ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
14.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 196/2009
tat-13 ta’ Marzu 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Marzu 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
IL |
148,7 |
JO |
78,3 |
|
MA |
49,2 |
|
TN |
134,4 |
|
TR |
98,6 |
|
ZZ |
101,8 |
|
0707 00 05 |
EG |
139,2 |
JO |
158,4 |
|
MA |
74,1 |
|
MK |
139,3 |
|
TR |
147,4 |
|
ZZ |
131,7 |
|
0709 90 70 |
JO |
249,0 |
MA |
57,3 |
|
TR |
93,1 |
|
ZZ |
133,1 |
|
0709 90 80 |
EG |
88,5 |
ZZ |
88,5 |
|
0805 10 20 |
EG |
41,8 |
IL |
56,0 |
|
MA |
49,9 |
|
TN |
51,3 |
|
TR |
66,0 |
|
ZZ |
53,0 |
|
0805 50 10 |
EG |
51,3 |
MA |
61,0 |
|
TR |
50,0 |
|
ZZ |
54,1 |
|
0808 10 80 |
AR |
101,3 |
BR |
83,0 |
|
CA |
95,8 |
|
CL |
87,9 |
|
CN |
84,7 |
|
MK |
22,7 |
|
US |
113,5 |
|
UY |
68,9 |
|
ZZ |
82,2 |
|
0808 20 50 |
AR |
78,2 |
CL |
109,6 |
|
CN |
45,2 |
|
US |
104,6 |
|
ZA |
91,8 |
|
ZZ |
85,9 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
14.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 197/2009
tat-13 ta’ Marzu 2009
li jffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Marzu 2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni. |
(2) |
L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni. |
(3) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi. |
(4) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mis-16 ta’ Marzu 2009, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mis-16 ta’ Marzu 2009, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Marzu 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.
ANNESS I
Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Marzu 2009
Kodiċi NK |
Isem tal-merkanziji |
Dazju tal-importazzjoni (1) (EUR/t) |
1001 10 00 |
QAMĦ iebes ta' kwalità għolja |
0,00 |
ta' kwalità medja |
0,00 |
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 |
|
1001 90 91 |
QAMĦ għaż-żrigħ |
0,00 |
ex 1001 90 99 |
QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ |
0,00 |
1002 00 00 |
SEGALA |
23,29 |
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu |
15,89 |
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2) |
15,89 |
1007 00 90 |
SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ |
23,29 |
(1) Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':
— |
EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta' |
— |
EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.
ANNESS II
Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I
27.2.2009-12.3.2009
(1) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(2) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(1) Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(2) Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(3) Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
14.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 198/2009
tal-10 ta' Marzu 2009
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżidilha kwalunkwe subdiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb tal-applikazzjoni ta' miżuri tariffarji u ta’ miżuri oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ ta’ oġġetti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanizja deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella mfassla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2, għar-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3 ta' dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tariffarja li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhix skont dan ir-Regolament, tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità. (2) |
(5) |
Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
Il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella li tidher fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
||||||
(1) |
(2) |
(3) |
||||||
Oġġett ta' daqs ta' 4m bi 30m, magħmul minn ħjut ta' materjal tal-pjanti (ħaxix tal-baħar) minsuġ. It-tagħma tikkonsisti f'żewġ ħajtiet milwijin u mibrumin fuq xulxin ta' materjal tal-pjanti (ħaxix tal-baħar) tat-tip li jintuża l-iktar biex bih jimtlew il-kuxins. Il-medd jikkonsisti f'ħajta singla mibruma ta' fibra tessili naturali minsuġa minn materjal tal-pjanti (fibra tal-ħaxix tal-baħar) (il-ħajta tkun itwal minn 20 000 decitex). L-oġġett għandu n-naħa ta' wara magħmul minn gomma ċellulari. (kisi tal-art magħmul minn ħaxix tal-baħar) (Ara r-ritratti Nri 648A u 648B) Ir-ritratti juru biċċa maqtugħa mill-oġġett. (*) |
4601 94 10 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 1 tal-Kapitolu 46, in-Nota 1 tal-Kapitolu 57, in-Nota 3 (A) (e) għat-Taqsima XI u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 4601 , 4601 94 u 4601 94 10 . L-oġġett jikkonsisti fi tliet tipi ta' materjali differenti:
|
|
|
(*) Ir-ritratti huma għal għanijiet informattivi biss.
14.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 199/2009
tat-13 ta' Marzu 2009
li jistabbilixxi miżura tranżitorja li tidderoga mir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-provvista diretta ta' kwantitajiet żgħar ta' laħam frisk li ġej minn qatgħat ta' brojlers u dundjani
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-salmonella u ta' aġenti żoonotiċi oħra speċifikati li jinġarru fl-ikel (1) u, partikolarment l-Artikolu 13(1) tiegħu;
Billi:
(1) |
L-għan tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 huwa li jassigura li jittieħdu miżuri xierqa u effettivi għall-individwazzjoni u l-kontroll tas-salmonella u ta' aġenti żoonotiċi oħra fl-istadji rilevanti kollha ta' produzzjoni, ipproċessar u distribuzzjoni, u partikolarment fil-livell ta’ produzzjoni primarja, biex titnaqqas il-prevalenza tagħhom u r-riskju li dawn iġorru magħhom għas-saħħa pubblika. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 ma japplikax għall-produzzjoni primarja għall-użu privat domestiku jew li twassal għall-provvista diretta, mill-produttur, ta' kwantitajiet żgħar ta' prodotti primarji għall-konsumatur finali jew għal stabbilimenti ta' ħwienet lokali li direttament jissupplixxu l-prodotti primarji għall-konsumaturi. Skont dak ir-Regolament provvista diretta bħal din għandha tkun irregolata mir-regoli nazzjonali li jiżguraw li l-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jintlaħqu. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jistipula li għandha tiġi stabbilita mira Komunitarja għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-serotipi tas-salmonella kollha b’sinifikat għas-saħħa pubblika fit-tiġieġ tat-tip brojlers u dundjani fil-livell ta’ produzzjoni primarja. Jipprevedi wkoll li l-mira Komunitarja għandha tinkludi d-defenizzjoni tal-iskemi tal-ittestjar neċessarju biex jivverifika l-kisba tal-mira. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 646/2007 (2) jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 fir-rigward ta' mira tal-Komunità għat-tnaqqis tal-prevalenza ta’ ċerta salmonella fil-brojlers fil-livell tal-produzzjoni primarja. Dan jistipula wkoll l-iskema tal-ittestjar meħtieġa għall-verifika tal-progress fil-kisba tal-mira Komunitarja. Din l-iskema tal-ittestjar trid tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2009. |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 584/2008 (3) jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 fir-rigward ta' mira tal-Komunità għat-tnaqqis tal-prevalenza ta’ ċerta salmonella fil-brojlers fid-dundjani fil-livell tal-produzzjoni primarja. Dan jistipula wkoll l-iskema tal-ittestjar meħtieġa għall-verifika tal-progress fil-kisba tal-mira Komunitarja. Din l-iskema tal-ittestjar trid tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2010. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 ma japplikax għal ċerta produzzjoni primarja. Madankollu, hu japplika għal qatgħat ta' brojlers u dundjani fejn il-produttur għandu f'moħħu li jforni kwantitajiet żgħar ta' laħam frisk, li ġej minn qatgħat bħal dawk, għall-konsumatur finali; jew għal stabbilimenti ta' ħwienet lokali li jissupplixxu direttament il-prodotti primarji għall-konsumatur finali. Għalhekk, skont l-iskemi tal-ittestjar stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 646/2007 u (KE) Nru 584/2008 tjur bħal dawn għandhom ikunu suġġetti għal testijiet mandatorji qabel il-qtil. |
(7) |
L-ittestjar ta' dawn il-qatgħat ta' brojlers u dundjani jwassal għal diffikultajiet prattiċi għall-produtturi b'numru żgħir ħafna ta' annimali billi ttestjar kontinwu jkun meħtieġ qabel il-qtil. B'mod partikolari, il-bejgħ għandu mnejn jitwaqqaf billi r-riżultati tal-ittestjar iridu jkunu magħrufa qabel il-qtil. |
(8) |
Biex jiġi evitat li deroga mill-ittestjar mandatorju kontinwu f'qatgħat bħal dawk iżżid ir-riskju tas-saħħa pubblika, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli nazzjonali li jiddeterminaw il-fornitura tal-laħam frisk tal-produttur biex l-iskop tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jintlaħaq. |
(9) |
Huwa għalhekk xieraq bħala miżura tranżitorja, li jiġu esklużi mill-ambitu ta' dan ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003, qatgħat ta' brojlers u dundjani fejn il-produttur għandu f'moħħu li jforni kwantitajiet żgħar ta' laħam frisk, ġej minn qatgħat bħal dawn, għall-konsumatur finali jew għal stabbilimenti ta' ħwienet lokali li jissupplixxu direttament laħam frisk għall-konsumatur finali. |
(10) |
Provvista bħal din hija rari matul il-perjodu tax-xitwa u għalhekk il-miżura tranżitorja għandha tapplika mir-rebbiegħa tal-2009 'il quddiem. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, dak ir-Regolament ma għandux japplika għal qatgħat ta' brojlers u dundjani fejn il-produttur għandu f'moħħu biss li jforni kwantitajiet żgħar ta' laħam frisk, kif imsemmi fil-punt 1.10 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li ġej minn qatgħat bħal dawn, għal:
(a) |
il-konsumatur finali; jew |
(b) |
stabbilimenti ta' ħwienet lokali li direttament ifornu laħam frisk bħal dak għall-konsumatur finali. |
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli nazzjonali li jiddeterminaw il-provvista tal-laħam frisk mill-produttur, kif imsemmi fil-paragrafu 1, sabiex dak l-għan tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jintlaħaq.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.
Huwa għandu japplika għal perjodu ta' tliet snin.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.
(2) ĠU L 151, 13.6.2007, p. 21.
(3) ĠU L 162, 21.6.2008, p. 3.
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 22.
DIRETTIVI
14.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/11 |
DIRETTIVA 2009/12/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2009
dwar l-imposti tal-ajruporti
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
(1) |
Il-kompitu u l-attività kummerċjali prinċipali tal-ajruporti hu li jiġi żgurat it-trattament tal-inġenji tal-ajru, mill-inżul sat-tlugħ, u tal-passiġġieri u l-merkanzija, sabiex l-operaturi tal-ajru jkunu jistgħu jipprovdu servizzi tat-trasport bl-ajru. Għal dan il-għan, l-ajruporti joffru għadd ta’ faċilitajiet u servizzi relatati mal-operat tal-inġenji tal-ajru u l-ipproċessar tal-passiġġieri u l-merkanzija, li l-ispejjeż tagħhom ġeneralment jirkuprawhom permezz ta’ imposti tal-ajruporti. Il-korpi li jmexxu l-ajruporti li jipprovdu faċilitajiet u servizzi li għalihom jitħallsu imposti tal-ajruport għandhom jippruvaw joperaw fuq bażi ta’ effiċjenza meta mqabbla man-nefqa. |
(2) |
Jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas komuni li jirregola l-karatteristiċi essenzjali tal-imposti tal-ajruport u l-mod li bih dawn jiġu stabbiliti, minħabba li, fin-nuqqas ta’ tali qafas, ir-rekwiżiti bażiċi fir-relazzjoni bejn il-korpi ta’ tmexxija tal-ajruporti u l-utenti tal-ajruporti jistgħu ma jintlaħqux. Tali qafas għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għal Stat Membru li jiddetermina jekk għandux u safejn għandu jittieħed kont tad-dħul mill-attivitajiet kummerċjali tal-ajruport meta jiġu stabbiliti l-imposti tal-ajruport. |
(3) |
Din id-Direttiva għandha tapplika għal ajruporti li jinsabu fil-Komunità, li jkunu ikbar minn daqs minimu, billi l-ġestjoni u l-finanzjament ta’ ajruporti żgħar ma jeħtieġux l-applikazzjoni ta’ qafas Komunitarju. |
(4) |
Minbarra dan, fi Stat Membru fejn l-ebda ajruport ma jilħaq id-daqs minimu għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-ajruport bl-akbar movimenti ta’ passiġġieri jgawdi minn tali pożizzjoni privileġġata bħala punt ta’ dħul f’dak l-Istat Membru li huwa meħtieġ li tiġi applikata, għal dak l-ajruport, din id-Direttiva sabiex ikun garantit ir-rispett ta’ ċerti prinċipji bażiċi fir-relazzjoni bejn il-korp tat-tmexxija u l-utenti tal-ajruport, b’mod partikolari fir-rigward tat-trasparenza tal-imposti u tan-non diskriminazzjoni fost l-utenti tal-ajruport. |
(5) |
Sabiex jippromwovu koeżjoni territorjali, l-Istati Membri għandhom ikollhom il-possibbiltà li japplikaw sistema komuni ta’ ġbir ta’ imposti biex tkopri network ta’ ajruporti. It-trasferimenti ekonomiċi bejn l-ajruporti f’networks bħal dawn għandhom jikkonformaw mal-liġi Komunitarja. |
(6) |
Għar-raġunijiet tad-distribuzzjoni tat-traffiku, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jippermettu korp ta’ tmexxija tal-ajruporti għall-ajruporti li jaqdu l-istess belt jew konurbazzjoni biex japplikaw sistema komuni u trasparenti ta’ imposti. It-trasferimenti ekonomiċi bejn dawn l-ajruporti għandhom jikkonformaw mal-liġi Komunitarja rilevanti. |
(7) |
L-inċentivi biex jinfetħu rotot ġodda, bħal biex jiġi promoss, inter alia, l-iżvilupp tar-reġjuni żvantaġġati u l-aktar ‘il bogħod għandhom biss jingħataw konformement mal-liġi Komunitarja. |
(8) |
Il-ġbir tal-imposti fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u ta’ servizzi ta’ groundhandling diġà ġie indirizzat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1794/2006 tas-6 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (4) u mid-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta’ Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità (5), rispettivament. L-imposti applikati għall-finanzjament ta’ għajnuna għal passiġġieri b’diżabbiltà u passiġġieri b’mobbiltà mnaqqsa huma regolati mir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (6). |
(9) |
Fl-2004, il-Kunsill tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili (il-Kunsill tal-ICAO) adotta linji politiċi dwar imposti għall-ajruporti li kienu jinkludu, inter alia, il-prinċipji tar-relazzjoni tal-imposti mal-ispejjeż, in-non-diskriminazzjoni u mekkaniżmu indipendenti għar-regolamentazzjoni ekonomika tal-ajruporti. |
(10) |
Il-Kunsill tal-ICAO kkunsidra li imposta ta’ ajruport hija impożizzjoni ta’ ħlas li tkun imfassla u applikata speċifikament għall-irkupru tal-ispiża għall-forniment ta’ faċilitajiet u servizzi għall-avjazzjoni ċivili, filwaqt li taxxa hija impożizzjoni ta’ ħlas li tkun imfassla biex tgħolli d-dħul tal-gvern nazzjonali jew lokali li ġeneralment ma jiġux applikati għall-avjazzjoni ċivili kollha kemm huma jew fuq bażi speċifika abbażi tan-nefqa. |
(11) |
L-imposti tal-ajruporti għandhom ikunu non-diskriminatorji. Għandha tiġi attwata proċedura obbligatorja għall-konsultazzjoni regolari bejn il-korpi ta’ tmexxija tal-ajruporti u l-utenti tal-ajruport bil-possibbiltà li kull parti jkollha rikors għal awtorità ta’ superviżjoni indipendenti kull meta l-utenti tal-ajruport jikkontestaw deċiżjoni dwar l-imposti tal-ajruport jew il-modifika tas-sistema ta’ ġbir tal-imposti. |
(12) |
Sabiex jiġu żgurati deċiżjonijiet imparzjali u l-applikazzjoni korretta u effikaċi ta’ din id-Direttiva għandha tiġi stabbilita awtorità ta’ superviżjoni indipendenti f’kull Stat Membru. L-awtorità għandha jkollha r-riżorsi kollha meħtieġa relattivament għall-persunal, kompetenza esperta, u mezzi finanzjarji għat-twettiq tal-kompiti tagħha. |
(13) |
Għall-utenti tal-ajruport huwa vitali li fuq bażi regolari jingħataw, mingħand il-korp ta’ tmexxija tal-ajruport, informazzjoni dwar kif u fuq liema bażi jiġu kkalkolati l-imposti tal-ajruport. Tali trasparenza toffri lit-trasportaturi bl-ajru tagħrif dwar l-ispejjeż li jkun ġarrab l-ajruport u l-produttività tal-investimenti ta’ ajruport. Sabiex korp ta’ tmexxija ta’ ajruport ikun jista’ jivvaluta sewwa r-rekwiżiti fir-rigward ta’ investimenti futuri, l-utenti tal-ajruport għandhom ikunu meħtieġa jikkondividu, fil-mument opportun, mal-korp ta’ tmexxija tal-ajruport, il-previżjonijiet operattivi, il-proġetti ta’ żvilupp u t-talbiet u s-suġġerimenti speċifiċi kollha tagħhom. |
(14) |
Il-korpi ta’ tmexxija tal-ajruporti għandhom jinfurmaw lill-utenti tal-ajruport dwar proġetti infrastrutturali maġġuri billi dawn ikollhom impatt sinifikanti fuq is-sistema jew il-livell tal-imposti tal-ajruporti. Tali informazzjoni għandha tingħata sabiex ikun jista’ jsir monitoraġġ tal-ispejjeż infrastrutturali u bil-ħsieb li jiġu pprovduti faċilitajiet adegwati u effettivi meta mqabbla man-nefqa fl-ajruport konċernat. |
(15) |
Il-korpi ta’ tmexxija tal-ajruporti għandhom ikunu jistgħu japplikaw imposti tal-ajruporti li jikkorrispondu għall-infrastruttura u/jew il-livell ta’ servizz provdut billi t-trasportaturi bl-ajru għandhom interess leġittimu li jirrikjedu servizzi minn korp ta’ tmexxija ta’ ajruport li jikkorrispondu għall-proporzjon tal-prezz meta mqabbel mal-kwalità. Madankollu, l-aċċess għal livell differenzjat ta’ infrastruttura jew ta’ servizzi għandu jkun miftuħ għall-operaturi kollha li jkunu jixtiequ jagħmlu użu minnu, fuq bażi non-diskriminatorja. Jekk id-domanda tkun ogħla mill-provvista, l-aċċess għandu jiġi ddeterminat abbażi ta’ kriterji oġġettivi u non-diskriminatorji li għandhom jiġu żviluppati minn korp ta’ tmexxija ta’ ajruport. Kwalunkwe differenzjazzjoni fl-imposti tal-ajruporti għandha tkun trasparenti, oġġettiva u bbażata fuq kriterji ċari. |
(16) |
L-utenti ta’ ajruport u l-korp ta’ tmexxija tal-ajruport għandhom ikunu jistgħu jikkonkludu ftehim dwar il-livell ta’ servizz fir-rigward tal-kwalità tas-servizz provdut b’kumpens għall-imposti tal-ajruporti. In-negozjati dwar il-kwalità tas-servizz provdut b’kumpens għall-imposti tal-ajruporti jistgħu jsiru bħala parti mill-konsultazzjoni regolari. |
(17) |
Jeżistu sistemi differenti fi Stati Membri differenti dwar il-prefinanzjament tal-investimenti fir-rigward tal-ajruporti. Fi Stati Membri fejn isir prefinanzjament, l-Istati Membri jew il-korpi ta’ tmexxija tal-ajruporti għandhom jirriferu għal-linji politiċi tal-ICAO u/jew jistabbilixxu s-salvagwardji tagħhom stess. |
(18) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għat-Trattat, b’mod partikolari għall-Artikoli 81 sa 89 tiegħu. |
(19) |
Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu stabbiliti prinċipji komuni għall-istabbiliment ta’ imposti tal-ajruporti fir-rigward tal-ajruporti Komunitarji, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri billi fil-livell nazzjonali ma jistgħux jiġu stabbiliti sistemi ta’ imposti tal-ajruporti b’uniformità fil-Komunità kollha, u għalhekk jista, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Suġġett
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi prinċipji komuni għall-ġbir ta’ imposti tal-ajruporti Komunitarji.
2. Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull ajruport li jinsab f’territorju suġġett għat-Trattat u miftuħ għat-traffiku kummerċjali li t-traffiku annwali tiegħu jkun aktar minn 5 miljun moviment ta’ passiġġieri u għall-ajruport bl-ogħla moviment ta’ passiġġieri f’kull Stat Membru.
3. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw lista tal-ajruporti fit-territorju tagħhom li għalihom tapplika din id-Direttiva. Din il-lista għandha tkun ibbażata fuq id-data mill-Kummissjoni (Eurostat) u għandha tiġi aġġornata kull sena.
4. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-imposti miġbura għar-rimunerazzjoni ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru tul it-titjira u fit-terminals taħt ir-Regolament (KE) Nru 1794/2006, jew għall-imposti miġbura għar-rimunerazzjoni tas-servizzi ta’ groundhandling imsemmija fl-Anness għad-Direttiva 96/67/KE, jew għall-imposti miġbura għall-finanzjament ta’ assistenza lil passiġġieri b’diżabbiltà u passiġġieri b’mobbiltà mnaqqsa msemmijin fir-Regolament (KE) Nru 1107/2006.
5. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kull Stat Membru li japplika miżuri regolatorji addizzjonali li ma jkunux inkompatibbli ma’ din id-Direttiva jew ma’ dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn tal-liġi Komunitarja fir-rigward ta’ kwalunkwe korp ta’ tmexxija ta’ ajruport li jinsab fit-territorju tiegħu. Dan jista’ jinkludi miżuri ta’ sorveljanza ekonomika, bħall-approvazzjoni ta’ sistemi ta’ ġbir tal-imposti u/jew il-livell ta’ imposti inklużi metodi ta’ ġbir tal-imposti bbażati fuq inċentivi jew ir-regolazzjoni tal-limitu massimu tal-prezzijiet.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
(1) |
“ajruport” tfisser kull medda ta’ art speċifikament adattata għall-inżul, it-tlugħ u l-manuvrar ta’ inġenji tal-ajru, inklużi l-installazzjonijiet anċillarji li dawn l-operazzjonijiet jistgħu jinvolvu għar-rekwiżiti tat-traffiku u servizzi tal-inġenji tal-ajru inklużi l-installazzjonijiet meħtieġa għall-assistenza tas-servizzi kummerċjali tal-ajru; |
(2) |
“korp ta’ tmexxija tal-ajruport” tfisser korp li, konġuntement ma’ attivitajiet oħrajn, jew mingħajr dawn l-attivitajiet, kif ikun jeħtieġ il-każ, ikollu bħala l-objettiv tiegħu, taħt il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-kuntratti nazzjonali, l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport jew tan-network ta’ ajruporti u l-koordinazzjoni u l-kontroll tal-attivitjiet tal-operaturi differenti preżenti fl-ajruporti jew fin-network ta’ ajruporti konċernati; |
(3) |
“utent tal-ajruport” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ġarr ta’ passiġġieri, posta u/jew merkanzija bl-ajru lejn, jew minn, l-ajruport konċernat; |
(4) |
“imposta tal-ajruport” tfisser levy miġbura għall-benefiċċju tal-korp ta’ tmexxija ta’ ajruport u mħallsa mill-utenti tal-ajruport għall-użu ta’ faċiltajiet u servizzi, li jiġu provduti esklussivament mill-korp ta’ tmexxija ta’ ajruport u li jkunu relatati mal-inżul, it-tlugħ, movimenti fl-art u pparkjar ta’ inġenji tal-ajru, u l-ipproċessar ta’ passiġġieri u merkanzija; |
(5) |
“network ta’ ajruporti” tfisser grupp ta’ ajruporti debitament indikat bħala tali mill-Istat Membru u operat mill-istess korp ta’ tmexxija ta’ ajruport. |
Artikolu 3
Non-diskriminazzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imposti tal-ajruport ma jiddiskriminawx bejn l-utenti tal-ajruport, konformement mal-liġi Komunitarja. Dan ma jimpedixxix il-modulazzjoni ta’ imposti tal-ajruporti għal kwistjonijiet ta’ interess pubbliku u ġenerali, inklużi kwistjonijiet ambjentali. Il-kriterji applikati għal tali modulazzjoni għandhom ikunu rilevanti, oġġettivi u trasparenti.
Artikolu 4
Network ta’ ajruporti
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-korp ta’ tmexxija ta’ ajruport ta’ network ta’ ajruporti li jintroduċi sistema komuni u trasparenti ta’ ġbir ta’ imposti tal-ajruport biex tkopri n-network ta’ ajruporti.
Artikolu 5
Sistemi ta’ imposti komuni
Wara li jkunu għarrfu lill-Kummissjoni u konformement mal-liġi Komunitarja, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li korp ta’ tmexxija ta’ ajruport japplika sistema ta’ imposti komuni u trasparenti f’ajruporti li jaqdu lill-istess belt jew konurbazzjoni, sakemm kull ajruport jikkonforma kompletament mar-rekwiżiti dwar it-trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 7.
Artikolu 6
Konsultazzjoni u rimedju
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi stabbilita proċedura obbligatorja għall-konsultazzjoni regolari bejn il-korp ta’ tmexxija ta’ ajruport u l-utenti tal-ajruport jew ir-rappreżentanti jew assoċjazzjonijiet tal-utenti tal-ajruport fir-rigward tal-operat tas-sistema ta’ imposti tal-ajruport, il-livell ta’ imposti tal-ajruport u, kif ikun jeħtieg il-każ, il-kwalità tas-servizz provdut. Tali konsultazzjoni għandha sseħħ għall-anqas darba fis-sena, ħlief jekk jiġi miftiehem mod ieħor fl-aħħar konsultazzjoni. Fejn jeżisti ftehim pluriennali bejn il-korp ta’ tmexxija ta’ ajruport u l-utenti tal-ajruport, il-konsultazzjonijiet għandhom iseħħu kif previst f’tali ftehim. L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jitolbu konsultazzjonijiet aktar frekwenti.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, kull fejn ikun possibbli, it-tibdil fis-sistema jew fil-livell ta’ imposti tal-ajruport isir bi ftehim bejn il-korp ta’ tmexxija tal-ajruport u l-utenti tal-ajruport. Għal dak l-għan, il-korp ta’ tmexxija tal-ajruport għandu jippreżenta kwalunkwe proposta għal modifika fis-sistema jew fil-livell ta’ imposti tal-ajruport lill-utenti tal-ajruport, flimkien mar-raġunijiet għat-tibdil propost mhux aktar tard minn erba’ xhur qabel ma dawn jidħlu fis-seħħ, ħlief jekk ikun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jeħtieġu li jiġu ġġustifikati mal-utenti tal-ajruport. Il-korp ta’ tmexxija tal-ajruport għandu jkollu konsultazzjonijiet dwar il-bidliet proposti mal-utenti tal-ajruport u jieħu kont tal-fehmiet tagħhom qabel ma tittieħed deċiżjoni. Il-korp ta’ tmexxija tal-ajruport għandu normalment jippubblika d-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni tiegħu mhux aktar tard minn xahrejn qabel ma tidħol fis-seħħ. Il-korp ta’ tmexxija tal-ajruport għandu jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu fir-rigward tal-fehmiet tal-utenti tal-ajruport fil-każ li ma jintlaħaqx ftehim dwar il-bidliet proposti bejn il-korp ta’ tmexxija tal-ajruport u l-utenti tal-ajruport.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil fir-rigward ta’ deċiżjoni dwar imposti tal-ajruport li tittieħed mill-korp ta’ tmexxija tal-ajruport, kwalunkwe parti tista’ titlob l-intervent tal-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti msemmija fl-Artikolu 11, li għandha teżamina l-ġustifikazzjonijiet għall-modifika tas-sistema jew tal-livell ta’ imposti tal-ajruport.
4. Il-modifika fis-sistema jew fil-livell ta’ imposti tal-ajruport li tkun ġiet deċiża mill-korp ta’ tmexxija tal-ajruport, jekk tiġi mressqa quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti, m’għandhiex ikollha effett sakemm dik l-awtorità tkun għadha ma eżaminatx il-kwistjoni. L-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti għandha, fi żmien erba’ ġimgħat minn meta l-kwistjoni tkun tressqet quddiemha, tieħu deċiżjoni temporanja dwar id-dħul fis-seħħ tal-modifika tal-imposti tal-ajruport, ħlief jekk id-deċiżjoni final tkun tista’ tittieħed fl-istess skadenza.
5. Stat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafi 3 u 4 fir-rigward tat-tibdil fil-livell jew fl-istruttura ta’ imposti tal-ajruporti f’dawk l-ajruporti li għalihom:
(a) |
ikun hemm proċedura obbligatorja taħt il-liġi nazzjonali li permezz tagħha l-imposti tal-ajruporti, jew il-livell massimu tagħhom, għandhom jiġu determinati jew approvati mill- awtorità ta’ superviżjoni indipendenti; jew |
(b) |
ikun hemm proċedura obbligatorja taħt il-liġi nazzjonali li permezz tagħha l- awtorità ta’ superviżjoni indipendenti teżamina, regolarment jew fuq talba mill-partijiet interessati, jekk dawn l-ajruporti humiex suġġetti għal kompetizzjoni effettiva. Meta dan ikun ġustifikat fuq il-bażi ta’ eżami bħal dan, l-Istat Membru għandu jiddeċiedi li l-imposti tal-ajruporti, jew il-livell massimu tagħhom, għandhom ikunu determinati jew approvati mill-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti. Din id-deċiżjoni għandha tapplika għall-perjodu ta’ żmien meħtieġ fuq il-bażi tal-eżami mwettaq minn dik l-awtorità. |
Il-proċeduri, il-kondizzjonijiet u l-kriterji applikati għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu mill-Istat Membru għandhom ikunu rilevanti, oġġettivi, non-diskriminatorji u trasparenti.
Artikolu 7
Trasparenza
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, kull darba li jsiru l-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1), il-korp ta’ tmexxija ta’ ajruport jipprovdi lil kull utent tal-ajruport, jew lir-rappreżentanti jew assoċjazzjonijiet tal-utenti tal-ajruport b’informazzjoni dwar il-komponenti li jkunu l-bażi li fuqha jiġu ddeterminati s-sistema jew il-livell tal-imposti kollha applikati f’kull ajruport mill-korp ta’ tmexxija tal-ajruport. L-informazzjoni għandha tinkludi għall-anqas:
(a) |
lista tal-bosta servizzi u infrastruttura provduti b’kumpens għall-imposta tal-ajruport applikata; |
(b) |
il-metodoloġija użata sabiex jiġu stabbiliti l-imposti tal-ajruport; |
(ċ) |
l-istruttura ġenerali tal-ispejjeż fir-rigward tal-faċilitajiet u s-servizzi li magħhom ikunu relatati l-imposti tal-ajruport; |
(d) |
id-dħul mill-imposti differenti u l-ispiża totali tas-servizzi li dawn ikopru; |
(e) |
kwalunkwe finanzjament mill-awtoritajiet pubbliċi tal-faċilitajiet u s-servizzi li magħhom ikunu relatati l-imposti tal-ajruport; |
(f) |
previżjonijiet tas-sitwazzjoni fl-ajruport fir-rigward tal-imposti, taż-żieda fit-traffiku u tal-investimenti proposti; |
(g) |
l-użu attwali tal-infrastruttura u t-tagħmir tal-ajruport matul perijodu speċifiku; u |
(h) |
ir-riżultat previst ta’ kwalunkwe investimenti kbar proposti f’termini tal-effetti tagħhom fuq il-kapaċità ta’ ajruport. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti tal-ajruporti jippreżentaw informazzjoni lill-korp tat-tmexxija tal-ajruport qabel kull konsultazzjoni, kif previst fl-Artikolu 6(1), partikolarment dwar:
(a) |
previżjonijiet dwar it-traffiku; |
(b) |
previżjonijiet dwar il-kompożizzjoni u l-użu maħsub tal-flotta tagħhom; |
(ċ) |
il-proġetti ta’ żvilupp tagħhom fl-ajruport konċernat; u |
(d) |
ir-rekwiżiti tagħhom fl-ajruport konċernat. |
3. Suġġett għal-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-informazzjoni pprovduta abbażi ta’ dan l-Artikolu għandha titqies bħala kunfidenzjali jew ekonomikament sensittiva u ttrattata f’dan is-sens. Fil-każ ta’ korpi ta’ tmexxija ta’ ajruport li jkunu kkwotati fil-borża, għandu jkun hemm konformità b’mod partikolari mar-regolamenti tal-borża.
Artikolu 8
Infrastruttura ġdida
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta’ tmexxija ta’ ajruport jikkonsulta mal-utenti tal-ajruport qabel ma jiġu ffinalizzati pjani għal proġetti infrastrutturali ġodda.
Artikolu 9
Standards ta’ kwalità
1. Sabiex jiġu żgurati operazzjonijiet bla xkiel u effiċjenti f’ajruport, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu lill-korp ta’ tmexxija ta’ ajruport u lir-rappreżentanti jew assoċjazzjonijiet tal-utenti tal-ajruport li jidħlu f’negozjati bil-ħsieb li jikkonkludu ftehim dwar il-livell ta’ servizz fir-rigward tal-kwalità tas-servizz provdut fl-ajruport. Dawn in-negozjati dwar il-kwalità tas-servizz jistgħu jseħħu bħala parti mill-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1).
2. Kwalunkwe ftehim bħal dan dwar il-livell ta’ servizz għandu jiddetermina l-livell ta’ servizz li għandu jiġi pprovdut mill-korp ta’ tmexxija ta’ ajruport li jkun iqis is-sistema jew tal-livell attwali tal-imposti tal-ajruport u l-livell ta’ servizz li għalih ikunu intitolati l-utenti tal-ajruport b’kumpens għall-imposti tal-ajruport.
Artikolu 10
Differenzjazzjoni ta’ servizzi
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu lill-korp tat-tmexxija ta’ ajruport li jvarja l-kwalità u l-ambitu ta’ servizzi partikolari tal-ajruport, ta’ terminals partikolari jew ta’ partijiet partikolari mit-terminals, bil-għan li jipprovdu servizzi speċjalizzati jew terminal dedikat jew parti minn terminal dedikata. Il-livell ta’ imposti tal-ajruport jista’ jiġi differenzjat abbażi tal-kwalità u l-ambitu ta’ tali servizzi u abbażi tal-ispejjeż għalihom jew kwalunkwe ġustifikazzjoni oġġettiva u trasparenti oħra. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, il-korpi ta’ tmexxija tal-ajruporti għandhom jibqgħu liberi li jistabbilixxu kwalunkwe imposta differenzjata bħal dawn.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu lil kwalunkwe utent tal-ajruport li jkun jixtieq jagħmel użu mis-servizzi speċjalizzati jew mit-terminal dedikat jew minn parti dedikata minn terminal, li jkollu aċċess għal dawn is-servizzi u t-terminal jew għal parti minn terminal.
Fil-każ li jkun hemm aktar utenti tal-ajruport li jixtiequ li jkollhom aċċess għas-servizzi speċjalizzati u/jew għat-terminal dedikat jew parti dedikata ta’ terminal milli jkun possibbli minħabba restrizzjonijiet ta’ kapaċità, l-aċċess għandu jkun determinat abbażi ta’ kriterji rilevanti, oġġettivi, trasparenti u non-diskriminatorji. Dawn il-kriterji jistgħu jiġu stabbiliti mill-korp ta’ tmexxija ta’ ajruport u l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li dawn il-kriterji jiġu approvati mill-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti.
Artikolu 11
Awtorità ta’ superviżjoni indipendenti
1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw jew jistabbilixxu awtorità indipendenti bħala l-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti nazzjonali tagħhom sabiex tiżgura l-applikazzjoni korretta tal-miżuri meħuda għall-finijiet ta’ konformità ma’ din id-Direttiva u sabiex tieħu f’idejha, għall-anqas, il-kompiti assenjati taħt l-Artikolu 6. Tali awtorità tista’ tkun l-istess bħall-entità li l-Istat Membru jinkariga sabiex tiżgura l-applikazzjoni tal-miżuri regolatorji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 1(5), inkluża l-approvazzjoni tas-sistema ta’ imposti u/jew tal-livell tal-imposti tal-ajruport, kemm-il darba din tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
2. Konformement mal-liġi nazzjonali, din id-Direttiva m’għandhiex tipprekludi lill-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti milli tiddelega, taħt is-superviżjoni u r-responsabbiltà sħiħa tagħha, l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva lil awtoritajiet ta’ superviżjoni indipendenti oħra, sakemm dik l-implimentazzjoni ssir konformement mal-istess standards.
3. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti billi jiżguraw li din tkun ġuridikament distinta minn u funzjonalment indipendenti minn kwalunke korp ta’ tmexxija ta’ ajruport u trasportatur bl-ajru. L-Istati Membri li jkollhom proprjetà ta’ ajruporti, ta’ korpi ta’ tmexxija tal-ajruporti jew ta’ trasportaturi bl-ajru jew li jkollhom il-kontroll ta’ korpi ta’ tmexxija tal-ajruporti jew ta’ trasportaturi bl-ajru għandhom jiżguraw li l-funzjonijiet relatati ma’ tali dritt ta’ proprjetà jew kontroll ma jingħatawx lill-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti teżerċita s-setgħat tagħha b’mod imparzjali u trasparenti.
4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-isem u l-indirizz tal-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti, bil-kompiti u r-responsabilitajiet assenjati lilha, u bil-miżuri meħuda biex tkun żgurata l-konformità mal-paragrafu 3.
5. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ finanzjament għall-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti, li jista’ jinkludi l-ġbir ta’ imposta mingħand l-utenti tal-ajruporti u l-korpi ta’ tmexxija tal-ajruporti.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fir-rigward ta’ nuqqas ta’ qbil kif imsemmi fl-Artikolu 6(3), jittieħdu miżuri sabiex:
(a) |
tiġi stabbilita proċedura għar-riżoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-korp ta’ tmexxija ta’ ajruport u l-utenti tal-ajruport; |
(b) |
jiġu ddeterminati l-kondizzjonijiet li taħthom ikun jista’ jitressaq xi nuqqas ta’ qbil quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti. L-awtorità għandha, b’mod partikolari, ma tilqax ilmenti li hija tqis li ma jkunux ġustifikati kif xieraq jew ma jkunux dokumentati b’mod adegwat; u |
(ċ) |
jiġu ddeterminati l-kriterji li fuqhom jiġi vvalutat in-nuqqas ta’ qbil sabiex jiġi riżolt. |
Dawn il-proċeduri, kondizzjonijiet u kriterji għandhom ikunu non-diskriminatorji, trasparenti u oġġettivi.
7. Meta tkun qed tagħmel investigazzjoni dwar il-ġustifikazzjoni għall-modifika tas-sistema jew tal-livell ta’ imposti ta’ ajruport kif stabbilit fl-Artikolu 6, l-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti għandha jkollha aċċess għall-informazzjoni meħtieġa mill-partijiet konċernati u għandha tkun meħtieġa li tikkonsulta lill-partijiet konċernati sabiex tasal għad-deċiżjoni tagħha. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4), hija għandha tagħti deċiżjoni finali malajr kemm jista’ jkun, u fi kwalunkwe każ fi żmien erba’ xhur minn meta l-kwistjoni tkun tressqet quddiemha. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż b’xahrejn f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati. Id-deċiżjoniet tal-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti għandhom ikollhom effett li jorbot, mingħajr preġudizzju għal reviżjoni parlamentari jew ġudizzjarja, kif ikun applikabbli fl-Istati Membri.
8. L-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti għandha tippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħha.
Artikolu 12
Rapport u reviżjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport sal-15 ta’ Marzu 2013 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva li jivvaluta l-progress imwettaq fil-kisba tal-objettivi tagħha, kif ukoll, fejn ikun il-każ, kwalunkwe proposta adatta.
2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, partikolarment fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni għar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 13
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-15 ta’ Marzu 2011. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bit-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 15
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strażburgu, 11 ta’ Marzu 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
A. VONDRA
(1) ĠU C 10, 15.1.2008, p. 35.
(2) ĠU C 305, 15.12.2007, p. 11.
(3) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2008 (ĠU C 254 E, 7.10.2008, p. 18) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Frar 2009.
(4) ĠU L 341, 7.12.2006, p. 3.
(5) ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36.
(6) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1.
14.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/17 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/19/KE
tat-12 ta' Marzu 2009
li temenda, għall-finijiet tal-adattament tagħha għall-progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE li għandha x'taqsam mal-interferenza tar-radju (kompatibbiltà elettromanjetika) tal-vetturi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (id-Direttiva Kwadru) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 39 (2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1972 li għandha x’taqsam mal-interferenza tar-radju (kompatibbiltà elettromanjetika) tal-vetturi (2) hija waħda mid-Direttivi separati fil-kuntest tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE stabbilita skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (3). Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE marbuta ma' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati għall-vetturi għalhekk japplikaw għad-Direttiva 76/245/KEE. |
(2) |
Skont il-punt 3.2.9. tal-Anness I tad-Direttiva 72/245/KEE l-komponenti mibjugħa bħala tagħmir ta' wara l-bejgħ u maħsuba għal installazzjoni fil-vetturi bil-mutur ma għandhomx bżonn (jew ma jeħtiġux) approvazzjoni tat-tip jekk ma jkollhomx x'jaqsmu ma' funzjonijiet relatati mal-immunità. Huwa previst perjodu tranżitorju ta’ erba’ snin li jibda mit-3 ta’ Diċembru 2004, li matulu servizz tekniku għandu jistabbilixxi jekk il-komponent li jrid jitqiegħed fis-suq huwiex marbut mal-immunità jew le u għandu joħroġ attestazzjoni skont l-eżempju muri fl-Anness III C. L-Istati Membri huma mitluba jirrappurtaw kull każ ta’ ċaħda minħabba raġunijiet ta’ sikurezza lill-Kummissjoni Ewropea. Din id-dispożizzjoni tirrikjedi li l-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, fuq il-bażi tal-esperjenza prattika b’dan ir-rekwiżit u fuq il-bażi tar-rapporti mressqa mill-Istati Membri, qabel it-tmiem tal-perjodu tranżitorju, jekk din l-attestazzjoni tkunx għadha meħtieġa flimkien mad-Dikjarazzjoni ta’ Konformità. |
(3) |
Kif stipulat fil-punt 3.2.9 tal-Anness I tad-Direttiva 72/245/KEE u wara li ġie kkunsidrat il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea ma rċeviet l-ebda rapport mill-Istati Membri dwar każijiet ta' ċaħda ta' attestazzjoni, issa hu propost li jitneħħa l-involviment tas-servizz tekniku fil-każ ta’ komponenti mibjugħa bħala tagħmir ta' wara l-bejgħ u maħsuba għal installazzjoni fil-vetturi bil-mutur, jekk ma jkollhomx x'jaqsmu ma' funzjonijiet relatati mal-immunità, u ma tkunx aktar meħtieġa l-attestazzjoni skont l-eżempju mogħti fl-Anness III C, kif stabbilit fil-punt 3.2.9 tal-Anness I. |
(4) |
Id-Direttiva 72/245/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku - Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 72/245/KEE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fil-lista tal-Annessi qed titħassar ir-referenza li ġejja għall-Anness III C:
|
(2) |
Fl-Anness I, fil-punt 3.2.9, it-tieni subparagrafu qiegħed jitħassar; |
(3) |
L-Anness III qiegħed jitħassar. |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru 2009, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mit-2 ta' Ottubru 2009.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi-President
(1) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(2) ĠU L 152, 6.7.1972, p. 15.