ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 68

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
13 ta' Marzu 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 195/2009 tat-12 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2009/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 li temenda d-Direttiva 94/19/KE dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti fir-rigward tal-livell ta’ kopertura u taż-żmien għar-rimbors ( 1 )

3

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/182/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Settembru 2007 skema ta’ għajnuna C 12/06 (ex N 132/05) li r-Reppubblika Ċeka qed tippjana li timplimenta biex tappoġġa t-trasport ikkombinat (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4134)  ( 1 )

8

 

 

2009/183/KE

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2008 tal-Kumitat tal-Istatistika tal-Komunità/l-Iżvizzera tal-21 ta’ Novembru 2008 li temenda l-Anness A tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika

14

 

 

2009/184/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Marzu 2009 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom jew li huma prodotti miż-żrieragħ tal-kolza T45 (ACS-BNØØ8-2) immodifikati ġenetikament li jirriżultaw mit-tqegħid fis-suq ta’ dawn iż-żrieragħ tal-kolza fil-pajjiżi terzi sal-2005 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1541)  ( 1 )

28

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

13.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 195/2009

tat-12 ta’ Marzu 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Marzu 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

148,7

JO

78,3

MA

56,2

TN

134,4

TR

96,6

ZZ

102,8

0707 00 05

EG

147,3

JO

158,4

MA

78,7

MK

139,3

TR

165,6

ZZ

137,9

0709 90 70

JO

249,0

MA

58,2

TR

96,9

ZZ

134,7

0709 90 80

EG

88,5

ZZ

88,5

0805 10 20

EG

43,5

IL

56,5

MA

45,2

TN

57,1

TR

61,6

ZZ

52,8

0805 50 10

EG

51,3

MA

61,0

TR

50,9

ZZ

54,4

0808 10 80

AR

102,3

BR

82,7

CA

86,3

CL

79,2

CN

85,6

MK

22,7

US

117,7

UY

68,9

ZZ

80,7

0808 20 50

AR

77,7

CL

163,9

CN

44,9

US

104,6

ZA

92,9

ZZ

96,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DIRETTIVI

13.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/3


DIRETTIVA 2009/14/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2009

li temenda d-Direttiva 94/19/KE dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti fir-rigward tal-livell ta’ kopertura u taż-żmien għar-rimbors

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Ottubru 2008, il-Kunsill qabel li l-istabbiliment mill-ġdid tal-fiduċja kif ukoll it-tħaddim kif suppost tas-settur finanzjarju għandhom jingħataw prijorità. Huwa impenja ruħu li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex id-depożiti ta’ individwi li għandhom kontijiet ta’ tfaddil jiġu protetti u laqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq b’mod urġenti proposta adatta li tippromwovi l-konverġenza ta’ skemi ta’ garanzija għad-depożiti.

(2)

Id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) diġà tipprevedi kopertura bażika għad-depożitanti. Madankollu, it-taqlib finanzjarju li għaddej bħalissa jesiġi titjib f’ dik il-kopertura.

(3)

Il-livell minimu attwali ta’ kopertura previst fid-Direttiva 94/19/KE huwa ffissat għal EUR 20 000 bil-fakultà li l-Istati Membri jiddeterminaw kopertura ogħla. Madankollu, intwera li għal għadd kbir ta’ depożiti fil-Komunità dan mhuwiex adegwat. Sabiex tinżamm il-fiduċja tad-depożitanti u tintlaħaq stabbiltà akbar fis-swieq finanzjarji, il-livell minimu ta’ kopertura għandu għalhekk jiżdied għal EUR 50 000. Sal-31 ta’ Diċembru 2010, il-kopertura għad-depożiti aggregati ta’ kull depożitant għandu jkun iffissat għal EUR 100 000, ħlief jekk valutazzjoni tal-impatt mill-Kummissjoni, ippreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2009, tikkonkludi li din iż-żieda u din l-armonizzazzjoni mhumiex adegwati u finanzjarjament vijabbli għall-Istati Membri kollha biex ikun żgurat il-ħarsien tal-konsumatur u l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji fil-Kommunità kif ukoll biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri. Fil-każ li l-valutazzjoni tal-impatt turi li din iż-żieda u din l-armonizzazzjoni mhumiex adatti, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti adatti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(4)

L-istess livell ta’ kopertura għandu japplika għad-depożitanti kollha irrispettivament minn jekk il-munita tal-Istat Membru hijiex l-euro jew le. L-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro għandhom il-possibbiltà li jaġġustaw l-ammonti li jirriżultaw minn din il-konverżjoni għall-eqreb numru sħiħ mingħajr ma jikkompromettu il-ħarsien ekwivalenti tad-depożitanti.

(5)

Ir-rapport li għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-Kummissjoni għandu janalizza l-kwistjonijiet relatati kollha bħall-tpaċija u l-kontrotalbiet, id-determinazzjoni tal-kontributi għall-iskemi, l-ambitu tal-prodotti u depożitanti koperti, u l-effikaċja tal-kooperazzjoni transkonfini bejn l-iskemi ta’ garanzija għad-depożiti u r-rabta bejn l-iskemi ta’ garanzija għad-depożiti ma’ modi alternattivi għar-rimbors lid-depożitanti, bħall-mekkaniżmi ta’ rimbors ta’ emerġenza. Għall-fini ta’ dak ir-rapport, l-Istati Membri għandhom jiġbru d-data rilevanti u jippreżentawha lill-Kummissjoni fuq talba.

(6)

Xi Stati Membri stabbilixxew skemi ta’ garanzija għad-depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE li jipprevedu kopertura sħiħa għal ċerti tipi ta’ depożiti fit-tul, bħal talbiet dwar il-pensjonijiet. Jeħtieġ li jiġu rispettati dawk id-drittijiet u l-aspettattivi tad-depożitanti fi skemi bħal dawn.

(7)

Xi Stati Membri stabbilixxew jew qed jippjanaw li jistabbilixxu skemi ta’ garanzija għad-depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE li jipprovdu kopertura sħiħa għal ċerti tipi ta’ bilanċi tal-kontijiet li żdiedu temporanjament. Il-Kummissjoni għandha tevalwa, sal-31 ta’ Diċembru 2009, jekk għandhiex tinżamm jew tiġi introdotta kopertura sħiħa għal ċerti tipi ta’ bilanċi tal-kontijiet li żdiedu temporanjament.

(8)

Il-funzjonament ta’ sistemi li jipproteġu l-istituzzjoni ta’ kreditu nnifisha u, b’mod partikolari, jiżguraw il-likwidità u l-kapaċità għall-ħlas tagħha, li b’hekk jiggarantixxu ħarsien għad-depożitanti għall-inqas ekwivalenti għal dak provdut minn skema ta’ garanzija għad-depożiti, u sistemi volontarji ta’ kumpens għad-depożitanti li mhumiex introdotti jew rikonoxxuti uffiċjalment minn Stat Membru, m’għandhomx ikunu affettwati minn din id-Direttiva.

(9)

L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu skemi ta’ garanzija għad-depożiti li jikkunsidraw id-dħul fi ftehim jew it-titjib ta’ ftehim eżistenti dwar l-obbligi rispettivi tagħhom.

(10)

Il-perijodu ta’ tliet xhur previst attwalment għar-rimbors, li jista’ jiġġedded għal disa’ xhur, imur kontra l-ħtieġa li tinżamm il-fiduċja tad-depożitanti u ma jissodisfax il-ħtiġijiet tagħhom. Iż-żmien għar-rimbors għandu għalhekk jitnaqqas għal perijodu ta’ għoxrin jum ta’ xogħol. Dak il-perijodu għandu jkun estiż biss taħt ċirkostanzi eċċezzjonali u wara approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. Sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva l-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-effettività u ż-żmien tal-proċeduri għar-rimbors li jevalwa jekk tnaqqis ieħor taż-żmien għal 10 ijiem ta’ xogħol ikunx adatt.

(11)

Barra dan, fil-każijiet fejn ir-rimbors iseħħ skont determinazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, il-perijodu ta’ deċiżjoni ta’ 21 jum previst attwalment għandu jitnaqqas għal ħamest ijiem ta’ xogħol sabiex ma jkunx imfixkel ir-rimbors rapidu. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom l-ewwel ikunu sodisfatti li istituzzjoni ta’ kreditu naqset milli tħallas lura depożiti li huma dovuti u pagabbli. Dik l-evalwazzjoni għandha tkun soġġetta għall-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi tal-Istati Membri.

(12)

Id-depożiti jistgħu jitqiesu mhux disponibbli ladarba l-miżuri ta’ intervent bikri jew ta’ riorganizzazzjoni ma jkollhomx suċċess. Dan m’għandux iżomm lill-awtoritajiet kompetenti milli jagħmlu aktar sforzi ta’ ristrutturar matul il-perijodu ta’ rimbors.

(13)

L-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jiżguraw il-kontinwità tas-servizzi bankarji u l-aċċess għal-likwidità tal-banek, partikolarment f’perijodi ta’ diffikultà finanzjarja. Għal dan il-għan, l-Istati Membri huma mħeġġa jagħmlu arranġamenti malajr kemm jista’ jkun sabiex jiżguraw il-ħlas ta’ emerġenza ta’ ammonti adegwati meta ssir applikazzjoni tad-depożitant affettwat, fi żmien mhux aktar minn tlett ijiem minn din l-applikazzjoni. Minħabba li t-tnaqqis taż-żmien attwali għar-rimbors, li hu ta’ tliet xhur, ser ikollu impatt pożittiv fuq il-fiduċja tad-depożitanti u l-iffunzjonar tajjeb tas-swieq finanzjarji, l-Istati Membri u l-iskemi ta’ garanzija għad-depożiti tagħhom għandhom jiżguraw li ż-żmien għar-rimbors ikun kemm jista’ jkun qasir.

(14)

Id-Direttiva 94/19/KE tipprevedi l-possibbiltà li l-Istati Membri jillimitaw il-kopertura għal persentaġġ speċifikat. Intwera li dik il-fakultà timmina l-fiduċja tad-depożitanti u għalhekk għandha titwaqqaf.

(15)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 94/19/KE għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (4).

(16)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li taġġusta l-livell ta’ kopertura skont l-inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea abbażi ta’ bidliet fl-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur ippubblikat mill-Kummissjoni. Billi dik il-miżura għandha kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u hija mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 94/19/KE, din għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(17)

Minħabba li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-armonizzazzjoni tal-livelli ta’ kopertura u taż-żmien għar-rimbors, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba l-għadd kbir ta’ regoli differenti li jeżistu fis-sistemi legali tad-diversi Stati Membri u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar f’livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(18)

Għalhekk, id-Direttiva 94/19/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

(19)

Skont il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (5), l-Istati Membri huma mħeġġa biex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess li juru, safejn ikun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni u jagħmluhom pubbliċi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 94/19/KE

Id-Direttiva 94/19/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

fil-punt 3(i) tal-Artikolu 1, it-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dik id-determinazzjoni malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol wara li l-ewwel ikunu sodisfatti li istituzzjoni ta’ kreditu tkun naqset milli tħallas lura depożiti li huma dovuti u pagabbli; jew”;

(2)

l-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta’ garanzija għad-depożiti jikkooperaw ma’ xulxin.”,

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament ta’ dan l-Artikolu għall-inqas kull sentjen u, jekk xieraq, tipproponi emendi għalih.”;

(3)

L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kopertura għad-depożiti aggregati ta’ kull depożitant għandha tkun ta’ mill-anqas EUR 50 000 fil-każ li d-depożiti ma jkunux disponibbli.

1a.   Sal-31 ta’ Diċembru 2010, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kopertura għad-depożiti aggregati ta’ kull depożitant għandha tkun iffissata għal EUR 100 000 fil-każ li d-depożiti ma jkunux disponibbli.

Jekk fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 12, il-Kummissjoni tikkonkludi li din iż-żieda u din l-armonizzazzjoni mhumiex xierqa u finanzjarjament vijabbli għall-Istati Membri kollha sabiex jiġu żgurati l-ħarsien tal-konsumatur u l-istabilità finanzjarja fil-Komunità u biex jiġu evitati distorsjonijiet transkonfini bejn l-Istati Membri, hija għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta biex jiġi emendat l-ewwel subparagrafu.

1b.   L-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro li jaqilbu l-ammonti espressi f’euro msemmijin fil-paragrafu 1 u 1a fil-muniti nazzjonali tagħhom għandhom jiżguraw li l-ammonti fil-muniti nazzjonali effettivament imħallsa lid-depożitanti huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-paragrafu 1a m’għandux jipprekludi ż-żamma ta’ dispożizzjonijiet li kienu joffru, qabel l-1 ta’ Jannar 2008, notevolment għal konsiderazzjonijiet soċjali, kopertura sħiħa għal ċerti tipi ta’ depożiti.”;

(c)

il-paragrafu 4 għandu jitħassar;

(d)

il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

“7.   Il-Kummissjoni tista’ taġġusta l-ammonti msemmija fil-paragrafi 1 u 1a skont l-inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea abbażi tal-bidliet fl-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea.

Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandha tkun adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7a(2).”;

(4)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 7a

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Banek Ewropej, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE (*).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (**) għandhom japplikaw, b’konsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(*)  ĠU L 3, 7.1.2004, p. 36."

(**)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.”;"

(5)

fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jagħmlu disponibbli lid-depożitanti attwali u lil dawk li jkollhom l-intenzjoni li jagħmlu depożitu, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazjoni tal-iskema ta’ garanzija għad-depożiti li tagħha l-istituzzjoni jew il-fergħat huma membri fil-Komunità jew xi arranġament alternattiv previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) jew fl-Artikolu 3(4). Id-depożitanti għandhom jiġu infurmati bid-dispożizzjonijiet tal-iskema ta’ garanzija għad-depożiti jew kwalunkwe arranġament alternattiv applikabbli, inkluż l-ammont u l-iskop tal-kopertura offruti mill-iskema ta’ garanzija għad-depożitu. Meta depożitu ma jkunx garantit permezz ta’ skema ta’ garanzija għad-depożitu skont l-Artikolu 7(2), l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tinforma lid-depożitant kif meħtieġ. L-informazzjoni kollha għandha tkun disponibbli b’mod faċli u komprensibbli.

L-informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet għall-kumpens u l-formalitajiet li għandhom jitlestew biex jingħata l-kumpens għandha tingħata fuq talba.”;

(6)

L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-iskemi ta’ garanzija għad-depożiti għandhom ikunu f’qagħda li jħallsu t-talbiet debitament ivverifikati magħmulin minn depożitanti fir-rigward ta’ depożiti li ma jkunux disponibbli fi żmien għoxrin jum ta’ xogħol mid-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jagħmlu d-determinazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 1(3)(i) jew li fih awtorità ġudizzjarja tagħti s-sentenza kif imsemmija fl-Artikolu 1(3)(ii). Dak il-limitu ta’ żmien jinkludi l-ġbir u t-trażmissjoni ta’ data preċiża dwar id-depożitanti u d-depożiti, li huma meħtieġa għall-verifika tat-talbiet.

F’ċirkostanzi kompletament eċċezzjonali, skema ta’ garanzija għad-depożiti tista’ tagħmel applikazjoni lill-awtoritajiet kompetenti għal estenzjoni tal-limitu taż-żmien. Din l-estensjoni m’għandhiex teċċedi għaxart ijiem ta’ xogħol.

Sas-16 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-effettività u ż-żmien tal-proċeduri ta’ rimbors li jevalwa jekk tnaqqis għal 10 ijiem taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu jistax jiġi implimentat.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta’ garanzija għad-depożiti jwettqu testijiet regolari tas-sistemi tagħhom u li, jekk xieraq, jiġu infurmati fil-każ li l-awtoritajiet kompetenti jiskopru problemi f’istituzzjoni ta’ kreditu li x’aktarx jagħtu lok għall-intervent ta’ skemi ta’ garanzija għad-depożiti.”;

(b)

il-paragrafu 2 għandu jitħassar;

(7)

l-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 12

1.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2009 rapport dwar:

(a)

l-armonizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament ta’ skemi ta’ garanzija għad-depożiti li jindirizza, b’mod partikolari, l-effetti ta’ nuqqas ta’ armonizzazzjoni fil-każ ta’ kriżi transkonfini, fir-rigward tad-disponibbiltà tar-rimborsi ta’ kumpens tad-depożitu u fir-rigward tal-kompetizzjoni ġusta, u l-benefiċċji u l-ispejjeż ta’ dan it-tip ta’ armonizzazzjoni;

(b)

il-konvenjenza u l-modalitajiet li tiġi pprovduta kopertura sħiħa għal ċerti tipi ta’ bilanċi tal-kontijiet li żdiedu temporanjament;

(c)

mudelli possibbli għall-introduzzjoni ta’ kontribuzzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju;

(d)

il-benefiċċji u l-ispejjeż ta’ introduzzjoni possibbli ta’ skema Komunitarja ta’ garanzija għad-depożiti;

(e)

l-impatt ta’ leġislazzjonijiet diverġenti rigward it-tpaċija, fejn il-kreditu ta’ depożitant jiġi bbilanċjat kontra d-djun tiegħu, fuq l-effiċjenza tas-sistema u distorsjonijiet possibbli, filwaqt li jitqies l-istralċ transkonfini;

(f)

l-armonizzazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodotti u d-depożitanti koperti, inklużi l-ħtiġijiet speċifiċi tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u tal-awtoritajiet lokali;

(g)

ir-rabta bejn l-iskemi ta’ garanzija għad-depożiti u modi alternattivi għar-rimbors lid-depożitanti, bħall-mekkaniżmu ta’ rimbors ta’ emerġenza.

Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tressaq proposti adegwati biex temenda din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tal-Banek Ewropej jekk ikollhom l-intenzjoni li jbiddlu l-kamp ta’ applikazzjoni jew il-livell ta’ kopertura għad-depożiti u dwar kwalunkwe diffikultà li jiltaqgħu magħha meta jikkooperaw mal-Istati Membri l-oħrajn.”;

(8)

l-Anness II għandu jitħassar.

Artikolu 2

Transpożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sat-30 ta’ Ġunju 2009.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mat-tieni paragrafu tal-punt 3 (i) tal-Artikolu 1, l-Artikolu 7(1a) u (3) u l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 94/19/KE, kif emendata b’din id-Direttiva, sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandha tiġi inkluża referenza għal din id-Direttiva jew magħhom għandu jkun hemm din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strażburgu, 11 ta’ Marzu 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

A. VONDRA


(1)  ĠU C 314, 9.12.2008, p. 1.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2009 u tal-5 ta’ Marzu 2009.

(3)  ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5.

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(5)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

13.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Settembru 2007

skema ta’ għajnuna C 12/06 (ex N 132/05) li r-Reppubblika Ċeka qed tippjana li timplimenta biex tappoġġa t-trasport ikkombinat

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4134)

(It-test Ċek biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/182/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet (1),

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz tal-ittra tas-16 ta’ Marzu 2005, ir-Rappreżentanza Permanenti Ċeka nnotifikat skema ta’ għajnuna biex tappoġġa t-trasport ikkombinat. L-għajnuna ġiet irreġistrata taħt N 132/05. Permezz tal-ittra tad-19 ta’ Mejju 2005, il-Kummissjoni staqsiet aktar mistoqsijiet rigward din l-iskema u l-awtoritajiet Ċeki wieġbu għal din l-ittra permezz tal-ittra rreġistrata minn DĠ TREN fil-11 ta’ Lulju 2005. Fl-14 ta’ Ġunju 2005 saret laqgħa teknika bejn l-awtoritajiet Ċeki u s-servizzi tal-Kummissjoni. It-tieni talba għall-informazzjoni ntbagħtet permezz tal-ittra tal-5 ta’ Settembru 2005. It-tweġiba għal din it-talba ntbagħtet mill-awtoritajiet Ċeki permezz tal-ittra tal-5 ta’ Ottubru 2005. It-tielet talba għall-informazzjoni ntbagħtet permezz tal-ittra tal-1 ta’ Diċembru 2005. It-tweġiba għal din it-talba ntbagħtet mill-awtoritajiet Ċeki permezz tal-ittra tad-9 ta’ Jannar 2006.

(2)

Permezz tal-ittra tal-4 ta’ April 2006, il-Kummissjoni għarrfet lir-Repubblika Ċeka li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stipulata fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fir-rigward ta’ miżura speċifika waħda li tikkonċerna l-għajnuna għax-xiri ta’ ċerti tipi ta’ vaguni għall-użu għat-trasport ikkombinat u ddeċidiet li ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni li tikkonċerna l-bqija tal-miżuri ta’ għajnuna.

(3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tinbeda l-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni talbet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom.

(4)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand partijiet interessati.

(5)

L-awtoritajiet Ċeki ressqu l-kummenti tagħhom għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ April 2006 lill-Kummissjoni permezz tal-ittra tad-9 ta’ Mejju 2006.

(6)

Permezz tal-ittra tal-1 ta’ Frar 2007 l-awtoritajiet Ċeki għarrfu lill-Kummissjoni dwar il-modifiki introdotti fl-iskema ta’ għajnuna nnotifikata rigward ix-xiri ta’ ċerti tipi ta’ vaguni għall-użu għat-trasport ikkombinat. Informazzjoni addizzjonali ntbagħtet lill-Kummissjoni fis-27 ta’ April 2007. Permezz tal-ittra tat-28 ta’ Ġunju 2007, l-awtoritajiet Ċeki għarrfu lill-Kummissjoni dwar il-modifiki ġodda introdotti fl-iskema rigward ix-xiri ta’ ċerti tipi ta’ vaguni għall-użu għat-trasport ikkombinat.

2.   DESKRIZZJONI TAL-ISKEMA

2.1.   Għan

(7)

L-għan tal-iskema huwa li tiżviluppa trasport ikkombinat sabiex tikseb bidla fit-traffiku mit-trasport ta’ merkanzija bit-triq għall-modi oħra ta’ trasport. L-iskema tikkonsisti minn għadd ta’ sottoprogrammi;

(a)

Sottoprogramm 1: Għajnuna għall-bini, l-estensjoni u l-immodernizzar ta’ terminali eżistenti tat-trasport ikkombinat;

(b)

Sottoprogramm 2: Għajnuna għall-akkwist ta’ għotjiet ta’ investiment għal tagħmir tat-trasport ikkombinat;

(c)

Sottoprogramm 3: Għajnuna għall-fażi tat-twaqqif ta’ rotot ġodda għat-trasport ikkombinat.

(8)

L-iskema għandha primarjament iżżid l-użu tat-trasport ikkombinat mhux akkompanjat billi ttejjiblu l-kompetittività.

2.2.   Bażi legali

(9)

Il-bażi legali se tkun ir-Riżoluzzjoni tal-Gvern tar-Reppubblika Ċeka dwar il-politika ta’ qafas għall-iżvilupp tat-trasport ikkombinat u l-appoġġ għalih fil-perjodu 2006-2010.

2.3.   Benefiċjarji

(10)

Il-benefiċjari se jkunu l-operaturi tat-trasport ikkombinat, it-trasportaturi ferrovjarji u l-operaturi tat-terminali.

(11)

Il-kumpaniji kollha tal-UE li għandhom uffiċċji, aġenziji, fergħat u sussidjarji rreġistrati fir-Repubblika Ċeka jkollhom aċċess għall-għajnuna.

2.4.   Tip ta’ għajnuna

(12)

L-għajnuna se tkun fil-forma ta’ sussidji mhux rimborsabbli.

Is-sottoprogramm 2 jipprovdi għal għajnuna f’forma ta’ għotjiet ta’ investiment għall-akkwist ta’ tagħmir tat-trasport ikkombinat, inkluż ix-xiri ta’ ċerti tipi ta’ vaguni għat-trasport ikkombinat

(13)

Il-miżuri ta’ għajnuna mill-istat inklużi fis-sottoprogrammi 1 u 3 u dawk fis-sottoprogramm 2 bl-esklużjoni tal-għajnuna għax-xiri ta’ ċerti tipi ta’ vaguni għall-użu fit-trasport ikkombinat kienu l-għan tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni adotatta fl-4 ta’ April 2006 li permezz tagħha nfetħet il-proċedura investigattiva attwali. Il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni fir-rigward tal-miżuri l-oħra kollha ħlief għax-xiri ta’ ċerti tipi ta’ vaguni għall-użu fit-trasport ikkombinat. Konsegwentement, id-deċiżjoni attwali tikkonċerna biss l-għajnuna għax-xiri ta’ ċerti tipi ta’ vaguni għall-użu fit-trasport ikkombinat.

(14)

L-awtoritajiet Ċeki jikkunsidraw fin-notifika tagħhom li dawn il-vaguni speċjali ma jistgħux jintużaw għas-servizzi ferrovjarji tradizzjonali, iżda esklussivament u biss għat-trasport ta’ unitajiet ta’ trasport intermodali. Dawn il-vaguni għandhom kostruzzjoni speċjali, immodifikata għat-trasport ta’ unitajiet ta’ trasport intermodali biss, u għalhekk huwa impossibbli li dawn il-vaguni jintużaw biex tinġarr merkanzija bħalma tinġarr minn vetturi ferrovjarji tradizzjonali – pereżempju, il-vaguni ma’ għandhomx twavel tal-qiegħ, tal-ġnub jew tat-truf, iżda huma mgħammra b’biċċiet li jidħlu f’xulxin (twistlocks). Is-sussidju se jingħata biss għal dawn il-vaguni ferrovjarji speċjali u l-applikant ikollu jipprovdi l-ispeċifikazzjoni preċiża tagħhom u jużahom għal linja ġdida tat-trasport ikkombinat speċifika. L-għan ewlieni tal-appoġġ huwa li jiżgura l-għadd meħtieġ ta’ vaguni ferrovjarji għal-linja tat-trasport ikkombinat rispettiva, jew il-vaguni ferrovjarji għas-sistemi “ġodda” tat-trasport ikkombinat (eż. it-tħejjija tat-trejlers ta’ fuq it-toroq), li s’issa għadhom ma tħaddmux fir-Repubblika Ċeka. L-istess prinċipju se jintuża wkoll għall-vetturi speċjali tat-trasport ikkombinat bit-triq, u l-appoġġ se jiġi estiż ukoll għall-unitajiet tat-trasport intermodali bl-eċċezzjoni tal-kontejners ISO.

2.5.   Intensità, baġit u tul ta’ żmien

(15)

L-intensità tal-għajnuna hija 30 % tal-ispejjeż eliġibbli.

(16)

Il-baġit mistenni għall-perjodu 2006-2010 huwa ta’ CZK 1 580 miljun (EUR 55 702 450) għall-programm kollu.

2.6.   Proċedura

(17)

Il-proċedura biex tingħata l-għajnuna, il-valutazzjoni tal-proġett, il-miżuri ta’ akkumulazzjoni u ta’ kontroll huma identiċi għal dawk awtorizzati mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha tal-4 ta’ April 2006.

3.   RAĠUNIJIET BIEX TINFETAĦ IL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI: DUBJI TAL-KUMMISSJONI FIR-RIGWARD TAL-KOMPATIBBILTÀ, TAL-GĦAJNUNIET GĦALL-VAGUNI SPEĊJALI GĦAT-TRASPORT IKKOMBINAT, MAT-TRATTAT

(18)

Fir-rigward tal-parti speċifika tal-għajnuna li tikkonċerna l-vaguni speċjali għat-trasport ikkombinat, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk setgħetx tkun iddikjarata kompatibbli mat-Trattat tal-KE.

(19)

Fid-dawl tal-politika tal-Kummissjoni li tinkoraġġixxi t-trasport ikkombinat, it-tali miżura tista’ titqies bħala kompatibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE jekk, b’mod partikolari jkun żgurat li l-vaguni, li x-xiri tagħhom huwa appoġġat mill-għajnuna, jistgħu jintużaw biss għall-ħidmiet tat-trasport ikkombinat. Fl-istadju tal-ftuħ tal-proċeduri, il-Kummissjoni ma kellhiex biżżejjed tagħrif disponibbli sabiex tistabbilixxi definittivament li dawn il-vaguni jistgħu biss u esklussivament jintużaw fi ħdan il-qafas ta’ servizz tat-trasport ikkombinat.

(20)

Alternattivament, l-għajnuna mogħtija għall-akkwist ta’ vetturi ferrovarji li ma jintużawx esklussivament għat-trasport ikkombinat tista’ tkun iddikjarata kompatibbli jekk il-benefiċjarji tal-għajnuna jkunu biss impriżi żgħar jew ta’ daqs medju (“SMEs”). L-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (3) jippermetti investimenti ta’ għajnuna fil-vaguni ferrovjarji għall-SMEs. B’mod partikolari, l-intensità tal-għajnuna ffissata bl-Artikolu 4(2) hija 15 % għall-impriżi żgħar u 7,5 % għall-impriżi ta’ daqs medju. Sabiex tapplika dawn id-dispożizzjonijiet, il-Kummissjoni talbet il-konferma li l-miżura intenzjonata tkun ta’ benefiċċju biss għal impriżi żgħar u ta’ daqs medju u fi ħdan dawn il-limiti.

4.   KUMMENTI MINGĦAND IR-REPUBBLIKA ĊEKA

A.   Kummenti għad-deċiżjoni dwar il-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali

(21)

Permezz tal-ittra tagħhom tad-9 ta’ Mejju 2006, l-awtoritajiet tar-Repubblika Ċeka ressqu l-kummenti li ġejjin.

(22)

L-għajnuna proposta tkopri x-xiri ta’ vaguni ferrovjarji speċjali intenzjonati għall-użu fit-trasport ikkombinat biss, li ma jistgħux jintużaw għal skopijiet oħra ta’ trasport ferrovjarju minħabba d-diżinn speċjali tagħhom.

(23)

Skont is-sistema internazzjonali ta’ mmarkar bl-itti UIC, dawn huma vaguni fil-kategorija S, jew possibilment fil-kategorija L. Il-kategorija “S” tfisser vagun ċatt ta’ għamla speċifika bir-roti u b’fusien armati flimkien (bogies), filwaqt li l-kategorija “L” tfisser vagun ċatt, b’żewġ fusien ta’ għamla speċifika. Il-vaguni f’dawn il-kategoriji huma ta’ diżinn speċjali (għamla speċifika), adattati esklussivament għat-trasport ta’ unitajiet tat-trasport intermodali, li ma jippermettix l-użu ta’ dawn il-vaguni għall-ġarr ta’ merkanzija bl-istess mod ta’ vaguni ferrovjarji oħra. Iż-żona tat-tagħbija tal-vaguni f’dawn il-kategoriji hija magħmula minn struttura f’forma ta’ qafas b’pinnijiet għat-twaħħil jew komponenti speċjali oħra jew apparati li huma essenzjali biex jitwaħħlu jew jiġu mmaniġġati l-unitajiet tat-trasport intermodali. Għalhekk ma’ għandhomx qiegħ sħiħ, ġnub jew pilastri jew tarf, u għalhekk mhuwiex possibbli li jitwaħħlu ma’ kwalunkwe tip ta’ tagħbija ħlief mal-unitajiet tat-trasport intermodali. Hemm madwar 100 tip ta’ vagun f’dawn il-kategoriji fl-Ewropa.

(24)

L-għan tal-għajnuna għax-xiri tat-tali vaguni huwa li jkunu assigurati l-vaguni ferrovjarji speċjali għar-rotot ġodda tat-trasport ikkombinat, jew il-vaguni ferrovjarji “ġodda” għas-sistemi tat-trasport ikkombinat, li sal-lum qatt ma tħaddmu fir-Repubblika Ċeka (eż. it-trasport tas-semikarrijiet bit-triq) jew li tħaddmu ftit (eż. it-trasport ta’ swap bodies).

(25)

Il-vaguni ferrovjarji speċjali, li l-akkwist tagħhom ikun iffinanzjat mir-riżorsi pubbliċi, ikunu jistgħu jintużaw biss fil-kuntest ta’ rotta ġdida tat-trasport ikkombinat u skont il-kundizzjonijiet stipulati minn qabel fir-riżoluzzjoni tal-gvern imsemmija fil-premessa 9. L-għotja tista’ tilħaq massimu ta’ 30 % tal-ispejjeż globali tal-akkwist. Il-kumitat ta’ evalwazzjoni jivvaluta l-għadd ta’ vaguni akkwistati, l-ammont tal-għotja, l-osservazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-Programm u l-kwalità tal-pjan ta’ ħidma

(26)

F’intervalli regolari ta’ tliet xhur matul perjodu preskritt, il-benefiċjarju għandu jibgħat lill-Ministeru tat-Trasport, inter alia, informazzjoni dwar it-tħaddim tar-rotta l-ġdida u l-użu tal-vaguni ferrovjarji akkwistati permezz tal-għotja. Barra minn hekk, il-monitoraġġ tal-Ministeru tat-Trasport se jiffoka fuq ir-reġistri ta’ kontabilità u ta’ inventarji u kontrolli fiżiċi fuq bażi aleatorja fuq il-vaguni konċernati.

(27)

Il-konverżjoni ta’ dawn il-vaguni hija diffiċli mil-lat tekniku u tqum ħafna flus. Il-konverżjoni tkun tinvolvi wkoll bidla fl-immarkar tal-vaguni, li naturalment teħtieġ l-approvazzjoni tal-Awtorità Amministrattiva Ferrovjarja, korp tal-Istat Ċek. Il-konverżjonijiet tal-vaguni tkun tidher ukoll fir-reġistri tal-inventarji, li jkunu soġġetti għall-kontrolli mill-Ministeru għat-Trasport.

(28)

Ir-Repubblika Ċeka temmen li appoġġ għax-xiri ta’ vaguni ferrovjarji tas-serje S jew L huwa kompatibbli mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, għaliex huwa proprju d-diżinn ta’ dawn il-vaguni li ma jippermettix l-użu tagħhom fit-trasport ferrovjarju ordinarju u l-konverżjoni ta’ dawn il-vaguni jkun diffiċli mil-lat tekniku u jkun iqum ħafna flus. Il-monitoraġġ tal-użu tar-riżorsi finanzjarji se jkun ibbażat, l-ewwel nett, fuq it-tagħrif li l-benefiċjarju huwa obbligat li jibgħat lill-Ministeru għat-Trasport, inter alia, li jikkonċerna t-tħaddim ta’ rotta ġdida u l-użu tal-vaguni ferrovjarji akkwistati permezz tal-għotja u, t-tieni, dwar il-verifika tar-reġistri ta’ kontabilità u ta’ inventarji tal-benefiċjarju, inklużi l-kontrolli fiżiċi fuq bażi aleatorja fuq dawn il-vaguni.

B.   Modifika tal-iskema ta’ għajnuna

(29)

Fl-ittra tagħhom tal-1 ta’ Frar 2007 l-awtoritajiet Ċeki nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar modifika tal-iskema ta’ għajnuna fir-rigward tal-intensità tal-għajnuna għax-xiri ta’ ċerti tipi ta’ vaguni għall-użu fit-trasport ikkombinat sabiex ikunu adattati għar-rekwiżit tar-Regolament (KE) Nru 70/2001. Madanakollu, permezz tal-ittra tat-28 ta’ Ġunju 2007, l-awtoritajiet Ċeki għarrfu lill-Kummissjoni dwar il-modifiki l-ġodda introdotti fl-iskema rigward ix-xiri ta’ ċerti tipi ta’ vaguni għall-użu għat-trasport ikkombinat sabiex jinżammu d-dispożizzjonijiet tan-notifika oriġinali.

5.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA

(30)

Skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, kwalunkwe għajnuna fi kwalunkwe forma li tkun mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti intrapriżi jew id-dispożizzjoni ta’ ċertu merkanzija għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq komuni, ħlief jekk stipulat mod ieħor fit-Trattat.

(31)

Fir-rigward tal-kundizzjoni tal-użu tar-riżorsi tal-istat, il-miżura prevista tistabbilixxi li l-benefiċjarji magħżula se jirċievu kontribut tal-istat. L-istat huwa responsabbli għall-provvediment ta’ dawn it-tipi ta’ kontributi finanzjarji. Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura timplika l-użu tar-riżorsi tal-istat.

(32)

Fir-rigward tal-kundizzjoni ta’ vantaġġ ekonomiku selettiv, il-miżura ta’ għajnuna tapplika biss għall-kumpaniji ferrovjarji li joperaw trasport ikkombinat fir-Repubblika Ċeka. Għalhekk tiffavorixxi ċerti intrapriżi jew il-provvediment ta’ ċertu merkanzija.

(33)

Fir-rigward tal-kundizzjoni ta’ tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri li qed jintlaqtu, meta għajnuna mogħtijia minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ intrapriża meta mqabbla ma’ intrapriżi oħra li jikkompetu fil-kummerċ intra-Komunitarju, dawn tal-aħħar jeħtieġ li jitqiesu li nltaqtu minn dik l-għajnuna. (4)

(34)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta’ Diċembru 1992 dwar it-twaqqif ta’ regoli komuni għal ċertu tip ta’ trasport ikkombinat ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri (5) mill-1 ta’ Lulju 1993 illiberalizzat il-ħidmiet tat-trasport ikkombinat imsemmi fl-Artikolu 1 tagħha mis-sistemi ta’ kwota u ta’ awtorizzazzjoni kollha. Minn dakinhar ‘l hawn, l-intrapriżi qed isiru progressivament aktar attivi f’diversi Stati Membri, u l-kummerċ intra-Komunitarju beda jiżviluppa. Il-kompetizzjoni bejn l-entitajiet ekonomiċi attivi fit-trasport ikkombinat tal-merkanzija qiegħed għalhekk jiżviluppa lil hinn mill-konfini tal-Istati Membri differenti. Minħabba l-pożizzjoni ġeografika tar-Repubblika Ċeka l-iżvilupp tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi tat-trasport ikkombinat fi ħdan u lil hinn minn dan l-Istat Membru huma relattivament aktar f’saħħithom minn dawk f’partijiet oħra tal-Komunità. Il-miżura maħsuba se tappoġġa l-operaturi tat-trasport ikkombinat li jiżviluppaw attività fir-Repubblika Ċeka, f’kompetizzjoni ma’ operaturi oħrajn li jiżviluppaw l-attività tagħhom fl-Istati Membri ġirien. Fil-fatt, tista’ twassal għal tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(35)

Fid-dawl ta’ dawk il-fatti, il-Kummissjoni tqis li l-iskema ta’ għajnuna nnotifikata tinvolvi għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, u għalhekk, fil-prinċipju, mhijiex permessa skont dak l-Artikolu, sakemm ma titqiesx kompatibbli mas-suq komuni skont kwalunkwe waħda mill-eżenzjonijiet stipulati fit-Trattat jew fil-leġiżlazzjoni sekondarja.

6.   STIMA TAL-KOMPATIBILITÀ TAL-MIŻURA TA’ GĦAJNUNA

(36)

Fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni aktar speċifika, l-iskema nnotifikata tista’ tiġi vvalutata biss fuq il-bażi tal-Artikolu 87(3)c tat-Trattat.

(37)

L-Artikolu 87(3)(c) jistipula li l-għajnuna maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi tista’ titqies kompatibbli mas-suq komuni basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni.

6.1.   Għan tal-interess komuni

(38)

Il-Komunità ilha għal ftit żmien tmexxi politika biex tikseb sistema bilanċjata ta’ trasport intermodali u t-trawwim tal-kompetittività tat-trasport ikkombinat imqabbel mat-trasport bit-triq huwa parti essenzjali minn din il-politika. L-għan tal-politika tal-KE għat-trasport ikkombinat huwa li titwettaq bidla modali minn trasport bit-triq għall-modi oħra ta’ trasport.

(39)

Strumenti Komunitarji bħad-Direttiva 92/106/KEE għandhom l-għan espliċitu li jrawmu l-iżvilupp tat-trasport ikkombinat, kif ikkonfermat fir-raba’ premessa ta’ dik id-Direttiva. Il-White Paper dwar il-Politika tat-Trasport (6) tinkoraġġixxi l-użu tat-trasport ferrovjarju u ta’ trasport ieħor li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent sabiex isiru alternattivi kompetittivi għat-trasport bit-triq.

(40)

Il-politika intermodali hija inizjattiva biex titneħħa l-pressjoni minn fuq is-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, u taqbel mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Gothenburg ta’ Ġunju 2001 li ddikjara li miżuri li jgħinu bidla mit-trasport bit-triq għal modi ta’ trasport li jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent huma fil-qalba tal-politika tat-trasport sostenibbli (7).

(41)

Barra minn hekk, illum il-ġurnata, l-industrija Ewropea żżomm jew iżżid il-kompetittività tal-produzzjoni tagħha bbażata fl-Ewropa permezz ta’ loġistika avvanzata, titjib fil-produzzjoni u fid-distribuzzjoni, u bil-ħolqien ta’ valur fil-proċess. Dawn il-ktajjen ta’ provvista sofistikati huma dejjem aktar vulnerabbli għall-kredibbiltà li dejjem tonqos u għall-ispejjeż dejjem ogħla tat-trasport tal-merkanzija bit-triq. Għalhekk il-loġistika intermodali jkollha ssir attività ewlenija għall-industrija tal-produzzjoni tal-Ewropa, sabiex jinżammu assi u proċessi produttivi fl-Ewropa.

6.2.   Il-ħtieġa għall-għajnuna u l-proporzjonalità tagħha

(42)

It-trasport intermodali huwa għażla kkumplikata ta’ trasport, li tinvolvi partijiet interessati varji flimkien ma’ mudelli ta’ kummerċ varji, f’ambjent frammentat u fuq skala żgħira, li spiss huwa sseparat minn kulturi modali u skont linji nazzjonali. Il-Kummissjoni tagħraf li l-ħidma biex jittejjeb it-trasport intermodali fis-swieq hija primarjament ir-responsabbiltà tal-operaturi tas-suq, li l-aċċess għalihom huwa liberu u fejn il-kompetizzjoni ħielsa, il-provvista u l-forniment jiddominaw. Madankollu, sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tat-trasport intermodali, ir-rieda li jittieħdu riskji inerenti għall-bidla mit-toroq għall-modi alternattivi, jeħtieġ li tiġi stimulata.

(43)

Ħafna kumpaniji tat-trasport illum il-ġurnata qed joperaw fi swieq li qegħdin f’ristrutturazzjoni sħiħa. Il-qligħ huwa baxx, l-ippjanar huwa iebes, u l-futur huwa inċert. Għalhekk, jeħtieġ li jitfasslu programmi ta’ appoġġ prattiċi u orjentati lejn is-suq sabiex jgħinu lis-settur intermodali jieħu riskji u jirrispondi għall-isfida li tintlaħaq bidla sostenibbli u kbira, skont il-miri stipulati fil-White Paper tal-Kummissjoni tal-2001.

(44)

L-għajnuna proposta tkopri x-xiri ta’ vaguni ferrovjarji speċjali intenzjonati għall-użu fit-trasport ikkombinat biss, li ma jistgħux jintużaw għal skopijiet oħra ta’ trasport ferrovjarju minħabba l-għamla speċjali tagħhom.

(45)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet Ċeki fl-ittra tagħhom tad-9 ta’ Mejju 2006, imsemmija fil-premessi 20 sa 27 ta’ din id-Deċiżjoni, jindikaw b’mod ċar li l-vaguni speċjali huma esklussivament iddedikati għall-ħidmiet tat-trasport ikkombinat minħabba d-diżinn speċjali tagħhom (għamla speċifika), adattati esklussivament biex iġorru l-merkanzija bl-istess mod ta’ vaguni ferrovjarji oħra.

(46)

Il-Kummissjoni fil-prattika tagħha kkunsidrat li għajnuna mill-Istat għall-akkwist ta’ tagħmir iddiżinjat esklussivament għat-trasport ikkombinat (8), b’mod partikolari vaguni ta’ kundizzjonijiet daqshekk speċifiċi (9), hija kompatibbli mar-regoli tat-Trattat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li (10) jeħtieġ li jkunu mmodernizzati jew imġedda l-vetturi ferrovjarji fil-qasam tat-trasport ferrovjarju sabiex jiġi evitat tnaqqis fis-sehem tas-suq tat-trasport meta mqabbel ma’ modi ta’ trasport oħra inqas sostenibbli u aktar ta’ ħsara għall-ambjent.

6.3.   Il-kundizzjonijiet ta’ kummerċ mhumiex milquta sal-punt li jmur kontra l-interess komuni

(47)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li skont il-prattika stabbilita (11), il-limitazzjoni tal-intensità tal-għajnuna għal 30 % tiżgura li l-kundizzjonijiet ta’ kummerċ ma jkunux milquta b’mod li jmur kontra l-interess komuni.

6.4.   Konklużjoni: kompatibilità skont l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE

(48)

Għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna għax-xiri ta’ ċerti tipi ta’ vaguni għall-użu fit-trasport ikkombinat ikkonċernat f’dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat kompatibbli mat-Trattat tal-KE skont l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat għaliex mhux se jfixklu l-kummerċ b’mod li jmur kontra l-interess komuni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika Ċeka qed tippjana biex timplimenta fir-rigward tax-xiri ta’ ċerti tipi ta’ vaguni għall-użu tat-trasport ikkombinat hija kompatibbli mas-suq komuni skont it-tifsira tal-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat.

L-implimentazzjoni tal-għajnuna hija awtorizzata skont dan.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka.

Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU C 150, 28.6.2006, p. 35.

(2)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 1.

(3)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33.

(4)  Ara, b’mod partikolari, il-Kawża 730/79 Philip Morris v il-Kummissjoni [1980] Ġabra tal-Ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ġabra) 2671, il-paragrafu 11; Il-kawża C-53/00 Ferring [2001] Ġabra I-9067, il-paragrafu 21; u l-Kawża C-372/97 l-Italja v il-Kummissjoni, [2004] Ġabra I-3679, il-paragrafu 44.

(5)  ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38.

(6)  White Paper; Politika Ewropea tat-trasport għall-2010: il-waqt tad-deċiżjonijiet, COM(2001) 370.

(7)  Aċċessibbli fuq il-weblink, http://ec.europa.eu/governance/impact/docs/key_docs/goteborg_concl_en.pdf (il-punt 29)

(8)  Id-Deċiżjoni tat-22 ta’ Diċembru 2006, il-Kawża N 575/06 – l-Italja (ĠU C 139, 23.6.2007, p. 11); Id-Deċiżjoni tas-6 ta’ April 2006, il-Kawża N 132/06 – r-Repubblika Ċeka (ĠU C 150, 28.6.2006, p. 35); Id-Deċiżjoni tat-8 ta’ Settembru 2004, il-Kawża N 140/06 – l-Awstrija (ĠU C 126, 25.5.2005, p. 10); Id-Deċiżjoni tad-19 ta’ Frar 2002, il-Kawża N 566/02 – il-Belġju (ĠU C 248, 16.10.2003, p. 3); Id-Deċiżjoni tal-11 ta’ Novembru 2003, il-Kawża N 134/01 – l-Italja (ĠU C 311, 20.12.2003, p. 18); Id-Deċiżjoni tal-24 ta’ Lulju 2002, il-Kawża N 833/01 – l-Italja (ĠU C 242, 8.10.2002, p. 8); Id-Deċiżjoni tat-22 ta’ Ottubru 1997, il-Kawża N 79/97 – l-Olanda (ĠU C 377, 12.12.1997, p. 3); Id-Deċiżjoni tal-4 ta’ Mejju 1999, C 21/98 – l-Italja, ĠU L 227, 28.8.1999, p. 12; Id-Deċiżjoni tal-21 ta’ Diċembru 2000, N 508/99 – l-Italja (ĠU C 71, 3.3.2001, p. 21), id-Deċiżjoni tat-8 ta’ Lulju 1999, il-Kawża N 121/99 – l-Awstrija (ĠU C 245, 28.8.1999, p. 2).

(9)  Id-Deċiżjoni tas-27 ta’ Frar 2002, il-Kawża C644/2001 – l-Awstrija (ĠU C 88, 12.4.2002, p. 16). Ara wkoll id-Deċiżjoni tat-12 ta’ Settembru 2007, il-Kawża N 76/07 – l-Awstrija, għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-20 ta’ Diċembru 2006, il-Kawża C 46/2004 (ex NN 65/2004) – Franza, il-premessi 176 u 177 (ĠU L 112, 30.4.2007, p. 41).

(11)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2006, il-Kawża N 575/06 – l-Italja – ir-Reġjun ta’ Friuli-Venezia Giulia – titwil tal-iskema ta’ għajnuna awtorizzata eżistenti N 134/01 – l-Italja – ir-Reġjun ta’ Friuli-Venezia Giulia – Abbozz ta’ Liġi Nru 106/1-A – Għajnuna għat-twaqqif ta’ infrastruttura u servizzi fis-settur tat-trasport tal-merkanzija, għall-istrutturar mill-ġdid tat-trasport fuq it-toroq u l-iżvilupp ta’ trasport ikkombinat, (għadha mhix ippubblikata); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Settembru 2006, il-Kawża Nru 196/06 – l-Awstrija – Linjigwida dwar l-għajnuna għas-sistemi ta’ trasbord fit-trasport intermodali, (ĠU C 280, 18.11.2006); Id-Deċiżjoni tas-6 ta’ April 2006, Għajnuna mill-Istat N 132/05 – ir-Repubblika Ċeka (ĠU C 150, 28.6.2006, p. 35); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2006, il-Kawża N 247/04 – il-Belġju - Aide au transport combiné de Région wallonne, ĠU C 136, 3.6.2005, p. 43; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2006, N 160/05 – il-Polonja –Skema ta’ għajnuna għall-iżvilupp ta’ sistemi intermodali, (ĠU C 272, 9.11.2006, p. 10); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2005, il-Kawża N 238/04 – il-Ġermanja - Aide au transport combiné de Région wallonne, (ĠU C 136, 3.6.2005, p. 43); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Frar 2002, Nru 566/02 – il-Belġju – Id-Deċiżjoni tal-Gvern Fjamming dwar l-għajnuna għat-trasport ikkombinat fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni ta’ espansjoni ekonomika, (ĠU C 248, 16.10.2003); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 1998, il-Kawża N 598/98 – L-Olanda, (ĠU C 29, 4.2.1999, p. 13); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 1999, il-Kawża N 121/99 – l-Awstrija, (ĠU C 245, 28.8.1999, p. 2); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 1999, il-Kawża Nru 508/99 – l-Italja – ir-Reġjun ta’ Bozen-Alto-Adige – il-Liġi 4/97, (ĠU C 71, 3.3.2001, p. 21); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2000, il-Kawża Nru 755/99 – l-Italja – ir-Reġjun ta’ Bozen-Alto-Adige – il-Liġi Nru 8/98, (ĠU C 71, 3.3.2001, p. 19);


13.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/14


DEĊIŻJONI Nru 2/2008 TAL-KUMITAT TAL-ISTATISTIKA TAL-KOMUNITÀ/L-IŻVIZZERA

tal-21 ta’ Novembru 2008

li temenda l-Anness A tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika

(2009/183/KE)

IL-KUMITAT TAL-ISTATISTIKA TAL-KOMUNITÀ/L-IŻVIZZERA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007 u fih l-Anness A li jikkonċerna atti ġuridiċi fil-qasam tal-istatistika.

(2)

Ġew adottati atti ġuridiċi ġodda fil-qasam tal-istatistika u għandhom jiġu miżjuda mal-Anness A. Għaldaqstant, l-Anness A għandu jiġi rivedut.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness A tal-Ftehim jinbidel bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 21 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-KE

Walter RADERMACHER

Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera

Adelheid BÜRGI-SCHMELZ


(1)  ĠU L 90, 28.3.2006, p. 2.


ANNESS

“ANNESS A

ATTI ĠURIDIĊI FIL-QASAM TAL-ISTATISTIKA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2

ADDATTAMENT SETTORJALI

1.

It-terminu ‘Stat(i) Membru/i’ li jinsab fl-atti msemmija f’dan l-Anness għandu jinftiehem bħala li jinkludi l-Iżvizzera, flimkien mat-tifsira tiegħu fl-atti Komunitarji rilevanti.

2.

Id-dispożizzjonijiet li jistipulaw min għandu jħallas l-ispejjeż biex isir stħarriġ jew affarijiet simili ma japplikawx għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim.

ATTI MSEMMIJA

STATISTIKA TAN-NEGOZJU

397 R 0058: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 tal-20 ta’ Diċembru 1996 dwar statistiċi strutturali kummerċjali (ĠU L 14, 17.1.1997, p. 1). kif emendat bi:

398 R 0410: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 410/98 tas-16 ta’ Frar 1998 (ĠU L 52, 21.2.1998, p. 1).

32002 R 2056: Ir-Regolament (KE) Nru 2056/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 (ĠU L 317, 21.11.2002, p. 1).

32002 R 1614: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1614/2002 tas-6 ta’ Settembru 2002 (ĠU L 244, 12.9.2002, p. 7).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

L-Iżvizzera m’għandhiex tkun marbuta li taqsam dejta skont ir-reġjuni kif mitlub f’dan ir-Regolament;

(b)

L-Iżvizzera hija eżentata milli tipprovdi dejta fil-livell ta’ 4 ċifri tan-NACE REV 1;

(c)

L-Iżvizzera hija eżentata milli tipprovdi dejta mitluba minn dan ir-Regolament għal tip ta’ unitajiet ta’ attività.

398 R 2700: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2700/98 tas-17 ta’ Diċembru 1998 dwar id-definizzjonijiet ta’ karatteristiċi għall-istatistika strutturali dwar il-kummerċ (ĠU L 344, 18.12.1998, p. 49). kif emendat bi:

32002 R 1614: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1614/2002 tas-6 ta’ Settembru 2002 (ĠU L 244, 12.9.2002, p. 7).

32003 R 1670: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1670/2003 tal-1 ta’ Settembru 2003 (ĠU L 244, 29.9.2003, p. 74).

398 R 2701: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2701/98 tas-17 ta’ Diċembru 1998 dwar is-serje ta’ dejta li trid tiġi ppreżentata għall-istatistiki strutturali tal-kummerċ (ĠU L 344, 18.12.1998, p. 81). kif emendat bi:

32002 R 1614: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1614/2002 tas-6 ta’ Settembru 2002 (ĠU L 244, 12.9.2002, p. 7).

32003 R 1669: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1669/2003 tal-1 ta’ Settembru 2003 (ĠU L 244, 29.9.2003, p. 57).

398 R 2702: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2702/98 tas-17 ta’ Diċembru 1998 li jikkonċerna l-format tekniku għat-trażmissjoni tal-istatistika strutturali tal-kummerċ (ĠU L 344, 18.12.1998, p. 102). kif emendat bi:

32002 R 1614: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1614/2002 tas-6 ta’ Settembru 2002 (ĠU L 244, 12.9.2002, p. 7).

32003 R 1668: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1668/2003 tal-1 ta’ Settembru 2003 (ĠU L 244, 29.9.2003, p. 32).

32006 R 1792: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006 tat-23 ta’ Ottubru 2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).

399 R 1618: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1618/1999 tat-23 ta’ Lulju 1999 dwar il-kriterji għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-istatistika strutturali tal-kummerċ (ĠU L 192, 24.7.1999, p. 11).

399 R 1225: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1225/1999 tas-27 ta’ Mejju 1999 dwar id-definizzjonijiet tal-karatteristiċi għall-istatistika tas-servizzi tal-assigurazzjoni (ĠU L 154, 19.6.1999, p. 1).

399 R 1227: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/1999 tat-28 ta’ Mejju 1999 dwar il-format tekniku għat-trażmissjoni ta’ statistiki tas-servizzi tal-assigurazzjoni (ĠU L 154, 19.6.1999, p. 75). kif emendat bi:

32006 R 1792: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006 tat-23 ta’ Ottubru 2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).

399 R 1228: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1228/1999 tat-28 ta’ Mejju 1999 dwar is-serje ta’ dejta li għandha tiġi prodotta għall-istatistiki tas-servizzi tal-assigurazzjoni (ĠU L 154, 19.6.1999, p. 91). kif emendat bi:

32006 R 1792: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006 tat-23 ta’ Ottubru 2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).

32003 R 1668: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1668/2003 tal-1 ta’ Settembru 2003 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 fir-rigward tal-format tekniku għat-trażmissjoni tal-istatistiċi strutturali tan-negozju u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2702/98 dwar il-format tekniku għat-trażmissjoni tal-istatistiċi strutturali tan-negozju (ĠU L 244, 29.9.2003, p. 32) kif emendat bi:

32006 R 1792: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006 tat-23 ta’ Ottubru 2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).

32003 R 1669: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1669/2003 tal-1 ta’ Settembru 2003 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 fir-rigward tas-serje ta’ dejta li għandha tiġi prodotta għall-istatistika strutturali tal-kummerċ u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2701/98 dwar is-serje ta’ dejta li għandha tiġi prodotta għall-istatistika strutturali tal-kummerċ (ĠU L 244, tad-29.9.2003, p. 57).

32003 R 1670: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1670/2003 tal-1 ta’ Settembru 2003 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 fir-rigward tad-definizzjonijiet tal-karatteristiċi għall-istatistika strutturali tal-kummerċ u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2700/98 dwar id-definizzjonijiet tal-karatteristiċi għall-istatistika strutturali tal-kummerċ (ĠU L 244, 29.9.2003, p. 74).

398 R 1165: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta’ Mejju 1998 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir (ĠU L 162, 5.6.1998, p. 1). kif emendat bi:

32005 R 1158: Ir-Regolament (KE) Nru 1158/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 (ĠU L 191, 22.7.2005, p. 1).

32006 R 1503: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006 tat-28 ta’ Settembru 2006 (ĠU L 281, 12.10.2006, p. 15).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

L-Iżvizzera hija eżentata milli tipprovdi dejta fil-livell ta’ 4 ċifri tan-NACE REV 1.

32001 R 0586: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 586/2001 tas-26 ta’ Marzu 2001 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir fir-rigward tad-definizzjoni ta’ Raggruppamenti Industrijali Prinċipali (MIGS) (ĠU L 86, tas-27.3.2001, p. 11). kif emendat bi:

32006 R 1503: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1503/2006 tat-28 ta’ Settembru 2006 (ĠU L 281, 12.10.2006, p. 15).

32007 R 0656: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 656/2007 tal-14 ta’ Ġunju 2007 (ĠU L 155, 15.6.2007, p. 3).

393 R 2186: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 tat-22 ta’ Lulju 1993 dwar il-koordinament tal-Komunità fit-tfassil tar-reġistri tal-kummerċ għal għanijiet ta’ statistika (ĠU L 196, 5.8.1993, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Għall-Iżvizzera, l-annotazzjoni 1 (k) tal-Anness II tar-Regolament m’għandhiex tapplika.

STATISTIKA TAT-TRASPORT U TAT-TURIŻMU

398 R 1172: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 tal-25 ta’ Mejju 1998 dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta’ merkanzija bit-triq (ĠU L 163, 6.6.1998, p. 1). kif emendat bi:

399 R 2691: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2691/1999 tas-17 ta’ Diċembru 1999 (ĠU L 326, 18.12.1999, p. 39).

32006 R 1792: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006 tat-23 ta’ Ottubru 2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).

32001 R 2163: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (E) No 2163/2001 tas-7 ta’ Novembru 2001 rigward l-arranġamenti tekniċi għat-trażmissjoni tad-dejta għal statistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (ĠU L 291, 8.11.2001, p. 13).

32004 R 0642: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2004 tas-6 ta’ April 2004 dwar ħtiġiet ta’ preċiżjoni għall-ġbir ta’ dejta skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 għad-denunzji ta’ statistika fir-rigward ta’ ġarr ta’ oġġetti fuq l-art (ĠU L 102, 7.4.2004, p. 26).

32007 R 0833: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 833/2007 tas-16 ta’ Lulju 2007 li jtemm il-perjodu tranżitorju stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta’ merkanzija bit-triq (ĠU L 185, 17.7.2007, p. 9)

32003 R 0006: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 6/2003 tat-30 ta’ Diċembru 2002 dwar it-tixrid tal-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 45).

393 D 0704: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/704/KE tat-30 ta’ Novembru 1993 dwar il-ħolqien ta’ database tal-Komunità dwar inċidenti tat-triq (ĠU L 329, 30.12.1993, p. 63).

32003 R 0091: Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (ĠU L 14, 21.1.2003, p. 1). kif emendat bi:

32003 R 1192: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2003 tat-3 ta’ Lulju 2003 (ĠU L 167, 4.7.2003, p. 13).

32007 R 0332: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 332/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 dwar l-arranġamenti tekniċi għat-trażmissjoni tal-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 16).

32007 R 1304: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1304/2007 tas-7 ta’ Novembru 2007 li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98, ir-Regolamenti (KE) Nru 91/2003 u (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-twaqqif ta’ NST 2007 bħala l-klassifikazzjoni unika għall-merkanzija ttrasportata b’ċerti mezzi ta’ trasport (ĠU L 290, 8.11.2007, p. 14).

32003 R 0437: Ir-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2003 dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru (ĠU L 66, 11.3.2003, p. 1). kif emendat bi:

32003 R 1358: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1358/2003 tal-31 ta’ Lulju 2003 (ĠU L 194, 1.8.2003, p. 9).

32005 R 0546: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 546/2005 tat-8 ta’ April 2005 (ĠU L 91, 9.4.2005, p. 5).

32003 R 1358: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1358/2003 tal-31 ta’ Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru u li jemenda l-Anness I u II tiegħu (ĠU L 194, 1.8.2003, p. 9). kif emendat bi:

32005 R 0546: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 546/2005 tat-8 ta’ April 2005 (ĠU L 91, 9.4.2005, p. 5).

32007 R 0158: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 158/2007 tas-16 Frar 2007 (ĠU L 49, 17.2.2007, p. 9).

32006 R 1792: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006 tat-23 ta’ Ottubru 2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).

380 L 1119: Id-Direttiva tal-Kunsill 80/1119/KEE tas-17 ta’ Novembru 1980 dwar il-prospetti ta’ statistika li għandhom x’jaqsmu mat-trasport ta’ merkanzija permezz ta’ passaġġi tal-ilma interni (ĠU L 339, 15.12.1980, p. 30).

395 L 0064: Id-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE tat-8 ta’ Diċembru 1995 dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (ĠU L 320, 30.12.1995, p. 25). kif emendat bi:

398 D 0385: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/385/KE tat-13 ta’ Mejju 1998 (ĠU L 174, 18.6.1998, p. 1).

32000 D 0363: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/363/KE tat-28 ta’ April 2000 (ĠU L 132, 5.6.2000, p. 1).

32001 D 0423: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/423/KE tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni jew tixrid ta’ fatti statistiċi miġbura skont id-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE dwar prospetti statistiċi inkonnessjoni mat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (ĠU L 151, 7.6.2001, p. 41).

32005 D 0366: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/366/KE tal-4 ta’ Marzu 2005 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE dwar prospetti statistiċi fir-rigward tal-ġarr ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar u li temenda l-Annessi tagħha (ĠU L 123, 17.5.2005, p. 1).

395 L 0057: Id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE tat-23 ta’ Novembru 1995 dwar il-ġbir tal-informazzjoni statistika fil-qasam tat-turiżmu (ĠU L 291, 6.12.1995, p. 32).

399 D 0035: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/35/KE tad-9 ta’ Diċembru 1998 dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE dwar il-ġbir tal-infomazzjoni statistika fil-qasam tat-turiżmu (ĠU L 9, 15.1.1999, p. 23).

32007 R 0973: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 973/2007 tal-20 ta’ Awwissu 2007 dwar l-emendar ta’ ċerti Regolamenti tal-KE dwar oqsma speċifiċi tal-istatistika li jimplimentaw il-klassifikazzjoni tal-istatistika tal-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 (ĠU L 216, 21.8.2007, p. 10).

STATISTIKA DWAR KUMMERĊ BARRANI

395 R 1172: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 tat-22 ta’ Mejju 1995 dwar l-istatistika dwar il-kummerċ fl-oġġetti mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha ma’ pajjiżi li mhumiex membri (ĠU L 118, 25.5.1995, p. 10). kif emendat bi:

397 R 0476: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 476/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 (ĠU L 75, 15.3.1997, p. 1).

398 R 0374: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 374/98 tat-12 ta’ Frar 1998 (ĠU L 48, 19.2.1998, p. 6).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Għall-Iżvizzera t-territorju għall-istatistika għandu jinkludi t-territorju doganali;

(b)

L-Iżvizzera ma għandhiex tkun marbuta li tiġbor statistika tal-kummerċ bejn l-Iżvizzera u l-Liechtenstein;

(c)

Il-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(2) għandha ssir tal-inqas sal-ewwel sitt ċifri;

(d)

L-Artikolu 10(1)(h) u (j) m’għandhomx japplikaw;

(e)

L-Artikolu 10(1)(i): In-nazzjonalità tal-mezzi ta’ trasport li jaqsmu l-fruntiera hija applikabbli biss għat-trasport bit-toroq.

32000 R 1917: Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1917/2000 tas-7 ta’ Settembru 2000 li jippreskrivi ċerti dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 fejn għandu x’jaqsam ma’ kummerċ barrani (ĠU L 229, 9.9.2000, p. 14). kif emendat bi:

32001 R 1669: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1669/2001 tal-20 ta’ Awwissu 2001 (ĠU L 224, 21.8.2001, p. 3).

32005 R 0179: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 179/2005 tat-2 ta’ Frar 2005 (ĠU L 30, 3.2.2005, p. 6).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Ir-referenza għar-Regolament (KE) Nru 2454/96 fl-Artikolu 6(1) mhijiex applikabbli;

(b)

Is-sottoparagrafu l-ġdid li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 7(1)(a):

‘Għall-Iżvizzera “il-pajjiż tal-oriġini” għandha tittieħed li tfisser il-pajjiż minn fejn tkun oriġinat il-merkanzija fl-ambitu tat-tifsira tar-regoli ta’ oriġini nazzjonali.’;

(c)

Is-sottoparagrafu l-ġdid li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 9(2):

‘Għall-Iżvizzera “il-valur doganali” għandu jkun definit skont ir-regoli nazzjonali rispettivi.’;

(d)

L-Artikolu 11(2) mhuwiex applikabbli;

(e)

It-Taqsima 2 (l-Artikoli 16-19) ma tapplikax.

32002 R 1779: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1779/2002 tal-4 ta’ Ottubru 2002 dwar in-nomenklatura ta’ pajjiżi u territorji għall-istatistiċi tal-kummerċ barrani tal-Komunità u l-istatistiċi tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (ĠU L 269, 5.10.2002, p. 6).

32006 R 1833: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 dwar in-nomenklatura ta’ pajjiżi u territorji għall-istatistiċi tal-kummerċ barrani tal-Komunità u l-istatistiċi tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19).

PRINĊIPJI STATISTIĊI U KUNFIDENZJALITÀ

390 R 1588: Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta’ Ġunju 1990 dwar it-trażmissjoni ta’ dejta suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika fl-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 151, 15.6.1990, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Il-punt il-ġdid li ġej jiżdied mal-Artikolu 2:

11.

‘Il-persunal tal-Uffiċċju tal-Konsulent Statistiku tal-EFTA: il-persunal tas-Segretarjat tal-EFTA li qed jaħdem fl-istabbilimenti tal-SOEC.’;

(b)

Fit-tieni sentenza tal-Artikolu 5(1). it-terminu ‘SOEC’ jinbidel b’ ‘SOEC u tal-Uffiċċju tal-Konsulent Statistiku tal-EFTA’;

(c)

Is-sottoparagrafu l-ġdid li ġej jiżdied mal-Artikolu 5(2):

‘Dejta statistika kunfidenzjali trażmessa lill-SOEC permezz tal-Uffiċċju tal-Konsulent Statistiku tal-EFTA għandha tkun aċċessibbli wkoll għall-persunal ta’ dan l-Uffiċċju.’;

(d)

Fl-Artikolu 6, it-terminu ‘SOEC’ għandu, għal dawn il-finijiet, jinqara li jinkludi l-Uffiċċju tal-Konsulent Statistiku tal-EFTA.

397 R 0322: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar Statistika tal-Komunità (ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1).

32002 R 0831: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 tas-17 ta’ Mejju 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatisika tal-Komunità, rigward fakoltà ta’ użu ta’ dejta kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 133, 18.5.2002, p. 7). kif emendat bi:

32006 R 1104: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1104/2006 tat-18 ta’ Lulju 2006 (ĠU L 197, 19.7.2006, p. 3).

32008 D 0234 Id-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew ta’ Konsultazzjoni dwar il-Politika Komunitarja ta’ Tagħrif Statistiku u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/116/KEE (ĠU L 73, 15.3.2008, p. 13).

32008 D 0235 Id-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (ĠU L 73, 15.3.2008, p. 17).

ATTI LI L-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA TAGĦHOM

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu nota tal-kontenut tal-att li ġej:

52005 PC 0217: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni COM(2005) 217 tal-25 ta’ Mejju 2005 dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali u Komunitarji tal-istatistika (ĠU C 172, 12.7.2005, p. 22).

STATISTIKA DEMOGRAFIKA U SOĊJALI

2007 R 0862: Ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar ħaddiema barranin (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23)

398 R 0577: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta’ Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3). kif emendat bi:

32002 R 1991: Ir-Regolament (KE) Nru 1991/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ottubru 2002 (ĠU L 308, 9.11.2002, p. 1).

32002 R 2104: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2002 tat-28 ta’ Novembru 2002 (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 14).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Għall-Iżvizzera, irrispettivament mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(4). l-unità tal-kampjun huwa l-individwu u l-informazzjoni dwar in-nies l-oħra li jgħixu fid-dar jistgħu jinkludu mill-inqas il-karatteristiċi mniżżla taħt l-Artikolu 4(1).

32000 R 1575: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1575/2000 tad-19 ta’ Lulju 2000 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ kampjun tal-forza tax-xogħol fil-Komunità li għandu x’jaqsam mal-kodifikazzjoni li trid tiġi użata għat-trażmissjoni ta’ dejta mis-sena 2001 ‘il quddiem (ĠU L 181, 20.7.2000, p. 16).

32000 R 1897: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1897/2000 tas-7 ta’ Settembru 2000 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizazzjoni ta’ stħarriġ kampjun fuq il-forza tax-xogħol fil-Komunità f’dak li għandu x’jaqsam mad-definizzjoni tal-qgħad (ĠU L 228, 8.9.2000, p. 18)

32002 R 2104: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2002 tat-28 ta’ Novembru 2002 li jaddatta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol fil-Komunità u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1575/2000 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 577/98 safejn u sakemm jirrigwarda l-lista tad-divarji tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u l-kodifika tagħhom sabiex jintużaw għat-trażmissjoni tal-informazzjoni mis-sena 2003 ‘il quddiem (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 14) kif implimentat bi:

32003 R 0246: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 246/2003 tal-10 ta’ Frar 2003 li jadotta l-programm ta’ moduli ad hoc, li jkopri s-snin 2004 sa 2006, dwar kampjun ta’ stħarriġ tal-forza tax-xogħol kif provdut bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 34, 11.2.2003, p. 3).

399 R 0530: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 tad-9 ta’ Marzu 1999 li jikkonċerna l-istatistiċi strutturali dwar il-qligħ u dwar l-ispejjeż tax-xogħol (ĠU L 63, 12.3.1999, p. 6) kif emendat bi:

399 R 1726: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1726/1999 tas-27 ta’ Lulju 1999 (ĠU L 203, 3.8.1999, p. 28).

32005 R 1737: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1737/2005 tal-21 ta’ Ottubru 2005 (ĠU L 279, 22.10.2005, p. 11).

32007 R 0973: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 973/2007 tal-20 ta’ Awwissu 2007 (ĠU L 216, 21.8.2007, p. 10).

32000 R 1916: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1916/2000 tat-8 ta’ Settembru 2000 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 li jirrigwarda l-istatisiki strutturali dwar il-qligħ u dwar in-nefqiet fuq ix-xogħol rigward id-definizzjoni u t-trażmissjoni tat-tagħrif dwar l-istruttura tal-qligħ (ĠU L 229, 9.9.2000, p. 3) kif emendat bi:

32005 R 1738: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1738/2005 tal-21 ta’ Ottubru 2005 (ĠU L 279, 22.10.2005, p. 32).

32007 R 0973: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 973/2007 tal-20 ta’ Awwissu 2007 (ĠU L 216, 21.8.2007, p. 10).

32006 R 0698: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 698/2006 tal-5 ta’ Mejju 2006 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 rigward l-evalwazzjoni tal-kwalità tal-istatistiki strutturali dwar l-ispejjeż tax-xogħol u l-qligħ (ĠU L 121, 6.5.2006, p. 30).

32003 R 0450: Ir-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar dwar l-indiċi tal-ispiża tax-xogħol (ĠU L 69, 13.3.2003, p. 1) kif implimentat bi:

32003 R 1216: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi tal-ispiża tax-xogħol (ĠU L 169, 8.7.2003, p. 37).

32007 R 0973: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 973/2007 tal-20 ta’ Awwissu 2007 dwar l-emendar ta’ ċerti Regolamenti tal-KE dwar oqsma speċifiċi tal-istatistika li jimplimentaw il-klassifikazzjoni tal-istatistika tal-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 (ĠU L 216, 21.8.2007, p. 10).

32003 R 1177: Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (EU-SILC) (ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1). kif emendat bi:

32005 R 1553: Ir-Regolament (KE) Nru 1553/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 6).

32003 R 1980: Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2003 tal-21 ta’ Ottubru 2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna l-istatistiċi tal-Komunità dwar dħul u kondizzjonijiet ta’ għajxien (UE-SILC) fir-rigward ta’ definizzjonijiet u definizzjonijiet aġġornati (ĠU L 298, 17.11.2003, p. 1). kif emendat bi:

32006 R 0676: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2006 tat-2 ta’ Mejju 2006 (ĠU L 118, 3.5.2006, p. 3).

32003 R 1981: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1981/2003 tal-21 ta’ Ottubru 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistiċi Komunitarji dwar id-dħul u kondizzjonijiet tal-ħajja (UE-SILC) fir-rigward tal-aspetti ta’ fieldwork u l-proċeduri ta’ imputazzjoni (ĠU L 298, 17.11.2003, p. 23).

32003 R 1982: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1982/2003 tas-21 ta’ Ottubru 2003 biex timplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistiċi tal-Komunità fuq id-dħul u l-kondizzjonijiet tal-ħajja (UE-SILC) li jirrigwardaw ir-regoli dwar il-kampjuni u t-traċċar (ĠU L 298, 17.11.2003, p. 29).

32003 R 1983: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1983/2003 tal-21 ta’ Ottubru 2003 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistiċi tal-Komunità fuq id-dħul u l-kondizzjonijiet tal-ħajja (UE-SILC) rigward il-lista ta’ varjabbli ta’ mira primarja (ĠU L 298, 17.11.2003, p. 34). kif emendat bi:

32007 R 0973: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 973/2007 tal-20 ta’ Awwissu 2007 (ĠU L 216, 21.8.2007, p. 10).

32004 R 0028: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 28/2004 tal-5 ta’ Jannar 2004 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta’ ħajja (EU-SILC) fejn għandu x’jaqsam il-kontenut dettaljat tar-rapport intermedju u finali dwar il-kwalità (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 42).

32006 R 0315: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 315/2006 tat-22 ta’ Frar 2006 li jimplimenta r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1177/2003 dwar l-istatistika Komunitarja dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira li għandhom x’jaqsmu mal-kundizzjonijiet tad-djar (ĠU L 52, 23.2.2006, p. 16).

STATISTIKA EKONOMIKA

395 R 2494: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1).

Għall-Iżvizzera r-Regolament japplika għall-armonizzazzjoni tal-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur għat-tqabbil internazzjonali.

Mhuwiex rilevanti għal dak li għandu x’jaqsam mal-finijiet espliċiti għall-kalkolu armonizzat tas-CPI fil-kuntest tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

L-Artikolu 2c, kif ukoll referenzi għall-MUICP fl-Artikoli 8(1) u 11, mhumiex applikabbli;

(b)

L-Artikolu 5(1)(a) mhuwiex applikabbli;

(c)

L-Artikolu 5(2) mhuwiex applikabbli;

(d)

Il-konsultazzjoni mal-EMI kif speċifikat fl-Artikolu 5(3) mhijiex applikabbli;

396 R 1749: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/96 tad-9 ta’ Settembru 1996 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni inizjali għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 li jikkonċerna indiċi armonizzati tal-prezzijiet tal-konsumatur (ĠU L 229, 10.9.1996, p. 3). kif emendat bi:

398 R 1687: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1687/98 tal-20 ta’ Lulju 1998 (ĠU L 214, 31.7.1998, p. 12).

398 R 1688: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1688/98 tal-20 ta’ Lulju 1998 (ĠU L 214, 31.7.1998, p. 23).

32007 R 1334: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2007 tal-14 ta’ Novembru 2007 (ĠU L 296, 15.11.2007, p. 22).

396 R 2214: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96 tal-20 ta’ Novembru 1996 li jikkonċerna indiċi armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur: trażmissjoni u tixrid ta’ sottoindiċi tal-HICP (ĠU L 296, 21.11.1996, p. 8). kif emendat bi:

399 R 1617: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1617/1999 tat-23 ta’ Lulju 1999 (ĠU L 192, 24.7.1999, p. 9).

399 R 1749: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/1999 tat-23 ta’ Lulju 1999 (ĠU L 214, 13.8.1999, p. 1). kif korrett bil-ĠU L 267, 15.10.1999, p. 59,

32001 R 1920: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1920/2001 tat-28 ta’ Settembru 2001 (ĠU L 261, 29.9.2001, p. 46). kif korrett bil-ĠU L 295, 13.11.2001, p. 34,

32005 R 1708: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1708/2005 tad-19 ta’ Ottubru 2005 (ĠU L 274, 20.10.2005, p. 9).

397 R 2454: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/97 tal-10 ta’ Diċembru 1997 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward tal-istandards minimi għall-kwalità ta’ peżar HICP (ĠU L 340, 11.12.1997, p. 24).

398 R 2646: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2646/98 tad-9 ta’ Diċembru 1998 li jiffissa regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) No 2494/95 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ livelli minimi għat-trattament ta’ tariffi fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (ĠU L 335, 10.12.1998, p. 30).

399 R 1617: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1617/1999 tat-23 ta’ Lulju 1999 li jistabbilixxi d-dettalji għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-istandards minimi għat-trattament tal-assigurazzjoni fl-Indiċi Armonizzati tal-Prezzijiet għall-Konsumatur u li jimmodifika r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96 (ĠU L 192, 24.7.1999, p. 9).

399 R 2166: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2166/1999 tat-8 ta’ Ottubru 1999 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 rigward l-istandards minimi għat-trattament ta’ prodotti li għandhom x’jaqsmu mal-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (ĠU L 266, 14.10.1999, p. 1).

32000 R 2601: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2601/2000 tas-17 ta’ Novembru 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar iż-żmien biex jiddaħħlu prezzijiet tax-xiri fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (ĠU L 300, 29.11.2000, p. 14).

32000 R 2602: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2602/2000 tas-17 ta’ Novembru 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar livelli minimi għat-trattament ta’ tnaqqis fil-prezzijiet fl-Indiċi Armonizzat ta’ Prezzijiet għall-Konsumatur (ĠU L 300, 29.11.2000, p. 16). kif emendat bi:

32001 R 1921: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1921/2001 tat-28 ta’ Settembru 2001 (ĠU L 261, 29.9.2001, p. 49). kif ikkoreġut bil-ĠU L 295, 13.11.2001, p. 34.

32001 R 1920: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1920/2001 tat-28 ta’ Settembru 2001 li jqiegħed regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar dak li għandu x’jaqsam mal-istandards minimi għat-trattament tal-ispejjeż għas-servizz fl-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/96 (ĠU L 261, 29.9.2001, p. 46). kif ikkoreġut bil-ĠU L 295, 13.11.2001, p. 34.

32001 R 1921: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1921/2001 tat-28 ta’ Settembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward ta’ standards minimi għat-trattament ta’ ħlasijiet dovuti għal servizzi li jikkorrispondu għall-valuri ta’ transazzjoni fl-indiċi armonizzat ta’ prezzijiet tal-konsumatur u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/96 (ĠU L 261, 29.9.2001, p. 49). kif ikkoreġut bil-ĠU L 295, 13.11.2001, p. 34.

32005 R 1708: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1708/2005 tad-19 ta’ Ottubru 2005 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward tal-perjodu ta’ referenza komuni tal-indiċi għall-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/96 (ĠU L 274, 20.10.2005, p. 9).

32006 R 0701: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 701/2006 tal-25 ta’ April 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 rigward il-kopertura temporali tal-ġbir ta’ prezzijiet fl-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur (ĠU L 122, 9.5.2006, p. 3).

32007 R 1445: Ir-Regolament (KE) Nru 1445/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli komuni għall-provvista ta’ informazzjoni bażika dwar il-Paritajiet tas-Setgħa tal-Infiq u għall-kalkolu u d-disseminazzjoni tagħhom (ĠU L 336, 20.12.2007, p. 1)

396 R 2223: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1). kif emendat bi:

398 R 0448: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 448/98 tas-16 ta’ Frar 1998 (ĠU L 58, 27.2.1998, p. 1).

32000 R 1500: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1500/2000 tal-10 ta’ Lulju 2000 (ĠU L 172, 12.7.2000, p. 3).

32000 R 2516: Ir-Regolament (KE) Nru 2516/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Novembru 2000 (ĠU L 290, 17.11.2000, p. 1).

32001 R 0995: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 995/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 (ĠU L 139, 23.5.2001, p. 3).

32001 R 2558: Ir-Regolament (KE) Nru 2558/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 1).

32002 R 0113: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 113/2002 tat-23 ta’ Jannar 2002 (ĠU L 21, 24.1.2002, p. 3).

32002 R 1889: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1889/2002 tat-23 ta’ Ottubru 2002 (ĠU L 286, 24.10.2002, p. 1).

32003 R 1267: Ir-Regolament (KE) Nru 1267/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-16 ta’ Ġunju 2003 (ĠU L 180, 18.7.2003, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

L-Iżvizzera għandha titħalla tiġbor dejta minn unitajiet istituzzjonali meta d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jirreferu għall-industrija;

(b)

L-Iżvizzera ma għandhiex tkun marbuta li taqsam dejta skont ir-reġjuni kif mitlub f’dan ir-Regolament;

(c)

L-Iżvizzera ma għandhiex tkun marbuta bit-tqassim skont pajjiżi terzi/tal-UE tal-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet tas-servizzi kif mitlub minn dan ir-Regolament;

(d)

Fl-Anness B, id-Derogi li jikkonċernaw it-tabelli li jridu jiġu pprovduti fil-qafas tal-kwestjonarju ‘ESA-95’ skont il-pajjiż, dan li ġej għandu jiżdied wara l-punt 15 (l-Iżlanda):

‘16.   L-IŻVIZZERA

16.1   Derogi għat-tabelli

Tabella Nru

Tabella

Deroga

Sa

1

Aggregati ewlenin, annwali u kull kwart sena

Trażmissjoni għall-1990 ‘il quddiem

 

2

Aggregati ewlenin tal-gvern ġenerali

Dewmien fit-trażmissjoni: t + 8 xhur

Bla limitu

Perjodiċità: annwali

Bla limitu

Trażmissjoni għall-1990 ‘il quddiem

 

3

Tabelli skont l-industrija

Trażmissjoni għall-1990 ‘il quddiem

 

4

Esportazzjonijiet u importazzjonijiet mill-UE/pajjiżi terzi

Trażmissjoni għall-1998 ‘il quddiem

 

5

In-nefqa finali tal-konsum tal-unitajiet domestiċi skont il-fini

Trażmissjoni għall-1990 ‘il quddiem

 

6

Kontijiet finanzjarji skont is-setturi istituzzjonali

Trażmissjoni għall-1998 ‘il quddiem

2006

7

Il-karti tal-bilanċ għall-assi u u r-responsabilitajiet finanzjarji

Trażmissjoni għall-1998 ‘il quddiem

2006

8

Kontijiet mhux finanzjarji skont is-setturi istituzzjonali

Dewmien fit-trażmissjoni: t + 18-il xahar

Trażmissjoni għall-1990 ‘il quddiem

Bla limitu

9

Kontribuzzjonijiet soċjali u tat-taxxa dettaljati skont is-settur

Dewmien fit-trażmissjoni: t + 18-il xahar

Trażmissjoni għall-1998 ‘il quddiem

Bla limitu

10

Tabelli skont l-industrija u r-reġjun, NUTS II, A17

L-ebda tqassim skont ir-reġjun

 

11

In-nefqa ġenerali tal-gvern skont il-funzjoni

Trażmissjoni għall-2005 ‘il quddiem

Ma jsirux kalkoli b’lura

2007

12

Tabelli skont l-industrija u r-reġjun, NUTS NUTS III, A3

L-ebda tqassim skont ir-reġjun

 

13

Il-kontijiet tal-unita’ domestika skont ir-reġjun, NUTS II

L-ebda tqassim skont ir-reġjun

 

14-22

Bi qbil mad-deroga (a) ta’ dan ir-Regolament, l-Iżvizzera għandha tkun eżentata milli tipprovdi dejta għat-tabelli minn 14 sa 22.’

 

397 D 0178: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/178/KE, Euratom tal-10 ta’ Frar 1997 dwar id-definizjoni ta’ metodoloġija fuq it-tranżizzjoni bejn is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Nazzjonali u Reġjonali fil-Komunità (ESA 95) u s-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Ekonomiċi Integrati (ESA it-tieni edizzjoni) (ĠU L 75, 15.3.1997, p. 44).

398 R 0715: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/715/KE tat-30 ta’ Novembru 1998 li tiċċara l-Anness A tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nr 2223/96 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità f’dak li għandu x’ jaqsam mal-prinċipji tat-tiqjis ta’ prezzijiet u volumi (ĠU L 340, 16.12.1998, p. 33).

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni għandhom, għall-finijiet tal-Ftehim, jinqraw bl-addattazzjonijiet li ġejjin:

L-Artikolu 3 (klassifikazzjoni tal-metodi skont il-prodott) ma għandhomx japplikaw għall-Iżvizzera.

32002 R 1889: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1889/2002 tat-23 ta’ Ottubru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 448/98 li jiffinalizza u jemenda r-Regolament (KE) Nru 2223/96 f’dak li għandu x’jaqsam mal-allokazzjoni tas-servizzi finanzjarji intermedjarji mkejla b’mod indirett (FISIM) fi ħdan is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali (ESA) (ĠU L 286, 24.10.2002, p. 11).

32003 R 1287: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 tal-15 ta’ Lulju 2003 fuq l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (Regolament GNI) (ĠU L 181, 19.7.2003, p. 1).

32005 R 0116: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 116/2005 tas-26 ta’ Jannar 2005 dwar it-trattament tal-ħlas lura tal-VAT lil persuni mhux taxxabbli u lil persuni taxxabbli għall-attivitajiet li huma eżentati, għall-għanijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1287/2003 (KE, Euratom) dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali skont il-prezzijiet tas-suq (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 6).

32005 R 1722: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1722/2005 tal-20 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prinċipji biex ikunu stmati servizzi tal-abitazzjoni għall-fini tar-Regolament tal-Kunsil (KE, Euratom) Nru 1287/2003 fuq l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (ĠU L 276, 21.10.2005, p. 5).

399 D 0622: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/622/KE, Euratom tat-8 ta’ Settembru 1999 fuq it-trattament ta’ pagamenti mill-ġdid tal-VAT għall-unitajiet mhux taxxabbli u għall-unitajiet taxxabbli fuq l-attivitajiet eżenti tagħhom, għall-iskop li jimplimentaw id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom fuq l-armonizzazzjoni tal-kumpilazzjoni ta’ prodott gross nazzjonali bil-prezzijiet tas-suq. (ĠU L 245, 17.9.1999, p. 51).

32006 R 0601: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 601/2006 tat-18 ta’ April 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-format u l-proċedura għat-trażmissjoni tad-dejta (ĠU L 106, 19.4.2006, p. 7).

NOMENKLATURI

390 R 3037: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta’ Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1). kif emendat bi:

393 R 0761: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 761/93 tal-24 ta’ Marzu 1993 (ĠU L 83, 3.4.1993, p. 1).

32002 R 0029: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2002 tad-19 ta’ Diċembru 2001 (ĠU L 6, 10.1.2002, p. 3).

393 R 0696: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-unitajiet tal-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità (ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1).

393 R 3696: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 tad-29 ta’ Ottubru 1993 dwar il-klassifika statistika tal-prodotti skont l-attività (CPA) fil-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU L 342, 31.12.1993, p. 1) kif emendat bi.

398 R 1232: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1232/98 tas-17 ta’ Ġunju 1998 (ĠU L 177, 22.6.1998, p. 1).

32002 R 0204: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 204/2002 tad-19 ta’ Diċembru 2001 (ĠU L 36, 6.2.2002, p. 1).

32003 R 1059: Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

STATISTIKA AGRIKOLA

396 L 0016: Id-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE tad-19 ta’ Marzu 1996 fuq stħarriġ statistiku tal-ħalib u prodotti tal-ħalib (ĠU L 78, 28.3.1996, p. 27) kif emendata bi:

32003 L 0107: Id-Direttiva 2003/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2003 (ĠU L 7, 13.1.2004, p. 40).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:

L-Iżvizzera ma għandhiex tkun marbuta mit-tqassim reġjonali tad-dejta kif mitlub minn din id-Direttiva.

397 D 0080: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/80/KE tat-18 ta’ Diċembru 1996 li tqiegħed id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE dwar l-istħarriġ statistiku fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU L 24, 25.1.1997, p. 26). kif emendata bi:

398 D 0582: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/582/KE tas-6 ta’ Ottubru 1998 (ĠU L 281, 17.10.1998, p. 36).

388 R 0571: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 tad-29 ta’ Frar 1988 dwar l-organizzazzjoni tal-istħarriġ tal-Komunità dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli (ĠU L 56, 2.3.1988, p. 1). kif emendat bi:

396 R 2467: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2467/96 tas-17 ta’ Diċembru 1996 (ĠU L 335, 24.12.1996, p. 3).

398 D 0377: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 98/377/KE tat-18 ta’ Mejju 1998 (ĠU L 168, 13.6.1998, p. 29).

32002 R 143: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 143/2002 tal-24 ta’ Jannar 2002 (ĠU L 24, 26.1.2002, p. 16).

32004 R 2139: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2139/2004 tat-8 ta’ Diċembru 2004 (ĠU L 369, 16.12.2004, p. 26).

32006 R 0204: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 204/2006 tas-6 ta’ Frar 2006 (ĠU L 34, 7.2.2006, p. 3).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Artikolu 4, it-test li jibda bi ‘u sakemm ikunu importanti lokalment …’ sa ‘… il-linji gwida tekniċi ekonomiċi partikolari fit-tifsira tal-istess Deċiżjoni’ ma japplikax;

(b)

Fl-Artikolu 6(2). it-test ‘il-marġini gross standard (SGM). fl-ambitu tat-tifsira tad-Deċiżjoni 85/377/KEE’ jinbidel bi:

‘il-marġini gross standard (SGM). fl-ambitu tat-tifsira tad-Deċiżjoni 85/377/KEE, jew għall-valur tal-produzzjoni agrikola totali’;

(c)

L-Artikoli 10, 12, u 13, u l-Anness II ma għandhomx japplikaw;

(d)

L-Iżvizzera ma għandhiex tkun marbuta bit-tipoloġija msemmija fl-Artikoli 6, 7, 8, 9 u l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, l-Iżvizzera għandha tittrażmetti l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa u tippermetti r-riklassifikazzjoni skont din it-tipoloġija;

(e)

Irrispettivament mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament, l-Iżvizzera għandha titħalla twettaq l-istħarriġ f’Mejju u tipprovdi d-dejta, sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara.

32000 D 0115: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/115/KE tal-24 ta’ Novembru 1999 rigward id-definizzjonijiet tal-karatteristiċi, il-lista ta’ prodotti agrikoli, l-eċċezzjonijiet għad-definizzjonijiet u r-reġjuni u d-distretti rigward l-istħarriġ tal-istruttura tal-azjendi agrikoli (ĠU L 38, 12.2.2000, p. 1). kif emendata bi:

32002 R 1444: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2002 tal-24 ta’ Lulju 2002 (ĠU L 216, 12.8.2002, p. 1).

32004 R 2139: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2139/2004 tat-8 ta’ Diċembru 2004 (ĠU L 369, 16.12.2004, p. 26).

32006 R 0204: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 204/2006 tas-6 ta’ Frar 2006 (ĠU L 34, 7.2.2006, p. 3).

390 R 0837: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 tas-26 ta’ Marzu 1990 dwar informazzjoni tal-istatistika li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri dwar produzzjoni ta’ ċereali (ĠU L 88, 3.4.1990, p. 1).

393 R 0959: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 959/93 tal-5 ta’ April 1993 dwar l-informazzjoni statistika li trid tiġi pprovduta mill-Istati Membri dwar uċuħ tar-raba’ minbarra ċereali (ĠU L 98, 24.4.1993, p. 1).

32004 R 0138: Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2003 dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikolutra fil-Komunità (ĠU L 33, 5.2.2004, p. 1). kif emendat bi:

32005 R 0306: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2005 tal-24 ta’ Frar 2005 (ĠU L 52, 25.2.2005, p. 9).

32006 R 0909: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 909/2006 tal-20 ta’ Ġunju 2006 (ĠU L 168, 21.6.2006, p. 14).

32008 R 0212: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 212/2008 tas-7 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 65, 8.3.2008, p. 5).

STATISTIKA TAS-SAJD

391 R 1382: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1382/91 tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-qbid tal-prodotti tas-sajd fl-Istati Membri (ĠU L 133, 28.5.1991, p. 1). kif emendat bi:

393 R 2104: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2104/93 tat-22 ta’ Lulju 1993 (ĠU L 191, 31.7.1993, p. 1).

391 R 3880: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3880/91 tas-17 ta’ Diċembru 1991 dwar is-sottomissjoni ta’ statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (ĠU L 365, 31.12.1991, p. 1). kif emendat bi:

32001 R 1637: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1637/2001 tat-23 ta’ Lulju 2001 (ĠU L 222, 17.8.2001, p. 20).

393 R 2018: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2018/93 tat-30 ta’ Ġunju 1993 dwar il-preżentazzjoni tal-istatistika tal-qabda u tal-attività mibgħuta mill-Istati Membri li jistadu fil-Majjistral tal-Atlantiku (ĠU L 186, 28.7.1993, p. 1). kif emendat bi:

32001 R 1636: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1636/2001 tat-23 ta’ Lulju 2001 (ĠU L 222, 17.8.2001, p. 1).

395 R 2597: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar is-sottomissjoni ta’ statistiċi nominali tas-sajd mill-Istati Membri li jistadu f’żoni li mhumiex fin-Nord Atlantiku (ĠU L 270, 13.11.1995, p. 1). kif emendat bi:

32001 R 1638: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1638/2001 tal-24 ta’ Lulju 2001 (ĠU L 222, 17.8.2001, p. 29).

396 R 0788: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 788/96 tat-22 ta’ April 1996 dwar is-sottomissjoni tal-Istati Membri ta’ statistiċi dwar il-produzzjoni tal-akkwakultura (ĠU L 108, 1.5.1996, p. 1).

STATISTIKA DWAR L-ENERĠIJA

390 L 0377: Id-Direttiva tal-Kunsill 90/377/KEE tad-29 ta’ Ġunju 1990 li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta’ prezzijiet tal-gass u tal-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali (ĠU L 185, 17.7.1990, p. 16).”


13.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta' Marzu 2009

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom jew li huma prodotti miż-żrieragħ tal-kolza T45 (ACS-BNØØ8-2) immodifikati ġenetikament li jirriżultaw mit-tqegħid fis-suq ta’ dawn iż-żrieragħ tal-kolza fil-pajjiżi terzi sal-2005 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1541)

(It-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/184/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikati ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-28 ta’ Ottubru 2005, il-Bayer CropScience AG ippreżentat lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit applikazzjoni, skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ingredjenti tal-ikel, u għalf li fihom, jew huma prodotti miż-żrieragħ tal-kolza T45.

(2)

L-applikazzjoni tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti oħra li fihom iż-żrieragħ tal-kolza T45 għall-istess użi bħal kull żrieragħ tal-kolza oħra għajr il-kultivazzjoni. Għalhekk, skont id-dispożizzjoni tal-Artikoli 5(5) u 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, din tinkludi d-dejta u t-tagħrif meħtieġa mill-Annessi III u IV tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (2) u tagħrif u konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-prinċipji stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE.

(3)

Fis-17 ta’ April 2007, il-Bayer CropScience AG ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 8(4) u 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti eżistenti prodotti miż-żrieragħ tal-kolza T45 (addittivi tal-ikel, materjali tal-għalf prodotti miż-żrieragħ tal-kolza T45).

(4)

L-applikant indika fl-applikazzjoni tiegħu u fil-komunikazzjonijiet lill-Kummissjoni li l-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ tal-kolza T45 twaqqfet wara l-istaġun tat-tħawwil tal-2005.

(5)

Għalhekk, l-uniku għan ta’ dawn l-applikazzjonijiet huwa li jkopri l-preżenza taż-żrieragħ tal-kolza T45 ġejja mill-koltivazzjoni tagħha ta’ qabel fil-pajjiżi terzi.

(6)

Fil-5 ta’ Marzu 2008, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel (“EFSA”) tat opinjoni favorevoli għaż-żewġ applikazzjonijiet skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u kkonkludiet li ma kienx probabbli li t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li fihom jew huma prodotti miż-żrieragħ tal-kolza T45 kif deskritti fl-applikazzjonijiet (“il-prodotti”) se jkollhom effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew fuq l-ambjent fil-kuntest tal-użi maħsuba tagħhom (3). Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA qieset il-mistoqsijiet speċifiċi kollha u t-tħassib li tqajmu mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikoli 6(4) u 18(4) ta’ dan ir-Regolament.

(7)

B’mod partikolari l-EFSA kkonkludiet li billi l-ebda indikazzjoni ta’ bidliet bijoloġikament rilevanti ta’ kompożizzjoni jew agronomija ma ġiet identifikata għaż-żrieragħ tal-kolza T45 minbarra l-preżenza tal-proteina PAT, mhumiex meħtieġa iktar studji ta’ sikurezza tal-annimali bl-ikel/l-għalf komplet (eż. studju ta’ tossiċità fil-firien għal 90 ġurnata).

(8)

Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ ambjentali, li jikkonsisti fi pjan ta’ sorveljanza ġenerali, imressaq mill-applikant huwa b’konformità mal-użu maħsub għall-prodotti. Madankollu, minħabba l-karatteristiċi fiżiċi taż-żrieragħ tal-kolza u l-metodi tat-trasport, l-EFSA rrakkomandat li għandhom jiġu stabbiliti sistemi xierqa ta’ ġestjoni biex inaqqsu it-telf jew it-tixrid aċċidentali ta’ żrieragħ tal-kolza transġenika waqt it-trasport, il-ħażna, il-ġarr u l-ipproċessar. Il-pjan ta’ monitoraġġ ippreżentat mill-applikant kien modifikat biex ikun konformi ma’ din ir-rakkomandazzjoni tal-EFSA.

(9)

Sabiex tiġi ssorveljata t-tneħħija gradwali taż-żrieragħ tal-kolza T45, il-preżenża tagħhom fil-prodotti importati għandhom jiġu rrapportati regolarment.

(10)

Waqt li jitqiesu dawn il-kunsiderazzjonijiet, huwa xieraq li tingħata awtorizzazzjoni li tkopri l-preżenza fil-prodotti taż-żrieragħ tal-kolza T45 ġejjin mill-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ tal-kolza T45 fil-pajjiżi terzi sal-2005.

(11)

Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull OMĠ kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għall-organiżmi modifikati ġenetikament (4).

(12)

Fuq il-bażi tal-opinjoni tal-EFSA, ma jidher li hemm bżonn tal-ebda rekwiżiti ta’ ttikkettjar speċifiċi għajr dawk stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għall-ikel, l-ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jew huma prodotti miż-żrieragħ tal-kolza T45. Madankollu, sabiex jiġi żgurat l-użu tal-prodotti fi ħdan il-limitu ta’ din l-awtorizzazzjoni prevista minn din id-Deċiżjoni, it-tikkettjar tal-għalf li fih l-OMĠ u prodotti oħra għajr l-ikel jew l-għalf li jkun fihom l-OMĠ li għalihom ntalbet l-awtorizzazzjoni, għandhom ikunu kkumplimentati b’indikazzjoni ċara li l-prodotti kkonċernati ma għandhomx jintużaw għall-kultivazzjoni.

(13)

Bl-istess mod, l-opinjoni tal-EFSA ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għall-użu u l-immaniġġjar, inklużi r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq, jew ta’ kondizzjonijiet speċifiċi għall-protezzjoni ta’ ekosistemi/ambjent u/jew żoni ġeografiċi partikolari, kif previst fil-punt (e) tal-Artikoli 6(5) u 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(14)

L-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikat ġenetikament, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(15)

L-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u t-tikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta’ prodotti tal-ikel u l-għalf immanifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (5), jistipula l-ħtiġijiet tal-ittikkettjar għal prodotti li jikkonsistu minn jew li fihom OMĠ.

(16)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata permezz tal-Clearing House dwar il-Bijosigurtà lill-Partijiet fil-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont l-Artikoli 9(1) u 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (6).

(17)

L-applikant ġie kkonsultat dwar il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni.

(18)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu. Il-Kummissjoni għalhekk ippreżentat proposta lill-Kunsill fit-30 ta’ Ottubru 2008 skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1999/468/KE (7), fejn il-Kunsill ġie mitlub biex jaġixxi fi żmien tliet xhur.

(19)

Madankollu, il-Kunsill ma kienx aġixxa fil-limiti taż-żmien mitluba; issa għandha tiġi adottata Deċiżjoni mill-Kummissjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Organiżmu modifikat ġenetikament u identifikatur uniku

Il-kolza modifikata ġenetikament (Brassica napus L.) T45, kif inhu speċifikat fil-punt (b) tal-Anness għal din id-Deċiżjoni, hi assenjata l-identifikatur uniku ACS-BNØØ8-2, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

Awtorizzazzjoni

1.   L-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li tagħti awtorizzazzjoni li tkopri, l-prodotti msemmija fit-tieni paragrafu, il-preżenza taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ8-2 ġejjin direttament jew indirettament mill-kummerċjalizzazzjoni, sal-2005, taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ8-2 fil-pajjiżi terzi.

2.   Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:

(a)

ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom jew prodotti miż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ8-2;

(b)

għalf li fih jew li ġie prodott miż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ8-2;

(c)

prodotti għajr ikel u għalf li fihom iż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ8-2 għall-istess użi bħal kwalunkwe żrieragħ tal-kolza oħra għajr għall-kultivazzjoni.

Artikolu 3

It-tikkettar

1.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” se jkun “iż-żrieragħ tal-kolza”.

2.   Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta ta’ u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom iż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ8-2 li jissemmew fl-Artikolu 2.2(b) u (c).

Artikolu 4

Il-Monitoraġġ tal-effetti ambjentali

1.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif speċifikat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

2.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jippreżenta lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet imfassla fil-pjan ta’ monitoraġġ.

Artikolu 5

Il-monitoraġġ tat-tneħħija gradwali

1.   Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li konsenji bil-baħar importati ġewwa l-Unjoni Ewropea minn pajjiż terz fejn iż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ8-2 tqiegħdu fis-suq sal-2005 ġew ikkampjunati u ttestjati għall-preżenza taż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ8-2.

2.   Il-metodu użat għall-ikkampjunar tal-kolza għandu jkun rikonoxxut internazzjonalment. L-ittestjar għandu jsir f’laboratorju akkreditat kif xieraq u skont il-metodu validat ta’ lokalizzazzjoni kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

3.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jippreżenta lill-Kummissjoni flimkien mar-rapporti msemmija fl-Artikolu 4(2), ir-rapporti annwali dwar l-attivitjaiet ta’ monitoraġġ għall-preżenza taż-żerriegħa tal-kolza ACS-BNØØ8-2.

Artikolu 6

Reġistru Komunitarju

L-informazzjoni stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 7

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun il-Bayer Cropscience AG.

Artikolu 8

Validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 9

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer CropScience AG, Alfred-Nobel-Straße 50, 40789 Monheim am Rhein, il-Ġermanja.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 106, 17.4.2001 p. 1.

(3)  http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question = EFSA-Q-2005-278

(4)  ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5.

(5)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.

(6)  ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1.

(7)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


ANNESS

(a)   L-Applikant u d-Detentur tal-awtorizzazzjoni:

Isem

:

Bayer CropScience AG

Indirizz

:

Alfred-Nobel-Straße 50, 40789 Monheim am Rhein – Il-Ġermanja

(b)   Isem u speċifikazzjoni tal-prodotti:

(1)

Ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom jew prodotti miż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ8-2;

(2)

Għalf li fih jew prodott miż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ8-2;

(3)

Prodotti għajr ikel u għalf li fihom iż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ8-2 bl-istess użi bħal kwalunkwe żrieragħ tal-kolza oħra ħlief għall-kultivazzjoni.

Iż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ8-2 modifikati ġenetikament, kif deskritt fl-applikazzjoni, jesprimu l-proteina PAT li tagħti t-tolleranza lill-erbiċida ammonju tal-glufosinat.

(c)   L-ittikkettjar:

(1)

Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi tal-tikkettjar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” se jkun “żrieragħ tal-kolza”.

(2)

Il-kelmiet “mhux għal kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta ta’ u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom iż-żrieragħ tal-kolza ACS-BNØØ8-2 li jissemmew fl-Artikolu 2.2(b) u (c) ta’ din id-Deċiżjoni.

(d)   Metodu ta’ investigazzjoni:

Metodu fil-ħin reali speċifiku għall-avveniment ibbażat fuq il-PCR għall-kwantifikazzjoni tal-kolza ACS-BNØØ8-2

Ivvalidat fuq żrieragħ mil-laboratorju ta’ referenza Komunitarja stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdoss.htm

Il-Materjal ta’ Referenza: AOCS 0208-A aċċessibbli permezz ta’ American Oil Chemists Society f’http://www.aocs.org/tech/crm/bayer_cotton.cfm

(e)   Identifikatur uniku:

ACS-BNØØ8-2

(f)   Informazzjoni mitluba skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar Bijosigurtà għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

Clearing House tal-Bijosikurezza, Rekord ID: ara (għandu jitlesta meta notifikat)

(g)   Kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet rigward it-tqegħid fis-suq, l-użu jew l-immaniġġjar tal-prodotti:

Mhux meħtieġa.

(h)   Il-pjan ta’ monitoraġġ

Il-pjan ta’ monitoraġġ għal effetti ambjentali li jikkonforma mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE

(Link: pjan ippubblikat fuq l-Internet)

(i)   Rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għal konsum mill-bniedem

Mhux meħtieġa.

Nota: il-links għal dokumenti rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.