ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 71

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
17 ta' Marzu 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 200/2009 tas-16 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 201/2009 tas-16 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 202/2009 tas-16 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 600/2005 fir-rigward tal-użu tal-preparazzjoni ta’ Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750 f’għalf kompost li fih il-lasalocid sodium ( 1 )

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 203/2009 tas-16 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1137/2007 fir-rigward tal-użu tal-addittiv Bacillus subtilis (035) fl-għalf li fih id-decoquinate u n-narasin/nicarbazin ( 1 )

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 204/2009 tas-16 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 fir-rigward tal-estensjoni tal-kwoti ta' tariffi Komunitarji għall-prodotti tal-ġuta u tal-fibra tal-ġewża tal-Indi u biex jikkunsidra l-emendi li saru fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 205/2009 tas-16 ta' Marzu 2009 li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjonijiet ta' denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Riso Nano Vialone Veronese (IGP))

15

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/239/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Diċembru 2008 dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 60/07 mogħtija mill-Italja lil Fluorite di Silius S.p.A. (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7805)  ( 1 )

20

 

 

2009/240/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2009 li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1327)

23

 

 

2009/241/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2009 dwar in-noninklużjoni tat-triflumuron fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1681)  ( 1 )

59

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 200/2009

tas-16 ta’ Marzu 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Marzu 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

148,7

JO

85,0

MA

44,8

TN

134,4

TR

105,3

ZZ

103,6

0707 00 05

EG

139,2

JO

158,4

MA

69,5

MK

118,9

TR

134,6

ZZ

124,1

0709 90 70

JO

249,0

MA

55,0

TR

86,5

ZZ

130,2

0709 90 80

EG

88,5

ZZ

88,5

0805 10 20

EG

43,9

IL

58,3

MA

51,0

TN

52,3

TR

73,6

ZZ

55,8

0805 50 10

TR

57,2

ZZ

57,2

0808 10 80

AR

94,9

BR

70,4

CA

95,8

CL

78,0

CN

84,3

US

118,1

UY

68,9

ZZ

87,2

0808 20 50

AR

86,0

CL

112,7

CN

35,6

US

104,6

ZA

87,3

ZZ

85,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 201/2009

tas-16 ta’ Marzu 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta' u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) mad-Direttiva 90/425/KEE (2), u b’mod partikolari r-raba’ inċiż tal-Artikolu 18(1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 (3) jistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar għajr għal tjur tar-razzett fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina applikabbli għal għasafar bħal dawn wara l-importazzjoni.

(2)

L-Anness V ma’ dak ir-Regolament jistabbilixxi lista ta’ faċilitajiet u ċentri tal-kwarantina approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar għajr għal tjur tar-razzett.

(3)

L-Olanda, il-Portugall u r-Renju Unit irrevedew il-faċilitajiet u ċ-ċentri ta’ kwarantina tagħhom li huma approvati u bagħtu lista aġġornata ta’ dawn il-faċilitajiet u ċentri ta’ kwarantina lill-Kummissjoni. Il-lista ta’ faċilitajiet u ċentri ta’ kwarantina approvati stipulati fl-Anness V mar-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandha għalhekk tkun emendata skont dan.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V mar-Regolament (KE) Nru 318/2007 huwa mibdul bit-test fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(2)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(3)  ĠU L 84, 24.3.2007, p. 7. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 165.


ANNESS

“ANNESS V

LISTA TA' FAĊILITAJIET U ĊENTRI APPROVATI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 6(1)

Kodiċi ISO tal-pajjiż

Isem tal-pajjiż

Numru tal-approvazzjoni tal-faċilità jew ċentru tal-kwarantina

AT

L-AWSTRIJA

AT OP Q1

AT

L-AWSTRIJA

AT-KO-Q1

AT

L-AWSTRIJA

AT-3-KO-Q2

AT

L-AWSTRIJA

AT-3-ME-Q1

AT

L-AWSTRIJA

AT-3-HO-Q-1

AT

L-AWSTRIJA

AT3-KR-Q1

AT

L-AWSTRIJA

AT-4-KI-Q1

AT

L-AWSTRIJA

AT-4-VB-Q1

AT

L-AWSTRIJA

AT 6 10 Q 1

AT

L-AWSTRIJA

AT 6 04 Q 1

BE

Il-BELĠJU

BE VQ 1003

BE

Il-BELĠJU

BE VQ 1010

BE

Il-BELĠJU

BE VQ 1011

BE

Il-BELĠJU

BE VQ 1012

BE

Il-BELĠJU

BE VQ 1013

BE

Il-BELĠJU

BE VQ 1016

BE

Il-BELĠJU

BE VQ 1017

BE

Il-BELĠJU

BE VQ 3001

BE

Il-BELĠJU

BE VQ 3008

BE

Il-BELĠJU

BE VQ 3014

BE

Il-BELĠJU

BE VQ 3015

BE

Il-BELĠJU

BE VQ 4009

BE

Il-BELĠJU

BE VQ 4017

BE

Il-BELĠJU

BE VQ 7015

CZ

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

21750016

CZ

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

21750027

CZ

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

21750050

CZ

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

61750009

DE

IL-ĠERMANJA

BB-1

DE

IL-ĠERMANJA

BW-1

DE

IL-ĠERMANJA

BY-1

DE

IL-ĠERMANJA

BY-2

DE

IL-ĠERMANJA

BY-3

DE

IL-ĠERMANJA

BY-4

DE

IL-ĠERMANJA

HE-2

DE

IL-ĠERMANJA

NI-1

DE

IL-ĠERMANJA

NI-2

DE

IL-ĠERMANJA

NI-3

DE

IL-ĠERMANJA

NW-1

DE

IL-ĠERMANJA

NW-2

DE

IL-ĠERMANJA

NW-3

DE

IL-ĠERMANJA

NW-4

DE

IL-ĠERMANJA

NW-5

DE

IL-ĠERMANJA

NW-6

DE

IL-ĠERMANJA

NW-7

DE

IL-ĠERMANJA

NW-8

DE

IL-ĠERMANJA

NW-9

DE

IL-ĠERMANJA

RP-1

DE

IL-ĠERMANJA

SN-1

DE

IL-ĠERMANJA

SN-2

DE

IL-ĠERMANJA

TH-1

DE

IL-ĠERMANJA

TH-2

ES

SPANJA

ES/01/02/05

ES

SPANJA

ES/05/02/12

ES

SPANJA

ES/05/03/13

ES

SPANJA

ES/09/02/10

ES

SPANJA

ES/17/02/07

ES

SPANJA

ES/04/03/11

ES

SPANJA

ES/04/03/14

ES

SPANJA

ES/09/03/15

ES

SPANJA

ES/09/06/18

ES

SPANJA

ES/10/07/20

FR

FRANZA

38.193.01

FR

FRANZA

32.162.004

GR

IL-GREĊJA

GR.1

GR

IL-GREĊJA

GR.2

IE

L-IRLANDA

IRL-HBQ-1-2003 Unit A

IT

L-ITALJA

003AL707

IT

L-ITALJA

305/B/743

IT

L-ITALJA

132BG603

IT

L-ITALJA

170BG601

IT

L-ITALJA

068CR003

IT

L-ITALJA

006FR601

IT

L-ITALJA

054LCO22

IT

L-ITALJA

I – 19/ME/01

IT

L-ITALJA

119RM013

IT

L-ITALJA

006TS139

IT

L-ITALJA

133VA023

IT

L-ITALJA

015RM168

MT

MALTA

BQ 001

NL

L-OLANDA

NL-13000

NL

L-OLANDA

NL-13001

NL

L-OLANDA

NL-13004

NL

L-OLANDA

NL-13005

NL

L-OLANDA

NL-13007

NL

L-OLANDA

NL-13010

NL

L-OLANDA

NL-13011

NL

L-OLANDA

NL-13012

NL

L-OLANDA

NL-13013

NL

L-OLANDA

NL-13014

NL

L-OLANDA

NL-13015

PL

IL-POLONJA

14084501

PT

Il-PORTUGALL

05 01 CQA

PT

Il-PORTUGALL

01 02 CQA

PT

Il-PORTUGALL

03 01 CQAR

PT

Il-PORTUGALL

05 07 CQAA

PT

Il-PORTUGALL

05 03 CQA

UK

IR-RENJU UNIT

21/07/01

UK

IR-RENJU UNIT

21/07/02

UK

IR-RENJU UNIT

01/08/01

UK

IR-RENJU UNIT

21/08/01

UK

IR-RENJU UNIT

24/08/01

UK

IR-RENJU UNIT

56/09/01”


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 202/2009

tas-16 ta’ Marzu 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 600/2005 fir-rigward tal-użu tal-preparazzjoni ta’ Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750 f’għalf kompost li fih il-lasalocid sodium

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġuni u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Il-preparazzjoni ta’ Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750, li jagħmlu parti mill-grupp ta’ “mikroorganiżmi”, kienet awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien b’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2) bħala addittiv għall-għalf għall-użu minn ħnieżer nisa bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1453/2004 (3), għall-użu mid-dundjani għat-tismin u l-għoġġiela sa tliet xhur bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005 (4) li kien sussegwentement emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2028/2006 , għall-użu mill-ħnieżer għat-tismin u l-ħnienes permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004 (5), għall-użu mill-ħnieżer għat-tismin u l-ħnienes permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004 (6). Dan l-addittiv wara ddaħħal fir-Reġistru Komunitarju tal-Addittivi fl-Għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Bi qbil mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għal emenda tal-awtorizzazzjoni għal din il-preparazzjoni biex tippermetti l-użu tagħha fl-għalf għad-dundjani għat-tismin li fih il-coccidiostat lasalocid sodium. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa mill-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sugurtà fl-Ikel, fl-opinjoni tagħha tat-22 ta’ Ottubru 2008 ikkonkludiet li ġiet stabbilita l-kompatibbiltà tal-preparazzjoni tal-addittiv Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750 mal-lasalocid sodium (7).

(5)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huma sodisfatti.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 600/2005 għaldaqstant għandu jiġi emendat kif inhu xieraq.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 600/2005 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva tħassret bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)  ĠU L 269, 17.8.2004, p. 3.

(4)  ĠU L 99, 19.4.2005, p. 5.

(5)  ĠU L 414, 30.12.2006, p. 26.

(6)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 24.

(7)  L-Opinjoni tal-Bord Xjentifku dwar Addittivi u Prodotti jew Sustanzi wżati fl-Għalf tal-Annimali (il-FEEDAP) fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kompatibbiltà tal-prodott mikribjali Bioplus 2B (Bacillus licheniformis u Bacillus subtilis) mal-lasalocid sodium. Il-Ġurnal tal-EFSA (2008) 841, p. 1-7.


ANNESS

Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 600/2005 id-daħla għal E 1700, Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750 hi sostitwita b’dan li ġej:

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ

Mikroorganiżmi

“E 1700

Bacillus licheniformis

DSM 5749

Bacillus subtilis

DSM 5750

(fi proporzjon ta’ 1/1)

Taħlita ta’ Bacillus licheniformis DSM 5749 u

Bacillus subtilis DSM 5750 li fiha minimu ta’ 3,2 × 109 CFU/g addittiv (1,6 × 109 ta’ kull batterju)

Dundjani għat-tismin

1,28 × 109

1,28 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu maħżuna u l-istabbilità għall-pelleting.

Jista’ jintuża f’għalf kompost li fih il-coccidiostats:

diclazuril, halofuginone, monensin sodium, robenidine, maduramicin ammonium and lasalocid sodium.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Għoġġiela

3 xhur

1,28 × 109

1,28 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura għall-ħżin, il-perjodu tal-ħżin, u l-istabbilità għall-pelleting.

Mingħajr limitu ta’ żmien”


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 203/2009

tas-16 ta’ Marzu 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1137/2007 fir-rigward tal-użu tal-addittiv Bacillus subtilis (035) fl-għalf li fih id-decoquinate u n-narasin/nicarbazin

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċedura biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-possibilità ta' modifika fl-awtorizzazzjoni ta' addittiv fuq talba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u fuq opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”).

(3)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu Bacillus subtilis DSM 17299 (O35) kien awtorizzat għal għaxar snin biex jingħata għat-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1137/2007 (2).

(4)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet ippreżentata applikazzjoni għal modifikazzjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ din il-preparazzjoni biex ikun permess l-użu tagħha fl-għalf li fih il-koċċidjostati decoquinate u n-narasin/nicarbazin. Ma’ din l-applikazzjoni kien hemm mehmużin id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament.

(5)

L-Awtorità kkonkludiet, fl-opinjoni tagħha tat-22 ta’ Ottubru 2008, li kienet stabbilita l-kompatibbiltà tal-addittiv Bacillus subtilis DSM 17299 (O35) mad-decoquinate u n-narasin/nicarbazin (3).

(6)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ġew sodisfatti.

(7)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1137/2007 għandu jkun emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1137/2007 huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 256, 2.10.2007, p. 5.

(3)  L-Opinjoni Xjentifika tal-Panel dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew is-Sustanzi użati fl-Għalf tal-Annimali (FEEDAP) fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-kompatibbiltà tal-prodott mikrobjali 035 (Bacillus subtilis) mad-decoquinate u n-narasin/nicarbazin. Il-Ġurnal tal-EFSA (2008) 840, p. 1-7.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta' umdità ta’ 12 %

Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana.

“4b1821

Chr. Hansen A/S

Bacillus subtilis DSM 17299 (O35)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis

DSM 17299

Li fih minimu ta’ 1,6 × 109 CFU/g addittiv

 

Karatterizzazzjoni tal-addittiv:

sustanza: Bacillus subtilis DSM 17299 konċentrat ta’ spori

 

Metodu analitiku (1):

Metodu ta’ enumerazzjoni bis-slajd imdellek (spread plate method) fuq l-agar tat-tryptone soya bi pretrattament bis-sħana trattament tal-kampjuni tal-għalf

Tiġieġ għat-tismin

8 × 108

1,6 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu maħżuna u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

L-użu huwa permess fl-għalf li jkun fih il-coccidiostats permessi: diclazuril, halofuginone, robenidine, decoquinate u narasin/nicarbazin.

it-22 ta’ Ottubru 2017


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza Komunitarju: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives”


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 204/2009

tas-16 ta’ Marzu 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 fir-rigward tal-estensjoni tal-kwoti ta' tariffi Komunitarji għall-prodotti tal-ġuta u tal-fibra tal-ġewża tal-Indi u biex jikkunsidra l-emendi li saru fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta' tariffi Komunitarji marbutin fil-GATT u ċerti kwoti ta' tariffi Komunitarji oħra u li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-aġġustament tal-kwoti, u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1808/95 (1), b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(b), tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mal-offerta li għamlet fi ħdan il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD) flimkien mal-iskema tagħha ta' preferenzi ġeneralizzati (GSP), fl-1971 il-Komunità introduċiet preferenzi ta' tariffi għall-prodotti magħmulin mill-ġuta u mill-fibra tal-ġewż tal-Indi li joriġinaw f'ċerti pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw. Dawn il-preferenzi ħadu l-għamla ta' tnaqqis gradwali tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni u, mill-1978 sal-31 ta’ Diċembru 1994, is-sospensjoni sħiħa ta' dawn id-dazji.

(2)

Minn mindu daħlet fis-seħħ l-iskema GSP fl-1995, il-Komunità fetħet, flimkien mal-GATT, kwoti ta' tariffi Komunitarji awtonomi b'dazju żero għal kwantitajiet speċifiċi ta' prodotti tal-ġuta u tal-fibra tal-ġewża tal-Indi. Il-kwoti tat-tariffi li nfetħu għal dawk il-prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 32/2000 ġew estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2008 taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2158/2005 (2)

(3)

Hekk kif l-iskema tal-GSP ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2011 taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (3) li japplika preferenzi ġeneralizzati fit-tariffi, l-arranġament għal kwoti ta' tariffi għall-prodotti tal-ġuta u tal-fibra tal-ġewża tal-Indi għandu jiġi estiż ukoll sal-31 ta’ Diċembru 2011.

(4)

Fin-Nomenklatura Magħquda għall-2009, stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (4), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008 (5), il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (il-kodiċijiet NM) għal ċerti prodotti ġew emendati. L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 jirreferi għal xi wħud minn dawn il-kodiċijiet NM, u għalhekk jeħtieġ li jiġi aġġustat.

(5)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 32/2000 għandu jiġi emendat kif inhu xieraq.

(6)

Billi r-Regolament (KE) Nru 1031/2008 jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-rigward tan-numri tas-serje 09.0107, 09.0109 u 09.0111, fil-ħames kolonna (“il-perjodu tal-Kwota”) tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 32/2000, il-kliem “mill-1.1.2006 sal-31.12.2006, mill-1.1.2007 sal-31.12.2007 u mill-1.1.2008 sal-31.12.2008” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “mill-1.1.2009 sal-31.12.2009, mill-1.1.2010 sal-31.12.2010 u mill-1.1.2011 sal-31.12.2011”.

Artikolu 2

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fl-ewwel parti tal-Anness IV, għan-numru tas-serje 09.0104, il-kodiċi NM “6406 99 80” fit-tieni kolonna hija sostitwita bil-kodiċi NM “6406 99 85”.

(b)

Fit-tieni parti tal-Anness IV, il-kodiċijiet għan-numru tas-serje 09.0104, jiġu emendati kif ġej:

(i)

Fir-ringiela tal-kodiċi NM “6406 10 19”, għandha titħassar il-kodiċi tat-TARIC “10” fit-tielet kolonna;

(ii)

Il-kodiċijiet NM “6406 10 11” u “6406 10 19” huma sostitwiti bil-kodiċi NM “6406 10 10”;

(iii)

Il-kodiċi NM “6406 99 80” fit-tieni kolonna huwa sostitwit bil-kodiċi NM “6406 99 85”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 5, 8.1.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 319M, 29.11.2008, p. 282.

(3)  ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(5)  ĠU L 291, 31.10.2008, p.1.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 205/2009

tas-16 ta' Marzu 2009

li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjonijiet ta' denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Riso Nano Vialone Veronese (IGP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2006 (1), u partikolarment it-tieni sentenza tal-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u fid-dawl tal-Artikolu 17(2) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja biex jiġu approvati emendi lill-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Riso Nano Vialone Veronese”, irreġistrata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tal-Kummissjoni (2) kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/96 (3).

(2)

It-talba għandha l-għan li temenda l-ispeċifikazzjoni tal-prodott f’dak li għandu x’jaqsam mad-deskrizzjoni tal-prodott. L-ewwel emenda tispeċifika li ż-żrieragħ użati għandhom ikunu tal-varjetà Vialone Nano. It-tieni emenda għandha x’taqsam mal-karatteristiċi bijometriċi tal-qmuħ tar-ross u tiffissa valuri minimi jew massimi minflok il-valuri medji li s’issa huma indikati. It-tielet emenda tikkonċerna l-parametri fiżiko-kimiċi (amiloża, ġelatinizzazzjoni, konsistenza, viskożità).

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emendi konċernati u kkonkludiet li huma ġustifikati. Billi l-emendi huma minuri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni tista' tapprovahom mingħajr rikors għall-proċedura stipulata fl-Artikoli 5, 6 u 7 tal-istess Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Riso Nano Vialone Veronese”, huma b'dan emendati skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-iskeda konsolidata tal-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjonijiet tinsab fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19


ANNESS I

B'dan huma approvati l-emendi li ġejjin għall-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Riso Nano Vialone Veronese”:

“Deskrizzjoni tal-prodott”:

1)

Fl-Artikolu 4(5):

minflok:

“Iż-żrieragħ tal-Vialone Nano użati m'għandhomx ikunu infettati minn parassiti kriptogami, fost l-oħrajn: pircularia oryzæ, fusarium monoliforme, drechslera oryzæ. Iż-żrieragħ għandhom ikunu ċċertifikati mill-ENSE”.

għandu jinqara:

“Iż-żrieragħ użati għandhom ikunu tal-varjetà Vialone Nano u għandhom ikunu ċċertfikati mill-ENSE.”

2)

Fl-Artikolu 6(1), fir-rigward tal-karatteristiċi bijometriċi tal-qamħa,

minflok:

“tul

:

5,7 mm;

wisa’

:

3,5 mm;

ħxuna

:

2,1 mm;

forma (tul/wisa')

:

1,6”,

għandu jinqara:

“tul

:

minn 5,6 mm sa 5,8 mm;

wisa’

:

minn 3,4 mm sa 3,6 mm;

ħxuna

:

minn 2,0 mm sa 2,2 mm;

forma (tul/wisa')

:

minn 1,5 sa 1,7 ”;

3)

Fl-Artikolu 6(4), fir-rigward tal-parametri fiżiki-kimiċi,

minflok:

“amiloża

:

mhux aktar minn 23 %

ħin għall-ġelatinizzazzjoni

:

15,5-16,5 minuti;

indiċi tal-konsistenza

:

aktar minn 0,90 kg/cm

indiċi tal-viskożità

:

inqas minn 1,1 g/cm”

għandu jinqara:

“amiloża

:

mhux inqas minn 21 % m.s.;

ħin għall-ġelatinizzazzjoni

:

bejn 15 u 20 minuta;

indiċi tal-konsistenza

:

mhux inqas minn 0,85 kg/cm2;

indiċi tal-viskożità

:

mhux aktar minn 2,5 g/cm”


ANNESS II

SINTESI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel

“RISO NANO VIALONE VERONESE”

Nru tal-KE: IT-PGI-0117-1529-16.02.2001

DPO ( ) IGP (X)

Din is-sintesi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b’għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem

:

MINISTERO DELLE POLITICHE AGRICOLE ALIMENTARI E FORESTALI

Indirizz

:

Via XX Settembre n. 20 – 00187 ROMA

Tel.

:

06-4819968

Feks

:

06-42013126

Posta elettronika

:

qtc3@politicheagricole.it

2.   Grupp:

Isem

:

Consorzio Tutela Riso Vialone Nano Veronese IGP

Indirizz

:

Via Mazzini, 2b – 37063 Isola della Scala (VR)

Tel.

:

045 6630815

Feks

:

045 7300397

Posta elettronika

:

Kompożizzjoni

:

produtturi/proċessuri (X) Oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.6 —

Frott, ħaxix u ċereali

4.   Speċifikazzjoni:

(sommarju tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

“Riso Nano Vialone Veronese”

4.2.   Deskrizzjoni:

Speċi b’ċiklu veġetattiv semi-prekoċi, ta’ daqs mezzan, b'qamħa żgħira, mutikata, perlata. Ġenealoġija: Nano x Vialone;

Varjetà: Japonica;

Sena tal-ewwel kultivazzjoni: 1937;

Ċiklu veġetattiv: 155 jum ;

Tul taz-zokk: 95,2 cm;

Lewn in-nodi: vjola;

Lewn internodali: strixxi vjola;

Sieq il-werqa: strixxi vjola; imdendla;

Lewn l-għata: vjola;

Lewn l-awrikoli: vjola;

Lewn il-ġonot: vjola;

Ligula: tul 17,0 mm, tip bifidu lewn vjola; werqa nieżla 'l isfel

Żbula: tul 17,8 cm, imdendla, miftuħa, pronunzjata, mutika;

Lewn l-istimma: pigmentat;

Lewn il-glume: vjola-kannella;

Lewn il-glumelli: karina vjola-kannella, kalotta vjola kannella, apiċi vjola kannella;

Spika żgħira: bla sifa, pilożità medja, tul 8,1 mm, wisa' 4,1 mm, piż ta' 1 000 37,9 g;

Karossidi: perikarpu abjad, tul ta' 5,6 mm sa 5,8 mm, wisa' ta' 3.4 mm sa 3.6 mm, ħxuna ta' 2,0 mm sa 2,2 mm, forma (tul/wisa') 1.5 sa 1.7, piż ta' 1 000 qamħa 31,1 g;

Tolleranza għall-kesħa: plantula kbira, żmien tal-fjoritura medju; tolleranza għall-ilma fond (40-50) kbira;

Ħeffa tal-iżvilupp tal-plantula: kbira; livell ta' fertilità meħtieġ: medju; rendiment mal-ipproċessar 55 %.

Sabiex ikun hemm aktar differenzjazzjoni għar-Riso Vialone Nano Veronese:

għall-impuritajiet tal-varjetajiet, limitu massimu awtorizzat ta' 2 %; il-parametri fiżiko-kimiċi li ġejjin għandhom ukoll jintlaħqu:

:

amiloża

:

mhux inqas minn 21 % m.s.;

:

ħin għall-ġelatinizzazzjoni

:

bejn 15 u 20 minuta;

:

indiċi tal-konsistenza

:

mhux inqas minn 0,85 kg/cm2;

:

indiċi tal-viskożità

:

mhux aktar minn 2,5 g/cm

4.3.   Żona ġeografika:

Il-parti tan-nofsinhar tal-provinċja ta' Verona. Il-muniċipalitajiet ta’: Mozzecane, Nagarole Rocca, Vigasio, Trevenzuolo, Erbè, Sorgà, Nogara, Gazza Veronese, Salizzole, Isola della Scala, Buttapietra, Sanguinetto, Concamarise, Casaleone, Cerea, San Pietro di Morubio, Bovolone, Roverchiara, Isola Rizza, Oppeano, Ronco All’Adige, Palù, Zevio u Povegliano Veronese;

4.4.   Prova tal-oriġini:

Kull fażi tal-proċess tal-produzzjoni tiġi mmonitorjata billi jiġu ddokumentati, għal kull fażi tal-produzzjoni, il-prodotti li jidħlu u l-prodotti li joħorġu. Dan il-monitoraġġ, minbarra t-tlestija tar-rekords ipprovduti għal dan il-għan ġestiti mill-organu ta' spezzjoni tal-istabbilimenti tal-produtturi u tal-imballaġġ, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet dwar is-sistema għall-monitoraġġ tal-kwantitajiet prodotti, jiggarantixxi li tkun żgurata t-traċċabilità tal-prodott. Kull persuna naturali jew ġuridika mniżżla f'dawn il-listi hija suġġetta għall-verifiki mill-istruttura tal-monitoraġġ.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

Iż-żrieragħ użati għandhom ikunu tal-varjetà Vialone Nano u għandhom ikunu ċċertfikati mill-ENSE.

Meta mqabbel ma' varjetajiet riċenti oħra, ir-Riso Vialone Nano, li ma jrendix daqstant, huwa suxxettibbli għall-ġlata tar-ross, faċilment jitgħattan, u huwa ross li jeħtieġ kura u attenzjoni partikolari.

Fiż-żona msemmija, il-ħamrija Veroniża, l-ilma tan-nixxiegħa, il-klima u n-newba jipprovdu sett bilanċjat ta' fatturi li jippermettu liċ-ċiklu tat-tkabbir iseħħ mingħajr intoppi, biex b'hekk tiġi prodotta kariossidi b'qamħa ċentrali estiża, li mhux dejjem tinsab f'żoni oħra ta' tkabbir ir-ross.

Ta' min wieħed isemmi li l-ħamrija Veroniża, li hija ħafifa u ċara, għandha valur pH ta' 7,5 jew aktar, minħabba l-preżenza tal-kalċju, u li l-ilma wkoll huwa dejjem alkalin.

Din il-karatteristika alkalina partikolari tikkaratterizza u tiddistingwi b'mod ċar l-ambjent tal-għelieqi tar-ross fiż-żona ta' Verona minn dak misjub f'bosta żoni Taljani fejn jitkabbar ir-ross, li sikwit ikunu aċidużi u neqsin mill-kalċju.

Ta' min wieħed issemmi li l-ipproċessar iseħħ fl-imtieħen lokali, li huma l-werrieta diretta tal-“pile da riso” tas-seklu 16, li xi wħud minnhom għadhom attivi sal-lum. Hawnhekk il-ħliefa tar-ross titneħħa bis-saħħa ta' lidi mmexxijin bil-qawwa tal-ilma. Minkejja li issa l-proċess tal-produzzjoni jsir b'makkinarju modern, il-proċess jimxi skont kriterji u jfittex riżultati mnebbħa minn tradizzjoni ta' sekli sħaħ. Il-qamħa qatt ma tinfesdaq jew titbajjad għal kollox; il-qamħa tibqa' parzjalment mgħottija mill-perikarpu u din hija l-aħjar kundizzjoni li fiha tista' tintuża għat-tħejjija tar-risotto tipiku Veroniż.

4.6.   Rabta:

Il-produzzjoni tar-Riso Vialone Nano Veronese tista' ssir fiż-żona definita minħabba li għandha klima uniformi. Il-freskezza u l-purezza tal-ilma tan-nixxiegħa, li hija pjuttost tipika taż-żona, tagħmel dan possibbli. F'dawn iż-żoni, ir-ross jiġi kkultivat bin-newba, u dan inaqqas sew l-użu ta' prodotti għall-ħarsien ta' pjanti u fertilizzanti kimiċi.

Il-karatteristiċi tal-ħamrija misjuba fiż-żona ta' Verona ivarjaw minn dawk ta' żoni oħra tat-tkabbir tar-ross minħabba:

il-pH tal-ħamrija, li huwa dejjem alkalin;

l-ilma tan-nixxiegħa li ġej minn blat tal-ġir, u għalhekk huwa alkalin ukoll;

it-tradizzjonijiet tat-tkabbir li s'issa baqgħu iżommu mal-wirt tat-tkabbir tar-ross

4.7.   Struttura tal-kontroll:

Isem

:

Ente Nazionale Risi

Indirizz

:

Piazza Pio XI, 1 – 20123 MILANO

Tel.

:

02 8855111

Feks

:

02 861372

Posta elettronika

:

info@enterisi.it

4.8.   Tikkettar:

Ir-ross jiġi imballat fi qratas tal-karta bit-tikketta tal-mitħna assoċjata u t-tikketta ta' protezzjoni.

It-tikketta jrid ikollha l-kliem “Riso Nano Vialone Veronese IGP”

Il-logo jikkonsisti minn rappreżentazzjoni bl-abjad ta' Cangrande della Scala fuq żiemel, sbula safra tar-ross fuq sfond iswed; u f'qiegħ il-logo stampa tal-arma ta' Verona, b'sellum aħmar fuq sfond isfar.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Diċembru 2008

dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 60/07 mogħtija mill-Italja lil Fluorite di Silius S.p.A.

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7805)

(It-test Taljan biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/239/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom f’rabta mad-dispożizzjonijiet (1) imsemmijin hawn fuq, u wara li qieset dawn l-osservazzjonijiet,

Billi:

I.   IL-PROĊEDURA

(1)

Fil-11 ta’ Diċembru 2007 il-Kummissjoni infurmat lill-Italja li hi ddeċidiet biex tibda l-proċedura formali ta’ investigazzjoni kif msemmija fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna mogħtija lil Fluorite di Silius SpA. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni sabiex tibda l-proċedura kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom.

(2)

Fis-17 ta’ Jannar 2008 il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet mill-Italja dwar il-ftuħ ta’ proċedimenti formali. Fl-20 ta’ Frar 2008 il-Kummissjoni bagħtet id-deċiżjoni ta’ ftuħ lit-tliet kumpaniji li kienu kkummentaw dwar il-bidu ta’ investigazzjoni formali f’każ relatat C 16/06 Nuova Mineraria Silius (3). Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn tliet kumpaniji, rispettivament fit-3 ta’ Marzu 2008, fl-4 ta’ Marzu 2008 u fil-5 ta’ Marzu 2008. Fit-28 ta’ April 2008 l-osservazzjonijiet ta’ partijiet terzi kienu mibgħuta l-Italja għal kummenti.

(3)

Fit-18 ta’ Marzu 2008 saret laqgħa bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Taljani. Fil-15 ta’ Mejju 2008 ntbagħtet rikjesta għall-informazzjoni l-Italja; l-Italja rrispondiet permezz ta’ ittra reġistrata fl-10 ta’ Ġunju 2008.

II.   DESKRIZZJONI

(4)

Fit-8 ta’ Frar 2007 il-Kummissjoni rċeviet ilment li jallega li r-Reġjun ta’ Sardenja kien qiegħed jippjana li: (i) joħroġ sejħa għall-offerti għal konċessjoni għat-tħaffir fil-minjiera Genna Tres Montis, li ġiet ċeduta minn Nuova Mineraria Silius (“NMS”) fil-25 ta’ Lulju 2006; (ii) iwaqqaf kumpanija ġdida, Fluorite di Silius SpA., li kienet se tieħu sehem fl-offerta in kwestjoni; u (iii) jittrasferixxi l-ex impjegati kollha tal-Nuova Mineraria Silius għand Fluorite di Silius S.p.A.

(5)

F’Ġunju 2006 ir-Reġjun ta’ Sardenja għamel abbozz ta’ pjan ta’ negozju (Programma di intervento e gestione) sabiex jitkompla t-tħaffir f’Genna Tres Montis. F’Settembru 2006 il-Bank CIS għamel studju ta’ probabbiltà li kkonkluda li l-pjan kien ekonomikament vijabbli. Fuq il-bażi ta’ dan l-istudju, fl-4 ta’ Ottubru 2006 ir-Reġjun ddeċieda (4) li jwaqqaf kumpanija li tagħmel offerta għall-konċessjoni tat-tħaffir fil-proċedura tal-offerti. Fluorite di Silius S.p.A. kienet imwaqqfa wara, kienet totalment ta’ propjetà tar-Reġjun ta’ Sardenja.

(6)

L-attività prinċipali tal-kumpanija l-ġdida hi l-istess bħall-attività prinċipali ta’ Nuova Mineraria Silius jiġifieri l-produzzjoni u bejgħ ta’ fluorite (5) u galena (6). Il-pjan tan-negozju ta’ Fluorite di Silius S.p.A. kien ibbażat fuq l-estrazzjoni ta’ xi 2.23 miljun tunnellata ta’ minerali, li skont estimi kurrenti (7) se jeżawrixxi r-riżervi eżistenti tal-minjiera. Bħal fil-każ ta’ Nuova Mineraria Silius, il-parti l-kbira tal-produzzjoni kellha tinbiegħ lil Fluorsid SpA, fornitur tal-aċidu idrofluworiku, li minnha r-Reġjun ta’ Sardenja kellu 40 %.

(7)

L-offerta għall-konċessjoni tal-minjiera kienet ippubblikata fid-9 ta’ Marzu 2007. Fit-23 ta’ Mejju 2007 il-kumitat tal-għażla ddeċida li jagħti l-konċessjoni tal-minjiera lill-unika parteċipant tal-kompetizzjoni, jiġifieri, Fluorite di Silius S.p.A.

(8)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat rigward il-miżuri msemmija hawn fuq minħabba tliet raġunijiet.

(9)

L-ewwel, is-sejħa għall-offerti għamlitha kundizzjoni li l-ħaddiema kollha ta’ Nuova Mineraria Silius kellhom ikunu ingaġġjati għal mill-anqas ħames snin qabel ma din il-kumpanija titpoġġa għal-likwidazzjoni, inkluż persunal kopert mill-iskema ta’ mobbiltà tal-ħaddiema u l-ġerarkija u l-pagi tagħhom kellhom jiġi salvagwardjati. Il-Kummissjoni hi tal-opinjoni li offerti li jinkludu kundizzjonijiet li mhumiex tas-suq ta’ dak it-tip ma jissodisfawx it-test tal-investitur li jopera f’ekonomija tas-suq. B’mod partikolari, tali kundizzjonijiet wisq probabbli jagħtu vantaġġ mill-anqas lill-attività li qed tinbiegħ, peress li dik l-attività ġiet sollevata mill-pressjoni ġejja mill-kompetizzjoni, u hi ffinanzjata minn dħul rinunzjat mill-Istat (8).

(10)

It-tieni, il-Kummissjoni kellha dubji jekk ir-Reġjun kienx aġixxa ta’ investitur li jopera fuq ekonomija tas-suq meta waqqaf Fluorite di Silius S.p.A. sabiex din il-kumpanija tkun tista’ tagħmel offerta għall-konċessjoni tal-minjiera fuq bażi ta’ pjan ta’ negozju b’rata ta’ ritorn intern ta’ 3,5 % (9) li kien jidher b’mod ċar li kien anqas mill-medja għall-industrija (10) u anqas mill-ispejjeż tal-għażla tal-investitur mkejjel b’referenza għall-bonds tal-Istat (11).

(11)

It-tielet, id-Dipartiment tal-Minjieri ssottometta rapport (istruttoria) dwar il-każ lir-Reġjun Awtonomu ta’ Sardinja fis-6 ta’ Ġunju 2007 li fih enfasizza li t-tul taż-żmien tal-proġett (disa’ snin), ma jagħtix ċans għal deprezzament komplet u rkupru tal-investiment previsti fil-qafas tal-pjan tan-negozju ta’ Fluorite di Silius S.p.A. (circa EUR 36,76 miljun). Anzi, l-investiment mhux kopert se jkun sostanzjali, xi EUR 13,5 miljun, jew 36 % tat-total (12). Deprezzament aktar rapidu tal-assi jkun imur kontra r-regoli tal-kontabilità tal-Italja, u jirrapreżenta f’kull każ piż addizzjonali fuq il-profitti tal-kumpanija. Il-Kummissjoni għalhekk kellha dubji jekk il-punti ewlenin fil-pjan tan-negozju ikunux aċċettabbli għal investitur li jopera fl-ekonomija tas-suq.

(12)

Fit-18 ta’ Marzu 2008 saret laqgħa bejn l-awtoritajiet Taljani u l-Kummissjoni fejn hemmhekk il-Kummissjoni kompliet tispjega l-problemi li kienet semmiet fid-deċiżjoni rigward il-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Permezz ta’ ittra li waslet fis-16 ta’ April 2008 u reġistrata fis-17 ta’ April 2008 l-awtoritajiet Taljani infurmaw lill-Kummissjoni li l-offerta għall-konċessjoni tat-tħaffir kienet ġiet ikkanċellata. Permezz ta’ ittra datata 10 ta’ Ġunju 2008 u reġistrata fl-istess data, l-awtoritajiet Taljani taw kopja tal-pass formali li kkanċella l-offerta li kienet datata 8 ta’ April 2008 (13). Fl-istess ittra l-awtoritajiet Taljani ddikjaraw li l-pjan industrijali ta’ Fluorite di Silius S.p.A., li l-fattibilità tiegħu kien ġie diskuss fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, issa ġie abbandunat.

(13)

Permezz ta’ ittra datata 16 ta’ April 2008 u reġistrata fis-17 ta’ April 2008, l-awtoritajiet Taljani infurmaw lill-Kummissjoni li kellhom l-intenzjoni li jippubblikaw sejħa ġdida għall-offerti mingħajr il-kundizzjoni li l-ex impjegati kollha ta’ Nuova Mineraria Silius għandhom jiġu mpjegati (ara premessa 9). L-awtoritajiet Taljani ssottomettew ukoll lill-Kummissjoni kopja tas-sejħa tal-offerti li ma kienx fiha l-ebda kundizzjoni dwar l-impjieg ta’ ex-persunal.

(14)

Permezz ta’ ittra datata 10 ta’ Ġunju 2008 u reġistrata fl-istess data, l-awtoritajiet Taljani ddikjaraw li jekk il-kumpanija kellha tiddeċiedi li tieħu sehem fis-sejħa għall-offerti li ġiet imħabbra reċentement, se jkun ippreżentat pjan industrijali ġdid. L-awtoritajiet Taljani mpenjaw ruħhom li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-riżultat tas-sejħa għall-offerti l-ġdida u dwar min ikun rebaħ il-konċessjoni, jekk ikun il-każ, li kienet ġiet rifjutata minn Nuova Mineraria Silius. L-awtoritajiet Taljani mpenjaw ruħhom ukoll sabiex jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, bil-pjan industrijali ta’ min ikun rebaħ (14).

(15)

Il-Kummissjoni tosserva li jekk Fluorite di Silius S.p.A., li hi kompletament propjetà tar-Reġjun ta’ Sardenja, tiddeċiedi li tieħu sehem fis-sejħa għall-offerti l-ġdida, il-pjan ta’ negozju tagħha jrid ikun f’konformità mal-prinċipji tal-investitur li jopera f’ekonomija tas-suq.

(16)

Is-sejħa tal-offerta li nkludiet il-kundizzjoni dwar l-impjieg ta’ ex-persunal ġiet ikkanċellata u għalhekk l-element tal-għajnuna mill-Istat li seta’ kien fiha ma għadhiex teżisti, u Fluorite di Silius S.p.A. ma tistax tibqa’ tiġi kkunsidrata benefiċjarja potenzjali tal-għajnuna. Il-pjan industrijali preżentat b’konnessjoni mas-sejħa tal-offerta ġie fl-istess ħin abbandunat. Jista' jiġi konkluż li l-proċess ta’ proċedura formali ta’ investigazzjoni ma għandux aktar importanza u għandu jingħalaq.

III.   KONKLUŻJONI

(17)

Peresss li l-proċedura formali ta’ investigazzjoni bdiet minħabba s-sejħa għall-offerta, soġġetta għall-kundizzjonijiet, għall-għoti tal-konċessjoni għat-tħaffir ta’ Genna Tres Montis; u peress li s-sejħa għall-offerta issa ġiet ikkanċellata, l-investigazzjoni m’għad għandha l-ebda siwi.

(18)

Għalhekk, il-proċedura formali ta’ investigazzjoni li bdiet fil-11 ta’ Diċembru 2007 taħt l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna mogħtija lil Fluorite di Silius S.p.A., għandha tingħalaq,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċedura formali ta’ investigazzjoni dwar Fluorite di Silius S.p.A li bdiet fil-11 ta’ Diċembru 2007 taħt l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE qiegħda hawnhekk tingħalaq.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 30, 2.2.2008, p. 28.

(2)  ĠU C 30, 2.2.2008, p. 28.

(3)  ĠU L 185, 17.7.2007, p. 18.

(4)  Reżoluzzjoni nru.42/17 tar-Reġjun ta’ Sardenja. Fuq din ir-Reżoluzzjoni, fit-2 ta’ Novembru 2008 ġiet adottata Liġi reġjonali nru 16 li ġiet ippubblikata fil-gazzetta uffiċjali Bollettino Ufficiale tar-Reġjun ta’ Sardenja nru 36 fl-4 ta’ Novembru 2006.

(5)  Il-Fluorite (imsejjaħ ukoll fluorspar) huwa użat prinċipalment għall-produzzjoni tal-aċidu idrofluworiku (li hu użat għall-fabbrikazzjoni ta’ fluworidu tal-aluminju, għall-produzzjoni tal-aluminju permezz tal-elettroliżi).

(6)  Sulfat taċ-ċomb.

(7)  Ir-riżervi ġew ikkalkolati fil-31 ta’ Mejju 2006.

(8)  Ara per eżempju d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C 46/2007 (ex n. 59/07) tas-27 ta’ Frar 2008, ir-Rumanija, Automobile Craiova (ex Daewoo, ir-Rumanija), ĠU L 239, 6.9.2008, p. 12.

(9)  N.B. Il-kumitat aġġudikanti rrifera għal rata interna ta’ rendiment ta’ 9,4 %. Iżda d-Dipartiment tar-Reġjun tal-Minijieri (Servizio Attività Estrattive) ta’ Sardinja ddikjara li din il-figura ma tiħux in kunsiderazzjoni tal-kapital inizjali provdut mir-Reġjun (EUR 2 miljuni), tat-taxxi, tal-cash flow negattiv fl-aħħar tal-proġett minħabba l-għeluq tal-mina (sigurtà u restorazzjoni tal-ambjent), u ftit aktar pagamenti oħra. Ir-rata interna ta’ ritorn ikkalkulata mid-Dipartiment tal-Minjieri hi ta’ 4,16 %.

(10)  Li kien 8 % skont il-verżjoni ta’ Settembru 2006 tal-Bank CIS.

(11)  Li kien 5-6 % skont il-kumitat li ta l-ġudizzju (minuti tal-21 ta’ Mejju 2007).

(12)  L-istess rapport sab li l-attività jkollha testendi b’3,2 snin aktar sabiex jkopri dawk l-assi. Iżda ma jistax jiġi aċċertat jekk il-minjiera kellhiex 800 000 tunnellata addizzjonali li jippermettu estensjoni tal-attività (u, f’kull każ, id-dewmien tal-konċessjoni kien limitat għal għaxar snin).

(13)  Id-Deċiżjoni tad-Dipartiment tal-Minjiera tar-Reġjun ta’ Sardenja nru 4336/146 tat-8 ta’ April 2008.

(14)  Soġġett għad-drittijiet ta’ kunfidenzjalità tal-partijiet.


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ Marzu 2009

li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1327)

(2009/240/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness I, it-Taqsima I.3., l-Anness II, it-Taqsima II.3. u l-Anness III, it-Taqsima III.3 għad-Direttiva 2008/68/KE fihom listi ta’ derogi nazzjonali, li jippermettu li jitqiesu ċirkustanzi speċifiċi nazzjonali. Dawn il-listi għandhom jiġu aġġornati biex jinkludu derogi nazzjonali ġodda.

(2)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa xieraq li dawn it-Taqsimiet jiġu ssostitwiti kompletament.

(3)

Għalhekk id-Direttiva 2008/68/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont il-fehma tal-Kumitat għat trasport tal-oġġetti perikolużi mwaqqaf mid-Direttiva 2008/68/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni huma awtorizzati li jimplimentaw id-derogi stipulati fiha dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom.

Dawn id-derogi għandhom jiġu applikati mingħajr diskriminazzjoni.

Artikolu 2

L-Anness I, it-Taqsima I.3, l-Anness II, it-Taqsima II.3. u l-Anness III, it-Taqsima III.3 għad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.


ANNESS

L-Anness I, it-Taqsima I.3, l-Anness II, it-Taqsima II.3 u l-Anness III, it-Taqsima III.3, għad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I, it-Taqsima I.3, hija sostitwita b’dan li ġej:

“I.3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) ta’ din id-Direttiva.

Numerazzjoni tad-derogi: RO-a/bi/bii-MS-nn

RO = Triq

a/bi/bii = l-Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS = Taqsira għal Stat Membru

nn = numru tal-ordni

Msejjes fuq l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE

BE il-Belġju

RO–a–BE-1

Suġġett: Klassi 1 – Kwantitajiet żgħar.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1., għal din id-Direttiva: 1.1.3.6

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: 1.1.3.6 jillimita għal 20 kg il-kwantità ta’ splussiv għall-minjieri li jista’ jiġi trasportat f’vettura ordinarja.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-operaturi ta’ ċentri ‘l bogħod minn żoni ta’ provvista jistgħu jkunu awtorizzati jġorru 25 kg ta’ dinamite jew splussiv qawwi u mhux aktar minn 300 detonatur f’vetturi motorizzati ordinarji, soġġett għall-kundizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti mis-servizz dwar l-isplussivi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Article 111 de l’arrêté royal de 23 septembre 1958 sur les produits explosifs.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–BE– 2

Suġġett: It-trasport ta’ kontenituri vojta mhux imnaddfa li fihom kien hemm prodotti ta’ klassijiet differenti.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1.1.6

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Indikazzjoni fuq id-dokument tat-trasport “kontenituri vojta mhux imnaddfa li fihom kien hemm prodotti ta’ klassijiet differenti”.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga 6-97.

Kummenti: Deroga rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru. 21 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–BE-3

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–a–UK-4.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–BE-4

Suġġett: eżenzjoni mir-rekwiżiti ADR kollha għat-trasport nazzjonali sa massimu ta’ 1 000 lokalizzatur joniku tad-duħħan minn djar privati għall-faċilità tat-trattament fil-Belġju minn ġol-punti tal-ġbir previsti fix-xenarju għall-ġbir selettiv tal-lokalizzaturi tad-duħħan.

Referenza għall-ADR: Ir-rekwiżiti kollha

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva:

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-użu domestiku tal-lokalizzaturi joniċi tad-duħħan mhux sottomess għall-kontroll regolatorju mil-lat radjoloġiku la darba l-lokalizzatur tad-duħħan huwa ta’ tip approvat. It-trasport ta’ dawn il-lokalizzaturi tad-duħħan għal għand l-utent aħħari huwa wkoll eżentat mir-rekwiżiti ADR. (ara 2.2.7.1.2.(d)).

Id-Direttiva 2002/96/KE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) teżiġi l-ġbir selettiv tal-lokalizzaturi tad-duħħan użati ħalli jiġu trattati ċ-ċirkwiti elettroniċi u, għal-lokalizzaturi joniċi tad-duħħan, sabiex jitneħħew is-sustanzi radjoattivi. Biex din is-selezzjoni selettiva tkun possibbli ġie żviluppat xenarju biex iħajjar lid-djar privati jieħdu l-lokalizzaturi tad-duħħan użati tagħhom f’punt tal-ġbir minn fejn dawn id-lokalizzaturi jkunu jistgħu jinġarru lejn il-faċilità tat-trattament xi minn daqqiet permezz ta’ punt tal-ġbir ieħor jew post ta’ ħżin immedjat.

Fil-punt tal-ġbir ikun hemm disponibbli kontenituri tal-metall li jesgħu sa massimu ta’ 1 000 lokalizzatur tad-duħħan. Minn dawn il-punti, kontenitur bħal dawn bil-lokalizzaturi tad-duħħan jista’ jiġi trasportat flimkien ma’ skart ieħor lejn maħżen intermedju jew lejn il-faċilità tat-trattament. Il-pakkett ikun ittikkettat bil-kliem “lokalizzatur tad-duħħan”.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: xenarju għall-ġbir selettiv tal-lokalizzaturi tad-duħħan huwa parti mill-kundizzjonijiet għat-tneħħija tal-istrumenti approvati previsti fl-Artikolu 3.1.d.2 tad-digriet irjali tal-20 ta’ Lulju 2001: ir-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni.

Kummenti: Din id-deroga hija meħtieġa sabiex ikun possibbli l-ġbir selettiv tal-lokalizzaturi joniċi tad-duħħan.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

DE il-Ġermanja

RO–a–DE-1

Suġġett: L-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta ta’ partijiet tal-karozzi bil-klassifikazzjoni 1.4G flimkien ma’ ċerti oġġetti perikolużi (n4).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 4.1.10 u 7.5.2.1

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-ippakkjar mħallta u t-tagħbija mħallta.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: NU 0431 u NU 0503 jistgħu jiġi mgħobbija flimkien ma’ ċerti oġġetti perikolużi (prodotti marbuta mal-manifattura tal-karozzi) f’ċerti ammonti, kif imniżżla fl-eżenzjoni. M’għandux jinqabeż il-valur ta’ 1 000 (komparabbli ma’ 1.1.3.6.4).

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom is-6 ta’ Novembru 2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 28.

Kummenti: Din l-eżenzjoni hija meħtieġa sabiex partijiet tas-sikurezza tal-karozzi jitwasslu bla telf ta’ żmien, skont id-domanda lokali. Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ prodotti, il-ħażna ta’ dawn il-prodotti f’garaxxijiet lokali mhix komuni.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–DE-2

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport u dikjarazzjoni tal-kunsinnatur għal ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi, kif definiti f’1.1.3.6 (n1).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1.1.1 u 5.4.1.1.6

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: kontenut tad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha barra mill-Klassi 7: mhu meħtieġ l-ebda dokument tat-trasport, jekk il-kwantità tal-oġġetti trasportati ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati f’1.1.3.6.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom is-6 ta’ Novembru 2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18.

Kummenti: It-tagħrif mogħti fl-immarkar u t-tikkettar tal-pakketti jitqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali, peress li d-dokument tat-trasport mhux dejjem ikun xieraq fejn tidħol id-distribuzzjoni lokali.

Deroga rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru. 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–DE-3

Suġġett: It-trasport tal-istandards tal-kejl u pompi tal-fjuwil (vojta, mhux imnaddfa).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: Dispożizzjonijiet għan-numri NU 1202, 1203 u 1223.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Imballaġġ, immarkar, dokumenti, struzzjonijiet tat-trasport u l-ġarr, struzzjonijiet għall-ekwipaġġ tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Speċifikazzjoni tar-regolamenti applikabbli u dispożizzjonijiet anċillari għall-applikazzjoni tad-deroga; sa 1 000 l: komparabbli ma’ pakketti vojta, mhux imnaddfa; aktar minn 1 000 l: Konformità ma’ ċerti regolamenti għat-tankijiet; trasport vojt u mhux imnaddaf biss.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom is-6 ta’ Novembru (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 24.

Kummenti: Lista Nru 7, 38, 38a.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–DE-5

Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-pakketti mħallta.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 4.1.10.4 MP2

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Projbizzjoni ta’ imballaġġ mħallat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta’ imballaġġ imħallat ta’ oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u t-trattamenti fil-Klassi 3 u 6.1 (in-numri NU elenkanti) kif lesti għal bejgħ f’imballaġġ imħallat fil-grupp II tal-imballaġġ u fi kwantitajiet żgħar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom is-6 ta’ Novembru (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21.

Kummenti: Listi Nru 30*, 30a, 30b, 30ċ, 30d, 30e, 30f, 30 g.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

DK id-Danimarka

RO–a–DK-1

Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ imballaġġ jew oġġetti li fihom skart jew fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi miġbura minn djar u ċerti impriżi bl-għan li jintremew.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: Il-partijiet 2, 3, 4.1, 5.2, 5.4 u 8.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Il-prinċipji għall-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali, id-dispożizzjonijiet tal-ippakkjar, id-dispożizzjonijiet tal-immarkar u t-tikkettar, id-dokument tat-trasport u t-taħriġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġ ta’ ġewwa jew oġġetti li fihom skart jew fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi miġbura minn djar jew ċerti impriżi jistgħu jiġu ppakkjati flimkien fl-imballaġġ ta’ barra. Il-kontenut tal-imballaġġ kollu ta’ ġewwa u/jew ta’ kull imballaġġ ta’ barra ma għandux jaqbeż il-limiti stabbiliti tal-massa jew tal-volum. Id-derogi mid-dispożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar, id-dokumentazzjoni u t-taħriġ.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, § 4 stk. 3.

Kummenti: Mhuwiex possibbli li ssir klassifikazzjoni preċiża u jiġu applikati d-dispożizzjonijiet kollha tal-ADR meta jinġabar l-iskart jew il-fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi mid-djar u ċerti impriżi, bl-għan li jintremew. L-iskart tipikament jinżamm fl-imballaġġ li nbigħu fih waqt il-bejgħ bl-imnut.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–DK-2

Suġġett: It-trasport bit-triq u fl-istess vettura ta’ pakketti li jkun fihom sustanzi splussivi u ta’ pakketti li jkun fihom id-detonaturi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 7.5.2.2

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-ippakkjar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-regoli tal-ADR għandhom jitħarsu meta jiġu trasportati oġġetti perikolużi bit-triq.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 tal-15 ta’ Awwissu 2001 om vejtransport of farligt gods § 4, stk. l.

Kummenti: Teżisti ħtieġa prattika sabiex ikunu jistgħu jiġu ppakkjati sustanzi splussivi flimkien ma’ detonaturi fl-istess vettura meta dawn l-oġġetti jiġu trasportati minn fejn ikunu maħżuna lejn il-post tax-xogħol u lura.

Meta l-leġiżlazzjoni Daniża dwar it-trasport tal-oġġetti perikolużi tiġi emendata, l-awtoritajiet Daniżi se jippermettu dan it-trasport b’dawn il-kundizzjonijiet:

(1)

Ma jkunux qed jiġu trasportati aktar minn 25 kg ta’ sustanzi splussivi taħt il-Grupp D.

(2)

Ma jkunux qed jiġu trasportati aktar minn 200 biċċa ta’ detonaturi taħt il-Grupp B.

(3)

Id-detonaturi u s-sustanzi splussivi għandhom ikunu ppakkjati separatament f’imballaġġ ċertifikat min-NU skont ir-regoli stipulati fid-Direttiva 2000/61/KE li temenda d-Direttiva 94/55/KE.

(4)

Id-distanza bejn l-imballaġġ li fih id-detonaturi u dak li fih is-sustanzi splussivi għandha tkun mill-inqas metru. Id-distanza għandha titħares anki wara ż-żamma għall-għarrieda tal-brejkijiet. L-imballaġġ li fih sustanzi splussivi u dak li fih detonaturi għandhom jitpoġġew b’mod li ma jkunx possibbli li jitneħħew malajr mill-vettura.

(5)

Għandhom jitħarsu r-regoli kollha l-oħra dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

FI il-Finlandja

RO–a–FI-1

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi f’ċerti ammonti fix-xarabanks u materjali b’radjuattività baxxa fi kwantitajiet żgħar għal għanijiet ta’ kura tas-saħħa u r-riċerka.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 4.1, 5.4.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-imballaġġ, dokumentazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’ċerti ammonti inqas mil-limitu ta’ 1.1.3.6 b’massa massima netta ta’ mhux aktar minn 200 kg fix-xarabanks huwa permess mingħajr l-użu tad-dokument tat-trasport u mingħajr ma jintlaħqu r-rekwiżiti kollha tal-imballaġġ. Waqt it-trasport tal-materjali b’radjuattivà baxxa b’piż massimu ta’ 50 kg għal għanijiet ta’ kura tas-saħħa u għar-riċerka, il-vettura ma hemmx għalfejn tkun immarkata jew mgħammra skont l-ADR.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003; 312/2005).

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–FI-2

Suġġett: Deskrizzjoni tat-tankijiet vojta mniżżla fid-dokument tat-trasport.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1.1.6

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għal imballaġġi vojta u mhux imnaddfa, vetturi, kontejners, tankijiet, vetturi tal-batteriji u kontenituri tal-gass ta’ elementi multipli (“MEGCs”).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fil-każ ta’ vetturi bit-tank, vojta u mhux imnaddfa li fihom inġarru żewġ jew aktar sustanzi bin-numri NU 1202, 1203 u 1223, id-deskrizzjoni fid-dokumenti tat-trasport tista’ timtela bil-kliem “L-aħħar tagħbija” flimkien mal-isem tal-prodott li għandu bl-aktar punt ta’ infjammabbiltà baxx. “Vettura bit-tank vojt, 3, l-aħħar tagħbija: NU 1203 Motor spirit, II”.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–FI-3

Suġġett: Tikkettar u mmarkar tal-unità tat-trasport għall-isplussivi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.3.2.1.1

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għall-immarkar tal-pjanċi oranġjo.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Unitajiet tat-trasport li jittrasportaw (normalment f’vannijiet) ammonti żgħar ta’ splussivi (sa massimu ta’ 1 000 kg (netti)) għall-barrieri u s-siti tax-xogħol jistgħu jiġu ttikkettati fuq quddiem u wara, bl-użu tal-plakards skont il-mudell Nru. 1.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

FR Franza

RO–a–FR-1

Suġġett: It-trasport ta’ tagħmir radjugrafiku portabbli u mobbli tar-raġġi gamma (18).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: L-Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva:

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ tagħmir radjugrafiku tar-raġġi gamma minn utenti f’vetturi speċjali huwa eżentat iżda soġġett għal regoli speċifiċi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par routeArticle 28.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–FR-2

Suġġett: It-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni u ttrattat bħala partijiet anatomiċi kopert min-NU 3291 b’piż ta’ inqas minn jew sa 15-il kg.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: L-Annessi A u B.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-ADR għat-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni u ttrattat bħala partijiet anatomiċi kopert min-NU 3291 b’massa ta’ inqas minn jew sa 15-il kg.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route – Article 12.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–FR-3

Suġġett: It-trasport ta’ sustanzi perikolużi f’vetturi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri (18).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 8.3.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: It-trasport ta’ passiġġieri u sustanzi perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ sustanzi perikolużi f’vetturi tat-trasport pubbliku awtorizzat bħala bagalji tal-idejn: japplikaw biss id-dispożizzjonijiet marbuta mal-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta’ pakki kif stabbilit f’4.1, 5.2 u 3.4.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route – Article 21.

Kummenti: Oġġetti perikolużi għall-użu personali jew inkella għall-użu professjonali proprju biss jistgħu jinġarru f’bagalji tal-idejn. Huma permess kontenituri portabbli tal-gass fl-ammonti meħtieġa għal vjaġġ wieħed għal pazjenti bi problemi respiratorji.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–FR-4

Suġġett: It-trasport personali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ materjali perikolużi (18).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Obbligu ta’ dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport personali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ materjali perikolużi li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti f’1.1.3.6. mhux soġġett għall-obbligu li jkollu dokument tat-trasport kif stipulat f’5.4.1.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route – Article 23-2.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

IE – l-Irlanda

RO–a–IE-1

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ 5.4.0 tal-ADR għal dokument tat-trasport għall-ġarr ta’ pestiċidi tal-Klass 3 tal-ADR, elenkati fi 2.2.3.3 bħala pestiċidi FT2 (b’punt ta’ infjammabbiltà < 23 °C) u l-Klassi 6.1 tal-ADR, elenkati fi 2.2.61.3 bħala pestiċidi T6 likwidi (b’punt ta’ infjammabbiltà anqas minn 23 °C), fejn il-kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi li qed jinġarru ma jaqbżux il-kwantitajiet stipulati f’1.1.3.6 tal-ADR.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għal dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Mhux meħtieġ dokument tat-trasport għall-ġarr ta’ pestiċidi tal-Klassijiet 3 u 6.1 tal-ADR, fejn il-kwantità tal-oġġetti perikolużi li tkun qed tinġarr ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati f’1.1.3.6 tal-ADR.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(9) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004”.

Kummenti: Rekwiżiti iebsa u bla ħtieġa għat-trasport lokali u t-tqassim ta’ dawn il-pestiċidi.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–IE-2

Suġġett: L-eżenzjoni, minn xi dispożizzjonijiet tal-ADR dwar l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta’ kwantitajiet żgħar (inqas mil-limiti f’1.1.3.6) ta’ oġġetti pirotekniċi skaduti u bil-kodiċi tal-klassikazzjoni 1.3G, 1.4G u 1.4S tal-Klassi 1 tal-ADR, li għandhom in-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404 jew NU 0453 għal ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari sabiex jiġu eliminati.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 1.1.3.6, 4.1, 5.2 u 6.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Eliminazzjoni ta’ materjal pirotekniku skadut.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet tal-ADR dwar l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta’ materjal pirotekniku skadut, bin-numri rispettivi NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404 jew NU 0453 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari ma japplikawx sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-imballaġġ tal-ADR jiġu rispettati u tagħrif addizzjonali jiġi inkluż fid-dokument tat-trasport. Dan japplika biss għat-trasport lokali, lejn l-eqreb kwartieri militari, ta’ kwantitajiet żgħar ta’ dan il-materjal pirotekniku skadut bl-għan li jiġu eliminati b’mod sikur.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament 82(10) tal-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Il-ġarr ta’ kwantitajiet żgħar ta’ flares “skaduti” għall-emerġenza fuq il-baħar, speċjalment minn sidien ta’ dgħajjes għad-delizju u minn fornituri marittimi, lejn kwartieri militari biex jiġu eliminati b’mod sikur, partikolarment b’rabta mar-rekwiżiti tal-imballaġġ. Id-deroga hija għall-kwantitajiet żgħar (anqas minn dawk speċifikati f’1.1.3.6) għat-trasport lokali.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–IE-3

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 6.7 u 6.8, fir-rigward tat-trasport bit-triq ta’ tankijiet tal-ħażna nominalment vojta u mhux imnaddfa (għall-ħżin f’postijiet fissi), bl-għan li jitnaddfu, jissewwew, jiġu ittestjati jew skreppjati.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 6.7 u 6.8.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għad-disinn, il-kostruzzjoni, l-ispezzjoni u l-ittestjar tat-tankijiet.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-punti 6.7 u 6.8 tal-ADR għall-ġarr bit-triq ta’ tankijiet tal-ħażna nominalment vojta u mhux imnaddfa (għall-ħżin f’postijiet fissi), bl-għan li jitnaddfu, jissewwew, jiġu ittestjati jew skreppjati sakemm (a) jitneħħew il-pajpijiet kollha imqabbda mat-tank li jkunu raġonevolment jistgħu jitneħħew; (b) jitwaħħal valv tal-pressjoni adatt fit-tank u li għandu jibqa’ operattiv matul il-ġarr; u (ċ) soġġett għal (b) hawn fuq l-aperturi kollha fit-tank u fi kwalunkwe pajp mwaħħal magħhom ġew issiġillati biex jipprevjenu kwalunkwe ħruġ ta’ oġġetti perikolużi, sakemm dan ikun raġonevolment fattibbli.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għall-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004.”

Kummenti: Dawn it-tankijiet jintużaw għall-ħżin ta’ sustanzi f’postijiet fissi u mhux għat-trasport ta’ oġġetti. Dawn ikun fihom kwantitajiet żgħar ħafna ta’ oġġetti perikolużi waqt li jiġu (it-tankijiet) trasportati lejn postijiet differenti għat-tindif, tiswija, eċċ. Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–IE-4

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B tal-ADR, fir-rigward tal-ġarr ta’ ċilindri tal-gass li jintużaw f’distributuri awtomatiċi (tax-xorb) meta jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li ser jintużaw miegħu).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.3, 5.4, 7 u l-Anness B.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: L-immarkar tal-vetturi, id-dokumentazzjoni li għandha tinġarr u d-dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir u l-operazzjonijiet tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B għall-ADR għaċ-ċilindri tal-gass li jintużaw fid-distributuri awtomatiċi tax-xorb, meta dawn iċ-ċilindri tal-gass qed jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li ser jintużaw miegħu).

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: L-attivitajiet prinċipali jikkonsistu fit-tqassim tax-xorb, li mhumiex sustanzi skont l-ADR, flimkien ma’ kwantitajiet żgħar ta’ ċilindri tal-gass meħtieġ għad-distribuzzjoni ta’ dax-xorb.

Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–IE-5

Suġġett: Eżenzjoni, għat-trasport nazzjonali fl-Irlanda, mir-rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-kontenituri, u mid-dispożizzjonijiet dwar l-użu tagħhom, li jinsabu fi 6.2 u 4.1 tal-ADR, għaċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni tal-gassijiet tal-Klassi 2 li ġew trasporti b’mod multimodali, fosthom dak marittimu, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni inbnew, ġew ittestjati u użati skont il-kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni ma jimtlewx mill-ġdid fl-Irlanda iżda ttieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-vjaġġ b’trasport multimodali, u (iii) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni jitqassmu lokalment f’kwantitajiet żgħar.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 1.1.4.2, 4.1 u 6.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet dwar il-vjaġġi b’trasport multimodali, fosthom it-trasport marittimu, l-użu ta’ ċilindri u krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR, u l-kostruzzjoni u l-ittestjar ta’ dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet ta’ 4.1 u 6.2 ma japplikawx għaċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni inbnew u ġew ittestjati skont il-kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jintużaw skont il-kodiċi IMDG, (iii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ġew trasportati lejn il-kunsinnatur permezz ta’ trasport multimodali, fosthom il-ġarr marittimu, (iv) it-trasport ta’ dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni s’għand l-utent aħħari sar fi vjaġġ wieħed, f’ġurnata waħda, mid-destinatarju tal-operazzjoni tat-trasport multimodali (imsemmi fi (iii)), (v) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ma jimtlewx mill-ġdid fi ħdan l-Istat u jittieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-operazzjoni ta’ trasport multimodali (imsemmi fi (iii)) u (vi) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni tqassmu lokalment fi ħdan l-Istat fi kwantitajiet żgħar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Il-gassijiet li jinsabu f’dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għandhom speċifikazzjonijiet, mitluba mill-utenti aħħari, li jirriżultaw fil-ħtieġa li jiġu importati minn barra ż-żona ADR. Ladarba użati, dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni nominalment vojta jeħtieġ jittieħdu lura fil-pajjiż tal-oriġini, sabiex jimtlew mill-ġdid bil-gassijiet espressament speċifikati – ma għandhomx jimtlew mill-ġdid fl-Irlanda u lanqas f’ebda parti oħra taż-żona ADR. Minkejja li mhumiex konformi mal-ADR, huma konformi ma’ u aċċettati għall-għanijiet tal-kodiċi IMDG. It-trasport multimodali, li jibda barra ż-żona ADR, huwa maħsub sabiex jintemm fil-post tal-importatur, fejn hemm l-intenzjoni li ċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jitqassmu fi kwantitajiet żgħar lill-utent aħħari lokalment fi ħdan l-Irlanda. Dan il-ġarr, fl-Irlanda jaqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 6(9) tad-Direttiva 94/55/KE, kif emendat.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

LT il-Litwanja

RO–a–LT–1

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–a–UK-6

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 “Dėl pavojingų krovinių vežimo kelių transportu Lietuvos Respublikoje” (resoluzjoni Nru. 337 tal-Gvern dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq fir-Repubblika tal-Litwanja, adottata fit-23 ta’ Marzu 2000).

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

UK ir-Renju Unit

RO–a–UK-1

Suġġett: Il-ġarr ta’ ċerti oġġetti li jkun fihom materjal b’radjuattività baxxa bħal arloġġi, arloġġi tal-idejn, lokalizzaturi tad-duħħan, boxxli (E1).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: Ħafna mir-rekwiżiti tal-ADR

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta’ materjal tal-Klassi 7.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali għal ċerti prodotti kummerċjali li jkun fihom kwantitajiet limitati ta’ materjal radjuattiv. (Tagħmir mudwal maħsub sabiex jintlibes min-nies; fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja mhux iktar minn 500 lokalizzatur tad-duħħan għall-użu domestiku b’attività individwali li ma taqbiżx l-40 kBq; jew fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja mhux aktar minn ħames biċċiet tagħmir tad-dawl bil-gass tat-tritju b’attività individwali li ma taqbiżx l-10 GBq).

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002: Regulation 5(4)(d). The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(10).

Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal żmien qasir, li ma tibqax aktar meħtieġa meta emendi simili għar-regoli tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (“IAEA”) jiġu inkorporati fl-ADR.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK-2

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport għal ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi (minbarra tal-Klassi 7) kif ddefinit fi 1.1.3.6 (E2).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 1.1.3.6.2 u 1.1.3.6.3.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Eżenzjonijiet minn ċerti rekwiżiti għal ċerti kwantitajiet għal kull unità ta’ trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument tat-trasport mhux meħtieġ għal kwantitajiet limitati, bl-eċċezzjoni fejn dawn jifformaw parti minn tagħbija akbar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(7)(a).

Kummenti: Din l-eżenzjoni hija adatta għat-trasport nazzjonali, fejn dokument tat-trasport mhuwiex dejjem xieraq fil-każijiet li jinvolvu d-distribuzzjoni lokali.

Data ta’ skadenza: It- 30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK-3

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit għall-vetturi li jġorru materjal b’radjuattività livell baxxa sabiex iġorru tagħmir tat-tifi tan-nar (E4).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 8.1.4.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżit għall-vetturi li jġorru għodda għat-tifi tan-nar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ineħħi r-rekwiżit li jinġarr tagħmir għat-tifi tan-nar meta jinġarru kunsinni eżentati biss (NU 2908, 2909, 2910 u 2911).

Jirrestrinġi r-rekwiżit jinġarru biss għadd żgħir ta’ kunsinni.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002: Regulation 5(4)(d).

Kummenti: Il-ġarr ta’ tagħmir tat-tifi tan-nar huwa fil-prattika irrilevanti għat-trasport ta’ NU 2908, 2909, 2910, 2911, li ħafna drabi jistgħu jinġarru f’vetturi żgħar.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK-4

Suġġett: Id-distribuzzjoni ta’ oġġetti fl-imballaġġ intern lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti (bl-esklużjoni ta’ dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożitu ta’ distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarija (N1).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 6.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: L-imballaġġ ma jeħtiġlux ikollu l-marka RID/ADR jew NU u lanqas immarkat b’xi mod ieħor jekk ikun fih oġġetti stipulati fl-Iskeda 3.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(4) and Regulation 36 Authorisation Number 13.

Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-ADR mhumiex adegwati għall-aħħar stadji ta’ ġarr minn depożitu ta’ distribuzzjoni għal għand bejjiegħ bl-imnut jew utent jew minn bejjiegħ bl-imnut għal għand l-utent aħħari. L-għan ta’ din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri ta’ ġewwa tal-oġġetti għad-distribuzzjoni jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr l-imballaġġ ta’ barra.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK-5

Suġġett: Sabiex tkun permessa “kwantità massima totali differenti għal kull unità ta’ trasport” għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-Tabella f’1.1.3.6.3 (N10).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 1.1.3.6.3 u 1.1.3.6.4.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Eżenzjonijiet marbuta mal-kwantitajiet li jinġarru f’kull unità ta’ trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistabbilixxi r-regoli dwar l-eżenzjonijiet għal kwantitajiet limitati u tagħbija mħallta ta’ splussivi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13 and Schedule 5; reg. 14 and Schedule 4.

Kummenti: Biex tippermetti limiti differenti ta’ kwantitajiet għall-oġġetti tal-Klassi 1, jiġifieri “50” għall-Kategorija 1 u “500” għall-Kategorija 2. Sabiex tkun tista’ tiġi kkalkolata tagħbija mħallta, il-fatturi tal-multiplikazzjoni għandhom ikunu “20” għall-Kategorija tat-Trasport 1 u “22” għall-Kategorija tat-Trasport 2.

Preċedentement deroga skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK-6

Suġġett: Iż-żieda tal-massa massima netta ta’ splussiv permessibbli f’vetturi EX/II (N13).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 7.5.5.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Limitazzjonijiet għall-kwantitajiet ta’ sustanzi u oġġetti splussivi li jinġarru.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Limitazzjonijiet fuq il-kwantitajiet ta’ sustanzi u oġġetti splussivi li jinġarru.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13, Schedule 3.

Kummenti: Ir-Regolamenti tar-Renju Unit jippermettu massa massima netta ta’ 5 000 kg f’vetturi tat-Tip II għall-Gruppi ta’ Kompatibbiltà 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1J.

Ħafna oġġetti tal-Klassi 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1J li jiċċaqalqu fl-Ewropa huma kbar jew goffi u bejn wieħed u ieħor jaqbżu t-tul ta’ 2.5 m. Primarjament ikunu oġġetti splussivi għall-użu militari. Il-limitazzjonijiet fuq il-kostruzzjoni tal-vetturi EX/III (li jeħtieġu jkunu vetturi magħluqa) jagħmluha ferm diffiċli sabiex dawn l-oġġetti jitgħabbew u jitħattew. Xi oġġetti jkunu jeħtieġu tagħmir tat-tagħbija u l-ħatt speċjalizzat kemm fil-bidu kif ukoll fit-tmiem tal-vjaġġ. Fil-prattika dan it-tagħmir rarament jeżisti. Hemm biss ftit vetturi EX/III użati fir-Renju Unit u jkun ta’ piż kbir fuq l-industrija jekk tintalab il-kostruzzjoni ta’ aktar vetturi EX/III speċjalizzati biex jġorru dan it-tip ta’ splussiv.

Fir-Renju Unit, l-isplussiv militari jinġarr l-aktar b’vetturi kummerċjali u għalhekk ma jistgħux japprofittaw ruħhom mill-eżenzjoni għall-vetturi militari li teżisti fid-Direttiva Qafas. Sabiex tingħeleb din il-problema, ir-Renju Unit minn dejjem ippermetta l-ġarr sa 5 000 kg minn dawn l-oġġetti f’vetturi EX/II. Il-limitu attwali mhux dejjem suffiċjenti għaliex oġġett jista’ jkun fih aktar minn 1 000 kg ta’ splussiv.

Mill-1950 seħħew biss żewġ inċidenti (it-tnejn li huma fis-snin 50) li kienu jinvolvu splussiv li kien jiżen aktar minn 5 000 kg. L-inċidenti ġraw meta ħa n-nar tajer u minn sistema taħraq tal-egżost li tat in-nar lill-għata tad-drapp. In-nirien setgħu qabdu b’tagħbija iżgħar. Ma kien hemm l-ebda vittma jew korrimenti.

Hemm evidenza empirika li tindika li oġġetti splussivi ppakkjati sew ma tantx jieħdu b’daqqa, eż. f’inċident tat-traffiku. L-evidenza minn rapporti militari u minn dejta ta’ provi tal-impatt ta’ missili juru li sabiex jieħdu l-iskrataċ għandhom bżonn veloċità tal-impatt akbar minn dik li tintlaħaq waqt prova ta’ tfigħ minn għoli ta’ 12-il metru.

L-istandards attwali ta’ sikurezza ma jkunux milquta.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK-7

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ superviżjoni għal kwantitajiet żgħar ta’ ċerti oġġetti tal-Klassi 1 (N12).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 8.4 u 8.5 S1(6).

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti ta’ superviżjoni għal vetturi li jġorru ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tipprovdi għal parkeġġ sikur u faċilitajiet ta’ superviżjoni imma ma teżiġix li ċerti tagħbijiet tal-Klassi 1 issirilhom superviżjoni kostanti kif inhu meħtieġ fi 8.5 S1(6) tal-ADR.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 24.

Kummenti: Ir-rekwiżiti ta’ superviżjoni tal-ADR mhumiex dejjem fattibbli f’kuntest nazzjonali.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK-8

Suġġett: It-tnaqqis tar-restrizzjonijiet fuq it-trasport ta’ tagħbijiet mħallta ta’ esplosiv, u ta’ splussiv ma’ oġġetti perikolużi oħra, f’vaguni, f’vetturi u f’kontejners (N4/5/6).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 7.5.2.1 u 7.5.2.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta’ tagħbija mħallta.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inqas restrittiva fir-rigward ta’ tagħbija imħallta ta’ splussiv, sakemm dan il-ġarr ikun jista’ jitwettaq mingħajr riskju.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 18.

Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-taħlit tal-isplussiv ma’ splussiv ieħor kif ukoll ta’ splussiv ma’ oġġetti perikolużi oħra. Kwalunkwe varjazzjoni għandha jkollha limitu ta’ kwantità fuq wieħed jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija u tkun permessa biss jekk “jkunu ttieħdu il-miżuri raġonevolment prattikabbli kollha sabiex jipprevjenu li l-isplussiv jiġi f’kuntatt ma’, jew b’xi mod jipperikola jew ikun mhedded minn dawn l-oġġetti”.

Eżempji ta’ varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista’ jrid jippermetti huma:

1.

Splussiv bin-numri tal-klassifikazzjoni NU 0029, 0030, 0042, 0065, 0081, 0082, 0104, 0241, 0255, 0267, 0283, 0289, 0290, 0331, 0332, 0360 jew 0361 jista’ jinġarr fl-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi bin-numru tal-klassifikazzjoni NU 1942. Il-kwantità ta’ NU 1942 permessa li tinġarr għandha tkun limitata billi titqies bħala splussiv ta’ 1.1D.

2.

Splussiv kklassifikat bin-numri NU 0191, 0197, 0312, 0336, 0403, 0431, u 0453 jista’ jinġarr fl-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi (bl-eċċezzjoni ta’ gassijiet fjammabbli, sustanzi infettivi u sustanzi tossiċi) tal-kategorija 2 tat-trasport jew ma’ oġġetti perikolużi tal-kategorija 3 tat-trasport, jew kull taħlita tagħhom, sakemm li l-massa jew il-volum totali tal-oġġetti perikolużi tal-kategorija 2 tat-trasport ma jaqbiżx il-500 kg jew litru u l-massa totali netta ta’ dan l-isplussiv ma taqbiżx il-500 kg;

3.

Splussiv ta’ 1.4G jista’ jinġarr flimkien ma’ likwidi u gassijiet fjammabbli fil-kategorija tat-trasport 2 jew ma’ gassijiet li mhumiex fjammabbli jew tossiċi fil-kategorija tat-trasport 3, jew f’xi taħlita tagħhom fl-istess vettura, sakemm li l-massa jew il-volum totali ta’ oġġetti perikolużi flimkien ma jaqbiżx il-200 kg jew litru u l-massa totali netta ta’ splussiv ma taqbiżx l-20 kg.

4.

Oġġetti splussivi bin-numri tal-klassifikazzjoni NU 0106, 0107 jew 0257 jistgħu jinġarru ma’ oġġetti splussivi fil-Grupp ta’ Kompatibbiltà D, E jew F li tagħhom huma komponenti. Il-kwantità totali ta’ splussiv bin-Numri NU 0106, 0107 jew 0257 ma għandhiex taqbeż 20 kg.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK-9

Suġġett: Alternattiva li jintwerew il-pjanċi oranġjo għal kunsinni żgħar ta’ materjal radjuattiv f’vetturi żgħar.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.3.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Il-rekwiżit li jintwerew il-pjanċi oranġjo f’vetturi żgħar li qed iġorru materjal radjuattiv.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti kwalunkwe deroga approvata skont dan il-proċess. Id-deroga meħtieġa hija:

Il-vetturi għandhom jew:

(a)

ikollhom plakard skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-paragrafu 5.3.2 tal-ADR; jew

(b)

fil-każ ta’ vettura li jġorr mhux aktar minn għaxar imballaġġi b’materjal radjuattiv mhux fissili jew fissili iżda mhux radjuattiv u fejn is-somma tal-indiċi tat-trasport ta’ dawn il-pakketti ma taqbiżx il-valur ta’ tlieta, tista’ minflok iġġorr nota f’konformità mar-rekwiżiti elenkati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002 Regolament 5 (4) (d).

Kummenti:

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

Msejjes fuq l-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva 2008/68/KE

BE il-Belġju

RO–bi–BE–1

Suġġett: It-trasport fil-viċinanzi ta’ żoni industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: L-Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: L-Annessi A u B.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-derogi li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni, it-tikkettar u l-immarkar ta’ pakketti, kif ukoll iċ-ċertifikat tas-sewwieq.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Derogi 2-89, 4-97 u 2-2000.

Kummenti: Oġġetti perikolużi trasferiti minn post għall-ieħor

deroga 2-89: qsim ta’ awtostrada pubblika (prodotti kimiċi f’pakketti);

deroga 4-97: distanza ta’ 2 km (lingotti tal-ħadid [pig-iron]) f’temperatura ta’ 600 °C);

deroga 2-2000: distanza ta’ madwar 500 m (Intermediate Bulk Container (“IBC”), PG II, III, Klassijiet 3, 5.1, 6.1, 8 u 9).

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE-3

Suġġett: It-taħriġ għas-sewwieqa.

It-trasport lokali ta’ NU 1202, 1203 u 1223 f’pakketti u f’tankijiet (fil-Belġju, f’raġġ ta’ 75 km mill-post tal-uffiċċju reġistrat).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 8.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva:

Struttura tat-taħriġ:

1.

Taħriġ dwar il-pakketti;

2.

Taħriġ dwar it-tankijiet;

3.

Taħriġ speċjali dwar il-Klassi 1

4.

Taħriġ speċjali dwar il-Klassi 7.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Definizzjonijiet — ċertifikat — ħruġ — duplikati — validità u proroga — organizzazzjoni tal-korsijiet u eżamijiet — derogi — penali — dispożizzjonijiet finali.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għandha tiġi speċifikata f’regolament imminenti.

Kummenti: Huwa propost li jingħata kors inizjali segwit minn eżami limitat għat-trasport tan-NU 1202, 1203 u 1223 f’pakketti u f’tankijiet f’raġġ ta’ 75 km mill-post tal-uffiċċju reġistrat – it-tul tat-taħriġ għandu jkun skont ir-rekwiżiti tal-ADR – wara ħames snin is-sewwieq għandu isegwi kors ta’ aġġornament u jgħaddi minn eżami – iċ-ċertifikat jistipola t-“trasport nazzjonali ta’ NU 1202, 1203 u 1223 skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE”.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE-4

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi f’tankijiet biex jinqerdu permezz tal-inċinerazzjoni.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 3.2.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Permezz ta’ deroga mit-tabella fi 3.2 huwa permess l-użu ta’ kontejner-tank bil-kodiċi tat-tank L4BH minflok bil-kodiċi tat-tank L4DH għall-ġarr ta’ likwidu idroreattiv, tossiku, III, mhux speċifikati b’mod ieħor f’kundizzjonijiet speċifiċi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga 01 – 2002.

Kummenti: Dan ir-regolament jista’ jkun applikat biss għat-trasport ta’ skart perikoluż fuq distanzi qosra.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE-5

Suġġett: Ġarr ta’ skart lejn impjanti ta’ żmaltiment tal-iskart.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1., għal din id-Direttiva: 5.2, 5.4, 6.1 (ir-Regolament l-antik: A5, 2X14, 2X12).

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u rekwiżiti li jikkonċernaw l-imballaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Minflok ma jiġi kklassifikat l-iskart skont l-ADR, l-iskart jinqasam fi gruppi differenti (solventi fjammabbli, żebgħa, aċidi, batteriji, eċċ.) sabiex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi fi ħdan xi grupp. Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni tal-imballaġġ huma inqas restrittivi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrête royal relatif au transport de marchandises dangereuses par route.

Kummenti: Dan ir-regolament jista’ jintuża għal-ġarr ta’ kwantitajiet żgħar ta’ skart sal-impjanti tar-rimi.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE-6

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–SE–5

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE-7

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–SE-6

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE-8

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–UK-2

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

DE il-Ġermanja

RO–bi–DE-1

Suġġett: Tneħħija ta’ ċerti indikazzjonijiet fid-dokument tat-trasport (n2).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1., għal din id-Direttiva: 5.4.1.1.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Il-kontenut tad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha barra l-Klassijiet 1 (bl-eċċezzjoni ta’ 1.4S), 5.2 u 7:

Ebda indikazzjoni mhi meħtieġa fid-dokument tat-trasport:

(a)

għad-destinatarju fil-każ ta’ distribuzzjoni lokali (bl-eċċezzjoni għal tagħbija mimlija u għat-trasport f’ċerti rotot);

(b)

għall-ammont u t-tipi tal-imballaġġ, jekk 1.1.3.6 ma jkunx applikat u jekk il-vettura tkun f’konformità mad-dispożizzjonijiet kollha tal-Annessi A u B;

(ċ)

għal tankijiet vojta u mhux imnaddfa, id-dokument tat-trasport tal-aħħar tagħbija huwa biżżejjed.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-AusnahmeverordnungGGAV 2002 vom 6 ta’ Novembru 2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18.

Kummenti: L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ma tkunx prattikabbli fir-rigward tat-tip tat-traffiku kkonċernat.

Id-deroga hija rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 22. (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–DE-2

Suġġett: Trasport bl-ingrossa ta’ materjal tal-Klassi 9 kontaminat bil-PCB.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 7.3.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Trasport bl-ingrossa.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Awtorizzazzjoni għat-trasport bl-ingrossa f’vetturi bil-kaxex tal-ġarra (swap bodies) jew bil-kontejner issiġillati biex ma jidħolx trab jew likwidi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom 6 ta’ Novembru 2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 11.

Kummenti: Deroga 11 limitata sal-31.12.2004; mill-2005, l-istess dispożizzjonijiet fl-ADR u fl-RID.

Ara wkoll il-Ftehim Multilaterali M137.

Lista Nru 4*.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–DE-3

Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż ippakkettat.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 1 sa 5.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, imballaġġ u mmarkar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Pakketti mħallta u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart għandu jkun ippakkattat f’imballaġġ intern (waqt il-ġbir) u maqsum f’kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f’xi grupp ta’ skart); użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-kategoriji ta’ skart u bħala polza tat-tagħbija; ġbir ta’ skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom 6 ta’ Novembru 2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

DK id-Danimarka

RO–bi–DK-1

Suġġett: NU 1202, 1203, 1223 u l-Klassi 2 – ebda dokument tat-trasport.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport huwa meħtieġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Waqt it-trasport ta’ prodotti minerali taż-żejt tal-Klassi 3, NU 1202, 1203 e 1223 u ta’ gassijiet tal-Klassi 2 b’rabta mad-distribuzzjoni (oġġetti biex jiġu kkonsenjati lil destinatarju jew destinatarji u l-ġbir ta’ oġġetti ritornati f’sitwazzjonijiet bħal dawn), mhux meħtieġ dokument tat-trasport sakemm l-istruzzjonjiet bil-miktub barra mit-tagħrif mitlub fl-ADR, ikun fihom tagħrif dwar in-numru NU, l-isem u l-klassi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 af 15.8.2001 om vejtransport af farligt gods.

Kummenti: Ir-raġuni għal din id-deroga nazzjonali hija li l-iżvilupp tat-tagħmir elettroniku jippermetti pereżempju lill-kumpaniji taż-żejt li jużaw dan it-tagħmir sabiex kontinwament jitrażmettu lill-vetturi tagħrif dwar il-klijenti. Peress li dan it-tagħrif ma jkunx disponibbli fil-bidu tal-operazzjoni tat-trasport u jintbagħat lill-vettura waqt il-vjaġġ tat-trasport, mhux possibbli – qabel ma jibda t-trasport – li jinkitbu d-dokumenti tat-trasport. Dawn it-tipi ta’ trasport huma ristretti għal żoni limitati.

Attwalment teżisti deroga għad-Danimarka għal dispożizzjoni bħal din skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–DK-2

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–SE-6

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendata.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–DK-3

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–UK-1

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendeta.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

EL il-Greċja

RO–bi–EL-1

Suġġett: Deroga għar-rekwiżiti ta’ sikurezza għal tankijiet fissi (vetturi bit-tank), reġistrati qabel il-31 ta’ Diċembru 2001, għat-trasport lokali jew kwantitajiet żgħar ta’ xi kategoriji ta’ oġġetti perikolużi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 1.6.3.6, 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, 6.8.2.1.17-6.8.2.1.22, 6.8.2.1.28, 6.8.2.2, 6.8.2.2.1, 6.8.2.2.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-approvazzjoni tat-tip, l-ispezzjonijiet u t-testijiet, u l-immarkar tat-tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tat-tankijiet li jistgħu jitneħħew u kontejners tank u vetturi bit-tank li jinbidel, bil-qoxra magħmula minn materjal metalliku, u vetturi tal-batterija u MEGCs.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dispożizzjoni tranżitorja: Tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tankijiet li jistgħu jitneħħew u kontenituri tank li ġew irreġistrati għall-ewwel darba fil-Greċja bejn l-1 ta’ Jannar 1985 u l-31 ta’ Diċembru 2001 jistgħu jintużaw sal-31 ta’ Diċembru 2010. Din id-dispożizzjoni tranżitorja tikkonċerna vetturi għat-trasport tal-materjali perikolużi li ġejjin (NU: 1202, 1268, 1223, 1863, 2614, 1212, 1203, 1170, 1090, 1193, 1245, 1294, 1208, 1230, 3262, 3257). Hija intenzjonata biex tkopri kwantitajiet żgħar jew it-trasport lokali għal vetturi reġistrati matul il-perjodu msemmi hawn fuq. Din id-dispożizzjoni tranżitorja għandha tidħol fis-seħħ għall-vetturi bit-tank adattati skont:

1.

Il-paragrafi tal-ADR dwar l-ispezzjonijiet u t-testijiet: 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, (ADR 1999: 211 151, 211 152, 211 153, 211 154).

2.

Ħxuna minima tal-qoxra ta’ 3 mm għat-tankijiet li jkollhom kompartimenti bil-qoxra b’kapaċità sa 3 500 litru, u minn tal-anqas 4 mm ħxuna ta’ ħadid azzarjat għal kompartimenti b’kapaċità sa 6 000 litru, indipendentement mit-tip jew il-ħxuna tal-ħitan diviżorji.

3.

Jekk il-materjal użat ikun aluminju jew metall ieħor, it-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ħxuna u speċifikazzjonijiet tekniċi oħra direvati minn disinji tekniċi approvati mill-awtorità lokali tal-pajjiż fejn dawn kienu rreġistrati qabel. F’in-nuqqas ta’ disinji tekniċi, it-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ 6.8.2.1.17 (211 127).

4.

It-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafi marġinali 211 128, 6.8.2.1.28 (211 129), paragrafu 6.8.2.2 bis-subparagrafi 6.8.2.2.1 u 6.8.2.2.2 (211 130, 211 131).

B’mod aktar preċiż, il-vetturi bit-tank b’massa ta’ inqas minn 4 tunnellati li jintużaw għat-trasport lokali ta’ nafta [gas oil] biss (NU 1202), u reġistrati għall-ewwel darba qabel il-31 ta’ Diċembru 2002, li jkollhom il-ħxuna tal-qoxra inqas minn 3 mm, jistgħu jintużaw biss jekk ikunu mibdula f’konformità mal-paragrafu marġinali 211 127 (5)b4 (6.8.2.1.20).

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές κατασκευής, εξοπλισμού και ελέγχων των δεξαμενών μεταφοράς συγκεκριμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων για σταθερές δεξαμενές (οχήματα-δεξαμενές), αποσυναρμολογούμενες δεξαμενές που βρίσκονται σε κυκλοφορία. (Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-ispezzjonijiet u t-testijiet fuq tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tankijiet li jistgħu jitneħħew li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni, għal xi kategoriji ta’ oġġetti perikolużi).

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO-bi–EL–2

Suġġett: Deroga mir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni tal-vetturi bażi maħsuba għat-trasport lokali ta’ oġġetti perikolużi reġistrati għall-ewwel darba qabel il-31 ta’ Diċembru 2001.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: ADR 2001: 9.2, 9.2.3.2, 9.2.3.3.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni ta’ Vetturi Bażi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-deroga tapplika għal vetturi maħsuba għat-trasport lokali ta’ oġġetti perikolużi (kategoriji NU 1202, 1268, 1223, 1863, 2614, 1212, 1203, 1170, 1090, 1193, 1245, 1294, 1208, 1230, 3262 u 3257), li ġew irreġistrati għall-ewwel darba qabel il-31 ta’ Diċembru 2001.

Il-vetturi msemmija hawn fuq għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ 9 (9.2.1 sa 9.2.6) tal-Anness B mad-Direttiva 94/55/KE bl-eċċezzjonijiet li ġejjin.

Konformità mar-rekwiżiti ta’ 9.2.3.2. hija meħtieġa biss jekk il-vettura tkun mgħammra mill-manifattur b’sistema ABS (anti-lock braking system); għandha tkun mgħammra b’sistema EBS (endurance braking system) kif definita f’9.2.3.3.1, iżda mhux neċessarjament konformi ma’ 9.2.3.3.2. u 9.2.3.3.3.

L-enerġija elettrika għat-takografu għandha tkun ipprovduta permezz ta’ lqugħ ta’ sikurezza mqabbda direttament mal-batterija (marġinali 220 514) u t-apparat elettriku tal-mekkaniżmu li jerfa’ fus ta’ karru għandu jkun installat fejn kien oriġinalment installat mill-manifattur tal-vettura u għandu jkun protett f’kaxxa adegwata u siġillata (marġinali 220 517).

Fl-ispeċifiku, il-vetturi bit-tank b’massa massima ta’ inqas minn 4 tunnellati maħsuba għat-trasport lokali taż-żejt tat-tisħin bid-diżil (NU: 1202) għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ 9.2.2.3, 9.2.2.6, 9.2.4.3. u 9.2.4.5, iżda mhux neċessarjament mal-oħrajn.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές ήδη κυκλοφορούντων οχημάτων που διενεργούν εθνικές μεταφορές ορισμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων. (ir-rekwiżiti tekniċi ta’ vetturi li huma diġà fiċ-ċirkolazzjoni, maħsuba għat-trasport lokali ta’ ċerti kategoriji ta’ oġġetti perikolużi.)

Kummenti: L-għadd tal-vetturi msemmija hawn fuq huwa żgħir meta mqabbel mal-għadd totali ta’ vetturi li huma diġà reġistrati u barra minn dan huma maħsuba biss għat-trasport lokali. L-għamla tad-deroga mitluba, id-daqs tal-flotta tal-vetturi inkwistjoni, kif ukoll it-tip ta’ oġġetti trasportati ma joħolqux problemi ta’ sikurezza fit-triq.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

ES Spanja

RO–bi–ES-1

Suġġett: Tagħmir speċjali għad-distribuzzjoni ta’ ammonja anidra.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 6.8.2.2.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Sabiex ikun evitat kwalunkwe telf tal-kontenut fl-eventwalità ta’ ħsara lill-istrutturi esterni (pajpijiet, tagħmir laterali tal-għeluq [lateral shut-off devices]), il-valv intern tal-għeluq u fejn hi mqiegħda għandhom ikunu protetti kontra l-periklu li jitqaċċtu minn tensjonijiet esterni jew ikunu ddisinjati sabiex jirreżistu dawn it-tensjonijiet. It-tagħmir għall-mili u għat-tbattil (inklużi l-flanġi jew tappijiet bil-kamin) u għatijiet protettivi (jekk ikun hemm) għandhom ikunu protetti kontra ftuħ mhux intenzjonat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tankijiet użati fl-agrikoltura għad-distribuzzjoni u l-applikazzjoni tal-ammonja anidra li bdew jaħdmu qabel l-1 ta’ Jannar 1992 jistgħu jkunu mgħammra b’tagħmir ta’ sikurezza estern minflok intern sakemm joffru protezzjoni tal-anqas ekwivalenti għal dik li jagħti l-ħajt tat-tank.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Real Decreto 551/2006. Anejo 1. Apartado 3.

Kummenti: Qabel l-1 ta’ Jannar 1992, tip ta’ tank mgħammar b’tagħmir ta’ sikurezza estern kien jintuża biss fl-agrikoltura għall-applikazzjoni tal-ammonja anidra direttament fl-għelieqi. Tankijiet varji ta’ dan it-tip għadhom jintużaw illum. Dawn it-tankijiet rarament jiċċirkolaw mgħobbijin fit-toroq iżda jintużaw biss għall-fertilizzanti f’azjendi agrikoli kbar.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

FI il-Finlandja

RO–bi–FI-1

Suġġett: Modifika tat-tagħrif fid-dokument tat-trasport għas-sustanzi splussivi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1.2.1(a)

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għall-Klassi 1.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fid-dokument tat-trasport huwa permessibbli li jintuża l-għadd ta’ detonaturi (1 000 detonatur jikkorrispondi għal 1 kg splussiv) minflok il-massa netta preżenti tas-sustanzi splussivi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Kummenti: It-tagħrif jitqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali. Din id-deroga hija applikata prinċipalment għall-użu ta’ splussiv mill-industrija tal-minjieri fir-rigward ta’ kwantitajiet żgħar trasportati lokalment.

Id-deroga hija reġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 31.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–FI-2

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–SE-10

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

FR Franza

RO–bi–FR-1

Suġġett: L-użu ta’ dokument marittimu bħala dokument tat-trasport għal vjaġġi qosra wara l-ħatt minn fuq il-bastiment.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: It-tagħrif li għandu jidher fid-dokument użat bħala dokument tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument marittimu għandu jintuża bħala dokument tat-trasport f’raġġ ta’ 15 km.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par routeArticle 23-4.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–FR-2

Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti tal-Klassi 1 flimkien ma’ materjal perikoluż fi klassijiet oħra (91).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 7.5.2.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Il-projbizzjoni ta’ tagħbija mħallta ta’ pakki b’tikketti differenti ta’ periklu.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-possibbiltà li jiġu trasportati fi Franza detonaturi sempliċi jew immuntati u oġġetti li mhumiex fil-Klassi 1, soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet u għal distanzi inqas minn jew ugwali għal 200 km.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par routeArticle 26.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–FR-3

Suġġett: It-trasport ta’ tankijiet fissi għall-ħażna tal-LPG (18).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: L-Annessi A u B.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ tankijiet fissi għall-ħażna tal-LPG huwa soġġett għal regoli speċifiċi. Japplikaw biss għal distanzi qosra.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par routeArticle 30.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–FR-4

Suġġett: Kundizzjonijiet speċifiċi dwar it-taħriġ għas-sewwieqa u l-approvazzjoni tal-vetturi użati għat-trasport agrikolu (distanzi qosra).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 6.8.3.2; 8.2.1 u 8.2.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tagħmir għat-tankijiet u taħriġ għas-sewwieqa.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

 

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi.

 

Taħriġ speċjali għas-sewwieqa.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route – Article 29-2 – Annex D4.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

IE l-Irlanda

RO-bi–IE-1

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ 5.4.1.1.1. li jkun hemm (i) l-ismijiet u l-indirizzi tad-destinatarji, (ii) l-għadd u d-deskrizzjoni tal-pakketti, u (iii) il-kwantità totali tal-oġġetti perikolużi fid-dokument tat-trasport, għat-trasportat sa għand lill-utenti aħħarija ta’ pitrolju, diżil jew gass likwefatt taż-żejt bin-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 1223, NU 1202 u NU 1965.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dokumentazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta pitrolju, diżil jew gass likwefatt taż-żejt bin-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 1223, NU 1202 u NU 1965, kif speċifikat fl-Appendiċi B.5. tal-Annes B għall-ADR, m’hemmx ħtieġa li jkunu inklużi fl-unità ta’ trasport l-isem u l-indirizz tad-destinatarju, in-numru u d-deskrizzjoni tal-pakketti, l-Intermediate Bulk Containers jew ir-reċipjenti, u lanqas il-kwantità totali tal-oġġetti trasportati.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(2) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Fil-każ ta’ tqassim ta’ żejt għat-tisħin tad-djar għand klijenti domestiċi, hija prattika komuni li “jimtela’” it-tank tal-ħażna tal-klijent – b’hekk il-kwantità mqassma ma tkunx magħrufa u lanqas l-għadd ta’ klijenti (fi vjaġġ wieħed) mhu magħruf meta li t-tank mimli jibda l-vjaġġ tiegħu. Fil-każ ta’ tqassim ta’ ċilindri tal-LPG fid-djar, hija prattika komuni li ċ-ċilindri vojta jinbidlu b’ċilindri mimlija – b’hekk l-għadd ta’ klijenti u l-kunsinni individwali tagħhom mhumiex magħrufa fil-bidu tal-operazzjoni tat-trasport.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–IE-2

Suġġett: Eżenzjoni sabiex tippermetti li d-dokument tat-trasport, meħtieġ fi 5.4.1.1.1, ikun dak użat għall-aħħar tagħbija f’każ ta’ trasport ta’ tankijiet vojta mhux imnaddfa.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dokumentazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fil-każ tal-ġarr ta’ tankijiet vojta mhux imnaddfa, id-dokument tat-trasport tal-aħħar tagħbija huwa biżżejjed.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(3) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Partikolarment fil-każ ta’ tqassim ta’ petrol u/jew diżil lill-pompi tal-petrol, il-vettura bit-tank tirritorna direttament lejn id-depożitu tal-fjuwil (biex terġa’ timtela’ ħalli tkompli tqassam) immedjatament wara l-kunissa tal-aħħar tagħbija.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–IE-3

Suġġett: Eżenzjoni sabiex tippermetti t-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi, soġġetti għad-dispożizzjoni speċjali CV1 f’7.5.11. jew S1 fi 8.5, f’post pubbliku mingħajr permess speċjali mingħand l-awtoritajiet kompetenti.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 7.5 u 8.5.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-ġarr.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi f’post pubbliku huma permessi mingħajr permess speċjali mingħand l-awtoritajiet kompetenti, b’deroga mir-rekwiżiti ta’ 7.5.11 jew 8.5.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(5) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Għat-trasport nazzjonali fi ħdan l-istat, din id-dispożizzjoni tpoġġi obbligu serju ħafna fuq l-awtoritajiet kompetenti.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–IE-5

Suġġett: Eżenzjoni mill-“projbizzjoni ta’ tagħbija mħallta” ta’ 7.5.2.1 għall-oġġetti tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà B u s-sustanzi u l-oġġetti tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà D fuq l-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi, f’tankijiet, tal-Klassijiet 3, 5.1 u 8.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 7.5.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-ġarr.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Pakketti li jkun fihom oġġetti mill-Grupp ta’ Kompatibbiltà B tal-ADR Klassi 1 u pakketti li jkun fihom sustanzi u oġġetti mill-Grupp ta’ Kompatibbiltà D tal-ADR Klassi 1 jisgħu jinġarru fuq l-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi tal-Klassijiet 3, 5.1 jew 8 tal-ADR sakemm (a) dawn il-pakketti tal-Klassi 1 tal-ADR jinġarru f’kontenituri/kompartimenti separati b’disinn approvat u skont il-kundizzjonijiet meħtieġa, mill-awtoritajiet kompetenti, u (b) dawn is-sustanzi tal-Klassijiet 3, 5.1 jew 8 tal-ADR jinġarru f’reċipjenti konformi mar-rekwiżiti tal-awtorità kompetenti fir-rigward tad-disinn, il-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-eżaminazzjoni, it-tħaddim u l-użu tagħhom.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(7) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Sabiex tippermetti, skont kundizzjonijiet approvati mill-awtorità kompetenti, it-tagħbija ta’ oġġetti u sustanzi tal-Klassi 1 tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà B u D fl-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi, f’tankijiet, tal-Klassijiet 3, 5.1. u 8 – jiġifieri “Trakkijiet bil-Pompa”.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–IE-6

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-punt 4.3.4.2.2, li teħtieġ il-pajpijiet flessibbli tal-mili u t-tbattil li mhumiex mqabbda permanentement mal-qoxra ta’ vettura bit-tank ikunu vojta matul it-trasport.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 4.3

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Użu ta’ vetturi bit-tank.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Rombli tal-manek flessibbli (inklużi l-pajpijiet fissi relatati magħhom) imwaħħla ma’ vetturi bit-tank użati għad-distribuzzjoni bl-imnut ta’ prodotti taż-żejt bin-numru tal-identifikazzjoni tas-sustanzi NU 1011, NU 1202, NU 1223 u NU 1863 u NU 1978 mhumiex meħtieġa li jkunu vojta matul it-trasport bit-triq sakemm jiġu adottati miżuri adegwati għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe telf ta’ kontenut.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(8) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Il-mankiet flessibbli mwaħħla ma’ vetturi bit-tank tat-tqassim domestiku għandhom jibqgħu mimlija l-ħin kollu anki waqt it-trasport. Is-sistema tat-tbattil hija magħrufa bħala sistema bil-“wet line” li teħtieġ li l-arloġġ u manka tal-vettura bit-tank jkunu mimlija sabiex jiġi żgurat li l-klijenti jirċievu l-kwantità korretta ta’ prodott.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–IE-7

Suġġett: Eżenzjoni minn xi rekwiżiti ta’ 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11. tal-ADR għat-trasport bl-ingrossa ta’ Fertilizzanti bin-Nitrat tal-Ammonju NU 2067 mill-portijiet sa għand id-destinatarji.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1., għal din id-Direttiva: 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżit għal dokument separat tat-trasport, li jkun fih il-kwantità totali koretta tat-tagħbija partikolari inkluża, għal kull vjaġġ ta’ trasport; u r-rekwiżit għall-vettura biex titnaddaf qabel u wara l-vjaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga proposta biex tippermetti modifiki fir-rekwiżiti tal-ADR għad-dokument tat-trasport u t-tindif tal-vettura; sabiex jitqiesu l-pratikolaritajiet tat-trasport bl-ingrossa bejn il-port u d-destinatarju.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Id-dispożizzjonijiet tal-ADR jeħtieġu (a) dokument separat tat-trasport, li fih il-massa totali tal-oġġetti perikolużi li qed tinġarr għat-tagħbija partikolari, u (b) id-Dispożizzjoni Speċjali “CV24” dwar it-tindif tal-vettura għal kull tagħbija trasportata bejn il-port u d-destinatarju waqt il-ħatt minn bastiment tal-ġarr. Billi t-trasport huwa lokali u jikkonċerna l-ħatt minn bastiment tal-ġarr, jinvolvi tagħbijiet multipli għat-trasport (fl-istess ġurnata jew fi ġranet konsekuttivi) tal-istess sustanza bejn il-bastimenti tal-ġarr u d-destinatarji, dokument wieħed tat-trasport li approssimattivament jindika l-massa totali ta’ kull tagħbija, għandu jkun biżżejjed u ma għandhiex tkun meħtieġa d-Dispożizzjoni Speċjali “CV24”.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

LT il-Litwanja

RO–bi–LT-1

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–EL-1

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 “Dėl pavojingų krovinių vežimo kelių transportu Lietuvos Respublikoje” (riżoluzzjoni Nru. 337 tal-Gvern dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq fir-Repubblika tal-Litwanja, adottata fit-23 ta’ Marzu 2000).

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–LT-2

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–EL–2.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 “Dėl pavojingų krovinių vežimo kelių transportu Lietuvos Respublikoje” (riżoluzzjoni Nru. 337 tal-Gvern dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq fir-Repubblika tal-Litwanja, adottata fit-23 ta’ Marzu 2000).

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

NL l-Olanda

RO–bi–NL-13

Suġġett: L-iskema tal-2004 għat-trasport tal-iskart domestiku perikoluż.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 1.1.3.6, 3.3, 4.1.4, 4.1.6, 4.1.8, 4.1.10, 5.1.2, 5.4.0, 5.4.1, 5.4.3, 6.1, 7.5.4, 7.5.7, 7.5.9, 8 u 9.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Eżenzjoni għal ċerti kwanitajiet; Dispożizzjonijiet speċjali; l-użu tal-imballaġġ; l-użu tal-imballaġġ żejjed; dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ; it-tagħbija, il-ħatt u l-ġarr; il-ħaddiema; it-tagħmir; l-operat; il-vetturi u d-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: 17-il dispożizzjoni sustanzjali marbuta mat-trasport ta’ skart żgħir domestiku perikoluż miġbur. Minħabba l-kwantitajiet żgħir involuti f’kull każ u minħabba n-natura differenti tas-sustanzi varji, mhux possibbli li jitwettqu operazzjonijiet ta’ trasport f’konformità totali mar-regoli tal-ARD. Varjant simplifikat li jiddevja minn għadd ta’ dispożizzjonijiet tal-ARD huwa għalhekk stipulata skont l-iskema msemmija hawn fuq.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Scheme for transport of domestic hazardous waste 2004.

Kummenti: L-iskema twaqqfet sabiex tippermetti lill-individwi jarmu skart zgħir kimiku f’sit wieħed. Is-sustanzi involuti għalhekk jikkonsistu minn fdalijiet bħal żebgħa għar-rimi. Il-livell ta’ periklu huwa minimizzat permezz tal-għażla tal-mezzi tat-trasport, li tinvolvi, fost l-oħrajn, l-użu ta’ elementi speċjali tat-trasport u avviżi li jipprojbixxu t-tipjip kif ukoll dawl isfar jixgħel u jitfi li jidher b’mod ċar mill-membri tal-pubbliku. Il-punt kruċjali fir-rigward tat-trasport huwa li tkun żgurata s-sikurezza. Din tista’ tinkiseb, per eżempju, billi s-sustanzi jiġu trasportati f’pakketti siġillati sabiex jiġi evitat it-tixrid, jew ir-riskju li joħroġ jew jinġama’ fwar tossiku fil-vettura. Inkorporati fil-vettura hemm unitajiet adatti għal ħżin ta’ kategoriji varji ta’ skart u li jipprovdu protezzjoni kontra l-iskossi u kontra l-ispostament aċċidentali kif ukoll kontra l-ftuħ mhux intenzjonat. Fl-istess ħin, minkejja l-kwantitajiet żgħar ta’ skart ippreżentat, l-operatur tat-trasport għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza professjonali, minħabba n-natura diversa tas-sustanzi involuti. Minħabba n-nuqqas ta’ tagħrif, min-naħa tal-individwi privati, dwar il-livelli ta’ periklu assoċjati ma’ dawn is-sustanzi, għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet bil-miktub, kif stipulat fl-Anness għall-iskema.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

PT il-Portugall

RO–bi–PT-1

Suġġett: Dokumentazzjoni tat-trasport għal NU 1965

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-isem proprju tal-kumpanija marittima għandu jkun indikat fid-dokument tat-trasport, kif stipulat fis-Sezzjoni 5.4.1 tal-RPE (Regulamento Nacional de Transporte de Mercadorias Perigosas por Estrada), għal gassijiet kummerċjali tal-butan u tal-propan koperti mill-intestatura kollettiva “NU Nru. 1965 taħlita ta’ gass tal-idrokarburi, likwefatt, mhux speċifikati b’mod ieħor”, trasportati f’ċilindri, jista’ jinbidel f’ismijiet kummerċjali oħra kif ġej:

 

“NU 1965 Butan” fil-każ tat-taħlitiet A, A01, A02 u A0, kif deskritti fis-sottotaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportati f’ċilindri;

 

“NU 1965 Propan” fil-każ tat-taħlita C, kif deskritt fis-sottotaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportat f’ċilindri;

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 7560/2004, 16 April 2004, under Article 5, No 1, of Decreto-Lei No 267-A/2003 of 27 October.

Kummenti: Tingħaraf l-importanza li jsir aktar faċli għall-operaturi ekonomiċi biex jimlew id-dokumenti tat-trasport tal-oġġetti perikolużi, sakemm ma tintlaqatx s-sikurezza ta’ dawn l-operazzjonijiet.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–PT-2

Suġġett: Id-dokumentazzjoni tat-trasport ta’ tankijiet u kontenituri vojta mhux imnaddfa.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-vjaġġi ta’ ritorn ta’ tankijiet u kontenituri li trasportaw oġġetti perikolużi, id-dokument tat-trasport imsemmi f’Taqsima 5.4.1 tal-RPE jista’ jinbidel bid-dokument ta’ trasport maħruġ għall-aħħar vjaġġ li sar qabel biex jitqassmu l-oġġetti.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 15162/2004, 28 July 2004, skont l-Artikolu 5, Nru. 1, tad-Decreto-Lei No 267-A/2003, tas-27 ta’ Ottubru.

Kummenti: L-obbligu li t-trasport ta’ tankijiet u kontenituri vojta li kien fihom oġġetti perikolużi jkun akkumpanjat minn dokument ta’ trasport skont l-RPE, f’ċerti każijiet, jikkawża diffikultajiet prattiċi, li jistgħu jinżammu minimizzati mingħajr preġudizzju għas-sikurezza.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

SE l-Iżvezja

RO–bi–SE-1

Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż għall-impjanti tar-rimi tal-iskart perikoluż.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 2, 5.2 u 6.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u tikkettar, kif ukoll ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tikkonsisti minn kriterji simplifikati tal-klassifikazzjoni, rekwiżiti inqas restrittivi għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ u r-rekwiżiti għat-tikkettar u l-immarkar modifikat.

Minflok li l-iskart perikoluż jiġi kklassifikat skont l-ADR, jinqasam fi gruppi differenti ta’ skart. Kull grupp ta’ skart fih sustanzi li jistgħu, skont l-ADR, jiġu ppakkjati (ippakkjar imħallat).

Kull pakkett għandu jiġi mmarkat bil-kodiċi rilevanti tal-grupp ta’ skart minflok in-numru NU.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn ir-regolamenti jistgħu jintużaw biss għall-ġarr ta’ skart perikoluż minn siti pubbliċi ta’ riċiklaġġ lejn impjanti ta’ rimi ta’ skart perikoluż.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-2

Suġġett: Isem u indirizz tal-kunsinnatur fid-dokument tat-trasport.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1., għal din id-Direttiva: 5.4.1.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tagħrif ġenerali meħtieġ fid-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tgħid li l-isem u l-indirizz tal-kunsinnatur mhumiex meħtieġa jekk l-imballaġġ vojt u mhux imnaddfa jiġi ritornat bħala parti minn sistema ta’ distribuzzjoni.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Ħafna drabi l-imballaġġ vojt u mhux imnaddaf li jiġi rritornati jkun għadd fih kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi.

Din id-deroga tintuża primarjament mill-industriji meta jirritornaw kontenituri tal-gass vojta u mhux imnaddfa bi bdil ma’ oħrajn mimlija.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-3

Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi fil-viċinanzi ta’ sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: L-Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’toroq pubbliċi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport fil-viċinanzi ta’ sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i). Id-derogi jikkonċernaw it-tikkettar u l-immarkar tal-pakketti, id-dokumenti tat-trasport, iċ-ċertifikat tas-sewwieq u ċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni skont 9.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Jeżistu bosta sitwazzjonijiet li fihom oġġetti perikolużi jiġu trasferiti bejn postijiet li jinsabu fuq in-naħa l-oħra ta’ triq pubblika. Dan it-tip ta’ trasport ma jikkostitwixxix ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn triq privata, u għalhekk dan għandu jkun marbut mar-rekwiżiti rilevanti. Qabbel ukoll mad-Direttiva 96/49/KE, l-Artikolu 6(14).

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-4

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi li jkunu ġew ikkonfiskati mill-awtoritajiet.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: L-Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistgħu jkunu permessi devjazzjonijiet mir-regolamenti jekk dawn ikunu mmotivati minn raġunijiet ta’ protezzjoni tal-ħaddiema, riskji waqt il-ħatt, is-sottomissjoni ta’ provi, eċċ.

Devjazzjonijiet mir-regolamenti huma permessi biss jekk jintlaħqu livelli ta’ sikurezza sodisfaċenti taħt kundizzjonijiet normali ta’ ġarr.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn id-derogi jistgħu jiġu applikati biss mill-awtoritajiet li jikkonfiskaw l-oġġetti perikolużi.

Din id-deroga hija maħsuba għat-trasport lokali, eż. ta’ oġġetti konfiskati mill-pulizija bħal splussiv jew beni misruqa. Il-problema b’dawn it-tipi ta’ oġġetti hija li wieħed qatt ma jista’ jkun żgur mill-klassifikazzjonijiet. Barra minn hekk, dawn l-oġġetti sikwit ma jkunux ppakkjati, immarkati jew tikkettati skont l-ADR. Kull sena, il-pulizija twettaq bosta mijiet ta’ operazzjonijiet ta’ trasport ta’ dan it-tip. Fil-każ ta’ xorb bil-kuntrabandu, dan għandu jiġi trasportat mill-post fejn ikun ġie kkonfiskat sa faċilità fejn jinżammu l-provi, u wara lejn faċilità biex jinqered; dawn it-tejn tal-aħħar jistgħu jkunu ‘l bogħod mhux ħażin minn xulxin. Id-devjazzjonijiet permessi huma: a) m’hemmx għalfejn li jkun ittikkettat kull pakkett, u b) m’hemmx għalfejn jintużaw pakketti approvati. Madankollu, kull pelit b’dawn il-pakketti għandha tkun ittikkettata korrettament. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha għandhom jiġu ssodisfati. Kull sena, isiru madwar 20 minn dawn it-trasportazzjonijiet.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-5

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi f’portijiet jew fil-viċinanzi ta’ portijiet.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 8.1.2, 8.1.5, 9.1.2

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-dokumenti għandhom jinġarru fl-unità ta’ trasport; kull unità ta’ trasport li jġorr oġġetti perikolużi għandha tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat; l-approvazzjoni tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Mhuwiex meħtieġ li jinġarru dokumenti (ħlief għaċ-ċertifikat tas-sewwieq) fl-unità tat-trasport.

Mhuwiex meħtieġ li l-unità tat-trasport tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat fi 8.1.5.

It-trattur ma jeħtiġux ċertifikat tal-approvazzjoni.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Qabbel id-Direttiva 96/49/KE, l-Artikolu 6(14).

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-6

Suġġett: Iċ-ċertifikat tal-ispetturi tat-taħriġ tal-ADR.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 8.2.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Is-sewwieqa tal-vetturi għandhom jattendu korsijiet ta’ taħriġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-ispetturi li jwettqu l-ispezzjoni teknika annwali tal-vetturi ma jeħtiġilhomx jattendu l-korsijiet tat-taħriġ imsemmija fil-punt 8.2 jew li jkollhom iċ-ċertifikat tat-taħriġ tal-ADR.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: F’ċerti każijiet, il-vetturi li jkunu qed jiġu ttestjati waqt l-ispezzjoni teknika jistgħu jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi bħala tagħbija, pereżempju tankijiet vojta mhux imnaddfa.

Ir-rekwiżiti fil-punt 1.3 u 8.2.3 għadhom japplikaw.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-7

Suġġett: Id-distribuzzjoni lokali ta’ NU 1202, 1203 u 1223 f’tankijiet.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1.1.6, 5.4.1.4.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Għal tankijiet vojta mhux imnaddfa u għal kontejners tip tank, id-deskrizzjoni għandha tkun skont 5.4.1.1.6. Isem u indirizz ta’ destinatarji multipli jistgħu jitniżżlu f’dokumenti oħra.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għal tankijiet vojta mhux imnaddfa jew għal kontejners tip tank, id-deskrizzjoni fid-dokument tat-trasport skont 5.4.1.1.6 mhijiex meħtieġa jekk l-ammont ta’ sustanzi fil-pjan tat-tagħbija jkun immarkat b’0. Isem u indirizz id-destinatarji mhumiex meħtieġ fl-ebda dokument abbord il-vettura.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-9

Suġġett: Trasport lokali b’rabta ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4, 6.8 u 9.1.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport; Il-kostruzzjoni tat-tankijiet; Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali b’rabta ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni mhux meħtieġ jikkonforma ma’ xi regolamenti:

(a)

id-dikjarazzjoni ta’ oġġetti perikolużi mhijiex meħtieġa;

(b)

tankijiet/kontenituri iqdem mhux magħmula skont 6.8 iżda skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ qabel u li jkunu mwaħħla fuq vaguni tal-ekwipaġġ jisgħu jibqgħu jintużaw;

(ċ)

tankijiet eqdem, li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti f’6.7 jew 6.8, maħsuba għat-trasport ta’ sustanzi NU 1268, 1999, 3256 u 3257, b’tagħmir tal-kisi tat-toroq jew mingħajru, jistgħu jibqgħu jintużaw għat-trasport lokali u fil-viċinanzi ta’ fejn ikun qed isiru xogħol fit-toroq;

(d)

mhumiex meħtieġa ċertifikati tal-approvazzjoni għall-vaguni tal-ekwipaġġ jew it-tankijiet b’tagħmir tal-kisi tat-toroq jew mingħajru.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Vagun tal-ekwipaġġ huwa tip ta’ karavann għall-ewkipaġġ tax-xogħol, b’kamra għall-ekwipaġġ u mgħammar b’tank/kontenitur mhux approvat għad-diżil maħsub għat-tħaddim ta’ tratturi tal-foresti.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-10

Suġġett: Trasport ta’ splussiv f’tankijiet.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 4.1.4.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: L-splussivi jistgħu jkunu ppakkatti biss skont 4.1.4.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tapprova l-vetturi maħsuba għat-trasport tal-isplussivi f’tankijiet. It-trasport f’tankijiet huwa biss permessibbli għal dawk l-isplussivi elenkati fir-regolament jew permezz ta’ awtorizzazzjoni speċjali mill-awtorità kompetenti.

Vettura mgħobbija bl-isplussivi f’tankijiet għandha tkun immarkata u tikkettata skont 5.3.2.1.1, 5.3.1.1.2 u 5.3.1.4. Vettura waħda biss fl-unità ta’ trasport tista’ tkun fiha oġġetti perikolużi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tillägg S – Särskilda regler för inrikes transport av farligt gods på väg. Utgivet i enlighet med lagen om transport av farligt gods på väg och den svenska förordningen SÄIFS 1993:4.

Kummenti: Din tapplika biss għal trasport domestiku u meta l-operazzjoni tat-trasport tkun fil-parti l-kbira ta’ natura lokali. Ir-regolamenti kkonċernati kienu fis-seħħ qabel mal-Iżvezja saret membru tal-Unjoni Ewropea.

Żewġ kumpaniji biss iwettqu operazzjonijiet ta’ trasport tal-isplussivi f’vetturi b’tank. Fil-futur qrib huwa mistenni li sseħħ tranżizzjoni għal emulsjonijiet.

Id-deroga qadima Nru 84.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-11

Suġġett: Il-liċenzja tas-sewwieq

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 8.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Mhuwiex permess taħriġ tas-sewwieq bi kwalunkwe vettura msemmija fi 8.2.1.1.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tillägg S – Särskilda regler för inrikes transport av farligt gods på väg, utgivet i enlighet med lagen om transport av farligt gods på väg.

Kummenti: Trasport lokali.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-12

Suġġett: Ġarr ta’ logħob tan-nar NU 0335.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: Anness B, 7.2.4, V2 (1)

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-użu ta’ vetturi EX/II u EX/III.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta jinġarr logħob tan-nar NU 0335, id-Dispożizzjoni Speċjali V2 (1) f’7.2.4 tapplika biss għall-kontenut nett ta’ splussiv ta’ iktar minn 3 000 kg (4 000 kg bit-trejler), sakemm il-logħob tan-nar jiġi assenjat b’NU 0335 skont it-tabella standrad tal-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar fi 2.1.3.5.5 tal-14-il edizzjoni rriveduta tal-NU.

Rakkomandazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi.

Assenjament bħal dan għandu jsir bi ftehim mal-awtorità kompetenti. Għandha titwettaq verifika tal-assenjament fuq l-unità tat-trasport.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tillägg S – Särskilda regler för inrikes transport av farligt gods på väg, utgivet i enlighet med lagen om transport av farligt gods på väg.

Kummenti: It-trasport ta’ logħob tan-nar huwa limitat għal żewġ perjodi qosra fis-sena, meta taqleb is-sena u meta jaqleb minn April għal Mejju. Il-ġarr mingħand il-kunsinnatur sat-terminals jista’ jsir mill-flotta preżenti tal-vetturi bl-approvazzjoni EX mingħajr problemi kbar. Madankollu, id-distribuzzjoni kemm tal-logħob tan-nar mit-terminals għaż-żoni tax-xiri kif ukoll ta’ dak li jibqa’ lura lejn it-terminals huwa limitat minħabba n-nuqqas ta’ vetturi bl-approvazzjoni EX. It-trasportaturi mhumiex interessati jinvestu f’approvazzjonijiet bħal dawn għax ma jistgħux jirkupraw l-ispejjeż tagħhom. Dan jipperikola l-eżistenza tal-kunsinnaturi tal-logħob tan-nar minħabba li ma jistgħux iqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq.

Meta tintuża din id-deroga, il-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar għandha ssir abbażi tal-lista standard fir-Rakkomandazjonijiet tan-NU, sabiex tinkiseb l-aktar klassifikazzjoni aġġornata possibbli.

Teżisti eċċezzjoni simili għal-logħob tan-nar NU 0336 imdaħħla fid-Dispożizzjoni Speċjali 651, 3.3.1 tal-ADR 2005.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

UK ir-Renju Unit

RO–bi–UK-1

Suġġett: Qsim ta’ toroq pubbliċi b’vetturi li jġorru oġġetti perikolużi (N8).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: L-Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn toroq pubbliċi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Is-sospenzjoni tal-applikazzjoni tar-regolamenti dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bejn proprjetajiet privati separati bi triq. Għall-Klassi 7, din id-deroga ma tapplika għal ebda dispożizzjoni tar-Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 3 Schedule 2(3)(b); Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 3(3)(b).

Kummenti: Sitwazzjoni tista’ sseħħ faċilment meta oġġetti jiġu trasferiti bejn proprjetajiet privati li jkunu jinsabu fuq iż-żewġ naħat ta’ triq. Dan ma jkunx jikkostitwixxi trasport ta’ oġġetti perikolużi minn triq pubblika fis-sens normali tat-terminu, u l-ebda mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti dwar l-oġġetti perikolużi ma għandha tapplika f’każ bħal dan.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–UK-2

Suġġett: Eżenzjoni mill-projbizzjoni li s-sewwieq jew assistent ta’ sewwieq jiftaħ pakketti ta’ oġġetti perikolużi f’katina ta’ distribuzzjoni lokali minn depożitu ta’ distribuzzjoni lokali għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent aħħari u mingħand il-bejjiegħ bl-imnut sa għand l-utent finali (barra għall-Klassi 7) (N11).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 8.3.3.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Projbizzjoni li sewwieq jew assistent ta’ sewwieq jiftaħ pakketti ta’ oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-projbizzjoni ta’ ftuħ ta’ pakketti hija kwalifikata bil-kundizzjoni “Unless authorised to do so by the operator of the vehicle”, (Għajr f’każ ta’ awtorizzazzjoni mill-operatur tal-vettura).

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 12 (3).

Kummenti: Jekk dan jinftiehem litteralment, il-projbizzjoni kif miktuba fl-Anness tista’ toħloq problemi serji għad-distribuzzjoni bl-imnut.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–UK-3

Suġġett: Dispożizzjonijiet alternattivi għall-ġarr ta’ btieti tal-injam li fihom NU 3065 tal-Grupp tal-Ippakkjar III.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 1.4, 4.1, 5.2 u 5.3.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti tal-imballaġġ u tikkettar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti l-ġarr ta’ xorb alkoħoliku b’iktar minn 24 %, iżda b’inqas minn 70 % f’volum ta’ alkoħol (Grupp tal-Ippakkjar III) fi btieti tal-injam mingħajr approvazzjoni NU u mingħajr tikketti ta’ periklu, suġġetti għal rekwiżiti aktar stretti għat-tagħbija u għall-vetturi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7 (13) and (14).

Kummenti: Dan huwa prodott b’valur għoli suġġett għas-sisa tal-gvern li jeħtieġlu jinġarr bejn id-distillerija u l-imħażen marbuta magħha f’vetturi ssiġillati u żguri li juru s-siġilli tad-dazju tal-gvern. It-tbiġġil fuq l-imballaġġ u t-tikkettar jitqies fir-rekwiżiti addizzjonali biex tkun żgurata s-sikurezza.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–UK-4

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–SE-12

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007 Parti 1.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–UK-5

Suġġett: Il-ġbir ta’ batteriji użati għar-rimi jew ir-riċiklaġġ.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: L-Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-Dispożizzjoni Speċjali 636

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti l-kundizzjonijiet alternattivi li ġejjin għad-Dispożizzjoni Speċjali 636 tal-Kapitolu 3.3:

Ċelluli u batteriji użati tal-litju (NU 3090 u NU 3091) miġbura u miġjuba għall-ġarr biex jintremew bejn il-punt ta’ ġbir tal-konsumatur u l-faċilità intermedjarja tal-ipproċessar, flimkien ma’ ċelluli jew batteriji li mhumiex tal-litju (NU 2800 u NU 3028), mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-ADR jekk jilħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

Għandhom ikunu ppakkjati f’kartelli IH2 jew f’kaxxi 4H2 li jikkonformaw mal-livell ta’ prestazzjoni tal-grupp II tal-ippakkjar għas-solidi;

 

Mhux aktar minn 5 % ta’ kull pakkett għandu jkun litju u batteriji tal-litju;

 

Il-massa totali massima ta’ kull pakkett m’għandhiex taqbeż il-25 kg;

 

Il-kwantità totali tal-pakketti għal kull Unità tat-Trasport m’għandhiex taqbeż it-333 kg;

 

Ma jistgħu jinġarru l-ebda prodotti perikolużi oħra.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment 2007 parti 1.

Kummenti: Il-punti ta’ ġbir tal-konsumaturi ġeneralment ikunu fil-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u mhux prattiku li jitħarreġ għadd kbir ta’ nies biex jifirdu u jippakkettaw il-batteriji użati skont l-ADR. Is-sistema tar-Renju Unit tkun topera skont linji gwida stabbiliti mill-UK Waste and Resources Action Programme u tkun tinvolvi li jingħataw pakketti adatti konformi mal-ADR u struzzjonijiet xierqa.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.”

(2)

L-Anness II, it-Taqsima II.3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“II.3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) ta’ din id-Direttiva.

Numerazzjoni tad-derogi: RA-a/bi/bii-MS-nn

RA = Ferrovija

a/bi/bii = l-Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS = Taqsira għal Stat Membru

nn = numru tal-ordni

Msejjes fuq l-Artikolu 6(2)(a) tal-2008/68/KE

DE il-Ġermanja

RA–a–DE-2

Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-pakketti mħallta.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1. għal din id-Direttiva: 4.1.10.4 MP2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Projbizzjoni ta’ pakketti mħallta.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassi 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta’ imballaġġ imħallat ta’ oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (tal-Klassi 2) u materjali tat-tindif u t-trattament fil-Klassi 3 u 6.1 (in-numri NU elenkati) kif lesti għall-bejgħ f’imballaġġ imħallat fil-grupp II tal-imballaġġ u fi kwantitajiet żgħar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom 6 ta’ Novembru 2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21.

Kummenti: Listi Nru 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30g.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

FR Franza

RA–a–FR-1

Suġġett: Trasport ta’ bagalji reġistrati fuq ferroviji tal-passiġġieri.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 7.7.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: materjali u oġġetti RID li huma esklużi mit-trasport bħala bagalji.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: materjali u oġġetti RID li jistgħu jinġarru bħala pakki espress jistgħu jinġarru bħala bagalji fuq ferroviji tal-passiġġieri.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par chemin de ferArtikolu 18.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–FR-2

Suġġett: Pakki ta’ materjali perikolużi miżmuma minn passiġġieri fil-ferroviji.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 7.7.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: materjali u oġġetti RID esklużi mit-trasport bħala bagalji tal-idejn.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport bħala bagalji tal-idejn ta’ pakki ta’ materjali perikolużi maħsub għall-użu personali jew professjonali ta’ passiġġieri huwa awtorizzat soġġett għal ċerti kundizzjonijiet: japplikaw biss id-dispożizzjonijiet marbuta mal-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta’ pakki stabbiliti f’4.1, 5.2 u 3.4.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par chemin de ferArtikolu 19.

Kummenti: Huma permessi kontenituri portabbli tal-gass fl-ammonti meħtieġa għal vjaġġ wieħed għal pazjenti bi problemi respiratorji.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–FR-3

Suġġett: Trasport għall-ħtiġijiet tat-trasportatur ferrovjarju.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tagħrif dwar il-materjali perikolużi li għandu jkun indikat fin-nota tal-konsinna.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport għall-ħtiġijiet tat-trasportatur ferrovjarju ta’ kwantitajiet li ma jaqbżux il-limiti stipulati f’ 1.1.3.6 mhuwiex soġġett għall-obbligu tad-dikjarazzjoni dwar it-tagħbija.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de ferArticle 20.2.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–FR-4

Suġġett: Eżenzjoni mit-twaħħil ta’ tikketti fuq ċerti vaguni postali.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 5.3.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Obbligu tat-twaħħil ta’ tikketti mal-ħitan tal-vaguni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dawk il-vaguni postali biss li jġorru aktar minn 3 tunnellati ta’ materjal tal-istess klassi (li mhux tal-Klassi 1, 6.2 jew 7) għandhom jitwaħħlulhom tikketti.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer – Article 21.1.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–FR-5

Suġġett: Eżenzjoni mit-twaħħil ta’ tikketti fuq vaguni li jġorru kontenituri żgħar.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 5.3.1

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Obbligu tat-twaħħil ta’ tikketti mal-ħitan tal-vaguni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jekk it-tikketti li jitwaħħlu mal-kontenituri ż-żgħar jidhru sewwa, il-vaguni ma għandhomx bżonn jitwaħħlulhom tikketti.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de ferArticle 21.2.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–FR-6

Suġġett: Eżenzjoni mit-twaħħil ta’ tikketti fuq vaguni li jġorru vetturi tat-triq mgħobbija b’pakki.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 5.3.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Obbligu tat-twaħħil ta’ tikketti mal-ħitan tal-vaguni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jekk il-vetturi tat-triq ikollhom tikketti li jikkorrispondu għall-pakki li hemm fihom, il-vaguni ma għandhomx bżonn jitwaħħlulhom tikketti.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de ferArticle 21.3.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

SE l-Iżvezja

RA–a–SE–1

Suġġett: Vagun tal-ferrovija li jiġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti espress, ma għandux bżonn ikun immarkat b’tikketti.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 5.3.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Vaguni tal-ferrovija li jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi għandhom ikunu mmarkati bit-tikketti.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Vagun tal-ferrovija li jġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandux bżonn ikun immarkat b’tikketti.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Hemm limiti għall-kwantitajiet fl-RID għall-oġġetti ddeżinjati bħala oġġetti express. Għalhekk hija kwistjoni ta’ kwantitajiet żgħar.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

UK ir-Renju Unit

RA–a–UK-1

Suġġett: Ġarr ta’ oġġetti li fihom ċertu materjal b’radjuattività baxxa bħal arloġġi, lokalizzaturi tad-duħħan, boxxli.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: Ħafna mir-rekwiżiti tal-RID.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta’ materjal tal-Klassi 7.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali għal ċerti prodotti kummerċjali li fihom kwantitajiet limitati ta’ materjal radjuattiv.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling and Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, reg. 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999).

Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal perjodu qasir, li ma tkunx aktar meħtieġa meta jiġu inkorporati emendi simili għar-regoli tal-IAEA fl-RID.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–UK-2

Suġġett: It-tbiġġil tar-restrizzjonijiet fuq it-trasport ta’ tagħbija mħallta ta’ splussiv, u ta’ splussiv ma’ oġġetti perikolużi oħra, f’vaguni, f’vetturi u f’kontejners (N4/5/6).

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 7.5.2.1 u 7.5.2.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta’ tagħbija mħallta.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inqas restrittiva fir-rigward ta’ tagħbija imħallta ta’ splussiv, sakemm dan il-ġarr jista’ jitwettaq mingħajr riskju.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling and Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, reg. 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999).

Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-taħlit għall-splussiv ma’ splussiv ieħor, kif ukoll ta’ splussiv ma’ oġġetti perikolużi oħra. Kwalunkwe varjazzjoni għandha limitu ta’ kwantità fuq wieħed jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija, u tkun permessa biss jekk “il-miżuri raġonevolment fattibbli kollha jkunu ttieħdu sabiex jipprevjenu li l-isplussiv jiġi f’kuntatt ma’, jew inkella jpoġġi fil-periklu jew ikun mhedded minn, dawn l-oġġetti”.

Eżempji ta’ varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista’ jrid jippermetti:

1.

Splussivi li ngħataw in-numri tal-klassifikazzjoni NU 0029, 0030, 0042, 0065, 0081, 0082, 0104, 0241, 0255, 0267, 0283, 0289, 0290, 0331, 0332, 0360 jew 0361 jistgħu jinġarru fl-istess vettura mal-oġġetti perikolużi li ngħataw in-numru tal-klassifikazzjoni NU 1942. Il-kwantità ta’ NU 1942 li tista’ tinġarr għandha tkun limitata billi titqies bħala splussiv tal-1.1D.

2.

Splussiv kklassifikat bin-numri NU 0191, 0197, 0312, 0336, 0403, 0431 u 0453 jistgħu jinġarru fl-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi (bl-eċċezzjoni ta’ gassijiet fjammabbli, sustanzi infettivi u sustanzi tossiċi) tal-kategorija 2 tat-trasport jew tal-oġġetti perikolużi tal-kategorija 3 tat-trasport, jew kull taħlita tagħhom, sakemm li l-massa jew il-volum totali ta’ oġġetti perikolużi tal-kategorija 2 tat-trasport ma jaqbiżx il-500 kg jew litru u l-massa totali netta ta’ dawn l-splussivi ma taqbiżx il-500 kg;

3.

Eplożivi ta’ 1.4G jistgħu jinġarru flimkien ma’ likwidi u gassijiet fjammabbli fil-kategorija 2 tat-trasport jew ma’ gassijiet mhux fjammabbli u mhux tossiċi fil-kategorija 3 tat-trasport, jew fi kwalunkwe taħlita tagħhom fl-istess vettura, sakemm il-massa jew il-volum totali ta’ oġġetti perikolużi f’flimkien ma jaqbiżx il-200 kg jew litru u l-massa totali netta ta’ splussiv ma taqbiżx l-20 kg.

4.

Oġġetti splussivi bin-numri tal-klassifikazzjoni NU 0106, 0107 jew 0257 jistgħu jinġarru ma’ oġġetti splussivi fil-Grupp ta’ Kompatibbiltà D, E jew F li tagħhom huma komponenti. Il-kwantità totali ta’ splussiv tan-numri NU 0106, 0107 jew 0257 ma għandhiex taqbeż l-20 kg.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–UK-3

Suġġett: Li tkun permessa kwantità massima totali għal kull unità ta’ trasport għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-tabella fi 1.1.3.1.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 1.1.3.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Eżenzjonijiet relatati man-natura tal-operazzjoni tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Sabiex tistipula regoli dwar eżenzjonijiet fuq kwantitajiet limitati u tagħbija mħallta ta’ splussiv.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(7)(b).

Kummenti: Sabiex tippermetti limiti differenti għall-kwantitajiet limitati u fatturi ta’ multiplikazzjoni għal tagħbija mħallat ta’ oġġetti tal-Klassi 1, jiġifieri “50” għall-Kategorija 1 u “500” għall-Kategorija 2. Għal finijiet tal-kalkolu tat-tagħbija mħallta, il-fatturi ta’ multiplikazzjoni għandhom ikunu “20” għall-Kategorija 1 tat-trasport u “2” għall-Kategorija 2 tat-trasport.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–UK-4

Suġġett: Adozzjoni tal-RA–a–FR-6.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 5.3.1.3.2.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tbiġġil tar-rekwiżit tal-plakards għall-hekk imsejjaħ “piggyback carriage”.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-rekwiżit tal-plakards ma japplikax f’każijiet meta l-plakards tal-vettura jkunu viżibbli b’mod ċar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(12).

Kummenti: Din minn dejjem kienet dispożizzjoni nazzjonali tar-Renju Unit.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–UK-5

Suġġett: Id-distribuzzjoni ta’ oġġetti f’imballaġġ intern lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti (bl-esklużjoni ta’ dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożitu ta’ distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarin.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 6.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġ ma jeħtiġux li jkollhom il-marka RID/ADR jew NU.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007: Ir-Regolament 26.

Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-RID mhumiex adatti għall-aħħar stadji tal-ġarr minn ċentru ta’ distribuzzjoni għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent jew mill-bejjiegħ bl-imnut għal għand l-utent aħħari. L-għan ta’ din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni bl-imnut jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr il-pakkett ta’ barra.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

Msejjes fuq l-Artikolu 6(2)(b)(i) tal-2008/68/KE

DE il-Ġermanja

RA–bi–DE-2

Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż pakkettat.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 1 sa 5.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, imballaġġ u mmarkar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Imballaġġ mħallat u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart għandu jkun ippakkettat f’imballaġġ intern (waqt il-ġbir) u mqassam f’kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi fi grupp ta’ skart); użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta’ skart u bħala polza tat-tagħbija; ġbir ta’ skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom 6 ta’ Novembru 2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

DK id-Danimarka

RA–bi–DK1

Suġġett: Ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn mini

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1 għal din id-Direttiva: 7.5

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanżi protettivi

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprovdi għall-dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fl-Anness II it-Taqsima II.1 għal din id-Direttiva dwar il-ġarr mill-mina tal-ferrovija li tgħaddi minn taħt il-Great Belt. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta’ oġġetti perikolużi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af eksplosiver i jernbanetunnelerne på Storebælt og Øresund, ta-15 ta’ Frar 2005.

Kummenti:

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.

SE l-Iżvezja

RA–bi–SE-1

Suġġett: Ġarr ta’ skart perikoluż lejn l-impjanti tar-rimi tal-iskart perikoluż.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 2, 5.2, u 6.1.

Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u tikkettar kif ukoll ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tikkonsisti minn kriterji simplifikati tal-klassifikazzjoni, rekwiżiti inqas restrittivi għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ u r-rekwiżiti modifikati għat-tikkettar u l-immarkar. Minflok ma l-iskart perikoluż jiġi kklassifikat skont l-RID, jinqasam fi gruppi differenti ta’ skart. Kull grupp ta’ skart fih sustanzi li jistgħu, skont l-RID, jiġu ppakkjati flimkien (ippakkjar imħallat). Kull pakkett għandu jiġi mmarkat bil-kodiċi rilevanti tal-grupp ta’ skart minflok bin-numru NU.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn ir-regolamenti jistgħu jintużaw biss għall-ġarr ta’ skart perikoluż minn siti pubbliċi tar-riċiklaġġ lejn impjanti ta’ rimi ta’ skart perikoluż.

Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.”

(3)

l-Anness III, it-Taqsima III.3 hija ssostitwita b’dan li ġej:

“III.3.   Derogi nazzjonali

…”


17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/59


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Marzu 2009

dwar in-noninklużjoni tat-triflumuron fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1681)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/241/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li Stat Membru, matul perjodu ta’ 12-il sena min-notifika ta’ dik id-Direttiva, jista’ jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mhux elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li jkunu diġà jinsabu fis-suq sentejn wara d-data tan-notifika, waqt li dawn is-sustanzi jkunu qegħdin jiġu eżaminati gradwalment fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinkludi t-triflumuron.

(3)

Għat-triflumuron l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew ivvalutati skont id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 1490/2002 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikant. Barra minn hekk, dawn ir-Regolamenti jaħtru lill-Istati Membri relaturi li għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) skont l-Artikolu 10 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Għat-triflumuron l-Istat Membru li jirrapporta kien l-Italja u kull tagħrif rilevanti tressaq fil-15 ta’ Lulju 2005.

(4)

Ir-rapport ta’ valutazzjoni saritlu reviżjoni inter pares mill-Istati Membri u l-EFSA fil-Valutazzjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tiegħu u kien ippreżentat lill-Kummissjoni fit-30 ta’ Settembru 2008 fil-format tal-konklużjoni tal-EFSA fir-rigward tar-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva triflumuron (4). Dan ir-rapport ġie rrivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġie ffinalizzat fit-2 ta’ Diċembru 2008 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għat-triflumuron.

(5)

Matul il-valutazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, ġie identifikat xi tħassib. B’mod partikolari, skont it-tagħrif disponibbli, l-espożizzjoni għall-konsumatur ma ġietx approvata bħala aċċettabbli minħabba nuqqas ta’ dejta skont in-natura u l-livell tar-residwi rilevanti. Fil-fatt, ma kienx possibbli li ssir valutazzjoni tar-riskju fid-dettall għall-metabolite M07 peress li ma kienx hemm dejta suffiċjenti biex tiġi allokata doża ta’ referenza fid-dettall għal din il-metabolite. Barra minn hekk, kien hemm dejta nieqsa biex tkun iddeterminata definizzjoni tar-residwi xierqa u jkun stmat il-livell ta’ residwi f’prodotti ta’ frott ipproċessat. Ġie identifikat ukoll riskju għoli għall-organiżmi akkwatiċi. Konsegwentement, ma kienx possibbli li tintlaħaq konklużjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli li t-triflumuron laħaq il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(6)

Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-riżultati tar-reviżjoni inter pares u dwar jekk kienx biħsiebu jkompli jappoġġa s-sustanza jew le. In-notifikant ressaq il-kummenti tiegħu li ġew investigati bir-reqqa. Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa min-notifikant, it-tħassib identifikat baqa’ ma ġiex solvut, u valutazzjonijiet li saru abbażi tat-tagħrif ippreżentat u vvalutat matul il-laqgħat ta’ esperti tal-EFSA ma wrewx li wieħed jista’ jistenna li, fil-kundizzjonijiet proposti ta’ użu, prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-triflumuron jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(7)

Għalhekk, it-triflumuron ma għandux jiġi inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

Għandhom jittieħdu miżuri biex jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom it-triflumuron jiġu rtirati fi żmien perjodu preskritt u ma jiġġeddux u li ma jingħatawx awtorizzazzjonijiet ġodda għal prodotti bħal dawn.

(9)

Kull perjodu ta’ konċessjoni mogħti minn Stat Membru għar-rimi, il-ħażna, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-triflumuron għandu jkun limitat għal perjodu ta’ tnax-il xahar biex jippermetti li l-ħażniet eżistenti jkunu użati fi staġun ieħor tat-tkabbir, li jiżgura li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-triflumuron jistgħu jibqgħu jinkisbu mill-bdiewa sa 18-il xahar wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċizjoni.

(10)

Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għat-triflumuron skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 (2) tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni li minnhom ġew stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5), bil-ħsieb ta’ inklużjoni possibbli fl-Anness I tagħha.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-triflumuron ma għandux ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-triflumuron jiġu rtirati sas-16 ta’ Settembru 2009.

(b)

l-ebda awtorizzazzjoni għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-triflumuron mhija se tingħata jew tiġġedded mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Kull perjodu fuq ir-riħ garantit mill-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun mill-iqsar possibbli u għandu jiskadi mhux aktar tard mis-16 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Marzu 2009

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2008) 194, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni esperta tat-triflumuron, iffinalizzat fit-30 ta’ Settembru 2008.

(5)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.