom jiġu stabbiliti.

Artikolu 13

1.   Fejn il-kwantità esportata teċċedi dik murija fil-liċenzja, l-ebda rifużjoni m’għandha titħallas fuq iż-żejjed.

Għal dak l-għan, it-taqsima 22 tal-liċenzji għandha tinkludi l-kliem: “Il-ħlas tar-rifużjoni ristrett għall-ammont muri fit-taqsimiet 17 u 18”.

2.   Bħala deroga mill-Artikoli 8(5) u 35(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 dwar tolleranzi għal ammonti esportati, għandhom japplikaw ir-rati li ġejjin:

(a)

ir-rata prevista fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) No 1291/2000 għandha tkun 2 %;

(b)

ir-rata prevista fl-ewwel u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (KE) No 1291/2000 għandha tkun 98 %;

(ċ)

ir-rata prevista fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 35(2), għandha tkun ta’ 2 %.

Artikolu 14

L-Artikolu 11 ma japplikax għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ l-esportazzjoni għal fornimenti ta’ għajnuna dwar l-ikel skond l-Artikolu 10(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura.

Artikolu 15

1.   Għal liċenzji maħruġa għal prodotti koperti bil-kodiċi NM code 0406, il-kliem li ġej għandu jidħol fit-taqsima 20 ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzja u l-liċenzji:

“Il-liċenzja valida għaż-żona … kif imfisser fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006.”

2.   Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-għanijiet tal-paragrafu 1:

(a)

żona I: kodiċijiet tad-destinazzjoni AL, BA, XK, MK, XM u XS;

(b)

żona II: kodiċi tad-destinazzjoni US

(ċ)

żona III: il-kodiċijiet tad-destinazzjoni l-oħrajn kollha.

3.   Iż-żona indikata fit-taqsima 20 ta’ l-applikazzjonijiet u l-liċenzji, kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandha tkun destinazzjoni obligatorja.

Iż-żona indikata għandha tkun iż-żona, kif imfissra fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, li għaliha jappartjeni l-pajjiż destinatarju indikat fit-taqsima 7 ta’ l-applikazzjonijiet għal liċenzja u l-liċenzja.

L-ebda rifużjoni m’għandha titħallas fejn id-destinazzjoni attwali tkun f’żona barra dik indikata fl-applikazzjoni għal liċenzja u fil-liċenzja. L-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 ma għandux japplika.

Artikolu 16

1.   Għal prodotti tal-ħalib li jkollhom iz-zokkor miżjud, ir-rifużjoni għandha tkun daqs it-total tal- komponenti li ġejjin:

(a)

komponent li jirrappreżenta l-kwantità ta’ prodott tal-ħalib;

(b)

komponent li jirrappreżenta l-kwantità ta’ sukrożi miżjuda, sa massimu ta’ 43 % tal-piż tal-prodott sħiħ.

2.   Il-komponent imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandu jkun ikkalkulat billi jiġi mmultiplikat l-ammont bażiku tar-rifużjoni mal-kontenut tal-prodott tal-ħalib tal-prodott sħiħ.

L-ammont bażiku msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun ir-rifużjoni ta’ kilogramma ta’ prodott tal-ħalib li jinsab fil-prodott sħiħ.

3.   Il-komponent imsemmi fil-paragrafu 1(b) għandu jkun ikkalkulat billi jiġi mmultiplikat il-kontentut ta’ sukrożi tal-prodott sħiħ, sa massimu ta’ 43 %, ma’ l-ammont bażiku tar-rifużjoni applikabbli fil-jum li ssir l-applikazzjoni għal-liċenzja għal prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (20).

Iżda, l-komponent ta’ sukrożi m’għandhux jitqies meta l-ammont bażiku tar-rifużjoni għall-kontenut ta’ prodott tal-ħalib imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jkun żero jew ma jkunx iffissat.

Artikolu 17

1.   Applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni għal ħalib u prodotti tal-ħalib esportati bħala prodotti koperti bil-kodiċi NM 0406 30 skond it-tielet punt ta’ l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 għandhom ikollhom magħhom kopja ta’ l-awtorizzazzjoni biex jużaw l-proċedura doganali rilevanti.

2.   It-Taqsima 20 ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzja u tal-liċenzji għall-esportazzjonijiet tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi referenza għal dan l-Artikolu.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa taħt l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 biex jidentifikaw u jivverifikaw il-kwalità u l-kwantità tal-prodotti msemmija f’dak il-paragrafu li għalih tkun saret applikazzjoni għar-rifużjoni u biex japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar d-dritt għar-rifużjoni.

KAPITOLU III

REGOLI SPEĊIFIĊI

TAQSIMA 1

esportazzjonijiet lejn il-Kanada

Artikolu 18

1.   Liċenzja ta’ l-esportazzjoni tkun meħtieġa għall-esportazzjonijiet ta’ ġobon lejn il-Kanada skond il-kwota msemmija fil-Ftehim konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada approvat bid-Deċiżjoni 95/591/EC.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzja għandhom jintlaqgħu biss fejn l-applikant:

(a)

jiddikjara bil-miktub li l-materjal kollu skond il-Kapitolu 4 tan-Nomanklatura Magħquda u wżat fil-manifattura tal-prodotti koperti bl-applikazzjoni tiegħu jkunu ġew prodotti għal kollox fl-Unjoni Ewropea;

(b)

jintrabat bil-miktub li, fuq it-talba ta' l-awtoritajiet kompetenti, jipprovdi kull prova oħra li dawn ta' l-aħħar jikkunsidraw meħtieġa għall-ħruġ tal-liċenzji u li, fejn japplika, jaċċetta kull verifika minn dawn l-awtoritajiet fuq iż-żamma tal-kontijiet u tal-kondizzjonijiet tal-manifattura tal-prodotti kkonċernati.

Artikolu 19

L-applikazzjonijiet għal-liċenzja u l-liċenzji għandhom juru:

(a)

fit-taqsima 7, il-kliem “KANADA — CA”;

(b)

fit-Taqsima 15, id-deskrizzjoni b’sitt ċifri ta’ l-oġġetti skond in-Nomenklatura Magħquda għal prodotti koperti bil-kodiċi NM 0406 10, 0406 20, 0406 30 u 0406 40 u d-deskrizzjoni bi tmien ċifri għal prodotti koperti bil-kodiċi NM 0406 90. It-Taqsima 15 ta’ applikazzjonijiet u liċenzji tista’ jkollha mhux aktar minn sitt prodotti hekk deskritti;

(ċ)

fit-Taqsima 16, il-kodiċi NM bi tmien ċifri u l-kwantità f’kilogrammi għal kull wieħed mill-prodotti msemmija fl-Artikolu15. Il-liċenzja tkun valida biss għall-prodotti u ammonti hekk stabbiliti;

(d)

fit-Taqsimiet 17 u 18, l-kwantità totali ta’ prodotti msemmija fit-Taqsima 16;

(e)

fit-Taqsima 20, il-kliem li ġej, kif xieraq:

“Ġobon għal esportazzjoni diretta lejn il-Kanada. L-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006. Il-kwota għal … (sena)”

“Ġobon għal esportazzjoni diretta/via New York lejn il-Kanada. L-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006. Il-kwota għal … (sena)”

Meta ġobon ikun ittrasportat lejn il-Kanada permezz ta’ terzi pajjiżi, dawk il-pajjiżi għandhom ikunu indikati minflok, jew flimkien ma’, referenza għal New York;

(f)

fit-taqsima 22, il-kliem “mingħajr rifużjoni ta’ esportazzjoni”.

Artikolu 20

1.   Il-liċenzji jinħarġu mill-ewwel wara li jintefgħu l-applikazzjonijiet ammissibli. Fuq talba ta’ l-applikanti, għandha tinħareġ kopja ċertifikata tal-liċenzja.

2.   Il-liċenzji għandhom ikunu validi mid-data tal-ħruġ tagħhom skond it-tifsira ta' l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 sal-31 ta' Diċembru ta' wara dik id-data.

Intant, liċenzji li jinħarġu mill-20 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Diċembru jkunu validi mill-l ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara. F’dal-każ is-sena ta’ wara għandha tkun indikata fi-taqsima 20 ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzja u tal-liċenzji skond l-Artikolu 19(e).

Artikolu 21

1.   Liċenzji għall-esportazzjoni ppreżentati lill-awtorità kompetenti għall-attribuzzjoni u approvazzjoni skond l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 jistgħu jintużaw għal dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni waħda. Il-liċenzji jkunu eżawriti hekk kif id-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni tiġi ppreżentata.

2.   Il-liċenżjati għall-esportazzjoni għandhom jassiguraw li jippreżentaw kopja ċċertifikata tal-licenzja ta’ l-esportazzjoni lill-awtorità kompetenti Kanadiza meta ssir l-applikazzjoni għall-liċenzja ta’ l-importazzjoni.

3.   Bħala deroga mill-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-liċenzji m'għandhomx ikunu trasferibbli.

4.   Sal-31 ta’ Lulju għall-perjodu ta’ sitt xhur preċedenti u sal-31 ta’ Jannar għas-sena tal-kwota ta’ qabel, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istati Membri għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar in-numru ta’ liċenzji maħruġa u l-kwantità ta’ ġobon ikkonċernata, billi tuża l-formola mudell fl-Anness III.

Artikolu 22

1.   Il-Kapitolu II m'għandux japplika.

2.   Il-komunikazzjoni mill-Istati Membri prevista fl-Artikolu 21(4) għandha ssir b’mezzi elettroniċi kif indikat lill-Istati Membri mill-Kummissjoni.

TAQSIMA 2

esportazzjonijiet lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika

Artikolu 23

Tista’ tittieħed id-deċiżjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 li jiġu esportati prodotti koperti mill-kodiċi NM 0406 lejn l-Istati Uniti bħala parti mill-kwoti li ġejjin:

(a)

il-kwota addizzjonali skond il-Ftehim dwar l-Agrikoltura;

(b)

it-tariffarji li joħorġu oriġinarjament mill-Assemblea ta’ Tokjo u konċessi lill-Awstrija, lill-Finlandja u lill-Isvezja mill-Istati Uniti fil-lista XX ta’ l-Assemblea ta’ l-Urugwaj;

(ċ)

it-tariffarji li joħorġu oriġinarjament mill-Assemblea ta’ l-Urugwaj u konċessi lir-Repubblika Ċeka, lill-Ungerija, lill-Polonja u lis-Slovakkja mill-Istati Uniti fil-lista XX ta’ l-Assemblea ta’ l-Urugwaj.

Artikolu 24

1.   Esportazzjonijiet tal-ġobon lill-Istati Uniti skond il-kwoti li msemmija fl-Artikolu 23 jkunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-esportazzjoni skond din it-Taqsima.

It-taqsima 16 ta’ l-applikazzjonijiet għal liċenzja u l-liċenzji għandha turi l-kodiċi tal-prodott bi 8 ċifri fin-Nomenklatura Magħquda.

2.   L-operaturi jistgħu japplikaw, f’perjodu li jiġi stabbilit fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 23, għal liċenzja ta’ l-esportazzjoni għall-esportazzjoni tal-prodotti msemmija f’dak l-Artikolu matul is-sena kalendarja ta’ wara, sakemm issir garanzija skond l-Artikolu 10.

3.   L-applikanti għal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni fir-rigward tal-gruppi tal-prodott u l-kwoti identifikati mis-16-, 22-Tokjo, 16-, 17-, 18-, 20- u 21-Uruguaj, 25-Tokjo u 25-Uruguaj fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 23, għandhom jipprovdu evidenza li esportaw il-prodotti kkonċernati lejn l-Istati Uniti f’ta’ lanqas sena mit-tliet snin preċedenti u li l-importatur magħżul huwa sussidjarju ta’ l-applikant.

4.   L-applikanti għal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għandhom jindikaw fl-applikazzjonijiet:

(a)

id-deskrizzjoni tal-grupp tal-prodott kopert mill-kwota ta’ l-Istati Uniti skond in-Noti Adizzjonali 16 sa 23 u 25 fil-Kapitolu 4 ta’ l-Iskeda ta’ Tariffi Armonizzati ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika;

(b)

l-isemijiet tal-prodott skond l-Iskeda ta’ Tariffi Armonizzati ta’ l-Istati Uniti;

(ċ)

l-isem u l-indirizz ta’ l-importatur fl-Istati Uniti magħżul mill-applikant.

5.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għandhom jinhemżu b’ċertifikat mill-importatur magħżul li jiddikjara li huwa eliġibbli skond ir-regoli fis-seħħ fl-Istati Uniti dwar il-kwistjoni tal-liċenzji għall-importazzjoni għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 23.

Artikolu 25

1.   Fejn l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għal grupp tal-prodott jew kwota msemmija fl-Artikolu 23 jaqbżu l-kwantità disponibbli għas-sena kkonċernata, il-Kummissjoni għandha tapplika koeffiċjent allokattiv uniformi għall-kwantitajiet li għalihom saret l-applikazzjoni.

Il-garanziji għandhom jiġu rilaxxati totalment jew parzjalment fil-każ ta’ applikazzjonijiet li ġew rifjutati jew fil-każ tal-kwantitajiet żejda fuq dawk allokati.

2.   Fejn ir-riżultat tat-tħaddim tal-koeffiċjenti allokattiv jkun li jingħataw liċenzji għal anqas minn 10 tunnellati kull applikazzjoni, il-kwantitajiet korrispondenti disponibbli għandhom jingħataw bix-xorti mill-Istati Membri kkonċernati skond il-kwota. L-istati Membri għandhom itellgħu bix-xorti liċenzji għal 10 tunnellati fost l-applikanti li kienu se jiġu allokati anqas minn 10 tunnellati b’riżultat tat-tħaddim tal-koeffiċjent allokattiv.

Il-kwantitajiet ta’ inqas minn 10 tunnellati li jibqgħu meta jiġu stabbiliti l-lottijiet għandhom jitqassmu ndaqs fuq il-lottijiet ta’ l-10 tunnellati qabel ma jittelgħu bix-xorti.

Meta r-riżultat tat-tħaddim tal-koeffiċjent allokattiv jkun li titħalla kwantità ta’ inqas minn 10 tunnellati, dik il-kwantità għandha titqies bħala lott waħdieni.

Il-garanzija għall-applikazzjonijiet li ma jirnexxux fl-allokazzjoni bix-xorti għandha tiġi rilaxxata minnufih.

3.   Fejn l-applikazzjonijiet għal-liċenzji jsiru għall-kwantitajiet ta’ prodott li ma jaqbżux il-kwoti imsemmija fl-Artikolu 23 għas-sena kkonċernata, il-Kummissjoni tista’ talloka il-kwantitajiet li jifdal lill-applikanti bi proporzjon għall-kwantitajiet li għalihom applikaw, bit-tħaddim ta’ koeffiċjent allokattiv.

F’dak il-każ, l-operaturi għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti bil-kwantitajiet suplimentari li jaċċettaw, fi żmien ġimgħa mill-pubblikazzjoni tal-koeffiċjent allokattiv aġġustat u l-garanzija li ssir għandha tiżdied skond dan.

Artikolu 26

1.   L-ismijiet ta’ l-importaturi imsemmija fl-Artikolu 24(4)(ċ) għandhom jintbagħtu mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Uniti kompetenti.

2.   Fil-każ fejn ma tingħatax liċenzja ta’ l-importazzjoni għall-kwantitajiet ikkonċernati lill-importatur magħżul, f’ċirkostanzi li ma jixħtu ebda dubju fuq ir-rieda tajba ta’ l-operatur li jissottometti ċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 24(5), l-operatur jista jiiġi awtorizzat mill-Istat Membru li jagħżel importatur ieħor sakem dan jidher fuq il-lista mibgħuta lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Uniti skond paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

L-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibli dwar it-tibdil fl-importatur magħżul u l-Kummissjoni għandha tinnotifika l-bidla lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Uniti.

Artikolu 27

Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għandhom jinħarġu sal-15 ta’ Diċembru tas-sena li tippreċedi s-sena tal-kwota għall-kwantitajiet li għalihom il-liċenzji jkunu ngħataw.

Il-Liċenzji għandhom ikunu validi mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena tal-kwota.

Il-kliem li ġej għandu jiddaħħal fit-taqsima 20 ta’ l-applikazzjoni tal-liċenzja u tal-liċenzji:

“Għal esportazzjoni għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika Il-kwota għal … (sena) — Kapitolu III, Taqsima 2 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006.”

Il-liċenzji li jinħarġu taħt dan l-Artikolu jkunu validi biss għall-esportazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 23.

Artikolu 28

Il-Kapitolu II, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikoli 8 u 11, għandu japplika.

TAQSIMA 3

esportazzjoni lejn ir-Repubblika Dominikana

Artikolu 29

1.   Il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Dominikana ta’ kopja ċċertifikata tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni maħruġa skond din it-Taqsima u kopja approvata tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni għal kull konsenja, hija meħtieġa għall-esportazzjonijiet lejn ir-Repubblika Dominikana tat-trab tal-ħalib skond il-kwota prevista fil-Memorandum ta' Ftehim konkluż bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Dominikana u approvat bid-Deċiżjoni 98/486/KE.

2.   Meta jinħarġu liċenzji ta' l-esportazzjoni, għandha tingħata prijorità lit-trab tal-ħalib kopert fil-kodiċi tal-prodott fin-nomenklatura għal rifużjonijiet li ġejjin:

0402 10 11 9000,

0402 10 19 9000,

0402 21 11 9900,

0402 21 19 9900,

0402 21 91 9200,

0402 21 99 9200.

Il-prodotti jridu jkunu prodotti għal kollox fil-Komunità. Fuq it-talba mill-awtoritajiet kompetenti, l-applikanti għandhom jipprovdu kull prova oħra li l-awtoritajiet jikkunsidraw meħtieġa għall-ħruġ ta’ liċenzji u li, fejn japplika, jaċċetta kull verifika minn dawn l-awtoritajiet fuq iż-żamma tal-kontijiet u tal-kondizzjonijiet tal-manifattura tal-prodotti kkonċernati.

Artikolu 30

1.   Il-kwota msemmija fl-Artikolu 29(1) tkun ta’ 22 400 tunnellata kull perjodu ta’ 12-il xahar li jibda fl-1 ta’ Lulju. Il-kwota tinqasam fi tnejn:

(a)

l-ewwel parti, daqs 80 % jew 17 920 tunnellata, ikunu mqassma bejn l-esportaturi tal-Komunità li jistgħu juru li esportaw prodotti kif msemmija fl-Artikolu 29(2) lejn ir-Repubblika Dominikana tul tlieta minn erba’ snin kalendarji qabel il-perjodu għas-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet;

(b)

it-tieni parti, daqs 20 % jew 4 480 tunnellata, tkun riżervata għall-applikanti oħrajn barra dawk imsemmija f’punt (a) li jistgħu juru meta jkunu qed jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom, li jistgħu jidħlu għal negozju ta’ lanqas għal tnax-il xahar ma’ pajjiżi terzi bi prodotti tal-ħalib elenkati f’Kapitolu 4 tan-Nomenklatura Magħquda u jkunu reġistrati għall-VAT f’Istat Membru.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni ma jistgħux ikopru, għal kull applikant, aktar minn:

(a)

għall-parti msemmija fil-paragrafu 1(a), kwantità daqs 110 % tal-kwantità totali tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 29(2) esportati lejn ir-Repubblika Dominikana matul sena mit-tliet snin qabel il-perjodu tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni;

(b)

għall-parti imsemmija f’paragrafu 1(b), kwantità totali massima ta’ 600 tunnellata.

L-applikazzjonijiet li jabqżu l-limitu provdut għall-punti (a) u (b) jiġu rifjutati.

3.   Biex tkunu ammissibli, tista’ ssir applikazzjoni għal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni waħda biss għal kull kodiċi tal-prodott fin-nomenklatura tar-rifużjonijiet, u l-applikazzjonijiet għandhom jiddaħħlu fl-istess ħin għand l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membri wieħed.

L-applikazzjonijiet għal-liċenzja ta' l-esportazzjoni jkunu ammissibbli biss meta l-applikanti, fil-waqt meta jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom:

(a)

jagħmlu garanzija ta' EUR 15 għal kull 100 kilogramma;

(b)

għall-parti msemmija fil-paragrafu 1(a), jindikaw il-kwantità tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 29(2) li huma esportaw lejn ir-Repubblika Dominikana matul sena mit-tliet snin qabel il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu u jkunu kapaċi jixhdu dan għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat. Għal dan il-għan l-operatur li ismu jidher fuq id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni rilevanti għandu jitqies bhala l-esporatur,

(ċ)

għall-parti msemmija f’paragrafu 1(b), jkunu kapaċi jixhdu għas-sodisfazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat, li huma jissodisfaw l-kundizzjonijiet stabbiliti.

Artikolu 31

L-applikazzjonijiet għal-liċenzja għall-kwota marbuta mal-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju u t-30 ta' Ġunju jiddaħħlu mill-1 sa l-10 ta’ April ta’ kull sena preċedenti.

Għall-iskop ta’ l-Artikolu 4(1), l-applikazzjonijiet kollha mdaħħla qabel id-data ta’ l-għeluq għandhom jitqiesu li jkunu daħlu fl-ewwel jum tal-perjodu tas-sottomissjonijiet ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzja.

Artikolu 32

L-applikazzjonijiet għal-liċenzja u l-liċenzji għandhom juru:

(a)

fit-taqsima 7, il-kliem “Ir-Repubblika Dominikana — DO”;

(b)

fit-taqsimiet 17 u 18, l-kwantità li magħha hija marbuta l-applikazzjoni jew il-liċenzja;

(ċ)

fit-taqsima 20, waħda mill-entrati elenkati fl-Anness IV.

Il-liċenzji maħruġa skond din it-Taqsima joħolqu obbligu ta’ esportazzjoni lejn ir-Repubblika Dominikana.

Artikolu 33

1.   Mhux aktar tard mill-ħames jum tax-xogħol wara l-iskadenza tal-perjodu tad-dħul ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzja, l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bl-użu tal-formola mudell fl-Anness V, għal kull waħda miż-żewġ partijiet tal-kwota u għal kull kodiċi tal-prodott fin-nomenklatura tar-rifużjoni, dwar il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għal-liċenzja jew, fejn applikabbli, li ma daħlet l-ebda applikazzjoni.

Qabel il-ħruġ tal-liċenzji, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw partikolarment li t-tagħrif imsemmi fl-Artiklu 29(2) u fl-Artikolu 30(1) u (2) huwa korrett.

Jekk it-tagħrif mogħti minn operatur li nħarġitlu liċenzja, jinsab li huwa żbaljat, il-liċenzja titħassar u jintilef id-dritt fuq il-garanzija.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi malajr kemm jista' jkun sa liema punt jistgħu jingħataw liċenzji għall-kwantitajiet mitluba fl-applikazzjoni u tavża lill-Istati Membri bid-deċiżjoni tagħha.

Jekk il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonjiet għal-liċenzja għal waħda miż-żewġ partijiet tal-kwota jaqbżu l-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 30(1), il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent allokattiv. Jekk it-tħaddim tal-koeffiċjent allokattiv jirriżulta fi kwantità ta’ anqas minn 20 tunnellata għal kull applikant, l-applikanti jistgħu jirtiraw l-applikazzjonijiet tagħhom. F’każijiet bħal dawn, għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Il-garanzija għandha tiġi rilaxxata minnufih. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fi żmien tmint ijiem tax-xogħol mill-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni, bil-kwantitajiet li tagħhom ġew irtirati l-applikazzjonijiet u li għalihom ġiet irrilaxxata l-garanzija.

Fejn il-kwantità totali koperta bl-applikazzjonijiet għal-liċenzja hija anqas mill-kwantità disponibbli għall-perjodu kkonċernat, il-Kummissjoni talloka l-kwantità li jifdal, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u jitqiesu partikolarment l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-prodotti kollha koperti fil-kodiċijiet NM 0402 10, 0402 21 u 0402 29.

Artikolu 34

1.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu fuq talba ta' l-operatur, mhux qabel l-1 ta' Ġunju u mhux akar tard mill-15 ta' Frar tas-sena ta' wara. Jinħarġu biss lill-operaturi li l-applikazzjonijiet għal-liċenzja tagħhom kienu notifikati skond l-Artikolu 33(1).

Sa l-aħħar ta’ Frar, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni l-kwantitajiet li għalihom ma' nħarġux liċenzji billi jużaw il-formola mudell fl-Anness VI, għaż-żewġ partijiet tal-kwota.

2.   Il-liċenzji ta' l-esportazzjoni maħruġa skond din it-Taqsima għandhom jkunu validi mill-jum attwali tal-ħruġ tagħhom skond it-tifsira ta' l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 sat-30 ta' Ġunju tas-sena tal-kwota li għaliha tkun saret l-applikazzjoni tal-liċenzja.

3.   Il-garanzija għandha tiġi rilaxxata biss f’wieħed minn dawn il-każijiet:

(a)

fuq il-preżentazzjoni tal-provi imsemmija fl-Artikolu 35(5) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000;

(b)

fir-rigward tal-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet li għalihom l-ebda liċenzja ma setgħet tinħareġ.

Jintilef id-dritt għall-garanzija marbuta mal-kwantità li ma tiġix esportata.

4.   Bħala deroga mill-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-liċenzji m'għandhomx ikunu trasferibbli.

5.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awissu ta’ kull sena, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru għandha tirrapporta lill-Kummissjoni, bl-użu tal-formola mudell fl-Anness VII u dwawr il-perjodu ta’ 12-il xahar preċedenti kif imsemmi fl-Artikolu 30(1), il-kwantitajiet li ġejjin, maqsuma skond il-kodiċi tal-prodott fin-nomenklatura tar-rifużjonijiet:

il-kwantità allokata,

il-kwantità li għaliha inħarġet liċenzja,

il-kwantità esportata.

Artikolu 35

1.   Bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikoli 8, 10 u 11, il-Kapitolu II japplika.

2.   Bħala deroga mill-Artikolu 7(1), id-detenturi tal-liċenzja jistgħu, fuq talba, jiksbu bidla fil-kodiċi fit-taqsima 16 tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni għal kodiċi ieħor imsemmi fl-Artikolu 29(2), fejn ir-rifużjoni tkun l-istess.

Talbiet bħal dawn għandhom isiru qabel il-jum ta’ l-esportazzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

Fi żmien jumejn tax-xogħol mill-bidla tal-kodiċi tal-prodott, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni:

(a)

l-isem u l-indirizz tad-detentur tal-liċenzja;

(b)

in-numru tas-serje tal-liċenzja jew ta’ l-estratt tal-liċenzja u d-data tal-ħruġ;

(ċ)

l-ewwel kodiċi tal-prodott;

(d)

l-aħħar kodiċi tal-prodott.

3.   Il-komunikazzjonijiet mill-Istati Membri prevista f’din it-Taqsima għandha ssir b’mezzi elettroniċi kif indikat lill-Istati Membri mill-Kummissjoni.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 36

Ir-Regolamenti (KE) Nru 174/1999 u (KE) Nru 896/84 huma revokati.

Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 174/1999 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness VIII.

Ir-Regolament (KE) Nru 174/1999 għandu jibqa’ japplika għal liċenzji saret l-applikazzjoni għalihom qabel il-jum meta daħal fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 37

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jgħodd għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni li saru mill-1 ta' Settembru 2006.

Fuq it-talba ta’ l-operatur interessat imressqa fi żmien 3 xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Artikolu 7(2) għandu japplika għal-liċenzji maħruġa qabel l-1 ta' Settembru 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Għall-Kummissjoni

ANNESS I

Il-kategoriji tal-prodott kif imsemmijin fl-Artikolu 6(1)

Numru

Deskrizzjoni

Il-kodiċi tan-NM

I

Butir, xaħmijiet oħra u żjut derivati mill-ħalib u pejstijiet

0405 10

0405 20 90

0405 90

II

Trab tal-ħalib xkumat

0402 10

III

Ġobon u baqta

0406

IV

Prodotti tal-ħalib oħrajn

0401

0402 21

0402 29

0402 91

0402 99

0403 10 11 sa 0403 10 39

0403 90 11 sa 0403 90 69

0404 90

2309 10 15

2309 10 19

2309 10 39

2309 10 59

2309 10 70

2309 90 35

2309 90 39

2309 90 49

2309 90 59

2309 90 70

ANNESS II

Il-kategoriji tal-prodott kif imsemmijin fl-Artikolu 6(2)

Grupp Nru

Il-kodiċi tal-prodott tal-ħalib:

(in-nomenklatura tar-rifużjonijiet)

1

0401 30 31 9100

0401 30 31 9400

0401 30 31 9700

0401 30 91 9100

2

0401 30 39 9100

0401 30 39 9400

0401 30 39 9700

0401 30 99 9100

0401 30 99 9500

3

0402 21 11 9200

0402 21 11 9300

0402 21 11 9500

0402 21 11 9900

0402 21 91 9100

0402 21 91 9200

0402 21 91 9350

0402 21 91 9500

4

0402 21 17 9000

0402 21 19 9300

0402 21 19 9500

0402 21 19 9900

0402 21 99 9100

0402 21 99 9200

0402 21 99 9300

0402 21 99 9400

0402 21 99 9500

0402 21 99 9600

0402 21 99 9700

0402 21 99 9900

5

0402 29 15 9200

0402 29 15 9300

0402 29 15 9500

0402 29 15 9900

0402 29 91 9000

6

0402 29 19 9300

0402 29 19 9500

0402 29 19 9900

0402 29 99 9100

0402 29 99 9500

7

0402 91 11 9370

0402 91 31 9300

8

0402 91 19 9370

0402 91 39 9300

9

0402 99 11 9350

0402 99 31 9150

0402 99 31 9300

10

0402 99 19 9350

0402 99 39 9150

11

0403 90 11 9000

0403 90 13 9200

0403 90 13 9300

0403 90 13 9500

0403 90 13 9900

0403 90 19 9000

12

0403 90 33 9400

0403 90 33 9900

13

0403 90 59 9310

0403 90 59 9340

0403 90 59 9370

0403 90 59 9510

14

0404 90 21 9120

0404 90 21 9160

0404 90 23 9120

0404 90 23 9130

0404 90 23 9140

0404 90 23 9150

15

0404 90 29 9110

0404 90 29 9115

0404 90 29 9125

0404 90 29 9140

16

0404 90 81 9100

0404 90 83 9110

0404 90 83 9130

0404 90 83 9150

0404 90 83 9170

17

0405 10 11 9500

0405 10 11 9700

0405 10 19 9500

0405 10 19 9700

0405 10 30 9100

0405 10 30 9300

0405 10 30 9700

0405 10 50 9300

0405 10 50 9500

0405 10 50 9700

0405 10 90 9000

0405 20 90 9500

0405 20 90 9700

0405 90 10 9000

0405 90 90 9000

18

0406 10 20 9640

0406 10 20 9650

19

0406 10 20 9830

0406 10 20 9850

20

0406 20 90 9913

0406 20 90 9915

0406 20 90 9917

0406 20 90 9919

21

0406 30 31 9930

0406 30 31 9950

22

0406 30 39 9500

0406 30 39 9700

23

0406 30 39 9930

0406 30 39 9950

24

0406 90 76 9300

0406 90 76 9400

0406 90 76 9500

25

0406 90 78 9100

0406 90 78 9300

0406 90 78 9500

26

0406 90 85 9930

0406 90 85 9970

27

0406 90 86 9400

0406 90 86 9900

28

0406 90 87 9300

0406 90 87 9400

ANNESS III

IL-KANADA

Tagħrif meħtieġ skond l-Artikolu 21(4)

 

L-Istat Membru:

 

Id-data relatata mal-perjodu


Isem/indirizz in-Negozjant

Il-kodiċi tal-prodott fin-NM:

(skond l-Artikolu 19)

Il-liċenzji maħruġa

In-numru ta' liċenzji.

Il-kwantità f’tunellati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total:

 

 

ANNESS IV

L-entrati imsemmija fl-Artikolu 32(ċ)

:

Bl-Ispanjol

:

sección 3 del capítulo III del Reglamento (CE) no 1282/2006:

contingente arancelario de leche en polvo del año 1.7…-30.6… fijado en el Memorándum de acuerdo celebrado entre la Comunidad Europea y la República Dominicana y aprobado por Decisión 98/486/CE del Consejo.

:

Biċ-Ċek

:

kapitola III oddíl 3 nařízení (ES) č. 1282/2006:

Celní kvóta pro období od 1.7.… do 30.6.… pro sušené mléko v rámci memoranda o porozumění uzavřeného mezi Evropským společenstvím a Dominikánskou republikou a schváleného rozhodnutím Rady 98/486/ES.

:

Bid-Daniż

:

kapitel III, afdeling 3, i forordning (EF) nr. 1282/2006:

toldkontingent for perioden 1.7… til 30.6… for mælkepulver i henhold til den aftale, som blev indgået mellem Det Europæiske Fællesskab og Den Dominikanske Republik og godkendt ved Rådets afgørelse 98/486/EF.

:

Bil-Ġermaniż

:

Kapitel III Abschnitt 3 der Verordnung (EG) Nr. 1282/2006:

Milchpulverkontingent für das Jahr 1.7…-30.6… gemäß der mit dem Beschluss 98/486/EG des Rates genehmigten Vereinbarung zwischen der Europäischen Gemeinschaft und der Dominikanischen Republik.

:

Bl-Estonjan

:

määruse (EÜ) nr 1282/2006 III peatüki 3. jaos:

Piimapulbri tariifikvoot 1.7.… –30.6.… vastastikuse mõistmise memorandumi alusel, mis on sõlmitud Euroopa Ühenduse ja Dominikaani Vabariigi vahel ning heaks kiidetud nõukogu otsusega 98/486/EÜ.

:

Bil-Grieg

:

κεφάλαιο III, τμήμα 3 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1282/2006:

δασμολογική ποσόστωση, για το έτος 1.7…-30.6…, γάλακτος σε σκόνη δυνάμει του μνημονίου συμφωνίας που συνήφθη μεταξύ της Ευρωπαϊκής Κοινότητας και της Δομινικανής Δημοκρατίας και εγκρίθηκε από την απόφαση 98/486/ΕΚ του Συμβουλίου.

:

Bl-Ingliż

:

Chapter III, Section 3 of Regulation (EC) No 1282/2006:

tariff quota for 1.7…-30.6…, for milk powder under the Memorandum of Understanding concluded between the European Community and the Dominican Republic and approved by Council Decision 98/486/EC.

:

Bil-Franċiż

:

chapitre III, section 3, du règlement (CE) no 1282/2006:

contingent tarifaire, pour l'année 1.7…-30.6…, de lait en poudre au titre du mémorandum d'accord conclu entre la Communauté européenne et la République dominicaine et approuvé par la décision 98/486/CE du Conseil.

:

Bit-Taljan

:

capo III, sezione 3 del regolamento (CE) n. 1282/2006:

contingente tariffario per l'anno 1.7…-30.6…, di latte in polvere a titolo del memorandum d'intesa concluso tra la Comunità europea e la Repubblica dominicana e approvato con la decisione 98/486/CE del Consiglio.

:

Bil-Latvjan

:

Regulas (EK) Nr. 1282/2006 III nodaļas 3 iedaļā:

Tarifa kvota no … gada 1. jūlija līdz … gada 30. jūnijam sausajam pienam (piena pulverim) saskaņā ar Saprašanās memorandu, kas noslēgts starp Eiropas Kopienu un Dominikānas Republiku un apstiprināts ar Padomes Lēmumu 98/486/EK.

:

Bil-Litwanjan

:

Reglamento (EB) Nr. 1282/2006 III skyriaus 3 skirsnyje:

tarifinė kvota nuo … metų liepos 1 dienos iki … metų birželio 30 dienos pieno milteliams, numatyta Europos bendrijos ir Dominikos Respublikos susitarimo memorandume ir patvirtinta Tarybos sprendimu 98/486/EB.

:

Bl-Ungeriż

:

Az 1282/2006/EK rendelet III. fejezetének 3 szakasza:

A 98/486/EK tanácsi határozat által jóváhagyott, az Európai Közösség és a Dominikai Köztársaság között megkötött egyetértési megállapodás értelmében a tejporra […] július 1- től […] június 30-ig vonatkozó vámkontingens.

:

Bil-Malti

:

l-Kapitolu III, it-Taqsima 3 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006:

Quota ta’ tariffa għal 1.7.…–30.6.…, għall-ħalib tat-trab taħt il-Memorandum ta’ Ftehim konkluż bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Dominikana u approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 98/486/KE.

:

Bl-Olandiż

:

hoofdstuk III, afdeling 3, van Verordening (EG) nr. 1282/2006:

tariefcontingent melkpoeder voor het jaar 1.7… t/m 30.6… krachtens het memorandum van overeenstemming tussen de Europese Gemeenschap en de Dominicaanse Republiek, goedgekeurd bij Besluit 98/486/EG van de Raad.

:

Bil-Pollakk

:

rozdział III, sekcja 3 rozporządzenia (WE) nr 1282/2006:

Kontyngent taryfowy na okres od 1.7. …. do 30.6. …. na mleko w proszku zgodnie z Protokołem Ustaleń zawartym między Wspólnotą Europejską a Republiką Dominikańską i przyjętym decyzją Rady 98/486/WE.

:

Bil-Portugiż

:

secção 3 do capítulo III do Regulamento (CE) no 1282/2006:

contingente pautal do ano 1.7…-30.6…, de leite em pó ao abrigo do memorando de acordo concluído entre a Comunidade Europeia e a República Dominicana e aprovado pela Decisão 98/486/CE do Conselho.

:

Bis-Slovakk

:

kapitola III oddíl 3 nařízení (ES) č. 1282/2006:

Tarifná kvóta pre 1.7.… do 30.6.… pre sušené mlieko podľa Memoranda o vzájomnom porozumení uzatvorenom medzi Európskym spoločenstvom a Dominikánskou republikou a schváleným rozhodnutím Rady ES/98/486.

:

Bis-Sloven

:

poglavje III oddelka 3 Uredbe (ES) št. 1282/2006:

Tarifna kvota za obdobje 1.7.…–30,6.… za mleko v prahu v skladu z Memorandumom o soglasju, sklenjenim med Evropsko skupnostjo in Dominikansko republiko in potrjenim z Odločbo Sveta 98/486/ES.

:

Bil-Finlandiż

:

asetuksen (EY) N:o 1282/2006 III luvun 3 jaksossa:

neuvoston päätöksellä 98/486/EY hyväksytyn Euroopan yhteisön ja Dominikaanisen tasavallan yhteisymmärryspöytäkirjan mukainen maitojauheen tariffikiintiö 1.7… ja 30.6… välisenä aikana.

:

Bl-Iżvediż

:

avsnitt 3 i kapitel III i förordning (EG) nr 1282/2006:

tullkvot för året 1.7.…-30.6.…, för mjölkpulver enligt avtalsmemorandumet mellan Europeiska gemenskapen och Dominikanska republiken, godkänt genom rådets beslut 98/486/EG.

ANNESS V

Ir-Repubblika Dominikana

Tagħrif meħtieġ skond l-Artikolu 33(1)

 

L-Istat Membru:

 

Id-data relatata mal-perjodu mill-1 ta’ Lulju … sat-30 ta’ Ġunju …

Il-kwota msemmija fl-Artikolu 30(1)(a)

Isem/indirizz l-applikant

Id-dejta ta’ referenza l-esportazzjonijiet lejn ir-Repubblika Dominikana

L-applikazzjonijiet

Il-kodiċi tal-prodott fin-nomenklatura tar-rifużjonijiet

il-kwantitajiet esportati

(t)

Is-sena ta’ l-esportazzjoni

Il-kodiċi tal-prodott Fin-nomenklatura tar-rifużjonijiet

il-kwantità massimu = 110 % ta’ (3)

(t)

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

Total

 


Il-kwota msemmija fl-Artikolu 30(1)(b)

Isem/indirizz l-applikant

Il-kodiċi tal-prodott fin-nomenklatura tar-rifużjonijiet

Il-kwantità mitluba fl-applikazzjoni

(t)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

ANNESS VI

Ir-Repubblika Dominikana

Tagħrif meħtieġ skond l-Artikolu 34(1)

 

L-Istat Membru:

 

Id-data relatata mal-perjodu mill-1 ta’ Lulju … sat-30 ta’ Ġunju …

Il-kwota msemmija fl-Artikolu 30(1)(a)

Isem u indirizz l-esportatur

Il-kodiċi fin-nomenklatura tar-rifużjoni (t)

Il-kwantitajiet allokati li għalihom ma nħarġitx liċenzja

(t)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 


Il-kwota msemmija fl-Artikolu 30(1)(b)

Isem u indirizz l-esportatur

Il-kodiċi fin-nomenklatura tar-rifużjoni (t)

Il-kwantitajiet allokati li għalihom ma nħarġitx liċenzja

(t)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

ANNESS VII

Ir-Repubblika Dominikana

It-tagħrif meħtieġ skond l-Artikolu 34(5)

 

L-Istat Membru:

 

Id-data relatata mal-perjodu mill-1 ta’ Lulju … sat-30 ta’ Ġunju …

Il-kwota msemmija fl-Artikolu 30(1)(a)

Il-Kodiċi fin-nomenklatura tar-rifużjonijiet

Il-kwantitajiet allokati li għalihom inħarġu liċenzji

(t)

Il-kwantitajiet allokati li għalihom inħarġu liċenzji

(t)

Il-kwantitajiet esportati

(t)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 


Il-kwota msemmija fl-Artikolu 30(1)(b)

Il-Kodiċi fin-nomenklatura tar-rifużjonijiet

Il-kwantitajiet allokati li għalihom inħarġu liċenzji

(t)

Il-kwantitajiet allokati li għalihom inħarġu liċenzji

(t)

Il-kwantitajiet esportati

(t)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

ANNESS VIII

It-tabella ta' korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 174/1999

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 21

Artikolu 2

Artikolu 1(1), Artikolu 2

Artikolu 3(1)

Artikolu 1(4)

Artikolu 3(2)

Artikolu 1(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 1(3)

Artikolu 4(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 4(3)

Artikolu 2

Artikolu 4(4)

Artikolu 3

Artikolu 5

Artikolu 4

Artikolu 6

Artikolu 5

Artikolu 7

Artikolu 6

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9(1) sa (5)

Artikolu 14

Artikolu 9(6)

Artikolu 12(2)

Artikolu 9(7)

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 18(1)

Artikolu 18(1)

Artikolu 18(3)

Artikolu 18(2)

Artikolu 18(2)

Artikolu 19

Artikolu 18(4)

Artikolu 20(1)

Artikolu 18(5)

Artikolu 20(2)

Artikolu 18(6)

L-Artikolu 21(1)(2)

Artikolu 18(7)

Artikolu 21(3)

Artikolu 18(8)

Artikolu 21(4)

Artikolu 18(9)

Artikolu 22

Artikolu 19

Artikolu 20(1)

Artikolu 23

Artikolu 20(2)

Artikolu 24

Artikolu 20(3) u (9)

Artikolu 25(1)

Artikolu 20(4)

Artikolu 25(2)

Artikolu 20(5)

Artikolu 25(3)

Artikolu 20(6)

Artikolu 20(7)

Artikolu 26(1)

Artikolu 20(8)

Artikolu 26(2)

Artikolu 20(10)

Artikolu 27

Artikolu 20(11)

Artikolu 28

Artikolu 20(1) u (2)

Artikolu 29(1)

Artikolu 20a(3)

Artikolu 29(2)

Artikolu 20a(4)

Artikolu 30(1)

Artikolu 20a(5)

Artikolu 30(2)

Artikolu 20a(6)

Artikolu 30(3)

Artikolu 20a(7)

Artikolu 31

Artikolu 20a(9)

Artikolu 32

Artikolu 20a(10)

Artikolu 33(1)

Artikolu 20a(11)

Artikolu 33(2)

Artikolu 20a(12)

Artikolu 34(1)

Artikolu 20a(13)

Artikolu 34(2)

Artikolu 20a(14)

Artikolu 34(3)

Artikolu 20a(15)

Artikolu 34(4)

Artikolu 20a(16)

Artikolu 34(5)

Artikolu 20a(17)

Artikolu 35(1)

Artikolu 20a(18)

Artikolu 35(2)

Artikolu 22

Artikolu 36

Artikolu 23

Artikolu 37

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness IV

Anness III

Artikolu 20a(9)

Anness IV

Anness V

Anness V

Anness VI

Anness VI

Anness VII

Anness VII

Anness VIII


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 20, 27.1.1999, p. 8. Ir-regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 508/2006 (ĠU L 92, 30.3.2006, p. 10).

(3)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1.

(5)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 410/2006 (ĠU L 71, 10.3.2006, p. 7).

(6)  ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 671/2004 (ĠU L 105, 14.4.2004, p. 5).

(7)  ĠU L 334, 30.12.1995, p. 33.

(8)  ĠU L 334, 30.12.1995, p. 25.

(9)  ĠU L 218, 6.8.1998, p. 46.

(10)  ĠU L 218, 6.8.1998, p. 45.

(11)  ĠU L 91, 1.4.1984, p. 71. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 222/88 (ĠU L 28, 1.2.1988, p. 1).

(12)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Il-verżjoni korretta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

(13)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Il-verżjoni korretta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.

(14)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 64.

(15)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 67.

(16)  ĠU L 126, 19.5.2005, p. 12.

(17)  ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1.

(18)  ĠU L 388, 30.12.1989, p. 18.

(19)  ĠU L 95, 14.4.2005, p. 11.

(20)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

464


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 li jemenda l-Annessi I u II għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għall-iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward ta’ fluazuron, nitrit tas-sodju u peforelin

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1451/2006

tad-29 ta' Settembru 2006

li jemenda l-Annessi I u II għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għall-iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward ta’ fluazuron, nitrit tas-sodju u peforelin

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għall-iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji ta’ oriġini mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 2 u 3 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini fformulati mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Is-sustanzi kollha farmakoloġikament attivi użati fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għal annimali li jipproduċu l-ikel għandhom ikunu vvalutati skont ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(2)

Is-sustanza fluazuron hija inkluża fl-Anness III għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għal bovini għall-muskolu, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi, esklużi l-annimali li minnhom huwa prodott il-ħalib għall-konsum mill-bniedem. Ġiet ipprovduta u eżaminata dejta addizzjonali li wasslet għar-rakkomandazzjoni li l-fluazuron għandha tiġi inkluża fl-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għal bovini għall-muskolu, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi, esklużi l-annimali li minnhom huwa prodott il-ħalib għall-konsum mill-bniedem.

(3)

Wara li ġiet eżaminata applikazzjoni għall-iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi għan-nitrit tas-sodju fil-baqar għall-ħalib, jitqies xieraq li din is-sustanza tiġi inkluża fl-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għall-ispeċi bovina għal użu topiku biss.

(4)

Wara li ġiet eżaminata applikazzjoni għall-iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi għal peforelin fl-ispeċi tal-majjali, jitqies xieraq li din is-sustanza tiġi inkluża fl-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għall-ispeċi tal-majjali.

(5)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Għandu jitħalla perjodu adegwat qabel ma jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament biex jippermetti lill-Istati Membri li jagħmlu kull aġġustament li jista' jkun meħtieġ fid-dawl ta' dan ir-Regolament għall-awtorizzazzjonijiet biex jitqiegħdu l-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati fis-suq li ngħataw skont id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi Komunitarju marbut mal-prodotti mediċinali (2) veterinarji, biex jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-29 ta' Novembru 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' Settembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President tal-Kummissjoni

ANNESS

A.   Is-sustanza li ġejja qed tiddaħħal fl-Anness I (Lista ta' sustanzi farmakoloġikament attivi li għalihom ġew iffissati limiti massimi ta’ residwi)

2.   Aġenti antiparassitarji

2.2.   Aġenti li jaġixxu kontra l-ektoparassiti

2.2.4.   Derivattivi tal-Aċil urea

Sustanza/i farmakoloġikament attiva/i

Limitu tar-residwu

Speċi tal-annimal

MRLs

Tessuti involuti

Fluazuron

Fluazuron

Bovini (3)

200  µg/kg

Muskolu

7 000  µg/kg

Xaħam

500  µg/kg

Fwied

500  µg/kg

Kliewi

B.   Is-sustanzi li ġejjin qed jiddaħħlu fl-Anness II (Lista ta' sustanzi mhux soġġetti għal limiti massimi ta' residwi)

1.   Kimiċi inorganiċi

Sustanza/i farmakoloġikament attiva/i

Speċi tal-annimal

Nitrit tas-sodju

Bovini (4)

2.   Komposti organiċi

Sustanza/i farmakoloġikament attiva/i

Speċi tal-annimal

Peforelin

Majjali”


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1231/2006 (ĠU L 225, 17.8.2006, p. 3).

(2)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).

(3)  Mhux għall-użu fl-annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem.”

(4)  Għal użu topiku biss.”


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

467


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1489/2006 tad-9 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi, għas-sena tal-kontijiet 2007 tal-FAEG, ir-rati ta' l-imgħax li għandhom jintużaw għall-kalkolu ta' l-ispejjeż għall-iffinanzjar tal-miżuri ta' intervent, li jikkonsistu fix-xiri, il-ħżin u r-rimi tal-ħażniet

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1489/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1489/2006

tad-9 ta’ Ottubru 2006

li jistabbilixxi, għas-sena tal-kontijiet 2007 tal-FAEG, ir-rati ta' l-imgħax li għandhom jintużaw għall-kalkolu ta' l-ispejjeż għall-iffinanzjar tal-miżuri ta' intervent, li jikkonsistu fix-xiri, il-ħżin u r-rimi tal-ħażniet

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1883/78 tat-2 ta' Awissu 1978 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-finanzjament ta’ l-interventi mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija, it-taqsima “garanzija” (1), u partikolarment l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (2), l-interventi maħsuba għar-regolament tas-swieq agrikoli huma ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Garanzija (FAEG).

(2)

L-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 tal-21 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005, għall-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Garanzija (FAEG) ta' miżuri ta' intervent fil-forma ta' ħażna pubblika u l-kontabbiltà tat-tranżazzjonijiet ta' ħażna pubblika mill-entitajiet ta' pagament ta' l-Istati Membri (3), jistipula li l-ispejjeż korrispondenti għall-fondi maħruġin mill-Istati Membri għax-xiri tal-prodotti għandhom jiġu ddeterminati skond il-metodi ta' kalkolu stabbiliti fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament, abbażi ta' rata ta' l-imgħax uniformi għall-Komunità kollha.

(3)

Ir-rata ta' l-imgħax uniformi għall-Komunità tikkorrispondi għall-medja tar-rati Euribor fit-tul, fuq tliet xhur u fuq tnax-il xahar, irreġistrati matul is-sitt xhur ta' qabel in-notifika mill-Istati Membri pprovduta fil-punt I.2 ta' l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 884/2006, b'koeffiċjent ta' terz u żewġ terzi rispettivament. Din ir-rata għandha tkun iffissata fil-bidu ta' kull sena tal-kontijiet tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Garanzija (FAEG).

(4)

Madankollu, jekk ir-rata ta' l-imgħax innotifikata minn Stat Membru tkun inqas mir-rata ta' l-imgħax uniformi ffissata għall-Komunità, għandha tiġi stipulata rata ta' l-imgħax speċifika għal dak l-Istat Membru, skond it-tieni subparagrafu tal-punt I.2 ta' l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 884/2006. Barra minn hekk, fin-nuqqas ta' notifika, sa l-aħħar tas-sena tal-kontijiet, mingħand Stat Membru tar-rata medja ta' l-ispejjeż ta' l-imgħax tiegħu, il-Kummissjoni għandha tiffissa r-rata ta' l-imgħax għal dak l-Istat Membru fil-livell tar-rata uniformi stabbilita mill-Komunità.

(5)

Fid-dawl tan-notifiki ta' l-Istati Membri lill-Kummissjoni, ir-rati ta' l-imgħax applikabbli għas-sena tal-kontijiet 2007 tal-FAEG għandha tiġi ffissata b'qies għal dawn il-fatturi varji.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-infiq marbut ma' l-ispejjeż maħruġin mill-Istati Membri għax-xiri ta' prodotti ta' intervent, li għandhom jitħallsu mis-sena tal-kontijiet 2007 tal-FAEG, ir-rati ta' l-imgħax ipprovduti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 884/2006 skond l-Artikolu 4(1)(a) ta' dak ir-Regolament huma fissati kif ġej:

(a)

2,1 % għar-rata ta' l-imgħax speċifika applikabbli fl-Iżvezja;

(b)

2,3 % għar-rata ta' l-imgħax speċifika applikabbli fir-Repubblika Ċeka;

(c)

2,7 % għar-rata ta' l-imgħax speċifika applikabbli fl-Irlanda;

(d)

2,8 % għar-rata ta' l-imgħax speċifika applikabbli fl-Awstrija, il-Finlandja u l-Portugall;

(e)

2,9 % għar-rata ta' l-imgħax speċifika applikabbli fil-Greċja u l-Italja;

(f)

3,0 % għar-rata ta' l-imgħax speċifika applikabbli fil-Litwanja;

(g)

3,2 % għar-rata ta' l-imgħax uniformi għall-Komunità, applikabbli f'dawn l-Istati Membri li għalihom ma ġietx iffissata rata ta' l-imgħax speċifika.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Ottubru 2006.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 216, 5.8.1978, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 695/2005 (ĠU L 114, 4.5.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 320/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42).

(3)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

469


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-kummissjoni tal-12 ta' Ottubru 2006 li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward eżenzjonijiet għal applikazzjonijiet taċ-ċomb u l-kadmju

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/691/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-12 ta' Ottubru 2006

li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward eżenzjonijiet għal applikazzjonijiet taċ-ċomb u l-kadmju

(notifikata bid-dokument numru C(2006) 47006)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/691/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoniji tal-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/95/KE lill-Kummissjoni tobbligaha li tivvaluta ċerti sustanzi perikolużi li huma pprojbiti skont l-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Ċerti materjali u komponenti li fihom iċ-ċomb u l-kadmju għandhom jiġu eżentati mill-projbizzjoni, minħabba li l-użu ta’ dawn is-sustanzi perikolużi f’dawk il-materjali u komponenti speċifiċi għadu inevitabbli, jew minħabba l-impatti negattivi fuq l-ambjent, is-saħħa jew is-sikurezza tal-konsumatur ikkawżati mis-sostituzzjoni x’aktarx jiżbilanċjaw il-benefiċċji ambjentali, tas-saħħa u għall-konsumatur. L-eżenzjonijiet elenkati fl-anness għal din id-Deċiżjoni jingħataw abbażi tar-riżultati ta' proċess ta’ reviżjoni mwettaq mill-esperti tekniċi waqt li jqisu l-evidenza disponnibbli mill-istudji, mill-partijiet interessati u sorsi oħra tekniċi/xjentifiċi. Din ir-reviżjoni kkonkludiet li l-eliminazzjoni jew is-sostituzzjoni tas-sustanza għadha teknikament jew xjentifikament imprattikabbli.

(3)

Xi eżenzjonijiet mill-projbizzjoni ta’ ċerti materjali speċifiċi jew komponenti għandhom jiġu limitati fl-ambitu tagħhom, sabiex jinqatgħu gradwalment is-sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku, minħabba li l-użu ta' dawk is-sustanzi f'applikazzjonijiet bħal dawn se jsir evitabbli.

(4)

Skont l-Artikolu 5(1)(c) tad-Direttiva 2002/95/KE kull eżenzjoni elenkata fl-Anness għandha tkun soġġetta għal reviżjoni mill-inqas kull erba’ snin jew erba’ snin wara li jiżdied xi oġġett mal-lista.

(5)

Id-Direttiva 2002/95/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

Skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2002/95/KE, il-Kummissjoni kkonsultat il-partijiet interessati rilevanti.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew 2006/12/KE (2),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2002/95/KE huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 12 ta' Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Fl-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE, jiżdiedu l-punti li jmiss 21 sa 27:

“21.

Iċ-ċomb u l-kadmju fl-inki tal-istampar għall-applikazzjoni ta' enamels fuq ħġieġ tal-borosilikat.

22.

Iċ-ċomb bħala impurità ġewwa RIG (rare earth iron garnet) Faraday rotators li jintuża għal sistemi ta’ komunikazzjoni bil-fibri ottiċi.

23.

Ċomb f’finituri ta’ komponenti ‘fine pitch’ li ma jkunux konnekters b’ ‘pitch’ ta’ 0,65mm jew inqas b’oqsfa taċ-ċomb NiFe u ċomb f’finituri ta’ komponenti ‘fine pitch’ li ma jkunux konnekters b’ ‘pitch’ ta’ 0,65mm jew inqas b’oqsfa tar-ram u ċ-ċomb.

24.

Ċomb fl-istann li jintuża għall-istannjar ma’ kapasiters b’aktar minn saff wieħed diskojdali, b’toqob imħaffra fihom (machined through hole discoidal multilayer capacitors) u kapasiters taċ-ċeramika b’aktar minn saff wieħed tat-tip ‘planar array’.

25.

Ossidu taċ-ċomb li jintuża fil-panils tal-plażma displej (PDP) u displejs li jemettu l-elettroni permezz tal-konduzzjoni mas-superfiċje (SED) li jintużaw f’elementi strutturali; b’mod partikolari fis-saff djelettriku tal-ħġieġ ta’ quddiem u ta’ wara, tal-bus electrode, l-istrixxa s-sewda, l-address electrode, il-barrier ribs, is-seal frit u l-frit ring, kif ukoll fil-pejsts tal-istampar

26.

Ossidu taċ-ċomb fl-envelopp tal-ħġieġ tal-bozoz ‘Black Light Blue’ (BLB).

27.

Ligi taċ-ċomb bħala stann għat-transducers li jintużaw f’loudspeakers ta’ qawwa kbira (maħsuba għal xogħol kontinwu għal diversi sigħat f'livelli ta' qawwa akustika ta' 125dB SPL u aktar.)”


(1)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/310/KE (ĠU L 115, 28.4.2006, p. 38).

(2)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

471


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-kummissjoni tas-17 ta’ Ottubru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tistabbilixxi lista ta’ istituzzjonijiet li r-riċerkaturi tagħhom jistgħu jkollhom aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/699/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Ottubru 2006

li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tistabbilixxi lista ta’ istituzzjonijiet li r-riċerkaturi tagħhom jistgħu jkollhom aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi

(notifikata bid-dokument numru C(2006) 4857)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/699/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-istatistika Komunitarja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 tas-17 ta’ Mejju 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistika Komunitarja, li jikkonċerna l-aċċess għad-data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi (2) għandu l-għan li jistabbilixxi, bl-għan li jintlaħqu konklużjonijiet statistiċi għal skopijiet xjentifiċi, il-kondizzjonijiet li bihom l-aċċess għal data kunfidenzjali mgħoddija lill-awtorità tal-Kommunità jista’ jingħata u r-regoli ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Komunità u l-awtoritajiet nazzjonali sabiex iseħħ dan l-aċċess.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/452/KE tad-29 ta’ April 2004 li tistabbilixxi lista ta’ istituzzjonijiet li r-riċerkaturi tagħhom jistgħu jkollhom aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi (3) stabbiliet lista ta’ istituzzjonijiet li r-riċerkaturi tagħhom jistgħu jkollhom aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi.

(3)

Iċ-Ċentru tas-Saħħa u l-Benessri (Centre of Health and Wellbeing — CHW) ta’ Woodrow Wilson School of Public and International Affairs ġewwa Princeton University, New Jersey, fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika għandu jitqies bħala istituzzjoni li tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa u għalhekk għandu jiżdied mal-lista ta’ aġenziji u istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 831/2002.

(4)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Konfidenzjalità ta’ l-Istatistika,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2004/452/KE huwa ssostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

“ANNESS

ISTITUZZJONIJIET LI R-RIĊERKATURI TAGĦHOM JISTGĦU JKOLLHOM AĊĊESS GĦAL DATA KUNFIDENZJALI GĦAL GĦANIJIET XJENTIFIĊI

 

Bank Ċentrali Ewropew

 

Bank Ċentrali Spanjol

 

Bank Ċentrali Taljan

 

L-Università ta’ Cornell (Stat ta’ New York, Stati Uniti ta’ l-Amerika)

 

Id-Dipartiment tax-Xjenza Politika, Baruch College, l-Università tal-Belt ta’ New York (Stat ta’ New York, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika)

 

Bank Ċentrali Ġermaniż

 

L-Unità ta’ l-Analiżi ta’ l-Impjieg, Direttorat Ġenerali għall-Impjieg, affarijiet soċjali u opportunitajiet indaqs tal-Kummissjoni Ewropea.

 

L-Università ta’ Tel Aviv (Iżrael)

 

Bank Dinji

 

Iċ-Ċentru tas-Saħħa u l-Benessri (Centre of Health and Wellbeing — CHW) ta’ Woodrow Wilson School of Public and International Affairs ġewwa Princeton University, New Jersey, fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika”


(1)  ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 133, 18.5.2002, p. 7. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1104/2006 (ĠU L 197, 19.7.2006, p. 3).

(3)  ĠU L 156, 30.4.2004, p. 1, kif emendata bi ĠU L 202, 7.6.2004, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Decision 2006/429/EC (ĠU L 172, 24.6.2006, p. 17).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

473


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1629/2006 tal-31 ta’ Ottubru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1010/2006 dwar ċerti miżuri eċċezzjonali ta' sostenn tas-suq fis-settur tal-bajd u tat-tjur f'ċerti Stati Membri

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1629/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1629/2006

tal-31 ta’ Ottubru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1010/2006 dwar ċerti miżuri eċċezzjonali ta' sostenn tas-suq fis-settur tal-bajd u tat-tjur f'ċerti Stati Membri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/119/KE (3) dwar il-protezzjoni ta’ annimali tiddefinixxi l-kunċetti tat-tbiċċir u l-qtil.

(2)

L-Artikoli 4 u 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2006 (4) ma jippreċiżawx li “l-qtil” ta’ l-annimali għandu wkoll jitqies bħala miżura eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq, bl-istess mod tat-tbiċċir.

(3)

Fid-dawl tal-fatt, minn naħa waħda, li l-Istati Membri ma setgħux jikkunsidraw fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom il-kunċett ta’ “qtil”, u min-naħa l-oħra, ta’ l-emenda riċenti tar-Regolament (KE) Nru 1010/2006, xi wħud mill-Istati Membri msemmija jista’ jkollhom diffikultà jħarsu l-iskadenza imposta mill-Artikolu 10 tar-Regolament imsemmi biex lill-benefiċjarji tal-miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq jagħmlulhom il-pagamenti, jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 2006. Għaldaqstant huwa f’loku li ż-żmien għall-pagamenti jittawwal bi ftit xhur.

(4)

Jeħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 1010/2006 jiġi emendat f’dan is-sens.

(5)

Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75 u ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75 li jipprevedu l-adozzjoni tal-miżuri kkonċernati ilhom fis-seħħ mill-11 ta’ Mejju 2006. Għaldaqstant huwa f’loku li jkun ipprovdut li dan ir-Regolament ukoll ikun applikabbli minn dik id-data.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-laħam tat-tjur u l-bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1010/2006 għandu jinbidel kif ġej:

1)

L-Artikolu 4 għandu jinbidel kif ġej:

a)

Il-paragrafu 1 huwa ssostitwit mit-test li ġej:

“1.   It-tbiċċir u l-qtil antiċipat b’talanqas 6 ġimgħat ta’ parti mill-qatgħa riproduttiva bil-għan li titnaqqas il-produzzjoni tal-bajd għat-tfaqqis tal-kodiċijiet NM 0105 92 00, 0105 93 00, 0105 99 10, 0105 99 20, 0105 99 30 u 0105 99 50 jitqiesu bħala miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75, madankollu bil-kundizzjoni li l-ebda annimal ma jerġa’ jiġi prodott fis-siti kkonċernati matul dan il-perjodu”;

b)

Fil-paragrafu 2, l-ewwel inċiż huwa ssostitwit mit-test li ġej:

“Kull Stat Membru kkonċernat għandu jagħti kumpens għat-tbiċċir u l-qtil antiċipati previsti fil-paragrafu 1, fil-limitu ta’ l-għadd massimu ta’ annimali li jidher fl-Anness IV u għall-perjodu definit fl-Anness imsemmi”;

2)

L-Artikolu 7 huwa ssostitwit mit-test li ġej:

“Artikolu 7

1.   It-tbiċċir u l-qtil antiċipati ta’ ‘tiġieġ lesti biex ibidu’ għandhom jitqiesu bħala miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75.

2.   Kull Stat Membru kkonċernat għandu jagħti kumpens għat-tbiċċir u l-qtil antiċipati previsti fil-paragrafu 1, fil-limitu ta’ l-għadd massimu ta’ annimali li jidher fl-Anness VII u għall-perjodu definit fl-Anness imsemmi.

Il-livell massimu ta’ kumpens huwa stabbilit bħala ħlas fiss ta’ EUR 3.2 għal kull tiġieġa lesta biex tbid”.

3)

Fl-Artikolu 10, id-data “31 ta’ Diċembru 2006” hija ssostitwita mid-data “31 ta’ Marzu 2007”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-11 ta’ Mejju 2006.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006.

(3)  ĠU L 340, 31.12.1993, p. 21.

(4)  ĠU L 180, 4.7.2006, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1256/2006 (ĠU L 228, 22.8.2006, p. 9).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

475


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1630/2006 tal-31 ta’ Ottubru 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/2002 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Iżvizzera, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 851/95

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1630/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1630/2006

tal-31 ta’ Ottubru 2006

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/2002 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Iżvizzera, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 851/95

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2002/309/KE, l-Euratom dwar il-konklużjoni tas-seba’ Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Żvizzera (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,

Billi:

(1)

Wara t-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004, il-Komunità u l-Iżvizzera qablu li jadottaw il-konċessjonijiet tariffarji stipolati fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar il-kummerċ tal-prodotti agrikoli (2), minn hawn 'il quddiem il-Ftehim, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002. Huma qablu, b’mod partikolari, li jemendaw l-Annessi 1 u 2 tal-Ftehim li jelenkaw il-konċessjonijiet, sabiex iwessgħu kwota tariffarja mingħajr dazju eżistenti tal-Komunità biex tkopri prodott ġdid, iċ-ċikwejra witloof tal-kodiċi NM 0705 21 00.

(2)

Sakemm issir l-emenda formali, il-Komunità u l-Iżvizzera qablu li jipprovdu għall-applikazzjoni tal-konċessjonijiet adattati, mill-1 ta’ Mejju 2004, fuq bażi awtonoma u tranżitorja.

(3)

Biex ikun żgurat li l-benefiċċju tal-kwota għall-prodotti tal-kodiċi NM 0705 21 00 ikun disponibbli mill-1 ta' Mejju 2004, kwota tariffarja awtonoma tal-Komunità limitata għal dawk il-prodotti għal matul il-perjodu tranżitorju ġiet prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 7/2005 tat-13 ta’ Diċembru 2004 li jadotta miżuri awtonomi u tranżitorji biex tinfetaħ kwota tariffarja tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Iżvizzera (3).

(4)

L-Anness 2 tal-Ftehim, kif emendat mid-Deċiżjoni 3/2005 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura, stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ tal-prodotti agrikoli tad-19 ta’ Diċembru 2005 dwar l-adattament, wara t-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea, ta’ l-Anness 1 u 2 (4), jistipola kwoti tariffarji estiżi biex ikopru l-prodotti tal-kodiċi NM 0705 21 00. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu aġġustati d-dispożizzjonijiet ta’ l-implimentazzjoni korrispondenti.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/2002 (5) għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 7/2005 huwa rrevokat mill-1 ta’ Settembru 2006 bir-Regolament (KE) Nru 1623/2006 (6). Għalhekk ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-istess data.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 933/2002 r-ringiela għall-ordni Nru 09.0925 tinbidel b’dan li ġej:

Numru ta' l-ordni

Kodiċi NM

Kodiċi TARIC

Deskrizzjoni

Rata tad-dazju

Volum annwali

(piż nett f’tunnellati)

“09.0925

0705 11 00

0705 19 00

0705 21 00

0705 29 00

 

Ħass (Lactuca sativa) u ċikwejra (Cichorium spp.), inkluż iċ-ċikwejra Witloof (Cichorium intypus var. foliosum), friska jew imkessħa

B'xejn

3 000 ”

Artikolu 2

Għas-sena 2006, il-volum tal-kwota tariffarja tal-Komunità Nru 09.0925 għandha tiġi mnaqqsa bil-kwantità użata qabel id-data prevista fl-Artikolu 3, skond il-kwota tariffarja tal-Komunità Nru 09.0947 prevista fir-Regolament (KE) Nru 7/2005.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2006.

Ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

(3)  ĠU L 4, 6.1.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 346, 29.12.2005, p. 33.

(5)  ĠU L 144, 1.6.2002, p. 22.

(6)  Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

477


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1635/2006 tas-6 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli li jorġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident ta' l-istazzjon ta’ l-enerġija nukleari ta' Chernobyl

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 966/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1635/2006

tas-6 ta’ Novembru 2006

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli li jorġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident ta' l-istazzjon ta’ l-enerġija nukleari ta' Chernobyl

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 tat-22 ta' Marzu 1990 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident ta' l-istazzjon ta' l-enerġija nukleari ta' Chernobyl (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1661/1999 tas-27 ta' Lulju 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli li jorġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident ta' l-istazzjon ta’ l-enerġija nukleari ta' Chernobyl (2), ġie emendat tliet darbiet. Minħabba li jridu jsiru aktar emendi, huwa xieraq li fl-interess taċ-ċarezza, ir-Regolament jitfassal mill-ġdid, kif previst fil-programm kurrenti ta’ simplifikazzjoni anness mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija għas-simplifikazzjoni ta’ l-ambjent regolatorju (3).

(2)

Il-preċipitazzjoni ta' radjuċesju mill-inċident ta' l-impjant ta' Chernobyl fis-26 ta' April 1986 affettwat firxa kbira ta' pajjiżi terzi. Kienu ġew irreġistrati każi ripetuti ta' nuqqas ta' konformità mal-livelli massimi permessi ta' kontaminazzjoni radjoattiva f'kunsinni ta' ċerti tipi ta' faqqiegħ importat minn għadd ta' pajjiżi terzi.

(3)

Preċipitazzjoni simili affetwat ċerti partijiet tat-territorji ta' wħud mill-Istati Membri.

(4)

Ġeneralment il-foresti u l-inħawi bis-siġar huma l-ambjent naturali ta' faqqiegħ mhux ikkultivat u eko-sistemi bħal dawn għandhom tendenza li jżommu r-radjuċesju f'ċiklu ta' skambju bejn il-ħamrija u l-veġetazzjoni.

(5)

B'konsegwenza, il-kontaminazzjoni kontinwa ta' faqqiegħ mhux ikkultivat mir-radjuċesju, matul il-perjodu minn meta seħħ l-inċident imsemmi hawn fuq, ftit li xejn naqset u jista' jkun li din żdiedet fil-każ ta' ċerti speċijiet.

(6)

Fl-1986, il-Kummissjoni wettqet u sussegwentament aġġornat valutazzjoni tar-riskji possibli fuq is-saħħa tal-bniedem minn oġġetti ta' l-ikel kontaminati biċ-ċesju radjoattiv. Dik il-valutazzjoni tar-riskji possibbli għadha valida anke llum; billi tqis il-perjodu fiżiku radjoattiv tal-materjal imsemmi, u, barra minn hekk, il-livell massimu permess jikkonforma fil-qofol mal-livell rakkomandat mill-Kummissjoni Codex Alimentarius.

(7)

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 737/90, l-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki fuq prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi.

(8)

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (4) waqqaf sistema għall-iskambju rapidu ta’ l-informazzjoni.

(9)

Il-miżuri in situ fit-territorji ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea joħorġu mill-obbligi legali ta' dawk l-Istati skond l-Artikoli 35 u 36 tat-Trattat Euratom, il-miżuri tal-Komunità li diġà hemm referenza għalihom u l-miżuri nazzjonali u l-kontrolli li, meħuda flimkien, huma, f'termini ta' ekwivalenza ta' riżultat, ugwali għal dawk approvati f'dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni qiegħda tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura li l-Istati Membri jkunu konformi b'mod effettiv ma’ l-obbligi legali f'dan ir-rigward. Il-Kummissjoni, b’mod partikolari, għamlet rakkomandazzjoni lill-Istati Membri dwar il-ħarsien u l-informazzjoni tal-pubbliku dwar l-esponiment li jirriżulta minn kontaminazzjoni kontinwa miċ-ċesju radjoattiv ta’ ċerti prodotti ta’ ikel selvaġġ bħala konsegwenza ta' l-inċident ta' l-impjant nukleari ta' Chernobyl (5).

(10)

Anke jekk jistħoqqilhom jitqiesu fil-ġejjieni d-dispożizzjonijiet għat-teħid ta' kampjuni u l-analiżi ta' prodotti agrikoli varji, il-ħtieġa immedjata hija li jissaħħu dawk id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-faqqiegħ.

(11)

Sabiex jitħallew kontrolli aktar effettivi, huwa meħtieġ, bħala konsegwenza, li jkun identifikat għadd ristrett ta' uffiċċji doganali minn fejn ċerti prodotti jkunu jistgħu jiġu ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità.

(12)

Il-listi ta' uffiċċji doganali u ta' pajjiżi terzi jistgħu jiġu riveduti kif xieraq, billi jingħata każ inter alia tal-konformità fil-futur mal-livelli massimi permessi u ta' informazzjoni oħra li tippermetti lill-Kummissjoni sabiex tiġġudika jekk ikunx hemm il-ħtieġa li pajjiż terz jinżamm fuq il-lista.

(13)

Għall-istess raġuni huwa xieraq li jiġu pprovduti ċertifikati ta' l-esportazzjoni, bħal ma hemm referenza għalihom f'Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 737/90, għal kull kunsinna ta' prodotti bħal dawn.

(14)

Huwa xieraq li l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jkunu awtorizzati, fuq id-diskrezzjoni tagħhom, li jimponu ħlas għat-teħid ta' kampjuni u għall-analiżi u għall-qerda tal-prodott jew ir-ritorn tiegħu dejjem sakemm ikun osservat il-prinċipju ta' proporzjonalità meta tkun eżerċitata l-għażla tal-qerda jew tar-ritorn u sakemm ukoll li, fi kwalunkwe każ, il-ħlasijiet hekk imposti ma jaqbżux l-ispejjeż imġarrba.

(15)

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-obbligi internazzjonali tal-Komunità, b'mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-ftehimiet li jistabbilixxu l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, billi jingħata każ tad-dritt tal-Komunità li taddotta u li tapplika miżuri li huma meħtieġa biex jintlaħaq il-livell ta' protezzjoni sanitarja magħżul fit-territorju ta' l-Istati Membri tagħha.

(16)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-kumitat ad hoc li hemm referenza għalih f'Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 737/90,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kontrolli fuq il-kontenut ta' radjuċesju li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 737/90 tal-prodotti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 ta' l-istess Regolament, biex jiżguraw li l-livelli massimi permessi stabbiliti bir-Regolament imsemmi jiġu osservati għandhom jitwettqu mill-Istati Membri li fihom il-prodotti jiġu rrilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa u l-aktar tard f'dak il-ħin.

2.   Il-kontrolli għandhom isiru permezz ta' teħid ta' kampjuni bi qbil ma’ dawn in-normi minimi li ġejjin:

(a)

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3(b), l-għażla ta' l-Istat Membru dwar l-intensità tal-kontrolli li għandhom jitwettqu għandha ssir billi jingħata każ b'mod partikolari tal-grad ta' kontaminazzjoni fil-pajjiż ta' l-oriġini, il-karatteristiċi tal-prodotti msemmija, ir-riżultati ta' kontrolli preċedenti u ċ-ċertifikati ta' esportazzjoni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3.

(b)

Mingħajr preġudizzju għal aktar miżuri li hemm provdut għalihom fl-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KEE) Nru 737/90, meta prodott li joriġina minn pajjiż terz ikun irreġistrat bħala li jaqbeż il-livelli massimi permessi, il-kontrolli għandhom jiġu intensifikati għal dawk il-prodotti kollha ta' l-istess tip li joriġinaw mill-pajjiż terz imsemmi.

3.   Il-kontrolli fuq prodotti speċifiċi għandhom jitwettqu bi qbil mar-regoli li ġejjin:

(a)

Għal annimali għall-qatla, il-kontrolli għandhom jitwettqu mingħajr preġudizzju għar-regoli doganali stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (6) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (7) dwar il-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali. Permess għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa għandu jkun soġġett għal preżentazzjoni ta' ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għal dak l-effett, li l-laħam imsemmi jkun għadda mis-sistema ta' kontrolli u li dawk il-kontrolli wrew li l-livelli massimi permessi ma jkunux inqabżu.

(b)

Għal prodotti elenkati f'Anness I, li joriġinaw mill-pajjiżi terzi elenkati f'Anness II, il-kontrolli dokumentarji għandhom jitwettqu fuq il-bażi ta' ċertifikati ta' l-esportazzjoni mimlija kif suppost li hemm referenza għalihom f'Artikolu 3 li jakkumpanjaw kull kunsinna. Kull kunsinna li taqbeż l-10 kg ta' prodotti friski jew l-ekwivalenti tagħhom għandha tkun soġġetta għal teħid ta' kampjuni u analiżi sistematiċi, billi titqies b’mod xieraq l-informazzjoni li tkun tinstab fiċ-ċertifikat ta' l-esportazzjoni. Dawn il-prodotti jistgħu jiġu ddikjarati biss għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Istat Membru tad-destinazzjoni f'numru ristrett ta' uffiċċji doganali. Il-lista ta’ l-uffiċċji doganali għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali, wara li ssir notifika mill-Istati Membri.

4.   Meta jkun osservat nuqqas ta' konformità mal-livelli massimi permessi f'dak li għandu x'jaqsam mal-prodott partikolari, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru jistgħu jeħtieġu li l-prodott importat jinqered jew jiġi rritornat lura lejn il-pajjiż ta' oriġini. Fil-każ ta' l-aħħar, għandha titressaq evidenza bil-miktub lill-awtorità doganali li tkun irrifjutat ir-rilaxx għaċ-ċirkolazjoni ħielsa, li l-prodott ikun ħalla t-territorju tal-Komunità Ewropea.

5.   Għall-prodotti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fid-diskrezzjoni tagħhom biss, jimponu ħlasijiet fuq l-importatur għat-teħid ta' kampjuni u analiżi tal-prodotti għall-konformità mar-Regolament (KEE) Nru 737/90. Għal kunsinni li jaqbżu l-livelli massimi permessi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jirkupraw mill-importatur l-ispejjeż marbuta jew mal-qerda tal-kunsinna jew mar-ritorn tagħha lejn il-pajjiż ta' oriġini.

Artikolu 2

1.   Kull Stat Membru għandu, b'analoġija, japplika l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 biex jgħarraf lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bil-każi rreġistrati ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-livelli massimi permessi, stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 737/90, jiddikjara l-pajjiż ta' l-oriġini, id-deskrizzjoni u l-grad tal-kontaminazzjoni ta' l-oġġetti, il-mezzi tat-trasport, l-esportatur u d-deċiżjoni meħuda fir-rigward tal-kwantitajiet imsemmija

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-korpi assenjati biex iwettqu il-kontrolli.

3.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri mingħajr dewmien b'każi reġistrati ta' nuqqas ta' konformità mal-livelli massimi permessi permezz tas-Sistema ta' Allarm Malajr fil-Komunità imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati ta' l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi elenkati f'Anness II għandhom jiddikjaraw li l-prodotti li huma jakkumpanjaw ikunu konformi mal-livelli massimi permessi stabbiliti f'Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 737/90. Iċ-ċertifikati ta' l-esportazzjoni għandhom jimtlew billi tintuża formola stampata fuq karta bajda bi qbil mal-mudell f'Anness III.

2.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri, id-dettalji li tkun irċeviet dwar l-awtoritajiet awtorizzati joħorġu iċ-ċertifikati ta' l-esportazzjoni fil-pajjiżi terzi msemmija.

Artikolu 4

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1661/99 huwa rrevokat.

Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Andris PIEBALGS

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS I

Lista ta' prodotti li għalihom għandhom jiġu sodisfatti d-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 1(3)(b)

Kodiċi NM:

ex 0709 59

Faqqiegħ, frisk jew iffriżat, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 0710 80 69

faqqiegħ (nej jew imsajjar bil-fwar jew mgħolli fl-ilma), iffriżat, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 0711 59 00

faqqiegħ ippreservat b'mod proviżorju (per eżempju, b'gass tad-diossidu tal-kubrit, fis-salmura, fl-ilma tal-kubrit jew f'soluzzjonijiet preservattivi oħrajn), iżda mhux tajjeb f'dak l-istat għall-konsum immedjat, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 0712 39 00

faqqiegħ imnixxef, sħiħ, maqtugħ, imfellel, miksur jew f'forma ta' trab, iżda mhux imħejji aktar, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 2001 90 50

faqqiegħ, frisk jew ippreservat bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 2003 90 00

faqqiegħ, ippreparat jew preservat b'mod ieħor barra minn bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, għajr faqqiegħ ikkultivat

ANNESS II

Lista ta' pajjiżi terzi li hemm referenza gĦalihom f'artikolu 3

 

L-Albanija

 

Il-Belarus

 

Il-Bożnija u Ħerzegovina

 

Il-Bulgarija

 

Il-Kroazja

 

Il-Liechtenstein

 

L-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

 

Il-Moldova

 

Il-Montenegro

 

In-Norveġja

 

Ir-Rumanija

 

Ir-Russja

 

Is-Serbja

 

L-Iżvizzera

 

It-Turkija

 

L-Ukraina

ANNESS III

ĊERTIFIKAT TA’ ESPORTAZZJONI GĦAL PRODOTTI AGRIKOLI (ĊERTIFIKAT GĦAL KULL SPEĊJE)

Dan iċ-ċertifikat għandu jiġi ippreżentat fi tliet kopji mad-dħul għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa u jinżamm mid-dwana

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(1)  ĠU L 82, 29.3.1990, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 616/2000 (ĠU L 75, 24.3.2000, p. 1)

(2)  ĠU L 197, 29.7.1999, p. 17. Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

(3)  COM (2005) 535 finali.

(4)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).

(5)  ĠU L 99, 17.4.2003, p. 55.

(6)  ĠU L 302, 13.10.1992, p. 1.

(7)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

484


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Grupp ta’ Koordinament għall-Gass

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/791/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Novembru 2006

li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Grupp ta’ Koordinament għall-Gass

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/791/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill Nru 2004/67/KE tas-26 ta’ April 2004 li għandha x’taqsam mal-miżuri biex tissalvagwardja s-sigurtà tal-provvista ta’ gass naturali (1), u b’mod partikolari Artikolu 7(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva Nru 2004/67/KE stabbilixxa Grupp ta’ Koordinament għall-Gass sabiex jiffaċilita l-koordinament tal-miżuri ta’ sigurtà tal-provvista. Dan il-Grupp għandu jkun kompost minn rappreżentanti ta' Stati Membri u korpi rappreżentattivi tal-industrija kkonċernata u konsumaturi rilevanti.

(2)

Huwa neċessarju li tkun stabbilita l-kompożizzjoni dettaljata tal-Grupp ta' Koordinament għall-Gass.

(3)

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Nru 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva Nru 98/30/KE (2), il-korpi tal-industrija konċernata li ġejjin għandhom jitqiesu rappreżentattivi:

l-assoċjazzjoni Ewropea rappreżentattiva tal-operaturi l-kbar tan-netwerk, jiġifieri l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni fis-sens tal-Artikolu 2(4) tad-Direttiva Nru 2003/55/KE,

l-assoċjazzjoni Ewropea rappreżentatttiva tal-industrija tal-provvista tal-gass,

l-assoċjazzjoni internazzjonali li tirrappreżenta l-produtturi tal-gass fl-Ewropa.

(4)

Għall-konsumaturi rilevanti, għandu jkun hemm distinzjoni bejn tliet setturi prinċipali li jikkonsmaw il-gass naturali:

is-settur industrijali li jirrappreżenta 35 % tal-konsum totali Ewropew tal-gass

is-settur tal-elettriku li juża l-gass bħala fjuwil u li jammonta għal 22 % tal-konsum totali Ewropew tal-gass, u

is-settur tal-użu domestiku li jirrappreżenta 39 % tal-konsum totali Ewropew tal-gass.

(5)

Għalhekk rappreżentanti tal-korpi li jirrappreżentaw dawn is-setturi għandhom jipparteċipaw ukoll fil-laqgħat tal-Grupp ta' Koordinament għall-Gass.

(6)

Ir-regoli dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni mill-membri tal-grupp għandhom jiġu pprovduti, mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif stipulat fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom.tad-29 ta’ Novemrbru 2001 (3).

(7)

Il-Grupp ta’ Koordinament għall-Gass għandu jgħin sabiex jiffaċilita l-koordinament ta’ miżuri ta’ sigurtà tal-provvista fuq livell Komunitarju fil-każ ta’ interruzzjoni sinifikanti tal-provvista, u jista’ wkoll jeżamina lill-Istati Membri, u jgħinhom fejn xieraq fil-koordinament tal-miżuri li jittieħdu fuq livell nazzjonali sabiex tingħeleb l-interruzzjoni sinifikanti tal-provvista. Barra minn hekk, għandu jiskambja tagħrif dwar is-sigurtà tal-provvista tal-gass fuq bażi regolari, u għandu jikkunsidra aspetti rilevanti fil-kuntest ta' interruzzjoni importanti tal-provvista.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-kompożizzjoni tal-Grupp ta’ Koordinament għall-Gass

1.   Kull Stat Membru jista' jinnomina sa mhux iktar minn żewġ rappreżentanti mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu.

2.   Il-korpi rappreżentattivi tal-industrija kkonċernata huma

Gas Infrastructure Europe (GIE);

Eurogas;

l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Produtturi taż-Żejt u l-Gass (OGP).

Kull waħda minn dawn l-organizzazzjonijiet għandha tinnomina sa mhux iktar minn żewġ rappreżentanti biex jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp.

3.   Il-korpi rappreżentattivi tal-konsumaturi rilevanti huma

il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Konsumaturi Industrijali tal-Enerġija (International Federation of Industrial Energy Consumers — IFIEC Europe);

Eurelectric;

Bureau Européen des Unions de Consommateurs (BEUC).

Kull waħda minn dawn l-organizzazzjonijiet għandha tinnomina sa mhux iktar minn żewġ rappreżentanti biex jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp.

4.   Il-parteċipanti għal-laqgħat tal-Grupp ta’ Koordinament għall-Gass għandhom ikunu nominati għal kull laqgħa.

5.   L-ismijiet tal-membri għandhom jinġabru, jiġu pproċessati u ppubblikati skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 45/2001 (4).

Artikolu 2

Il-kompiti tal-Grupp ta’ Koordinament għall-Gass

Il-kompiti tal-Grupp ta' Koordinament għall-Gass għandhom ikunu:

(a)

li jiffaċilita l-miżuri tas-sigurtà u tal-provvista fuq livell Komunitarju, inkluż fil-każ ta’ interruzzjoni sinifikanti tal-provvista;

(b)

li jeżamina, u, fejn jixraq, jassisti lill-Istati Membru jikkoordinaw il-miżuri meħuda fuq livell nazzjonali biex jittrattaw l-interruzzjoni sinifikanti tal-provvista.

Artikolu 3

Funzjonament

1.   Il-Grupp ta’ Koordinament għall-Gass għandu jitmexxa mill-Kummissjoni.

2.   Bi ftehim mal-Kummissjoni, jistgħu jitwaqqfu sottogruppi biex jeżaminaw il-mistoqsijiet speċifiċi skont it-termini ta’ referenza stabbiliti mill-grupp. Kif jintemm il-mandat tagħhom gruppi simili għandhom jiġu xolti.

3.   Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista' jistaqsi lill-esperti jew lill-osservaturi ta' kompetenza speċifika dwar suġġett fuq l-aġenda biex jipparteċipa fid-deliberazjonijiet tal-Grupp ta’ Koordinament għall-Gass jew tas-sottogrupp jekk dan ikun utli u/jew meħtieġ.

4.   It-tagħrif miksub permezz tal-parteċipazzjoni fid-deliberazzjonijiet ta’ grupp jew ta’ sottogruppma għandux jinxtered fil-pubbliku, jekk, fl-opinjoni tal-Kummissjoni jew ta’ xi membru tal-Grupp ta’ Koordinament għall-Gass, dak it-tagħrif hu relatat ma' kwistjonijiet kunfidenzjali.

5.   Il-Grupp ta’ Koordinament għall-Gass u s-sottogruppi tiegħu għandhom normalment jiltaqgħu fil-bini tal-Kummissjoni skont il-proċeduri u l-iskeda li tistabbilixxi. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi ta' segretarjat. Uffiċjali oħrajn tal-Kummissjoni li għandhom interess fil-proċeduri jistgħu jattendu l-laqgħat tal-grupp u s-sottogruppi tiegħu.

6.   Il-Grupp ta’ Koordinament għall-Gass għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura adottati mill-Kummissjoni.

7.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ tippubblika fuq l-Internet fl-ilsien oriġinali tad-dokument ikkonċernat, kwalunkwe sommarju, konklużjoni, jew parti minn konklużjoni jew dokument ta’ ħidma tal-Grupp ta’ Koordinament għall-Gass fuq il-websajt tas-servizz rilevanti tal-Kummissjoni.

Artikolu 4

Spejjeż tal-laqgħat

L-ispejjeż tal-vjaġġ u, fejn meħtieġ, tas-sussistenza għall-parteċipanti tal-Grupp ta' Koordinament għall-Gass, għall-esperti u għall-osservaturi f’rabta mal-attivitajiet tal-Grupp ta’ Koordinament għall-Gass għandhom jitħallsu lura mill-Kummissjoni f’konformità mar-regoli tagħha dwar il-ħlas lura ta' spejjeż lill-esperti barranin.

Il-parteċipanti tal-laqgħat tal-Grupp ta’ Koordinament għall-Gass, l-esperti u l-osservaturi ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi li joffru.

L-ispejjeż tal-laqgħat jintraddu lura fil-limiti tal-baġit annwali allokat għall-Grupp ta’ Koordinament għall-Gass mis-servizzi responsabbli tal-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Andris PIEBALGS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 127, 29.4.2004, p. 92.

(2)  ĠU L 176, 15.7.2003, p. 57.

(3)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni Nru 2006/548/KE, Euratom (ĠU L 215, 5.8.2006, p. 38).

(4)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

486


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1743/2006 ta’ l-24 ta’ Novembru 2006 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ addittiv fl-għalf tal-bhejjem

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1743/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1743/2006

ta’ l-24 ta’ Novembru 2006

dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ addittiv fl-għalf tal-bhejjem

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf (1), u partikolarment l-Artikoli 3 u 9d(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali.

(2)

L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi miżuri ta’ tranżizzjoni għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi ta’ l-għalf imressqa skond id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' l-addittiv imniżżel fl-Annessi għal dan ir-Regolament tressqet qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Il-kummenti tal-bidu dwar din l-applikazzjoni, kif previst fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, tressqet lill-Kummissjoni qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Din l-applikazzjoni għalhekk se tibqa’ titqies skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

(5)

Ġiet sottomessa dejta bħala appoġġ għal din l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien tal-preparazzjoni ta’ l-eniżima 6-phytase EC 3.1.3.26 prodotta minn Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233) għat-tiġieġ għat-tismin. Fl-20 ta’ April 2006 l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà Alimentari ressqet l-opinjoni tagħha dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ din il-preparazzjoni.

(6)

Il-valutazzjoni turi li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(7)

L-evalwazzjoni ta' din l-applikazzjoni turi li ċerti proċeduri għandhom jiġu rekwiżiti sabiex il-ħaddiema jkunu protetti mill-esponiment għall-addittivi elenkati fl-Anness. Protezzjoni bħal din għandha tkun assigurata permezz ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jitħeġġu t-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (3).

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni li tifforma parti mill-grupp “Enżimi”, kif speċifikat fl-Anness, hija awtorizzata mingħajr limitu ta' żmien bħala addittivi fl-għalf ta' l-annimali skond il-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Etàmassima

Kontenutminimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ

Enżimi

E 1640

6-Phytase

EC 3.1.3.26

Preparazzjoni ta' 6-phytase prodotta minn Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233) li fiha attività minima ta':

Forma likwida:

6-Phytase 5 000 FTU (4)/ml

Tiġieġ għat-tismin

 

250 FTU

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rrakkomandata għal kull kg ta’ għalf sħiħ: 250-750 FTU

3.

Għall-użu f' għalf kompost li fih aktar minn 0,23 % phytin bound phosporus.

Mingħajr limitu ta’ żmien


(1)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).

(2)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Reglament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(3)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(4)  1 FTU huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikromole ta' fosfat inorganiku fil-minuta minn fosfat tas-sodju f' pH ta' 5.5 u 37 °C.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

489


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1831/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward ta’ Doramectin

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1831/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1831/2006

tat-13 ta' Diċembru 2006

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward ta’ Doramectin

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta' Ġunju li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 2 u 3 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini fformulati mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Is-sustanzi kollha li huma farmakoloġikament attivi u jintużaw fil-Komunità fil-prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel, għandhom jiġu vvalutati skont ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(2)

Is-sustanza Doramectin hija inkluża fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għall-ispeċijiet tal-bovini, għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi, iżda minbarra l-bovini li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem. Din is-sustanza hija inkluża wkoll fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għall-ispeċijiet tal-porċini, tal-ovini, taċ-ċriev, inkluż ir-renni, għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi, iżda minbarra l-ovini li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem. Il-parti tad-Doramectin f'dak l-Anness għandha tiġi modifikata u estiża biex tinkludi l-ispeċijiet mammali kollha użati għall-produzzjoni tal-ikel għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi, iżda minbarra annimali li jintużaw għall-produzzjoni tal-ħalib għall-konsum mill-bniedem.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(4)

Qabel ma jibda japplika dan ir-Regolament, għandu jingħata perjodu adegwat sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu kull aġġustament meħtieġ b’riżultat ta' dan ir-Regolament, fl-awtorizzazzjonijiet li ngħataw għat-tqegħid tal-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati fis-suq skont id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (2), sabiex jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 hu emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-12 ta' Frar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President tal-Kummissjoni

ANNESS

A. Is-sustanza li ġejja tiddaħħal fl-Anness I (Lista ta' sustanzi farmakoloġikament attivi li għalihom huma ffissati l-limiti massimi ta' residwi).

2.   Aġenti antiparassitiċi

2.3.   Aġenti għal kontra l-endo- u l-ektoparassiti

2.3.1.   Avermectins

Sustanza/i farmakoloġikament attivi

Residwu markatur

L-ispeċijiet tal-annimali

MRLs

Tessuti kkonċernati

“Doramectin

Doramectin

L-ispeċijiet mammali kollha għall-produzzjoni tal-ikel (3)

40 µg/kg

Muskoli

150 µg/kg

Xaħam

100 µg/kg

Fwied

60 µg/kg

Kliewi


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1805/2006 (ĠU L 343, 8.12.2006, p. 66).

(2)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).

(3)  Mhux għall-użu f'annimali li l-ħalib tagħhom jintuża għall-konsum mill-bniedem.”


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

492


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-miżuri ta' transizzjoni għas-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1832/2006

tat-13 ta’ Diċembru 2006

li jistabbilixxi l-miżuri ta' transizzjoni għas-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanja, u partikolarment l-Artikolu 41 u l-Artikolu 21 tiegħu flimkien ma' punt 4 ta' l-Artikolu 3(a) ta' l-Anness V tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-regoli li jikkonċernaw l-arranġamenti ta' produzzjoni u kummerċ għas-suq taz-zokkor imdaħħal fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1) permezz ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, għandhom ikunu applikabbli mill-1 ta' Jannar 2007, soġġett għad-dħul fis-seħħ ta' l-Att ta' Adeżjoni f'dik id-data. Madankollu, għas-sena tas-suq 2006/2007, il-produzzjoni kollha taz-zokkor tal-pitravi fil-Bulgarija u fir-Rumanija tkun ġiet prodotta skond l-arranġamenti nazzjonali. Miżuri tranżitorji huma għalhekk meħtieġa li jbiddlu l-arranġamenti għall-produzzjoni u l-kummerċ preżenti fis-seħħ fil-Bulgarija u fir-Rumanija għal dawk ipprovduti fir-Regolament (KE) Nru 318/2006. Bħala konsegwenza, id-dispożizzjonijiet għal prezzijiet minimi taz-zokkor tal-pitravi, il-ftehimiet inter-professjonali u l-allokazzjoni tal-kwota pprovduti skond l-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 ma għandhomx japplikaw għall-Bulgarija u għar-Rumanija fis-sena tas-suq 2006/2007.

(2)

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta' l-industrija taz-zokkor (traduzzjoni mhux uffiċjali) fil-Kommunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament ta' politika agrikola komuni (2) (traduzzjoni mhux uffiċjali) jistabbilixxi d-data ta' l-għeluq għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għar-ristrutturar fil-31 ta' Lulju 2006 fir-rigward tas-sena tas-suq 2006/2007. Għalhekk ma kienx possibbli għall-intrapriżi stabbiliti fil-Bulgarija u fir-Rumanija li jressqu applikazzjonijiet għall-għajnuna għar-ristrutturar għal dik is-sena ta' marketing. Dawk l-intrapriżi għalhekk ma għandhomx ikollhom iħallsu l-ammont għar-ristrutturar ipprovdut skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 fir-rigward tas-sena tas-suq 2006/2007.

(3)

Fil-każ ta' l-isoglukożju, il-produzzjoni hija stabbli u konformi mad-domanda. Jeħtieġ li, għal-perjodu bejn l-1 ta' Jannar sat-30 ta' Settembru 2007, jiġu determinati l-kwoti nazzjonali xierqa għall-isoglukożju għall-Bulgarija u għar-Rumanija sabiex jiġi żgurat il-bilanċ bejn il-produzzjoni u l-konsum fil-Komunità, kif kostitwita fl-1 ta' Jannar 2007. Dawk il-kwoti tranżitorji ta' l-isoglukożju għandhom jiġu kkalkolati fuq bażi pro rata temporis.

(4)

Sabiex l-impriżi stabbiliti fil-Bulgarija u fir-Rumanija jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-iskema ta' ristrutturar stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 bl-istess kundizzjonijiet applikabbli għall-impriżi stabbiliti fil-Komunità kif kostitwita fil-31 ta' Diċembru 2006, jeħtieġ li jsiru ċerti aġġustamenti fir-rigward tas-sena tas-suq 2007/2008, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ordni kronoloġika msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 968/2006 tas-27 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta' l-industrija taz-zokkor fil-Komunità (3).

(5)

F'konfomità ma' l-Att ta' l-Adeżjoni, il-provvista miftiehma tal-ħtieġa għaz-zokkor mhux maħdum għar-raffinar hija 198 748 tunnellata għall-Bulgarija u 329 636 tunnellata għar-Rumanija għal kull sena ta' marketing. Iżda l-kwantitajiet tal-ħtieġa tal-provvista tradizzjonali ddistribwiti għall-Bulgarija u għar-Rumanija għandhom jiġu mnaqqsa fuq bażi pro rata temporis sabiex jirriflettu l-fatt li l-Bulgarija u r-Rumanija għandhom biss jipparteċipaw fis-sena tas-suq 2006/07 matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sat-30 ta' Settembru 2007.

(6)

L-irfinaturi full-time fil-Bulgarija u fir-Rumanija jserħħu l-biċċa l-kbira fuq l-importazzjoni ta' zokkor tal-kannamieli mhux maħdum minn fornituri tradizzjonali ta' ċerti pajjiżi terzi. Għalhekk il-Kummissjoni pproponiet lill-Kunsill sabiex għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 (4) jinfetħu l-kwoti tariffarji ta' importazzjoni ta' zokkor bħal dan minn kwalunkwe pajjiż terz. Madankollu, sabiex ma titwaqqafx il-provvista taz-zokkor tal-kannamieli mhux maħdum għall-irfinaturi f'dawn l-Istati Membri fil-mument ta' l-adeżjoni, qed jitqies neċessarju li jiġu adottati l-miżuri tranżitorji għall-iskop tal-ftuħ ta' kwoti tariffarji bħal dawn fl-1 ta' Jannar 2007.

(7)

Il-kwoti tariffarji tranżitorji li ġew miftuħin għall-Bulgarija u għar-Rumanija skond dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss sakemm il-Kunsill jadotta l-miżuri permanenti.

(8)

Liċenzi ta' importazzjoni li nħarġu taħt il-kwoti tariffarji li ġew miftuħin permezz ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu ristretti għall-irfinaturi full-time tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

(9)

L-ammont ta' dazju fuq l-importazzjoni applikabbli għall-importazzjonijiet taħt il-kwoti tariffarji li ġew miftuħin permezz ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti fuq livell li jiżgura l-kompetizzjoni ġusta fis-suq Komunitarju taz-zokkor, iżda li ma jkunux projbittiv għall-importazzjonijiet fil-Bulgarija u fir-Rumanija. Meta wieħed iqis li l-importazzjonijiet taħt dawn il-kwoti tariffarji jistgħu jsiru minn kwalunkwe pajjiż terz, huwa għalhekk xieraq li l-livell ta' multi fuq l-importazzjoni jiġi stabbilit fi € 98 għal kull tunnellata, li jiġi l-istess livell stabbilit fir-rigward tal-konċessjonijiet CXL fuq iz-zokkor skond l-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati ta' applikazzjoni għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u r-raffinar ta' prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti tariffarji u skond l-ftehimiet preferenzjali (5).

(10)

Hemm riskju konsiderevoli ta' tfixkil fis-swieq tas-settur taz-zokkor permezz tad-dħul ta' prodotti fil-Bulgarija u fir-Rumanija minn qabel l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea għal skopijiet ta' spekulazzjoni. Dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni għandhom għalhekk isiru sabiex jiġu evitati tali movimenti spekulattivi jew tfixkil ieħor tas-suq. Dispożizzjonijiet simili diġa ttieħdu permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1683/2006 ta' l-14 ta' Novembru 2006 dwar miżuri tranżizzjonali li għandhom jiġu adottati fir-rigward tal-kummerċ ta' prodotti agrikoli minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija (6). Regoli speċifiċi huma meħtieġa sabiex jitqiesu l-partikolaritajiet tas-settur taz-zokkor.

(11)

Dispożizzjonijiet għandhom jittieħdu sabiex l-operaturi jinżammu milli jevitaw l-applikazzjoni ta' multi fuq ċerti prodotti taz-zokkor li qegħdin f'ċirkulazzjoni libera billi jpoġġu ċerti prodotti li diġà nħelsu għal ċirkulazzjoni libera fil-Komunità kif kostitwita fil-31 ta' Diċembru 2006 jew fil-Bulgarija jew fir-Rumanija qabel l-adeżjoni tagħhom taħt regim sospensiv, jew f'ħażna temporanja jew skond wieħed mit-trattamenti jew proċeduri msemmija fl-Artikoli 4(15)(b) u (16)(b) sa (g) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (7).

(12)

Barra min hekk, u b'konformità ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, kwantitajiet ta' ħażniet taz-zokkor jew ta' isoglukożju li jiskorru l-ħażna normali li tgħaddi għas-sena ta' wara għandhom ikunu eliminati mis-suq a skapitu tal-Bulgarija u tar-Rumanija. Id-determinazzjoni ta' ħażniet żejda għandha tkun maħruġa mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' żviluppi kummerċjali u xejriet ta' produzzjoni u ta' konsum fil-Bulgarija u fir-Rumanija matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2006. Għal din il-proċedura, minbarra zokkor u isoglukożju, prodotti oħrajn b'kontenut sinifikanti ekwivalenti għal zokkor miżjud għandhom ukoll ikunu kkunsidrati billi jistgħu jkunu wkoll miri possibbli ta' spekulazzjoni. Fil-każ li l-kwantità żejda determinata ta' zokkor u isoglukożju ma hix eliminata mis-suq tal-Komunità sa mhux iktar tard mit-30 ta' April 2008, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom ikunu responsabbli finanzjarament għall-kwantità rilevanti.

(13)

L-ammont tal-multa għall-Bulgarija u għar-Rumanija li jiġi assenjat lill-baġit Komunitarju fin-nuqqas ta' l-eliminazzjoni ta' ħażniet żejda għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta' l-ogħla differenza pożittiva bejn il-prezz referenzjali ta' zokkor abjad stabbilit bis-EUR 631,9 għal kull tunnellata skond l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-prezz tas-suq dinji għaz-zokkor abjad matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sat-30 ta' April 2008. Għall-iskopijiet ta' dan il-kalkolu, il-medja tal-kwotazzjonijiet għax-xahar fis-suq tal-futures ta' Londra Nru 5 għaz-zokkor abjad fl-eqreb medda, jiġifieri l-eqreb xahar tal-kunsinna li matulu l-kummerċ taz-zokkor huwa possibbli, għandhu jitqies bħala l-prezz tas-suq dinji.

(14)

Huwa fl-interess kemm tal-Komunità kif ukoll tal-Bulgarija u tar-Rumanija li ma jħallux ħażniet żejda jakkumulaw u f'kwalunkwe każ ikunu kapaċi jidentifikaw dawk l-operaturi jew individwi involuti f'movimenti kbar ta' kummerċ spekulattiv. Għal dak il-għan il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom ikollhom fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007 sistema li tippermettilhom jiddentifikaw lil dawk responsabbi għal tali żviluppi. Din is-sistema għandha tippermetti lill-Bulgarija u lir-Rumanija jidentifikaw l-operaturi ekonomiċi li kkontribwixxew għall-kwantità żejda msemmija fil-premessa 12 bil-għan li jirkupraw, kemm jista' jkun possibbli, l-ammonti assenjati fil-baġit Komunitarju. Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jużaw din is-sistema biex igiegħlu lill-operaturi identifikati jneħħu il-kwantitajiet individwali tal-ħażniet żejda tagħhom mis-suq Komunitarju. Meta l-operaturi identifikati ma jistgħux jipprovdu provi xierqa ta' eliminazzjoni għandhom jiġu immultati EUR 500 għal kull tunnellata (ekwivalenti għal zokkor abjad) għaz-zokkor żejjed li ma ġiex eliminat. Dan huwa l-istess ammont stabbilit għall-imposta ipprovduta skond l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2006 tad-29 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta' l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 fir-rigward ta' produzzjoni ta' zokkor 'il fuq mill-kwota (8). Filwaqt li kemm l-operaturi ekonomiċi kif ukoll djar privati jistgħu jikkontribwixxu għall-kwantità żejda msemmija fil-premessa 12, aktarx se jkunu l-aktar l-operaturi. Madankollu, ma huwiex prattikabbli li d-djar privati jiġu kostretti li jikkontribwixxu għal dan l-ammont.

(15)

Għad-determinazzjoni ta' ħażniet żejda u ta' l-eliminazzjoni ta' ħażniet żejda identifikati, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-istatistiċi l-iktar reċenti dwar il-kummerċ, il-produzzjoni u l-konsum tal-prodotti kkunsidrati, kif ukoll prova ta' eliminazzjoni mis-suq tal-ħażniet żejda identifikati sad-data ta' skadenza stipulata.

(16)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma b’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija għaz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

MIŻURI TRANŻITORJI MINĦABBA L-ADEŻJONI TAL-BULGARIJA U TAR-RUMANIJA

TAQSIMA 1

L-applikabilità ta' l-osk (CMO) għaz-zokkor u l-iskema għar-ristrutturar temporanju

Artikolu 1

L-applikabilità ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 318/2006 u (KE) Nru 320/2006

1.   L-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 ma japplikawx għall-Bulgarija u għar-Rumanija għas-sena tas-suq 2006/2007.

Madankollu l-Artikolu 7 għandu japplika fir-rigward ta' l-allokazzjoni fl-2007 tal-kwoti nazzjonali li se jibdew japplikaw mis-sena tas-suq 2007/2008 u l-kwoti ta' isoglożju indikati fil-paragrafu 2.

2.   Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sat-30 ta' Settembru 2007, il-kwoti nazzjonali ta' isoglukożju għall-Bulgarija u għar-Rumanija għall-finijiet ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament 318/2006 għandhom ikunu kif ġej:

 

Kwota nazzjonali f'tunnellati ta' materja xotta

Il-Bulgarija

50 331

Ir-Rumanija

8 960

3.   Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sat-30 ta' Settembru 2007, il-ħtiega ta' provvista tradizzjonali għall-Bulgarija u għar-Rumanija għall-finijiet ta' l-Artikolu 29 tar-Regolament 318/2006 għandhom ikunu kif ġej:

 

Il-ħtieġa ta' provvista tradizzjonali ddistribwita f'tunnellati ta' zokkor abjad

Il-Bulgarija

149 061

Ir-Rumanija

247 227

Artikolu 2

L-iskema għar-ristrutturar temporanju

1.   Dan il-paragrafu għandu japplika biss jekk l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għar-ristrutturar, skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 968/2006, fir-rigward tas-sena tas-suq 2007/2008 jitressqu qabel l-1 ta' Jannar 2007 fil-Komunità kif kostitwita fil-31 ta' Diċembru 2006. Id-data ta' l-ewwel waħda mit-tali applikazzjonijiet għandħa tiġi msejħa “d-data ta' referenza.”

Meta l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għar-ristrutturar skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 968/2006, fir-rigward tas-sena tas-suq 2007/2008, jitressqu fil-Bulgarija u fir-Rumanija fl-1 ta' Jannar 2007, jew wara, il-perjodu ta' żmien bejn id-data ta' referenza u l-1 ta' Jannar 2007 ma jkunx meqjus għal dawk l-applikazzjonijiet biex tiġi stabbilita l-ordni kronoloġika msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 968/2006.

2.   Fir-rigward tal-konsultazzjoni mmexxjia fil-qafas tal-ftehimiet rilevanti fi ħdan il-kummerċ kif imsemmi fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, il-Bulgarija u r-Rumanija jistgħu, għas-sena tas-suq 2007/2008, jikkunsidraw l-konsultazzjonijiet immexxija fil-qafas tal-ftehimiet li seħħew qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ukoll jekk ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 968/2006.

TAQSIMA 2

Il-ftuħ tal-kwoti tariffarji għar-raffinar

Artikolu 3

Il-ftuħ tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni taz-zokkor tal-kannamieli mhux maħdum għar-raffinar

1.   Għas sena tas-suq 2006/2007, il-kwoti tariffarji għat-total ta' 396 288 t f'ekwivalenza ta' zokkor abjad għall-importazzjoni taz-zokkor ta' kannamieli mhux maħdum minn kwalunkwe pajjiż terz għar-raffinar, fl-isfera tal-Kodiċi NM 1701 11 10 għandhom jinfetħu suġġetti għal dazju ta' EUR 98 għal kull tunnellata.

Il-kwantità importata għandha tiġi mqassma kif ġej:

 

Il-Bulgarija: 149 061 tunnellata;

 

Ir-Rumanija: 247 227 tunnellata.

2.   Il-kwantitajiet importati skond dan ir-Regolament għandhom ikollhom in-numru tas-serje kif jidher fl-Anness I.

Artikolu 4

L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Ir-regoli dwar il-liċenzji ta' importazzjoni u l-htiġijiet tal-provvista tradizzjonali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandhom japplikaw għall-importazzjoni taz-zokkor skond il-kwoti tariffarji miftuħin permezz tar-Regolament preżenti, sakemm mhux provdut mod ieħor fl-Artikolu 5.

Artikolu 5

Il-liċenzji ta' importazzjoni

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' importazzjoni tal-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) għandhom jitressqu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija u tar-Rumanija kif jixraq.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' importazzjoni jistgħu jitressqu biss mill-irfinaturi full-time stabbiliti fit-territorju tal-Bulgarija u tar-Rumanija u li huma approvati skond l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006.

3.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' importazzjoni u l-liċenzji għandhom ikollhom l-annotazzjonijiet li ġejjin:

(a)

fil-kaxxi 17 u 18: il-kwantitajiet ta' zokkor mhux maħdum, f'ekwivalenti ta' zokkor abjad, ma jistax jeċċedi l-kwantitajiet għall-Bulgarija u għar-Rumanija indikati rispettivament taħt l-Artikolu 3(1);

(b)

fil-kaxxa 20: ta' l-inqas waħda mill-annotazzjonijiet elenkati f'parti A ta' l-Anness II;

(c)

fil-kaxxa 24 (fil-każ ta' liċenzji): ta' l-inqas waħda mill-annotazzjonijiet elenkati f'parti B ta' l-Anness II.

4.   Il-liċenzji ta' importazzjoni maħruġa skond dan ir-Regolament għandhom ikunu validi biss għall-importazzjonijiet fl-Istat Membru li fih ġew maħruġa. Għandhom jibqgħu validi sat-tmiem is-sena tas-suq 2006/2007.

Artikolu 6

It-tmiem ta' l-applikazzjoni

Il-kwoti tariffarji miftuħin skond dan ir-Regolament għandhom japplikaw sakemm jidħol fis-seħħ Regolament tal-Kunsill li jiftaħ il-kwoti tarrifarji għall-importazzjonijiet fil-Bulgarija u fir-Rumanija taz-zokkor tal-kannamieli mhux maħdum għall-forniment ta' l-irfinaturi fil-perjodu wara l-1 ta' Jannar 2007.

KAPITOLU II

MIŻURI TRANŻITORJI BIEX JEVITAW L-ISPEKULAZZJONI U DISTURBI FIS-SUQ

Artikolu 7

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“zokkor” ifisser:

(i)

zokkor tal-pitravi u tal-kannamieli, f'forma solida, li jaqa' fl-isfera tal-Kodiċi NM 1701;

(ii)

ġulepp taz-zokkor li jaqa' fl-isfera tal-kodiċi NM 1702 60 95 u 1702 90 99;

(iii)

ġulepp ta' l-inulina li jaqa' fl-isfera tal-kodiċi NM 1702 60 80 u 1702 90 80;

(b)

“isoglukożju” ifisser il-prodott li jaqa' fl-isfera tal-kodiċi NM 1702 30 10, 1702 40 10, 1702 60 10, 1702 90 30 u 2106 90 30;

(c)

“prodotti proċessati” ifissru prodotti li għandhom kontenut ekwivalenti ta' zokkor miżjud/zokkor li jiskorru 10 %, li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli;

(d)

“fruktows” ifisser fruktows kimikament pur li jaqa' fl-isfera tal-kodiċi NM 1702 50 00.

TAQSIMA 1

Prodotti li jaqgħu taħt trattamenti u proċeduri doganali partikolari fid-data ta' l-adeżjoni

Artikolu 8

Ir-reġim sospensiv

1.   Permezz ta' deroga għall-Artikolu 4 ta' l-Anness V ta' l-Att ta' l-Adeżjoni u għall-Artikoli 20 u 214 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 il-prodotti li jaqgħu fl-isfera tal-kodiċi NM, 1701, 1702, 1704, 1904, 1905, 2006, 2007, 2009, 2101 12 92, 2101 20 92, 2105 u 2202 minbarra dawk li jidhru fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1683/2006, li qabel l-1 ta' Jannar 2007 kienu f'ċirkolazzjoni libera fil-Komunità kif kostitwita fil-31 ta' Diċembru 2006 jew fil-Bulgarija jew fir-Rumanija, u li fl-1 ta' Jannar 2007 qegħdin f'ħażna temporanja jew taħt wieħed mit-trattamenti jew proċeduri doganali msemmija fl-Artikolu 4(15)(b) u (16)(b) sa (g) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 fil-Komunità mkabbra, jew li qegħdin f'trasportazzjoni, wara li ġew soġġetti għall-formalitajiet ta' esportazzjoni fi ħdan il-Komunità mkabbra, meta jirriżulta dejn doganali fuq l-importazzjoni, għandhom jiġu mitluba jħallsu d-dazju fuq l-importazzjoni skond parti tnejn ta' l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (9) kif japplika fid-data meta jaqa' d-dejn doganali, inkluż id-dazji addizzjonali, fejn japplika.

L-ewwel subparagrafu ma japplikax għal prodotti esportati mill-Komunità kif kostitwita fil-31 ta' Diċembru 2006 jekk l-importatur jagħti prova li ma ntalab ebda rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodotti ta' l-Istat Membru fejn saret l-esportazzjoni. Fuq talba ta' l-importatur, l-esportatur għandu jirranġa sabiex iġib awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti fuq id-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni li r-rifużjoni ta' l-esportazzjoni ma ġietx mitluba għall-prodotti ta' l-Istat Membru fejn saret l-esportazzjoni.

2.   Permezz ta' deroga għall-Artikolu 4 ta' l-Anness V ta' l-Att ta' l-Adeżjoni u għall-Artikoli 20 u 214 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, il-prodotti li jaqgħu fl-isfera tal-kodiċi NM, 1701, 1702, 1704, 1904, 1905, 2006, 2007, 2009, 2101 12 92, 2101 20 92, 2105 u 2202 minbarra dawk li jidhru fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1683/2006, li jidħlu minn pajjiżi terzi u li għaddejin minn ipproċessar tad-dħul imsemmi fl-Artikolu 4(16)(d) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 jew minn aċċess temporanju msemmi fl-Artikolu 4(16)(f) ta' dak ir-Regolament fil-Bulgarija jew fir-Rumanija fl-1 ta' Jannar 2007, meta jirriżulta dejn doganali ta' importazzjoni, għandhom jiġu mitluba jħallsu d-dazju fuq l-importazzjoni skond parti tnejn ta' l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 kif japplika fid-data meta jaqa' d-dejn doganali, inkluż id-dazji addizzjonali, fejn japplika.

TAQSIMA 2

Il-kwantitajiet żejda

Artikolu 9

Id-determinazzjoni ta' kwantitajiet żejda

1.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju 2007, għall-Bulgarija u għar-Rumanija rispettivament, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006,

(a)

il-kwantità ta' zokkor infushom jew fi prodotti ipproċessati (l-ekwivalenti f'zokkor abjad);

(b)

il-kwantità ta' l-isoglukożju (materja xotta);

(c)

il-kwantità tal-fruktows

li jeċċedi l-kwantità kkunsidrata bħala l-ħażna normali li tgħaddi għas-sena ta' wara fl-1 ta' Jannar 2007 u li għandu jiġi eliminat mis-suq a skapitu tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

2.   Sabiex dawn il-kwantitajiet żejda imsemmija f'paragrafu 1 jiġu determinati, għandu jitqies, partikolarment, l-iżvilupp li sar bejn l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2006, fir-rigward tat-tliet snin ta' qabel, inkluż mill-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2005, ta':

(a)

kwantitajiet ta' zokkor infushom importati u esportati jew fi prodotti ipproċessati, isoglukożju u fruktows;

(b)

il-produzzjoni, konsum u ħażniet ta' zokkor u isoglukożju;

(c)

iċ-ċirkostanzi li fihom il-ħażniet ġew miġmugħa.

Artikolu 10

L-identifikazzjoni tal-kwantitajiet żejda fil-livell ta' l-operaturi

1.   Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom ikollhom fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007, sistema għall-identifikazzjoni fil-livell ta' l-operaturi, ta' kwantitajiet żejda negozjati jew prodotti ta' zokkor innifsu jew fi prodotti ipproċessati, isoglukożju jew fruktows. Dik is-sistema tista' b'mod partikolari tistrieħ fuq kontroll ta' importazzjoni, sorveljanza fiskali, stħarriġ ibbażat fuq il-kontijiet u l-ħażniet fiżiċi ta' l-operaturi, u jinkludu miżuri bħal garanziji ta' riskju u liċenzji ta' importazzjoni.

Is-sistema ta' identifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq evalwazzjoni ta' riskju li tieħu f'kunsiderazzjoni dovut b'mod partikolari l-kriterji segwenti:

(a)

it-tip ta' attivita' ta' l-operaturi kkonċernati,

(b)

il-kapaċità ta' faċilitajiet ta' ħażna;

(c)

il-livell ta' attivitajiet.

2.   Il-Bulgarija u r-Rumanija it-tnejn għandhom jużaw is-sistema ta' identifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 sabiex iġiegħlu l-operaturi konċernati jeliminaw mis-suq, bi spejjeż tagħhom stess, kwantità ekwivalenti ta' zokkor jew isoglukożju ekwivalenti għall-kwantità individwali żejda tagħhom.

Artikolu 11

L-eliminazzjoni ta' kwantitajiet żejda

1.   Il-Bulgarija u r-Rumanija it-tnejn għandhom jiżguraw l-eliminazzjoni mis-suq, mingħajr intervenzjoni mill-Komunità, ta' kwantità ta' zokkor jew ta' isoglukożju ugwali għall-kwantità żejda msemmija fl'Artikolu 9(1), sa mhux iktar tard mit-30 April 2008.

2.   L-eliminazzjoni ta' kwantitajiet żejda determinati skond l-Artikolu 9 għandha ssir mingħajr għajnuna mill-Komunità, skond il-metodi li gejjin:

(a)

permezz ta' l-esportazzjoni mill-Komunità minn operaturi identifikati, mingħajr għajnuna nazzjonali;

(b)

permezz ta' l-użu fis-settur ta' affarijiet li jgħaddu minn proċess tal-ħruq;

(c)

permezz ta' denaturazzjoni mingħajr għajnuna għall-għalf ta' l-annimali skond it-Titoli III u IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 100/72 (10).

3.   Meta fil-każ tal-Bulgarija u tar-Rumanija, il-kwantitajiet totali determinati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 9(1) jeċċedu l-kwantitajiet totali identifikati skond l-Artikolu 10, il-Bulgarija u r-Rumanija, skond kif jixraq, għandhom jiġu mmultati ammont ugwali għad-differenza bejn dawk il-figuri [f'zokkor abjad jew f'materja xotta ekwivalenti] immultiplikata bl-ogħla differenza pożittiva bejn EUR 631.9 għal kull tunnellata u l-medja tal-kwotazzjonijiet għax-xahar taz-zokkor abjad osservata fis-suq tal-futures ta' Londra Nru. 5 fl-eqreb medda matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sat-30 ta' April 2008. Dak l-ammont għandu jiġi assenjat fil-baġit Komunitarju sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008.

Artikolu 12

Il-provi ta' l-eliminazzjoni mill-operaturi

1.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju 2008, l-operaturi kkonċernati għandhom jipprovdu provi, li jissodisfaw lill-Bulgarija u lir-Rumanija, kif jixraq, li skond l-Artikolu 11(2), u a skapitu tagħhom stess, eliminaw il-kwantitajiet żejda individwali tagħhom taz-zokkor u ta' l-isoglużju identifikati bis-saħħa ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 10.

2.   Meta z-zokkor jew isoglukożju huwa eliminat skond l-Artikolu 11(2)(a), il-prova ta' l-eliminazzjoni għandha tikkonsisti minn:

(a)

liċenzji ta' esportazzjoni maħruġa b'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (11) u (KE) Nru 951/2006 (12);

(b)

id-dokumenti relevanti msemmija fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 meħtieġa għar-rilaxx tal-garanzija.

L-applikazzjoni għal-liċenzja ta' esportazzjoni msemmija fis-subparagrafu preċedenti għandha tinkludi fl-artikolu 20 l-indikazzjoni li ġejja:

“għal esportazzjoni skond l-Artikolu 11(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006.”]

Il-liċenzja ta' esportazzjoni għandha tinkludi fl-artikolu 22 l-indikazzjoni li ġejja:

“għall-esportazzjoni mingħajr rifużjoni … (il-kwantità li għaliha din il-liċenzja nħarġet) kg;”

Il-liċenza ta' esportazzjoni għandha tkun valida mid-data tal-ħruġ tagħha sat-30 ta' April 2008.

3.   Fil-każ li ma tingħatax prova ta' eliminazzjoni skond il-paragrafi 1 sa 2, il-Bulgarija jew ir-Rumanija, kif jixraq, għandhom jimmultaw l-operatur ikkonċernat b'ammont ugwali għall-kwantità żejda individwali, identifikata permezz ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 10, immultiplikat b'EUR 500 għal kull tunnelata [fi zokkor abjad jew materja xotta ekwivalenti]. Dan l-ammont għandu jiġi assenjat fil-baġit nazzjonali tal-Bulgarija u tar-Rumanija, kif jixraq.

Artikolu 13

Il-prova ta' l-eliminazzjoni minn Stati Membri ġodda

1.   Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Awwissu 2008, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jipprovdu prova lill-Kummissjoni, li l-kwantità żejda msemmija fl-Artikolu 9(1) kienet eliminata mis-suq Komunitarju b'konformità ma' l-Artikolu 11(2) u għandhom jispeċifikaw għal kull metodu l-kwantità eliminata.

2.   Fil-każ li l-prova ta' eliminazzjoni mis-suq Komunitarju ma tiġix ipprovduta skond il-paragrafu 1, għall-kwantità żejda kollha jew parti minnha, il-Bulgarija u/jew ir-Rumanija, kif jixraq, għandhom jiġu mmultati b'ammont ugwali għall-kwantità mhux eliminata mmultiplikata bl-ogħla-differenza pożittiva bejn EUR 631,9 għal kull tunnellata u l-kwotazzjoni medja fix-xahar taz-zokkor abjad osservata fis-suq ta' futures ta' Londra Nru 5 għaz-zokkor abjad fl-eqreb medda, matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sat-30 ta' April 2008, f'zokkor abjad jew materja xotta ekwivalenti, li minnu jiġi mnaqqas kwalunkwe ammont immultat b'konformità ma' l-Artikolu 11(3).

Dan l-ammont għandu jiġi assenjat fil-baġit Komunitarju sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008.

L-ammonti msemmija fis-subparagrafu preċedenti u fl-Artikol 11(3) għandhom jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament 318/2006 sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2008 fuq il-bażi tal-komunikazzjonijiet li jkunu saru mill-Bulgarija u mir-Rumanija b'konformità ma' paragrafu 1.

Artikolu 14

Il-kontroll

1.   Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu u jistabbilixxu b'mod partikolari l-proċeduri ta' kontroll li jirriżultaw neċessarji għall-eliminazzjoni tal-kwantità żejda msemmija fl-Artikolu 9(1).

2.   Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu 2007:

(a)

l-informazzjoni dwar is-sistema stabbilita għall-identifikazzjoni ta' kwantitajiet żejda msemmija fl-Artikolu 10;

(b)

il-kwantitajiet ta' zokkor, isoglukożju, fruktows u prodotti pproċessati importati u esportati kull xahar għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2006, kommunikati separatament għall-importazzjonijiet minn u għall-esportazzjonijiet lejn

(i)

il-Komunità kif kostitwita fil-31 ta' Diċembru 2006,

(ii)

il-Bulgaria jew ir-Rumanija, kif jixraq, u

(iii)

pajjiżi terzi oħrajn;

(c)

(ċ) għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2006, il-kwantitajiet ta' zokkor u ta' isoglukożju prodotti kull sena, imqassma, skond il-każ, permezz ta' produzzjoni taħt il-kwota u barra mill-kwota, raffinati minn zokkor mhux maħdum importati u kkunsmati kull sena;

(d)

għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2006, il-ħażniet ta' zokkor u ta' isoglukożju miżmuma fl-1 ta' Jannar ta' kull sena.

KAPITOLU 3

DISPOŻIZZJONI FINALI

Artikolu 15

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss soġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Diċembru 2006.

Ghall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS I

Numri ta' l-ordni

Kwota ta' importazzjoni għall-importazzjonijiet

Numru ta' l-ordni

Il-Bulgarija

09.4365

Ir-Rumanija

09.4366

ANNESS II

A.   Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(3)(b):

:

bil-Bulgaru:

:

Преференциална сурова захар, предназначена за рафиниране, внесена съгласно член 3, параграф 1 от Регламент (ЕО) № 1832/2006. Пореден номер на квотата (да бъде вписан съгласно Приложение I)

:

bl-Ispanjol

:

Azúcar en bruto preferencial para refinar, importado de acuerdo con el artículo 3, apartado 1, del Reglamento (CE) no 1832/2006. Número de orden (insértese con arreglo al anexo I)

:

biċ-Ċek

:

Preferenční surový cukr určený k rafinaci, dovezený podle čl. 3 odst. 1 nařízení (ES) č. 1832/2006. Pořadové číslo (vloží se pořadové číslo podle přílohy I).

:

bid-Daniż

:

Præferenceråsukker til raffinering, importeret i overensstemmelse med artikel 3, stk. 1, i forordning (EF) nr. 1832/2006. Løbenummer (løbenummer indsættes ifølge bilag I)

:

bil-Ġermaniż

:

Präferenzrohzucker zur Raffination, eingeführt gemäß Artikel 3 Absatz 1 der Verordnung (EG) Nr. 1832/2006. Laufende Nummer (Nummer gemäß Anhang I einsetzen)

:

bl-Estonjan

:

Sooduskorra alusel määruse (EÜ) nr 1832/2006 artikli 3 lõike 1 kohaselt imporditav rafineerimiseks ettenähtud toorsuhkur. Seerianumber … (märgitakse vastavalt I lisale)

:

bil-Grieg

:

Προτιμησιακή ακατέργαστη ζάχαρη για ραφινάρισμα που εισάγεται σύμφωνα με το άρθρο 3 παράγραφος 1 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1832/2006. Αύξων αριθμός (αύξων αριθμός που παρεμβάλλεται σύμφωνα με το παράρτημα Ι)

:

bl-Ingliż

:

Preferential raw sugar for refining, imported in accordance with Article 3(1) of Regulation (EC) No 1832/2006. Order No (order number to be inserted in accordance with Annex I)

:

bil-Franċiż

:

Sucre brut préférentiel destiné au raffinage, importé conformément à l'article 3, paragraphe 1, du règlement (CE) no 1832/2006. Numéro d’ordre (numéro d’ordre à insérer conformément à l’annexe I)

:

bit-Taljan

:

Zucchero greggio preferenziale destinato alla raffinazione, importato conformemente all'articolo 3, paragrafo 1, del regolamento (CE) n. 1832/2006. Numero d'ordine (inserire in base all’allegato I)

:

bil-Latvjan

:

Rafinēšanai paredzēts preferences jēlcukurs, kas ievests saskaņā ar Regulas (EK) Nr. 1832/2006 3. panta 1. punktu. Kārtas Nr. (kārtas numuru ieraksta saskaņā ar I pielikumu)

:

bil-Litwan

:

Rafinuoti skirtas žaliavinis cukrus, lengvatinėmis sąlygomis įvežtas pagal Reglamento (EB) Nr. 1832/2006 3 straipsnio 1 dalį. Eilės numeris (eilės numeris įrašomas pagal I priedą).

:

bl-Ungeriż

:

Finomításra szánt preferenciális nyerscukor a 1832/2006/EK rendelet 3. cikkének (1) bekezdésével összhangban importálva. Tételszám (az I. mellékletnek megfelelő tételszámot kell beilleszteni).

:

bil-Malti

:

Zokkor mhux maħdum preferenzjali għar-raffinar, importat skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006. Nru ta' l-ordni (in-numru ta' l-ordni għandu jiddaħħal skond l-Anness I)

:

bl-Olandiż

:

Preferentiële ruwe suiker voor raffinage, ingevoerd overeenkomstig artikel 3, lid 1, van Verordening (EG) nr. 1832/2006. Volgnummer (het volgnummer invullen in overeenstemming met bijlage I)

:

bil-Pollakk

:

Preferencyjny cukier surowy do rafinacji, przywieziony zgodnie z art. 3 ust. 1 rozporządzenia (WE) nr 1832/2006. Nr porządkowy (zgodnie z załącznikiem I)

:

bil-Portugiż

:

Açúcar bruto preferencial para refinação, importado em conformidade com o n.o 1 do artigo 3.o do Regulamento (CE) n.o 1832/2006. Número de ordem (número de ordem a inserir de acordo com o anexo I)

:

bir-Rumen

:

Zahăr brut preferențial destinat rafinării, importat în conformitate cu articolul 3 alineatul (1) din Regulamentul (CE) nr. 1832/2006. Nr. de serie (numărul de serie se va introduce conform anexei I)

:

bis-Slovakk

:

Preferenčný surový cukor určený na rafináciu dovezený v súlade s článkom 3 ods. 1 nariadenia (ES) č. 1832/2006. Poradové číslo (poradové číslo treba vložiť v súlade s prílohou I)

:

bis-Sloven

:

Preferenčni surovi sladkor za prečiščevanje, uvožen v skladu s členom 3(1) Uredbe (ES) št. 1832/2006. Zaporedna št. (zaporedna številka se vnese v skladu s Prilogo I)

:

bil-Finlandiż

:

Etuuskohteluun oikeutettu, puhdistettavaksi tarkoitettu raakasokeri, tuotu asetuksen (EY) N:o 1832/2006 1 artiklan mukaisesti. Järjestysnumero (lisätään liitteessä I esitetty järjestysnumero)

:

bl-Iżvediż

:

Förmånsråsocker för raffinering importerat i enlighet med artikel 3.1 i förordning (EG) nr 1832/2006. Löpnummer (löpnummer skall anges enligt bilaga I).

B.   L-annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(3)(c):

:

bil-Bulgaru

:

Внос при мито от 98 EUR за тон сурова захар със стандартно качество съгласно член 3, параграф 1 от Регламент (ЕО) № 1832/2006. Пореден номер на квотата (да бъде вписан съгласно Приложение I)

:

bl-Ispanjol

:

Importación sujeta a un derecho de 98 euros por tonelada de azúcar en bruto de la calidad tipo en aplicación del artículo 3, apartado 1, del Reglamento (CE) no 1832/2006. Número de orden (insértese con arreglo al anexo I)

:

biċ-Ċek

:

Dovezeno s celní sazbou ve výši 98 EUR za tunu surového cukru standardní jakosti podle čl. 3 odst. 1 nařízení (ES) č. 1832/2006. Pořadové číslo (vloží se pořadové číslo podle přílohy I).

:

bid-Daniż

:

Import til en told på 98 EUR pr. ton råsukker af standardkvalitet i overensstemmelse med artikel 3, stk. 1, i forordning (EF) nr. 1832/2006. Løbenummer (løbenummer indsættes ifølge bilag I)

:

bil-Ġermaniż

:

Einfuhr zum Zollsatz von 98 EUR je Tonne Rohzucker der Standardqualität gemäß Artikel 3 Absatz 1 der Verordnung (EG) Nr. 1832/2006. Laufende Nr. (Nummer gemäß Anhang I einsetzen)

:

bl-Estonjan

:

Vastavalt määruse (EÜ) nr 1832/2006 artikli 3 lõikele 1 tollimaksumääraga 98 eurot tonni kohta imporditud standardkvaliteediga toorsuhkur. Seerianumber … (märgitakse vastavalt I lisale)

:

bil-Grieg

:

Δασμός 98 ευρώ ανά τόνο ακατέργαστης ζάχαρης ποιοτικού τύπου σύμφωνα με το άρθρο 3 παράγραφος 1 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1832/2006. Αύξων αριθμός (αύξων αριθμός που παρεμβάλλεται σύμφωνα με το παράρτημα Ι)

:

bl-Ingliż

:

Import at a duty of EUR 98 per tonne of standard-quality raw sugar in accordance with Article 3(1) of Regulation (EC) No 1832/2006. Order No (order number to be inserted in accordance with Annex I)

:

bil-Franċiż

:

Importation à droit de 98 EUR par tonne de sucre brut de la qualité type en application de l'article 3, paragraphe 1, du règlement (CE) no 1832/2006 Numéro d’ordre (numéro d’ordre à insérer conformément à l’annexe I)

:

bit-Taljan

:

Importazione a un dazio di 98 EUR/t di zucchero greggio della qualità tipo conformemente all'articolo 3, paragrafo 1, del regolamento (CE) n. 1832/2006. Numero d'ordine (inserire in base all’allegato I)

:

bil-Latvjan

:

Regulas (EK) Nr. 1832/2006 3. panta 1. punktā definētā standarta kvalitātes jēlcukura ievešana, piemērojot nodokļa likmi EUR 98 par tonnu. Kārtas Nr. (kārtas numuru ieraksta saskaņā ar I pielikumu)

:

bil-Litwan

:

Standartinės kokybės žaliavinio cukraus importas pagal Reglamento (EB) Nr. 1832/2006 3 straipsnio 1 dalį taikant 98 EUR už toną importo muitą. Eilės numeris (eilės numeris įrašomas pagal I priedą).

:

bl-Ungeriż

:

Standard minőségű nyerscukor 98 euro/tonna vámtételen történő importja a 1832/2006/EK rendelet 3. cikkének (1) bekezdésével összhangban. Tételszám (az I. mellékletnek megfelelő tételszámot kell beilleszteni).

:

bil-Malti

:

Importazzjoni ta' zokkor mhux maħdum ta' kwalità standard bid-dazju ta' EUR 98 għal kull tunnellata skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006. Nru ta' l-ordni (in-numru ta' l-ordni jiddaħħal skond l-Anness I)

:

bl-Olandiż

:

Invoer tegen een recht van 98 euro per ton ruwe suiker van de standaardkwaliteit overkomstig artikel 3, lid 1, van Verordening (EG) nr. 1832/2006. Volgnummer (het volgnummer invullen in overeenstemming met bijlage I)

:

bil-Pollakk

:

Przywóz po stawce celnej 98 EUR za tonę cukru surowego o standardowej jakości zgodnie z art. 3 ust. 1 rozporządzenia (WE) nr 1832/2006. Nr porządkowy (zgodnie z załącznikiem I)

:

bil-Portugiż

:

Importação com direito de 98 euros por tonelada de açúcar bruto da qualidade-tipo, em aplicação do n.o 1 do artigo 3.o do Regulamento (CE) n.o 1832/2006. Número de ordem (número de ordem a inserir de acordo com o anexo I)

:

bir-Rumen

:

Importat la o taxă de 98 EUR per tona de zahăr brut de calitate standard în conformitate cu articolul 3 alineatul (1) din Regulamentul (CE) Nr. 1832/2006. Nr. de serie (numărul de serie se va introduce conform Anexei I)

:

bis-Slovakk

:

Dovoz s clom 98 EUR na tonu surového cukru štandardnej kvality v súlade s článkom 3 ods. 1 nariadenia (ES) č. 1832/2006. Poradové číslo (poradové číslo treba vložiť v súlade s prílohou I)

:

bis-Sloven

:

Uvoz po dajatvi 98 EUR na tono surovega sladkorja standardne kakovosti v skladu s členom 3(1) Uredbe (ES) št. 1832/2006. Zaporedna št. (zaporedna številka se vnese v skladu s Prilogo I)

:

bil-Finlandiż

:

Vakiolaatuisen raakasokerin tuonti, johon sovelletaan 98 euroa tonnilta olevaa tullia asetuksen (EY) N:o 1832/2006 3 artiklan 1 kohdan mukaisesti. Järjestysnumero (lisätään liitteessä I esitetty järjestysnumero)

:

bl-Iżvediż

:

Förmånsråsocker för raffinering importerat i enlighet med artikel 3.1 i förordning (EG) nr 1832/2006. Löpnummer (löpnummer skall anges enligt bilaga I).


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1585/2006 (ĠU L 294, 25.10.2006, p. 19).

(2)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42.

(3)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 32.

(4)  COM(2006) 798 finali tat-13 ta’ Diċembru 2006.

(5)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 314, 15.11.2006, p. 18.

(7)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).

(8)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 22.

(9)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(10)  ĠU L 12, 15.1.1972, p. 15.

(11)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.

(12)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

503


Rettifika għar-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 1869/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2172/2005 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ annimali bovini ħajjin ta’ piż li ma jaqbiżx il-160 kg u li joriġinaw mill-Iżvizzera kif previst fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (traduzzjoni mhux uffiċjali)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1869/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1869/2006

tal-15 ta’ Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2172/2005 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ annimali bovini ħajjin ta’ piż li ma jaqbiżx il-160 kg u li joriġinaw mill-Iżvizzera kif previst fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (traduzzjoni mhux uffiċjali)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi,

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2172/2005 (2), fuq bażi multijannwali għall-perjodi mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru, jiftaħ kwota tariffarja eżenta mill-ħlas tad-dwana għall-importazzjoni ta' 4 600 annimal bovin ħaj li joriġinaw mill-Iżvizzera. Minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2007, id-data ta' skadenza għas-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-perjodu tal-kwota tariffarja mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2007 ġie estiż sat-8 ta' Jannar 2007 bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1677/2006 ta' l-14 ta' Novembru 2006 b'deroga mir-Regolament (KE) Nru 2172/2005, fir-rigward tad-data ta' l-applikazzjoni għad-drittijiet ta' l-importazzjoni għall-perjodu tal-kwota tariffarja mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2007 (3).

(2)

Ir-regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti agrikoli ġestiti permezz ta' sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (traduzzjoni mhux uffiċjali) japplika għal-liċenzji ta' importazzjoni (4) għall-perjodi tal-kwota tariffarja ta' importazzjoni li jibdew mill-1 ta' Jannar 2007. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 jistabbilixxi b'mod partikolari dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' importazzjoni, l-istatus ta' l-applikanti u l-ħruġ ta' liċenzji. Dak ir-Regolament jipprovdi li l-kwoti tariffarji ta' importazzjoni għandhom jinfetħu għal perjodu ta' 12-il xahar konsekuttiv u jillimita l-perjodu ta' validità tal-liċenzji sa l-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja ta' importazzjoni. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw għal-liċenzji ta' importazzjoni maħruġa f'konformità mar-Regolament Nru 2172/2005, mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet jew derogi stabbiliti f'dak ir-Regolament. Huwa neċessarju li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2172/2005 jiġu f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 kif jixraq.

(3)

Bil-għan li tiġi evitata l-ispekulazzjoni, il-kwantitajiet disponibbli fi ħdan il-kwota għandhom ikunu aċċessibbli għall-operaturi li kapaċi juru li huma ġenwinament involuti f'kummerċ ta' skala sinifikanti ma' pajjiżi terzi. Minħabba dan, u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti, il-kummerċjanti kkonċernati għandhom jiġu obbligati li jkollhom minimu ta’ 50 annimal impurtat matul iż-żewġ perjodi ta' referenza msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006. Minbarra dan, għal raġunijiet amministrattivi, l-Istati Membri għandhom jitħallew jaċċettaw kopji ċċertifikati tad-dokumenti li jippruvaw l-eżistenza tal-kummerċ ma' pajjiżi terzi.

(4)

Fejn l-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jagħti figura ta' anqas minn 50 ras għal kull applikazzjoni, il-kwantità disponibbli għandha tiġi assenjata mill-Istati Membri kkonċernati billi tittella' polza għal drittijiet ta’ l-importazzjoni li jkopru 50 ras kull wieħed, sabiex jiġi żgurat għadd ta' annimali kummerċjalment vijabbli għal kull applikazzjoni.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 2172/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2172/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Kwota tariffarja ta' importazzjoni tal-Komunità eżenta mill-ħlas tad-dwana qiegħda hawnhekk tinfetaħ fuq bażi multijannwali għall-perjodi mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru għall-importazzjoni ta’ 4 600 annimal bovin ħaj li joriġinaw mill-Iżvizzera ta’ piż ta’ iktar minn 160 kg, li jaqgħu fi ħdan il-Kodiċijiet tan-NM 0102 90 41, 0102 90 49, 0102 90 51, 0102 90 59, 0102 90 61, 0102 90 69, 0102 90 71 jew 0102 90 79.”

(2)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, il-parteċipazzjoni fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi msemmija f'dak l-Artikolu tfisser li l-applikanti importaw mill-anqas 50 annimal koperti permezz tal-kodiċijiet tan-NM 0102 10 u 0102 90.

L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw bħala prova ta' kummerċ ma' pajjiżi terzi kopji tad-dokumenti li jirreferi għalihom it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, dovutement iċċertifikati mill-awtorità kompetenti.”

(b)

il-paragrafi 2 u 3 huma mħassra.

(3)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 4 huma mħassra;

(b)

il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“5.   Wara l-verifika tad-dokumenti ppreżentati, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-10 ġurnata tax-xogħol wara t-tmiem tal-perjodu għas-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet, il-kwantitajiet totali li għalihom saret applikazzjoni.

Minkejja l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, għandhu japplika l-Artikolu 11 ta' dak ir-Regolament.”

(4)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Fejn l-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(2) tar-Regulament (KE) Nru 1301/2006 jagħti figura ta' inqas minn 50 ras għal kull applikazzjoni, il-kwantità disponibbli għandha tiġi assenjata mill-Istati Membri kkonċernati billi tittella' polza għal drittijiet ta’ importazzjoni li jkopru 50 ras kull wieħed. Fejn ikun fadal inqas minn 50 ras, għandu jiġi assenjat dritt ta' importazzjoni wieħed għal dik il-kwantità.”

(5)

Fl-Artikolu 6(4), il-punt (a) jinbidel b'li ġej:

“(a)

f’kaxxa 8, il-pajjiż ta' l-oriġini u t-tweġiba ‘iva’ hija mmarkata b'salib,”

(6)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-liċenzji ta' importazzjoni maħruġa skond dan ir-Regolament ma humiex trasferibbli.”

(b)

il-paragrafi 2 u 4 huma mħassra.

(7)

L-Artikolu 8 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 8

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1445/95 u (KE) Nru 1291/2000 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (*) għandhom japplikaw, soġġetti għal dan ir-Regolament.

(*)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.”"

(8)

L-Anness I huwa mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Maghmul fi Brussell, 15 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 346, 29.12.2005, p. 10.

(3)  ĠU L 314, 15.11.2006, p. 3.

(4)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

505


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Diċembru 2006 li tiddetermina l-livelli rispettivi ta' emissjonijiet allokati lill-Komunità u lil kull wieħed mill-Istati Membri tagħha taħt il-Protokoll ta' Kjoto skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/944/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-14 ta’ Diċembru 2006

li tiddetermina l-livelli rispettivi ta' emissjonijiet allokati lill-Komunità u lil kull wieħed mill-Istati Membri tagħha taħt il-Protokoll ta' Kjoto skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE

(notifikta bid-dokument numru C(2006) 6468)

(2006/944/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE tal-25 ta’ April 2002 dwar l-approvazzjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta’ Kyoto għall-Konvenzjoni Kwadru [ta' qafas] tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt tal-obbligi tiegħu (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2002/358/KE jistabbilixxi l-impenji dwar il-limitazzjoni jew it-tnaqqis ikkwantifikat tal-emissjonijiet bl-iskop li jiġu ddeterminati l-livelli rispettivi ta' emissjonijiet allokati lill-Komunità u lill-Istati Membri tagħha skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll ta' Kjoto. L-Anness B għall-Protokoll ta' Kjoto jistabbilixxi l-impenji dwar il-limitazzjoni jew it-tnaqqis ikkwantifikat tal-emissjonijiet bl-iskop li jiġu ddeterminati l-livelli ta' emissjonijiet allokati lill-Istati Membri li ssieħbu mal-Komunità wara l-25 ta' April 2002, ħlief Ċipru u Malta li għad ma għandhomx impenji dwar il-limitazzjoni jew it-tnaqqis ikkwantifikat tal-emissjonijiet taħt il-Protokoll ta' Kjoto.

(2)

Il-livelli rispettivi ta' emissjonijiet allokati lill-Komunità u lill-Istati Membri tagħha, espressi f'tunnellati tal-ekwivalent tad-dijossidu tal-karbonju, huma ddeterminati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. Dawn il-livelli tal-emissjonijiet huma kkalkulati abbażi tad-dejta riveduta dwar l-emissjonijiet għas-sena bażi mressqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/166/KE tal-10 ta' Frar 2005 li tistabbilixxi regoli li jimplimentaw id-Deċiżjoni 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-gass b'effett tas-serra tal-Komunità u għall-implimentazzjoni tal-Protokoll ta' Kjoto [titlu mhux uffiċjali] (2), immultiplikata bl-impenji dwar il-limitazzjoni jew it-tnaqqis ikkwantifikat tal-emissjonijiet stipulati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2002/358/KE u fl-Anness B għall-Protokoll ta' Kjoto, immultiplikata għal ħames darbiet biex jirrappreżentaw il-ħames snin tal-ewwel perjodu ta' impenn tal-Protokoll.

(3)

Skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2002/358/KE, l-ammonti assenjati tal-Komunità u ta' kull Stat Membru jridu jkunu daqs il-livell ta' emissjonijiet rispettivi tagħhom, iddeterminat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

(4)

Ir-reviżjoni tad-dejta dwar l-emissjonijiet għas-sena bażi taħt il-Protokoll ta' Kjoto, mressqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2005/166/KE, kienet teħtieġ kalkolu mill-ġdid li rriżulta f'differenza aritmetika ta' 11 393 397 tunnellati tal-ekwivalent tad-dijossidu tal-karbonju bejn l-ammont assenjat tal-Komunità Ewropea u s-somma tal-ammonti assenjati tal-Istati Membri elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2002/358/KE. Din id-differenza għandha tinħareġ bħala unitajiet ta' ammonti assenjati mill-Komunità.

(5)

Id-Danimarka konsistement esprimiet stimi dwar l-emissjonijiet ta' sena bażi tagħha. Dawn l-istimi huma sostnuti b'informazzjoni dwar l-emissjonijiet eċċezzjonalment baxxi ta' sena bażi tagħha mogħtija fir-rapport tagħha ppreżentat skont l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2005/166/KE. B'rikonoxximent tas-sitwazzjoni speċjali tad-Danimarka, li tirriżulta mill-emissjonijiet baxxi ta' sena bażi aktar mis-soltu u li għandha wieħed mill-ogħla tnaqqis obbligat ta' emissjoni kwantifikata skont l-Anness II tad-Deċiżjoni 2002/358/KE, il-Komunità għandha tavvanza 5 miljun unità tal-ammont assenjat lid-Danimarka.

(6)

Kwalunkwe tibdil fil-livelli finali tal-emissjonijiet tal-Komunità u tal-Istati Membri tagħha li jkun ġej mir-reviżjoni tal-livelli tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta' Kjoto għandu jiġi speċifikat permezz ta' emenda għal din id-Deċiżjoni.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Bidla fil-Klima,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-livelli rispettivi tal-emissjonijiet f'termini ta' tunnellati tal-ekwivalent tad-dijossidu tal-karbonju allokati lill-Komunità u lill-Istati Membri tagħha għall-ewwel perjodu ta' impenn dwar il-limitazzjoni u t-tnaqqis ikkwantifikat tal-emissjonijiet taħt il-Protokoll ta' Kjoto huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Id-differenza ta' 11 393 397 tunnellati tal-ekwivalent tad-dijossidu tal-karbonju bejn il-livelli tal-emissjonijiet tal-Komunità u s-somma tal-livelli tal-emissjonijiet tal-Istati Membri elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2002/358/KE għandha tinħareġ bħala unitajiet ta' ammonti assenjati mill-Komunità.

Il-Kummissjoni għandha tordna lill-Amministratur Ċentrali tar-reġistru Komunitarju biex jittrasferixxi ħames miljun (5 000 000) minn dawn l-unitajiet tal-ammont assenjat lill-Parti tal-Protokoll ta' Kyoto li qiegħda żżomm il-kont fir-reġistru tad-Danimarka.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 14 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Il-livelli rispettivi tal-emissjonijiet allokati lill-Komunità Ewropea u lill-Istati Membri, f'termini ta' tunnellati tal-ekwivalent tad-dijossidu tal-karbonju, għall-ewwel perjodu ta' impenn dwar il-limitazzjoni u t-tnaqqis ikkwantifikat tal-emissjonijiet taħt il-Protokoll ta' Kjoto

Il-Komunità Ewropea (3)

19 683 181 601

Il-Belġju

679 368 682

Id-Danimarka

273 827 177

Il-Ġermanja

4 868 520 955

Il-Greċja

694 087 947

Spanja

1 663 967 412

Franza

2 819 626 640

L-Irlanda

315 158 338

L-Italja

2 429 132 197

Il-Lussemburgu

45 677 304

L-Olanda

1 008 565 720

L-Awstrija

343 405 392

Il-Portugall

386 956 503

Il-Finlandja

355 480 975

L-Iżvezja

375 864 317

Ir-Renju Unit

3 412 080 630


Ċipru

Mhux applikabbli

Ir-Repubblika Ċeka

902 890 649

L-Estonja

197 902 558

Il-Latvja

119 113 402

Il-Litwanja

221 275 934

L-Ungerija

578 260 222

Malta

Mhux applikabbli

Il-Polonja

2 673 496 300

Is-Slovenja

92 934 961

Is-Slovakkja

337 456 459


(1)  ĠU L 130, 15.5.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 57.

(3)  Għall-iskop tat-twettiq konġunt tal-impenji taħt l-Artikolu 3(1) tal-Protokoll ta' Kjoto skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tiegħu, skont id-Deċiżjoni 2002/358/KE u li japplikaw għall-Istati Membri elenkati fl-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

508


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1976/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2204/2002, (KE) Nru 70/2001 u (KE) Nru 68/2001 fir-rigward tal-estjoni tal-perjodi ta' applikazzjoni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1976/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1976/2006

tal-20 ta' Diċembru 2006

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2204/2002, (KE) Nru 70/2001 u (KE) Nru 68/2001 fir-rigward tal-estjoni tal-perjodi ta' applikazzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċertu kategoriji ta’ għajnuna Statali orizzontali (1), u b’mod partikolari l-punti (a)(i), (ii), (iv) u punt b) ta’ Artikolu 1(1) tiegħu,

Wara li ppubblikat abbozz ta’ dan ir-Regolament,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat għax-xogħol (2), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta' Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna tal-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju (3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 dwar it-tħaddim tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna għat-taħriġ (4) se jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2006. Fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat (5), il-Kummissjoni pproponiet ir-ragruppament ta’ dawn ir-Regolamenti f’Regolament uniku dwar l-eżenzjoni ta’ kategorija u possibbilment jiżdiedu oqsma oħra msemmija fl-Artikolu 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 994/98.

(2)

Il-kontenut tar-Regolament ġejjieni dwar l-eżenzjoni ta’ kategorija jiddependi b’mod partikolari fuq ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet pubbliċi mibdija mill-pjan ta’ azzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fir-rigward ta’ anqas għajnuna mill-Istat li min-naħa l-oħra tkun aktar iffokata. pjan għar-riforma tal-għajnuna mill-Istat 2005 (6). Huma meħtieġa wkoll diskussjonijiet ma’ rappreżentanti ta’ Stati Membri biex issir definizzjoni tal-kategoriji ta’ għajnuna li tista’ tiġi kkunsidrata kompatibbli mat-Trattat. Sabiex jitkomplew il-konsultazzjonijiet kurrenti u l-analiżi tar-riżultati tagħhom, ikun xieraq li jiġi estiż il-perjdou ta' applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 2204/2002, (KE) Nru 70/2001 u (KE) Nru 68/2001 sat-30 ta' Ġunju 2008.

(3)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 2204/2002, (KE) Nru 70/2001 u (KE) Nru 68/2001 għandhom jiġu emendati skont il-ħtieġa.

(4)

Barra minn hekk huwa xieraq li l-Istati Membri ma jintalbux jibagħtu dokumenti ġodda b'informazzjoni fil-qosor dwar miżuri se jkunu estiżi taħt dan ir-Regolament mingħajr ebda modifika fis-sustanza tagħhom.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 2204/2002, it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“Għandu japplika sat-30 ta’ Ġunju 2008”.

Artikolu 2

Fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001, it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“Għandu japplika sat-30 ta’ Ġunju 2008”.

Artikolu 3

Fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 68/2001, it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“Għandu japplika sat-30 ta’ Ġunju 2008”.

Artikolu 4

L-obbligu li jiġu kkomunikati dokumenti ta' informazzjoni fil-qosor dwar il-miżuri implimentati, skont l-artikolu 7 (1) tar-Regolament (KE) Nru 68/2001, l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001 u l-Art. 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2204/2002 m’għandux japplika għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li jestendu l-miżuri dan ir-Regolament, sakemm ma ssir l-ebda emenda sostantiva fuq tali miżuri u d-dokumenti ta’ informazzjoni fil-qosor dwar l-implimentazzjoni ta’ tali miżuri jkunu tressqu kif suppost.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 337, 13.12.2002, p. 3. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1040/2006 (ĠU L 187, 8.7.2006, p. 8).

(3)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1040/2006.

(4)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 20. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1040/2006.

(5)  COM (2005) 107 finali.

(6)  COM (2005) 436 finali.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

510


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2003/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) tan-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akwakultura

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2003/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2003/2006

tal-21 ta' Diċembru 2006

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) tan-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akwakultura

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u akwakultura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 35(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(2)(f) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (2) jipprovdi li n-nefqa mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) marbuta mas-swieq tas-sajd għandha tiġi ġestita b’mod ċentralizzat.

(2)

L-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 jispeċifika t-tip ta’ nfiq imġarrab mill-Istati Membri.

(3)

Il-finanzjament ta’ dan l-infiq isegwi r-regoli ta’ ġestjoni diretta ċentralizzata bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-fondi Komunitarji jkunu ġestiti b’mod sod u sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji Komunitarji, ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jistabbilixxi ċerti obbligi għall-Istati Membri marbuta mal-ġestjoni u l-kontroll ta’ dawn il-fondi, u kif ukoll jipprovdi informazzjoni dwar il-qafas legali u amministrattiv tagħhom għall-osservazzjoni ta’ dawn l-obbligi u għall-irkupru ta’ ammonti mhux dovuti jekk jinstabu xi irregalaritajiet fil-ġestjoni ta’ dawn il-fondi. Barra minn hekk, l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet fir-rigward tal-infiq iffinanzjat taħt l-Artikolu 35 tal-Regolament (KE) Nru 104/2000 huma mħarsa mir-regoli rilevanti li jappartjenu għall-ħarsien ta’ dawk l-interessi fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF) (4), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar l-ikkontrollar fuq il-post u l-ispezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (5) u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (6).

(5)

Biex tiġi żgurata ġestjoni soda tal-flussi finanzjarji, b’mod partikolari minħabba l-fatt li l-Istati Membri nfushom jimmobilizzaw, fl-ewwel fażi, il-mezzi finanzjarji meħtieġa biex ikopru l-infiq imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 qabel ma l-Kummissjoni tħallashom lura fuq bażi ta’ kull sentejn, l-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni rilevanti dwar l-infiq u jikkomunikawha lill-Kummissjoni flimkien mad-dikjarazzjoni tal-infiq.

(6)

Il-Kummissjoni għandha tħallas lura lill-Istati Membri fuq bażi ta’ kull sentejn skont dawn id-dikjarazzjonijiet tal-infiq u d-dokumenti li jsostnu din id-dikjarazzjoni.

(7)

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel użu effiċjenti mill-informazzjoni mingħand l-Istati Membri, din l-informazzjoni għandha tintbagħat elettronikament.

(8)

Biex tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ rati ta’ skambju differenti għall-għajnuna mħallsa lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi f’muniti diversi mill-Euro, minn naħa, u fid-dikjarazzjoni tal-infiq, min-naħa l-oħra, l-Istati Membri kkonċernati għandhom japplikaw l-istess rata ta’ skambju fid-dikjarazzjonijiet tagħhom tal-infiq bħal dik użata meta ħarġu l-pagamenti lill-benefiċjarji. Ir-rati ta’ skambju applikabbi jridu jiġu stabbiliti skont il-fatti ġeneraturi kif definiti fir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 1925/2000 li jistabbilixxi l-fatti ġeneraturi għar-rati tal-kambju li jridu jiġu applikati meta jiġu kkalkolati ċerti ammonti pprovvduti bil-mekkaniżmi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd u tal-akwakultura (7).

(9)

Sabiex tingħata bażi legali għall-ħlasijiet magħmula matul l-ewwel perjodu ta’ referenza, huwa xieraq li dan ir-Regolament jiġi applikat b’effett retroattiv biex jibda jiddekorri mis-16 ta’ Ottubru 2006.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Oġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar il-finanzjament mill-Fond Ewropew Agrikolu ta’ Garanzija (FEAG) ta’ spiża mġarrba mill-Istati Membri fl-ambitu tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-prodotti tas-sajd u tal-akwakultura.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandha tapplika d-definizzjoni li ġejja:

“Nefqa” tfisser l-ispiża mġarrba mill-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000.

Artikolu 3

Awtorità kompetenti

Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità kompetenti tiegħu għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u jinnotifikaha lill-Kummissjoni.

Artikolu 4

Dikjarazzjoni tan-nefqa

1.   Kull Stat Membru għandu għandu jfassal dikjarazzjoni tan0nefqa skont il-mudell li jidher fl-Anness. Id-dikjarazzjoni tan-nefqa għandha tinkludi stqarrija, imqassma skont in-nomenklatura tal-baġit tal-Komunitajiet Ewropej u skont it-tip ta’ spiża fuq il-bażi ta’ nomenklatura ddettaljata li tkun disponibbli għall-Istati Membri. Għandha tkopri:

(a)

l-ispiża minfuqa matul il-perjodu ta’ sitt xhur ta’ referenza preċedenti,

(b)

l-ispiża totali minfuqa mill-bidu tas-sena finanzjarja sa tmiem il-perjodu ta’ sitt xhur ta’ referenza preċedenti.

2.   Kull Stat Membru għandu jiġbor l-informazzjoni rilevanti kollha għad-dikjarazzjon tan-nefqa.

3.   Il-perjodi ta’ referenza għandhom ikunu l-perjodi ta’ sitt xhur mis-16 ta’ Ottubru sal-15 ta’ April u mis-16 ta' April sal-15 ta' Ottubru.

4.   Id-dikjarazzjoni tan-nefqa tista’ tinkorpora fiha l-korrezzjonijiet tal-ammonti ddikjarati għall-perjodi ta’ referenza preċedenti.

5.   L-awtoritajiet komtetenti tal-Istati Membri għandhom jissottomettu d-dikjarazzjoni tan-nefqa tagħhom flimkien mal-informazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 2, lill-Kummissjoni b’mod elettroniku, mhux aktar tard mill-10 ta’ Mejju u l-10 ta’ Novembru rispettivament.

Artikolu 5

Ħlasijiet fuq bażi ta’ kull sentejn

1.   L-approprjazzjonijiet meħtieġa għall-finanzjament tan-nefqa għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri mill-Kummissjoni fil-forma ta’ ħlasijiet lura fuq bażi ta’ kull sentejn, (minn hawn ’il quddiem “ħlasijiet fuq bażi ta’ kull sentejn”).

L-ammonti tal-ġlasijiet buq bażi ta’ kull sentejn għandhom jiġu ffissati skont id-dikjarazzjoni tan-nefqa ppreżentata mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4.

2.   Il-ħlasijiet fuq bażi ta’ kull sentejn għandhom isiru lil kull Stat Membru fi żmien 60 jum wara li d-dikjarazzjoni tan-nefqa sħiħa mill-Istat Membru tkun waslet għand il-Kummissjoni. Id-dikjarazzjoni għandha titqies bħala sħiħa jekk il-Kummissjoni ma titlob ebda informazzjoni addizzjonali fi żmien 30 jum minn mindu tkun irċeviet id-dikjarazzjoni.

3.   Sakemm jirċievu t-trasferiment tal-ħlasijiet fuq bażi ta’ kull sentejn mingħand il-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jimmobilizzaw ir-riżorsi meħtieġa biex jeżegwixxu n-nefqa.

Artikolu 6

Rati tal-kambju li għandhom jiġi applikati

Ir-rata tal-kambju li trid tintuża mill-Istati Membri għad-dikjarazzjoni tan-nefqa tagħhom għandha tkun l-aħħar rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) qabel is-seħħ tal-avvenimenti operattivi korrispondenti kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1925/2000.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-16 ta' Ottubru 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Joe BORĠ

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS 1

DIKJARAZZJONIJIET TA' NFIQ

Dejta mqassma skont in-nomenklatura tal-baġit tal-Komunitajiet Ewropej u skont it-tip ta’ nfiq

Il-kontenut tad-dikjarazzjoni tal-infiq għandu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika

Intestatura tad-dikjarazzjoni

L-intestatura tad-dikjarazzjoni għandha tinkludi:

identifikatur tat-tip ta’ messaġġ u tal-Istat Membru li jkun qed jitttrażmetti d-dejta. (N.B.: L-identifikatur iservi biex jiżgura li l-utent li qed jittrażmetti d-dikjarazzjoni huwa attwalment intitolat li jagħmel dan f’isem l-Istat Membru kkonċernat). L-identifikatur jintbagħat lilek mill-Kummissjoni;

il-perjodu ta’ nfiq kopert mid-dikjarazzjoni;

il-lingwa tad-dikjarazzjoni.

Il-korp tad-dikjarazzjoni

Il-korp tad-dikjarazzjoni għandu jinkludi dan li ġej għal kull subpartita tan-nomenklatura tal-FAEG:

l-identifikatur tas-subpartita (eż. 110201002610033);

id-denominazzjoni tas-subpartita fil-lingwa magħżula fl-intestatura tad-dikjarazzjoni;

l-ammont iddikjarat għall-perjodu kkonċernat (N) u l-ammont kumulattiv iddikjarat mill-bidu tas-sena finanzjarja ’l quddiem. L-ammonti kollha jridu jiġu ddikjarati f’Euro.

Is-sezzjoni finali

Dan li ġej għandu jidher wara l-lista tas-subpartiti kollha:

l-ammont totali ddikjarat għall-perjodu kkonċernat (N) u l-ammont kumulattiv totali ddikjarat mill-bidu tas-sena finanzjarja ’l quddiem;

spazju għall-osservazzjonijiet.

Sintassi tal-messaġġ

Image

Deskrizzjoni tal-każelli

Isem

Format

Deskrizzjoni

Intestatura tad-dikjarazzjoni: okkorrenza tad-deja = 1

[IDENTIFICATION] *

 

Kodiċi ta’ identifikazzjoni mogħtija minn DĠ FISH

[PERIOD] *

Date (YYYYMM)

Perjodu tan-nefqa

[LANGUAGE] *

(2 characters)

Kodiċi ISO tal-lingwa

Korp tad-dikjarazzjoni: okkorrenza tad-deja = minn 1 sa n

[SUBITEM] *

Number (15)

Subpartita

[DESCRIPTION] *

Test ħieles (600)

Denominazzjoni tas-subpartita

[AMOUNT] *

Numru (15,2)

Ammont iddikjarat

[AMOUNT CUMUL] *

Numru (15,2)

Ammont kumulattiv

Sezzjoni finali: okkorrenza tad-deja = 1

[AMOUNT TOT] *

Numru (15,2)

Ammont totali ddikjarat

[AMOUNT CUMUL TOT] *

Numru (15,2)

Ammont totali kumulattiv

[COMMENT]

Test ħieles (80)

Osservazzjonijiet

Il-mili tal-każelli mmarkati b’asterisk huma obbligatorji.

Eżempju

Image

(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1759/2006 (ĠU L 335, 1.12.2006, p. 3).

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 320/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42.)

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(5)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(6)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(7)  ĠU L 230, 12.9.2000, p. 7.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

515


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1962/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li japplika l-Artikolu 37 tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija mal-Unjoni Ewropea

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1962/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1962/2006

tal-21 ta’ Diċembru 2006

li japplika l-Artikolu 37 tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija mal-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 37 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 37 tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija jippermetti lill-Kummissjoni tieħu miżuri xierqa ta' salvagwardja sabiex tindirizza ksur serju tat-tħaddim tas-suq intern, jew riskju imminenti tat-tali ksur, li jkun ġej min-nuqqas tal-implimentazzjoni tal-impenji meħuda mill-Bulgarija fil-qafas tan-negozjati dwar l-adeżjoni, f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwalunkwe politika settorjali Komunitarja li tirrigwarda attivitajiet ekonomiċi b'effett transkonfinali; hemm riskju imminenti li n-nuqqas min-naħa tal-Bulgarija li timplimenta l-impenji tagħha li tikkonforma mar-regolamenti se joħloq ksur serju tas-suq intern għat-trasport bl-ajru;

(2)

Abbażi tal-Artikolu 80 tat-Trattat tal-KE, il-Komunità adottat politika komuni dwar it-trasport bl-ajru, li tinkludi regoli li jistabbilixxu suq intern għall-provvista tas-servizzi tat-trasport bl-ajru (1), kif ukoll regoli komuni sabiex jiġi stabbilit u miżmum livell għoli ta' sikurezza fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa (2). Iż-żewġ settijiet ta' regoli għandhom impatt dirett fuq il-provvista tas-servizzi tat-trasport bl-ajru bejn l-Istati Membri.

(3)

Fil-qafas tan-negozjati dwar l-adeżjoni, il-Bulgarija tat kelmitha li tapplika bis-sħiħ ir-regoli Komunitarji fil-qasam tat-trasport bl-ajru sa minn meta sseħħ l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea;

(4)

Wara l-iffirmar tat-Trattat tal-Adeżjoni fil-25 ta' April 2005, l-awtoritajiet kompetenti tal-avjazzjoni ċivili tal-Bulgarija (is-CAA) kellhom żjara mill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (l-EASA) mis-16 sal-20 ta' Mejju 2005, sabiex tiġi vverifikata l-ħila ta' dik l-awtorità biex tapplika r-rekwiżiti tal-liġi Komunitarja kif ukoll l-istandards tal-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni (il-JAA) fil-qasam tas-sikurezza fl-avjazzjoni. Iż-żjara wriet nuqqasijiet sinifikanti u persistenti fil-ħila amministrattiva tas-CAA Bulgara li tiżgura s-sorveljanza tas-sikurezza meħtieġa sabiex jiġu implimentati r-rekwiżiti Komunitarji dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru li huma tajbin għat-titjir u tal-manutenzjoni tagħhom;

(5)

Minħabba n-nuqqasijiet serji identifikati mill-EASA u mill-JAA, f'Ottubru 2005, il-Bulgarija ma ngħatatx ir-rikonoxximent reċiproku fl-oqsma tas-sikurezza rilevanti fi ħdan is-sistema tal-JAA;

(6)

L-azzjonijiet korrettivi mressqin mis-CAA Bulgara f'Ottubru u f'Novembru 2005, kif ukoll f'Mejju 2006 ma tqisux sodisfaċenti mill-EASA, ħaġa li l-Kummissjoni nnutat sew.

(7)

Fil-Komunikazzjoni tagħha, adottata fis-26 ta' Settembru 2006 dwar kemm il-Bulgarija u r-Rumanija kienu lesti għas-sħubija fl-UE (3), il-Kummissjoni kkonfermat li l-Bulgarija kienet għamlet iktar progress biex tlesti t-tħejjijiet tagħha għas-sħubija, iżda identifikat għadd ta' oqsma li kien għadhom ta' tħassib, fosthom is-sikurezza fl-avjazzjoni, li fihom il-Kummissjoni kienet se tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura t-tħaddim sew tas-suq intern, sakemm il-Bulgarija ma tkunx ħadet l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa.

(8)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ħeġġet lill-Bulgarija biex tressaq pjan ta' azzjoni korrettiva, bil-għan li tikkonforma mar-regoli rilevanti Komunitarji dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni, u timplimentah skont skeda stretta, b'kooperazzjoni mill-qrib u taħt il-gwida tal-EASA sabiex tirranġa n-nuqqasijiet kollha fil-qasam tas-sikurezza. Ir-rapport ħabbar li l-EASA se tivverifika l-implimentazzjoni ta' dan il-pjan permezz ta' spezzjoni oħra qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li sakemm il-Bulgarija ma tiħux l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa, hija kienet qed tirriskja li l-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha jew fuq talba minn xi Stat Membru, tqiegħed restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq intern tal-avjazzjoni; u barra minn hekk, li l-inġenji tal-ajru rreġistrati fil-Bulgarija li ma jkunux konformi mar-regoli tal-UE dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili jistgħu jkunu suġġetti għall-miżuri xierqa ta' salvagwardja;

(9)

Fid-dawl tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, l-EASA ntalbet twettaq l-ispezzjoni tas-CAA Bulgara. Din l-ispezzjoni twettqet mis-27 ta' Novembru sal-1 ta' Diċembru 2006; l-għan tagħha kien biex jiġi evalwat jekk l-awtorità kompetenti tal-avjazzjoni ċivili tal-Bulgarija kenitx lesta timplimenta r-regoli komuni fil-qasam tas-sikurezza fl-avjazzjoni li se jidħlu fis-seħħ fil-Bulgarija sa mill-1 ta' Janar 2007, u biex jiġi evalwat il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi mressqin minn dik l-awtorità wara l-ewwel żjara tal-EASA sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-qasam tas-sikurezza stabbiliti waqt dik iż-żjara.

(10)

Ir-rapport ta' dik l-ispezzjoni stabbilit mill-EASA jikkonferma n-nuqqasijiet li kienu ntwerew qabel fil-ħila amministrattiva tas-CAA Bulgara li tiżgura s-sorveljanza tas-sikurezza meħtieġa sabiex jiġu implimentati r-rekwiżiti Komunitarji dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru li huma tajbin għat-titjir u tal-manutenzjoni tagħhom, u jikkonkludi li s-CAA Bulgara mhix se tkun f'pożizzjoni li tiżgura l-konformità mar-Regolament Nru 1592/2002 u mar-regoli li jimplimentawh, jiġifieri r-Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 1702/2003 (4) u 2042/2003 (5) sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Att tal-Adeżjoni;

(11)

Fid-dawl tan-nuqqas tal-Bulgarija li timplimenta l-impenn tagħha li tiżgura l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u r-regoli li jimplimentawh sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni, għandu jkun hemm dispożizzjoni li ċ-ċertifikati maħruġin mis-CAA Bulgara ma għandhomx jibbenefikaw mir-rikonoxximent reċiproku stipulat fl-Artikoli 8 u 57 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002.

(12)

In-nuqqas tal-Bulgarija li timplimenta l-impenn tagħha li tiżgura l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u r-regolamenti li jimplimentawh sad-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni jista' jwassal għal tgħawwiġ fil-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi mogħtija liċenzja mill-Istati Membri l-oħrajn u dawk mogħtija liċenzja mill-Bulgarija, jekk dawn tal-aħħar jingħataw aċċess mingħajr restrizzjoni għas-suq intern tal-Komunità. It-tgħawwiġ fil-kompetizzjoni jista' jiġi b'mod partikulari mill-fatt li t-trasportaturi tal-ajru mogħtija liċenzja mis-CAA Bulgara jingħataw aċċess mingħajr restrizzjoni għal rotot fil-Komunità mingħajr ma jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tar-regoli li jistabbilixxu suq intern għall-provvista tas-servizzi tat-trasport bl-ajru, l-aktar dawk dwar is-sikurezza, filwaqt li l-kompetituri tagħhom ikomplu jkunu suġġetti għat-tali rekwiżiti. Barra minn hekk, l-għoti tat-tali aċċess għat-trasportaturi tal-ajru mogħtija liċenzja mis-CAA Bulgara jista' jwassal għal twessigħ tal-ħidmiet imwettqin bħalissa minn dawk it-trasportaturi minn Stati Membri oħrajn, lejhom jew fi ħdanhom, u b'hekk għall-ħolqien ta' iktar riskji għas-sikurezza.

(13)

Għal dawn ir-raġunijiet, huwa xieraq, sabiex jiġi evitat li jiżdiedu t-tali riskji, li jkun hemm dispożizzjoni li t-trasportaturi mogħtija liċenzja mill-awtoritajiet Bulgari ma jitqisux bħala “trasportaturi Komunitarji” għall-għanijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92.

(14)

Din il-miżura ma tagħmel ħsara lil kwalunkwe miżura oħra li l-Kummissjoni jista' jkollha timponi skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (6).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikoli 8 u 57 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 ma għandhomx japplikaw għaċ-ċertifikati maħruġin mill-awtorità kompetenti tal-Bulgarija.

Artikolu 2

Minkejja l-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92, it-trasportaturi tal-ajru b'liċenzja tal-operat mogħtija mill-awtorità kompetenti tal-Bulgarija ma għandhomx jitqiesu bħala “trasportaturi tal-ajru Komunitarji” għall-għanijiet ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni għandha tanalizza jekk tkunx għadha meħtieġa l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fuq talba mmotivata kif xieraq min-naħa tal-Bulgarija, jew b'inizjattiva tagħha stess, tal-anqas darba kull tnax-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett biss għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar il-liċenzjar tal-air carriers [it-trasportaturi bl-ajru], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar l-aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji, ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8, u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2409/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar nollijiet u rati għal servizzi tal-ajru, ĠU L 240, 24.8.1992, p. 15.

(2)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni, emendat bir-Regolament (KE) Nru 1643/2003, ĠU L 245, 29.9.2003, p. 7 u r-Regolament (KE) Nru 1701/2003, ĠU L 243, 27.9.2003, p. 5.

(3)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni COM(2006) 549, is-26 ta' Settembru 2006.

(4)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom, emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 381/2005, ĠU L 61, 8.3.2005, p. 3, u bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 706/2006, ĠU L 122, 9.5.2006, p. 16.

(5)  ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 tal-20 ta' Novembru 2003 dwar il-kapaċità kontinwa li jintużaw fl-ajru ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol, emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 707/2006, ĠU L 122, 9.5.2006, p. 17.

(6)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15, ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

518


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1993/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 l-istipulazzjoni ta' miżuri tranżizzjonali dwar l-esportazzjoni ta' ħalib u prodotti tal-ħalib skont Regolament (KE) Nru 1282/2006, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1993/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1993/2006

tal-21 ta' Diċembru 2006

l-istipulazzjoni ta' miżuri tranżizzjonali dwar l-esportazzjoni ta' ħalib u prodotti tal-ħalib skont Regolament (KE) Nru 1282/2006, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikulari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikulari l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

(1)

Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2006 tas-17 ta' Awwissu 2006 li jistipula regoli dettaljati u speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar liċenzji ta' esportazzjoni u rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fil-każ tal-ħalib u prodotti tal-ħalib (1) jipprovdi li, sabiex tiġi garantita r-rifużjoni, il-prodotti jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti mniżżlin fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistipula regoli speċifiċi dwar l-iġjene tal-ikel li joriġina mill-annimali (2). B'mod partikolari, il-prodotti jridu jiġu ppreparati fi stabbiliment approvat u jikkonformaw mar-rekwiżiti sanitarji speċifikati fl-Artikolu 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (C(2006) 7028) tat-22 ta' Diċembru 2006 li tistipula miżuri tranżizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali akkwistati mill-Bulgarija u mir-Rumanija (3) tistipula miżuri biex jiffaċilitawi it-tranżizzjoni mir-reġim eżistenti fil-Bulgarija u r-Rumanija għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni veterinarja Komunitarja. Skont l-Artikolu 3 ta’ dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-kummerċ mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007 fil-prodotti li huma akkwistati minn stabbilimenti ġewwa l-Bulgarija u r-Rumanija awtorizzati li jesportaw il-prodotti tal-ħalib lejn il-Komunità qabel id-data ta’ l-adeżjoni, bil-kondizzjoni li l-prodotti jkollhom il-marka tas-saħħa tal-Komunità għall-esportazzjoni ta' l-istabbiliment konċernat u huma akkumpanjati minn dokument li jiċċertifika li dawn ġew prodotti qabel 1 ta' Jannar 2007.

(3)

Huwa xieraq li tidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1282/2006 u li tipprovdi li prodotti li jikkonformaw mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (C(2006) 7028) u li huma awtorizzati li jinbiegħu fil-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2007 għandhom ikunu eleġibbli għal rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(4)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Permezz ta' deroga mill-Artikolu3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006, prodotti akkwistati qabel id-data tal-adeżjoni fl-istabbilimenti tal-Bulgarija u tar-Rumanija li huma awtorizzati li jesportaw lejn l-Komunità qabel d-data tal-adeżjoni u li huma esportati mill-Komunità fil-perjodu mid-data tal-adeżjoni sal-31 ta' Diċembru 2007 huma eliġibbli għal rifużjoni fuq l-esportazzjoni, sakemm li dawn jilħqu r-rekwiżiti tal-Artikolu 3(a) tad-Deċiżjoni (C(2006) 7028) u huma akkompanjati mid-dokument stabbilit f'Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/438/KE (4) fejn għandhom jiġu miżjuda id-dettalji li ġejjin:

“Prodott qabel l-1 ta' Jannar 2007, b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/7028/KE”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ soġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

Għandu japplika għad-dikjarazzjonijiet ta’ l-esportazzjoni aċċettati mid-data tad-dħul fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 234, 29.8.2006, p. 4.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Verżjoni korretta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1662/2006 (ĠU L 320, 18.12.2006, p. 1).

(3)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali.

(4)  ĠU L 154, 30.4.2004, p. 72. Verżjoni koretta fil-ĠU L 189, 27.5.2004, p. 57.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

520


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 37/2007 tas-17 ta' Jannar 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 990/2006 dwar is-sejħa għall-offerti permanenti għall-esportazzjoni taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent tal-Istati Membri

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 37/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 37/2007

tas-17 ta' Jannar 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 990/2006 dwar is-sejħa għall-offerti permanenti għall-esportazzjoni taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent tal-Istati Membri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 990/2006 (2) jistabbilixxi li l-obbligu ta’ esportazzjoni huwa kopert minn garanzija li l-ammont tagħha huwa ugwali għad-differenza bejn il-prezz ta’ intervent validu fil-jum tas-sejħa ta’ offerti u l-prezz aġġudikat, mingħajr ma jkun inqas minn 25 EUR għal kull tunnellata.

(2)

Għall-operaturi li jaġġudikaw il-lottijiet tas-segala għall-esportazzjoni, is-sitwazzjoni komparattiva, fis-suq tal-esportazzjoni u fis-suq intern, tal-prezzijiet tas-suq tas-segala tista’ twassal li tkun finanzjarment interessanti għalihom jekk jerġgħu jagħmlu bejgħ fis-suq intern u jitilfu l-garanzija msemmija. Sabiex tkun evitata din is-sitwazzjoni u sabiex is-sejħa għall-offerti koperta mir-Regolament (KE) Nru 990/2006 tkun tista’ taħdem b’mod effikaċi, għandha tiżdied l-imsemmija garanzija għas-segala.

(3)

Għalhekk għandu jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 990/2006.

(4)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 10, paragrafu 2 tar-Regolament (KE) Nru 990/2006 huwa mibdul bit-test li ġej:

“2.   B’deroga mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2131/93, l-obbligu ta’ esportazzjoni huwa kopert minn garanzija li l-ammont tagħha huwa ugwali għad-differenza bejn il-prezz ta’ intervent li huwa validu fil-jum tas-sejħa għall-offerti u l-prezz aġġudikat, mingħajr ma dan ikun inqas minn 50 EUR għal kull tunnellata ta’ segala u 25 EUR għaċ-ċereali l-oħra. Nofs din il-garanzija titħallas mal-ħruġ tal-liċenzja għall-esportazzjoni u l-bqija titħallas qabel ma jittieħdu ċ-ċereali mill-maħżen.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ mit-tielet jum wara li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta' Jannar 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 179, 1.7.2006, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1349/2006 (ĠU L 250, 14.9.2006, p. 6).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

521


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 91/2007 tat-30 ta’ Jannar 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1483/2006 fir-rigward tal-kwantitajiet koperti mis-sejħa permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-organizzazzjonijiet ta' l-intervent ta' l-Istati Membri

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 91/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 91/2007

tat-30 ta’ Jannar 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1483/2006 fir-rigward tal-kwantitajiet koperti mis-sejħa permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-organizzazzjonijiet ta' l-intervent ta' l-Istati Membri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1483/2006 (2) fetaħ sejħiet permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-organizzazzjonijiet ta' intervent ta' l-Istati Membri.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda tas-suq tal-qamħirrum fil-Komunità u ta' l-iżvilupp tat-talba għaċ-ċereali osservata fir-reġjuni differenti matul dawn l-aħħar ġimgħat, tirriżulta l-ħtieġa li, f'ċerti Stati Membri, isiru disponibbli kwantitajiet ġodda ta' ċereali miżmuma għall-intervent. Għaldaqstant jeħtieġ li l-organizzazzjonijiet ta' intervent ta' l-Istati Membri jiġu awtorizzati jżidu l-kwantitajiet involuti fis-sejħiet għall-offerti kompetittivi; fil-każ tal-qamħirrum, b'500 000 tunnellata fl-Ungerija.

(3)

Huwa f'loku li r-Regolament (KE) Nru 1483/2006 jiġi emendat skond dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1483/2006 għandu jinbidel bit-test anness hawnhekk.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Jannar 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

“ANNESS I:

LISTA TAS-SEJĦIET

Stat Membru

Kwantitajiet disponibbli għall-bejgħ fis-suq intern

(tunnellati)

Organizzazzzjoni ta' intervent

Isem, indirizz u dettalji tal-kuntatt

Qamħ komuni

Xgħir

Qamħirrum

Segala

БЪЛГАРИЯ

State Fund Agriculture

136, Tzar Boris III Blvd.

1618, Sofia, Bulgaria

Tel.: (+359 2) 81 87 202

Feks: (+359 2) 81 87 267

Posta elettronika: dfz@dfz.bg

Websajt: www.mzgar.government.bg

Belgique/België

51 859

6 340

Bureau d'intervention et de restitution belge

Rue de Trèves, 82

B-1040 Bruxelles

Telefown: (32-2) 287.24.78

Feks: (32-2) 287.25.24

Posta elettronika: webmaster@birb.be

Websajt: www.birb.be

Česká republika

0

0

0

Statní zemědělsky intervenční fond

Odbor rostlinných komodit

Ve Smečkách 33

CZ — 110 00, Praha 1

Telefown: (420) 222 871 667-222 871 403

Feks: (420) 296 806 404

Posta elettronika: dagmar.hejrovska@szif.cz

Websajt: www.szif.cz

Danmark

174 021

28 830

Direktoratet for FødevareErhverv

Nyropsgade 30

DK-1780 København

Telefown: (45) 33 95 88 07

Feks: (45) 33 95 80 34

Posta elettronika:mij@dffe.dk and pah@dffe.dk

Websajt: www.dffe.dk

Deutschland

1 350 000

767 343

336 565

Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung

Deichmanns Aue 29

D-53179 Bonn

Telefown: (49-228) 6845-3704

Feks1: (49-228) 6845-3985

Feks2: (49-228) 6845-3276

Posta elettronika: pflanzlErzeugnisse@ble.de

Websajt: www.ble.de

Eesti

0

0

Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet

Narva mnt. 3, 51009 Tartu

Telefown: (372) 7371 200

Feks: (372) 7371 201

Posta elettronika: pria@pria.ee

Websajt:www.pria.ee

Elláda

Payment and Control Agency for Guidance and Guarantee Community Aids (O.P.E.K.E.P.E)

241, Archarnon str.,

GR-104 46 Athens

Telefown:

(30-210) 212.4787

& 4754

Feks:

(30-210) 212.4791

Posta elettronika: ax17u073@minagric.gr

Websajt: www.opekepe.gr

España

S. Gral. Intervención de Mercados (FEGA)

C/Almagro 33

28010 Madrid

España

Telefown: (34-91) 3474765

Feks: (34-91)3474838

Posta elettronika: sgintervencion@fega.mapa.es

Websajt: www.fega.es

France

28 724

318 778

Office National Interprofessionnel des Grandes Cultures (ONIGC)

21, avenue Bosquet

F-75326 Paris Cedex 07

Telefown: (33-1) 44 18 22 29 et 23 37

Feks: (33-1) 44 18 20 08-33 1 44 18 20 80

Posta elettronika: f.abeasis@onigc.fr

website: www.onigc.fr

Eire/Ireland

0

Intervention Operations, OFI, Subsidies & Storage Division, Department of Agriculture & Food

Johnstown Castle Estate, County Wexford

Telefown: 353 53 91 63400

Feks: 353 53 91 42843

Websajt: www.agriculture.gov.ie

Italia

Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura — AGEA

Via Torino, 45,

00184 Roma

Telefown: (39) 0649499755

Feks: (39)0649499761

Posta elettronika: d.spampinato@agea.gov.it

Websajt: www.enterisi.it

Kypros/Kibris

 

Latvija

27 020

0

Lauku atbalsta dienests

Republikas laukums 2,

Rīga, LV — 1981

Telefown: (371) 702 7893

Feks: (371) 702 7892

Posta elettronika: lad@lad.gov.lv

Websajt: www.lad.gov.lv

Lietuva

0

35 150

The Lithuanian Agricultural and Food Products Market regulation Agency

L. Stuokos-Guceviciaus Str. 9-12,

Vilnius, Lithuania

Telefown: (370-5) 268 5049

Feks: (370-5) 268 5061

Posta elettronika: info@litfood.lt

Websajt: www.litfood.lt

Luxembourg

Office des licences

21, rue Philippe II,

Boîte postale 113

L-2011 Luxembourg

Telefown (352) 478 23 70

Feks (352) 46 61 38

télex: 2 537 AGRIM LU

Magyarország

350 000

0

1 400 000

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

Soroksári út. 22-24

H-1095 Budapest

Telefown (36) 1 219 45 76

Feks: (36) 1 219 89 05

Posta elettronika: ertekesites@mvh.gov.hu

Websajt: www.mvh.gov.hu

Malta

 

Nederland

Dienst Regelingen Roermond

Postbus 965,

6040 AZ Roermond

NL

Telefown: (31) 475 355 486

Feks: (31) 475 318939

Posta elettronika: p.a.c.m.van.de.lindeloof@minlnv.nl

Websajt: www9.minlnv.nl

Österreich

0

22 461

0

AMA (Agrarmarkt Austria)

Dresdnerstraße 70

A-1200 Wien

Telefown:

(43-1) 33151 258

(43-1) 33151 328

Feks:

(43-1) 33151 4624

(43-1) 33151 4469

Posta elettronika: referat10@ama.gv.at

Websajt: www.ama.at/intervention

Polska

44 440

41 927

0

Agencja Rynku Rolnego

Biuro Produktów Roślinnych

Nowy Świat 6/12

PL-00-400 Warszawa

Telefown: (48) 22 661 78 10

Feks: (48) 22 661 78 26

Posta elettronika: cereals-intervention@arr.gov.pl

Websajt: www.arr.gov.pl

Portugal

Instituto Nacional de Intervenção e Garantia Agrícola (INGA)

R. Castilho, no 45-51,

1269-163 Lisboa

Telefown:

(351) 21 751 85 00

(351) 21 384 60 00

Feks:

(351) 21 384 61 70

Posta elettronika: inga@inga.min-agricultura.pt

edalberto.santana@inga.min-agricultura.pt

Websajt: www.inga.min-agricultura.pt

România

Agenția de Plați și Intervenție pentru Agricultura

B-dul Carol I, nr.17, sector 2

București 030161

România

tel.+ 40 21 3054802 + 40 21 3054842

Fax + 40 21 3054803

Websajt: www.apia.org.ro

Slovenija

Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja

Dunajska 160, 1000 Ljubjana

Telefown: (386) 1 580 76 52

Feks: (386) 1 478 92 00

Posta elettronika: aktrp@gov.si

Websajt: www.arsktrp.gov.si

Slovensko

0

0

227 699

Pôdohospodárska platobná agentúra

Oddelenie obilnín a škrobu

Dobrovičova 12

SK-815 26 Bratislava

Telefown: (421-2) 58 243 271

Feks: (421-2) 53 412 665

Posta elettronika: jvargova@apa.sk

Websajt: www.apa.sk

Suomi/Finland

30 000

95 332

Maa- ja metsätalousministeriö (MMM)

Interventioyksikkö — Intervention Unit

Malminkatu 16, Helsinki

PL 30

FIN-00023 Valtioneuvosto

Telefown: (358-9) 16001

Feks:

(358-9) 1605 2772

(358-9) 1605 2778

Posta elettronika: intervention.unit@mmm.fi

Websajt: www.mmm.fi

Sverige

172 272

58 004

Statens Jordbruksverk

SE-55182 Jönköping

Telefown: (46)36 15 50 00

Feks: (46) 36 19 05 46

Posta elettronika: jordbruksverket@sjv.se

Websajt: www.sjv.se

United Kingdom

24 825

Rural Payments Agency

Lancaster House

Hampshire Court

Newcastle upon Tyne

NE4 7YH

United Kingdom

Telefown: (44) 191 226 5882

Feks: (44) 191 226 5824

Posta elettronika: cerealsintervention@rpa.gsi.gov.uk

Websajt: www.rpa.gov.uk

Is-simbolu ‘—’ jfisser: l-ebda stokk ta' intervent għal dan iċ-ċereali f'dan l-Istat Membru.”


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 276, 7.10.2006, p. 58. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 53/2007 (ĠU L 17, 24.1.2007, p. 8).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

526


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 103/2007 tat-2 ta’ Frar 2007 dwar l-estensjoni tal-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 53(4) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 103/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 103/2007

tat-2 ta’ Frar 2007

dwar l-estensjoni tal-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 53(4) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà [tas-Sikurezza] tal-Avjazzjoni (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 53(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 53(3) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 jistipula li l-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà [tas-Sikurezza] tal-Avjazzjoni (l-EASA) għandha titlob miżati, b'mod partikulari, għall-ħruġ u t-tiġdid taċ-ċertifikati, kif ukoll għall-ħidmiet relatati u kontinwi tagħha tas-sorveljanza. Skont l-Artikolu 48(1)(b) tal-istess Regolament, dawn il-miżati jitħallsu mill-applikanti għaċ-ċertifikati maħruġin, miżmumin jew emendati mill-Aġenzija, jew mid-detenturi tagħhom.

(2)

Skont l-Artikolu 53(4), l-infiq imġarrab mill-Aġenzija fit-twettiq tal-ħidmiet taċ-ċertifikazzjoni u d-dħul globali mill-miżati li titlob għandhom ikunu f'bilanċ. Madanakollu, id-dispożizzjonijiet tal-istess paragrafu jippermettu wkoll l-użu tal-kontribut finanzjarju annwali tal-Komunità lill-Aġenzija biex tkopri l-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni waqt perjodu tranżizzjonali li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2006. Dan il-perjodu jista' jittawwal għal sena oħra mill-Kummissjoni, jekk dan ikun meħtieġ.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 488/2005 (2), li jiddetermina l-ammonti tal-miżati li għandhom jitħallsu, u l-mod kif għandu jsir dan, daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2005. Minn dak iż-żmien, l-Aġenzija qed titlob miżati għall-ħidmiet taċ-ċertifikazzjoni. Madanakollu, id-dħul mill-miżati għadu mhux biżżejjed biex ikopri bis-sħiħ l-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni mġarrbin mill-Aġenzija. B'hekk, din għadha qed ikollha talloka parti mill-kontribut tal-Komunità biex ikopri dawn l-ispejjeż, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 53(4).

(4)

Anke jekk il-kopertura tal-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni mid-dħul mill-miżati qed titjieb, u telgħet minn madwar 60 % fl-2005 għal 70 % kif kien mistenni fl-2006, l-esperjenza turi li wieħed irid iż-żmien biex iwaqqaf mekkaniżmu effiċjenti tal-miżati. F'dan il-waqt, ma jkunx għaqli li wieħed jagħti garanzija li dawn l-ispejjeż u dan id-dħul se jkunu f'bilanċ fl-2007.

(5)

Sabiex jiġi evitat defiċit possibbli f'dak li għandu x'jaqsam mal-attivitajiet taċ-ċertifikazzjoni li ma jħallix lill-Aġenzija twettaq ħidmietha, hemm bżonn jintużaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 53(4) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 sabiex jittawwal il-perjodu tranżizzjonali li matulu tista' tintuża parti mill-kontribut tal-Komunità mill-Aġenzija biex ikopri l-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni, jekk dan ikun meħtieġ.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 53(4) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 għandu jittawwal sal-31 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003 (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 5).

(2)  ĠU L 81, 30.3.2005, p. 7. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 779/2006 (ĠU L 137, 25.5.2006, p. 3).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

528


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 104/2007 tat-2 ta’ Frar 2007 li jiffissa l-għajnuna għat-tadam għall-ipproċessar għas-sena tas-suq 2007-2008

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 104/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 104/2007

tat-2 ta’ Frar 2007

li jiffissa l-għajnuna għat-tadam għall-ipproċessar għas-sena tas-suq 2007-2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 41 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta' Ottubru ta' l-1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2003 tad-29 ta' Awissu 2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex ta' l-ikel (2) jipprevedi l-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni, qabel il-31 ta' Jannar, ta' l-ammont ta' għajnuna applikabbli għat-tadam għall-ipproċessar.

(2)

Għall-Istati Membri tal-Komunità kif ikkostitwita fit-30 ta' April 2004, il-konformità mal-limiti Komunitarji u nazzjonali ta' l-ipproċessar tad-tadam kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 għandhom jiġu stabbiliti fl-Istati Membri kollha kkonċernati fuq il-bażi tal-kwantitajiet li għalihom tingħata l-għajnuna matul l-aħħar tliet snin tas-suq li għalihom tkun disponibbli informazzjoni definittiva.

(3)

Għall-Istati Membri li saru membri ta' l-Unjoni fl-1 ta' Mejju 2004, il-konformità mal-limiti Komunitarji u nazzjonali ta' l-ipproċessar tad-tadam hija stabbilita fuq il-bażi tal-kwantitajiet li għalihom effettivament tingħata l-għajnuna matul is-snin tas-suq 2004-2005 u 2005-2006 u tal-kwantitajiet li għalihom tressqu applikazzjonijiet għal għajnuna għas-sena tas-suq 2006-2007, skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 416/2004 tal-5 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji sabiex jiġu applikati r-Regolament (KEE) Nru 2201/96 u r-Regolament (KE) Nru 1535/2003 minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea (3).

(4)

Il-kwantità ta' tadam ipproċessat skond ir-regoli għall-għajnuna li jitqiesu biex tkun stabbilita l-konformità mal-limiti Komunitarji u nazzjonali taqbeż il-limitu Komunitarju bi […] tunnellata. Għall-Istati Membri li qabżu l-limitu tagħhom għall-ipproċessar, l-ammont ta' għajnuna għat-tadam għall-ipproċessar għas-sena tas-suq 2007-2008 għandu għaldaqstant jinbidel skond il-livell iffissat mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2001/96, skond l-Artikolu 5(2) u (4), ta' l-istess Regolament kif ukoll skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 416/2004.

(5)

Il-mekkaniżmu sabiex tiġi eżaminata l-konformità mal-limiti nazzjonali għall-ipproċessar previsti mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 ma japplikax immedjatament għall-Bulgarija u r-Rumanija. Għandhom għalhekk jiġu stabbiliti miżuri tranżitorji għall-applikazzjoni tiegħu. Għas-sena tas-suq 2007-2008, li għaliha mhemmx disponibbli informazzjoni biex tkun stabbilita l-konformità mal-limiti Komunitarji u nazzjonali għall-ipproċessar tad-tadam f'dawn l-Istati Membri, u bħala miżura ta' prekawzjoni, jeħtieġ li jkun previst tnaqqis qabel l-għajnuna, li se jkun rimborsat f'każ li l-kwantità fl-aħħar ta' din is-sena tas-suq ma taqbiżx il-limitu.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Reoglament huma in konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għal Prodotti Proċessati minn Frott u Ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-suq 2007-2008, l-għajnuna għat-tadam skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 hija ffissata li ġej:

a)

fir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, Franza, Ċipru, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, il-Portugall u s-Slovakkja: EUR 34,50 kull tunnellata;

b)

fl-Italja: EUR 27,76 kull tunnellata;

c)

fi Spanja:

i)

EUR 34,50 kull tunnellata għat-tadam għall-ipproċessar f'tadam mqaxxar sħiħ;

ii)

EUR 12,75 kull tunnellata għat-tadam għall-ipproċessar ieħor;

d)

fil-Bulgarija u r-Rumanija: EUR [25,88] kull tunnellata;

Artikolu 2

1.   F'każ li l-limitu Komunitarju ma jkunx inqabeż meta tiġi eżaminata l-konformità mal-limitu għas-sena tas-suq 2007-2008, għandu jitħallas ammont addizzjonali ekwivalenti għal 25 % ta' l-għajnuna ffissata fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 lill-Bulgarija u r-Rumanija wara tmiem is-sena tas-suq 2007-2008.

2.   F'każ li l-limitu Komunitarju jkun inqabeż, jekk il-limitu ma jkunx inqabeż jew inqabeż b'inqas minn 25 % fil-Bulgarija jew fir-Rumanija, għandu jitħallas ammont addizzjonali f'dawn l-Istati Membri wara s-sena tas-suq 2007-2008.

L-ammont addizzjonali msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun iffissat fuq il-bażi ta' l-ammont li bih tkun inqabeż il-limitu nazzjonali kkonċernat, sa massimu ta' 25 % ta' l-għajnuna ffissata fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96.

3.   L-eżami tal-konformità mal-limiti nazzjonali għall-ipproċessar għall-Bulgarija u r-Rumanija, għas-sena tas-suq 2007-2008, isir fuq il-bażi tal-kwantitajiet li għalihom tressqu applikazzjonijiet għal għajnuna għas-sena tas-suq 2007-2008.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2004 (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 25).

(2)  ĠU L 218, 30.8.2003, p. 14. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1663/2005 (ĠU L 267, 12.10.2005, p. 22).

(3)  ĠU L 68, 6.3.2004, p. 12. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 550/2005 (ĠU L 93, 12.4.2005, p. 3).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

530


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tfassal elenku ta' entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jista'jkollhom aċċess għad-data kunfidenzali għall-għanijiet xjentifiċi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/81/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Frar 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tfassal elenku ta' entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jista'jkollhom aċċess għad-data kunfidenzali għall-għanijiet xjentifiċi

(notifikata bid-dokument numru C(2007) 92)

(Test b'rilevanza għż-ŻEE)

(2007/81/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar statistika (1) tal-Komunità, u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 tas-17 ta' Mejju 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar Statistika tal-Komunità, li għandu x'jaqsam mad-data kunfidenzjali għall-għanijiet xjentifiċi (2) jistabbilixxi, għall-għanijiet li jippermetti t-tfassil ta' konklużjonijiet statistiċi għall-għanijiet xjentifiċi, il-kondizzjonijiet li fihom jista' jingħata aċċess għal data kunfidenzjali trażmessa lill-awtorità tal-Komunità u r-regoli ta' kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiffaċilita aċċess bħal dan.

(2)

Id-Deċiżjoni 2004/452/KE (3) fasslet elenku ta' entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jista' jkollhom aċċess għad-data kunfidenzali għall-għanijiet xjentifiċi

(3)

L-Università ta' Chicago (UofC), Illinois, l-Istati Uniti ta' l-Amerika għandha titqies bħala entità li tilħaq il-kondizzjonijiet mitluba u għalhekk għandha tiżdied mal-lista ta' aġenziji, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 831/2002.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kunfidenzjalità Statistika,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2004/452/KE huwa mibdul bit-test stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

“ANNESS

ENTITAJIET LI R-RIĊERKATURI TAGĦHOM JISTA' JKOLLHOM AĊĊESS GĦAD-DATA KUNFIDENZJALI GĦALL-GĦANIJIET XJENTIFIĊI

Il-Bank Ċentrali Ewropew

Il-Bank Ċentrali Spanjol

Il-Bank Ċentrali Taljan

L-Università ta' Cornell (l-Istat ta' New York, l-Istati Uniti ta' l-Amerika)

Id-Dipartiment tax-Xjenza Politika, Baruch College, l-Università tal-Belt ta’ New York (l-Istat ta’ New York, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika)

Il-Bank Ċentrali Ġermaniż

L-Unità ta' Analiżi ta' l-Impjieg, id-Direttorat Ġenerali għall-Impjieg, l-affarijiet soċjali u l-opportunitajiet indaqs tal-Kummissjoni Ewropea

L-Università ta' Tel Aviv (l-Iżrael)

Il-Bank Dinji

Iċ-Ċentru tas-Saħħa u l-Benessri (CHW) ta’ l-Iskola Woodrow Wilson ta’ l-Affarijiet Pubbliċi u Internazzjonali fl-Università ta’ Princeton, New Jersey, fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika

L-Università ta’ Chicago (UofC), Illinois, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika”


(1)  ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 133, 18.5.2002, p. 7. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1104/2006 (ĠU L 197, 19.7.2006, p. 3).

(3)  ĠU L 156, 30.4.2004, p. 1, kif ikkoreġut permezz tal-ĠU L 202, 7.6.2004, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni 2006/699/KE (ĠU L 287, 18.10.2006, p. 36).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

532


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2007 tat-8 ta' Frar 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 493/2006 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fil-qafas tar-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 119/2007

tat-8 ta' Frar 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 493/2006 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fil-qafas tar-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-punt a) tal-Artikolu 44 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 493/2006 (2) jistabbilixxi ċerti miżuri tranżitorji partikolari, li japplikaw għas-sena tal-ħsad 2006/2007, l-ewwel sena tal-ħsad li fiha saret l-implimentazzjoni tar-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor.

(2)

Is-sitwazzjoni tas-suq Komunitarju għas-sena tal-ħsad 2006/2007 hija waħda li turi żbilanċ bejn is-suq taz-zokkor taħt il-kwota u s-suq taz-zokkor ’il barra mill-kwota. Filwaqt li hemm riskju li l-eċċess ta’ zokkor taħt il-kwota jmur għall-agħar, hemm ċans li d-disponibilità ta’ zokkor ’il barra mill-kwota li jintuża fl-industrija kimika ma jkunx biżżejjed matul it-tieni nofs tas-sena tas-suq 2006/2007, minħabba l-kwantitajiet prodotti, l-istokks u ż-żieda fit-talba għall-materja prima għall-fabbrikazzjoni tal-bijoetanol.

(3)

Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti miżuri tranżitorji partikolari limitati għas-sena tas-suq 2006/2007, sabiex jerġa’ jinkiseb il-bilanċ bejn is-suq taz-zokkor taħt il-kwota u s-suq taz-zokkor ’il barra mill-kwota u sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni, fis-settur tal-industrija kimika u farmaċewtika, bejn l-iskema l-antika ta’ fornitura taz-zokkor prodott taħt il-kwota fis-seħħ matul is-sena tal-ħsad 2005/2006 u l-iskema l-ġdida, stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 318/2006, ta’ fornitura taz-zokkor prodott ’il barra mill-kwota. L-implimentazzjoni tar-riforma tas-settur seħħet kompletament fl-aħħar tal-2006 biss u dan wassal għal inċertezza fis-settur li fixklet ħafna l-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ fornitura għas-sena tal-ħsad 2006/2007. Fil-fatt, dan it-tip ta’ kuntratt, fil-prattika, għandu jsir qabel ma jinżergħu l-pitravi, jiġifieri qabel ix-xahar ta’ Marzu ta’ qabel. Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jippermettu li jkun hemm aktar flessibbiltà fil-ġestjoni tal-produzzjoni ’l barra mill-kwota u jassiguraw il-kunsinna ta’ zokkor lill-industrija kimika bi prezz li jikkorrispondi għall-prezz dinji. Għandu jingħata permess lill-fabbrikant li jissostitwixxi l-kwantitajiet ta’ zokkor industrijali b’zokkor prodott taħt il-kwota. Għaldaqstant, din il-possibbiltà għandha tingħata biss b’kundizzjoni li l-kontrolli supplimentari tal-kwantitajiet ikkunsinnati u li effettivament jintużaw mill-industija, isiru sewwa. Id-deċiżjoni li tingħata din il-possibbiltà għandha titħalla f’idejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

(4)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-kunsinna u l-użu ta’ zokkor industrijali tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-produzzjoni ’l barra mill-kwota fis-settur taz-zokkor (3) għandhom japplikaw għall-kwantitajiet ikkunsinnati fil-qafas tal-miżuri tranżitorji stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(5)

Għalhekk għandu jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 493/2006.

(6)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 3a li ġej huwa miżjud fir-Regolament (KE) Nru 493/2006:

“Artikolu 3a

Użu ta’ zokkor taħt il-kwota

1.   Għall-kunsinni ta’ zokkor industrijali li għandhom isiru sat-30 ta’ Settembru 2007 fil-qafas tal-kuntratti msemmijin fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2006 (*), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jippermettu, b’talba tal-fabbrikant, li kwantità taz-zokkor li pproduċa taħt il-kwota, inkluż iz-zokkor irtirat skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, tiġi kkunsinnata minnflok iz-zokkor industrijali prodott ’il barra mill-kwota.

2.   Il-kwantitajiet ta’ zokkor ikkunsinnati b’konformità mal-paragrafu 1 huma ddikjarati bħala materja prima industrijali, kunsinnati lill-persuna li tieħu ħsieb l-ipproċessar kif stabbilit fil-punt a) tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 967/2006, għas-sena tas-suq 2007/2008.

3.   Ir-rapporti msemmija fl-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006 jindikaw separatament il-kwantità kkunsinnata b’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ mit-tielet jum wara li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2011/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 89, 28.3.2006, p. 11. Ir-Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 1542/2006 (ĠU L 283, 14.10.2006, p. 24).

(3)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 22.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

534


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/513/KE tal-11 ta' Lulju 2005 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-medda ta' frekwenza tal-5 GHz għall-implimentazzjoni tas-Sistemi ta' Aċċess Bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/90/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Frar 2007

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/513/KE tal-11 ta' Lulju 2005 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-medda ta' frekwenza tal-5 GHz għall-implimentazzjoni tas-Sistemi ta' Aċċess Bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs)

(notifikata bid-dokument C(2007) 269)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/90/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 676/2002/KE tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/513/KE tal-11 ta' Lulju 2005 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-medda ta' frekwenza tal-5 GHz għall-implimentazzjoni tas-Sistemi ta' Aċċess Bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs) (2) investigazzjonijiet ulterjuri tal-parametri tekniċi ddefiniti f'din id-Deċiżjoni wrew li l-medja massima e.i.r.p. tal-limiti tad-densità fil-meded 5 150-5 250 MHz u 5 250-5 350 MHz tista' tiġi espressa b'mod li jiffaċilita sostanzjalment l-ittestjar tat-tagħmir skont l-ispeċifikazzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-11 ta' Lulju 2005. Il-formula l-ġdida tal-parametri tekniċi għalhekk għandha tħaffef l-addozzjoni ta' dawn is-sistemi fl-UE.

(2)

Kemm l-ETSI u kemm is-CEPT ikkonfermaw li l-emenda ta' dawn il-parametri tekniċi ma tbiddilx il-protezzjoni vis à vis is-servizzi l-oħra li għandha l-istess spettru bħal WAS/RLANs u li żżomm b'mod partikulari l-interferenza sħiħa mill-RLANs li topera fil-medda tal-frekwenza 5 150-5 350 MHz għal livell baxx biżżejjed sabiex l-interferenza fil-komunikazzjoni satellitari tiġi evitata.

(3)

L-Istandard Armonizzat għat-tagħmir RLAN bl-użu ta' meded 5 GHz li ġie adottat mill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekommunikazzjoni (ETSI) bin-numru EN 301 893 jikkunsidra din is-simplifikazzjoni tal-parametri tekniċi.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 2005/513/KE għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 4

1.   Fil-medda tal-frekwenza 5 150-5 350 MHz, WAS/RLANs għandu jkun limitat għall-użu ta' ġewwa biss b'medja massima e.i.r.p. ta' 200 Mw. Barra minn hekk, fil-medda ta' 5 150-5 350 MHz il-medja massima tad-densità e.i.r.p. għandha tkun limitata għal 10 mW/MHz fi kwalunkwe medda ta' 1 MHz.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 12 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 19.7.2005, p. 22.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

535


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 142/2007 tal-14 ta' Frar 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1610/2006 li jidderoga mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 327/98 u tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 dwar xi liċenzji tal-importazzjoni, li ħarġu għaż-żmien ta’ Lulju 2006, fil-qafas tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 142/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 142/2007

tal-14 ta' Frar 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1610/2006 li jidderoga mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 327/98 u tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 dwar xi liċenzji tal-importazzjoni, li ħarġu għaż-żmien ta’ Lulju 2006, fil-qafas tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet iddikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1610/2006 (3), il-validità tal-liċenzji li ħarġu għall-importazzjoni tar-ross mingħajr il-qoxra ta’ barra, ross imqaxxar jew nofsu mqaxxar għall-perjodu ta’ Lulju 2006 ta’ xi kwoti ta’ importazzjonijiet miftuħin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 tal-10 ta’ Frar 1998 li jipprovdi ftuħ u metodu ta’ ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji ta’ importazzjoni ta’ ross u ta’ ross miksur (4), b’talba tal-operaturi kkonċernati, ġiet estiża sal-31 ta’ Deċembru 2006. L-użu ta’ dawn il-liċenzji, f’ċerti każi, ġie ffaċilitat ukoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-oriġini u l-kodiċi NM tar-ross importat.

(2)

Minkejja d-dispożizzjonijiet inkwistjoni, ċerti liċenzji tal-importazzjoni ma setgħux jintużaw matul il-perjodu ta’ validità tagħhom minħabba xi tfixkil fil-proċess ta’ importazzjoni tar-ross fil-Komunità, b’mod partikolari, minħabba l-preżenza fuq is-suq Amerikan ta’ ross ikkontaminat minn ross ġenetikament immodifikat u xi riskji ta’ twaqqif tal-importazzjonijiet li ġejjin minn dan. Għalhekk, minħabba dawn iċ-ċirkostanzi partikolari, jeħtieġ li tingħata l-possibbiltà lill-Istati Membri li jidderogaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (5) u tiġi liberalizzata, minn każ għal każ, il-garanzija magħmula mill-operaturi meta jiġu rispettati ċerti kundizzjonijiet.

(3)

Jeħtieġ ukoll li jingħata l-permess lill-Istati Membri li jagħtu lura lill-operaturi kkonċernati l-liċenzji tal-esportazzjoni li ġew ippreżentati bħala appoġġ għar-rikjesta tal-liċenzja tal-importazzjoni, b’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 327/98.

(4)

Għalhekk għandu jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1610/2006.

(5)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1610/2006 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 2a li ġej huwa miżjud:

“Artikolu 2a

1.   B’deroga għall-Artikolu 35(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, l-Istati Membri jistgħu jilliberalizzaw, wara analiżi ta' każ b'każ, il-garanzija stabbilita fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 327/98 dwar il-liċenzji ta’ importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament li ma ntużawx qabel l-għeluq tal-perjodu ta’ validità tagħhom, bil-kundizzjoni li:

a)

id-detentur tal-liċenzja ta’ importazzjoni jagħti lura l-liċenzja jew liċenzji ta’ importazzjoni li ma ntużawx lill-awtoritajiet kompetenti u jitlob għall-liberalizzazzjoni tal-garanzija relatata,

b)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkollhom elementi biżżejjed biex ikunu jistgħu jistabbilixxu li l-importatur ikkonċernat aġixxa bi skop tajjeb u uża l-mezzi kollha raġonevolment disponibbli biex juża l-liċenzja jew liċenzji ta’ importazzjoni matul il-perijodu ta’ validità tagħhom.

2.   L-oriġinali tal-liċenzja ta’ esportazzjoni, li kien dokument ta’ appoġġ għat-talba għal liċenzja ta’ importazzjoni, b’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jingħata lura lid-detentur tal-liċenzja ta’ importazzjoni li għaliha ġiet liberalizzata il-garanzija skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”

2.

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3 li ġej huwa miżjud:

“3.   L-Istati Membri jirrapportaw lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2007, b’mezz elettroniku, in-numru tal-liċenzja jew liċenzji ta’ importazzjoni li ma ntużawx, li għalihom ġiet liberalizzata l-garanzija b’konformità mal-Artikolu 2a, kif ukoll il-kwantitajiet (tunnellati) ta’ prodotti kkonċernati għal kull kodiċi tan- nomenklatura magħquda (kodiċi NM).”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 797/2006. (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 299, 28.10.2006, p. 11.

(4)  ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2019/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 48).

(5)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 234, 29.8.2006, p. 4).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

537


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 146/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3440/84 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għal ċerti xbieki tat-tkarkir għal bastimenti li jħaddmu sistemi ta’ ppumpjar abbord

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 146/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 146/2007

tal-15 ta' Frar 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3440/84 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għal ċerti xbieki tat-tkarkir għal bastimenti li jħaddmu sistemi ta’ ppumpjar abbord

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 48 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3440/84 (2), jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar it-twaħħil ta' mekkaniżmu ma' gangmi, xbieki Daniżi u xbieki simili.

(2)

Sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-ekwipaġġi, fl-2007 għandhom jiġu implimentati miżuri supplimentari, li ma jaffettwawx is-selettività, fuq il-kundizzjonjiet tekniċi fir-rigward ta' bastimenti li jħaddmu sistemi ta' ppumpjar abbord.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 3440/84 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3440/84 għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   B'deroga mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, il-bastimenti li jħaddmu sistemi ta' ppumpjar abbord għandhom jitħallew iwaħħlu kalament f'distanza ta' mhux iktar minn 10 m. mill-malji ta' wara tal-manka, meta s-sajd isir bix-xbieki tat-tkarkir fejn id-daqs tal-malji jkun inqas minn 70 mm.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2166/2005 (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 5).

(2)  ĠU L 318, 7.12.1984, p. 23, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2122/89 ĠU L 203, 15.7.1989, p. 21.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

538


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 147/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jadatta ċerti kwoti tas-sajd mill-2007 sal-2012 skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd]

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 147/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 147/2007

tal-15 ta' Frar 2007

li jadatta ċerti kwoti tas-sajd mill-2007 sal-2012 skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kunsill adotta regolamenti li jiffissaw għall-2001, l-2002, l-2003, l-2004 u l-2005 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għall-bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn hemm rekwiżiti ta' limiti ta' qbid (2);

(2)

B'segwitu għal investigazzjonijiet nazzjonali li twettqu fl-2005 u l-2006 mir-Renju Unit, il-Kummissjoni ġiet innotifikata mir-Renju Unit u l-Irlanda li qabżu l-opportunitajiet ta' sajd allokati lilhom f'termini ta' qabdiet ta' kavalli (ir-Renju Unit u l-Irlanda) u aringi (ir-Renju Unit) f'ċerti żoni fis-snin mill-2001 sal-2004;

(3)

Fl-2006, b'segwitu għall-pubblikazzjoni tar-Regolament (3) li jadatta ċerti kwoti tas-sajd għall-2006 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (4), ir-Renju Unit innotifika wkoll lill-Kummissjoni dwar kwantità addizzjonali ta' kavalli maqbuda barra mill-kwota fl-2005;

(4)

L-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 jiddikjara li meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru ikun qabeż l-opportunitajiet tas-sajd li kienu allokati lilu, il-Kummissjoni għandha tħaddem tnaqqis minn opportunitajiet tas-sajd tal-futur ta' dak l-Istat Membru.

(5)

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura sfruttar ta' riżorsi akkwatiċi ħajjin li jipprovdi kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli.

(6)

Meta jitqies li s-sajd żejjed seħħ tul għadd ta' snin u tiġi kkunsidrata l-ħtieġa li tiġi meqjusa l-qagħda ekonomika u soċjali tas-setturi tas-sajd rispettivi tal-Istati Membri konċernati u biex jiġi kemm jista' jkun illimitat l-impatt negattiv fuq dawk is-setturi, huwa xieraq li jitnaqqsu l-kwantitajiet maqbuda barra mill-kwota tul perjodu itwal minn sena;

(7)

It-tendenza tal-kwoti tal-kavalli kienet dejjem nieżla mill-2001 sal-2004. Sabiex jiġi evitat impatt sproporzjonat fuq it-tnaqqis huwa meħtieġ li jiġi applikat fattur ta' korrezzjoni fuq il-kwantitajiet li għandhom jitnaqqsu mill-kwoti tal-kavalli fir-rigward ta' ammonti maqbuda barra mill-kwota mill-2001 sal-2004;

(8)

Il-kwantità addizzjonali ta' kavalli maqbuda barra mill-kwota mir-Renju Unit fl-2005 għandhom jitnaqqsu mill-kwota tar-Renju Unit tal-2007;

(9)

L-iskema tat-tnaqqis se tkun kompatibbli mal-pariri xjentifiċi minħabba li l-qabdiet totali permessi għall-kavalli u l-aringi fis-snin li ġejjin se jkunu bbażati fuq pariri xjentifiċi li se jqisu l-qabdiet aġġustati li jirriżultaw mill-kwoti mnaqqsa.

(10)

Il-fattur ta' korrezzjoni għandu jkun daqs il-qabda totali tal-kavalli permessa fl-2006 espressa bħala persentaġġ tal-medja tal-qabda totali permessa għas-snin 2001-2004;

(11)

Barra minn hekk, sabiex jiġu evitati konsegwenzi soċjali u ekonomiċi negattivi, il-kwantitajiet li jitnaqqsu fi kwalunkwe sena ma għandhomx jaqbżu persentaġġ tal-kwota annwali. Huwa xieraq li dan il-persentaġġ jiġi ffissat bħala 15 %;

(12)

F'każ fejn il-kwantità li għandha titnaqqas fi kwalunkwe sena taqbeż 15 % tal-kwota annwali, il-perjodu tat-tnaqqis se jittawwal biex titnaqqas il-kwantità li hija daqs jew inqas minn 15 %;

(13)

B'kunsiderazzjoni għat-talba tal-Istati Membri konċernati biex ikollhom ammont iżgħar imnaqqas minn ċerti kwoti fl-2007 milli fis-snin ta' wara mill-2008 sal-2012.

(14)

Il-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien iffissat miċ-chairman tiegħu;

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti allokati lill-Irlanda u r-Renju Unit għall-kavalli (Scomber scombrus) u l-aringi (Clupea harengus) fis-snin mill-2007 sal-2012 għandhom jitnaqqsu kif muri fl-Anness I u l-Anness II.

Artikolu 2

Il-kwantitajiet imnaqqsa fi kwalunkwe sena ma għandhomx jaqbżu 15 % tal-kwota annwali.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummisjoni

ANNESS I

TNAQQIS MILL-KWOTA 2007-2012

Pajjiż

Speċi

Kodiċi tal-istokk

Żona

Sajd żejjed 2001-2004

Fattur ta' korrezzjoni

m.r. = mhux rilevanti

Tnaqqis totali

2007

2008

2009

2010

2011

2012

Ir-Renju Unit

Kavalli

(Scomber scombrus)

2CX14

II (ilmijiet mhux tal-KE), Vb (ilmijiet tal-KE), VI, VII, VIIIa, b, d, e, XII, XIV

112 546

0,734

82 609

12 391,3

14 043,5

14 043,5

14 043,5

14 043,5

14 043,5

Ir-Renju Unit

Aringi

(Clupea harengus)

5B6ANB

Vb, VIaN (ilmijiet tal-KE), VIb

10 349

m.r.

10 349

1 552,4

1 759,3

1 759,3

1 759,3

1 759,3

1 759,3

Ir-Renju Unit

Aringi

(Clupea harengus)

4AB

IV fit-Tramuntana ta' 53° 30′ N

33 485

m.r.

33 485

5 022,8

5 692,5

5 692,5

5 692,5

5 692,5

5 692,5

Ir-Renju Unit

Aringi

(Clupea harengus)

1/2

I, II (ilmijiet tal-KE u ilmijiet Internazzjonali) HER/1/2

127

m.r.

127

127

0

0

0

0

0

L-Irlanda

Kavalli

(Scomber scombrus)

2CX14

II (ilmijiet mhux tal-KE), Vb (ilmijiet tal-KE), VI, VII, VIIIa, b, d, e, XII, XIV

33 486

0,734

24 578,7

3 686,8

4 178,4

4 178,4

4 178,4

4 178,4

4 178,4

ANNESS II

TNAQQIS MILL-KWOTA 2007-2012

Pajjiż

Speċi

Kodiċi tal-istokk

Żona

Sajd żejjed 2005

Fattur ta' korrezzjoni

m.r. = mhux rilevanti

Tnaqqis totali

2007

2008

2009

2010

2011

2012

Ir-Renju Unit

Kavalli

(Scomber scombrus)

2CX14

II (ilmijiet mhux tal-KE), Vb (ilmijiet tal-KE), VI, VII, VIIIa, b, d, e, XII, XIV

5 090

m.r.

5 090

5 090

0

0

0

0

0


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2848/2000 (ĠU L 334, 30.12.2000, p. 1); Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2555/2001 (ĠU L 347, 31.12.2001, p. 1); Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2341/2002 (ĠU L 356, 31.12.2002, p. 12); Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2287/2003 (ĠU L 344, 31.12.2003, p. 1); Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 27/2005 (ĠU L 12, 14.1.2005, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 742/2006 (ĠU L 130, 18.5.2006, p. 7).

(4)  ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

542


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jirreġistra ċerti ismijiet fir-Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Geraardsbergse mattentaart (IĠP) — Pataca de Galicia jew Patata de Galicia (IĠP) — Poniente de Granada (DPO) — Gata-Hurdes (DPO) — Patatas de Prades jew Patates de Prades (IĠP) — Mantequilla de Soria (DPO) — Huile d'olive de Nîmes (DPO) — Huile d'olive de Corse jew Huile d'olive de Corse — Oliu di Corsica (DPO) — Clémentine de Corse (IĠP) — Agneau de Sisteron (IĠP) — Connemara Hill Lamb jew Uain Sléibhe Chonamara (IĠP) — Sardegna (DPO) — Carota dell'Altopiano del Fucino (IĠP) — Stelvio jew Stilfser (DPO) — Limone Femminello del Gargano (IĠP) — Azeitonas de Conserva de Elvas e Campo Maior (DPO) — Chouriça de Carne de Barroso — Montalegre (IĠP) — Chouriço de Abóbora de Barroso — Montalegre (IĠP) — Sangueira de Barroso — Montalegre (IĠP) — Batata de Trás-os-Montes (IĠP) — Salpicão de Barroso — Montalegre (IĠP) — Alheira de Barroso — Montalegre (IĠP) — Cordeiro de Barroso, Anho de Barroso jew Cordeiro de leite de Barroso (IĠP) — Azeite do Alentejo Interior (DPO) — Paio de Beja (IĠP) — Linguíça do Baixo Alentejo jew Chouriço de carne do Baixo Alentejo (IĠP) — Ekstra deviško oljčno olje Slovenske Istre (DPO))

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 148/2007

tal-15 ta' Frar 2007

li jirreġistra ċerti ismijiet fir-Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Geraardsbergse mattentaart (IĠP) — Pataca de Galicia jew Patata de Galicia (IĠP) — Poniente de Granada (DPO) — Gata-Hurdes (DPO) — Patatas de Prades jew Patates de Prades (IĠP) — Mantequilla de Soria (DPO) — Huile d'olive de Nîmes (DPO) — Huile d'olive de Corse jew Huile d'olive de Corse — Oliu di Corsica (DPO) — Clémentine de Corse (IĠP) — Agneau de Sisteron (IĠP) — Connemara Hill Lamb jew Uain Sléibhe Chonamara (IĠP) — Sardegna (DPO) — Carota dell'Altopiano del Fucino (IĠP) — Stelvio jew Stilfser (DPO) — Limone Femminello del Gargano (IĠP) — Azeitonas de Conserva de Elvas e Campo Maior (DPO) — Chouriça de Carne de Barroso — Montalegre (IĠP) — Chouriço de Abóbora de Barroso — Montalegre (IĠP) — Sangueira de Barroso — Montalegre (IĠP) — Batata de Trás-os-Montes (IĠP) — Salpicão de Barroso — Montalegre (IĠP) — Alheira de Barroso — Montalegre (IĠP) — Cordeiro de Barroso, Anho de Barroso jew Cordeiro de leite de Barroso (IĠP) — Azeite do Alentejo Interior (DPO) — Paio de Beja (IĠP) — Linguíça do Baixo Alentejo jew Chouriço de carne do Baixo Alentejo (IĠP) — Ekstra deviško oljčno olje Slovenske Istre (DPO))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu7 (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjonijiet tal-Istati Membri biex jiġu reġistrati ċerti ismijiet ġew ippubblikati f‘il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kif ġej:

fir-rigward tal-Belġju: “Geraardsbergse mattentaart” (2);

fir-rigward ta’ Spanja: “Pataca de Galicia” jew “Patata de Galicia” (3), “Poniente de Granada” (4), “Gata-Hurdes” (5), “Patatas de Prades” jew “Patates de Prades” (6) u “Mantequilla de Soria” (7);

fir-rigward ta’ Franza: “Huile d'olive de Nîmes” (8), “Huile d'olive de Corse” jew “Huile d'olive de Corse — Oliu di Corsica” (9), “Clémentine de Corse” (10) u “Agneau de Sisteron” (11);

fir-rigward tal-Irlanda: “Connemara Hill Lamb” jew “Uain Sléibhe Chonamara” (12);

fir-rigward tal-Italja: “Sardegna” (13), “Carota dell'Altopiano del Fucino” (14), “Stelvio” jew “Stilfser” (15) u “Limone Femminello del Gargano” (16);

fir-rigward tal-Portugall: “Azeitonas de Conserva de Elvas e Campo Maior” (17), “Chouriça de Carne de Barroso — Montalegre” (18), “Chouriço de Abóbora de Barroso — Montalegre” (19), “Sangueira de Barroso — Montalegre” (20), “Batata de Trás-os-Montes” (21), “Salpicão de Barroso — Montalegre” (22), “Alheira de Barroso — Montalegre” (23), “Cordeiro de Barroso” jew “Anho de Barroso” jew “Cordeiro de leite de Barroso” (24), “Azeite do Alentejo Interior” (25), “Paio de Beja” (26) u “Linguíça do Baixo Alentejo” jew “Chouriço de carne do Baixo Alentejo” (27);

fir-rigward tas-Slovenia: “Ekstra deviško oljčno olje Slovenske Istre” (28).

(2)

Ġaladaraba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda oġġezzjoni skont l-Artikolu7 tar-Regolament (KEE) Nru 510/2006, dawn l-ismijiet għandhom jiddaħħlu fir-“Reġistru ta’ denominazzjonijiet protetti ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ismijiet fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b’dan imdaħħla fir-“Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12-il jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f‘Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

1.   Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

Klassi 1.1.   Laħam frisk (u ġewwieni)

FRANZA

Agneau de Sisteron (IĠP)

L-IRLANDA

Connemara Hill Lamb jew Uain Sléibhe Chonamara (IĠP)

IL-PORTUGALL

Cordeiro de Barroso, Anho de Barroso jew Cordeiro de leite de Barroso (IĠP)

Klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajrin, immelħin, iffumigati, eċċ.)

IL-PORTUGALL

Paio de Beja (IĠP)

Linguíça do Baixo Alentejo jew Chouriço de carne do Baixo Alentejo (IĠP)

Salpicão de Barroso — Montalegre (IĠP)

Alheira de Barroso — Montalegre (IĠP)

Chouriça de Carne de Barroso — Montalegre (IĠP)

Chouriço de Abóbora de Barroso — Montalegre (IĠP)

Sangueira de Barroso — Montalegre (IĠP)

Klassi 1.3.   Ġobon

L-ITALJA

Stelvio o Stilfser (DPO)

Klassi 1.5.   Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

SPANJA

Poniente de Granada (DPO)

Mantequilla de Soria (DPO)

Gata-Hurdes (DPO)

FRANZA

Huile d'olive de Nîmes (DPO)

Huile d'olive de Corse jew Huile d'olive de Corse — Oliu di Corsica (DPO)

L-ITALJA

Sardegna (DPO)

IL-PORTUGALL

Azeite do Alentejo Interior (DPO)

IS-SLOVENJA

Ekstra deviško oljčno olje Slovenske Istre (DPO)

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

SPANJA

Pataca de Galicia o Patata de Galicia (IĠP)

Patatas de Prades jew Patates de Prades (IĠP)

FRANZA

Clémentine de Corse (IĠP)

L-ITALJA

Carota dell'Altopiano del Fucino (IĠP)

Limone Femminello del Gargano (IĠP)

IL-PORTUGALL

Azeitonas de Conserva de Elvas e Campo Maior (DPO)

Batata de Trás-os-Montes (IĠP)

2.   Oġġetti tal-ikel li hemm referenza għalihom fl-Anness I tar-Regolament

Klassi 2.4.   Ħobż, oġġetti tal-forn, kejkijiet, ħelu, biskuttini u prodotti oħra tal-fran

IL-BELĠJU

Geraardsbergse mattentaart (IĠP).


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 3, 6.1.2006, p. 9.

(3)  ĠU C 240, 30.9.2005, p. 28.

(4)  ĠU C 274, 5.11.2005, p. 10.

(5)  ĠU C 320, 15.12.2005, p. 2.

(6)  ĠU C 331, 28.12.2005, p. 2.

(7)  ĠU C 32, 8.2.2006, p. 2.

(8)  ĠU C 225, 14.9.2005, p. 3.

(9)  ĠU C 233, 22.9.2005, p. 9.

(10)  ĠU C 240, 30.9.2005, p. 32.

(11)  ĠU C 323, 20.12.2005, p. 16.

(12)  ĠU C 122, 23.5.2006, p. 9.

(13)  ĠU C 224, 13.9.2005, p. 7.

(14)  ĠU C 240, 30.9.2005, p. 23.

(15)  ĠU C 251, 11.10.2005, p. 20.

(16)  ĠU C 314, 10.12.2005, p. 5.

(17)  ĠU C 288, 19.11.2005, p. 5.

(18)  ĠU C 323, 20.12.2005, p. 2.

(19)  ĠU C 329, 24.12.2005, p. 10.

(20)  ĠU C 334, 30.12.2005, p. 59.

(21)  ĠU C 3, 6.1.2006, p. 6.

(22)  ĠU C 30, 7.2.2006, p. 6.

(23)  ĠU C 32, 8.2.2006, p. 8.

(24)  ĠU C 32, 8.2.2006, p. 11.

(25)  ĠU C 128, 1.6.2006, p. 15.

(26)  ĠU C 128, 1.6.2006, p. 18.

(27)  ĠU C 132, 7.6.2006, p. 36.

(28)  ĠU C 127, 31.5.2006, p. 16.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

546


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 149/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti Boerenkaas (STG)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 149/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 149/2007

tal-15 ta' Frar 2007

li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti Boerenkaas (STG)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel li huma speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 u skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament imsemmi, l-applikazzjoni tal-Olanda biex id-denominazzjoni “Boerenkaas” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata,

(3)

L-applikazzjoni talbet ukoll il-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2082/92 tal-14 ta’ Lulju 1992 dwar ċertifikati ta’ karattru speċifiku għall-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (3), li jikkorrispondi għall-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006. Fl-assenza ta’ oppożizzjoni, ma ntweriex li l-isem huwa utilizzat b’manjiera legali, magħrufa u ekonomikament sinifikanti għal prodotti agrikoli jew tal-ikel simili. Jeħtieġ għaldaqstant li l-applikazzjoni tintlaqa’.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tkun irreġistrata.

Il-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 għandha tapplika.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Boerenkaas

STG

1.3. Ġobnijiet

L-OLANDA

Lista L-użu tad-denominazzjoni huwa rriservat


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 316, 13.12.2005, p. 16.

(3)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 9. Ir-Regolament tħassar bir-Regolament (KE) Nru 509/2006.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

548


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 203/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 958/2006 u (KE) Nru 38/2007 sabiex jitneħħew ir-rifużjonijiet għall-esportazzjonijiet lejn ċerti destinazzjonijiet

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 203/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 203/2007

tas-27 ta’ Frar 2007

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 958/2006 u (KE) Nru 38/2007 sabiex jitneħħew ir-rifużjonijiet għall-esportazzjonijiet lejn ċerti destinazzjonijiet

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar ta’ l-2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u partikolarment l-Artikolu 40(1)(g) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 958/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 dwar sejħa permanenti għall-offerti biex ikun deċiż l-għoti ta' rifużjoni ta' esportazzjoni għal zokkor abjad għas-sena kummerċjali 2006/07 (2) jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti biex ikun deċiż l-għoti ta' rifużjoni ta' esportazzjoni għal zokkor abjad kopert bill-kodiċi tan-NM 1701 99 10 għad-destinazzjonijiet kollha bl-esklużjoni ta' l-Albanija, il-Bulgarija, il-Kroazja, il-Bosnja u Ħerzegovina, is-Serbja u l-Montenegro (3), dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u r-Rumanija.

(2)

Skond l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 38/2007 tas-17 ta' Jannar 2007 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid ta' zokkor għall-esportazzjoni miżmum mill-aġenziji ta' l-intervent tal-Bejġju, ir-Repubblika Ċeka, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, l-Islovakkja u l-Iżvezja (4), l-aġenziji ta' l-intervent ikkonċernati għandhom joffru għall-bejgħ b'sejħa permanenti għall-offerti għall-esportazzjoni għad-destinazzjonijiet kollha bl-esklużjoni ta' l-Albanija, il-Kroazja, il-Bosnja u Ħerzegovina, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja, il-Kosovo u l-Montenegro kwantità totali ta' 852 681 tunnellata ta' zokkor aċċettat fl-intervent u disponibbli għall-esportazzjoni.

(3)

Skond l-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament tal-Kunsill 318/2006, ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jistgħu jiġu stabbiliti biex ikopru l-qasma fil-kompetizzjoni bejn l-esportazzjoni tal-Komunità u tal-pajjiżi terzi. L-esportazzjonijiet tal-Komunità lejn ċerti destinazzjonijiet fil-qrib u lejn pajjiżi terzi li jagħtu trattament preferenzjali ta' importazzjoni fuq prodotti tal-Komunità, preżentament huma f'pożizzjoni kompetittiva partikulari u favorevoli. Għalhekk, ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni lejn dawk id-destinazzjonijiet għandhom jitneħħew.

(4)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 958/2006 u (KE) Nru 38/2007 għalhekk għandhom jiġu emendati skond dan.

(5)

Fid-dawl tad-dati biex jintefgħu l-offerti skond ir-Regolamenti (KE) Nru 958/2006 u (KE) Nru 38/2007, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih. Madankollu, sabiex jiġu protetti d-drtittijiet ta' dawk li diġà tefgħu l-offerti, dan għandu japplika biss għall-offerti mibgħuta wara d-data ta' dħul fis-seħħ.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija għaz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 958/2006, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“1.   Is-sejħa permanenti għall-offerti għandha tkun miftuħa sabiex jiġu determinati r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad kopert bil-kodiċi tan-NM 1701 99 10 għad-destinazzjonijiet kollha bl-esklużjoni ta' l-Andorra, Ġibiltà, Ceuta, Melilla, is-Santa Sede (l-Istat tal-Vatikan), Liechtenstein, il-komuni ta' Livigno u Campione ta' l-Italja, Heligoland, Greenland, il-Gżejjer ta' Faeroe, dawn iż-żoni ta' Ċipru li fihom il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv, l-Albanija, il-Kroazja, il-Bosnja u Ħerzegovina, is-Serbja (*), il-Montenegro u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Matul il-perjodu taż-żmien tal-validità ta' din is-sejħa permanenti, għandhom jinħarġu sejħiet parzjali għall-offerti.

Artikolu 2

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 38/2007 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

L-aġenziji ta' l-intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, l-Islovakkja u l-Iżvezja għandhom joffru għall-bejgħ b'sejħa permanenti għall-offerti għall-esportazzjoni għad-destinazzjonijiet kollha bl-esklużjoni ta' l-Andorra, Ġibiltà, Ceuta, Melilla, is-Santa Sede (l-Istat tal-Vatikan), Liechtenstein, il-komuni ta' Livigno u Campione ta' l-Italja, Heligoland, Greenland, il-Gżejjer ta' Faeroe, dawn iż-żoni ta' Ċipru li fihom il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv, l-Albanija, il-Kroazja, il-Bosnja u Ħerzegovina, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja (**) u l-Montenegro kwantità totali ta' 852 681 tunnellata ta' zokkor aċċettat bl-intervent u disponibbli għall-esportazzjoni. Il-kwantitajiet massimi allokati lil kull Stat Membru huma stabbiliti f'Anness 1.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika biss għal dawk li tefgħu l-offerti wara dik id-data.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fit-totalità kollha tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2011/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 175, 29.6.2006, p. 49.

(3)  Inkluż il-Kosovo, taħt l-aegis tan-Nazzjonijiet Uniti, skond ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 1244 ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999.

(4)  ĠU L 11, 18.1.2007, p. 4.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

550


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 205/2007 tas-27 ta' Frar 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 990/2006 dwar il-kwantitajiet koperti mis-sejħa permanenti għall-esportazzjoni tas-segala li tinżamm mill-aġenzija ta’ intervent Ġermaniża

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 205/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 205/2007

tas-27 ta' Frar 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 990/2006 dwar il-kwantitajiet koperti mis-sejħa permanenti għall-esportazzjoni tas-segala li tinżamm mill-aġenzija ta’ intervent Ġermaniża

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taċ-ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 990/2006 (2) fetaħ sejħa permanenti għall-esportazzjoni taċ-ċereali li jinżammu mill-aġenziji ta’ intervent tal-Istati Membri.

(2)

Il-bejgħ mill-ġdid tas-segala fis-suq intern żdied dan l-aħħar, b’mod partikolari minħabba l-kundizzjonijiet ta’ bejgħ mill-ġdid li bħalissa huma aktar favorevoli fis-suq intern milli għall-esportazzjoni, fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1483/2006 tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ftuħ tas-sejħa permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali li jinżammu mill-aġenziji ta’ intervent tal-Istati Membri (3).

(3)

Minħabba din is-sitwazzjoni u sabiex jerġgħu jkunu disponibbli għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq intern il-kwantitajiet ta’ segala li bħalissa huma koperti mis-sejħa permanenti dwar is-segala fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 990/2006, jeħtieġ li titnaqqas il-kwantità koperta mis-sejħa msemmija, b’96 150 tunnellata għall-Ġermanja.

(4)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 990/2006 għandu jiġi emendat.

(5)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 990/2006 huwa mibdul bit-test li jidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum li fih jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

“ANNESS I

LISTA TAS-SEJĦIET

Stat Membru

Kwantitajiet disponibbli għall-bejgħ fis-swieq esterni

(tunnellati)

Aġenzija ta’ intervent

Isem, indirizz u dettalji

Qamħ komuni

Xgħir

Segala

Belgique/België

0

0

Bureau d'intervention et de restitution belge

Rue de Trèves, 82

B-1040 Bruxelles

Telefown: (32-2) 287.24.78

Fax: (32-2) 287.25.24

e-mail: webmaster@birb.be

website: www.birb.be

България

State Fund Agriculture

136, Tzar Boris III Blvd.

1618, Sofia, Bulgaria

Telefown: (+359 2) 81 87 202

Fax: (+359 2) 81 87 267

e-mail: dfz@dfz.bg

website: www.mzgar.government.bg

Česká republika

64 895

191 294

Statní zemědělsky intervenční fond

Odbor Rostlinných Komodit

Ve Smečkách 33

CZ — 110 00, Praha 1

Telefown: (420) 222 871 667-222 871 403

Fax: (420) 296 806 404

e-mail: dagmar.hejrovska@szif.cz

website: www.szif.cz

Danmark

0

0

Direktoratet for FødevareErhverv

Nyropsgade 30

DK-1780 Copenhague

Telefown: (45) 33 95 88 07

Fax: (45) 33 95 80 34

e-mail: mij@dffe.dk and pah@dffe.dk

website: www.dffe.dk

Deutschland

0

0

203 850

Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung

Deichmanns Aue 29

D-53179 Bonn

Telefown: (49-228) 6845-3704

Fax 1: (49-228) 6845-3985

Fax 2: (49-228) 6845-3276

e-mail: pflanzlErzeugnisse@ble.de

website: www.ble.de

Eesti

0

30 000

Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet

Narva mnt. 3, 51009 Tartu

Telefown: (372) 7371 200

Fax: (372) 7371 201

e-mail: pria@pria.ee

website: www.pria.ee

Éire/Ireland

0

Intervention Operations, OFI, Subsidies & Storage Division,

Department of Agriculture & Food

Johnstown Castle Estate, County Wexford

Telefown: 353 53 63400

Fax: 353 53 42843

website: www.agriculture.gov.ie

Elláda

Payment and Control Agency for Guidance and Guarantee Community Aids (O.P.E.K.E.P.E)

241, Archarnon str.,

GR-104 46 Athens

Telefown:

(30-210) 212.4787 & 4754

Fax:

(30-210) 212.4791

e-mail: ax17u073@minagric.gr

website: www.opekepe.gr

España

S. Gral. Intervención de Mercados (FEGA)

C/Almagro 33-28010 Madrid — España

Telefown: (34-91) 3474765

Fax: (34-91)3474838

e-mail: sgintervencion@fega.mapa.es

website: www.fega.es

France

0

0

Office National Interprofessionnel des Grandes Cultures (ONIGC)

21, avenue Bosquet

F-75326 Paris Cedex 07

Telefown: (33-1) 44 18 22 29 et 23 37

Fax: (33-1) 44 18 20 08-33 1 44 18 20 80

e-mail: f.abeasis@onigc.fr

website: www.onigc.fr

Italia

Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura — AGEA

Via Torino, 45

00184 Roma

Telefown: (39) 0649499755

Fax: (39)0649499761

e-mail: d.spampinato@agea.gov.it

website: www.enterisi.it

Kypros/Kibris

 

Latvija

0

0

Lauku atbalsta dienests

Republikas laukums 2,

Rīga, LV — 1981

Telefown: (371) 702 7893

Fax: (371) 702 7892

e-mail: lad@lad.gov.lv

website: www.lad.gov.lv

Lietuva

0

49 658

The Lithuanian Agricultural and Food Products Market regulation Agency

L. Stuokos-Guceviciaus Str. 9-12,

Vilnius, Lithuania

Telefown: (370-5) 268 5049

Fax: (370-5) 268 5061

e-mail: info@litfood.lt

website: www.litfood.lt

Luxembourg

Office des licences

21, rue Philippe II,

Boîte postale 113

L-2011 Luxembourg

Telefown: (352) 478 23 70

Fax: (352) 46 61 38

télex: 2 537 AGRIM LU

Magyarország

1 100 054

78 986

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

Soroksári út. 22-24

H-1095 Budapest

Telefown (36) 1 219 45 76

Fax: (36) 1 219 89 05

e-mail: ertekesites@mvh.gov.hu

website: www.mvh.gov.hu

Malta

 

Nederland

Dienst Regelingen Roermond

Postbus 965

NL-6040 AZ Roermond

Telefown: (31) 475 355 486

Fax: (31) 475 318939

e-mail: p.a.c.m.van.de.lindeloof@minlnv.nl

website: www9.minlnv.nl

Österreich

0

0

AMA (Agrarmarkt Austria)

Dresdnerstraße 70

A-1200 Wien

Telefown:

(43-1) 33151 258

(43-1) 33151 328

Fax:

(43-1) 33151 4624

(43-1) 33151 4469

e-mail: referat10@ama.gv.at

website: www.ama.at/intervention

Polska

400 000

99 644

Agencja Rynku Rolnego

Biuro Produktów Roślinnych

Nowy Świat 6/12

PL-00-400 Warszawa

Telefown: (48) 22 661 78 10

Fax: (48) 22 661 78 26

e-mail: cereals-intervention@arr.gov.pl

website: www.arr.gov.pl

Portugal

Instituto Nacional de Intervenção e Garantia Agrícola (INGA)

R. Castilho, no 45-51,

1269-163 Lisboa

Telefown:

(351) 21 751

(351) 21 384 60 00

Fax:

(351) 21 384 61 70

e-mail: inga@inga.min-agricultura.pt

edalberto.santana@inga.min-agricultura.pt

website: www.inga.min-agricultura.pt

România

Agenția de Plați și Intervenție pentru Agricultura

B-dul Carol I, nr.17, sector 2

București 030161

România

tel.:

+ 40 21 3054802

+ 40 21 3054842

Fax:

+ 40 21 3054803

website: www.apia.org.ro

Slovenija

Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja

Dunajska 160

1000 Ljubjana

Telefown: (386) 1 580 76 52

Fax: (386) 1 478 92 00

e-mail: aktrp@gov.si

website: www.arsktrp.gov.si

Slovensko

66 396

20 636

Pôdohospodárska platobná agentúra

Oddelenie obilnín a škrobu

Dobrovičova 12

SK-815 26 Bratislava

Telefown: (421-2) 58 24 3271

Fax: (421-2) 57 41 2665

e-mail: jvargova@apa.sk

website: www.apa.sk

Suomi/Finland

0

200 000

Maa- ja metsätalousministeriö (MMM)

Interventioyksikkö — Intervention Unit

Malminkatu 16, Helsinki

PL 30

FIN-00023 Valtioneuvosto

Telefown:

(358-9) 16001

Fax:

(358-9) 1605 2772

(358-9) 1605 2778

e-mail: intervention.unit@mmm.fi

website: www.mmm.fi

Sverige

0

0

Statens Jordbruksverk

SE-55182 Jönköping

Telefown: (46)36 15 50 00

Fax: (46) 36 19 05 46

e-mail: jordbruksverket@sjv.se

website: www.sjv.se

United Kingdom

0

Rural Payments Agency

Lancaster House

Hampshire Court

Newcastle upon Tyne

NE4 7YH

Telefown: (44) 191 226 5882

Fax: (44) 191 226 5824

e-mail: cerealsintervention@rpa.gsi.gov.uk

website: www.rpa.gov.uk

—: m’hemmx stokk ta’ intervent għal dawn iċ-ċereali f’dan l-Istat Membru.”


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 179, 1.7.2006, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 131/2007 (ĠU L 42, 14.2.2007, p. 3).

(3)  ĠU L 276, 7.10.2006, p. 58. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 132/2007 (ĠU L 42, 14.2.2007, p. 8).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

555


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 206/2007 tas-27 ta' Frar 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2247/2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni fis-settur taċ-ċanga u l-vitella tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti li jirriżultaw mill-proċessar ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (l-Istati AKP)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 206/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 206/2007

tas-27 ta' Frar 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2247/2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni fis-settur taċ-ċanga u l-vitella tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti li jirriżultaw mill-proċessar ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (l-Istati AKP)

IL-KUMMISSJONL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 tal-10 ta’ Diċembru 2002 dwar l-arranġamenti applikabbli għal prodotti u oġġetti agrikoli li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (Stati AKP) u r-Regolament li jħassar (KE) Nru 1706/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi;

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2247/2003 (2), fuq bażi multiannwali għall-perjodi mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru, jiftaħ kwota għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur taċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw mill-Istati tal-AKP. Il-prodotti eliġibbli għall-importazzjoni skont din il-kwota huma elenkati fl-Anness I għal dak ir-Regolament.

(2)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 li jistipula regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni [traduzzjoni mhux uffiċjali] (3) jipprovdi li l-applikanti għal-liċenzji tal-importazzjoni ma għandhomx iressqu aktar minn applikazzjoni waħda għal liċenzja tal-importazzjoni għall-istess numru tas-serje ta’ kwota fir-rigward ta’ perjodu jew subperjodu ta’ kwota tariffarja tal-importazzjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1445/95 tas-26 ta’ Ġunju 1995 dwar regoli għall-applikazzjoni ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2377/80 (4) jipprovdi li bla ħsara għal dispożizzjonijiet aktar speċifiċi, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom isiru għal prodotti ta' subintestatura waħda tan-NM jew għal wieħed mill-gruppi ta' subintestaturi elenkati fl-Anness I għal dak ir-Regolament. Fid-dawl tal-firxa ta' prodotti li jistgħu jiġu importati skont ir-Regolament (KE) Nru 2247/2003, l-applikanti għandu jkollhom id-dritt li l-applikazzjoni waħdanija tagħhom, għall-istess numru tas-serje tal-kwota, jaqsmuha skont il-kodiċi tan-NM jew grupp ta' kodiċijiet tan-NM.

(3)

Għal finijiet tal-istatistika, il-liċenzji maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 2247/2003 għandhom jispeċifikaw il-kwantitajiet konċernati għal kull kodiċi tan-NM jew għall-grupp ta’ kodiċijiet tan-NM.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 2247/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċanga u tal-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2247/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4(2), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Minkejja l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1445/95, l-applikazzjonijiet jistgħu, għall-istess numru tas-serje tal-kwota, ikopru prodott jew prodotti koperti mill-kodiċijiet tan-NM jew gruppi ta' kodiċijiet tan-NM elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Fil-każ ta' applikazzjonijiet li jkopru bosta kodiċijiet tan-NM, għandha tiġi speċifikata, skont il-kodiċi tan-NM jew il-grupp ta’ kodiċijiet tan-NM, il-kwantità rispettiva li għaliha tkun qed issir l-applikazzjoni. F'kull każ, il-kodiċijiet kollha tan-NM għandhom jintwerew fis-Sezzjoni 16 u d-deskrizzjoni tagħhom fis-Sezzjoni 15 tal-applikazzjonijiet u tal-liċenzji.”

(2)

Fl-Artikolu 5(2), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Kull liċenzja li tinħareġ għandha tispeċifika l-kwantità konċernata skont il-kodiċi tan-NM jew il-grupp ta' kodiċijiet tan-NM.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 348, 21.12.2002, p. 5.

(2)  ĠU L 333, 20.12.2003, p. 37. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1965/2006 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 26) kif ikkoreġut bil-ĠU L 47, 16.2.2007, p. 21).

(3)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(4)  ĠU L 143, 27.6.1995, p. 35. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1965/2006.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

557


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 207/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 li jiddetermina l-għajnuna msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 għall-ħażna privata tal-butir u l-krema u jagħti deroga mir-Regolament (KE) Nru 2771/1999

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 207/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 207/2007

tas-27 ta’ Frar 2007

li jiddetermina l-għajnuna msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 għall-ħażna privata tal-butir u l-krema u jagħti deroga mir-Regolament (KE) Nru 2771/1999

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 34(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 tas-16 ta' Diċembru 1999 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f'dak li jirrigwarda l-intervent fis-suq tal-butir u l-krema (2) jistipula li l-ammont ta' għajnuna għall-ħażna privata msemmi fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandu jkun iffissat għal kull sena.

(2)

It-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jispeċifika li l-għajnuna għandha tiġi ffissata skond l-ispejjeż tal-ħażna u tax-xejra probabbli fil-prezzijiet tal-butir frisk u l-butir mill-ħażniet.

(3)

Rigward l-ispejjeż tal-ħażna, partikularment l-ispejjeż tad-dħul u l-ħruġ tal-prodotti kkonċernati, għandhom jitqiesu l-ispejjeż ghal kull jum ta' ħażna fil-kesħa u l-ispejjeż finanzjarji tal-ħażna.

(4)

L-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 2771/1999 jistipula li d-dħul fil-ħażna għandu jseħħ bejn il-15 ta' Marzu u l-15 ta' Awwissu. Is-sitwazzjoni attwali fis-suq tal-butir tiġġustifika t-tressiq 'il quddiem tad-data ta' l-operazzjonijiet tad-dħul tal-butir u l-krema fil-ħażna fl-2007 għall-1 ta' Marzu. Minħabba f'hekk, għandha tiġi introdotta deroga minn dak l-Artikolu.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-għajnuna msemmija fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandha tkun ikkalkulata għal kull tunnellata ta' butir jew ekwivalenti tal-butir fuq il-bażi ta' l-elementi li ġejjin għal kuntratti konklużi fl-2007:

EUR 15.88 għal spejjeż fissi tal-ħażna,

EUR 0.30 għall-ispejjeż ta' ħażna fil-kmamar tas-silġ għal kull jum ta' ħażna b'kuntratt,

ammont għal kull jum ta' ħażna b'kuntratt, maħdum fuq il-bażi ta' 90 % tal-prezz ta' l-intervent għall-butir fis-seħħ fil-jum li fih tibda l-ħażna b'kuntratt u fuq il-bażi ta' rata annwali ta' l-imgħax ta' 3,75 %.

2.   L-aġenzija ta' l-intervent għandha tirreġistra d-data tal-wasla ta' l-applikazzjoni dwar il-konklużjoni ta' kuntratt kif imsemmi fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 2771/1999, kif ukoll il-kwantitajiet u d-dati korrispondenti tal-manifattura u l-post li fih il-butir huwa maħżun.

3.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet koperti matul il-ġimgħa ta' qabel b'dawk l-applikazzjonijiet kull nhar ta' Tlieta mhux aktar tard minn nofsinhar (ħin ta' Brussell).

Artikolu 2

Bħala deroga mill-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 2771/1999, id-dħul fil-ħażna fl-2007 jista' jseħħ mill-1 ta' Marzu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Frar 2007.

Ghall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 333, 24.12.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1919/2006 (ĠU L 380, 28.12.2006, p. 1).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

559


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 210/2007 tas-27 ta' Frar 2007 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1282/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mat-terminu tal-validità tal-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw minn qabel ir-rifużjoni applikabbli fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 210/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 210/2007

tas-27 ta' Frar 2007

li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1282/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mat-terminu tal-validità tal-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw minn qabel ir-rifużjoni applikabbli fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(14) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 tas-17 ta' Awwissu 2006 li jistipula regoli dettaljati partikolari għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f'dak li għandu x'jaqsam mal-liċenzji għall-esportazzjoni u mar-rifużjonijiet fil-każ tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (2), jistipula t-terminu tal-validità għal-liċenzji tal-esportazzjoni.

(2)

It-tnaqqis tal-prezz ta’ intervent għall-butir mill-1 ta’ Lulju 2007 x’aktarx li taffettwa d-differenza bejn dak il-prezz u l-prezz tas-suq dinji.

(3)

Bħala miżura ta’ prekawzjoni, bil-għan li l-baġit Komunitarju jiġi protett minn spejjeż żejda u biex tiġi evitata l-applikazzjoni spekulattiva tas-sistema tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, għall-prodotti li fihom ix-xaħam tal-ħalib, il-validità tal-liċenzji tal-esportazzjoni li jistipulaw minn qabel ir-rifużjoni għandha tkun limitata sat-30 ta’ Ġunju 2007.

(4)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) nru 1282/2006, il-liċenzji tal-esportazzjoni bl-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni fir-rigward tal-prodotti msemmija fil-punti (B) sa (d) ta’ dak l-Artikolu, li għalih l-applikazzjonijiet jitressqu mill-1 ta’ Marzu ‘l quddiem, għandhom ikunu validi sat-30 ta’ Ġunju 2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 234, 29.8.2006, p. 4. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1919/2006 (ĠU L 380, 28.12.2006, p. 1).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

560


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2007 tat-28 ta' Frar 2007 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 214/2007

tat-28 ta' Frar 2007

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 (2) jistipula sistema ta’ ġestjoni għall-kwoti tariffarji. Sabiex jitnaqqsu l-piż amministrattiv u l-ispejjeż mal-importazzjoni, u sabiex tiġi promossa uniformità fit-trattment, ġie pprovdut biex ċerti kwoti tariffarji jitqiesu bħala kritiċi. L-esperjenza bis-sistema u l-użu mtejjeb tal-iskambju elettroniku tad-dejta bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni urew li l-kriterji użati biex jiġi ddeterminat l-istatus kritiku jistgħu jiġu llaxkati aktar mingħajr ma jinħoloq riskju għar-riżorsi proprji tal-Komunità. Skont dan, kwota tariffarja għandha titqies kritika meta, minflok 75 % tas-sistema kurrenti, ikun intuża 90 % tal-volum tal-kwota inizjali.

(2)

It-talba għad-dejta ta’ monitoraġġ marbuta mal-importazzjoni u l-esportazzjoni żdiedet b’mod konsiderevoli. Bħala konsegwenza, fil-każ tas-sorveljanza tal-merkanzija, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, b’numru uniku tal-identifikazzjoni, lill-Kummissjoni u b’mod aktar frekwenti milli bis-sistema kurrenti, dettalji dwar id-dikjarazzjonijiet tad-dwana għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni. Meta dawn id-dettlaji ma jkunux disponibbli jew inkella jkunu parzjalment disponibbli fid-data tad-dikjarazzjoni tad-dwana bi proċedura simplifikata, għandhom jiġu pprovduti jew kompluti wara.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 308a (10), it-terminu “ECU 10” huwa mibdul b' “10 euro”.

(2)

Fl-Artikolu 308c (1) u (3), it-terminu “75 %” huwa mibdul b' “90 %”.

(3)

L-Artikolu 308d huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 308d

1.   Meta jkollha titwettaq is-sorveljanza Komunitarja, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, mill-inqas darba kull ġimgħa, dettalji dwar id-dikjarazzjonijiet tad-dwana għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jiskambjaw dejta bħal din kuljum. Id-dejta kollha mibgħuta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għandha tkun assoċjata ma’ numru ta’ identifikazzjoni uniku. L-Istati Membri għandhom għan-numru ta’ identifikazzjoni uniku fil-komunikazzjonijiet kollha mal-Kummissjoni li għandhom x’jaqsmu ma’ dejta mibgħuta qabel.

L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni sabiex jiddeterminaw in-natura tad-dettalji meħtieġa fuq id-dikjarazzjonijiet tad-dwana għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew fuq id-dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni.

2.   L-informazzjoni kkomunikata minn Stati Membri individwali għandha tkun ittrattata bħala kunfidenzjali.

Madankollu, id-dejta konsolidata għal kull Stat Membru, jiġifieri dejta li ma tippermettix l-identifikazzjoni tal-fornitur jew tal-operatur eknomiku, għandha tkun disponibbli lill-utenti awtorizzati fl-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni sabiex jiddeterminaw l-utenti awtorizzati u sabiex iħejju d-dipsożizzjonijiet prattiċi għall-implimentazzjoni dwar l-iżvelar tad-dejta konsolidata.

3.   Għall-prodotti sensittivi, id-dejta relatata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew għall-esportazzjoni għandha tiġi mmonitorjata fuq bażi kunfidenzjali.

4.   Meta d-dikjarazzjonijiet għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jiġu aċċettati mill-awtoritajiet doganali skont il-proċeduri simplifikati msemmija fl-Artikoli 253 sa 267, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni dettalji tad-dejta disponibbli fid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet magħmula bil-proċedura simplifikata, jekk dawn id-dikjarazzjonijiet ikun fihom mill-inqas indikazzjoni tal-volum jew tal-kwantitajiet tal-prodotti konċernati. L-Istati Membri wara għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni dejta kumpluta kif disponibbli mid-dikjarazzjoni kompluta jew supplimentari b’referenza għan-numru ta’ identifikazzjoni uniku msemmi fl-Artikolu 308d (1).

Meta d-dikjarazzjonijiet għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa aċċettati mill-awtoritajiet doganali skond il-proċeduri simplifikati msemmija fl-Artikoli 253 sa 267, ma jkollhom ebda indikazzjoni dwar il-volum jew tal-kwantitajiet tal-prodotti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni dettalji tad-dejta disponibbli mid-dikjarazzjoni kompluta jew supplimentari.”

Artikolu 2

Dan il-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1875/2006 (ĠU L 360, 19.12.2006, p. 64).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

562


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 217/2007 tat-28 ta’ Frar 2007 li jagħti bidu għal investigazzjoni li għandha x'taqsam ma' l-elużjoni ta' miżuri ta' kontrobilanċ imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004 dwar importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodu tal-grafita li joriġinaw mill-Indja minn importazzjonijiet ta' ċerta grafita artifiċjali li toriġina mill-Indja u li tagħmel tali importazzjonijiet soġġetti għal reġistrazzjoni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 217/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 217/2007

tat-28 ta’ Frar 2007

li jagħti bidu għal investigazzjoni li għandha x'taqsam ma' l-elużjoni ta' miżuri ta' kontrobilanċ imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004 dwar importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodu tal-grafita li joriġinaw mill-Indja minn importazzjonijiet ta' ċerta grafita artifiċjali li toriġina mill-Indja u li tagħmel tali importazzjonijiet soġġetti għal reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni mill-importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunitá Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 u l-Artikolu 24(3) u 24(5) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IT-TALBA

(1)

Il-Kummissjoni rċeviet talba skond l-Artikolu 23(2) tar-Regolament bażiku sabiex tinvestiga l-allegata elużjoni tal-miżuri ta' kontrobilanċ imposti fuq importazzjnijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodu tal-graffita li joriġinaw fl-Indja.

(2)

It-talba tressqet fil-15 ta' Jannat 2007 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Karbonju u l-Grafita (AEKG) f'isem il-produtturi tal-Komunità ta' ċerti sistemi ta' l-elettrodu tal-grafita.

B.   IL-PRODOTTI

(3)

Il-prodott ikkonċernat mill-elużjoni possibbli huwa elettrodi tal-grafita tat-tip użat għall-ifran elettriċi, b'densità apparenti ta' 1,65 g/cm3 jew aktar u b'reżistenza elettrika ta' 6,0 μΩ.m jew anqas, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 8545 11 00 (kodiċi Taric 8545110010) u protuberanzi użati għal dawn l-elettrodi, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 8545 90 90 (kodiċi Taric 8545909010) kemm jekk importati flimkien kif ukoll separatament li joriġinaw fl-Indja (“il-prodott ikkonċernat”). Dawn il-kodiċi qed jingħataw biss għal informazzjoni.

(4)

Il-prodott li qed jiġi investigat huwa vireg ta' grafita artifiċjali b'dijametru ta' 75 mm jew aktar li joriġinaw fl-Indja (“il-prodott li qed jiġi investigat”), normalment iddikjarati taħt il-kodiċi NM ex 3801 10 00 (TARIC 3801100010). Din il-kodiċi qed tingħata biss għall-informazzjoni. Il-prodott li qed jiġi investigat huwa prodott intermedjarju fil-manifattura tal-prodott ikkonċernat, u diġà jinkorpora l-karatteristiċi bażiċi ta' dan il-prodott ta' l-aħħar.

C.   IL-MIŻURI EŻISTENTI

(5)

Il-miżuri fis-seħħ bħalissa u li allegatament qegħdin jiġu elużi huma l-miżuri ta' kontrobilanċ imposti bir-Regoament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004 (2).

D.   IL-BAŻI

(6)

It-talba fiha biżżejjed evidenza prima facie li l-miżuri ta' kontrobilanċ fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat qegħdin jiġu elużi permezz ta' importazzjonijiet tal-prodott li qiegħed jiġi investigat,

(7)

L-evidenza ppreżentata hija kif ġej:

i)

It-talba turi li seħħet bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ li jinvolvi esportazzjonijiet mill-Indja lejn il-Kommunità wara l-impożizzjoni ta' miżuri ta' kontrobilanċ fuq il-prodott ikkonċernat, u li m'hemmx kawża jew ġustifikazzjoni xierqa bizzejjed barra l-impożizzjoni tad-dazju għal din il-bidla.

ii)

Din il-bidla fix-xejra kummerċjali tidher li toriġina minn operat sempliċi ta' konverżjoni mwettaq fil-Komunità li bih importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat jiġu konvertiti għall-prodott ikkonċernat.

iii)

Barra minn hekk, it-talba fiha biżżejjed evidenza prima facie li l-effetti rimedjali tal-miżuri eżistenti tal-kontrobilanċ fuq il-prodott ikkonċernat qegħdin jiddgħajfu f'termini ta' kwantità. Volumi sinifikanti ta' importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mill-Indja jidhru li ħadu post l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat..

iv)

Fl-aħħarnett, it-talba fiha biżżejjed evidenza prima facie li l-prodott importat li qed jiġi investigat għadu qiegħed jibbenefika mis-sussidju.

v)

Jekk il-prassi ta' elużjoni li hija koperta bl-Artikolu 23 tar-Regolament bażiku, għajr konverżjoni sempliċi, tiġi identifikata fl-andament ta' l-investigazzjoni, l-investigazzjoni tista' tkopri din il-prassi wkoll.

E.   IL-PROĊEDURA

(8)

Fid-dawl ta’ dan imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-ftuħ ta’ investigazzjoni skond l-Artikolu 23 tar-Regolament bażiku u li tagħmel l-importazzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat soġġetta għal reġistrazzjoni skond l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku.

(a)   Il-Kwestjonarji

(9)

Sabiex tikseb t-tagħrif li hija tqis bħala meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tibgħat kwestjonarju lill-esportaturi/produtturi u lill-assoċjazzjonijiet ta' esportaturi/produtturi fl-Indja, lill-importaturi u lill-assoċjazzjonijiet ta' importaturi fil-Komunità li kkooperaw fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri attwali u lill-awtoritajiet ta' l-Indja. It-tagħrif, kif xieraq, jista' jintalab ukoll mill-industrija Komunitarja.

(10)

Fi kwalunkwe każ, il-partijiet kollha interessati għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, iżda mhux iktar tard mil-limitu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament sabiex isir magħruf jekk humiex elenkati fit-talba, u, jekk meħtieġ, titlob kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament, fid-dawl li l-limitu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament japplika għall-partijiet interessati kollha.

(11)

L-awtoritajiet ta' l-Indja għandhom jiġu nnotifikati dwar il-bidu ta' l-investigazzjoni u għandhom jingħataw kopja tat-talba.

(b)   Il-ġbir tat-tagħrif u ż-żamma tas-seduti

(12)

Il-partijiet interessati kollha huma permezz ta' dan imsemmi hawnhekk mistiedna biex jgħarrfu l-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub u biex jipprovdu evidenza ta' sostenn. Iktar minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' partjiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba bil-miktub u juru li jeżistu raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu.

(c)   L-eżenzjoni mir-reġistazzjoni ta' l-importazzjonijiet jew tal-miżuri

(13)

Skond l-Artikolu 23(3) tar-Regolament bażiku, importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat jistgħu jkunu eżentati mir-reġistrazzjoni jew il-miżuri jekk l-importazzjoni ma tikkostitwixxix elużjoni.

(14)

Minħabba li l-allegata elużjoni ssir ġewwa l-Komunità, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet, skond l-Artikolu 23(3) tar-Regolament bażiku, lil importaturi tal-prodott li qed jiġi investigat li jistgħu juru li huma mhumiex relatati mal-produtturi soġġetti għall-miżuri. Produtturi li jixtiequ jiksbu eżenżjoni għandhom iressqu talba b'sostenn xieraq ta' evidenza fil-limitu ta' żmien indikat fl-Artikolu 3(3) ta' dan ir-Regolament.

F.   IR-REĠISTRAZZJONI

(15)

Skond l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġu investigati għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni sabiex jiġi żgurat li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f'sejbiet li kien hemm elużjoni, dazji ta' kontrobilanċ ta' ammont xieraq jistgħu jiġu intaxxati b’mod retroattiv mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet mill-Indja.

G.   IL-LIMITI TA' ŻMIEN

(16)

Fl-interess ta' amministrazzjoni sana, għandhom jiġu stabbiliti limiti ta' żmien li fihom:

il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw lilhom infushom mal-Kummissjoni, iressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jressqu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kwalunkwe informazzjoni oħra li għandha titqies matul l-investigazzjoni,

l-importaturi fil-Komunità jistgħu jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni ta’ l-importazzjoni jew mill-miżuri,

il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni.

(17)

Qed tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju ta' ħafna mid-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku jiddependu fuq il-parti billi din tippreżenta lilha nnifisha fi ħdan il-limitu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.

H.   IN-NUQQAS TA' KOOPERAZZJONI

(18)

F'każijiet fejn parti interessata tirrifjuta aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti ta' żmien, jew ixxekkel b'mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet proviżorji jew finali, affermativi jew negattivi, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

(19)

Fejn jinstab li parti interessata tkun forniet tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif għandu jitwarrab u jista' jsir użu mill-fatti disponibbli. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli skond l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Permezz ta' dan qed jingħata bidu għal investigazzjoni skond l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97, sabiex jiġi stabbilit jekk l-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta' vireg tal-graffita artifiċjali b'dijametru akbar minn 75mm li joriġinaw fl-Indja, li normalment jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 3801 10 00 (TARIC 3801100010), humiex qegħdin jeludu l-miżuri imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004.

Artikolu 2

L-awtoritajiet doganali huma permezz ta' dan imsemmi hawnhekk idderiġuti, skond l-Artikolu 23(2) u l-Artikolu 24(5) tar-Regolament (KE) Nru 2026/97, li jieħdu l-passi xierqa sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet fil-Komunità identifikati fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

Ir-reġistrazzjoni tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Permezz ta' Regolament, il-Kummissjoni tista' tidderiġi l-awtoritajiet Doganali sabiex jieqfu mir-reġistrazzjoni fir-rigward ta' l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodotti importati minn importaturi li jkunu applikaw għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni u li nstabu li mhumiex qegħdin jeludu d-dazji ta' kontrobilanċ.

Artikolu 3

1.   Il-kwestjonarji għandhom ikunu mitluba mill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-publikazzjoni ta' dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

2.   Il-partijiet interessati, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom iridu jitqiesu matul l-investigazzjoni, iridu jagħmlu lilhom infushom magħrufa billi jagħmlu kuntatt mal-Kummisjoni, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bil-kitba u jippreżentaw it-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull tagħrif ieħor fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għajr jekk speċifikat mod ieħor.

3.   Importaturi li jitolbu eżenzjoni ta' l-importazzjonijiet mir-reġistrazzjoni jew mill-miżuri għandhom iressqu talba b'sostenn xieraq ta' evidenza fl-istess limitu ta' żmien ta' 40 jum.

4.   Il-partijiet interessati jistgħu japplikaw ukoll għal seduta quddiem il-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 40 jum.

5.   Kwalunkwe tagħrif marbut mal-kwistjoni, kwalunkwe talba għal seduta jew għal kwestjonarju kif ukoll kwalunkwe talba għall-eżenzjoni minn importazzjonijiet jew reġistrazzjoni jew miżuri trid issir bil-miktub (mhux f’format elettroniku, sakemm mhux speċifikat mod ieħor) u trid tindika l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u l-fax tal-parti interessata. Il-preżentazzjonijiet bil-miktub kollha, inkluż it-tagħrif mitlub bħala rekwiżit f'dan ir-Regolament, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali se jiġu mmarkati bħala “Limitat (3) u, konformi ma' l-Artikolu 29(2) tar-Regolament bażiku, se jkunu akkumpanjati minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li se tkun immarkata “GĦALL-ISPEZZJONI MILL-PARTIJIET INTERESSATI”.

L-Indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għal-Kummerċ

Id-Direttorat H

J-79 5/16

B-1049 Brussell

Fax (32-2) 295 65 05

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004, (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 295, 18.9.2004, p. 4.

(3)  Dan ifisser illi d-dokument huwa għall-użu intern biss. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skond l-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 (ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1) u l-Artikolu 12 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta' Kontrobilanċ.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

565


Rettifika għar-Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 218/2007 tat-28 ta' Frar 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi Komunitarji għall-inbejjed

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 218/2007 għandu jaqra:

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 218/2007

tat-28 ta' Frar 2007

li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi Komunitarji għall-inbejjed

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Arġentina dwar il-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni għall-Komunità Ewropea (2), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/930/KE (3), jipprovdi għall-ftuħ ta’ kwoti ta’ tariffi għall-inbejjed.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistipula disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (4), ikkodifika r-regoli tal-ġestjoni dwar kwoti ta’ tariffi ppjanati sabiex jintużaw skont l-ordni kronoloġika tad-dati ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tad-dwana.

(3)

B'konformità mal-impenji meħudin mill-Komunità skont il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri, dan ir-Regolamnet għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tariffi li ġejjin huma miftuħin għall-prodotti li ġew importati fil-Komunità:

(a)

kwota ta’ rata tarriffarja ta' 20 000 hl (erga omnes) għall-inbid (numri tariffarji tal-prodotti 2204 29 65 u 2204 29 75) b'rata ta' kwota ta' 8 Euro/hl (numru tal-ordni 09.0095),

(b)

kwota ta’ rata tarriffarja ta' 40 000 hl (erga omnes) għall-inbid (numri tariffarji tal-prodotti 2204 21 79 u 2204 21 80) b'rata ta' kwota ta' 10 Euro/hl (numru tal-ordni 09.0097).

Artikolu 2

Il-kwoti ta’ tariffi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 308a sa 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha

Magħmula fi Brussell, 28 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 355, 15.12.2006, p. 92.

(3)  ĠU L 355, 15.12.2006, p. 91.

(4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1875/2006 (ĠU L 360, 19.12.2006, p. 64).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

566


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 240/2007 tas-6 ta' Marzu 2007 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Štramberské uši (PGI) — Aceite Monterrubio (PDO) — Alfajor de Medina Sidonia (PGI))

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 240/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 240/2007

tas-6 ta' Marzu 2007

li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Štramberské uši (PGI) — Aceite Monterrubio (PDO) — Alfajor de Medina Sidonia (PGI))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tar-Repubblika Ċeka biex tirreġistra l-isem “Štramberské uši” u l-applikazzjoni ta’ Spanja biex tirreġistra ż-żewġ ismijiet “Aceite Monterrubio” and “Alfajor de Medina Sidonia” ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Peress li l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda oġġezzjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn l-ismijiet għandhom jiddaħħlu fir-“Reġistru ta' denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjonijiet imsemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom għandhom jiddaħħlu fir-“Reġistru ta’ denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet protetti tal-oriġini”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

1.   Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

Klassi 1.5.   Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żjut, eċċ)

SPANJA

Aceite Monterrubio (DOP)

2.   Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament

Klassi 2.4.   Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, galletti u prodotti oħra tad-dulċiera

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Štramberské uši (PGI)

SPANJA

Alfajor de Medina Sidonia (PGI)


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 148, 24.6.2006, p. 15 (Štramberské uši); ĠU C 148, 24.6.2006, p. 18 (Alfajor de Medina Sidonia); ĠU C 148, 24.6.2006, p. 25 (Aceite Monterrubio).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

568


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 249/2007 tat-8 ta' Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1431/94 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġu applikati, fis-settur tal-laħam tat-tjur, l-arranġamenti tal-importazzjonijiet ipprovvduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa tal-Komunità għal-laħam tat-tjur u ċerti prodotti oħra agrikoli

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 249/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 249/2007

tat-8 ta' Marzu 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1431/94 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġu applikati, fis-settur tal-laħam tat-tjur, l-arranġamenti tal-importazzjonijiet ipprovvduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa tal-Komunità għal-laħam tat-tjur u ċerti prodotti oħra agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (1), u b'mod partikolari tal-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 tad-29 ta' Marzu 1994 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra (2), b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwota tariffarja għal grupp 1 ipprovduta fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1431/94 (3), bin-numru tas-serje 09.4410 li tkopri l-kodiċi NM 0207 14 10, 0207 14 50 u 0207 14 70 (qatgħat tat-tiġieġ iffriżat), hija sepċifikament allokata lill-Brażil.

(2)

Il-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil li ntlaħaq waqt negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u n-Negozju (GATT) 1994, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/963/KE (4), jipprovdi għal kwota ta' tariffa ta' importazzjoni annwali għal-laħam tat-tjur ta' 2 332 tunnellata ta' ċerti qatgħat tat-tiġieġ iffriżat (kodiċi NM 0207 14 10, 0207 14 50 u 0207 14 70), b'rata ta' 0 %.

(3)

Dan l-ammont għandu jiżdied mal-kwota għall-grupp 1.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1431/94 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Laħam tat-Tjur u l-Bajd

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1431/94 huwa b’dan sostitwit bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

“ANNESS I

Tnaqqis tad-dazju doganali ffissat għal 100 %

Tiġieġ

Pajjiż

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Kodiċi NM

Kwantitajiet annwali

(tunnellati)

Il-Brażil

1

09.4410

0207 14 10

0207 14 50

0207 14 70

9 432

It-Tajlandja

2

09.4411

0207 14 10

0207 14 50

0207 14 70

5 100

Oħrajn

3

09.4412

0207 14 10

0207 14 50

0207 14 70

3 300


Dundjan

Pajjiż

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Kodiċi NM

Kwantitajiet annwali

(tunnellati)

Il-Brażil

4

09.4420

0207 27 10

0207 27 20

0207 27 80

1 800

Oħrajn

5

09.4421

0207 27 10

0207 27 20

0207 27 80

700

Erga omnes

6

09.4422

0207 27 10

0207 27 20

0207 27 80

2 485 ”


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Regolament l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 91, 8.4.1994, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 2198/95, ĠU L 221, 19.9.1995, p. 3.

(3)  ĠU L 156, 23.6.1994, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1938/2006 (ĠU L 407, 30.12.2006, p. 150).

(4)  ĠU L 397, 30.12.2006, p. 10.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

570


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 257/2007 tad-9 ta' Marzu 2007 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 800/1999 fir-rigward tal-provi li l-formalitajiet doganali għall-importazzjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib f’pajjiżi terzi jkunu saru

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 257/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 257/2007

tad-9 ta' Marzu 2007

li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 800/1999 fir-rigward tal-provi li l-formalitajiet doganali għall-importazzjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib f’pajjiżi terzi jkunu saru

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u b’mod partikolari t-tielet inċiż tal-Artikolu 31(10) tiegħu,

Billi:

(1)

It-tielet inċiż tal-Artikolu 31(10) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jistipula li fil-każ ta’ rifużjonijiet diffrenzjati, ir-rifużjoni għandha titħallas wara li tkun ippreżentata prova li l-prodotti jkunu waslu fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja jew f’destinazzjoni oħra li għaliha tkun iffissata r-rifużjoni. Jistgħu jsiru eċċezzjonijiet għal din ir-regola skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42 tal-istess Regolament, sakemm jiġu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 351/2004 tas-26 ta’ Frar 2004 li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib (2), mis-27 ta’ Frar 2004 introduċa rifużjonijiet diffrenzjati skont id-destinazzjoni fuq il-prodotti kollha tal-ħalib.

(3)

L-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (3) jindika liema dokumenti jistgħu jservu bħala prova li l-formalitajiet doganali għall-importazzjoni ġew kompletati f’pajjiż terz f’każijiet fejn ir-rata tar-rifużjoni tkun diffrenzjata skont id-destinazzjoni. Skont dak l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, f’ċerti każijiet speċifiċi li jridu jiġu ddeterminati, li l-prova tal-importazzjoni kif imsemmi f’dak l-Artikolu tista’ tingħata permezz ta’ dokument speċifiku jew fi kwalunkwe mod ieħor.

(4)

Minħabba li biex il-ħlas tar-rifużjonijiet jiġi soġġett għar-rekwiżiti tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 jinvolvi bidla sostanzjali fil-proċeduri amministrattivi kemm għall-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll għall-esportaturi, dan għandu implikazzjonijiet amministrattivi u joħloq piż finanzjarju sinjifikanti. Il-kisba tal-prova msemmija fl-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament f’ċerti pajjiżi jista’ joħloq diffikultajiet amministrattivi konsiderevoli. Barra minn hekk, il-kondizzjonijiet partikolari tal-esportazzjoni tal-prodotti tal-ħalib jistgħu jwasslu biex il-ksib ta’ dawn il-provi jkun ferm aktar diffiċli u oneruż.

(5)

Biex jittaffew ftit mill-piżijiet amministrattivi u finanzjarji imposti fuq l-esportaturi, u biex l-awtoritajiet u l-esportaturi jkunu jistgħu jistabbilixxu l-arranġamenti l-ġodda għall-prodotti kkonċernati kif ukoll jintroduċu l-proċeduri meħtieġa biex ikun żgurat li l-formalitajiet kollha jkunu saru mingħajr problemi, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 423/2006 tat-13 ta’ Marzu 2006 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 800/1999 fir-rigward tal-provi li l-formalitajiet doganali għall-importazzjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib f’pajjiżi terzi jkunu kompletati (4) kif stabbilit fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, jipprovdi għal perjodu tranżitorju li matulu l-ksib tal-prova li l-formalitajiet doganali għall-importazzjoni jkunu saru jsir aktar faċli. Dak il-perjodu skada fil-31 ta’ Diċembru 2006.

(6)

Madankollu, f’ħafna mill-pajjiżi tad-destinazzjoni għad mhemmx proċeduri xierqa u mezzi adegwati biex ikunu fornuti d-dokumenti meħtieġa. Biex jiġi evitat li l-kummerċjanti ma jingħatawx ir-rifużjoni fuq l-esportazzjoni għal dik ir-raġuni, huwa meħtieġ li jibqa’ jkun previst reġim tranżitorju.

(7)

Ta’ min ifakkar dwar id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 li jippermettu lill-awtortajiet kompetenti tal-Istati Membri, f’każ li jkun hemm xi dubju rigward id-destinazzjoni tal-prodotti esportati, li jitolbu evidenza addizzjonali għar-rifużjonijiet kollha li turi, għas-sodisfazzjoni tagħhom, li l-prodott fil-fatt ikun tpoġġa fis-suq fil-pajjiż terz li jimporta.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Fil-każ ta’ esportazzjonijiet ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0401 sa 0405 li jkunu saru skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 li għalihom l-esportatur ma jkunx jista’ jforni l-prova msemmija fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, il-prodott għandu jitqies li jkun ġie importat f’pajjiż terz meta tiġi ppreżentata kopja tad-dokument tal-ġarr u wieħed mid-dokumenti elenkati fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

2.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 l-Istati Membri għandhom iqisu d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika għad-dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni aċċettati mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta' Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 60, 27.2.2004, p. 46.

(3)  ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(4)  ĠU L 75, 14.3.2006, p. 3.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

572


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 275/2007 tal-15 ta’ Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1825/2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar taċ-ċanga u tal-prodotti taċ-ċanga

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 275/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 275/2007

tal-15 ta’ Marzu 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1825/2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar taċ-ċanga u tal-prodotti taċ-ċanga

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1760/2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19, punti a) u b) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-definizzjoni tal-gruppi msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, u l-kwistjoni dwar l-omoġeneità tagħhom, taw lok għal interpretazzjonijiet differenti, u għaldaqstant, jinħtieġ illi jiġi ppreċiżat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1825/2000 (2) kif dawn il-gruppi għandhom ikunu kkostitwiti.

(2)

Il-kwistjoni dwar it-tikkettar tal-laħam taċ-ċanga kkapuljat fil-każ li jkun imħallat mal-laħam ta' speċijiet oħra qajmet bosta mistoqsijiet. It-Titolu I ta' l-ewwel parti ta' l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (3) tipprovdi regoli preċiżi għall-klassifikazzjoni tal-prodotti magħmulin minn dan it-tip ta' taħlita. F'dan il-kuntest, referenza għan-nomenklatura msemmija permezz tal-kodiċijiet tan-NM ipprovduti fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tippermetti li ssir il-kjarifika meħtieġa.

(3)

Minħabba l-limiti fl-omoġeneità tal-gruppi li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, l-operaturi li jipproduċu laħam imqatta' u fdal tal-laħam isibu diffikultajiet biex jikkostitwixxu gruppi omoġenei ta' daqs biżżejjed biex jissodisfaw id-domanda tal-klijenti tagħhom. Aktar ma jkunu kbar il-kwantitajiet mitlubin, aktar ikomplu jiżdiedu dawn id-diffikultajiet. L-esperjenza turi li b'konsegwenza ta' dawn id-diffikultajiet u ta' l-operazzjonijiet sostanzjali żejda li joħolqu, isiru bosta żbalji, u spiss tiġi kompromessa t-traċċabbiltà f'dan it-tip ta' produzzjoni.

(4)

Fejn possibbli, dawn l-operaturi kull ma jmur qed jagħżlu dejjem aktar spiss lil ftit fornituri kbar, biex jevitaw il-limiti żejda li jirriżultaw mill-ġestjoni ta' diversi gruppi b'karatteristiċi differenti. Maż-żmien, din is-sitwazzjoni tista' toħloq riskju għat-tkomplija ta' l-attività ta' xi biċċeriji u impjanti ta' qtugħ ta' daqs żgħir u medju, li jistgħu jisfaw esklużi minn ċerti swieq.

(5)

Fir-realtà, il-problemi li jiltaqgħu magħhom l-operaturi li jipproduċu laħam imqatta' u fdal tal-laħam huma simili għall-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-operaturi li jipproduċu laħam ikkapuljat. L-adozzjoni għall-fdal tal-laħam ta' miżuri simili għall-miżuri pprevisti għal-laħam ikkapuljat kieku tippermetti li jiġu solvuti d-diffikultajiet iffaċċjati minn dawn l-operaturi. Rigward il-laħam imqatta', l-esperjenza turi li l-biċċa l-kbira sew ta' dawn il-problemi jistgħu jiġu solvuti billi tiddaħħal il-possibbiltà li l-gruppi jkunu kkostitwiti mill-ġdid abbażi tal-laħmijiet ġejjin minn annimali maqtulin fi tliet biċċeriji u minn karkassi mbiċċrin fi tliet impjanti ta' qtugħ, filwaqt li t-traċċabbiltà tibqa' garantita.

(6)

L-esperjenza turi wkoll li fil-punti tal-bejgħ tal-laħam imqatta' mhux imballat lill-konsumatur finali, l-operaturi spiss isibu diffikultajiet biex japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 dwar it-tikkettar. It-tqattigħ u l-bejgħ ġeneralment isiru skond it-talba tal-klijent, u dan jagħmilha diffiċli, jekk mhux impossibbli, li jiġu kkostitwiti bil-quddiem gruppi ta' annimali skond il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000. Fl-istess nifs, jidher diffiċli ħafna li jsir aġġornament tat-tagħrif li għandu jkun indikat b'mod obbligatorju fuq it-tikkettar f'ħin reali u li jlaħħaq mal-ħruġ kontinwu tal-laħam għall-bejgħ. Għaldaqstant, jidher li għandhom jiġu adottati metodi simplifikati ta' tikkettar għal dan it-tip ta' laħam. L-adozzjoni ta' metodi simili għal dawk li jeżistu għal-laħam ikkapuljat kieku tippermetti li jkunu solvuti l-biċċa l-kbira sew tal-problemi ffaċċjati minn dawn l-operaturi.

(7)

Fl-istess ħin, jaqbel illi jkun żgurat li fil-punti ta' bejgħ lill-konsumatur finali, it-tagħrif relatat mal-biċċeriji u ma' l-impjanti ta' qtugħ tal-karkassi jibqa' dejjem disponibbli għal-laħam imqatta' mhux imballat li jkun espost kuljum għall-bejgħ, bil-għan illi t-tagħrif ikun jista' jiġi kkomunikat bil-fomm lill-konsumatur li jitolbu. B'hekk tkun tista' tinżamm traċċabbiltà ta' l-inqas ekwivalenti għal dik prevista għal-laħam ikkapuljat.

(8)

Barra minn dan, filwaqt illi jibqgħu l-ħtiġijiet ta' traċċabbiltà u ta' reġistrazzjoni tat-tagħrif relatat mal-laħam espost fil-punti tal-bejgħ lill-konsumatur finali, jaqbel li dan il-laħam ikun jista' jitqatta' f'jiem differenti.

(9)

Għaldaqstant, ir-Reġolament (KE) Nru 1825/2000 għandu jiġi emendat.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1825/2000 huwa emendat kif ġej:

1)

L-Artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 1:

“Artikolu 1a

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

a)

‘laħam ikkapuljat’ tfisser kull laħam li jkun ġie kkapuljat f'biċċiet jew mgħoddi minn magna ta' l-ikkapuljat bi skruwn spirali, li jikkorrispondi ma' wieħed mill-kodiċijiet tan-NM ipprovduti fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, u li fih inqas minn 1 % melħ;

b)

‘fdal tal-laħam’ tfisser biċċiet tal-laħam ta' daqs żgħir meqjusa tajbin għall-konsum uman, prodotti esklussivament minn operazzjoni ta' tirqim waqt id-dissussar tal-karkassi u/jew it-tqattigħ tal-laħmijiet;

c)

‘laħam imqatta'’ tfisser laħam imqatta' f'kubi, biċċiet (fetet) jew porzjonijiet oħra individwali, li ma jeħtiġux jkomplu jitqattgħu minn operatur qabel l-akkwist tagħhom mill-konsumatur finali, u li dan jista' juża direttament. Il-laħam ikkapuljat u l-fdal tal-laħam huma esklużi minn din id-definizzjoni;

d)

‘laħam imqatta' imballat’ tfisser il-pakkett individwali ddestinat biex ikun offrut kif inhu u mingħajr tibdil ieħor lill-konsumatur finali jew lil stabbiliment iddedikat esklussivament għall-bejgħ bl-imnut, magħmul minn laħam imqatta' u l-imballaġġ li fih ikun ġie ppakkjat qabel ma ġie offrut għall-bejgħ, sew jekk l-imballaġġ jgħatti l-laħam għal kollox sew jekk parzjalment, iżda b'mod li l-kontenut ma jistax jinbidel mingħajr ma jinfetaħ jew jinbidel l-imballaġġ;

e)

‘laħam imqatta' mhux imballat’ tfisser laħam imqatta' espost għall-bejgħ mingħajr imballaġġ f'punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali, kif ukoll kull biċċa laħam espost għall-bejgħ mingħajr imballaġġ f'punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali ddestinata biex titqatta' skond it-talba tal-konsumatur finali;

f)

‘lott’ tfisser il-laħam kollu bl-għadam jew mingħajru, per eżempju, karkassi, kwarti jew biċċiet ta' laħam dissussati, imqattgħin, ikkapuljati jew imballati flimkien f'ċirkostanzi prattikament identiċi;

g)

‘bejgħ bl-imnut’ tfisser il-manipulazzjoni u/jew l-ipproċessar ta' laħam u l-ħżin tiegħu fil-punti tal-bejgħ jew ta' twassil lill-konsumatur finali, inklużi l-kejterers, il-kantins pubbliċi u tax-xogħol, ir-restoranti u operaturi oħrajn li jipprovdu servizz ta' l-ikel, ħwienet, ċentri ta' tqassim għas-supermarkits u ħwienet li jbigħu bl-ingrossa;

h)

‘konsumatur finali’ tfisser l-aħħar konsumatur ta' laħam imqatta' li ma jużax dan il-laħam bħala parti minn operazzjoni jew attività ta' negozju ta' l-ikel.”

2)

L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Id-daqs u l-kompożizzjoni tal-grupp

1.   Id-daqs tal-grupp imsemmi fl-Artikolu 13, paragrafu 1, subparagrafu 2, tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 huwa ddefinit kif ġej:

a)

waqt it-tqattigħ tal-karkassi jew tal-kwarti, skond l-għadd ta' karkassi jew ta' kwarti li jikkostitwixxu lott wieħed għall-impjant ikkonċernat;

b)

waqt l-operazzjonijiet ta' tkomplija ta' tqattigħ jew ikkapuljar, skond l-għadd ta' karkassi jew ta' kwarti li l-laħam tagħhom jikkostitwixxi lott wieħed għall-impjant ikkonċernat ta' qtugħ jew ikkapuljar.

Id-daqs tal-grupp ma jista' fl-ebda każ jaqbeż il-produzzjoni ta' ġurnata.

2.   Fil-mument tal-kostituzzjoni tal-lottijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-operaturi għandhom jiżguraw li:

a)

waqt l-operazzjonijiet ta' tqattigħ tal-karkassi jew tal-kwarti, il-karkassi jew il-kwarti kollha tal-lott għandhom jiġu minn annimali li twieldu fl-istess pajjiż, trabbew fl-istess pajjiż jew pajjiżi, inqatlu fl-istess pajjiż u fl-istess biċċerija;

b)

waqt l-operazzjonijiet ta' tkomplija ta' tqattigħ tal-laħam, il-karkassi kollha tal-lott jirrispettaw il-kundizzjoni stipulata fil-punt a), u jkunu tqattgħu fl-istess impjant ta' qtugħ;

c)

waqt l-operazzjonijiet ta' l-ikkapuljar, il-laħam tal-lott jiġi minn annimali maqtulin fl-istess pajjiż.

3.   B'deroga mir-regola tal-biċċerija unika u ta' l-impjant uniku ta' qtugħ tal-karkassi stipulata fil-punt b) tal-paragrafu 2, waqt il-produzzjoni tal-laħam imqatta', l-operaturi huma awtorizzati biex jikkostitwixxu lottijiet abbażi ta' laħam li ġej minn annimali maqtulin f'massimu ta' tliet biċċeriji differenti, u li ġej minn karkassi mqattgħin f'massimu ta' tliet impjanti ta' qtugħ differenti.

4.   B'deroga mill-punt b) tal-paragrafu 2, waqt il-kostituzzjoni tal-lottijiet fil-produzzjoni tal-fdal tal-laħam, l-operaturi jridu jikkonformaw biss mar-regola tal-pajjiż uniku ta' qatla fil-biċċeriji.”

3)

L-Artikolu 5(1) għandu jiġi revokat.

4)

L-Artikoli li ġejjin għandhom jiżdiedu ma' l-Artikolu 5:

“Artikolu 5a

Il-fdal tal-laħam

1.   B'deroga mill-Artikolu 13, paragrafu 2, punti b) u c), kif ukoll mill-paragrafu 5, punt a)i) u a)ii), tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, l-operaturi u l-organizzazzjonijiet għandhom jindikaw fit-tikkettar tal-fdal tal-laħam it-tagħrif li ġej:

a)

isem il-pajjiż fejn inkunu nqatlu l-annimali li minnhom ġej il-fdal tal-laħam; din it-tagħrifa għandha tidher hekk: ‘Post tal-qatla: (isem l-Istat Membru jew il-pajjiż terz fejn tkun saret il-qatla)’;

b)

isem il-pajjiż tal-produzzjoni tal-fdal tal-laħam, u n-numru ta' approvazzjoni ta' l-istabbiliment li fih ikun inkiseb; din it-tagħrifa għandha tidher hekk: ‘Post tal-produzzjoni: (isem l-Istat Membru jew il-pajjiż terz tal-produzzjoni, u n-numru ta' approvazzjoni ta' l-istabbiliment)’;

c)

l-ismijiet tal-pajjiżi fejn twieldu u trabbew l-annimali tal-grupp; din it-tagħrifa għandha tidher hekk: ‘Pajjiż tat-twelid u tat-trobbija:’ (elenku ta' l-ismijiet tal-pajjiżi li fihom saru t-twelid u t-trobbija).

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, punti a) u c), ladarba l-pajjiż tat-twelid, il-pajjiż tat-trobbija u l-pajjiż tal-qatla jkun l-istess wieħed għall-annimali kollha tal-grupp, l-operaturi jkunu awtorizzati li jużaw it-tagħrifa ‘Oriġini’ segwita minn isem l-Istat Membru jew il-pajjiż terz li fih ikunu saru t-twelid, it-trobbija u l-qatla.

Artikolu 5b

Laħam imqatta' imballat

B'deroga mill-Artikolu 13, paragrafu 2, punti b) u c) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, operatur jew organizzazzjoni li juża l-possibbiltà pprovduta fl-Artikolu 4, paragrafu 3 ta' dan ir-Regolament, għandu jindika fit-tikkettar tal-laħam imqatta' imballat it-tagħrif li ġej, li jikkomplementa t-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 13, paragrafu 5, punt a) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000:

a)

isem il-pajjiż fejn jkunu nqatlu l-annimali, segwit min-numru ta' approvazzjoni tal-biċċerija, jew, skond il-każ, ta' żewġ biċċeriji jew tlieta li fihom jkunu nqatlu l-annimali tal-grupp; din it-tagħrifa għandha tidher hekk: ‘Post (x) tal-qatla ta' l-annimali tal-grupp: (isem l-Istat Membru jew il-pajjiż terz tal-qatla) (numru/i ta' approvazzjoni tal-biċċerija kkonċernata jew taż-żewġ jew tliet biċċeriji kkonċernati)’;

b)

isem il-pajjiż fejn ikunu tqattgħu l-karkassi, segwit min-numru ta' approvazzjoni ta' l-impjant, jew, skond il-każ, ta' żewġ jew tliet impjanti li fihom ikunu tqattgħu l-karkassi; din it-tagħrifa għandha tidher hekk: ‘Post (x) tat-tqattigħ tal-laħam tal-lott: (isem l-Istat Membru jew il-pajjiż terz tat-tqattigħ) (numru/i ta' approvazzjoni ta' l-impjant ikkonċernat jew taż-żewġ jew tliet impjanti kkonċernati)’.

Artikolu 5c

Laħam imqatta' mhux imballat

1.   Kull meta laħam imqatta' mhux imballat jiġi espost għall-bejgħ lill-konsumatur finali, u fejn tapplika d-deroga prevista fl-Artikolu 4(3), l-operaturi u l-organizzazzjonijiet għandhom jiżguraw li l-kostituzzjoni tal-lottijiet hija konformi mal-paragrafu msemmi għal kull laħam imqatta' mhux imballat li jkun espost għall-bejgħ fl-istess ħin.

2.   B'deroga mill-Artikolu 13(2), punti b) u c), tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali, l-operaturi u l-organizzazzjonijiet għandhom jindikaw fuq it-tikkettar tal-laħam imqatta' mhux imballat espost għall-bejgħ isem il-pajjiż tat-twelid, tat-trobbija u tal-qatla ta' l-annimali li minnhom ġej il-laħam, segwit mill-ismijiet tal-pajjiżi fejn ikunu tqattgħu l-karkassi.

Il-laħam li ġej minn annimali li jkunu twieldu u/jew trabbew u/jew inqatlu f'pajjiżi differenti għandhom ikunu separati ċarament minn xulxin meta jkunu esposti għall-bejgħ. L-informazzjoni murija fil-punt tal-bejgħ għandha titqiegħed qrib dan il-laħam sabiex il-konsumatur finali jkun jista' jiddistingwi faċilment bejn il-laħmijiet ta' oriġini differenti.

L-operaturi li jesponu kuljum għall-bejgħ laħam imqatta' mhux imballat għandhom jirreġistraw, flimkien mad-data, in-numri ta' approvazzjoni tal-biċċeriji fejn ikunu nqatlu l-annimali u ta' l-impjanti fejn ikunu tqattgħu l-karkassi. Għandhom jikkomunikaw dan it-tagħrif lill-konsumatur li jitolbu.

3.   B'deroga mit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(1), u sakemm ikunu rrispettati l-kundizzjonijiet definiti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għal-laħam taċ-ċanga mqatta' espost għall-bejgħ lill-konsumatur finali mingħajr imballaġġ, id-daqs tal-grupp jista' jaqbeż il-produzzjoni ta' ġurnata.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara li jkun ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 216, 26.8.2000, p. 8.

(3)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 129/2007 (ĠU L 56, 23.2.2007, p. 1).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

576


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/2007 tas-16 ta’ Marzu 2007 li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi kull proċedura Komunitarja għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward tal-Ginseng, estratti standardizzati u preparazzjonijiet minnhom

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 287/2007

tas-16 ta’ Marzu 2007

li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi kull proċedura Komunitarja għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward tal-Ginseng, estratti standardizzati u preparazzjonijiet minnhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi kull proċedura Komunitarja għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċina mfassla mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Is-sustanzi kollha attivi farmakoloġikament użati fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel għandhom ikunu vvalutati skont ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(2)

Is-sustanza Ginseng hija inkluża fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 fil-kategorija ta’ sustanzi użati fi prodotti mediċinali veterinarji omeopatiċi, għall-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel, għall-użu biss fi prodotti mediċinali veterinarji omeopatiċi ppreparati skont il-farmakopej omeopatiċi f’konċentrazzjonijiet li jikkorrispondu mat-tintura omm, u taħlitiet minnha. Wara l-eżaminar ta’ applikazzjoni, jitqies xieraq li tiġi inkluża entrata oħra fl-Anness II, fil-kategorija ta' sustanzi ta' oriġini veġetali, għall-Ginseng, l-estratti standardizzati u l-preparazzjonijiet minnhom, għall-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2377/90 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Għandu jitħalla perjodu adegwat qabel l-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri biex jagħmlu kwalunkwe aġġustament li jkun neċessarju fid-dawl ta' dan ir-Regolament lill-awtorizzazzjonijiet li jqiegħdu l-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati fis-suq li jkunu ngħataw skont id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (2) sabiex iqisu d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-16 ta’ Mejju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President tal-Kummissjoni

ANNESS

Is-sustanza li ġejja tiddaħħal fl-Anness II (Lista ta’ sustanzi li mhumiex suġġetti għal limiti massimi ta’ residwi).

6.   Sustanza ta’ oriġini veġetali

Sustanzi attivi farmakoloġikament

Speċi tal-annimali

Ginseng, estratti standardizzati u preparazzjonijiet minnhom

L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel”


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1831/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 5).

(2)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

578


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2007 tal-21 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi derogi temporanji mir-Regolamenti (KE) Nru 2402/96, (KE) Nru 2375/2002, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006 u (KE) Nru 1918/2006 f'dak li jirrigwarda d-dati għall-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet u l-tal-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni, fl-2007, fil-kuntest tal-kwoti tariffarji li jikkonċernaw il-patata ħelwa, il-lamtu tal-manjoku, iċ-ċereali u ż-żejt taż-żebbuġa

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 305/2007

tal-21 ta’ Marzu 2007

li jistabbilixxi derogi temporanji mir-Regolamenti (KE) Nru 2402/96, (KE) Nru 2375/2002, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006 u (KE) Nru 1918/2006 f'dak li jirrigwarda d-dati għall-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet u l-tal-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni, fl-2007, fil-kuntest tal-kwoti tariffarji li jikkonċernaw il-patata ħelwa, il-lamtu tal-manjoku, iċ-ċereali u ż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996, dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/317/KE tat-13 ta' Mejju 1996 dwar il-konklużjoni tar-riżultati ta' konsultazzjonijiet mat-Tajlandja skond l-Artikolu XXIII tal-GATT (2),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (3), u partikolarment l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 865/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 827/68 (4), u partikolarment l-Artikolu 10(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2402/96 tas-17 ta' Diċembru 1996 li jiftaħ u jistabbilixxi regoli amministrattivi għal ċerti kwoti annwali ta' tariffi għal patata ħelwa u karboidrat manjoku (5) jipprovdi dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq ta' applikazzjonijiet u għall-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni ta' patata ħelwa fil-kuntest tal-kwoti 09.4014 u 09.4013, minn naħa waħda, u għal-lamtu tal-manjoku fil-kuntest tal-kwota 09.4065, min-naħa l-oħra.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2375/2002 tas-27 ta' Diċembru 2002 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li jidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (6), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 tad-29 ta' Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarji għall-importazzjoni ta’ xgħir minn pajjiżi terzi (7) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 tad-29 ta' Ġunju 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' qamħirrum minn pajjiżi terzi (8) jipprovdu dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq ta' applikazzjonijiet u għall-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni tal-qamħ komuni ta' kwalita' differenti minn dik superjuri fil-kuntest tal-kwoti tariffarji 09.4123, 09.4124 u 09.4125, tax-xgħir fil-kuntest tal-kwota tariffarja 09.4126 u tal-qamħirrum fil-kuntest tal-kwota tariffarja 09.4131.

(3)

Ir-Regolamnt tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji rigward iż-żejt taż-żebbuġa li joriġina fit-Tuneżija (9) jipprovdi dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq ta' applikazzjonijiet u għall-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fil-kuntest tal-kwota tariffarja 09.4032.

(4)

Fid-dawl tal-btajjel għas-sena 2007, jeħtieġ li għal ċerti perjodi tingħata deroga mir-Regolamenti (KE) Nru 2402/96, (KE) Nru 2375/2002, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006 u (KE) Nru 1918/2006 f'dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni u l-ħruġ ta' dawn il-liċenzji, biex ikun jista' jiġi żgurat ir-rispett tal-volumi tal-kwoti kkonċernati.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-laqgħa konġunta tal-kumitat ta' ġestjoni taċ-ċereali u tal-kumitat ta' ġestjoni taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B'deroga mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2402/96, għas-sena 2007, wara t-18 ta' Diċembru 2007 ma jistgħux jitressqu applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni tal-patata ħelwa fil-kuntest tal-kwoti 09.4014 u 09.4013.

2.   B'deroga mill-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 2402/96, il-liċenzji ta' l-importazzjoni tal-patata ħelwa li għalihom ikunu tressqu l-applikazzjonijiet, fid-dati murija fl-Anness I, fil-kuntest tal-kwoti 09.4014 u 09.4013, għandhom jinħarġu fid-dati murija fl-Anness I imsemmi, bir-riserva tal-miżuri adottati skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (10).

Artikolu 2

1.   B'deroga mill-Artikolu 9, l-ewwel inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 2402/96, għas-sena 2007, wara t-18 ta' Diċembru 2007 ma jistgħux jitressqu applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni tal-lamtu tal-manjoku fil-kuntest tal-kwota 09.4065.

2.   B'deroga mill-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 2402/96, il-liċenzji ta' l-importazzjoni tal-lamtu tal-manjoku li għalihom ikunu tressqu l-applikazzjonijiet, fid-dati murija fl-Anness II, fil-kuntest tal-kwota 09.4065, għandhom jinħarġu fid-dati murija fl-Anness II imsemmi, bir-riserva tal-miżuri adottati skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006.

Artikolu 3

1.   B'deroga mill-Artikolu 5(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 2375/2002, għas-sena 2007, wara s-17 ta' Diċembru 2007 ma jistgħux jitressqu applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni tal-qamħ komuni ta' kwalità differenti mill-kwalità għolja fil-kuntest tal-kwoti 09.4123, 09.4124 u 09.4125.

2.   B'deroga mill-Artikolu 3(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, għas-sena 2007, wara s-17 ta' Diċembru 2007 ma jistgħux jitressqu applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni tax-xgħir fil-kuntest tal-kwota 09.4126.

3.   B'deroga mill-Artikolu 4(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, għas-sena 2007, wara s-17 ta' Diċembru 2007 ma jistgħux jitressqu applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tal-kwota 09.4131.

Artikolu 4

B'deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, il-liċenzji ta' l-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li għalihom ikunu tressqu l-applikazzjonijiet it-Tnejn 2 jew it-Tlieta 3 ta' April 2007, fil-kuntest tal-kwota 09.4032, għandhom jinħarġu l-Ġimgħa t-13 ta' April 2007, bir-riserva tal-miżuri adottati skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS I

Ħruġ tal-liċenzji ta' l-importazzjoni tal-patata ħelwa fil-kuntest tal-kwoti 09.4014 u 09.4013 għal ċerti perjodi tas-sena 2007

Dati għall-applikazzjonijiet

Dati għall-ħruġ tal-liċenzji

It-Tlieta, it-3 ta' April 2007

Il-Ġimgħa, it-13 ta' April 2007

It-Tlieta, it-30 ta' Ottubru 2007

Il-Ġimgħa, id-9 ta' Novembru 2007

ANNESS II

Ħruġ tal-liċenzji ta' l-importazzjoni tal-lamtu tal-manjoku fil-kuntest tal-kwota 09.4065 għal ċerti perjodi tas-sena 2007

Dati għall-applikazzjonijiet

Dati għall-ħruġ tal-liċenzji

It-Tlieta 3 ta' April 2007

Il-Ġimgħa 13 ta' April 2007

It-Tlieta 30 ta' Ottubru 2007

Il-Ġimgħa, id-9 ta' Novembru 2007


(1)  ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 122, 22.5.1996, p. 15.

(3)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Reglament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(4)  ĠU L 161, 30.4.2004, p. 97. Il-verżjoni kkoreġuta ppubblikata fil-ĠU L 206, 9.6.2004, p. 37.

(5)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1884/2006 (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 44).

(6)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 88. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2022/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 70).

(7)  ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2022/2006.

(8)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2022/2006.

(9)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84.

(10)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

581


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2007 tal-21 ta’ Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1539/2006 li jadotta pjan ta' konċessjoni lill-Istati Membri ta' riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2007 għall-provvista ta' l-ikel mill-ħażniet ta' l-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 306/2007

tal-21 ta’ Marzu 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1539/2006 li jadotta pjan ta' konċessjoni lill-Istati Membri ta' riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2007 għall-provvista ta' l-ikel mill-ħażniet ta' l-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 ta' l-10 ta' Diċembru 1987 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-provvista ta' l-ikel minn stokkijiet ta' l-intervent lill-organizzazzjonijiet indikati għad-distribuzzjoni lil persuni li huma l-iżjed fil-bżonn fil-Komunità (1), u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 tad-29 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-provvista ta' l-ikel minn ħażniet ta' l-intervent għall-benefiċċju ta' persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità (2), il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1539/2006 (3) adottat pjan għall-allokazzjoni ta' riżorsi lill-Istati Membri, li għandhom jitħallsu mill-baġit għall-2007, għad-distribuzzjoni ta' prodotti ta' l-ikel lill-persuni l-aktar fl-bżonn fil-Komunità. B'mod partikolari l-pjan għandu jistabbilixxi, għal kull Stat Membru li japplika l-azzjoni, ir-riżorsi finanzjarji massimi disponibbli sabiex iwettaq l-parti tiegħu tal-pjan, kif ukoll l-kwantità ta' kull tip ta' prodott li għandha tittieħed mill-ħażniet miżmuma mill-aġenziji ta' l-intervent.

(2)

Jeħtieġ li dan il-pjan jiġi adottat sabiex jippermetti lir-Rumanija tipparteċipa f'din l-azzjoni Komunitarja fl-2007. Din l-adozzjoni, minn naħa, għandha tikkonċerna, f'dak li jirrigwarda lir-Rumanija, l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji kif ukoll tal-prodotti li għandhom jittieħdu mill-ħażna ta' l-intervent, u min-naħa l-oħra, l-awtorizazzjoni fil-qafas tal-kundizzjonijiet stabbiliti bl-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92, tat-trasferimenti intrakomunitarji biex jippermetti l-implimentazzjoni tal-pjan emendat.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1539/2006 jiġi emendat.

(4)

Jeħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Jannar 2007, id-data li fiha r-Rumanija u l-Bulgarija saru membri ta' l-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-miżuri stabbiliti b'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjonijiet tal-Kumitati ta' Ġestjoni kollha kkonċernati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u III tar-Regolament (KE) Nru 1539/2006 huma emendati skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali

ANNESS

Ir-Regolament (KE) Nru 1539/2006 huwa emendat kif ġej:

1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

It-tabella f'punt (a) għandha tiġi emendata kif ġej:

(i)

l-linja segwenti għandha tidħol wara l-linja li tirreferi għall-Portugall:

“România

16 649 889 ”

(ii)

l-aħħar linja hija sostitwita bil-linja segwenti:

“Total

275 563 261 ”

(b)

It-tabella f'punt (b) għandha tiġi emendata kif ġej:

(i)

l-linja segwenti għandha tidħol wara l-linja li tirreferi għall-Portugall:

“România

96 712

 

 

11 986 ”

(ii)

l-aħħar linja hija sostitwita bil-linja segwenti:

“Total

667 018

61 541

30 026

45 210 ”

2)

Fl-Anness III, it-tabella hija sostitwita bit-tabella segwenti:

Trasferimenti intrakomunitarji awtorizzati fil-qafas tal-pjan għall-baġit ta' l-2007

 

Il-prodott

Il-kwantità

(f'tunnellati)

L-entità intitolata

Id-Destinatarju

“1.

Qamħ komuni

2 207

MMM, Suomi/Finland

Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet, Eesti

2.

Qamħ komuni

11 760

BLE, Deutschland

OPEKEPE, Elláda

3.

Qamħ komuni

110 000

ONIGC, France

FEGA, España

4.

Qamħ komuni

103 429

BLE, Deutschland

AGEA, Italia

5.

Qamħ komuni

19 036

AMA, Österreich

AGEA, Italia

6.

Qamħ komuni

5 637

MMM, Suomi/Finland

Agricultural and Food Products Market Regulation Agency, Lietuva

7.

Qamħ komuni

1 550

ONIGC, France

National Research and Development Centre, Malta

8.

Qamħ komuni

20 000

ONIGC, France

INGA, Portugal

9.

Qamħ komuni

96 712

MVH, Magyarország

Paying and Intervention Agency for Agriculture, România

10.

Qamħ komuni u ċereali oħra

2 610

MVH, Magyarország

AAMRD, Slovenija

11.

Ross

23 641

OPEKEPE, Elláda

ONIGC, Franza

12.

Ross

20 000

OPEKEPE, Elláda

Ente Risi, Italia

13.

Ross

14 000

OPEKEPE, Elláda

INGA, Portugal

14.

Butir

3 511

Department of Agriculture and Food, Ireland

Office de l'Elevage, France

15.

Zokkor

3 338

FEGA, España

ONIGC, Franza

16.

Zokkor

2 760

ARR, Polska

Agricultural and Food Products Market Regulation Agency, Lietuva

17:

Zokkor

1 435

FEGA, España

INGA, Portugal

18.

Zokkor

11 986

MVH, Magyarország

Paying and Intervention Agency for Agriculture, România

19.

Zokkor

500

ARR, Polska

MMM, Suomi/Finlandja”


(1)  ĠU L 352, 15.12.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2535/95 (ĠU L 260, 31.10.1995, p. 3).

(2)  ĠU L 313, 30.10.1992, p. 50. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 209/2007 (ĠU L 61, 28.2.2007, p. 21).

(3)  ĠU L 283, 14.10.2006, p. 14.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

585


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 326/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 li, għas-sena 2007, jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1518/2003 rigward id-dati tal-ħruġ tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 326/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 326/2007

tas-27 ta’ Marzu 2007

li, għas-sena 2007, jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1518/2003 rigward id-dati tal-ħruġ tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1518/2003 tat-28 ta' Awissu 2003 li jniżżel ir-regoli dettaljati biex jimplimenta s-sistema tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal (2) jipprovdi li l-liċenzji ta' l-esportazzjoni jinħarġu nhar l-Erbgħa tal-ġimgħa ta' wara dik li matulha jitressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, sakemm il-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda miżura partikolari f'dak il-perjodu.

(2)

Fil-qies tal-ġranet ta' vaganza tas-sena 2007, u tal-pubblikazzjoni irregolari tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea matul dawk il-ġranet, jirriżulta li l-perjodu bejn it-tressiq ta' l-applikazzjonijiet u l-jum tal-ħruġ tal-liċenzji huwa qasir wisq biex jiżgura ġestjoni tajba tas-suq. Għaldaqstant jeħtieġ li dan il-perjodu jittawwal.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tas-suq tal-laħam tal-majjal,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1518/2003, għas-sena 2007, il-liċenzji għandhom jinħarġu fid-dati murija fl-Anness ta' dan ir-Regolament preżenti.

Din id-deroga tapplika sakemm, qabel id-dati msemmija tal-ħruġ, ma tkun ittieħdet l-ebda waħda mill-miżuri partikolari pprovduti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1518/2003,

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur-Ġenerali għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali

ANNESS

Perjodi għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji

Dati tal-ħruġ

Mit-2 sas-6 ta' April 2007

It-12 ta' April 2007

Mit-23 sas-27 ta' April 2007

It-3 ta' Mejju 2007

Mit-30 ta' April sa l-4 ta' Mejju 2007

Il-10 ta' Mejju 2007

Mill-21 sal-25 ta' Mejju 2007

Il-31 ta' Mejju 2007

Mis-6 sa l-10 ta' Awissu 2007

Is-16 ta' Awissu 2007

Mis-17 sal-21 ta' Diċembru 2007

It-28 ta' Diċembru 2007

Mill-24 sat-28 ta' Diċembru 2007

L-4 ta' Jannar 2008


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 217, 29.8.2003, p. 35. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1713/2006 (ĠU L 321, 21.11.2006, p. 11).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

587


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 li jidderoga, għall-2007, mir-Regolament (KE) Nru 1445/95 dwar id-dati tal-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 327/2007

tas-27 ta’ Marzu 2007

li jidderoga, għall-2007, mir-Regolament (KE) Nru 1445/95 dwar id-dati tal-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas suq taċ-ċanga u l-vitella (1), b'mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1445/95 tas-26 ta' Ġunju 1995 dwar regoli għall-applikazzjoni ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2377/80 (2), jipprovdi li l-liċenzji għall-esportazzjoni għandhom jinħarġu l-Erbgħa tal-ġimgħa ta' wara dik li fiha jkunu tressqu l-applikazzjonijiet, sakemm il-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda azzjoni speċifika matul dak il-perjodu.

(2)

Fid-dawl tal-vaganzi pubbliċi matul l-2007 u l-pubblikazzjoni irregolari fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea matul dawk il-vaganzi, il-perjodu bejn it-tressiq ta' l-applikazzjonijiet u l-jum li fih għandhom jinħarġu l-liċenzji ser ikun qasir wisq biex jiggarantixxi l-amministrazzjoni tajba tas-suq u għaldaqstant għandu jiġi estiż.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-2007 u b'deroga mill-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1445/95, il-liċenzji li għalihom jitressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi indikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti indikati f'dak l-Anness.

Din id-deroga għandha tapplika sakemm ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni speċifika qabel dawk il-ġranet tal-ħruġ, skond l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1445/95.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

ANNESS

Perjodu għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet għall-liċenzji

Data tal-ħruġ

mit-2 sas-6 ta' April 2007

it-12 ta' April 2007

mit-23 sas-27 ta' April 2007

it-3 ta' Mejju 2007

mit-30 ta' April sa l-4 ta' Mejju 2007

l-10 ta' Mejju 2007

mill-21 sal 25 ta' Mejju 2007

il-31 ta' Mejju 2007

mis-6 sa l-10 ta' Awissu 2007

is-16 ta' Awissu 2007

Mis-17 sal-21 ta' Diċembru 2007

it-28 ta' Diċembru 2007

Mill-24 sat-28 ta' Diċembru 2007

l-4 ta' Jannar 2008


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 143, 27.6.1995, p. 35. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1965/2006 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 26, kif korrett bil-ĠU L 47, 16.2.2007, p. 21).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

589


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 328/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 li, għas-sena 2007, jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 596/2004 u (KE) Nru 633/2004 rigward id-dati tal-ħruġ tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni fis-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 328/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 328/2007

tas-27 ta’ Marzu 2007

li, għas-sena 2007, jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 596/2004 u (KE) Nru 633/2004 rigward id-dati tal-ħruġ tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni fis-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (2), u partikolarment l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 596/2004 (3) li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-bajd, u l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 633/2004 (4) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur, jipprovdu li l-liċenzji ta' l-esportazzjoni jinħarġu nhar l-Erbgħa tal-ġimgħa ta' wara dik li matulha jitressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, sakemm il-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda miżura partikolari f'dak il-perjodu.

(2)

Fil-qies tal-ġranet ta' vaganza tas-sena 2007, u tal-pubblikazzjoni irregolari tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea matul dawk il-ġranet, jirriżulta li l-perjodu bejn it-tressiq ta' l-applikazzjonijiet u l-jum tal-ħruġ tal-liċenzji huwa qasir wisq biex jiżgura ġestjoni tajba tas-suq. Għaldaqstant jeħtieġ li dan il-perjodu jittawwal.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-laħam tat-tjur u l-bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 596/2004 u l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 633/2004, għas-sena 2007, il-liċenzji għandhom jinħarġu fid-dati murija fl-Anness ta' dan ir-Regolament preżenti.

Din id-deroga għandha tapplika sakemm, qabel id-dati msemmija tal-ħruġ, ma tkun ittieħdet l-ebda waħda mill-miżuri partikolari pprovduti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 633/2004.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur-Ġenerali għall-Agrikoltura u Żvilupp rurali

ANNESS

Perjodi għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji

Dati tal-ħruġ

Mit-2 sas-6 ta' April 2007

It-12 ta' April 2007

Mit-23 sas-27 ta' April 2007

It-3 ta' Mejju 2007

Mit-30 ta' April sa l-4 ta' Mejju 2007

L-10 ta' Mejju 2007

Mill-21 sal-25 ta' Mejju 2007

Il-31 ta' Mejju 2007

Mis-6 sa l-10 ta' Awissu 2007

Is-16 ta’ Awissu 2007

Mis-17 sal-21 ta' Diċembru 2007

It-28 ta' Diċembru 2007

Mill-24 sat-28 ta' Diċembru 2007

L-4 ta' Jannar 2008


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006.

(3)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 33. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1713/2006 (ĠU L 321, 21.11.2006, p. 11).

(4)  ĠU L 100, 6.4.2004, p. 8. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1713/2006.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

591


Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/18/KE tas-27 ta’ Marzu 2007 li temenda d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esklużjoni jew l-inklużjoni ta' ċerti istituzzjonijiet mill-ambitu ta' l-applikazzjoni u tat-trattament ta' exposures għall-banek ta' żvilupp multilaterali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/18/KE għandha taqra:

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/18/KE

tas-27 ta’ Marzu 2007

li temenda d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esklużjoni jew l-inklużjoni ta' ċerti istituzzjonijiet mill-ambitu ta' l-applikazzjoni u tat-trattament ta' exposures għall-banek ta' żvilupp multilaterali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (kif ifformulata mill-ġdid) (1), u b'mod partikolari [punti (d) u (l) ta' l-Artikolu 150(1)] tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/48/KE jelenka dawk l-istituzzjonijiet espliċitament esklużi mill-ambitu ta' l-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva.

(2)

Il-Ministeru Daniż għall-Affarijiet Ekonomiċi u Kummerċjali talab biex id-Dansk Landbrugs Realkreditfond jitħassar mil-lista fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/48/KE. Studju ta' l-istatus legali u ta' l-istruttura partikolari tad-Dansk Landbrugs Realkreditfond jiġġustifika t-tneħħija tiegħu mill-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/48/KE. Il-Ministeru Daniż għall-Affarijiet Ekonomiċi u Kummerċjali talab ukoll sabiex l-isem Danmarks Skibskreditfond jinbidel għal Danmarks Skibskredit A/S, minħabba l-bidla fl-isem ta' din l-istituzzjoni.

(3)

L-Anness VI, Parti 1, punt 20 tad-Direttiva 2006/48/KE jelenka l-exposures tal-banek ta' żvilupp multilaterali li lilhom għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 0 %.

(4)

Il-Bank Dinji, filwaqt li jaġixxi f'isem il-Faċilità Internazzjonali ta' Finanzjament għall-Immunizzazzjoni, talab għall-inklużjoni ta' dan ta' l-aħħar fil-lista fl-Anness VI, Parti 1, punt 20 tad-Direttiva 2006/48/KE.

(5)

Il-Faċilità Internazzjonali ta' Finanzjament għall-Immunizzazzjoni hija forma ġdida ta' istituzzjoni internazzjonali għall-finanzjament ta' l-iżvilupp. Għandha bażi finanzjarja kkostitwita minn obbligi ta' pagamenti li jkunu jorbtu legalment (“għotjiet”) u li ġejjin minn donaturi tal-gvernijiet ċentrali. Il-fondi mislufa mill-Faċilità Internazzjonali ta' Finanzjament għall-Immunizzazzjoni fis-swieq kapitali internazzjonali sejrin jiffinanzjaw il-programmi ta' l-immunizzazzjoni f'70 mill-ifqar pajjiżi tad-dinja. Il-Faċilità Internazzjonali ta' Finanzjament għall-Immunizzazzjoni għandha taġixxi bħala bank għall-Alleanza Globali għat-Tilqim u l-Immunizzazzjoni biex tipprovdi fondi li għandhom jiġu distribwiti bħala għotjiet fil-programmi ta' l-immunizzazzjoni fil-pajjiżi fi żvilupp li huma eliġibbli. Il-Faċilità Internazzjonali ta' Finanzjament għall-Immunizzazzjoni għandha tikkummissjona ż-żewġ attivitajiet primarji tagħha lill-entitajiet multinazzjonali eżistenti: il-finanzjament, il-ġestjoni finanzjarja u l-ġestjoni tar-riskju għandhom jiġu kkumissjonati lill-Bank Dinji u l-ġestjoni tal-programmi u l-funzjonijiet tas-segretarjat għandhom jiġu mogħtija lill-Alleanza Globali għat-Tilqim u l-Immunizzazzjoni.

(6)

Il-Faċilità Internazzjonali ta' Finanzjament għall-Immunizzazzjoni għandha profil ta’ riskju ekwivalenti għall-banek ta’ żvilupp multilaterali elenkati fl-Anness VI, Parti 1, punt 20 tad-Direttiva 2006/48/KE u hija għalhekk eliġibbli sabiex tiġi inkluża fl-Anness VI, Parti 1, punt 20 u għalhekk tgawdi mill-piż tar-riskju ta' 0 % kif stabbilit f'dik id-dispożizzjoni.

(7)

Il-Bank Iżlamiku għall-Iżvilupp talab li jiġi inkluż fil-lista fl-Anness VI, Parti 1, punt 20 tad-Direttiva 2006/48/KE.

(8)

Il-Bank Iżlamiku għall-Iżvilupp ġie mwaqqaf mill-gvernijiet ta' 29 pajjiż b'populazzjonijiet li l-biċċa l-kbira tagħhom huma Musulmani, għall-iskop ta' trawwim ta' żvilupp ekonomiku u ta' progress soċjali tal-pajjiżi msieħba u tal-komunitajiet Musulmani, kemm individwalment kif ukoll kollettivament u dan skond ir-regoli tax-“Shariah”. Il-Bank Iżlamiku għall-Iżvilupp jista' jwettaq kull attività li tista' tmexxi 'l quddiem dan il-għan. Il-ftehim isemmi b'mod espliċitu e.g. l-investimenti ta' ekwità, is-self, il-finanzjament tal-kummerċ u l-assistenza teknika.

(9)

Il-Bank Iżlamiku għall-Iżvilupp għandu profil ta’ riskju ekwivalenti għall-banek ta’ żvilupp multilaterali enumerati fl-Anness VI, Parti 1, punt 20 tad-Direttiva 2006/48/KE u huwa għalhekk eliġibbli sabiex jiġi inkluż fl-Anness VI, Parti 1, punt 20 u b'hekk igawdi mill-piż tar-riskju ta' 0 % kif stabbilit f'din id-dispożizzjoni.

(10)

Id-Direttiva 2006/48/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(11)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Banek Ewropej,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2006/48/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, ir-raba' inċiż huwa mibdul b'dan li ġej:

“—

fid-Danimarka, id-‘Dansk Eksportfinansieringsfond’, il-‘Danmarks Skibskredit A/S’, u l-‘KommuneKredit’;”

(2)

Fl-Anness VI, Parti 1, il-punt 20 huwa mibdul b'dan li ġej:

“20.

L-exposures għall-banek ta' żvilupp multilaterali li ġejjin għandu jkollhom piż tar-riskju ta' 0 %:

(a)

il-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp;

(b)

il-Korporazzjoni Internazzjonali tal-Finanzi;

(c)

il-Bank għall-Iżvilupp Inter-Amerikan;

(d)

il-Bank għall-Iżvilupp Ażjatiku;

(e)

il-Bank għall-Iżvilupp Afrikan;

(f)

il-Bank tal-Kunsill ta' l-Ewropa għall-Iżvilupp

(g)

il-Bank Nordiku għall-Investiment;

(h)

il-Bank Karibew għall-Iżvilupp;

(i)

il-Bank Ewropew għal Rikostruzzjoni u Żvilupp;

(j)

il-Bank Ewropew għall-Investiment;

(k)

il-Fond Ewropew ta' l-Investiment;

(l)

l-Aġenzija għall-Garanzija ta' Investiment Multilaterali;

(m)

il-Faċilità Internazzjonali ta' Finanzjament għall-Immunizzazzjoni; kif ukoll

(n)

il-Bank Iżlamiku għall-Iżvilupp.”

Artikolu 2

1.   L-Istati Membru għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u b'tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ottubru 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

593


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 336/2007 tat-28 ta’ Marzu 2007 li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib, fir-rigward tal-kontenut ta' referenza tax-xaħam għar-Rumanija

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 336/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 336/2007

tat-28 ta’ Marzu 2007

li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib, fir-rigward tal-kontenut ta' referenza tax-xaħam għar-Rumanija

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-finijiet tar-reviżjoni tal-kontenut ta' referenza tax-xaħam stipulat fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003, kif provdut fl-Artikolu 9(5) ta' dak ir-Regolament, ir-Rumanija ressqet lill-Kummissjoni rapport li jagħti dettalji tar-riżultati u x-xejriet tal-kontenut tax-xaħam fl-2004 għall-produzzjoni effettiva tal-ħalib, mis-survey uffiċjali.

(2)

Skond dan ir-rapport, u wara eżami min-naħa tas-servizzi tal-Kummissjoni, huwa f'loku li l-kontenut ta' referenza tax-xaħam stabbilit għar-Rumanija fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 jiġi aġġustat.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003, ir-referenza “35,93” għar-Rumanija għandha tiġi ssostitwita bir-referenza “38,5”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ April 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 123. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1406/2006 (ĠU L 265, 26.9.2006, p. 8).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

594


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 373/2007 tat-2 ta’ April 2007 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 795/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 373/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 373/2007

tat-2 ta’ April 2007

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 795/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u partikolarment it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 60(2) u l-Artikolu 145(c) u (d) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 (2) jintroduċi regoli għall-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni (pagament uniku) sa mill-2005. L-esperjenza ta’ l-implimentazzjoni amministrattiva u operattiva ta’ dik l-iskema f’livell nazzjonali wriet li f’ċerti aspetti jinħtieġu iktar regoli dettaljati u f’aspetti oħra r-regoli eżistenti jeħtieġu li jiġu ċċarati u addattati.

(2)

Il-kannamiela tokkupa l-art għal ħames snin jew iktar u tipproduċi ħsad wara l-ieħor, u allura tista’ titqies bħala wiċċ ta’ l-art permanenti. Skond l-Artikolu 44(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, iż-żoni b’uċuh ta’ l-art permanenti ġeneralment mhumiex eliġibbli għall-attivazzjoni ta’ drittijiet ta’ ħlas. Madankollu, l-Artikolu 3b(2) tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 jipprovdi għall-eliġibbiltà ta’ l-uċuh ta’ l-art permanenti fil-qafas ta’ l-iskema ta’ pagament uniku taħt il-kundizzjoni li ż-żona tkun suġġetta għal applikazzjoni għall-għajnuna għall-uċuh ta’ l-art ta’ l-enerġija prevista fl-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 319/2006 (3) jiddefinixxi r-regoli għall-appoġġ diżakkoppjat u l-integrazzjoni ta’ l-appoġġ għall-pitravi, il-kannamiela u ċ-ċikwejra fi skema ta’ pagament uniku. Għalhekk, żoni li jaqgħu taħt din il-kategorija ta' wċuħ ta' l-art għandhom ikunu eliġibbli mingħajr il-ħtieġa ta' applikazzjoni għall-iskema ta' l-uċuh ta' l-art ta' l-enerġija. Huwa xieraq li l-kannamiela tiġi eskluża mid-definizzjoni ta’ wiċċ ta’ l-art permanenti ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 u tiżdied mal-lista ta’ wċuh ta’l-art li jitqiesu bħala wċuh ta' l-art multijannwali għall-għan tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(4)

Skond l-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 il-produzzjoni tal-qanneb għal użi oħra ħlief għall-fibra sejra tiġi permessa għall-użu ta’ l-art taħt l-iskema ta' pagament uniku mill-1 ta' Jannar 2007 'l quddiem. L-għoti tal-pagamenti għandu jiġi suġġett għall-użu ta’ żrieragħ iċċertifikati ta’ ċerti varjetajiet. Bħala konsegwenza, l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 għandu jiġi adattat skond dan.

(5)

Sar żball fil-kliem ta’ l-Artikolu 30 (5) tar-Regolament (KE) Nru 795/2004, li jistabbilixxi l-obbligu għall-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex japplikaw l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fil-każ ta’ produtturi li, permezz ta’ għadd abnormalment baxx ta’ unitajiet ta’ bhejjem (LUs) waqt parti mis-sena, joħolqu b’mod artifiċjali l-kundizzjonijiet meħtieġa biex iħarsu l-attività agrikola minima. L-obbligu għandu japplika meta l-abnormalità tirreferi għal għadd kbir ta’ unitajiet ta’ bhejjem (LUs). Id-dispożizzjoni ta’ hawn fuq għandha għalhekk tiġi kkoreġuta.

(6)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 ffissa għadd medju ta’ ettari msemmija fl-Artikolu 60(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fuq il-bażi tad-data kkomunikati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri kkonċernati. Malta u s-Slovenja kkomunikaw dawn id-data rilevanti. Huwa għalhekk xieraq li jiġi ffissat l-għadd ta’ ettari għal dawk l-Istati Membri.

(7)

Minħabba li l-integrazzjoni ta’ l-appoġġ finanzjarju għall-pitravi, il-kannamiela u ċ-ċikwejra ġewwa skema ta’ pagament uniku hija applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2006, huwa xieraq li jiġi pprovdut li d-dispożizzjoni emendata fuq l-eliġibilità taż-żoni tal-kannamiela għall-iskema tal-pagament uniku tapplika retroattivament minn dik id-data.

(8)

Minħabba li r-Regolament (KE) Nru 795/2004 jintroduċi r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-iskema ta’ pagament uniku mill-1 ta’ Jannar 2005, il-korrezzjoni fl-Artikolu 30(5) għandha tkun applikabbli minn dik id-data.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 għandu għalhekk ikun emendat u kkoreġut skond dan.

(10)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fit-Tabella fl-Artikolu 2, punt (d), tiżdied ir-ringiela li jmiss:

“1212 99 20

il-kannamiela”

(2)

Fl-Artikolu 29, it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“Iż-żerriegħa sejra tkun iċċertifikata skond id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE (*) u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tagħha.

(*)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74.”"

(3)

Fl-Artikolu 30, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

‘5.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex japplikaw l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fil-każ ta' produtturi li, permezz ta' għadd abnormalment baxx ta' LUs matul parti mis-sena, joħolqu b’mod artifiċjali l-kundizzjonijiet meħtieġa biex iħarsu l-attività agrikola minima.’

(4)

L-Anness II huwa ssostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Il-punt (1) ta' l-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006.

Il-punt (2) ta' l-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Il-punt (3) ta' l-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

“ANNESS II

L-għadd ta’ ettari msemmija fl-Artikolu 60(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

Stat Membru u Reġjuni

Għadd ta’ Ettari

ID-DANIMARKA

33 740

IL-ĠERMANJA

301 849

Baden-Württemberg

18 322

Bayern

50 451

Brandenburg u Berlin

12 910

Hessen

12 200

Niedersachsen u Bremen

76 347

Mecklenburg-Il-Pomeranja tal-Punent

13 895

Nordrhein-Westfalen

50 767

Rheinland-Pfalz

19 733

Saarland

369

Sachsen

12 590

Sachsen-Anhalt

14 893

Schleswig-Holstein u Hamburg

14 453

Thuringia

4 919

IL-LUSSEMBURGU

705

IL-FINLANDJA

38 006

Reġjun A

3 425

Reġjun B-C1

23 152

Reġjun C2-C4

11 429

MALTA

3 640

IS-SLOVENJA

11 437

L-IŻVEZJA

 

Reġjun 1

9 193

Reġjun 2

8 375

Reġjun 3

17 448

Reġjun 4

4 155

Reġjun 5

4 051

IR-RENJU UNIT

 

L-Ingilterra (oħrajn)

241 000

L-Ingilterra (Moorland SDA)

10

L-Ingilterra (Upland SDA)

190

L-Irlanda ta' Fuq

8 304 ”


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2013/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 13).

(2)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1291/2006 (ĠU L 236, 31.8.2006, p. 20).

(3)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 32.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

597


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Marzu 2007 li temenda d-Deċiżjonijiet 2001/405/KE, 2002/255/KE, 2002/371/KE, 2004/669//KE, 2003/31//KE u 2000/45/KE sabiex tiġi mtawla l-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għal ċerti prodotti

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/207/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' Marzu 2007

li temenda d-Deċiżjonijiet 2001/405/KE, 2002/255/KE, 2002/371/KE, 2004/669//KE, 2003/31//KE u 2000/45/KE sabiex tiġi mtawla l-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għal ċerti prodotti

(notifikata bid-dokument numru C(2007) 532)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/207/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 dwar skema riveduta tal-għoti tal-ekotikketta Komunitarja (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord tal-Unjoni Ewropea għat-Tikkettjar Ekoloġiku,

Billi:

(1)

Il-kriterji ekoloġiċi stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/405/KE tal-4 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għall-prodotti ta' karta fina (2) jiskadu fl-4 ta' Mejju 2007.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/255/KE tal-25 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi sabiex tingħata l-ekotikketta Komunitarja lit-televiżjonijiet (3) tiskadi fil-31 ta' Marzu 2007.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/371/KE tal-15 ta’ Mejju 2002 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lill-prodotti tessili u li temenda d-Deċiżjoni 1999/178/KE (4) tiskadi fil-31 ta' Mejju 2007.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/669/KE tat-6 ta' April 2004 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti sabiex tingħata l-ekotikketta Komunitarja lill-friġġijiet u li temenda d-Deċiżjoni 2000/40/KE (5) tiskadi fil-31 ta' Mejju 2007.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/31/KE tad-29 ta' Novembru 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għad-deterġenti tal-magni għall-ħasil tal-platti u li temenda d-Deċiżjoni 1999/427/KE (6) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2007.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/45/KE tas-17 ta' Diċembru 1999 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għall-magni tal-ħasil [tal-ħwejjeġ] (7) tiskadi fil-30 ta' Novembru 2007.

(7)

B'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, saret analiżi f'waqtha tal-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, stabbiliti b'dawk id-Deċiżjonijiet.

(8)

Fid-dawl tar-reviżjoni ta' dawk il-kriterji u rekwiżiti, fis-sitt każijiet kollha jkun xieraq li l-perjodu ta' validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti jiġi mtawwal għal perjodu ta' sena.

(9)

Peress li l-obbligu ta' reviżjoni prevista fir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jikkonċerna biss il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta' evalwazzjoni u verifikazzjoni, huwa xieraq li d-Deċiżjonijiet 2001/405/KE, 2002/255/KE, 2002/371/KE, 2004/669/KE, 2003/31/KE u 2000/45/KE jibqgħu fis-seħħ.

(10)

Id-Deċiżjonijiet 2001/405/KE, 2002/255/KE, 2002/371/KE, 2004/669/KE, 2003/31/KE, 2000/45/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(11)

Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2001/405/KE jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ta' karta fina, kif ukoll għar-rekwiżiti relatati ta' stima u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-4 ta' Mejju 2008.”

Artikolu 2

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2002/255/KE jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti tat-televiżjonijiet, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, se jibqgħu validi sal-31 ta' Marzu 2008.”

Artikolu 3

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2002/371/KE jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti tal-prodotti tessili, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, se jibqgħu validi sal-31 ta' Mejju 2008.”

Artikolu 4

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2004/669/KE jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti friġġijiet, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, se jibqgħu validi sal-31 ta' Mejju 2008.”

Artikolu 5

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2003/31/KE jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti tad-deterġenti tal-ħasil tal-platti, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, se jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2008.”

Artikolu 6

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2000/45/KE jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, se jibqgħu validi sat-30 ta' Novembru 2008.”

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 142, 29.5.2001, p. 10. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/384/KE (ĠU L 127, 20.5.2005, p. 20).

(3)  ĠU L 87, 4.4.2002, p. 53. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/384/KE (ĠU L 127, 20.5.2005, p. 20).

(4)  ĠU L 133, 18.5.2002, p. 29.

(5)  ĠU L 306, 2.10.2004, p. 16.

(6)  ĠU L 9, 15.1.2003, p. 11.

(7)  ĠU L 16, 21.1.2000, p. 74 Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2005/384/KE (ĠU L 127, 20.5.2005, p. 20).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

599


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 381/2007 ta’ l-4 ta’ April 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta' kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa u r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward ta' l-iskemi ta' appoġġ ipprovduti fit-Titoli IV u IVa ta' dak ir-Regolament u l-użu ta' art imwarrba/li tkun twarrbet/intiża/maħsuba/miżmuma għall-produzzjoni tal-materji primi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 381/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 381/2007

ta’ l-4 ta’ April 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta' kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa u r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward ta' l-iskemi ta' appoġġ ipprovduti fit-Titoli IV u IVa ta' dak ir-Regolament u l-użu ta' art imwarrba/li tkun twarrbet/intiża/maħsuba/miżmuma għall-produzzjoni tal-materji primi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabilixxi ċertu skemi ta' appoġġ għall-bdiewa u jemenda Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 and (KE) Nru 2529/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 52(2) u 145(c), (d) u (j) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-definizzjoni ta' ettaru eliġibbli fi ħdan il-qafas ta' l-iskema tal-ħlas uniku stabbilita fl-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ġiet emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2006 (2) sabiex issa kwalunkwe żona bis-siġar taż-żebbuġ hija eliġibbli.

(2)

L-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2012/2006 jagħmel fakultattiv, l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ġeografika għall-koltivazzjoni taż-żebbuġ għall-Istati Membri li ma japplikawx l-għajnuna għall-imsaġar taż-żebbuġ li hemm provvediment għalihom fil-Kapitolu 10b tat-Titolu IV ta' dan ir-Regolament. Wara dik l-emenda, huwa xieraq li jiġi emendat l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (3), dwar il-kontenut ta' applikazzjoni waħda fir-rigward ta' ħbula ta' raba' biż-żebbuġ u l-anness XXIV, punti 1 u 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 (4), fir-rigward id-definizzjoni ta' siġar eliġibbli taż-żebbuġ u l-kalkolu tan-numru ta' ettari eliġibbli għall-użu ta' l-allokazzjonijiet imħallsa.

(3)

L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 jistipula r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-verifika tal-kontenut tat-tetrahydrocannabinol fil-pjanti tal-qanneb. Mill-2007 'il quddiem, il-produzzjoni tal-qanneb għal użi oħra minbarra l-fibra sejjer, skond il-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ikun permess bħala użu ta' l-art taħt l-iskema tal-ħlas uniku. B'konsegwenza, l-Artikolu 33 u l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu jiġi emendat kif jixraq.

(4)

Skond l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, l-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni bir-riżultati tat-testijiet sabiex jiġu ddeterminati l-livelli ta' tetrahydrocannabinol fil-varjetajiet ta' qanneb miżrugħa fl-2006. Dawk ir-riżultati għandhom jitqiesu fit-tħejjija tal-lista ta' varjetajiet ta' qanneb eliġibbli għal ħlasijiet diretti fis-snin tas-suq li ġejjin u l-lista ta' varjetajiet awtorizzati temporanjament għas-sena tas-suq 2007/2008. Għall-verifika tal-kontenut ta' tetrahydrocannabinol, xi wħud minn dawk il-varjetajiet għandhom jitressqu għall-proċedura B msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

(5)

Mill-2007 'il quddiem, l-għajnuna għall-għelejjel ta' enerġija pprovduta fil-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 se tkun applikabbli fl-Istati Membri l-ġodda li japplikaw l-Iskema ta' Ħlas għal-Żona Waħda Ir-regoli dwar għajnuna għal gruppi ta' għelejjel għall-enerġija għandhom japplikaw ukoll għal dawk l-Istati Membri l-ġodda.

(6)

L-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 ġie rrevokat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 263/2006 (5). L-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004 għandu jkun emendat skond dan.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 270/2007 emenda r-regoli għall-użu potenzjali tal-pitravi taz-zokkor għall-produzzjoni ta' prodotti għall-enerġija. Għalhekk huwa xieraq li jiġu adottati kundizzjonijiet identiċi għall-koltivazzjoni ta' dawn il-pjanti fuq art eliġibbli għall-benefiċċju tad-drittijiet għat-twarrib ta' l-art.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 u r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 għandhom għalhekk ikunu emendati skond dan.

(9)

L-emendi introdotti bir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 953/2006 (6), Nru 2012/2006 u Nru 270/2007 huma applikabbli mill-1.1.2007. Għalhekk, l-emendi korrispondenti pprovduti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-istess data.

(10)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħlasijiet Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 12(3), it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Fl-Istati Membri li jinkludu s-sistema ta' informazzjoni ġeografika għall-koltivazzjoni taż-żebbuġ fis-sistema ta' identifikazzjoni għall-ħbula agrikoli msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-materjal grafiku pprovdut lill-bdiewa fir-rigward tal-ħbula tar-raba għaż-żebbuġ għandu jinkludi għal kull ħabel ta' raba għaż-żebbuġ, in-numru ta' siġar taż-żebbuġ eleġibbli u fejn jinsabu fil-ħabel kif ukoll iż-żona taż-żebbuġ espressa f'GIS-ha ta' żebbuġ skond il-punt 3 ta' l-Anness XXIV tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004.”

(2)

Fl-Artikoli 33(4) u 33(5), fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-kliem “imkabbar għall-fibra” jitħassru.

(3)

L-Anness II huwa sostitwit mit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1973/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 136 jinbidel b'dan li ġej:

“L-Artikolu 136

L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 796/2004

Mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 143b (6) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu japplika għall-iskema ta' ħlas għal żona waħda ħlief għall-Artikolu 7, Artikolu 8(2)(b) u (c), Artikolu 12(1)(c) u (2), Artikolu 13(2) sa (8), Artikolu 14 (2) u (3), Artikoli 16 u 17, Artikolu 21(3), Artikolu 24(1)(b), (d) u (e), Artikolu 26(1)(a), (b) u (c) u (2)(b), (c) u (d), Artikolu 27(2)(g), (h), (i) u (j), Artikolu 28(1)(d), Artikolu 30(3), Artikolu 31, Artikoli 34 sa 40, Artikolu 49(2), Artikolu 50(2), (4), (5) u (6), Artikoli 51 sa 64, Artikolu 69 u Artikolu 71(1) tiegħu.”

(2)

Fl-Artikolu 143(2), il-punt a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

Kwalunkwe prodott intermedju tal-pitravi taz-zokkor jintuża għall-produzzjoni ta' prodotti għall-enerġija u li kwalunkwe ko-prodott jew prodott sekondarju li fih iz-zokkor jintuża skond ir-Regolament (KE) Nru 318/2006;”

(3)

L-Anness XXIV qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (1)(b) jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Madankollu, kwalunkwe siġra taż-żebbuġ imħawla hija eliġibbli għall-kalkolu tan-numru ta' ettari eliġibbli skond l-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (użu ta' intitolamenti għall-ħlasijiet).”

(b)

Fil-punt 3, ir-raba' sub-paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“L-istess approċċ għandu jiġi applikat mill-Istati Membri li jinkludu s-sistema ta' informazzjoni ġeografika għall-koltivazzjoni taż-żebbuġ fis-sistema ta' identifikazzjoni tagħhom għall-ħbula agrikoli [biċċiet ta' art agrikoli] msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għall-kalkolu tan-numru ta' ettari eliġibbli skond l-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (użu ta' intitolamenti tal-ħlas).”

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(1) u (2) u l-Artikolu 2 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2007

L-Artikolu 1(3) għandu jidħol fis-seħħ mis-sena tas-suq 2007/2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ April 2007.

Ghall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

“ANNESS II

VARJETAJIET TA' QANNEB ELIĠIBBLI GĦALL-ĦLASIJIET DIRETTI

(a)   Varjetajiet ta' qanneb

 

Beniko

 

Carmagnola

 

CS

 

Delta-Llosa

 

Delta 405

 

Dioica 88

 

Epsilon 68

 

Fedora 17

 

Felina 32

 

Felina 34 — Félina 34

 

Ferimon — Férimon

 

Fibranova

 

Fibrimon 24

 

Futura 75

 

Juso 14

 

Kompolti

 

Red Petiole

 

Santhica 23

 

Santhica 27

 

Silesia

 

Uso-31

(b)   Varjetajiet ta' qanneb awtorizzati fis-sena tas-suq 2007/2008

 

Bialobrzeskie

 

Chamaeleon (7)

 

Cannakomp

 

Denise (8)

 

Diana (8)

 

Fasamo

 

Fibriko TC

 

Kompolti hibrid TC

 

Lipko

 

Tiborszállási (7)

 

UNIKO-B

 

Zenit (8)


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2013/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 13).

(2)  ĠU L 384, 29.12.2006, p. 8.

(3)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2025/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 81).

(4)  ĠU L 345, 20.11.2004, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 270/2007 (ĠU L 75, 15.3.2007, p. 8).

(5)  ĠU L 46, 16.2.2006, p. 24.

(6)  ĠU L 175, 29.6.2006, p. 1.

(7)  Għas-sena tas-suq 2007/2008 il-proċedura B ta' l-Anness I għandha tapplika.

(8)  Fir-Rumanija biss, kif awtorizzat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/69/KE (ĠU L 32, 6.2.2007, p. 167).”


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

603


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2007 ta’ l-4 ta’ April 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fir-rigward tad-deskrizzjoni, tad-denominazzjoni ta' l-origini, tal-preżentazzjoni u tal-protezzjoni ta' ċerti prodotti fis-settur ta' l-inbid

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 382/2007

ta’ l-4 ta’ April 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fir-rigward tad-deskrizzjoni, tad-denominazzjoni ta' l-origini, tal-preżentazzjoni u tal-protezzjoni ta' ċerti prodotti fis-settur ta' l-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid (1), u partikolarment l-Artikolu 53 tiegħu,

Billi:

(1)

Minħabba l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tal-Bulgarija u r-Rumanija, jeħtieġ li jsiru ċerti emendi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002 (2).

(2)

L-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 753/2002 jipprovdi għal regoli speċifiċi għall-inbejjed tal-mejda b’indikazzjoni ġeografika, u jelenka t-termini użati fir-reġjuni differenti ta’ l-Istati Membri biex jiddeskrivu dawn l-inbejjed. Il-lista trid tiġi adaddata bit-termini xierqa li jintużaw fil-Bulgarija u r-Rumanija.

(3)

Il-lista ta’ termini tradizzjonali speċifiċi, stabbiliti fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 753/2002, u l-lista ta’ termini tradizzjonali addizzjonali, msemmija fl-Artikolu 23 ta’ dak ir-Regolament, iridu jiġu adattati bl-użu ta’ termini xierqa li jintużaw fil-Bulgarija u r-Rumanija.

(4)

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 753/2002 jelenka l-varjetajiet tad-dwieli u s-sinonimi tagħhom li jinkludu indikazzjoni ġeografika u li għandhom mnejn jidhru fuq it-tikkettjar ta' l-inbejjed. Dak l-Anness irid jiġi adattat bit-termini xierqa li ntużaw fil-Bulgarija u r-Rumanija fid-data ta' l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(5)

L-isem “Tokaj” huwa denominazzjoni ta' “inbid ta' kwalità prodott f'reġjun speċifiku” li għandu l-oriġini tiegħu f'reġjun transkonfinali ta' l-Ungerija u s-Slovakkja u huwa wkoll parti mid-denominazzjonijiet tal-varjetà ta' dwieli Taljani u Franċiżi: “Tocai italico”, “Tocai friulano” u “Tokay pinot gris”. Il-koeżistenza tad-denominazzjonijiet ta' dawn it-tliet varjetajiet ta' dwieli u l-indikazzjoni ġeografika hija limitata fiż-żmien, sa l-31.3.2007 u hija riżultat tal-ftehim bilaterali tat-23.11.1993 bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Ungerija, li saret parti mill-“acquis” sa mill-1.5.2004. Mill-1.4.2007, id-denominazzjonijiet ta' dawn it-tliet varjetajiet ta' dwieli ser jitneħħew mill-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002, u f'dak li jirrigwarda d-denominazzjoni tal-varjetà tad-dwieli “Tocai friulano”, din issa ġiet sostitwita bid-denominazzjoni l-ġdida tal-varjetà ta'-dwieli “Friulano”.

(6)

Fl-aħħarnett, l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 753/2002 jelenka t-termini tradizzjonali li jidhru jew li għandhom mnejn jidhru fuq it-tikkettjar ta’ l-inbejjed. Dak l-Anness għandu jiġi adattat sabiex iqis, minn naħa, termini tradizzjonali ġodda minn Ċipru u min-naħa l-oħra, termini tradizzjonali li jużaw il-Bulgarija u r-Rumanija.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 753/2002 għandu, għalhekk, jiġi emendat kif xieraq.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 753/2002 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 28, il-paragraf 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-għaxar inċiż jinbidel b’dan li ġej:

“—

‘Τοπικός Οίνος’ jew ‘(Regional Wine)’ fil-każ ta' l-inbejjed tal-mejda li joriġinaw f'Ċipru”;

(b)

is-segwenti inċiżi huma miżjuda:

“—

‘регионално вино’ fil-każ ta' l-inbejjed tal-mejda li joriġinaw fil-Bulgarija,

‘Vin cu indicație geografică’ fil-każ ta' l-inbejjed tal-mejda li joriġinaw fir-Rumanija”,

(2)

L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdiedu t-termini li ġejjin:

“(q)

Il-Bulgarija:

‘Гарантирано наименование за произход’ jew ‘ГНП’;

‘Гарантирано и контролирано наименование за произход’ jew ‘ГКНП’;

‘Благородно сладко вино’ jew‘БСВ’;

(r)

Ir-Rumanija:

‘Vin cu denumire de origine controlată — D.O.C.’, segwiti bi:

‘Cules la maturitate deplină — C.M.D.’,

‘Cules târziu — C.T.’,

‘Cules la înnobilarea boabelor — C.I.B.’”;

(b)

fil-paragrafu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(k)

Il-Bulgarija:

‘Гарантирано наименование за произход’ jew ‘ГНП’;

‘Гарантирано и контролирано наименование за произход’ jew ‘ГКНП’;

(l)

Ir-Rumanija:

‘Vin spumant cu denumire de origine controlată — D.O.C.’”;

(3)

L-Anness II huwa mibdul bl-Anness I għal dan ir-Regolament;

(4)

L-Anness III huwa emendat skond l-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Japplika mill-1 ta' April 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS I

“ANNESS II

Lista ta’ varjetajiet ta’ dwieli u s-sinonimi tagħhom li jinkludu indikazzjoni ġeografika (3) u li għandhom mnejn jidhru fuq it-tikkettjar ta' l-inbejjed skond l-Artikolu 19(2)

 

Ismijiet tal-varjetà jew is-sinonimi tagħhom

Pajjiżi li jistgħu jużaw l-ismijiet tal-varjetà jew wieħed mis-sinonimi tagħhom (*)

1

Agiorgitiko

Il-Greċja°

2

Aglianico

L-Italja°, il-Greċja°, Malta°

3

Aglianicone

L-Italja°

4

Alicante Bouschet

Il-Greċja°, l-Italja°, il-Portugall°, l-Alġerija°, it-Tuneżija°, l-Istati Uniti°, Ċipru°, l-Afrika t’Isfel

N.B.: L-isem ‘Alicante’ ma jistax jintuża waħdu biex jindika inbid.

5

Alicante Branco

Il-Portugall°

6

Alicante Henri Bouschet

Franza°, is-Serbja u l-Montenegro (8)

7

Alicante

L-Italja°

8

Alikant Buse

Is-Serbja u l-Montenegro (6)

9

Auxerrois

L-Afrika t’Isfel°, l-Awstralja°, il-Kanada°, l-Iżvizzera°, il-Belġju°, il-Ġermanja°, Franza°, il-Lussemburgu°, l-Olanda°, ir-Renju Unit°

10

Barbera Bianca

L-Italja°

11

Barbera

L-Afrika t’Isfel°, l-Arġentina°, l-Awstralja, il-Kroazja°, il-Messiku°, is-Slovenja°, l-Urugwaj°, l-Istati Uniti°, il-Greċja°, l-Italja°, Malta°

12

Barbera Sarda

L-Italja°

13

Blauburgunder

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (16-27-114), l-Awstrija (14-16), il-Kanada (16-114), iċ-Ċili (16-114), l-Italja (16-114)

14

Blauer Burgunder

L-Awstrija (13-16), is-Serbja u l-Montenegro (24-114), l-Iżvizzera

15

Blauer Frühburgunder

Il-Ġermanja (57)

16

Blauer Spätburgunder

Il-Ġermanja (114), L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (13-27-114), l-Awstrija (13-14), il-Bulgarija (114), il-Kanada (13-114), iċ-Ċili (13-114), ir-Rumanija (114), l-Italja (13-114)

17

Blaufränkisch

Ir-Repubblika Ċeka (54), l-Awstrija°, il-Ġermanja, is-Slovenja (Modra-frankinja, Frankinja), l-Ungerija

18

Borba

Spanja°

19

Bosco

L-Italja°

20

Bragão

Il-Portugall°

21

Budai

L-Ungerija°

22

Burgundac beli

Is-Serbja u l-Montenegro (135)

23

Burgundac Crni

Il-Kroazja°

24

Burgundac Crni

Is-Serbja u l-Montenegro (14-114)

25

Burgundac sivi

Il-Kroazja°, is-Serbja u l-Montenegro°

26

Burgundec bel

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja°

27

Burgundec crn

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (13-16-114)

28

Burgundec siv

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja°

29

Busuioacă de Bohotin

Ir-Rumanija

30

Cabernet Moravia

Ir-Repubblika Ċeka°

31

Calabrese

L-Italja (89)

32

Campanário

Il-Portugall°

33

Canari

L-Arġentina°

34

Carignan Blanc

Franza°

35

Carignan

L-Afrika t'Isfel°, l-Arġentina°, l-Awstralja (37), Iċ-Ċili (37), il-Kroazja°, l-Iżrael°, il-Marokk°, New Zealand°, it-Tuneżija°, il-Greċja°, Franza°, il-Portugall°, Malta°

36

Carignan Noir

Ċipru°

37

Carignane

L-Awstralja (35), iċ-Ċili (35), il-Messiku, it-Turkija, l-Istati Uniti

38

Carignano

L-Italja°

39

Chardonnay

L-Afrika t'Isfel°, l-Arġentina (94), l-Awstralja (94), il-Bulgarija°, il-Kanada (94), l-Iżvizzera°, iċ-Ċili (94), ir-Repubblika Ċeka°, il-Kroazja°, l-Ungerija (40), l-Indja, l-Iżrael°, il-Moldavja°, il-Messiku (94), New Zealand (94), ir-Rumanija°, ir-Russja°, San Marino°, is-Slovakkja°, is-Slovenja°, it-Tuneżija°, l-Istati Uniti (94), l-Urugwaj°, is-Serbja u il-Montenegro, iż-Żimbabwe°, il-Ġermanja°, Franza, il-Ġreċja (94), l-Italja (94), il-Lussemburgu° (94), l-Olanda (94), ir-Renju Unit, Spanja, il-Portugall, l-Awstrija°, il-Belġju (94), Ċipru°, Malta°

40

Chardonnay Blanc

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Ungerija (39)

41

Chardonnay Musqué

Il-Kanada°

42

Chelva

Spanja°

43

Corinto Nero

L-Italja°

44

Cserszegi fűszeres

L-Ungerija°

45

Děvín

Ir-Repubblika Ċeka°

46

Devín

Is-Slovakkja

47

Duna gyöngye

L-Ungerija

48

Dunaj

Is-Slovakkja

49

Durasa

L-Italja°

50

Early Burgundy

L-Istati Uniti°

51

Fehér Burgundi, Burgundi

L-Ungerija (132)

52

Findling

Il-Ġermanja°, ir-Renju Unit°

53

Frâncușă

Ir-Rumanija

54

Frankovka

Ir-Repubblika Ċeka° (17), is-Slovakkja (55)

55

Frankovka modrá

Is-Slovakkja (54)

56

Friulano

L-Italja

57

Frühburgunder

Il-Ġermanja (15), l-Olanda°

58

Galbenă de Odobești

Ir-Rumanija

59

Girgenti

Malta (60, 61)

60

Ghirgentina

Malta (59, 61)

61

Girgentina

Malta (59, 60)

62

Graciosa

Il-Portugall°

63

Grasă de Cotnari

Ir-Rumanija

64

Grauburgunder

Il-Ġermanja, il-Bulgarija, l-Ungerija°, ir-Rumanija (65)

65

Grauer Burgunder

Il-Kanada, ir-Rumanija (64), il-Ġermanja, l-Awstrija

66

Grossburgunder

Ir-Rumanija

67

Iona

L-Istati Uniti°

68

Kanzler

Il-Ġermanja°, ir-Renju Unit°

69

Kardinal

Il-Ġermanja°, il-Bulgarija°

70

Kékfrankos

L-Ungerija

71

Kisburgundi kék

L-Ungerija (114)

72

Korinthiaki

Il-Greċja°

73

Leira

Il-Portugall°

74

Limnio

Il-Greċja°

75

Maceratino

L-Italja°

76

Maratheftiko (Μαραθεύτικο)

Ċipru

77

Mátrai muskotály

L-Ungerija°

78

Medina

L-Ungerija°

79

Monemvasia

Il-Greċja

80

Montepulciano

L-Italja°

81

Moravia dulce

Spanja°

82

Moravia agria

Spanja°

83

Moslavac

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (84), is-Serbja u l-Montenegro°

84

Mozler

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (83)

85

Mouratón

Spanja°

86

Müller-Thurgau

L-Afrika t'Isfel°, l-Awstrija°, il-Ġermanja, il-Kanada, il-Kroazja°, l-Ungerija°, is-Serbja u l-Montenegro°, ir-Repubblika Ċeka°, is-Slovakkja°, is-Slovenja°, l-Iżvizzera°, il-Lussemburgu, l-Olanda°, l-Italja°, il-Belġju°, Franza°, ir-Renju Unit, l-Awstralja°, il-Bulgarija°, l-Istati Uniti°, New Zealand°, il-Portugall

87

Muškát moravský

Ir-Repubblika Ċeka°, is-Slovakkja

88

Nagyburgundi

L-Ungerija°

89

Nero d’Avola

L-Italja (31)

90

Olivella nera

L-Italja°

91

Orange Muscat

l-Awstralja°, l-Istati Uniti°

92

Pálava

Ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja

93

Pau Ferro

Il-Portugall°

94

Pinot Chardonnay

L-Arġentina (39), l-Awstralja (39), il-Kanada (39), iċ-Ċili (39), il-Messiku (39), New Zealand (39), l-Istati Uniti (39), it-Turkija°, il-Belġju (39), il-Greċja (39), l-Olanda, l-Italja (39)

95

Pölöskei muskotàly

L-Ungerija°

96

Portoghese

L-Italja°

97

Pozsonyi

L-Ungerija (98)

98

Pozsonyi Fehér

L-Ungerija (97)

99

Radgonska ranina

Is-Slovenja°

100

Rajnai rizling

L-Ungerija (103)

101

Rajnai rizling

Is-Serbja u l-Montenegro (102-105-108)

102

Renski rizling

Is-Serbja u l-Montenegro (101-105-108), is-Slovenja° (103)

103

Rheinriesling

Il-Bulgarija°, l-Awstrija, il-Ġermanja (105), l-Ungerija (100), ir-Repubblika Ċeka (111), l-Italja (105), il-Greċja, il-Portugall, is-Slovenja (102)

104

Rhine Riesling

L-Afrika t'Isfel°, l-Awstralja°, iċ-Ċili (106), il-Moldavja°, New Zealand°, Ċipru, l-Ungerija°

105

Riesling renano

Il-Ġermanja (103), is-Serbja u l–Montenegro (101-102-108), l-Italja (103)

106

Riesling renano

Iċ-Ċili (104), Malta°

107

Riminèse

Franza°

108

Rizling rajnski

Is-Serbja u l-Montenegro (101-102-105)

109

Rizling rajnski

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja°, il-Kroazja°

110

Rizling rýnsky

Is-Slovakkja°

111

Ryzlink rýnský

Ir-Repubblika Ċeka (103)

112

Santareno

Il-Portugall°

113

Sciaccarello

Franza°

114

Spätburgunder

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (13-16-27), is-Serbja u l-Montenegro (14-24), il-Bulgarija (16), il-Kanada (13-16), iċ-Ċili, l-Ungerija (71), il-Moldavja°, ir-Rumanija (16), l-Italja (13-16), ir-Renju Unit, il-Ġermanja (16)

115

Štajerska Belina

Il-Kroazja°, is-Slovenja°

116

Subirat

Spanja

117

Terrantez do Pico

Il-Portugall°

118

Tintilla de Rota

Spanja°

119

Tinto de Pegões

Il-Portugall°

120

Torrontés riojano

L-Arġentina°

121

Trebbiano

L-Afrika t’Isfel°, l-Arġentina°, l-Awstralja, il-Kanada°, Ċipru°, il-Kroazja°, l-Urugwaj°, l-Istati Uniti°, l-Iżrael, l-Italja, Malta

122

Trebbiano Giallo

L-Italja°

123

Trigueira

Il-Portugall

124

Verdea

L-Italja°

125

Verdeca

L-Italja

126

Verdelho

L-Afrika t'Isfel°, l-Arġentina, l-Awstralja, New Zealand, l-Istati Uniti, il-Portugall

127

Verdelho Roxo

Il-Portugall°

128

Verdelho Tinto

Il-Portugall°

129

Verdello

L-Italja°, Spanja°

130

Verdese

L-Italja°

131

Verdejo

Spanja°

132

Weißburgunder

L-Afrika t'Isfel (134), il-Kanada, iċ-Ċili (133), l-Ungerija (51), il-Ġermanja (133, 134), l-Awstrija (133), ir-Renju Unit, l-Italja

133

Weißer Burgunder

Il-Ġermanja (132, 134), l-Awstrija (132), iċ-Ċili (132), l-Iżvizzera°, is-Slovenja, l-Italja

134

Weissburgunder

L-Afrika t'Isfel (132), il-Ġermanja (132, 133), ir-Renju Unit, l-Italja

135

Weisser Burgunder

Is-Serbja u l-Montenegro (22)

136

Zalagyöngye

L-Ungerija°

ANNESS II

L-ANNESS III tar-Regolament (KE) Nru 753/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

Ir-ringieli li ġejjin għandhom jiddaħħlu qabel ir-ringieli tar-Repubblika Ċeka:

“IL-BULGARIJA

Termini tradizzjonali speċifiċi li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 29

Гарантирано наименование за произход (ГНП)

(Appellation garantita ta' l-oriġini)

All

Inbid ta' kwalità prodott f'reġjuni speċifiċi (psr), inbid semi frizzanti ta' kwalità psr, inbid frizzanti ta' kwalità psr u inbid likuruż ta' kwalità psr

Bulgaru

2007

 

‘Гарантирано и контролирано наименование за произход’ jew ‘ГКНП’;

(Appellation garantita ta' l-oriġini)

All

Inbid ta' kwalità prodott f'reġjuni speċifiċi (psr), inbid semi frizzanti ta' kwalità psr, inbid frizzanti ta' kwalità psr u inbid likuruż ta' kwalità psr

Bulgaru

2007

 

Благородно сладко вино (БСВ)

(inbid ħelu nobbli)

All

Inbid likuruż ta' kwalità psr

Bulgaru

2007

 

Termini imsemmija fl-Artikolu 28

регионално вино

(Inbid reġjonali)

All

Inbid tal-mejda bil-Gl

Bulgaru

2007

 

Termini tradizzjonali addizzjonali li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 23

Ново

(young)

All

Inbejjed ta' kwalità psr

Inbid tal-mejda bil-Gl

Bulgaru

2007

 

Премиум

(premium)

All

Inbid tal-mejda bil-Gl

Bulgaru

2007

 

Резерва

(reserve)

All

Inbejjed ta' kwalità psr

Inbid tal-mejda bil-Gl

Bulgaru

2007

 

Премиум резерва

(premium reserve)

All

Inbid tal-mejda bil-Gl

Bulgaru

2007

 

Специална резерва

(special reserve)

All

Inbejjed ta' kwalità psr

Bulgaru

2007

 

Специална селекция

(special selection)

All

Inbejjed ta' kwalità psr

Bulgaru

2007

 

Колекционно

(collection)

All

Inbejjed ta' kwalità psr

Bulgaru

2007

 

Премиум оук, или първо зареждане в бъчва

(premium oak)

All

Inbejjed ta' kwalità psr

Bulgaru

2007

 

Беритба на презряло грозде

(inbid minn għeneb misjur żejjed)

All

Inbejjed ta' kwalità psr

Bulgaru

2007

 

Розенталер

(Rosenthaler)

All

Inbejjed ta' kwalità psr

Bulgaru

2007”

 

(2)

Ir-ringieli għal Ċipru għandhom jinbidlu bir-ringieli li ġejjin:

“ĊIPRU

Termini tradizzjonali speċifiċi li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 29

Οίνος Ελεγχόμενης Ονομασίας Προέλευσης

(ΟΕΟΠ)

All

Inbejjed ta' kwalità psr

Grieg

 

 

Termini imsemmija fl-Artikolu 28

Τοπικός Οίνος

(Regional Wine)

All

Inbid tal-mejda bil-Gl

Grieg

 

 

Termini tradizzjonali addizzjonali li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 23

Μοναστήρι (Monastiri)

All

Inbid ta' kwalità psr u nbid tal-mejda bil-Gl

Grieg

 

 

Κτήμα (Ktima)

All

Inbid ta' kwalità psr u nbid tal-mejda bil-Gl

Grieg

 

 

Αμπελώνας (-ες)

(Ampelonas (-es))

All

Inbid ta' kwalità psr u nbid tal-mejda bil-Gl

Grieg

2006

 

Μονή (Moni)

All

Inbid ta' kwalità psr u nbid tal-mejda bil-Gl

Grieg

2006”

 

(3)

Ir-ringieli li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara r-ringieli tal-Portugall:

“IR-RUMANIJA

Termini tradizzjonali speċifiċi li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 29

Vin cu denumire de origine controlată(D.O.C.)

All

Inbejjed ta' kwalità psr

Rumen

2007

 

‘Cules la maturitate deplină

C.M.D.’,

All

Inbejjed ta' kwalità psr

Rumen

2007

 

‘Cules târziu — C.T.’,

All

Inbejjed ta' kwalità psr

Rumen

2007

 

‘Cules la înnobilarea boabelor — C.I.B.’;

All

Inbejjed ta' kwalità psr

Rumen

2007

 

Termini imsemmija fl-Artikolu 28

Vin cu indicație geografică

All

Inbid tal-mejda bil-Gl

Rumen

2007

 

Termini tradizzjonali addizzjonali li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 23

Rezervă

All

Inbejjed ta' kwalità psr

Rumen

2007

 

Vin de vinotecă

All

Inbejjed ta' kwalità psr

Rumen

2007”

 


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 118, 4.5.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2016/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 38).

(3)  Dawn l-ismijiet tal-varjetà u s-sinonimi tagħhom jikkorrispondu, kollha kemm huma jew parti minnhom, jew fit-traduzzjoni jew fil-forma ta' aġġettiv, għal indikazzjonijiet ġeografiċi użati biex jiddeskrivu inbid.

(*)  Għall-istati kkonċernati, id-derogi previsti f'dan l-Anness huma awtorizzati biss fil-każ ta' nbejjed li għandhom indikazzjoni ġeografika prodotta fl-unitajiet amministrattivi fejn tkun awtorizzata l-produzzjoni tal-varjetajiet kkonċernati fiż-żmien li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ u skond il-kundizzjonijiet stipulati mill-istati kkonċernati għall-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta' dawk l-inbejjed.

INDIĊI:

— termini fil-parenteżi

:

riferernza għas-sinonima għall-varjetà

— ‘°’

:

l-ebda sinonima

— terminini b'tipi grassi

:

kolonna 2

:

isem il-varjetà tad-dwieli

kolonna 3

:

il-pajjiż fejn l-isem jikkorispondi għal varjetà u riferenza għall-varjetà

— termini mhux b'tipi grassi

:

kolonna 2

:

isem is-sinonima ta' varjetà ta' dwieli

kolonna 3

:

Isem il-pajjiż li juża s-sinonima ta' varjetà ta' dwieli”.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

612


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2007 ta' l-10 ta’ April 2007 li jemenda u jadatta r-Regolament (KE) Nru 990/2006 li jiftaħ sejħiet permanenti ta' offerti għall-esportazzjoni ta' ċereali miżmuma mill-aġenziji ta' l-intervent ta' l-Istati Membri

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 386/2007

ta' l-10 ta’ April 2007

li jemenda u jadatta r-Regolament (KE) Nru 990/2006 li jiftaħ sejħiet permanenti ta' offerti għall-esportazzjoni ta' ċereali miżmuma mill-aġenziji ta' l-intervent ta' l-Istati Membri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 56 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 990/2006 (2) m'għadux jgħodd, f'dak li jirrigwarda l-esklużjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mil-lista ta' pajjiżi terzi li lejhom huma maħsuba l-esportazzjonijiet taċ-ċereali u għaldaqstant għandhom jiġu mħassra.

(2)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 990/2006 jinkludi fih referenzi fil-lingwi Komunitarji kollha. Jeħtieġ li dan l-Anness jiġi kkompletat billi jiddaħħlu r-referenzi bil-Bulgaru, bl-Irlandiż, bil-Malti u bir-Rumen.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 990/2006 għandu jiġi emendat.

(4)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 990/2006 għandu jiġi sostitwit bit-test segwenti:

“2.   Għall-qamħ komuni u għas-segala, kull sejħa għall-offerti tikkonċerna kwantità massima għall-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi, minbarra l-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Kroazja, il-Liechtenstein, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja (*), u l-Iżvizzera.

Għad-dqiq tal-barli, kull sejħa għall-offerti tikkonċerna kwantità massima għall-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi, minbarra l-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, l-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Kanada, il-Kroazja, il-Liechtenstein, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Messiku, il-Montenegro, is-Serbja (*), u l-Iżvizzera.”

Artikolu 2

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 990/2006 huwa sostitwit bit-test fl-Anness.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

“ANNESS III

Parti A

Referenzi stipulati fl-Artikolu 9, li jikkonċernaw il-qamħ komuni

:

bil-Bulgaru

:

Мека пшеница от интервенция без прилагане на възстановяване или такса, Регламент (ЕО) № 990/2006

:

bl-Ispanjol

:

Trigo blando de intervención sin aplicación de restitución ni gravamen, Reglamento (CE) no 990/2006

:

biċ-Ċek

:

Intervenční pšenice obecná nepodléhá vývozní náhradě ani clu, nařízení (ES) č. 990/2006

:

bid-Daniż

:

Blød hvede fra intervention uden restitutionsydelse eller -afgift, forordning (EF) nr. 990/2006

:

bil-Ġermaniż

:

Weichweizen aus Interventionsbeständen ohne Anwendung von Ausfuhrerstattungen oder Ausfuhrabgaben, Verordnung (EG) Nr. 990/2006

:

bl-Estonjan

:

Pehme nisu sekkumisvarudest, mille puhul ei rakendata toetust või maksu, määrus (EÜ) nr 990/2006

:

bil-Grieg

:

Μαλακός σίτος παρέμβασης χωρίς εφαρμογή επιστροφής ή φόρου, κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 990/2006

:

bl-Ingliż

:

Intervention common wheat without application of refund or tax, Regulation (EC) No 990/2006

:

bil-Franċiż

:

Blé tendre d'intervention ne donnant pas lieu à restitution ni taxe, règlement (CE) no 990/2006

:

bl-Irlandiż

:

Gnáthchruithneacht in idirghabháil gan feidhmiú aisíoca nó forchur cánach, Rialachán (CE) Uimh. 990/2006

:

bit-Taljan

:

Frumento tenero d'intervento senza applicazione di restituzione né di tassa, regolamento (CE) n. 990/2006

:

bil-Latvjan

:

Intervences parastie kvieši bez kompensācijas vai nodokļa piemērošanas, Regula (EK) Nr. 990/2006

:

bil-Litwan

:

Intervenciniai paprastieji kviečiai, kompensacija ar mokesčiai netaikytini, Reglamentas (EB) Nr. 990/2006

:

bl-Ungeriż

:

Intervenciós búza, visszatérítés, illetve adó nem alkalmazandó, 990/2006/EK rendelet

:

bil-Malti

:

Qamħ komuni ta' l-intervent mingħajr applikazzjoni għal rifużjoni jew taxxa, Regolament (KE) Nru 990/2006

:

bl-Olandiż

:

Zachte tarwe uit interventie, zonder toepassing van restitutie of belasting, Verordening (EG) nr. 990/2006

:

bil-Pollakk

:

Pszenica zwyczajna interwencyjna niedająca podstawy do zastosowania refundacji lub podatku, rozporządzenie (WE) nr 990/2006

:

bil-Portugiż

:

Trigo mole de intervenção sem aplicação de uma restituição ou imposição, Regulamento (CE) n.o 990/2006

:

bir-Rumen

:

Grâu comun de intervenție pentru care nu se acordă restituiri și nu se plătesc taxe, Regulament (CE) nr 990/2006

:

bis-Slovakk

:

Intervenčná pšenica obyčajná nepodlieha vývozným náhradám ani clu, nariadenie (ES) č. 990/2006

:

bis-Sloven

:

Intervencija navadne pšenice brez zahtevkov za nadomestila ali carine, Uredba (ES) št. 990/2006

:

bil-Finlandiż

:

Interventiovehnä, johon ei sovelleta vientitukea eikä vientimaksua, asetus (EY) N:o 990/2006

:

bl-Iżvediż

:

Interventionsvete, utan tillämpning av bidrag eller avgift, förordning (EG) nr 990/2006

Parti B

Referenzi stipulati fl-Artikolu 9, li jikkonċernaw id-dqiq tal-barli

:

bil-Bulgaru

:

Ечемик от интервенция без прилагане на възстановяване или такса, Регламент (ЕО) № 990/2006

:

bl-Ispanjol

:

Cebada de intervención sin aplicación de restitución ni gravamen, Reglamento (CE) no 990/2006

:

biċ-Ċek

:

Intervenční ječmen nepodléhá vývozní náhradě ani clu, nařízení (ES) č. 990/2006

:

bis-Daniż

:

Byg fra intervention uden restitutionsydelse eller -afgift, forordning (EF) nr. 990/2006

:

bil-Ġermaniż

:

Interventionsgerste ohne Anwendung von Ausfuhrerstattungen oder Ausfuhrabgaben, Verordnung (EG) Nr. 990/2006

:

bl-Estonjan

:

Sekkumisoder, mille puhul ei rakendata toetust või maksu, määrus (EÜ) nr 990/2006

:

bil-Grieg

:

Κριθή παρέμβασης χωρίς εφαρμογή επιστροφής ή φόρου, κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 990/2006

:

bl-Ingliż

:

Intervention barley without application of refund or tax, Regulation (EC) No 990/2006

:

bil-Franċiż

:

Orge d'intervention ne donnant pas lieu à restitution ni taxe, règlement (CE) no 990/2006

:

bl-Irlandiż

:

Eorna in idirghabháil gan feidhmiú aisíoca nó forchur cánach, Rialachán (CE) Uimh. 990/2006

:

bit-Taljan

:

Orzo d'intervento senza applicazione di restituzione né di tassa, regolamento (CE) n. 990/2006

:

bil-Latvjan

:

Intervences mieži bez kompensācijas vai nodokļa piemērošanas, Regula (EK) Nr. 990/2006

:

bil-Litwan

:

Intervenciniai miežiai, kompensacija ar mokesčiai netaikytini, Reglamentas (EB) Nr. 990/2006

:

bl-Ungeriż

:

Intervenciós árpa, visszatérítés illetve adó nem alkalmazandó, 990/2006/EK rendelet

:

bil-Malti

:

Dqiq tal-barli ta' l-intervent mingħajr applikazzjoni għal rifużjoni jew taxxa, Regolament (KE) Nru 990/2006

:

bl-Olandiż

:

Gerst uit interventie, zonder toepassing van restitutie of belasting, Verordening (EG) nr. 990/2006

:

bil-Pollakk

:

Jęczmien interwencyjny niedający podstawy do zastosowania refundacji lub podatku, rozporządzenie (WE) nr 990/2006

:

bil-Portugiż

:

Cevada de intervenção sem aplicação de uma restituição ou imposição, Regulamento (CE) n.o 990/2006

:

bir-Rumen

:

Orz de intervenție pentru care nu se acordă restituiri și nu se plătesc taxe, Regulament (CE) nr 990/2006

:

bis-Slovakk

:

Intervenčný jačmeň, nepodlieha vývozným náhradám ani clu, nariadenie (ES) č. 990/2006

:

bis-Sloven

:

Intervencija ječmena brez zahtevkov za nadomestila ali carine, Uredba (ES) št. 990/2006

:

bil-Finlandiż

:

Interventioohra, johon ei sovelleta vientitukea eikä vientimaksua, asetus (EY) N:o 990/2006

:

bl-Iżvediż

:

Interventionskorn, utan tillämpning av bidrag eller avgift, förordning (EG) nr 990/2006

Parti C

Referenzi stipulati fl-Artikolu 9, li jikkonċernaw is-segala

:

bil-Bulgaru

:

Ръж от интервенция без прилагане на възстановяване или такса, Регламент (ЕО) № 990/2006

:

bl-Ispanjol

:

Centeno de intervención sin aplicación de restitución ni gravamen, Reglamento (CE) no 990/2006

:

biċ-Ċek

:

I Intervenční žito nepodléhá vývozní náhradě ani clu, nařízení (ES) č. 990/2006

:

bid-Daniż

:

Rug fra intervention uden restitutionsydelse eller -afgift, forordning (EF) nr. 990/2006

:

bil-Ġermaniż

:

Interventionsroggen ohne Anwendung von Ausfuhrerstattungen oder Ausfuhrabgaben, Verordnung (EG) Nr. 990/2006

:

bl-Estonjan

:

Sekkumisrukis, mille puhul ei rakendata toetust või maksu, määrus (EÜ) nr 990/2006

:

bil-Grieg

:

Σίκαλη παρέμβασης χωρίς εφαρμογή επιστροφής ή φόρου, κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 990/2006

:

bl-Ingliż

:

Intervention rye without application of refund or tax, Regulation (EC) No 990/2006

:

bil-Franċiż

:

Seigle d'intervention ne donnant pas lieu à restitution ni taxe, règlement (CE) no 990/2006

:

bl-Irlandiż

:

Seagal in idirghabháil gan feidhmiú aisíoca nó forchur cánach, Rialachán (CE) Uimh. 990/2006

:

bit-Taljan

:

Segala d'intervento senza applicazione di restituzione né di tassa, regolamento (CE) n. 990/2006

:

bil-Latvjan

:

Intervences rudzi bez kompensācijas vai nodokļa piemērošanas, Regula (EK) Nr. 990/2006

:

bil-Litwan

:

Intervenciniai rugiai, kompensacija ar mokesčiai netaikytini, Reglamentas (EB) Nr. 990/2006

:

bl-Ungeriż

:

Intervenciós rozs, visszatérítés illetve adó nem alkalmazandó, 990/2006/EK rendelet

:

bil-Malti

:

Segala ta' l-intervent mingħajr applikazzjoni għal rifużjoni jew taxxa, Regolament (KE) Nru 990/2006

:

bl-Olandiż

:

Rogge uit interventie, zonder toepassing van restitutie of belasting, Verordening (EG) nr. 990/2006

:

bil-Pollakk

:

Żyto interwencyjne niedające podstawy do zastosowania refundacji lub podatku, rozporządzenie (WE) nr 990/2006

:

bil-Portugiż

:

Centeio de intervenção sem aplicação de uma restituição ou imposição, Regulamento (CE) n.o 990/2006

:

bir-Rumen

:

Secară de intervenție pentru care nu se acordă restituiri și nu se plătesc taxe, Regulament (CE) nr 990/2006

:

bis-Slovakk

:

Intervenčná raž, nepodlieha vývozným náhradám ani clu, nariadenie (ES) č. 990/2006

:

bis-Sloven

:

Intervencija rži brez zahtevkov za nadomestila ali carine, Uredba (ES) št. 990/2006

:

bil-Finlandiż

:

Interventioruista, johon ei sovelleta vientitukea eikä vientimaksua, asetus (EY) N:o 990/2006

:

bl-Iżvediż

:

Interventionsråg, utan tillämpning av bidrag eller avgift, förordning (EG) nr 990/2006”


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Reglament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 179, 1.7.2006, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Reglament (KE) Nru 205/2007 (ĠU L 61, 28.2.2007, p. 10).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

616


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 388/2007 tal-11 ta’ April 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta' prattiċi u proċessi oenoloġiċi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 388/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 388/2007

tal-11 ta’ April 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta' prattiċi u proċessi oenoloġiċi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fl-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-punt 3 tal-paragrafu A ta' l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jipprovdi għall-possibbiltà li jiżdiedu l-livelli totali tad-dijossidu tal-kubrit meta dan ikun meħtieġ minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 (2) jistipula ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 li jikkonċernaw b'mod partikolari l-livelli massimi ta' dijossidu tal-kubrit fl-imbejjed. B'mod partikolari, l-Artikolu 19(4) ta' Anness XII(a) ta' l-imsemmi Regolament, jistipula l-lista tal-każijiet fejn l-Istati Membri, minħabba raġunijiet klimatiċi, jistgħu jawtoriżżaw żieda fil-livelli massimi ta' dijossidu tal-kubrit li jkunu anqas minn 300 milligramma fil-litru b'massimu ta' 40 milligramma fil-litru.

(3)

Permezz ta' ittra tat-12 ta' Jannar 2007, il-Gvern Ġermaniż talab li jingħata s-setgħa jawtorizza żieda fil-livelli massimi totali ta' dijossidu tal-kubrit ta' anqas minn 300 milligramma fil-litru b'massimu ta' 40 milligramma fil-litru, għall-għasra prodotta mill-ħsad ta' l-2006, mit-territorji tar-reġjuni ta' Baden-Württemberg, tal-Bavarja, ta' Hessen u tar-Rheinland-Pfalz, u dan wara kundizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonalment ħżiena. Jeħtieġ li din it-talba tintlaqa'.

(4)

Ir-rapporti xjentifiċi maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti Germaniżi juru li l-kwantitajiet ta' dijossidu tal-kubrit meħtieġa biex tiġi żgurata l-kwalità fl-għasra u fil-konservazzjoni ta' l-inbejjed kif ukoll l-aspettativa tat-tqegħid tagħhom fis-suq iridu jiżdiedu meta mqabbla mal-livelli normalment ammessi. Din il-miżura temporanja hija l-unika disponibbli biex ikun jista' jintuża l-għeneb milqut mill-kundizzjonijiet klimatiċi li xekklu l-produzzjoni ta' l-inbejjed, adattati għat-tqegħid fis-suq.

(5)

Għaldaqstant, ir-Reġolament (KE) Nru 1622/2000 għandu jiġi emendat.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Inbejjed,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000 għandu jinbidel bit-test ta' l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum minn dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

“ANNESS XII(a)

Żieda fil-livelli massimi totali ta' dijossidu tal-kubrit meta din tkun meħtieġ minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi

(Artikolu 19)

 

Sena

Stat Membru

Zona/i vitikulturali

Inbejjed ikkonċernati

1.

2000

Il-Ġermanja

Iż-żoni kollha vitikulturali tat-territorju Ġermaniż

L-inbejjed kollha magħsura mill-għeneb miġbur waqt is-sena 2000

2.

2006

Il-Ġermanja

Iż-żoni vitikulturali tar-reġjuni ta' Baden-Württemberg, tal-Bavarja, ta' Hessen u tar-Rheinland-Pfalz

L-inbejjed kollha magħsura mill-għeneb miġbur waqt is-sena 2006”


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 194, 31.7.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2030/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 40).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

618


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 389/2007 tal-11 ta’ April 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid, u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta' prattiċi u proċessi oenoloġiċi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 389/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 389/2007

tal-11 ta’ April 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid, u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta' prattiċi u proċessi oenoloġiċi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organiżżazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 (2) partikolarment jistabbilixxi ċerti kundizzjonijiet għall-utilizzazzjoni tas-sustanzi li l-użu tagħhom huwa awtorizzat bir-Regolament (KE) Nru 1493/1999. B'mod partikolari, l-Anness IX(a) jipprovdi li l-utilizzazzjoni tad-dimethyl dicarbonate għandha ssir qabel l-ibbottiljar ta' l-inbid. It-traduzzjoni tat-terminu “bbottiljar” u t-tifsira differenti tiegħu f'ċerti ilsna wasslu għal interpretazzjonijiet diverġenti min-naħa ta' l-operaturi u l-awtoritajiet ta' kontroll dwar it-tifsira ta' din il-preskrizzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002 tad-29 ta' April 2002 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 rigward id-deskrizzjoni, id-denominazzjoni ta’ l-origini, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur ta' l-inbid (3) jiddefinixxi fl-Artikolu 7 tiegħu it-terminu “bbottiljar” għall-applikazzjoni tiegħu.

(3)

Sabiex tiġi żgurata interpretazzjoni uniformi tal-preskrizzjonjiet applikabbli għall-utilizzazzjoni tad-dimethyl dicarbonate, jeħtieġ li terġa' tittieħed id-definizzjoni tat-terminu “bbottiljar” li tidher fir-Regolament (KE) Nru 753/2002, u li tintuża biex jiġu ppreċiżati dawn il-preskrizzjonijiet li jingħataw fir-Regolament (KE) Nru 1622/2000. Jeħtieġ li l-Anness IX(a) tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000 jigi emendat skond dan.

(4)

Il-miżuri li jipprovvdi dwarhom dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Inbejjed,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ewwel inċiż tat-tieni paragrafu ta' l-Anness IX(a) tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000 huwa ssostitwit bit-test li ġej:

“—

Iż-żieda jeħtiġilha ssir biss ftit tal-ħin qabel l-ibbottiljar, definit bħala t-tqegħid tal-prodott ikkonċernat, għal finijiet kummerċjali, f'reċipjenti ta' volum ta' 60 litru jew anqas.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 194, 31.7.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2030/2005 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 40).

(3)  ĠU L 118, 4.5.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2016/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 38).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

619


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 394/2007 tat-12 ta' April 2007 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 394/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 394/2007

tat-12 ta' April 2007

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta' l-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond il-prinċipji tal-produzzjoni organika fuq il-livell tal-farms kif stipulat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2092/91, il-bhejjem ħajjin għandhom jintemgħu għalf prodott organikament. Madankollu, parti żgħira mill-porzjon ta' l-għalf tista' tinkludi għalf fil-konverżjoni, kif definit fl-Artikolu 4(24) tar-Regolament (KE) Nru 2092/91.

(2)

Il-produtturi f'ċerti Stati Membri bħalissa qed iħabbtu wiċċhom ma' nuqqasijiet ta' għalf organiku minħabba l-ħsad aktar baxx mill-medja ta' għelejjel organiċi, rekwiżiti ġuridiċi msaħħa dwar l-oriġini organika ta' l-għalf u swieq li qed jespandu għall-produzzjoni organika. Sabiex dak in-nuqqas jiġi indirizzat, huwa meqjus xieraq, li jsir provvediment, għal perjodu limitat, għal żieda fil-perċentwal ta' għalf fil-konverżjoni li jista' jiġi inkluż fil-porzjon ta' għalf.

(3)

Żieda temporanja tal-perċentwal permess ta' għalf fil-konverżjoni tiżgura wkoll il-provvisti futuri ta' għalf organiku u toħloq inċentivi għall-bdiewa sabiex jaqilbu għall-agrikoltura organika billi jittejjeb is-suq għall-għalf fil-konverżjoni.

(4)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għalhekk għandu jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Fil-Parti B ta' l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, il-punt 4.4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.4.

Sal-31 ta' Diċembru 2008, sa 50 % tal-kompożizzjoni tal-porzjonijiet ta' l-għalf fil-medja jistgħu jinkludu għalf fil-konverżjoni. Meta l-għalf fil-konverżjoni jiġi minn unità ta' l-istabbiliment innifsu, dan il-perċentwal jista' jiżdied għal 80 %.

Mill-1 ta' Jannar 2009, sa 30 % tal-kompożizzjoni tal-porzjonijiet ta' l-għalf fil-medja jistgħu jinkludu għalf fil-konverżjoni. Meta l-għalf fil-konverżjoni jiġi minn unità ta' l-istabbiliment innifsu, dan il-perċentwal jista' jiżdied għal 60 %.

Dawn iċ-ċifri għandhom jiġu espressi bħala perċentwal tal-materjal niexef ta' l-għalf ta' oriġini agrikola.”


(1)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1997/2006 (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 1).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

621


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 406/2007 tat-12 ta' April 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fl-ilmijiet tal-KE u internazzjonali taż-żoni I u II minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 406/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 406/2007

tat-12 ta' April 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fl-ilmijiet tal-KE u internazzjonali taż-żoni I u II minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [il-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tas-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f'ilmijiet fejn huma meħtieġa (3) limiti ta' qbid, jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbud minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta' April 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi

ANNESS

Nru

02

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Stokk

HER/1/2

Speċi

Aringi (Clupea harengus)

Żona

L-ilmijiet tal-KE u internazzjonali ta’ I u II

Data

9.3.2007


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

623


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 411/2007 tas-17 ta’ April 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 411/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 411/2007

tas-17 ta’ April 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 145 (c), (d) u (d)c) tiegħu

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 (2) jintroduċi regoli għall-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni sa mill-2005.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2013/2006 jiddefinixxi r-regoli għall-appoġġ diżakkoppjat u l-integrazzjoni ta’ l-appoġġ għall-banana fl-iskema ta’ ħlas waħdieni Għandhom għalhekk jiġu adottati r-regoli ddettaljati relatati. Dawk ir-regoli ddettaljati għandhom isegwu l-istess linji bħal dawk stabbiliti diġà fir-Regolament (KE) Nru 795/2004 fir-rigward taż-żejt taż-żebbuġa, it-tabakk, il-qoton, il-ħops, il-pitravi, il-kannamiela u ċ-ċikwejra.

(3)

Skond l-Artikolu 70(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, Spanja, Franza u l-Portugall ddeċidew li jeskludu l-pagamenti diretti li jingħataw lill-bdiewa fir-reġjuni l-iktar remoti mill-iskema tal-ħlas waħdieni. Għaldaqstant, ir-regoli għall-integrazzjoni ta' l-appoġġ finanzjarju għall-banana fl-iskema ta' ħlas waħdieni ma japplikax għal reġjuni bħal dawn.

(4)

Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 jipprovdi għar-regoli ddettaljati għall-bdiewa li jkunu għamlu investimenti fil-kapaċità ta' produzzjoni jew li krew pakketti fit-tul. Dawk id-dispożizzjonijiet jeħtieġu li jiġu adattati sabiex titqies is-sitwazzjoni partikolari tal-bdiewa fis-settur tal-banana li għamlu investimenti bħal dawn jew daħlu għal kuntratti ta' kiri fit-tul qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 2013/2006.

(5)

L-integrazzjoni ta' l-ammonti ta' referenza tal-banana fi skema ta' ħlas waħdieni ġiet deċiża bir-Regolament (KE) Nru 2013/2006. L-Istati Membri għalhekk għandhom limiti ta' żmien qosra ħafna biex jieħdu l-passi meħtieġa biex jikkonformaw ma' dik l-integrazzjoni. Għandhom jittieħdu miżuri biex tkun żgurata t-tranżizzjoni bla xkiel mill-iskema preċedenti ta' għajnuna finanzjarja għall-banana għal skema ta' ħlas waħdieni. B'mod partikolari, għandu jkun żgurat li l-bdiewa jistgħu jagħmlu użu mid-drittijiet tagħhom fi ħdan limiti ta' żmien raġjonevoli. Meta dik il-possibilità tiġi mhedda, l-Istati Membri għandhom ikollhom jipprovdu għal titwil tal-limiti ta' żmien għall-applikazzjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(6)

Skond l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ir-riżerva nazzjonali għandha terġà tiġi kkostitwita bi tnaqqis ta' persentaġġ lineari ta' l-ammonti kollha ta' referenza. Għandhom jiġu stabbiliti regoli biex jikkjarifikaw kif għandhom jipproċedu l-Istati Membri li diġà applikaw għall-iskema ta' ħlas waħdieni fl-2005 u l-2006 fir-rigward ta' l-integrazzjoni għall-ammont ta' referenza għall-banana fir-riforniment tar-riżerva nazzjonali.

(7)

Ir-regoli speċifiċi previsti fl-Artikoli 48c u 48d tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 jeħtieġu li jiġu adattati biex jinkludu s-settur tal-banana fl-iskema tal-ħlas waħdieni.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-investimenti tas-settur tal-banana, id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha ttkun l-1 ta' Jannar 2007.”

(b)

Fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-investimenti tas-settur tal-banana, id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun l-1 ta' Jannar 2007.”

(c)

Fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-kiri fit-tul fis-settur tal-banana, id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun l-1 ta' Jannar 2007.”

(2)

It-titolu tal-Kapitolu 6b huwa mibdul b'dan li ġej:

“KAPITOLU 6b

INTEGRAZZJONI TAL-PAGAMENTI GĦAT-TABAKK, GĦAŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA, GĦALL-QOTON, U GĦALL-ĦOPS U L-APPOĠĠ FINANZJARJU GĦALL-PITRAVI, GĦALL-KANNAMIELA, GĦAĊ-ĊIKWEJRA U GĦALL-BANANA FL-ISKEMA TA' ĦLAS WAĦDIENI”

(3)

L-Artikolu 48c huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Sabiex jiġi stabbilit l-ammont u d-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pagament fil-qafas ta' l-integrazzjoni ta' l-appoġġ finanzjarju għall-banana fl-iskema tal-ħlas waħdieni, l-Artikoli 37 u 43 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu japplika suġġett għar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 48d ta' dan ir-Regolament.”

(b)

Il-Paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Skond kif ikun il-każ, l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu japplika għall-valur tad-drittijiet għall-pagamenti kollha li kienu jeżistu qabel l-integrazzjoni ta' l-appoġġ finanzjarju tal-pagamenti tal-banana u/jew għall-prodotti tal-ħalib, u għall-ammonti ta' referenza kkalkolati għall-appoġġ finanzjarju tal-banana u/jew il-prodotti tal-ħalib.”

(c)

Fil-paragrafu 5, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-perċentwali ta' tnaqqis stabbilit minn Stat Membru skond l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni ta' l-iskema tal-ħlas waħdieni għandu japplika għall-ammonti ta' referenza tal-banana li jridu jiġu integrati fl-iskema ta' ħlas waħdieni.”

(d)

Fil-paragrafu 7, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Sabiex jiġu stabbiliti d-drittijiet ta' pagament marbuta ma l-appoġġ finanzjarju tal-banana, l-ewwel sena ta' applikazzjoni ta' l-iskema tal-ħlas waħdieni msemmi fl-Artikoli 7(1), 12 sa 17 u 20 għandha tkun is-sena 2007.”

(e)

Il-paragrafu 8 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“8.   Meta permezz tad-dħul ta' l-ammonti ta' referenza tal-banana u taz-zokkor kkalkulati skond il-punt K u L ta' l-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ġewwa skema ta' ħlas waħdieni jitqajjem riskju li jkun impossibbli li jitħarsu l-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jestendu dawk il-limiti ta' żmien b'xahar.”

(4)

L-Artikolu 48d għandu jinbidel kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Jekk il-bidwi ma kienx allokat jew ma xtarax drittijiet ta' pagament sa' l-aħħar data għall-applikazzjoni għall-istabbiliment ta' drittijiet ta' pagament għall-2006, hu għandu jirċievi drittijiet ta' pagament kkalkulati skond l-Artikoli 37 u 43 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għall-pagamenti għat-tabakk, għaż-żejt taż-żebbuġa u għall-qoton kif ukoll għall-appoġġ finanzjarju għall-pitravi, għall-kannamiela u għaċ-ċikwejra. Għaldaqstant, sabiex l-appoġġ finanzjarju għall-banana jiġi integrat fi skema ta' ħlas waħdieni, is-sena għandha tkun l-2007.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika ukoll meta l-bidwi ikun kera permezz ta' drittijiet ta' pagament għall-2005 u/jew l-2006, u, għall-għan ta' integrazzjoni ta' l-appoġġ finanzjarju tal-banana, u/jew għall-2007.”

(b)

Fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit bit-tieni u t-tielet subparagrafi li ġejjin:

“Jekk il-bidwi ġie allokat jew xtara jew irċieva drittijiet ta' pagament sa' l-aħħar jum għall-applikazzjoni għall-istabbiliment ta' drittijiet ta' pagament għall-2007 fil-qafas ta' l-integrazzjoni ta' l-appoġġ finanzjarju tal-banana, il-valur u l-għadd tad-drittijiet ta' pagament għandhom jiġu kkalkulati mill-ġdid kif ġej:

(a)

l-għadd ta' drittijiet ta' pagament għandu jkun l-istess bħall-għadd ta' drittijiet ta' pagament fis-sjieda tiegħu, miżjud bl-għadd ta' ettari stabbiliti skond l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għall-banana;

(b)

il-valur għandu jinkiseb billi s-somma tal-valur tad-drittijiet ta' pagament tiegħu u l-ammont ta' referenza kkalkulat skond l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għall-appoġġ finanzjarju għall-banana tiġi diviża bin-numru stabbilit skond il-punt (a) ta' dan il-paragrafu.

Id-drittijiet ta' pagament għas-set aside mhumiex se jitqiesu fil-kalkolu msemmi fl-ewwel u t-tieni subparagrafu.”

(c)

Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Sabiex l-appoġġ finanzjarju għall-banana jiġi integrat fi skema ta' ħlas waħdieni, is-sena 2006 msemmija fil-paragrafi 3 u 4 sejra tiġi sostitwita bis-sena 2007.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 2013/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 13).

(2)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 373/2007 (ĠU L 92, 3.4.2007, p. 13).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

626


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 435/2007 ta' l-20 ta’ April 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1010/2006 dwar ċerti miżuri eċċezzjonali ta' sostenn tas-suq fis-settur tal-bajd u tat-tjur f'ċerti Stati Membri

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 435/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 435/2007

ta' l-20 ta’ April 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1010/2006 dwar ċerti miżuri eċċezzjonali ta' sostenn tas-suq fis-settur tal-bajd u tat-tjur f'ċerti Stati Membri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ċerti Stati Membri għandhom diffikultajiet biex jirrispettaw id-data ta' skadenza imposta mill-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2006 (3) biex iħallsu lill-benefiċjarji tal-miżuri eċċezzjonali ta' sostenn tas-suq, jiġifieri qabel il-31 ta' Marzu 2007. Fid-dawl tal-fatt li din hija l-ewwel darba li miżuri eċċezzjonali bħal dawn ta' sostenn tas-suq qegħdin jiddaħħlu fis-seħħ, il-proċeduri amministrattivi damu biex jitwettqu. Għaldaqstant huwa f’loku li ż-żmien għall-pagamenti jittawwal b'xahrejn.

(2)

Jeħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 1010/2006 jiġi emendat f’dan is-sens.

(3)

Peress li l-perjodu ta' żmien iffissat bħalissa jiskadi fil-31 ta' Marzu 2007, huwa xieraq li dan ir-Regolament ikun applikabbli mill-1 ta' April 2007.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għal-laħam tat-tjur u għall-bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 10 ta' Regolament (KE) Nru 1010/2006, id-data “31 ta' Marzu 2007” tinbidel bil-“31 ta' Mejju 2007”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' April 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006.

(3)  ĠU L 180, 4.7.2006, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1629/2006 (ĠU L 302, 1.11.2006, p. 41).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

627


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 437/2007 ta’ l-20 ta’ April 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 622/2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 437/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 437/2007

ta’ l-20 ta’ April 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 622/2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, meta meħtieġ, il-Kummissjoni jeħtiġilha tadotta miżuri biex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni tas-sigurtà fl-avjazzjoni fil-Komunità kollha. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2003 tal-4 ta’ April 2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (2) kien l-ewwel att li stabbilixxa miżuri bħal dawn.

(2)

Il-miżuri pprovduti bir-Regolament (KE) Nru 622/2003 għandhom jiġu riveduti fid-dawl tal-implikazzjonijiet fuq it-tħaddim ta’ dawn il-miżuri fl-ajruporti u l-impatt tagħhom fuq il-passiġġieri.

(3)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, il-miżuri stabbiliti fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 622/2003 ġew ikklassifikati u ma ġewx ippubblikati. B’mod neċessarju l-istess japplika għal kwalunkwe att li jemenda.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 622/2003 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 622/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

L-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament għandu japplika fir-rigward tan-natura kunfidenzjali ta’ dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Mejju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President

ANNESS

Skont l-Artikolu 1 l-anness huwa sigriet u ma għandux jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 849/2004 (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 1).

(2)  ĠU L 89, 5.4.2003, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1862/2006 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 36).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

629


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 414/2007 tat-13 ta' Marzu 2007 Dwar il-linji gwida tekniċi għall-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-użu operazzjonali tas-servizzi ta’ informazzjoni tax-xmajjar (RIS) imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/44/KE dwar is-servizzi armonizzati ta’ informazzjoni tax-xmajjar (RIS) f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 414/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 414/2007

tat-13 ta' Marzu 2007

dwar il-linji gwida tekniċi għall-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-użu operazzjonali tas-servizzi ta’ informazzjoni tax-xmajjar (RIS) imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/44/KE dwar is-servizzi armonizzati ta’ informazzjoni tax-xmajjar (RIS) f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar is-servizzi armonizzati ta’ informazzjoni tax-xmajjar (RIS) f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/44/KE, is-servizzi ta’ informazzjoni tax-xmajjar (RIS) għandhom ikunu żviluppati u implimentati b’mod armonizzat, interoperabbli u trasparenti.

(2)

Skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/44/KE, il-linji gwida tekniċi għall-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-użu operazzjonali tas-servizzi ta’ informazzjoni tax-xmajjar (RIS), iżjed ’il quddiem imsejħa linji gwida tar-RIS, għandhom ikunu ddefiniti.

(3)

Il-linji gwida tar-RIS għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji tekniċi stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva.

(4)

Skont l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2005/44/KE, il-linji gwida tar-RIS għandhom iqisu kif imiss ix-xogħol imwettaq minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħal PIANC, CCNR u NU/KEE. Għandha tkun żgurata l-kontinwità ma’ servizzi oħra ta’ ġestjoni ta’ traffiku modali, b’mod partikolari l-ġestjoni tat-traffiku ta’ vetturi marittimi u servizzi ta’ informazzjoni.

(5)

Biex ikun żgurat ftehim reċiproku fir-rigward tal-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-użu operazzjonali tar-RIS, it-termini u d-definizzjonijiet mogħtija f’dawn il-linji gwida tar-RIS għandhom jintużaw f’xogħol ulterjuri ta’ standardizzazzjoni u fid-disinn ta’ applikazzjoni.

(6)

Għandha tkun applikata l-arkitettura tar-RIS mogħtija f’dawn il-linji gwida fl-iżvilupp ta’ servizzi, sistemi u applikazzjonijiet.

(7)

Fl-ippjanar tar-RIS, għandha tkun segwita proċedura sistematika kif deskritt f’dawn il-Linji Gwida tar-RIS.

(8)

Il-linji gwida, li huma s-suġġett ta’ dan ir-Regolament, jikkorrispondu mal-istat tekniku modern preżenti. L-esperjenzi miksuba mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/44/KE, kif ukoll il-progress tekniku għall-ġejjieni, jistgħu joħolqu l-ħtieġa li l-linji gwida jkunu emendati skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2005/44/KE.

(9)

L-abbozz tal-linji gwida tar-RIS kienu eżaminati mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2005/44/KE.

(10)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2005/44/KE.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jiddefinixxi linji gwida għall-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-użu operazzjonali tas-servizzi ta’ informazzjoni tax-xmajjar (RIS). Il-linji gwida jinsabu fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta' Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Linji Gwida tar-RIS

WERREJ

1.

Introduzzjoni 634

2.

Definizzjonijiet 635

2.1.

Is-Servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) 635

2.2.

Is-sistema tar-RIS 635

2.3.

Iż-żona tar-RIS 636

2.4.

Ċentru tar-RIS 636

2.5.

VTS interni 636

2.6.

VTS 636

2.7.

Iċ-Ċentru ta’ VTS 637

2.8.

L-awtorità kompetenti 637

2.9.

L-awtorità tar-RIS 637

2.10.

L-utenti tar-RIS 637

2.11.

Livelli ta’ informazzjoni tar-RIS 637

2.12.

Insegwiment u traċċar ta’ bastimenti 637

3.

Bastimenti parteċipanti 638

4.

L-arkitettura tar-RIS 638

4.1.

Ġenerali 638

4.2.

Partijiet interessati tar-RIS 639

4.2.1.

Dawk responsabbli mit-tfassil tal-politika 639

4.2.2.

Maniġers reġjonali 639

4.2.3.

Analisti tas-sistema 639

4.2.4.

Fornituri ta’ servizzi 640

4.2.5.

Utenti tar-RIS 640

4.3.

L-għanjiet tar-RIS 640

4.4.

Ix-xogħlijiet tar-RIS 640

4.5.

Is-servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar 643

4.6.

Funzjonijiet rekwiżiti tal-informazzjoni tar-RIS 644

4.7.

Applikazzjonijiet tar-RIS 648

4.8.

Sistemi tar-RIS 648

5.

Rakkomandazzjonijiet għal servizzi individwali 649

5.1.

Servizz ta’ informazzjoni ta’ kanali navigabbli (FIS) 649

5.1.1.

Ġenerali 649

5.1.2.

Servizz radjutelefoniku fuq passaġġi fuq l-ilma interni 649

5.1.3.

Servizz tal-internet 650

5.1.4.

Servizz elettroniku ta’ mapep nawtiċi (ECDIS Intern) 651

5.2.

Servizz ta’ informazzjoni tat-traffiku 651

5.2.1.

Ġenerali 651

5.2.2.

Informazzjoni tat-traffiku tattika (TTI) 651

5.2.3.

Informazzjoni tat-traffiku strateġika (STI) 652

5.3.

Ġestjoni tat-traffiku 653

5.3.1.

Ġestjoni tat-traffiku lokali (servizzi ta’ traffiku ta’ bastimenti — VTS) 653

5.3.2.

Sostenn għan-navigazzjoi 654

5.3.3.

Ġestjoni ta’ mgħalaq u pontijiet 654

5.4.

Sostenn għat-titfija ta’ diżastri 654

5.5.

Informazzjoni għal loġistika/ġestjoni ta’ trasport 655

5.6.

Informazzjoni għall-infurzar tal-liġi 656

6.

L-ippjanar tar-RIS 656

6.1.

Ġenerali 656

6.2.

Responsabbiltajiet 656

6.3.

Responsabbiltajiet 657

6.4.

Proċess ta’ ippjanar 657

6.5.

Taħriġ 658

7.

Żvilupp gradwali tar-RIS 658

8.

Proċeduri ta’ standardizzazzjoni tar-RIS 660
Appendiċi A: Eżempju ta’ kurva ta’ ipproċessar ta’ informazzjoni tal-kapitolu 4.4 662

ABBREVJAZZJONIJIET

ADNR

Accord Européen relative au transport international des marchandises dangereuses par voie de navigation intérieur du Rhin

AIGPRS

Automatic identification general packet radio service [Identifikazzjoni awtomatika ta’ pakket ġenerali ta’ servizz bir-radju]

AIS

Automatic identification system (transponder) [Sistema ta’ identifikazzjoni awtomatika (transponder)]

ARGO

Advanced River Navigation [Navigazzjoni Avvanzata fuq ix-Xmajjar]

AVV

Adviesdienst Verkeer en Vervoer (The Netherlands) [L-Olanda]

BICS

Binnenvaart informatie en communicatie systeem (electronic reporting system) [Sistema elettronika ta’ rappurtaġġ]

CAS

Calamity abatement support [Sostenn għat-titfija ta’ diżastri]

CCNR

Central Commission for the Navigation on the Rhine [Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Rhine]

CCTV

Closed circuit television [Televiżjoni b’ċirkwit magħluq]

CEVNI

Code Europeen de Voies de la Navigation Intérieure (European code for inland waterways), edited by UN/ECE [Kodiċi Ewropew għal Passaġġi fuq l-Ilma Interni, edizzjoni tan-NU/KEE]

COMPRIS

Consortium Operational Management Platform River Information Services (R&D project of the EU, 2003-2005) [Konzorju Operazzjonali ta’ Servizz ta’ Informazzjoni dwar il-Pjattaforma tax-Xmara]

D4D

Data Warehouse for the river Danube [Ħażna ta’ Dejta għax-xmara Danubju]

DGPS

Differential global positioning system [Sistema ta’ Pożizzjoni Globali differenzjali]

ECDIS

Electronic chart and display information system [Sistema ta’ mappa elettronika u wiri ta’ informazzjoni]

ECE

Economic Commission for Europe of the United Nations [Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti]

EDI

Electronic data interchange [Interskambju ta’ dejta elettronika]

EDIFACT

Electronic data interchange for administration, commerce and transport (UN/ECE Standard) [Interskambju ta’ dejta elettronika għal amministrazzjoni, kummerċ u trasport (NU/Standard KEE)]

ENC

Electronic navigational chart [Mappa ta’ navigazzjoni elettronika]

ETA

Estimated time of arrival [Ħin stmat tal-wasla]

ETD

Estimated time of departure [Ħin stmat tat-tluq]

ETSI

European Telecommunications Standards Institute [Istitut Ewropew għall-Istandards fit-Telekomunikazzjonijiet]

FI

Fairway information [Informazzjoni dwar kanali navigabbli]

FIS

Fairway information service [Servizz ta’ informazzjoni dwar kanali navigabbli]

GLONASS

Global orbiting navigation satellite system [Sistema globali ta’ satellita ta’ navigazzjoni orbitali]

GNSS

Global navigation satellite system [Sistema globali ta’ satellita ta’ navigazzjoni]

GSM

Global system for mobile communication [Sistema globali għal komunikazzjoni ċellulari]

HF

High frequency [Frekwenza għolja]

HS Code

Harmonised commodity description and coding system of WCO [Sistema ta’ deskrizzjoni ta’ kommodità armonizzata u kodifikazzjoni ta’ WCO]

IALA

International Organisation of Marine Aids to Navigation and Lighthouse Authorities [Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ Għajnuniet Marittimi lil Awtoritajiet ta’ Navigazzjoni u ta’ Fanali tal-portijiet]

IEC

International Electrotechnical Commission [Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali]

IHO

International Hydrographic Organisation [Organizzazzjoni Idrografika Internazzjonali]

IMDG Code

International maritime dangerous goods code [Kodiċi internazzjonali ta’ merkanzija marittima perikoluża]

IMO

International Maritime Organisation [Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali]

INDRIS

Inland Navigation Demonstrator of River Information Services (R&D project of EU, 1998-2000) [Dimostratur ta’ Navigazzjoni Interna tas-Servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar (Proġett R&D tal-UE, 1998-2000)]

ISO

International Standardisation Organisation [Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni]

IT

Information technology [Teknoloġija tal-Informatika]

ITU

International Telecommunication Union [Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni]

LAN

Local area network [Netwerk ta’ żona lokali]

LBM

Lock and bridge management [Ġestjoni ta’ mgħalaq u pontijiet]

OFS

Official ship number [Numru uffiċjali tal-bastiment]

PIANC

International Navigation Association [Assoċjazzjoni Internazzjonali tan-Navigazzjoni]

PTM

Port and terminal management [Ġestjoni ta’ portijiet u terminals]

RIS

River Information Services [Servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar]

RTA

Required time of arrival [Ħin meħtieġ għal wasla]

SAR

Search and rescue [Tfittxija u salvataġġ]

SIGNI

Signs and signals on inland waterways, edited by UN/ECE [Senjalazzjonijiet u sinjali f’passaġġi fuq l-ilma interni, edizzjoni tan-NU/KEE]

SMS

Short message service [Servizz ta’ messaġġi qosra]

SOLAS

International Convention on Safety of Life at Sea [Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar]

SOTDMA AIS

Self organising time division multiple access AIS [Aċċess multiplu AIS ta’ diviżjoni tal-ħin awtoorganizzattiv]

STI

Strategic traffic information (image) [Informazzjoni tat-traffiku strateġika (immaġni)]

TCP/IP

Transmission control protocol/Internet protocol [Protokoll ta’ kontroll ta’ trażmissjoni/Protokoll tal-internet]

TI

Traffic information [Informazzjoni tat-Traffiku]

TTI

Tactical traffic information (image) Informazzjoni tat-traffiku tattika (immaġni)

UMTS

Universal mobile telecommunication system [Sistema univerali ta’ telekomunikazzjoni ċellulari]

UTC

Universal time co-ordinated [Ħin universali koordinat]

VDL

VHF data link [Kollegament ta’ dejta bil-VHF]

VHF

Very high frequency [Frekwenza għolja ħafna]

VTC

Vessel traffic centre [Ċentru tat-traffiku ta’ bastimenti]

VTMIS

Vessel traffic management and information services (maritime navigation) [Servizzi ta’ ġestjoni u informazzjoni tat-traffiku ta’ bastimenti (navigazzjoni marittima)]

VTS

Vessel traffic services [Servizzi ta’ traffiku ta’ bastimenti]

WAP

Wireless application protocol [Protokoll ta’ applikazzjoni mingħajr fili]

WCO

World Customs Organisation [Organizzazzjoni Dinjija Doganali]

WI-FI

Wireless fidelity [Fedeltà mingħajr fili]

ZKR/CCNR

Zentralkommission für die Rheinschifffahrt

FIGURI

Figura 2.3

Relazzjoni bejn iż-żona tar-RIS u ż-żona ta’ VTS

Figura 4.1

Żvilupp u disinn mill-ġdida tar-RIS

Figura 4.4a

Rwoli ta’ areni u xogħlijiet ta’ ġestjoni f’navigazzjoni interna

Figura 4.4c

Elementi ta’ kurva ta’ ipproċessar ta’ informazzjoni

Figura 4.4d

Kurva ta’ ipproċessar ta’ informazzjoni

TABELLI

Tabella 4.4b

Derivazzjoni ta’ servizzi tar-RIS

Tabella 4.5

Servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar

Tabella 4.6

Dekompożizzjoni funzjonali tas-Servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar

Tabella 4.8

Ir-relazzjoni bejn is-servizzi u s-sistemi

Tabella 5.2.3

Sett ta’ dejta għal rappurtaġġ ta’ bastimenti

Tabella 6.4

Il-proċess tal-ippjanar għar-RIS

Tabella 7

L-iżvilupp gradwali possibbli tal-partijiet differenti tar-RIS

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Il-Linji Gwida tar-RIS jiddeskrivu l-prinċipji u r-rekwiżiti ġenerali għall-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-użu operazzjonali tas-Servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar u sistemi relatati.

(2)

Japplikaw b’mod ugwali għat-traffiku ta’ bastimenti tal-merkanzija, bastimenti tal-passiġġieri, inġenji u inġenji ta’ divertiment.

(3)

Għandhom jintużaw flimkien ma’ regolamenti, rakkomandazzjonijiet u linji gwida internazzjonali, bħal:

(a)

Linji Gwida u Kriterji għas-Servizzi ta’ Traffiku ta’ Bastimenti fuq Passaġġi fuq l-Ilma Interni (Linji Gwida Interni għal VTS), (dinjija), rakkomandazzjoni V-120 tal-IALA, Ġunju 2001, tal-2001

(b)

Arrangament Reġjonali dwar Servizz Radjutelefoniku fuq passaġġi fuq l-ilma Interni (Basel), 2000

(c)

Speċifikazzjonijiet tekniċi għal ECDIS Intern kif definiti skont id-Direttiva tar-RIS (2)

(d)

Speċifikazzjonijiet tekniċi għal sistemi ta’ insegwiment u traċċar ta’ bastimenti, bħal AIS Interna, kif definiti skont id-Direttiva tar-RIS

(e)

Speċifikazzjonijiet tekniċi għal Rappurtaġġ Elettroniku ta’ Bastimenti f’navigazzjoni interna kif definiti skont id-Direttiva tar-RIS

(f)

Speċifikazzjonijiet Tekniċi għal Avviżi lil Kaptani f’navigazzjoni interna kif definiti skont id-Direttiva tar-RIS

(g)

Sistema armonizzata ta’ Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta’ Merċi ta’ WCO (dinjija)

(h)

Kodiċi tan-NU għal Postijiet ta’ Kummerċ u Trasport NU/LOCODE (dinji)

(i)

Standard EDIFACT tan-NU (dinji)

(j)

Vokabularju Standardizzat NU/KEE għal Konnessjonijiet bir-Radju f’Navigazzjoni Interna (Ewropa), 1997

(4)

Kienu żviluppati għadd ta’ kunċetti u proposti ta’ standardizzazzjoni għas-Servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar fil-proġett ta’ riċerka u żvilupp INDRIS tal-Unjoni Ewropea (1). Dawn huma:

(a)

Linji Gwida u rakkomandazzjonijiet għar-RIS, 1999 (użati bħala punt ta’ tluq għal Linji Gwida tar-RIS ta’ PIANC)

(b)

Definizzjoni funzjonali tal-kunċett tar-RIS, 1998

(c)

Standardizzazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ dejta (AIS, GNSS, Internet), 1999

(d)

Standards għal skambju, komunikazzjoni u messaġġi ta’ dejta tattika (AIS Interna), 1998

(e)

Standardizzazzjoni ta’ dejta, 1998

Standards ta’ kodiċijiet (il-pajjiż, il-post, it-terminal, it-tip ta’ bastiment, il-merkanzija)

Xenarji tar-RIS (funzjonijiet)

Standards ta’ interskambju ta’ dejta (EDIFACT, S-57 mekkaniżmu ta’ aġġornament)

(f)

Databases ta’ rappurtaġġ, 1999

(5)

Il-kunċett għal ECDIS Intern kien żviluppat fil-proġett Ġermaniż ARGO (2) b’kooperazzjoni ma’ INDRIS.

(6)

Il-kunċett għal arkitettura tar-RIS kien żviluppat min-netwerk tematiku WATERMAN (3), azzjoni skont il-5 Programm Qafas ta’ Riċerka u Żvilupp Teknoloġiku tal-UE fl-oqsma ta’ VTMIS (navigazzjoni marittima) u r-RIS. Permezz ta’ dawn is-suċċessi, l-arkitettura tar-RIS kienet elaborata b’mod komprensiv u fid-dettall fil-proġett ta’ riċerka u żvilupp COMPRIS (4) tal-Unjoni Ewropea fl-2003.

(7)

Meta ssir referenza f’dan id-dokument għal ECDIS Intern (u mapep ta’ navigazzjoni elettroniċi), AIS Interna (jew sistemi ġenerali tal-insegwiment u t-traċċar ta’ bastimenti), rappurtaġġ elettroniku ta’ bastimenti u avviżi lil kaptani, ir-referenza tkun għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif definiti skont id-Direttiva tar-RIS.

2.   DEFINIZZJONIJIET

It-termini li ġejjin huma użati b’rabta mas-Servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar f’dawn il-Linji ta’ Gwida tar-RIS (ara wkoll x’ wħud mid-definizzjonijiet speċifiċi fil-kapitoli 4 u 5).

2.1.   Is-Servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS)

Servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar tfisser servizzi armonizzati ta’ informazzjoni biex ikunu ta’ sostenn lill-ġestjoni tat-traffiku u t-trasport fin-navigazzjoni interna, inklużi, kull fejn ikun teknikament prattiku, interfaċċji għal mezzi oħra ta’ trasport. Ir-RIS għandhom l-għan li jikkontribwixxu għal proċess ta’ trasport b’sikurezza effiċjenza u li jutilizzaw il-passaġġi fuq l-ilma interni sal-limitu massimu possibbli. Ir-RIS diġà qed joperaw f’ħafna modi.

Noti ta’ spjegazzjoni:

(1)

Is-servizzi tar-RIS jinkludu interfaċċji ma’ mezzi oħra ta’ trasport, bil-baħar, tat-triq u bil-ferrovija.

(2)

Xmajjar fil-kuntest ta’ servizzi tar-RIS jinkludu l-passaġġi kollha fuq l-ilma interni u l-portijiet kif definiti fl-Artikolu 2 (1) tad-Direttiva tar-RIS.

(3)

Ir-RIS huwa wkoll it-terminu ġeneriku għas-serizzi individwali kollha ta’ informazzjoni biex in-navigazzjoni interna tkun sostnuta b’mod armonizzat.

(4)

Is-servizzi tar-RIS jiġbru, jipproċessaw, jivvalutaw u jagħtu informazzjoni tat-traffiku u trasport fil-kanali navigabbli.

(5)

Is-servizzi tar-RIS ma jittrattawx ma’ attivitajiet kummerċjali interni ta’ bejn waħda jew aktar mill-kumpaniji involuti, iżda s-servizzi tar-RIS huma miftuħa għal attivitajiet kummerċjali.

2.2.   Is-sistema tar-RIS

Għall-iskop tas-servizzi tar-RIS, sistemi moderni ta’ informazzjoni tax-xmajjar jikkonsistu f’sistema armonizzata waħda jew aktar ta’ IT. Sistema ta’ IT (sistema ta’ teknoloġija tal-informatika) hija t-totalità ta’ riżorsi umani, hardware, software, mezzi ta’ komunikazzjoni u regolamenti biex jitwettaq ix-xogħol tal-ipproċessar tal-informazzjoni.

2.3.   Iż-żona tar-RIS

Iż-żona tar-RIS hija ż-żona deskritta b’mod formali, fejn is-servizzi tar-RIS huma attivi. Żona tar-RIS tista’ tinkludi l-passaġġi fuq l-ilma f’żona ta’ qbid ġeografika, li tinkludi t-territorji ta’ pajjiż wieħed jew aktar (eż. f’sitwazzjoni fejn passaġġ fuq l-ilma jifforma l-linja ta’ demarkazzjoni bejn żewġ pajjiżi) (Figura 2.3).

Image

Test ta 'immaġni

2.4.   Ċentru tar-RIS

Ċentru tar-RIS huwa l-post minn fejn jitmexxew is-servizzi minn operaturi. Ir-RIS jistgħu jeżistu mingħajr ċentru tar-RIS (eż. servizz tal-Internet, servizz ta’ bagi). Meta tkun maħsuba azzjoni reċiproka bejn bastiment/l-art (eż. permezz tas-servizz bil-VHF) ikun meħtieġ ċentru wieħed jew aktar tas-servizzi tar-RIS. Jekk ikun jeżisti ċentru jew magħlaq ta’ VTS f’żona tar-RIS, dawn jistgħu jintużaw ukoll bħala ċentri tar-RIS. Huwa rrakkomandat li s-servizzi kollha f’żona tar-RIS ikunu kkonċentrati f’ċentru tar-RIS wieħed.

2.5.   VTS interni

Servizzi interni ta’ traffiku ta’ bastimenti huwa servizz, implimentat minn awtorità kompetenti, imfassal biex itejjeb is-sikurezza u l-effiċjenza tat-traffiku ta’ bastimenti u biex iħares l-ambjent. Is-servizz għandu jkollu l-kapaċità jinteraġixxi mat-traffiku u jwieġeb għal sitwazzjonijiet tat-traffiku li jiżviluppaw fiż-żona ta’ VTS.

Il-VTS għandhom jinkludu għall-inqas servizz ta’ informazzjoni u jistghu jinkludu oħrajn, bħal servizz ta’ assistenza navigazzjonali, jew servizz għall-organizzazzjoni tat-traffiku, jew it-tnejn, kif definiti hawn taħt:

Servizz ta’ informazzjoni huwa servizz biex jiżgura li informazzjoni essenzjali tkun tista’ tinkiseb fil-ħin biex jittieħdu deċiżjonijiet navigazzjonali abbord bastimenti.

Servizz ta’ assistenza navigazzjonali huwa servizz li jassisti t-teħid ta’ deċiżjonijiet navigazzjonali abbord bastimenti u li jagħmel monitoraġġ tal-effetti tiegħu. L-assistenza navigazzjonali hija ta’ importanza speċjali f’kondizzjonijiet ta’ viżibbiltà ħażina, jew f’ċirkostanzi metereoloġiċi diffiċli jew f’każ ta’ difetti jew nuqqasijiet li jolqtu r-radar, it-tmun jew il-propulsjoni. L-assistenza navigazzjonali tingħata fil-forma dovuta ta’ informazzjoni dwar pożizzjoni fuq it-talba tal-parteċipant tat-traffiku jew f’ċirkostanzi speċjali meta jitqies li tkun meħtieġa mill-operatur ta’ VTS, bl-użu ta’ teknoloġiji bħal GNSS/Galileo.

Servizz ta’ organizzazzjoni tat-traffiku huwa servizz biex ma jitħallix l-iżvilupp ta’ sitwazzjonijiet perikolużi tat-traffiku tal-bastimenti billi jkun hemm ġestjoni tal-movimenti tat-traffiku u biex ikun ipprovdut għall-moviment b’sikurezza u effiċjenza tat-traffiku ta’ bastimenti fiż-żona ta’ VTS (kapitoli 4.5 u 5.3.1).

Meta jkunu preżenti, VTS interni huma parti mis-Servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar (Figura 2.3). Fi ħdan is-servizzi tar-RIS, VTS Interni jappartjenu għall-grupp ta’ servizzi għall-ġestjoni tat-traffiku b’enfażi fuq servizz ta’ informazzjoni u fuq organizzazzjoni tat-traffiku (kapitoli 4.5 u 5.3.1).

2.6.   VTS

Żona ta’ VTS hija żona delineata, u formalment dikjarata bħala żona ta’ VTS. Żona ta’ VTS tista’ tkun suddiviża f’sotto-żoni jew f’setturi.

2.7.   Iċ-Ċentru ta’ VTS

Ċentru VTS huwa ċ-ċentru minn fejn jitħaddmu VTS. Kull sotto-żona ta’ VTS jista’ jkollha s-sotto-ċentru tagħha stess.

2.8.   L-awtorità kompetenti

L-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva dwar RIS hija l-awtorità li tkun ingħatat ir-responsabbiltà mill-gvern għas-sikurezza, kollha jew parti minnha, inklużi l-ħarsien ambjentali u l-effiċjenza tat-traffiku ta’ bastimenti. L-awtorità kompetenti ġeneralment għandha l-funzjonijiet li tippjana, tirranġa fondi u tniedi r-RIS.

2.9.   L-awtorità tar-RIS

L-awtorità ta’ RIS hija l-awtorità b’responsabbiltà għall-ġestjoni, l-operazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ RIS, l-interazzjoni ma’ bastimenti parteċipanti, u li tipprovdi s-servizzi b’sikurrezza u effiċjenza.

2.10.   L-utenti tar-RIS

L-utenti tas-servizzi jistgħu jkunu deskritti f’għadd ta’ gruppi differenti: kaptani, operaturi ta’ RIS, operaturi ta’ mgħalaq/pontijiet, awtoritajiet ta’ passaġġi fuq l-ilma, operaturi ta’ terminal, operaturi f’ċentri ta’ diżastri, maniġers ta’ flotta, spedituri ta’ merkanzija, spedituri, kunsinnatarji, sensala marittimi u spedituri ta’ provvista.

2.11.   Livelli ta’ informazzjoni tar-RIS

Is-Servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar joperaw fuq il-bażi ta’ livelli differenti ta’ informazzjoni. L-informazzjoni dwar kanali navigabbli għandha dejta dwar il-passaġġ fuq l-ilma biss. L-informazzjoni tat-traffiku titratta informazzjoni dwar bastimenti fiż-żona ta’ RIS. L-informazzjoni tat-traffiku tista’ tinqasam f’informazzjoni tat-traffiku tattika u informazzjoni tat-traffiku strateġika. L-informazzjoni tat-traffiku tingħata permezz ta’ immaġni tat-traffiku.

Hemm tliet livelli ta’ informazzjoni:

(1)

L-informazzjoni dwar kanali navigabbli (FI) għandha informazzjoni ġeografika, idroloġika u amministrattiva dwar il-passaġġ fuq l-ilma (il-kanal) fiż-żona RIS li tkun meħtieġa mill-utenti ta’ RIS biex jippjanaw, jagħmlu u jimmonitorjaw vjaġġ. L-informazzjoni dwar kanali navigabbli hija informazzjoni għandha direzzjoni waħda: mill-art għall-bastiment jew mill-art għall-uffiċċju (l-uffiċċju tal-utenti).

(2)

Informazzjoni tat-traffiku tattika (TTI) hija l-informazzjoni li tolqot id-deċiżjonijiet immedjati tal-kaptan jew tal-operatur ta’ VTS fir-rigward ta’ navigazzjoni fis-sitwazzjoni tat-traffiku attwali u fl-inħawi ġeografiċi fil-qrib. Immaġni ta’ traffiku tattika jkollha informazzjoni dwar pożizzjoni u informazzjoni speċifika dwar bastimenti tal-miri kollha maqbuda mir-radar u ppreżentati fuq karta ta’ navigazzjoni elettronika, u — jekk tkun tista’ tinkiseb — imtejba b’informazzjoni ta’ traffiku estern, bħall-informazzjoni mogħtija minn AIS Interna. L-informazzjoni TTI tista’ tkun ipprovduta abbord bastiment jew fuq l-art, eż. f’ċentru ta’ VTS.

(3)

L-informazzjoni tat-traffiku strateġika (STI) hija l-informazzjoni li tolqot id-deċiżjonijiet għal żmien medju u twil ta’ utenti tar-RIS. Immaġni tat-traffiku strateġika tikkontribwixxi għall-kapaċitajiet għal deċiżjoni ta’ ippjanar li jirrigwardaw vjaġġ b’sikurezza u effiċjenza. Immaġni tat-traffiku strateġika hija prodotta f’ċentru tar-RIS u tingħata lil utenti meta tintalab. Immaġni tat-traffiku strateġika ikollha fiha l-bastimenti rilevanti kollha fiż-żona tar-RIS bil-karatteristiċi, il-merkanzija u l-pożizzjonijiet tagħhom, maħżuna f’database u ppreżentati f’tabella jew fuq mappa elettronika. Informazzjoni tat-traffiku strateġika tista’ tintgħata minn ċentru tar-RIS/VTS jew minn uffiċċju.

2.12.   Insegwiment u traċċar ta’ bastimenti

Insegwiment ta’ bastimenti tfiisser il-funzjoni tal-manutenzjoni ta’ informazzjoni dwar l-istatus tal-bastiment, bħall-pożizzjoni u l-karatteristiċi kurrenti, u — jekk ikun meħtieġ — flimkien ma’ informazzjoni dwar il-merkanzija u l-konsenji.

Traċċar ta’ bastimenti tfisser l-irkupru ta’ informazzjoni dwar fejn ikun jista’ jinsab bastiment u — jekk ikun meħtieġ — informazzjoni dwar il-merkanzija, il-konsenji u t-tagħmir.

Parti minn dan is-servizz jista’ jitwettaq pereżempju minn AIS Interna. Partijiet oħrajn jistgħu jitwettqu minn sistema elettronika ta’ rappurtaġġ ta’ bastimenti.

3.   BASTIMENTI PARTEĊIPANTI

(1)

Bastimenti li jbaħħru f’żona tar-RIS għandhom jagħmlu użu minn servizzi obbligatorji u huma rrakkomandati li jużaw kemm jista’ jkun informazzjoni pprovduta mir-RIS u servizzi rilevanti.

(2)

Deċiżjonijiet dwar in-navigazzjoni attwali u l-immanuvrar tal-bastiment jibqgħu fir-responsabbiltà tal-kaptan. Kull informazzjoni mogħtija mir-RIS ma tista’ tissostitwixxi ebda deċiżjoni li jieħu l-kaptan.

(3)

Skont il-livell ta’ informazzjoni disponibbli u r-rekwiżiti tal-awtorità kompetenti, hu rrakkomandat li l-bastimenti (ħlief inġenji għal divertiment) ikunu mgħammra pass pass bi (ara l-kapitolu 4.8):

(a)

Tagħmir tar-radju biex l-istazzjon tar-radju ta’ navigazzjoni interna jidħol b’mod simultanju fuq żewġ kanali tal-VHF (mill-bastiment/għal bastiment u mill-bastiment/għall-art)

(b)

Radar għall-preżentazzjoni tat-traffiku fl-inħawi qrib il-bastiment

(c)

PC b’faċilitajiet globali għal komunikazzjoni ċellulari (GSM) biex wieħed jirċievi posta elettronika u l-Internet, u għal rappurtaġġ elettroniku

(d)

Apparat ta’ ECDIS Intern b’mapep ta’ navigazzjoni elettroniċi (ENCs),

F’modalità ta’ informazzjoni

F’modalità ta’ navigazzjoni (b’kopertura tar-radar)

(e)

Sistema ta’ insegwiment u traċċar ta’ bastimenti, bħal AIS Interna, b’riċevitur ta’ pożizzjoni (GNSS/Galileo) u riċetrasmettitur tar-radju li juża s-sistema ECDIS Intern għal viżwalizzazzjoni.

4.   L-ARKITETTURA TAR-RIS

4.1.   Ġenerali

L-idea tan-netwerk tematiku WATERMAN (kapitolu 1(6)) wara l-iżvilupp ta’ arkitettura qafas għar-RIS kienet li l-miri tal-politika jkunu tradotti fi speċifikazzjonijiet għal disinn ta’ applikazzjoni. L-arkitettura tar-RIS għandha tkun definita b’mod li jkunu prodotti applikazzjonijiet tar-RIS li jkunu effiċjenti, jistgħu jitkabbru u jkunu kapaċi jikkomunikaw ma’ applikazzjonijiet oħra tar-RIS jew ma’ applikazzjonijiet għal mezzi oħra ta’ trasport. L-iżvilupp tal-arkitettura tar-RIS għandu jwassal għal ambjent integrat ta’ applikazzjonijiet tar-RIS b’mod li l-prestazzjoni, l-utilità u l-effiċjenza tal-applikazzjonijiet jitjiebu.

Is-Servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar jistgħu jkunu żviluppati u ddisinjati mfasslin mill-ġdid skont il-Figura 4.1.

Image

Test ta 'immaġni

4.2.   Partijiet interessati tar-RIS

Is-servizzi tar-RIS jitwettqu u jinżammu b’mod li jkunu jistgħu joperaw permezz ta’ sett ta’ partijiet interessati li jikkooperaw. L-aktar importanti huma:

4.2.1.   Dawk responsabbli mit-tfassil tal-politika

Dawk responsabbli mit-tfassil tal-politika iridu li s-servizzi tar-RIS isolvu (jew inaqqsu) l-problemi ta’ traffiku u trasport. Parti waħda minn dawk responsabbli mit-tfassil tal-politika huma l-awtoritajiet responsabbli għas-sikurezza fuq il-passaġġi fuq l-ilma. Oħrajn responsabbli mit-tfassil tal-politika eż. organizzazzjonijiet ta’ sidien ta’ bastimenti, iridu jagħtu servizzi ta’ informazzjoni ta’ trasport/loġistika lil spedituri ta’ merkanzija u lil operaturi ta’ terminals. Il-gruppi differenti ta’ dawk li jfasslu l-politika għandhom l-għanijiet, ix-xogħlijiet u l-ideat tal-politika tagħhom stess dwar is-servizzi meħtieġa biex jinkisbu l-għanjiet tagħha. Malli s-servizzi jkunu ntgħażlu, għandhom ikunu determinati l-funzjonijiet u l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni bir-restrizzjonijiet u l-interazzjonijiet tagħhom biex dawn is-servizzi jingħataw.

4.2.2.   Maniġers reġjonali

Maniġers reġjonali jikkontrollaw l-applikazzjonijiet tar-RIS, eż. maniġers ta’ passaġġi fuq l-ilma tal-awtorità kompetenti, maniġers għall-kontroll tat-traffiku, maniġers ta’ servizzi ta’ tfittxija u salvataġġ, sidien ta’ bastimenti, u spedituri ta’ merkanzija. Huma jiddefinixxu rekwiżiti għal applikazzjonijiet b’deskrizzjonijiet aktar dettaljati u eżatti tas-servizzi u l-funzjonijiet, fir-rigward ta’ aspetti lokali jew aspetti ta’ interfaċċja bniedem/magna.

4.2.3.   Analisti tas-sistema

Analisti tas-sistema jħejju speċifikazzjonijiet tas-sistema u jintegraw komponenti ta’ hardware u software f’komponenti ta’ sistema. Fornituri tar-RIS u ta’ VTS, integraturi tas-sistema u operaturi ta’ telekomunikazzjoni jikkumbinaw il-komponenti tas-sistema f’sistemi sħaħ biex jagħmlu lir-RIS tkun kapaċi.

4.2.4.   Fornituri ta’ servizzi

Fornituri ta’ servizzi jagħmlu u jżommu lir-RIS topera u għaldaqstant jiżviluppaw, iżommu u joperaw l-applikazzjonijiet tar-RIS. Jikkontrollaw l-applikazzjonijiet awtonomi u, meta jkun meħtieġ, jipprovdu l-input prinċipali fl-applikazzjonijiet jew weħidhom jew minn utenti tar-RIS.

4.2.5.   Utenti tar-RIS

Utenti tar-RIS jistgħu jkunu deskritti f’għadd ta’ gruppi differenti: kaptani, operaturi tar-RIS, operaturi ta’ mgħalaq/pontijiet, awtoritajiet ta’ passaġġi fuq l-ilma, operaturi ta’ terminals, operaturi f’ċentri ta’ diżastri, maniġers ta’ flotta, spedituri ta’ merkanzija, spedituri, kunsinnatarji, sensala marittimi u spedituri ta’ provvista.

4.3.   L-għanjiet tar-RIS

Għan huwa d-deskrizzjoni ta’ intenzjoni. L-għan jista’ wkoll jissejjaħ l-iskop jew il-mira. Ir-RIS għandhom tliet għanijiet prinċipali:

(1)

It-trasport għandu jkun mingħajr periklu:

Imminimizza l-korrimenti

Imminimizza l-imwiet

Imminimizza l-inċidenti tal-vjaġġ

(2)

It-trasport għandu jkun effiċjenti:

Immassimizza l-fluss jew il-kapaċità effettiva ta’ passaġġi fuq l-ilma

Immassimizza l-limitu tat-tagħbija ta’ bastimenti (tul, wisa’, fond u għoli)

Naqqas il-ħin tal-ivvjaġġar

Naqqas it-tagħbija tax-xogħol ta’ utenti tar-RIS

Naqqas l-ispejjeż tat-trasport

Naqqas il-konsum tal-fjuwil

Ipprovdi rabta effiċjenti u ekonomika bejn mezzi ta’ trasport

Ipprovdi portijiet u terminals effiċjenti

(3)

It-trasport għandu jkun favur l-ambjent:

Naqqas il-periklu ambjentali

Naqqas emissjonijiet ta’ tniġġiż u tixrid minħabba inċidenti, azzjonijiet illegali jew operazzjonijiet normali

Dawn l-għanijiet għandhom jitħarsu minkejja l-limitazzjonijiet li r-RIS kollha jingħataw b’mod affidabbli, kost-effettiv u legalment korrett.

4.4.   Ix-xogħlijiet tar-RIS

Is-servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar isostnu għadd ta’ xogħlijiet ta’ ġestjoni fin-navigazzjoni interna. Dawn ix-xogħlijiet huma relatati mal-għanjiet (il-kapitolu 4.3) u mwettqa fi tliet “areni” differenti:

Loġistika ta’ trasport fejn partijiet li jikkawżaw it-trasport jikkooperaw ma’ partijiet li jorganizzaw it-trasport (eż. speditur, kunsinnatarji, karigaturi, spedituri ta’ provvista, sensala marittimi, sidien ta’ flotot)

Trasport fejn partijiet li jorganizzaw it-trasport jikkooperaw ma’ partijiet li jeżegwixxu t-trasport (eż. sidien ta’ flotot, operaturi ta’ terminals, klijenti)

Ttraffiku fejn partijiet li jeżegwixxu t-trasport (eż. kaptani u navigaturi tal-bastimenti) jikkooperaw ma’ partijiet li jiġġestixxu t-traffiku ta’ bastimenti li jkun hemm (eż. maniġer tat-traffiku, awtoritajiet kompetenti)

Ix-xogħlijiet jitwettqu minn atturi differenti li jwettqu r-rwol tagħhom u li jkunu involuti f’oġġetti ta’ trasport u fi proċessi ta’ trasport. Attur wieħed jista’ jkun parti interessata f’arena waħda jew aktar fl-istess waqt. L-attivitajiet tal-atturi jingħaqdu f’punti ta’ trasferiment u fi proċessi ta’ trasferiment. Il-Figura 4.4.a tagħti ħarsa ġenerali tar-rwoli kollha rilevanti (u b’hekk il-partijiet interessati li jwettqu dawn ir-rwoli) responsabbli mit-traffiku, trasport u loġistika tat-trasport fin-navigazzjoni interna. Ix-xogħlijiet fil-Figura 4.4.a jissejħu wkoll xogħlijiet komunali jiġifieri li kull wieħed mix-xogħlijiet tar-rwoli involuti għandu jkunu adattat għal kull wieħed mix-xogħlijiet l-oħra billi jkun hemm tagħrif reċiproku, permezz ta’ negozjati jew — f’xi każijiet — billi jitqassmu direzzjonijiet. Din il-ħarsa ġenerali hija l-bażi tad-definizzjoni tar-RIS (Sors: COMPRIS: Arkitettura tar-RIS, mudell ta’ referenza).

Image

Test ta 'immaġni

Ix-xogħlijiet ta’ ġestjoni jippermettu li jkunu derivati s-servizzi tar-RIS li ġejjin fir-rigward tal-għanijiet, fejn servizz wieħed tar-RIS jissodisfa xogħol wieħed jew aktar ta’ ġestjoni (Tabella 4.4.b):

Tabella 4.4.b.

Derivazzjoni tas-Servizzi tar-RIS

Għanijiet kapitolu 4.3)

Xogħlijiet ta’ ġestjoni (Figura 4.4 a)

Servizzi tar-RIS (Tabella 4.5)

Effiċjenza

Relatat ma’

oġġetti ta’ trasport

Ġestjoni ta’ konsenja

Ġestjoni ta’ merkanzija ITL (5.d)

Ġestjoni ta’ stokkijiet

Ġestjoni ta’ servizz ta’ trasport

ITL ’il barra mill-iskop tar-RIS

Ġestjoni ta’ terminal

Ġestjoni ta’ terminal ITL (5.c)

Ġestjoni ta’ flotta

Ġestjoni ta’ merkanzija u

flotta ITL (5.d)

Sikurezza, ħarsien ambjentali,

effiċjenza

Ġestjoni ta’ infrastruttura

Servizz ta’ informazzjoni dwar kanali navigabbli (1)

Statistics (7)

Ħlasijiet għal passaġġi ta’ fuq l-ilma

u tariffi ta’ portijiet (8)

Effiċjenza

Relatat ma’ proċess ta’ trasport

Ġestjoni ta’ katina ta’ provvista

Ġestjoni ta’ katina ta’ trasport

Ġestjoni ta’ merkanzija u flotta ITL (5.d)

Ġestjoni ta’ trasport ITL (5.b)

Ġestjoni inter-modali

ta’ port u terminal ITL (5.c)

Ippjanar ta’ vjaġġi ITL (5.a)

Sikurezza, effiċjenza

Relatat ma’ proċess tat-traffiku

Ġestjoni ta’ traffiku

Informazzjoni tat-traffiku (2)

Ġestjoni ta’ traffiku (3)

Sikurezza, ħarsien ambjentali, effiċjenza

L-oġġetti u l-proċessi kollha

Ġestjoni ta’ inċidenti u titfija ta’ diżastri

Sostenn għat-titfija ta’ diżastri (4)

Infurzar tal-liġi

Informazzjoni għall-infurzar tal-liġi (6)

ITL = Informazzjoni għal loġistika ta’ trasport () = enumerazzjoni fit-Tabella 4.5

Ix-xogħlijiet fl-areni kollha tar-RIS jitwettqu mill-atturi f’ċikli kif jidher mill-Figuri 4.4.c u d. Barra minn hekk, ix-xogħlijiet jistgħu jseħħu fuq livell operazzjonali, tattiku jew strateġiku (eżempji tajbin huma l-livelli ta’ informazzjoni tat-traffiku tattika u strateġika, definiti fil-kapitolu 2.11). Dan il-kunċett jippermetti li għal kull wieħed mix-xogħlijiet ikun hemm kurva għall-ipproċessar tal-informazzjoni li tkun tinkludi l-azzjonijiet tal-atturi differenti. Kull pass fil-kurva tal-ipproċessar tal-informazzjoni jista’ jkollu l-appoġġ tas-Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar, li jgħinu lill-attur fl-osservazzjonijiet, valutazzjonijiet, deċiżjonijiet u azzjonijiet tiegħu. Il-kurva għall-ipproċessar tal-informazzjoni tista’ tintuża biex ikunu definiti s-Servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar (kapitolu 4.5) u l-funzjonijiet tar-RIS (kapitolu 4.6). Eżempju ta’ kurva ta’ ipproċessar ta’ jinsab fl-Appendiċi A (COMPRIS: Arkitettura tar-RIS, arkitettura ta’ informazzjoni).

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

4.5.   Is-servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar

Servizz jipprovdi u juża informazzjoni. Jgħin lill-utent biex dan jikseb titjib ta’ prestazzjoni. Is-servizzi jkunu żviluppati minn proġetti ta’ żvilupp u inizjattivi (instigati minn partijiet interessati jew minn spinta teknoloġika). Is-servizzi huma l-mezz biex bihom l-utent jilħaq l-għanijiet tiegħu. L-eżekuzzjoni ta’ biċċa xogħol tista’ tittejjeb bl-użu ta’ servizz wieħed jew aktar.

Is-servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar kif identifikati fil-kapitolu 4.4 huma rranġati mill-ġdid u suddiviżi skont it-Tabella 4.5.

Table 4.5

River information services

Mainly traffic related

1.   Fairway information service (FIS)

a)

Visual aids to navigation

b)

Radiotelephone service on inland waterways

c)

Internet service

d)

Electronic navigational chart service

2.   Traffic information (TI)

a)

Tactical traffic information (TTI)

b)

Strategic traffic information (STI)

3.   Traffic management (TM)

a)

Local traffic management (vessel traffic services — VTS

b)

Navigational support (NS)

c)

Lock and bridge management (LBM)

4.

Calamity abatement support (CAS)

Mainly transport related

5.   Information for transport logistics/management (ITL)

a)

Voyage planning (VP)

b)

Transport management (TPM)

c)

Intermodal port and terminal management (PTM)

d)

Cargo and fleet management (CFM)

6.

Information for law enforcement (ILE)

7.

Statistics (ST)

8.

Waterway charges and harbour dues (CHD)

L-abbrevjazzjonijiet fit-Tabella 4.5 jintużaw biss biex jipprovdu l-konnessjoni mat-Tabella 4.6

4.6.   Funzjonijiet rekwiżiti tal-informazzjoni tar-RIS

Funzjoni RIS tinftiehem bħala kontribuzzjoni għal servizz. Id-dekompożizzjoni funzjonali tas-Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar tippermetti l-allokazzjoni tal-provvista ta’ informazzjoni mad-domanda tal-utenti. It-tabella 4.6 turi l-konnessjonijiet bejn is-servizzi (il-kapitolu 4.5), il-funzjonijiet (il-kapitolu 4.6), l-utenti (il-kapitolu 4.2.5) u l-livelli tal-informazzjoni (il-kapitolu 2.11). Turi wkoll li f’ħafna każijiet l-istess funzjoni hija ta’ servizz għal ħafna parteċipanti fil-proċess tat-trasport. It-Tabella 4.6 tagħti eżempju bħala gwida għal kull kulħadd u tista’ tfakkar lill-qarrej biex ifassal il-lista tiegħu/tagħha stess.

Tabella 4.6.

Dekompożizzjoni funzjonali tas-Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar

Nru

Servizz tar-RIS

Sub-servizz tar-RIS

Funzjoni tar-RIS

Livell ta’ informazzjoni

Utent

Kaptan tal-bastiment

Operatur ta’ VTS

Magħlaq/pont operator

Passaġġi fuq l-ilma authority

Operatur ta’ terminal

Ċentru kontra d-diżastri

Maniġer ta’ flotta

Speditur ta’ merkanzija

FIS

Servizz ta’ informazzjoni dwar kanali navigabbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Dispożizzjoni ta’ informazzjoni dwar:

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FIS.1

Il-ġeografija taż-żona tan-navigazzjoni u l-aġġornamenti tagħhom

FIS

X

X

X

X

 

X

X

X

FIS.2

Għajnuniet ta’ navigazzjoni u sinjali tat-traffiku

FIS

X

X

X

X

 

X

 

 

FIS.3

Kontorni ta’ fond fl-ilma fil-kanal ta’ navigazzjoni

FIS

X

 

X

X

X

X

 

X

FIS.4

Ostakoli għal żmien twil fil-kanal

FIS

X

X

X

X

 

X

X

X

FIS.5

Informazzjoni metereoloġika attwali

FIS

X

X

 

X

 

X

 

 

FIS.6

Ostakoli temporanji fil-kanal navigabbli

FIS

X

X

 

X

 

X

 

X

FIS.7

Livelli tal-ilma fil-preżent u fil-ġejjieni fl-idrometri

FIS

X

X

 

X

 

X

X

X

FIS.8

L-istat tax-xmajjar, kanali, mgħalaq u pontijiet fiż-żona RIS

FIS

X

X

X

X

 

X

 

X

FIS.9

Restrizzjonijiet ikkawżati minn għarar u silġ

FIS

X

X

X

X

 

X

X

X

FIS.10

Funzjonijiet ħżiena ta’ għajnuniet għan-navigazzjoni

FIS

X

X

 

X

 

 

 

 

FIS 11

Bidliet għal żmien qasir fil-ħinijiet ta’ operazzjoni ta’ mgħalaq u pontijiet

FIS

X

X

X

X

 

 

 

X

FIS 12

Bidliet għal żmien qasir ta’ għajniniet għan-navigazzjoni

FIS

X

X

 

X

 

 

 

 

FIS.13

Ħinijiet regolari ta’ operazzjoni ta’ mgħalaq u pontijiet

FIS

X

X

X

X

 

X

X

X

FIS.14

Limitazzjonijiet fiżiċi fuq passaġġi fuq l-ilma, pontijiet u mgħalaq

FIS

X

X

X

X

 

X

X

X

FIS.15

Regoli u regolamenti navigazzjonali

FIS

X

X

X

X

 

X

X

 

FIS.16

Rati ta’ tariffi ta’ infrastruttura f’passaġġi fuq l-ilma

FIS

X

 

 

X

 

 

X

X

FIS.17

Regolamenti u rakkomandazzjonijiet għal navigazzjoni ta’ divertiment

FIS

(X)

 

 

X

 

X

 

 

TI

Informazzjoni tat-traffiku

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TTI

Informazzjoni tat-traffiku tattika (relatata ma’ żmien qasir)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TTI.1

Preżentazzjoni tal-pożizzjoni tal-bastiment ta’ min ikun

TTI

X

 

X

 

 

 

 

 

TTI.2

Preżentazzjoni tal-pożizzjonijiet ta’ bastimenti ta’ ħaddieħor

TTI

X

X

 

 

 

 

 

 

STI

Informazzjoni tat-traffiku strateġika (relatata ma’ żmien medju u twil)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

STI.1

Presentation of fairway information (= FIS)

FIS

X

 

 

X

 

X

X

 

STI.2

Preżentazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-bastiment f’inħawi kbar

STI

X

 

X

X

 

X

 

 

STI.3

Valutazzjoni tas-sitwazzjoni tat-traffiku għal żmien medju u twil

STI

X

 

 

X

 

 

 

 

STI.4

Preżentazzjoni tal-karatteristiċi tal-bastiment

STI

X

 

X

X

X

X

 

X

STI.5

Preżentazzjoni ta-karatteristiċi tal-merkanzija

STI

X

 

X

X

X

X

 

X

STI.6

Preżentazzjoni tad-destinazzjoni maħsuba

STI

X

X

X

X

X

X

X

X

STI.7

Preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar avvenimenti/inċidenti fiż-żona koperta

STI

X

X

 

X

 

X

 

 

STI.8

Organizzazzjoni u Regolamentazzjoni tal-fluss tat-traffiku

STI

X

X

 

X

 

 

 

 

TM

Ġestjoni tat-traffiku

 

 

 

 

 

 

 

 

 

VTS

Servizzi tat-traffiku tal-bastimenti (lokali)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

VTS.1

Preżentazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-bastiment fuq skala kbira

TTI

 

X

 

 

 

 

 

 

VTS.2

Monitoraġġ ta’ arranġamenti għal passaġġ u mmanuvrar

TTI

 

X

 

 

 

 

 

 

VTS.3

Valutazzjoni għal żmien qasir tas-sitwazzjoni tat-traffiku

TTI

 

X

 

 

 

 

 

 

VTS.4

Organizzazzjoni u regolamentazzjoni tal-fluss tat-traffiku f’żona koperta mi-RIS

TTI

 

X

 

 

 

 

 

 

NS

Sostenn navigazzjonali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

NS.1

Informazzjoni għal piloti (sostenn navigazzjonali)

TTI

X

X

 

 

 

 

 

 

NS.2

Informazzjoni għal laneċ tal-irmonk (sostenn nawtiku)

STI

X

 

 

 

 

 

 

 

NS.3

Informazzjoni għal dgħajjes ta’ bankers, dgħajjes għat-tneħħija ta’ skart taż-żejt, azjendi ta’ tagħmir tal-bastimenti (servizz ta’ sostenn għal bastimenti)

STI

X

 

 

 

 

 

X

 

LBM

Ġestjoni ta’ mgħalaq u pontijiet

 

 

 

 

 

 

 

 

 

LBM.1

Operazzjoni ta’ mgħalaq/pontijiet

 

 

 

 

 

 

 

 

 

LBM.1.1

Preżentazzjoni tal-istat attwali tal-proċess ta’ magħlaq/pont

TTI

X

 

X

 

 

 

 

 

LBM.1.2

Preżentazzjoni ta’ ippjanar għal żmien qasir ta’ mgħalaq/pontijiet (ETAs/RTAs ta’ bastimenti, postijiet ta’ stennija, pożizzjonijiet ta’ mgħalaq/pontijiet)

TTI

X

X

X

 

 

 

 

 

LBM.2

Ippjanar ta’ mgħalaq/ponijiet

 

 

 

 

 

 

 

 

 

LBM.2.1

Forniment ta’ ETAs għal bastimenti li jkunu qegħdin joqorbu

STI

 

 

X

 

 

 

 

 

LBM.2.2

Forniment ta’ informazzjoni dwar iskeda għal żmien medju jew żmien twil tal-proċess ta’ mgħalaq/pontijiet

STI

 

 

X

X

 

 

 

 

LBM.2.3

Forniment ta’ RTAs ta’ bastimenti għal żmien medju u għal żmien twil

STI

X

 

X

 

 

 

 

 

CAS

Sostenn għal titfija ta’ diżastri

 

 

 

 

 

 

 

 

 

CAS.1

Informazzjoni dwar inċidenti ffukata fuq is-sitwazzjoni tat-traffiku

TTI

X

 

 

X

 

X

 

 

CAS.2

Valutazzjoni tas-sitwazzjoni tat-traffiku f’każ ta’ inċident

TTI

 

 

 

X

 

X

 

 

CAS.3

Koordinazzjoni tal-assistenza ta’ bastimenti tar-ronda

TTI

 

X

 

X

 

X

 

 

CAS.4

Valutazzjoni tal-effetti possibbli tal-inċident fuq l-ambjent, fuq in-nies u fuq it-traffiku

TTI

 

 

 

X

 

X

 

 

CAS.5

Preżentazzjoni ta’ informazzjoni għal bastimenti tar-ronda, dgħajjes tal-pulizija u dgħajjes għat-tifi tan-nar

TTI

 

 

 

X

 

X

 

 

CAS.6

Bidu u koordinazzjoni ta’ attivitajiet ta’ tfittxija u salvataġġ

TTI

X

 

 

X

 

X

 

 

CAS.7

Teħid ta’ miżuri għall-protezzjoni tat-traffiku, tal-ambjentali u tal-persuni

TTI

 

 

 

X

 

X

 

 

ITL

Informazzjoni għal loġistika/ġestjoni tat-trasport

 

 

 

 

 

 

 

 

 

VP

Ippjanar ta’ vjaġġ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

VP.1

Forniment ta’ informazzjoni dwar il-port ta’ destinazzjoni, l-RTA fid-destinazzjoni finali, it-tip ta’ merkanzija

STI

X

 

 

 

 

 

X

X

VP.2

Forniment ta’ informazzjoni u preżentazzjoni tan-netwerk tal-kanali fuq skali differenti

STI

X

 

 

 

 

 

X

X

VP.3

Preżentazzjoni tal-ħinijiet tal-ftuħ ta’ mgħalaq u pontijiet u tal-ħinijiet ġenerali ta’ stennija

STI

X

 

 

 

 

 

X

X

VP.4

Preżentazzjoni ta’ informazzjoni tat-temp fit-tul

STI

X

 

 

 

 

 

X

X

VP.5

Preżentazzjoni tal-previżjoni tal-livelli tal-ilma għal żmien medju u twil

STI

x

 

 

 

 

 

X

X

VP.6

Preżentazzjoni ta’ informazzjoni dwar karatteristiċi tar-rotot b’RTAs, ETAs, ETDs f’punti ta’ tluq

STI

X

 

 

 

 

 

X

X

VP.7

Preżentazzjoni ta’ informazzjoni li taffettwa informazzjoni ta’ ivvjaġġar

STI

X

 

 

 

 

 

 

 

TPM

Ġestjoni tat-trasport

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TPM.1

Forniment u preżentazzjoni ta’ ETAs ta’ bastimenti

STI

X

Organizzazzjoni tal-fornituri ta’ bastimenti

Organizzazzjoni ta’ bankers

Organizzazzjoni ta’ tiswija

X

TPM.2

Forniment u preżentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ ivvjaġġar ta’ bastimenti

STI

X

X

TPM.3

Forniment ta’ informazzjoni dwar spazju liberu għat-tagħbija

STI

X

X

TPM.4

Monitoraġġ tal-prestazzjoni ta’ trasporti u terminals marbuta b’kuntratt

 

Sensala marittimi

Maniġers ta’ servizz ta’ trasport ta’ kwalità

TPM.5

Monitoraġġ ta’ theddid mhux tas-soltu (bħal strajkijiet, waqa’ fil-livell tal-ilma) biex it-trasport ikun affidabbl

 

TPM.6

Tqabbil tal-prestazzjoni tat-trasport u tat-terminals ma’ livelli ta’ servizz miftiehma

 

TPM.7

Definizzjoni ta’ aġġustamenti ta’ metodi għall-ippjanar ta’ vjaġġi

 

PTM

Ġestjoni intermodali ta’ portijiet u terminals

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PTM.1

Preżentazzjoni tal-istat attwali ta’ terminals jew portijiet

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PTM.1.1

Preżentazzjoni ta’ bastimenti li jkunu qegħdin jistennew, jitgħabbew/jinħattu

TTI

 

 

 

 

X

 

 

X

PTM.1.2

Preżentazzjoni tal-istat attwali tal-proċess ta’ terminals

TTI

 

 

 

 

X

 

 

X

PTM.1.3

RTA ta’ bastimenti, postijiet ta’ stennija, pożizzjonijiet

 

X

 

 

 

X

 

 

X

PTM.2

Ippjanar ta’ portijiet jew terminals

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PTM.2.1

ETAs ta’ bastimenti li jkunu qegħdin joqorbu

STI

 

 

 

 

X

 

 

 

PTM.2.2

Proċess ta’ skeda ta’ terminals għal żmien medju u twil

 

 

 

 

 

X

 

 

 

PTM.2.3

RTAs ta’ bastimenti għal żmien medju u twil

STI

X

 

 

 

X

 

 

 

CFM

Ġestjoni ta’ merkanzija u flotta

 

 

 

 

 

 

 

 

 

CFM.1

Informazzjoni dwar flotta ta’ bastimenti u karatteristiċi tat-trasport tagħhom

STI

 

 

 

 

 

 

X

X

CFM.2

Informazzjoni dwar il-merkanzija li għandha tkun trasportata

STI

 

 

 

 

 

 

X

X

ILE

Informazzjoni għall-infurzar tal-liġi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ILE.1

Ġestjoni trans-konfini (servizz ta’ immigrazzjoni, dwana)

 

 

 

 

X

 

 

 

 

ILE.2

Konformità ma’ rekwiżiti għas-sikurezza tat-traffiku

 

 

 

 

X

 

 

 

 

ILE.3

Konformità ma’ rekwiżiti ambjentali

 

 

 

 

X

 

 

 

 

ST

Statistika

 

 

 

 

X

 

 

 

 

ST.1

Tranżitu ta’ bastimenti u ta’ merkanzija f’ċerti punti (mgħalaq) tal-passaġġ fuq l-ilma

 

 

 

 

X

 

 

 

 

CHD

Ħlasijiet għal passaġġi fuq l-ilma u tariffi ta’ portijiet

 

X

 

X

X

 

 

 

X

4.7.   Applikazzjonijiet tar-RIS

Applikazzjonijiet tar-RIS huma użijiet reġjonali jew dedikati ta’ sistemi skont rekwiżiti speċifiċi: lokali, funzjonali, orjentati lejn proċess. Applikazzjoni tar-RIS tfisser il-forniment ta’ Servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar permezz ta’ sistemi dedikati. Applikazzjoni waħda tista’ tuża sistema waħda jew aktar biex jingħata servizz.

4.8.   Sistemi tar-RIS

Kienet żviluppata firxa wiesgħa ta’ sistemi tekniċi għar-RIS, il-parti l-kbira tagħhom għal aktar minn servizz, funzjoni jew applikazzjoni waħda (Tabella 4.8):

Tabella 4.8.

Relazzjoni bejn Servizzi u Sistemi

SISTEMA

SERVIZZ

Informazzjoni dwar kanali navigabbli

Informazzjoni tat-traffiku

Ġestjoni tat-traffiku

Sostenn għal protezzjoni kontra d-diżastri

Informazzjoni għal loġistika tat-trasport

Informazzjoni għall-infurzar tal-liġi

Statistika

Ħlasijiet għal passaġġi fuq l-ilma u tariffi għal portijiet

Tattika

Strateġika

Servivvi ta’ traffiuku ta’ bastimenti

Sostenn navigazzjonali

Ġestjoni ta’ mgħalaq u pontijiet

Ippjanar ta’ vjaġġi

Ġestjoni ta’ trasport

Ġestjoni intermodali ta’ portijiet u terminals

Ġestjoni ta’ flotta u merkanzija

Għajnuniet viżivi għal navigazzjoni

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Radar li jirrifletti għajnuna għal navigazzjoni

X

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Sinjali bid-dawl

X

 

 

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

Telefon ċellulari (vuċi u dejta)

X

 

 

 

X

X

X

X

X

X

X

X

 

X

GNSS/Galileo għall-pożizzjoni tal-bastiment

 

X

X

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

 

Radju VHF

X

X

X

X

X

X

X

X

 

X

 

X

 

 

Internet

X

 

 

 

X

 

X

X

X

X

X

 

 

X

Radar ibbażat fuq il-bastiment

X

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

Radar ibbażat fuq l-art

 

X

 

X

 

X

X

 

 

 

 

 

 

 

Kameras CCTV ibbażati fuq l-art

 

X

 

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

Mappa ta’ navigazzjoni elettronika

X

X

 

X

 

X

X

X

 

 

 

 

 

 

Sistema ta’ insegwiment u traċċar ta’ bastimenti

 

X

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

 

X

Sistema ta’ rappurtaġġ ta’ bastiment

 

 

X

 

 

 

X

X

X

X

X

X

X

X

5.   RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦAL SERVIZZI INDIVIDWALI

Minħabba li t-teknoloġija tinbidel malajr, l-enfażi qiegħda aktar fuq servizzi u anqas fuq sistemi li jiddependu mit-teknoloġija f’dan il-kapitolu.

5.1.   Servizz ta’ informazzjoni ta’ kanali navigabbli (FIS)

5.1.1.   Ġenerali

(1)

Mezzi tradizzjonali għall-għoti ta’ FIS huma eż. għajnuniet viżivi għal navigazzjoni, avviżi lil kaptani bil-miktub, bix-xandir u b’telefowns fissi ma’ mgħalaq. It-telefown ċellulari li juża l-GSM żied possibiltajiet ġodda għal komunikazzjoni orali u bid-dejta, iżda l-GSM mhux disponibbli kullimkien u dejjem. FIS mfassal apposta għall-passaġġi fuq l-ilma jista’ jkun fornit permezz ta’

(a)

Servizz radjutelefoniku fuq passaġġi fuq l-ilma interni

(b)

Servizz tal-internet

(c)

Servizz ta’ mapep ta’ navigazzjoni elettroniċi (eż. ECDIS Intern ma’ ENC).

Dawn it-tliet kategoriji ta’ FIS huma trattati f’dan il-kapitolu. Huma bbażati l-aktar fuq il-qagħda preżenti, iżda pereżempju avviżi lill-kaptan jistgħu għall-ġejjieni jingħataw permezz ta’ servizz ta’ ENC.

(2)

Tipi ta’ informazzjoni dwar kanali navigabbli huma elenkati fit-Tabella 4.6.

(3)

Informazzjoni dwar kanali navigabbli jkollha informazzjoni statika u dinamika kif ukoll urġenti dwar il-kanal. Informazzjoni statika u dinamika għandha tkun ikkomunikata abbażi ta’ skeda. L-informazzjoni urġenti jeħtieġ li tkun aġġornata ta’ sikwit ħafna u/jew għandha tkun ikkomunikata abbażi ta’ żmien reali (eż. VHF orali jew interskambju ta’ dejta elettronika, l-Internet, WAP).

(4)

Informazzjoni dwar kanali navigabbli relatata ma’ sikurezza għandha tingħata mill-awtorità kompetenti jew f’isimha.

(5)

Informazzjoni dwar kanali navigabbli għal żona internazzjonali ta’ xmara għandha tingħata minn punt wieħed ta’ disseminazzjoni li jingħata dejta mill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

(6)

Dejta mogħtija relatata ma’ sikurezza għandha tkun ċertifikata mill-awtorità kompetenti.

(7)

Valuri għandhom jingħataw biss b’indikazzjoni tal-eżattezza li tista’ tkun attribwita lilhom.

(8)

Servizzi ta’ informazzjoni ta’ kanali navigabbli għandhom jingħataw permezz tal-mezzi approvati ta’ komunikazzjoni (eż. avviżi lil kaptani permezz tal-Internet jew permezz tal-VHF) u għandhom jingħataw bi preċiżjoni sakemm dan ikun prattiku.

(9)

Biex tkun tista’ ssir navigazzjoni permezz ta’ radar f’viżibbiltà ħażina, il-kanal navigabbli għandu jkun mgħammar b’radar li jirrifletti l-marki ta’ fuqnett ta’ bagi u fanali tal-port u b’marki tar-radar quddiem puntali ta’ pontijiet. It-tagħmir tal-kanal navigabbli għal navigazzjoni bir-radar huwa x-xogħol ta’ infrastruttura ta’ għajnuniet għal navigazzjoni li jirriflettu r-radar. Dan ix-xogħol huwa relatat mar-RIS iżda mhux parti mir-RIS. Għalhekk dawn il-Linji Gwida tar-RIS ma jqisuhx.

5.1.2.   Servizz radjutelefoniku fuq passaġġi fuq l-ilma interni

(1)

Is-servizz radjutelefoniku għal passaġġi fuq l-ilma interni jippermetti l-istabbiliment ta’ komunikazzjoni bir-radju għal skopijiet speċifiċi bl-użu ta’ kanali miftiehma u ta’ proċedura operazzjonali miftiehma (kategoriji ta’ servizzi). Is-servizz radjutelefoniku għandu ħames kategoriji ta’ servizzi:

(a)

Minn bastiment għal bastiment

(b)

Informazzjoni nawtika

(c)

Awtoritajiet minn bastiment għal port

(d)

Komunikazzjonijiet abbord

(e)

Korrispondenza pubblika (servizz mhux obbligatorju)

Minn dawn il-ħames kategoriji, l-ewwel tlieta biss huma importanti għar-RIS. Is-servizz radjutelefoniku jippermetti komunikazzjoni diretta u malajr bejn kaptani, awtoritajiet ta’ kanali navigabbli u awtoritajiet ta’ portijiet. Huwa l-aktar adattat għal informazzjoni li tkun meħtieġa b’mod urġenti fuq bażi ta’ ħin reali.

(2)

Is-servizz radjutelefoniku huwa bbażat fuq ir-regoli u r-regolamenti li ġejjin:

(a)

Regolamenti tar-Radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (dinjija)

(b)

Arranġament Reġjonali dwar is-Servizz Radjutelefoniku għal Passaġġi fuq l-Ilma Interni (Basel, 06.04.2000)

(c)

Vokabularju Standardizzat NU/KEE għal Konnessjonijiet bir-Radju għal Navigazzjini Interna (Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU Nru 35, 1997)

(d)

Regoli nazzjonali għal passaġġi fuq l-ilma interni għal navigazzjoni.

(3)

Fil-kategoriji ta’ servizzi minn bastiment għal bastiment, informazzjoni nawtika u awtoritajiet minn bastiment għal port, it-trażmissjoni ta’ messaġġi għandha tittratta b’mod esklużiv is-sikurezza tal-ħajja umana, u l-moviment u s-sikurezza ta’ bastimenti.

(4)

L-informazzjoni orali dwar kanali fil-kategorija ta’ servizz ta’ informazzjoni nawtika (art/bastiment) huwa rrakkomandat li tkun implimentata l-kategorija ta’ servizz:

(a)

Għal informazzjoni urġenti li tkun teħtieġ aġġornamenti ta’ spiss u li jkollha tkun ikkomunikata abbażi ta’ ħin reali

(b)

Għal informazzjoni dinamika li jkollha tkun ikkomunikata abbażi ta’ minn jum għal ieħor

(5)

L-informazzjoni urġenti u dinamika li għandha tkun ikkomunikata permezz ta’ radju b’mod orali tista’ tkun dwar pereżempju:

(a)

Ostakoli temporanji fil-kanal navigabbli, funzjonijiet ħżiena ta’ għajnuniet għal navigazzjoni

(b)

Bidliet temporanji fil-ħinijiet li fihom joperaw mgħalaq u pontijiet

(c)

Restrizzjonijiet fin-navigazzjoni kkawżati minn għarar u silġ

(d)

Livelli tal-ilma attwali u għal quddiem fl-idrometri

(6)

Iż-żona tar-RIS għandha tkun koperta kollha mill-firxa tal-istazzjonijiet bażi tal-VHF għal informazzjoni nawtika.

(7)

Fil-kategorija ta’ servizzi ta’ informazzjoni nawtika, l-informazzjoni tista’ tintbagħat “lill-utenti kollha” bħala:

(a)

Rapporti skedati dwar l-istat ta’ passaġġi fuq l-ilma inklużi rapporti dwar il-livell tal-ilma fl-idrometri f’ħinijiet fissi matul il-jum

(b)

Rapporti urġenti waqt okkażjonijiet speċjali (eż. regolamenti tat-traffiku wara inċidenti)

(8)

Għandu jkun possibbli għall-operatur fiċ-ċentru tar-RIS li jwieġeb mistoqsijiet speċifiċi ta’ kaptani jew jsirulu u li jirċievi rapporti minn kaptani.

5.1.3.   Servizz tal-internet

(1)

Huwa rrakkomandat li jitwaqqaf Servizz tal-Internet għat-tipi li ġejjin ta’ informazzjoni dwar kanali navigabbli:

(a)

Informazzjoni nawtika dinamika dwar l-istat tal-passaġġi fuq l-ilma li ma teħtieġx tkun ikkomunikata aktar malajr milli abbażi ta’ kuljum.

(b)

Informazzjoni idrografika dinamika, bħal-livelli tal-ilma attwali, tbassir tal-livell tal-ilma, il-fond għal navigazzjoni ta’ kanali navigabbli (jekk tkun tista’ tinkiseb), tbassir u rapporti dwar silġ u għarar.

(c)

Informazzjoni statika (eż. il-limitazzjonijiet fiżiċi ta’ passaġġ fuq l-ilma, ħinijiet regolari ta’ tħaddim ta’ mgħalaq u pontijiet, regoli u regolamenti ta’ navigazzjoni).

L-informazzjoni msemmija hawn fuq għandha tingħata permezz ta’ avviżi lil kaptani jew permezz ta’ ECDIS Intern għal passaġġi fuq l-ilma ta’ klassi Va u ogħla.

(2)

Għandu jintuża vokabularju standard għal avviżi lil kaptani biex tkun tista’ ssir traduzzjoni b’mod faċli jew awtomatiku f’lingwi oħra.

(3)

Għal netwerk mimli u/jew estiż ta’ passaġġi fuq l-ilma, l-informazzjoni dinamika tista’ tkun organizzata f’databases interattivi (sistema ta’ ġestjoni ta’ kontenut) biex ikun jista’ jsir aċċess faċli għad-dejta.

(4)

Minbarra l-preżentazzjoni tal-Internet, l-avviżi lill-kaptani jistgħu jintagħtu permezz ta’

(a)

Abbonament f’posta elettronika għal kompjuters abbord bastimenti u f’uffiċċji

(b)

Abbonament ta’ SMS għal telefowns ċellulari

(c)

Paġni WAP għal telefowns ċellulari.

(5)

Biex jitħaffef l-ippjanar ta’ rotot mill-kaptan, l-informazzjoni kollha dwar il-kanali meħtieġa għal rotta minn port ta’ tluq sa port ta’ wasla tista’ tkun ippreżentata fuq paġna waħda fuq talba tal-utent.

(6)

Avviżi lil kaptani permezz tal-Internet jew permezz ta’ skambju ta’ dejta bejn l-awtoritajiet għandhom ikunu kkomunikati f’format miftiehem biex tkun tista’ ssir traduzzjoni awtomatika f’lingwi oħra.

(7)

Għandhom jitħarsu r-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal avviżi lil kaptani kif definiti mid-Direttiva tar-RIS.

5.1.4.   Servizz elettroniku ta’ mapep nawtiċi (ECDIS Intern)

(1)

Mapep ta’ navigazzjoni elettroniċi (ENC) bħala mezz biex tkun ippreżentata informazzjoni dwar kanali navigabbli għandhom iħarsu r-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema ECDIS Intern kif definit mid-Direttiva tar-RIS.

(2)

L-informazzjoni minn mapep li għandha tintuża fis-sistema ECDIS Intern għandha tkun l-aħħar edizzjoni tal-informazzjoni.

(3)

Jekk l-ENC tkun maħsuba biex tintuża bil-mod navigazzjonali ta’ ECDIS Intern, għandhom għall-anqas ikunu inklużi fl-ENC l-oġġetti-ġeo rilevanti għas-sikurezza. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-informazzjoni rilevanti għas-sikurezza fl-ENC.

(4)

Huwa rrakkomandat li l-oġġetti-ġeo kollha tal-katalgu tal-oġġett tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ ECDIS Intern ikunu inklużi fl-ENC.

(5)

Huwa rrakkomandat li l-livelli tal-fond ikunu inklużi fl-ENC (kontorni ta’ fond). Il-fond tal-ilma jista’ jkun relatat mal-livell tal-ilma definit minn qabel jew mal-livell attwali tal-ilma.

5.2.   Servizz ta’ informazzjoni tat-traffiku

5.2.1.   Ġenerali

Informazzjoni dwar s-sitwazzjoni tat-traffiku tista’ tingħata b’żewġ modi (kapitolu 2.11):

(a)

Bħala informazzjoni tat-traffiku tattika (TTI), bl-użu tar-radar u — jekk tkun tista’ tinkiseb — b’sistema ta’ insegwiment u traċċar ta’ bastimenti bħal AIS Interna bl-għajnuna ta’ mapep ta’ navigazzjoni elettroniċi.

(b)

Bħala informazzjoni tat-traffiku strateġika (STI) li tuża sistema ta’ rappurtaġġ elettroniku ta’ bastimenti (eż. database b’dejta dwar bastiment u merkanzija, rapporti permezz tal-VHF jew faċilitajiet oħra ta’ komunikazzjoni ċellulari — b’mod orali u bid-dejta).

5.2.2.   Informazzjoni tat-traffiku tattika (TTI)

(1)

Bastimenti għandhom ikunu mgħammra b’radar biex isir monitoraġġ tal-bastimenti l-oħra kollha f’inħawi ta’ navigazzjona qrib il-kaptan meta l-viżibbiltà tkun ħażina.

(2)

Immaġni tat-traffiku tattika abbord (kapitolu 2.11 (2)) għandha tkun imtejba billi għall-anqas tintwera informazzjoni bir-radar u — jekk tkun tista’ tinkiseb — informazzjoni AIS Interna dwar bastimenti fuq mappa ta’ navigazzjoni elettronika (ENC).

(3)

Il-wiri integrat għandu jkun skont ir-rekwiżiti għall-mezz ta’ navigazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal ECDIS Intern kif definiti mid-Direttiva tar-RIS.

(4)

Bil-mezz ta’ navigazzjoni ta’ ECDIS Intern, il-pożizzjoni tal-bastiment għandha tkun derivata minn sistema kontinwa ta’ pożizzjoni li l-preċiżjoni tagħha tkun konsistenti mar-rekwiżiti ta’ navigazzjoni mingħajr periklu.

(5)

L-użu ta’ sistema ta’ insegwiment u traċċar ta’ bastimenti (bħal AIS Interna) bħala sinjal sensorju addizzjonali ta’ pożizzjoni biex jittraċċa bastimenti fl-inħawi għandu jħares ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal dawn is-sistemi kif definit mid-Direttiva tar-RIS. L-informazzjoni dwar bastiment għandha tkun identifikata fuq l-immaġni tat-traffiku tattika, u għandha tkun tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali oħra.

(6)

L-informazzjoni tat-traffiku tattika fuq l-art tintuża wkoll fil-ġestjoni ta’ traffiku lokali (eż. ċentri VTS) (kapitolu 5.3.1).

5.2.3.   Informazzjoni tat-traffiku strateġika (STI)

(1)

Informazzjoni tat-traffiku strateġika (kapitolu 2.11 (3)) għandha tkun stabbilita meta jkun meħtieġ stħarriġ permanenti tas-sitwazzjoni ta’ navigazzjoni fiż-żona tar-RIS għal deċiżjonijiet għal żmien medju u żmien twil (eż. għall-ġestjoni ta’ emerġenza f’għarar u silġ).

(2)

Informazzjoni tat-traffiku strateġika tista’ tkun ta’ għajnuna għas-servizzi li ġejjin:

(a)

Il-ġestjoni ta’ mgħalaq u pontijiet (il-kalkolu tal-ħin stmat ta’ wasla — ETA — u tal-ħin meħtieġ għal wasla — RTA)

(b)

L-ippjanar tal-vjaġġ

(c)

Is-sostenn għal titfija ta’ diżastri (dejta dwar bastimenti u merkanzija)

(d)

Il-ġestjoni ta’ terminals (kalkolu ta’ ETA u RTA)

(3)

Għal informazzjoni strateġika għandha tkun stabbilita mill-awtorità kompetenti sistema ta’ rappurtaġġ ta’ bastimenti (eż. f’konnessjoni ma’ ċentri tar-RIS). Is-sistema għandha x-xogħol li tiġbor, tivverifika u tqassam id-dejta rappurtata.

(4)

L-STI għandha tingħata lil utenti tar-RIS (kapitolu 2.10) meta tintalab (kapitolu 5.5 (7)) b’qies għar-regolamenti dwar il-privatezza.

(5)

dejta dwar bastimenti u merkanzija għandha tinġabar f’database. Id-database tista’ timtela permezz ta’:

(a)

Rappurtaġġ orali permezz ta’ telefown ċellulari

(b)

Rappurtaġġ orali permezz tal-VHF (kapitolu 5.1.2 (6))

(c)

Rappurtaġġ elettroniku permezz ta’ kompjuter abbord (eż. applikazzjoni ta’ BICS) u faċilitajiet ta’ komunikazzjoni ċellulari (eż. dejta ta’ telefown ċellulari) jew kompjuters ibbażati fuq l-art u linji fissi ta’ komunikazzjoni għal rapporti inizjali (identità ta’ bastiment u merkanzija).

(d)

Insegwiment u traċċar ta’ bastimenti (eż. permezz ta’ AIS Interna) għal rapporti ta’ progress (pożizzjoni ta’ bastiment u ETA).

(6)

Rapporti minn bastimenti interni għandhom iħarsu r-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal Rappurtaġġ ta’ Bastimenti Elettroniku kif definit mid-Direttiva tar-RIS.

(7)

Il-kompożizzjoni possibbli ta’ settijiet ta’ dejta għal servizzi differenti bħal ġestjoni ta’ mgħalaq u pontijiet, sostenn għal titfija ta’ diżastri jew ġestjoni ta’ terminals hija mogħtija bħala eżempju fit-Tabella 5.2.3.

Tabella 5.2.3.

Sett ta’ dejta għal rappurtaġġ ta’ bastiment

Dejta statika ta’ bastimenti f’kompożizzjoni

Tip

MV

Isem

Arcona

Nru uffiċjali tal-bastiment (għal bastimenti ta’ fuq il-baħar in-Nru IMO)

4,620,004

Tul

110 m

Wisa’

11,40 m

Dejta varjabbli

Għadd ta’ ekwipaġġ abbord

3

Pożizzjoni (f’passaġġ fuq l-ilma u f’km)

Emmerich, km 857,0

Direzzjoni ta’ tbaħħir

Direzzjoni ’l fuq

Għadd ta’ bastimenti f’kompożizzjoni

2

Tul tal-kompożizzjoni

187 m

Wisa’ tal-kompożizzjoni

11,40

Fond

3,20 m

Punt ta’ rappurtaġġ li jmiss (magħlaq/pont, terminal)

Magħlaq Meiderich

ETA fil-punt ta’ rappurtaġġ b’eżattezza

17:30 ± 0:30

Għal kull merkanzija parzjali

Kategorija ta’ merkanzija

Prodott kimiku

Kodiċi ta’ sistema armonizzata ta’ merkanzija

310 210

Punt ta’ tagħbija (Kodiċi tal-post tan-NU)

Rotterdam

Punt ta’ destinazzjoni (Kodiċi tal-post tan-NU)

Dortmund

Ammont ta’ merkanzija (tunnellati)

2 800

Biss jekk il-merkanzija tkun perikoluża

Isem tal-merkanzija

Na-Nitrit

Kodiċi tal-merkanzija

ADN, ADNR

Klassi

5.1

Kodiċi tal-pakk

III

Nru — NU. (jekk disponibbli)

1 500

Kwantitàta’ koni/dwal koħol

1

(8)

Immaġni tat-traffiku strateġika fuq l-art tista’ tkun ristretta għal tipi speċjali ta’ bastimenti (eż. bastimenti kbar ħafna, bastimenti b’merkanzija perikoluża, trasporti speċjali, u taħlita speċjali ta’ laneċ).

(9)

L-interskambju tad-dejta għandu jkun stabbilit bejn awtoritajiet ta’ inħawi ġirien. F’każ ta’ awtoritajiet ta’ Stati Membri ġirien skonmd l-iskop tad-Direttiva tar-RIS, l-interskambju tad-dejta għandu jsir b’mod elettroniku. F’każijiet oħra u skont l-għadd ta’ bastimenti involuti, huwa għandu jsir permezz tat-telefown, faks, posta elettronika jew interskambju ta’ dejta elettronika.

5.3.   Ġestjoni tat-traffiku

5.3.1.   Ġestjoni tat-traffiku lokali (servizzi ta’ traffiku ta’ bastimenti — VTS)

(1)

Issir referenza għal-Linji Gwida ta’ VTS Interni tal-IALA (kapitolu 1, nru 3.a).

(2)

Għandu jitwaqqaf ċentru ta’ VTS għall-ġestjoni ta’ traffiku lokali permezz ta’ immaġni tat-traffiku tattika fuq l-art (Kapitolu 2.11), għas-sikurezza tan-navigazzjoni f’sitwazzjonijiet lokali diffiċli u għall-protezzjoni tal-popolazzjoni umana u tal-infrastruttura tal-madwar minn perikoli potenzjali ta’ navigazzjoni. Jagħmel enfażi fuq l-organizzazzjoni tat-traffiku. Is-sitwazzjoniiet lokali diffiċli jistgħu jkunu:

(a)

Kanal navigabbli dejjaq u/jew sikek

(b)

Passaġġi b’dawran dejjaq

(c)

Ħafna pontijiet u/jew pontijiet dojoq

(d)

Kurrenti qawwijin tal-ilma u/jew kurrenti msallba

(e)

Kanali navigabbli b’regolamenti tat-traffiku, eż traffiku lejn direzzjoni waħda

(f)

Post fejn jiltaqgħu diversi passaġġi fuq l-ilma

(g)

Densità għolja ta’ traffiku

(3)

L-immaġni tat-traffiku tattika (TTI) tkun prodotta permezz ta’ ġbir ta’ informazzjoni minn radar ibbażat fuq l-art u minn insegwiment u traċċar ta’ bastimenti, u mill-wiri ta’ informazzjoni dwar bastimenti f’ECDIS Intern abbażi tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal ECDIS Intern u sistemi ta’ insegwiment u traċċar ta’ bastimenti kif definiti mid-Direttiva tar-RIS. Għal distanzi twal fuq xmajjar u traffiku qawwi, it-informazzjoni TTI tista’ titjieb permezz ta’ traċċar ta’ miri.

5.3.2.   Sostenn għan-navigazzjoi

Sostenn navigazzjonali huwa t-terminu ġeneriku ta’ servizzi ta’ assistenza għal navigazzjoni interna.

Fl-arena tat-traffiku (ara l-kapitolu 4.4), is-sostenn navigazzjonali jingħata minn piloti biex ma jitħallewx jiżviluppaw sitwazzjonijiet perikolużi tat-traffiku ta’ bastimenti abbord jew f’ċirkostanzi speċjali fuq l-art. Sostenn nawtiku jingħata minn laneċ tal-irmonk jew minn barklori bħala għajnuna għal navigazzjoni u rmiġġ mingħajr periklu.

Fl-arena tat-trasport, servizzi ta’ sostenn għal bastimenti huma servizzi mogħtija lill-kaptan eż. dgħajjes bankers, dgħajjes għat-tneħħija ta’ skart taż-żejt, azjendi ta’ tagħmir għal bastimenti, u organizzazzjonijiet ta’ tiswija.

5.3.3.   Ġestjoni ta’ mgħalaq u pontijiet

(1)

Ir-RIS jagħmel l-aħjar użu tal-fluss tat-traffiku permezz ta’:

(a)

Sostenn għal kmandant ta’ magħlaq/pont f’deċiżjonijiet għal żmien qasir għall-ippjanar taċ-ċiklu ta’ magħlaq u pont bi preżentazzjoni ta’ djarju elettroniku ta’ magħlaq, b’database, u b’reġistrazzjoni tal-ħinijiet ta’ stennija

(b)

Sostenn għal kmandant ta’ magħlaq/pont f’deċiżjonijiet għal żmien medju bi skambju ta’ dejta ma’ mgħalaq ġirien

(c)

Sostenn għal kaptan bi trażmissjoni ta’ ħinijiet ta’ stennija

(d)

L-aħjar użu ta’ ċrieki ta’ mgħalaq permezz tal-kalkolu ta’ ETAs/RTAs għal katina ta’ mgħalaq, it-trażmissjoni ta’ RTAs lil kaptani

(2)

Sistema ta’ insegwiment u traċċar ta’ bastimenti b’database u b’mezzi adatti ta’ komunikazzjoni (eż. VHF, GSM — b’mod orali u b’dejta) (kapitolu 5.2.3) tista’ ssostni l-ippjanar tal-mgħalaq u pontijiet.

5.4.   Sostenn għat-titfija ta’ diżastri

(1)

Is-sostenn għal titfija ta’ diżastri jirreġistra d-dejta ta’ bastiment u ta’ trasport fil-bidu ta’ vjaġġ f’ċentru tar-RIS u jaġġorna d-dejta matul il-vjaġġ. F’każ ta’ inċident, iċ-ċentru tar-RIS jibgħat id-dejta mingħajr dewmien lis-servizzi ta’ emerġenza.

(2)

Skont l-istima tar-riskju (Tabella 6.4. nru B.2.a), servizz għal titfija ta’ diżastri jista’ jirreġistra biss ċerti tipi ta’ bastimenti u ta’ kompożizzjonijiet (kapitolu 5.2.3 (8)) jew il-bastimenti kollha.

(3)

Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-kaptan li jirrapporta d-dejta meħtieġa (Tabella 5.2.3).

(4)

Għandha titwaqqaf sistema ta’ rappurtaġġ ta’ bastimenti b’database u mezz adatt ta’ komunikazzjoni (ara l-kapitolu 5.2.3).

(5)

Għandhom ikunu rappurtati l-pożizzjoni u d-direzzjoni tat-tbaħħir tal-bastiment:

(a)

Meta jidħol jew jitlaq miż-żona ta’ ċentru tar-RIS

(b)

F’punti speċifikati ta’ rappurtaġġ fiż-żona taċ-ċentru tar-RIS

(c)

Meta d-dejta tkun inbidlet matul il-vjaġġ

(d)

Qabel u wara waqfiet ta’ aktar minn perjodu speċifiku

5.5.   Informazzjoni għal loġistika/ġestjoni ta’ trasport

(1)

Applikazzjonijiet loġistiċi tar-RIS jinkludu:

(a)

L-ippjanar tal-vjaġġ

(b)

Il-ġestjoni tat-trasport

(c)

Il-ġestjoni intermodali ta’ portijiet u terminals

(d)

Il-ġestjoni ta’ merkanzija u flotta

(2)

L-ippjanar ta’ vjaġġ huwa x-xogħol tal-kaptan u tas-sid tal-bastiment. L-ippjanar ta’ vjaġġ jinkludi l-ippjanar tat-tagħbija u tal-fundar tal-bastiment, kif ukoll l-ippjanar tal-ETA u ta’ tagħbija jew ħatt li jista’ jkun hemm matul vjaġġ. Is-sistema tar-RIS għandha tkun ta’ sostenn għall-ippjanar ta’ vjaġġ permezz ta’

(a)

Servizz ta’ informazzjoni ta’ kanali navigabbli (kapitolu 5.1)

(b)

Informazzjoni tat-traffiku strateġika (kapitolu 5.2.3)

(c)

Ġestjoni ta’ mgħalaq u pontijiet (kapitolu 5.3.3)

(3)

Ġestjoni tat-trasport tfisser il-ġestjoni tal-katina tat-trasport lil hinn mill-iskop ta’ navigazzjoni mmexxija minn sensala marittimi u minn maniġers ta’ trasport ta’ kwalià. L-għan tagħha huma:

(a)

Il-kontroll tal-prestazzjoni ġenerali tal-maniġers/kaptani ta’ flotta/kaptani u operaturi ta’ terminals b’kuntratt

(b)

Il-kontroll tal-progress ta’ trasporti b’kuntratt

(c)

Il-monitoraġġ ta’ theddid mhux mistenni għall-affidabbiltà ta’ dawn it-trasporti

(d)

Il-finalizzazzjoni tat-trasport (konsenja u fattura)

(4)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu s-sistemi tagħhom ta’ informazzjoni b’mod li l-fluss ta’ dejta bejn imsieħba pubbliċi u privati ikun possibbli. Għandhom jintużaw l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi skont il-kapitolu 1 nri 3. e sa j.

(5)

Il-komunikazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn imsieħba privati u pubbliċi fis-sistema tar-RIS għal applikazzjonijiet loġistiċi għandha titwettaq skont il-proċeduri u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li qegħdin ikunu miftiehma għar-RIS.

(6)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu biżżejjed spazju għal applikazzjonijiet loġistiċi skont il-limitazzjonijiet tal-possibiltajiet tagħhom, bħal:

(a)

L-iskambju ta’ informazzjoni bejn utenti u klijenti relatat ma’ bastimenti u terminals

(b)

Sostenn għall-ippjanar tal-flotta

(c)

Negozjati dwar ETA/RTA bejn bastimenti u terminals

(d)

Insegwiment u traċċar ta’ bastimenti

(e)

Postijiet elettroniċi ta’ swieq

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw l-istruttura tad-dejta li tkun qiegħda tintuża lil min ikun qed jifformula applikazzjonijiet.

(7)

Il-kunfidenzjalità tal-iskambju tad-dejta f’sistema tar-RIS teħtieġ li tkun żgurata skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva tar-RIS. F’każijiet fejn tingħata informazzjoni loġistika minn sistemi mħaddma minn awtorità kompetenti, din l-awtorità għandha tieħu l-passi neċessarji biex tiżgura l-ħarsien tal-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjali. Meta tingħata dejta kunfidenzjali lil partijiet terzi, għandhom jitqiesu r-regolamenti tal-privatezza.

5.6.   Informazzjoni għall-infurzar tal-liġi

L-infurzar tal-liġi tiżgura li persuni f’ġurisdizzjoni partikulari jaderixxu mal-liġijiet ta’ dik il-ġurisdizzjoni. Ir-RIS tappoġġa l-infurzar tal-liġi f’navigazzjoni interna fl-oqsma ta’:

(a)

Ġestjoni trans-konfini (eż. il-moviment ta’ persuni kkontrollat mis-servizz tal-immigrazzjoni, id-dwana)

(b)

Konformità mar-rekwiżiti ta’ sikurezza tat-traffiku

(c)

Konformità mar-rekwiżiti ambjentali

6.   L-IPPJANAR TAR-RIS

6.1.   Ġenerali

Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva tar-RIS, Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jimplimentaw is-servizzi tar-RIS fuq passaġġi tal-ilma interni skont l-iskop tal-Artikolu 2.1 ta’ dik id-Direttiva. Stati Membri jistgħu japplikaw id-Direttiva wkoll għal dawk il-passaġġi fuq l-ilma u l-portijiet li mhumiex imsemmija fl-Artikolu 2.1.

L-awtorità kompetenti konċernata ġeneralment tipprovdi l-esperjenza neċessarja u tirranġa l-iffinanzjar biex ikunu pprovduti l-livelli mixtieqa ta’ teknoloġija u tagħrif espert biex jitħarsu l-għanijiet.

6.2.   Responsabbiltajiet

(1)

L-awtorità kompetenti għandha r-responsabbiltà — sa fejn ir-RIS ikunu relatati mat-traffiku — li tippjana r-RIS, li tikkummissjona r-RIS u li tirranġa l-iffinanzjar tar-RIS. F’każ ta’ RIS eżistenti, l-awtorità kompetenti għandha tbiddel l-iskop tar-RIS jekk iċ-ċirkostanzi jitolbu dan.

(2)

Fejn żewġ gvernijiet jew awtoritajiet kompetenti jew aktar ikollhom interess komuni li jistabbilixxu RIS f’żona partikolari, huma jistgħu jiddeċiedu li jiżviluppaw RIS komuni.

(3)

Għandu jittieħed qies ta’ possibiltajiet ta’ monitoraġġ u li jinżamm il-livell mixtieq ta’ affidabbiltà u disponibbiltà tar-RIS.

(4)

Matul l-ippjanar tar-RIS, l-awtorità kompetenti konċernata għandha:

(a)

Jkollha bażi legali għall-azzjonijiet tar-RIS u tiżgura li r-RIS ikunu konformi mal-liġijiet nazzjonali u internazzjonali

(b)

Tiddetermina l-għanjiet tar-RIS

(c)

Taħtar awtorità tar-RIS

(d)

Tiddeskrivi ż-żona fir-responsabbiltà tar-RIS

(e)

Tiddetermina s-servizzi u l-funzjonijiet li jkunu ser jingħataw

(f)

Tiddefinixxi r-rekwiżiti għall-applikazzjonijiet

(g)

Tipprovdi t-tagħmir neċessarju biex jitwettqu x-xogħlijiet mogħtija lir-RIS

(h)

Tipprovdi u tħarreġ persunal biżżejjed u kompetenti

(i)

Tarmonizza d-domandi tat-traffiku u l-ġestjoni tat-trasport permezz tal-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet ta’ spedituri ta’ merkanzija, sidien ta’ flotot u sidien ta’ portijiet.

6.3.   Responsabbiltajiet

L-element ta’ responsabbiltà għall-konformità mal-gwida tar-RIS huwa konsiderazzjoni importanti li tista’ tkun deċiża biss fuq bażi ta’ każ każ skont il-liġi nazzjonali. Għaldaqstant, awtorità tar-RIS għandha tqis l-implikazzjonijiet legali fil-każ ta’ inċident ta’ tbaħħir, fejn operaturi tar-RIS jistgħu ikunu naqsu li jwettqu dmirhom b’mod kompetenti.

6.4.   Proċess ta’ ippjanar

It-tabella 6.4 turi l-passi li għandhom ikunu segwiti waqt l-ippjanar tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-RIS.

Table 6.4

The planning process for RIS

A.   PRELIMINARY INVESTIGATION

1.   Description and analysis of the existing and future situation in the area

a)

Hydrographical, hydrological and meteorological conditions

b)

Waterway conditions

e.g. dimensions of waterways (locks, bridges, fairways), visibility along fairways, specific constraints (bends, narrows, shoals, narrow and low bridges), navigation patterns, bottlenecks, operating times of locks

c)

Current and future traffic and transport situation

number of passengers, tons of cargo, kind of cargo, composition of fleet

d)

Number, type and impact of accidents including analysis of consequences

e)

Legal situation

authorities, incident/calamity regulations

f)

Regional management and organisational situation

e.g. lock operators, harbour and terminal companies

g)

Existing RIS systems

h)

Other problems in the area,

e.g. delays

2.

Objectives see Chapter 4.3

3.

Tasks see Chapter 4.4

4.

Services and functions to be provided see Chapter 4.5 and 4.6

5.

Regulations required

6.

Requirements for the applications

7.

Proposal for decision on further procedure

B.   APPLICATION DESIGN

1.   Design of one or more future RIS applications

short description, representation of performance and cost estimation of the potential IT systems

a)

Design on a functional basis

external and internal functions dependant on the local situation

b)

Translation of the functional design into a technical design (systems)

c)

Definition of equipment needed on vessels and on shore

2.   Evaluation of future RIS applications

a)

Risk assessment, e.g. types of risks and weighing of risks by pair wise comparison

b)

Efficiency of transport by cost/benefit analysis

reduction of waiting times for vessels, higher reliability, shorter voyage duration, costs of incidents, accidents and delays

c)

Environment impact study

if appropriate, for urban areas and the river

3.   Organisational structure of the future RIS applications

a)

Liability in the legislation and regional legal basis

b)

Competent authority for planning and construction

c)

RIS authority for operation

authority that is carrying out the task

d)

Personnel facilities

eventually fully automated, training aspects

6.5.   Taħriġ

Il-konsenja b’suċċess tar-RIS tiddependi minn persunal kompetenti u b’esperjenza li jħares ir-responsabbiltajiet ta’ awtorità tar-RIS. Ir-reklutaġġ, l-għażla u t-taħriġ ta’ persunal adatt huma rekwiżit minn qabel ghall-provviżjon ta’ persunal kwalifikat li jkollu l-ħila jagħti sehmu biex bastimenti joperaw b’sikurezza u effiċjenza. Persunal bħal dan jgħin biex ikun żgurat li tingħata attenzjoni sħiħa lix-xogħlijiet differenti inerenti f’attivitajiet tar-RIS.

7.   ŻVILUPP GRADWALI TAR-RIS

(1)

Ħarsa ġenerali lejn l-iżvilupp possibbli stadju wara ieħor tal-partijiet differenti ta’ RIS tingħata fit-Tabella 7.

(2)

Minħabba l-parametri li jvarjaw ħafna, mhux possibbli li jsiru rakkomandazzjonijiet ġenerali dwar soluzzjonijiet tar-RIS għal ċerti ċirkostanzi.

Tabella 7.

Żvilupp gradwali possibbli tal-partijiet differenti ta’ RIS

(bil-korsiv: sistema ttestjata, iżda għadha mhux implimentata)

Tip ta’ servizz

Stadju

Konfigurazzjoni tas-sistema

Kapitolu

1

Servizzi ta’ informazzjoni ta’ kanali navigabbli

1.1

Komunikazzjoni orali mill-port/bastiment

1

Informazzjoni nawtika lokali bil-VHF f’mgħalaq u pontijiet

5.1.2

2

Informazzjoni nawtika ċentrali b’sistema tal-VHF maċ-ċentru tar-RIS

5.1.2

1.2

Internet

1

Paġna inzijali tal-internet b’avviżi lil kaptani u b’livelli tal-ilma, paġni statiċi mingħajr sistema għal ġestjoni ta’ kontenut

5.1.3 (1)

2

Bħan-nru 1, iżda paġni dinamiċi addizzjonali b’sistema ta’ ġestjoni ta’ kontenut

5.1.3 (3)

3

Abbonament f’posta elettronika ta’ avviżi lil kaptani u ta’ livelli tal-ilma

5.1.3 (4)

4

Meta tintalab, preżentazzjoni tal-informazzjoni kollha tal-kanali navigabbli minn port ta’ tluq għal port ta’ destinazzjoni għall-ippjanar tar-rotta fuq paġna web waħda

5.1.3 (5)

1.3

Mappa ta’ navigazzjoni elettronika

1

Mappa raster elettronika (skan minn mappa tal-karti)

 

2

ECDIS Intern b’mod informatiku

5.1.4 (1)

2

Informazzjoni

tat-traffiku

2.1

Informazzjoni tat-traffiku tattika (TTI) abbord bir-radar, ECDIS Intern, u insegwiment u traċċar ta’ bastimenti

1

TTI bir-radar

5.2.2 (1)

2

TTI bir-radar u ECDIS Intern b’mod ta’ navigazzjoni, oġġetti biss rilevanti għas-sikurezza fl-ENC

5.2.2 (2)-(4) 5.1.4 (3)

3

Bħan-nru 2, l-oġġetti kollha f’ENC

5.1.4 (4)

4

ECDIS Intern bħan-nru 3, addizzjonalment skont il-fond tal-ilma

5.1.4 (5)

5

ECDIS Intern bħan-nru 1, addizzjonalment b’insegwiment u traċċar ta’ bastimenti

5.2.2 (5)

2.2

Informazzjoni tat-traffiku strateġika permezz ta’ sistema ta’ rappurtaġġ ta’ bastimenti

1

Database fiċ-ċentru tar-RIS, rapporti orali bil-GSM, kontribut fiċ-ċentru tar-RIS bl-idejn

5.2.3 (5a)

2

Database fiċ-ċentru tar-RIS, rapporti orali bil-VHF, kontribut fiċ-ċentru tar-RIS bl-idejn

5.2.3 (5b)

3

Database fiċ-ċentru tar-RIS, rapporti inizjali permezz ta’ rappurtaġġ elettroniku ta’ bastimenti (dejta bil-GSM), kontribut fiċ-ċentru tar-RIS b’mod awtomatiku, rapporti dwar il-pożizzjoni b’mod orali bil-VHF

5.2.3 (5c)

4

Bħan-nru 3, żid rapporti dwar pożizzjonijiet u ETAs permezz ta’ sistemi ta’ insegwiment u traċċar ta’ sistemi, kontribut f’ċentru tar-RIS b’mod awtomatiku

5.2.3 (5d)

5

Database f’ċentru tar-RIS, żid interskambju ta’ dejta elettronika bejn ċentri tar-RIS

5.2.3 (9)

3

Ġestjoni

tat-traffiku

3.1

Servizzi tat-traffiku ta’ bastimenti (VTS)

1

Stazzjonijiet tar-radar ibbażati fuq l-art, ċentru ta’ VTS, ECDIS Intern kopert bir-radar

5.3.1 (1)

2

Bħan-nru 1, ECDIS Intern kopert bir-radar u traċċar ta’ miri

5.3.1 (3)

3

ECDIS Intern b’informazzjoni dwar insegwiment u traċċar ta’ bastimenti

5.3.1 (3)

3.2

Ġestjoni ta’ mgħalaq u pontijiet

1

Database għal djarju ta’ mgħalaq, reġistrazzjoni ta’ ħinijiet ta’ stennija, lokali

5.3.3 (1a)

2

Bħan-nru 1, żid skambju ta’ dejta ma’ mgħalaq oħrajn

5.3.3 (1b)

3

Bħan-nru 2, żid it-trażmissjoni ta’ ħinijiet ta’ stennija lil kaptani (sostenn għal ippjanar ta’ vjaġġi)

5.3.3 (1c)

4

L-aħjar użu ta’ ċrieki ta’ mgħalaq permezz tal-kalkolu ta’ ETAs/RTAs għal katina ta’ mgħalaq, emissjoni ta’ RTAs lil kaptani, kontribut ta’ pożizzjonijiet ta’ bastimenti permezz ta’ sistema ta’ insegwiment u traċċar ta’ bastimenti

5.3.3 (1d)

4

Sostenn għal ħarsien minn diżastri

4.1

Sistema ta’ rappurtaġġ ta’ bastimenti għal ċerti tipi ta’ bastimenti u kompożizzjonijiet

1-5

Konfigurazzjonijiet tas-sistema bħan-nru 2.2

5.4

4.2

Sistema ta’ rappurtaġġ ta’ bastimenti għall-bastimenti kollha

1-5

Konfigurazzjonijiet tas-sistema bħan-nru 2.2

5.4

5

Ippjanar ta’ vjaġġi

5.1

Informazzjoni ta’ kanali navigabbli

1

Konfigurazzjonijiet tas-sistema bħan-nri 1.1-1.3

5.5 (2)

5.2

Ġestjoni ta’ mgħalaq/pontijiet, trażmissjoni ta’ RTAs u ħinijiet ta’ stennija

2

Konfigurazzjonijiet tas-sistema bħan-nru 3.2.4

8.   PROĊEDURI TA’ STANDARDIZZAZZJONI TAR-RIS

(1)

L-istandardizzazzjoni tar-RIS hi meħtieġa minħabba li:

(a)

In-navigazzjoni interna ma tieqafx mal-konfini ta’ pajjiżi.

(b)

Għandhom ikunu adottati żviluppi ġodda ta’ IT b’modi oħra ta’ trasport f’navigazzjoni interna biex tkun possibbli l-integrazzjoni tat-trasport (trasport intermodali bit-triq, bil-ferrovija, u fuq passaġġi tal-ilma).

(c)

Is-sistemi differenti tar-RIS jilħqu l-benefiċċju sħiħ tagħhom biss meta jkunu armonizzati.

(d)

Fornituri ta’ tagħmir ma jibdewx jipproduċu hardware u software għar-RIS, jekk ma jitfasslux l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

(2)

Ir-RIS għandhom ikunu żviluppati u mħaddma skont standards u speċifikazzjonijiet tekniċi miftiehma, bħal:

(a)

Dawn Linji Gwida tar-RIS bħala qafas

(b)

Linji Gwida ta’ VTS Interni tal-IALA

(c)

Speċifikazzjonijiet tekniċi ta’ ECDIS Intern

(d)

Speċifikazzjonijiet tekniċi ta’ Rappurtaġġ Elettroniku ta’ Bastimenti

(e)

Speċifikazzjonijiet tekniċi ta’ Avviżi lil Kaptani

(f)

Speċifikazzjonijiet tekniċi ta’ insegwiment u traċċar ta’ bastimenti (bħal speċifikazzjonijiet tekniċi ta’ AIS Interna)

(g)

Rekwiżiti ta’ radar intern (Standard tal-ETSI għall-ġejjieni),

(h)

Arranġament Reġjonali fir-rigward ta’ Servizz Telefoniku bir-Radju f’Passaġġi fuq l-Ilma Interni

(3)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom ikunu żviluppati b’kompatibbiltà mad-dinja marittima biex ikun possibbli traffiku mħallat fl-estwarji tal-kummerċ ta’ xmajjar/bejn ibħra u xmajjar.

(4)

Organizzazzjonijiet internazzjonali li huma diġà involuti fl-istandardizzazzjoni marittima għandhom jintalbu jqisu żviluppi ta’ standardizzazzjoni fis-settur ta’ passaġġi fuq l-ilma interni, bħal:

(a)

IHO, IEC fir-rigward ta’ ECDIS intern

(b)

IALA fir-rigward ta’ VTS Intern

(c)

PIANC fir-rigward tas-Servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar

(d)

ITU, ETSI; IEC, IALA fir-rigward ta’ AIS Interna,

(e)

ITU fir-rigward ta’ VHF Interna

(f)

NU/KEE fir-rigward ta’ standards speċjali li għandhom jintużaw fir-rapportaġġ elettroniku ta’ bastimenti (eż. EDIFACT, UN/LOCODE).

(5)

Dawk l-organizzazzjonijiet għandhom ikunu mistiedna jieħdu sehem u jikkooperaw fl-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards tekniċi (kif diġà jiġri).

(6)

Il-korpi internazzjonali bħan-NU/KEE, il-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fir-Rhine, il-Kummissjoni tad-Danubju u korpi simili f’partijiet oħra tad-dinja, huma mitluba jadottaw jew jirrakkmandaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif definiti fid-Direttiva tar-RIS.

(7)

Il-gvernijiet nazzjonali huma mitluba jiċċertifikaw it-tagħmir prodott skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif definiti fid-Direttiva tar-RIS.

(8)

Gvernijiet nazzjonali huma mitluba jikkooperaw b’mod bilaterali jew multilaterali biex jiksbu l-ogħla livell ta’ armonizzazzjoni.

Appendiċi A

Eżempju ta’ kurva ta’ ipproċessar ta’ informazzjoni tal-Kapitolu 4.4

Image

Test ta 'immaġni

(1)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 152.

(2)  Id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità, ĠU L 255, 30.9.2005, p. 152.

(1)  Riżultati li jistgħu jinkisbu minn fuq CD miċ-Ċentru ta’ Riċerka tat-Trasport (AVV), Rijkswaterstaat, Kaxxa postali 1031, NL-3000 BA Rotterdam, L-Olanda.

(2)  Ir-rapport finali tal-15.3.2003 dwar l-operazzjoni ta’ test ARGO b’informazzjoni dwar il-fond jista’ jitniżżel mill-paġna WEB www.elwis.de taħt ir-rubrika “RIS-Telematikprojekte (ARGO)”.

(3)  Informazzjoni tista’ tinkiseb miċ-Ċentru ta’ Riċerka tat-Trasport (AVV), Rijkswaterstaat, Kaxxa Postali 1031, NL-3000 BA Rotterdam, L-Olanda

(4)  Riżultati jistgħu jinkisbu miċ-Ċentru ta’ Riċerka tat-Trasport (AVV), Rijkswaterstaat, P.O. Box 1031, NL-3000 BA Rotterdam, L-Olanda u minn www.euro-compris.org


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

663


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 446/2007 tat-23 ta’ April 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2273/2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward l-istħarriġ tal-prezzijiet ta’ ċerti annimali bovini fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 446/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 446/2007

tat-23 ta’ April 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2273/2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward l-istħarriġ tal-prezzijiet ta’ ċerti annimali bovini fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), u partikolarment l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi,

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2002 (2) jistabbilixxi dispożizzjonijiet rigward ir-reġistrazzjoni tal-prezzijiet tas-swieq rappreżentattivi ta' l-Istati Membri għal diversi kategoriji ta' l-annimali bovini. Ir-regoli dettaljati dwar l-informazzjoni li għandha tingħata għall-istħarriġ tal-prezzijiet ta' kull wieħed minn dawn il-kategoriji huma pprovduti fl-Annessi ta' dak ir-Regolament.

(2)

Fuq it-talba ta' l-Irlanda, l-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 2273/2002 għandhom jiġu parzjalment riveduti fid-dawl ta' kif żviluppa t-tqegħid fis-suq tal-merħliet f'dak l-Istat Membru, b'hekk ikun żgurat li l-istħarriġ tal-prezzijiet ikompli jkun ibbażat fuq is-swieq rappreżentattivi.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2273/2002 għandu għalhekk ikun emendat.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Laħam taċ-Ċanga u tal-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2273/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, Parti E, il-punt 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Is-swieq rappreżentattivi

Talanqas żewġ swieq”

(2)

Fl-Anness II, Parti D, il-punt 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Is-swieq rappreżentattivi

Talanqas żewġ swieq”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 347, 20.12.2002, p. 15. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2172/2003 (ĠU L 326, 13.12.2003, p. 8).


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

664


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 630/2007 tal-4 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 biex jitqiesu l-emendi tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 630/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 630/2007

tal-4 ta’ Ġunju 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 biex jitqiesu l-emendi tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunitá marbuta fil-GATT u xi kwoti ta' tariffi oħra tal-Komunità u li jistabbilixxi regoli dettaljati biex jiġu irranġati l-kwoti, u jiġi mħassar ir-Regolament (KE) Nru 1808/95 (1), speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Fin-Nomenklatura Magħquda għall-2007, stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (2), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 (3), il-kodiċijiet tan-nomenklatura magħquda (kodiċi NM) għal ċerti prodotti ġew emendati. L-Annessi I, III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 jirreferu għal uħud minn dawn il-kodiċijiet NM. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li dawn l-Annessi jiġu aġġustati.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 32/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(3)

Billi r-Regolament (KE) Nru 1549/2006 daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007, dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli mill-istess data.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 jiġu emendati kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jkun ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Laszlo KOVACS

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

L-Annessi I, III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 huma emendati kif ġejjin:

(1)

Fl-Anness I, il-kodiċijiet huma emendati kif ġej:

(a)

Għan-numru tas-serje 09.0006, fil-filliera għall-kodiċi NM “ex 0304 10 98”, il-kodiċi TARIC “12” fit-tielet kolonna nbidel bil-kodiċi TARIC “10”.

(b)

Għan-numru tas-serje 09.0006, il-kodiċijiet NM fit-tieni kolonna jiġu emendati kif ġej:

(i)

il-kodiċi NM “0303 50” jinbidel bil-kodiċi NM “0303 51”;

(ii)

il-kodiċi NM “0304 10 97” jinbidel bil-kodiċi NM “0304 19 97”;

(iii)

il-kodiċi NM “ex 0304 10 98” jinbidel bil-kodiċi NM “ex 0304 19 99”;

(iv)

il-kodiċi NM “0304 90 22” jinbidel bil-kodiċi NM “0304 99 23”.

(c)

Għan-numru tas-serje 09.0013, fil-filliera għall-kodiċi NM “ex 4412 99 80”, il-kodiċi TARIC “10” fit-tielet kolonna jitħassar.

(d)

Għan-numru tas-serje 09.0013, il-kodiċijiet NM fit-tieni kolonna jiġu emendati kif ġej:

(i)

il-kodiċi NM “ex 4412 19 00” jinbidel bil-kodiċi NM “ex 4412 39 00”;

(ii)

il-kodiċijiet NM “ex 4412 92 99” u “ex 4412 99 80” jinbidlu bil-kodiċi NM “ex 4412 99 70”.

(e)

Għan-numru tas-serje 09.0048, il-kodiċi NM “ex 0304 20 94” fit-tieni kolonna jinbidel bil-kodiċi NM “ex 0304 29 99”.

(2)

Fl-Anness III, għan-numru tas-serje 09.0107, il-kodiċijiet NM fit-tieni kolonna jiġu emendati kif ġej:

(a)

Għan-numru tas-serje 09.0107, il-kodiċijiet NM jiġu emendati kif ġej:

(i)

il-kodiċi NM “5607 10 00” jinbidel bil-kodiċi NM “ex 5607 90 20”;

(ii)

il-kodiċi NM “ex 5702 59 00” jinbidel bil-kodiċi NM “ex 5702 50 90”.

(3)

Fl-ewwel parti ta' l-Anness IV, il-kodiċijiet NM fit-tieni kolonna jiġu emendati kif ġej:

(a)

Għan-numru tas-serje 09.0104, il-kodiċijiet NM jiġu emendati kif ġej:

(i)

il-kodiċijiet NM “4602 10 91” u “4602 10 99” jinbidlu bil-kodiċijiet NM “4602 11 00”, “4602 12 00”, “4602 19 91”u “4602 19 99”;

(ii)

il-kodiċi NM “6403 30 00” jinbidlu bil-kodiċijiet NM “6403 51 05”, “6403 59 05”, “6403 91 05” u “6403 99 05”;

(iii)

il-kodiċijiet NM “7013 21 11” u “7013 21 19” jinbidlu bil-kodiċijiet NM “7013 22 10”, “7013 33 11” u “7013 33 19”;

(iv)

il-kodiċijiet NM “7013 29 51” u “7013 29 59” jinbidlu bil-kodiċijiet NM “7013 28 10”, “7013 37 51” u “7013 37 59”;

(v)

il-kodiċi NM “7013 31 10” jinbidel bil-kodiċi NM “7013 41 10”;

(vi)

il-kodiċi NM “7013 39 91” jinbidel bil-kodiċi NM “7013 49 91”;

(vii)

il-kodiċi NM “9403 80 00” jinbidlu bil-kodiċijiet NM “9403 81 00” u “9403 89 00”;

(viii)

il-kodiċi NM “ex 9502 10” jinbidel bil-kodiċi NM “ex 9503 00 21”.

(ix)

il-kodiċi NM “9503 30 10” jinbidel bil-kodiċi NM “ex 9503 00 39”.

(x)

il-kodiċi NM “ex 9503 49 10” jinbidel bil-kodiċi NM “ex 9503 00 49”;

(xi)

il-kodiċi NM “ex 9503 50 00” jinbidel bil-kodiċi NM “ex 9503 00 55”;

(xii)

il-kodiċi NM “9503 60 10” jinbidel bil-kodiċi NM “9503 00 61”;

(xiii)

il-kodiċi NM “ex 9503 90 10” jinbidel bil-kodiċi NM “ex 9503 00 81”;

(xiv)

il-kodiċi NM “ex 9503 90 99” jinbidel bil-kodiċi NM “ex 9503 00 99”;

(b)

Għan-numru tas-serje 09.0106, il-kodiċijiet NM jiġu emedati kif ġej:

(i)

il-kodiċi NM “ex 5208 59 00” jinbidel bil-kodiċi NM “ex 5208 59 90”;

(ii)

il-kodiċi NM “ex 6101 10 10” jinbidel bil-kodiċi NM “ex 6101 90 20”;

(iii)

il-kodiċi NM “6207 99 00” jinbidel bil-kodiċi NM “6207 99 90”;

(4)

Fit-tieni parti ta' l-Anness IV, il-kodiċijiet għan-numru tas-serje 09.0104, jiġu emendati kif ġej:

(a)

Il-kodiċijiet TARIC fit-tielet kolonna jiġu emendati kif ġej:

(i)

fil-filliera għall-kodiċi NM 6403 30 00, il-kodiċi TARIC “20” jinbidel bil-kodiċijiet TARIC 19;

(ii)

fil-filliera għall-kodiċi NM 9502 10 90, il-kodiċi TARIC “10” jitħassar;

(iii)

fil-filliera għall-kodiċi NM 95035000, il-kodiċi TARIC “11” jinbidel bil-kodiċi TARIC “10”;

(b)

Il-kodiċijiet NM fit-tieni kolonna jiġu emendati kif ġej:

(i)

il-kodiċi NM “4602 10 91” jinbidel bil-kodiċi NM “4602 19 91”;

(ii)

il-kodiċi NM “4602 10 99” jinbidel bil-kodiċi NM “4602 19 99”;

(iii)

il-kodiċi NM “6403 30 00” jinbidel bil-kodiċijiet NM “6403 51 05”, “6403 59 05”, “6403 91 05” u “6403 99 05”;

(iv)

il-kodiċi NM “7418 19 00” jinbidel bil-kodiċi NM “7418 19 90”;

(v)

il-kodiċi NM “7419 99 00” jinbidel bil-kodiċi NM “7419 99 90”;

(vi)

il-kodiċi NM “9403 80 00” huwa mibdul bil-kodiċiijiet NM “9403 81 00” u “9403 89 00”;

(vii)

il-kodiċijiet NM “9502 10 10” u “9502 10 90” jinbidlu bil-kodiċi NM “9503 00 21”;

(viii)

il-kodiċi NM “9503 30 10” jinbidel bil-kodiċi NM “9503 00 39”;

(ix)

il-kodiċi NM “9503 49 10” jinbidel bil-kodiċi NM “9503 00 49”;

(x)

il-kodiċi NM “9503 50 00” jinbidel bil-kodiċi NM “9503 00 55”;

(xi)

il-kodiċi NM “9503 60 10” jinbidel bil-kodiċi NM “9503 00 61”;

(xii)

il-kodiċi NM “9503 90 10” jinbidel bil-kodiċi NM “9503 00 81”;

(xiii)

il-kodiċi NM “9503 90 99” jinbidel bil-kodiċi NM “9503 00 99”;

(5)

Fit-tieni parti ta' l-Anness IV, il-kodiċijiet għan-numru tas-serje 09.0106, jiġu emendati kif ġej:

(a)

Fil-filliera għall-kodiċi NM 6101 10 10, il-kodiċi TARIC “10” fit-tielet kolonna jinbidel bil-kodiċi TARIC “11”.

(b)

Il-kodiċijiet NM fit-tieni kolonna jiġu emendati kif ġej:

(i)

il-kodiċi NM “5208 53 00” jinbidel bil-kodiċi NM “5208 59 10”;

(ii)

il-kodiċi NM “5208 59 00” jinbidel bil-kodiċi NM “5208 59 90”;

(iii)

il-kodiċi NM “6101 10 10” jinbidel bil-kodiċi NM “6101 90 20”;

(iv)

il-kodiċi NM “6207 99 00” jinbidel bil-kodiċi NM “6207 99 90”;

(6)

Fl-ewwel parti ta' l-Anness V, il-kodiċijiet NM fit-tieni kolonna jiġu emendati kif ġej:

(a)

Għan-numru tas-serje 09.0101, il-kodiċi NM “5803 90 10” jinbidel bil-kodiċi NM “5803 00 30”.

(b)

Għan-numru tas-serje 09.0103, il-kodiċijiet NM jiġu emedati kif ġej:

(i)

il-kodiċi NM “5208 59 00” jinbidel bil-kodiċi NM “5208 59 90”;

(ii)

il-kodiċi NM “5803 10 00” jinbidel bil-kodiċi NM “5803 00 10”;

(7)

Fit-tieni parti ta' l-Anness V, il-kodiċijiet huma emendati kif ġej:

(a)

Għan-numru tas-serje 09.0101, il-kodiċi NM “5803 90 10” fit-tieni kolonna jinbidel bil-kodiċi NM “5803 00 30”.

(b)

Għan-numru tas-serje 09.0103, il-kodiċijiet TARIC fit-tielet kolonna jiġu emendati kif ġej:

(i)

fil-filliera għall-kodiċi NM 5210 12 00, il-kodiċi TARIC “10” jitħassar;

(ii)

fil-filliera għall-kodiċi NM 5210 22 00, il-kodiċi TARIC “10” jitħassar;

(iii)

fil-filliera għall-kodiċi NM 5210 42 00, il-kodiċi TARIC “10” jitħassar;

(iv)

fil-filliera għall-kodiċi NM 5210 52 00, il-kodiċi TARIC “10” jitħassar;

(v)

fil-filliera għall-kodiċi NM 5211 21 00, il-kodiċi TARIC “10” jitħassar;

(vi)

fil-filliera għall-kodiċi NM 5211 22 00, il-kodiċi TARIC “10” jitħassar.

(c)

Għan-numru tas-serje 09.0103, il-kodiċijiet NM fit-tieni kolonna jiġu emendati kif ġej:

(i)

il-kodiċi NM “5208 53 00” jinbidel bil-kodiċi NM “5208 59 10”;

(ii)

il-kodiċi NM “5208 59 00” jinbidel bil-kodiċi NM “5208 59 90”;

(iii)

il-kodiċi NM “5210 12 00” jitħassar;

(iv)

il-kodiċi NM “5210 22 00” jitħassar;

(v)

il-kodiċi NM “5210 42 00” jitħassar;

(vi)

il-kodiċi NM “5210 52 00” jitħassar;

(vii)

il-kodiċijiet NM “5211 21 00”, “5211 22 00” u “5211 29 00” jinbidlu bil-kodiċi NM “5211 20 00”.

(viii)

il-kodiċi NM “5803 10 00” jinbidel bil-kodiċi NM “5803 00 10”.


(1)  ĠU L 5, 8.1.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1506/2006 (ĠU L 280, 12.10.2006, p. 7).

(2)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 501/2007 (ĠU L 119, 9.5.2007, p. 1).

(3)  ĠU L 301, 31.10.2006, p. 1.